ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 296

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
1 ta' Novembru 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1911 tat-28 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għaċ-ċinturin iswed fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1912 tat-28 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-alfonsinos fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

3

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1913 tal-31 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

5

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1914 tal-31 ta' Ottubru 2016 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE li jistabbilixxu miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE u tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rispettivament, fir-rigward tal-karatteristiki li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċijiet ta' pjanti agrikoli u speċijiet ta' ħxejjex ( 1 )

7

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1915 tas-27 ta' Ottubru 2016 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/2300 dwar il-pagament fil-munita euro mir-Renju Unit ta' ċertu nfiq li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni agrikola settorjali (notifikata bid-dokument C(2016) 6807)

13

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1916 tas-27 ta' Ottubru 2016 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/99/UE li tistabbilixxi l-lista ta' reġjuni eliġibbli għal finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew u ta' Stati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni għall-perjodu 2014–2020 (notifikata bid-dokument C(2016) 6820)

15

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1917 tas-27 ta' Ottubru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces (notifikata bid-dokument C(2016) 6835)  ( 1 )

17

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1918 tat-28 ta' Ottubru 2016 rigward ċerti miżuri ta' salvagwardja b'konnessjoni mal-marda tat-tnewwin kroniku (notifikata bid-dokument C(2016) 6815)  ( 1 )

21

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

1.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1911

tat-28 ta' Ottubru 2016

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għaċ-ċinturin iswed fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2016.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2016.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2016 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 tal-15 ta' Diċembru 2014 li jiffissa għall-2015 u l-2016 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond (ĠU L 366, 20.12.2014, p. 1).


ANNESS

Nru

32/TQ1367

Stat Membru

Spanja

Stokk

BSF/8910-

Speċi

Ċinturin iswed (Aphanopus carbo)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X

Data tal-għeluq

16.9.2016


1.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1912

tat-28 ta' Ottubru 2016

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-alfonsinos fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2016.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2016.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2016 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 tal-15 ta' Diċembru 2014 li jiffissa għall-2015 u l-2016 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond (ĠU L 366, 20.12.2014, p. 1).


ANNESS

Nru

33/TQ1367

Stat Membru

Spanja

Stokk

ALF/3X14-

Speċi

Alfonsinos (Beryx spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

Data tal-għeluq

5.10.2016


1.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1913

tal-31 ta' Ottubru 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

103,4

ZZ

103,4

0707 00 05

TR

150,6

ZZ

150,6

0709 93 10

MA

91,2

TR

152,8

ZZ

122,0

0805 50 10

AR

46,2

CL

67,0

IL

44,6

TR

96,0

UY

84,6

ZA

89,6

ZZ

71,3

0806 10 10

BR

295,6

PE

315,9

TR

153,3

ZZ

254,9

0808 10 80

AR

260,6

AU

218,6

BR

119,9

CL

139,2

NZ

136,0

ZA

134,9

ZZ

168,2

0808 30 90

CN

58,1

TR

144,2

ZA

164,5

ZZ

122,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DIRETTIVI

1.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/7


DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1914

tal-31 ta' Ottubru 2016

li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE li jistabbilixxu miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE u tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rispettivament, fir-rigward tal-karatteristiki li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċijiet ta' pjanti agrikoli u speċijiet ta' ħxejjex

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta' katalgi ta' speċi ta' pjanti agrikoli (1), u partikolarment l-Artikolu 7(2)(a) u (b) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing ta' żrieragħ tal-ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2)(a) u (b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/90/KE (3) u 2003/91/KE (4) ġew adottati biex jiżguraw li l-varjetajiet li l-Istati Membri jinkludu fil-katalgi nazzjonali tagħhom jikkonformaw mal-linji gwida stabbiliti mill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) fir-rigward tal-karatteristiki li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami tad-diversi speċijiet u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami tal-varjetajiet, sa fejn kienu ġew stabbiliti tali linji gwida. Għal varjetajiet oħra dawk id-Direttivi jistipulaw li għandhom japplikaw il-linji gwida tal-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' Varjetajiet Ġodda tal-Pjanti (UPOV).

(2)

Is-CPVO u l-UPOV stabbilixxew linji gwida oħrajn u aġġornaw dawk eżistenti.

(3)

Id-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE għandhom, għalhekk, jiġu emendati skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/90/KE huma sostitwiti bit-test fil-parti A tal-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Annessi tad-Direttiva 2003/91/KE huma sostitwiti bit-test fil-parti B tal-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

Għall-eżamijiet mibdija qabel l-1 ta' Lulju 2017, l-Istati Membri jistgħu japplikaw id-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE fil-verżjoni li tapplika qabel l-emenda tagħhom permezz ta' din id-Direttiva.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2017. Dawn għandhom jgħaddu t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Lulju 2017.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, id-dispożizzjonijiet għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva, jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza ta' dan it-tip waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir referenza ta' dan it-tip.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1.

(2)   ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/90/KE tas-6 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli (ĠU L 254, 8.10.2003, p. 7).

(4)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE tas-6 ta' Ottubru 2003 li twaqqaf il-miżuri ta' implimentazzjoni għall-għanijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta'ċerti varjetajiet ta'speċi ta' ħaxix (ĠU L 254, 8.10.2003, p. 11).


ANNESS

IL-PARTI A

“ANNESS I

Lista ta' speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tal-ittestjar tas-CPVO

Isem xjentifiku

Isem komuni

Protokoll tas-CPVO

Festuca arundinacea Schreb.

Żwien twil

TP 39/1 tal-1.10.2015

Festuca filiformis Pourr.

Żwien in-nagħaġ tal-werqa fina

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca ovina L.

Żwien in-nagħaġ

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca pratensis Huds.

Żwien il-bur

TP 39/1 tal-1.10.2015

Festuca rubra L.

Żwien aħmar

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca trachyphylla (Hack.) Krajina

Żwien iebes

TP 67/1 tat-23.6.2011

Lolium multiflorum Lam.

Sikrana Taljana

TP 4/1 tat-23.6.2011

Lolium perenne L.

Sikran perenni

TP 4/1 tat-23.6.2011

Lolium x boucheanum Kunth

Sikrana ibrida

TP 4/1 tat-23.6.2011

Pisum sativum L.

Piżelli

TP 7/2 rev. tal-11.3.2015

Vicia sativa L.

Ġulbiena komuni

TP 32/1 tad-19.4.2016

Brassica napus L. var. napobrassica (L.) Rchb.

Kolza

TP 89/1 tal-11.3.2015

Brassica napus L.

Kolza Svediża

TP 36/2 tas-16.11.2011

Cannabis sativa L.

Qanneb

TP 276/1 tat-28.11.2012

Gossypium spp.

Qoton

TP 88/1 tad-19.4.2016

Helianthus annuus L.

Ġirasol

TP 81/1 tal-31.10.2002

Linum usitatissimum L.

Kittien/Żerriegħa tal-kittien

TP 57/2 tad-19.3.2014

Avena nuda L.

Ħafur għeri żgħir, Ħafur bla buq

TP 20/2 tal-1.10.2015

Avena sativa L. (jinkludi A. byzantina K. Koch)

Ħafur u Ħafur aħmar

TP 20/2 tal-1.10.2015

Hordeum vulgare L.

Xgħir

TP 19/4 tal-1.10.2015

Oryza sativa L.

Ross

TP 16/3 tal-1.10.2015

Secale cereale L.

Barli

TP 58/1 tal-31.10.2002

xTriticosecale Wittm. ex A. Camus

Ibridi li jirriżultaw mill-ibridizzazzjoni ta' xi speċi tal-ġenus Triticum ma' xi speċi tal-ġenus Secale

TP 121/2 rev. 1 tas-16.2.2011

Triticum aestivum L.

Qamħ

TP 3/4 rev. 2 tas-16.2.2011

Triticum durum Desf.

Qamħ durum

TP 120/3 tad-19.3.2014

Zea mays L.

Qamħirrum

TP 2/3 tal-11.3.2010

Solanum tuberosum L.

Patata

TP 23/2 tal-1.12.2005

It-test ta' dawn il-protokolli jinsab fuq is-sit web tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

“ANNESS II

Lista ta' speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji gwida tal-ittestjar tal-UPOV

Isem xjentifiku

Isem komuni

Linja gwida tal-UPOV

Beta vulgaris L.

Pitravi tal-għalf

TG/150/3 tal-4.11.1994

Agrostis canina L.

Ħaxix iebes bellusi

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis gigantea Roth.

Red top

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis stolonifera L.

Ħaxix iebes li jixxeblek

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis capillaris L.

Brown top

TG/30/6 tat-12.10.1990

Bromus catharticus Vahl

Ħaxix rescue

TG/180/3 tal-4.4.2001

Bromus sitchensis Trin.

Bunixxief tal-Alaska

TG/180/3 tal-4.4.2001

Dactylis glomerata L.

Sieq is-serduq

TG/31/8 tas-17.4.2002

xFestulolium Asch. et Graebn.

Ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar ta' speċi tal-ġeneru Festuca ma' speċi tal-ġeneru Lolium

TG/243/1 tad-9.4.2008

Phleum nodosum L.

Ħaxix ta' timothy żgħir

TG/34/6 tas-7.11.1984

Phleum pratense L.

Ħaxix ta' timothy

TG/34/6 tas-7.11.1984

Poa pratensis L.

Ħaxix il-bur taz-zokk lixx

TG/33/7 tad-9.4.2014

Lotus corniculatus L.

Qrempuċ tal-mogħoż

TG 193/1 tad-9.4.2008

Lupinus albus L.

Lupina bajda

TG/66/4 tal-31.3.2004

Lupinus angustifolius L.

Lupina tal-werqa dejqa

TG/66/4 tal-31.3.2004

Lupinus luteus L.

Lupina safra

TG/66/4 tal-31.3.2004

Medicago sativa L.

Xnien

TG/6/5 tas-6.4.2005

Medicago x varia T. Martyn

Xnien ir-ramel

TG/6/5 tas-6.4.2005

Trifolium pratense L.

Silla ħamra

TG/5/7 tal-4.4.2001

Trifolium repens L.

Silla bajda

TG/38/7 tad-9.4.2003

Vicia faba L.

Favetta

TG/8/6 tas-17.4.2002

Raphanus sativus L. var. oleiformis Pers.

Ravanell tal-għalf

TG/178/3 tal-4.4.2001

Arachis hypogaea L.

Karawett

TG/93/4 tad-9.4.2014

Brassica rapa L. var. silvestris (Lam.) Briggs

Rapa tan-nevew

TG/185/3 tas-17.4.2002

Carthamus tinctorius L.

Għosfor

TG/134/3 tat-12.10.1990

Papaver somniferum L.

Peprin

TG/166/4 tad-9.4.2014

Sinapis alba L.

Ġarġir abjad

TG/179/3 tal-4.4.2001

Glycine max (L.) Merr.

Żerriegħa tas-sojja

TG/80/6 tal-1.4.1998

Sorghum bicolor (L.) Moench

Sorgu

TG/122/4 tal-25.3.2015

Sorghum sudanense (Piper) Stapf.

Sorgu tas-Sudan

TG 122/4 tal-25.3.2015

Sorghum bicolor (L.) Moench x Sorghum sudanense (Piper) Stapf

Ibridi li jirriżultaw mit-tlaqqigħ ta' Sorghum bicolor u Sorghum sudanense

TG/122/4 tal-25.3.2015

It-test ta' dawn il-linji gwida jinsab fuq is-sit web tal-UPOV (www.upov.int).

IL-PARTI B

“ANNESS I

Lista ta' speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tal-ittestjar tas-CPVO

Isem xjentifiku

Isem komuni

Protokoll tas-CPVO

Allium cepa L. (Grupp Cepa)

Basal u Ekaljun

TP 46/2 tal-1.4.2009

Allium cepa L. (grupp Aggregatum)

Shallot

TP 46/2 tal-1.4.2009

Allium fistulosum L.

Basal tal-għenieqed (Japanese bunching onion jew Welsh onion)

TP 161/1 tal-11.3.2010

Allium porrum L.

Kurrat

TP 85/2 tal-1.4.2009

Allium sativum L.

Tewm

TP 162/1 tal-25.3.2004

Allium schoenoprasum L.

Kurrat salvaġġ

TP 198/2 tal-11.3.2015

Apium graveolens L.

Karfus

TP 82/1 tal-13.3.2008

Apium graveolens L.

Celeriac (Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi)

TP 74/1 tat-13.3.2008

Asparagus officinalis L.

Spraġ

TP 130/2 tal-16.2.2011

Beta vulgaris L.

Pitravi inkluża l-pitrava ta' Cheltenham

TP 60/1 tal-1.4.2009

Beta vulgaris L.

Pitravi tal-ispinaċi jew Chard

TP 106/1 tal-11.3.2015

Brassica oleracea L.

Kaboċċa mberfla

TP 90/1 tas-16.2.2011

Brassica oleracea L.

Pastard

TP 45/2 tal-11.3.2010

Brassica oleracea L.

Brokkli li qed inibbet jew Kalabriż

TP 151/2 tal-21.3.2007

Brassica oleracea L.

Kaboċċi ta' Brussell

TP 54/2 tal-1.12.2005

Brassica oleracea L.

Ġidra

TP 65/1 tal-25.3.2004

Brassica oleracea L.

Kaboċċa mfelfla (savoy), Kaboċċa bajda u Kaboċċa ħamra

TP 48/3 tas-16.2.2011

Brassica rapa L.

Kaboċċa ċiniża

TP 105/1 tat-13.3.2008

Capsicum annuum L.

Bżar aħmar jaħraq jew Bżar

TP 76/2 tal-21.3.2007

Cichorium endivia L.

Indivja tal-werqa mibruma u Indivja tal-werqa sempliċi

TP 118/3 tad-19.3.2014

Cichorium intybus L.

Ċikwejra industrijali

TP 172/2 tal-1.12.2005

Cichorium intybus L.

Ċikwejra Witloof

TP 173/1 tal-25.3.2004

Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. et Nakai

Dulliegħ

TP 142/2 tad-19.3.2014

Cucumis melo L.

Bettieħ

TP 104/2 tal-21.3.2007

Cucumis sativus L.

Ħjara u Ħjara żgħira għall-immarinat (Gherkin)

TP 61/2 tat-13.3.2008

Cucurbita maxima Duchesne

Qargħa tat-tip gourd

TP 155/1 tal-11.3.2015

Cucurbita pepo L.

Qara' bagħli jew Zukkini

TP 119/1rev. tad-19.3.2014

Cynara cardunculus L.

Qaqoċċ tond u Kardun

TP 184/2 tas-27.2.2013

Daucus carota L.

Karrotti u Karrotti għall-għalf

TP 49/3 tat-13.3.2008

Foeniculum vulgare Mill.

Bużbież

TP 183/1 tal-25.3.2004

Lactuca sativa L.

Ħass

TP 13/5 rev. tad-19.4.2016

Solanum lycopersicum L.

Tadam

TP 44/4 rev.2 tad-19.4.2016

Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill

Tursin

TP 136/1 tal-21.3.2007

Phaseolus coccineus L.

Fażola ta' Spanja

TP 9/1 tal-21.3.2007

Phaseolus vulgaris L.

Fażola żgħira ta' Franza u Fażola tixxeblek ta' Franza

TP 12/4 tal-27.2.2013

Pisum sativum L. (partim)

Piżelli mkemmxa, Piżelli tonda u Piżelli ħelwa (sugar pea)

TP 7/2 rev. tal-11.3.2015

Raphanus sativus L.

Ravanell, Ravanell iswed

TP 64/2 rev. tal-11.3.2015

Rheum rhabarbarum L

Rabarbru

TP 62/1 tad-19.4.2016

Scorzonera hispanica L.

Scorzonera jew Salsafja sewda

TP 116/1 tal-11.3.2015

Solanum melongena L.

Brunġiel

TP 117/1 tat-13.3.2008

Spinacia oleracea L.

Spinaċi

TP 55/5rev. tad-19.4.2016

Valerianella locusta (L.) Laterr.

Insalata tal-qamħ jew Ħass tal-ħaruf

TP 75/2 tal-21.3.2007

Vicia faba L. (partim)

Ful

TP Ful Kbir/1 tal-25.3.2004

Zea mays L. (partim)

Qamħ ħelu u Popkorn

TP 2/3 tal-11.3.2010

Solanum lycopersicum L. x Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner; Solanum lycopersicum L. x Solanum peruvianum (L.) Mill.; Solanum lycopersicum L. x Solanum cheesmaniae (L. Ridley) Fosberg

Tadam selvaġġ

TP 294/1rev. tad-19.4.2016

It-test ta' dawn il-protokolli jinsab fuq is-sit web tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

“ANNESS II

Lista ta' speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji gwida tal-ittestjar tal-UPOV

Isem xjentifiku

Isem komuni

Linja gwida tal-UPOV

Brassica rapa L.

Nevew

TG/37/10 tal-4.4.2001

Cichorium intybus L.

Ċikwejra b'weraq kbir jew Ċikwejra Taljana

TG/154/3 tat-18.10.1996

Cucurbita maxima x Cucurbita moschata

L-ibridi interspeċifiċi tal-c Cucurbita maxima Duch. x Cucurbita moschata Duch. għal użu bħala salvaġġ (rootstock)

TG/311/1 tal-25.3.2015

It-test ta' dawn il-linji gwida jinsab fuq is-sit web tal-UPOV (www.upov.int).


DEĊIŻJONIJIET

1.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1915

tas-27 ta' Ottubru 2016

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/2300 dwar il-pagament fil-munita euro mir-Renju Unit ta' ċertu nfiq li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni agrikola settorjali

(notifikata bid-dokument C(2016) 6807)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 108 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jirrikjedi li l-Istati Membri li ma jkunux adottaw il-munita Euro u li jiddeċiedu li jħallsu l-infiq li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni agrikola settorjali bil-munita euro minflok bil-munita nazzjonali tagħhom, jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-użu tal-munita euro ma joħloqx vantaġġ sistematiku meta mqabbel mal-użu tal-munita nazzjonali.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2300 (2) dwar il-pagament fil-munita euro mir-Renju Unit ta' ċertu nfiq li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni agrikola settorjali approvat il-miżuri kkomunikati mir-Renju Unit.

(3)

Fil-25 ta' Awwissu 2016, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jestendi dawk il-miżuri sabiex jiġu inklużi skemi ta' għajnuna li jikkonċernaw għajnuna għat-tnaqqis tal-produzzjoni tal-ħalib u għajnuna ta' aġġustament eċċezzjonali għall-produtturi tal-ħalib u għall-bdiewa f'setturi tal-bhejjem oħrajn.

(4)

Skont din in-notifika, il-miżuri għall-prevenzjoni ta' vantaġġ sistematiku li jirriżulta mill-użu tal-euro minflok il-munita nazzjonali, adottati bid-Deċiżjoni preċedenti (UE) 2015/2300 għandhom japplikaw ukoll għal dawk l-iskemi ta' għajnuna. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni (UE) 2015/2300 għandha tiġi emendata b'din id-Deċiżjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Jiżdiedu ż-żewġ linji li ġejjin fi tmiem it-tabella fl-Anness tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2300:

“Għajnuna għat-tnaqqis tal-produzzjoni tal-ħalib

Regolament Delegat (UE) 2016/1612

Għajnuna ta' aġġustament eċċezzjonali għall-produtturi tal-ħalib u għall-bdiewa f'setturi tal-bhejjem oħrajn

Regolament Delegat (UE) 2016/1613”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u lill-Irlanda ta' Fuq.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2300 tat-8 ta' Diċembru 2015 dwar il-pagament fil-munita euro mir-Renju Unit ta' ċertu nfiq li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni agrikola settorjali (ĠU L 324, 10.12.2015, p. 35).


1.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/15


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1916

tas-27 ta' Ottubru 2016

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/99/UE li tistabbilixxi l-lista ta' reġjuni eliġibbli għal finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew u ta' Stati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni għall-perjodu 2014–2020

(notifikata bid-dokument C(2016) 6820)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 90(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 90(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-eliġibbiltà tal-Istati Membri għall-appoġġ mill-Fond ta' Koeżjoni abbażi taċ-ċifri tal-introjtu nazzjonali gross tal-Unjoni (ING) għall-perjodu 2012–2014 għall-Istati Membri UE-27 fl-2016.

(2)

Skont iċ-ċifri tal-ING per capita għall-perjodu 2012–2014 Ċipru jaqa' taħt id-90 % tal-medja tal-ING per capita tal-Istati Membri tal-UE-27. Għalhekk Ċipru jeħtieġ li jsir eliġibbli għal appoġġ mill-Fond ta' Koeżjoni u ma għandux ikompli jirċievi appoġġ mill-Fond ta' Koeżjoni fuq bażi tranżitorja u speċifika sa mill-1 ta' Jannar 2017.

(3)

Il-lista ta' Stati Membri eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni u l-lista ta' Stati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni fuq bażi tranżizzjonali u speċifika teħtieġ għalhekk tiġi aġġustata.

(4)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/99/UE (2) tenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/99/UE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Anness IV jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

(2)

L-Artikolu 5 u l-Anness V huma mħassra.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2017.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni

Corina CREȚU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/99/UE tat-18 ta' Frar 2014 li tistabbilixxi l-lista ta' reġjuni eliġibbli għal finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew u ta' Stati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni għall-perjodu 2014-2020 (ĠU L 50, 20.2.2014, p. 22).


ANNESS

“ANNESS IV

Lista ta' Stati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni skont l-Artikolu 4 mill-1 ta' Jannar 2017:

Il-Bulgarija

Ir-Repubblika Ċeka

Ċipru

L-Estonja

Il-Greċja

Il-Kroazja

Il-Latvja

Il-Litwanja

L-Ungerija

Malta

Il-Polonja

Il-Portugall

Ir-Rumanija

Is-Slovenja

Ir-Repubblika Slovakka”


1.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/17


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1917

tas-27 ta' Ottubru 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces

(notifikata bid-dokument C(2016) 6835)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) u (3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b'mod partikolari t-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 6(5) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (4) tistabbilixxi lista ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera approvati skont id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE. Dik il-lista hija stabbilita fl-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni.

(2)

Wara komunikazzjoni mill-Belġju, Franza, l-Italja u n-Netherlands, l-entrata għall-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fl-ajruport ta' Brussels South Charleroi fil-Belġju, fil-port ta' Marsilja fi Franza, fl-ajruport ta' Milano-Malpensa fl-Italja u fl-ajruport ta' Amsterdam fin-Netherlands għandha tiġi emendata fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(3)

Wara komunikazzjoni mill-Greċja, l-approvazzjoni għall-post ta' spezzjoni fil-fruntiera tal-ferrovija f'Idomendi ġiet sospiża. Għalhekk, l-entrata għal dak il-post ta' spezzjoni fil-fruntiera għandu jiġi emendat fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għall-Greċja.

(4)

Spanja kkomunikat li saru xi bidliet fiċ-ċentri ta' spezzjoni fil-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport ta' Barċellona. Għalhekk, l-entrata għal dak il-post ta' spezzjoni fil-fruntiera għandu jiġi emendat fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għal Spanja.

(5)

Wara komunikazzjoni mill-Italja, ġie miżjud ċentru tal-ispezzjoni ġdid fil-post ta' spezzjoni fl-funtiera fil-port ta' Napli. Għalhekk, l-entrata għal dak il-post ta' spezzjoni fil-fruntiera għandu jiġi emendat fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għall-Italja.

(6)

Wara komunikazzjoni mill-Italja u l-Ungerija, tħassret l-approvazzjoni għall-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fl-ajruport ta' Ġenova u għall-post ta' spezzjoni fil-fruntiera għall-ferrovija ta' Kelebia. Għalhekk, l-entrati għal dawk il-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera għandhom jitħassru mil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għall-Italja u l-Ungerija.

(7)

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jistabbilixxi l-lista tal-unitajiet ċentrali, reġjonali u lokali fis-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata (Traces).

(8)

Wara komunikazzjoni mill-Ġermanja u l-Italja, għandu jsir tibdil f'diversi unitajiet lokali u reġjonali fil-lista ta' unitajiet reġjonali u lokali fit-Traces għall-Ġermanja u l-Italja stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(9)

Id-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(2)   ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(3)   ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta' Settembru 2009 dwar it-tfassil ta' lista approvata ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1).


ANNESS

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-parti li tikkonċerna lill-Belġju, l-entrata għall-ajruport Brussels South Charleroi tinbidel b'li ġej:

“Charleroi Airport

BE CRL 4

A

 

 

O(14)”

(b)

fil-parti li tikkonċerna l-Greċja, l-entrata għall-ferroviji ta' Idomeni tinbidel b'li ġej:

“Idomeni (*)

GR EID 2

F

 

HC(2) (*)”

 

(c)

Fil-parti li tikkonċerna lil Spanja, l-entrata għall-ajruport f'Barċellona tinbidel b'li ġej:

“Barcelona

ES BCN 4

A

WFS

HC (2), NHC-T(CH)(2), NHC-NT(2)

O

Swissport

HC(2), NHC(2)

O”

(d)

fil-parti li tikkonċerna lil Franza, l-entrata għall-port ta' Marsilja tinbidel b'li ġej:

“Marseille Port

FR MRS 1

P

Hangar 14

 

U(14), E

Hangar 23

HC-T(1)(2), HC-NT(2)”

 

(e)

il-parti li tikkonċerna lill-Italja hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata għall-ajruport ta' Genova titħassar;

(ii)

l-entrata għall-ajruport ta' Milano-Malpensa tinbidel b'li ġej:

“Milano-Malpensa

IT MXP 4

A

Magazzini aeroportuali ALHA

HC(2), NHC(2)

 

ALHA Airport MXP SpA

 

U, E

Cargo City MLE

HC(2)

O”

(iii)

l-entrata għall-port ta' Napli tinbidel b'li ġej:

“Napoli

IT NAP 1

P

Molo Bausan

HC, NHC-NT

 

Terminal Flavio Gioia SPA

HC(2), NHC(2)”

 

(f)

fil-parti li tikkonċerna lill-Ungerija, titħassar l-entrata għall-ferrovija ta' Kelebia;

(g)

fil-parti li tikkonċerna n-Netherlands l-entrata għall-ajruport ta' Amsterdam tinbidel b'li ġej:

“Amsterdam

NL AMS 4

A

dnata B.V.

HC(2), NHC-T(FR), NHC-NT(2)

O(14)

Schiphol Animal Centre

 

U, E, O(14)

KLM-2

 

U, E, O(14)

Fresh port

HC(2), NHC(2)

O(14)

Kuehne + Nagel N.V.

HC-T(CH)(2)”

 

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

il-parti li tikkonċerna lill-Ġermanja hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata għall-unità lokali “DE00011 BERLIN” tinbidel b'li ġej:

“DE05111

BERLIN”

(ii)

l-entrati għall-unitajiet lokali “DE08512 COTTBUS” u “DE11803 EMDEN, STADT” jitħassru;

(b)

fil-parti li tikkonċerna l-Italja, l-entrata għall-unità reġjonali “IT00004 TRENTINO-ALTO ADIGE” tinbidel biż-żewġ unitajiet reġjonali u lokali li ġejjin:

“IT00041   PROVINCIA AUTONOMA DI BOLZANO

IT00141

A.S. della P.A. di Bolzano

IT00042   PROVINCIA AUTONOMA DI TRENTO

IT00542

Trento”


1.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/21


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1918

tat-28 ta' Ottubru 2016

rigward ċerti miżuri ta' salvagwardja b'konnessjoni mal-marda tat-tnewwin kroniku

(notifikata bid-dokument C(2016) 6815)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jipprovdi li l-miżuri ta' salvagwardja b'konnessjoni mal-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSE) jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni b'konformità mal-prinċipji u d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE (2).

(2)

F'konformità mal-punt 1.1.2 tal-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”) (3), għall-finijiet tal-Ftehim ŻEE, l-Artikolu 10 tad-Direttiva 90/425/KEE ma japplikax u kwalunkwe referenza għal dik id-dispożizzjoni għandha tikkostitwixxi referenza għall-paragrafu 3 tal-parti introduttorja tal-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. F'konformità mal-punt (a) ta' dan il-paragrafu, jekk l-Unjoni biħsiebha tadotta miżuri ta' salvagwardja b'konnessjoni ma' Stat tal-EFTA, hi għandha tinforma lill-Istat tal-EFTA mingħajr dewmien. Barra minn hekk, il-miżuri proposti għandhom jiġu notifikati mingħajr dewmien lil kull Parti Kontraenti tal-Ftehim ŻEE u lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA. Fis-17 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni informat lin-Norveġja bl-intenzjoni tagħha li tadotta miżura ta' salvagwardja dwar ċervidi ħajjin min-Norveġja minħabba bosta każijiet tal-marda tat-tnewwin kroniku identifikati fin-Norveġja. Fit-28 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni nnotifikat il-miżura proposta lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE, u fit-30 ta' Awwissu 2016, hija nnotifikathom lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.

(3)

Il-marda tat-tnewwin kroniku hija TSE taċ-ċervidi u hija infettiva, u għalhekk tista' tikkawża xkiel għall-kummerċ fl-Unjoni, għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.

(4)

F'każ ta' tifqigħa ta' dik il-marda, hemm riskju li l-marda tista' tinxtered f'popolazzjonijiet ta' ċervidi oħra kif ukoll reġjuni oħra. B'hekk, hija tista' tinxtered minn Stat Membru jew Stat tal-EFTA taż-Żona Ekonomika Ewropea (“Stat taż-ŻEE-EFTA”) għal Stat Membru ieħor jew għal Stat ieħor taż-ŻEE-EFTA u għal pajjiżi terzi permezz tal-moviment ta' ċervidi ħajjin.

(5)

In-Norveġja informat lill-Kummissjoni dwar diversi każijiet tal-marda tat-tnewwin kroniku konfermati fit-territorju tagħha sa mill-bidu ta' April 2016 u fl-11 ta' Lulju 2016 adottat miżura temporanja li tipprojbixxi l-esportazzjoni ta' ċervidi ħajjin min-Norveġja sal-1 ta' Jannar 2017, mingħajr preġudizzju għal derogi speċifiċi.

(6)

Sabiex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u fiż-Żona Ekonomika Ewropea, u sabiex jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ li jiġu imposti minn pajjiżi terzi, jeħtieġ li tiġu adottata fil-livell tal-Unjoni projbizzjoni tal-moviment ta' ċervidi ħajjin min-Norveġja lejn l-Unjoni, mingħajr preġudizzju għal derogi speċifiċi. Għal raġunijiet prattiċi, dik il-projbizzjoni għandha tapplika għal ċervidi ħajjin mċaqalqa flimkien ma' attività umana, iżda mhux għal movimenti ta' ċervidi slavaġ li jaqsmu l-fruntiera tan-Norveġja mingħajr ebda intervent uman.

(7)

Minħabba li l-movimenti ta' ċervidi ħajjin min-Norveġja lejn l-Iżvezja jew il-Finlandja għall-qatla immedjata fil-pajjiż ta' destinazzjoni jirrappreżentaw riskju baxx għas-saħħa tal-annimali, għandha tiġi prevista deroga li tippermetti dawn il-movimenti, dment li l-Istat Membru ta' destinazzjoni jagħti l-kunsens tiegħu bil-miktub.

(8)

Għandhom jitqiesu t-tradizzjonijiet tar-ragħa staġjonali transkonfinali tar-renni u l-movimenti tar-renni li jintużaw f'avvenimenti sportivi jew kulturali bejn in-Norveġja u l-Iżvezja. F'dan ir-rigward, għandhom jiġu stabbiliti b'mod eċċezzjonali derogi speċifiċi. Minħabba r-riskju għas-saħħa tal-annimali li l-movimenti permessi minn dawn id-derogi jirrapreżentaw, partikolarment f'termini ta' kontaminazzjoni ambjentali bil-prijoni tal-marda tat-tnewwin kroniku fiż-żoni ta' destinazzjoni, dawn il-movimenti għandhom ikunu ristretti għal żoni definiti fl-Iżvezja, u l-bgħit ta' ċervidi ħajjin minn dawk iż-żoni għandgu jiġi pprojbit, bl-eċċezjoni ta' bgħit lejn il-bqija tal-Iżvezja, lejn in-Norveġja u lejn il-Finlandja, għall-qatla immedjata, dment li l-Istat Membru ta' destinazzjoni jagħti l-approvazzjoni tiegħu.

(9)

Is-sies għar-renni bejn in-Norveġja u l-Finlandja jipprovdi protezzjoni għas-saħħa tal-annimali għal ċervidi ħajjin fit-territorju tal-Finlandja. Madankollu, dan is-sies ma jsegwix b'mod preċiż il-fruntiera Norveġiża-Finlandiża, u f'ċerti postijiet jinsab ftit kilometri fit-territorju tal-Finlandja jew ftit kilometri fit-territorju tan-Norveġja. Il-projbizzjoni fuq il-moviment ta' ċervidi ħajjin min-Norveġja lejn l-Unjoni ma għandhiex għalhekk tapplika għall-movimenti ta' ċervidi għar-ragħa min-Norveġja lejn il-Finlandja sas-sies għar-renni bejn iż-żewġ Stati jew movimenti ta' renni mill-Finlandja li kienu jirgħu fin-Norveġja sas-sies għar-renni bejn iż-żewġ Stati u jmorru lura lejn il-Finlandja. Għall-fini ta' konsistenza legali, il-bgħit ta' ċervidi ħajjin minn żoni fil-Finlandja sas-sies għar-renni bejn in-Norveġja u l-Finlandja għandu jiġi pprojbit, bl-eċċezjoni ta' bgħit lejn il-bqija tal-Finlandja, lejn in-Norveġja jew lejn l-Iżvezja għall-qatla diretta.

(10)

Il-projbizzjoni għandha tkun temporanja, u soġġetta għal rieżami, sal-31 ta' Diċembru 2017, tas-sitwazzjoni epidemjoloġika u tan-neċessità tal-projbizzjoni.

(11)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“ċervidi ħajjin” tfisser annimali ħajjin tal-familja Cervidae;

(2)

“renni ħajjin” tfisser annimali ħajjin tal-ġeneru Rangifer.

Artikolu 2

(1)   Il-moviment ta' ċervidi ħajjin min-Norveġja lejn l-Unjoni għandu jkunu pprojbit.

(2)   B'deroga mill-paragrafu 1, għandhom ikunu permessi dawn il-movimenti ta' ċervidi ħajjin:

(a)

movimenti ta' renni ħajjin għal ragħa staġjonali min-Norveġja lejn iż-żoni fl-Iżvezja elenkati fl-Anness, jew lura lejn iż-żoni fl-Isvezja elenkati fl-Anness wara ragħa staġjonali fin-Norveġja, dment li l-awtorità kompetenti tal-Iżvezja tagħti l-kunsens tagħha bil-miktub minn qabel għal dan il-moviment;

(b)

movimenti ta' renni ħajjin għal ragħa staġjonali min-Norveġja lejn iż-żoni fil-Finlandja elenkati fl-Anness;

(c)

movimenti ta' renni ħajjin mill-Finlandja li kienu jirgħu fin-Norveġja fiż-żona li tinsab bejn il-fruntiera Norveġiża-Finlandiża u s-sies għar-renni bejn dawn iż-żewġ Stati u jirritornaw lura lejn il-Finlandja;

(d)

movimenti ta' ċervidi ħajjin min-Norveġja lejn l-Iżvezja jew il-Finlandja għall-qatla diretta, dment li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' destinazzjoni tagħti l-kunsens tagħha bil-miktub minn qabel għal dan il-moviment;

(e)

movimenti ta' renni ħajjin min-Norveġja lejn iż-żoni fl-Iżvezja elenkati fl-Anness għal avvenimenti sportivi jew kulturali, jew wara li jkunu ħadu sehem f'avvenimenti sportivi jew kulturali, dment li l-awtorità kompetenti tal-Iżvezja tagħti l-kunsens tagħha bil-miktub għall-moviment ta' dawn il-konsenji;

(f)

tranżitu ta' ċervidi ħajjin min-Norveġja lejn l-Iżvezja jew il-Finlandja u destinati għan-Norveġja, dment li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' tranżitu tagħti l-kunsens tagħha bil-miktub minn qabel.

Artikolu 3

(1)   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprojbixxu l-bgħit ta' ċervidi ħajjin miż-żoni elenkati fl-Anness.

(2)   B'deroga mill-paragrafu 1, għandu jkun permess il-bgħit ta' ċervidi ħajjin għall-qatla diretta miż-żoni fl-Iżvezja elenkati fl-Anness lejn il-bqija tal-Iżvezja u lejn il-Finlandja, dment li l-awtorità kompetenti ta' destinazzjoni tagħti l-kunsens tagħha bil-miktub minn qabel għal dan il-moviment.

(3)   B'deroga mill-paragrafu 1, għandu jkun permess il-bgħit ta' ċervidi ħajjin għall-qatla diretta miż-żoni fil-Finlandja elenkati fl-Anness lejn l-Iżvezja. Barra minn hekk, għandu jkun permess il-bgħit ta' ċervidi ħajjin għall-qatla diretta miż-żoni fil-Finlandja elenkati fl-Anness lejn il-bqija tal-Finlandja, dment li l-awtorità kompetenti tal-Finlandja tagħti l-kunsens tagħha bil-miktub minn qabel għal dan il-moviment.

(4)   B'deroga mill-paragrafu 1, għandu jkun permess il-bgħit ta' ċervidi ħajjin miż-żoni elenkati fl-Anness lejn in-Norveġja, dment li l-awtorità kompetenti tan-Norveġja tagħti l-kunsens tagħha bil-miktub minn qabel.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2017.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29).

(3)   ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.


ANNESS

1.   Iż-żoni tal-Iżvezja msemmija fl-Artikoli 2(2)(a), 2(2)(e), 3(1), 3(2) u 3(4)

il-kontea ta' Norrbotten,

il-kontea ta' Västerbotten,

il-kontea ta' Jämtland,

il-kontea ta' Västernorrland,

il-muniċipalità ta' Älvdalen fil-kontea ta' Dalarna,

il-muniċipalitajiet ta' Nordanstig, Hudiksvall u Söderhamn fil-kontea ta' Gävleborg.

2.   Iż-żoni tal-Finlandja msemmija fl-Artikoli 2(2)(b), 3(1), 3(3) u 3(4)

iż-żona li tinsab bejn il-fruntiera Norveġiża-Finlandiża u s-sies għar-renni bejn in-Norveġja u l-Finlandja.