ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 324

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
30 ta' Novembru 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2087 tal-14 ta' Novembru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli

1

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2088 tad-29 ta' Novembru 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

3

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2089 tad-29 ta' Novembru 2016 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti ta' allokazzjoni li trid tiġi applikata għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib li għandhom jiġu esportati lejn ir-Repubblika Dominikana skont il-kwota msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1187/2009

5

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2090 tal-21 ta' Novembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2009/790/KE li tawtorizza lir-Repubblika tal-Polonja biex tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

7

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2091 tat-28 ta' Novembru 2016 biex id-diakrilat tal-eżametilen (eżan-1,6-diol diakrilat) (HDDA) ma jiġix identifikat bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna skont l-Artikolu 57(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2016) 7524)  ( 1 )

9

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2092 tat-28 ta' Novembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata bid-dokument C(2016) 7569)  ( 1 )

11

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2093 tad-29 ta' Novembru 2016 dwar deroga fir-rigward tad-data ta' applikazzjoni tas-sistema tal-esportaturi reġistrati dwar l-esportazzjonijiet minn pajjiżi u territorji extra-Ewropej

18

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

30.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/2087

tal-14 ta' Novembru 2016

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jipprevedi li l-Partijiet kontraenti jimpenjaw ruħhom li jkomplu bl-isforzi tagħhom biex jiksbu liberalizzazzjoni progressiva tal-kummerċ agrikolu ta' bejniethom.

(2)

Fl-24 ta' April 2012 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-Iżlanda bil-għan li tinkiseb liberalizzazzjoni akbar tal-kummerċ bilaterali fi prodotti agrikoli skont l-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea. In-negozjati ġew konklużi b'suċċess fis-17 ta' Settembru 2015 u ġie inizjalat Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli (“il-Ftehim”).

(3)

Għalhekk, il-Ftehim għandu jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data iktar tard,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni ta-l-Ftehim (1).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha-.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Novembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

G. MATEČNÁ


(1)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


REGOLAMENTI

30.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2088

tad-29 ta' Novembru 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

91,6

TR

95,4

ZZ

93,5

0707 00 05

MA

63,2

TR

163,4

ZZ

113,3

0709 93 10

MA

93,9

TR

150,6

ZZ

122,3

0805 20 10

MA

71,6

ZA

138,5

ZZ

105,1

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

JM

110,2

MA

63,3

PE

95,4

TR

83,1

ZZ

88,0

0805 50 10

CL

90,0

TR

84,2

ZZ

87,1

0808 10 80

CL

185,9

NZ

177,5

US

100,7

ZA

181,0

ZZ

161,3

0808 30 90

CN

85,2

TR

133,1

ZZ

109,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


30.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2089

tad-29 ta' Novembru 2016

li jistabbilixxi l-koeffiċjenti ta' allokazzjoni li trid tiġi applikata għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib li għandhom jiġu esportati lejn ir-Repubblika Dominikana skont il-kwota msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1187/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1) u b'mod partikulari l-Artikolu 188 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kapitolu III(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 (2) jiddetermina l-proċedura għall-allokazzjoni ta' liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib li għandhom ikunu esportati lejn ir-Repubblika Dominikana skont kwota miftuħa għal dak il-pajjiż.

(2)

L-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009 jipprevedi l-possibbiltà li l-operaturi jressqu applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni mill-1 sal-10 ta' Novembru, jekk, wara l-perjodu ta' tressiq ta' applikazzjonijiet ta' liċenzji kif imsemmi fl-ewwel paragrafu ta' dak l-Artikolu, tibqa' disponibbli kwalunkwe kwantità taħt il-kwota.

(3)

L-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1027 (3) jispeċifika li l-kwantità totali li jifdal għas-sena ta' kwota 2016/2017 hija ta' 8 095 tunnellati.

(4)

L-applikazzjonijiet imressqa bejn l-1 u l-10 ta' Novembru 2016 għall-perjodu li jifdal tas-sena ta' kwota kurrenti 2016/2017 jkopru kwantitajiet iktar baxxi minn dawk disponibbli. B'riżultat ta' dan, jixraq, skont ir-raba' subparagafu tal-Artikolu 31(3) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009, li tiġi prevista l-allokazzjoni tal-kwantità li jifdal. Il-ħruġ tal-liċenzji ta' esportazzjoni għal dik il-kwantità li jifdal għandu jkun soġġett li l-awtorità kompetenti tiġi nnotifikata bil-kwantità supplimentari aċċettata mill-operatur ikkonċernat u li ssir garanzija min-naħa tal-operaturi interessati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' esportazzjoni mressqa mill-1 sal-10 ta' Novembru 2016 għall-perjodu li jifdal tas-sena ta' kwota kurrenti 2016/2017 se jiġu aċċettati.

Il-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009, għandhom ikunu mmultiplikati bil-koeffiċjent tal-allokazzjoni ta' 3,113461.

Il-liċenzji ta' esportazzjoni għall-kwantitajiet li jaqbżu l-kwantitajiet li tkun saret l-applikazzjoni għalihom u li jkunu allokati skont il-koeffiċjent stabbilit fit-tieni paragrafu, għandhom jinħarġu wara l-aċċettazzjoni min-naħa tal-operatur fi żmien ġimgħa mid-data ta' applikazzjoni tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u suġġett li ssir il-garanzija korrispondenti.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id- 29 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 tas- 27 ta' Novembru 2009 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-liċenzji tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (ĠU L 318, 4.12.2009, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1027 tal-24 ta' Ġunju 2016 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti ta' allokazzjoni li trid tiġi applikata għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib li għandhom jiġu esportati lejn ir-Repubblika Dominikana skont il-kwota msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1187/2009 (ĠU L 168, 25.6.2016, p. 11).


DEĊIŻJONIJIET

30.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/7


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/2090

tal-21 ta' Novembru 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2009/790/KE li tawtorizza lir-Repubblika tal-Polonja biex tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 395 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-punt (14) tal-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE jawtorizza lir-Repubblika tal-Polonja (il-“Polonja”) teżenta mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom mhuwiex ogħla mill-ekwivalenti ta' EUR 10 000 fil-munita nazzjonali bir-rata tal-konverżjoni fil-jum tal-adeżjoni tagħha.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/790/KE (2), il-Polonja kienet awtorizzata, sal-31 ta' Diċembru 2012 u bħala deroga, li teżenta mill-VAT persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom mhuwiex ogħla mill-ekwivalenti ta' EUR 30 000 fil-munita nazzjonali bir-rata tal-konverżjoni fil-jum tal-adeżjoni tagħha (“il-miżura ta' deroga”). Il-miżura ta' deroga ġiet sussegwentement estiża permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/769/UE (3) sal-31 ta' Diċembru 2015 u permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1173 (4) sal-31 ta' Diċembru 2018.

(3)

F'ittra rreġistrata mal-Kummisjoni fl-1 ta' Ġunju 2016, il-Polonja talbet awtorizzazzjoni biex iżżid dak il-limitu minn EUR 30 000 għal EUR 40 000. Permezz ta' dik iż-żieda, għadd addizzjonali ta' negozji żgħar ħafna jistgħu jiġu eżentati minn ċerti obbligi, jew mill-obbligi kollha, fir-rigward tal-VAT stipulati fil-Kapitoli 2 sa 6 tat-Titolu XI tad-Direttiva 2006/112/KE. Għaldaqstant il-piż fuq l-awtoritajiet tat-taxxa fir-rigward tal-awditjar ta' negozji żgħar ħafna ser jonqos ukoll.

(4)

F'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra bit-talba magħmula mill-Polonja permezz ta' ittri datati t-22 ta' Settembru 2016. Permezz ta' ittra datata t-23 ta' Settembru 2016, il-Kummissjoni għarrfet lill-Polonja li hija kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tqis it-talba.

(5)

L-informazzjoni pprovduta mill-Polonja tindika li, 24 000 persuna taxxabbli addizzjonali jistgħu potenzjalment jagħmlu użu mill-miżura ta' deroga sabiex inaqqsu l-obbligi tal-VAT tagħhom. L-impatt baġitarju f'termini tad-dħul tal-VAT kien stmat mill-Polonja għal PLN 300 miljun.

(6)

Minħabba li l-iffissar ta' żieda fil-limitu ser inaqqas ulterjorment l-obbligi tal-VAT għal negozji żgħar ħafna u li dawk in-negozji xorta għadhom ikunu jistgħu jagħżlu l-arranġamenti normali tal-VAT f'konformità mal-Artikolu 290 tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Polonja għandha tiġi awtorizzata biex tapplika ż-żieda fil-limitu għall-perijodu ta' applikazzjoni li jifdal tad-Deċiżjoni 2009/790/KE, li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2018. Madankollu l-Artikoli 281 sa 294 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar skema speċjali għall-impriżi ż-żgħar huma soġġetti għal rieżami, u għaldaqstant, qabel dik id-data, tista' tidħol fis-seħħ direttiva li temenda dawk l-Artikoli.

(7)

Il-deroga mhux ser ikollha impatt fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li ġejjin mill-VAT peress li l-Polonja ser twettaq kalkolu ta' kumpens f'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 (5).

(8)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2009/790/KE tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni 2009/790/KE huma sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE, ir-Repubblika tal-Polonja hija awtorizzata li teżenta mill-VAT persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom mhuwiex ogħla mill-ekwivalenti ta' EUR 40 000 fil-munita nazzjonali bir-rata tal-konverżjoni fil-jum tal-adeżjoni tagħha.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sad-dħul fis-seħħ ta' Direttiva li temenda l-Artikoli 281 sa 294 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar skema speċjali għall-impriżi ż-żgħar, jew sal-31 ta' Diċembru 2018, skont liema minnhosm tiġi l-ewwel.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

P. PLAVČAN


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/790/KE tal-20 ta' Ottubru 2009 li tawtorizza lir-Repubblika tal-Polonja biex tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 283, 30.10.2009, p. 53).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/769/UE tal-4 ta' Diċembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2009/790/KE li tawtorizza lir-Repubblika tal-Polonja li tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 338, 12.12.2012, p. 27).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1173 tal-14 ta' Lulju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2009/790/KE li tawtorizza lir-Repubblika tal-Polonja biex tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 189, 17.7.2015, p. 36).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tas-29 ta' Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9).


30.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/9


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2091

tat-28 ta' Novembru 2016

biex id-diakrilat tal-eżametilen (eżan-1,6-diol diakrilat) (HDDA) ma jiġix identifikat bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna skont l-Artikolu 57(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2016) 7524)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 59(9) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 59(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, fl-24 ta' Awwissu 2015, l-Iżvezja ppreżentat dossier lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) skont l-Anness XV ta' dak ir-Regolament (“id-dossier tal-Anness XV”) għall-identifikazzjoni tad-diakrilat tal-eżametilen (eżan-1,6-diol diakrilat) (HDDA) (Nru KE 235-921-9, Nru CAS 13048-33-4) bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna skont l-Artikolu 57(f) ta' dak ir-Regolament. Min ressaq id-dossier qies li hemm evidenza xjentifika ta' probabbiltà ta' effetti serji għas-saħħa tal-bniedem minħabba l-proprjetajiet tal-HDDA ta' sensitizzazzjoni għall-ġilda li jagħti lok għal livell ta' tħassib ekwivalenti għal dak ikkawżati mis-sustanzi l-oħra elenkati fil-punti minn (a) sa (c) tal-Artikolu 57; l-aktar sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fil-kategorija 1A jew 1B tal-karċinoġeni, fil-kategorija 1A jew 1B tal-mutaġeniċità għaċ-ċelloli ġerminali, jew fil-kategorija 1A jew 1B tat-tossiċi għar-riproduzzjoni.

(2)

Fl-10 ta' Diċembru 2015, il-Kumitat tal-Istati Membri tal-Aġenzija (l-MSC) adotta l-opinjoni tiegħu (2) dwar id-dossier tal-Anness XV, wara l-approċċ ġenerali tal-Aġenzija għall-identifikazzjoni ta' sustanzi ta' tħassib serju ħafna skont l-Artikolu 57(f) (3). Fl-opinjoni tiegħu, l-MSC irrikonoxxa unanimament li hemm evidenza xjentifika li tissuġġerixxi li l-HDDA huwa sensitizzatur b'saħħtu tal-ġilda. Minkejja li l-maġġoranza tal-membri tal-MSC qiesu li l-HDDA jeħtieġ li jiġi identifikat bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna skont l-Artikolu 57(f) ta' dak ir-Regolament, l-MSC ma laħaqx qbil unanimu. Tliet membri astjenew mill-vot, filwaqt li disa' membri ma qablux li l-informazzjoni mogħtija fid-dossier tal-Anness XV kienet biżżejjed biex tikkostitwixxi livell ta' tħassib ekwivalenti għal dak ikkawżat mis-sustanzi l-oħra elenkati fil-punti minn (a) sa (e) tal-Artikolu 57. Fl-opinjoni tagħhom tal-minoranza, dawk id-disa' membri qalu li l-effetti tal-HDDA fuq is-saħħa tal-bniedem ma jistgħux jitqiesu bħala komparabbli għal dawk is-sustanzi li huma karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni, f'termini kemm ta' severità u ta' irriversibbiltà.

(3)

Fil-15 ta' Jannar 2016, skont l-Artikolu 59(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-MSC irrefera l-opinjoni tiegħu lill-Kummissjoni għal deċiżjoni dwar l-identifikazzjoni tal-HDDA bħala sustanza li dwarha hemm evidenza xjentifika li probabbli tikkawża effetti serji fuq is-saħħa tal-bniedem li jagħtu lok għal livell ta' tħassib ekwivalenti għas-sustanzi CMR (il-Kategorija 1A jew 1B) skont l-Artikolu 57(f) ta' dak ir-Regolament.

(4)

Il-Kummissjoni tinnota li l-klassifikazzjoni tal-HDDA bħala sensitizzatur tal-ġilda tal-kategorija 1 fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jimplika li l-HDDA u l-akrilati krossreattivi għandhom il-potenzjal li jikkawżaw effetti negattivi serji fuq il-ġilda. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li s-sensitizzazzjoni tal-ġilda mill-HDDA hija irriversibbli. Madankollu, għalkemm fil-każijiet dokumentati fid-dossier tal-Anness XV, ġew irrappurtati effetti negattivi moderatament serji u xi drabi serji ħafna fuq il-ġilda, fir-rapporti tal-każijiet ippubblikati kollha l-ħsara fuq il-ġilda sparixxiet kompletament wara t-tmiem tal-espożizzjoni, u dan ġara fil-parti l-kbira tal-każijiet fi żmien relattivament qasir. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-evidenza xjentifika ppreżentata fid-dossier tal-Anness XV ma turix li l-effetti serji probabbli tal-HDDA fuq is-saħħa huma ta' tħassib ekwivalenti għal dak mis-sustanzi li huma kklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni.

(5)

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizju għall-eżitu ta' kwalunkwe valutazzjoni li għaddejja jew futura fi ħdan l-Aġenzija jew fil-Kummissjoni ta' sustanzi sensitizzanti tal-ġilda fil-kuntest tal-Artikolu 57(f) u ma jippreġudikax il-potenzjal tal-identifikazzjoni bħall-SVHC.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-sustanza diakrilat tal-eżametilen (eżan-1,6-diol diakrilat) (HDDA) (Nru KE 235–921–9, Nru CAS 13048–33–4) mhix identifikata bħala sustanza li l-proprjetajiet ta' sensitizzazzjoni għall-ġilda jikkawżaw effetti fuq is-saħħa tal-bniedem li jagħtu lok għal livell ta' tħassib ekwivalenti skont l-Artikolu 57(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Elżbieta BIEŃKOWSKA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  http://echa.europa.eu/role-of-the-member-state-committee-in-the-authorisation-process/svhc-opinions-of-the-member-state-committee/-/substance-rev/12301/term

(3)  Identification of substances as SVHCs due to equivalent level of concern to CMRs (Article 57(f)) — sensitisers as an example

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1)


30.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/11


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2092

tat-28 ta' Novembru 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

(notifikata bid-dokument C(2016) 7569)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b'mod partikulari r-raba' subparagrafu tal-Artikolu 29(1) u 29(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 96/23/KE tistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ tas-sustanzi u tal-gruppi ta' residwi elenkati fl-Anness I tagħha. L-Artikolu 29 ta' dik id-Direttiva jeħtieġ li l-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw l-annimali u l-prodotti tal-annimali koperti minn dik id-Direttiva jissottomettu pjan ta' monitoraġġ tar-residwi li jipprovdi l-garanziji meħtieġa (“il-pjan”). Il-pjan jenħtieġ li mill-inqas japplika għall-gruppi ta' residwi u s-sustanzi elenkati f'dak l-Anness I.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (2) tapprova l-pjanijiet sottomessi minn ċerti pajjiżi terzi dwar l-annimali u l-prodotti tal-annimali speċifikati kif elenkati fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni.

(3)

Fid-dawl tal-pjanijiet li tressqu dan l-aħħar minn ċerti pajjiżi terzi u tal-informazzjoni addizzjonali miksuba mill-Kummissjoni minn dawk il-pajjiżi terzi, jeħtieġ li tiġi aġġornata l-lista tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw ċerti annimali u prodotti tal-annimali, kif stipulat fid-Direttiva 96/23/KE, kif huma elenkati attwalment fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE (“il-lista”).

(4)

Filwaqt li l-Emirati Għarab Magħquda ma pprovdewx pjan ta' monitoraġġ tar-residwi għall-akkwakultura prodotta domestikament, l-Emirati Għarab Magħquda pprovdew garanziji fir-rigward ta' materja prima tal-akkwakultura li toriġina mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi li huma approvati għall-esportazzjoni ta' din il-materja prima lejn l-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li tiżdied entrata fil-lista għall-Emirati Għarab Magħquda għall-akkwakultura bin-nota f'qiegħ il-paġna xierqa.

(5)

Il-Gambja fil-preżent hija inkluża fil-lista għall-akkwakultura. Madankollu, il-Gambja ma pprovdietx pjan kif meħtieġ mill-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE u ddikjarat li l-esportazzjoni lejn l-UE ma għadhiex isseħħ. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrata għal dak il-pajjiż terz li tikkonċerna l-akkwakultura titħassar mil-lista. Il-Gambja ġiet infurmata skont dan.

(6)

Il-Georgia ppreżentat pjan għall-għasel lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jagħti biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġi approvat. Għalhekk jenħtieġ li tiġi inkluża entrata fil-lista għall-Georgia għall-għasel.

(7)

Il-Kenja fil-preżent hija inkluża fil-lista għall-ħalib. Madankollu, il-Kenja ma pprovdietx pjan kif meħtieġ mill-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE u ddikjarat li l-ittestjar tar-residwi mhux qed jiġi mwettaq u mhux mistenni li jiġi implimentat fl-2016 u li l-esportazzjoni lejn l-UE ma setgħetx tibqa' sseħħ. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrata għal dak il-pajjiż terz li tikkonċerna l-ħalib titħassar mil-lista. Il-Kenja ġiet infurmata skont dan.

(8)

Il-Libanu fil-preżent huwa inkluż fil-lista għall-għasel. Madankollu, il-Libanu ma pprovdiex pjan kif meħtieġ mill-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrata għal dak il-pajjiż terz li tikkonċerna l-għasel titħassar mil-lista. Il-Libanu ġie infurmat skont dan.

(9)

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil għall-kummerċ, jenħtieġ li jiġi stabbilit perjodu ta' tranżizzjoni biex ikopri l-konsenji rilevanti mil-Libanu, li ġew iċċertifikati u mibgħuta lill-Unjoni qabel id-data ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(10)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Għall-perjodu ta' tranżizzjoni sal-1 ta' Frar 2017, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw il-konsenji ta' għasel mil-Libanu sakemm l-importatur ikun jista' juri li dawn il-konsenji jkunu ġew iċċertifikati u jkunu ntbagħtu lill-Unjoni qabel il-15 ta' Diċembru 2016 skont id-Deċiżjoni 2011/163/UE.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta' Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).


ANNESS

“ANNESS

Kodiċi tal-ISO2

Pajjiż

Bovini

Ovini/kaprini

Ħnieżer

Ekwini

Pollam

Akkwakultura

Ħalib

Bajd

Fniek

Annimali tal-kaċċa slavaġ

Annimali tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet

Għasel

AD

Andorra

X

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

X

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

 

 

 

 

 

X (3)

X (1)

 

 

 

 

 

AL

L-Albanija

 

X

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

AM

L-Armenja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

AR

L-Arġentina

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

AU

L-Awstralja

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

BA

Il-Bożnja-Ħerzegovina

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

 

X

BD

Il-Bangladesh

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BN

Il-Brunei

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BR

Il-Brażil

X

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

X

BW

Il-Botswana

X

 

 

X

 

 

 

 

 

 

X

 

BY

Il-Belarussja

 

 

 

X (2)

 

X

X

X

 

 

 

 

BZ

Il-Belize

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CA

Il-Kanada

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CH

L-Iżvizzera

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CL

Iċ-Ċilì

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

CM

Il-Kamerun

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

CN

Iċ-Ċina

 

 

 

 

X

X

 

X

X

 

 

X

CO

Il-Kolombja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CR

Il-Costa Rica

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CU

Kuba

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

DO

Ir-Repubblika Dominicana

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

EC

L-Ekwador

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ET

L-Etjopja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

FK

Il-Gżejjer Falkland

X

X

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

FO

Il-Gżejjer Faeroe

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

GE

Il-Georgia

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

GH

Il-Ghana

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

GL

Greenland

 

X

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

GT

Il-Gwatemala

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

HN

Il-Honduras

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ID

L-Indoneżja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

IL

Iżrael (7)

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

X

X

IN

L-Indja

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

X

IR

L-Iran

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

JM

Il-Ġamajka

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

JP

Il-Ġappun

X

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

KE

Il-Kenja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

KG

Il-Kirgiżistan

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

KR

Il-Korea t'Isfel

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

LK

Is-Sri Lanka

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MA

Il-Marokk

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

MD

Il-Moldova

 

 

 

 

X

X

 

X

 

 

 

X

ME

Il-Montenegro

X

X

X

 

X

X

 

X

 

 

 

X

MG

Madagascar

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

MK

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (4)

X

X

X

 

X

X

X

X

 

X

 

X

MM

Ir-Repubblika tal-Unjoni tal-Myanmar

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MU

Mauritius

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MX

Il-Messiku

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

X

MY

Il-Malasja

 

 

 

 

X (3)

X

 

 

 

 

 

 

MZ

Il-Mozambique

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

NA

In-Namibja

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

NC

New Caledonia

X (3)

 

 

 

 

X

 

 

 

X

X

X

NI

In-Nikaragwa

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

NZ

New Zealand

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

PA

Il-Panama

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PE

Il-Perù

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PH

Il-Filippini

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PM

Saint Pierre u Miquelon

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

PN

Il-Gżejjer Pitcairn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

PY

Il-Paragwaj

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

RS

Is-Serbja (5)

X

X

X

X (2)

X

X

X

X

 

X

 

X

RU

Ir-Russja

X

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X (6)

X

RW

Ir-Rwanda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SA

L-Arabja Sawdija

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SG

Singapore

X (3)

X (3)

X (3)

X (8)

X (3)

X

X (3)

 

 

X (8)

X (8)

 

SM

San Marino

X

 

X (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SR

Is-Suriname

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SV

El Salvador

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SZ

Is-Swaziland

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TH

It-Tajlandja

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

X

TN

It-Tuneżija

 

 

 

 

X

X

 

 

 

X

 

 

TR

It-Turkija

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

 

X

TW

It-Tajwan

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

TZ

It-Tanzanija

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

UA

L-Ukrajna

X

 

X

 

X

X

X

X

 

 

 

X

UG

L-Uganda

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

US

L-Istati Uniti

X

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

UY

L-Urugwaj

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

 

X

VE

Il-Venezwela

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

VN

Il-Vjetnam

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

ZA

L-Afrika t'Isfel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

ZM

Iż-Żambja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

ZW

Iż-Żimbabwe

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 


(1)  Il-ħalib tal-iġmla biss.

(2)  L-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta' ekwidi ħajjin għat-tbiċċir (annimali li jipproduċu l-ikel biss).

(3)  Pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħrajn li jkunu approvati għall-importazzjoni ta' din il-materja prima lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2.

(4)  L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż se tiġi miftiehma wara n-negozjati attwali fil-livell tan-NU.

(5)  Il-Kosovo mhux inkluż (dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo).

(6)  Għar-renni mir-reġjuni ta' Murmansk u Yamalo-Nenets biss.

(7)  Minn hawn 'il quddiem mifhum bħala l-Istat ta' Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji li jinsabu taħt l-amministrazzjoni ta' Iżrael minn Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet ta' Golan, l-Istrixxa ta' Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.

(8)  Għall-prodotti bażiċi ta' laħam frisk li joriġinaw minn New Zealand biss, li jkunu ddestinati għall-Unjoni, u li jitħattu u jitgħabbew mill-ġdid u jgħaddu minn Singapore, kemm jekk jinħażnu hemm, kif ukoll jekk le.”


30.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/18


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2093

tad-29 ta' Novembru 2016

dwar deroga fir-rigward tad-data ta' applikazzjoni tas-sistema tal-esportaturi reġistrati dwar l-esportazzjonijiet minn pajjiżi u territorji extra-Ewropej

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar Assoċjazzjoni Extra-Ewropea”) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 63 tal-Anness VI tagħha,

Billi:

(1)

B'konformità mal-Anness VI tad-Deċiżjoni 2013/755/UE, il-proċedura l-ġdida għaċ-ċertifikazzjoni tal-oriġini u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, is-sistema tal-Esportaturi Reġistrati (REX), se tapplika mill-1 ta' Jannar 2017. Is-sistema preżenti ta' ċertifikazzjoni u kooperazzjoni amministrattiva tapplika sal-31 ta' Diċembru 2016.

(2)

Il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (OCTs) elenkati fl-Anness II tat-Trattat ilkoll indirizzaw ittra lill-Kummissjoni fejn iddikjaraw li huma ma humiex lesti li jibdew japplikaw ir-REX mill-1 ta' Jannar 2017 u talbu li s-sistema tiġi applikata minn data iktar tard. L-ittri kollha jindikaw li l-OCTs se jkunu f'pożizzjoni li jistgħu japplikaw is-sistema REX mill-1 ta' Jannar 2020.

(3)

B'konsiderazzjoni ta' dawn it-talbiet u biex l-OCTs ikollhom biżżejjed żmien jippreparaw biex ikunu f'pożizzjoni li japplikaw is-sistema REX, jixraq li tingħata deroga mis-sistema tal-esportaturi reġistrati lil dawk l-OCTs u biex ikunu jistgħu japplikaw l-Artikoli 21 sa 35 u l-Artikoli 54, 55 u 56 tal-Anness VI tad-Deċiżjoni 2013/755/UE wara l-1 ta' Jannar 2017.

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Permezz ta' deroga mis-sistema tal-esportaturi reġistrati, l-OCTs elenkati fl-Anness II tat-Trattat jistgħu jkomplu japplikaw l-Artikoli 21 sa 35 u l-Artikoli 54, 55 u 56 tal-Anness VI tad-Deċiżjoni 2013/755/UE sal-31 ta' Diċembru 2019.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1.