ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 314

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
22 ta' Novembru 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2033 tas-17 ta' Novembru 2016 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2034 tal-21 ta' Novembru 2016 li jiftaħ il-kwota tariffarja għall-2017 għall-importazzjoni, fl-Unjoni Ewropea, ta' ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli koperti mir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

4

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2035 tal-21 ta' Novembru 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi fipronil u maneb ( 1 )

7

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2036 tal-21 ta' Novembru 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

9

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2016/2037 tal-21 ta' Novembru 2016 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-aerosol dispensers biex id-dispożizzjonijiet tagħha dwar l-ittikkettar jiġu adattati għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet ( 1 )

11

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2038 tal-11 ta' Novembru 2016 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa fir-rigward tal-proposti għal emendi għar-Regolamenti tan-NU Nri 7, 16, 37, 44, 45, 46, 48, 53, 78, 80, 83, 86, 87, 99, 105, 107, 110, 121, 128 u 129, il-proposta għal Regolament tan-NU dwar sistemi ta' retrokonverżjoni għal magni heavy duty li jużaw żewġ tipi ta' fjuwil, il-proposti għal emendi għar-Regolamenti Tekniċi Globali tan-NU 15 u 16, il-proposti għal żewġ regolamenti tekniċi globali tan-NU dwar il-proċedura ta' kejl għal vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti fir-rigward ta' ċerti tipi ta' emissjonijiet u fir-rigward tas-sistema dijanjostika abbord, rispettivament, u l-proposta għal riżoluzzjoni dwar speċifikazzjoni komuni ta' kategoriji ta' sorsi tad-dawl

14

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2039 tal-15 ta' Novembru 2016 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 li jakkumpanja l-proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-UE biex tingħata assistenza lill-Ġermanja

19

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2040 tal-21 ta' Novembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2010/279/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN), li tipprevedi l-likwidazzjoni tagħha

20

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2041 tal-20 ta' Jannar 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33926 2013/C (ex 2013/NN, 2011/CP) mogħtija mill-Belġju lil Duferco (notifikata bid-dokument C(2016) 94)  ( 1 )

22

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2042 tal-1 ta' Settembru 2016 dwar l-iskema ta' għajnuna SA.38418 — 2014/C (ex 2014/N) li l-Ġermanja qed tippjana li timplimenta għall-finanzjament tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-films (notifikata bid-dokument C(2016) 5551)  ( 1 )

63

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

22.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2033

tas-17 ta' Novembru 2016

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, b'mod parzjali jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid xi sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu klassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Stephen QUEST

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni (Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott magħmul mill-glitter għat-tutpejst fil-forma ta' partikuli ta' lewn blu skur li jinħallu waqt il-ħasil tas-snien u li permezz tagħhom, ir-ragħwa li tinħoloq mit-tutpejst tiġi blu. Is-sustanza koloranti teħel mas-snien nodfa, ikun hemm riflessjoni tad-dawl blu mill-enamel tas-snien u b'hekk għal perjodu ta' żmien limitat, is-snien jidhru aktar bojod.

Il-prodott huwa magħmul mill-ingredjenti li ġejjin (% skont il-piż):

idroksipropil metilċelluloża

madwar 55,

glikol tal-propilen

madwar 21,

pigment blu

madwar 17,

polysorbate 80

madwar 4,

żebgħa ħamra

madwar 3.

Il-pigment blu u ż-żebgħa ħamra jservu bħala sustanzi koloranti.

Il-prodott huwa ppreżentat bl-ingrossa.

3204 19 00

Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-regoli ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċijiet NM 3204 u 3204 19 00 .

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 3912 bħala ċelluloża u d-derivattivi kimiċi tagħha, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra, f'forom primarji, hija eskluża bħala idroksipropil metilċelluloża, għalkemm predominanti skont il-piż, iservu biss bħala katalisti tas-sustanza koloranti iżda ma jagħtux lill-prodott il-karattru essenzjali tiegħu.

Il-pigment blu u ż-żebgħa ħamra li jservu bħala sustanzi koloranti, jagħtu l-karattru essenzjali lill-prodott.

Għalhekk, il-prodott irid jiġi klassifikat fil-kodiċi NM 3204 19 00 bħala preparat ibbażat fuq taħlita ta' żewġ sustanzi koloranti jew aktar mis-subintestatura 3204 11 sa 3204 19 .


22.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2034

tal-21 ta' Novembru 2016

li jiftaħ il-kwota tariffarja għall-2017 għall-importazzjoni, fl-Unjoni Ewropea, ta' ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli koperti mir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(1)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/859/KE tal-25 ta' Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja fuq il-Protokoll 2 għall-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 2 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja tal-14 ta' Mejju 1973 (3) (“il-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja”) u l-Protokoll 3 għall-Ftehim ŻEE (4) jiddeterminaw l-arranġamenti kummerċjali għal ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati bejn il-Partijiet Kontraenti.

(2)

Il-Protokoll 3 għall-Ftehim ŻEE jistipula dazju b'rata żero għall-ilmijiet li jkollhom zokkor jew materjal ta' taħlil ieħor miżjud magħhom jew mogħtija t-togħma, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2202 10 00, u għal xarbiet mhux alkoħoliċi oħrajn, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2202 91 00 u 2202 99 li ma fihomx prodotti li jaqgħu taħt l-intestaturi 0401 sa 0404 jew xaħam miksub minn prodotti li jaqgħu taħt l-intestaturi 0401 sa 0404.

(3)

Id-dazju b'rata żero għal dawk l-ilmijiet u għal dawk ix-xarbiet l-oħra ġie sospiż temporanjament għan-Norveġja għal perjodu ta' żmien illimitat permezz tal-Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-Protokoll 2 għall-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (5) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri”), li ġie approvat bid-Deċiżjoni 2004/859/KE. F'konformità mal-Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri, l-importazzjonijiet bla dazju ta' oġġetti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2202 10 00, ex 2202 91 00 u ex 2202 99 li joriġinaw fin-Norveġja għandhom jiġu permessi biss fil-limiti ta' kwota bla dazju. Għandu jitħallas dazju fuq l-importazzjonijiet li jaqbżu l-allokazzjoni tal-kwota.

(4)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2063 (6) ippreveda li r-reġim tad-dazju stabbilit fil-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri ma kellux japplika għall-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016, u għalhekk dawk l-oġġetti ngħataw aċċess illimitat ta' eżenzjoni mid-dazju fl-Unjoni.

(5)

Il-kwota tariffarja għal dawk l-ilmijiet u x-xarbiet għall-2017 issa tenħtieġ li tinfetaħ skont il-Ftehim fl-Għamla ta' Skambju ta' Ittri. L-aħħar kwota annwali għal dawk il-prodotti nfetħet għall-2015 bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1130/2014 (7). Billi ma nfetħet l-ebda kwota annwali għall-2016, huwa xieraq li l-volum tal-kwota għall-2017 jiġi stabbilit fl-istess livell bħal fl-2015.

(6)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (8) jistipula r-regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji. Il-kwota tariffarja miftuħa b'dan ir-Regolament tenħtieġ tiġi ġestita skont dawk ir-regoli.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-kwistjonijiet orizzontali dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli pproċessati li mhumiex elenkati fl-Anness I,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2017, il-kwota tariffarja bla dazju stipulata fl-Anness se tkun miftuħa għall-oġġetti li joriġinaw fin-Norveġja li huma elenkati f'dak l-Anness, skont il-kundizzjonijiet speċifikati fih.

2.   Ir-regoli tal-oriġini stabbiliti fil-Protokoll 3 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja tal-14 ta' Mejju 1973 għandhom japplikaw għall-oġġetti elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

3.   Għall-kwantitajiet importati li jaqbżu l-volum tal-kwota stabbilit fl-Anness, għandu japplika dazju preferenzjali ta' EUR 0,047 għal kull litru.

Artikolu 2

Il-kwota tariffarja bla dazju msemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tiġi ġestita mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.

(2)  ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 276.

(3)  ĠU L 171, 27.6.1973, p. 2.

(4)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(5)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 72.

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2063 tas-17 ta' Novembru 2015 dwar l-għoti ta' aċċess illimitat ta' eżenzjoni mid-dazju fl-Unjoni għall-2016 għal ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta' prodotti koperti bir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 301, 18.11.2015, p. 10).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1130/2014 tat-22 ta' Ottubru 2014 li jiftaħ il-kwota tariffarja għall-2015 għall-importazzjoni, fl-Unjoni Ewropea, ta' ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli koperti mir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 305, 24.10.2014, p. 104).

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).


ANNESS

Kwota tariffarja bla dazju għall-2017 li tapplika għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja

Numru tal-Ordni

Kodiċi NM

Kodiċi TARIC

Deskrizzjoni tal-prodotti

Volum tal-kwota

09.0709

2202 10 00

 

Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti, biz-zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud jew imħawrin

17,303 miljun litru

ex 2202 91 00

10

Birra mhux alkoħolika li fiha z-zokkor

ex 2202 99 11

11

19

Xarbiet ibbażati fuq is-sojja b'kontenut ta' proteina ta' 2,8 % jew aktar skont il-piż li fihom iz-zokkor (is-sukrożju jew iz-zokkor invertit)

ex 2202 99 15

11

19

Xarbiet ibbażati fuq is-sojja b'kontenut ta' proteina inqas minn 2,8 % skont il-piż; xarbiet ibbażati fuq il-ġewż tal-Kapitolu 8, ċereali tal-Kapitolu 10 jew żerriegħa tal-Kapitolu 12 li fihom iz-zokkor (is-sukrożju jew iz-zokkor invertit)

ex 2202 99 19

11

19

Xarbiet mhux alkoħoliċi oħrajn li fihom iz-zokkor (is-sukrożju jew iz-zokkor invertit)


22.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2035

tal-21 ta' Novembru 2016

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi fipronil u maneb

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusin li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Il-perjodu ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva maneb ġie estiż mit-30 ta' Ġunju 2016 sal-31 ta' Jannar 2018 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 762/2013 (3).

(3)

Il-perjodu ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva fiprinol ġie estiż mit-30 ta' Settembru 2017 sal-31 ta' Lulju 2018 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/404 (4).

(4)

L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanzi maneb u fipronil ġew sottomessi skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5). Madankollu ma ġew sottomessi ebda dossiers supplimentari b'appoġġ għat-tiġdid ta' dawn is-sustanzi attivi skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012.

(5)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-estensjonijiet previsti bir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 762/2013 u (UE) 2015/404 ma għadhomx iġġustifikati. Huwa għalhekk xieraq li jiġi stipulat li l-approvazzjoni tal-fipronil tiskadi fid-data li għandha tiskadi mingħajr l-estensjoni, u li tiġi prevista data ta' skadenza kemm jista' jkun kmieni għall-perjodu ta' approvazzjoni tal-maneb b'kont meħud taż-żmien neċessarju għall-Istati Membri biex jissodisfaw ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-iskadenza tal-approvazzjoni tas-sustanza maneb.

(6)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 762/2013 tas-7 ta' Awwissu 2013 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 dwar l-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi klorpirifos, klorpirifos-metil, mankożeb, maneb, MCPA, MCPB u metiram (ĠU L 213, 8.8.2013, p. 14).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/404 tal-11 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 rigward l-estenzjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi beflubutamid, kaptan, dimetoat, dimetomorf, etoprofos, fipronil, folpet, formetanat, glufosinat, metjokarb, metribużin, fosmet, pirimifos-metil u propamokarb (ĠU L 67, 12.3.2015, p. 6).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 113, maneb, id-data tal-“31 ta' Jannar 2018” tinbidel bid-data tal-“31 ta' Jannar 2017”;

(2)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 157, fipronil, id-data tal-“31 ta' Lulju 2018” tinbidel bid-data tat-“30 ta' Settembru 2017”;


22.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2036

tal-21 ta' Novembru 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-21 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

80,9

TR

91,2

ZZ

86,1

0707 00 05

TR

143,6

ZZ

143,6

0709 93 10

MA

103,3

TR

141,6

ZZ

122,5

0805 20 10

MA

74,2

ZZ

74,2

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

JM

98,8

MA

98,3

PE

116,9

TR

74,8

ZZ

97,2

0805 50 10

AR

64,7

TR

85,4

ZZ

75,1

0808 10 80

CL

213,0

NZ

153,2

ZA

152,5

ZZ

172,9

0808 30 90

CN

104,7

TR

126,8

ZZ

115,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DIRETTIVI

22.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/11


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2037

tal-21 ta' Novembru 2016

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-aerosol dispensers biex id-dispożizzjonijiet tagħha dwar l-ittikkettar jiġu adattati għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE tal-20 ta' Mejju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-aerosol dispensers (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 75/324/KEE tistabbilixxi regoli għat-tqegħid fis-suq ta' aerosol dispensers. Din tarmonizza r-rekwiżiti tas-sikurezza għall-aerosol dispensers, inklużi r-rekwiżiti dwar il-kapaċitajiet nominali, il-mili u perikli oħra tal-pressjoni u r-rekwiżiti tal-ittikkettar tal-aerosol dispensers li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha u li jitqiegħdu fis-suq skont id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

(2)

Il-progress tekniku u l-innovazzjoni wasslu f'dawn l-aħħar snin għall-iżvilupp ta' aerosol dispensers bi propellanti innovattivi mhux fjammabbli, prinċipalment gassijiet ikkompressati bħan-nitroġenu, l-arja kompressata jew id-diossidu tal-karbonju. Madankollu, il-pressjoni massima attwalment permessa tal-aerosol dispensers prevista fid-Direttiva 75/324/KEE tillimita l-iżvilupp tal-aerosol dispensers bi propellanti mhux fjammabbli peress li dan jolqot negattivament l-effettività ta' tali aerosol dispensers tul ħajjithom kollha. B'mod partikolari, il-waqgħa ta' pressjoni ta' tali aerosol dispensers matul l-użu tagħhom tirriżulta f'rendiment inqas effiċjenti tal-kontenuti u f'deterjorament notevoli fil-prestazzjoni tagħhom.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/47/KE (2) żiedet il-pressjoni massima permessa tal-aerosol dispensers bi propellant mhux fjammabbli minn 12 għal 13,2 bar, li dak iż-żmien kien il-limitu massimu tal-pressjoni li jippermetti li tkun garantita s-sikurezza. Madankollu, aktar progress tekniku u innovazzjoni jagħmlu possibbli l-adattament ġdid ta' dak il-limitu mingħajr ma tintlaqat is-sikurezza ta' dawk l-aerosol dispensers. Huwa għalhekk possibbli li tiġi permessa żieda ġdida sabiex jittejbu r-rata tal-ħruġ u l-kwalità tal-isprej ta' tali aerosol dispensers imqiegħda fis-suq, u b'hekk dan jagħti għażla usa' u aktar effettiva lill-konsumaturi.

(4)

Iż-żieda fil-pressjoni permessa tal-aerosol dispensers bi propellant mhux fjammabbli jipprovdi għażla usa' għall-manifatturi u b'hekk il-possibbiltà li tali aerosol dispensers jintużaw għal aktar applikazzjonijiet. Għalhekk, dan jippermetti il-qalba safejn ikun possibbli minn propellanti fjammabbli għal mhux fjammabbli, u b'hekk l-effiċjenza u l-prestazzjoni ambjentali tal-aerosol dispensers jittejbu u fl-istess ħin il-livelli attwali ta' sikurezza previsti fid-Direttiva 75/324/KEE jiġu ggarantiti.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jipprevedi l-armonizzazzjoni tal-klassifikazzjoni u l-ittikkettar tas-sustanzi u t-taħlitiet fl-Unjoni. Minkejja li d-dispożizzjonijiet dwar l-ittikkettar tad-Direttiva 75/324/KEE diġà ġew allinjati ma' dak ir-Regolament mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/10/UE (4), adattament ulterjuri huwa meħtieġ sabiex jiġu kkunsidrati l-modifiki sussegwenti previsti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 487/2013 (5). Għaldaqstant huwa xieraq li tiżdied iċ-ċarezza legali u l-koerenza mar-rekwiżiti tal-ittikkettar tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 mingħajr madankollu ma jiġi impost xi obbligu ġdid.

(6)

Id-Direttiva 75/324/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Billi ż-żieda tal-pressjoni massima permessa tal-aerosol dispensers bi propellanti mhux fjammabbli ma tirriżultax f'xi obbligi ġodda għall-manifatturi iżda tipprevedi biss għażla addizzjonali f'każ ta' użu ta' propellanti mhux fjammabbli, mhuwiex meħtieġ li jsir provvediment għal perjodu tranżizzjonali.

(8)

Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni l-ġdida tapplika mill-istess data għall-Istati Membri kollha, indipendentement mid-data tat-traspożizzjoni.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Addattament għall-Progress Tekniku tad-Direttiva dwar l-aerosol dispensers;

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 75/324/KEE

L-Anness tad-Direttiva 75/324/KEE huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 2.2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.2.   Tikkettar

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, kull aerosol dispenser għandu juri b'mod viżibbli l-immarkar li ġej b'mod leġibbli u li ma jitħassarx:

(a)

fejn l-aerosol huwa kklassifikat bħala ‘mhux fjammabbli’ skont il-kriterji tal-punt 1.9, il-kelma bħala sinjal ‘Twissija’ u l-elementi l-oħra tat-tikketta għal Aerosols tal-Kategorija 3 previsti fit-Tabella 2.3.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

(b)

fejn l-aerosol huwa kklassifikat bħala ‘fjammabbli’ skont il-kriterji tal-punt 1.9, il-kelma bħala sinjal ‘Twissija’ u l-elementi l-oħra tat-tikketta għal Aerosols tal-Kategorija 2 previsti fit-Tabella 2.3.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

(c)

Fejn l-aerosol huwa kklassifikat bħala ‘estremament fjammabbli’ skont il-kriterji tal-punt 1.9, il-kelma bħala sinjal ‘Periklu’ u l-elementi l-oħra tat-tikketta għal Aerosols tal-Kategorija 1 previsti fit-Tabella 2.3.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

(d)

fejn l-aerosol dispenser huwa prodott tal-konsumatur, id-dikjarazzjoni ta' prekawzjoni P102 prevista fil-Parti 1, Tabella 6.1 tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

(e)

kwalunkwe prekawzjoni operattiva addizzjonali li twissi lill-konsumaturi dwar il-perikli speċifiċi tal-prodott; jekk l-aerosol dispenser ikun akkumpanjat minn istruzzjonijiet għall-użu separati, dawn tal-aħħar għandhom jirriflettu wkoll dawn il-prekawzjonijiet operattivi.”

(b)

Il-punt 3.1.2 jinbidel b'dan li ġej:

“3.1.2

f'50 °C, il-pressjoni fl-aerosol dispenser ma għandhiex taqbeż il-valuri previsti fit-tabella li ġejja, u dan skont il-kontenut ta' gassijiet fl-aerosol dispenser:

Kontenut ta' gassijiet

Pressjoni f'50 °C

Gass likwifikat jew taħlita ta' gassijiet li għandhom firxa fjammabbli mal-arja f'20 °C u pressjoni standard ta' 1,013 bar

12 bar

Gass likwifikat jew taħlita ta' gassijiet li għandhom firxa fjammabbli mal-arja f'20 °C u pressjoni standard ta' 1,013 bar

13,2 bar

Gass ikkompressat jew gassijiet dissolti taħt pressjoni u li ma għandhomx firxa fjammabbli mal-arja f'20 °C u pressjoni standard ta' 1,013 bar

15 bar”

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit-12 ta' Diċembru 2017 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mit-12 ta' Frar 2018.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 147, 9.6.1975, p. 40.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/47/KE tat-8 ta' April 2008 li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress tekniku, id-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mad-dispensuri tal-ajrusols (ĠU L 96, 9.4.2008, p. 15).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(4)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/10/UE tad-19 ta' Marzu 2013 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-aerosol dispensers biex id-dispożizzjonijiet tagħha dwar l-ittikkettar jiġu adattati għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 77, 20.3.2013, p. 20).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 487/2013 tat-8 ta' Mejju 2013 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 149, 1.6.2013, p. 1).


DEĊIŻJONIJIET

22.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/2038

tal-11 ta' Novembru 2016

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa fir-rigward tal-proposti għal emendi għar-Regolamenti tan-NU Nri 7, 16, 37, 44, 45, 46, 48, 53, 78, 80, 83, 86, 87, 99, 105, 107, 110, 121, 128 u 129, il-proposta għal Regolament tan-NU dwar sistemi ta' retrokonverżjoni għal magni heavy duty li jużaw żewġ tipi ta' fjuwil, il-proposti għal emendi għar-Regolamenti Tekniċi Globali tan-NU 15 u 16, il-proposti għal żewġ regolamenti tekniċi globali tan-NU dwar il-proċedura ta' kejl għal vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti fir-rigward ta' ċerti tipi ta' emissjonijiet u fir-rigward tas-sistema dijanjostika abbord, rispettivament, u l-proposta għal riżoluzzjoni dwar speċifikazzjoni komuni ta' kategoriji ta' sorsi tad-dawl

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

B'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (1), l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, għat-tagħmir u għall-partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet (il-“Ftehim Rivedut tal-1958”).

(2)

B'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE (2), l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim dwar l-istabbiliment ta' regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, għat-tagħmir u għall-partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti (il-“Ftehim Parallel”).

(3)

Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) issostitwixxiet is-sistemi tal-Istati Membri għall-approvazzjoni tat-tip bi proċedura ta' approvazzjoni tal-Unjoni, u stabbiliet qafas armonizzat li fih id-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi, għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dik id-Direttiva inkorporat ir-regolamenti tan-NU adottati taħt il-Ftehim Rivedut tal-1958 fis-sistema tal-UE għall-approvazzjoni tat-tip, jew bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip inkella bħala alternattivi għal-leġislazzjoni tal-Unjoni. Minn meta ġiet adottata dik id-Direttiva, tali Regolamenti tan-NU ġew inkorporati dejjem aktar fil-leġislazzjoni tal-Unjoni fil-qafas tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

(4)

Fid-dawl tal-esperjenza u l-iżviluppi tekniċi, ir-rekwiżiti marbuta ma' ċerti elementi jew fatturi koperti bir-Regolamenti tan-NU Nri 7, 16, 37, 44, 45, 46, 48, 53, 78, 80, 83, 86, 87, 99, 105, 107, 110, 121, 128 u 129, kif ukoll bir-Regolamenti Globali Tekniċi tan-NU ('GTRs') Nri 15 u 16, jeħtieġ li jiġu adattati biex jiġi rifless il-progress tekniku.

(5)

Biex ikunu stabbiliti dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' sistemi ta' retrokonverżjoni għal magni heavy duty li jużaw żewġ tipi ta' fjuwil (“HDDF-ERS”), jenħtieġ li jiġi adottat Regolament tan-NU ġdid.

(6)

Sabiex jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tekniċi uniformi dwar il-proċedura tal-kejl għal vetturi motorizzati b'żewġ jew tliet roti fir-rigward ta' ċerti tipi ta' emissjonijiet u fir-rigward tas-sistema dijanjostika abbord, għandhom jiġu adottati żewġ Regolamenti Tekniċi Ġodda (GTR).

(7)

Biex ikunu stabbiliti dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-ispeċifikazzjoni ta' kategoriji ta' sorsi tad-dawl, jenħtieġ li tiġi adottata riżoluzzjoni ġdida (R.E.4).

(8)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-kumitati rilevanti tal-UNECE, jiġifieri l-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel, fir-rigward tal-adozzjoni ta' dawk l-atti tan-NU,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel matul il-perijodu mill-14 sal-20 ta' Novembru 2016 għandha tkun ta' vot favur il-proposti elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Novembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

P. ŽIGA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati ma' u/jew ikunu użati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet reċiproċi tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta' Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti, tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12).

(3)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).


ANNESS

Titolu tal-punt tal-aġenda

Referenza tad-dokument

Proposta għas-Suppliment 25 tas-serje 02 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 7 (Fanali tal-pożizzjoni, tal-waqfien u x-xifer aħħari)

ECE/TRANS/WP.29/2016/75

Proposta għas-Suppliment 8 tas-serje 06 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 16 (Ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza, tal-ISOFIX u tal-iSize)

ECE/TRANS/WP.29/2016/98 u dokument informali WP.29-170-04

Proposta għas-serje 07 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 16 (Ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza, tal-ISOFIX u tal-iSize)

ECE/TRANS/WP.29/2016/99

Proposta għas-Suppliment 45 tas-serje ta' emendi 03 tar-Regolament Nru 37 (Fanali bil-filament)

ECE/TRANS/WP.29/2016/76

Proposta għar-Rettifika 2 għar-Reviżjoni 3 tar-Regolament tan-NU Nru 44 (Sistemi ta' trażżin għat-tfal)

ECE/TRANS/WP.29/2016/100

Proposta għas-Suppliment 12 tas-serje 04 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 44 (Sistemi ta' trażżin għat-tfal)

ECE/TRANS/WP.29/2016/101

Proposta għas-Suppliment 12 tas-serje 04 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 44 (Sistemi ta' trażżin għat-tfal)

ECE/TRANS/WP.29/2016/102

Proposta għas-Suppliment 10 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 45 (Naddafa tal-fanali ta' quddiem)

ECE/TRANS/WP.29/2016/77

Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje 04 tal-emendi tar-Regolament Nru 46 (Tagħmir għall-viżjoni indiretta)

ECE/TRANS/WP.29/2016/89

Proposta għas-Suppliment 17 għas-serje 04 tal-emendi tar-Regolament Nru 48 (Stallazzjoni ta' tagħmir tad-dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/2016/78

Proposta għas-Suppliment 10 għas-serje 05 tal-emendi tar-Regolament Nru 48 (Stallazzjoni ta' tagħmir tad-dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/2016/79

Proposta għas-Suppliment 8 għas-serje 06 tal-emendi tar-Regolament Nru 48 (Stallazzjoni ta' tagħmir tad-dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/2016/80

Proposta għas-Suppliment 19 tas-serje tal-emendi 01 tar-Regolament Nru 53 (Stallazzjoni ta' apparati ta' tidwil u ta' sinjalazzjoni bid-dawl għal vetturi L3)

ECE/TRANS/WP.29/2016/81

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje tal-emendi 02 tar-Regolament Nru 53 (Stallazzjoni ta' apparati ta' tidwil u ta' sinjalazzjoni bid-dawl għal vetturi L3)

ECE/TRANS/WP.29/2016/82

Proposta għas-serje 04 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 78 (Ibbrejkjar (vetturi tal-kategorija L))

ECE/TRANS/WP.29/2016/114 u d-dokument informali GRRF-82-06

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje ta' emendi 03 tar-Regolament tan-NU Nru 80 (Saħħa tas-sits u l-ankoraġġi tagħhom (buses))

ECE/TRANS/WP.29/2016/103

Proposta għas-Suppliment 8 tas-serje 06 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 83 (Emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1)

ECE/TRANS/WP.29/2016/108

Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje 07 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 83 (Emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1)

ECE/TRANS/WP.29/2016/109

Proposta għas-serje tal-emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 86 (Stallazzjoni ta' apparati ta' tidwil u ta' sinjalazzjoni bid-dawl għal vetturi agrikoli)

ECE/TRANS/WP.29/2016/83

Proposta għas-Suppliment 18 tar-Regolament tan-NU Nru 87 (Fanali tas-sewqan ta' bi nhar)

ECE/TRANS/WP.29/2016/84

Proposta għas-Suppliment 12 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 99 (Sorsi tad-dawl bi skariku f'gass)

ECE/TRANS/WP.29/2016/85

Proposta għas-serje 06 tal-emendi għar-Regolament tan-NU Nru 105 (vetturi ADR)

ECE/TRANS/WP.29/2016/90

Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje tal-emendi 04 tar-Regolament tan-NU Nru 107 (Kostruzzjoni ġenerali ta' xarabanks u coaches)

ECE/TRANS/WP.29/2016/91

Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje tal-emendi 05 tar-Regolament tan-NU Nru 107 (Kostruzzjoni ġenerali ta' xarabanks u coaches)

ECE/TRANS/WP.29/2016/92

Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje tal-emendi 06 tar-Regolament tan-NU Nru 107 (Kostruzzjoni ġenerali ta' xarabanks u coaches)

ECE/TRANS/WP.29/2016/93

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje tal-emendi 07 tar-Regolament tan-NU Nru 107 (Kostruzzjoni ġenerali ta' xarabanks u coaches)

ECE/TRANS/WP.29/2016/94

Proposta għas-Suppliment 5 għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 110 (Vetturi tas-CNG/LNG)

ECE/TRANS/WP.29/2016/95

Proposta għas-Suppliment 9 tar-Regolament tan-NU Nru 121 (Identifikazzjoni tal-kontrolli, tell-tales u indikaturi)

ECE/TRANS/WP.29/2016/96

Proposta għas-Supplement 1 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 121 (Identifikazzjoni tal-kontrolli, tal-indikaturi operatorji u tal-indikaturi)

ECE/TRANS/WP.29/2016/97

Proposta għas-Suppliment 6 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 128 (Sorsi tad-dawl b'diodes li jitfgħu d-dawl (LED))

ECE/TRANS/WP.29/2016/86

Proposta għar-Rettifika 2 tar-Regolament tan-NU Nru 129 (Sistemi Msaħħa ta' Trażżin għat-Tfal)

ECE/TRANS/WP.29/2016/104

Proposta għas-Suppliment 5 tar-Regolament tan-NU Nru 129 (Sistemi Msaħħa ta' Trażżin għat-Tfal)

ECE/TRANS/WP.29/2016/105

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 129 (Sistemi Msaħħa ta' Trażżin għat-Tfal)

ECE/TRANS/WP.29/2016/106

Proposta għas-serje 02 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 129 (Sistemi Msaħħa ta' Trażżin għat-Tfal)

ECE/TRANS/WP.29/2016/107

Proposta għal Regolament ġdid dwar dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' Sistemi ta' Retrokonverżjoni għal Magni Heavy Duty li Jużaw Żewġ Tipi ta' Fjuwil (HDDF-ERS) biex jiġu installati fuq magni diżil u vetturi heavy-duty

ECE/TRANS/WP.29/2016/110

Proposta għal abbozz ta' Riżoluzzjoni dwar speċifikazzjoni komuni tal-kategoriji ta' sorsi tad-dawl (R.E.4)

ECE/TRANS/WP.29/2016/111

Proposta għall-Emenda 1 tar-Regolament Tekniku Globali tan-NU Nru 15 (Proċedura ta' Ttestjar armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief (WLTP))

ECE/TRANS/WP.29/2016/68

Proposta għall-Emenda 1 tar-Regolament Tekniku Globali tan-NU (GTR) Nru 16 (Tajers)

ECE/TRANS/WP.29/2016/117

Proposta għal regolament tekniku globali ġdid tan-NU dwar il-proċedura ta' kejl għal vetturi motorizzati b'żewġ jew tliet roti fir-rigward tas-sistemi djanjostiċi abbord

ECE/TRANS/WP.29/2016/112

Proposta għal regolament tekniku globali ġdid tan-NU dwar il-proċedura ta' kejl għal vetturi motorizzati b'żewġ jew tliet roti mgħammrin b'magna bil-kombustjoni fir-rigward tal-kaxxa tal-krank u tal-emissjonijiet evaporattivi

ECE/TRANS/WP.29/2016/66


22.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/2039

tal-15 ta' Novembru 2016

li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 li jakkumpanja l-proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-UE biex tingħata assistenza lill-Ġermanja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

Billi:

il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2016 ġie adottat definittivament fil-25 ta' Novembru 2015 (2),

fid-19 ta' Ottubru 2016, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2016,

minħabba l-fatt li l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 għall-baġit ġenerali tal-2016 jeħtieġ li jiġi adottat mingħajr dewmien, huwa ġġustifikat li jitqassar, f'konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill, il-perijodu ta' tmien ġimgħat għall-informazzjoni tal-Parlamenti nazzjonali, kif ukoll il-perijodu ta' għaxart ijiem previst għat-tqegħid tal-punt fuq l-aġenda proviżorja tal-Kunsill kif stabbilit fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 ġiet adottata fil-15 ta' Novembru 2016.

Jista' jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Novembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

I. KORČOK


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 48, 24.2.2016, p. 1.


22.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/2040

tal-21 ta' Novembru 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2010/279/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN), li tipprevedi l-likwidazzjoni tagħha

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Mejju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/279/PESK (1) dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN).

(2)

Fis-17 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/922/PESK (2) li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/279/PESK sal-31 ta' Diċembru 2016 u tipprevedi ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015.

(3)

Fl-14 ta' Diċembru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/2336 (3) li tipprevedi ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016.

(4)

Il-Kunsill, fil-konklużjonijiet tiegħu dwar l-Afganistan tat-12 ta' Mejju 2016, ikkonferma li filwaqt li l-UE għadha impenjata li tappoġġa l-pulizija ċivili fl-Afganistan wara t-tmiem tal-missjoni, il-EUPOL AFGHANISTAN ser tispiċċa fl-2016.

(5)

Konsegwentement, il-fażi operattiva ta' EUPOL AFGHANISTAN ser tintemm fil-31 ta' Diċembru 2016. Il-fażi ta' likwidazzjoni tagħha ser tibda fl-1 ta' Jannar 2017. Il-fażi ta' likwidazzjoni ser tirrikjedi Tim ta' Likwidazzjoni fl-Afganistan.

(6)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/279/PESK tiġi emendata skont dan u jenħtieġ li jiġi previst ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2017,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/279/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

‘Artikolu 1

Missjoni

1.   Il-Missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (‘EUPOL AFGHANISTAN’ jew il-‘Missjoni’), stabbilita mill-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK, għandha tiġi estiża mill-31 ta' Mejju 2010 sal-15 ta' Settembru 2017.

2.   Sal-31 ta' Diċembru 2016, EUPOL AFGHANISTAN għandha topera skont l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2 u twettaq il-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 3.

3.   Mill-1 ta' Jannar 2017, EUPOL AFGHANISTAN għandha twettaq il-likwidazzjoni tal-Missjoni.’

(2)

L-Artikolu 7, paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

‘1.   Sal-31 ta' Diċembru 2016, l-għadd u l-kompetenzi tal-persunal ta' EUPOL AFGHANISTAN għandhom ikunu konsistenti mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2, il-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 3 u l-istruttura tal-Missjoni stabbilita fl-Artikolu 4. Mill-1 ta' Jannar 2017, l-għadd u l-kompetenzi tal-persunal ta' EUPOL AFGHANISTAN għandhom ikunu konsistenti mal-għan li l-likwidazzjoni tal-Missjoni titwettaq b'mod rapidu u ordnat.’

(3)

L-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 13(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

‘L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata ma' EUPOL AFGHANISTAN għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-15 ta' Settembru 2017 għandu jkun EUR 11 600 000.’

(4)

L-Artikolu 17 huwa sostitwit b'dan li ġej:

‘Artikolu 17

Dħul fis-seħħ u dewmien

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-31 ta' Mejju 2010 sal-15 ta' Settembru 2017.’

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

P. PLAVČAN


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/279/PESK tat-18 ta' Mejju 2010 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) (ĠU L 123, 19.5.2010, p. 4).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/922/PESK tas-17 ta' Diċembru 2014 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/279/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) (ĠU L 363, 18.12.2014, p. 152).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2336 tal-14 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2010/279/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) (ĠU L 329, 15.12.2015, p. 16).


22.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2041

tal-20 ta' Jannar 2016

dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33926 2013/C (ex 2013/NN, 2011/CP) mogħtija mill-Belġju lil Duferco

(notifikata bid-dokument C(2016) 94)

(It-testi bil-Franċiż u bin-Netherlandiż biss huma awtentiċi)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 108(2)(i) tiegħu (1),

wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

wara li l-partijiet interessati ġew mistiedna jressqu l-kummenti tagħhom skont dawn l-Artikoli (2) u wara li kkunsidrat dawn il-kummenti,

billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fil-21 ta' Novembru 2011, il-gazzetta Le Soir ippubblikat serje ta' Artikoli li kkonkludew li r-reġjun tal-Vallonja (3) mill-2003 'l hawn pprovda appoġġ finanzjarju lill-grupp tal-azzar Duferco (“Duferco” jew il-“grupp Duferco”) mingħajr ma avża lill-Kummissjoni. Skont il-gazzetta Belġjana ta' kuljum, f'Marzu 2003, ir-reġjun tal-Vallonja ħoloq kumpanija holding finanzjarja ġdida, il-Foreign Strategic Investment Holding (“FSIH”), sussidjarja tas-Société Wallonne de Gestion et de Participations (Kumpanija tal-Vallonja tal-Ġestjoni u l-Investimenti) (“SOGEPA”) biex tinvesti f'kumpaniji tal-grupp Duferco li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom barra mill-Belġju, kif ukoll barra mill-Unjoni.

(2)

Wara din l-informazzjoni, il-Kummissjoni talbet lill-Belġju, permezz tal-posta elettronika tad-29 ta' Novembru 2011, sabiex jipprovdilha aktar informazzjoni dwar in-natura tal-appoġġ finanzjarju li r-reġjun tal-Vallonja kien jipprovdi lill-grupp Duferco bejn l-2003 u l-2011.

(3)

Permezz tal-posta elettronika tal-14 ta' Diċembru 2011, il-Belġju talab għal aktar żmien biex jagħti risposta, li ngħatalu fis-16 ta' Diċembru 2011. Fl-4 ta' Jannar 2012, il-Belġju wieġeb għat-talba tal-Kummissjoni għal informazzjoni. Permezz tal-ittra tad-29 ta' Ġunju 2012, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali. Il-Belġju talab għal aktar żmien biex jagħti risposta, li ngħatalu fit-18 ta' Lulju 2012. Huwa wieġeb fit-28 ta' Settembru 2012.

(4)

Fis-6 ta' Mejju 2013, saret laqgħa fil-bini tal-Kummissjoni, bejn il-Kummissjoni min-naħa, u l-awtoritajiet Belġjani u r-rappreżentanti tas-SOGEPA u tal-FSIH, min-naħa l-oħra.

(5)

Fl-4 u l-10 ta' Ġunju 2013 kif ukoll fil-15 u t-30 ta' Lulju 2013, il-Belġju bagħat aktar informazzjoni lill-Kummissjoni.

(6)

Fit-30 ta' Settembru 2013, saret laqgħa ġdida fil-bini tal-Kummissjoni bejn il-Kummissjoni u r-rappreżentanti tas-SOGEPA u tal-FSIH.

(7)

B'ittra tas-16 ta' Ottubru 2013, il-Kummissjoni infurmat lill-Belġju bid-Deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2), tat-TFUE fir-rigward ta' dawn il-miżuri (il-“proċedura ta' investigazzjoni formali”).

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura (id-“deċiżjoni tal-ftuħ”) ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar il-miżuri inkwistjoni.

(9)

Il-Kummissjoni rċeviet il-kummenti tal-Belġju fil-11 ta' Diċembru 2013 wara li dan tal-aħħar akkwista żmien addizzjonali. Hija rċeviet ukoll kummenti min-naħa tal-partijiet interessati fit-23 u l-24 ta' Ġunju 2014 wara li huma wkoll ingħatalhom żmien addizzjonali. Hija pprovdiet din l-informazzjoni lill-Belġju fit-3 u t-18 ta' Lulju 2014 billi tagħtu l-possibbiltà li jikkummenta dwarha, u rċeviet il-kummenti tiegħu bl-ittri tal-1 u t-18 ta' Awwissu 2014.

(10)

Permezz tal-posta elettronika tat-28 ta' Jannar 2015, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni mingħand il-Belġju. Dan talab għal żmien addizzjonali biex jibgħat risposta, żmien li ngħatalu fil-25 ta' Frar 2015. Fit-8 ta' April 2015, il-Belġju bagħat ir-risposta tiegħu lill-Kummissjoni.

(11)

Permezz tal-posta elettronika tat-18 ta' Mejju 2015, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni ġdida. Il-Belġju wieġeb fit-2 ta' Ġunju 2015.

(12)

L-aħħar talba għal informazzjoni ntbagħtet lill-Belġju fil-15 ta' Settembru 2015. Dan talab għal żmien addizzjonali ta' xahar biex jibgħat risposta, liema talba ġiet aċċettata fit-28 ta' Settembru 2015. Fl-ittra tat-23 ta' Ottubru 2015, il-Belġju bagħat ir-risposta tiegħu lill-Kummissjoni.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURI

2.1.   IL-BENEFIĊJARJU

(13)

Il-grupp Duferco jipproduċi u jbigħ l-azzar. Huwa jinsab preżenti f'madwar 50 pajjiż madwar id-dinja. Fl-Ewropa, il-grupp jiffoka fuq il-Belġju (b'madwar 3 000 impjegat fl-2009 u madwar għaxar siti fil-Vallonja) u l-Italja (b'madwar 1 300 impjegat fl-2009). Huwa attiv ukoll fl-Isvizzera, fil-Lussemburgu, fi Franza u fl-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM).

(14)

Duferco ġiet stabbilita fil-Belġju fl-1997 billi ħadet lura l-fabbrika tal-azzar ta' Clabecq, li kienet tinsab f'diffikultajiet finanzjarji, bl-appoġġ tar-reġjun tal-Vallonja (permezz ta' investiment ta' ekwità ta' EUR 8,75 miljuni u self ta' EUR 13,75-il miljun) (5). Fl-1999, Duferco xtara lura mill-grupp Hoogovens il-fabbriki Gustave Boël f'La Louvière, dejjem bl-appoġġ tar-reġjun tal-Vallonja (konverżjoni tad-dejn ta' EUR 12,5-il miljun b'25 % ta' kapital u self ta' EUR 25,3 miljun) (6). Fl-2002, Duferco reġa ħa lura l-fażi tas-sħana ta' Charleroi, li ssir Carsid, b'kooperazzjoni ma' Usinor u mill-ġdid bl-appoġġ tar-reġjun tal-Vallonja (b'kontribuzzjoni ta' SOGEPA fil-kapital ta' Carsid sa EUR 20 miljun, imnaqqas għal EUR 9 miljuni wara d-deċiżjoni tal-ftuħ (7) tal-proċedura prevista fl-Artikolu 6(5) tad-Deċiżjoni Nru 2496/96/KEFA tal-Kummissjoni (8)). Din il-proċedura tlestiet fil-15 ta' Ottubru 2003 (9) b'deċiżjoni negattiva tal-Kummissjoni minħabba li wieħed ma jistax jikkunsidra bħala pari passu investiment f'kumpanija ġdida meta l-azzjonist pubbliku biss ikollu riskju ġdid, filwaqt li l-azzjonist privat jittrasferixxi biss attività jew proġett eżistenti fi ħdan il-kumpanija l-ġdida.

(15)

Wara din il-mewġa ta' akkwisti, Duferco jkollha tliet sussidjarji ewlenin fil-Belġju: Duferco Clabecq, Duferco La Louvière (“DLL”), u Carsid.

(16)

Fl-2006, Duferco daħlet fi sħubija strateġika mal-grupp tal-azzar Russu Novolipetsk (“NLMK”). Din is-sħubija għandha l-għan li tieħu vantaġġ mill-preżenza tal-NLMK fil-ħoloq tal-katina tal-azzar (forniment ta' materja prima u manifattura ta' prodotti parzjalment kompluti). Hija tieħu forma ta' kontribuzzjoni ta' 50 % tal-NLMK f'waħda mill-kumpaniji holding tal-grupp Duferco, imsejħa Steel Invest and Finance (“SIF”) u rreġistrata fil-Lussemburgu. L-SIF tinkludi bosta assi tal-grupp Duferco, bħal Duferco Clabecq, DLL u Carsid. Is-sussidjarja Amerikana Duferco Farrell Corporation ġiet ukoll integrata magħha fl-aħħar tal-2006. Fit-18 ta' Diċembru 2006, ġie approvat il-ftehim bejn Duferco u l-NLMK. L-NLMK akkwistat kontribuzzjoni ta' 50 % fl-SIF, li tinkludi opzjoni ta' xiri mingħajr kundizzjonijiet dwar mill-inqas sehem wieħed tal-SIF

(17)

Fis-sajf tal-2011, is-sħubija bejn Duferco u l-NLMK intemmet. Iż-żewġ kumpaniji qasmu l-assi tal-SIF. Duferco ħadet mill-ġdid is-sussidjarja ta' “prodotti twal” tad-DLL, ċerti attivitajiet ta' diversifikazzjoni, u l-assi ta' Carsid. Dawn l-assi Belġjani kollha nġabru f'sussidjarja ġdida, Duferco Long Products (“DLP”), kumpanija inkorporata skont il-liġi tal-Lussemburgu f'Marzu 2011.

(18)

Fl-2012, is-sit ta' Carsid ingħalqet b'mod definittiv. Fl-2013, Duferco ddeċidiet li twaqqaf l-attivitajiet ta' produzzjoni tal-“prodotti twal” fis-sit ta' La Louvière.

(19)

Il-konsolidazzjoni tal-grupp Duferco saret mill-kumpanija omm Duferco Participations Holding (“DPH”). Bejn l-2003 u l-2010, il-fondi proprji tad-DPH żdiedu minn EUR […] (*) miljuni fl-2003 għal EUR […] miljuni.

(20)

Id-DPH kienet stabbilita inizjalment […] iżda tmexxiet għal […]. Id-DPH stess hija proprjetà ta' kumpaniji oħrajn: […].

2.2.   IL-MIŻURI TAĦT EŻAMINAZZJONI

(21)

Bejn l-2003 u l-2011, l-FSIH ipprovdiet sitt interventi favur is-sussidjarja ta' Duferco li jammontaw għal total ta' EUR 517-il miljun.

2.2.1.   IS-SORS TAR-RIŻORSI LI NTUŻAW BIEX JIĠU FFINANZJATI L-MIŻURI

(22)

Is-SOGEPA hija kumpanija pubblika limitata, bi sjieda ta' 100 % mir-reġjun ta' Vallonja. Hija responsabbli mill-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet meħudin mill-Gvern tal-Vallonja fir-rigward tal-interventi fil-kumpaniji kummerċjali u l-ġestjoni ta' dawn l-interventi. Barra minn hekk, hija l-għodda preferutaregion tal-politika tar-reġjun tal-Vallonja fis-settur tal-azzar. Hija nħolqot mill-amalgamazzjoni fl-1999 tas-Société Wallonne pour la Sidérurgie (SWS) u tas-Société pour la gestion de participations de la Région wallonne dans des sociétés commerciales (SOWAGEP).

(23)

Skont is-sit web ta' SOGEPA, għall-interventi mwettqa mit-talba tal-Gvern tal-Vallonja, is-SOGEPA twettaq żewġ tipi ta' kompiti partikolari: (i) l-analiżi u l-espressjoni ta' opinjoni qabel kwalunkwe deċiżjoni tal-Gvern tal-Vallonja; (ii) it-twettiq u s-segwitu tad-deċiżjonijiet meħudin mill-Gvern ta' Vallonja. Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Gvern ta' Vallonja, is-servizzi tas-SOGEPA huma meħtieġa jinnegozjaw u jiżviluppaw il-konvenzjonijiet tal-azzjonisti u/jew tas-self, b'konformità mal-kundizzjonijiet speċifikati eventwalment fid-deċiżjoni tal-gvern biex jintervjeni.

(24)

Is-segwitu tal-interventi għandu jinvolvi l-preżenza tas-SOGEPA u tal-kollaboraturi tagħha fil-bord tad-diretturi tal-kumpaniji li qegħdin jibbenefikaw mill-interventi kultant bħala amministraturi u kultant bħala osservaturi. Huwa jinvolvi wkoll il-parteċipazzjoni fil-laqgħat ġenerali u, b'mod ġenerali, is-segwitu regolari tal-imgħaxijiet tar-reġjun tal-Vallonja.

(25)

Il-Gvern ta' Vallonja jaħtar l-amministraturi tas-SOGEPA. Huwa jiddelega wkoll żewġ Kummissarji tal-Gvern.

(26)

Fis-27 ta' Marzu 2003, is-SOGEPA bniet l-FSIH b'kapital ta' EUR 180 miljun. Skont id-dokument ta' stabbiliment, l-FSIH għandha “bħala għan li tinvesti taħt kwalunkwe forma, fl-intrapriżi barranin relatati mas-settur tal-azzar u/jew li tikkonkludi magħhom kull tranżazzjoni finanzjarja”. Għal dan il-għan, l-FSIH “b'mod partikolari tista' tħeġġeġ kwalunkwe kollaborazzjoni bejn dawn l-intrapriżi u l-intrapriżi tal-Vallonja”.

(27)

Il-membri tal-bord tad-diretturi tal-FSIH jinħatru mill-assembela ġenerali u għalhekk mis-SOGEPA. Fis-27 ta' Marzu 2003, saret laqgħa ġenerali minnufih wara l-kostituzzjoni tal-FSIH u wasslet għall-ħatra tal-amministraturi u tal-President tal-Bord tad-Diretturi. Il-President maħtur kien l-istess bħal dak ta' SOGEPA. Din il-ħatra damet sal-31 ta' Marzu 2013.

2.2.2.   MIŻURA 1: PARTEĊIPAZZJONI F'DUFERCO US (09/04/2003 — 12/12/2006)

(28)

Duferco US Investment Corp. (“Duferco US”) hija kumpanija holding li għandha sjieda ta' 100 % ta' kumpanija waħda, jiġifieri l-kumpanija Duferco Farrell Corp. (“Farrell”). Qabel din il-miżura, il-kumpanija Duferco US kienet 99,8 % tal-grupp Duferco, permezz ta' waħda mis-sussidjarji industrijali tagħha Duferco Industrial Investment (“DII”).

(29)

Farrell hija intrapriża tal-azzar li tinsab f'Pennsylvania (l-Istati Uniti). Hija tipproduċi azzar irrumblat bis-sħana jew bil-kesħa.

(30)

Fid-9 ta' April 2003, l-FSIH xtrat nofs l-ishma tad-Duferco US, ħlief wieħed, għal somma ta' 97,22 miljun dollaru Amerikan (USD) (jew EUR 90 miljun). DII baqgħet il-proprjetarja tan-nofs l-ieħor tal-ishma, ħlief wieħed. Iż-żewġ ishma li baqgħu tpoġġew f' “veikolu bi skop speċjali” (veikolu ad hoc) responsabbli biex iżommhom iffriżati matul il-perjodu tas-sħubija bejn l-FSIH u d-DII. Fl-istess ġurnata, għal EUR 5 miljuni l-FSIH akkwistat opzjoni ta' xiri li tippermetti l-akkwist taż-żewġ ishma tal-imsejjaħ veikolu u b'hekk il-kisba tal-kontroll ta' Duferco US; din l-opzjoni madankollu qatt ma twettqet.

(31)

Qabel ma akkwistat fl-2003, permezz tal-intermedjarju ta' FSIH, nofs l-ishma ħlief wieħed, ta' Duferco US, is-SOGEPA evalwat il-valur ta' Farrell. Skont il-kumpanija ta' konsulenza Brittanika Hatch Beddows, il-valur konservattiv medju ta' Farrell kien għalhekk ta' USD 330 miljun. Studju addizzjonali twettaq ukoll minn World Steel Dynamics, konsulent Amerikan li stma l-valur ta' Farrell għal USD 410 miljun. Il-paragun ta' dawn iż-żewġ analiżi jagħtu valur medju ta' USD 375 miljun lil Farrell. F'euro dan il-valur medju huwa ta' madwar 345,5 miljun skont il-medja ta' kull xahar tar-rata tal-kambju bejn il-USD u l-EUR ta' April 2003.

(32)

L-FSIH irċeviet dividend ta' USD 2,5 miljuni fl-2005 għas-sena finanzjarja li ntemmet fit-30 ta' Settembru 2004. Il-Belġju fil-kummenti tiegħu speċifika li d-dividend wasal fit-23 ta' Ġunju 2005. Skont il-medja annwali tar-rata tal-kambju bejn il-USD u l-EUR fl-2005, dan id-dividend kien ekwivalenti għal EUR 2,01 miljuni.

(33)

Kif inhu l-każ għal ħafna industriji tal-ipproċessar, ir-riżultati ta' Farrell setgħu kienu influwenzati direttament mill-prezz tax-xiri tad-dħul tagħha (miċ-ċangaturi). Fil-15 ta' Settembru 2005, biex tnaqqas il-volatilità tar-riżultati, Farrell iffirmat għalhekk kuntratt ma' Duferco biex tforni ċ-ċangaturi. Dan il-kuntratt jistipula li Duferco għandha tipprovdi lil Farrell ċangaturi bi prezz definit skont il-kuntratt b'tali mod li l-marġni ta' Farrell ma joħroġx mill-firxa mogħtija ([…])

(34)

Fl-1 ta' Jannar 2006, ġie konkluż ftehim bejn il-grupp Duferco u l-grupp […]. Skont il-kuntratt, […] tipprovdi lil Duferco ċangaturi bi prezz ikkalkulat bħala (i) il-prezz tal-bejgħ tal-prodotti finali ta' Farrell (ii) mingħajr l-ispejjeż tal-ipproċessar ta' Farrell (iii) flimkien ma' marġni. Dan il-kuntratt, fil-livell tal-grupp Duferco, kien jippermetti li jkopri r-riskju li ġie ttrasferit minn Farrell għal dan tal-aħħar wara l-ftehim tal-15 ta' Settembru 2005.

(35)

Fl-2006, l-FSIH iddeċidiet li terġa' tikkunsidra l-opportunità li tipparteċipa f'Duferco US. Għalhekk, fl-14 ta' Ġunju 2006, id-DII u l-FSIH qablu li d-DII kellha opzjoni ta' xiri fuq l-ishma kollha tal-FSIH għal ammont ta' EUR 95 miljun. Din l-opzjoni tidher li ngħatat mingħajr remunerazzjoni.

(36)

Din l-opzjoni ta' xiri kellha tiġi kkunsidrata wkoll fil-kuntest tan-negozjar tal-isħubija strateġika bejn Duferco u l-NLMK. Fil-fatt kien hemm kwistjoni dwar jekk Duferco US tidħolx fil-perimetru tal-SIF.

(37)

Fit-12 ta' Diċembru 2006, wara t-twettiq ta' din l-opzjoni ta' xiri minn […], il-kumpanija tal-grupp Duferco li segwiet id-DII fid-drittijiet u l-obbligi kollha relatati ma' din il-miżura, l-FSIH temmet is-sħubija tagħha ma' Duferco US. Għaldaqstant, fit-12 ta' Diċembru 2006, il-grupp Duferco reġa' sar proprjetarju sħiħ ta' Duferco US b'ammont ta' USD 125 85 miljun (jew EUR 95 miljun). Fit-18 ta' Diċembru 2006, 50 % tal-ishma tal-SIF ġew trasferiti lill-NLMK.

2.2.3.   MIŻURA 2: PARTEĊIPAZZJONI FID-DPH (9/04/2003-14/06/2006)

(38)

Fid-9 ta' April 2003, l-FSIH akkwistat mill-[kumpanija li f'dak iż-żmien kienet tikkontrolla lid-DPH], li tinsab fi […], illum fi […], madwar 25 % tal-kapital tad-DPH kif ukoll sehem privileġġjat (“preferred share”) li tagħti dritt preferenzjali lid-dividendi. Qabel, l-FSIH talbet lill-konsulent Ernst & Young evalwazzjoni tal-valur tad-DPH. Fuq il-bażi ta' din l-evalwazzjoni, il-valur ta' 25 % tad-DPH kien bejn USD […] u […] miljuni, jiġifieri valur medju ta' USD […] miljuni. Il-prezz tat-tranżazzjoni bejn l-FSIH u l-[kumpanija li f'dak iż-żmien kienet tikkontrolla lid-DPH] finalment kien ta' USD 86,42 miljun, jiġifieri madwar EUR 80 miljun skont il-medja ta' kull xahar tar-rata tal-kambju bejn il-USD u l-EUR f'April 2003.

(39)

Il-partijiet qablu li minħabba d-detenzjoni ta' sehem privileġġjat, l-FSIH jkollha dritt preferenzjali għad-dividendi tad-DPH kif ġej: (i) l-għoti ta' somma ta' EUR 2 miljuni għas-sena finanzjarja 2003 u 2004; (ii) l-għoti ta' somma ta' EUR 4 miljuni għal kull sena finanzjarja li jmiss sal-2012.

(40)

F'Jannar 2005, l-FSIH irċeviet dividend ta' EUR 4 miljuni għas-snin finanzjarji 2003 u 2004. L-ebda dividend ma jidher li tħallas għas-sena finanzjarja 2005. Is-sena finanzjarja 2006 ma kinitx kompluta sakemm l-FSIH terġa tbigħ is-sehem tagħha.

(41)

Fl-2006, l-FSIH xtaqet li ttemm is-sħubija tagħha minn mad-DPH. Fid-dawl tal-ħruġ tagħha, l-FSIH qabbdet mill-ġdid lil Ernst & Young bil-għan li żżid is-sehem tagħha ta' 25 % fid-DPH. Ir-rapport ta' Ernst & Young tal-2006 (ir-“rapport Ersnt & Young 2006”) evalwa s-sehem ta' 25 % bejn USD […] u […] miljuni, jiġifieri EUR […] u […] miljuni skont il-medja annwali tar-rata tal-kambju bejn il-USD u l-EUR fl-2006.

(42)

Il-partijiet ma żammewx mal-valwazzjoni tar-rapport Ernst & Young 2006. Fl-14 ta' Ġunju 2006, fil-fatt l-FSIH biegħet is-sehem tagħha għal USD […] miljuni, jiġifieri EUR […] miljuni għall-[kumpanija li f'dak iż-żmien kienet tikkontrolla lid-DPH].

2.2.4.   MIŻURA 3: PARTEĊIPAZZJONI FID-DSIH (14.12.2006)

(43)

Minbarra l-industrija tal-azzar, Duferco żviluppat fil-Belġju attivitajiet ta' diversifikazzjoni, li f'Settembru tal-2006 inġabru f'sussidjarja ġdida marbuta mal-SIF: Carsid Développement. F'Diċembru 2006, ftit jiem qabel ma l-SIF għaddiet taħt il-kontroll parzjali tal-NLMK, ġie deċiż li Carsid Développement tinħareġ mill-ambitu tas-sħubija mal-kumpanija Russa.

(44)

Duferco għalhekk ingħaqdet mal-FSIH biex tieħu mill-ġdid u tiżviluppa l-assi ta' Carsid Développement. Fid-29 ta' Novembru 2006 inħolqot kumpanija ġdida […], biex tilqa' dawn l-assi. Fil-mument tal-ħolqien tagħha, l-azzjonist tagħha bl-isem[…] u l-kapital azzjonarju inizjali tagħha tela' għal EUR […] miljuni (sottoskritt iżda mhux imħallas ħlief għal sehem wieħed, b'valur nominali ta' euro). Iżda mal-ewwel laqgħa tagħha fis-7 ta' Diċembru 2006, il-Bord tad-Diretturi ta' […] aċċetta t-trasferiment tas-sehem eżistenti ta' […] lill-FSIH. Huwa mbagħad aċċetta s-sottoskrizzjoni ta' sehem wieħed b'valur nominali ta' euro, minn sussidjarja tal-grupp Duferco, Duferco Développement. Il-Bord tad-Diretturi ddeċieda wkoll li jbiddel l-isem tal-kumpanija f'Duferco Salvage Investments Holding (“DSIH”). Fis-7 ta' Diċembru, l-FSIH u Duferco kellhom għalhekk sussidjarja komuni ġdida, id-DSIH, lesta biex tilqa' l-assi ta' Carsid Développement.

(45)

Fil-11 u l-14 ta' Diċembru 2006, kemm l-FSIH kif ukoll Duferco Développement żiedu l-kapital tad-DSIH b'EUR [65-72] miljuni, li jikkorrispondi għal sehem ta' 50 %, fi flus kontanti. Dawn il-fondi ntużaw għax-xiri mill-ġdid tal-ishma kollha ta' Carsid Développement, li sar fl-14 ta' Diċembru 2006 għal ammont ta' EUR […] miljuni. Carsid Développement ingħatat l-isem ġdid Duferco Diversification.

(46)

Duferco Diversification issa għalhekk kellha sjieda ta' 100 % tat-tliet kumpaniji li ġejjin: Duferco Environnement, Duferco Immobilière u Marcinelle Energie. Duferco Environnement tospita b'mod partikolari proġett għar-riabilitazzjoni tal-artijiet li jinsabu fi […] u jappartjenu għal Duferco Développement (il-proġett imsejjaħ […]). Duferco Immobilière tiġbor numru ta' assi fissi li qabel kienu jinżammu minn Carsid. Fl-aħħar nett, Marcinelle Energie għandha l-għan li fl-2006 tlesti l-kostruzzjoni ta' impjant tas-CCGT (impjant b'turbina tal-gass b'ċiklu kkombinat, jew turbina tal-fwar jew tal-gass) f'Charleroi.

Graff 1

Il-kumpaniji involuti fil-miżura Nru 3

Image

(47)

Fl-2008, 80 % tal-proġett Marcinelle nbiegħ lill-utilità tal-elettriku Taljana ENEL għal EUR [30-37] miljuni.

(48)

Fis-26 ta' Marzu 2010, Duferco Développement tissottoskrivi sehem addizzjonali tad-DSIH, li b'67 001 ishma (kontra s-67 000 ishma miżmuma mill-FSIH), tiżgura l-maġġoranza tal-kontroll fi ħdan id-DSIH.

(49)

F'Ġunju 2011, wara t-tmiem tas-sħubija bejn Duferco u l-NLMK, Duferco u l-FSIH iddeċidew li jgħaqqdu flimkien l-assi kollha tagħhom tal-Vallonja, tal-industrija tal-azzar u d-diversifikazzjoni, f'sussidjarja ġdida u unika: DLP. L-assi tal-industrija tal-azzar li ġew mix-xoljiment tal-SIF huma marbutin mill-ġdid mad-DLP permezz ta' sussidjarja msejjħa Duferco La Louvière Produits Longs (“DLLPL”, ara miżura 6). Fir-rigward tal-attivitajiet ta' diversifikazzjoni, fis-sajf tal-2011 sensiela ta' operazzjonijiet wasslu wkoll għall-integrazzjoni tagħhom ġewwa d-DLP:

[…].

wara dawn l-operazzjonijiet, l-assi Belġjani kollha ta' Duferco (inkluż l-assi qodma tad-DSIH) inġabru għalhekk fid-DLP, permezz tas-sussidjarja Duferco Belgium.

2.2.5.   MIŻURI 4 U 5: IS-SELF LILL-[KUMPANIJA LI KIENET TMEXXI L-GRUPP DUFERCO F'DAK IŻ-ŻMIEN] U LILL-SIF TAL-2009

(50)

Fl-2009, l-FSIH selfet ammont totali ta' EUR 100 miljun lil […], il-kumpanija li mexxiet il-grupp Duferco, għal perjodu ta' sitt snin. Fiż-żmien tas-self, din il-kumpanija ġiet irreġistrata għal […]. Illum, hija saret il-kumpanija […], kumpanija inkorporata skont il-liġi ta' […].

(51)

L-ewwel nett, f'termini tal-konvenzjoni ffirmata fl-4 ta' Settembru 2009, l-FSIH selfet ammont ta' EUR [30-40] miljuni. Ir-rata applikabbli għas-self ġiet stabbilita għar-rata Euribor ta' 12-il xahar (1,302 %) b'żieda ta' 75 punt bażi, jiġifieri 2,052 % fil-mument tal-konklużjoni tal-konvenzjoni. Skont l-informazzjoni ppreżentata mill-Belġju fl-4 ta' Ġunju 2013, ir-rata attwali użata kienet tammonta għal 2,04 %. Is-somma kapitali ewlenija kellha titħallas in fine, fil-31 ta' Diċembru 2015 jew aktar qabel f'każ ta' bidla fil-kontroll tal-SIF. L-imgħaxijiet tas-self kienu kapitalizzabbli kull sena u pagabbli b'lura fuq il-bilanċ dovut, li għandu jingħadd mis-sitt sena jew aktar qabel f'każ ta' bidla fil-kontroll tal-SIF.

(52)

Il-klawżoli ta' ħlas lura f'każ ta' tibdil tal-kapital tal-SIF, li jinsabu fl-Artikolu 1.1 tal-ftehim tas-self, ġew introdotti biex iqisu l-klawżoli reċiproċi tal-opzjoni ta' xiri, innegozjati minn Duferco u l-NLMK dwar l-SIF fil-konvenzjoni tal-1 ta' Frar 2008. Fil-fatt il-konvenzjoni tal-2008 kienet tipprevedi li opzjoni bħal din tista' titwettaq f'kull mument minn Diċembru 2010, għal prezz ta' USD […] miljuni. Skont l-Artikolu 6.1 tal-ftehim tas-self bejn l-FSIH u l-[kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien], f'każ ta' bidla fil-kontroll tal-SIF, min jisellef kellu jalloka prijoritarjament l-ammonti miġburin f'din l-okkażjoni għal ħlas lura sħiħ tas-self mogħti mill-FSIH.

(53)

Is-self kellu żewġ tipi ta' garanziji:

l-obbligu tal-[kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien] li talloka lill-ħlas lura tas-self mogħti mill-FSIH il-fondi li ġejjin mill-bejgħ tal-NLMK tas-sehem ta' Duferco fl-SIF wara t-twettiq tal-opzjoni ta' xiri kif stipulat fil-konvenzjoni tal-1 ta' Frar 2008, u

garanzija fuq […] l-ishma ordinarji tal-kumpanija DPH.

(54)

F'Diċembru 2009, ġie miżjud ftehim addizzjonali mal-ftehim tas-self tal-4 ta' Settembru 2009. L-FSIH tat self ġdid ta' EUR [60-70] miljuni lill-[kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien]. Ir-rata applikabbli għas-self ġiet stabbilita għar-rata Euribor ta' 12-il xahar (1,302 %) b'żieda ta' 75 punt bażi, jiġifieri 2,052 % fil-mument tal-konklużjoni tal-konvenzjoni. Skont l-informazzjoni ppreżentata mill-Belġju fl-4 ta' Ġunju 2013, ir-rata attwali użata kienet ta' 1,99 % matul ir-rilaxx tas-self. L-istess kundizzjonijiet bħal dawk tal-konvenzjoni tal-4 ta' Settembru japplikaw, fir-rigward tal-ħlas lura tas-self (kapital u mgħax). Fir-rigward tal-garanziji, […] l-ishma addizzjonali tad-DPH kienu mwiegħda.

(55)

Skont ir-rapport annwali ta' Duferco għall-2009, il-valur totali tal-garanzija taż-żewġ selfiet jikkorrispondi għal kważi USD […] miljuni. Skont il-Belġju, il-valur ta' din il-garanzija kien jikkorrispondi għal dan l-ammont, jekk ikun ibbażat biss fuq l-assi netti fil-mument tal-għoti tas-self.

(56)

Is-self tħallas lura minn qabel f'Lulju 2011 minħabba t-treġġigħ lura tal-SIF mill-NLMK.

(57)

Fl-istess żmien, skont it-termini taż-żewġ konvenzjonijiet iffirmati fid-29 ta' Settembru u fit-22 ta' Diċembru 2009, l-FSIH selfet EUR 75 miljun lill-SIF. Dan is-self tħallas f'żewġ partijiet, parti waħda ta' EUR 20 miljun f'Settembru 2009 u parti oħra ta' EUR 55 miljun f'Diċembru 2009. Ir-rata applikabbli għas-self ġiet stabbilita għar-rata Euribor ta' 12-il xahar (1,302 %) b'żieda ta' 75 punt bażi, jiġifieri 2,052 % fil-mument tal-konklużjoni tal-konvenzjoni. Skont l-informazzjoni ppreżentata mill-Belġju fl-4 ta' Ġunju 2013, ir-rata attwali użata kienet ta' 1,99 % matul ir-rilaxx taż-żewġ partijiet.

(58)

Il-kapital seta' jitħallas lura […]. L-imgħax kien […]. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 5 tal-ftehim tas-self, […].

(59)

Fid-29 ta' Ġunju 2011, il-partijiet qablu li fid-dawl tas-sitwazzjoni negattiva globali tas-settur tal-azzar u tal-bidla fil-kontroll tal-SIF, l-SIF għandha tħallas lura s-self minn qabel fi tliet pagamenti matul is-snin 2011, 2012 u 2013. Fit-30 ta' Ġunju 2011, l-SIF ħallset lura parti mill-kapital, jiġifieri EUR [15-25] miljun, kif ukoll l-imgħax akkumulat f'dik id-data, jiġifieri EUR [1-2]. L-aħħar ftehim addizzjonali, tat-30 ta' Settembru 2013, jipprovdi għal ħlas lura minn qabel tal-ammont dovut li jkun baqa', jiġifieri EUR [55-65] miljun tat-total u EUR [1-2] miljun tal-imgħax. Fir-risposta tiegħu għad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Belġju informa lill-Kummissjoni li l-pretensjoni tal-SIF fir-rigward tal-FSIH ġiet imħallsa kompletament.

2.2.6.   MIŻURA 6: ŻIEDA FIL-KAPITAL TA' EUR 100 MILJUN FID-DLP

(60)

Fs-sajf tal-2011, l-FSIH injettat ammont totali ta' EUR 100 miljun fid-DLP, li huwa strument ta' investiment skont il-liġi Lussemburgiża maħluq biex jilqa' l-investimenti paralleli tal-FSIH u ta' Duferco fil-Belġju. Dan l-investiment sar f'żewġ partijiet.

(61)

L-ewwel fid-29 ta' Ġunju 2011, l-FSIH tat self konvertibbli ta' EUR 30 miljun lid-DLP, b'rata Euribor ta' 12-il xahar b'żieda ta' 200 punt bażi (jiġifieri 2,137 + 2 % = 4,137 %). Dan is-self ġie konkluż għal għaxar snin. Is-self ma kienx garantit minn ebda garanzija, fid-dawl tal-objettiv tal-partijiet li jaqilbuh f'kapital. Il-konverżjoni tas-self f'kapital saret fit-23 ta' Settembru 2011.

(62)

Fis-7 ta' Lulju 2011, permezz tas-sussidjarja tagħha DII, Duferco pparteċipat f'żieda fil-kapital ta' EUR 101 miljun fid-DLP, għal 50,26 % tal-kapital azzjonarju tad-DLP.

(63)

Fl-14 ta' Lulju 2011, l-FSIH tat EUR 70 miljun lid-DLP permezz ta' żieda fil-kapital.

(64)

Wara l-investiment tagħha, l-FSIH kellha 49,74 % tal-kapital azzjonarju tad-DLP.

(65)

Iż-żieda fil-kapital ta' EUR 201 miljun (EUR 100 miljun injettati mill-FSIH u EUR 101 miljun injettati minn Duferco) saret bil-għan li:

(i)

jinxtraw l-ishma tad-DLLPL u l-ishma ta' sussidjarja oħra Belġjana ta' Duferco, Duferco Trebos, għal EUR [80-100] u [5-15] miljuni rispettivament. Dawn l-operazzjonijiet jirriflettu r-rieda ta' Duferco u tal-FSIH, diġà deskritta għall-miżura 3, biex jingħaqdu flimkien l-assi kollha tal-Vallonja ta' Duferco fi ħdan id-DLP wara t-tmiem tas-sħubija bejn Duferco u l-NLMK;

(ii)

jinxtraw l-istokks ta' Duferco La Louvière Sales (10) għal EUR [50-70] miljuni;

(iii)

jinvestu EUR [30-40] miljun fid-DLLPL, li saret Duferco Belgium, għall-produzzjoni ta' ikkastjar kontinwu ġdid.

(66)

F'Diċembru 2012, ġie deċiż li jinqasmu mill-ġdid l-attivitajiet tal-azzar (fil-biċċa l-kbira magħluqin) u mhux tal-azzar ta' Duferco fil-Vallonja. Duferco Belgium żammet l-attivitajiet tal-azzar, filwaqt li sussidjarja ġdida tad-DLP laqgħet l-attivitajiet ta' diversifikazzjoni: Duferco Wallonie. B'segwitu għal dawn ir-riorganizzazzjonijiet, l-organigramma tal-grupp tidher hekk:

Graff Nru 2

Il-kumpaniji involuti fil-miżura Nru 6

[…]

3.   SOMMARJU TAD-DUBJI MQAJMIN FID-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ

3.1.   PREŻENZA TA' GĦAJNUNA

3.1.1.   MIŻURA 1

(67)

Il-Kummissjoni tfakkar li d-dubji tagħha ma kinux marbutin mal-kundizzjonijiet li fihom l-FSIH akkwistat is-sehem tagħha f'Duferco US. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni kellha d-dubji tagħha dwar jekk il-kundizzjonijiet li taħthom l-FSIH ippermettiet it-tmiem tal-parteċipazzjoni tagħha f'Duferco US kinux konformi mal-prinċipju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq. Sabiex tibbaża d-dubji tagħha, hija qajjmet diversi argumenti.

(68)

L-ewwel nett, il-prezz tal-bejgħ f'euros kien l-istess fl-2006 bħall-prezz tax-xiri fl-2003, li jippreġudika redditu medjokru matul il-perjodu ta' żamma. Il-Kummissjoni tistgħaġeb fid-dawl tar-riżultati pożittivi li kisbet Duferco US bejn l-2003 u l-2006, u ż-żieda konsistenti tal-fondi proprji ta' din tal-aħħar. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkuntestat l-opinjoni tal-Belġju, li tgħid li r-rendiment tas-sehem għandu jiġi evalwat f'dollari tal-Istati Uniti (il-munita funzjonali ta' Duferco US) u mhux f'euros (il-munita funzjonali tal-FSIH).

(69)

Imbagħad, il-Kummissjoni kienet sorpriża bin-nuqqas tal-eżerċitar tal-valwazzjoni preċedenti għall-iffissar tal-prezz eżerċitat tal-opzjoni.

(70)

Il-Kummissjoni staqsiet ukoll dwar ir-raġunijiet tal-irtirar tal-FSIH, u b'mod partikolari dwar il-perspettiva tagħha ta' tnaqqis fir-ritmu ekonomiku għas-snin li ġejjin. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni kellha d-dubji tagħha li investitur privat qabel ma' perjodu ta' opzjoni tant twila (kważi ta' 10 snin), minkejja li allegatament antiċipa tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. Hija nnutat ukoll li l-ftehimiet tal-2005 u l-2006, ma' Duferco u […] rispettivament, naqqsu l-esponiment ta' Duferco US għall-flussi tas-suq u, għaldaqstant, għenu biex issir aktar attraenti.

(71)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kienet sorpriża li l-opzjoni ta' xiri ngħatat bla ħlas mikejja li din kellha valur ekonomiku definit għall-grupp Duferco, li seta' jeżerċitaha mill-aktar fis possibbli.

3.1.2.   MIŻURA 2

(72)

Il-Kummissjoni kellha d-dubji tagħha dwar jekk il-kundizzjonijiet li taħthom l-FSIH temmet il-parteċipazzjoni tagħha fid-DPH kinux konformi mal-prinċipju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq.

(73)

Barra mill-kontestazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-użu tad-dollaru tal-Istati Uniti sabiex jiġi stmat ir-redditu tal-investiment fid-DPH, din għandha d-dubji tagħha l-aktar dwar il-ġustifikazzjoni tal-metodu tal-iffissar tal-prezz tat-trasferiment. B'mod partikolari, kienet sorpriża bid-distakk bejn il-prezz miftiehem mill-partijiet u l-valutazzjoni indipendenti mwettqa minn Ernst & Young fl-2006.

(74)

Matul il-fażi investigattiva preliminari, il-Belġju fil-fatt iġġustifika dan id-distakk permezz ta' ħames telfiet imposti. Il-Kummissjoni kkuntestat li dawn it-telfiet imposti kienu verament involuti fin-negozjar bejn il-[kumpanija li f'dak iż-żmien kienet tikkontrolla lid-DPH] u l-FSIH u, lil hinn minn din l-interrogazzjoni formali, hija kellha d-dubji tagħha dwar il-ġustifikazzjoni ekonomika tagħhom.

(75)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kellha d-dubji tagħha dwar ir-raġunijiet tal-irtirar tal-FSIH.

(76)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni ressqet l-idea li minflok taġixxi bħala investitur privat, l-FSIH fittxet biss li tirkupra l-ispiża inizjali tagħha ta' EUR 80 miljun, li żdied biss b'dividend ta' EUR 4 miljuni dovuti għas-sena 2005 iżda li kienu għadhom ma tqassmux lilha.

3.1.3.   MIŻURA 3

(77)

Il-Kummissjoni kellha d-dubji tagħha dwar jekk il-kundizzjonijiet li taħthom l-FSIH investit fi ħdan id-DSIH kinux konformi mal-prinċipju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq.

(78)

Bħala risposta għall-affermazzjoni tal-Belġju rigward in-natura pari passu tal-operazzjoni, il-Kummissjoni nnutat li fil-mument tal-investiment id-DSIH kienet diġà taħt il-kontroll ta' Duferco, u li l-assi li ngħataw lil din is-sussidjarja l-ġdida kienu wkoll miżmuma minn Duferco (għal 50 %, fl-SIF). F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-azzjonist il-ġdid (pubbliku) biss kellu riskji ġodda u l-operazzjoni ma setgħetx titqies bħala pari passu.

(79)

Fir-rigward tal-valwazzjoni ta' Duferco Diversification u s-sussidjarji tagħha:

Il-Kummissjoni kienet sorpriża li ġie deċiż li jingħata prezz ta' EUR […] miljun lil proġett daqstant ftit avvanzat bħall-proġett […].

Il-Kummissjoni uriet id-dubji tagħha dwar l-valwazzjoni tal-proġett Marcinelle, fid-dawl tal-ipoteżijiet li fuqhom kienet ibbażata.

(80)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kellha d-dubji tagħha dwar il-konsegwenzi għall-FSIH tal-bejgħ mill-ġdid ta' Duferco Diversification lid-DLP fl-2011, id-DLP inżammet biss għal 49,7 % mill-FSIH filwaqt li din tal-aħħar żammet l-ishma kollha ħlief wieħed tad-DSIH.

3.1.4.   MIŻURI 4 U 5

(81)

Il-Kummissjoni kellha d-dubji tagħha dwar l-affermazzjoni tal-Belġju, li tgħid li r-rata adottata għaż-żewġ selfiet ma kinitx tinkludi l-ebda element ta' għajnuna minħabba li hi kienet ferm ogħla mir-rata tal-imgħax varjabbli medja applikata mill-banek għall-[kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien] u għall-grupp SIF, jiġifieri 1,31 % u 1,92 % rispettivament.

(82)

Fir-rigward tas-self mogħti lill-[kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien], l-informazzjoni pprovduta mill-Belġju f'dak iż-żmien ma kinitx tippermetti s-sejba ta' selfiet privati b'karatteristiċi simili.

(83)

Fir-rigward tas-self mogħti lill-SIF, il-Kummissjoni kellha d-dubji tagħha dwar jekk wieħed setax iqabbel l-intrapriża ma' klassifikazzjoni AAA u kienet sorpriża bin-nuqqas ta' garanziji għal dan is-self.

(84)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma riditx teskludi b'mod definittiv il-possibbiltà li s-selfiet mogħtija lill-[kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien] u lill-SIF kienu ġejjin minn elementi ta' għajnuna mill-Istat.

3.1.5.   MIŻURA 6

(85)

Il-Kummissjoni kellha d-dubji tagħha dwar il-konformità taż-żieda fil-kapital ta' EUR 100 miljun fid-DLP, mal-prinċipju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq.

(86)

Il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni li l-investiment ma setax jinżamm a priori bħala pari passu, minħabba li sar għal Duferco f'kumpanija li kienet diġà tappartjeni għall-grupp. F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-azzjonist pubbliku u l-azzjonist privat ma kellhomx l-istess riskji, dan tal-aħħar ma setax jitqies bħala indipendenti fir-rigward ta' dan l-investiment.

(87)

Fir-rigward tal-prezzijiet tal-assi li kellhom jiġu akkwistati mid-DLP, il-Kummissjoni kellha d-dubji tagħha dwar il-metodu għall-valwazzjoni tad-DLLPL, Duferco Trebos u l-istokks mixtrijin mill-ġdid għal Duferco La Louvière Sales.

3.2.   KOMPATIBILITÀ

(88)

Il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni li l-ebda test ta' leġiżlazzjoni jew linji gwida tal-Kummissjoni relatati mal-kriterji ta' kompatibilità dwar l-għajnuna mill-Istat ma setgħu jiġu applikati għall-miżuri inkwistjoni. B'mod partikolari fir-rigward tal-possibbiltà ta' għajnuniet reġjonali, it-testi rilevanti jipprevedu li għanjuniet bħal dawn fis-settur tal-azzar ma kinux kombatibbli mas-suq intern.

4.   KUMMENTI TAL-BELĠJU

4.1.   MIŻURA 1

(89)

Fir-rigward tal-prinċipju ta' investitur privat f'ekonomija tas-suq, il-Belġju iqis li fid-dawl tal-kuntest partikolari li fih ġie konkluż il-bejgħ tal-ishma ta' Duferco US, ma setax jitqies li din it-tranżazzjoni ma saritx bil-prezz tas-suq.

(90)

Il-Belġju l-ewwel jinnota li l-munita funzjonali ta' Duferco US, intrapriża stabbilita fl-Istati Uniti, hija d-dollaru tal-Istati Uniti f'konformità mal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità IAS 21.9. Għaldaqstant, huwa jqis li l-investiment tal-FSIH u l-kalkolu tar-rendiment tiegħu għandhom jiġu analizzati f'dollari tal-Istati Uniti u mhux f'euros wara l-konverżjoni. Huwa jżid li l-FSIH għandu r-riskju li ma jindirizzax ir-riskji tar-rati tal-kambju peress li kien diffiċli wisq biex tinkiseb kopertura, fid-dawl tan-natura tal-operazzjoni u b'mod partikolari minħabba l-inċertezza tad-data ta' ħruġ tal-investiment. Il-Belġju jikkonferma għalhekk li r-redditu fuq l-investiment, fuq il-bażi tal-ammonti f'dollari tal-Istati Uniti, kien ta' 6,81 % kull sena.

(91)

Imbagħad, il-Belġju jikkontesta li l-valur tal-fondi proprji għandu jitqies fil-valwazzjoni ta' Duferco US. Huwa jargumenta wkoll li, l-ewwel nett, żieda fil-fondi proprji, jekk kellha naturalment impatt fuq il-valur kontabilistiku ta' kumpanija, mhux bilfors sejra ġġib żieda fil-valur tas-suq. It-tieni, jenfasizza l-volatilità tal-qligħ tal-kumpanija matul is-snin meqjusa mill-Kummissjoni. F'dan ir-rigward, il-Belġju jopponi l-affermazzjoni tal-Kummissjoni, li tgħid li l-perjodu 2003-2006 kien “b'mod ġenerali perjodu ta' qligħ” għal Duferco US u Farrell.

(92)

Aktar milli valutazzjoni bbażata fuq il-fondi proprji, il-Belġju jsostni li għandha tinżamm metodoloġija ta' valutazzjoni bbażata fuq numru tal-EBITDA (qligħ qabel l-imgħax, it-taxxa, id-deprezzament u l-ammortizzament). Huwa jikkontesta l-valur multiplu użat mill-Kummissjoni abbażi tal-bażi ta' data indipendenti S&P Capital IQ. Huwa jargumenta li l-multiplu medju tal-intrapriżi simili għal Duferco US (bejn […] u […]) huwa inferjuri għal dak tal-Kummissjoni ([…]). Dan iwassal għal valwazzjoni anqas ta' 49,9 % ta' Duferco US. Skont il-Belġju, il-prezz tat-trasferiment miftiehem mill-partijiet (USD […] miljuni) huwa ferm ogħla mill-valwazzjoni tas-sehem mibjugħ (USD […] miljuni jekk il-multiplu miżmum huwa USD […] u […] miljuni jekk il-multiplu huwa ta' […]).

(93)

Biex jirfina l-eżerċizzju tal-valwazzjoni tiegħu, il-Belġju mbagħad irrefera għall-influwenza tal-kuntratti ta' provvisti mogħtija minn Farrell, Duferco u […] f'Settembru 2005 u f'Jannar 2006. Huwa sostna li l-istabbiliment tal-EBITDA ta' Farrell li ġej minn dawn il-kuntratti, li rriżulta fi tnaqqis ta' profil tar-riskji u l-benefiċċji tal-investiment, iġġustifika l-prezz tat-trasferiment għas-sehem tal-FSIH f'Duferco US bejn USD […] miljuni u USD […] miljuni. Huwa enfasizza li l-prezz tat-trasferiment finalment miftiehem (USD […] miljuni) kien konsiderevolment ogħla minn dawn il-valwazzjonijiet.

(94)

Finalment, fir-rigward tal-irtirar tal-FSIH, il-Belġju ressaq diversi raġunijiet: (i) il-konklużjoni tal-ftehim dwar il-provvista taċ-ċangaturi ma' […] li, filwaqt li stabbiliet ir-riżultati, madankollu daħlet f'riskju li tillimita l-qligħ potenzjali ta' Duferco US; (ii) in-negozjati li għaddejjin bħalissa għat-trasferiment ta' 50 % tal-SIF lill-NLMK, li kkunsidraw l-integrazzjoni ta' Duferco US fl-ambitu tas-sħubija mal-grupp Russu; (iii) is-sensazzjoni li kellha l-FSIH, ta' tnaqqis fir-ritmu ekonomiku tal-azzar; (iv) l-eżistenza tal-likwidità abbondanti fi ħdan il-grupp Duferco, li ħolqot opportunitajiet sabiex l-FSIH titrasferixxi l-ishma tagħha f'Duferco US.

(95)

Fir-rigward tal-prezz u l-iskadenza tal-opzjoni ta' xiri, il-Belġju jallega li l-prezz tal-opzjoni kien integrat fil-prezz tal-eżerċizzju nnegozjat, u l-perjodu ta' kważi għaxar snin kien iġġustifikat mill-inċertezzi imposti fuq id-data tat-twettiq tal-operazzjoni proposta bejn Duferco u l-NLMK.

4.2.   MIŻURA 2

(96)

Bħala risposta għall-ewwel dubju tal-Kummissjoni, il-Belġju insista fuq il-ħtieġa li jiġi vvalutat l-investiment fid-DPH f'USD u mhux f'euros, minħabba li l-USD hija l-munita funzjonali tad-DPH. L-użu tal-USD bħala munita ta' referenza jkun jippermetti li jsir rendiment annwali ta' 8,81 % għas-sehem fid-DPH.

(97)

Fir-rigward tad-dubji l-oħrajn tal-Kummissjoni, il-Belġju jiġġustifika d-distakk bejn il-prezz tal-bejgħ u l-firxa tar-rapport ta' Ernst & Young 2006 permezz ta' ħames telfiet imposti.

4.2.1.   TELF IMPOST NRU 1 — VALWAZZJONI TAD-DIVIŻJONI TRADING TAD-DPH

(98)

Id-DPH hija l-kumpanija ewlenija ta' żewġ diviżjonijiet kbar: id-diviżjoni Trading (negozju) u d-diviżjoni Industry (produzzjoni). Fid-29 ta' Settembru 2003, jiġifieri ftit xhur wara d-dħul tal-FSIH fil-kapital tagħha, id-DPH biegħet 50 % tal-ishma tad-diviżjoni tagħha Trading (Duferco International Trading Holding — […]) għal […]. Dan il-bejgħ sar fuq il-bażi tal-valur kontabilistiku tad-diviżjoni Trading, fis-sens li l-prezz tal-bejgħ ġie kkalkulat billi tqiesu nofs il-fondi proprji ta' Duferco International Trading Holding, jiġifieri USD 40,83 miljun jew EUR 6,01 miljun skont il-medja annwali tar-rata tal-kambju bejn il-USD u l-EUR fl-2003.

(99)

Skont il-Belġju, dan il-prezz huwa l-prezz tas-suq. Dan kellu għalhekk jitqies meta, madwar tliet snin wara, ġie vvalutat il-grupp kollu. Skont il-Belġju, ir-rapport Ernst & Young 2006 kellu jqis il-valur kontabilistiku tad-diviżjoni Trading u mhux, kif għamel, applika l-metodu ta' valutazzjoni — jiġifieri l-metodu msejjaħ tal-proporzjon “price/earnings” — għall-grupp kollu. Bil-kontra ta' dan, il-Belġju ma oġġezzjonax li d-diviżjoni Industry tibqa' tiġi vvalutata skont il-metodu msejjaħ tal-proporzjon “price/earnings”.

(100)

Il-valwazzjoni tad-diviżjoni Trading għall-valur kontabilistiku tagħha tinvolvi l-applikazzjoni ta' telf impost ta' bejn USD 20 u 31 miljun fuq il-valutazzjoni tar-rapport Ernst & Young 2006.

(101)

Il-Belġju fl-aħħar enfasizza li, anke kieku wieħed kellu japplika l-metodu tal-proporzjon “price/earnings” għall-grupp kollu, il-proporzjon użat fir-rapport Ernst & Young 2006 ma jirreflettix il-profil ta' riskju tad-DPH. Fil-fatt, l-għażla ta' metodu bħal dan ma għandux ineħħi l-valutazzjoni separata tad-diviżjoni Trading u d-diviżjoni Industry, għal kull waħda minnhom kellu jiġi applikat proporzjon differenti. Ir-rapport Ernst & Young 2006 ikun naqas li kieku kellu japplika proporzjon meħud mill-intrapriżi komparabbli attivi biss fl-industrija lill-grupp kollu (inkluża d-diviżjoni Trading). Skont il-Belġju, in-negozju huwa attività aktar riskjuża mill-produzzjoni. Minn hemm għandu jiġi applikat proporzjon “price/earnings” aktar dgħajjef lil dawn l-attivitajiet, u dan jirrifletti l-inqas ħajra tal-investimenti għal dan il-profil ta' riskju (il-Belġju pprovda data meħuda mill-S&P Capital IQ biex isostni dan l-argument). Billi ma għamilx dan, Ernst & Young 2006 issopravaluta d-DPH.

4.2.2.   TELF IMPOST NRU 2 — ĊIKLIĊITÀ TAS-SUQ TAL-AZZAR

(102)

Il-Belġju sostna li l-perjodu meqjus minn Ernst & Young għall-istima tal-qligħ u l-proporzjon “price/earnings” li għandu jiġi applikat fl-eżerċizzju tal-valwazzjoni ta' Duferco US, ma jirriflettix b'mod adegwat iċ-ċikliċità tas-settur tal-azzar. Dan il-perjodu li jkopri biss erba' snin bejn l-2003 l-2006, fil-fatt jinkludi tliet snin tajbin (2004, 2005 u 2006) u sena waħda biss ħażina (2003). Il-partijiet kellhom għalhekk iżidu s-snin 2001 u 2002 fl-analiżi tagħhom, u jistabbilixxu ponderazzjonijiet differenti minn dawk ta' Ernst & Young għal kull sena.

(103)

Il-valuri u l-ponderazzjoni identifikati mill-partijiet iwasslu għal valwazzjoni ta' USD […] miljuni għad-DPH (kontra USD […] miljun fil-każ ta' referenza ta' Ernst & Young). Dan id-distakk sinifikanti ta' valwazzjoni, li miegħu wieħed irid iżid ukoll l-effett ta' telfiet imposti u aġġustamenti mill-ġdid oħrajn, jagħtu prova tal-istima żejda tad-DPH minn Ernst & Young 2006.

4.2.3.   TELF IMPOST NRU 3 — NUQQAS TA' LIKWIDITÀ TAL-ISHMA

(104)

Skont il-Belġju, għandu jiġi applikat telf impost li jirrifletti n-nuqqas ta' likwidità tal-ishma tad-DPH miżmuma mill-FSIH. Il-fatturi ġeneralment meqjusa għall-valutazzjoni tal-likwidità tal-ishma ta' kumpanija huma dawn li ġejjin:

opzjoni ta' bejgħ: l-azzjonist għandu opzjoni li jbigħ l-ishma tiegħu bi prezz miftiehem minn qabel? Opzjoni bħal din, nieqsa f'dan il-każ, kienet twassal għal żieda fil-likwidità tal-ishma.

klawżoli li jnaqqsu l-attrazzjoni tal-parteċipazzjoni: l-FSIH u l-[kumpanija li f'dak iż-żmien kienet tikkontrolla lid-DPH] it-tnejn li huma kellhom dritt tal-ewwel rifjut (“first refusal right”), f'każ ta' bejgħ ta' ishma lil parti terza. Din it-tip ta' klawżola tnaqqas b'mod sinifikanti l-interess ta' parti terza, biex timpenja ruħha flimkien ma' wieħed mill-azzjonisti eżistenti f'negozju twil u għali għall-akkwist ta' ishma. Fil-fatt, l-offerta li tirriżulta minn dan in-negozju tista' tittieħed mill-azzjonist l-ieħor eżistenti.

ammont tad-dividendi: fil-ġejjieni, l-FSIH ma tistax tittama li l-għoti ta' dividendi relattivament baxxi, jirrappreżentaw rendiment annwali ta' 4,8 % (dividend ta' EUR 4 miljuni fis-sena). Madankollu, livell baxx ta' dividendi jipperikola l-likwidità ta' sehem.

fatturi ta' riskji li jaffettwaw lill-investituri: miċ-ċikliċità l-kbira tas-settur tal-azzar u mill-volatilità tal-qligħ tad-DPH, jirriżulta li din tal-aħħar kienet topera f'ambjent riskjuż ħafna. Livell ta' riskju bħal dan jinfluwenza b'mod negattiv il-likwidità ta' parteċipazzjoni.

potenzjal ta' tkabbir: fl-2006, kien ikkunsidrat li s-suq kien fil-quċċata taċ-ċiklu u l-potenzjal ta' tkabbir għas-snin ta' wara kien għalhekk limitat. Mill-ġdid, fattur bħal dan jenfasizza n-nuqqas ta' likwidità tal-ishma.

il-livell ta' parteċipazzjoni: aktar ma l-parteċipazzjoni tkun importanti, aktar l-akkwirenti potenzjali jkunu limitati fin-numru. Dan huwa aktar evidenti meta, bħal f'dan il-każ, il-parteċipazzjoni tkun importanti iżda tibqa' fil-minoranza.

id-daqs u s-saħħa finanzjarja tal-intrapriża: billi għandha fondi proprji b'valur ta' EUR […] miljun, kif jidher fir-rapport ta' Ernst & Young 2006, id-DPH tista' titqies bħala intrapriża ta' daqs żgħir u medju. L-ishma ta' SME, a fortiori mhux ikkwotati, huma inqas faċilment trasferibbli minn dawk ta' kumpanija kbira.

(105)

Fid-dawl ta' dawn il-fatturi u minħabba “in-nuqqas ta' interess għal din il-parteċipazzjoni li ġejja minn atturi oħrajn”, il-partijiet qablu li japplikaw telf impost ta' nuqqas ta' likwidità ta' 40 %, kontra t-30 % stipulati minn Ersnt & Young.

(106)

Il-Belġju jqis li ma għandux għalfejn jiġġustifika aktar it-telfiet imposti addizzjonali minħabba li dawn it-telfiet imposti jinsabu fil-firxa li normalment tiġi applikata u t-telf impost miżmum ta' 40 % huwa r-riżultat ta' negozju bejn il-partijiet.

4.2.4.   TELF IMPOST NRU 4 — RIŻERVA RELATATA MAD-DIVIDENDI PRIVILEĠĠATI TAL-FSIH

(107)

L-FSIH innegozjat id-dritt għal dividend privileġġat ta' EUR 4 miljuni fis-sena, għas-snin finanzjarji bejn l-2005 u l-2012. Ernst & Young qies dan id-dritt fl-eżerċizzju ta' valwazzjoni tiegħu tal-2006, billi kkunsidra li l-FSIH setgħet tistenna li tirċievi USD 4 miljuni (11) kull sena matul is-seba' snin li jisseparawhom mill-2012 (jiġifieri valur skontat ta' USD 26,3 miljun).

(108)

Ersnt & Young ma żiedx dan il-valur skontat bħala tali mal-valutazzjoni tiegħu. Il-konsulent applika telf impost ta' 6,2 %, billi qies li r-riskju ta' nuqqas ta' ħlas ta' dan id-dividend privileġġat kien komparabbli mar-riskju ta' inadempjenza ta' obbligu kklassifikat BBB. Ir-rapport Ernst & Young 2006 żied għalhekk USD 22,2 miljun mal-valur akkwistat għal 25 % tal-ishma tad-DPH.

(109)

Skont il-Belġju, l-ishma f'dak iż-żmien stmaw li dan it-telf impost ta' 6,2 % ma kienx biżżejjed biex jirrifletti r-riskju ta' nuqqas ta' ħlas tad-dividend privileġġat.

(110)

Saiex jiġġustifika dan, il-Belġju ressaq żewġ argumenti ewlenin. L-ewwel wieħed huwa dwar il-volatilità tar-riżultati tad-DPH: f'każ ta' qligħ jew nuqqas ta' flus, id-DPH kien ikollha tirrinunzja għall-ħlas tad-dividend. F'dan ir-rigward, il-Belġju jenfasizza li l-ħlas tad-dividend ipprivileġġat sar għad-diskrezzjoni tal-kumpanija. It-tieni argument jitkellem dwar l-organizzazzjoni tal-grupp Duferco: billi l-kumpanija debitriċi tad-dividendi hija kumpanija holding (DPH), il-qligħ fil-livell tiegħu jikkostitwixxi biss il-konsolidazzjoni tal-qligħ magħmul mis-sussidjarji tagħha. Madankollu, għal bosta raġunijiet (b'mod partikolari: il-leġiżlazzjoni fiskali, l-impenji finanzjarji, l-impenji kuntrattwali), l-irkupru tal-qligħ mis-sussidjarji sal-kumpanija holding mhux dejjem kien faċli, jew possibbli.

(111)

Dawn il-fatturi kollha kienu sors ta' inċertezza reali fir-rigward tal-ħlas futur tad-dividend privileġġat tad-DPH. Skont il-Belġju, it-telf impost applikat għalhekk kellu jkun neċessarjament aktar għoli minn dak li kellu jkun applikat għal rendimenti futuri ta' obbligi kklassifikati BBB. Il-partijiet kienu qablu fuq iċ-ċifra ta' 14 % — jiġifieri telf impost ta' USD 4 miljun fir-rigward tal-valutazzjoni ta' Ernst & Young.

4.2.5.   TELF IMPOST NRU 5 — PRIMJUM TA' KONTROLL

(112)

It-telf impost Nru 5 fil-verità huwa l-għażla li ma jiġix applikat primjum propost mir-rapport Ernst & Young 2006. Fil-fatt, f'dan ir-rapport, il-konsulent jinnota li l-FSIH, skont il-konvenzjoni tal-azzjonisti għandha drittijiet partikolari li jippermettulha tinfluwenza ċerti deċiżjonijiet strateġiċi tal-grupp. Ir-rapport Ernst & Young 2006 iqis għalhekk li wieħed għandu jżid primjum ta' kontroll, inkluż bejn iż-0 % u l-10 % tal-valur tas-sehem.

(113)

Skont il-Belġju, il-partijiet għażlu li ma jżommux primjum ta' kontroll bħal dan, minħabba li fil-verità d-drittijiet partikolari ma kienx ikollhom l-ebda valur tas-suq fil-kuntest ta' trasferiment lil parti terza jew anke lill-[kumpanija li f'dak iż-żmien kienet tikkontrolla lid-DPH]. Fil-fatt, skont il-Belġju, f'każ ta' trasferiment lil azzjonist terz, il-[kumpanija li f'dak iż-żmien kienet tikkontrolla lid-DPH] setgħet topponi t-trasferiment tad-drittijiet stabbiliti fil-konvenzjoni tal-azzjonisti tad-DPH. Għaldaqstant, il-[kumpanija li f'dak iż-żmien kienet tikkontrolla lid-DPH] ma kellhiex tħallas ċerta somma biex tirkupra s-setgħat sħaħ.

(114)

Il-Belġju nnota li l-partijiet qablu li skont il-ftehim tal-azzjonisti, id-drittijiet partikolari marbutin mal-ishma tal-FSIH setgħu jitneħħew f'każ li wieħed minnhom jittrasferixxi s-sehem tiegħu lil parti terza. Jekk ma hemm l-ebda dubju li d-drittijiet partikolari pprovduti fil-ftehim tal-azzjonisti taw lill-FSIH, għall-inqas, is-setgħa li tinfluwenza l-ġestjoni tad-DPH u li, għal dan il-għan, dawn id-drittijiet kellhom neċessarjament ċertu valur fil-mument ta' akkwist mill-FSIH tas-sehem tagħha fid-DPH, xorta waħda jidher li l-FSIH ma setgħetx tittrasferixxi b'mod liberu d-drittijiet partikolari li kellha lil parti terza. Għaldaqstant, dawn id-drittijiet ma kellhom l-ebda valur tas-suq.

4.2.6.   AKTAR INFORMAZZJONI ĠENERALI

(115)

Il-Belġju evalwa żewġ elementi oħrajn li ma wasslux għall-applikazzjoni ta' telf impost, iżda li hu ried isemmi sabiex il-Kummissjoni tara l-elementi differenti tan-negozjar li ġew diskussi bejn il-partijiet sabiex jiffissaw prezz finali.

(116)

L-ewwel element tal-kuntest huwa relatat mal-ftehim tal-2005 bejn id-DPH u Farrell, li jipprovdi t-trasferiment ta' ċertu qligħ lil Farrell. Minħabba dan il-ftehim, ir-rapport Ernst & Young 2006 japplika telf impost ta' USD 5,5 miljuni fuq il-qligħ irrappurtat (“reported earning”) ta' kull sena meqjusa. Il-partijiet ma żidux dan it-telf impost.

(117)

It-tieni element tal-kuntest huwa relatat mal-ftehim ta' provvista mal-kumpanija […]. Dan il-ftehim kien jipprevedi x-xiri ta' kwantità sostanzjali ta' prodotti parzjalment kompluti (taċ-ċangaturi) bi prezz li jikkorrispondi għall-ispiża tal-produzzjoni. Għad-DPH, dan il-ftehim jikkostitwixxi kemm riskju ta' telf kif ukoll possibbiltà ta' qligħ skont il-prezzijiet globali tal-azzar. Dan il-ftehim kien jipprevedi obbligi tal-injezzjoni ta' kapital u ta' penali importanti f'każ ta' rtirar u jikkostitwixxi għalhekk riskju ta' nefqa potenzjali għad-DPH. Ir-rapport Ernst & Young 2006 ma kkalkulax dan ir-riskju u, skont l-informazjzoni ppreżentata mill-Belġju lill-Kummissjoni, lanqas il-partijiet ma għamlu dan.

(118)

Fl-aħħar nett, il-Belġju fakkar fir-raġunijiet tal-irtirar tal-FSIH: iċ-ċikliċità tas-settur, id-dħul u l-influwenza ta' investituri ġodda privati fil-grupp Duferco ([…] u NLMK), disponibbiltà ta' likwidità fi ħdan il-grupp Duferco. F'dan ir-rigward, huwa jenfasizza li l-intrapriża konġunta mal-NLMK kienet sinjal ta' volontà ta' Duferco biex toħroġ gradwalment mill-produzzjoni industrijali tal-azzar, bil-għan li taqleb għal attivitajiet ġodda bħar-riabilitazzjoni tas-siti u l-iżvilupp ta' proġetti tal-enerġija. L-FSIH kienet tagħmel dan billi tirtira mid-DPH u billi tinvesti fil-proġetti l-ġodda ta' diversifikazzjoni tal-grupp (ara l-miżura 3).

4.3.   MIŻURA 3

(119)

Il-Belġju ġġustifika l-prezz ta' EUR […] miljun bis-somma ta' bosta elementi.

4.3.1.   PRETENSJONIJIET KUMMERĊJALI

(120)

Carsid Développement, li saret Duferco Diversification, wirtet EUR [30-37] miljun ta' pretensjonijiet kummerċjali lejn kumpanija oħra tal-grupp (Duferco La Louvière Sales).

4.3.2.   QLIGĦ MISTENNI MILL-PROĠETT […]

(121)

Mill-[…] 2002, il-grupp Duferco ħadem biex jiżviluppa proġett vast tal-iżvilupp mill-ġdid tas-sit. Minkejja li l-artijiet kienu f'idejn Duferco Développement, kienet is-sussidjarja Carsid Développement (li saret Duferco Diversification) li kienet responsabbli biex tiżviluppa dan il-proġett.

(122)

Il-Belġju speċifika li fil-jum tad-deċiżjoni tal-FSIH biex tapprova d-dħul fil-kapital tad-DSIH, jiġifieri fil-5 ta' Diċembru 2006, kien diġà magħruf li Duferco Développement, li ma kellha l-ebda riżorsa umana, kienet sejra tirrikorri għal Duferco Diversification biex tipproċedi bix-xogħlijiet u r-riabilitazzjoni tas-sit ta' […]. Fir-rigward tar-remunerazzjoni ta' Duferco Diversification għall-benefiċċji fornuti fil-qafas ta' dan il-proġett, kien diġà miftihem li Duferco Diversification tibbenifika minn nofs il-qligħ mistenni fuq il-prezz tal-bejgħ tal-artijiet li jappartjenu għal Duferco Développement, filwaqt li n-nofs l-ieħor jmorru għal din tal-aħħar.

(123)

Il-Belġju jammetti li fid-dawl tal-kumplessità tal-proġett tal-bini u l-ambizzjoni tiegħu, il-konklużjoni formali ta' kuntratt bejn Duferco Diversification u Duferco Développement damet ma seħħet. Ċerti aspetti fil-fatt kellhom anke jiġu determinati fid-dawl tal-konklużjonijiet tat-trejdjunjin ta' studji stabbilita permezz tal-ordni ministerjali tat-18 ta' Jannar 2007, jiġifieri xahar wara d-dħul tal-FSIH fid-DSIH.

(124)

Ir-remunerazzjoni ta' Duferco Diversification fil-qafas tal-proġett […] finalment ġiet ifformalizzata f'konvenzjoni konkluża fl-4 ta' Frar 2009 bejn Duferco Développement, il-proprjetarju tal-artijiet, u Duferco Diversification. Il-Belġju sostna li skont kif kien diġà miftiehem mill-bidu, il-konvenzjoni konkluża fl-2009 tipprevedi li l-qligħ tal-bejgħ tal-art riabilitata sejjer jiġi kondiviż bejn Duferco Développement u Duferco Diversification b'mod ugwali. Din il-konvenzjoni tal-2009 hija għalhekk il-formalizzazzjoni ta' ftehim eżistenti bejn Duferco Développement u Carsid Développement mill-2006. B'kunsiderazzjoni ta' dan il-proġett fil-proċess ta' valwazzjoni ta' Carsid Développement huwa għalhekk iġġustifikat b'mod sħiħ fil-kumpanija ewlenija tal-FSIH, meta din investit fid-DSIH.

(125)

Barra minn hekk, il-Belġju insista fuq il-fatt li mill-2006, l-FSIH ibbażat l-investiment tagħha fuq il-valwazzjoni tal-proġett. Huwa jqis li l-qligħ mistenni mill-proġett […] ġie evalwat fl-2006 bir-reqqa sa EUR […] miljun.

(126)

Dan l-ammont jikkorrispondi għad-differenza bejn l-ispiża stmata ta' riabilitazzjoni tas-sit […] (EUR […] miljun skont rapport tal-esperti tal-2006) u l-valur tal-artijiet miżmuma minn Duferco Développement (stamt diġà, skont il-Belġju, għal EUR […] miljun — valur ikkonfermat f'Jannar 2010 mill-bord ta' esperti ta' GALTIER).

(127)

Il-Belġju jqis għalhekk li l-FSIH ġabet ruħha b'mod konservattiv u prudenti billi talbet li l-partijiet iżommu qligħ ta' EUR […] miljun li, skont il-ftehimiet tagħhom, sejjer jinqasam f'ammonti ugwali bejn Duferco Développement u Duferco Diversification (jiġifieri għandhom jitqiesu EUR […] miljuni mid-DSIH).

(128)

Wara r-riorganizzazzjonijiet interni għal Duferco, il-proġett […] ġie trasferit għall-kumpanija Duferco Wallonie fid-19 ta' Diċembru 2012, għal valur ta' EUR […] miljun. Din is-somma tikkorrispondi għall-qligħ mistenni mill-proġett, ivvalutat mill-ġdid fl-2012 skont il-valutazzjonijiet minn esperti ġodda.

(129)

Il-Belġju sa issa ma tax aktar indikazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni jew le tal-proġett […] u dwar is-suċċess jew il-falliment kummerċjali tiegħu.

4.3.3.   IT-TRASFERIMENT TA' PROPRJETAJIET IMMOBBLI GĦAL SUSSIDJARJA TA' DUFERCO DIVERSIFICATION

(130)

Ċerti proprjetajiet immobbli tal-kumpanija Duferco La Louvière ġew trasferiti għal Duferco Immobilière, li hija sussidjarja ta' Duferco Diversification. Il-valur tagħhom, kif iċċertifikat minn konsulent, ġie vvalutat li jammonta bejn EUR [14-21] u [15-22] miljun.

4.3.4.   IL-VALUR TAL-PROĠETT MARCINELLE ENERGIE

(131)

Marcinelle Energie, sussidjarja tal-kumpanija Duferco Diversification, għandha l-għan li fl-2006 tlesti l-kostruzzjoni ta' impjant tas-CCGT f'Charleroi. L-FSIH hija bbażata fuq valutazzjoni minn esperti li saret mill-konsulenza esterna Bain ( “Bain” ) f'Lulju 2006 biex jiġi valutat il-proġett.

(132)

Skont Bain, il-valur globali tal-proġett jista' jiġi stmat għal EUR […] miljuni: (i) EUR […] miljuni ta' valur nett preżenti għall-impjant innifsu u (ii) EUR […] miljuni f'każ ta' allokazzjoni ta' 100 % tal-kwoti CO2 għall-proġett.

(133)

Valwazzjoni intermedja proposta minn Bain kienet bbażata fuq (i) valur nett preżenti ta' EUR […] miljun (ibbażat fuq l-ipoteżi li Duferco ma tagħmilx alleanza ma' inġinier tal-elettriku), u (ii) allokazzjoni ta' 50 % ta' kwoti CO2 biss għal EUR […] miljun. Il-valwazzjoni tal-kwoti CO2 imbagħad tnaqqset aktar, minħabba riskju ta' tnaqqis fil-prezz tal-kambju tal-kwoti. Il-valur li finalment ġie aċċettat mill-FSIH għall-kwoti CO2 kien ta' EUR […] miljun.

(134)

Fuq il-bażi ta' din il-valutazzjoni minn esperti, l-FSIH setgħet ġustament tqis li l-investiment fil-kostruzzjoni ta' CCGT jġib miegħu valur nett preżenti ta' EUR […] miljuni (EUR […] miljuni). Madankollu, ir-rapport Bain jissuġġerixxi li assoċjazzjoni b'inġinier elettriku bl-esperjenza tista' twassal għal valur akbar, li jiddetermina l-valur nett preżenti tal-proġett ta' EUR […] miljun.

(135)

Skont il-Belġju, il-valur medjan golbali tal-proġett Marcinelle Energie kif stmat bir-reqqa fuq il-bażi tal-valutazzjoni minn esperti magħmula minn Bain kien ta' EUR […] miljun.

(136)

Fid-dawl ta' din il-valwazzjoni, l-FSIH għamlet negozjati fuq il-valwazzjoni tal-proġett Marcinelle Energie, billi bbażat fuq kuntatti esploratorji mmexxija għalhekk mill-grupp Duferco ma' atturi differenti tas-settur tal-enerġija bil-għan li tiġi stabbilita sħubija. Kif juru l-iskambji mal-partijiet ewlenin tas-settur tal-enerġija — fosthom EDF, ELECTRABEL, SPE, NUON u ENEL –, il-proġett Marcinelle Energie qajjem ħafna interess u jagħti lok għal opportunitajiet importanti.

(137)

Madankollu, l-ammonti ta' EUR […] miljun biss ġew inklużi fil-qafas ta' dawn il-kuntatti esploratorji għall-akkwist ta' 80 % tal-ishma tal-proġett Marcinelle Energie, l-FSIH talbet u sabet li l-valur medjan tal-proġett ta' EUR […] miljun skont il-Bain, sejjer jitnaqqas fir-rigward tal-ammonti inklużi fil-qafas tal-kuntatti informali.

(138)

Finalment, valur ta' EUR […] miljun nżamm biex jiġi valutat 80 % tal-proġett. Għall-bqija tal-20 % tal-proġett, l-FSIH u Duferco qablu li jivvalutawh sal-massimu ta' 20 % tal-valur medjan tal-proġett kif jidher fil-valutazzjoni minn esperti ta' Bain, jiġifieri EUR […] miljun (20 % ta' EUR […] miljun). Valur totali ta' EUR […] miljun nżamm għalhekk għall-proġett ta' Marcinelle Energie.

(139)

Il-Belġju għalhekk isostni li, meta f'Diċembru 2006, l-FSIH ddeċidiet li tikseb sehem tad-DSIH flimkien ma' Duferco Développement, il-valur tal-proġett tal-impjant ta' Marcinelle Energie kien soġġett għal negozjati li mexxew il-partijiet għal valwazzjoni tal-proġett ħafna inqas mill-valur medjan ta' EUR […] miljun kif stabbilit fir-rapport ta' Bain: l-isħubiji finalment żammew l-ammont ta' EUR […] miljuni. B'dan il-mod, l-FSIH kienet tasal biex iżżomm metodu ta' kalkolu bir-reqqa.

(140)

Minn dak li ntqal hawn fuq jirriżulta li finalment, il-partijiet żammew valwazzjoni bir-reqqa, ħafna inqas mir-redditu massimu li l-proġett aktarx kellu jkollu. Kien ikun għalhekk fundamentalment żbaljat li l-FSIH tiġi akkużata li allegatament investiet f'“ammont ekwivalenti għall-qligħ mistenni mill-proġett” (punt 161 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-Kummissjoni).

(141)

Il-Belġju madankollu jammetti li skont ir-rapport Bain, il-kunsiderazzjoni tal-valur tal-kwoti tal-emissjonijiet ta' CO2 talbet li l-impjant isir operattiv malajr ħafna u fi kwalunkwe każ matul is-sena 2009. F'każ li l-proġett jaqa' lura, ma jkunx jista' jibbenifika aktar mill-opportunità li jirċievi l-kwoti tal-emissjonijiet ta' CO2 disponibbli.

(142)

Sentejn wara dawn id-diskussjonijiet, f'Ġunju 2008, Duferco Diversification irnexxielha tbigħ 80 % tal-proġett Marcinelle Energie lill-kumpanija tal-elettriku Taljana ENEL għall-prezz ta' EUR [30-37] miljun. Dan il-bejgħ għandu jkun akkumpanjat minn opzjoni ta' bejgħ li tipprovdi li Duferco Diversification tista' tbigħ mill-ġdid l-ishma li jkun fadlilha ([…]) lil ENEL sena wara t-tqegħid fis-servizz tal-impjant, bi prezz ta' EUR […] miljun miżjuda bil-ħlas lura tat-telf potenzjali li jirriżulta minn ftehim dwar kunsinna bil-prezz tax-xiri (“off-take right”).

(143)

Il-kundizzjonijiet tas-suq tal-elettriku madankollu nbidlu f'daqqa mill-2010 u għalhekk ir-redditu tal-impjanti CCGT naqas drastikament. Dan ma waqqafx l-impjant milli jitqiegħed fis-servizz fil-31 ta' Marzu 2012.

(144)

Għaldaqstant, fil-bidu tal-2013, Duferco Diversification (li saret Duferco Belgium) eżerċitat id-dritt tal-ħruġ tagħha għal ammont ta' EUR […] miljun, b'żieda ta' EUR […] miljun fi ħlas lura tat-telf irreġistrat fuq il-ftehim dwar kunsinna bil-prezz tax-xiri, ta' EUR […] miljun bħala rifużjoni fuq il-prezz tal-gass u ta' EUR […] miljun f'“rivalutazzjonijiet u mgħax ieħor” (mingħajr l-ebda spjegazzjoni oħra).

(145)

Finalment, il-proġett Marcinelle Energie ġie trasferit għal total ta' EUR [70-78] miljun. Madankollu, kif iddikjara l-Belġju, minn din is-somma wieħed irid inaqqas l-investimenti (EUR […] miljun) u t-telf (madwar EUR […] miljun) li saru bejn l-2006 u l-2013: dan jirriżulta fi qligħ nett mhux preżenti ta' madwar EUR [40-46] miljun.

(146)

Dawn ir-riżultati huma inqas mill-perspettivi li ġew abbozzati fl-2006. Il-Belġju jiġġustifikahom permezz tar-ritorn komplet tas-suq tal-gass mill-2010, u jinnota li l-grupp ENEL tilef ukoll il-flus f'dan il-proġett.

4.3.5.   TOTAL TAL-ERBA' ELEMENTI

(147)

Fuq il-bażi tal-erba' elementi msemmija, fl-2006 l-FSIH u l-grupp Duferco kkonkludew li l-valur ta' Duferco Diversification kien bejn EUR […] miljun u EUR […] miljun. Finalment inżamm il-valur ta' EUR […] miljun, li nofsu kien provdut mill-FSIH.

(148)

Il-Belġju jsotni li dan l-investiment fid-DSIH għandu jitqies bħala investiment pari passu ma' Duferco Développement. Peress li l-FSIH u Duferco Développement ġabu l-istess somma, kellhom l-istess imgħax u kienu soġġetti għall-istess riskji. F'dan ir-rigward, il-Belġju jfakkar li l-kumpanija DSIH ma kinitx tappartjeni għall-grupp Duferco qabel l-investiment tal-FSIH, billi hija kienet stabbilita fid-29 ta' Novembru 2006 minn parti terza (bl-isem “[…]”), qabel ma ġiet trasferita lill-FSIH u lil Duferco Développement bħala strument ad hoc għall-investimenti konġunti tagħhom f'Diċembru 2006. Għal dawn id-diversi raġunijiet, l-intervent tal-FSIH sejjer ikun konformi mal-prinċipju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq.

(149)

Ta' min ifakkar li fit-8 ta' Lulju 2011, id-DSIH biegħet is-sehem tagħha f'Duferco Diversification lid-DLP għall-istess ammont, jiġifieri EUR […] miljun. Din is-somma madankollu ma tħallsitx mid-DLP, billi fil-fehma tagħha Duferco Diversification żammet fil-karta tal-bilanċ tagħha pretensjoni ta' EUR […] miljun.

4.4.   MIŻURI 4 U 5

(150)

Fir-rigward tas-self lill-[kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien] il-Belġju rrifjuta kull element ta' għajnuna. Huwa jfakkar li r-rata tal-imgħax varjabbli medja tas-self bankarju miżmuma mis-sussidjarji differenti tal-[kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien] fl- 2009 kienet ta' [1,1-1,55] %, jiġifieri livell inqas mir-rata tas-self inkwistjoni.

(151)

Il-Belġju jsostni li dan il-paragun huwa validu, minħabba li s-self meqjus għall-kalkolu sejjer ikun kumparabbli sew ma' dak mogħti mill-FSIH. F'dan ir-rigward huwa ma jaqbilx mal-Kummissjoni, li qieset dan is-self bħala irrelevanti għal analiżi komparattiva.

(152)

Skont il-Belġju, il-Kummissjoni filfatt kienet qiegħda tiżbalja fil-kunsiderazzjoni tal-kriterji bħall-maturazzjoni tas-self, l-ammont misluf jew in-natura tas-self, biex tiddeċiedi jekk is-self privat huwiex komparabbli ma' dak tal-FSIH. Dan l-approċċ imur kontra d-dispożizzjonijiet tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward ir-reviżjoni tal-metodu ta' kalkolu tar-rati ta' referenza u ta' skont (“Komunikazzjoni dwar ir-rati ta' referenza tal-2008”) (12), li jispeċifika b'mod ċar li “il-marġini huwa fil-biċċa l-kbira tiegħu indipendenti mill-maturazzjoni tas-self”.

(153)

Il-Belġju min-naħa juri dan in-nuqqas ta' korrelazzjoni bejn il-maturazzjoni, l-ammont u n-natura, u min-naħa l-oħra, il-marġni, permezz tal-analiżi tas-self mogħti lil Duferco mill-banek kummerċjali. Is-self tal-istituzzjonijiet bankarji li jkopri l-ammonti l-aktar għoljin jippreżenta rati tal-imgħax li jvarjaw bejn [0,9-1,35] % u [1,7-2,2] % u li spiss ikunu inqas mir-rati tas-self li jkopru l-ammonti ż-żgħar (sa [2,25-2,75] % għal self ta' EUR […] miljun) jew anke [2,3-2,75] % għal self ta' EUR […] miljun). Ir-rata tas-self għall-fini tal-fondi ta' kapital operatorju (“working capital”) li jvarja bejn [0,75-1,15] % u [2,75-3,25] % filwaqt li r-rati tas-self għall-fini tal-infiq ta' investiment (“Capex”) ivarjaw bejn [1,5-2] % u [2,75-3,25] %.

(154)

Skont il-Belġju, ma hemm l-ebda rekwiżit li jeskludi kwalunkwe element ta' għajnuna fl-għoti tas-self pubbliku, jekk dan isir fl-eżistenza ta' self ta' bank privat li huwa eżattament l-istess. Huwa mhux sejjer jiġi ntaxxat la permezz tar-Regolament tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat u lanqas mill-ġurisprudenza, li s-self pubbliku għandu jkun identiku mas-self privat f'termini ta' maturazzjoni, ta' ammont u ta' natura biex jiġi eskluż kull element ta' għajnuna.

(155)

Fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-[kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien], il-Belġju jnaqqas ir-rati għas-self differenti mogħtija lil Duferco minn istituzzjonijiet bankarji, li dan jista' jitlob klassifikazzjoni AAA. F'dan ir-rigward hija tibbaża fuq ir-rati li l-komunikazzjoni dwar ir-rati ta' referenza tal-2008 assoċjat mal-intrapriżi kklassifikati A sa AAA għal garanziji għolja, fl-2009: 2,37 % f'Settembru 2009 u 2,05 % f'Diċembru 2009.

(156)

Il-Belġju finalment jargumenta li l-garanziji assoċjati mas-self tal-FSIH huma ta' livell ferm ogħla fir-rigward tal-komunikazzjoni dwar ir-rati ta' referenza tal-2008. Mis-saħħa finanzjarja kbira tad-DPH joħroġ li r-rahan ta' 15 % ta' dawn l-ishma hija garanzija eċċellenti. Barra minn hekk, in-natura kważi ċerta tal-pretensjoni ta' EUR […] miljun għandha tkun prijoritarjament allokata għall-ħlas lura tas-self f'każ ta' bidla fil-kontroll tal-SIF, li tagħti saħħa kbira lil din il-garanzija.

(157)

Fir-rigward tas-self mogħti lill-grupp SIF, il-paragun juri li teżisti biss rabta aktar limitata bejn il-kriterji mressqin mill-Kummissjoni (maturazzjoni, ammont u natura) u r-rata ta' remunerazzjoni ta' dan is-self.

(158)

Il-paragun jistabbilixxi wkoll li r-remunerazzjoni tas-self tal-FSIH huwa viċin tar-remunerazzjoni tas-self differenti mogħti lill-kumpanija SIF minn istituzzjonijiet finanzjarji privati. B'rata tal-imgħax ta' 1,99 %, ir-remunerazzjoni tagħha fil-fatt sejra tkun ferm ogħla mir-rata medja tas-self tal-grupp SIF, li jammonta għal [1,65-2,15] %.

(159)

B'kunsiderazzjoni ta' self b'terminu twil mogħtija mill-SIF jwasslu għal firxa saħansitra inqas mill-medja ta' [1,65-2,15] %, jiġifieri firxa bejn [1-1,5] % u [1,65-2,15] %.

(160)

Skont il-Belġju, in-nuqqas ta' garanziji għas-self mogħti lill-SIF jeħtieġ iż-żieda ta' marġni ta' [20-60] punt bażi lil din il-firxa. Dan huwa ġġustifikat mill-kategorija ta' klassifikazzjoni “b'saħħitha”, skont it-termini tal-komunikazzjoni dwar ir-rata ta' referenza tal-2008, li l-SIF tista' titlob. Din il-gradazzjoni titla' għal firxa ta' [1,5-2] % sa […] %, li fiha jinsab is-self mogħti mill-FSIH.

(161)

Fin-nuqqas ta' klassifikazzjoni pubblika, il-Belġju jiġġustifika l-kategorija “b'saħħitha” tal-SIF mill-fatt li r-rati tal-imgħax tal-isitituzzjonijiet finanzjarji privati jikkorrispondu (jew huma inferjuri) għar-rati tal-imgħax li l-komunikazzjoni dwar ir-rata ta' referenza tal-2008 stabbiliet għall-intrapriżi finanzjarji b'saħħithom (klassifkazzjoni AAA sa A).

4.5.   MIŻURA 6

(162)

Skont il-Belġju, l-investiment tal-FSIH fid-DLP seħħ pari passu ma' dak tad-DII peress li: (i) l-ammonti investiti mis-sieħeb privat u s-sieħeb pubbliku huma prattikament identiċi, (ii) id-DLP ma kinitx tappartjeni għall-grupp Duferco qabel dan l-investiment iżda kienet stabbilita speċifikament biex isservi bħala strument biex tilqa' l-investimenti tal-FSIH u tad-DII rispettivament, u (iii) l-għan tal-investimenti ma kienx li jinxtraw mill-ġdid l-assi li kienu jappartjenu diġà għall-grupp Duferco (iżda lill-SIF).

(163)

Il-Belġju jindika li l-fatt li l-investiment tal-FSIH inizjalment ingħata taħt forma ta' self konvertibbli (u kkonvertit malajr) huwa nieqes mill-impatt. Fil-fatt, il-jum tal-għoti tas-self konvertibbli, l-FSIH u d-DII kkonkludew ftehim tal-azzjonisti li bih huma qablu li jipproċedu għal żieda fil-kapital tad-DLP li jammonta għal EUR 70 miljun u EUR 101 miljun rispettivament. Is-self ta' EUR 30 miljun għalhekk għandu jiġi eżaminat bħala element ta' żieda fil-kapital ta' EUR 201 miljun deċiż pari passu mill-FSIH u d-DII.

(164)

Fir-rigward tax-xiri tal-ishma tad-DLLPL, qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-Kummissjoni dwar il-fatt li mill-1999, ir-reġjun tal-Vallonja, permezz tas-SOGEPA, kien azzjonist tad-DLL u b'hekk kellu għarfien profond tal-attivitajiet u tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha. Dan jispjega li, fil-qafas tal-investiment tad-DLP fid-DLLPL, il-partijiet ma qisux li jeħtieġ li jitfassal pjan tan-negozju proprju. L-FSIH kienet taf sew l-għan tal-akkwist tagħha. Dejjem skont il-Belġju, fil-mument tal-investiment tagħha, l-FSIH setgħet tiġi żgurata min-natura kawta ta' dan il-pjan tan-negozju minħabba li d-dispożizzjonijiet kienu konformi sew maċ-ċifri reali diġà disponibbli. L-istess jgħodd għall-Duferco Trebos.

(165)

Rigward ix-xiri ta' stokks f'Duferco La Louvière Sales, il-Belġju jsostni li jekk huwa minnu li l-investimenti tal-FSIH u tad-DII fid-DLP ippermettew ix-xiri mill-ġdid minn din tal-aħħar ta' stokk importanti ta' prodotti b'valur ta' EUR [50-70] miljun (kuntratt ta' bejgħ tat-30 ta' Ġunju 2011), huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-bejjiegħ ta' dawn il-prodotti ma kinitx “kumpanija oħra ta' Duferco”. Fil-fatt, f'dak iż-żmien u anke illum il-ġurnata, Duferco La Louvière Sales kienet kumpanija kkontrollata mill-SIF. Wara xi negozjati, l-istokks kienu ttieħdu mill-ġdid bil-valur kontabilistiku tagħhom filwaqt li l-valur reali tagħhom kien ferm ogħla.

(166)

Rigward l-investiment ta' EUR [30-40] miljuni fid-DLLPL, xi pjanijiet ta' negozju distinti kienu mħejjija għal proġetti jew xenarji ta' investiment differenti. Fl-aħħar, il-partijiet għażlu investiment ta' EUR [30-40] miljun fid-DLLPL li saret Duferco Belgium. Dan l-investiment kien suġġett għal pjan ta' negozju wieħed biss, li ġie sottomess lill-Kummissjoni mill-Belġju. Il-pjanijiet tan-negozju l-oħrajn li l-Belġju jirreferi għalihom kienu saru rrilevanti, minħabba li l-proġetti u x-xenarji previsti ma nżammewx mill-partijiet.

5.   KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI

5.1.   KUMMENTI KOMUNI TA' […], ID-DSIH U D-DLP KIF UKOLL IL-KUMPANIJI RELATATI TAGĦHOM

(167)

L-ewwelnett, għandu jiġi nnutat li […], kumpanija holding tal-grupp Duferco, ġiet wara […] kif ukoll il-kumpaniji […] u […], il-kumpaniji ewlenin qodma tad-DPH.

5.1.1.   MIŻURA 1

(168)

[…] qabel kollox tenfasizza li hija taqbel kompletament mal-kummenti tal-Belġju.

(169)

[…] imbagħad tiffoka fuq ir-raġunijiet li wasslu lill-FSIH biex tinvesti f'Duferco US. L-investiment ta' ekwità f'Farrell huwa marbut max-xewqa tal-FSIH li tikkontrolla s-sit, sabiex Duferco ma tabbandunax is-sit Belġjan għas-sit Amerikan. Ir-reġjun tal-Vallonja ried jipproteġi lilu nnifsu mir-riskju ta' użu possibbli għad-detriment tal-imgħax tiegħu possibilment diverġenti f'Duferco. Barra minn hekk, l-investiment tal-FSIH f'Farrell kellha wkoll l-għan li tiffaċilita l-armonizzazzjoni bejn is-siti tal-produzzjoni Belġjani u Amerikani, bil-għan li jitjieb l-iskambju ta' informazzjoni u s-sinerġiji possibbli bejn is-siti.

(170)

[…] tqis importanti li tenfasizza li l-inizjattiva tal-iritirar tal-FSIH hija responsabbiltà ta' Duferco. Fi Frar 2006, Duferco ffirmat ittra ta' intenzjoni mal-NLMK bil-għan li titrasferixxi lil din tal-aħħar sehem ta' 50 % fl-SIF. Madankollu, waħda mill-kundizzjonijiet ta' qabel kienet li l-ishma kollha ta' Duferco US jinżammu mill-SIF, li jimplika għalhekk xiri mill-ġdid tal-ishma miżmuma mill-FSIH. Għalhekk Duferco flimkien mal-FSIH ħarġet bl-idea ta' opzjoni ta' xiri sabiex tissodisfa r-rekwiżiti tal-NLMK u fl-istess ħin iżżomm il-flessibbiltà meħtieġa, minħabba li f'dak iż-żmien kien hemm inċertezza dwar l-implimentazzjoni tal-operazzjoni. Fl-istess ħin, l-offerta ta' xiri mill-ġdid minn Duferco kienet interessanti fil-kuntest tat-tmiem taċ-ċiklu tal-azzar mistenni fl-aħħar tas-sena 2006, li kienet tagħmel l-investiment inqas attraenti.

(171)

[…] tikkonferma l-kummenti tal-Belġju li jipprovdu li l-opportunità ta' kompetizzjoni minn qabel ta' akkwirenti proposti b'potenzjal ma kinitx rilevanti fir-rigward tal-iskop tat-trasferiment: il-bejgħ ta' sehem minoritarju f'kumpanija privata b'mira ta' sit ta' produzzjoni mhux integrata. Jekk is-sitwazzjoni ma kinitx teħtieġ kompetizzjoni minn qabel, […] issostni li madankollu t-trasferiment sar bi prezz tas-suq.

(172)

[…] tfakkar li l-munita funzjonali ta' Duferco US hija d-dollaru tal-Istati Uniti. Għaldaqstant, mhuwiex rilevanti, ħlief għall-ħtiġijiet interni tal-FSIH, jekk il-prezz għax-xerrej ikunx tħallas bil-euros.

(173)

Sabiex jiġu kkumplimentati l-eżerċizzji ta' valwazzjoni mwettqin mir-reġjun tal-Vallonja, […] ta mandat lill-KPMG biex tivvaluta s-sehem ta' 49,9 % tal-FSIH f'Duferco US fl-14 ta' Ġunju 2006, data tal-għoti tal-opzjoni ta' xiri bl-użu tal-metodu tal-valur ġust.

(174)

Il-KPMG ikkunsidrat li s-sehem tal-FSIH f'Duferco US kellu jkun ivvalutat bħala sehem li ma jagħtix kontroll u li mhuwiex negozjabbli, filwaqt li japplika primjum ta' kontroll, minħabba li l-konvenzjoni tal-azzjonisti tad-9 ta' April 2003 kellha influwenza sinfikanti fuq Duferco US lil hinn mill-influwenza tal-azzjonist minoritarju.

(175)

Il-KPMG tindika li t-tul taċ-ċikli industrijali fl-industrija tal-azzar ġeneralment ivarja bejn tlieta u seba' snin. Il-KPMG issostni li anke jekk l-industrija tal-azzar marret tajjeb fl- 2006, l-indikaturi juru biċ-ċar ir-riskji maġġuri fir-rigward tad-dgħufija tal-industrija awtomobilistika nazzjonali u l-possibbiltà ta' korrezzjoni tas-suq fil-qasam tal-kostruzzjoni residenzjali.

(176)

Billi użat essenzjalment ċikli ta' tlieta u ħames snin, kif ukoll valwazzjoni fuq multiplu ta' EBITDA fuq bażi ta' kumpaniji kumparabbli, fl-14 ta' Ġunju 2006 il-KPMG ivvalutat il-valur ġust tas-sehem ta' 49,9 % f'Duferco US għal USD […] miljun.

(177)

[…] imbagħad tesprimi l-opinjoni tagħha dwar id-diskussjoni relatata mal-inklużjoni jew l-esklużjoni tal-valur tal-fondi proprji biex tiġi vvalutata Duferco US. Hija tikkonferma li valwazzjoni fuq il-bażi ta' fondi proprji, kif previst mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha mhijiex l-aktar adegwata. Iżda hija tinnota li, anke jekk wieħed ikun jixtieq iqis il-fondi proprji, jispiċċa billi jikkonkludi li l-operazzjoni ssir bi prezz tas-suq. Biex tagħti prova ta' dan, hija tiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni fuq tranżazzjoni li hi tqis komparabbli: it-trasferiment lil NLMK ta' sehem ta' 50 % fl-SIF (flimkien ma opzjoni ta' xiri mingħajr kundizzjonijiet dwar mill-inqas wieħed mill-ishma tal-SIF). Il-prezz miżmum f'din it-tranżazzjoni tal-2006 jikkorrispondi għal multiplu ta' fondi proprji tal-kumpanija li huwa prattikament identiku għal multiplu ta' fondi proprji li jirrappreżenta t-trasferiment mill-FSIH tas-sehem tagħha f'Duferco US (fiż-żewġ każijiet, multiplu ta' kważi 2). Ma hemm xejn li jista' jindika li l-operazzjoni tal-SIF ma saritx skont il-kundizzjonijiet tas-suq, dan il-paragun jikkonferma li l-inklużjoni tal-fondi proprji twassal hija wkoll għall-kunsiderazzjoni li l-operazzjoni saret bi prezz tas-suq.

(178)

Fir-rigward tat-tul tal-opzjoni ta' xiri, […] tqis li qiegħda ssir fil-kuntest tan-negozjar konkomitanti ta' trasferiment possibbli minn Duferco ta' 50 % tal-kapital tal-SIF lill-NLMK. L-NLMK kienet mitluba tabbozza l-ewwel abbozz ta' konvenzjoni għat-trasferiment tas-sehem u konvenzjoni tal-azzjonisti fl-għaxart ijiem mill-firma tal-ittra ta' intenzjoni. L-ittra ta' intenzjoni hija stess kienet valida sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ottubru 2006. Għalhekk l-intenzjoni ta' Duferco kienet li tiddeċiedi tagħmilx użu jew le mill-opzjoni ta' xiri fil-ġimgħat jew ix-xhur wara l-għoti tagħha mill-FSIH. Għalhekk ma kien ikun hemm l-ebda raġuni reali għaliex il-partijiet qablu li l-opzjoni tibqa' għaddejja sal-31 ta' Diċembru 2015.

(179)

Il-KPMG ikkalkulat il-valur ġust tal-opzjoni ta' xiri mogħtija lil Duferco f'Ġunju 2006. Il-KPMG taqbel ma' Duferco skont liema huwa xieraq li jitqies it-tul tal-opzjoni (“expected term”, jiġifieri erba' xhur), minħabba li l-opzjoni la kienet kummerċabbli u lanqas trasferibbli u dan naqqas sew il-valur tagħha. Il-KPMG tqis li l-valur ġust tal-opzjoni ta' xiri huwa ta' USD […] miljun.

(180)

Fuq il-bażi tal-perjodu tal-kuntratt, il-valur ġust kien ta' USD […] miljun. Jekk jitqies ammont bħal dan, miżjud mal-valur ġust tas-sehem tal-FSIH f'Duferco US, il-prezz tat-trasferiment ikun ta' USD […] miljun, ammont ferm inqas mill-prezz imħallas mill-[kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien].

5.1.2.   MIŻURA 2

(181)

Skont […], l-investiment tal-FSIH fid-DPH jippreżenta għan doppju: min-naħa, is-sehem tiegħu fil-kapital, ir-rappreżentazzjoni tiegħu fil-Bord tad-Siretturi, l-aċċess tiegħu għall-informazzjoni u d-dokumenti strateġiċi u, min-naħa l-oħra, ir-rendiment finanzjarju attraenti u garantit tiegħu (dividend preferenzjali).

(182)

Ir-raġuni ewlenija tad-diżinvestiment tal-FSIH fid-DPH kienet it-trasferiment tas-siti ta' produzzjoni Belġjani lill-NLMK. Duferco titlef il-kwalità tal-isħubija strateġika tagħha għar-reġjun tal-Vallonja fil-Belġju u s-siti ta' produzzjoni ta' Clabecq u la Louvière x'aktarx mhux sejrin ikunu affettwati direttament mid-deċiżjonijiet tad-diviżjoni Trading de Duferco.

(183)

[…] issostni li d-DPH hija kumpanija li l-munita funzjonali tagħha hija d-dollaru tal-Istati Uniti, u għalhekk ir-rendiment ta' kwalunkwe investiment f'kumpanija bħal din għandha tiġi vvalutata f'dollari tal-Istati Uniti. L-investiment tal-FSIH fid-DPH għalhekk iġġenera rendiment ta' 8,81 % kull sena.

(184)

[…] tat lill-KPMG il-missjoni li tanalizza l-valutazzjoni mwettqa minn Ernst & Young f'Marzu tal-2006. Rigward il-metodi ta' valutazzjoni, il-KPMG tinnota li Ernst & Young ma tispeċifikax it-tip tal-valur għall-valwazzjoni (valur tas-suq, valur tal-investiment jew valur ġust). Prinċipalment, Ernst & Young applikat l-approċċ tas-suq mill-kumpaniji komparabbli. Il-KPMG ma tagħtix preferenza lill-metodu li jibbaża fuq il-kumpaniji komparabbli meta mqabbel ma' dak li jibbaża fuq it-tranżazzjonijiet komparabbli. Il-KPMG ma tibbażax fuq il-valur tal-assi netti minħabba li dan il-metodu jinjora l-qligħ tal-futur kif ukoll ir-riskji operattivi.

(185)

Il-KPMG tikkonkludi li fid-dawl tal-analiżi tagħha taċ-ċikliċità tal-industrija tal-azzar, huwa xieraq li jitqiesu l-perjodi ta' bejn erba' jew sitt snin b'piż ugwali għal kull sena għall-evalwazzjoni tad-DPH. Il-KPMG taqbel mal-analiżi tal-partijiet li tikkonsisti fl-inklużjoni tas-snin 2001 u 2002 fil-valwazzjoni tad-DPH sabiex tirrifletti b'mod adegwat iċ-ċikliċità tal-industrija tal-azzar u tapplika l-istess ponderazzjoni għal kull sena.

(186)

Il-KPMG tikkonferma r-rilevanza u l-kwantifikazzjoni tal-aġġustamenti miġjuba minn Ernst & Young għall-valwazzjoni tad-DPH fir-rigward tal-avvenimenti mhux rikorrenti. Il-KPMG ġabet ukoll aġġustamenti għas-snin 2001 u 2002 li ma kinux meqjusin minn Ernst & Young.

(187)

Il-KPMG eżaminat il-lista tal-kumpaniji komparabbli magħżulin minn Ernst & Young. Il-KPMG ma kinitx f'pożizzjoni li fil-bażijiet ta' data użati minn Ernst & Young (Bloomberg) issib ċerti multipli riprodotti fir-rapport ta' Ernst & Young 2006. Barra minn hekk, il-KPMG ikkunsidrat li jkun aħajr jekk ċerti kumpaniji ma tinkludihomx fil-lista tal-kumpaniji komparabbli pprovduta minn Ernst & Young. Il-KPMG stabbiliet il-lista tagħa stess ta' kumpaniji komparabbli li fiha jidher li l-proporzjonijiet “price/earnings” medjani għas-snin 2003 sal-2006 huma inqas minn dawk ikkunsidrati minn Ernst & Young.

(188)

Il-KPMG ma kinitx f'pożizzjoni li tosserva numru sostanzjali ta' kumpaniji elenkati li joffru titoli ta' investimenti lill-pubbliku fuq il-Borża fin-negozju tal-azzar. Valwazzjoni separata tad-diviżjoni Trading mhijiex possibbli. Madankollu, il-KPMG tikkonferma li kien ikun xieraq li ssir valwazzjoni distinta tal-attivitajiet tan-negozju u tal-attivitajiet tal-produzzjoni. B'riskju akbar u b'riżultati aktar volatili, l-attivitajiet tan-negozju joffru rendiment aktar għali lill-investituri, li jwassal għal valwazzjoni inqas tal-attivitajiet. Għandu għalhekk jinżamm multiplu aktar baxx għall-attività tan-negozju. […] tqis li huwa rilevanti li wieħed jirreferi għat-trasferiment ta' 50 % ta' […] f'Settembru 2003, fejn il-prezz miftiehem kien qrib tal-valur tal-fondi proprji.

(189)

Rigward l-elementi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ, il-KPMG tikkonferma li l-ammont tal-fondi proprji ta' kumpanija għandhom jiġu aġġustati sabiex jinkludu l-obbligi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ jekk dawn ma jkunux rikorrenti. Għall-kuntrarju ta' Ernst & Young, il-KPMG tqis li dawn l-elementi biss għandhom jitnaqqsu mill-valur stmat tal-fondi proprji tal-kumpanija, hu x'inhu l-metodu ta' valwazzjoni.

(190)

Għal żewġ elementi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ, il-KPMG ikkunsidrat xieraq li terġa lura għall-ammont tal-aġġustament applikat minn Ernst & Young. Dan jirrigwarda “garanziji Franċiżi u Belġjani” li fl-2006 Ernst & Young stamt għal USD […] miljun, filwaqt li skont il-KPMG kienu jammontaw għal USD […] miljun. Dawn il-garanziji ġew aġġustati minħabba r-riskju li fihom. Minn dan jirriżulta ammont totali ta' USD […] miljun kontra USD […] miljun kkunsidrati minn Ernst & Young.

(191)

Il-KPMG tikkonferma r-rilevanza u l-livell tat-telf impost tan-nuqqas ta' likwidità (30 %) applikat minn Ernst & Young. Rifużjoni ta' 12 % fil-qafas tal-valwazzjoni bbażata fuq it-tranżazzjonijiet komparabbli kienet tkun rilevanti wkoll.

(192)

Il-KPMG affermat li l-applikazzjoni ta' primjum ta' kontroll ta' 5 % f'każ ta' valutazzjoni mill-kumpaniji komparabbli kienet xierqa, minħabba li metodoloġija bħal din tiġġenera valwazzjoni li tikkorrispondi għal sehem minoritarju, filwaqt li s-sehem tal-FSIH jippermetti influwenza sinfikanti fuq id-DPH. Il-KPMG tqis li telf impost ta' 20 % għandu jiġi applikat f'każ ta' valwazzjoni fuq il-bażi ta' tranżazzjonijiet komparabbli, minħabba li l-metodoloġija twassal għal valwazzjoni b'interess ta' kontroll.

(193)

Fir-rigward tar-rendiment tal-azzjoni privileġġata, il-KPMG tinnota li Ernst & Young żbaljat fil-valwazzjoni tagħha tad-dividendi privileġġati għall-perjodu 2006-2012 billi bbażat l-kalkolu tagħha fuq dividendi annwali ta' USD 4 miljuni filwaqt li kienu ta' EUR 4 miljuni. Il-KPMG imbagħad ikkunsidrat li r-rata tar-rifużjoni applikata minn Ernst & Young fir-rigward tar-riskju ta' inadempjenza ta' ħlas (6,2 %) tinsab fil-firxa aċċettabbli identifikata, bejn 1,8 % u 16,4 %. Ir-rata tar-rifużjoni ta' 14 % applikata mill-partijiet hija wkoll meqjusa bħala aċċettabbli, minħabba li tinsab fil-firxa tal-valur.

(194)

Minn dawn l-aġġustamenti jirriżulta li valwazzjoni tas-sehem fid-DPH li tvarja bejn USD […] miljun u USD […] miljun, jiġifieri valur medjan ta' EUR […] miljun, li huwa konformi mal-prezz tat-trasferiment ta' Ġunju 2006 ta' EUR […] miljun. […] tikkonkludi li ma tistax titqies bħala kwistjoni ta' għajnuna mill-Istat għall-[kumpanija li f'dak iż-żmien kienet tikkontrolla lid-DPH].

5.1.3.   MIŻURA 3

(195)

Id-DSIH tikkonferma l-argumenti mressqin mill-Belġju biex jiddefendi n-natura pari passu tal-investiment tal-FSIH. Id-DSIH issostni li l-kundizzjonijiet tal-operazzjoni kienu identiċi għal Duferco Développement u l-FSIH. Iż-żewġ azzjonisti aċċettaw flimkien li jieħdu riskju ġdid billi jinvestu fid-DSIH sabiex iwettqu l-proġetti ta' diversifikazzjoni ta' Duferco Diversification. Iż-żewġ azzjonisti jibbenefikaw minn distribuzzjoni proporzjonali fuq il-bażi tas-sehem tagħhom fil-kapital, tad-dividendi possibbli u tal-impatt finanzjarju ta' proġetti żviluppati mis-sussidjarji komuni tagħhom. Skont id-DSIH, l-intervent privat ta' Duferco Développement għandu jingħata importanza ekonomika reali, u l-ammont tal-investiment ikun identiku għal dak tal-FSIH.

(196)

Id-DSIH issostni li hi ma kinitx tappartjeni għal Duferco Développement qabel l-investimenti konkomitenti. Id-DSIH hija kumpanija li twaqqfet minn parti terza ftit żmien qabel dawn l-investimenti (29 ta' Novembru 2006) u mbagħad ġiet akkwistata miż-żewġ imsieħba biex jippermettu l-investimenti tagħhom. Dejjem skont id-DSIH, il-proġetti li nxtraw mid-DSIH ma kinux jappartjenu aktar għall-grupp Duferco qabel l-investiment mill-FSIH, minkejja li huma ġew ospitati mill-SIF f'forma ta' abbozz.

(197)

Fir-rigward tal-proġett […], id-DSIH tispeċifika li r-reġjun tal-Vallonja, permezz ta' SOGEPA, kien jaf sew is-sitwazzjoni tas-sit […] peress li hija interveniet flimkien mal-grupp Duferco fil-qafas tal-irkupru ta' […] li kienet qiegħda tfalli. Ir-reġjun tal-Vallonja kien għalhekk azzjonist ta' […] u kellu diversi pożizzjonijiet fil-bord tad-diretturi ta' din il-kumpanija. Ir-reġjun tal-Vallonja kien ukoll involut fil-proġett […] mill-bidu tiegħu u kien ikollu aċċess għall-informazzjoni kollha disponibbli dwar it-tnedija tal-proġett, b'mod partikolari dawk li huma eżatt l-istess għad-dispożizzjoni tal-investituri privati.

(198)

Id-DSIH tibbaża fuq valutazzjoni eks post tal-proġett li uriet il-ġustifikazzjoni tal-valwazzjoni tal-proġett kif imwettaq inizjalment u indikat redditu li huwa ferm interessanti.

(199)

Rigward il-proġett Marcinelle, is-DSIH tafferma li redditu aktar baxx milli mistenni mhuwiex minħabba l-ammonti għaljin ħafna tal-investimenti tal-imsieħba iżda minħabba elementi independenti mir-rieda tal-partijiet. L-ewwelnett, f'Jannar 2008 l-Kummissjoni ħabbret proposta ta' eliminazzjoni tal-allokazzjoni gratis tal-kwoti tal-emissjonijiet ta' CO2, li affettwat b'mod sinfikantiil-valwazzjoni tal-proġett qabel l-għeluq tan-negozjati ma' ENEL. It-tieni, fl-2010 kien hemm bidla sħiħa u imprevedibbli fis-suq tal-elettriku, bi żviluppi negattivi tal-prezzijiet tal-elettriku, tal-gass u tas-CO2.

(200)

Duferco Diversification kienet toħroġ sew minn din il-kriżi billi tbigħ Marcinelle Energie eżatt qabel l-okkorrenza tagħha. L-intrapriża ttrasferiet 80 % ta' Marcinelle Energie għal prezz raġonevoli u kellha tiżgura l-[…] li jibqgħu b'opzjoni ta' bejgħ negozjata ma' ENEL.

5.1.4.   MIŻURI 4 U 5

(201)

[…] tinnota li għall-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq, għandhom jiġu eżaminati elementi differenti, speċjalment ir-rata tal-imgħax applikabbli u l-garanziji meħtieġa biex jiżguraw is-self.

(202)

Rigward il-garanziji, […] tfakkar li Duferco ppreżentat sitwazzjoni finanzjarja b'saħħitha ħafna, kif urew il-kundizzjonijiet tas-self mogħtija mill-istabbilimenti bankarji lill-grupp Duferco, b'rati komparabbli mar-rati offruti lill-intrapriżi kklassifikati AAA skont ir-rata ta' referenza tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-[kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien] fir-rigward tal-ħlas lura mistenni mis-self tal-FSIH kellha tagħti prijorità lill-fondi li ġejjin mill-bejgħ futur lill-NLMK tas-sehem tad-DII fl-SIF. L-eżistenza ta' pretensjoni futura, iżda kważi ċerta, ta' USD […] miljun fir-rigward tal-NLMK kienet tirrappreżenta garanzija likwida u eżiġibbli faċilment. Dan is-self kien jappartjeni għal ħlas bil-quddiem tal-pretensjoni futura. L-FSIH kienet tibbenifika wkoll minn rahan ta' 15 % tal-ishma tad-DPH, kumpanija finanzjarja b'saħħitha ħafna (bl-ebda telf irreġistrat sal-2009), għal valur ta' madwar USD […] miljun. Fl-aħħar nett, ir-rata ta' referenza Euribor ta' 12-il xahar żgurat rata stabbli għal perjodu ta' 12-il xahar, karatteristika attraenti fi żmien ta' kriżi u ta' tnaqqis fir-rati. Ir-riskju għall-FSIH fir-rigward ta' dawn il-garanziji kien għalhekk minimu.

(203)

Ir-rati applikati mill-banek privati għall-grupp Duferco jvarjaw bejn [0,65-1,15] % u [2,75-3,25] % b'medja ta' [1,1-1,55] %, jiġifieri rati li huma f'konformità sħiħa mar-rati tal-FSIH. […] tqis li fil-paragun wieħed ma jistax jeskludi s-self li ma għandux eżattament l-istess maturazzjoni, l-istess ammont, l-istess natura jew li għandu rata ta' bażi differenti. Għandhom jitqiesu biss il-garanziji u r-rata tal-imgħax applikata.

(204)

L-ammonti tas-self ippreżentati mill-Belġju b'mod ġenerali huma inqas għoljin minn dawk tas-self tal-FSIH, minħabba li l-Belġju ppreżenta biss is-self għax-xiri f'euros, li ma jirrappreżentax ħlief parti żgħira tal-ammont totali. […] hija interessata fis-self f'muniti barranin differenti tal-ammonti li huma aktar importanti. Din id-data turi li Duferco kellha aċċess għal linji ta' kreditu ta' ammont għoli ħafna u li ċertu self kien relatat ma' self b'terminu twil (għaxar snin). Ir-rati ta' dawn is-selfiet ivarjaw bejn [0,5-1] % u [2,2-2,65] % b'medju mwieżen ta' [1,6-2,05] %.

(205)

[…] tikkonkludi għalhekk li fid-dawl tal-garanziji b'saħħithom li minnhom tibbenifika l-FSIH, ir-rati tal-imgħax applikabbli huma f'konformità sħiħa mar-rati tas-suq.

5.1.5.   MIŻURA 6

(206)

Sa mill-bidu, skont id-DLP, il-partijiet ikkunsidraw li s-self ta' EUR 30 miljun seta' jiġi mibdul fi żmien qasir, kif kien il-każ f'Settembru 2011. L-intenzjoni oriġinali tal-FSIH kienet li tipproċedi għal investiment f'kapital ta' EUR 100 miljun. Id-DLP temmen li s-self konvertibbli għandu jiġi analizzat flimkien mal-injezzjoni tal-kapital u għandhu jiġi trattat bħala tali.

(207)

Id-DLP issostni li l-interventi tad-DII u tal-FSIH huma konkomitanti, id-DII kienet involuta f'żieda fil-kapital tad-DLP fis-7 ta' Lulju 2011, jiġifieri ftit jiem qabel iż-żieda fil-kapital mill-FSIH u wara l-għoti tas-self konvertibbli. Hija tafferma wkoll li l-kundizzjonijiet tal-operazzjoni huma identiċi, peress li ż-żewġ imsieħba kienu investew ammonti kważi identiċi. Dan jirrigwarda għalhekk l-investimenti li saru fl-istess kundizzjonijiet peress li l-FSIH u d-DII għandhom l-istess riskju u jibbenefikaw minn distribuzzjoni proporzjonali tad-dividendi u taż-żieda tal-valur tas-sussidjarja tagħhom.

(208)

Id-DLP issostni li l-kumpanija ma kinitx tappartjeni għall-grupp Duferco fil-mument tal-investiment tal-FSIH iżda kienet kumpanija ġdida mibnija speċifikament biex tilqa' l-investimenti konġunti taż-żewġ imsieħba. Il-fatt li dawn l-investimenti kienu użati parzjalment għax-xiri tal-assi tal-SIF kien irrilevanti minħabba li l-prezz tat-trasferiment kien ibbażat fuq ir-rapporti ta' esperti. Għaldaqstant, id-DLP ikkonkludiet li l-investiment li sar mill-FSIH fid-DLP huwa pari passu mad-DII.

(209)

Id-DLP tfakkar ukoll li mill-1999 s-SOGEPA kienet azzjonista tad-DLL u b'hekk kellha għarfien profond tal-attivitajiet u tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija fir-rigward tas-sussidjarja ta' prodotti twal. Permezz ta' SOGEPA, ir-reġjun tal-Vallonja kellu għarfien b'saħħtu tal-kundizzjonijiet tas-suq, is-siti operatttivi u l-ambjent tagħhom. Id-DLL tindika wkoll li hemm biss pjan tan-negozju wieħed għall-kumpanija Duferco Trebos u DLLPL. L-FSIH kienet tkun għalhekk f'pożizzjoni li tieħu d-deċiżjoni tagħha f'għarfien sħiħ tal-kwistjoni u kellha livell ta' informazzjoni identiku għal dak li kien ikun akkwistat minn investitur privat f'sitwazzjoni identika.

(210)

Skont id-DLP, mir-riżultati finanzjarji joħroġ li l-EBITDA li sar wara tliet xhur kien f'konformità mal-EBITDA maħsub fil-pjan tan-negozju għall-perjodu ta' sitt xhur. Fil-mument tal-investiment tagħha, l-FSIH setgħet għalhekk tiżgura ruħha dwar ir-rilevanza tal-pjan tan-negozju.

5.2.   KUMMENTI TAL-SIF

(211)

Il-Kummissjoni tispeċifika li l-kummenti tal-SIF għandhom x'jaqsmu biss mal-miżura li tagħha hi l-benefiċjarja, jiġifieri l-miżura 5.

(212)

L-SIF tikkunsidra li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħha kienet b'saħħitha fil-mument tal-għoti tas-self u li l-garanziji fil-mument tal-ftehim tas-self kienu fil-biċċa l-kbira suffiċjenti biex tħallas lura l-ammont sħiħ tas-self tal-FSIH. Barra minn hekk, dejjem skont l-SIF, ir-redditu tal-operazzjoni tas-self ma ħalla l-ebda dubju lill-FSIH fir-rigward tal-politika ta' investimenti u ta' żvilupp imħaddna mill-SIF. Il-pjan tan-negozju tal-SIF relatat mas-siti Belġjani, b'mod partikolari għas-snin 2007-2010, kien jinkludi proġetti kbar ta' investiment li jippromettu prospetti ta' żvilupp importanti tal-grupp fil-Belġju.

(213)

Barra min hekk, l-SIF tikkunsidra li s-sħubija tagħha f'żewġ atturi kbar tas-settur tal-azzar tqieset fl-analiżi ta' riskju marbuta mal-operazzjoni tas-self mill-FSIH. L-NLMK tat garanzija lill-FSIH f'każ ta' bidla fil-kontroll. Billi tat self ta' EUR 75 miljun lill-SIF b'rata ta' 2,05 % (marġini ta' 75 punt bażi) filwaqt li r-rata tal-Bank Nazzjonali tal-Belġju għas-self il-ġdid kienet ta' 1,63 %, l-FSIH ma ħadet l-ebda riskju bla bżonn fir-rigward ta' operatur privat.

(214)

L-SIF tfakkar li l-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat f'eknomija tas-suq ma teħtieġ l-ebda paragun ma' self li jaqbel għal kollox mas-self mogħti mill-FSIH. L-SIF tindika wkoll li l-Kummissjoni tispeċifika li wieħed għandu jqis it-tip ta' operatur ikkonċernat, in-natura tal-operazzjoni u s-swieq ikkonċernati. Skont din il-kjarifika, żewġ selfiet privati mogħtija lil Duferco Clabecq, sussidjarja tal-SIF, għandhom jitqiesu għall-paragun mas-self mogħti mill-FSIH. L-analiżi ta' dan is-self turi li matul il-perjodu fejn is-self ingħata mill-FSIH, l-SIF kienet kapaċi takkwista krediti permezz ta' istituzzjonijiet finanzjarji privati u li l-kundizzjonijiet tas-self mogħtija mill-FSIH ma kinux jippreżentaw differenzi sostanzjali mas-suq. Ir-rati tal-imgħax applikati mill-istituzzjonijiet ta' kreditu għal dawn iż-żewġ selfiet, [1-1,5] % (self Sumitomo) u [1,2-1,7] % (self Rabobank), huma aktar baxxi minn dawk mogħtija mill-FSIH (2,05 %). Minn dan jirriżulta li r-riskju soġġettiv inerenti għas-self mogħti mill-FSIH sejjer ikun rifless mir-rata tal-imgħax applikata, ir-rata Euribor ta' 12-il xahar, li hija element li ssaħħaħ is-sigurtà tas-self għall-kreditur fis-sens li jiżgura rata stabbli għal tnax-il xahar.

(215)

Barra minn hekk, skont l-SIF, in-nuqqas ta' garanziji fl-ebda każ ma jista' joħloq vantaġġ. Jekk l-ebda garanzija ma kienet meħtieġa dan huwa minħabba li s-saħħa finanzjarja tagħha, is-sħubija tagħha fil-gruppi NLMK u Duferco u […] kienu jkunu ta' natura li jiżguraw lill-FSIH dwar il-kapaċità tal-SIF biex tħallas lura s-self.

(216)

L-SIF tindika wkoll li marġini ta' 75 punt huwa konformi mal-prattika bankarja ta' dak iż-żmien. Is-self Sumitomo juri li għal livell ta' garanziji normali l-marġini kien ta' [10-50] punt, jiġifieri inqas minn dak indikat fil-komunikazzjoni dwar ir-rata ta' referenza tal-2008, għal klassifikazzjoni tajba (100 punt) jew anke b'saħħitha (75 punt). Bl-istess mod, għas-self ta' Rabobank, il-marġni kien ta' [45-85] punt għal livell ta' garanziji normali. Jirriżulta li jekk wieħed iqis li l-SIF kienet tgawdi minn klassifikazzjoni tajba, marġni ta' 75 punt (inqas minn 100 punt) għal self ta' għaxar snin sejjer ikun konformi mal-użanzi tal-banek li naqqsu sew il-marġni tagħhom f'dak iż-żmien.

(217)

L-SIF tikkonkludi li s-self li ngħata lilha mill-FSIH jikkorrispondi għal kundizzjonijiet tas-suq u ma jagħtih l-ebda vantaġġ.

(218)

L-SIF madankollu tispeċifika li jekk is-self kellu jiġi kklassifikat bħala għajnuna, tali għajnuna tista' tkun kompatibbli mas-suq komuni fl-applikazzjoni tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-qafas temporanju għal miżuri ta' għajnuna mill-Istat biex isostnu l-appoġġ għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali (il-“komunikazzjoni tal-2009”) (13). Biex issir valutazzjoni tal-kompatibbiltà tas-sussidji fuq ir-rati tal-imgħax mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, il-komunikazzjoni tal-2009 tistabbilixxi rata mnaqqsa speċifika għall-perjodu ta' kriżi. L-SIF tindika li l-kundizzjonijiet kollha previsti fil-komunikazzjoni tal-2009 huma sodisfatti: il-kuntratt ġie konkluż fid-29 ta' Settembru 2009 u l-SIF ma kinitx f'diffikultà fl-1 ta' Lulju 2008. Għalhekk, jekk is-self kellu jiġi kklassifikat bħala għajnuna, il-kompatibbiltà tar-rata tal-imgħax tas-self mogħti lill-SIF mill-FSIH għandu jiġi vvalutat fir-rigward tar-rata mnaqqsa.

6.   REAZZJONI TAL-BELĠJU DWAR IL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI

6.1.   REAZZJONI TAL-BELĠJU DWAR IL-KUMMENTI TA' […]

(219)

Il-kummenti ta' […] ma jirrekjedux kummenti partikolari mill-Belġju. Huma jikkonfermaw li d-deċiżjonijiet ittieħdu f'loġika industrijali li tikkorrispondi għal kundizzjonijiet tas-suq.

6.2.   REAZZJONI TAL-BELĠJU DWAR IL-KUMMENTI TAL-SIF

(220)

Il-kummenti tal-SIF ma jirrekjedux kummenti partikolari mill-Belġju. Il-Belġju, barra minn hekk, iddikjara li huwa jinsab għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni fil-każ li s-self mogħti lill-SIF jitqies bħala element ta' għajnuna, bil-għan li ssir verifika tal-kompatibbiltà.

7.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI

7.1.   EVALWAZZJONI TAL-PREŻENZA TA' GĦAJNUNA SKONT L-ARTIKOLU 107(1) TAT-TFUE

(221)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, “kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”. Din id-dispożizzjoni tiddetermina l-kundizzjonijiet li minnhom miżura ta' Stat Membru tista' titqies bħala għajnuna mill-Istat.

(222)

L-ewwelnett, il-miżuri inkwistjoni għandu jkollhom oriġini Statali fis-sens li huma għandhom jinvolvu riżorsi tal-Istat u jkunu attribwibbli lill-Istat. It-tieni, il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk ir-riżorsi tal-Istat jagħtux vantaġġ. It-tielet, il-miżuri għandhom ikunu selettivi (perżempju jindirizzaw lil intrapriża, lil settur ekonomiku jew lil żona ġeografika) għall-kuntrarju ta' miżura b'ambitu ġenerali. Ir-raba', il-miżuri għandhom ikunu jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(223)

Il-Kummissjoni qabel kollox, għas-sitt miżuri inkwistjoni, sejra teżamina l-kriterji tal-oriġini Statali, tal-għażla u tal-impatt fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ intra-Komunitarju. Hija mbagħad sejra tanalizza l-kriterju tal-vantaġġ ekonomiku għal kull miżura.

(224)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Belġju ma kkuntestax l-oriġini Statali tal-finanzjament, l-għażla tiegħu u l-impatt tiegħu fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Għaldaqstant, il-Kummissjoni sejra tkun limitata, għal dawn il-kriterji, biex tikkonferma l-analiżi mwettqa fid-deċiżjoni tal-ftuħ. Il-kundizzjoni relatata mal-eżistenza ta' vantaġġ ekonomiku biss hija kkuntestata mill-Belġju.

7.1.1.   IL-KRITERJI TA' ORIĠINI STATALI U TAL-IMPUTABBILTÀ

(225)

Il-Kummissjoni tfakkar li “Sabiex vantaġġi jkunu jistgħu jiġu kklassifikati bħala għajnuna fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, dawn għandhom, minn naħa, jingħataw direttament jew indirettament permezz ta' riżorsi tal-Istat […] u, min-naħa l-oħra, ikunu attribwibbli lill-Istat […] (14).

(226)

L-organizzazzjoni wara l-miżuri inkwistjoni hija l-kumpanija holding finanzjarja FSIH. L-FSIH, li l-għan tagħha huwa l-intervent f'kumpaniji tal-azzar ibbażati barra mill-pajjiż, hija sussidjarja bi sjieda ta' 100 % mis-SOGEPA, hija stess bi sjieda ta' 100 % mir-reġjun tal-Vallonja. Il-fondi għad-dispożizzjoni tal-FSIH huma għalhekk taħt il-kontroll tar-reġjun tal-Vallonja u b'hekk jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat.

(227)

Id-deskrizzjoni tas-SOGEPA u tal-FSIH turi li r-rwol tal-awtoritajiet pubbliċi huwa deċiżiv fl-interventi tas-SOGEPA u tal-FSIH. Is-SOGEPA taġixxi fuq talba tal-Gvern tal-Vallonja. L-Artikolu 3(1) tal-istatuti tagħha jgħid li “Il-kumpanija għandha l-għan li twettaq il-kompiti kollha fdati lilha mill-Gvern ta' Walloon, (…). F'dan il-kuntest, hija tassigura b'mod partikolari l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet ta' intervent fil-kumpaniji kummerċjali li jieħu l-Gvern ta' Walloon u l-ġestjoni tal-investimenti, l-obbligi, u l-ħlasijiet bil-quddiem jew l-imgħaxijiet li r-Reġjun ta' Walloon jew hija stess jista' jkollhom f'kumpaniji bħal dawn.” Fil-qasam tal-azzar, kull deċiżjoni tas-SOGEPA li taqbeż s-sempliċi ġestjoni tal-immaniġġjar tal-portafolji għandha tikseb ukoll qbil mill-Ministri tal-Ekonomija u tal-Baġit tar-reġjun tal-Vallonja. F'dan ir-rigward, l-artikli tal-gazzetti li dehru fil-gazzetta Le Soir tal-21 ta' Novembru 2011 jirriflettu r-reazzjonijiet tal-Ministri tal-Vallonja responsabbli għall-ekonomija fiż-żmien li ġraw il-fatti. Dawn il-persuni jassumu ovvjament ir-responsabbiltà tal-Gvern tal-Vallonja fir-rigward tal-interventi tal-FSIH.

(228)

Finalment, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri inkwistjoni jissodisfaw il-kriterju tal-oriġini Statali u huma attribwibbli għar-reġjun tal- Vallonja.

7.1.2.   IL-KRITERJU TAL-GĦAŻLA

(229)

Il-miżuri inkwistjoni jikkonċernaw biss il-kumpaniji u s-sussidjarji tal-grupp Duferco. Għalhekk huma selettivi.

7.1.3.   IL-KRITERJI TAL-EFFETT FUQ IL-KOMPETITTIVITÀ U L-KUMMERĊ BEJN L-ISTATI MEMBRI

(230)

Il-grupp Duferco huwa attiv fis-suq tal-azzar. L-interventi tal-FSIH ippermettew lill-grupp Duferco biex iżomm pożizzjoni kompetittiva aktar b'saħħitha minn dik li kieku kien ikollu fin-nuqqas ta' dawn l-interventi. Barra minn hekk, fi ħdan l-Unjoni, is-suq tal-azzar għandu operaturi attivi oħrajn u l-prodotti tal-azzar għandhom ikunu s-suġġett tal-kummerċ bejn diversi Stati Membri. Il-vantaġġ mogħti mill-interventi tal-FSIH f'suq li huwa miftuħ għall-kompetizzjoni affettwa dan il-kummerċ. Fil-fatt, “meta l-għajnuna finanzjarja mill-Istat issaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża meta mqabbla ma' impriżi oħrajn li jikkompetu fil-kummerċ intra-Komunitarju, dawn tal-aħħar għandhom jitqiesu bħala affettwati mill-għajnuna (15).

(231)

Għaldaqstant, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (16), il-miżuri jistgħu jaffettwaw il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

7.1.4.   IL-KRITERJU TAL-VANTAĠĠ EKONOMIKU

(232)

L-operazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mwettqin minn korpi pubbliċi ma jagħtux vantaġġ lid-destinatarju tagħhom u għalhekk ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat, jekk jitwettqu f'kundizzjonijiet normali tas-suq. (17). F'termini oħrajn, jeħtieġ li ssir valutazzjoni dwar jekk, f'ċirkostanzi simili, investitur privat li jopera f'kundizzjonijiet normali tas-suq kienx iwettaq l-istess intervent. Jekk dan ma jkunx il-każ, l-impriża benefiċjarja tkun irċeviet vantaġġ ekonomiku li kieku ma kinitx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, li jpoġġiha f'pożizzjoni aktar favorevoli minn dik tal-kompetituri tagħha. (18).

(233)

Il-Kummissjoni ser teżamina suċċessivament is-sitt miżuri mogħtija lill-grupp Duferco fid-dawl ta' dan il-kriterju.

7.1.4.1.    Miżura 1

(i)   Dwar il-ġustifikazzjonijiet relatati mal-irtirar tal-FSIH

(234)

Il-Kummissjoni tqis li l-analiżi tar-raġunijiet tal-irtirar tal-FSIH, jekk mhijiex biżżejjed biex tagħti prova tan-natura mhux infurmata tal-investiment, madankollu tipprovdi informazzjoni siewja dwar il-miżura inkwistjoni.

(235)

Il-Belġju jiġġustifika l-irtirar tal-FSIH f'Duferco US permezz ta': (i) is-sensazzjoni li kellha l-FSIH, ta' tnaqqis fir-ritmu ekonomiku tal-azzar; (ii) il-konklużjoni tal-ftehim dwar il-provvista taċ-ċangaturi ma' […] li, filwaqt li stabbiliet ir-riżultati, madankollu daħlet f'riskju li tillimita l-qligħ potenzjali ta' Duferco US; (iii) l-eżistenza tal-likwidità abbondanti fi ħdan il-grupp Duferco, li ħolqot opportunitajiet sabiex l-FSIH titrasferixxi l-ishma tagħha f'Duferco US; (iv) in-negozjati li għaddejjin bħalissa għat-trasferiment ta' 50 % tal-SIF lill-NLMK, li kkunsidraw l-integrazzjoni ta' Duferco US fl-ambitu tas-sħubija ma' din tal-aħħar.

(236)

Rigward l-ewwel raġuni, il-Kummissjoni tinnota li fir-risposta tiegħu tat-8 ta' April 2015, il-Belġju tah ftit importanza. Il-Kummissjoni kienet filfatt talbet lill-Belġju biex jipprovdi kull studju, qabel il-miżura, dwar il-prospetti għas-suq tal-azzar għall-ħames snin li ġejjin. Dan ipprovda ħarsa ġenerali tal-qagħda ekonomika Amerikana estratt minn The National Economic Review dwar l-ewwel żewġ erba' xhur tal-2006 u eżami tas-settur tal-azzar tal-10 ta' April 2006 li sar mill-Kreditu Bankarju tal-Isvizzera. L-ewwel żewġ studji huma ħarsiet ġenerali tat-tkabbir Amerikan matul l-ewwel żewġ erba' xhur; huma jikkonkludu tnaqqis fit-tkabbir tal-PDG minħabba tnaqqis fis-settur tad-djar iżda ma jipprevedux reċessjoni fil-qrib. It-tieni studju, li jikkonċerna direttament is-suq tal-azzar, jibqa' kawt fir-rigward tal-evoluzzjoni ta' dan is-suq fl-Istati Uniti:

“1.

Il-qagħda tal-istokks tal-azzar fl-Istati-Uniti tidher dgħajfa, u dan ikompli jappoġġja d-domanda. (…) Għalhekk, għad baqalna (mill-inqas) bosta xhur quddiemna, qabel ma wieħed jibda jinkwieta fuq provvista eċċessiva fis-suq Amerikan. (…)

4.

Huma l-importazzjonijiet (jew il-produzzjoni) li joħolqu l-istokks u din ir-relazzjoni tidher kruċjali għalina għar-raġuni li ġejja. Minkejja li s-suq Amerikan jidher b'saħħtu, aħna naħsbu li r-riskji ta' pressjoni fuq il-provvista (importazzjonijiet u produzzjoni miżjuda) jistgħu jwasslu għall-ħolqien ta' stokks matul is-sena 2006 u għalhekk għat-tnaqqis tas-suq Amerikan sal-aħħar tal-2006, billi l-provvista tkun aktar għolja mid-domanda.”

(237)

Wara l-qari ta' dawn l-istudji, il-Kummisjoni nnotat li huwa għal din ir-raġuni li l-Belġju kkunsidra l-importanza li kellu jkollha l-perċezzjoni tas-suq tal-azzar fid-deċiżjoni tal-FSIH biex tirtira. Il-prospetti ekonomiċi disponibbli fiż-żmien tal-irtirar tal-FSIH fil-fatt jidhru insuffiċjenti biex dan l-irtirar jiġi ppreżentat bħala opportunità reali.

(238)

Fir-rigward tat-tieni raġuni, il-Kummissjoni ssostni li l-konklużjoni ta' kuntratti ta' provvista wasslet għal titjib sinifikanti fir-riżultati ta' Farrell mis-sena finanzjarja 2006. Il-bejgħ nett kważi rdoppja; ir-riżultat operattiv inbidel minn telf ta' USD […] miljun f'riżultat pożittiv ta' USD […] miljun; ir-riżultat nett inbidel minn telf ta' USD […] miljun għal riżultat pożittiv ta' USD […] miljun. Peress li s-sena finanzjarja 2006 ntemmet fit-30 ta' Settembru, l-FSIH ma setgħetx tinjora t-titjib tagħhom f'Ġunju 2006.

(239)

Peress li l-FSIH mhijiex fond ħeġġ, il-Kummissjoni mhijiex konvinta li żieda u stabbilizzazzjoni tad-dħul f'livell adegwat u prevedibbli huma argumenti validi għall-irtirar.

(240)

Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda oġġezzjoni għat-tielet argument, iżda tqis li għandu jiġi kkunsidrat fir-rigward tar-raġuni proprja tal-irtirar tal-FSIH: l-approssimazzjoni bejn Duferco u l-NLMK.

(241)

Fil-fatt jidher li l-inizjattiva tal-irtirar ittieħdet minn Duferco. Kif indikat […] fil-kummenti tagħha lill-Kummissjoni. (19), it-trasferiment mill-FSIH tal-ishma tagħha f'Duferco US kienet kundizzjoni sine qua non għad-dħul tal-NLMK fil-kapital tal-SIF.

“L-NLMK b'mod partikolari ppreżentat kundizzjoni qabel it-twettiq tal-operazzjoni kollha li l-ishma kollha ta' Duferco US ikunu kkontrollati mill-SIF, dan kien jimplika xiri mill-ġdid tal-ishma miżmuma mill-FSIH.”

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, l-FSIH kienet bla dubju f'pożizzjoni b'saħħitha biex tinnegozja t-trasferiment tal-ishma tagħha lil Duferco. F'dan il-kuntest, il-fatt li madankollu ma fittxitx li tirkupra aktar mill-investiment inizjali tagħha ta' EUR 95 miljun, jindika li l-FSIH ma ġabitx ruħha bħala investitur infurmat.

(242)

Kontra preżunzjoni bħal din, fil-kummenti tiegħu l-Belġju wieġeb li l-investiment tal-FSIH kellu jiġi analizzat fil-munita funzjonali ta' Duferco US (id-dollaru), u mhux f'dik tal-FSIH (l-euro). F'dollaru, il-prezz tal-bejgħ miksub mill-FSIH (USD […] miljuni) kien jagħtih rendiment diċenti ta' 6,81 % kull sena. Il-Kummissjoni mhijiex tal-istess fehma għal żewġ raġunijiet. L-ewwelnett, hija tqis li l-unika munita li tagħmel sens għall-FSIH, bħala maniġer ta' fondi tal-euros, hija l-euro. It-tieni, u iktar fundamentali, hija tispeċifika li dan id-dibattitu ma għandu l-ebda influwenza fuq l-unika mistoqsija importanti, li hija li wieħed ikun jaf jekk dan il-prezz ta' USD […] miljun (jew, bl-istess mod EUR […] miljun) ikunx jikkorrispondi mal-prezz tas-suq li seta' jikseb investitur privat f'ċirkostanzi simili. Wara dan il-kuntest meħtieġ, il-Kummissjoni issa tixtieq twieġeb din il-mistoqsija.

(ii)   Dwar l-imġiba tal-FSIH bħala investitur privat

(243)

Fil-mument tan-negozjar tat-trasferiment tal-ishma tagħha f'Duferco US, il-Kummissjoni qabel xejn issostni li l-FSIH ma stabbilietx proċedura ta' sejħa għal offerti miftuħa, trasparenti u mingħajr kundizzjonijiet peress li skont din tal-aħħar, “kien improbabbli li ddur lejn akkwirent terz għat-trasferiment ta' sehem minoritarju f'kumpanija privata (mhux imniżżla) (20). L-eżami tar-raġunijiet tal-irtirar tal-FSIH jiskredita dan l-argument b'mod ċar: jekk l-FSIH ma fittxitx li tikkompeti ma' Duferco, għamlet dan biex togħġob lilha, li kellha ħtieġa urġenti tal-ishma tal-FSIH biex tikkonkludi l-ftehim mal-NLMK.

(244)

Iżda l-Kummissjoni mhux dejjem teżiġi l-implimentazzjoni ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti (21) biex jiġi kkwalifikat bejgħ konformi mal-prezz tas-suq. Għall-kuntrarju, f'dan il-każ hija tirrakkomanda li wieħed jirrikorri għal valutazzjonijiet minn esperti independenti sabiex tiġi determinata valutazzjoni tal-prezz tas-suq.

(245)

Madankollu, l-FSIH ma rrikorriet għall-ebda valutazzjoni minn esperti ta' dan it-tip. Il-Belġju kkunsidra f'dan ir-rigward li l-iżvilupp ta' rapport ta' valwazzjoni kien inutli daqs sejħa għal offerti “fir-rigward tal-involviment attiv u effettiv tal-FSIH f'Farrell sa mid-dħul tagħha fil-kapital fl-2003 u l-għarfien sħiħ tagħha tas-settur tal-azzar (22).

(246)

Il-Kummissjoni għalhekk issostni li ż-żewġ metodi użati normalment minnha biex jiġi stabbilit prezz tas-suq, jiġifieri s-sejħa għall-offerti jew valutazzjoni minn esperti indipendenti, ma ġewx implimentati mir-reġjun tal-Vallonja.

(247)

Meta Stat Membru jappoġġja operazzjoni ekonomika li tissodisfa l-kriterju ta' investitur privat f'ekonomija tas-suq, għandu jipprovdi elementi li juru li d-deċiżjoni li ssir l-operazzjoni tkun ittieħdet, f'dak iż-żmien, fuq il-bażi tal-valutazzjonijiet ekonomiċi kumparabbli ma' dawk li, f'ċirkostanzi simili, operatur privat razzjonali seta' jistabbilixxi bil-għan li jiġi determinat vantaġġ ekonomiku li joħroġ minnu.

(248)

Mis-sentenza tal-EDF fil-fatt jirriżulta dan li ġej (23):

“83

Dawn l-elementi għandhom juru b'mod ċar li, qabel jew fl-istess waqt tal-għoti tal-vantaġġ ekonomiku […], l-Istat Membru kkonċernat ħa d-deċiżjoni li jwettaq, permezz tal-miżura effettivament implementata, investiment fl-impriża pubblika kkontrollata.

84

F'dan ir-rigward jistgħu jkunu meħtieġa, b'mod partikolari, provi li juru li din id-deċiżjoni hija bbażata fuq evalwazzjonijiet ekonomiċi paragunabbli għal dawk li, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, investitur privat razzjonali li jinsab fl-eqreb sitwazzjoni possibbli għal dik tal-imsemmi Stat Membru kien jagħmel, qabel ma jwettaq l-imsemmi investiment, sabiex jiddetermina l-profittabbiltà futura ta' tali investiment.

85

Min-naħa l-oħra, evalwazzjonijiet ekonomiċi magħmula wara l-għoti tal-imsemmi vantaġġ, il-konstatazzjoni retrospettiva tal-profittabbiltà effettiva tal-investiment imwettqa mill-Istat Membru kkonċernat jew ġustifikazzjonijiet ulterjuri tal-għażla tal-proċess effettivament użat ma jistgħux ikunu biżżejjed sabiex jiġi stabbilit li dan l-Istat Membru ħa, qabel jew fl-istess waqt ta' dan l-għoti, tali deċiżjoni fil-kwalità tiegħu ta' azzjonist […].”

(249)

Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-metodi ta' valwazzjoni stabbiliti mill-Belġju u minn […] huma studji ta' wara l-implimentazzjoni tal-miżura inkwistjoni. Huma twettqu biss biex jindirizzaw it-tħassib tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ, jiġifieri sew wara l-fatti inkwistjoni.

(250)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva fil-kummenti ta' […] (24) li, meta din tal-aħħar talbet lill-KPMG biex tistabbilixxi mill-ġdid a posteriori il-valwazzjoni ta' Duferco US, il-KPMG kellha twarrab l-approċċ mid-dħul, fin-nuqqas ta' kull pjan tan-negozju li ġie ppreparat f'dak iż-żmien minn Duferco US.

(251)

Il-Kummissjoni talbet tliet darbiet għal kull dokument preċedenti li juri l-eżistenza tal-ħidmiet preliminari għad-deċiżjoni tal-FSIH (25). Il-Belġju wieġeb li mill-2003, id-data tad-dħul tal-FSIH fil-kapital ta' Duferco US, tliet amministraturi li kienu qegħdin jirrappreżentaw lill-FSIH kienu preżenti fil-bord tad-diretturi ta' Duferco US u ta' Farrell, u kienu involuti fil-ġestjoni ta' dawn il-kumpaniji. Ħafna rapporti ġew skambjati bejn l-azzjonisti ta' Duferco US (26). Il-Belġju għalhekk ikkomunika żewġ eżempji ta' rapporti ta' Awwissu 2004 u Marzu 2005. Dawn ir-rapporti huma rendikont ta' ftit paġni ta' żewġ żjarat lil Farrell, magħmulin minn rappreżentanti tal-FSIH. Il-Kummissjoni tqis li huma ma jippermettux li tiġi definita l-valwazzjoni tas-sehem tal-FSIH f'Duferco US. Il-Belġju jqis li dawn l-esperti tal-azzar kienu f'pożizzjoni li jivvalutaw huma nfushom is-sitwazzjoni tal-impriża (27). Il-Kummissjoni madankollu tinnota li l-Belġju ma pproduċa l-ebda nota, korrispondenza jew dokumenti oħrajn relatati mal-iskambji li jista' jkollhom dawn l-esperti tal-azzar mal-grupp Duferco biex jiġi determinat il-prezz tas-sehem tal-FSIH f'Duferco US.

(252)

Fid-dawl ta' dawn il-fatti, ir-raġunijiet tal-irtirar tal-FSIH u tal-ġurisprudenza fis-sentenza tal-EDF, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-FSIH ma ġabitx ruħha bħala investitur privat f'ekonomija tas-suq matul it-trasferiment ta' dawn l-ishma f'Duferco US.

(iii)   Il-kwantifikazzjoni tal-element ta' għajnuna

(253)

Il-Kummissjoni uriet li billi ma ġabitx ruħha bħala investitur privat, l-FSIH tat vantaġġ ekonomiku lid-DII, li kieku din tal-aħħar ma kinitx tikseb f'kundizzjonijiet normali tas-suq.

(254)

Fin-nuqqas ta' provi mill-Belġju li valutazzjoni ex ante ta' Duferco US kienet twassal għall-prezz tal-bejgħ effettivament imħallas, il-Kummissjoni mxiet lejn il-valutazzjoni proprja tagħha tal-valwazzjoni ta' Duferco US sa 49,99 % (parti miżmuma mill-FSIH).

(255)

L-ewwelnett, il-Kummissjoni tirrifjuta li teskludi kompletament il-metodu ta' valutazzjoni mill-fondi proprji, użati fid-deċiżjoni tal-ftuħ. Madankollu u sabiex tqis il-kummenti tal-Belġju dwar il-limitazzjonijiet intrinsiċi ta' dan il-metodu, il-Kummissjoni ma tużahx ħlief għall-verifika.

It- tabella Nru 1

Fondi proprji u riżultati netti ta' Duferco US (eluf ta' USD)

 

2003/09

2004/09

2005/09

2006/09

Fondi proprji

51 912

129 686

115 795

140 577

Riżultat nett

– 6 596

77 716

– 13 891

24 782


It-tabella Nru 2

Fondi proprji u riżultati netti ta' Farrell (eluf ta' USD)

 

2003/09

2004/09

2005/09

2006/09

Fondi proprji

78 721

157 370

134 150

139 402

Riżultat nett

– 7 034

78 591

– 13 279

25 458

(256)

Minn din l-informazzjoni, jirriżulta sempliċiment li metodu ta' valwazzjoni bbażat fuq il-valur tal-fondi proprji bla dubju jwassal għal valur aktar għoli fl-2006 milli fl-2003.

(257)

Il-Kummissjoni madankollu stmat il-valur tas-sehem tal-FSIH f'Duferco US skont il-metodu previst mill-Belġju: dak tal-multiplu tal-EBITDA. Dan il-metodu jirrikjedi l-kalkolu ta' (i) l-EBITDA għall-2006 (sena tat-trasferiment) u (ii) multiplu li għandu jiġi applikat lilu, minn kumpaniji komparabbli.

(258)

Il-Belġju jirrakkomanda li jibbaża fuq EBITDA inkluż bejn EUR 25 u 42 miljun għall-2006. Skont il-kontijiet konsolidati ta' Duferco US fit-30 ta' Settembru 2006 (28), l-EBITDA fil-verità żdied għal USD 52,25 miljun (introjtu operatorju: 45,97 + deprezzament u amortizzament: 6,28). L-essenzjali ta' dan ir-riżultat tajjeb kellu jkun diġà magħruf fl-14 ta' Ġunju 2006, peress li kien għad baqa' biss xahrejn u nofs qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja. Il-Kummissjoni tqis għalhekk li l-firxa rrakkomandata mill-Belġju hija inġustament baxxa. Barra minn hekk tinnota li l-istudju li sar wara mill-KPMG għandu EBITDA “provviżorju” għas-sena finanzjarja 2006 ta' USD 42 miljun. Il-konfront ta' dawn l-elementi differenti wassal lill-Kummissjoni biex iżżomm valur tal-EBITDA ta' USD 47,12 miljun. (29) seta' ġie antiċipat b'mod realistiku matul is-sena 2006.

(259)

L-istima tal-Kummissjoni hija appoġġjata mill-elementi li ġejjin. Fit-12 ta' Ġunju 2006, f'nota (30) għall-bord tad-diretturi tagħha tal-14 ta' Ġunju, l-FSIH ipprevediet riżultat stabbilit ta' “USD 20 sa 25 miljun” għall-2006 u s-snin ta' wara. Dan qabel xejn jikkonferma li l-FSIH kellha ċerta viżibbiltà tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija. Iżda fuq kollox dan jagħti indikazzjoni tajba tal-livell tal-EBITDA li seta' jkun mistenni ex ante. Ir-rikostituzzjoni kontabbli u finanzjarja mwettqa mill-KPMG fl-2014 fil-fatt ikkonkludiet li riżultat nett ta' EUR 20,3 miljun jaqbel mal-EBITDA ta' EUR 42,3 miljun. Li kieku wieħed ikollu jieħu dan il-proporzjon EBITDA/riżultat nett ta' 2,09 u japplikah għal riżultat nett provviżorju ta' EUR 22,5 miljun (medja aritmetika tal-firxa antiċipata mill-FSIH fin-nota tagħha lill-bord tad-diretturi), b'hekk ikollna EBITDA provviżorja għall-2006 ta' EUR 47 miljun — ammont qrib sew tal-EUR 47,12 miljun stmat mill-Kummissjoni fil-premessa preċedenti.

(260)

Fir-rigward tal-multiplu li għandu jiġi applikat, il-Kummissjoni terġa tieħu dak ibbażat fuq il-metodolġija ta' Hatch Beddows matul il-valutazzjoni ta' Duferco US imwettqa fl-2003, jiġifieri multiplu ta' […]. Dan l-istudju fil-fatt jikkostitwixxi l-unika analiżi ex ante disponibbli matul it-trasferiment.

(261)

Jirriżulta li l-valur tas-sehem tal-FSIH f'Duferco US jammonta għal USD […] miljun. (31). L-ammont ta' għajnuna jikkorrispondi għad-differenza bejn din il-valutazzjoni u l-prezz tat-trasferiment ta' USD […] miljun adottat fl-2006, jiġifieri USD 15,24-il miljun.

(262)

Ma' dan l-ammont għandu jiġi miżjud il-valur tal-opzjoni ta' xiri, jiġifieri USD […] miljun kif stamt ex post mill-KPMG. L-ammont totali tal-għajnuna riċevuta mid-DII b'hekk huwa ta' USD 15,34-il miljun, jiġifieri fil-prinċipju EUR 11,58-il miljun. (32).

(263)

Il-Kummissjoni tinnota li l-ammont ta' għajnuna għaldaqstant stmat jikkonferma li l-prezz tal-bejgħ tas-sehem tal-FSIH f'Duferco US ma jikkorrispondix għal dak li investitur privat li jopera f'kundizzjonijiet normali tas-suq seta' jilħaq.

7.1.4.2.    Miżura 2

(i)   Dwar il-ġustifikazzjonijiet relatati mal-irtirar tal-FSIH

(264)

Fil-kummenti tiegħu, il-Belġju ġġustifika l-irtirar tal-FSIH fid-DPH bil-fatturi li ġejjin: iċ-ċikliċità tas-settur, id-dħul u l-influwenza ta' investituri ġodda privati fil-grupp Duferco ([…] u l-NLMK), id-disponibbiltà ta' likwidità fi ħdan il-grupp Duferco.

(265)

Jekk l-aħħar fattur ma joħloq l-ebda dubju, min-naħa l-oħra l-Kummissjoni tikkontesta li l-ewwel żewġ fatturi kellhom rwol deċiżiv. Filfatt, l-ebda waħda minn dawn iż-żewġ raġunijiet ma tidher fil-minuti tal-bord tad-diretturi tal-14 ta' Ġunju 2006 tal-FSIH (33), li titratta t-trasferiment tal-ishma tad-DPH. Min-naħa l-oħra, il-minuti rrappurtaw motivazzjoni oħra aktar urġenti: ħtieġa ta' likwidità urġenti tal-ishma tal-FSIH.

“Fit-tmiem tal-2005, l-F.S.I.H. iffaċċjat ħtiġijiet importanti ta' flus biex tiffinanzja proġetti urġenti.

Fl-istess żmien, il-Grupp Duferco kellu l-opprotunità li jbigħ l-entità industrijali li tinsab fir-Russja.

L-F.S.I.H. ħadet din l-opportunità biex titlob lill-[kumpanija li f'dak iż-żmien kienet tikkontrolla lid-DPH] biex terġa tixtri l-ishma tagħha fid-D.P.H.”

(266)

Ta' min ifakkar li l-FSIH ingħatat EUR 108 miljun mis-SOGEPA mal-istabbiliment tagħha. Fi tmiem l-2005, din is-somma kienet kważi immobilizzata kollha kemm hi: EUR 95 miljun kienu investiti f'Duferco US u EUR 80 miljun fid-DPH. Madankollu, fl-2006 l-FSIH xtaqet tappoġġja proġetti oħrajn, li bla dubju kienu meqjusin bħala iktar ta' prijorità skont l-awtorità pubblika tal-Vallonja. Dawn il-proġetti jinkludu r-rikondizzjonar tal-forn tal-blast u tal-fran tal-kokk ta' Carsid, “proġett strateġiku għall-ġejjieni tal-industrija tal-azzar fil-baċir ta' Charleroi [u] li ċertament jaqa' taħt is-suġġett tas-SOGEPA” (34).

(267)

Fid-dawl ta' dawn ir-raġunijiet, jidher li dawn huma kunsiderazzjonijiet prinċipalment politiċi u soċjali li ddeċidew li l-FSIH tittrasferixxi s-sehem tagħha fid-DPH: l-FSIH għandha ssib mill-ġdid likwiditajiet biex tkun tista' tkompli tappoġġja l-industrija tal-azzar fil-Vallonja. Billi għamlet hekk, l-FSIH ma kellhiex f'moħħha li tivvaluta s-sehem tagħha fil-massimu tiegħu. Għall-kuntrarju, il-kumpanija tal-Vallonja ġiet f'pożizzjoni ta' djgħufija biex tinnegozja ma' Duferco l-ħruġ tagħha mid-DPH.

(ii)   Dwar l-imġiba tal-FSIH bħala investitur privat

(268)

F'dan il-kuntest, il-[kumpanija li f'dak iż-żmien kienet tikkontrolla lid-DPH] kienet kompletament ħielsa biex tagħmel offerta ta' xiri mill-ġdid aggressiva. Huwa għalhekk li l-FSIH nediet studju indipendenti biex tagħmel validazzjoni tal-offerta tal-[kumpanija li f'dak iż-żmien kienet tikkontrolla lid-DPH], kif jidher fil-minuti tal-bord tad-diretturi tal-14 ta' Ġunju 2006 tal-FSIH (35):

“Sabiex jiġi vvalidat il-prezz propost għat-tranżazzjoni, l-FSIH mexxiet valwazzjoni tal-Grupp mill-kumpanija Ersnt & Young.”

(269)

Meta korp pubbliku jbigħ assi lil persuna privata, għandu jiġi determinat jekk il-prezz tat-trasferiment huwiex ekwivalenti għall-prezz tas-suq jiġifieri li jikkorrispondi għal dak li seta' jinkiseb minn akkwirent f'kundizzjonijiet tas-suq. Għalhekk, il-korp pubbliku għandu jirrikorri għal proċedura ta' sejħa għall-offerti miftuħa, trasparenti u mingħajr kundizzjonijiet, jew fejn dan ma jkunx possibbli għal valutazzjoni minn esperti indipendenti.

(270)

Il-Kummissjoni ma tiċħadx li l-FSIH ġabet ruħha bħala investitur privat fil-mument fejn nediet l-istudju indipendenti ta' Ernst & Young. Madankollu, hija tinnota li minkejja dawn it-talbiet f'dan is-sens (36), il-Belġju naqas milli jipprovdi evidenza li l-konklużjonijiet ta' dan l-istudju tqiesu effettivament fil-mument tan-negozjar bejn il-partijiet. Għall-kuntrarju jidher li fil-pressjoni biex tittrasferixxi s-sehem tagħha, l-FSIH ħalliet f'idejn il-[kumpanija li f'dak iż-żmien kienet tikkontrolla lid-DPH] biex tipproponi prezz, li ġie aċċettat mingħajr ma l-elementi tal-valutazzjoni minn esperti ulterjuri ġew immobilizzati fin-negozjar. Għalhekk, il-Kummissjoni ssostni li r-rapport Ernst & Young 2006 ma ntużax bil-mod ta' investitur privat f'ekonomija tas-suq, u kollox ma' kollox serva biss biex jagħti l-osservanza ta' tranżazzjoni tas-suq lil negozjar li prattikament kien diġà konkluż.

(271)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, jidher li t-“telfiet imposti” argumentati fit-tul mill-Belġju ma ġewx diskussi — jew għall-inqas diskussi biżżejjed — bħala tali mal-[kumpanija li f'dak iż-żmien kienet tikkontrolla lid-DPH] fiż-żmien tan-negozjar. Jidher li, bil-kontra, ġew iffurmati ex post, mill-ġustifikazzjonijiet parzjalment invokati fl-intern mill-FSIH biex jikkonvinċu lilhom infushom mill-ġustifikazzjoni tal-prezz propost mill-[kumpanija li f'dak iż-żmien kienet tikkontrolla lid-DPH].

(272)

Il-Kummissjoni barra minn hekk tinnota li, skont il-Belġju, minkejja l-kritika tar-riżultati tar-rapport Ersnt & Young 2006, ir-reġjun tal-Vallonja ma ra l-ebda ħtieġa biex ifittex valutazzjoni minn esperti kontradittorja kif madankollu kien għamel fl-2003 waqt id-dħul tiegħu f'Duferco US. Madankollu, diskussjonijiet tekniċi u importanti bħal dawk invokati mill-Belġju dwar it-telfiet imposti allegatament innegozjati bejn l-FSIH u l-[kumpanija li f'dak iż-żmien kienet tikkontrolla lid-DPH], kienu jiġġustifikaw f'kull każ opinjoni esperta oħra.

(273)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li ma għandhiex għalfejn tikkummenta dwar it-“telfiet imposti” punt, punt, peress li l-imġiba tal-FSIH fl-ebda każ ma kienet ta' investitur privat f'ekonomija tas-suq. Il-Kummissjoni tikkonkludi li billi biegħet is-sehem tagħha għal USD […] miljun, l-FSIH tat lill-[kumpanija li f'dak iż-żmien kienet tikkontrolla lid-DPH] vantaġġ ekonomiku li ma setgħetx tikseb f'kundizzjonijiet normali tas-suq.

(iii)   Il-kwantifikazzjoni tal-element ta' għajnuna

(274)

L-unika valutazzjoni minn esperti indipendenti ta' dak iż-żmien tindika prezz tas-suq bejn USD […] u […] miljun, l-element ta' għajnuna għall-[kumpanija li f'dak iż-żmien kienet tikkontrolla lid-DPH] preżenti f'dan ir-rigward tammonta għad-differenza bejn il-bażi ta' din il-firxa u l-prezz effettiv tat-tranżazzjoni, jiġifieri USD 25,58 miljun (jew EUR 20,36 miljun) (37)).

7.1.4.3.    Miżura 3

(i)   Dwar in-natura pari passu tal-operazzjoni

(275)

Il-konformità ta' operazzjoni mal-prinċipju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq titqies bħala sodisfatta jekk tista' tingħata prova li din l-operazzjoni saret pari passu bejn l-investituri pubbliċi u privati.

(276)

Il-Belġju jsostni li l-investiment tal-FSIH fid-DSIH huwa pari passu ma' dak ta' Duferco Développement peress li (i) ir-riskji huma l-istess għall-FSIH u Duferco Développement (id-DSIH ma tappartjenix la għall-grupp Duferco u lanqas għall-FSIH qabel investiment ta' ekwità konġunt tagħhom), li (ii) l-ammonti miġjuba huma identiċi u li (iii) l-interventi huma konkomitanti.

(277)

[…] jikkonferma l-argumenti magħmulin mill-Belġju.

(278)

Il-Kummissjoni ma tikkontestax il-konkomittanza fiż-żmien tal-operazzjonijiet. Min-naħa l-oħra, hija tirrifjuta l-ewwel żewġ argumenti tal-Belġju u għalhekk tqis li l-investiment ta' ekwità tal-FSIH mhuwiex pari passu ma' dak ta' Duferco Développement.

(279)

Minkejja li d-DSIH ġiet kostitwita formalment barra l-grupp Duferco, il-Kummissjoni tinnota li fil-fatt d-DSIH serviet bħala strument sempliċi għal Duferco biex takkwista flimkien mal-FSIH kumpanija, Carsid Développement, li kellha l-kapital kollu tal-SIF. Ta' min ifakkar li Duferco kienet l-azzjonista unika tal-SIF sat-18 ta' Diċembru 2012, id-data tax-xiri ta' 50 % tal-kumpanija holding Lussemburgiża mill-NLMK.

(280)

Għaldaqstant, il-grupp Duferco ħallas EUR […] miljun biex jakkwista Carsid Développement permezz tad-DSIH, u rċieva EUR […] miljun għall-bejgħ ta' Carsid Développement permezz tas-sussidjarja tagħha SIF. Din l-operazzjoni, li fil-verità tikkostitwixxi biss trasferiment sempliċi ta' sussidjarji, hija ta' benefiċċju għall-grupp Duferco filwaqt li tirrappreżenta somma mħallsa ta' EUR […] miljun għall-FSIH.

(281)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li fl-investiment ta' ekwità ugwali, l-FSIH ġabet EUR […] miljun fi flus kontanti għal sussidjarja tal-grupp Duferco, filwaqt li din tal-aħħar irċeviet EUR […] miljun nett mingħajr ma kellha tidħol f'riskju ġdid. F'dawn il-kundizzjonijiet, ma jistax jingħad li l-investiment kien pari passu.

(ii)   Dwar l-imġiba tal-FSIH bħala investitur privat

(282)

Lil hinn min-natura mhux pari passu tal-operazzjoni, il-Kummissjoni tagħti r-raġunijiet li jippermettulha tikkonkludi mingħajr ambigwità għan-nuqqas ta' konformità tal-operazzjoni mal-prinċipju tal-investiment privat f'ekonomija tas-suq. Dawn ir-raġunijiet huma marbutin mal-manjiera li biha l-FSIH ivvalutat l-investiment ta' ekwità fid-DSIH, fir-rigward b'mod partikolari ta' (i) l-assi u l-obbligazzjonijiet miżmuma minn Carsid Développement, u (ii) l-valwazzjoni tal-proġett […].

(283)

Carsid Développement ġiet stabbilita fl-2006 mid-diviżjonijiet parzjali tal-kumpanija ewlenija tagħha Carsid iġġib numru ta' assi fin-natura tagħha għall-kumpanija li għadha kif ġiet stabbilita. Din il-kontribuzzjoni ġiet ivvalutata mill-KPMG fl-14 ta' Novembru 2006. (38). Ir-rapport tal-KPMG (“ir-rapport KPMG 2006”) jippreżenta kontribuzzjoni tal-assi sa EUR […] miljun, li tammonta għal aktar minn 99 % ta' pretensjonijiet kummerċjali lejn Duferco La Louvière Sales, u ta' kontribuzzjoni tal-assi ta' ammont simili (EUR […] miljun) li jikkorrispondi għal dispożizzjoni għal riskji ambjentali maħsuba biex tkopri l-ispejjeż ta' riabilitazzjoni li għadhom ma ġġarbux fis-sit ta' Carsid.

(284)

L-FSIH ikkunsidrat sew il-EUR […] miljun ta' pretensjonijiet kummerċjali fil-valwazzjoni ta' Carsid Développement (u għalhekk tad-DSIH) (39). Min-naħa l-oħra u minkejja talba mill-Kummissjoni f'dan is-sens (40), il-Belġju ma pprovdiex evidenza konvinċenti tat-teħid in kunsiderazzjoni tal-obbligu ta' Carsid Développement fil-valwazzjoni tad-DSIH mill-FSIH. Il-Belġju fil-fatt jallega li fil-verità dan l-obbligu ma kienx jikkorrispondi għall-ebda obbligu legali, peress li r-regolament relatat mal-ħamrija mniġġsa applikabbli fil-Vallonja ġie kienx għadu ġie stabbilit qabel l-2008. Riabilitazzjoni kellha ssir biss fil-kuntest ta' valwazzjoni ulterjuri tal-art. Madankollu, f'dan l-aħħar każ, l-ispejjeż ta' riabilitazzjoni kienu jiġu kkumpensati kompletament mill-valur tal-art riabilitata, allegatament stabbilit mill-ishma ta' EUR […] miljun. Għalhekk ma kienx hemm skop biex tiġi vvalutata d-dispożizzjoni ambjentali għalkemm kienet inkluża fil-kontijiet. Il-Kummissjoni ssostni li l-Belġju ma pprovda l-ebda evidenza ta' dawn id-diskussjonijiet lill-Kummissjoni, u lanqas ta' ebda valutazzjoni minn esperti li tagħti prova tal-valur tal-artijiet riabilitati. Hija għalhekk tikkonkludi li dan l-obbligu ma ġiex ikkunsidrat b'mod sodisfaċenti matul il-valwazzjoni ta' Carsid Développement mill-FSIH.

(285)

Fir-rigward tal-proġett […], ir-reġjun jallega li l-FSIH ibbażat l-analiżi tagħha fuq elementi objettivi ta' spejjeż, identifikati fi studju indipendenti kkummissjonat fl-2006 minn Duferco għal impriża speċjalizzata fir-riabilitazzjoni ta' siti abbandunati u depożiti tal-iskart (is-“SPAQuE”) u fuq valutazzjonijiet tal-valur tas-suq tal-artijiet imnaddfa mit-tniġġis.

(286)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi r-rilevanza tal-elementi tal-ispejjeż, stabbiliti f'dak iż-żmien minn esperti indipendenti. Għall-kuntrarju, hija tosserva li l-valur tas-suq tal-artijiet imnaddfa mit-tniġġis ma jaqa' taħt l-ebda studju indipendenti ex ante. Il-Belġju jiġġustifika ċ-ċifra ta' EUR […] miljun minn studju tal-espert Galtier imwettaq fl-2010, jiġiferi erba' snin wara l-miżura inkwistjoni.

(287)

Il-Kummissjoni tinnota li l-istudju indipendenti ta' SPAQuE fl-2006 madankollu ppropona valutazzjoni tad-dħul li seta' jittieħed mill-bejgħ tal-artijiet imnaddfa mit-tniġġis. (41). Fl-ebda wieħed mix-xenarji previsti minn SPAQuE, id-dħul ma kien jaqbeż il-EUR […] miljun. Fuq il-bażi ta' din id-data ta' dak iż-żmien, jidher għalhekk li huwa impossibbli li jiġi ġġustifikat il-valur ta' EUR […] miljun mħallas mill-FSIH.

(288)

Finalment, u anke jekk wieħed jaċċetta il-projezzjoni ta' EUR […] miljun meħuda mill-Belġju, il-Kummissjoni ssostni li għal investitur privat f'ekonomija tas-suq, mhuwiex komuni li jivvaluta proġett mis-somma mhux skontata mill-ispejjeż u l-qligħ tagħha. Investitur privat f'ekonomija tas-suq filfatt ma jivvalutax bl-istess mod il-qligħ li jiġi materjalizzat biss fil-futur imbiegħed u xi spejjeż li jridu jitwettqu dalwaqt.

(289)

Il-Kummissjoni tinnota li żbalji ta' evalwazzjoni bħal dawn ma kinux isiru li kieku sar eżerċizzju komplet u unifikat tal-valwazzjoni ta' Carsid Développement f'dak iż-żmien. Il-Kummissjoni ssostni għalhekk li l-FSIH ma għamlitx, ex ante, valwazzjoni ekonomika tat-tip bħal dawk magħmulin minn investitur privat f'ekonomija tas-suq.

(290)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq u tal-ġurisprudenza tal-EDF diġà indikata fil-premessa 248, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-FSIH ma ġabitx ruħha bħala investitur privat f'ekonomija tas-suq u, billi għamlet dan, tat vantaġġ ekonomiku lid-DSIH f'kundizzjonijiet li mhumiex tas-suq.

(iii)   Il-kwantifikazzjoni tal-element ta' għajnuna

(291)

It-trasferiment mid-DSIH tal-attivitajiet tagħha ta biss lok għal pretensjoni waħda, mhux miġbura u illum miżmuma minn Duferco Wallonie, il-Kummissjoni tqis li l-ammont ta' għajnuna miftiehem mad-DSIH huwa ugwali għall-ammont totali tal-investiment ta' ekwità tal-FSIH, jiġifieri EUR […] miljun.

7.1.4.4.    Miżuri 4 u 5

(i)   In-natura inadegwata ta' approċċ komparattiv

(292)

Il-Kummissjoni tqis li qabel ma jiġi vvalutat jekk self huwiex element ta' għajnuna, jeħtieġ li jiġi determinat jekk l-impriża benefiċjarja kinitx kapaċi takkwista l-ammonti inkwistjoni b'kundizzjonijiet simili fis-suq tal-kapital (42). Sabiex dawn jiġu vvalutati, il-Kummissjoni tista' tadotta approċċ komparattiv u tivvaluta s-self inkwistjoni fid-dawl tal-operazzjonijiet tas-suq li hi tqis komparabbli. Huwa f'dan il-qafas li l-Kummissjoni talbet lill-Belġju jindika jekk il-[kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien] u l-SIF akkwistawx fl-2009 self komparabbli permezz tal-istituzzjonijiet finanzjarji minbarra l-FSIH u, f'każ li dan huwa minnu, taħt liema kundizzjonijiet.

(293)

Il-Belġju pprovda lill-Kummissjoni tabelli sommarji b'ċertu numru ta' self mogħti lill-[kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien] u lill-SIF.

(294)

Fir-rigward tal-[kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien], il-Belġju speċifika li l-kumpanija holding mhux operattiva, il-[kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien] qatt ma kellha l-ħtieġa li tirrikorri għal self bankarju b'tali mod li jkun impossibbli jiġu mqabbla dawn iż-żewġ rati mar-rata applikata effettivament mill-banek f'dik il-kumpanija partikolari. Għall-[kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien], il-punti ta' tqabbil ipprovduti mill-Belġju jirrigwardaw għalhekk is-sussidjarji kollha tal-kumpanija.

(295)

Għall-[kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien] bħall-SIF, il-Kumissjoni kienet diġà ddeċidiet fid-deċiżjoni ta' ftuħ tagħha. (43) li t-tabelli kienu jinkludu s-selfiet li ma kinux komparabbli ma' dawk diskussi hawn: maturazzjonijiet differenti (ġeneralment, iqsar minn dawk taż-żewġ selfiet inkwistjoni), ammonti differenti (ħafna inqas għolja miż-żewġ selfiet), natura differenti (it-tabelli jinkludu pereżempju s-self li jista' jerġa jintuża għal sena u awtorizzazzjonijiet ta' skoperti) u finalment, natura ta' garanziji differenti (ipoteki fuq proprjetà jew assi oħrajn tanġibbli).

(296)

Il-Belġju kkritika lill-Kummisjoni li ma ġġustifikatx biżżejjed ir-rifjut tagħha li żżomm is-self magħmul bħala element validu ta' paragun. Il-kriterji ta' analiżi kkunsidrati mill-Kummissjoni fil-fatt mhux sejrin ikunu eliġibbli peress li, skont il-Belġju (44), ir-rata tal-imgħax ma tiddependix (i) la fuq il-maturazzjoni tas-self, (ii) la fuq in-natura tas-self, (iii) u lanqas fuq l-ammont tas-self.

(297)

Għall-kuntrarju tal-allegazzjonijiet tal-Belġju, il-Kummissjoni ssostni li normalment fil-kamp finanzjarju huwa aċċettat li l-maturazzjoni ta' self mingħajr dubju għandha influwenza fuq id-determinazzjoni tar-remunerazzjoni tagħha. Għalhekk, il-Bank Ċentrali Ewropew ippreżenta fi grafika (45) ir-relazzjoni bejn ir-rata ta' remunerazzjoni ta' self u tal-maturazzjoni tagħha. Jirriżulta b'mod ċar ħafna mill-kurva li r-remunerazzjoni tiżdied skont il-maturazzjoni tas-self u b'mod partikolari fl-ewwel għaxar snin. Din l-osservazzjoni ġejja wkoll mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Fil-kawża ta' Arbel Fauvet  (46), il-Qorti Ġenerali kkonfermat l-analiżi tal-Kummissjoni li tipprovdi li l-kundizzjonijiet tar-remunerazzjoni ta' kreditu fuq terminu qasir u ta' kreditu fuq terminu twil ma jistgħux ikunu simili:

“Fil-fatt, iż-żieda tal-overdraft fil-kont kurrenti mogħti minn bank privat huwa kreditu għal perijodu qasir ħafna, kuntrarjament għall-ħlasijiet bil-quddiem kontenzjużi li huma mifruxa fuq tliet snin, u li għalhekk ma huwiex is-suġġett għall-istess analiżi ta' riskju mill-kredituri. Il-fatt li debitur jista' jikseb kreditu għal perijodu qasir ma jippermettix għalhekk li tittieħed deċiżjoni dwar il-possibbiltajiet tiegħu li jikseb self għal żmien itwal, fejn ir-rimbors ikun jiddependi mill-kapaċità ta' sopravivenza tiegħu.”

(298)

Il-Kummissjoni tqis li n-natura tas-self tinfluwenza wkoll ir-remunerazzjoni. Ir-riskju relatat mal-proġett ta' finanzjament ta' fondi rotanti ma jistax jitħallas bl-istess mod bħal dak ta' proġett ta' investiment f'kapital. Peress li l-livell ta' riskju huwa differenti skont in-natura tal-proġett li għandu jiġi ffinanzjat, bħala konsegwenza r-remunerazzjoni tiegħu hija konsegwentement adattata.

(299)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni ma taċċettax l-oġġezzjoni mressqa mill-Belġju, u tikkonferma r-rifjut tagħha li tapplika approċċ komparattiv fuq il-bażi tas-selfiet magħmulin mill-Belġju.

(300)

Wara r-rifjut tal-Kummissjoni biex teżamina s-selfiet magħmulin mill-Belġju, […] u l-SIF xtaqu jirrappurtaw selfiet oħrajn lill-Kummissjoni.

(301)

[…] għalhekk ħolqot tabella sommarja ta' 19-il self b'valuta differenti tal-ammonti li huma aktar għoljin minn dawk elenkati mill-Belġju. Fuq dan id-19-il self, il-Kummissjoni ssostni li wieħed biss ingħata fl-2009. F'dan il-każ jirrigwarda faċilità ta' pagament li seta' jitmexxa għal perjodi ta' xahar (is-self tal-FSIH ġie konkluż għal sitt snin). Il-biċċa l-kbira tas-selfiet l-oħrajn ingħataw bejn l-2003 u l-2008, jiġifieri qabel il-bidu tal-kriżi finanzjarja u għal perjodu li matulu s-suq tal-azzar kien għadu qiegħed jikber. Anke minħabba dawn id-differenzi sostanzjali, il-Kummissjoni tqis li d-19-il self ippreżentat minn […] mhumiex elementi tajbin għal paragun għas-self tal-FSIH.

(302)

Fir-rigward tal-SIF, il-Kummissjoni temmen li ż-żewġ selfiet li ġew irrappurtati lill-Kummissjoni mhumiex rilevanti. Dan ċertament jirrigwarda żewġ selfiet fuq terminu twil. Madankollu, dawn is-selfiet it-tnejn li huma kienu sostnuti minn garanziji importanti: (i) garanziji tas-sehem tad-DPH u l-NLMK; (ii) għas-self ta' Rabobank: […]; (iii) għas-self Sumitomo: garanzija ta' […]. Is-self mogħti mill-FSIH mhuwiex sostnut mill-ebda garanzija. Barra minn hekk, is-selfiet ippreżentati mill-SIF kienu […], filwaqt li s-self mogtħi mill-FSIH huwa […]. Minn dawn l-elementi jirriżulta li s-self mogħti mill-FSIH kien aktar riskjuż mis-selfiet imsemmijin mill-SIF. Għaldaqstant, dawn is-selfiet ma jistgħux iservu bħala elementi ta' paragun.

(303)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-eżempji tas-selfiet ippreżentati mill-Belġju, minn […] u mill-SIF mhumiex komparabbli għaż-żewġ selfiet inkwistjoni. Il-metodu komparattiv mhuwiex konklużiv f'dan il-każ.

(ii)   Analiżi tas-selfiet fid-dawl tal-komunikazzjoni dwar ir-rati ta' referenza tal-2008

(304)

Għall-każijiet fejn huwa diffiċli jew impossibbli jiġu identifikati l-operazzjonijiet komparabbli fis-suq, il-Kummissjoni fasslet indikaturi li jintużaw biex jiddeterminaw jekk is-selfiet jinkludux elementi ta' għajnuna. Għas-selfiet, il-metodoloġija li tippermetti l-kalkolu tar-rata ta' referenza li sejra tiġi implimentata fil-prezz tas-suq hija deskritta fil-komunikazzjoni dwar ir-rati ta' referenza tal-2008. Din il-metodoloġija tibbaża fuq żewġ parametri fundamentali: il-marġni tal-imgħax u l-livell tal-garanziji.

(305)

Il-Kummissjoni l-ewwelnett tixtieq tapplika din il-metodoloġija għas-self mogħti lill-[kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien].

(306)

Il-Belġju jsostni li l-[kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien] setgħet tiġġustifika klassifikazzjoni AAA fil-mument tal-għoti tas-self mill-FSIH. Fuq il-bażi tat-tabella li tidentifika madwar erbgħin self f'euros minn Duferco fl-2009. (47), il-Belġju fil-fatt jargumenta li l-marġni applikati mill-banek kummerċjali għal Duferco jirriflettu klassifikazzjoni AAA sostnuta minn garanziji għoljin, skont il-komunikazzjoni dwar ir-rati ta' referenza tal-2008. Jekk din il-komunikazzjoni tirrifletti fedelment is-suq, isegwi li Duferco setgħet tikkwalifika għal klassifikazzjoni AAA.

(307)

Il-Kummissjoni tiċħad dan l-argument. Is-selfiet identifikati fit-tabella mressqa mill-Belġju jippreżentaw marġni li normalment ikun bejn 70 u 150 punt bażi. Numru importanti ta' dawn is-selfiet ġie nnegozjat għal 100 punt bażi. Madankollu, peress li l-Belġju jidher li qiegħed jisħaq li Duferco ssostni s-selfiet tagħha permezz ta' garanziji għoljin, il-komunikazzjoni dwar ir-rata ta' referenza tal-2008 tindika li marġni ta' 100 punt bażi jikkorrispondi għal klassifikazzjoni BB għal dan il-livell ta' garanziji. Għalhekk, ir-raġunament tal-Belġju għandu l-għan l-aktar li japplika l-klassifikazzjoni BB lill-[kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien].

(308)

Din l-istima tal-klassifikazzjoni finanzjarja tal-[kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien] hija kkonfermata minn paragun bil-klassifikazzjonijiet tal-gruppi prinċipali mondjali tal-azzar tal-2009. L-ewwelnett, l-ebda grupp tal-azzar fil-livell mondjali, hi x'inhi l-aġenzija ta' klassifikazzjoni, ma ġie kklassifikat AAA fl-2009. Il-Belġju barra minn hekk ma jikkontestax dan il-fatt. Dwar l-għaxar gruppi prinċipali mondjali tal-azzar li kienu s-suġġett ta' klassifikazzjoni tal-2009 (48), il-Kummissjoni temmen li tnejn minnhom biss kienu kklassifikati A u A-, tlieta kienu jinsabu fil-kategorija BBB u erbgħa kienu jappartjenu għall-kategorija BB. Il-Kummissjoni tikkonkludi li kien diffiċli għall-grupp Duferco biex jiġġustifika l-klassifikazzjoni ekwivalenti għal AAA fl-2009, u li l-klassifikazzjoni “BB” li tirriżulta mill-approċċ propost mill-Belġju tidher konformi ma' dawk ta' bosta gruppi oħrajn tal-azzar — saħansitra hija l-klassifikazzjoni l-aktar osservata fl-2009.

(309)

Fir-rigward tal-valur tal-garanziji, il-Kummissjoni ma taqbilx mal-Belġju, li jgħid li l-garanziji relatati mas-self mogħti lill-[kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien] jkunu b'saħħithom ħafna. Ta' min ifakkar li, dawn il-garanziji huma kostitwiti minn rahan ta' 15 % tal-ishma tad-DPH u tal-assigurazzjoni ta' ħlas lura bi prijorità għall-iskadenza ta' pretensjoni futura iżda kważi ċerta ta' USD […] miljun.

(310)

L-ewwelnett fir-rigward tar-rahan ta' 15 % tal-ishma tad-DPH, il-Kummissjoni tinnota li, irreġistrata fi […], id-DPH hija kumpanija mhux ikkwotata li l-ishma tagħha għalhekk huma bħala definizzjoni neqsin mil-likwidità. Madankollu, il-valur ta' garanzija jiġi vvalutat skont il-grad ta' likwidità tiegħu f'każ ta' nuqqas minn naħa ta' min jissellef, jiġifieri tal-karattru tal-bejgħ tiegħu f'terminu qasir u mingħajr telf tal-valur. Barra minn hekk, bħal kull sehem ordinarju, il-valur tal-ishma tad-DPH jibqa' varjabbli, li hija problema għall-garanzija ta' self fuq terminu twil li jitħallas lura kollu in fine. Finalment, il-Belġju sostna li l-Kummissjoni enfasizzat is-saħħa finanzjarja tad-DPH fil-punt 148 tad-deċiżjoni tal-ftuħ (żieda tal-fondi proprji u tar-riżultat nett). Il-Kummissjoni tispeċifika li din id-dikjarazzjoni kienet rilevanti għall-perjodu ta' bejn l-2003 u l-2006, u mhux għas-sena 2009. Ir-rapport annwali 2009 ta' Duferco għall-kuntrarju jenfasizza t-tnaqqis drastiku fil-bejgħ, kważi bin-nofs fl-2008, u telf konsolidat ta' madwar USD […] miljun. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li din il-garanzija ma tistax tiġi kkwalifikata bħala normali, iżda għall-kuntrarju għandha tiġi kkwalifikata bħala baxxa.

(311)

Imbagħad fir-rigward tal-pretensjoni ta' USD […] miljun, il-Kummissjoni tfakkar li skont l-Artikolu 3 tal-ftehim tas-self, il-[kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien] kellha tħallas lura s-self tal-31 ta' Diċembru 2015 jew aktar kmieni f'każ ta' bidla fil-kontroll tal-SIF skont il-Konvenzjoni tal-1 ta' Settembru 2008 konkluż minn DII u l-NLMK. F'dan l-aħħar każ, l-Artikolu 6.1 tal-Konvenzjoni jispeċifika li l-[kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien] impenjat ruħha biex talloka bi prijorità u qabel kull pagament jew ħlas lura ieħor ta' kull dejn, l-ammonti meħtieġa għall-ħlas lura dovut skont il-ftehim tas-self. L-Artikolu 6.2 jistipula wkoll li l-[kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien] timpenja ruħha biex tiżgura li d-DII tittardja t-twettiq tal-opzjoni ta' bejgħ tagħha sat-18 ta' Diċembru 2012 u/jew sat-twettiq tal-investimenti msemmijin fl-Anness.

(312)

Il-Kummissjoni tispeċifika li l-valur ta' garanzija jiġi vvalutat skont il-kapaċità ta' implimentazzjoni. Madankollu f'dan il-każ, il-pretensjoni ta' Duferco ma tistax titqies bħala ċerta fil-mument tal-iffirmar tal-ftehim tas-self, peress li d-DII impenjat ruħha biex ma twettaqx l-opzjoni tagħha qabel it-18 ta' Diċembru 2012. Sa din id-data, f'każ ta' nuqqas min-naħa tal-[kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien], il-garanzija ma jkollha l-ebda valur. Madankollu, il-Kummissjoni tagħraf li minħabba l-kuntest ta' dak iż-żmien, l-irtirar ta' Duferco mill-SIF kien ferm probabbli. Il-probabbiltà ta' implimentazzjoni u, de facto, tal-kwalità tagħha, żdiedu maż-żmien, u speċjalment meta Duferco impenjat ruħha biex tuża bħala prijorità l-pretensjoni li saret ċerta għall-ħlas lura tas-self mogħti mill-FSIH. Għaldaqstant, il-Kummissjoni hija tal-fehma li ssegwi l-pożizzjoni tal-Belġju fir-rigward tal-kwalifikazzjoni tal-livell normali tal-garanzija.

(313)

Fir-rigward tal-[kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien] il-Kummissjoni tikkonkludi li għandha tiġi applikata l-klassifikazzjoni BB lill-impriża u lis-selfiet inkwistjoni għandu jiġi applikat livell tal-garanziji li jista' jiġi kkwalifikat bħala normali fl-aħjar każijiet. Fuq il-bażi tal-komunikazzjoni dwar ir-rati ta' referenza tal-2008, il-marġni kellu jkun ta' 220 punt bażi — livell 'il fuq sew mill-75 punt bażi tal-FSIH. Għalhekk ingħata vantaġġ ekonomiku lill-SIF f'kundizzjonijet li mhumiex tas-suq.

(314)

It-tieni, il-Kummissjoni tapplika l-komunikazzjoni dwar ir-rati ta' referenza tal-2008 għas-self mogħti lill-SIF.

(315)

Il-Kummissjoni tosserva li bi qbil ma' Duferco, l-impriża konġunta tal-SIF ma kellhiex klassifikazzjoni pubblika. Fin-nuqqas ta' klassifikazzjoni jew elementi oħrajn li jippermettu l-approssimazzjoni ta' klassifikazzjoni finanzjarja tal-SIF, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda għażla ħlief li tibbaża, b'mod kawt, fuq il-klasssifikazzjoni finanzjarja tal-kumpaniji ewlenin.

(316)

Hija għalhekk issostni li l-kumpanija ewlenija NLMK ġiet ikklassifikata bħala BBB- minn Standard and Poor's, Ba1 minn Moody's u BB+ minn Fitch ratings (klassifikazzjonijiet meħudin mir-rapport annwali 2009 tal-NLMK). Skont il-komunikazzjoni dwar ir-rati ta' referenza tal-2008, dawn il-klassifikazzjonijiet jikkorrispondu, għall-kategorija ta' “klassifikazzjoni sodisfaċenti” (BB). It-tieni kumpanija ewlenija, Duferco, hija wkoll ikklassifikata bħala BB fid-dawl tal-istima meħuda mill-Kummissjoni fil-premessa (313).

(317)

Bħala sussidjarja ta' żewġ kumpaniji (NLMK u Duferco) ikklassifikati BB skont l-istimi tal-Kummissjoni u b'kunsiderazzjoni tal-kuntest makroekonomiku tal-2009 partikolarment iebes fis-settur tal-azzar, il-Kummissjoni tqis li l-klassifikazzjoni tal-SIF tista' tkun kkwalifikata b'mod prudenti u raġonevoli bħala BB.

(318)

Il-Kummissjoni mbagħad issostni li s-self ingħata mingħajr garanzija. L-SIF toġġezzjona li kellha l-kapaċità li tipprovdi l-garanzija tagħha stess, jew dak tal-NLMK jew ta' Duferco: “Jekk l-ebda garanzija ma ntalbet mill-FSIH, dan huwa minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja tagħha ta' dak iż-żmien, is-sħubija tagħha fil-gruppi NLMK/Duferco u l-garanzija offruta mill-NLMK f'każ ta' bidla fil-kontroll li kienu jassiguraw lill-FSIH fir-rigward tal-kapaċitajiet ta' ħlas lura tas-self (49). L-SIF tinsisti fuq is-saħħa tas-sitwazzjoni finanzjarja fl-2008. Madankollu, is-self mogħti mill-FSIH kien fuq medda ta' [7-12]-il sena, bi ħlas lura in fine. Minħabba dawn iż-żewġ karatteristiċi, il-Kummissjoni tqis li kreditur privat kien jeħtieġ garanziji suffiċjenti u proprozjonali biex jagħmlu tajjeb għar-riskju tiegħu matul [7-12], u ma kienx uża biss riżultati finanzjarji tal-SIF fis-sena finanzjarja 2008 biex jirrinunzja għal kull garanzija. Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-livell tal-garanziji marbutin mas-self huwa baxx.

(319)

L-istima tal-klassifikazzjoni finanzjarja tal-SIF (BB) u tal-livell tal-garanziji (baxx) marbutin mas-self tal-FSIH, iwasslu lill-Kummissjoni biex tqis li r-remunerazzjoni ta' 400 punt bażi kienet meħtieġa fid-dawl tal-komunikazzjoni dwar ir-rati ta' referenza tal-2008. Din ir-remunerazzjoni hija ferm ogħla mill-75 punt bażi nnegozjati bejn l-SIF u l-FSIH. Meta ngħata vantaġġ ekonomiku lill-SIF f'kundizzjonijet li mhumiex tas-suq, il-Kummissjoni tikkonkludi li hemm eżistenza ta' għajnuna.

(320)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-ebda kreditur privat ma jkun qabel li jagħti EUR 100 u 75 miljun rispettivament lill-[kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien] u l-SIF, fil-kundizzjonijiet mogħtija mill-FSIH. L-FSIH għalhekk tat vantaġġ liż-żewġ benefiċjarji tas-selfiet billi ma ġabitx ruħha bħala kreditur privat, u dan ipoġġihom f'sitwazzjoni aktar favorevoli minn dik tal-kompetituri tagħhom.

(iii)   Stima tal-ammont ta' għajnuna

(321)

L-ammont ta' għajnuna jirriżulta mid-differenza bejn ir-rati applikati effettivament (1,99 %) u r-rati li ġejjin mill-applikazzjoni tal-komunikazzjoni dwar ir-rati ta' referenza tal-2008, jiġifieri 3,502 % (Euribor ta' 12-il xahar + 220 punt bażi) għall-[kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien] u 4,302 % (Euribor ta' 12-il xahar + 400 punt bażi) għall-SIF, applikati fil-perjodu li jibda mill-jum fejn is-selfiet jkunu ngħataw u fejn ikunu ġew imħallsin lura minn qabel. Għalhekk, is-self lill-[kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien] ġie ffirmat fl-4 ta' Settembru 2009, għal ammont ta' EUR 30 miljun, perjodu ta' sitt snin fil-prinċipju u rata effettiva ta' 2,04 % mar-rilaxx, imbagħad l-ammont żdied b'EUR 70 miljun b'rata effettiva ta' 1,99 % mar-rilaxx. Il-ħlas lura antiċipat seħħ f'Lulju 2011. L-ammont tas-self lill-SIF kien ta' EUR 75 miljun mogħti f'partijiet ta' EUR 20 miljun (Settembru 2009) u ta' EUR 55 miljun (Diċembru 2009), b'rata tal-imgħax effettiva ta' 1,99 % għaż-żewġ partijiet. Xi ħlasijiet lura antiċipati ngħataw f'partijiet tal-kapital u tal-imgħax f'Ġunju 2011, imbagħad fl-2012 u l-2013.

(322)

Fuq bażi ta' kalkolu ta' kapitalizzazzjoni ssimplifikata, għal għanijiet illustrattivi, l-ammont ta' għajnuna jammonta għal madwar EUR 2,08 miljuni għas-self lill-[kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien] u EUR 10,41 miljuni għas-self lill-SIF (50).

7.1.4.5.    Miżura 6

(i)   Dwar in-natura pari passu tal-operazzjoni

(323)

Il-konformità ta' operazzjoni mal-prinċipju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq titqies li teżisti jekk tista' tingħata prova li din l-operazzjoni saret pari passu bejn l-investituri pubbliċi u privati.

(324)

Il-Belġju jafferma li l-investiment ta' ekwità tal-FSIH huwa pari passu ma' dak tad-DII minħabba li l-ammonti investiti huma prattikament identiċi, li d-DLP ma kinitx tappartjeni għall-grupp Duferco fil-mument tal-investiment tal-FSIH u minħabba li l-għan ta' dawn l-investimenti kien li jinxtraw mill-ġdid assi li jappartjenu għall-SIF u mhux għall-grupp Duferco.

(325)

[…] tikkonferma dawn il-kummenti, u żżid li d-DII ma kellha l-ebda dokument finanzjarju ieħor ħlief dawk ippreżentati mill-Belġju sabiex tiġi eżaminata l-opportunità tal-investimenti.

(326)

Il-Kummissjoni tqis li bi qbil mad-DSIH (miżura 3), id-DLP mhijiex ħlief strument użat mill-partijiet interessati, l-FSIH u d-DII, biex jagħti dehra pari passu lit-teħid mill-ġdid minn Duferco tal-assi li diġà għandha sjieda ta' parti minnhom. Id-DLP fil-fatt inħolqot f'Marzu 2011 mill-FSIH u d-DII bħala strument ad hoc biex jilqa' l-assi Belġjani ta' Duferco. Dan jirrigwarda b'mod partikolari l-assi li jirriżultaw mit-tneħħija tal-SIF (miżmuma għalhekk għal 50 % minn Duferco) u l-assi miżmuma flimkien mal-FSIH permezz tad-DSIH.

(327)

Minkejja li l-qoxra DLP inħolqot b'mod formali barra mill-grupp Duferco, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-konkomittanza fiż-żmien u s-suċċessjoni tat-trasferimenti tal-ishma bejn sussidjarji differenti tal-grupp Duferco bejn Ġunju u Lulju 2011 (51) juru d-dipendenza tad-DLP fir-rigward ta' Duferco sa mill-ħolqien tagħha.

(328)

Barra minn hekk u b'mod aktar fundamentali, il-Kummissjoni tinnota li wara li tfasslet il-miżura inkwistjoni, is-sitwazzjoni patrimonjali tal-grupp Duferco u r-riskji li jappoġġjawha kważi ma jinbidlux. Fil-fatt, permezz tad-DLP Duferco għandha (i) 50,3 % ta' assi tal-azzar li kellha diġà qabel għal 50 % permezz tal-SIF u (ii) 50,3 % ta' assi ta' diversifikazzjoni li kellha diġà qabel għal 50 % permezz tad-DSIH. Għall-kuntrarju, is-sitwazzjoni patrimonjali tal-FSIH evolviet b'mod sensibbli mat-tfassil tal-miżura inkwistjoni. L-FSIH fil-fatt akkwistat 49,7 % ta' assi importanti tal-azzar, li jinsabu f'La Louvière u fi Trebos u li qabel ma kellhiex.

(329)

F'termini ta' impenji finanzjarji, din is-sitwazzjoni hija implikata għalhekk għall-grupp Duferco kif ġej:

EUR […] miljun maħruġa għax-xiri mill-ġdid ta' ċerti assi tal-azzar tal-SIF permezz tad-DLP;

EUR […] miljun riċevuti mill-bejgħ ta' dawn l-istess assi mill-SIF, f'dak iż-żmien 50 % sussidjarja ta' Duferco;

EUR […] miljun ta' dejn fir-rigward tad-DSIH permezz tad-DLP, għax-xiri ta' Duferco Diversification;

EUR […] miljun ta' pretensjoni fir-rigward tad-DLP permezz tad-DSIH, għall-bejgħ ta' Duferco Diversification;

(330)

Wieħed jakkwista kontribuzzjoni finanzjarja netta tal-grupp Duferco sa EUR […] miljun għall-investiment ta' ekwità tiegħu fid-DLP sa 50,3 %. Dan l-ammont mhuwiex relatat mal-EUR 99,7 miljun (52) mogħtija mill-FSIH biex issir azzjonista għal 49,7 % tad-DLP.

(331)

F'dawn il-kundizzjonijiet, ma jistax jingħad li l-investiment kien pari passu.

(ii)   Dwar l-imġiba tal-FSIH bħala investitur privat

(332)

Il-Kummissjoni issa uriet ir-raġunijiet li lil hinn min-natura pari passu tal-operazzjoni, jippermettulha tikkonkludi n-nuqqas ta' konformità mal-prinċipju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq. Dawn ir-raġunijiet huma marbutin mal-manjiera li biha l-FSIH ivvalutat l-investiment ta' ekwità fid-DLP.

(333)

Qabel ma daħlet fid-dettall ta' dawn il-valutazzjonijiet, il-Kummissjoni ma taqbilx mal-oġġezzjoni mqajma minn […]. Skont […], il-fatt li l-FSIH ma kellhiex aċċess għal dokumenti oħrajn bħad-DII (investitur privat) fiż-żmien li ġraw il-fatti, huwa biżżejjed biex tingħata prova tan-natura prudenti tal-investiment tal-FSIH.

(334)

Għar-raġunijiet imfissra fil-Premessa 329, l-operazzjoni inkwistjoni kienet finanzjarjament kważi newtrali għall-grupp Duferco. Għalhekk, dan tal-aħħar bl-ebda mod ma kien imħeġġeġ biex jagħmel rapporti u studji dettaljati: il-prezz tal-assi mixtrijin mill-ġdid mid-DLP kellu biss impatt żgħir fuq il-flus. Dan ma kienx il-każ għall-FSIH li kellu jħallas 49,7 % tal-prezz stipulat għal dawn l-assi. Għaldaqstant, hija l-FSIH, u mhux Duferco, li għandha tagħmel l-isforzi kollha possibbli biex tivvaluta l-valur ġust tal-assi. Il-fatt li Duferco ma kellux dokumenti oħrajn ħlief dawk imressqa mill-Belġju, fl-ebda każ ma jagħti prova li l-FSIH ġabet ruħha bħala investitur privat f'ekonomija tas-suq.

(335)

Fir-rigward tal-kontenut ta' dawn il-valutazzjonijiet, il-Kummissjoni tfakkar li huwa xieraq li jiġu vvalutati erba' elementi: (i) l-ishma tad-DLLPL, (ii) l-ishma ta' Duferco Trebos, (iii) l-istokks mixtrijin mill-ġdid għal Duferco La Louvière Sales, u (iv) il-proġett li jiġġustifika investiment ta' EUR [30-40] miljun fid-DLLPL.

(336)

Il-Kummissjoni tqis li r-rapport Galtier ta' Mejju 2011, imressaq mill-Belġju, mhuwiex eżerċizzju ta' valwazzjoni rigoruż għad-DLLPL. Huwa jsemmi biss stima waħda tal-valur ġust (“fair value”) tal-assi tanġibbli tas-sit ta' La Louvière u ma jitratta l-ebda obbligu u l-ebda pjan tan-negozju.

(337)

L-espert Galtier madankollu informa lill-Kummissjoni, permezz tal-Belġju, li bbaża l-istima tiegħu fuq pjan tan-negozju proprju. Il-verżjoni sintetika ta' dan il-pjan tan-negozju, ipprovduta mill-Belġju (53), hija dokument qasir li ma jinkludi l-ebda data u li ma jsemmi l-ebda każ. Il-Kummissjoni ma kinitx riċevitur tal-verżjoni mhux sintetika tal-pjanijiet tan-negozji, jekk jitqies li din eżistiet.

(338)

Il-Belġju qajjem l-istess argument dwar il-prezz tax-xiri tal-ishma ta' Duferco Trebos, jiġifieri li d-dokument bit-titolu “Valeur d'utilité des actifs corporels et incorporels de Trebos” (Valur tal-utilità tal-assi tanġibbli u mhux tanġibbli ta' Trebos) ta' Mejju 2011 fil-fatt huwa grupp ta' studji u rapporti li jinkludi pjan tan-negozji preliminari ta' żewġ paġni stabbiliti minn Duferco (54). Id-data tat-twettiq ta' dan l-aħħar dokument mhiex speċifikata. L-għan tar-rapport tal-2011 kien li jiġu vvalutati l-assi fil-valur tal-utilità u jiġi identifikat il-valur tal-klijenti fil-fondi tan-negozju ġenerali. Ma saret l-ebda verifika tal-kontijiet u lanqas verifika tal-impriża. Ma ġiet ipprovduta l-ebda valwazzjoni sintetika tal-kumpanija kollha ta' Duferco Trebos.

(339)

Fir-rigward ta' dawn iż-żewġ akkwisti, il-Belġju barra minn hekk għaraf li “il-partijiet ma qisux li huwa meħtieġ it-tfassil ta' pjan tan-negozju proprju. L-FSIH kienet taf sew l-għan tal-akkwist tagħha.” Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-għarfien ta' impriża huwa utli iżda insuffiċjenti għal investitur li d-deċiżjoni tiegħu li jinvesti tiddependi fuq ir-redditu futur mistenni.

(340)

Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-istokks ta' Duferco La Louvière Sales, il-kumpanija kkontrollata mill-SIF, il-Belġju pprovda dokument li fil-fehma tiegħu jiġġustifika li l-valur tas-suq tal-istokks kien aktar għoli mill-valur kontabilistiku, valur li kien miżmum għall-iffissar tal-prezz tal-bejgħ. Mill-ġdid, il-Kummissjoni ssostni li d-data tat-twettiq ta' dan id-dokument mhiex indikata.

(341)

Finalment, fir-rigward tal-investiment ta' EUR [30-40] miljun fid-DLLPL, il-Kummissjoni talbet lill-Belġju fid-deċiżjoni tal-ftuħ biex jippreżenta l-istudji u l-pjanijiet tan-negozji kollha dwar dan l-investiment. Il-Belġju kkonferma li, finalment, pjan tan-negozju wieħed biss iġġustifika l-investiment ta' EUR [30-40] miljun, il-pjanijiet l-oħrajn imsemmijin ma baqgħux applikabbli peress li kienu jikkonċernaw proġetti oħrajn mhux magħżulin. Il-Belġju għalhekk ippreżenta lill-Kummissjoni pjan ta' paġna waħda, mhux datata, li tinkludi tabella bl-EBITDA sal-2016, mingħajr l-ebda spjegazzjoni jew ipoteżi li tiġġustifika ċ-ċifri mogħtija.

(342)

Skont il-Kummissjoni, l-insuffiċjenza ta' dan id-dokument mhijiex ikkumpensata mid-dokumenti l-oħrajn invokati mill-Belġju. Id-dokument bit-titolu “Un projet d'avenir pour la sidérurgie louvièroise” (Proġett futur għall-industrija tal-azzar ta' La Louvière), datat Frar 2011, jagħti spjegazzjoni tal-istrateġija tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet dwar il-prodotti twal u l-prodotti ċatti. Paġna waħda hija ddedikata għall-iżvilupp storiku tad-DLLPL f'dawn l-aħħar ħames snin. Id-dokument bit-titolu “Plan marketing Produits Long 2011-2013” (Pjan ta' produzzjoni għall-Prodotti Twal 2011/2013) huwa limitat għal studju tas-settur ikkonċernat.

(343)

Minn dak li ntqal hawn fuq jirriżulta li l-investiment tal-FSIH ma jistax jitqies bħala konformi mal-prinċipju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq. Il-Kummissjoni ssostni li d-DLP ippermettiet lill-FSIH tappoġġja għal darb'oħra l-attività tal-azzar fil-Vallonja, mingħajr ma din tkun iġġustifikata minn analiżi ekonomika konformi mal-prinċipju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq.

(iii)   Stima tal-ammont ta' għajnuna

(344)

Minn dak li ntqal hawn fuq jirriżulta li l-investiment ma jistax jitqies bħala pari passu u konformi mal-prinċipju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq. L-ammont ta' għajnuna riċevut mid-DLP jammonta għalhekk għal ammont ta' żieda fil-kapital, jiġifieri EUR 100 miljun.

7.1.4.6.    Konklużjoni ġenerali dwar il-kriterju tal-vantaġġ ekonomiku

(345)

Wara li analizzat kull miżura individwalment, il-Kummissjoni qieset li kienet meħtieġa analiżi aktar ġenerali tal-istrateġija tal-investiment tal-FSIH sa mill-ħolqien tagħha. Hija fil-fatt tqis li l-miżuri huma inseparabbli u għandhom għan wieħed li: jappoġġjaw u jżommu fit-tul l-attivitajiet tal-Grupp Duferco f'Vallonja, bil-għajnuna ta' investimenti indiretti fis-sussidjarji offshore tal-grupp sabiex jiġu evitati r-regoli ta' projbizzjoni tal-għajnuniet għall-industrija tal-azzar fl-Unjoni. L-interventi tal-FSIH bħala benefiċjarja kellhom filfatt lill-kumpanija ewlenija ta' Duferco jew tas-sussidjarji tal-grupp, li jinsabu fl-Istati Uniti (miżura 1), […] (miżura 2), fl-Irlanda (miżura 3), […] (miżura 4) u […] (miżuri 5 u 6), biex jiffinanzjaw proġetti li t-twettiq tagħhom sar fil-Vallonja, fis-sussidjarji tal-Vallonja tal-grupp attivi fis-settur tal-azzar, imbagħad f'dak tat-tindif tat-tniġġis fis-siti meta l-grupp temm gradwalment l-attivitajiet tal-azzar fil-Vallonja.

(346)

Din l-analiżi hija ġġustifikata mill-konkomittanza jew it-twettiq fil-qrib ta' ċerti fatti.

(347)

Fil-fatt, Duferco ġiet stabbilita fil-Belġju fl-1997 billi ħadet lura l-fabbrika tal-azzar ta' Clabecq, li kienet tinsab f'diffikultajiet finanzjarji kbar, bl-appoġġ tar-reġjun tal-Vallonja u bl-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni (permezz ta' investiment ta' ekwità ta' EUR 8,75 miljun u self ta' EUR 13,75-il miljun) (55). Il-Kummissjoni tinnota li dan l-irkupru sar wara d-deċiżjoni negattiva tal-Kummissjoni relatata mal-fabbrika tal-azzar ta' Clabecq (56): it-tentattiv ta' salvataġġ mill-Istat Belġjan ta' dawn l-istess fabbriki tal-azzar tqies bħala inkompatibbli mas-suq komuni f'Diċembru 1996. L-impriża għalhekk ġiet iddikjarata bħala falluta f'Jannar 1997.

(348)

Dan irriżulta f'numru ta' teħid ta' siti tal-azzar fil-Vallonja mill-grupp Duferco, dejjem bl-appoġġ finanzjarju tar-reġjun tal-Vallonja permezz tas-SOGEPA mbagħad tal-FSIH sa mill-2003. Fl-1999, Duferco reġgħet xtrat mill-grupp Hoogovens il-fabbriki Gustave Boël f'La Louvière, bl-appoġġ tar-reġjun tal-Vallonja (konverżjoni ta' dejn ta' EUR 12,5-il miljun bi 25 % ta' kapital u self ta' EUR 25,3 miljun) (57). Imbagħad, wara li fi Frar 2001 il-President tal-grupp Usinor-Sacilor ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jtemm l-attivitajiet tal-linji tar-rumblar bis-sħana ta' Cockerill Sambre f'Charleroi, saru diskussjonijiet bejn Usinor-Cockerill Sambre, il-grupp Duferco u SOGEPA li l-għan ewlieni tagħhom kien li joħolqu kumpanija komuni ta' produzzjoni ta' ċangaturi fejn l-industrija tal-ipproċessar tkun tinkludi impjanti attwali ta' Cockerill Sambre f'Charleroi, kompluti b'tgħamir li ġej minn Duferco Clabecq. Fl-2002, Duferco reġa' ħa l-fażi tas-sħana ta' Charleroi, li saret Carsid, b'kooperazzjoni ma' Usinor u mill-ġdid bl-appoġġ tar-reġjun tal-Vallonja (b'kontribuzzjoni tas-SOGEPA fil-kapital ta' Carsid sa EUR 20 miljun, imnaqqas għal EUR 9 miljuni wara d-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 6(5), tad-Deċiżjoni Nru 2496/96/KEFA).

(349)

Il-Kummissjoni ssostni li l-FSIH inħolqot f'Marzu 2003, jiġifieri matul l-investigazzjoni mmexxija mill-Kummissjoni wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni li tingħata bidu għall-proċedura ta' investigazzjoni formali fit-3 ta' April 2002 dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja tar-reġjun tal-Vallonja fl-impriża Carsid. Din il-proċedura tlestiet fil-15 ta' Ottubru 2003 (58) b'deċiżjoni negattiva tal-Kummissjoni minħabba li wieħed ma setgħax jikkunsidra bħala pari passu investiment f'kumpanija ġdida fejn l-azzjonist pubbliku biss ikollu riskju ġdid, filwaqt li l-azzjonist privat jittrasferixxi biss attività jew proġett eżistenti fi ħdan il-kumpanija l-ġdida. Il-Kummissjoni għalhekk sostniet li l-interventi tar-reġjun tal-Vallonja favur Duferco ppermettew diversi drabi li jkun hemm dewmien fl-aġġustamenti soċjali diffiċli, iżda ekonomikament meħtieġa, għall-industrija tal-azzar fil-Vallonja. Dan l-għaġir, immotivat minn kunsiderazzjonijiet reġjonali, soċjali u ta' salvagwardjar tal-impjiegi għad-detriment tar-razzjonalizzazzjoni u tal-immodernizzar tal-industrija tal-azzar, ma jistax jitqies bħala dak ta' investitur privat.

(350)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li l-imġiba ta' investiment tal-FSIH ma kinetx tikkorrispondi ma' dik ta' investitur tas-suq prudenti. F'dan il-każ, l-imġiba tal-FSIH għandha tiġi kkumparata ma' dik li jkun adotta maniġer ta' fond ta' investiment. Madankollu, f'sens globali, il-politika ta' investiment segwita mill-FSIH bħal dik enfasizzata f'din il-proċedura x'aktarx ma tkunx segwita minn tali operatur tas-suq. Sabiex fond ta' investiment mhux spekulattiv jiżgura s-sostenibilità tiegħu, għandu jiddiversifika r-riskji fil-portafoll tal-investimenti tiegħu. Filwaqt li titqies il-prestazzjoni u l-orizzont tar-redditu mfittxija, id-diversifikazzjoni tal-assi fil-portafoll dwar il-pjanijiet ġeografiċi u settorjali tnaqqas il-volatilità tal-assi u għalhekk ir-riskju tal-portafoll tal-investimenti meħud b'mod globali. Din id-diversifikazzjoni mhux bilfors tkun estrema, iżda fil-każ tal-FSIH ikkonċentrat l-investimenti kollha tagħha f'soċjetà unika.

(351)

Madankollu, billi l-investiment kien esklussivament fil-grupp Duferco, l-esponiment għar-riskju tal-FSIH kien kbir, peress li d-dħul mill-investiment għall-FSIH kien jiddependi mis-suċċess jew mill-falliment ta' impriża waħda. Għalhekk, meħuda b'mod globali, l-imġiba tal-investiment tal-FSIH tipprovdi indikazzjoni addizzjonali li l-operazzjonijiet tal-FSIH ma jissodisfawx il-kriterju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq.

(352)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri kollha eżaminati mhumiex konformi mal-prinċipju ta' investitur privat f'ekonomija tas-suq. L-arranġamenti dwar l-għajnuna f'kull każ taw vantaġġ lill-entitajiet differenti kkonċernati tal-grupp Duferco. Huma jikkostitwixxu għalhekk għajnuna fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(353)

L-ammont totali tal-għajnuna fil-prinċipju jammonta għal EUR 211,43-il miljun.

8.   IL-KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA MAS-SUQ INTERN

(354)

Il-projbizzjoni tal-għajnuna mill-Istat la hija assoluta u lanqas ma hija mingħajr kundizzjonijiet. B'mod partikolari, il-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 107 tat-TFUE jikkostitwixxu bażijiet legali li jippermettu li ċerta għajnuna titqies kompatibbli mas-suq intern.

(355)

Fir-risposta tagħhom għad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Belġju ma invoka l-ebda argument relatat mal-kompatibilità tal-miżuri inkwistjoni.

(356)

Il-Kummissjoni tinnota li d-derogi tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 107 tat-TFUE evidentement mhumiex applikabbli. Fost id-derogi tal-paragrafu 3 tal-imsemmi Artikolu, huma biss il-punti a) u c) li jistgħu jkunu utli. Il-punt a) fil-fatt jistipula li l-għajnuna maħsuba sabiex tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni fejn il-livell tal-għajxien huwa baxx b'mod anormali jew fejn ikun hemm stat serju ta' nuqqas ta' impjieg tista' titqies kompatibbli mas-suq intern. Il-punt c) min-naħa tiegħu jafferma li l-għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet jew ta' ċerti reġjuni ekonomiċi, dment li dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sal-punt li ma tmurx kontra l-interess komuni, tista' titqies ukoll kompatibbli mas-suq intern.

(357)

Madankollu, l-ebda test dwar il-leġiżlazzjoni u lanqas linji gwida tal-Kummissjonji relatati mal-kriterji tal-kompatibbiltà dwar l-għajnuna mill-Istat ma jidhru li huma applikabbli.

(358)

Fil-fatt, mill-iskadenza tat-Trattat KEFA tat-23 ta' Lulju 2002, il-Kummissjoni adottat diversi linji gwida jew komunikazzjonijiet li għandhom l-għan li jżommu l-projbizzjoni tal-għajnuna reġjonali għall-investiment u tal-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturar tal-industrija tal-azzar.

(359)

Għalhekk, il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għal skopijiet reġjonali għall-perjodu 2007-2013 (59), perjodu li matulu l-FSIH tat l-għajnuna inkwistjoni, espressament jeskludu mill-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, fil-punt 8, l-għajnuna reġjonali għall-industrija tal-azzar u jikkonfermaw in-nuqqas ta' kompatibilità tagħhom mas-suq komuni.

(360)

Bl-istess mod, il-komunikazzjoni dwar l-għajnuna fl-industrija tal-azzar (60), fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 2009, tindika li l-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturar tal-impriżi f'diffikultà fis-settur tal-azzar huma inkompatibbli mas-suq komuni. Hija biss l-għajnuna maħsuba biex tkopri l-ħlasijiet pagabbli lill-ħaddiema tal-impriżi tal-azzar liċenzjati jew ħaddiema li aċċettaw irtirar kmieni u l-għajnuna għall-impriżi li temmew b'mod definittiv l-attività tal-produzzjoni tal-azzar tagħhom li huma awtorizzati, taħt ċerti kundizzjonijiet. L-iskop tal-għajnuna mogħtija mill-FSIH ma jikkorrispondix maż-żewġ kategoriji ta' għajnuna msemmijin. Għall-kuntrarju, huma ntużaw bil-għan li jiffinanzjaw l-investimenti.

(361)

Fir-rigward tal-kompatibilità tal-għajnuna potenzjali mogħtija lill-SIF fir-rigward tal-komunikazzjoni tal-2009, il-Kummissjoni hija tal-fehma li din ma tapplikax għall-SIF. Fil-fatt, il-punt 4.4.2 tal-komunikazzjoni tal-2009 huwa mmirat lejn l-impriżi li għandhom xi diffikultajiet biex isibu sorsi ta' finanzjament fis-sitwazzjoni prevalenti fis-suq bejn Diċembru 2008 u Diċembru 2010. Madankollu, mill-osservazzjonijiet tal-SIF ma jirriżultax li din kellha dawn it-tip ta' diffikultajiet. Il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-SIF ma ssodisfatx il-kundizzjonijiet ta' eliġibilità previsti mill-komunikazzjoni tal-2009 u li l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

(362)

Finalment, il-linji gwida komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturar tal-impriżi f'diffikultà (61), fis-seħħ sat-30 ta' Lulju 2014, jikkonfermaw fil-punt 18 tagħhom l-esklużjoni tal-industrija tal-azzar mill-kamp ta' applikazzjoni tagħhom.

(363)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-sitt miżuri ta' għajnuna inkwistjoni huma inkompatibbli mas-suq intern.

9.   L-IRKUPRU TAL-GĦAJNUNA INKOMPATIBBLI MAS-SUQ INTERN

(364)

Skont id-dispożizzjonijiet tat-TFUE u l-ġurisprudenza kostanti tal-Qorti, il-Kummissjoni għandha l-kompetenza li tiddeċiedi li l-Istat ikkonċernat għandu jabolixxi jew jibdel l-għajnuna jekk tkun sabet li din hija inkompatibbli mas-suq intern. (62). StateIl-Qorti sostniet ukoll diversi drabi li l-obbligu fuq Stat Membru li jannulla għajnuna meqjusa mill-Kummissjoni bħala inkompatibbli mas-suq intern huwa mfassal biex jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni kif kienet qabel (63).

(365)

F'dan il-kuntest, il-Qorti stabbiliet li dan l-objettiv jintlaħaq meta l-benefiċjarju jkun ħallas lura l-ammonti mogħtija bħala għajnuna illegali, u b'hekk jitlef il-vantaġġ li jkun ibbenefika minnu meta mqabbel mal-kompetituri tiegħu fis-suq, u tkun ġiet stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni preċedenti għall-ħlas tal-għajnuna (64).

(366)

L-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589. (65) jistipula li: “Fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f'każijiet ta' għajnuna llegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju […].”

(367)

Għaldaqstant, peress li l-miżuri inkwistjoni ġew implimentati bi ksur tal-Artikolu 108 tat-TFUE u għandhom jitqiesu bħala għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern, hija għandha tiġi rkuprata sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti fis-suq qabel l-għoti tagħha.

(368)

F'dan il-każ, l-għajnuna ngħatat lill-impriżi li ġejjin: DII (miżura 1), [kumpanija li f'dak iż-żmien kienet tikkontrolla lid-DPH] (miżura 2), DSIH (miżura 3), [kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien] — li saret […] — (miżura 4), SIF (miżura 5) u DLP (miżura 6), kollha sussidjarji tal-grupp Duferco f'pajjiżi differenti. Dawn l-impriżi jew is-suċċessuri legali potenzjali tagħhom għandhom ikunu responsabbli biex jagħtu lura l-għajnuna riċevuta indebitament.

(369)

Barra minn hekk, l-irkupru għandu jkopri l-perjodu li matulu ngħata vantaġġ lill-benefiċjarji, jiġifieri bejn il-mument tad-disponibbiltà tal-għajnuna lil kull benefiċjarju u l-irkupru reali tagħha, fir-rigward tal-kriterji tal-vantaġġ ekonomiku u tal-prinċipji ta' kalkolu definiti fit-taqsimiet 7.1.4.1 sa 7.1.4.5. Fl-implimentazzjoni tal-obbligu ta' kooperazzjoni leali tal-Belġju fil-qafas tal-proċedura ta' rkupru, l-ammont ta' għajnuna mogħti lill-[kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien] — li saret […] — u lill-SIF għandu jiġi stabbilit b'mod aktar speċifiku matul il-proċedura, fuq il-bażi tal-elementi li għandhom jiġu pprovduti mill-Belġju u b'kunsiderazzjoni, b'mod partikolari tal-għajnuna f'għamla ta' self, ta' dati effettivi tal-ħlasijiet jew ħlasijiet lura kif ukoll ta' kull ċirkostanza relevanti oħra li għandha tiġi kkonfermata mill-Belġju. Fil-każijiet kollha, l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati jinkludu l-imgħaxijiet dovuti sal-ħlas lura effettiv.

10.   KONKLUŻJONI

(370)

Il-Kummissjoni ssostni li l-Belġju implimenta b'mod illegali l-miżuri ta' għajnuna inkwistjoni bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Il-Kummissjoni tqis li l-miżuri kollha inkwistjoni jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżuri li ġejjin, implimentati b'mod illegali mill-Belġju bi ksur tal-Artikolu 108(3), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern:

(a)

bejgħ ta' sehem f'Duferco US Investment Corporation, lill-Duferco Industrial Investment, għall-ammont ta' EUR 11 581 700;

(b)

bejgħ ta' sehem f'Duferco Participations Holding Limited, lill-[kumpanija li f'dak iż-żmien kienet tikkontrolla lid-DPH], għall-ammont ta' EUR 20 362 464;

(c)

investiment ta' ekwità f'Duferco Salvage Investments Holding, lil din il-kumpanija stess, għall-ammont ta' EUR [65-72 miljun];

(d)

self lill-[kumpanija li kienet tmexxi l-grupp Duferco f'dak iż-żmien], għall-ammont ta' EUR 2 082 723 fil-prinċipju, sakemm ir-rata tal-imgħax applikata lis-self tkun inqas minn 3,502 %;

(d)

self lill-Steel Invest & Finance għall-ammont ta' EUR 10 413 639 fil-prinċipju, sakemm ir-rata tal-imgħax applikata lis-self tkun inqas minn 4,302 %;

(c)

investiment ta' ekwità f'Duferco Long Products, lil din il-kumpanija stess, għall-ammont ta' EUR 100 000 000;

Artikolu 2

1.   Il-Belġju għandu jirkupra mill-benefiċjarji diretti jew is-suċċessuri legali tagħhom l-għajnuna inkompatibbli mogħtija msemmija fl-Artikolu 1.

2.   L-ammonti li għandhom jiġu rkuprati għandhom jinkludu magħhom l-imgħaxijiet mid-data meta tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji sad-data tal-irkupru effettiv tagħhom.

3.   L-imgħaxijiet huma kkalkulati fuq bażi komposta f'konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004. (66).

Artikolu 3

1.   L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 huwa immedjat u effettiv.

2.   Il-Belġju għandu jiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba' xhur mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 4

1.   Fi żmien xahrejn min-notifika ta' din id-Deċiżjoni, il-Belġju għandu jippreżenta l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

(a)

l-ammont totali (kapital u mgħaxijiet) li għandu jiġi rkuprat mingħand kull benefiċjarju;

(b)

deskrizzjoni fid-dettall tal-miżuri li diġà ttieħdu u li huma previsti biex tintlaħaq konformità ma' din id-Deċiżjoni;

(c)

dokumenti li juru li l-benefiċjarji ġew ordnati jħallsu lura l-għajnuna.

2.   Il-Belġju għandu jżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali li jittieħdu sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni sal-irkupru sħiħ tal-għajnuniet imsemmija fl-Artikolu 1. Huwa għandu jissottometti immedjatament, fuq talba tal-Kummissjoni, kull informazzjoni dwar il-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati sabiex ikun konformi ma' din id-Deċiżjoni. Huwa għandu jipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta' għajnuna u ta' mgħaxijiet fuq l-irkupru li jkunu diġà ġew irkuprati mingħand il-benefiċjarji.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Jannar 2016.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  B'effett mill-1 ta' Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 107 u 108, rispettivament, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Fiż-żewħ każijiet id-dispożizzjonijiet huma, fis-sustanza tagħhom, identiċi. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandhom jinftiehmu, jekk ikun il-każ, bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88 rispettivament tat-Trattat dwar il-KE. It-TFUE introduċa wkoll ċerti emendi fit-terminoloġija, bħas-sostituzzjoni ta' “Komunità” bit-terminu “Unjoni”, “is-suq komuni” sar “is-suq intern” u “il-Qorti tal-Prim Istanza” saret “il-Qorti Ġenerali”. It-terminoloġija tat-TFUE tintuża f'din id-Deċiżjoni.

(2)  ĠU C 120, 23.4.2014, p. 51.

(3)  Minn hawn 'il quddiem, il-Kummissjoni sejra tirreferi għall-“Belġju” aktar milli għar-“reġjun tal-Vallonja” (sakemm it-test ma jkunx jirrekjedi mod ieħor), peress li l-korrispondenza li bdiet mal-Istat Membru hija soġġetta għall-proċedura u destinatarja ta' din id-Deċiżjoni.

(4)  Ara n-nota 2.

(5)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Novembru 1997 fil-kawża Nru 680/97, il-Belġju — Kontribuzzjoni finanzjarja tar-reġjun tal-Vallonja fl-intrapriża “Duferco Belgique SA”.

(6)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Mejju 1999 fil-kawża Nru 246/99, il-Belġju — Kontribuzzjoni finanzjarja tal-awtoritajiet pubbliċi Belġjani għall-intrapriża HUGB (KEFA tal-azzar).

(7)  ĠU C 95, 19.4.2002, p. 2.

(8)  Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni Nru 2496/96/KEFA tat-18 ta' Diċembru 1996 li tistabilixxi r-regoli Komunitarji dwar l-għajnuniet mill-Istat lill-industrija tal-azzar (ĠU L 338, 28.12.1996, p. 42).

(9)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/137/KE tal-15 ta' Ottubru 2003 dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja tar-reġjun tal-Vallonja fl-intrapriża Carsid SA (ĠU L 47, 18.2.2005, p. 28).

(*)  Informazzjoni kunfidenzjali.

(10)  Duferco La Louvière Sales hija kumpanija kkontrollata mill-SIF.

(11)  Ta' min jinnota li Ernst & Young għamlet żball meta ssostitwiet l-euros b'dollari.

(12)  ĠU C 14, 19.1.2008, p. 2.

(13)  ĠU C 83, 7.4.2009, p. 1.

(14)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2002, Franza vs il-Kummissjoni, C-482/99, ECLI:EU:C:2002:294, punt 24.

(15)  Sentenza tal-Qorti ta' Prim' Istanza tal-4 ta' April 2001, f'Regione Friuli Venezia, Giulia vs il-Kummissjoni, T-288/97, ECLI:EU:T:2001:115, punt 41.

(16)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Settembru 1980, f'Philip Morris Holland BV vs il-Kummissjoni, C-730/79, ECLI:EU:C:1980:209, punti 11 u 12.

(17)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Lulju 1996, f'SFEI et al. vs La Poste, C-39/94, ECLI:EU:C:1996:285, punt 60.

(18)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Ġunju 2012, il-Kummissjoni vs EDF, C-124/10P, ECLI:EU:C:2012:318, punt 90.

(19)  Kummenti ta' […] tat-23 ta' Ġunju 2014, punt 24.

(20)  Nota ta' qiegħ il-paġna Nru 2 tal-kummenti tal-Belġju relatati mad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-11 ta' Diċembru 2013.

(21)  Sentenza tal-Qorti ta' Prim' Istanza tat-28 ta' Frar 2012, Land Burgenland vs il-Kummissjoni, T-268/08 u T-281/08, ECLI:EU:T:2012:90, punt 72.

(22)  Kummenti tal-Belġju tal-11 ta' Diċembru 2013, punt 32.

(23)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Ġunju 2012, il-Kummissjoni vs EDF, C-124/10P, ECLI:EU:C:2012:318, punti 83-85.

(24)  Kummenti ta' […], punt 42, p. 12.

(25)  Talba għal informazzjoni tad-29 ta' Novembru 2011, tad-29 ta' Ġunju 2012 u tas-27 ta' Jannar 2015.

(26)  Twżeġiba tal-Belġju tal-4 ta' Ġunju 2013.

(27)  Tweġiba tal-Belġju tat-28 ta' Settembru 2012.

(28)  Anness 1 għar-risposta tal-Belġju tat-28 ta' Settembru 2012, p. 24 u 6.

(29)  Dan il-valur jikkorrispondi għall-aritmetika medja tal-istima ex post tal-EBITDA 2006 minn KPMG u tal-EBITDA effettivament imwettqa fl-2006.

(30)  Anness għat-tweġiba tal-Belġju tal-25 ta' Settembru 2015, p. 2.

(31)  […] × 49,9 % tas-sehem tal-FSIH.

(32)  Rata tal-kambju USD/EUR fit-12 ta' Diċembru 2006, jiġifieri 0,7550.

(33)  Anness 4 għat-tweġiba tal-Belġju tat-8 ta' April 2015, p. 6 “Operazzjoni ppjanata”.

(34)  Tweġiba tal-Belġju tal-15 ta' Settembru 2015, p. 2.

(35)  Anness 4 tat-tweġiba tal-Belġju tat-8 ta' April 2015, p. 7 “Ġustifikazzjoni tal-prezz”.

(36)  Talba għal informazzjoni tal-15 ta' Settembru 2015.

(37)  Rata tal-kambju USD/EUR fl-14 ta' Ġunju 2006, jiġifieri 0,7959.

(38)  Anness 20 tat-tweġiba tal-Belġju tal-5 ta' Jannar 2012.

(39)  Ara pereżempju r-risposta tal-Belġju tal-11 ta' Diċembru 2013, punt 86.

(40)  Talba għal informazzjoni tal-15 ta' Settembru 2015.

(41)  Anness 6 għat-tweġiba tal-Belġju tal-4 ta' Ġunju 2013, tabella sommarja tal-ispejjeż u d-dħul.

(42)  Sentenza tal-Qorti Prim' Istanza tat-30 ta' April 1998, Cityflyer Express vs il-Kummissjoni, T-16/96, ECLI:EU:T:1998:78, punt 51.

(43)  Punt 167.

(44)  Tweġiba tal-Belġju tal-11 ta' Diċembru 2013, punti 255-279.

(45)  https://www.ecb.europa.eu/stats/money/yc/html/index.en.html

(46)  Sentenza tal-Qorti ta' Prim'Istanza tat-12 ta' Mejju 2011, ir-Reġjun Nord-Pas-de-Calais vs il-Kummissjoni, T-267/08 et T-79/08, ECLI:EU:T:2011:209, punt 161.

(47)  Anness 13 għat-tweġiba tal-Belġju tal-4 ta' Ġunju 2013.

(48)  ArcelorMittal, Nippon Steel&Sumitomo Metal Corporation, Tata Steel Limited, Nucor Corporation, United States Steel Corp., ThyssenKrupp AG, PAO Severstal, NLMK, Kobe Steel Ltd (klassifikazzjoni Standard&Poors).

(49)  Paragrafu 28 tal-kummenti tal-SIF.

(50)  L-istima ssir billi jiġu kkalkulati l-imgħaxijiet li jkunu jridu jitħallsu b'applikazzjoni tar-rata tal-komunikazzjoni dwar ir-rata ta' referenza tal-2008 u billi jitnaqssu l-imgħaxijiet stmati fuq il-bażi tar-rata effettivament applikata, billi jaġġorna kull ammont għar-rata indikata f'din il-komunikazzjoni. Madankollu, il-kalkolu tal-imgħax u l-kapitalizzazzjoni huma magħmulin bejn wieħed u ieħor meta mqabblin ma' skadenzi temporanji simulati (b'mod partikolari, tul ta' snin minflok jum eżatt tal-ħlas lura, mhumiex meqjusin il-ħlasijiet lura b'mod parzjali tal-imgħaxijiet), li għalhekk ma jqisux il-profil finanzjarju u l-iskeda tal-ħlas lura effettiv.

(51)  F'dan is-sens ara l-premessa Nru 49 ta' din id-Deċiżjoni.

(52)  Il-Kummissjoni ħarbet miż-żieda fil-kapital ta' EUR 100 miljun, l-effett nett fuq l-FSIH tat-trasferiment ta' Duferco Diversification lid-DLP (EUR – 0,3 miljun).

(53)  Anness 21 għat-tweġiba tal-Belġju għad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(54)  Anness 23 għat-tweġiba tal-Belġju għad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(55)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Novembru 1997 fil-kawża Nru 680/97, il-Belġju — Kontribuzzjoni finanzjarja tar-reġjun tal-Vallonja fl-intrapriża “Duferco Belgique SA”.

(56)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 1996 fil-kwistjoni 97/271/KEFA, il-Belġju — Forges de Clabecq (KEFA tal-azzar).

(57)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Mejju 1999 fil-kawża Nru 246/99, il-Belġju — Kontribuzzjoni finanzjarja tal-awtoritajiet pubbliċi Belġjani għall-intrapriża HUGB (KEFA tal-azzar).

(58)  Deċiżjoni 2005/137/KE.

(59)  ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13.

(60)  ĠU C 70, 19.3.2002, p. 21.

(61)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(62)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Lulju 1973, il-Kummissjoni vs il-Ġermanja, C-70/72, ECLI:EU:C:1973:87, punt 13.

(63)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Settembru 1994, Spanja vs il-Kummissjoni C-278/92, C-279/92 u C-280/92, ECLI:EU:C:1994:325, punt 75.

(64)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Ġunju 1999, il-Belġju vs il-Kummissjoni, C-75/97, ECLI:EU:C:1999:311, punti 64 u 65.

(65)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9-29).

(66)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat KE (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).


22.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/63


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2042

tal-1 ta' Settembru 2016

dwar l-iskema ta' għajnuna SA.38418 — 2014/C (ex 2014/N) li l-Ġermanja qed tippjana li timplimenta għall-finanzjament tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-films

(notifikata bid-dokument C(2016) 5551)

(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari s- subparagrafu 1 tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet ikkwotati hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

(1)

Permezz ta' ittra datata l-4 ta' Marzu 2014, il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni bil-modifika tal-iskema ta' għajnuna dwar l-appoġġ tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni tal-films (Filmförderungsgesetz (“FFG”)). Hija pprovdiet lill-Kummissjoni b'aktar informazzjoni permezz tal-ittri datati s-17 ta' April 2014 u s-16 ta' Lulju 2014.

(2)

Permezz ta' ittra datata s-17 ta' Ottubru 2014, il-Kummissjoni għarrfet lill-Ġermanja li ddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-miżura.

(3)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura (“id-deċiżjoni tal-ftuħ”) kienet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2). Il-Kummissjoni sejħet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom.

(4)

Il-Ġermanja bagħtet osservazzjonijiet dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ permezz tal-ittra datata l-11 ta' Diċembru 2014.

(5)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar dan mill-partijiet interessati. Hija bagħtet dawn il-kummenti lill-Ġermanja, li ngħatat l-opportunità li tirreaġixxi; il-kummenti tal-Ġermanja waslu permezz ta' ittra datata l-5 ta' Marzu 2015.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA

2.1.   Titolu, skema

(6)

Il-bażi ġuridika tal-iskema hija l-att dwar il-miżuri għall-promozzjoni taċ-Ċinema Ġermaniż fis-seba' verżjoni tiegħu (FFG in der Fassung des Siebten Änderungsgesetzes), li jispjega l-kundizzjonijiet għall-appoġġ awdjoviżiv mogħti mill-bord federali Ġermaniż għall-promozzjoni tal-films (Filmförderungsanstalt (“FFA”)). Hija ġiet approvata mill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2016 permezz tad-deċiżjoni fil-każ SA.36753 tat-3 ta' Diċembru 2013. L-emenda proposta notifikata ta' dik l-iskema tikkonċerna l-finanzjament tas-servizzi tal-fornituri tal-video fuq talba mingħajr stabbiliment jew aġenzija fil-Ġermanja u t-taxxa fuqhom.

(7)

L-iskema federali eżistenti għall-finanzjament, tal-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-wiri tal-films hija ffinanzjata minn taxxa speċjali (“Sonderabgabe”) imposta fuq l-impriżi fl-industrija taċ-ċinema u tal-video u fis-settur tax-xandir. L-operaturi taċ-ċinema, il-fornituri ta' video u l-fornituri ta' video fuq talba jridu jħallsu taxxa obbligatorja lill-FFA fuq il-bażi tad-dħul li jagħmlu mill-użu ta' films. L-operaturi taċ-ċinema qed iħallsu taxxa fuq il-bażi tad-dħul mill-box office għal kull skrin. Il-fornituri ta' video u l-fornituri ta' video fuq talba qed iħallsu taxxa fuq il-bażi tal-fatturat annwali nett tagħhom, dment li dan ikun jaqbeż il-EUR 50 000 (3).

(8)

L-emenda għall-iskema sseħħ fl-isfond ta' żviluppi teknoloġiċi rapidi, b'mod partikolari fid-distribuzzjoni tal-films. Il-wiri ta' films fi djar privati qed isir dejjem aktar permezz ta' aċċess online minflok bil-kiri ta' portaturi fiżiċi. Is-sede prinċipali tal-fornitur tas-servizzi rilevanti — f'dan il-każ it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' films għall-wiri privat — qed isir anqas rilevanti biex jirnexxi l-iżvilupp ta' mudell kummerċjali. Minn post partikolari, fornitur jista' jipprovdi servizzi f'territorju ieħor mingħajr spejjeż sinifikanti ta' trasport jew spejjeż tal-preżenza fiżika. Ma hemm bżonn ta' ebda uffiċċju jew fergħa ta' uffiċċju rreġistrati sabiex jipprovdi servizzi fuq talba lill-konsumaturi fi Stat Membru fejn jingħata s-servizz. Il-miżura li l-Ġermanja biħsiebha timplimenta bl-emenda proposta tal-iskema federali tagħha tikkonċerna l-finanzjament tad-distribuzzjoni ta' films abbażi ta' video fuq talba. Sa issa, il-fornituri ta' servizzi ta' video fuq talba b'uffiċċju jew fergħa ta' uffiċċju rreġistrati fil-Ġermanja biss kienu intitolati li jakkwistaw sostenn. Fil-futur, il-fornituri ta' video fuq talba mingħajr stabbiliment jew aġenzija fil-Ġermanja ser ikunu jistgħu jibbenefikaw bl-istess mod għall-offerti tagħhom bl-Internet bil-lingwa Ġermaniża indirizzati lill-klijenti fil-Ġermanja.

(9)

Barra minn hekk, it-taqsima 66a(2) tal-FFG hija emendata f'dak li jirrigwarda s-sistema ta' finanzjament għall-iskema sabiex titqies din il-bidla u jkun żgurat li, bħala kumpens għall-intitolament tagħhom għall-għajnuna, id-distributuri ta' video fuq talba li jinsabu barra l-Ġermanja jkunu soġġetti għal taxxa. It-taxxa se tkun ibbażata fuq il-fatturat li jagħmlu bi prodotti possibilment megħjunin, jiġifieri b'offerti permezz sit elettroniku bil-lingwa Ġermaniża għall-klijenti fil-Ġermanja, u biss safejn dan il-fatturat ma jkunx soġġett għal taxxa paragunabbli għal appoġġ ċinematografiku fil-post fejn ikun stabbilit il-fornitur.

(10)

L-ewwel nett il-Ġermanja tiġġustifika din l-inklużjoni tad-distributuri ta' video fuq talba li jinsabu barra l-Ġermanja minħabba rata qawwija kumplessiva ta' tkabbir tas-sehem tal-video fuq talba fid-distribuzzjoni u fil-konsum tal-films, u t-tieni nett minħabba l-fenomenu riċenti li d-distributuri l-kbar ta' video fuq talba, li huma attivi f'livell internazzjonali, qed jagħżlu stabbiliment wieħed fl-Unjoni mnejn jistgħu jaqdu ħafna mill-Istati Membri jew kollha kemm huma. L-objettiv tal-estensjoni huwa li tibqa' konformi mas-sistema eżistenti u l-filosofija tal-FFG, jiġifieri li l-konsum tal-films fil-Ġermanja — bi kwalunkwe mezz portatur — jiżgura dħul f'fond tal-gvern, li jappoġġa lil diversi objettivi kulturali inklużi l-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-films.

(11)

Rigward l-użu tal-fondi ġġenerati mit-taxxa fuq il-fornituri ta' video domestiċi u barranin, 30 % ser ikunu allokati għall-appoġġ tad-distribuzzjoni tal-films b'video jew b'video fuq talba, u l-bqija, flimkien mal-kontribuzzjonijiet mis-swali taċ-ċinema u x-xandara, ser jikkontribwixxu għall-appoġġ tal-produzzjoni jew tad-distribuzzjoni tal-films permezz ta' kanali oħrajn. Dawn it-30 % allokati ser ikunu l-uniku sors ta' finanzjament għall-għajnuna għad-distribuzzjoni tal-videos.

(12)

Il-miżura notifikata hija ppjanata li tibda tapplika minn meta tapprovaha l-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2016. L-ammont annwali stmat ta' fondi disponibbli mir-rikavati tat-taxxa fuq il-provvista tal-video huwa ta' EUR 13-il miljun.

2.2.   Il-preżenza ta' għajnuna

(13)

Kif ġie konkluż fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-miżura deskritta tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Skont l-Artikolu 107(1), l-għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi lil ċerti impriżi jew lil ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern. Il-miżura deskritta tissodisfa l-kundizzjonijiet kumulattivi li jridu jiġu ssodisfati sabiex tikkwalifika bħala għajnuna. L-appoġġ għad-distribuzzjoni tal-films jingħata minn riżorsi tal-Istat, jagħti vantaġġ ekonomiku lill-impriżi, il-vantaġġ huwa selettiv, u kapaċi joħloq distorsjoni jew jhedded li joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni u l-kummerċ fis-suq intern.

(14)

Rigward ir-riżorsi tal-Istat, l-appoġġ previst mill-FFG jingħata minn fondi ffinanzjati mid-dħul minn diversi tariffi parafiskali imposti minn dak l-att. L-FFA, istituzzjoni inkorporata skont il-liġi pubblika, terġa' tqassam ir-rikavati minn dawn it-taxxi għall-produzzjoni u għad-distribuzzjoni tal-films. Għaldaqstant, dawn il-miżuri jinvolvu għajnuna mill-Istat u huma imputabbli lill-Istat.

(15)

Il-benefiċjarji tal-iskema — produtturi ta' films, kittieba ta' skripts, distributuri ta' films, operaturi tas-swali taċ-ċinema — iwettqu attivitajiet ekonomiċi u, għalhekk, jikkwalifikaw bħala impriżi. L-appoġġ mill-Istat jikkostitwixxi vantaġġ li ma kienux jirċievu f'kundizzjonijiet normali tas-suq. L-iskema hija selettiva wkoll peress li l-uniċi benefiċjarji tagħha huma impriżi involuti fil-produzzjoni, fid-distribuzzjoni u fil-wiri ta' films.

(16)

Is-suq għall-produzzjoni u għad-distribuzzjoni tal-films huwa internazzjonali. Il-benefiċjarji jikkompetu f'livell internazzjonali mal-produtturi u mad-distributuri fi Stati Membri oħrajn. Għaldaqstant, il-miżura li għandha l-għan tappoġġja l-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni tal-films taffettwa l-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri u tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

2.3.   Ir-raġunijiet għall-bidu tal-proċedura

2.3.1.   Il-kompatibbiltà tal-għajnuna emendata għad-distribuzzjoni ta' video fuq talba mal-Artikolu 107(3)(d) tat-Trattat

(17)

Il-miżura proposta — il-finanzjament tas-servizzi tal-fornituri ta' video fuq talba mingħajr stabbiliment jew aġenzija fil-Ġermanja u t-taxxa fuqhom — tikkostitwixxi emenda tal-iskema li l-Kummissjoni kienet approvat sal-31 ta' Diċembru 2016. Il-kriterji tal-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat ma nbidlux mill-aħħar approvazzjoni tal-iskema u l-bidla proposta tikkonċerna biss l-għajnuna għad-distribuzzjoni ta' films permezz tal-video u t-taxxa fuq distributuri barranin ta' video fuq talba.

(18)

Rigward l-għajnuna għad-distribuzzjoni tal-films minn fornituri ta' video fuq talba per se, il-Kummissjoni diġà sabitha kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(d) tat-Trattat (4). L-estensjoni tal-firxa ta' benefiċjarji possibbli għal kumpaniji stabbiliti xi mkien ieħor ma taffettwax b'mod negattiv il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà skont dak l-Artikolu.

2.3.2.   Il-ksur possibbli ta' dispożizzjonijiet oħrajn tal-liġi tal-Unjoni

(19)

Fl-analiżi tal-għajnuna mill-Istat il-Kummissjoni trid tinkludi l-konformità tal-finanzjament tal-miżura ta' għajnuna mar-regoli tal-liġi tal-Unjoni apparti r-regoli tal-kompetizzjoni jekk il-finanzjament jagħmel parti integrali minn miżura ta' għajnuna. Dan huwa l-każ jekk it-taxxa tkun ipotekata għall-finanzjament tal-għajnuna fis-sens li d-dħul mit-taxxa jkun neċessarjament allokat għall-finanzjament tal-għajnuna u jkollha impatt dirett fuq l-ammont tal-għajnuna (5). Jekk f'dan il-każ it-taxxa tidher li tmur kontra d-dispożizzjonijiet tat-Trattat, il-Kummissjoni ma tistax tiddikjara li l-għajnuna, li t-taxxa tifforma parti minnha, hija kompatibbli mas-suq intern (6).

(20)

L-iskema notifikata tistabbilixxi li 30 % tad-dħul mit-taxxa fuq il-fornituri ta' video jintużaw sabiex jiffinanzjaw l-appoġġ tad-distribuzzjoni tal-films b'video. Barra minn hekk, ma hemm ebda sors ieħor ta' finanzjament għal din it-tip ta' għajnuna. Dan jistabbilixxi rabta bejn il-finanzjament tad-distribuzzjoni ta' video u d-dħul mit-taxxa fuq din l-attività li minnha d-dħul mit-taxxi huwa l-uniku sors ta' finanzjament tagħha u għandha impatt dirett fuq l-ammont disponibbli għal din l-għajnuna. Għaldaqstant, it-taxxa hija ipotekata u hija neċessarja sabiex jiġi vverifikat li hija konformi ma' regoli oħrajn tal-liġi tal-Unjoni apparti r-regoli tal-kompetizzjoni.

(21)

Kif xieraq, irid jiġi vvaluat jekk l-estensjoni tat-taxxa għall-fornituri ta' video fuq talba li jinsabu barra l-Ġermanja hijiex kompatibbli mal-Artikolu 110 tat-Trattat, li skontu l-ebda Stat Membru ma għandu jimponi taxxa fuq il-prodotti ta' Stati Membri oħrajn li ma jimponix fuq prodotti domestiċi simili. Barra minn hekk, irid jiġi vvalutat jekk it-taxxa tistax tikser ir-regoli dwar il-ġurisdizzjoni fuq il-fornituri ta' video fuq talba stabbiliti fi Stati Membri oħrajn, kif stabbiliti mid-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

2.3.2.1.   L-Artikolu 110 tat-Trattat

(22)

Taxxa tkun inkompatibbli mal-Artikolu 110 u, għaldaqstant, ipprojbita sakemm tkun tiddiskrimina kontra prodotti importati, jiġifieri sakemm l-appoġġ iffinanzjat minnha jkun itaffi b'mod sinifikanti l-piż imġarrab mill-prodott domestiku ntaxxat meta mqabbel mal-prodott importat (8).

(23)

Għaldaqstant, imposti parafiskali, bħal dawk imposti mill-iskema deskritta, jistgħu jmorru kontra l-Artikolu 110 tat-Trattat meta l-iskema tkun tibbenefika biss lil fornituri ta' servizzi nazzjonali jew tkun ta' benefiċċju akbar milli għall-kompetituri fi Stati Membri oħrajn. F'dan il-każ, sabiex ikunu kompatibbli mat-Trattat, is-servizzi importati ma jistgħux ikunu soġġetti għat-taxxa. Madankollu, jekk is-servizzi importati tal-fornituri ta' servizzi fi Stati Membri oħrajn, li huma soġġetti għat-taxxa, jistgħu jibbenefikaw mill-iskema bl-istess mod bħall-fornituri tas-servizzi domestiċi, dan ma jmurx kontra l-Artikolu 110 tat-Trattat.

(24)

Anki jekk, bħal f'dan il-każ, skema tipprovdi fir-regoli tagħha li l-fornituri barranin jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-għajnuna b'mod mhux diskriminatorju, dan mhuwiex biżżejjed minnu nnifsu. Irid jiġi eskluż ukoll li l-kundizzjonijiet jiffavorixxu b'mod strutturali lill-operaturi domestiċi fil-prattika.

(25)

Il-Kummissjoni stiednet lill-Ġermanja u lill-partijiet interessati jagħtu kummenti u jipprovdu fatti rilevanti dwar il-konformità tal-iskema mal-Artikolu 110 tat-Trattat.

2.3.2.2.   Id-Direttiva 2010/13/UE

(26)

Il-miżura notifikata timponi taxxa fuq il-fornituri ta' video fuq talba stabbiliti fi Stati Membri oħrajn fuq il-bażi tal-fatturat li jagħmlu bis-servizzi ta' video fuq talba fis-suq Ġermaniż. Din tqajjem il-kwistjoni ta' jekk id-Direttiva 2010/13/UE tapplikax għat-taxxa.

(27)

Skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2010/13/UE, l-Istati Membri jridu jiżguraw li s-servizzi tal-media awdjoviżiva fuq talba pprovduti mill-fornituri ta' servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jippromwovu, meta prattikabbli u b'mezzi xierqa, il-produzzjoni tax-xogħlijiet Ewropej u l-aċċess għalihom. L-Artikolu 13 isemmi bħala eżempji tat-tali promozzjoni kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-produzzjoni u għall-akkwiżizzjoni tad-drittijiet tax-xogħlijiet Ewropej, kif ukoll sehem mix-xogħlijiet Ewropej fil-katalogi tal-fornituri ta' servizzi fuq talba u l-iżgurar tal-prominenza tagħhom f'dawn il-katalogi. Skont il-Premessa 19 tagħha, id-Direttiva 2010/13/UE ma taffettwax ir-responsabbiltà tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet tagħhom “fir-rigward tal-organizzazzjoni — inklużi s-sistemi ta' liċenzjar, awtorizzazzjoni amministrattiva jew tassazzjoni, l-iffinanzjar u l-kontenut ta' programmi.”

(28)

Huwa osservat li fi żmien id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2010/13, servizzi fuq talba li fihom il-fornitur ta' servizz ma jkollu ebda stabbiliment fl-Istat Membru fejn jiġu riċevuti s-servizzi kienu għadhom fenomenu ta' importanza minuri. Madankollu, sal-lum is-sehem mis-suq tagħhom żdied b'mod sinifikanti. Fl-2014, is-suq tal-video fuq talba (VoD) fl-UE kien jiswa EUR 2,501 biljun, u dan jirrappreżenta żieda ta' 272 % mill-2010 'l hawn. Fil-Ġermanja, is-suq tal-VoD kien jiswa EUR 315,2 miljun fl-2014, li jirrappreżenta żieda ta' 172 % mill-2010 'l hawn (9).

(29)

Li kieku l-FFG kellha titqies bħala miżura li timplimenta l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2010/13/UE, l-eżerċizzju tal-Ġermanja ta' ġurisdizzjoni fuq il-fornituri ta' video fuq talba stabbiliti fi Stati Membri oħrajn ikollu jiġi vvalutat fl-isfond tar-regoli dwar il-ġurisdizzjoni stabbiliti f'dik id-Direttiva. Skont l-Artikolu 2(1), (2)(a) u (3) tad-Direttiva 2010/13/UE, kull Stat Membru għandu l-ġurisdizzjoni li jirregola s-servizzi tal-media awdjoviżiva trażmessi mill-fornituri ta' servizzi tal-media li huma stabbiliti f'dak l-Istat Membru, skont ir-regoli speċifiċi stipulati hemm. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/13/UE, “L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-libertà tar-riċezzjoni u m'għandhomx jirrestrinġu fit-territorju tagħhom re-trasmissjonijiet ta' servizzi tal-media awdjoviżiva minn Stati Membri oħrajn għal raġunijiet li jaqgħu taħt l-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva.”

(30)

B'hekk, meta tkun tapplika d-Direttiva 2010/13/UE, huwa f'idejn l-Istat Membru fejn huwa stabbilit il-fornitur tas-servizz tal-media li jiżgura l-konformità mar-regoli applikabbli għas-servizzi tal-media awdjoviżiva taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu. Għal servizzi tal-media awdjoviżiva fuq talba, ir-raġunijiet possibbli għad-deroga minn dan il-prinċipju huma ddikjarati b'mod eżawrijenti fl-Artikolu 3(4)(a) tad-Direttiva 2010/13/UE.

(31)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni esprimiet dubji fid-deċiżjoni tal-ftuħ rigward il-kompatibbiltà mas-suq intern tal-emenda notifikata tal-miżura ta' għajnuna mill-Istat eżistenti, l-FFG. Dawn id-dubji rreferew b'mod partikolari għall-kompatibbiltà mad-Direttiva 2010/13/UE tal-għajnuna għad-distribuzzjoni tal-films li hija ffinanzjata minn fond li jinkludi imposti fuq il-fornituri ta' video fuq talba li jinsabu barra l-Ġermanja.

3.   KUMMENTI MINGĦAND IL-PARTIJIET INTERESSATI

(32)

Daħlu kummenti mingħand 10 partijiet interessati. Dawn waslu mingħand ix-xandara pubbliċi Ġermaniżi ARD u ZDF, l-assoċjazzjoni tax-xandara kummerċjali Ġermaniżi (VPRT), il-Media Diġitali Ewropea (EDiMA), il-Verband Deutscher Kabelnetzbetreiber (ANGA), il-fond pubbliku għall-films Mitteldeutsche Medienförderung (MDM), is-Spitzenorganisation der Deutschen Filmwirtschaft (SPIO), li tirrappreżenta lill-membri fl-oqsma tal-produzzjoni, tat-teknika u tad-distribuzzjoni tal-films, l-operaturi tas-swali taċ-ċinema (AG Kino u HDF Kino), u l-assoċjazzjoni tal-produtturi tal-films Ġermaniżi (Produzentenallianz). Kontributur minnhom talab sabiex l-identità tiegħu tinżamm kunfidenzjali.

3.1.   Dwar ksur possibbli tal-Artikolu 110 tat-Trattat

(33)

Minn naħa, il-kontributur li l-identità tiegħu nżammet kunfidenzjali (“Kumpanija X”), huwa mħasseb li nkiser l-Artikolu 110 tat-Trattat. Anki jekk l-iskema tipprovdi fir-regoli tagħha li l-fornituri barranin jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-għajnuna b'mod mhux diskriminatorju, fil-prattika l-kundizzjonijiet ikunu jiffavorixxu b'mod strutturali lill-operaturi domestiċi.

(34)

Ikun hemm diskriminazzjoni għaliex, tal-inqas bħalissa, il-membri tal-bord li jiddeċiedi fuq is-sovvenzjonijiet kollha huma Ġermaniżi. L-allokazzjonitas-sovvenzjonijiet tkun diskrezzjonali u, għaldaqstant, il-fondi aktarx li jkunu allokati lil kumpaniji Ġermaniżi. Barra minn hekk, il-Kumpanija X tallega li l-fornituri mhux domestiċi joffru sehem ogħla ta' kontenut mhux domestiku, anki jekk ikun indirizzat lil udjenza Ġermaniża. B'hekk, ikollhom anqas films eliġibbli għall-għajnuna għad-distribuzzjoni, għaliex joffru anqas films Ġermaniżi. Barra minn hekk, il-fornituri barranin ta' VoD ikunu kkonfrontati b'ostakolu lingwistiku għaliex ir-regoli rilevanti huma disponibbli biss bil-Ġermaniż u l-applikazzjonijiet iridu jiġu ppreżentati bil-Ġermaniż.

(35)

Il-Kumpanija X tikkritika l-ammont baxx tal-għajnuna għal kull film għall-għajnuna għad-distribuzzjoni, u s-sehem kumplessivament baxx tad-distribuzzjoni tal-VoD f'dik it-tip ta' għajnuna meta mqabbla mal-bejgħ ta' video fuq DVD jew BluRay. Hija tikkritika ukoll il-fatt li t-taxxa hija imposta fuq il-fatturat mill-films kollha, indipendentement minn jekk ikunux adatti, bħala films Ġermaniżi jew Ewropej, għall-finanzjament tad-distribuzzjoni jew le. Finalment, il-fornituri domestiċi ta' VoD ikunu anqas affettwati mit-taxxa għaliex uħud minnhom ikunu operaturi tal-VoD u tat-TV jew tal-cable integrati vertikalment li jistgħu jibbenefikaw ukoll minn għajnuna għall-produzzjoni mingħand il-Fond Federali għall-Films alimentata minn fornituri ta' VoD.

(36)

Min-naħa l-oħra, ANGA, li tirrappreżenta wkoll lill-fornituri ta' VoD fil-Ġermanja, issib diskriminazzjoni fuq fornituri domestiċi għaliex huma soġġetti għal taxxa fuq l-offerta domestika tagħhom, filwaqt li l-kompetituri li mhumiex domestiċi li jikkompetu magħhom b'offerti mfasslin għall-istess suq mhumiex soġġetti għall-intaxxar fuq il-fatturat rilevanti sempliċiment għaliex jagħżlu li jistabbilixxu sede prinċipali barra l-pajjiż. SPIO, VPRT, Produzentenallianz u MDM jissuġġerixxu wkoll li t-taxxa ttemm id-diskriminazzjoni ta' fornituri domestiċi. Skont SPIO, il-parti l-kbira tal-fatturat minn VoD fil-Ġermanja hija ffurmata minn13-il impriża, li 6 minnhom huma stabbiliti barra l-pajjiż. Dawn iċ-ċifri għadhom ma jinkludux id-dħul riċenti fis-suq ta' fornitur ta' VoD prominenti mill-Istati Uniti li huwa stabbilit fin-Netherlands. Għal SPIO, l-element deċiżiv għall-intaxxar ma għandux ikun il-post fejn jinzerta li jkun stabbilit il-fornitur. Fl-era diġitali, fornitur ma għandux bżonn aktar minn sede prinċipali waħda fis-suq intern. Kwistjoni aktar rilevanti għall-intaxxar għandha tkun jekk il-fornitur jiksibx liċenzji tal-film għas-suq Ġermaniż biex jagħmel kummerċ hemmhekk mal-konsumaturi finali. SPIO tindika wkoll id-dejta miġbura minnha li turi li l-fornituri barranin ta' VoD għandhom fl-offerta tagħhom enfasi simili fuq il-produzzjonijiet Ġermaniżi bħall-fornituri domestiċi.

3.2.   Dwar il-kompatibbiltà mad-Direttiva 2010/13/UE

(37)

Rigward id-Direttiva 2010/13/UE, il-Kumpanija X u EDiMA huma tal-fehma li l-miżura notifikata tikkostitwixxi miżura li tippromwovi l-aċċess għax-xogħlijiet Ewropej skont l-Artikolu 13(1) ta' dik id-Direttiva, bi ksur tal-prinċipju dwar il-pajjiż tal-oriġini.

(38)

Il-partijiet interessati l-oħrajn appoġġaw il-proposta Ġermaniża u kienu tal-fehma li t-taxxa ma tkunx tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 13(1) b'rabta mal-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2010/13/UE.

4.   IL-KUMMENTI TAL-ĠERMANJA

(39)

Il-Ġermanja tosserva li, b'mod ġenerali, ikun fl-interess tal-Istati Membri kollha li ma titħalliex li ssir distorsjoni tal-kompetizzjoni għad-deċiżjonijiet dwar il-post ta' stabbiliment fis-settur tal-films minħabba l-fatt li l-kumpaniji jagħżlu fejn jistabbilixxu s-sede prinċipali tagħhom l-aktar għal raġunijiet marbutin mat-taxxa. L-esklużjoni ta' fornituri ta' VoD stabbiliti barra l-Ġermanja mmirati lejn klijentela Ġermaniża jkollha effett negattiv fuq il-finanzjament tax-xogħlijiet Ewropej.

4.1.   Dwar ksur possibbli tal-Artikolu 110 tat-Trattat

(40)

Il-Ġermanja tikkonferma l-konvinzjoni tagħha li t-taxxa proposta fuq fornituri barranin ta' VoD, fil-prattika, ma tiffavorixxix lil operaturi domestiċi fuq dawk barranin. Is-suġġeriment tal-Kumpanija X li l-finanzjament ikun immirat lejn kumpaniji Ġermaniżi minħabba li l-bord li jalloka s-sovvenzjonijiet huwa kompost minn Ġermaniżi mhuwiex sostenibbli, skont il-Ġermanja. Il-kriterji għall-finanzjament mhumiex l-istabbiliment tal-applikant iżda l-kwalità kulturali u kreattiva tax-xogħlijiet awdjoviżivi eliġibbli għall-appoġġ tad-distribuzzjoni. Il-Ġermanja tagħraf b'mod espliċitu u tilqa' li l-fornituri barranin ta' VoD joffru għadd sinifikanti ta' films Ġermaniżi eliġibbli.

(41)

Lanqas ma huwa validu l-argument li l-fornituri mhux domestiċi joffru sehem ogħla ta' kontenut mhux domestiku u, għalhekk, ikollhom anqas films eliġibbli għall-għajnuna għad-distribuzzjoni, għad li t-taxxa hija imposta fuq il-fatturat mill-films kollha. L-ewwel nett, dan ma jfissirx diskriminazzjoni bejn fornituri domestiċi u barranin. Anki fornituri domestiċi b'offerta ta' films primarjament mhux eliġibbli jkunu jaffaċċjaw din is-sitwazzjoni. It-tieni, dan ma jkunx jikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta għaliex il-fornituri barranin fil-fatt joffru films li mhumiex anqas eliġibbli mill-kompetituri domestiċi tagħhom, iżda saħansitra aktar minnhom, kif turi d-dejta tal-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew iċċitata fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-film Ewropew fl-era diġitali (10).

(42)

Il-Ġermanja tiċħad ukoll l-argument li l-fornituri barranin ta' VoD ikunu ffaċċati b'ostakolu lingwistiku. It-taxxa hija indirizzata biss għal dawk il-fornituri li attivament iqiegħdu l-offerta tagħhom fis-suq bil-Ġermaniż fis-suq Ġermaniż; xorta waħda jridu jkunu midħla tal-leġiżlazzjoni rilevanti. Barra minn hekk, il-fond javża lill-applikanti bl-Ingliż ukoll, jekk ikun hemm bżonn.

(43)

Rigward l-allegat ammont baxx ta' għajnuna għal kull film u s-sehem b'mod ġenerali baxx ta' distribuzzjoni ta' VoD f'dik it-tip ta' għajnuna, il-Ġermanja hija tal-fehma li l-kundizzjonijiet tal-għajnuna għad-distribuzzjoni ma jkunux differenti għad-diversi forom ta' appoġġ tekniku. Ngħidu aħna, fl-ebda każ ma jkun possibbli li l-ispejjeż għall-ħolqien tal-infrastruttura teknika ġenerali għall-istampar jew l-applowdjar ta' films fuq id-diversi media ta' appoġġ ikunu eliġibbli għall-għajnuna. L-għajnuna hija orjentata lejn xogħol eliġibbli partikulari.

(44)

Finalment, rigward l-argument li l-fornituri domestiċi ta' VoD ikunu anqas affettwati mit-taxxa għaliex uħud minnhom ikunu operaturi ta' VoD u tat-TV jew tal-cable vertikalment integrati, il-Ġermanja tisħaq li, l-ewwel nett, uħud mill-fornituri biss huma integrati. It-tieni, dan l-argument ma jqisx il-fatt li l-fergħat tax-xandir ta' dawn il-kumpaniji jridu jikkontribwixxu għall-fond tal-films ukoll.

4.2.   Dwar il-kompatibbiltà mad-Direttiva 2010/13/UE

(45)

Il-Ġermanja tiddikjara li t-taxxa ppjanata ma taqax fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2010/13/UE. Għaldaqstant ma tikkostitwixxix ksur tal-Artikolu 13(1) b'rabta mal-Artikoli 2 u 3 ta' dik id-Direttiva. It-taxxa ma tistax titqies li hija miżura regolatorja b'effett fuq is-servizz tal-media, il-programmazzjoni u d-diffużjoni tiegħu. Il-finanzjament tal-films mhuwiex armonizzat fil-livell tal-Unjoni. L-intaxxar fil-post tal-konsum jew fid-destinazzjoni tas-servizz tal-media jsegwi wkoll il-loġika applikata għall-intaxxar tal-VAT fuq is-servizzi fl-Unjoni, kif applikabbli mill-1 ta' Jannar 2015.

(46)

Fid-dawl tal-fatt li s-sehem mis-suq tal-fornituri barranin ta' VoD qed jikber b'pass mgħaġġel, il-fornituri Ġermaniżi jkunu fi żvantaġġ kompetittiv jekk ikomplu jiġu ntaxxati filwaqt li l-kompetituri barranin fis-suq nazzjonali ma jkunux soġġetti għall-istess taxxa. Pereżempju, iTunes, li mhijiex stabbilita fil-Ġermanja, illum diġà tkun il-fornitur primarju ta' VoD ta' films Ġermaniżi.

5.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA

5.1.   Il-preżenza ta' għajnuna

(47)

Kif ġie spjegat fil-premessi 13 sa 16 ta' din id-deċiżjoni, il-miżura deskritta tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat. L-appoġġ għad-distribuzzjoni tal-films jingħata minn riżorsi tal-Istat, jagħti vantaġġ ekonomiku lill-impriżi, il-vantaġġ huwa selettiv, u kapaċi joħloq distorsjoni jew jhedded li joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-kummerċ fis-suq intern.

5.2.   Il-kompatibbiltà tal-għajnuna emendata għad-distribuzzjoni ta' video fuq talba mal-Artikolu 107(3)(d) tat-Trattat

(48)

Il-miżura maħsuba — il-finanzjament tas-servizzi tal-fornituri ta' video fuq talba li ma għandhomx stabbiliment jew aġenzija fil-Ġermanja u t-taxxa fuqhom — tikkostitwixxi emenda tal-iskema li l-Kummissjoni kienet approvat sal-31 ta' Diċembru 2016. Il-kriterji ta' valutazzjoni ta' għajnuna mill-Istat ma nbidlux mill-aħħar approvazzjoni 'l hawn.

(49)

Rigward l-għajnuna għad-distribuzzjoni tal-films minn fornituri ta' video fuq talba per se, il-Kummissjoni diġà sabitha kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(d) tat-Trattat (11). Għaldaqstant, fid-deċiżjoni tal-ftuħ diġà kkonkludiet li, minnha nfisha, l-estensjoni tal-firxa ta' benefiċjarji possibbli għal kumpaniji stabbiliti xi mkien ieħor ma taffettwax b'mod negattiv il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà skont dan l-Artikolu.

5.3.   Il-ksur possibbli ta' dispożizzjonijiet oħrajn tal-liġi tal-Unjoni

5.3.1.   Il-kompatibbiltà mal-Artikolu 110 tat-Trattat

(50)

It-taxxa l-ġdida ma tiksirx l-Artikolu 110 tat-Trattat. Fil-prattika anki l-fornituri barranin ta' video fuq talba jistgħu jibbenefikaw mill-finanzjament. Kif spjegat il-Ġermanja, l-iskema tipprovdi għal mezzi effettivi sabiex il-fornituri barranin ta' VoD ikunu jistgħu japplikaw għall-għajnuna għad-distribuzzjoni bl-istess mod bħall-kompetituri tagħhom Ġermaniżi.

(51)

L-impriżi barranin jistgħu jsiru jafu b'din il-possibbiltà ta' finanzjament bl-istess mod bħall-impriżi li jinsabu fil-Ġermanja. Xorta waħda se jiġu informati b'mod individwali bil-fatt li jridu jikkontribwixxu għal fond li jagħti għajnuna għad-distribuzzjoni tal-films. Barra minn hekk, l-għajnuna tingħata biss wara li ssir applikazzjoni, u l-applikazzjonijiet tagħhom se jiġu ttrattati eżattament bħal dawk ta' kumpaniji Ġermaniżi. Il-bord tal-għażla huwa marbut li jivvaluta l-applikazzjoni b'mod esklussiv fuq il-bażi tal-kwalità kulturali tal-films li għalihom tintalab l-għajnuna. Għaldaqstant, is-sede prinċipali tad-distributur mhijiex fost il-kriterji li l-bord tal-għażla jista' japplika meta jieħu deċiżjoni.

(52)

Il-fornituri barranin ta' films bil-lingwa Ġermaniża jibbenefikaw b'mod indirett ukoll bl-istess mod bħall-kompetituri tagħhom Ġermaniżi mill-appoġġ għall-produzzjoni tal-films fil-Ġermanja. Dan l-appoġġ jiżgura provvista kostanti ta' films iffinanzjati mill-Ġermanja li l-fornituri barranin jistgħu jinkludu fl-offerta tagħhom. Dan huwa evidenzjat mill-fatt li l-katalogi tagħhom fihom sehem ta' films Ġermaniżi li jkun paragunabbli mal-katalogi tal-fornituri domestiċi.

(53)

Il-Kumpanija X argumentat li l-fornituri domestiċi ta' VoD ikunu anqas affettwati mit-taxxa għaliex uħud minnhom huma operaturi ta' VoD u tat-TV jew tal-cable integrati vertikalment li jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna għall-produzzjoni wkoll. Dan l-argument ma jqisx li d-differenzazzjoni bejn l-impriżi integrati u mhux intergrati xejn ma għandha x'taqsam mas-sede prinċipali. Ikun hemm ukoll effetti differenti fost il-fornituri Ġermaniżi ta' TV u ta' VoD. Barra minn hekk, l-argument jinjora l-fatt li l-fornituri ta' VoD qed jipproduċu films eliġibbli għall-għajnuna wkoll.

5.3.2.   Il-kompatibbiltà mad-Direttiva 2010/13/UE

(54)

Tqum il-kwistjoni dwar jekk it-taxxa kkonċernata, li fit-tifsila tagħha hija imposta fuq servizzi mmirati lejn udjenza fil-Ġermanja, taqax fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2010/13. It-taxxa inkwistjoni tikkontribwixxi għal fond pubbliku, l-FFA, li jintuża għall-promozzjoni ta' diversi objettivi kulturali fis-settur awdjoviżiv. Mill-fondi ġġenerati mit-taxx, 30 % se jiġu allokati għall-appoġġ għad-distribuzzjoni tal-films b'video jew b'video fuq talba. Il-bqija, flimkien mal-kontribuzzjonijiet mis-swali taċ-ċinema u mix-xandara, se jikkontribwixxu b'mod aktar ġenerali għall-appoġġ għall-produzzjoni jew għad-distribuzzjoni tal-films permezz ta' kanali oħrajn.

(55)

L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2010/13/UE huwa maħsub sabiex ikopri miżuri li huma marbutin mal-promozzjoni tax-xogħlijiet Ewropej minn servizzi tal-media awdjoviżiva fuq talba u jipprovdi li l-Istat Membru b'ġurisdizzjoni fuq il-fornitur tat-tali servizzi jiżgura dik il-promozzjoni. Dan jista' jsir pereżempju b'kontribuzzjoni finanzjarja li ssir mit-tali servizzi għall-produzzjoni ta' xogħlijiet Ewropej.

(56)

Il-fatt li t-taxxa kkunsidrata sservi sabiex tikkontribwixxi għall-finanzjament ta' korp pubbliku li, bħala kompitu wieħed fost l-oħrajn, għandu l-obbligu li jappoġġa l-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' xogħlijiet Ewropej, iqajjem dubji dwar jekk din tistax taqa' taħt l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2010/13/UE. L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2010/13/UE ma jispeċifikax jekk il-promozzjoni tax-xogħlijiet Ewropej tridx isseħħ mingħajr l-intervent tal-partijiet apparati l-fornitur ta' servizzi fuq talba nnifsu.

(57)

Barra minn hekk, l-applikazzjoni ta' taxxa bħal dik inkwistjoni għas-servizzi mmirati minn Stat Membru wieħed għas-suq fi Stat Membru ieħor tista' tqajjem il-kwistjoni ta' jekk it-tali taxxa tixħitx f'dubju l-prinċipju li l-Istat Membru fejn huwa stabbilit fornitur tas-servizz tal-media għandux ġurisdizzjoni fuq il-fornitur, kif stipulat fl-Artikolu 2(2)a tad-Direttiva 2010/13/UE.

(58)

Ġiet proposta emenda għad-Direttiva 2010/13/UE sabiex jiġi żgurat li d-Direttiva taħseb kif xieraq għall-iżviluppi tas-suq rigward is-servizzi tal-media awdjoviżiva, kemm lineari kif ukoll mhux lineari. Il-proposta għat-tali emenda ġiet adottata mill-Kummissjoni fil-25 ta' Mejju 2016 (12). Hija tiċċara li l-Istati Membri għandhom id-dritt li jitolbu lill-fornituri ta' servizzi tal-media awdjoviżiva fuq talba skont il-ġurisdizzjoni tagħhom biex jikkontribwixxu b'mod finanzjarju għall-produzzjoni ta' xogħlijiet Ewropej. L-emenda proposta tal-Artikolu 13 tiċċara b'mod partikolari li l-Istati Membri għandhom id-dritt li jitolbu lill-fornituri ta' servizzi tal-media awdjoviżiva fuq talba, immirati lejn udjenzi fit-territorji tagħhom, iżda stabbiliti fi Stati Membri oħrajn, biex jagħmlu kontribuzzjonijiet finanzjarji bħal dawn. F'dan il-każ, l-emenda proposta tipprevedi li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu bbażati biss fuq id-dħul li jsir fl-Istat Membru fejn jingħata s-servizz. Jekk l-Istat Membru fejn huwa stabbilit il-fornitur jimponi kontribuzzjoni finanzjarja, għandu jqiskull kontribuzzjoni finanzjarja imposta mill-Istati Membri fejn jingħata s-servizz.

(59)

Il-Kummissjoni tqis it-test propost tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2010/13/UE bħala kjarifika ta' dak li diġà jista' jkun possibbli skont id-Direttiva li bħalissa hemm fis-seħħ. Dan l-artikolu, anki meta jkun applikat għall-fini ta' din id-Deċiżjoni, ma jistax jitqies li jattribwixxi kompetenza esklussiva lill-Istat Membru fejn huwa stabbilit il-fornitur għall-intaxxar tal-fornituri tas-servizzi tal-media fuq talba sabiex jikkontribwixxi għall-produzzjoni u għall-akkwiżizzjoni tad-drittijiet ta' xogħlijiet Ewropej jew għas-sehem u/jew għall-prominenza tax-xogħlijiet Ewropej fil-katalogu ta' programmi offruti mis-servizz tal-media awdjoviżiva fuq talba. Tabilħaqq, it-test tiegħu mhuwiex kategorizzat u mhuwiex riżervat. Barra minn hekk, l-intaxxar ta' fornituri tas-servizzi tal-media awdjoviżiva fuq talba huwa biss eżempju ta' miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni.

(60)

Interpretazzjoni li skont din il-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini, kif stabbilit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2010/13/UE, japplika għal taxxa bħal dik inkwistjoni, twassal għal sitwazzjonijiet li fihom il-fornituri attivi fl-istess suq mhumiex soġġetti għall-istess obbligi. Fil-fatt, interpretazzjoni li tkun teħtieġ li Stat Membru jeżenta lill-fornituri ta' VoD li jimmiraw b'mod speċifiku lejn l-udjenza tiegħu iżda li jkunu stabbiliti fi Stat Membru ieħor minn kontribuzzjoni għall-promozzjoni ta' xogħlijiet Ewropej tkun tiddiskrimina kontra fornituri stabbiliti fl-eks Stat Membru li huma soġġetti għal taxxa, filwaqt li qed jikkompetu fl-istess suq.

(61)

Barra minn hekk, kemm tikber l-importanza tas-sehem mis-suq tal-fornitur transfruntier ta' videos fuq talba u, għaldaqstant, is-sinifikat ta' dan għall-kontribuzzjoni għall-fondi tal-films, kien għadu mhuwiex evidenti fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2010/13/UE, kif deskritt fil-premessa 28. Il-Kummissjoni tindika b'mod partikolari li l-miżura notifikata mill-Ġermanja tillimita b'mod espliċitu d-dħul soġġett għat-taxxa għad-dħul li jsir fl-Istat Membru fejn jingħata s-servizz, u biss safejn dan ma jkunx diġà soġġett għal kontribuzzjoni fl-Istat Membru ta' stabbiliment.

(62)

Konsegwentement, il-validità tal-applikazzjoni tat-taxxa għal ċerti fornituri ta' VoD li jipprovdu s-servizzi tagħhom minn postijiet barra l-Ġermanja mhijiex mixħuta f'dubju mid-Direttiva 2010/13/UE b'mod partikolari.

6.   KONKLUŻJONI

(63)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-emenda għall-iskema ta' għajnuna FFG li l-Ġermanja qed tippjana li timplimenta għall-finanzjament tad-distribuzzjoni tal-films minn fornituri ta' VoD hija kompatibbli mal-Artikoli 107(3)(d) u 110 tat-Trattat u li din ma tmurx kontra d-Direttiva 2010/13/UE.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżura li l-Ġermanja qed tippjana li timplimenta bil-Filmförderungsgesetz in der Fassung des Siebten Änderungsgesetzes hija kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

L-implimentazzjoni tal-miżura hija awtorizzata skont dan.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Settembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 437, 5.12.2014, p. 57.

(2)  Ara n-nota 1 f'qiegħ il-paġna

(3)  It-taxxa għall-industrija tal-video tammonta għal 1,8 % fil-każ ta' fatturat li jasal sa EUR 30 miljun; għal 2,0 %għal fatturat ta' bejn EUR 30 miljun u EUR 60 miljun; għal 2,3 % fil-każ ta' fatturat li jaqbeż is-EUR 60 miljun.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Diċembru 2013 fil-każ tal-għajnuna mill-Istat SA.36753 — Il-Ġermanja, Filmförderungsgesetz, b'riferiment għall-paragrafi 80–95 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Diċembru 2008 fil-każ N 477/2008 — il-Ġermanja, L-Iskema għall-Appoġġ tal-Films Ġermaniżi,.

(5)  Is-Sentenza f'Regie Networks, C-333/07, EU:C:2008:764, paragrafu 99; is-Sentenza tal-11 ta' Lulju 2014, DTS Distribuidora de Televisión Digital vs Il-Kummissjoni, T-533/10, Ġabra, Appell pendenti, EU:T:2014:629, paragrafu 51, u s-Sentenza f'Telefónica de España et Telefónica Móviles España vs Il-Kummissjoni, T-151/11, Ġabra, Appell pendenti EU:T:2014:631, paragrafu 101.

(6)  Is-sentenzi f'DTS Distribuidora de Televisión Digital vs Il-Kummissjoni, in-nota 5 f'qiegħ il-paġna aktar 'il fuq, EU:T:2014:629, paragrafu 50, u f'Telefónica de España et Telefónica Móviles España vs Il-Kummissjoni, in-nota 5 f'qiegħ il-paġna aktar 'il fuq, EU:T:2014:631, paragrafu 100.

(7)  Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/116/KE fil-Każ C-34/1997, Netherlandsimposti parafiskali għall-promozzjoni ta' pjanti ornamentali, ĠU L 34, 9.2.2000, p. 20, paragrafu 63.

(9)  L-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew — Trends in Video-on-Demand revenues, p. 3-4, https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/study-data-and-information-costs-and-benefits-audiovisual-media-service-directive-avmsd.

(10)  (COM(2014) 272 final, paġni 4 u 5) “Fir-rigward tal-preżenza ta' films Ewropej, l-informazzjoni disponibbli turi li attur globali (preżenti f'26 pajjiż tal-UE) jipproponi, fi ħwienet nazzjonali ewlenin tal-UE, aktar blockbusters tal-UE u aktar rebbieħa tal-Premjazzjoni tal-Films Ewropej mill-fornituri nazzjonali tas-servizzi tal-VoD”.

(11)  Ara n-nota 4 ta' qiegħ il-paġna.

(12)  Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva fid-dawl tar-realtajiet tas-suq li qed jinbidlu, COM/2016/0287 finali, http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:52016PC0287&from=MT