ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 321

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
29 ta' Novembru 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2079 tad-29 ta' Settembru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra

1

 

 

Ftehim ta' Sħubija dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra

3

 

*

Emenda għall-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta' oġġetti ta' merkanzija li jaqgħu taħt il-Carnets TIR (Konvenzjoni TIR, 1975)

31

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 tal-25 ta' Novembru 2016 dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti

45

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2081 tat-28 ta' Novembru 2016 li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u prodott minn Yuanping Changyuan Chemicals Co. Ltd

48

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2082 tat-28 ta' Novembru 2016 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja

53

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2083 tat-28 ta' Novembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine)

55

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2084 tal-10 ta' Ġunju 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38132 (2015/C) (ex 2014/NN) — Kumpens PSO għall-Arfea (notifikata bid-dokument C(2016) 3472)  ( 1 )

57

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2085 tat-28 ta' Novembru 2016 dwar ċertu miżuri protettivi interim marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fin-Netherlands (notifikata bid-dokument C(2016) 7851)

76

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2086 tat-28 ta' Novembru 2016 dwar ċertu miżuri protettivi interim marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fl-Iżvezja (notifikata bid-dokument C(2016) 7852)

80

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

29.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/2079

tad-29 ta' Settembru 2016

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207 u l-Artikolu 212(1), flimkien mal-Artikolu 218(5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mill-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-25 ta' Ġunju 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà biex jiftħu negozjati ma' New Zealand dwar Ftehim Qafas li jissostitwixxi d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar ir-relazzjonijiet u l-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand tal-21 ta' Settembru 2007.

(2)

In-negozjati dwar il-Ftehim ta' Sħubija dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim”) ġew konklużi b'suċċess fit-30 ta' Lulju 2014. Il-Ftehim jirrifletti kemm ir-relazzjoni storikament viċina u r-rabtiet dejjem iktar b'saħħithom li qegħdin jiżviluppaw bejn il-Partijiet, kif ukoll ix-xewqa tagħhom li jsaħħu u jestendu iktar r-relazzjonijiet tagħhom b'mod ambizzjuż u innovattiv.

(3)

L-Artikolu 58 tal-Ftehim jipprevedi li l-Unjoni u New Zealand jistgħu japplikaw b'mod proviżorju ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim, determinati reċiprokament miż-żewġ Partijiet, sakemm dan jidħol fis-seħħ.

(4)

Il-Ftehim għandu għalhekk jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni u xi wħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu għandhom jiġu applikati fuq bażi proviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra, huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Sakemm jidħol fis-seħħ, f'konformità mal-Artikolu 58 tal-Ftehim u soġġett għan-notifiki previsti fih, id-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim għandhom jiġu applikati b'mod proviżorju bejn l-Unjoni u New Zealand iżda biss sa fejn ikopru kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni, inklużi kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni biex jiddefinixxu u jimplimentaw politika estera u ta' sigurtà komuni (1):

Artikolu 3: (Djalogu),

Artikolu 4: (Kooperazzjoni f'organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali),

Artikolu 5: (Djalogu politiku),

Artikolu 53 (Kumitat Konġunt), bl-eċċezzjoni tal-punti (g) u (h) tal-paragrafu 3 tiegħu, u

Titolu X (Dispożizzjonijiet finali), bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 57 u l-Artikolu 58(1) u (3), sa fejn hu meħtieġ biex tiġi żgurata l-applikazzjoni proviżorja tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim imsemmi f'dan l-Artikolu.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

P. ŽIGA


(1)  Id-data li minnha ser jiġu applikati b'mod proviżorju d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim imsemmi fl-Artikolu 2, ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


29.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/3


FTEHIM TA' SĦUBIJA

dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”,

u

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

IR-RENJU TAN-NETHERLANDS,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Istati Membri”,

minn naħa waħda, u

NEW ZEALAND,

min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Partijiet”,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-valuri komuni tagħhom u r-rabtiet stretti storiċi, politiċi, ekonomiċi u kulturali tagħhom,

FILWAQT LI JILQGĦU l-progress li sar fl-iżvilupp tar-relazzjoni reċiprokament benefika tagħhom sa mill-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand fil-21 ta' Settembru 2007,

FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-impenn tagħhom lejn l-għanijiet u l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti (“il-Karta tan-NU”) u għat-tisħiħ tar-rwol tan-Nazzjonijiet Uniti (“NU”),

FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-impenn tagħhom lejn il-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem, kif stipulati fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u strumenti internazzjonali rilevanti oħrajn dwar id-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll mal-prinċipji tal-istat tad-dritt u l-governanza tajba,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-impenn partikolari tal-Gvern ta' New Zealand lejn il-prinċipji tat-Trattat ta' Waitangi,

FILWAQT LI JENFASIZZAW in-natura komprensiva tar-relazzjoni tagħhom u l-importanza li jingħata qafas koerenti biex jiġi promoss l-iżvilupp ta' din ir-relazzjoni,

FILWAQT LI JESPRIMU r-rieda komuni tagħhom biex jelevaw ir-relazzjonijiet tagħhom lejn sħubija msaħħa,

FILWAQT LI JIKKONFERMAW ix-xewqa tagħhom li jintensifikaw u jiżviluppaw id-djalogu politiku u l-kooperazzjoni tagħhom,

DETERMINATI li jikkonsolidaw, japprofondixxu u jiddiversifikaw il-kooperazzjoni f'oqsma ta' interess reċiproku, fil-livelli bilaterali, reġjonali u globali u għall-benefiċċju reċiproku tagħhom,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-ħtieġa għal kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU x-xewqa tagħhom li jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli fid-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tiegħu;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU WKOLL l-interess komuni tagħhom fil-promozzjoni ta' fehim reċiproku u rabtiet b'saħħithom bejn in-nies, inkluż permezz tat-turiżmu, arranġamenti reċiproċi li jippermettu liż-żgħażagħ iżuru pajjiżi oħra u jaħdmu jew jistudjaw, u żjarat qosra oħra,

FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-impenn qawwi tagħhom biex jippromwovu t-tkabbir ekonomiku, il-governanza ekonomika globali, l-istabbiltà finanzjarja u multilateraliżmu effettiv,

FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-impenn tagħhom li jikkooperaw fil-promozzjoni tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali,

FILWAQT LI JIBNU fuq il-ftehimiet konklużi bejn l-Unjoni u New Zealand, b'mod partikolari b'rabta mal-ġestjoni tal-kriżijiet, ix-xjenza u t-teknoloġija, is-servizzi tal-ajru, il-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità u l-miżuri sanitarji,

FILWAQT LI JINNUTAW li fil-każ li l-Partijiet jiddeċiedu, fil-qafas ta' dan il-Ftehim, li jidħlu fi ftehimiet speċifiċi fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja li kellhom jiġu konklużi mill-Unjoni skont Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-dispożizzjonijiet ta' tali ftehimiet futuri ma jorbtux lir-Renju Unit u/jew l-Irlanda sakemm l-Unjoni, fl-istess ħin mar-Renju Unit u/jew l-Irlanda fir-rigward tar-relazzjonijiet bilaterali preċedenti tagħhom, ma tinnotifikax lil New Zealand li r-Renju Unit u/jew l-Irlanda intrabat/intrabtu minn tali ftehimiet bħala parti mill-Unjoni b'konformità mal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. B'mod simili, kull miżura sussegwenti interna tal-Unjoni li jkollha tiġi adottata skont l-imsemmi Titolu V biex jiġi implimentat dan il-Ftehim, ma torbotx lir-Renju Unit u/jew lill-Irlanda sakemm dawn ma jkunux innotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem jew li jaċċettaw tali miżuri b'konformità mal-Protokoll Nru 21. Filwaqt li jinnutaw ukoll li tali ftehimiet futuri jew tali miżuri interni sussegwenti tal-UE jkunu jaqgħu taħt il-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka annessa ma' dawk it-Trattati,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għan tal-Ftehim

L-għan ta' dan il-Ftehim huwa li tiġi stabbilita sħubija msaħħa bejn il-Partijiet u li tiġi approfondita u msaħħa l-kooperazzjoni fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' interess reċiproku, li jirrefletti valuri kondiviżi u prinċipji komuni, inkluż permezz tal-intensifikazzjoni ta' djalogu f'livell għoli.

Artikolu 2

Bażi għall-kooperazzjoni

1.   Il-Partijiet jaffirmaw mill-ġdid l-impenn tagħhom lejn il-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u l-istat tad-dritt u l-governanza tajba.

Ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kif stipulat fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u strumenti internazzjonali rilevanti oħrajn dwar id-drittijiet tal-bniedem, u għall-prinċipju tal-istat tad-dritt, jirfed il-politiki domestiċi u internazzjonali tal-Partijiet u jikkostitwixxi element essenzjali ta' dan il-Ftehim.

2.   Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom lejn il-Karta tan-NU u lejn il-valuri kondiviżi espressi fiha.

3.   Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom favur il-promozzjoni tal-iżvilupp u t-tkabbir sostenibbli fid-dimensjonijiet kollha tagħhom, li jikkontribwixxu għall-kisba ta' għanijiet ta' żvilupp maqbula internazzjonalment u li jikkooperaw biex jindirizzaw sfidi ambjentali globali, inkluż it-tibdil fil-klima.

4.   Il-Partijiet jenfasizzaw l-impenn komuni tagħhom favur in-natura komprensiva tar-relazzjoni bilaterali tagħhom u li jwessgħu u japprofondixxu din ir-relazzjoni inkluż permezz tal-konklużjoni ta' ftehimiet jew arranġamenti speċifiċi.

5.   L-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji tad-djalogu, ir-rispett reċiproku, is-sħubija ugwali, il-kunsens u r-rispett għad-dritt internazzjonali.

Artikolu 3

Djalogu

1.   Il-Partijiet jaqblu li jsaħħu d-djalogu regolari tagħhom fl-oqsma kollha koperti b'dan il-Ftehim bil-ħsieb li jilħqu l-għan tiegħu.

2.   Id-djalogu bejn il-Partijiet għandu jseħħ permezz ta' kuntatti, skambji u konsultazzjonijiet fi kwalunkwe livell, b'mod partikolari fil-forom li ġejjin:

(a)

laqgħat fil-livell tal-mexxejja, li għandhom isiru regolarment, kull meta l-Partijiet iqisuh neċessarju;

(b)

konsultazzjonijiet u żjarat f'livell ministerjali, li għandhom isiru f'tali okkażjonijiet u postijiet kif determinat mill-Partijiet;

(c)

konsultazzjonijiet fil-livell ta' ministri tal-affarijiet barranin, li għandhom isiru regolarment, meta possibli kull sena;

(d)

laqgħat fil-livell ta' uffiċjali għolja għall-konsultazzjonijiet rigward kwistjonijiet ta' interess reċiproku jew ta' laqgħat ta' informazzjoni u kooperazzjoni dwar żviluppi domestiċi jew internazzjonali maġġuri;

(e)

djalogi settorjali dwar kwistjonijiet ta' interess komuni; u

(f)

skambji ta' delegazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Parlament ta' New Zealand.

Artikolu 4

Kooperazzjoni f'organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali

Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jikkooperaw billi jiskambjaw fehmiet dwar kwistjonijiet ta' politika li huma ta' interess reċiproku, u, fejn xieraq, li jiskambjaw informazzjoni dwar il-pożizzjonijiet f'fora u f'organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali.

TITOLU II

DJALOGU POLITIKU U KOOPERAZZJONI DWAR POLITIKA ESTERA U KWISTJONIJIET TA' SIGURTÀ

Artikolu 5

Djalogu politiku

Il-Partijiet jaqblu li jsaħħu d-djalogu politiku regolari tagħhom fil-livelli kollha, speċjalment bil-għan li jiddiskutu kwistjonijiet ta' interess komuni koperti b'dan it-Titolu u li jsaħħu l-approċċ komuni tagħhom għal kwistjonijiet internazzjonali. Il-Partijiet jaqblu li għall-finijiet ta' dan it-Titolu t-terminu “djalogu politiku” għandu jfisser skambji u konsultazzjonijiet, kemm formali jew informali, fi kwalunkwe livell tal-gvern.

Artikolu 6

Impenn favur il-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt

Fl-interess tal-avvanz tal-impenn komuni tal-Partijiet favur il-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, il-Partijiet jaqblu li:

(a)

jippromwovu l-prinċipji fundamentali rigward il-valuri demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, inkluż f'fora multilaterali; u

(b)

fejn xieraq, jikkollaboraw u jikkoordinaw fir-rigward tal-avvanz prattiku tal-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, inkluż f'pajjiżi terzi.

Artikolu 7

Ġestjoni tal-kriżijiet

Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jippromwovu l-paċi u s-sigurtà internazzjonali inkluż, fost l-oħrajn, permezz tal-Ftehim bejn New Zealand u l-Unjoni Ewropea li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta' New Zealand f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-ġestjoni tal-kriżijiet, iffirmat fi Brussell fit-18 ta' April 2012.

Artikolu 8

Ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva

1.   Il-Partijiet jikkunsidraw li l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva (“AQM”) u s-sistemi ta' kunsinna tagħhom, kemm għand atturi statali kif ukoll mhux statali, tirrappreżenta waħda mill-akbar theddidiet serji għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali. Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom biex fuq livell nazzjonali jikkonformaw mal-obbligi eżistenti tagħhom taħt trattati u ftehimiet internazzjonali ta' diżarmament u ta' nonproliferazzjoni u ma' obbligi internazzjonali oħrajn rilevanti, u jimplimentawhom kompletament. Il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw u jikkontribwixxu fil-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-AQM u s-sistemi ta' kunsinna tagħhom. Il-Partijiet jaqblu li din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi element essenzjali ta' dan il-Ftehim.

2.   Barra minn hekk, il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw u jikkontribwixxu fil-prevenzjoni tal-proliferazzjoni tal-AQM u s-sistemi ta' kunsinna tagħhom billi:

(a)

jieħdu passi, kif opportun, biex jiffirmaw, jirratifikaw, jew jaderixxu għal, u jimplimentaw kompletament kull strument internazzjonali rilevanti ieħor;

(b)

iżommu sistema effettiva ta' kontrolli fuq l-esportazzjonijiet nazzjonali, li tikkontrolla l-esportazzjoni kif ukoll it-tranżitu tal-prodotti relatati mal-AQM, inkluż il-kontroll tal-użu aħħari tal-AQM fuq it-teknoloġiji b'użu doppju, u li tinkludi sanzjonijiet effettivi għall-ksur tal-kontrolli fuq l-esportazzjoni.

3.   Il-Partijiet jaqblu li jistabbilixxu djalogu politiku regolari fuq dawn il-kwistjonijiet.

Artikolu 9

Armi ħfief u ta' kalibru żgħir

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-manifattura, it-trasferiment u ċ-ċirkolazzjoni illegali ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir (SALW), inkluż il-munizzjon tagħhom, u l-akkumulazzjoni eċċessiva tagħhom, il-ġestjoni ħażina, il-ħażniet li mhumiex adegwatament siguri, u t-tixrid mhux ikkontrollat tagħhom, ikomplu joħolqu theddida serja għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali.

2.   Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li josservaw u jimplimentaw kompletament l-obbligi rispettivi tagħhom sabiex jindirizzaw il-kummerċ illegali ta' SALW, inkluż il-munizzjon tagħhom, skont ftehimiet internazzjonali eżistenti u riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (“KSNU”), kif ukoll l-impenji tagħhom fil-qafas ta' strumenti internazzjonali oħrajn applikabbli f'dan il-qasam, bħall-Programm ta' Azzjoni tan-NU għall-Prevenzjoni, il-Ġlieda u l-Qerda tal-Kummerċ Illegali ta' Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir fl-Aspetti Kollha Tiegħu.

3.   Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jikkooperaw u jiżguraw il-koordinazzjoni u l-komplementarjetà fl-isforzi tagħhom biex jindirizzaw il-kummerċ illegali ta' SALW, inkluż il-munizzjon tagħhom, fil-livelli globali, reġjonali, sottoreġjonali u nazzjonali u jaqblu li jistabbilixxu djalogu politiku regolari dwar dawn il-kwistjonijiet.

Artikolu 10

Qorti Kriminali Internazzjonali

1.   Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid li l-aktar reati serji ta' tħassib għall-komunità internazzjonali b'mod ġenerali ma jistgħux ma jiġux puniti u li l-prosekuzzjoni tagħhom għandha tiġi żgurata permezz ta' miżuri fil-livell domestiku jew internazzjonali, inkluż permezz tal-Qorti Kriminali Internazzjonali.

2.   Bil-promozzjoni tat-tisħiħ tal-paċi u tal-ġustizzja internazzjonali, il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid id-determinazzjoni tagħhom biex:

(a)

jieħdu passi biex jimplimentaw l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (“L-Istatut ta' Ruma”) u, kif xieraq, l-istrumenti relatati;

(b)

jaqsmu l-esperjenza ma' sħab reġjonali dwar l-adozzjoni tal-aġġustamenti legali meħtieġa sabiex jippermettu r-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Istatut ta' Ruma; u

(c)

jikkooperaw biex imexxu 'l quddiem l-għan tal-universalità u l-integrità tal-Istatut ta' Ruma.

Artikolu 11

Kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

1.   Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-importanza tal-ġlieda kontra t-terroriżmu b'rispett sħiħ lejn l-istat tad-dritt, id-dritt internazzjonali, b'mod partikolari l-Karta tan-NU u r-riżoluzzjonijiet tal-KSNU rilevanti, il-liġi dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-liġi dwar ir-refuġjati u l-liġi umanitarja internazzjonali.

2.   F'dan il-qafas u, filwaqt li jittieħed kont tal-Istrateġija Globali tan-NU kontra t-Terroriżmu, li tinsab fir-Riżoluzzjoni 60/288 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tat-8 ta' Settembru 2006, il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw fil-prevenzjoni u t-trażżin tat-terroriżmu, b'mod partikolari, kif ġej:

(a)

fil-qafas tal-implimentazzjoni sħiħa tar-Riżoluzzjonijiet tal-KSNU 1267, 1373 u 1540 u ta' riżoluzzjonijiet tan-NU u ta' strumenti internazzjonali applikabbli oħra;

(b)

bl-iskambju ta' informazzjoni dwar gruppi terroristiċi u n-netwerks tagħhom li jappoġġawhom f'konformità mal-liġijiet internazzjonali u nazzjonali applikabbli;

(c)

bl-iskambju ta' fehmiet dwar:

(i)

mezzi u metodi użati sabiex jiġi miġġieled it-terroriżmu, inkluż f'oqsma tekniċi u taħriġ;

(ii)

il-prevenzjoni tat-terroriżmu; u

(iii)

l-aħjar prattika fir-rigward tal-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem fil-ġlieda kontra t-terroriżmu;

(d)

billi jikkooperaw sabiex japprofondixxu l-kunsens internazzjonali dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-qafas normattiv tiegħu u billi jaħdmu lejn ftehim dwar il-Konvenzjoni Komprensiva dwar it-Terroriżmu Internazzjonali mill-aktar fis possibbli sabiex jikkomplimenta l-istrumenti eżistenti tan-NU kontra t-terroriżmu; u

(e)

billi jippromwovu l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri tan-NU biex jimplimentaw b'mod effettiv l-Istrateġija Globali Kontra t-Terroriżmu tan-NU bil-mezzi kollha xierqa.

3.   Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom favur l-istandards internazzjonali stabbiliti mit-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (“FATF”) biex jiġi miġġieled il-finanzjament tat-terroriżmu.

4.   Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jaħdmu flimkien sabiex jipprovdu assistenza għall-bini ta' kapaċità kontra t-terroriżmu lil stati oħrajn li jeħtieġu riżorsi u għarfien espert biex jimpedixxu u jirrispondu għal attivitajiet terroristiċi, inkluż fil-kuntest tal-Forum Globali Kontra t-Terroriżmu (GCTF).

TITOLU III

KOOPERAZZJONI DWAR L-IŻVILUPP GLOBALI U L-GĦAJNUNA UMANITARJA

Artikolu 12

Żvilupp

1.   Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jappoġġaw l-iżvilupp sostenibbli f'pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp sabiex inaqqsu l-faqar u jikkontribwixxu għal dinja iktar sigura, ekwa u għanja.

2.   Il-Partijiet jirrikonoxxu l-valur li jaħdmu flimkien biex jiżguraw li l-attivitajiet ta' żvilupp ikollhom impatt, medda u influenza ikbar, inkluż fil-Paċifiku.

3.   Għal dan l-għan, il-Partijiet jaqblu li:

(a)

jiskambjaw fehmiet u, fejn xieraq, jikkoordinaw pożizzjonijiet dwar kwistjonijiet ta' żvilupp f'fora reġjonali u internazzjonali sabiex jippromwovu t-tkabbir inklussiv u sostenibbli għall-iżvilupp uman; u

(b)

jiskambjaw informazzjoni dwar il-programmi ta' żvilupp rispettivi tagħhom u, fejn xieraq, jikkoordinaw l-involviment fil-pajjiż biex iżidu l-impatt tagħhom fuq l-iżvilupp sostenibbli u l-qerda tal-faqar.

Artikolu 13

Għajnuna Umanitarja

Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn komuni tagħhom favur l-għajnuna umanitarja u għandhom jagħmlu ħilithom biex joffru risponsi koordinati kif opportun.

TITOLU IV

KOOPERAZZJONI DWAR KWISTJONIJIET EKONOMIĊI U KUMMERĊJALI

Artikolu 14

Djalogu dwar kwistjonijiet ekonomiċi, kummerċjali u ta' investiment

1.   Il-Partijiet huma impenjati favur id-djalogu u l-kooperazzjoni f'oqsma relatati mal-ekonomija, il-kummerċ u l-investiment sabiex jiffaċilitaw il-kummerċ bilaterali u l-flussi tal-investiment. Fl-istess waqt, filwaqt li jirrikonoxxu l-importanza li dan isir permezz ta' sistema kummerċjali multilaterali bbażata fuq ir-regoli, il-Partijiet jaffermaw l-impenn tagħhom li jaħdmu flimkien fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“WTO”) sabiex jiksbu iktar liberalizzazzjoni tal-kummerċ.

2.   Il-Partijiet jaqblu li jippromwovu l-iskambju ta' informazzjoni u l-kondiviżjoni ta' esperjenzi dwar il-politiki u x-xejriet makroekonomiċi rispettivi tagħhom, inkluż l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi fil-kuntest tal-kooperazzjoni ekonomika u integrazzjoni reġjonali.

3.   Il-Partijiet għandhom ifittxu li jkollhom djalogu sostantiv immirat li jippromwovi l-kummerċ tal-merkanzija, inklużi prodotti bażiċi agrikoli u oħrajn, ta' materja prima,ta' prodotti manifatturati u ta' prodotti b'valur miżjud għoli. Il-Partijiet jirrikonoxxu li approċċ trasparenti msejjes fuq is-suq huwa l-aħjar mod li bih jinħoloq ambjent li jiffavorixxi l-investiment fil-produzzjoni u l-kummerċ ta' tali prodotti u biex jiġu promossi l-allokazzjoni u l-użu effiċjenti tagħhom.

4.   Il-Partijiet għandhom ifittxu li jkollhom djalogu sostantiv immirat li jippromwovi l-kummerċ bilaterali fis-servizzi u li jiġu skambjati l-informazzjoni u l-esperjenzi dwar l-ambjenti superviżorji rispettivi tagħhom. Il-Partijiet jaqblu wkoll li jsaħħu l-kooperazzjoni bil-ħsieb li jtejbu l-kontabbiltà, l-awditjar, is-sistemi superviżorji u regolatorji fis-settur bankarju, fis-settur tal-assigurazzjoni u f'partijiet oħra tas-settur finanzjarju.

5.   Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta' ambjent attraenti u stabbli għall-investiment reċiproku permezz ta' djalogu mmirat lejn it-tisħiħ tal-fehim reċiproku u tal-kooperazzjoni fi kwistjonijiet marbuta mal-investiment, l-esplorazzjoni ta' mekkaniżmi biex jiffaċilitaw il-flussi tal-investiment, u t-trawwim ta' regoli stabbli, trasparenti u miftuħa għall-investituri.

6.   Il-Partijiet għandhom iżommu lil xulxin infurmati rigward l-iżvilupp tal-kummerċ bilaterali u internazzjonali, aspetti relatati mal-investiment u l-kummerċ ta' politiki oħrajn, inklużi l-approċċi tal-politiki tagħhom lejn il-ftehimiet ta' kummerċ ħieles (“FTAs”) u l-aġendi u kwistjonijiet regolatorji relatati mal-FTA rispettivi, b'impatt potenzjali fuq il-kummerċ u l-investiment bilaterali.

7.   Tali djalogu u kooperazzjoni dwar il-kummerċ u l-investiment se jiġu segwiti permezz ta', fost l-oħrajn:

(a)

djalogu annwali rigward il-politika kummerċjali fil-livell ta' uffiċjali għolja, ikkumplementat minn laqgħat ministerjali dwar il-kummerċ, meta jiddeċiedu l-Partijiet;

(b)

djalogu annwali dwar il-kummerċ agrikolu; u

(c)

skambji settorjali oħra, meta jiddeċiedu l-Partijiet.

8.   Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jikkooperaw sabiex jiżguraw il-kondizzjonijiet għal iżjed kummerċ u investiment bejniethom, u l-promozzjoni tagħhom, inkluż permezz tan-negozjar ta' ftehimiet ġodda, fejn fattibli.

Artikolu 15

Kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji

1.   Il-Partijiet jaqblu li jsaħħu l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji (“SPS”) fil-qafas tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Applikazzjoni ta' Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji u l-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius, l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (“OIE”) u l-organizzazzjonijiet rilevanti internazzjonali u reġjonali li jaħdmu fil-qafas tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti (“IPPC”). Din il-kooperazzjoni għandu jkollha l-għan li ttejjeb il-fehim reċiproku tal-miżuri SPS tal-Parti l-oħra u biex tiffaċilita l-kummerċ bejn il-Partijiet, u tista' tinkludi:

(a)

il-kondiviżjoni ta' informazzjoni;

(b)

l-applikazzjoni ta' rekwiżiti tal-importazzjoni għat-territorju sħiħ tal-Parti l-oħra;

(c)

it-twettiq ta' verifika tas-sistemi ta' spezzjoni u ċertifikazzjoni kollha jew parti minnhom tal-awtoritajiet tal-Parti l-oħra, b'konformità mal-istandards rilevanti internazzjonali tal-Codex Alimentarius, l-OIE u l-IPPC dwar il-valutazzjoni ta' tali sistemi; u

(d)

ir-rikonoxximent ta' żoni ħielsa mill-pesti u l-mard, u żoni bi prevalenza baxxa ta' pesti jew mard.

2.   Għal dak il-għan, il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jagħmlu użu sħiħ mill-istrumenti eżistenti, bħall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar miżuri sanitarji applikabbli għall-kummerċ f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali, iffirmat fi Brussell fis-17 ta' Diċembru 1996, u li jikkooperaw f'forum bilaterali adattat dwar kwistjonijiet SPS oħrajn mhux koperti minn dak il-Ftehim.

Artikolu 16

Trattament xieraq tal-annimali

Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid ukoll l-importanza li jżommu l-fehim reċiproku u l-kooperazzjoni tagħhom dwar kwistjonijiet ta' trattament xieraq tal-annimali, u se jkomplu jaqsmu l-informazzjoni u jikkooperaw fil-Forum tal-Kummissjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali u l-awtoritajiet kompetenti ta' New Zealand u li jaħdmu mill-qrib flimkien fl-OIE fuq dawn il-kwistjonijiet.

Artikolu 17

Ostakoli tekniċi għall-kummerċ

1.   Il-Partijiet għandhom il-fehma komuni li kompattibbiltà ikbar tal-istandards, ir-regolamenti tekniċi u l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità hija element ewlieni fl-iffaċilitar tal-kummerċ tal-merkanzija.

2.   Il-Partijiet jirrikonoxxu l-interess reċiproku tagħhom li jitnaqqsu l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ, u għal dan il-għan jaqblu li jikkooperaw fil-qafas tal-Ftehim dwar l-Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ tad-WTO u permezz tal-Ftehim dwar għarfien reċiproku b'relazzjoni mal-istima ta' konformità bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand, iffirmat f'Wellington fil-25 ta' Ġunju 1998.

Artikolu 18

Politika dwar il-kompetizzjoni

Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jippromwovu l-kompetizzjoni fl-attivitajiet ekonomiċi permezz tal-liġijiet u r-regolamenti dwar il-kompetizzjoni rispettivi tagħhom. Il-Partijiet jaqblu li jaqsmu informazzjoni dwar il-politika tal-kompetizzjoni u kwistjonijiet relatati u li jsaħħu l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tagħhom.

Artikolu 19

Akkwist mill-gvern

1.   Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom favur oqfsa tal-akkwist mill-gvern miftuħa u trasparenti li, konsistenti mal-obbligi internazzjonali tagħhom, jippromwovu valur tajjeb għall-flus, swieq kompetittivi, u prattiki ta' xiri nondiskriminatorji u b'hekk jissaħħaħ il-kummerċ bejn il-Partijiet.

2.   Il-Partijiet jaqblu li jkomplu jsaħħu l-konsultazzjoni, il-kooperazzjoni u l-iskambji ta' esperjenza u l-aħjar prattiki tagħhom fil-qasam tal-akkwist mill-gvern fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' interess reċiproku, inkluż dwar l-oqfsa regolatorji rispettivi tagħhom.

3.   Il-Partijiet jaqblu li jesploraw modi biex ikomplu jippromwovu l-aċċess għas-swieq ta' xulxin f'dak li jirrigwarda l-akkwist mill-gvern u jiskambjaw fehmiet dwar miżuri u prattiki li jistgħu jaffetwaw b'mod ħażin il-kummerċ tal-akkwist bejniethom.

Artikolu 20

Materja prima

1.   Il-Partijiet se jsaħħu l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-materja prima permezz tad-djalogu bilaterali jew f'kuntesti plurilaterali rilevanti jew istituzzjonijiet internazzjonali, fuq talba ta' Parti minnhom. B'mod partikolari, din il-kooperazzjoni għandha timmira lejn it-tneħħija tal-ostakoli għall-kummerċ fil-materja prima, it-tisħiħ ta' qafas globali bbażat fuq ir-regoli għall-kummerċ tal-materja prima u l-promozzojni tat-trasparenza fis-swieq globali għall-materja prima.

2.   Suġġetti għall-kooperazzjoni jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn:

(a)

kwistjonijiet ta' provvista u domanda, kwistjonijiet bilaterali dwar il-kummerċ u l-investiment, kif ukoll kwistjonijiet ta' interess li jinbtu mill-kummerċ internazzjonali;

(b)

ostakoli tariffarji u nontariffarji għall-materji primi, servizzi relatati u investimenti;

(c)

l-oqfsa regolatorji rispettivi tal-partijiet; u

(d)

l-aħjar prattiki fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli tal-industrija tal-minjieri, inkluża l-politika dwar il-minerali, l-ippjanar tal-użu tal-art u proċeduri ta' awtorizzazzjoni.

Artikolu 21

Proprjetà intellettwali

1.   Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-importanza tad-drittijiet u l-obbligi tagħhom fir-rigward tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inklużi d-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati, trademarks, indikazzjonijiet ġeografiċi, disinji u privattivi, u l-infurzar tagħhom, f'konformità mal-ogħla standards internazzjonali li l-Partijiet josservaw.

2.   Il-Partijiet jaqblu li jiskambjaw l-informazzjoni u jikkondividu l-esperjenzi dwar kwistjonijiet tal-proprjetà intellettwali inklużi:

(a)

il-prattika, il-promozzjoni, it-tixrid, is-simplifikazzjoni, il-ġestjoni, l-armonizzazzjoni, il-protezzjoni u l-implimentazzjoni effettiva tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(b)

il-prevenzjoni ta' ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(c)

il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija, permezz tal-forom xierqa ta' kooperazzjoni; u

(d)

il-funzjonament ta' korpi responsabbli mill-protezzjoni u l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

3.   Il-Partijiet jaqblu li jiskambjaw l-informazzjoni u jippromwovu d-djalogu dwar il-protezzjoni tar-riżorsi ġenetiċi, l-għarfien tradizzjonali u l-folklor.

Artikolu 22

Dwana

1.   Il-Partijiet għandhom itejbu l-kooperazzjoni fir-rigward ta' kwistjonijiet doganali, inkluża l-faċilitazzjoni tal-kummerċ, bil-ħsieb ta' aktar simplifikazzjoni u armonizzazzjoni ta' proċeduri doganali u l-promozzjoni tal-azzjoni konġunta fil-kuntest ta' inizjattivi internazzjonali rilevanti.

2.   Mingħajr preġudizzju għal forom oħra ta' kooperazzjoni previsti f'dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jikkunsidraw il-possibbiltà li jikkonkludu strumenti dwar il-kooperazzjoni doganali u l-assistenza amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali.

Artikolu 23

Kooperazzjoni fi kwistjonijiet ta' tassazzjoni

1.   Bil-ħsieb li jissaħħu u jiġu żviluppati l-attivitajiet ekonomiċi b'kunsiderazzjoni għall-ħtieġa li jiġi żviluppat qafas regolatorju xieraq, il-Partijiet jirrikonoxxu u jimpenjaw ruħhom li fil-qasam tat-taxxi jimplimentaw il-prinċipji tal-governanza tajba, jiġifieri t-trasparenza, l-iskambju ta' informazzjoni u l-kompetizzjoni ġusta fit-taxxi.

2.   Għal dan il-għan, b'mod konformi mal-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-Partijiet se jaħdmu biex itejbu l-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tat-taxxa, biex jiffaċilitaw il-ġbir tad-dħul leġittimu mit-taxxa, u jiżviluppaw miżuri għall-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipji ta' governanza tajba msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 24

Trasparenza

Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tat-trasparenza u tal-proċess ġust fl-amministrazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tagħhom marbuta mal-kummerċ, u għal dan l-għan il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenji tagħhom kif stipulati fil-Ftehimiet tad-WTO, inkluż l-Artikolu X tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 u l-Artikolu III tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi.

Artikolu 25

Kummerċ u żvilupp sostenibbli

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu l-kontribut lejn l-għan ta' żvilupp sostenibbli li jista' jsir permezz tal-promozzjoni ta' politiki ta' sostenn reċiproku dwar il-kummerċ, l-ambjent u x-xogħol, u jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jippromwovu l-kummerċ u l-investiment globali u bilaterali b'tali mod li jikkontribwixxu lejn dan l-għan.

2.   Il-Partijiet jirrikonoxxu d-dritt ta' kull Parti li tistabbilixxi l-livelli proprji tagħha ta' protezzjoni domestika tal-ambjent u tax-xogħol, u li tadotta jew timmodifika l-liġijiet u l-politiki rilevanti tagħha, b'mod konsistenti mal-impenn tagħhom favur standards u ftehimiet rikonoxxuti internazzjonalment.

3.   Il-Partijiet jirrikonoxxu li mhuwiex xieraq li l-kummerċ jew l-investiment jiġu inkoraġġuti billi jitnaqqsu jew jiġi offrut li jitnaqqsu l-livelli ta' protezzjoni mogħtija fil-liġijiet domestiċi ambjentali u tax-xogħol. Il-Partijiet jirrikonoxxu wkoll li mhuwiex xieraq li liġijiet, politiki u prattiki ambjentali jew tax-xogħol jintużaw għall-finijiet tal-protezzjoniżmu kummerċjali.

4.   Il-Partijiet għandhom jiskambjaw l-informazzjoni u jaqsmu flimkien l-esperjenza dwar l-azzjonijiet tagħhom biex jippromwovu l-koerenza u l-appoġġ reċiproku bejn l-objettivi kummerċjali, soċjali u ambjentali, inkluż f'oqsma bħalma huma r-responsabbiltà soċjali korporattiva, il-prodotti u s-servizzi ambjentali, il-prodotti u t-teknoloġiji li ma jagħmlux ħsara lill-klima u skemi li jassiguraw is-sostenibbiltà, kif ukoll dwar l-aspetti l-oħrajn stipulati fit-Titolu VIII, u għandhom isaħħu d-djalogu u l-kooperazzjoni fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' żvilupp sostenibbli li jistgħu jinqalgħu fil-kuntest tar-relazzjonijiet kummerċjali.

Artikolu 26

Djalogu mas-soċjetà ċivili

Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu d-djalogu bejn l-organizzazzjonijiet governattivi u nongovernattivi, bħalma huma t-trade unions, l-impjegaturi, l-assoċjazzjonijiet tan-negozju, il-kmamar tal-kummerċ u l-industrija, bil-ħsieb li jippromwovu l-kummerċ u l-investiment f'oqsma ta' interess reċiproku.

Artikolu 27

Kooperazzjoni kummerċjali

Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu rabtiet aktar b'saħħithom bejn in-negozji u jsaħħu r-rabtiet bejn il-gvern u n-negozju permezz ta' attivitajiet li jinvolvu l-kummerċ, inkluż fil-kuntest tal-Laqgħa bejn l-Asja u l-Ewropa (“ASEM”).

B'mod partikolari, din il-kooperazzjoni għandu jkollha l-għan li ttejjeb il-kompetittività tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

Artikolu 28

Turiżmu

Filwaqt li jirrikonoxxu l-valur tat-turiżmu fl-approfondiment tal-fehim u l-apprezzament reċiproku bejn il-popli tal-Unjoni u ta' New Zealand, u l-benefiċċji ekonomiċi li jirriżultaw minn żieda fit-turiżmu, il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw bil-għan li jiżdied it-turiżmu fiż-żewġ direzzjonijiet bejn l-Unjoni u New Zealand.

TITOLU V

KOOPERAZZJONI DWAR IL-ĠUSTIZZJA, IL-LIBERTÀ U S-SIGURTA

Artikolu 29

Kooperazzjoni legali

1.   Il-Partijiet jaqblu li jiżviluppaw kooperazzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali b'mod partikolari fir-rigward tan-negozjati, ir-ratifika u l-implimentazzjoni ta' konvenzjonijiet multilaterali dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u, b'mod partikolari, il-Konvenzjonijiet tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat fil-qasam tal-kooperazzjoni legali internazzjonali u l-litigazzjoni, kif ukoll il-protezzjoni tat-tfal.

2.   Fir-rigward tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, il-Partijiet għandhom ikomplu jinvolvu ruħhom fi kwistjonijiet ta' assistenza legali reċiproka, f'konformità mal-istrumenti internazzjonali rilevanti.

Dan jista' jinkludi, fejn xieraq, l-adeżjoni ma', u l-implimentazzjoni ta,' strumenti rilevanti tan-NU. Jista' jinkludi wkoll, fejn xieraq, appoġġ għal strumenti rilevanti tal-Kunsill tal-Ewropa u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti ta' New Zealand u l-Eurojust.

Artikolu 30

Kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi

Il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw fost l-awtoritajiet, l-aġenziji u s-servizzi tal-infurzar tal-liġi u li jikkontribwixxu sabiex ifixklu u jiżmantellaw il-kriminalità transnazzjonali u theddidiet terroristiċi komuni għall-Partijiet. Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet, l-aġenziji u s-servizzi tal-infurzar tal-liġi tista' tieħu l-forma ta' assistenza reċiproka fl-investigazzjonijiet, il-kondiviżjoni ta' tekniki investigattivi, edukazzjoni u taħriġ konġunti għall-persunal tal-infurzar tal-liġi, u kwalunkwe tip ieħor ta' attività u għajnuna konġunti kif jista' jiġi determinat reċiprokament mill-Partijiet.

Artikolu 31

Ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni

1.   Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jikkooperaw dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, ekonomika u finanzjarja transnazzjonali, il-korruzzjoni, l-iffalsifikar u t-tranżazzjonijiet illegali, permezz ta' konformità sħiħa mal-obbligi internazzjonali reċiproki tagħhom eżistenti f'dan il-qasam, inklużi dawk dwar il-kooperazzjoni effettiva fl-irkupru ta' assi jew fondi li ġejjin minn atti ta' korruzzjoni.

2.   Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU Kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali, adottata fil-15 ta' Novembru 2000.

3.   Il-Partijiet għandhom jippromwovu wkoll l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni, adottata fil-31 ta' Ottubru 2002, filwaqt li jqisu l-prinċipji tat-trasparenza u l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili.

Artikolu 32

Ġlieda kontra d-drogi illeċiti

1.   Fil-kuntest tas-setgħat u l-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-Partijiet għandhom jikkooperaw biex jiżguraw approċċ bilanċjat u integrat fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' droga.

2.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw bil-ħsieb li jiżmantellaw in-netwerks kriminali transnazzjonali involuti fit-traffikar tad-droga permezz ta', fost l-oħrajn, l-iskambju ta' informazzjoni, it-taħriġ jew il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, inklużi tekniki investigattivi speċjali. Għandu jsir sforz partikolari biex tiġi miġġielda l-infiltrazzjoni tal-ekonomija leċita mill-kriminali.

Artikolu 33

Ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità

1.   Il-Partijiet għandhom isaħħu l-kooperazzjoni biex jimpedixxu u jiġġieldu r-reati ta' teknoloġija għolja, ċibernetiċi u elettroniċi u d-distribuzzjoni ta' kontenut illegali, inkluż kontenut terroristiku u materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal, permezz tal-internet, billi jiskambjaw l-informazzjoni u l-esperjenzi prattiċi b'konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom u l-obbligi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem.

2.   Il-Partijiet għandhom jiskambjaw informazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-investigaturi taċ-ċiberkriminalità, l-investigazzjoni taċ-ċiberkriminalità, u x-xjenza forensika diġitali.

Artikolu 34

Ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

1.   Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid il-ħtieġa li jikkooperaw sabiex jipprevjenu li s-sistemi finanzjarji tagħhom jintużaw biex isir il-ħasil tar-rikavat mill-attivitajiet kriminali kollha, inkluż it-traffikar tad-droga u l-korruzzjoni, u sabiex jiġġieldu kontra l-finanzjament tat-terroriżmu. Din il-kooperazzjoni testendi għall-irkupru ta' assi jew fondi li jkunu ġejjin minn attivitajiet kriminali.

2.   Il-Partijiet għandhom jiskambjaw informazzjoni rilevanti fil-qafas tal-leġislazzjoni rispettiva tagħhom, u jimplimentaw miżuri adatti biex jiġġieldu l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, b'konformità ma' standards adottati minn korpi internazzjonali rilevanti attivi f'dan il-qasam, bħalma hi l-FATF.

Artikolu 35

Migrazzjoni u ażil

1.   Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jikkooperaw u jiskambjaw fehmiet fl-oqsma tal-migrazzjoni, inklużi l-immigrazzjoni irregolari, it-traffikar tal-bnedmin, l-ażil, l-integrazzjoni, il-mobilità tax-xogħol u l-iżvilupp, il-viżi, is-sigurtà tad-dokumenti, il-bijometrika u l-ġestjoni tal-fruntieri.

2.   Il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw sabiex jipprevjenu u jikkontrollaw il-migrazzjoni irregolari. Għal dan il-għan:

(a)

New Zealand għandha tieħu lura kull wieħed miċ-ċittadini tagħha li jkunu jinsabu irregolarment fit-territorju ta' Stat Membru, fuq talba ta' dan tal-aħħar u mingħajr formalitajiet ulterjuri; u

(b)

kull Stat Membru għandu jieħu lura kull wieħed miċ-ċittadini tiegħu li jinsab irregolarment fit-territorju ta' New Zealand, fuq talba ta' din tal-aħħar u mingħajr formalitajiet ulterjuri.

Konsistenti mal-obbligi internazzjonali tagħhom, inkluż skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmata fis-7 ta' Diċembru 1944, l-Istati Membri u New Zealand għandhom jipprovdu liċ-ċittadini tagħhom b'dokumenti xierqa ta' identità għal skopijiet bħal dawn.

3.   Il-Partijiet, fuq talba ta' kwalunkwe waħda mill-Partijiet, se jesploraw il-possibiltà li jikkonkludu ftehim bejn New Zealand u l-Unjoni dwar ir-riammissjoni skont l-Artikolu 52(1) ta' dan il-Ftehim. Dan il-ftehim se jinkludi l-konsiderazzjoni ta' arranġamenti xierqa għal ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi.

Artikolu 36

Protezzjoni konsulari

1.   New Zealand taqbel li l-awtoritajiet diplomatiċi u konsulari ta' kwalunkwe Stat Membru rappreżentat jistgħu jeżerċitaw il-protezzjoni konsulari fi New Zealand f'isem Stati Membri oħra li ma jkollhomx rappreżentazzjoni permanenti aċċessibbli fi New Zealand.

2.   L-Unjoni u l-Istati Membri jaqblu li l-awtoritajiet diplomatiċi u konsulari ta' New Zealand jistgħu jeżerċitaw protezzjoni konsulari f'isem pajjiż terz u li pajjiżi terzi jistgħu jeżerċitaw protezzjoni konsulari f'isem New Zealand fl-Unjoni f'postijiet fejn New Zealand jew il-pajjiż terz ikkonċernat ma jkollhomx rappreżentazzjoni permanenti aċċessibbli.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 huma maħsuba biex ineħħu kull rekwiżit għal notifika jew kunsens li b'mod ieħor ikunu jistgħu japplikaw.

4.   Il-Partijiet jaqblu li jiffaċilitaw djalogu dwar affarijiet konsulari bejn l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom.

Artikolu 37

Protezzjoni tad-data personali

1.   Il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw bil-ħsieb li javvanzaw ir-relazzjoni tagħhom wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-protezzjoni adegwata tad-data personali minn New Zealand, u li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tad-data personali, f'konformità ma' strumenti u standards internazzjonali rilevanti, inklużi l-Linji Gwida dwar il-Protezzjoni tal-Privatezza u l-Fluss Bejn il-Fruntieri ta' Informazzjoni Personali tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (“OECD”).

2.   Din il-kooperazzjoni tista' tinkludi, fost l-oħrajn, l-iskambju ta' informazzjoni u għarfien espert. Din tista' wkoll tinkludi l-kooperazzjoni bejn kontrapartijiet regolatorji f'korpi bħall-Grupp ta' Ħidma tal-OECD dwar is-Sigurtà u l-Privatezza fl-Ekonomija Diġitali u n-Netwerk Globali ta' Infurzar tal-Privatezza.

TITOLU VI

KOOPERAZZJONI FL-OQSMA TAR-RIĊERKA, L-INNOVAZZJONI U S-SOĊJETÀ TAL-INFORMAZZJONI

Artikolu 38

Riċerka u innovazzjoni

1.   Il-Partijiet jaqblu li jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fl-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni.

2.   Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu, jiżviluppaw u jiffaċilitaw attivitajiet ta' kooperazzjoni fl-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni għal skopijiet paċifiċi, b'appoġġ jew komplimentari għall-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta' New Zealand, iffirmat fi Brussell fis-16 ta' Lulju 2008.

Artikolu 39

Soċjetà tal-informazzjoni

1.   Billi jirrikonoxxu li t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni huma elementi ewlenin tal-ħajja moderna u ta' importanza vitali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, il-Partijiet jaqblu li jiskambjaw il-fehmiet tagħhom dwar il-linji ta' politika rispettivi tagħhom f'dan il-qasam.

2.   Il-kooperazzjoni f'dan il-qasam tista' tiffoka, fost l-oħrajn, fuq:

(a)

l-iskambju ta' fehmiet dwar aspetti differenti tas-soċjetà tal-informazzjoni, b'mod partikolari l-varar ta' broadband b'veloċità għolja, politiki u regolamentazzjoni tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inkluż is-servizz universali, il-liċenzjar u l-awtorizzazzjonijiet ġenerali, il-protezzjoni tal-privatezza u d-data personali, il-gvern elettroniku u l-gvern miftuħ, is-sigurtà tal-internet u l-indipendenza u l-effiċjenza tal-awtoritajiet regolatorji;

(b)

l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerks ta' riċerka u infrastrutturi u servizzi tad-data tal-kompjuters u x-xjenza, inkluż f'kuntest reġjonali;

(c)

l-istandardizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u t-tixrid ta' teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni;

(d)

aspetti ta' sigurtà, fiduċja u privatezza ta' teknoloġiji u servizzi tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, inkluż il-promozzjoni tas-sikurezza online, il-ġlieda kontra l-użu ħażin tat-teknoloġija tal-informatika u kull forma ta' mezzi elettroniċi, u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni; u

(e)

l-iskambju ta' fehmiet dwar miżuri biex jindirizzaw il-kwistjoni tal-ispejjeż tar-roaming internazzjonali bil-mobiles.

TITOLU VII

KOOPERAZZJONI FIL-QASAM TAL-EDUKAZZJONI, IL-KULTURA U L-KUNTATTI POPLU MA' POPLU

Artikolu 40

Edukazzjoni u taħriġ

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu l-kontribut kruċjali li jagħtu l-edukazzjoni u t-taħriġ lill-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità u t-tkabbir sostenibbli għall-ekonomiji bbażati fuq l-għarfien, b'mod partikolari permezz tal-iżvilupp ta' ċittadini li ma jkunux biss imħejjija għal parteċipazzjoni infurmata u effettiva fil-ħajja demokratika, iżda li jkollhom ukoll il-kapaċità li jsolvu problemi u jieħdu l-opportunitajiet li jirriżultaw mid-dinja globalment konnessa tas-seklu 21. Konsegwentement, il-Partijiet jagħrfu li għandhom interess komuni li jikkooperaw fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

2.   B'mod konformi mal-interessi reċiproċi tagħhom u l-miri tal-politiki tagħhom dwar l-edukazzjoni, il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jappoġġaw flimkien attivitajiet adatti ta' kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Din il-kooperazzjoni se tikkonċerna s-setturi kollha tal-edukazzjoni u tista' tinkludi:

(a)

kooperazzjoni dwar il-mobilità tat-tagħlim ta' individwi permezz tal-promozzjoni u l-faċilitazzjoni tal-iskambju ta' studenti, riċerkaturi, persunal akkademiku u amministrattiv ta' istituzzjonijiet tal-edukazzjoni terzjarja u għalliema;

(b)

proġetti ta' kooperazzjoni konġunti bejn istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-Unjoni u New Zealand bil-ħsieb li jiġi promoss l-iżvilupp tal-kurrikulu, programmi tal-istudju u lawrji konġunti u l-mobilità tal-persunal u l-istudenti.

(c)

il-kooperazzjoni, rabtiet u sħubijiet istituzzjonali bil-għan li jissaħħaħ l-element edukattiv fit-trijanglu tal-għarfien u biex jiġi promoss l-iskambju ta' esperjenza u kompetenzi; u

(d)

l-appoġġ għar-riforma tal-politiki permezz ta' studji, konferenzi, seminars, gruppi ta' ħidma, eżerċizzji ta' parametri referenzjarji u l-iskambju ta' informazzjoni u prattika tajba, b'mod partikolari fid-dawl tal-proċessi ta' Bolonja u ta' Kopenħagen u l-għodda u prinċipji li jżidu t-trasparenza u l-innovazzjoni fl-edukazzjoni.

Artikolu 41

Kooperazzjoni kulturali, awdjoviżiva u tal-midja

1.   Il-Partijiet jaqblu li jippromwovu kooperazzjoni eqreb fis-setturi kulturali u kreattivi, sabiex jitjieb, fost l-oħrajn, il-fehim reċiproku u l-għarfien tal-kulturi rispettivi tagħhom.

2.   Il-Partijiet għandhom jaħdmu biex jieħdu miżuri xierqa sabiex jippromwovu skambji kulturali u jwettqu inizjattivi konġunti f'diversi oqsma kulturali filwaqt li jużaw l-istrumenti u l-oqfsa ta' kooperazzjoni disponibbli.

3.   Il-Partijiet għandhom jaħdmu biex jippromwovu l-mobilità ta' professjonisti tal-kultura, ta' xogħlijiet tal-arti u oġġetti kulturali oħra bejn New Zealand u l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

4.   Il-Partijiet jaqblu li jesploraw, permezz tad-djalogu dwar il-politiki, firxa ta' modi li bihom l-oġġetti kulturali miżmuma barra mill-pajjiż ta' oriġini tagħhom ikunu jistgħu jsiru aċċessibbli għall-komunitajiet fejn oriġinaw l-oġġetti.

5.   Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu d-djalogu interkulturali bejn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kif ukoll bejn individwi miż-żewġ Partijiet.

6.   Il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw, b'mod partikolari permezz tad-djalogu ta' politika, f'fora internazzjonali rilevanti, b'mod partikolari l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, Xjenza u Kultura (UNESCO), bil-għan li jsegwu objettivi komuni u jippromwovu d-diversità kulturali, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali.

7.   Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu, jappoġġaw u jiffaċilitaw l-iskambji, il-kooperazzjoni u d-djalogu bejn l-istituzzjonijiet u l-professjonisti fis-setturi awdjoviżivi u tal-midja.

Artikolu 42

Kuntatti poplu ma' poplu

Filwaqt li jirrikonoxxu l-valur tal-kuntatti poplu ma' poplu u l-kontribuzzjoni tagħhom lejn it-titjib tal-fehim bejn l-Unioni u New Zealand, il-Partijiet jaqblu li jinkoraġġixxu, irawmu u jfanndu tali kuntatti kif xieraq. Tali kuntatti jistgħu jinkludu skambji ta' uffiċjali u apprendistati għall-perijodu qasir għal studenti postgradwatorji.

TITOLU VIII

KOOPERAZZJONI FIL-QASAM TAL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, L-ENERĠIJA U T-TRASPORT

Artikolu 43

Ambjent u riżorsi naturali

1.   Il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw dwar kwistjonijiet ambjentali, inkluża l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali. L-għan ta' din il-kooperazzjoni huwa l-promozzjoni tal-ħarsien ambjentali u l-integrazzjoni ta' konsiderazzjonijiet ambjentali fis-setturi rilevanti tal-kooperazzjoni, inkluż f'kuntest internazzjonali u reġjonali.

2.   Il-Partijiet jaqblu li kooperazzjoni tista' titwettaq permezz ta' mezzi bħad-djalogu, workshops, seminars, konferenzi, programmi u proġetti kollaborattivi, il-kondiviżjoni ta' informazzjoni bħall-aħjar prattiki, u skambji ta' esperti, inkluż fuq livell bilaterali jew multilaterali. Is-suġġetti u l-objettivi għall-kooperazzjoni għandhom jiġu identifikati b'mod konġunt fuq talba ta' kwalunkwe waħda mill-Partijiet.

Artikolu 44

Titjib, protezzjoni u regolamentazzjoni tas-saħħa

1.   Il-Partijiet jaqblu li jtejbu l-kooperazzjoni fil-qasam tas-saħħa, inkluż fil-kuntest tal-globalizzazzjoni u t-tibdil demografiku. Għandhom isiru sforzi sabiex jiġu promossi l-kooperazzjoni u l-iskambji ta' informazzjoni u esperjenzi dwar:

(a)

il-protezzjoni tas-saħħa;

(b)

is-sorveljanza ta' mard li jittieħed (bħalma huma l-influwenza u t-tifqigħat ta' mard akut) u attivitajiet oħra li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005), inkluż azzjonijiet ta' tħejjija kontra theddid kbir transfruntier, b'mod partikolari għall-ippjanar ta' tħejjija u l-valutazzjoni tar-riskju;

(c)

il-kooperazzjoni dwar l-istandards, u l-valutazzjoni tal-konformità għall-ġestjoni tar-regolamentazzjoni u r-riskju minn prodotti (inklużi l-farmaċewtiċi u t-tagħmir mediku);

(d)

kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Qafas dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (“WHO”); u

(e)

kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta' Prattika Globali tal-WHO dwar ir-Reklutaġġ Internazzjonali tal-Persunal fil-Qasam tas-Saħħa.

2.   Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenji tagħhom li jirrispettaw, jippromwovu u jimplimentaw b'mod effettiv, kif xieraq, prattiki u standards tas-saħħa rikonoxxuti internazzjonalment.

3.   Il-forom ta' kooperazzjoni jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, programmi u proġetti speċifiċi, kif sar qbil fuqhom reċiprokament, kif ukoll djalogu, kooperazzjoni u inizjattivi dwar suġġetti ta' interess komuni fuq livell bilaterali jew multilaterali.

Artikolu 45

Tibdil fil-klima

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu li t-tibdil fil-klima huwa preokkupazzjoni globali u urġenti li teħtieġ azzjoni kollettiva konsistenti mal-għan ġenerali li ż-żieda fit-temperatura medja globali tinżamm taħt żewġ gradi Celsius ogħla mil-livelli preindustrijali. Fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tagħhom u mingħajr preġudizzju għal diskussjonijiet f'fora oħrajn, il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw f'oqsma ta' interess konġunt, inkluż, iżda mhux limitat għal:

(a)

it-tranżizzjoni lejn ekonomiji b'emissjonijiet baxxi ta' gassijiet serra permezz ta' strateġiji u azzjonijiet ta' mitigazzjoni adatti għas-sitwazzjoni nazzjonali, inklużi strateġiji ta' tkabbir ekoloġiku;

(b)

it-tfassil, l-implimentazzjoni u l-użu ta' mekkaniżmi bbażati fuq is-suq, u b'mod partikolari ta' skemi ta' kummerċ ta' emissjonijiet tal-karbonju;

(c)

strumenti ta' finanzjament tas-settur pubbliku u dak privat għal azzjoni favur il-klima;

(d)

ir-riċerka, l-iżvilupp, u t-tqegħid fl-użu ta' teknoloġija b'emissjonijiet baxxi ta' gass serra; u

(e)

il-monitoraġġ ta' gassijiet serra u l-analiżi tal-effetti tagħhom, inkluż l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji ta' adattament kif xieraq.

2.   Iż-żewġ Partijiet jaqblu li jikkooperaw aktar dwar l-iżviluppi internazzjonali f'dan il-qasam u, b'mod partikolari, dwar il-progress lejn l-adozzjoni ta' ftehim internazzjonali ġdid għal wara l-2020 skont il-Konvenzjoni ta' Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima kif ukoll fuq inizjattivi ta' kooperazzjoni komplementari li jgħinu biex jiġi indirizzat id-distakk fir-rigward tal-mitigazzjoni qabel l-2020.

Artikolu 46

Ġestjoni tar-riskju ta' diżastri u protezzjoni ċivili

Il-Partijiet jirrikonoxxu l-ħtieġa li jimmaniġġaw ir-riskji għal diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem domestiċi u globali. Il-Partijiet jaffermaw l-impenn komuni tagħhom li jtejbu l-miżuri ta' prevenzjoni, mitigazzjoni, tħejjija, rispons u ta' rkupru sabiex tiżdied ir-reżiljenza tas-soċjetajiet u l-infrastrutturi tagħhom, u li jikkooperaw kif xieraq, fuq il-livell politiku bilaterali u multilaterali biex itejbu r-riżultati tal-ġestjoni tar-riskju tad-diżastri globali.

Artikolu 47

Enerġija

Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tas-settur tal-enerġija, u r-rwol ta' suq tal-enerġija li jaħdem tajjeb. Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-enerġija għall-żvilupp sostenibbli, it-tkabbir ekonomiku u l-kontribut tagħha għall-kisba ta' għanijiet ta' żvilupp miftiehma internazzjonalment, kif ukoll l-importanza tal-kooperazzjoni sabiex jiġu indirizzati sfidi ambjentali globali, b'mod partikolari t-tibdil fil-klima. Il-Partijiet għandhom ifittxu, fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, li jtejbu l-kooperazzjoni f'dan il-qasam bil-ħsieb li:

(a)

jiżviluppaw politiki biex iżidu s-sigurtà tal-enerġija;

(b)

jippromwovu l-kummerċ u l-investiment globali tal-enerġija;

(c)

itejbu l-kompetittività;

(d)

itejbu l-funzjonament tas-swieq globali tal-enerġija;

(e)

jiskambjaw l-informazzjoni u l-esperjenzi ta' politiki permezz ta' fora multilaterali eżistenti tal-enerġija;

(f)

jippromwovu l-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli kif ukoll l-iżvilupp u l-adozzjoni ta' teknoloġiji tal-enerġija ndaf, diversi u sostenibbli, inklużi teknoloġiji b'enerġija rinnovabbli u teknoloġiji b'emissjonijiet baxxi tal-enerġija;

(g)

jiksbu użu razzjonali tal-enerġija b'kontribuzzjonijiet kemm ta' min iforni kif ukoll ta' min jagħmel id-domanda, billi jippromwovu l-effiċjenza tal-enerġija fil-produzzjoni, it-trasport, id-distribuzzjoni u l-użu finali tal-enerġija;

(h)

jimplimentaw l-impenji internazzjonali rispettivi tagħhom biex jirrazzjonalizzaw u fuq it-terminu medju gradwalment inaqqsu s-sussidji ineffiċjenti għall-karburanti fossili li jinkoraġġixxu l-konsum ħali; u

(i)

jikkondividu l-aħjar prattiki fl-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-enerġija.

Artikolu 48

Trasport

1.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fl-oqsma rilevanti kollha tal-politika dwar it-trasport, inkluża l-politika integrata dwar it-trasport, bil-ħsieb tat-titjib tal-moviment tal-merkanzija u l-passiġġieri, il-promozzjoni tas-sigurtà u s-sikurezza fit-trasport bil-baħar u tal-avjazzjoni, il-promozzjoni tal-ħarsien tal-ambjent u ż-żieda fl-effiċjenza tas-sistemi tat-trasport tagħhom.

2.   Il-kooperazzjoni u d-djalogu bejn il-Partijiet f'dan il-qasam irid ikollhom l-għan li jippromwovu:

(a)

l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-politiki u l-prattiki rispettivi tagħhom;

(b)

it-tisħiħ tar-relazzjonijiet tal-avjazzjoni bejn l-Unjoni u New Zealand bil-ħsieb li:

(i)

jiġu mtejba l-aċċess għas-suq, l-opportunitajiet ta' investiment u l-liberalizzazzjoni tas-sjieda tal-linji tal-ajru, u l-klawsoli tal-kontroll fi ftehimiet tas-servizzi tal-ajru b'konformità mal-politiki domestiċi;

(ii)

titwessa' u titfannad il-kooperazzjoni regolatorja fis-sikurezza u s-sigurtà tal-avjazzjoni, u r-regolamentazzjoni ekonomika tal-industrija tat-trasport bl-ajru; u

(iii)

jiġu appoġġati l-konverġenza regolatorja u t-tneħħija tal-ostakoli biex isir in-negozju, kif ukoll il-kooperazzjoni fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru;

(c)

l-għanijiet ta' aċċess bla xkiel għas-swieq u l-kummerċ marittimi internazzjonali bbażati fuq il-kompetizzjoni ġusta fuq bażi kummerċjali; u

(d)

l-għarfien reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan għal vetturi bil-mutur fuq l-art.

Artikolu 49

Agrikoltura, żvilupp rurali u forestrija

1.   Il-Partijiet jaqblu li jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni u d-djalogu fl-agrikoltura, l-iżvilupp rurali u l-forestrija.

2.   Oqsma li fihom jistgħu jiġu kkunsidrati l-attivitajiet jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, il-politika agrikola, il-politika ta' żvilupp rurali, l-istruttura ta' setturi ta' attivitajiet fl-art, u indikazzjonijiet ġeografiċi.

3.   Il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw, fil-livell nazzjonali u dak internazzjonali, fuq il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u politiki u regolamenti relatati, inklużi miżuri biex jiġi miġġieled il-qtugħ illegali tas-siġar u l-kummerċ relatat, kif ukoll il-promozzjoni tal-governanza tajba tal-foresti.

Artikolu 50

Sajd u affarijiet marittimi

1.   Il-Partijiet għandhom isaħħu d-djalogu u l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta' interess komuni fl-oqsma tas-sajd u l-affarijiet marittimi. Il-Partijiet għandhom jimmiraw li jippromwovu l-konservazzjoni u l-ġestjoni sostenibbili fit-tul tar-riżorsi tal-baħar ħajjin, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (“is-sajd IUU”) u l-implimentazzjoni ta' approċċ għall-ġestjoni bbażat fuq l-ekosistema.

2.   Il-Partijiet jistgħu jikkooperaw u jagħmlu skambju ta' informazzjoni rigward il-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar permezz tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (“RFMOs”) u fora multilaterali (in-NU, l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti). B'mod partikolari, il-Partijiet għandhom jikkollaboraw sabiex:

(a)

jiżguraw, permezz ta' ġestjoni effettiva min-naħa tal-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali, u abbażi tal-aqwa xjenza disponibbli, il-konservazzjoni fit-tul u l-użu sostenibbli ta' stokkijiet ta' ħut li jpassi ħafna tul il-firxa tagħhom fl-Oċean Paċifiku tal-punent u ċentrali, inkluż billi jagħtu rikonoxximent sħiħ, skont il-Konvenzjonijiet rilevanti tan-NU u strumenti internazzjonali oħra, lir-rekwiżiti speċjali ta' Stati Gżejjer Żgħar u Territorji li qed Jiżviluppaw, u jiżguraw proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet trasparenti;

(b)

jiżguraw il-konservazzjoni u l-użu razzjonali ta' riżorsi ħajjin tal-baħar taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tar-Riżorsi Marittimi Ħajjin tal-Antartiku, inklużi sforzi biex jiġu miġġielda l-attivitajiet IUU fiż-żona li fiha l-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tar-Riżorsi Ħajjin Marittimi tal-Antartiku tapplika;

(c)

jiżguraw l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri effettivi ta' konservazzjoni u ġestjoni għall-istokkijiet taħt il-kompetenza ta' RFMO għan-Nofsinhar tal-Paċifiku; u

(d)

jiffaċilitaw l-adeżjoni għal RFMOs li tagħhom Parti waħda tkun Membru u l-oħra Parti aderenti.

3.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw sabiex jippromwovu approċċ integrat lejn l-affarijiet marittimi fil-livell internazzjonali.

4.   Il-Partijiet għandhom ikollhom djalogu regolari biennali fil-livell ta' uffiċjali għolja, sabiex isaħħu d-djalogu u l-kooperazzjoni, kif ukoll biex jiskambjaw l-informazzjoni u l-esperjenzi fuq il-politika tas-sajd u l-affarijiet marittimi.

Artikolu 51

Impjiegi u affarijiet soċjali

1.   Il-Partijiet jaqblu li jtejbu l-kooperazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali, inkluż fil-kuntest tad-dimensjoni soċjali tal-globalizzazzjoni u t-tibdil demografiku. Għandhom isiru sforzi sabiex jiġu promossi l-kooperazzjoni u l-iskambji ta' informazzjoni u ta' esperjenza rigward l-impjiegi u kwistjonijiet tax-xogħol. L-oqsma ta' kooperazzjoni jistgħu jinkludu politiki dwar l-impjiegi, il-liġi tax-xogħol, kwistjonijiet relatati mas-sessi, in-nondiskriminazzjoni fl-impjieg, l-inklużjoni soċjali, il-politiki tas-sigurtà soċjali u l-protezzjoni soċjali, ir-relazzjonijiet industrijali, id-djalogu soċjali, l-iżvilupp tal-ħiliet tul il-ħajja, impjieg taż-żgħażagħ, is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, il-responsabbiltà soċjali korporattiva u x-xogħol deċenti.

2.   Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid il-ħtieġa li jappoġġaw proċess ta' globalizzazzjoni li jkun ta' benefiċċju għal kulħadd u li jippromwovu x-xogħol produttiv u għal kulħadd u x-xogħol diċenti bħala element prinċipali tal-iżvilupp sostenibbli u t-tnaqqis tal-faqar. F'dan il-kuntest, il-Partijiet ifakkru d-Dikjarazzjoni dwar il-Ġustizzja Soċjali għal Globalizzazzjoni Ġusta tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”).

3.   Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jirrispettaw, jippromwovu u jwettqu prinċipji u drittijiet internazzjonalment rikonoxxuti tax-xogħol, kif stipulat b'mod partikolari fid-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol.

4.   Il-forom ta' kooperazzjoni jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, programmi u proġetti speċifiċi, kif determinati reċiprokament, kif ukoll djalogu, kooperazzjoni u inizjattivi dwar suġġetti ta' interess komuni fuq livell bilaterali jew multilaterali.

TITOLU IX

QAFAS ISTITUZZJONALI

Artikolu 52

Ftehimiet jew arranġamenti oħrajn

1.   Il-Partijiet jistgħu jikkumplementaw dan il-Ftehim billi jikkonkludu ftehimiet jew arranġamenti speċifiċi fi kwalunkwe qasam ta' kooperazzjoni li jaqa' fl-ambitu tiegħu. Tali ftehimiet u arranġamenti speċifiċi konklużi wara l-iffirmar ta' dan il-Ftehim għandhom ikunu parti integrali mir-relazzjonijiet bilaterali globali regolati minn dan il-Ftehim u għandhom jiffurmaw parti minn qafas istituzzjonali komuni. Il-ftehimiet u l-arranġamenti eżistenti bejn il-Partijiet ma jiffurmawx parti mill-qafas istituzzjonali komuni.

2.   Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jaffettwa jew jippreġudika l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' ftehimiet oħrajn bejn il-Partijiet, inklużi dawk imsemmija fil-paragrafu 1. B'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim bl-ebda mod ma għandhom jissostitwixxu jew jaffettwaw id-dispożizzjonijiet għas-soluzzjoni jew it-tmiem tat-tilwim ta' ftehimiet oħra bejn il-Partijiet.

Artikolu 53

Kumitat Konġunt

1.   Il-Partijiet b'dan jistabbilixxu Kumitat Konġunt li jikkonsisti minn rappreżentanti tal-Partijiet.

2.   Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fil-Kumitat Konġunt sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni u biex jitmexxew 'il quddiem l-għanijiet ġenerali ta' dan il-Ftehim, kif ukoll biex tinżamm koerenza ġenerali fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u New Zealand.

3.   Il-funzjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom ikunu li:

(a)

jippromwovi l-implimentazzjoni effettiva ta' dan il-Ftehim;

(b)

jimmonitorja l-iżvilupp tar-relazzjoni komprensiva bejn il-Partijiet;

(c)

jitlob, skont il-bżonn, informazzjoni minn kumitati jew korpi oħrajn stabbiliti taħt ftehimiet speċifiċi oħrajn bejn il-Partijiet li jagħmlu parti mill-qafas istituzzjonali komuni skont l-Artikolu 52(1), u jikkunsidra kwalunkwe rapport imressaq minnhom;

(d)

jiskambja fehmiet u jagħmel suġġerimenti dwar kull kwistjoni ta' interess komuni, inklużi azzjonijiet futuri u r-riżorsi disponibbli sabiex jitwettqu;

(e)

jistabbilixxi prijoritajiet b'rabta mal-għan ta' dan il-Ftehim;

(f)

ifittex metodi adatti biex jiġu evitati l-problemi li jistgħu jinħolqu fl-oqsma koperti minn dan il-Ftehim;

(g)

jagħmel ħiltu biex isolvi kwalunkwe tilwima li tinqala' fl-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim;

(h)

jeżamina l-informazzjoni ppreżentata minn Parti skont l-Artikolu 54; u

(i)

jagħmel rakkomandazzjonijiet u jadotta deċiżjonijiet, fejn xieraq, biex jagħti effett lil aspetti speċifiċi ta' dan il-Ftehim.

4.   Il-Kumitat Konġunt għandu jopera b'kunsens. Huwa għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu. Huwa jista' jistabbilixxi sottokumitati u gruppi ta' ħidma biex jittrattaw kwistjonijiet speċifiċi.

5.   Il-Kumitat Konġunt għandu, normalment, jiltaqa' darba fis-sena fl-Unjoni u New Zealand alternattivament, sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor bejn iż-żewġ Partijiet. Għandhom isiru laqgħat speċjali tal-Kumitat Konġunt meta jintalbu minn xi waħda mill-Partijiet. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun kopresedut miż-żewġ naħat. Normalment huwa għandu jiltaqa' fil-livell ta' uffiċjali anzjani.

Artikolu 54

Modalitajiet għall-implimentazzjoni u soluzzjoni tat-tilwim

1.   Il-Partijiet għandhom jieħdu kwalunkwe miżura ġenerali jew speċifika li hija meħtieġa sabiex ikunu ssodisfati l-obbligi tagħhom taħt dan il-Ftehim.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-proċedura deskritta fil-paragrafi 3 sa 8 ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe tilwima relatata mal-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tiġi riżolta biss permezz ta' konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet fil-Kumitat Konġunt. Il-Partijiet għandhom jippreżentaw l-informazzjoni rilevanti meħtieġa għal eżami bir-reqqa ta' din il-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt, bl-intenzjoni li tiġi riżolta t-tilwima.

3.   Filwaqt li jaffermaw mill-ġdid l-impenn qawwi u kondiviż tagħhom favur id-drittijiet tal-bniedem u n-nonproliferazzjoni, il-Partijiet jaqblu li jekk kwalunkwe waħda mill-Partijiet tqis li l-Parti l-oħra tkun wettqet ksur partikolarment serju u sostanzjali ta' kwalunkwe obbligu deskritt fl-Artikoli 2(1) u 8(1) bħala elementi essenzjali, li jhedded il-paċi u s-sigurtà internazzjonali b'tali mod li jeħtieġ reazzjoni immedjata, din minnufih għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra dwar dan il-fatt u l-miżura(i) xierqa li jkollha l-intenzjoni li tieħu skont dan il-Ftehim. Il-parti notifikanti għandha tavża lill-Kumitat Konġunt dwar il-ħtieġa li jorganizza konsultazzjonijiet urġenti dwar il-kwistjoni.

4.   Barra minn hekk, ksur partikolarment serju u sostanzjali tal-elementi essenzjali jista' jservi bħala bażi għal miżuri adatti fil-qafas istituzzjonali komuni kif imsemmi fl-Artikolu 52(1).

5.   Il-Kumitat Konġunt għandu jkun forum għal djalogu, u l-Partijiet għandhom jagħmlu l-almu tagħhom sabiex isibu soluzzjoni amikevoli fil-każ improbabbli li tinqala' sitwazzjoni kif deskritt fil-paragrafu 3. Jekk il-Kumitat Konġunt ma jkunx jista' jilħaq soluzzjoni reċiprokament aċċettabbli fi żmien 15-il jum mill-bidu tal-konsultazzjonijiet, u mhux aktar tard minn 30 jum mid-data tan-notifika deskritta fil-paragrafu 3, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta għal konsultazzjonijiet fil-livell ministerjali, li għandhom jinżammu għal perjodu ieħor ta' mhux aktar minn 15-il jum.

6.   Jekk l-ebda soluzzjoni reċiprokament aċċettabli ma tkun instabet fi żmien 15-il jum mill-bidu tal-konsultazzjonijiet fuq livell ministerjali, u mhux aktar tard minn 45 jum mid-data tan-notifika, il-Parti li tagħmel in-notifika tista' tiddeċiedi li tieħu l-miżuri xierqa notifikati skont il-paragrafu 3. Fl-Unjoni, id-deċiżjoni ta' sospensjoni tkun teħtieġ unanimità. Fi New Zealand, id-deċiżjoni ta' sospensjoni tittieħed mill-Gvern ta' New Zealand f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu.

7.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “miżuri xierqa” tfisser is-sospensjoni parzjali, is-sospensjoni sħiħa jew it-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim jew, skont kif ikun il-każ, ta' ftehim speċifiku ieħor li jagħmel parti mill-qafas istituzzjonali komuni, kif imsemmi fl-Artikolu 52(1), skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' tali ftehim. Miżuri xierqa meħuda minn Parti biex tissospendi dan il-Ftehim parzjalment, għandhom japplikaw biss għad-dispożizzjonijiet li jaqgħu taħt it-Titoli I sa VIII. Fl-għażla tal-miżuri xierqa, trid tingħata prijorità lil dawk li jfixklu l-inqas ir-relazzjonijiet bejn il-Partijiet. Dawn il-miżuri, li huma suġġetti għall-Artikolu 52(2), għandhom ikunu proporzjonati għall-ksur tal-obbligi taħt dan il-Ftehim, u għandhom ikunu f'konformità mad-dritt internazzjonali.

8.   Il-Partijiet għandhom jeżaminaw b'mod kostanti l-iżvilupp tas-sitwazzjoni li wasslet għal azzjoni taħt dan l-Artikolu. Il-Parti li tieħu l-miżuri xierqa għandha tirtirahom hekk kif ikun ġustifikat, u fi kwalunkwe każ hekk kif iċ-ċirkostanzi li jkunu wasslu għall-applikazzjoni tagħhom ma jibqgħux jeżistu.

TITOLU Х

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 55

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, it-terminu “il-Partijiet” ifisser l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, jew l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra.

Artikolu 56

Żvelar ta' informazzjoni

1.   Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jikkawża preġudizzju għal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali jew għall-atti tal-Unjoni dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali.

2.   Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jiġi interpretat li jitlob lil xi Parti li tipprovdi informazzjoni li l-iżvelar tagħha hija tqis li jmur kontra l-interessi tas-sigurtà essenzjali tagħha.

Artikolu 57

Emendar

Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat permezz ta' ftehim bil-miktub bejn il-Partijiet. Tali emendi għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data jew dati kif miftiehem mill-Partijiet.

Artikolu 58

Dħul fis-seħħ, durata u notifika

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fit-tletin jum wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri legali rispettivi tagħhom neċessarji għal dak il-għan.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, New Zealand u l-Unjoni jistgħu japplikaw dispożizzjonijiet determinati reċiprokament ta' dan il-Ftehim sakemm jidħol fis-seħħ. Tali applikazzjoni proviżorja għandha tibda fit-tletin jum wara d-data li fiha kemm New Zealand kif ukoll l-Unjoni jkunu nnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi tagħhom neċessarji għal tali applikazzjoni proviżorja.

3.   Dan il-Ftehim għandu jkun validu għal żmien indefinit. Kwalunkwe Parti tista' tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub dwar l-intenzjoni tagħha li tittermina dan il-Ftehim. It-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara d-data tan-notifika.

4.   In-notifiki magħmula skont dan l-Artikolu għandhom isiru lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ ta' New Zealand.

Artikolu 59

Applikazzjoni territorjali

Dan il-Ftehim għandu japplika, minn naħa waħda, għat-territorji li fihom japplikaw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dawk it-Trattati, u, min-naħa l-oħra, għat-territorju ta' New Zealand, iżda ma għandux jinkludi lil Tokelau.

Artikolu 60

Testi awtentiċi

Dan il-Ftehim huwa magħmul b'żewġ kopji fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Kroata, Latvjana, Litwanjana, Maltija, Netherlandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża, b'kull test ugwalment awtentiku. F'każ ta' xi diverġenza bejn it-testi ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jirreferu l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt.

Съставено в Брюксел на пети октомври през две хиляди и шестнадесета година.

Hecho en Bruselas, el cinco de octubre de dos mil dieciséis.

V Bruselu dne pátého října dva tisíce šestnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den femte oktober to tusind og seksten.

Geschehen zu Brüssel am fünften Oktober zweitausendsechzehn.

Kahe tuhande kuueteistkümnenda aasta oktoobrikuu viiendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις πέντε Οκτωβρίου δύο χιλιάδες δεκαέξι.

Done at Brussels on the fifth day of October in the year two thousand and sixteen.

Fait à Bruxelles, le cinq octobre deux mille seize.

Sastavljeno u Bruxellesu petog listopada godine dvije tisuće šesnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì cinque ottobre duemilasedici.

Briselē, divi tūkstoši sešpadsmitā gada piektajā oktobrī.

Priimta du tūkstančiai šešioliktų metų spalio penktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenhatodik év október havának ötödik napján.

Magħmul fi Brussell, fil-ħames jum ta’ Ottubru fis-sena elfejn u sittax.

Gedaan te Brussel, vijf oktober tweeduizend zestien.

Sporządzono w Brukseli dnia piątego października roku dwa tysiące szesnastego.

Feito em Bruxelas, em cinco de outubro de dois mil e dezasseis.

Întocmit la Bruxelles la cinci octombrie două mii șaisprezece.

V Bruseli piateho októbra dvetisícšestnásť.

V Bruslju, dne petega oktobra leta dva tisoč šestnajst.

Tehty Brysselissä viidentenä päivänä lokakuuta vuonna kaksituhattakuusitoista.

Som skedde i Bryssel den femte oktober år tjugohundrasexton.

Voor het Koninkrijk België

Pour le Royaume de Belgique

Für das Königreich Belgien

Image

Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brussels Hoofdstedelijk Gewest.

Cette signature engage également la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallonne, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale.

Diese Unterschrift bindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französische Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.

За Република България

Image

Za Českou republiku

Image

For Kongeriget Danmark

Image

Für die Bundesrepublik Deutschland

Image

Eesti Vabariigi nimel

Image

Thar cheann Na hÉireann

For Ireland

Image

Για την Ελληνική Δημοκρατία

Image

Por el Reino de España

Image

Pour la République française

Image

Za Republiku Hrvatsku

Image

Per la Repubblica italiana

Image

Για την Κυπριακή Δημοκρατία

Image

Latvijas Republikas vārdā –

Image

Lietuvos Respublikos vardu

Image

Pour le Grand-Duché de Luxembourg

Image

Magyarország részéről

Image

Għar-Repubblika ta' Malta

Image

Voor het Koninkrijk der Nederlanden

Image

Für die Republik Österreich

Image

W imieniu Rzeczypospolitej Polskiej

Image

Pela República Portuguesa

Image

Pentru România

Image

Za Republiko Slovenijo

Image

Za Slovenskú republiku

Image

Suomen tasavallan puolesta

För Republiken Finland

Image

För Konungariket Sverige

Image

For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

Image

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

For New Zealand

Image


29.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/31


Emenda għall-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta' oġġetti ta' merkanzija li jaqgħu taħt il-Carnets TIR (Konvenzjoni TIR, 1975)

Skont in-Notifika lid-Depożitarju tan-NU C.N.742.2016.TREATIES — XI.A.16 l-emendi segwenti għall-Konvenzjoni TIR jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2017 għall-Partijiet Kontraenti kollha:

 

Anness 6, Nota ta' Spjegazzjoni ġdida 0.42 bis:

Għandha tiżdied Nota ta' Spjegazzjoni ġdida fl-Artikolu 42 bis, li taqra kif ġej:

“0.42 bis

It-terminu ‘immedjatament’ fl-Artikolu 42 bis jinftiehem li jfisser li miżuri nazzjonali li jistgħu jaffettwaw l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni TIR u/jew il-funzjonament tas-sistema TIR, għandhom jiġu komunikati bil-miktub lill-Bord Eżekuttiv TIR (TIRExB) mill-aktar fis-possibbli u, jekk ikun possibbli, qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom, sabiex it-TIRExB ikun jista' jwettaq il-funzjonijiet superviżorji tiegħu u jissodisfa r-responsabbiltà tiegħu li jeżamina l-miżura fir-rigward tal-konformità tagħha mal-Konvenzjoni TIR f'konformità mal-Artikolu 42 bis u t-Termini ta' Referenza tagħha kif stipulati fl-Anness 8 tal-Konvenzjoni TIR.”

 

Anness 2, Artikolu 4, paragrafu 2(i):

Għat-test eżistenti ibdel:

“(i)

L-għatjiet li jiżżerżqu, il-qiegħ, il-bibien u l-partijiet kostitwenti l-oħra kollha tal-kompartiment tat-tagħbija għandhom ikunu immontati jew permezz ta' apparati li ma jistgħux jitneħħew u jiġu sostitwiti minn barra mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji, jew permezz ta' metodi li bihom tiġi prodotta struttura li ma tistax tiġi modifikata mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji.”.

 

Anness 2, Artikolu 4, paragrafu 2(iii):

Għat-test eżistenti ibdel:

“(iii)

Il-gwida għall-għatja li tiżżerżaq, l-apparati għat-tensjonament tal-għatja li tiżżerżaq u l-partijiet l-oħra li jiċċaqilqu għandhom jiġu immontati b'tali mod li meta jingħalqu u jitqiegħed fuqhom siġill doganali, il-bibien u partijiet oħra li jiċċaqilqu ma jkunux jistgħu jinfetħu jew jingħalqu minn barra mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji. Il-gwida għall-għatja li tiżżerżaq, l-apparati għat-tensjonament tal-għatja u l-partijiet l-oħra li jiċċaqilqu għandhom jiġu immontati b'tali mod li jkun impossibli li jinkiseb aċċess għall-kompartiment tat-tagħbija mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji ladarba jkunu ġew maqfula l-apparati għall-għeluq. Eżempju ta' sistema ta' kostruzzjoni ta' dan it-tip huwa pprovdut fl-illustrazzjoni Nru 9 mehmuża ma' dawn ir-Regolamenti.”.

 

Anness 2, Artikolu 5 ġdid:

Wara l-Artikolu 4 modifikat daħħal:

“Artikolu 5

Vetturi b'soqfa mgħottija li jiżżerżqu

1.   Fejn applikabbli, għall-vetturi b'soqfa mgħottija li jiżżerżqu għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1, 2, 3 u 4 ta' dawn ir-Regolamenti. Barra minn hekk, dawn il-vetturi għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

2.   Is-soqfa mgħottija li jiżżerżqu għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'(i) sa (iii) hawn taħt.

(i)

Is-soqfa mgħottija li jiżżerżqu għandhom ikunu immontati jew permezz ta' apparati li ma jistgħux jitneħħew u sostitwiti minn barra mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji, jew permezz ta' metodi li permezz tagħhom tiġi prodotta struttura li ma tistax tiġi modifikata mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji.

(ii)

L-għatu tas-saqaf mgħotti li jiżżerżaq għandu jirkeb fuq il-parti solida tas-saqaf fuq in-naħa ta' quddiem tal-kompartiment tat-tagħbija, b'tali mod li l-għatu tas-saqaf ma jistax jinġibed aktar 'l fuq mix-xifer ta' fuq tal-cantrail ta' fuq. Mat-tul tal-kompartiment tat-tagħbija, fuq iż-żewġ naħat, għandu jiddaħħal kejbil tal-azzar ikkompressat minn qabel fil-keffa tal-għatu tas-saqaf, b'tali mod li dan ma jistax jitneħħa u jerġa' jiddaħħal mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji. L-għatu tas-saqaf għandu jitwaħħal mal-karru b'tali mod li ma jistax jitneħħa u jerġa' jitwaħħal mill-ġdid mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji.

(iii)

Il-gwidi għas-soqfa mgħottija li jiżżerżqu, l-apparati għat-tensjonament tal-għatja li tiżżerżaq u l-partijiet l-oħra li jiċċaqilqu għandhom jiġu immontati b'tali mod li meta jingħalqu u jitqiegħed fuqhom siġill doganali, il-bibien, is-saqaf u partijiet oħra li jiċċaqilqu ma jkunux jistgħu jinfetħu jew jingħalqu minn barra mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji. Il-gwidi għas-soqfa mgħottija li jiżżerżqu, l-apparati għat-tensjonament tal-għatja u l-partijiet l-oħra li jiċċaqilqu għandhom jiġu assemblati b'tali mod li jkun impossibli li jinkiseb aċċess għall-kompartiment tat-tagħbija mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji ladarba jkunu ġew maqfula l-apparati għall-għeluq.

Eżempju ta' sistema possibbli ta' kostruzzjoni huwa muri fl-illustrazzjoni Nru 10, mehmuża ma' dawn ir-Regolamenti.”.

 

Anness 2, Illustrazzjoni Nru 9

Għall-Illustrazzjoni Nru 9 eżistenti ibdel:

“Illustrazzjoni Nru 9

EŻEMPJU TA' KOSTRUZZJONI TA' VETTURA B'GĦATJIET LI JIŻŻERŻQU

Image

Illustrazzjoni Nru 9, kontinwazzjoni:

Image

Illustrazzjoni Nru 9, kontinwazzjoni:

Image ”.

 

Anness 2, Illustrazzjoni Nru 10 ġdida:

Wara l-Illustrazzjoni Nru 9 l-ġdida daħħal:

“Illustrazzjoni Nru 10

EŻEMPJU TA' KOSTRUZZJONI TA' VETTURA B'SAQAF MGĦOTTI LI JIŻŻERŻAQ

Image

Illustrazzjoni Nru 10, kontinwazzjoni:

Image

Illustrazzjoni Nru 10, kontinwazzjoni:

Image ”.

 

Anness 7, Parti I, Artikolu 5, paragrafu 2(i):

Għat-test eżistenti ibdel:

“(i)

L-għatjiet li jiżżerżqu, il-qiegħ, il-bibien u l-partijiet kostitwenti l-oħra kollha tal-kontejner għandhom ikunu immontati jew permezz ta' apparati li ma jistgħux jitneħħew u jiġu sostitwiti minn barra mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji, jew permezz ta' metodi li bihom tiġi prodotta struttura li ma tistax tiġi modifikata mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji.”.

 

Anness 7, Parti I, Artikolu 5, paragrafu 2(iii):

Għat-test eżistenti ibdel:

“(iii)

Il-gwida għall-għatja li tiżżerżaq, l-apparati għat-tensjonament tal-għatja li tiżżerżaq u l-partijiet l-oħra li jiċċaqilqu għandhom jiġu immontati b'tali mod li meta jingħalqu u jitqiegħed fuqhom siġill doganali, il-bibien u partijiet oħra li jiċċaqilqu ma jkunux jistgħu jinfetħu jew jingħalqu minn barra mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji. Il-gwida għall-għatja li tiżżerżaq, l-apparati għat-tensjonament tal-għatja u l-partijiet l-oħra li jiċċaqilqu għandhom jiġu immontati b'tali mod li jkun impossibli li jinkiseb aċċess għall-kontejner mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji ladarba jkunu ġew maqfula l-apparati għall-għeluq. Eżempju ta' sistema ta' kostruzzjoni ta' dan it-tip huwa pprovdut fl-illustrazzjoni Nru 9 mehmuża ma' dawn ir-Regolamenti.”.

 

Anness 7, Parti I, Artikolu 6 ġdid:

Wara l-Artikolu 5 modifikat daħħal:

“Artikolu 6

Kontejners b'soqfa mgħottija li jiżżerżqu

1.   Fejn applikabbli, għall-kontejners b'soqfa mgħottija li jiżżerżqu għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1, 2, 3, 4 u 5 ta' dawn ir-Regolamenti. Barra minn hekk, dawn il-kontejners għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

2.   Is-soqfa mgħottija li jiżżerżqu għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'(i) sa (iii) hawn taħt.

(i)

Is-soqfa mgħottija li jiżżerżqu għandhom ikunu immontati jew permezz ta' apparati li ma jistgħux jitneħħew u jiġu sostitwiti minn barra mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji, jew permezz ta' metodi li permezz tagħhom tiġi prodotta struttura li ma tistax tiġi modifikata mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji.

(ii)

L-għatjien tas-soqfa mgħottija li jiżżerżqu għandhom jirkbu fuq il-parti solida tas-saqaf fuq in-naħa ta' quddiem tal-kontejner, b'tali mod li l-għatjien tas-soqfa ma jistgħux jinġibdu aktar 'il fuq mix-xifer ta' fuq tal-cantrail ta' fuq. Mat-tul tal-kontejner, fuq iż-żewġ naħat, għandu jiddaħħal kejbil tal-azzar ikkompressat minn qabel fil-keffa tal-għatu tas-saqaf, b'tali mod li dan ma jistax jitneħħa u jerġa' jiddaħħal mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji. L-għatu tas-saqaf għandu jitwaħħal mal-karru b'tali mod li ma jistax jitneħħa u jerġa' jitwaħħal mill-ġdid mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji.

(iii)

Il-gwidi għas-soqfa mgħottija li jiżżerżqu, l-apparati għat-tensjonament tal-għatja li tiżżerżaq u l-partijiet l-oħra li jiċċaqilqu għandhom jiġu immontati b'tali mod li meta jingħalqu u jitqiegħed fuqhom siġill doganali, il-bibien, is-saqaf u partijiet oħra li jiċċaqilqu ma jkunux jistgħu jinfetħu jew jingħalqu minn barra mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji. Il-gwidi għas-soqfa mgħottija li jiżżerżqu, l-apparati għat-tensjonament tal-għatja u l-partijiet l-oħra li jiċċaqilqu għandhom jiġu immontati b'tali mod li jkun impossibli li jinkiseb aċċess għall-kontejner mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji ladarba jkunu ġew maqfula l-apparati għall-għeluq.

Eżempju ta' sistema possibbli ta' kostruzzjoni huwa muri fl-illustrazzjoni Nru 10, mehmuża ma' dawn ir-Regolamenti.”.

 

Anness 7, Parti I, Illustrazzjoni Nru 9:

Għall-Illustrazzjoni Nru 9 eżistenti ibdel:

“Illustrazzjoni Nru 9

EŻEMPJU TA' KOSTRUZZJONI TA' KONTEJNER B'GĦATJIET LI JIŻŻERŻQU

Image

Illustrazzjoni Nru 9, kontinwazzjoni:

Image

Illustrazzjoni Nru 9, kontinwazzjoni:

Image ”.

 

Anness 7, Parti I, Illustrazzjoni Nru 10 ġdida:

Wara l-Illustrazzjoni Nru 9 l-ġdida daħħal:

“Illustrazzjoni Nru 10

EŻEMPJU TA' KOSTRUZZJONI TA' KONTEJNER B'SAQAF MGĦOTTI LI JIŻŻERŻAQ

Image

Illustrazzjoni Nru 10, kontinwazzjoni:

Image

Illustrazzjoni Nru 10, kontinwazzjoni:

Image ”.


REGOLAMENTI

29.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/45


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2080

tal-25 ta' Novembru 2016

dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat (2), b'mod partikolari l-Artikolu 28 u l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Minħabba s-sitwazzjoni attwali tas-suq tat-trab tal-ħalib xkumat f'termini tal-irkupru tal-prezz u l-livell għoli ta' ħażniet ta' intervent huwa xieraq li jinfetaħ il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat mill-intervent pubbliku permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 2016/1240.

(2)

Sabiex jiġi ġestit il-bejgħ mill-intervent b'mod adegwat, huwa meħtieġ li tiġi speċifikata d-data li qabilha t-trab tal-ħalib xkumat li jitqiegħed għall-bejgħ, għandu jkun daħal fl-intervent pubbliku.

(3)

Skont l-Artikolu 28(4)(b), (c) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 2016/1240, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-perjodi għas-sottomissjoni tal-offerti, il-kwantità minima li għaliha tista' tiġi ppreżentata offerta u l-ammont tal-garanzija li għandha tiġi ppreżentata meta titressaq offerta.

(4)

Għall-finijiet tal-Artikolu 31(1) tar-Regolament (UE) Nru 2016/1240, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-limiti ta' żmien sa meta l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-offerti ammissibbli kollha.

(5)

Fl-interess ta' amministrazzjoni effiċjenti, l-Istati Membri għandhom jagħmlu n-notifiki tagħhom lill-Kummissjoni skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (3).

(6)

Il-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni saż-żmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Il-bejgħ permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti, tat-trab tal-ħalib xkumat maħżun qabel l-1 ta' Novembru 2015 huwa miftuħ taħt il-kundizzjonijiet previsti fil-Kapitolu III tat-Titolu II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 2016/1240.

Artikolu 2

Tressiq ta' offerti

1.   Il-perjodu li fih jistgħu jitressqu l-offerti bi tweġiba għall-ewwel sejħa parzjali għall-offerti għandu jintemm fit-13 ta' Diċembru 2016 fil-11.00 (ħin ta' Brussell).

2.   Il-perjodi li fihom jistgħu jitressqu l-offerti bi tweġiba għat-tieni sejħa parzjali u għas-sejħiet parzjali sussegwenti għandhom jibdew fl-ewwel jum tax-xogħol wara tmiem il-perjodu preċedenti. Dawn għandhom jintemmu fl-11.00 (ħin ta' Brussell) fl-ewwel u t-tielet Tlieta tax-xahar. Madankollu, f'Awwissu għandu jkun il-11.00 (ħin ta' Brussell) fir-raba' Tlieta, u f'Diċembru għandu jkun il-11.00 (ħin ta' Brussell) fit-tieni Tlieta. Jekk it-Tlieta tkun festa pubblika l-limitu taż-żmien għandu jkun il-11.00 (ħin ta' Brussell) tal-jum tax-xogħol preċedenti.

3.   L-offerti jitressqu quddiem l-aġenziji tal-pagamenti approvati mill-Istati Membri (4).

Artikolu 3

Kwantità għal kull offerta u unità ta' kejl

Il-kwantità minima ta' trab tal-ħalib xkumat li għaliha tista' tiġi ppreżentata offerta għandha tkun ta' 20 tunnellata.

Il-prezz propost għandu jkun il-prezz għal kull 100 kilogramma ta' prodott.

Artikolu 4

Is-sigurtà

Meta titressaq offerta għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat, garanzija ta' EUR 50/tunellata għandha tiġi ppreżentata lill-aġenzija tal-pagamenti fejn intefgħet l-offerta.

Artikolu 5

Notifika lill-Kummissjoni

In-notifika prevista fl-Artikolu 31(1) tar-Regolament (UE) Nru 2016/1240 għandha ssiru skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009 sal-16.00 (ħin ta' Brussell) il-jiem imsemmija fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodottiagrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.

(4)  L-indirizzi tal-aġenziji tal-pagamenti huma disponibbli fuq is-sit tal-Kummissjoni Ewropea http://ec.europa.eu/agriculture/milk/policy-instruments/index_en.htm


29.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/48


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2081

tat-28 ta' Novembru 2016

li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u prodott minn Yuanping Changyuan Chemicals Co. Ltd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

A.   IL-PROĊEDURA

(1)

Fit-18 ta' April 2012, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 325/2012 (2) (“ir-Regolament ikkontestat”), il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ta' bejn 14,6 % u 52,2 % wara investigazzjoni dwar antidumping skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (3).

(2)

Permezz tas-sentenza tal-20 ta' Mejju 2015 (4), il-Qorti Ġenerali annullat ir-Regolament ikkontestat, f'dak li jikkonċerna Yuanping Changyuan Chemicals Co. Ltd, produttur esportatur kooperanti Ċiniż. Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li r-raġunament tal-Kunsill rigward żewġ kwistjonijiet dwar l-iddeterminar tal-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu ma kienx jikkonforma mal-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni ppubblikat Avviż li fih għarrfet li kienet iddeċidiet li tissokta l-investigazzjoni antidumping dwar l-aċidu ossaliku għall-finijiet tal-implimentazzjoni tas-sentenza fir-rigward ta' Yuanping Changyuan Chemicals Co. Ltd.

B.   L-IMPLIMENTAZZJONI

1.   Dazju doganali għall-kalkolu tal-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu (marġni tad-dannu)

(4)

Kif iddikjarat fil-premessi (66) u (83) tar-Regolament ikkontestat, Yuanping Changyuan Chemicals Co. Ltd kienet sostniet li l-Kummissjoni kienet naqset milli tinkludi kompletament kwota ta' 6,5 % li tikkorrispondi għad-dazju doganali normali fil-kalkolu tal-marġni tad-dannu.

(5)

Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni kien irriżultalha li l-affermazzjoni kienet iġġustifikata u kienet irrevediet il-kalkoli fir-rigward tal-marġni tad-dannu b'dan il mod: il-prezz finali medju pponderat tal-importazzjonijiet ġie kkalkulat billi mal-prezz tal-esportazzjonijiet medju pponderat CIF fil-fruntiera tal-Unjoni ta' Yuanping Changyuan Chemicals Co. Ltd, għaż-żewġ tipi ta' aċidu ossaliku (raffinat u mhux raffinat), ġew miżjuda, l-ewwel, 6,5 % għad-dazji doganali u mbagħad, ammont fiss ta' EUR 10 għal kull tunnellata għall-kostijiet ta' wara l-importazzjoni.

(6)

Ir-riżultat kien tnaqqis tal-marġni tad-dannu ta' Yuanping Changyuan Chemicals Co. Ltd ta' 18,7 %. Madankollu, kif diġà indikat fil-premessi (83) u (87) tar-Regolament ikkontestat, il-marġni tad-dannu ridott baqa' aktar mill-marġni tad-dumping stabbilit għal Yuanping Changyuan Chemicals Co. Ltd (14,6 %), li huwa l-bażi tad-dazju antidumping impost.

2.   Marġni tal-profitt għall-kalkolu tal-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu (marġni tad-dannu)

(7)

Kif iddikjarat fil-premessi 142 u 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1043/2011 (5) li jimponi miżuri proviżorji f'dan il-każ partikolari, u kif ikkonfermat mir-Regolament ikkontestat, il-profitt li ntuża għall-kalkolu tal-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu kien ta' 8 % tal-fatturat, li kien ikkunsidrat bħala l-profitt li l-industrija tal-Unjoni setgħet raġonevolment tistenna li tagħmel taħt kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni fin-nuqqas ta' dumping dannuż. Il-kunsiderazzjonijiet għall-użu ta' din iċ-ċifra huma diskussi skont kif ġej.

(8)

Fl-investigazzjoni li wasslet għar-Regolament ikkontestat ġie stabbilit li matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda jew f'sitwazzjoni ta' telf jew inkella tagħmel profitt tassew limitat. Dak il-livell ta' profitti ma kienx biżżejjed biex tinżamm il-produzzjoni fuq terminu medju. Barra minn hekk, matul il-perjodu kkunsidrat fl-investigazzjoni oriġinali kien hemm ammonti sinifikanti ta' importazzjonijiet, f'livelli ta' prezzijiet li bħala medja kienu anqas mill-prezzijiet li rriżulta li kienu oġġett ta' dumping fil-perjodu ta' investigazzjoni oriġinali. Dawn l-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi kellhom impatt negattiv fuq il-prestazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-livelli ta' profitt li fil-verità għamlet l-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat ma setgħux jiġu kkunsidrati bħala profitt li l-industrija tal-Unjoni setgħet raġonevolment tistenna li tagħmel taħt kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni.

(9)

Apparti minn hekk, matul l-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni ma ġabret l-ebda data fir-rigward tal-profitt tal-industrija tal-Unjoni għal perjodu qabel il-perjodu kkunsidrat. Minħabba f'hekk, l-ebda data dwar il-profitt f'rabta mal-industrija tal-Unjoni għal perjodu eżatt qabel il-perjodu kkunsidrat, li setgħet tintuża bħala marġni ta' profitt raġonevoli għall-kalkolu tal-marġni tad-dannu, ma kienet disponibbli. Wara d-divulgazzjoni, Yuanping argumentat li s-servizzi tal-Kummissjoni kien imisshom użaw informazzjoni li taqa' barra mill-perjodu kkunsidrat sabiex jagħmlu valutazzjoni kif suppost biex jistabbilixxu l-profitt fil-mira.

(10)

Din it-talba ma ntlaqgħetx. Il-Qrati tal-UE rrikonoxxew diskrezzjoni wiesgħa lill-Kummissjoni fir-rigward tal-perjodu li għandu jiġi kkunsidrat għall-fini tal-iddeterminar tad-dannu (6). Fil-bidu tal-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni stabbilixxiet perjodu biex tiġbor data għall-valutazzjoni tad-dannu, jiġifieri l-perjodu kkunsidrat, (l-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2010), u ma ġabritx data li ma kinitx taqa' f'dak il-perjodu. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa 23 hawn taħt, fl-ambitu ta' dan l-issoktar tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni trid tiddependi biss fuq l-informazzjoni li kienet disponibbli matul l-investigazzjoni oriġinali.

(11)

Għaldaqstant il-Kummissjoni analizzat il-profitt fil-mira propost mill-ilmentatur fl-investigazzjoni li wasslet għar-Regolament ikkontestat. Fl-ilment, ġie propost marġni tal-profitt fil-mira ta' 10 % għall-kalkolu tal-marġni tad-dannu. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnutat li l-marġni tal-profitt użat mill-Kunsill f'investigazzjoni preċedenti dwar l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku mill-Indja u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fl-1991 kienet 10 % (7). L-ilmentatur iġġustifika ċ-ċifra billi argumenta li tali livell ta' profittabbiltà jista' jinkiseb jekk huwa jipproduċi billi juża l-kapaċità b'mod sħiħ. Madankollu, il-marġni tal-profitt propost mill-ilmentatur ma għandux x'jaqsam mad-data reali dwar il-profitt miksub fin-nuqqas tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping taħt kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni, iżda ma' sitwazzjoni teoretika ta' użu b'mod sħiħ tal-kapaċità. Ġaladarba ma ntweriex mill-ilmentatur li l-użu b'mod sħiħ li fuqu bbaża l-profitt propost fil-mira kien miksub jew seta' jinkiseb f'kundizzjonijiet normali tas-suq fin-nuqqas ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping, il-profitt fil-mira affermat ma setax jintuża għal din ir-raġuni.

(12)

F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni eżaminat il-marġni tal-profitt stabbilit f'investigazzjonijiet oħra li jikkonċernaw is-settur tal-kimika, li huma wkoll industriji intensivi fil-kapital bħall-industrija tal-aċidu ossaliku u li għandhom proċess tal-produzzjoni simili.

(13)

Fir-rigward tal-marġnijiet tal-profitt użati f'investigazzjonijiet preċedenti fis-settur tal-kimika (8) (inkluż il-marġni tal-profitt użat fl-investigazzjoni preċedenti dwar l-aċidu ossaliku) irriżulta li, bħala medja, marġni tal-profitt ta' madwar 8 % kien ġie kkunsidrat li jikkostitwixxi profitt raġonevoli li l-industrija tal-Unjoni tista' tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq fin-nuqqas ta' dumping dannuż.

(14)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni eżaminat il-marġni tal-profitt użat f'investigazzjonijiet li jikkonċernaw setturi oħra li, bħas-settur tal-kimika, huma intensivi fil-kapital. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkonstatat li l-marġni tal-profitt użat f'dawk l-investigazzjonijiet (9), kienu konsistenti mal-marġni medju tal-profitt ikkonstatat għas-settur tal-kimika inkluż l-aċidu ossaliku.

(15)

Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija aktar 'il fuq, u l-assenza tad-data reali dwar il-livelli ta' profittabbiltà li jistgħu jinkisbu mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni taħt kundizzjonijiet normali, u fin-nuqqas ta' dumping dannuż, il-Kummissjoni kkonstatat bħala xieraq li tistabbilixxi tali marġni raġonevoli tal-profitt fuq il-bażi tal-marġni medju tal-profitt stabbilit f'investigazzjonijiet tal-antidumping għal industriji oħra tal-kimika, u industriji oħra b'karatteristiċi simili, bħal li jkunu intensivi fil-kapital. Fuq il-bażi ta' dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li 8 % kien marġni tal-profitt li l-industrija tal-Unjoni setgħet raġonevolment tistenna li tagħmel f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni, b'mod partikolari fin-nuqqas ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping, u dan il-marġni tal-profitt jinħtieġ li għaldaqstant jintuża għall-kalkolu tal-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu.

C.   ID-DIVULGAZZJONI

(16)

Il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet imsemmija aktar 'il fuq fid-29 ta' Ġunju 2016. Yuanping Changyuan Chemicals Co. Ltd u l-industrija tal-Unjoni ngħataw l-opportunità li jikkummentaw dwarhom.

(17)

Il-kummenti ġew riċevuti fl-iskadenza preskritta u ġew ikkunsidrati kif dovut. Barra minn hekk, fil-11 ta' Awwissu 2016, sar smigħ bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u Yuanping.

(18)

B'riżultat tal-kummenti riċevuti mill-partijiet interessati, saru xi bidliet fir-rigward tad-dokument tad-divulgazzjoni oriġinali tad-29 ta' Ġunju 2016. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ddivulgat għal darb'oħra l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq lill-partijiet interessati fl-24 ta' Awwissu 2016.

(19)

Wara d-divulgazzjoni, Oxaquim sostniet li ma kienx ċar jekk l-affermazzjoni ta' Yuanping imsemmija fil-premessa (4) ta' hawn fuq kinitx ġustifikata kompletament jew parzjalment. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkonfermat li l-affermazzjoni kienet iggarantita kompletament. Kif spjegat fid-dettall fil-premessi (5) u (6) aktar 'il fuq, il-kalkolu rrevedut imwettaq mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni oriġinali rrifletta kompletament il-kummenti li saru minn Yuanping fil-waqt tal-investigazzjoni oriġinali.

(20)

Min-naħa tagħha, Yuanping allegat li l-Kummissjoni, meta implimentat is-sentenza tal-Kunsill, wettqet analiżi post hoc sabiex tiġġustifika l-konklużjonijiet tal-investigazzjoni oriġinali. Skont Yuanping dan kien ippruvat permezz tal-fatt li l-Kummissjoni serrħet fuq ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1138/2011 (10), li ġie ppubblikat wara l-valutazzjoni tal-profitt fil-mira fil-proċediment attwali. Yuanping sostniet li analiżi post hoc bħal din ma setgħetx tintuża biex tiġġustifika l-konklużjonijiet oriġinali. Din l-affermazzjoni ma kinitx korretta u ma ntlaqgħetx għar-raġunijiet segwenti.

(21)

L-ewwel nett, fir-rigward tal-każijiet li fuq il-bażi tagħhom saret il-valutazzjoni tal-profitt fil-mira (li għal ftit minnhom biss saret referenza fir-Regolament), l-affermazzjoni ta' Yuanping hija fattwalment żbaljata. Il-profitt fil-mira f'dawn il-każijiet kollha, inkluż ir-Regolament imsemmi aktar 'il fuq minn Yuanping, kien ġie jew proviżorjament jew inkella definittivament stabbilit qabel ma ġie ddeterminat il-profitt fil-mira fl-investigazzjoni oriġinali.

(22)

It-tieni nett, il-Kummissjoni sabiex timplimenta s-sentenza tal-Qorti f'konformità mal-Artikolu 266 TFUE, trid tipprovdi dikjarazzjoni tar-raġunijiet f'konformità mal-Artikolu 296 TFUE, għal dawk il-konklużjonijiet li saru fl-investigazzjoni oriġinali u li fir-rigward tagħhom il-Qorti kkonstatat li d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet ma kinitx biżżejjed. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni trid isserraħ fuq l-informazzjoni li kienet disponibbli fil-waqt tal-investigazzjoni oriġinali.

(23)

Għalhekk, il-Kummissjoni mmotivat dawk il-konklużjonijiet, pereżempju l-użu tat-8 % bħala profitt fil-mira, billi użat biss l-informazzjoni li kienet serrħet fuqha preċedentement matul l-investigazzjoni oriġinali.

(24)

Apparti dan, l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-Kummissjoni f'dan ir-Regolament diġà kienet fil-fajl tal-każ tal-investigazzjoni oriġinali u/jew kienet disponibbli pubblikament dak iż-żmien. Tali informazzjoni ġiet ipprovduta lil Yuanping għal darb'oħra fil-kuntest ta' din l-investigazzjoni, li jindika li l-Kummissjoni ma użat l-ebda evidenza ġdida fid-dikjarazzjoni tar-raġunijiet imtejba tagħha.

(25)

Yuanping argumentat ulterjorment li proċedura amministrattiva mhijiex biżżejjed sabiex tikkoreġi l-iżbalji misjuba mill-Qorti.

(26)

Dan l-argument ma ntlaqax. Il-Qorti ma stabbilixxietx li s-sejbiet tal-Kummissjoni kienu fattwalment jew sostanzjalment żbaljati. Minflok, il-Qorti stabbilixxiet li f'ċerti istanzi, ir-Regolament ikkontestat ma kellux biżżejjed raġunament. L-għoti ta' dikjarazzjoni tar-raġunijiet imtejba f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 296 TFUE, huwa l-mezz xieraq sabiex ikun hemm konformità mas-sentenza tal-Qorti.

(27)

Fl-aħħar nett, Yuanping sostniet li ċ-ċifra użata mill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni, jiġifieri EUR 10 għal kull tunnellata, kienet baxxa wisq. Sabiex issostni din l-affermazzjoni, Yuanping provdiet evidenza lill-Kummissjoni f'għamla ta' diversi fatturi mill-2016, li fihom l-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni kienu allegatament ogħla.

(28)

Din it-talba ma ntlaqgħetx. Iċ-ċifri għall-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni użati mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni oriġinali kienu r-riżultat ta' informazzjoni vverifikata minn importaturi mhux relatati kooperanti. F'dan ir-rigward, Yuanping naqset milli tissostanzja għaliex jinħtieġ li l-Kummissjoni tikkalkula mill-ġdid din iċ-ċifra billi tuża data mhux ivverifikata minn perjodu li ma jaqax fil-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali.

(29)

Dan ir-Regolament huwa f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dazju antidumping definittiv ta' 14,6 % huwa hawnhekk impost fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ossaliku, kemm jekk f'forma diidrata (in-numru CUS 0028635-1 u n-numru CAS 6153-56-6) jew anidra (in-numru CUS 0021238-4 u n-numru CAS 144-62-7) u kemm jekk ikunx f'soluzzjoni akwuża jew le, li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li attwalment jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 2917 11 00 (il-kodiċi TARIC 2917110091) u prodott minn Yuanping Changyuan Chemicals Co. Ltd (il-kodiċi TARIC addizzjonali B232).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 325/2012 tat-12 ta' April 2012 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 106, 18.4.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51). Mill-20 ta' Lulju 2016: Ir-Regolament (UE) 2016/1036.

(4)  Il-Kawża T-310/12 Yuanping Changyuan Chemicals Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1043/2011 tad-19 ta' Ottubru 2011 li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq importazzjonijiet ta' aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 1).

(6)  Epicheiriseon Metalleftikon Viomichanikon kai Naftiliaekon AE et. vs Il-Kunsill (il-Kawża C-121/86, [1989], Ġabra 3919)

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1472/91 tad-29 ta' Mejju 1991 li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq importazzjonijiet ta' aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jġib fi tmiemu l-proċediment antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġina miċ-Ċekoslovakkja (ĠU L 138, 1.6.1991, p. 62) (il-premessa 45); ikkonfermat mir-Regolament definittiv: ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3434/91 tal-25 ta' Novembru 1991 li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq importazzjonijiet ta' aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja jew mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 326, 28.11.1991, p. 6) (il-premessa 26).

(8)  Ara fost l-oħrajn, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 130/2006 tat-23 ta' Jannar 2006 li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta' aċidu tartariku li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 334M, 12.12.2008, p. 755); ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1193/2008 tal-1 ta' Diċembru 2008 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazji proviżorji imposti fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 323, 3.12.2008, p. 1); ir-Regolament ta' Implimentazzjoni Tat-Kunsill (UE) Nru 1138/2011 tat-8 ta' Novembru 2011 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja (ĠU L 293, 11.11.2011, p. 1).

(9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 451/2011 tas-6 ta' Mejju 2011 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' karta fina miksija li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 128, 14.5.2011, p. 1); ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2093/2002 tas-26 ta' Novembru 2002 li jimponi dazju definittiv ta' antidumping u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ħjut tas-suf tal-filament minsuġa bil-poliester (PTY), li joriġinaw fl-Indja (ĠU L 323, 28.11.2002, p. 1).

(10)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 8.


DEĊIŻJONIJIET

29.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/53


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/2082

tat-28 ta' Novembru 2016

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-10 ta' Novembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK (1) li tistabbilixxi l-operazzjoni militari tal-UE Atalanta (“Atalanta”).

(2)

Fil-21 ta' Novembru 2014, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/827/PESK (2) emendat l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK u estendiet Atalanta sat-12 ta' Diċembru 2016.

(3)

Ir-rieżami strateġiku tal-2016 għal Atalanta wassal għall-konklużjoni li l-mandat ta' Atalanta jenħtieġ li jiġi estiż sa Diċembru 2018.

(4)

L-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK jenħtieġ li tiġi emendata kif meħtieġ.

(5)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. Id-Danimarka ma tiħux sehem fl-implimentazzjoni ta' din d-Deċiżjoni u għaldaqstant ma tikkontribwixxix għall-finanzjament ta' din l-operazzjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 14, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-operazzjoni militari tal-UE għall-perijodu bejn it-13 ta' Diċembru 2016 sal-31 ta' Diċembru 2018 għandu jkun ta' EUR 11 064 000. Il-perċentwal tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/528 (*1) għandu jkun ta' 0 %.

(*1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/528 tas-27 ta' Marzu 2015 li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal- operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża (Athena) u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/871/PESK (ĠU L 84, 28.3.2015, p. 39).”."

(2)

Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   L-operazzjoni militari tal-UE għandha tintemm fil-31 ta' Diċembru 2018.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Novembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/827/PESK tal-21 ta' Novembru 2014 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (ĠU L 335, 22.11.2014, p. 19).


29.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/55


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/2083

tat-28 ta' Novembru 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/486/PESK (1) dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine).

(2)

Id-Deċiżjoni 2014/486/PESK, kif emendata mid-Deċiżjoni (PESK) 2015/2249 (2), ipprovdiet lil EUAM Ukraine ammont ta' referenza finanzjarja sat-30 ta' Novembru 2016 u mandat sat-30 ta' Novembru 2017.

(3)

Fit-12 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/712 (3) li tadatta l-ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu sat-30 ta' Novembru 2016.

(4)

Għandu jiġi previst ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2016 sat-30 ta' Novembru 2017, u d-Deċiżjoni 2014/486/PESK għandha b'hekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2014/486/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata ma' EUAM Ukraine sat-30 ta' Novembru 2014 għandu jkun ta' EUR 2 680 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata ma' EUAM Ukraine għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2014 sat-30 ta' Novembru 2015 għandu jkun ta' EUR 13 100 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata ma' EUAM Ukraine għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2015 sat-30 ta' Novembru 2016 għandu jkun ta' EUR 17 670 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata ma' EUAM Ukraine għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2016 sat-30 ta' Novembru 2017 għandu jkun ta' EUR 20 800 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodi sussegwenti għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.”;

(2)

fl-Artikolu 17, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat li jgħaddi lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (‘Frontex’) informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE ġġenerati għall-finijiet ta' EUAM Ukraine, sal-livell ta' klassifikazzjoni determinat mill-Kunsill f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE. Għandhom jiġu fformulati arranġamenti bejn ir-RGħ u Frontex għal dan l-iskop.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Novembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

P. ŽIGA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) (ĠU L 217, 23.7.2014, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2249 tat-3 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) (ĠU L 318, 4.12.2015, p. 38).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/712 tat-12 ta' Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (ĠU L 125, 13.5.2016, p. 11).


29.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/57


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2084

tal-10 ta' Ġunju 2016

dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38132 (2015/C) (ex 2014/NN) — Kumpens PSO għall-Arfea

(notifikata bid-dokument C(2016) 3472)

(It-test Taljan biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni(jiet) ċċitata/i hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

L-awtoritajiet Taljani, permezz ta' notifika elettronika tad-9 ta' Jannar 2014 u skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE, innotifikaw il-kumpens addizzjonali mogħti mill-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta' Pjemonte) lill-Arfea - Aziende Riunite Filovie ed Autolinee (l-“Arfea”), għall-provvista ta' servizzi tat-trasport tal-passiġġieri b'xarabank abbażi ta' konċessjonijiet mogħtija mir-Reġjun Taljan ta' Pjemonte (“ir-Reġjun”) matul il-perjodu ta' bejn l-1997 u l-1998 (“il-perjodu taħt eżami”).

(2)

In-notifika ġiet irreġistrata taħt in-numru tal-kawża SA.38132. Wara talba għall-informazzjoni li l-Kummissjoni bagħtet fis-7 ta' Frar 2014 biex tiċċara jekk il-kumpens addizzjonali kienx tħallas, fil-11 ta' Marzu 2014 ir-Reġjun ikkonferma li kien ħallas il-kumpens addizzjonali lill-Arfea fis-7 ta' Frar 2014, jiġifieri wara li l-gvern Taljan kien innotifika l-miżura lill-Kummissjoni. Għalhekk il-miżura ġiet trattata bħala miżura mhux notifikata.

(3)

Fis-7 ta' April 2014 u l-21 ta' Mejju 2014, l-awtoritajiet Taljani pprovdew aktar informazzjoni, u wara talba għall-informazzjoni li l-Kummissjoni bagħtet fl-24 ta' Lulju 2014, fl-20 ta' Awwissu 2014 huma pprovdew aktar informazzjoni.

(4)

B'ittra datata t-23 ta' Frar 2015, il-Kummissjoni infurmat lill-Italja li kienet iddeċidiet li tagħti bidu għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem it-“TFUE”) fir-rigward tal-għajnuna. L-awtoritajiet Taljani ssottomettew l-osservazzjonijiet tagħhom dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ b'ittra tas-16 ta' April 2015.

(5)

Fid-deċiżjoni tagħha biex tagħti bidu għall-proċedura, li ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2), il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar il-miżura.

(6)

L-unika parti terza li ssottomettiet osservazzjonijiet bħala tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ kienet l-Arfea, il-benefiċjarju tal-miżura. Is-sottomissjoni tagħha waslet fit-30 ta' Lulju 2015 u ntbagħtet lill-Italja fit-18 ta' Awwissu 2015, li ngħatat l-opportunità tirreaġixxi. Il-kummenti tal-Italja waslu b'ittra datata l-24 ta' Settembru 2015.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-GĦAJNUNA

2.1.   Il-kumpanija u s-servizzi pprovduti

(7)

L-Arfea hija kumpanija privata li tipprovdi servizzi tat-trasport pubbliku lokali bbażati fuq konċessjonijiet u servizzi tat-trasport kummerċjali privat. B'mod aktar speċifiku, skont l-Awtoritajiet Taljani, l-Arfea kienet topera netwerk ta' konnessjonijiet ta' xarabanks bħala konċessjonarju fil-Provinċja ta' Alessandria u l-Provinċja ta' Asti (“il-Provinċji”) matul il-perjodu taħt eżami (l-1997 u l-1998). Il-kumpanija kienet tipprovdi wkoll servizzi privati oħra, bħal servizzi turistiċi u l-kiri ta' xarabanks.

(8)

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Taljani, ir-Reġjun diġà ħallas kontribuzzjonijiet pubbliċi lill-Arfea għas-servizz imsemmi hawn fuq matul il-perjodu mill-1997 sal-1998 skont id-deċiżjoni qafas tal-Gvern Reġjonali (id-Delibera della Giunta Regionale jew id-D.G.R.) Nru 658-2041 tas-16 ta' Frar 1984 (“id-Deċiżjoni Qafas tal-1984”) li timplimenta l-Liġi Nru 151/1981 (3) u l-Liġi Reġjonali Nru 16/1982 (4). Dawk il-liġijiet stabbilew ir-regoli għall-għoti tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi għall-investimenti u d-defiċits operazzjonali tal-entitajiet jew l-impriżi li jipprovdu s-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri. Skont l-Artikolu 1 tal-Liġi Reġjonali Nru 16/82, tali servizzi huma dawk “normalment maħsuba għat-trasport kollettiv ta' persuni jew beni pprovduti b'mod kontinwu jew perjodiku b'tariffi, ħinijiet, frekwenzi u itinerarji ffissati minn qabel u b'offerta mhux iddivrenzjata”. Fl-1997, l-Arfea talbet u kisbet ukoll kontribuzzjonijiet pubbliċi addizzjonali mir-Reġjun skont l-Artikolu 12 tal-Liġi Nru 472/1999 għall-1997. Minħabba li jidher li dawk il-kontribuzzjonijiet pubbliċi ngħataw lill-Arfea aktar minn għaxar snin qabel ma l-Kummissjoni bagħtet l-ewwel talba tagħha għall-informazzjoni lill-Istat Taljan, dawk il-kontribuzzjonijiet mhumiex se jkunu soġġetti għal valutazzjoni skont din id-deċiżjoni

(9)

Fl-2007, wara sentenza tal-Kunsill tal-Istat (il-Qorti Amministrattiva suprema tal-Italja) li tat kumpens retroattiv tas-servizz pubbliku lil fornitur tas-servizz tat-trasport direttament skont ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69 tal-Kunsill (5) barra mill-kumpens li diġà kienet irċeviet skont il-liġi nazzjonali (6), l-Arfea talbet kumpens tas-servizz pubbliku addizzjonali mir-Reġjun abbażi ta' dak ir-regolament għall-iżvantaġġi ekonomiċi li kienet ġarrbet minħabba l-obbligi tas-servizz pubbliku (il-“PSOs”) li allegatament ġew imposti fuqha fl-1997 u l-1998, rispettivament. Skont l-Arfea, l-ammont ta' kumpens li rċeviet, kif ikkalkulat skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ma ppermettiex il-kumpens sħiħ tad-defiċits tagħha fit-tħaddim tal-PSOs. Dik it-talba ġiet rifjutata mir-Reġjun permezz tan-noti tal-14 ta' Mejju 2007 u tal-25 ta' Jannar 2008. Permezz tal-Appelli Nri 913/2007 u 438/2008, l-Arfea u fornituri tas-servizzi oħra sfidaw dawk in-noti li rrifjutaw it-talbiet tagħhom għal kumpens addizzjonali.

2.2.   Is-sentenzi tal-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta' Pjemonte (Tribunale Amministrativo Regionale del Piemonte – TAR Piemonte)

(10)

Bis-sentenzi tat-18 ta' Frar 2010 (Is-Sentenzi Nri 976 u 977/2010), il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta' Pjemonte (“il-Qorti Amministrattiva Reġjonali”) laqgħet l-appell tal-Arfea u kkonkludiet li din kienet intitolata biex tirċievi kumpens addizzjonali għas-servizz pubbliku li wettqet, skont ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69.

(11)

F'dawk is-sentenzi, il-Qorti Amministrattiva Reġjonali sostniet li impriża li topera servizz pubbliku ma tistax tiġi miċħuda t-talba tagħha għal ripagament tal-ispejjeż b'mod effettiv imġarrba fit-twettiq ta' dak is-servizz. Il-livell inadegwat tal-kontribuzzjoni applikata mill-Italja kien jirrappreżenta żvantaġġ mhux ġustifikat għall-konċessjonarju. Il-Qorti Amministrattiva Reġjonali, barra minn hekk qieset li l-Arfea kienet intitolata tirċievi kumpens għal servizz pubbliku anke fin-nuqqas ta' talba minn qabel għat-tneħħija tal-PSOs. Skont il-Qorti Amministrattiva Reġjonali, l-ammont preċiż tal-kumpens addizzjonali dovut lill-Arfea kellu jiġi ddeterminat mir-Reġjun abbażi ta' dejta affidabbli meħuda mill-kontijiet tal-kumpanija, li turi d-differenza bejn l-ispejjeż li jistgħu jiġu attribwiti għall-parti mill-attivitajiet tal-Arfea assoċjati mal-PSO u d-dħul korrispondenti. Madanakollu, ir-Reġjun naqas milli jikkalkula l-ammont ta' kumpens li kellu jitħallas lill-Arfea, kif ordnat mill-Qorti Amministrattiva Reġjonali.

(12)

B'ordnijiet (ordinanze istruttorie) Nri 198 u 199 tal-14 ta' Frar 2013, il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ħatret espert (“l-espert”) biex jimpenja ruħu fil-kompitu li jivverifika jekk l-ammonti mitluba mill-Arfea (EUR 1 446 526 għall-1997 u EUR 421 884 għall-1998) ġewx ikkalkulati f'konformità mar-Regolament (KEE) Nru 1191/1969 u l-paragrafi 87 sa 95 tas-sentenza ta' Altmark (7). Jidher mis-sentenzi tal-Qorti Amministrattiva Reġjonali (giudizio per l'ottemperanza) Nri 1070 u 1071/2013 tal-10 ta' Ottubru 2013, li l-espert ivverifika li l-iżvantaġġ ekonomiku fil-forma ta' nuqqas ta' kumpens imġarrab mill-Arfea kien ta' EUR 1 196 780 għall-1997 u EUR 102 814 għall-1998. Il-Qorti Amministrattiva Reġjonali kkwantifikat l-ammonti ta' kumpens addizzjonali li r-Reġjun kien obbligat iħallas lill-Arfea skont dan u ordnat li l-pagament ta' dawk is-somom isir sa mhux aktar tard mis-7 ta' Frar 2014. L-awtoritajiet Taljani kkonfermaw li l-pagament ta' dawk is-somom kien sar mir-Reġjun lill-Arfea fis-7 ta' Frar 2014.

(13)

Huwa l-pagament ta' dak il-kumpens addizzjonali mir-Reġjun lill-Arfea bħala konsegwenza tas-sentenzi Nri. 1070 u 1071/2013 li jikkostitwixxi l-miżuri mhux notifikati u li huma s-suġġett ta' din id-Deċiżjoni.

2.3.   Ammont ta' kumpens addizzjonali

(14)

Kif spjegat fit-taqsima preċedenti, il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ħatret espert biex jiddetermina l-kumpens addizzjonali li r-Reġjun għandu jagħti lill-Arfea. Fis-17 ta' Ġunju 2013, l-espert ħareġ żewġ rapporti, wieħed għall-1997 u ieħor għall-1998. L-espert għamel korrezzjonijiet tal-kontabilità fil-kalkolu tal-ammont ta' kumpens li sar mill-konsulenti tal-Arfea iżda kkonferma li l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-kumpens addizzjonali kienet konformi mal-Artikoli 10 et seq. tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 u l-paragrafi 87 sa 95 tas-sentenza ta' Altmark. Il-metodoloġija li għamel użu minnha l-espert kienet din li ġejja:

(a)

Ikkalkula d-differenza bejn l-ispejjeż netti u d-dħul li joriġina mill-provvista tal-PSOs;

(b)

mill-ammont ikkalkulat skont (a), naqqas il-kontribuzzjonijiet pubbliċi li diġà ngħataw lill-Arfea (id-“defiċit verifikat”);

(c)

id-defiċit verifikat imbagħad jiġi kkumparat mal-effett finanzjarju nett “ekwivalenti għat-total tal-effetti, pożittivi jew negattivi, ta' konformità mal-obbligu ta' servizz pubbliku fuq l-ispejjeż u d-dħul tal-operatur tas-servizz pubbliku” (8). Għal dan il-għan, l-espert ikkalkula l-effett finanzjarju nett fuq il-metodoloġija indikata fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

(15)

Fir-rapporti tiegħu, l-espert jispjega li d-dejta użata għall-verifika kienet iċċertifikata mir-Reġjun. B'kuntrast mat-talba li saret mill-awtoritajiet Taljani, l-espert iqis li, abbażi tal-kontijiet tal-Arfea, huwa possibbli li wieħed jiddetermina liema kienu l-ispejjeż imġarrba fl-eżekuzzjoni tal-obbligi tas-servizz pubbliku allegatament imposti mir-Reġjun ta' Pjemonte. Skont l-espert, xi spejjeż jistgħu jiġu allokati direttament, filwaqt li xi spejjeż komuni jistgħu jiġu separati permezz ta' attribut indirett ta' tali spejjeż għall-attivitajiet pubbliċi u privati tal-Arfea. L-allokazzjoni indiretta tal-ispejjeż komuni saret abbażi tal-parametri indikati fl-hekk imsejjaħ “mudell bażi” (modelli base) ippreparat mill-Arfea allegatament abbażi tal-istruzzjonijiet ipprovduti mir-Reġjun (l-hekk imsejħa “Istruzzjonijiet 97”). Tali parametri kienu jindikaw il-persentaġġ tal-attività għas-servizz pubbliku urban u ta' ġol-belt imwettaq fir-Reġjun u l-persentaġġ ta' attivitajiet privati oħra (e.ż. kiri ta' xarabanks). L-espert applika dawn il-persentaġġi tal-ispejjeż komuni li għalihom ma kienx allegatament possibbli li jinżammu kontijiet separati.

(16)

Fir-rigward tal-konformità mas-sentenza ta' Altmark, l-espert ma jesprimix il-fehma tiegħu dwar jekk l-Arfea kinitx fil-fatt ġiet fdata b'PSOs definiti b'mod ċar minħabba li dan ma kienx fir-responsabbiltà tiegħu. Huwa jikkonferma li l-parametri għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi ġew stabbiliti fid-Deċiżjoni Qafas tal-1984 u li l-kumpens addizzjonali vverifikat fir-rapporti tiegħu ma jaqbiżx dak li huwa neċessarju biex jiġu koperti l-ispejjeż kollha jew parti mill-ispejjeż imġarrba fl-eżekuzzjoni tal-PSOs, waqt li jitqiesu l-irċevuti rilevanti u profitt raġonevoli għall-eżekuzzjoni ta' dawk l-obbligi.

(17)

L-espert jaqbel mal-kalkoli li saru mill-konsulenti tal-Arfea dwar il-profitt raġonevoli, li huwa definit bħala remunerazzjoni medja tal-kapital, abbażi tas-suppożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-kapital investit ġie kkalkulat bħala l-assi netti tal-Arfea li jirriżultaw mill-kontijiet (fl-1997: ITL 7,98 biljun) minbarra l-kontribuzzjonijiet reġjonali għall-investimenti. L-ammont imbagħad tnaqqas biex jirrifletti l-proporzjon tal-assi użati għall-provvista ta' servizzi pubbliċi biss, bl-użu tal-persentaġġ rilevanti tal-attivitajiet tal-Arfea. L-ammont li rriżulta għall-1997 kien dak ta' ITL 1,6 biljun.

(b)

Abbażi tal-formola magħżula mill-konsulent għall-kalkolu tad-dħul meħtieġ fuq il-kapital investit, ir-rata rilevanti tad-dħul ġiet iffissata għal 12,39 % għall-1997 u 10,81 % għall-1998;

(18)

Fl-aħħar nett, l-espert isostni li l-ispejjeż tal-unità tal-Arfea fl-1997 u l-1998 huma koerenti ma' dawk ta' impriża tipikament immexxija tajjeb li tipprovdi servizzi simili fis-suq.

(19)

Minħabba f'hekk, il-kumpens addizzjonali għall-1997 u l-1998 (EUR 1 196 780 għall-1997 u l-EUR 102 814 għall-1998) jikkorrispondi mad-differenza bejn id-defiċit verifikat u l-effett finanzjarju nett, minbarra l-kontribuzzjonijiet pubbliċi li diġà kienu tħallsu mir-Reġjun.

2.4.   Il-Ftehimiet ta' Konċessjonijiet

(20)

L-awtoritajiet Taljani pprovdew 28 konċessjoni (disciplinari di concessione) mogħtija mill-Provinċji lill-Arfea għall-provvista tas-servizzi f'27 rotta reġjonali u rotta interreġjonali waħda, b'dati ta' validità differenti. Xi wħud mill-konċessjonijiet kienu fis-seħħ biċ-ċar matul il-perjodu taħt eżami, filwaqt li għal oħrajn ma hemm l-ebda evidenza ta' tiġdid iżda ta' modifiki sussegwenti biss:

Konċessjoni

Validità

1.

Alessandria - Voghera (servizz interreġjonali)

1996

2.

Acqui – Mombaruzzo

15.9.1993-31.12.93 – evidenza ta' modifiki, l-aħħar waħda f'Settembru 1996

3.

Acqui - Spinetta - fabbriki industrijali (linea operaia)

1996 - evidenza ta' modifiki, l-aħħar waħda f'Ottubru 1998

4.

Oviglio - Asti fs

18.10.93 - 31.12.93 - evidenza ta' modifiki, l-aħħar waħda f'Settembru 1996

5.

Alessandria – Mirabello – Casale

1986 - evidenza ta' modifiki, l-aħħar waħda fl-1994

6.

Alessandria - Ovada

1.6.97 - 31.12.97 (iffirmata fl-1999 - il-konċessjoni ssemmi l-pagamenti mill-Arfea kemm għall-1997 kif ukoll għall-1998)

7.

Altavilla - Casale

1983 - evidenza ta' modifiki, l-aħħar waħda fl-1994

8.

Arquata – Spinetta - Alessandria - il-fabbriki industrijali Michelin u Montedison (linea operaia)

1997 (iffirmata fl-1998)

9.

Cassano Spinola - Novi - il-fabbrika industrijali (ILVA)

15.9.93 - 31.12.93 - evidenza ta' modifiki, l-aħħar waħda f'Settembru 1997

10.

Avolasca – Tortona

1.3.83 - 31.12.83 - evidenza ta' modifiki, l-aħħar waħda fl-1995

11.

Moretti - Acqui Terme

15.9.93 - 31.12.93 - evidenza ta' modifiki, l-aħħar waħda fl-1996

12.

Novi Ligure – Tortona

1998 (tissemma' l-konċessjoni preċedenti mill-1994)

13.

Sarizzola-Tortona

15.9.93 - 31.12.93 - evidenza ta' modifiki, l-aħħar waħda fl-1995

14.

Fontanile-Alessandria

15.9.93 - 31.12.93 - iffirmata fl-1996

15.

Isola s. Antonio – Tortona

8.11.93 - 31.12.93 - evidenza ta' modifiki, l-aħħar waħda fl-1996

16.

Mombaruzzo-Quattordio

1993 - evidenza ta' modifiki, l-aħħar waħda f'Novembru 1996

17.

Altavilla-Alessandria

18.10.93 - evidenza ta' modifiki, l-aħħar waħda f'Ġunju 1996

18.

Arquata – Tortona

29.9.97 - 31.12.98 - iffirmata fl-1999

19.

Garbagna – Tortona

1997 - iffirmata f'Ottubru 1998

20.

Bassignana - Alessandria

18.10.93 - 31.12.93 - evidenza ta' modifiki, l-aħħar waħda fl-1997

21.

Caldirola - Alessandria

1.4.96 - 31.12.96 - iffirmata f'Novembru 1996

22.

Masio - Alessandria

18.10.93 - 31.12.93 - l-aħħar modifiki li ntlaħaq qbil dwarhom f'Ottubru 1997 minn April 1997

23.

Quattordio - Alessandria

Talba 1993 - evidenza tat-tiġdid fl-1994, l-1995, l-1996 u l-1997

24.

S.Agata Fossili - Tortona

1.4.92 - 31.12.92 - evidenza ta' modifiki, l-aħħar waħda fl-1995

25.

Torre Garofoli - Tortona

1973 - evidenza ta' modifiki, l-aħħar waħda fl-1993

26.

Castelnuovo S.- Spinetta M.

1981 - evidenza ta' modifiki, l-aħħar waħda fl-1997

27.

Acqui - Alessandria

1994 - evidenza ta' modifiki, l-aħħar waħda fl-1999

28.

Alessandria - Acqui Terme

1994 - evidenza ta' modifiki, l-aħħar waħda fl-1996

(21)

Il-konċessjonijiet kollha huma konċessjonijiet annwali, li t-tiġdid tagħhom kien soġġett għall-introduzzjoni ta' talba għat-tiġdid ta' tal-anqas xahar qabel l-iskadenza tal-konċessjoni u l-pagament ta' tariffa tal-konċessjoni. Dawn kollha jistipulaw li s-servizzi twettqu kompletament u b'riskju għall-impriża. Diversi konċessjonijiet jirreferu għall-iskedi reġjonali li jistabbilixxu t-tariffi. Ħames konċessjonijiet jindikaw li l-provvista tas-servizz ma tikkostitwixxix dritt għall-ebda tip ta' sussidju jew kumpens. It-23 konċessjoni li baqa' jindikaw li l-aċċess għall-kontribuzzjonijiet pubbliċi huwa subordinat għall-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-konċessjonijiet u li l-kalkoli rilevanti għandhom isiru abbażi tad-Deċiżjoni Qafas tal-1984 (10).

2.5.   Raġunijiet għall-bidu tal-proċedura

(22)

Kif ġie spjegat fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kellha diversi dubji dwar il-kompatibilità tal-miżura mas-suq intern.

(23)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni staqsiet jekk l-erba' kundizzjonijiet stipulati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-“QtĠ”) fil-ġurisprudenza ta' Altmark tagħha ġewx issodisfati.

(24)

It-tieni nett, il-Kummissjoni ddubitat jekk il-miżura inkwistjoni kinitx eżentata mill-obbligu ta' notifika skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69. B'mod partikolari, il-Kummissjoni esprimiet dubji l-ewwel dwar jekk kienx hemm xi PSO li ġiet imposta unilateralment fuq l-Arfea mir-Reġjun, u t-tieni jekk il-kumpens inkwistjoni kienx konformi mar-rekwiżiti kollha tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69. Jekk l-ebda waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ma tkun tidher li ġiet issodisfata, il-kompatibilità tal-miżura nnotifikata tkun teħtieġ li tiġi vvalutata skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007.

(25)

It-tielet nett, il-Kummissjoni kellha dubji dwar il-kompatibilità tal-miżura inkwistjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007. Il-Kummissjoni staqsiet jekk l-Arfea ġietx fdata b'obbligi tas-servizz pubbliku (PSO) fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 permezz ta' kuntratt tas-servizz pubbliku jew regoli ġenerali. Sabiex il-ftehimiet ta' konċessjoni jitqiesu bħala kuntratti tas-servizz pubbliku, il-Kummissjoni ddubitat li dawn il-ftehimiet kienu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, li jistabbilixxi l-kontenut obbligatorju tal-kuntratti tas-servizz pubbliku. Il-Kummissjoni kellha wkoll dubji dwar jekk il-kalkolu tal-kumpens mogħti lill-Arfea kienx jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 sabiex jiġi evitat il-kumpens żejjed.

(26)

Ir-raba' nett, il-Kummissjoni kellha dubji rigward in-natura preċiża tal-miżura inkwistjoni. B'mod partikolari, il-Kummissjoni staqsiet jekk, minflok bħala għotja għall-kumpens tas-servizz pubbliku, il-miżura inkwistjoni setgħatx titqies bħala kumpens għad-danni għal att inġust, li ma jikkostitwixxix vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

3.   KUMMENTI MILL-ITALJA

(27)

Fis-sottomissjonijiet tagħhom, l-awtoritajiet Taljani qiesu li l-miżura notifikata kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, b'mod speċifiku minħabba li ma kinitx tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stipulati mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fis-sentenza ta' Altmark tagħha. L-awtoritajiet Taljani qiesu wkoll li l-kumpens mogħti mir-Reġjun la kien jikkonforma mar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 u lanqas mar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. F'dan ir-rigward, l-Italja essenzjalment issottomettiet l-argumenti li ġejjin.

(28)

L-awtoritajiet Taljani saħqu li matul il-perjodu kkonċernat għas-servizzi tax-xarabanks ma kienet teżisti l-ebda impożizzjoni unilaterali jew kuntrattwali tal-obbligi tas-servizz pubbliku. L-ewwel nett, l-Italja ssostni li l-Arfea kienet topera abbażi tal-konċessjonijiet li kellhom jiġġeddu kull sena fuq it-talba tal-kumpanija. Dawk il-konċessjonijiet (total ta' 28, elenkati fil-premessa 19 hawn fuq) kienu jinkludu obbligu għall-użu ta' sistema ta' tariffi approvata mir-Reġjun għal skeda ddeterminata minn qabel għad-dritt esklużiv li jiġu pprovduti s-servizzi rilevanti, iżda ma identifikaw l-ebda PSO speċifiku fis-sens tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69. Bl-istess mod, fl-opinjoni tal-awtoritajiet Taljani, dawk il-konċessjonijiet ma kinux jindikaw parametri ta' kumpens stabbiliti minn qabel u li jirreferu għal PSOs speċifiċi. L-għoti ta' kumpens ex post permezz ta' sentenza minn qorti nazzjonali ma jkunx kompatibbli ma' dak ir-rekwiżit.

(29)

It-tieni nett, id-dokumenti tal-konċessjonijiet kollha jispeċifikaw li s-servizz għandu jiġi pprovdut kompletament f'riskju proprju tal-kumpanija u l-ispiża għandha tiġi mġarrba kollha mill-fornitur tas-servizz. Minkejja l-fatt li l-konċessjonijiet ipprovduti mill-awtoritajiet Taljani kienu jistipulaw li l-operat tas-servizz kien qed isir kompletament f'riskju proprju għall-kumpanija, l-Arfea ripetutament talbet it-titwil ta' dawk il-konċessjonijiet.

(30)

It-tielet nett, id-dokumenti ta' konċessjoni juru wkoll li, fuq talba tal-kumpanija r-rotot moqdija mix-xarabanks tagħha nbidlu diversi drabi, u għalhekk jista' jiġi eskluż li kienu ġew imposti xi obbligi tas-servizzi pubbliku, anke b'mod impliċitu, mill-awtorità kontraenti reġjonali jew provinċjali.

(31)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Taljani spjegaw kif għad-dritt esklużiv li jipprovdu servizzi tat-trasport, skont il-kundizzjonijiet speċifikati mal-bidliet li saru fuq it-talba tagħha, il-kumpanija rċeviet il-kontribuzzjonijiet tal-operat previsti mil-liġi Taljana bħala remunerazzjoni għas-servizzi pprovduti, abbażi ta' spiża standard ikkalkulata abbażi tad-Deċiżjoni Qafas tal-1984. L-ispiża standard tas-servizz ġiet ikkalkulata skont il-leġiżlazzjoni li dak iż-żmien kienet fis-seħħ (il-Liġi Nru 151/81 u l-Liġi Reġjonali Nru 16/82), li pprovdiet għal kontribuzzjoni għall-ispejjeż għall-provvista ta' servizzi tat-trasport pubbliku lokali abbażi tan-nefqa eliġibbli standard. Dan kien maħsub li jkopri d-defiċit operatorju kollu tal-kumpanija. Skont il-leġiżlazzjoni Taljana tali kontribuzzjonijiet operatorji kienu maħsuba biex jippermettu lill-fornitur tas-servizz jikseb bilanċ ekonomiku, filwaqt li defiċits ulterjuri kellhom jiġu attribwiti lil maniġment ineffiċjenti mill-fornitur. Skont dan, ġie pprovdut b'mod ċar li tali defiċits kellhom jiġu mġarrba mill-kumpanija, minħabba li kienet naqset milli tadotta l-miżuri kollha meħtieġa biex tnaqqas l-ispejjeż u żżid id-dħul.

(32)

L-awtoritajiet Taljani jsostnu wkoll li l-kalkolu tal-kumpens addizzjonali li sar ex post mill-espert b'mandat mill-Qorti sar bi ksur ċar tar-rekwiżiti tal-proċedura tal-kumpens komuni stipulata fl-Artikoli 10 et seq. tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69. Skont l-awtoritajiet Taljani, l-espert ikkonsultat mill-Qorti sempliċiment analizza l-ispejjeż u d-dħul ippreżentati mill-konsulent tal-kumpanija, li ġew determinati ex post u fl-assenza tas-separazzjoni xierqa tal-kontijiet. U mbagħad, huwa kkonkluda li, minbarra xi ftit punti fejn instabu diskrepanzi, ir-riżultat miksub essenzjalment kien wieħed korrett.

(33)

L-aworitajiet Taljani qiesu wkoll li l-kumpens ma jissodisfax ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. B'mod partikolari, il-kalkolu tal-ammont ta' kumpens ma jissodisfax il-metodu stabbilit fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 għall-kalkolu tal-effett finanzjarju nett tal-konformità mal-PSOs.

(34)

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Taljani jsostnu li s-sentenzi tal-Qorti Amministrattiva Reġjonali ordnaw il-ħlas tal-kumpens finanzjarju lill-Arfea għall-eżekuzzjoni tal-obbligi tas-servizz fl-1997 u l-1998, iżda ma tawx kumpens għad-danni li rriżultaw mill-fatt li dawk il-kontribuzzjonijiet ma tħallsux. L-awtoritajiet Taljani spjegaw li fis-6 ta' Ġunju 2014 l-Arfea ssottomettiet applikazzjoni għall-kumpens għad-danni barra mill-kumpens li kienet diġà ngħatat mill-Qorti Amministrattiva Reġjonali. Skont l-awtoritajiet Taljani, dan juri li l-kumpens mogħti lill-Arfea mill-Qorti Amministrattiva Reġjonali, u li huwa l-għan ta' din id-deċiżjoni, ma kienx jikkostitwixxi kumpens għad-danni.

4.   KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI

(35)

L-unika parti interessata li ssottomettiet osservazzjonijiet bi tweġiba għad-deċiżjoni ta' ftuħ kienet l-Arfea, il-benefiċjarju tal-miżura. Fis-sottomissjonijiet tagħha, l-Arfea ma qablitx mal-pożizzjonijiet preliminari li l-Kummissjoni ħadet fid-deċiżjoni tal-ftuħ.

(36)

L-Arfea ssostni l-ewwel li l-kompatibilità u l-legalità tal-miżura inkwistjoni għandhom jiġu vvalutati mill-Kummissjoni biss skont ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69 u mhux skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007. Skont l-Arfea, ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 ma jistax japplika għal sitwazzjonijiet li oriġinaw qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, jiġifieri t-3 ta' Diċembru 2009, hekk kif kien jiġi kkonfermat mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza tagħha tal-20 ta' Marzu 2013 fil-Kawża Andersen T-92/11. L-Arfea madanakollu ssostni li fi kwalunkwe każ il-kumpens mogħti lilha jikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007.

(37)

It-tieni nett, l-Arfea ssostni li kienet fdata bl-obbligi tas-servizz pubbliku fis-sens tal-Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69. Skont l-Arfea, is-servizzi tat-trasport pubbliku lokali huma servizzi pubbliċi. Fl-Italja, dawn is-servizzi jiġu assenjati b'tali mod li l-konċessjonijiet amministrattivi u l-obbligi tas-servizzi pubbliċi mehmuża mal-provvista ta' dawn is-servizzi jiġu stipulati fil-ftehimiet ta' konċessjoni kif ukoll fil-ftehimiet u r-regolamenti mehmuża ma' dawn il-ftehimiet ta' konċessjoni. Fil-każ tal-Arfea, dawn l-obbligi tas-servizz pubbliku jikkonċernaw il-programmi operatorji, ir-rotot tax-xarabanks, il-waqfiet u t-tariffi. Fir-rigward tal-fatt li l-konċessjonijiet kienu jispeċifikaw li s-servizz kellu jiġi operat b'riskju proprju għall-kumpaniji, l-Arfea ssostni li dan huwa relatat mar-riskji ta' sigurtà għall-passiġġieri u l-partijiet terzi, mhux ma' riskju tan-negozju ġenerali.

(38)

It-tielet nett, l-Arfea tistqarr li l-fatt li hi naqset milli titlob it-terminazzjoni ta' dawn il-PSOs, kif mitlub mill-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69, dan ma jċaħħadhiex mid-dritt għall-kumpens skont ir-Regolament. Skont l-Arfea, il-proċedura imposta mill-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 ma kinitx tapplika għall-PSOs li kienu imposti fuq impriża wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69, skont l-Arfea, tkun appoġġjata mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' Marzu 2014 fil-Kawża CTP C-518/12.

(39)

Ir-raba' nett, fir-rigward tal-kalkolu tal-ammont ta' kumpens mogħti lilha mill-Qorti Amministrattiva Reġjonali tar-Reġjun ta' Pjemonte, l-Arfea ssostni li r-rapport tal-espert b'mandat mill-qorti ma jistax jiġi ddubitat mill-Kummissjoni peress li din hija attività teknika preliminari li taqa' esklussivament taħt ir-responsabbiltà tal-qrati nazzjonali. Fi kwalunkwe każ, skont l-Arfea, il-parametri għall-kalkolu tal-kumpens kienu jkunu ġew stabbiliti minn qabel fid-deċiżjoni tal-Kunsill Reġjonali tas-16 ta' Frar 1984 u ma kinitx tiġi kkumpensata żżejjed. Il-kumpens inkwistjoni għalhekk ikun jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati f'dak ir-rigward mir-Regolament (KEE) Nru 1191/69.

(40)

Il-ħames nett, skont l-Arfea l-argumenti mqassra fil-premessi 37 sa 39 hawn fuq japplikaw ukoll għall-valutazzjoni tal-kompatibilità tal-kumpens inkwistjoni mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. Madanakollu, fir-rigward tal-konformità ta' dan il-kumpens mar-rekwiżiti formali imposti minn dan ir-Regolament iċċitati mill-Kummissjoni fil-premessa 64 u wara d-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, l-Arfea sostniet li dawn ma għandhomx japplikaw fil-każ inkwistjoni. Skont l-Arfea, ikun legalment u loġikament impossibbli li tintwera l-konformità ma' dawn ir-rekwiżiti, peress li s-sitwazzjoni inkwistjoni seħħet ħafna snin qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007.

(41)

Fl-aħħar nett, l-Arfea ssostni li l-kumpens mogħti lilha mill-Qorti Amministrattiva Reġjonali tar-Reġjun ta' Pjemonte jissodisfa l-erba' kundizzjonijiet ta' Altmark. L-ewwel nett, l-Arfea kienet tiġi fdata b'obbligi tas-servizz pubbliku definiti sew, skont l-ewwel kundizzjoni ta' Altmark. It-tieni nett, il-parametri għall-kumpens ikunu ġew stabbiliti minn qabel b'mod trasparenti u oġġettiv fid-deċiżjoni tal-Kunsill Reġjonali tas-16 ta' Frar 1984, skont it-tieni kundizzjoni ta' Altmark. It-tielet nett, ir-rapport tal-espert ikun stabbilixxa li l-kumpens ma kienx jaqbeż l-ispiża tal-eżekuzzjoni tal-obbligi tas-servizz pubbliku, inkluż profitt raġonevoli, skont it-tielet kundizzjoni ta' Altmark. Fl-aħħar nett, l-Arfea kienet tikkwalifika bħala impriża tipika u mmexxija tajjeb fis-sens tar-raba' kriterju ta' Altmark, kif jixhed il-fatt li l-ispiża medja/km kienet taħt l-ispejjeż reġjonali standard.

5.   KUMMENTI DWAR IL-KUMMENTI TAL-PARTI TERZA

(42)

Fil-kummenti tagħhom dwar il-kummenti tal-Arfea, l-awtoritajiet Taljani jaffermaw mill-ġdid il-pożizzjoni tagħhom espressa fil-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ mingħajr kummenti addizzjonali.

6.   VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

6.1.   Eżistenza tal-għajnuna

(43)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat, “kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi ta' l-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”.

(44)

Skont dan, biex miżura ta' appoġġ titqies bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, trid tissodisfa b'mod kumulattiv il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

trid tingħata mill-Istat jew permezz tar-riżorsi tal-Istat;

trid tagħti vantaġġ selettiv, billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti beni;

trid tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni; u

trid taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

6.1.1.   Kawżalità u riżorsi tal-Istat

(45)

Il-Kummissjoni tinnota li s-sentenzi tal-Qorti Amministrattiva Reġjonali jeħtieġu li r-Reġjun iħallas kumpens addizzjonali lill-Arfea fir-rigward tal-provvista tas-servizzi tax-xarabank skedati fl-1997 u l-1998 rigward ir-rotot reġjonali. L-espert ivverifika li l-Arfea ġarrbet żvantaġġ ekonomiku fil-forma ta' nuqqas ta' kumpens fl-ammont ta' EUR 1 196 780 għall-1997 u EUR 102 814 għall-1998, bħala riżultat tal-PSOs allegatament imposti fuqha. Fis-7 ta' Frar 2014, ir-Reġjun effettivament ħallas din is-somma lill-Arfea sabiex jikkonforma ma' dawn is-sentenzi.

(46)

Il-fatt li r-Reġjun huwa obbligat minn qorti nazzjonali li jħallas kumpens lil impriża ma jagħmilx lir-Reġjun li jikkonforma ma' dik is-sentenza mhux imputabbli, peress li l-qrati domestiċi ta' dak l-Istat għandhom jitqiesu bħala entitajiet ta' dak l-Istat u b'hekk huma marbuta bl-obbligu tagħhom ta' kooperazzjoni ġenwina (11).

(47)

Il-miżura hija għalhekk imputabbli għall-Istat u r-riżorsi li minnhom tħallas dak il-kumpens huma riżorsi tal-Istat.

6.1.2.   Vantaġġ ekonomiku selettiv

(48)

Qabel kollox, il-Kummissjoni tinnota li l-Arfea hija impenjata f'attività ekonomika, jiġifieri t-trasport tal-passiġġieri għal remunerazzjoni. Għalhekk, l-Arfea għandha titqies bħala “impriża” fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

(49)

L-għotja tal-miżura għandha wkoll titqies selettiva, minħabba li tibbenefika biss lill-Arfea.

(50)

Fir-rigward tal-għoti ta' vantaġġ ekonomiku, mis-sentenza ta' Altmark jirriżulta li l-kumpens mogħti mill-Istat jew permezz tar-riżorsi tal-Istat lill-impriżi b'kunsiderazzjoni tal-PSOs imposti fuqhom ma jagħtix tali vantaġġ lill-impriżi kkonċernati, u b'hekk ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, dejjem jekk jiġu ssodisfati erba' kundizzjonijiet kumulattivi:

L-ewwel nett, l-impriża riċevitur fil-fatt tkun meħtieġa teżegwixxi l-PSOs u dawk l-obbligi ġew definiti b'mod ċar;

It-tieni nett, il-parametri li abbażi tagħhom il-kumpens jiġi kkalkulat ġew stabbiliti qabel b'mod oġġettiv u trasparenti;

It-tielet nett, il-kumpens ma jaqbiżx dak li hu neċessarju biex l-ispejjeż imġarrba jiġu koperti kollha jew tiġi koperta parti minnhom fl-eżekuzzjoni tal-obbligi tas-servizz pubbliku, filwaqt li jitqiesu l-irċevuti rilevanti u profitt raġonevoli għall-eżekuzzjoni ta' dawk l-obbligi;

Ir-raba' nett, meta l-impriża li għandha teżegwixxi l-obbligi tas-servizz pubbliku ma tintgħażilx fi proċedura ta' akkwist pubbliku, il-livell meħtieġ ta' kumpens ikun ġie ddeterminat abbażi ta' analiżi tal-ispejjeż li impriża tipika, immexxija tajjeb u fornuta b'mod adegwat b'mezzi tat-trasport sabiex tkun tista' tissodisfa r-rekwiżiti tas-servizz pubbliku neċessarji, kienet iġġarrab fl-eżekuzzjoni ta' dawk l-obbligi, filwaqt li jitqiesu l-irċevuti rilevanti u profitt raġonevoli għall-eżekuzzjoni tal-obbligi.

(51)

Is-sentenza ta' Altmark teħtieġ li l-erba' kundizzjonijiet kollha jiġu ssodisfati b'mod kumulattiv biex tiġi eskluża l-preżenza ta' vantaġġ ekonomiku fejn il-kumpens jingħata lil impriżi b'kunsiderazzjoni għall-obbligi tas-servizz pubbliku imposti fuqhom.

(a)   L-ewwel kundizzjoni ta' Altmark

(52)

Fir-rigward tal-ewwel kundizzjoni ta' Altmark, il-Kummissjoni tinnota qabel kollox li l-Istati Membri huma responsabbli biex juru li impriża partikolari ġiet fdata b'obbligi tas-servizz pubbliku u li l-impożizzjoni ta' tali obbligi tas-servizz pubbliku huma ġġustifikati minn kunsiderazzjonijiet ta' interess ġenerali (12). Madanakollu, l-awtoritajiet Taljani ma spjegawx liema obbligi tas-servizz pubbliku ġustifikati minn kunsiderazzjonijiet ta' interess ġenerali ġew imposti fuq l-Arfea. B'kuntrast ma' dan, huma sostnew li l-Arfea ma kienet ġiet fdata bl-ebda obbligu tas-servizz pubbliku.

(53)

It-tieni nett, il-Kummissjoni tinnota li l-idea ta' obbligu tas-servizz pubbliku hija relatata mal-kundizzjonijiet imposti fuq operatur, li dak l-operatur, li kieku kien iqis l-interess kummerċjali tiegħu, ma kienx jassumi jew ma kienx jassumi sal-istess punt mingħajr għotja. Barra minn hekk, dawn il-kundizzjonijiet iridu jiġu definiti b'mod ċar mill-awtorità f'att ta' fiduċja. F'dak ir-rigward, l-Arfea ma kinitx kapaċi tispjega b'mod preċiż liema obbligi tas-servizz pubbliku ġew imposti fuqha u lanqas turi li dawn il-PSOs ġew definiti b'mod ċar f'att ta' fiduċja. Barra minn hekk, għar-raġunijiet spjegati fil-premessi 77 sa 82 hawn taħt, il-Kummissjoni tqis li hemm indikazzjonijiet serji li l-ebda obbligu tas-servizz pubbliku definit b'mod ċar ma ġie impost fuq l-Arfea.

(b)   It-Tieni kundizzjoni ta' Altmark

(54)

Fir-rigward tat-tieni kundizzjoni ta' Altmark, il-Kummissjoni tosserva li, il-parametri għall-kalkolu tal-kumpens mogħti lill-Arfea mis-sentenzi tal-Qorti Amministrattiva Reġjonali ma ġewx stabbiliti minn qabel. Huma ġew iddeterminati biss abbażi ta' kalkolu ex post li sar mill-espert abbażi tas-suppożizzjonijiet varji li ma ġewx spjegati b'mod xieraq u fl-assenza tas-separazzjoni tal-kontijiet.

(55)

B'kuntrast ma' dak li ssostni l-Arfea, ma għandux jitqies li l-parametri għall-kalkolu ta' dan il-kumpens ġew stabbiliti fid-deċiżjoni tal-Kunsill Reġjonali fis-16 ta' Frar 1984. Fil-fatt, il-kumpens mogħti lill-Arfea mill-Qorti Amministrattiva Reġjonali huwa kumpens addizzjonali, li l-għan tiegħu huwa preċiżament li jkopri l-piż finanzjarju tal-PSOs allegatament imposti fuq l-Arfea, li ma kinux jiġu koperti kompletament mill-kumpens li diġà ngħata lilha fl-applikazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill Reġjonali tas-16 ta' Frar 1984.

(56)

Tali approċċ jikkontradixxi t-tieni kundizzjoni ta' Altmark u kwalunkwe kumpens mogħti abbażi ta' dan jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Il-Qorti fil-fatt għamlitha ċara fis-sentenza tagħha ta' Almark li “l-kumpens minn Stat Membru ta' telf sostnut minn impriża mingħajr mal-parametri għal tali kumpens ma jkunu ġew stabbiliti minn qabel, meta jirriżulta a posteriori li l-operazzjoni ta' ċerti servizzi fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta' obbligi ta' servizz pubbliku ma kinitx ekonomikament vijabbli, jikkostitwixxi intervent finanzjarju li jaqa' taħt il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE” (13).

(57)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-miżura nnotifikata ma tissodisfax it-tieni kundizzjoni ta' Altmark.

(c)   It-tielet kundizzjoni ta' Altmark

(58)

Fir-rigward tat-tielet kundizzjoni ta' Altmark, il-Kummissjoni qabel kollox tqis li, meta impriża twettaq iż-żewġ attivitajiet li huma soġġetti għall-PSOs u l-attivitajiet li mhumiex soġġetti għall-PSOs, mhuwiex possibbli li tiddetermina b'mod preċiż x'inhuma l-ispejjeż imġarrba fl-eżekuzzjoni tal-PSOs fl-assenza ta' separazzjoni xierqa tal-kont bejn l-attivitajiet differenti tal-fornitur.

(59)

F'din l-istanza, l-awtoritajiet Taljani sostnew li l-Arfea ma implimentatx separazzjoni xierqa ta' kont bejn l-attivitajiet tagħha allegatament soġġetti għall-PSOs imposti mir-Reġjun ta' Pjemonte u l-attivitajiet l-oħra tagħha. Il-Kummissjoni esprimiet ukoll dubji dwar jekk l-Arfea kinitx implimentat tali separazzjoni tal-kontijiet u l-Arfea ma pprovdiet ebda kummenti dwar din il-kwistjoni. Barra minn hekk, l-estratti tal-kont tal-Arfea li l-espert b'mandat tal-qorti uża biex jiddetermina l-ammont tal-kumpens ma jurux separazzjoni tal-kont bejn l-attivitajiet differenti tal-Arfea. L-allokazzjoni tal-ispejjeż li saret mill-espert b'mandat mill-Qorti saret ex post, abbażi tal-mudell bażi mħejji mill-konsulenti tal-Arfea, li ddeterminat il-persentaġġi tal-ispejjeż li kellhom jiġu allokati lill-attivitajiet differenti tal-Arfea.

(60)

It-tieni nett, il-Kummissjoni tqis li l-livelli tal-profitt meqjusa mill-espert għall-kalkolu tal-ammonti tal-kumpens huma ogħla minn dak li jista' jitqies bħala profitt raġonevoli fis-sens tat-tielet kundizzjoni ta' Altmark.

(61)

L-espert qies li rata ta' dħul fuq il-kapital investit ta' 12,89 % għall-1997 u ta' 10,81 % għall-1998 kienet rata ta' profitt raġonevoli, minħabba li dawn ir-rati huma bbażati fuq ir-rendiment tal-bond tal-Istat Taljan ta' għaxar snin (6,8 % għall-1997) flimkien ma' premium ta' riskju medju (4,8 % għall-1997) ikkoreġut 'il fuq biex titqies is-sitwazzjoni finanzjarja proprja tal-Arfea (b'1,28 għall-1997).

(62)

F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva li l-premium tar-riskju ddeterminat mill-espert huwa partikolarment għoli, peress li r-riskju li l-Arfea kienet esposta għalih kien pjuttost limitat. Fil-fatt, l-Arfea operat il-konċessjonijiet abbażi ta' dritt esklużiv, li ddefendiha mill-kompetizzjoni minn operaturi oħra, u l-kumpens iddeterminat mill-espert kien ikkompensa għall-ispiża sħiħa allegatament imġarrba fl-eżekuzzjoni tal-obbligi tas-servizz pubbliku.

(63)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li, filwaqt li l-espert innota li s-settur tat-trasport ibbenefika minn riskju medju taħt is-suq, hi kkoreġiet il-premium tar-riskju 'l fuq sabiex tqis l-esponiment finanzjarju proprju tal-Arfea li kien ogħla mill-medja tas-settur. B'dan il-mod, għalhekk l-espert ma qiesx ir-riskju ta' kumpanija tipika tat-trasport iżda r-riskju proprju tal-Arfea, li kien ogħla mill-medja fis-settur.

(64)

Filwaqt li tqis dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li t-tielet kundizzjoni ta' Altmark ma ġietx issodisfata.

(d)   Konklużjoni

(65)

Minħabba n-natura kumulattiva tal-kundizzjonijiet ta' Altmark u l-fatt li l-miżura inkwistjoni ma tikkonformax mal-ewwel tliet kundizzjonijiet ta' Altmark, ma hemmx bżonn li l-Kummissjoni teżamina jekk ir-raba' kundizzjoni ta' Altmark ġietx issodisfata.

(66)

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-kumpens addizzjonali mħallas lill-Arfea għas-servizzi mwettqa matul il-perjodu taħt eżami ma jissodisfax l-erba' kundizzjonijiet kumulattivi ta' Altmark, u għalhekk jagħti lil dik il-kumpanija vantaġġ ekonomiku selettiv għall-għanijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

6.1.3.   Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri

(67)

Qabel kollox, il-Kummissjoni tinnota li l-kumpens inkwistjoni ngħata lill-Arfea permezz ta' żewġ sentenzi tal-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta' Pjemonte tal-10 ta' Ottubru 2013 u tħallas lir-Reġjun ta' Pjemonte fis-7 ta' Frar 2014, jiġifieri ħafna żmien wara li s-suq tat-trasport tal-passiġġieri bix-xarabanks kien infetaħ għall-kompetizzjoni fl-UE.

(68)

F'dak ir-rigward, fis-sentenza ta' Altmark tagħha, il-QtĠ irrimarkat li mill-1995 diversi Stati Membri bdew jiftħu ċerti swieq tat-trasport għall-kompetizzjoni minn impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra, biex b'hekk sa dak iż-żmien għadd ta' impriżi diġà kienu qed joffru s-servizzi tat-trasport urbani, suburbani jew reġjonali tagħhom fi Stati Membri barra mill-Istat ta' oriġini tagħhom.

(69)

Għalhekk, kwalunkwe kumpens mogħti lill-Arfea għandu jitqies bħala suxxettibbli li jfixkel il-kompetizzjoni għall-provvista tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bix-xarabank u suxxettibbli li jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, sal-punt li jaffettwa b'mod negattiv il-kapaċità tal-impriżi tat-trasport stabbiliti fi Stati Membri oħra li joffru s-servizzi tagħhom fl-Italja u jsaħħaħ il-pożizzjoni tas-suq tal-Arfea billi jtaffilha l-ispejjeż li inkella kien ikollha ġġarrab matul l-operazzjonijiet tan-negozju tagħha minn jum għal jum.

(70)

Barra minn dan, il-Kummissjoni tinnota li l-Arfea hija attiva fi swieq oħra, bħas-servizzi tat-trasport privat, u b'hekk tikkompeti ma' kumpaniji oħra fl-Unjoni rigward dawk is-swieq. Kull kumpens mogħti lill-Arfea hemm ċans li jfixkel il-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri f'dawk is-swieq ukoll.

(71)

Skont dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

6.1.4.   Konklużjoni

(72)

Fid-dawl ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri jikkostitwixxu għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

6.2.   Eżenzjoni mill-obbligu tan-notifika skont ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69

(73)

Għar-raġunament tal-Qorti Amministrattiva Reġjonali li ssostni li l-Arfea kienet intitolata għal kumpens tal-PSO addizzjonali skont ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69, l-Arfea kien ikollha tikseb id-dritt għal kumpens addizzjonali fil-mument li fih wettqet dawk is-servizzi u dawk il-pagamenti ta' kumpens riedu jkunu eżentati mill-proċedura ta' notifika obbligatorja skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69. Inkella, sa fejn il-kumpens jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, in-nuqqas li tinnotifika dak il-kumpens kien jagħmel dak il-kumpens illegali skont l-Artikolu 108 tat-TFUE. Dan minħabba li skont l-Artikolu 17(2) ta' dak ir-regolament, il-kumpens imħallas skont dan ir-regolament huwa eżentat mill-proċedura ta' informazzjoni preliminari stipulata fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE u b'hekk min-notifika.

(74)

F'dak ir-rigward, mis-sentenza Combus jirriżulta li l-kunċett ta' “kumpens tas-servizz pubbliku” fis-sens ta' dik id-dispożizzjoni jrid jiġi interpretat f'sens dejjaq ħafna (14). L-eżenzjoni min-notifika prevista mill-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 tkopri biss il-kumpens għall-PSOs imposti b'mod unilaterali fuq impriża skont l-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament li huma kkalkulati bl-użu tal-metodu deskritt fl-Artikoli 10 sa 13 ta' dak ir-Regolament (il-proċedura ta' kumpens komuni). Madanakollu din ma tapplikax għall-kuntratti tas-servizz pubbliku kif definiti fl-Artikolu 14. Il-kumpens imħallas skont kuntratt tas-servizz pubbliku kif definit mill-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69, li jinvolvi għajnuna mill-Istat, irid jiġi notifikat lill-Kummissjoni qabel jiġi fis-seħħ. Jekk dan ma jsirx, dan iwassal biex dak il-kumpens jitqies bħala għajnuna implimentata b'mod illegali skont l-Artikolu 108 tat-Trattat.

(75)

Il-kwistjoni dwar jekk l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 fil-fatt eżentax lill-awtoritajiet Taljani minn notifika minn qabel fil-każ attwali għalhekk l-ewwel tiddependi fuq jekk PSO fil-fatt kinitx ġiet imposta b'mod unilaterali fuq l-Arfea mir-Reġjun, u t-tieni dwar jekk il-kumpens imħallas skont dak l-obbligu jikkonformax mar-Regolament (KEE) Nru 1191/69. Il-Kummissjoni se teżamina ż-żewġ kwistjonijiet waħda wara l-oħra.

(i)   PSO impost b'mod unilaterali

(76)

Skont l-Arfea, ir-Reġjun ta' Pjemonte impona fuqha obbligi tas-servizz pubbliku li kienu ġew iddefiniti fil-ftehimiet ta' konċessjoni għall-provvista tas-servizzi tat-trasport bix-xarabank kif ukoll fil-ftehimiet u r-regolamenti mehmuża ma' dawn il-ftehimiet ta' konċessjoni. Dawn l-obbligi tas-servizz pubbliku jikkonċernaw il-programmi operatorji, ir-rotot tax-xarabank, il-waqfiet tax-xarabank u t-tariffi.

(77)

Qabel kollox, il-Kummissjoni tinnota li l-ftehimiet tal-konċessjonijiet pprevedew b'mod ċar li kienu validi għal sena biss u kienu rinnovabbli fuq talba tal-fornitur tat-trasport, soġġetti għall-pagament ta' tariffa ta' konċessjoni. Minn dan jirriżulta li dawn il-konċessjonijiet kienu jiffurmaw il-bażi ta' relazzjoni kuntrattwali bejn l-Arfea u r-Reġjun ta' Pjemonte, li fih l-Arfea daħlet b'mod volontarju.

(78)

Għalhekk ma jistax jitqies li l-obbligi tas-servizz pubbliku fis-sens tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 ġew imposti b'mod unilaterali fuq l-Arfea abbażi ta' dawn il-ftehimiet. Kif imfakkar mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza tagħha tat-3 ta' Marzu 2016 fil-Kawża Simet T-15/14, adeżjoni volontarja għal relazzjoni kuntrattwali hija differenti minn impożizzjoni unilaterali tal-PSOs u ma twassalx għal obbligu ta' kumpens skont ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69 (15).

(79)

It-tieni nett, il-Kummissjoni tinnota li l-Arfea ma identifikatx b'mod ċar il-ftehimiet u r-regolamenti mehmuża mal-ftehimiet ta' konċessjoni, li kienu jimponu fuqha l-obbligi tas-servizz pubbliku. Il-Kummissjoni madanakollu tifhem li l-Arfea tirreferi għall-ftehimiet dwar ir-rotot u l-iskedi tal-ħin tax-xarabanks li ġew mehmuża mal-ftehimiet ta' konċessjoni u l-iskedi tal-ħin li jistabbilixxu t-tariffi reġjonali, li għalihom kienu jirreferu wħud mill-ftehimiet ta' konċessjoni.

(80)

Fir-rigward ta' dawn il-ftehimiet dwar ir-rotot u l-iskedi tal-ħin tax-xarabanks, il-Kummissjoni tinnota li dawn ma jistgħux jitqiesu bħala li jimponu PSOs b'mod unilaterali fuq l-Arfea. Fil-fatt, bħala l-ftehimiet ta' konċessjonijiet infushom, dawn ġew konklużi b'mod volontarju mill-Arfea. Barra minn hekk, il-kontenut ta' dawn il-ftehimiet, eż. ir-rotot tax-xarabanks, ġie mmodifikat fuq talba tal-Arfea għal diversi konċessjonijiet. Għalhekk ma jistgħux jitqiesu li imponew obbligi tas-servizz pubbliku b'mod unilaterali fis-sens tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69.

(81)

Fir-rigward tat-tabelli li jistabbilixxu t-tariffi reġjonali, li jistabbilixxu t-tariffi massimi għall-passiġġieri kollha, il-Kummissjoni tinnota li, fis-sentenza tagħha tat-3 ta' Marzu 2016 fil-każ Simet T-15/14, il-Qorti Ġenerali spjegat b'mod ċar li tali regoli ġenerali dwar it-tariffi ma jimponux PSOs fis-sens tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69. Fil-fatt, skont il-Qorti, l-idea ta' obbligi tat-tariffi fis-sens ta' dik id-dispożizzjoni hija limitata għat-tariffi massimi imposti għal passiġġieri jew prodotti ta' kategorija partikolari u ma tkoprix miżuri ġenerali tal-politika tal-prezzijiet (16).

(82)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li, fi kwalunkwe każ, il-fatt li l-Arfea talbet it-tiġdid tal-konċessjonijiet u anke ħallset tariffa ta' konċessjoni minħabba li bilkemm hi rikonċiljabbli mal-impożizzjoni ta' kwalunkwe obbligu tas-servizz pubbliku fis-sens tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69. Fil-fatt, skont dik id-diżpożizzjoni obbligu tas-servizz pubbliku “tfisser obbligi li l-impriża tat-trasport partikolari, jekk ikollha tqis l-interessi kummerċjali tagħha biss, ma tinkarigax ruħha minnhom jew ma tinkarigax ruħha bl-istess mod jew taħt l-istess kondizzjonijiet”. Kif il-Qorti Ġenerali osservat fis-sentenza tagħha tat-3 ta' Marzu 2016 fil-Kawża Simet T-15/14, huwa diffiċli li tammetti li impriża li titlob it-tiġdid għal konċessjoni, filwaqt li tqis l-obbligi marbuta magħha, waqt li l-eżekuzzjoni ta' dik il-konċessjoni ma tkunx fl-interess kummerċjali tagħha.

(ii)   Konformità tal-kumpens mal-proċedura tal-kumpens komuni

(83)

Anke jekk ikun intwera li l-PSOs ġew imposti b'mod unilaterali fuq l-Arfea f'dan il-każ, quod non, il-kumpens għal dawk is-servizzi xorta waħda jkollu jikkonforma mal-proċedura ta' kumpens komuni (it-Taqsima IV) tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 li għandha tiġi eżentata minn notifika preċedenti skont l-Artikolu 17(2) ta' dak ir-Regolament. Il-Kummissjoni ma tqisx li dan huwa l-każ.

(84)

F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar qabel kollox li mill-Artikolu 10 u 11 tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 jirriżulta li kumpens ma jistax ikun iżjed mill-piż finanzjarju mġarrab mill-impriża bħala riżultat tal-impożizzjoni tal-obbligi tas-servizz pubbliku. Barra minn hekk, il-paragrafu 5 tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69, fil-verżjoni applikabbli tiegħu mill-1 ta' Lulju 1992, kien jipprovdi li: “Meta kull intrapriża tat-trasport mhux biss topera servizzi bla ħsara għal obbligazzjonijiet dwar servizz pubbliku iżda wkoll tagħmel attivitajiet oħra, is-servizzi pubbliċi għandhom ikunu mħaddma bħala diviżjonijiet separati li ta' l-inqas jilħqu l-kondizzjonijiet segwenti:

(a)

il-kontijiet operattivi li jikkorrispondu għal kull wieħed minn dawn l-attivitajiet għandhom ikunu separati u l-proporzjoni ta' l-assi li jappartienu għal kull wieħed għandhom jintużaw b'mod konformi mar-regoli tal-kontijiet li jkunu fis-seħħ;

[…]”

(85)

It-tieni nett, il-Kummissjoni tfakkar li l-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 jitlob li l-amministrazzjoni tiffissa l-ammont tal-kumpens minn qabel.

(86)

Fl-istanza preżenti, il-Kummissjoni tqis li l-kumpens mogħti lill-Arfea ma jikkonformax ma' dawn ir-rekwiżiti.

(87)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li, kif indikat fil-premessa (59) hawn fuq, ma ntweriex li l-Arfea implimentat separazzjoni xierqa tal-kontijiet bejn l-attivitajiet tagħha allegatament soġġetti għall-PSOs u l-attivitajiet l-oħra tagħha, kif mitlub mill-Artikolu 1 il-paragrafu 5(a) tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69. B'kuntrast ma' dan, l-estratti tal-kontijiet tal-Arfea għas-snin 1997 u 1998, li l-espert mandat mill-qorti uża biex jiddetermina l-ammont tal-kumpens, pjuttost juru li l-ispejjeż ma ġewx separati għal kull attività.

(88)

It-tieni nett, il-Kummissjoni tinnota li, b'kuntrarju għall-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69, il-kumpens mogħti lill-Arfea ma ġiex iffissat minn qabel iżda ġie ddeterminat abbażi ta' valutazzjoni ex post, kif preskritt mill-Qorti Amministrattiva Reġjonali.

(89)

Fid-dawl ta' dawn l-osservazzjonijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li dak il-kumpens addizzjonali mogħti lill-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta' Pjemonte lill-Arfea ma kienx eżentat min-notifika minn qabel obbligatorja abbażi tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69.

6.3.   Kompatibilità tal-għajnuna

(90)

Minħabba li ma ntweriex li l-miżura taħt eżami kienet eżentata minn notifika minn qabel skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69, il-kompatibilità ta' dawk il-pagamenti mas-suq intern se jkun jeħtieġ li tiġi eżaminata, peress li huma meqjusa li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, kif spjegat fit-Taqsima 6.1.

(91)

F'dak ir-rigward, l-Artikolu 93 tat-Trattat fih regoli għall-kompatibilità tal-għajnuna mill-Istat fil-qasam tal-koordinazzjoni tat-trasport u tal-PSOs fil-qasam tat-trasport u jikkostitwixxi lex specialis fir-rigward tal-Artikolu 107(3), kif ukoll l-Artikolu 106(2), peress li fih regoli speċjali għall-kompatibilità tal-għajnuna mill-Istat. Il-QtĠ iddeċidiet li din id-dispożizzjoni “tirrikonoxxi li l-għajnuna għat-trasport hija kompatibbli mas-suq intern f'każijiet definiti sew biss li ma jfixklux l-interessi ġenerali tal-[Unjoni]” (17).

(92)

Fit-3 ta' Diċembru 2009, ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 daħal fis-seħħ u rrevoka r-Regolament (KEE) Nru 1191/69 u r-Regolament (KEE) Nru 1107/70 tal-Kunsill (18). Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 japplika għall-kumpens tal-PSOs rigward is-servizzi tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq.

(93)

Il-Kummissjoni tqis li l-eżami tal-kompatibilità tal-miżura mhux notifikata għandu jitwettaq skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007, peress li dan huwa l-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-mument li fih din id-Deċiżjoni tiġi adottata. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li dak il-kumpens addizzjonali mogħti lill-Arfea mill-Qorti Amministrattiva Reġjonali kien tħallas fis-7 ta' Frar 2014. (19)

(94)

L-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jiddikjara li “[k]umpens għal servizz pubbliku għall-operat ta' servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri jew għall-konformità ma' obbligi ta' tariffa stabbiliti permezz ta' regoli ġenerali mħallsa skont dan ir-Regolament għandu jkun kompatibbli mas-suq komuni. Tali kumpens għandu jkun eżenti mill-ħtieġa ta' notifika minn qabel imniżżla fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat.”

(95)

Għar-raġunijiet stipulati hawn taħt, il-Kummissjoni tqis li l-kumpens mhux notifikat ma jikkonformax mar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, u għalhekk ma jistax jiġi ddikjarat kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 9(1) ta' dak ir-Regolament.

(96)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li l-ftehimiet ta' konċessjonijiet ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, li jistabbilixxi l-kontenut obbligatorju tar-regoli ġenerali u l-kuntratti tas-servizz pubbliku li jistabbilixxu l-obbligi tas-servizz pubbliku:

l-Artikolu 4(1)(b) jitlob li l-parametri li abbażi tagħhom jiġi kkalkulat il-kumpens jiġu stabbiliti minn qabel b'mod oġġettiv u trasparenti b'tali mod li jiġi evitat il-kumpens żejjed. Madanakollu, kif spjegat hawn fuq fil-premessi 54 sa 57 dwar l-ilħuq tat-tieni kundizzjoni ta' Altmark, il-kumpens addizzjonali mogħti lill-Arfea ma ġiex ikkalkulat abbażi tal-parametri stabbiliti minn qabel b'mod oġġettiv u trasparenti.

L-Artikolu 4(1)(c) u l-Artikolu 4(2) jeħtieġu li l-kuntratt tas-servizz pubbliku jipprovdi l-ftehimiet għall-allokazzjoni tal-ispejjeż u d-dħul marbuta mal-provvista tas-servizzi. Madanakollu, il-ftehimiet ta' konċessjoni ma kienx fihom ftehimiet li jikkonċernaw l-allokazzjoni tal-ispejjeż u d-dħul, u kif ġie spjegat fil-premessa 59 hawn fuq, l-Arfea ma applikatx separazzjoni xierqa tal-kontijiet bejn l-attivitajiet differenti tagħha.

(97)

It-tieni nett, il-Kummissjoni tinnota li l-miżura inkwistjoni ma tissodisfax ir-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 dwar il-kalkolu tal-ammont ta' kumpens.

(98)

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jipprovdi li, fil-każ ta' kuntratti tas-servizz pubbliku mogħtija direttament, il-kumpens irid jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 u mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness biex jiġi żgurat li l-kumpens ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju għat-twettiq tal-obbligu tas-servizz pubbliku.

(99)

Il-Punt 2 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jipprovdi li l-kumpens ma jaqbiżx l-ammont li jikkorrispondi mal-ammont finanzjarju magħmul mill-fatturi li ġejjin: l-ispejjeż imġarrba b'rabta mal-PSO minbarra d-dħul mill-biljetti, minbarra kwalunkwe effetti finanzjarji pożittivi ġġenerati fin-netwerk operat skont l-obbligu tas-servizz pubbliku, flimkien ma' profitt raġonevoli. Il-Punt 4 ta' dak l-Anness jitlob li l-ispejjeż u d-dħul jiġu kkalkulati skont ir-regoli tal-kontabilità u tat-taxxa fis-seħħ. Il-Punt 5 tal-anness jipprovdi li: “fejn operatur ta' servizz pubbliku mhux biss iħaddem servizzi kkumpensati soġġetti għall-obbligi ta' servizz ta' trasport pubbliku, iżda wkoll jidħol f'attivitajiet oħrajn, il-kontijiet tas-servizzi pubbliċi msemmija għandhom ikunu separati sabiex jiġu ssodisfati mill-anqas il-kondizzjonijiet li ġejjin:

il-kontijiet operattivi li jikkorrispondu għal kull waħda mill-attivitajiet għandhom ikunu separati u l-proporzjon tal-assi li jikkorrispondu u l-ispejjeż fissi għandhom jiġu allokati skond ir-regoli tal-kontabbiltà u tat-taxxa fis-seħħ,

l-ispejjeż kollha varjabbli, kontribut adegwat għall-ispejjeż fissi u qligħ raġonevoli marbut ma' kwalunkwe attività oħra tal-operatur tas-servizz pubbliku, ma jistgħu taħt l-ebda ċirkostanza jkunu debitati fuq is-servizz pubbliku inkwistjoni,

l-ispejjeż ta' servizz pubbliku għandhom jiġu bbilanċjati mid-dħul operattiv u l-ħlasijiet minn awtoritajiet pubbliċi, mingħajr kwalunkwe possibbiltà ta' trasferiment tad-dħul lil kwalunkwe settur ieħor tal-attività tal-operatur ta' servizz pubbliku.”

(100)

Madanakollu, kif diġà ġie nnutat fil-premessa 59, l-Arfea ma applikatx separazzjoni xierqa tal-kont bejn l-attivitajiet tagħha li huma allegatament soġġetti għall-PSOs u l-attivitajiet l-oħra tagħha, kif mitlub mill-punt 5 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. Konsegwentement, huwa impossibbli li jintwera li jkun xi jkun il-kumpens li fl-aħħar mill-aħħar jingħata dan ma jaqbiżx l-ammont li jikkorrispondi mal-effett finanzjarju nett ekwivalenti għat-total tal-effetti, pożittivi jew negattivi, tal-konformità mal-obbligu tas-servizz pubbliku fuq l-ispejjeż u d-dħul tal-operatur tas-servizz pubbliku (il-Punt 2 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007). Barra minn hekk, fl-assenza ta' parametri ta' kumpens stipulati minn qabel, kwalunkwe kalkolu tal-kumpens irid bilfors jitwettaq ex post abbażi ta' suppożizzjonijiet arbitrarji, kif sar mill-konsulenti tal-Arfea u l-espert b'mandat mill-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta' Pjemonte. Fl-aħħar nett, kif spjegat fil-premessi 60 sa 63 il-livelli ta' profitt li l-espert qies għall-kalkolu tal-ammonti tal-kumpens huma ogħla minn dak li jista' jitqies bħala profitt raġonevoli.

(101)

It-tielet nett, il-Kummissjoni tinnota li l-Arfea nnifisha rrikonoxxiet li r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 ma ntlaħqux f'dan il-każ, billi ssostni li tali konformità tkun legalment u loġikament impossibbli, minħabba li s-sitwazzjoni inkwistjoni seħħet ħafna snin qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(102)

Skont dan, il-Kummissjoni tqis li l-kumpens addizzjonali ordnat mill-Qorti Amministrattiva Reġjonali ma tħallasx skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 u għalhekk il-kumpens addizzjonali mhuwiex kompatibbli mas-suq intern.

6.4.   Il-kumpens mogħti mill-Qorti Amministrattiva Reġjonali ma jikkostitwixxix danni

(103)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kwistjoni dwar jekk is-sentenzi tal-Qorti Amministrattiva Reġjonali kinux jikkonċernaw il-kumpens għad-danni għall-allegat ksur tal-liġi meta mqabbel mal-għoti ta' kumpens tas-servizz pubbliku abbażi tar-Regolamenti tal-Kunsill applikabbli. L-awtoritajiet Taljani biss issottomettew kummenti f'dak ir-rigward, fejn sostnew li l-miżura inkwistjoni kienet tikkostitwixxi l-għoti ta' kumpens għall-eżekuzzjoni tal-PSOs, mhux il-kumpens għad-danni.

(104)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li f'ċerti ċirkostanzi, il-kumpens għad-danni minħabba att inġust jew imġiba oħra tal-awtoritajiet nazzjonali (20) ma jikkostitwixxix vantaġġ u għalhekk ma għandux jitqies bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat (21). L-għan tal-kumpens għad-danni mġarrba huwa differenti minn dak tal-għajnuna mill-Istat minħabba li għandu l-għan li jreġġa' lura l-parti li ġarrbet id-danni għas-sitwazzjoni li kienet tinsab fiha qabel l-att dannuż, bħallikieku dan tal-aħħar qatt ma seħħ (restitutio in integrum).

(105)

Madanakollu, biex kumpens għad-danni ma jaqax taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat, dan irid ikun ibbażat fuq regola ġenerali ta' kumpens (22). Barra minn hekk, fis-sentenza tagħha f'Lucchini, il-QtĠ ikkunsidrat li qorti nazzjonali kienet impedita milli tapplika l-liġi nazzjonali fejn l-applikazzjoni ta' dik il-liġi kien ikollha l-effett li “ma tapplikax id-dritt Komunitarju f'dan il-każ u tagħmel impossibbli l-irkupru ta' għajnuna mogħtija mill-Istat li kienet magħmula bi ksur tad-dritt Komunitarju” (23). Il-prinċipju li jenfasizza din id-dikjarazzjoni huwa li regola ta' liġi nazzjonali ma tistax tiġi applikata meta tali applikazzjoni tkun ta' tfixkil għall-applikazzjoni xierqa tal-liġi tal-Unjoni (24). F'dak ir-rigward, il-Qorti Ġenerali, fis-sentenza tagħha tat-3 ta' Marzu 2016 fil-Kawża Simet T-15/14 ikkunsidrat li l-kumpens għad-danni jkun jikkonsisti mill-indennifikazzjoni ta' preġudizzju mġarrab minħabba li l-impożizzjoni tal-obbligi tas-servizz pubbliku ma setgħetx tevita l-kwalifika tal-għajnuna mill-Istat sempliċiment minħabba li kienet tikkonsisti minn kumpens għad-danni, minħabba li dan jippermetti ċ-ċirkomvenzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (25).

(106)

Fir-rigward tal-kumpens addizzjonali mogħti lill-Arfea mill-Qorti Amministrattiva Reġjonali, qabel kollox, il-Kummissjoni tinnota li s-sentenzi tal-Qorti Amministrattiva Reġjonali jirreferu għad-dritt tal-Arfea li tirċievi ammonti permezz ta' kumpens skont l-Artikoli 6, 10 u 11 tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69, li jrid jiġi ddeterminat mill-amministrazzjoni abbażi ta' dejta affidabbli. Dan jindika li d-dritt tal-Arfea għall-flussi ta' kumpens addizzjonali, skont il-Qorti Amministrattiva Reġjonali, mhux minn regola ġenerali għall-kumpens għad-danni minħabba att abbużiv jew l-imġiba ta' awtoritajiet nazzjonali oħra, iżda mid-drittijiet li ġejjin mir-Regolament (KEE) Nru 1191/69.

(107)

It-tieni nett, il-Kummissjoni tinnota li l-Arfea fis-6 ta' Ġunju 2014 issottomettiet applikazzjoni quddiem il-Qrati Taljani fejn talbet il-pagament għad-danni mir-Reġjun ta' Pjemonte barra mill-kumpens li diġà kien ingħatalha mill-Qorti Amministrattiva Reġjonali. Fl-applikazzjoni tagħha, l-Arfea allegat li ġarrbet danni minħabba r-rikonoxximent tard u l-pagament tal-kumpens dovut lilha għas-snin 1997 u 1998 mir-Reġjun. Dan jindika li l-Arfea nnifisha ma tqisx li l-kumpens li ngħatalha diġà mill-Qorti Amministrattiva Reġjonali jikkostitwixxi kumpens għad-danni.

(108)

It-tielet nett, il-Kummissjoni tqis li fi kwalunkwe każ kumpens għad-danni favur l-Arfea bħala kumpens għall-piż finanzjarju li jirriżulta mill-impożizzjoni unilaterali allegatament illegali tal-PSOs mill-awtoritajiet Taljani jkun qed jikser l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat.

(109)

Dan peress li tali għotja tipproduċi l-istess riżultat preċiż għall-Arfea bħal għotja ta' kumpens tas-servizz pubbliku għall-perjodu taħt eżami, minkejja l-fatt li l-ftehimiet ta' konċessjoni li jirregolaw is-servizzi inkwistjoni la kienu eżenti minn notifika minn qabel u lanqas ma kienu jikkonformaw mar-rekwiżiti sostantivi tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 jew ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007, kif muri hawn fuq.

(110)

Id-disponibbiltà ta' tali għotja b'hekk tippermetti b'mod effettiv iċ-ċirkomvenzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat u l-kundizzjonijiet stipulati mil-leġiżlatur tal-Unjoni skont liema l-awtoritajiet kompetenti meta jimponu jew jikkuntrattaw għall-PSOs, jikkumpensaw lill-operaturi tas-servizz pubbliku għall-ispejjeż imġarrba għall-eżekuzzjoni tal-PSOs. Fil-fatt, kumpens għad-danni daqs it-total tal-ammonti ta' għajnuna li kienu previsti li jingħataw ikun jikkostitwixxi għotja indiretta ta' għajnuna mill-Istat li jinstab li hija llegali u mhux kompatibbli mas-suq intern (26). Kif ġie mfakkar hawn fuq, il-Qorti Ġenerali għamlitha ċara li f'tali ċirkostanzi, ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat ma jistgħux jiġu evitati sempliċiment minħabba li l-miżura inkwistjoni tikkonsisti minn kumpens għad-danni. (27)

(111)

Skont dan, il-Kummissjoni ma tqisx li s-sentenza tal-Qorti Reġjonali Amministrattiva tikkostitwixxi kumpens għad-danni mġarrba mill-Arfea minħabba l-att abbużiv jew imġiba oħra tal-awtoritajiet nazzjonali, pjuttost milli l-għoti ta' għajnuna illegali u inkompatibbli mill-Istat, li hija pprojbita skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

(112)

Fid-dawl ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura mhux notifikata tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat li mhix kompatibbli mas-suq intern.

7.   RKUPRU TAL-GĦAJNUNA

(113)

Skont it-Trattat u l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti, il-Kummissjoni hija kompetenti biex tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat irid jabolixxi jew jibdel l-għajnuna meta jsib li hija inkompatibbli mas-suq intern (28). Barra minn hekk, il-Qorti b'mod konsistenti kkunsidrat li l-obbligu ta' Stat Membru li jabolixxi l-għajnuna li l-Kummissjoni tqisha inkompatibbli mas-suq intern huwa mfassal biex jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel (29).

(114)

F'dan il-kuntest, il-Qorti stabbiliet li dan l-objettiv jinkiseb ladarba r-riċevitur iħallas lura l-ammonti mogħtija permezz tal-għajnuna llegali, u b'hekk jitlef il-vantaġġ li kien igawdi fuq il-kompetituri tiegħu fis-suq, u s-sitwazzjoni ta' qabel il-pagament tal-għajnuna tiġi rkuprata (30).

(115)

F'konformità mal-ġurisprudenza, l-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2015/1589 (31) ddikjara li “fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f'każijiet ta' għajnuna kontra l-liġi, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju […]”.

(116)

B'hekk, minħabba li l-miżuri inkwistjoni ġew implimentati bi ksur tal-Artikolu 108 tat-Trattat, u għandhom jitqiesu bħala għajnuna llegali u inkompatibbli, dawn iridu jiġu rkuprati sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti fis-suq qabel l-għoti tagħhom. L-irkupru għandu jkopri ż-żmien minn meta l-vantaġġ akkumula għall-Arfea, jiġifieri meta l-għajnuna ngħatat għad-disponibbiltà tagħha (jiġifieri fis-7 ta' Frar 2014), sal-irkupru effettiv, u s-somom li għandhom jiġu rkuprati għandhom jinkludu interessi sal-irkupru effettiv.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat li tammonta għal EUR 1 299 594 mogħtija llegalment mir-Repubblika Taljana, bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, favur l-Arfea hija inkompatibbli mas-suq intern.

Artikolu 2

(1)   Ir-Repubblika Taljana għandha tirkupra l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 mill-benefiċjarju.

(2)   Is-somom li għandhom jiġu rkuprati għandhom jinkludu l-interessi mis-7 ta' Frar 2014 sal-irkupru attwali tagħhom.

(3)   L-interess għandu jiġi kkalkulat fuq bażi komposta f'konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (32) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 (33) li jemendaw ir-Regolament (KE) Nru 794/2004.

(4)   Ir-Repubblika Taljana għandha tikkanċella l-pagamenti pendenti kollha tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 b'effett mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

(1)   L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun immedjat u effettiv.

(2)   Ir-Repubblika Taljana għandha tiżugra li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba' xhur wara d-data ta' notifika ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

(1)   F'xahrejn wara n-notifika ta' din id-Deċiżjoni, ir-Repubblika Taljana għandha tissottometti l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

(a)

l-ammont totali (il-kapital u l-interessi ta' rkupru) li għandu jiġi rkuprat mill-benefiċjarju;

(b)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu u ppjanati biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni;

(c)

dokumenti li juru li l-benefiċjarju ġie ordnat iħallas lura l-għajnuna

(2)   Ir-Repubblika Taljana għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata bil-progress tal-miżuri nazzjonali meħuda biex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni sakemm l-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 jkun tlesta. Meta l-Kummissjoni titlob informazzjoni dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu diġà u ppjanati li jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni, hija għandha tissottemeti din l-informazzjoni minnufih. Għandha wkoll tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta' għajnuna u interess ta' rkupru diġà rkuprat mill-benefiċjarju.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 219, 3.7.2015, p. 12.

(2)  Ara n-nota [1] f'qiegħ il-paġna.

(3)  Legge 10 aprile 1981, n. 151 Legge quadro per l'ordinamento, la ristrutturazione ed il potenziamento dei trasporti pubblici locali. Istituzione del Fondo nazionale per il ripiano dei disavanzi di esercizio e per gli investimenti nel settore (GU n. 113 del 24.4.1981), disponibbli fuq: http://www.normattiva.it/uri-res/N2Ls?urn:nir:stato:legge:1981-04-10;151

(4)  Legge regionale 23 luglio 1982, n. 16. Interventi finanziari della Regione nel settore del trasporto pubblico di persone (B.U. 28 luglio 1982, n. 30), disponibbli fuq: http://arianna.consiglioregionale.piemonte.it/base/leggi/l1982016.html.

(5)  Ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69 tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 1969 dwar azzjoni mill-Istati Membri dwar l-obbligi inerenti fil-kunċett ta' servizz pubbliku fit-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma (ĠU L 156, 28.6.1969, p.1).

(6)  Is-Sentenza Nru 5043 tat-28 ta' Awwissu 2006.

(7)  Il-Kawża C-280/00 Altmark Trans v Regierungsprasidium Magdeburg EU:C:2003:415.

(8)  Ara l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).

(9)  Skont il-punt 2 tal-Anness, “l-effetti għandhom ikunu vvalutati bi tqabbil tas-sitwazzjoni fejn l-obbligu tas-servizz pubbliku jiġi rrispettat mas-sitwazzjoni li tkun eżistiet kieku l-obbligu ma kienx ġie rrispettat. Sabiex jiġi kkalkulat l-effett finanzjarju nett, l-awtorità kompetenti għandha tkun iggwidata mill-iskema segwenti:

spejjeż magħmula b'rabta ma' obbligu ta' servizz pubbliku jew grupp ta' obbligi ta' servizz pubbliku imposti mill-awtorità/awtoritajiet kompetenti, li jinsabu f'kuntratt għal servizz pubbliku u/jew f'regola ġenerali,

bit-tnaqqis ta' kwalunkwe effetti finanzjarji pożittivi ġenerati fin-network imħaddem taħt l-obbligu(i) ta' servizz pubbliku inkwistjoni,

bit-tnaqqis ta' tariffa jew kwalunkwe dħul ieħor ġenerat fir-rispett tal-obbligu(i) tas-servizz pubbliku inkwistjoni,

biż-żieda ta' qligħ raġonevoli,

ugwali għall-effett finanzjarju nett”.

(10)  Id-Deċiżjoni Qafas tal-1984 stabbiliet il-livelli tal-“ispejjeż standard” għas-servizzi tax-xarabanks u t-trams għall-belt ta' Turin u għal muniċipalitajiet oħra fi Pjemonte, u ddistingwiet aktar fid-dettall bejn linji tal-livell u linji tal-muntanji. L-Artikolu 1 jispeċifika li l-ispejjeż standard ġew stabbiliti abbażi ta' kriterji ta' ġestjoni prudenti u rigorużi, waqt li tqiesu wkoll il-kwalità tas-servizz ipprovdut u l-kundizzjonijiet ġeografiċi. Skont l-Artikolu 4, l-ammont li ġej mill-applikazzjoni tal-ispejjeż standard għall-kilometri koperti mill-fornitur tas-servizz kien jirrappreżenta l-livell ammissibbli massimu ta' kontribuzzjonijiet pubbliċi kull sena, sakemm l-ispejjeż attwali mġarrba mill-fornitur tas-servizz ma kinux aktar baxxi mill-ispejjeż standard. Jekk dan kien il-każ, il-kontribuzzjonijiet pubbliċi kellhom jingħataw abbażi tal-ispejjeż attwali tal-fornitur tas-servizz.

(11)  Il-Kawża C-527/12 il-Kummissjoni v il-Ġermanja EU:C:2014:2193, il-paragrafu 56 u l-ġurisprudenza ċċitata. Ara wkoll, il-Kawża C-119/05 Lucchini EU:C:2007:434, il-paragrafu 59.

(12)  Il-Kawża T-17/02 Fred Olsen [2005] ECR II-2031, il-paragrafu 216; il-Kawża T-289/03 BUPA u Oħrajn v il-Kummissjoni [2008] ECR II-81, il-paragrafi 166-169 u 172

(13)  Il-Kawża C-280/00 Altmark Trans v Regierungsprasidium Magdeburg EU:C:2003:415, il-paragrafu 91

(14)  Il-Kawża T 157/01 Danske Busvognmænd EU:T:2004:76, il-punti 77 sa 79.

(15)  Il-Kawża T-15/14, Simet SpA v il-Kummissjoni, il-paragrafu 163

(16)  Il-Kawża T-15/14, Simet SpA v il-Kummissjoni, il-paragrafu 159

(17)  Il-Kawża 156/77 il-Kummissjoni v il-Belġju EU:C:1978:180, il-paragrafu 10.

(18)  Ir-Regolament (KEE) Nru 1107/70 tal-Kunsill tal-4 ta' Ġunju 1970 dwar l-għoti ta' għajnuniet għal trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 130, 15.6.1970, p. 1).

(19)  C-303/13 P il-Kummissjoni v. Andersen, il-paragrafu 55

(20)  Pereżempju, arrikkiment mhux ġustifikat jew delitt.

(21)  Il-Kawżi konġunti 106 sa 120/87, Asteris u Oħrajn v il-Greċja u EEC EU:C:1988:457.

(22)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Ġunju 2004 dwar l-għajnuna tan-Netherlands favur l-Akzo-Novel sabiex jiċċekken it-trasport tal-kloru (il-Kawża Nru 304/2003), in-notifika ta' sommarju f'ĠU C 81, 2.4.2005, p. 4; ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-għajnuna Netherlandiża għar-rilokazzjoni tal-kumpanija taż-żarmar tal-karozzi Steenbergen (il-Kawża Nru 575/2005), in-notifika ta' sommarju f'ĠU C 80, 13.4.2007, p. 1

(23)  Il-Kawża C-119/05 Lucchini EU:C:2007:434, il-paragrafu 59.

(24)  Ara ibid, il-paragrafu 61.

(25)  Il-Kawża T-15/14, Simet SpA v il-Kummissjoni, il-paragrafi 102 sa 103.

(26)  L-Opinjoni tat-28 ta' April 2005 fil-Kawi Magħquda C-346/03 u C-529/03 Atzori EU:C:2005:256, il-paragrafu 198.

(27)  Il-Kawża T-15/14, Simet SpA v il-Kummissjoni, il-paragrafi 102-103.

Ara wkoll il-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali dwar il-klawżoli ta' indennifikazzjoni għall-irkupru tal-għajnuna mill-Istat:

Il-Kawża T-384/08 Elliniki Nafpigokataskevastiki AE Chartofylakeiou v il-Kummissjoni EU:T:2011:650, u l-Kawża T-565/08 Corsica Ferries v il-Kummissjoni EU:T:2012:415, il-paragrafi 23, 114 u 120 sa 131. Ara wkoll, b'analoġija, il-Kawża C-111/10 il-Kummissjoni v il-Kunsill EU:C:2013:785, il-paragrafu 44.

(28)  Ara l-Kawża C-70/72 il-Kummissjoni v il-Ġermanja [1973] ECR 813, il-paragrafu 13.

(29)  Ara l-Kawżi Magħquda C-278/92, C-279/92 u C-280/92 Spanja v il-Kummissjoni [1994] ECR I-4103, il-paragrafu 75.

(30)  Ara l-Kawża C-75/97 il-Belġju v il-Kummissjoni [1999] ECR I-3671 il-paragrafi 64 u 65.

(31)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).

(32)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).

(33)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta' Jannar 2008 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 82, 25.3.2008, p. 1).


29.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/76


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2085

tat-28 ta' Novembru 2016

dwar ċertu miżuri protettivi interim marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fin-Netherlands

(notifikata bid-dokument C(2016) 7851)

(It-test bin-Netherlandiż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,

Billi:

(1)

L-influwenza avjarja hija marda virali infettiva tal-għasafar, li tinkludi t-tjur. L-infezzjonijiet bil-vajrusis tal-influwenza avjarja fit-tjur domestiċi jikkawżaw żewġ forom ta' dik il-marda li huma distinti mill-virulenza tagħhom. Ġeneralment, il-forma b'patoġeniċità baxxa tikkawża sintomi ħfief biss, filwaqt li l-forma b'patoġeniċità għolja tirriżulta f'rati għoljin ferm ta' mwiet fil-biċċa l-kbira tal-ispeċijiet tat-tjur. Dik il-marda jista' jkollha impatt serju fuq il-profitabilità tat-trobbija tat-tjur.

(2)

L-influwenza tat-tjur tinstab l-aktar fl-għasafar, iżda f'ċerti ċirkustanzi jaf ikun hemm infezzjonijiet ukoll fil-bnedmin, minkejja li r-riskju huwa ġeneralment baxx ħafna.

(3)

Fil-każ ta' tifqigħa tal-influwenza tat-tjur, hemm riskju li l-aġent tal-marda jinfirex f'azjendi oħrajn fejn jinżammu t-tjur jew għasafar oħrajn miżmuma fil-magħluq. Minħabba f'hekk, din tista' tinfirex minn Stat Membru għal Stati Membri oħra, jew għal pajjiżi terzi, permezz tal-kummerċ ta' għasafar ħajjin jew tal-prodotti tagħhom.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (3) tistabbilixxi ċerti miżuri preventivi marbutin mas-sorveljanza u mad-detezzjoni bikrija tal-influwenza avjarja u l-miżuri minimi ta' kontroll li għandhom jiġu applikati f'każ ta' tifqigħa ta' dik il-marda fit-tjur jew f'għasafar oħrajn miżmuma fil-magħluq. Dik id-Direttiva tipprevedi l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza f'każ ta' tifqigħa tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja.

(5)

In-Netherlands innotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-influwenza tat-tjur b'patoġenità għolja tas-sottotip H5N8 fi stabbiliment fit-territorju tagħha fejn kienu qed jitrabbew it-tjur jew għasafar oħrajn u ħadet minnufih il-miżuri meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE, inkluż it-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni u sorveljanza.

(6)

Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri b'kollaborazzjoni man-Netherlands, u ħarġet sodisfatta li l-fruntieri taż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza, stabbiliti mill-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru, jinsabu 'l bogħod biżżejjed mill-azjenda proprja fejn ġiet konfermata t-tifqigħa.

(7)

Sabiex ma jkunx hemm xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u sabiex pajjiżi terzi ma jagħmlux ostakoli mhux ġustifikati għall-kummerċ, jeħtieġ li ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti fir-rigward tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja fin-Netherlands jiġu deskritti malajr fil-livell tal-Unjoni

(8)

Għaldaqstant, sakemm jerġa' jitlaqqa' l-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, iż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza fin-Netherlands, fejn qed jiġu applikati l-miżuri ta' kontroll għas-saħħa tal-annimali stipulati fid-Direttiva 2005/94/KE, għandhom jiġu definiti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni u għandu jiġi ffissat it-tul taż-żmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni.

(9)

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

In-Netherlands għandha tiżgura li ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2005/94/KE jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2016.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Netherlands.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).


ANNESS

PARTI A

Iż-żona ta' protezzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 1:

ISO Kodiċi tal-Pajjiż

Stat Membru

Isem

NL

In-Netherlands

Iż-żona li tinkludi:

Biddinghuizen

Vanaf kruising Swifterweg (N710) met Hoge Vaart (water), Hoge Vaart volgen in noordoostelijke richting tot aan Oosterwoldertocht (water).

Oosterwoldertocht volgen in zuidoostelijke richting tot aan Elburgerweg (N309).

Elburgerweg (N309) volgen tot aan de brug in Flevoweg over het Veluwemeer.

Veluwemeer volgen in zuidwestelijke richting tot aan Bremerbergweg (N708).

Bremerbergweg (N708) volgen in noodwestelijke richting overgaand in Oldebroekerweg tot aan Swifterweg (N710).

Swifterweg (N710)volgen in noordelijke richting tot aan Hoge Vaart (water).

PARTI B

Iż-żona ta' sorveljanza kif imsemmija fl-Artikolu 1:

ISO Kodiċi tal-Pajjiż

Stat Membru

Isem

NL

In-Netherlands

Iż-żona li tinkludi:

Biddinghuizen

Vanaf Knardijk N302 in Harderwijk de N302 volgen in noordwestelijke richting tot aan de N305.

Bij splitsing de N305 volgen in noordelijke richting tot aan N302.

De N302 volgen tot Vleetweg.

De Vleetweg volgen tot aan de Kuilweg.

De kuilweg volgen tot aan de Rietweg.

De Rietweg volgen in noordoostelijke richting tot aan de Larserringweg.

De Larserringweg volgen in noordelijke richting tot de Zeeasterweg.

De Zeeasterweg volgen in oostelijke richting tot aan Lisdoddepad.

Lisdoddepad volgen in noordelijke richting tot aan de Dronterweg.

De Dronterweg volgen in oostelijke richting tot aan de Biddingweg (N710).

De Biddingweg (N710) in noordelijke richting volgen tot aan de Elandweg.

De Elandweg volgen in westelijke richting tot aan de Dronterringweg (N307).

Dronterringweg (N307) volgen in Zuidoostelijke overgaand in Hanzeweg tot aan Drontermeer(Water).

Drontermeer volgen in zuidelijke richting ter hoogte van Buitendijks.

Buitendijks overgaand in Buitendijksweg overgaand in Groote Woldweg volgen tot aan Zwarteweg.

De Zwarteweg in westelijke richting volgen tot aan de Mheneweg Noord.

Mheneweg Noord volgen in zuidelijke richting tot aan de Zuiderzeestraatweg.

Zuiderzeestraatweg in zuidwestelijke richting volgen tot aan de Feithenhofsweg.

Feithenhofsweg volgen in zuidelijkerichting tot aan Bovenstraatweg.

Bovenstraatweg in westelijke richting volgen tot aan Laanzichtsweg.

Laanzichtsweg volgen in zuidelijke richting tot aan Bovendwarsweg.

Bovendwarsweg volgen in westelijke richting tot aan de Eperweg (N309).

Eperweg (N309) volgen in zuidelijke richting tot aan autosnelweg A28 (E232).

A28 (E232) volgen in zuidwestelijke richting tot aan Harderwijkerweg (N303).

Harderwijkerweg(N303) volgen in zuidelijke richting tot aan Horsterweg.

Horsterweg volgen in westelijke richting tot aan Oude Nijkerkerweg.

Oude Nijkerkerweg overgaand in arendlaan volgen in zuidwestelijke richting tot aan Zandkampweg.

Zandkampweg volgen in noordwestelijke richting tot aan Telgterengweg.

Telgterengweg volgen in zuidwestelijke richting tot aan Bulderweg.

Bulderweg volgen in westelijke richting tot aan Nijkerkerweg.

Nijkerkerweg volgen in westelijke richting tot aan Riebroeksesteeg.

Riebroekersteeg volgen in noordelijke/westelijke richting (doodlopend) overstekend A28 tot aan Nuldernauw (water).

Nuldernauw volgen in noordelijke richting overgaand in Wolderwijd (water) tot aan Knardijk (N302).

N302 volgen in Noordwestelijke richting tot aan N305.


29.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/80


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2086

tat-28 ta' Novembru 2016

dwar ċertu miżuri protettivi interim marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fl-Iżvezja

(notifikata bid-dokument C(2016) 7852)

(It-test bl-Iżvediż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,

Billi:

(1)

L-influwenza avjarja hija marda virali infettiva tal-għasafar, li tinkludi t-tjur. L-infezzjonijiet bil-vajrusis tal-influwenza avjarja fit-tjur domestiċi jikkawżaw żewġ forom ta' dik il-marda li huma distinti mill-virulenza tagħhom. Ġeneralment, il-forma b'patoġeniċità baxxa tikkawża sintomi ħfief biss, filwaqt li l-forma b'patoġeniċità għolja tirriżulta f'rati għoljin ferm ta' mwiet fil-biċċa l-kbira tal-ispeċijiet tat-tjur. Dik il-marda jista' jkollha impatt serju fuq il-profitabilità tat-trobbija tat-tjur.

(2)

L-influwenza tat-tjur tinstab l-aktar fl-għasafar, iżda f'ċerti ċirkustanzi jaf ikun hemm infezzjonijiet ukoll fil-bnedmin, minkejja li r-riskju huwa ġeneralment baxx ħafna.

(3)

Fil-każ ta' tifqigħa tal-influwenza tat-tjur, hemm riskju li l-aġent tal-marda jinfirex f'azjendi oħrajn fejn jinżammu t-tjur jew għasafar oħrajn miżmuma fil-magħluq. Minħabba f'hekk, din tista' tinfirex minn Stat Membru għal Stati Membri oħra, jew għal pajjiżi terzi, permezz tal-kummerċ ta' għasafar ħajjin jew tal-prodotti tagħhom.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (3) tistabbilixxi ċerti miżuri preventivi marbutin mas-sorveljanza u mad-detezzjoni bikrija tal-influwenza avjarja u l-miżuri minimi ta' kontroll li għandhom jiġu applikati f'każ ta' tifqigħa ta' dik il-marda fit-tjur jew f'għasafar oħrajn miżmuma fil-magħluq. Dik id-Direttiva tipprevedi l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza f'każ ta' tifqigħa tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja.

(5)

L-Iżvezja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-influwenza tat-tjur b'patoġenità għolja tas-sottotip H5N8 fi stabbiliment fit-territorju tagħha fejn kienu qed jitrabbew it-tjur jew għasafar oħrajn u ħadet minnufih il-miżuri meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE, inkluż it-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni u sorveljanza.

(6)

Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri b'kollaborazzjoni mal-Iżvezja, u ħarġet sodisfatta li l-fruntieri taż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza, stabbiliti mill-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru, jinsabu 'l bogħod biżżejjed mill-azjenda proprja fejn ġiet konfermata t-tifqigħa.

(7)

Sabiex ma jkunx hemm xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u sabiex pajjiżi terzi ma jagħmlux ostakoli mhux ġustifikati għall-kummerċ, jeħtieġ li ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti fir-rigward tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja fl-Iżvezja jiġu deskritti malajr fil-livell tal-Unjoni.

(8)

Għaldaqstant, sakemm jerġa' jitlaqqa' l-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, iż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza fl-Iżvezja, fejn qed jiġu applikati l-miżuri ta' kontroll għas-saħħa tal-annimali stipulati fid-Direttiva 2005/94/KE, għandhom jiġu definiti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni u għandu jiġi ffissat it-tul taż-żmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni.

(9)

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Iżvezja għandha tiżgura li ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2005/94/KE jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2016.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Iżvezja.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal- 20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).


ANNESS

PARTI A

Iż-żona ta' protezzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 1:

ISO Kodiċi tal-Pajjiż

Stat Membru

Isem

SE

L-Iżvezja

Iż-żona li tinkludi:

Dawk il-partijiet mill-muniċipalità ta' Helsingborg (kodiċi ADNS 01200) li jinstabu f'ċirku ta' radjus ta' tliet kilometri, iċċentrati fuq WGS84 koordinati dek. N56,053495 u E12,848939.

PARTI B

Iż-żona ta' sorveljanza kif imsemmija fl-Artikolu 1:

ISO Kodiċi tal-Pajjiż

Stat Membru

Isem

SE

L-Iżvezja

Iż-żona li tinkludi:

Iż-żona ta-partijiet tal-muniċipalitajiet ta' Helsingborg, Ängelholm, Bjuv u Åstorp (kodiċi ADNS 01200) li jestendu lil hinn miż-żona deskritta fiż-żona ta' protezzjoni u fi ħdan iċ-ċirku ta' radjus ta' għaxar kilometri, iċċentrati fuq WGS84 koordinati dek. N56,053495 u E12,848939.