ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 284

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
20 ta' Ottubru 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1851 tal-14 ta' Ġunju 2016 li jadotta l-programm ta' moduli ad hoc, li jkopri s-snin 2019, 2020 u 2021, għall-istħarriġ kampjunarju dwar il-forza tax-xogħol stipulat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1852 tad-19 ta' Ottubru 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 468/2010 li jistabbilixxi l-lista tal-UE ta' bastimenti involuti f'sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat

5

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1853 tad-19 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

15

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1854 tad-19 ta' Ottubru 2016 li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti mill-1 sas-7 ta' Ottubru 2016 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 341/2007 għat-tewm

17

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2016/1855 tad-19 ta' Ottubru 2016 li temenda d-Direttiva 2009/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi ta' estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel ( 1 )

19

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE) 2016/1856 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Ottubru 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea sabiex tingħata assistenza lill-Greċja

21

 

*

Deċiżjoni (UE) 2016/1857 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Ottubru 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (wara applikazzjoni mill-Finlandja — EGF/2016/001 FI/Microsoft)

23

 

*

Deċiżjoni (UE) 2016/1858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Ottubru 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (wara l-applikazzjoni mill-Iżvezja — EGF/2016/002 SE/Ericsson)

25

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1859 tat-13 ta' Ottubru 2016 dwar Summit Soċjali Tripartitiku għat-Tkabbir u l-Impjiegi u li tħassar id-Deċiżjoni 2003/174/KE

27

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1860 tas-17 ta' Ottubru 2016 li taħtar żewġ membri u membru supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

31

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1861 tal-14 ta' Ottubru 2016 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/830/UE dwar kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali għall-programmi tal-Istati Membri għall-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza tas-sajd għall-2012 (notifikata bid-dokument C(2016) 6477)

33

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 36/16/COL tad-9 ta' Frar 2016 li parzjalment tirrevoka d-Deċiżjoni Nru 227/04/COL rigward l-istatus tal-Iżlanda għas-Settiċemija Emorraġika Virali (VHS) [2016/1862]

35

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorita ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 58/16/COL-D tat-3 ta' Marzu 2016 li tapprova l-miżuri nazzjonali tan-Norveġja li jillimitaw l-impatt tal-Gyrodactylus salaris u li tħassar id-Deċiżjonijiet Nru 298/08/COL u Nru 299/08/COL [2016/1863]

37

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

20.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1851

tal-14 ta' Ġunju 2016

li jadotta l-programm ta' moduli ad hoc, li jkopri s-snin 2019, 2020 u 2021, għall-istħarriġ kampjunarju dwar il-forza tax-xogħol stipulat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta' Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7a(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 577/98, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-elementi tal-moduli ad hoc li jkopru s-snin 2019, 2020 u 2021.

(2)

Hemm il-ħtieġa ta' sett ta' dejta sħiħa u komparabbli dwar l-organizzazzjoni tax-xogħol u l-arranġamenti tal-ħin tax-xogħol, kif ukoll il-ħtieġa ta' dejta aktar dettaljata dwar il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, sabiex jiġi mmonitorjat il-progress lejn l-għanijiet komuni tal-Istrateġija Ewropa 2020.

(3)

Fil-kuntest tad-dibattitu li għaddej dwar il-flessigurtà (2) u l-ħtieġa espressa għal adattabilità akbar fl-Ewropa kemm tal-intrapriżi kif ukoll tal-ħaddiema, kwistjoni ewlenija enfasizzata fl-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi u l-Linji Gwida tax-Xogħol, (3) jeħtieġ li jkun hemm dejta miġbura minn stħarriġ Ewropew fuq skala kbira dwar il-firxa tal-applikazzjoni ta' forom diversi ta' prassi ġodda tal-organizzazzjoni u tal-arranġamenti tal-ħin tax-xogħol u tal-esperjenzi tal-ħaddiema magħhom.

(4)

Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol 2014-2020 (4), il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza li jittejjeb il-ġbir ta' dejta statistika dwar inċidenti u mard relatati max-xogħol, dwar esponimenti okkupazzjonali u dwar in-nuqqas ta' saħħa relatat max-xogħol. Modulu ġdid ad hoc dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol u problemi tas-saħħa relatati max-xogħol għandu jagħmilha possibbli li wieħed iqabbel id-dejta trażmessa mill-Istati Membri bil-proġett tal-istatistika Ewropea dwar l-aċċidenti fuq ix-xogħol mas-sitwazzjoni ta' persuni fis-suq tax-xogħol, u biex tinġabar dejta dwar problemi tas-saħħa relatati max-xogħol. Barra minn hekk, għandu jipprovdi informazzjoni dwar l-esponiment okkupazzjonali għal fatturi ta' riskju għas-saħħa fiżika u mentali.

(5)

Fil-Komunikazzjoni tagħha Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni (5), il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-bżonn li jiġu żviluppati azzjonijiet strutturali marbuta mal-migrazzjoni. Għandhom jiġu promossi miżuri favur l-integrazzjoni tal-migranti inkluż inizjattivi biex itejbu l-ħiliet lingwistiċi u professjonali, u biex jiffaċilitaw ir-rikonoxximent tal-kwalifiki u l-aċċess għas-suq tax-xogħol. Barra minn hekk, wieħed mill-oqsma ewlenin fil-mira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1184 (6) jiffoka fuq it-tneħħija tal-ostakli għall-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u għat-tnaqqis tad-diskrepanzi fl-impjiegi għal persuni żvantaġġjati, inkluż id-distakk bejn iċ-ċittadini tal-Unjoni u dawk li mhumiex ċittadini tal-Unjoni. F'dan il-kuntest, dejta dettaljata dwar il-qagħda tax-xogħol tal-immigranti hija meħtieġa biex tingħata bażi ta' evidenza affidabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-programm ta' moduli ad hoc għall-istħarriġ kampjunarju dwar il-forza tax-xogħol, li jkopri s-snin 2019, 2020 u 2021, kif stabbilit fl-Anness, huwa b'dan adottat.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, l-14 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 77, 14.3.1998, p. 3.

(2)  Il-flessigurtà hija strateġija integrata biex ittejjeb, fl-istess ħin, il-flessibbiltà u s-sigurtà fis-suq tax-xogħol. L-istrateġija tipprova tirrikonċilja l-bżonn ta' min iħaddem għal ħaddiema flessibbli mal-bżonn tas-sigurtà min-naħa tal-ħaddiema — il-fiduċja li dawn mhux se jiffaċċjaw perjodi twal ta' qgħad.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1848 tal-5 ta' Ottubru 2015 dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri għall-2015 (ĠU L 268, 15.10.2015, p. 28).

(4)  COM(2014) 332 final, tas-6 ta' Ġunju 2014.

(5)  COM(2015) 240 final, it-13 ta' Mejju 2015.

(6)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1184 tal-14 ta' Lulju 2015 dwar linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 192, 18.7.2015, p. 27).


ANNESS

STĦARRIĠ DWAR IL-FORZA TAX-XOGĦOL

Programm pluriennali għas-snin 2019 sa 2021 ta' moduli ad hoc.

Organizzazzjoni tax-xogħol u arranġamenti tax-xogħol

Perjodu ta' referenza: 2019

Submoduli (oqsma li dwarhom għandha tiġi pprovduta informazzjoni aktar dettaljata):

 

Is-submodulu 1: Il-flessibbiltà tal-ħinijiet tax-xogħol

Għan: li jiġu pprovduti aktar dettalji dwar kif il-ħaddiema jistgħu jiddeċiedu dwar il-ħinijiet tax-xogħol u l-assenzi tagħhom, iżda wkoll dwar il-frekwenza ta' sitwazzjonijiet fejn il-ħaddiema huma obbligati jibdlu l-ħin tax-xogħol tagħhom.

 

Is-submodulu 2: Metodi ta' ħidma

Għan: li tinġabar l-informazzjoni dwar pressjonijiet ta' ħin, il-ġestjoni diretta u l-awtonomija fuq il-post tax-xogħol.

 

Is-submodulu 3: Post tax-xogħol:

Għan: li jiġu pprovduti aktar dettalji dwar il-post tax-xogħol u l-ħin tal-ivvjaġġar espress bħala l-ħin meħtieġ biex wieħed jasal mid-dar għax-xogħol.

Inċidenti fuq ix-xogħol u problemi ta' saħħa marbuta max-xogħol

Perjodu ta' referenza: 2020

Submoduli (oqsma li dwarhom għandha tiġi pprovduta informazzjoni aktar dettaljata):

 

Is-submodulu 1: Inċidenti fuq ix-xogħol

Għan: li jiġu identifikati inċidenti fuq il-post tax-xogħol li jirriżultaw f'feriti, it-tip tagħhom u l-impatt tagħhom f'termini ta' ġranet ta' ħidma mitlufa jew ta' diżabbiltà.

 

Is-submodulu 2: Problemi tas-saħħa relatati max-xogħol

Għan: li jiġu identifikati problemi fiżiċi jew ta' saħħa mentali kkawżati jew li marru għall-agħar bix-xogħol, it-tip u l-impatt tagħhom f'termini ta' ġranet ta' ħidma mitlufa jew ta' diżabbiltà.

 

Is-submodulu 3: Fatturi ta' riskju għas-saħħa fiżika u/jew mentali

Għan: li jiġi analizzat jekk il-ħaddiema jkunux esposti għal fatturi ta' riskju li jistgħu jaffettwaw is-saħħa fiżika u/jew mentali.

Il-qagħda tas-suq tax-xogħol tal-migranti u d-dixxendenti immedjati tagħhom

Perjodu ta' referenza: 2021

Submoduli (oqsma li dwarhom għandha tiġi pprovduta aktar informazzjoni):

 

Is-submodulu 1: Informazzjoni ta' sfond

Għan: li jingħataw aktar dettalji dwar il-migranti u d-dixxendenti immedjati tagħhom (1), jiġifieri dwar l-isfond edukattiv tal-ġenituri u r-raġuni prinċipali għall-migrazzjoni.

 

Is-submodulu 2: Ħiliet lingwistiċi

Għan: li tinġabar informazzjoni dwar il-ħiliet lingwistiċi perċepiti tal-immigranti.

 

Is-submodulu 3: Ostakli u appoġġ għall-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol

Għan: li tinġabar informazzjoni dwar l-ostakli għall-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol (pereżempju r-rikonoxximent ta' kwalifiki miksuba barra mill-pajjiż jew ostaklu marbut ma' oriġini barranija) u dwar approċċi individwali biex wieħed isib xogħol.


(1)  Il-migranti huma hawnhekk definiti bħala persuni li twieldu barra mill-pajjiż, li jistgħu jkunu wkoll ċittadini ta' pajjiżi terzi. Id-dixxendenti immedjati tal-migranti għandha tinftiehem bħala immigranti tat-tieni ġenerazzjoni, jiġifieri persuni li twieldu fil-pajjiż b'mill-inqas wieħed mill-ġenituri mwieled barra mill-pajjiż.


20.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1852

tad-19 ta' Ottubru 2016

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 468/2010 li jistabbilixxi l-lista tal-UE ta' bastimenti involuti f'sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jistabbilixxi l-proċeduri għall-identifikazzjoni ta' bastimenti tas-sajd involuti fis-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (“IUU”) kif ukoll il-proċeduri għall-istabbiliment ta' lista tal-Unjoni ta' dawn il-bastimenti (“il-lista tal-Unjoni”). L-Artikolu 37 ta' dak ir-Regolament jipprevedi li jittieħdu l-azzjonijiet kontra l-bastimenti tas-sajd elenkati f'dik il-lista.

(2)

Il-lista tal-Unjoni ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 468/2010 (2) u sussegwentement emendata bir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 724/2011 (3), (UE) Nru 1234/2012 (4), (UE) Nru 672/2013 (5), (UE) Nru 137/2014 (6) u (UE) 2015/1296 (7).

(3)

Skont l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, il-bastimenti elenkati fil-listi tal-bastimenti IUU adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd għandhom jiddaħħlu fil-lista tal-Unjoni.

(4)

L-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd kollha jipprevedu t-twaqqif u l-aġġornament regolari tal-listi tal-bastimenti tal-IUU skont ir-regoli rispettivi tagħhom (8).

(5)

Skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, hekk kif jaslu l-listi tal-bastimenti tas-sajd meqjusa jew ikkonfermati li huma involuti f'sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat mingħand l-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, il-Kummissjoni għandha taġġorna l-lista tal-Unjoni. Peress li l-Kummissjoni rċeviet il-listi ġodda mingħand l-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, il-lista tal-Unjoni issa għandha tiġi aġġornata.

(6)

Meta jitqies li l-istess bastiment jista' jitniżżel taħt ismijiet u/jew bnadar differenti skont iż-żmien tal-inklużjoni tiegħu fil-listi tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, il-lista aġġornata tal-Unjoni għandha tinkludi l-ismijiet u/jew il-bnadar differenti kif stabbiliti mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd rilevanti.

(7)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 468/2010 għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti B tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 468/2010 tinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 131, 29.5.2010, p. 22.

(3)  ĠU L 194, 26.7.2011, p. 14.

(4)  ĠU L 350, 20.12.2012, p. 38.

(5)  ĠU L 193, 16.7.2013, p. 6.

(6)  ĠU L 43, 13.2.2014, p. 47.

(7)  ĠU L 199, 29.7.2015, p. 12.

(8)  L-aħħar aġġornamenti: CCAMLR: il-lista IUU 2015/2016 kif adottata fil-laqgħa annwali CCAMLR-XXXIV, ta' bejn id-19 u t-30 ta' Ottubru 2015; SEAFO: il-lista IUU tas-SEAFO kif adottata fit-12-il laqgħa tal-Kummissjoni, ta' bejn it-30 ta' Novembru u t-3 ta' Diċembru 2015; ICCAT: il-lista IUU 2015 kif adottata fl-24 laqgħa regolari tal-Kummissjoni, mill-10 sas-17 ta' Novembru 2015; IATTC: il-lista 2015 kif adottata fid-89 laqgħa tal-IATTC, ta' bejn id-29 ta' Ġunju u t-3 ta' Lulju 2015; NEAFC: il-lista IUU B AM 2015-07 kif adottata fl-34 laqgħa annwali, ta' bejn id-9 u t-13 ta' Novembru 2015; NAFO: il-lista 2015 kif adottata fis-37 laqgħa annwali, ta' bejn il-21 u l-25 ta' Settembru 2015; WCPFC: il-lista ta' bastimenti IUU tal-WCPFC 2016, effettiva mis-7 ta' Frar 2016 kif adottata fl-20 sessjoni regolari tal-Kummissjoni, ta' bejn it-3 u t-8 ta' Diċembru 2015; IOTC: il-lista ta' bastimenti IUU tal-IOTC, approvata waqt l-20 sessjoni tal-IOTC, ta' bejn it-23 u s-27 ta' Mejju 2016; GFCM: il-lista IUU 2016 kif adottata fl-40 sessjoni, ta' bejn it-30 ta' Mejju u t-3 ta' Ġunju 2016; SPRFMO: il-lista ta' bastimenti IUU 2016 kif adottata fir-raba' (4) laqgħa tal-Kummissjoni, ta' bejn il-25 u d-29 ta' Jannar 2016.


ANNESS

“Numru (1) ta' identifikazzjoni tal-bastiment tal-IMO/Referenza tal-RFMO

Isem il-bastiment (isem preċedenti) (2)

L-Istat tal-Bandiera jew it-Territorju tal-Bandiera [skont l-RFMO] (2)

Elenkat fl-RFMO (2)

20060010 [ICCAT]

ACROS Nru 2

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Honduras)

ICCAT, GFCM

20060009 [ICCAT]

ACROS Nru 3

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Honduras)

ICCAT, GFCM

7306570

ALBORAN II (WHITE ENTERPRISE [NAFO, NEAFC]/WHITE, ENTERPRISE, ENXEMBRE, ATALAYA, REDA IV, ATALAYA DEL SUR [SEAFO])

Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: il-Panama, Saint Kitts u Nevis) [NAFO, NEAFC, SEAFO]/il-Panama [GFCM]

NEAFC, NAFO, SEAFO, GFCM

7424891

ALDABRA (OMOA I [CCAMLR, GFCM])

Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: it-Tanzanija, il-Honduras) [CCAMLR]/it-Tanzanija (GFCM)

CCAMLR, SEAFO, GFCM

7036345

AMORINN (ICEBERG II, LOME, NOEMI [CCAMLR, GFCM])

Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: it-Togo, il-Belize [CCAMLR])

CCAMLR, SEAFO, GFCM

2015001[ICCAT]

ANEKA 228

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

2015002[ICCAT]

ANEKA 228; KM.

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

9037537

BAROON (LANA, ZEUS, TRITON I [CCAMLR])/LANA (ZEUS, TRITON-1, KINSHO MARU Nru 18 [GFCM])

It-Tanzanija (l-aħħar bnadar magħrufa: in-Niġerja, il-Mongolja, it-Togo, Sierra Leone [CCAMLR]) [CCAMLR, SEAFO]/Mhux magħruf [GFCM]

CCAMLR, SEAFO, GFCM

12290 [IATTC]/20110011 [ICCAT]

BHASKARA Nru. 10

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: l-Indoneżja)

IATTC, ICCAT, GFCM

12291 [IATTC]/20110012 [ICCAT]

BHASKARA Nru. 9

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: l-Indoneżja)

IATTC, ICCAT, GFCM

20060001 [ICCAT]

BIGEYE

Mhux magħruf

ICCAT, GFCM

20040005 [ICCAT]

BRAVO

Mhux magħruf

ICCAT, GFCM

9407 [IATTC]/20110013 [ICCAT]

CAMELOT

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Belize [IATTC])

IATTC, ICCAT, GFCM

6622642

CHALLENGE (PERSEVERANCE, MILA [CCAMLR]/MILA, ISLA, MONTANA CLARA, PERSEVERANCE [GFCM])

Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: il-Panama, il-Guinea Ekwatorjali, ir-Renju Unit [CCAMLR]/il-Panama [GFCM]

CCAMLR, SEAFO, GFCM

20150003 [ICCAT]

CHI TONG

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

125 [IATTC]/20110014 [ICCAT]

CHIA HAO Nru 66

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Belize [IATTC, ICCAT])

IATTC, ICCAT, GFCM

7913622

DAMANZAIHAO (LAFAYETTE)

il-Perù (l-aħħar bandiera magħrufa: ir-Russja)

SPRFMO

20080001 [ICCAT]

DANIAA (CARLOS)

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Guinea) [ICCAT]/il-Guinea [GFCM]

ICCAT, GFCM

6163 [IATTC]/20130005 [ICCAT]

DRAGON III

Mhux magħruf

IATTC, ICCAT, GFCM

8604668

EROS DOS (FURABOLOS)

Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: il-Panama, is-Seychelles) [NAFO, NEAFC, SEAFO]/il-Panama [GFCM]

NEAFC, NAFO, SEAFO, GFCM

20150004 [ICCAT]

FU HSIANG FA 18

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150005 [ICCAT]

FU HSIANG FA Nru 01

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150006 [ICCAT]

FU HSIANG FA Nru 02

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150007 [ICCAT]

FU HSIANG FA Nru 06

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150008 [ICCAT]

FU HSIANG FA Nru 08

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150009 [ICCAT]

FU HSIANG FA Nru 09

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150010 [ICCAT]

FU HSIANG FA Nru 11

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150011 [ICCAT]

FU HSIANG FA Nru 13

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150012 [ICCAT]

FU HSIANG FA Nru 17

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150013 [ICCAT]

FU HSIANG FA Nru 20

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150014 [ICCAT]

FU HSIANG FA Nru 21

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20130003 [ICCAT]

FU HSIANG FA Nru 21 [ICCAT, IOTC]/FU HSIANG FA [GFCM]

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT, GFCM

20150015 [ICCAT]

FU HSIANG FA Nru 23

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150016 [ICCAT]

FU HSIANG FA Nru 26

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150017 [ICCAT]

FU HSIANG FA Nru 30

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

7355662/20130001 [ICCAT]/M-01432 [WCPFC]

FU LIEN Nru 1

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Georgia) [WCPFC]/il-Georgia [ICCAT, GFCM]

WCPFC, ICCAT, GFCM

20130004 [ICCAT]

FULL RICH

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Belize [IOTC])

IOTC, ICCAT, GFCM

20080005 [ICCAT]

GALA I (MANARA II/ROAGAN)

Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: il-Libja, Isle of Man [ICCAT])

ICCAT, GFCM

6591 [IATTC]/20130006 [ICCAT]

GOIDAU RUEY Nru 1 (GOIDAU RUEY 1 [IATTC, ICCAT])

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Panama)

IATTC, ICCAT, GFCM

7020126

GOOD HOPE (TOTO [CCAMLR]/TOTO, SEA RANGER V [GFCM])

In-Niġerja

CCAMLR, SEAFO, GFCM

6719419 [NEAFC, SEAFO]/6714919 [NAFO, SEAFO]

GORILERO (GRAN SOL)

Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: Sierra Leone, il-Panama [NAFO, NEAFC, GFCM])

NEAFC, NAFO, SEAFO, GFCM

2009003 [ICCAT]

GUNUAR MELYAN 21

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT, GFCM

7322926

HEAVY SEA (DUERO, JULIUS, KETA, SHERPA UNO [CCAMLR])

Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: il-Panama, Saint Kitts u Nevis, il-Belize) [CCAMLR]/il-Panama [GFCM]

CCAMLR, SEAFO, GFCM

20150018 [ICCAT]

HOOM XIANG 101

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Malasja)

IOTC, ICCAT

20150019 [ICCAT]

HOOM XIANG 103

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Malasja)

IOTC, ICCAT

20150020 [ICCAT]

HOOM XIANG 105

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Malasja)

IOTC, ICCAT

20100004 [ICCAT]

HOOM XIANG II [ICCAT, IOTC]/HOOM XIANG 11 [GFCM]

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Malasja)

IOTC, ICCAT, GFCM

7332218

IANNIS 1 [NEAFC]/IANNIS I (MOANA MAR, CANOS DE MECA [GFCM]) [NAFO, SEAFO, GFCM]

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Panama [NEAFC, NAFO, SEAFO])

NEAFC, NAFO, SEAFO, GFCM

6803961

ITZIAR II (SEABULL 22, CARMELA, GOLD DRAGON, GOLDEN SUN, NOTRE DAME, MARE [CCAMLR, GFCM])

in-Niġerja (l-aħħar bnadar magħrufa: il-Mali, in-Niġerja, it-Togo, il-Guinea Ekwatorjali, il-Bolivja, in-Namibja [CCAMLR]) [CCAMLR]/il-Mali [GFCM]

CCAMLR, SEAFO, GFCM

9505 [IATTC]/20130007 [ICCAT]

JYI LIH 88

Mhux magħruf

IATTC, ICCAT, GFCM

20150021 [ICCAT]

KIM SENG DENG 3

Il-Bolivja

IOTC, ICCAT

7905443

KOOSHA 4 (EGUZKIA [GFCM])

L-Iran

CCAMLR, SEAFO, GFCM

20150022 [ICCAT]

KUANG HSING 127

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150023 [ICCAT]

KUANG HSING 196

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

7322897/20150024 [ICCAT]

KUNLUN (TAISHAN, CHANG BAI, HOUGSHUI, HUANG HE 22, SIMA QIAN BARU 22, CORVUS, GALAXY, INA MAKA, BLACK MOON, RED MOON, EOLO, THULE, MAGNUS, DORITA [CCAMLR]/TAISHAN [IOTC, ICCAT]) [CCAMLR, SEAFO, IOTC, ICCAT]/HUANG HE 22 (SIMA QIAN BARU 22, DORITA, MAGNUS, THULE, EOLO, RED MOON, BLACK MOON, INA MAKA, GALAXY, CORVUS) [GFCM]

Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: l-Indoneżja, it-Tanzanija, il-Korea ta' Fuq (DPRK), il-Panama, Sierra Leone, il-Guinea Ekwatorjali, Saint Vincent u l-Grenadini, l-Urugwaj) [CCAMLR]/il-Guinea Ekwatorjali [IOTC, ICCAT]/it-Tanzanija, Mhux magħruf [GFCM]

CCAMLR, SEAFO, GFCM, IOTC, ICCAT

20060007 [ICCAT]

LILA Nru 10

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Panama)

ICCAT, GFCM

7388267

LIMPOPO (ROSS, ALOS, LENA, CAP GEORGE [CCAMLR])

Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: it-Togo, il-Ghana, is-Seychelles, Franza [CCAMLR]/it-Togo, il-Ghana, is-Seychelles [GFCM])

CCAMLR, SEAFO, GFCM

20150025 [ICCAT]

MAAN YIH HSING

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20040007 [ICCAT]

MADURA 2

Mhux magħruf

ICCAT, GFCM

20040008 [ICCAT]

MADURA 3

Mhux magħruf

ICCAT, GFCM

7325746

MAINE [NAFO, NEAFC, GFCM]/MAINE, LABIKO (GUINESPA I, MAPOSA NOVENO) [SEAFO]

il-Guinea

NEAFC, NAFO, SEAFO, GFCM

20060002 [ICCAT]

MARIA

Mhux magħruf

ICCAT, GFCM

20060005 [ICCAT]

MELILLA Nru 101

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Panama)

ICCAT, GFCM

20060004 [ICCAT]

MELILLA Nru 103

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Panama)

ICCAT, GFCM

7385174

MURTOSA

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: it-Togo [NAFO, NEAFC, SEAFO])

NEAFC, NAFO, SEAFO, GFCM

9009918

MYS MARII

Ir-Russja

SPRFMO

M-00545 [WCPFC]/14613 [IATTC]/C-00545, 20110003 [ICCAT]

NEPTUNE

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Georgia) [WCPFC]/il-Georgia [IATTC, ICCAT, GFCM]

IATTC, ICCAT, WCPFC, GFCM

20060003 [ICCAT]

Nru 101 GLORIA (GOLDEN LAKE)

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Panama)

ICCAT, GFCM

20060008 [ICCAT]

Nru 2 CHOYU

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Honduras)

ICCAT, GFCM

20060011 [ICCAT]

Nru 3 CHOYU

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Honduras)

ICCAT, GFCM

20040006 [ICCAT]

OCEAN DIAMOND

Mhux magħruf

ICCAT, GFCM

7826233/20090001 [ICCAT]

OCEAN LION

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Guinea Ekwatorjali)

IOTC, ICCAT, GFCM

7816472

OKAPI MARTA

Il-Belize

GFCM

11369 [IATTC]/20130008 [ICCAT]

ORCA

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Belize)

IATTC, ICCAT, GFCM

20060012 [ICCAT]

ORIENTE Nru 7

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Honduras)

ICCAT, GFCM

5062479

PERLON (CHERNE, BIGARO, HOKING, SARGO, LUGALPESCA [CCAMLR]/CHERNE, SARGO, HOKING, BIGARO, UGALPESCA [GFCM])

Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: il-Mongolja, it-Togo, l-Urugwaj) [CCAMLR, GFCM]

CCAMLR, SEAFO, GFCM

6607666

RAY (KILY, CONSTANT, TROPIC, ISLA GRACIOSA [CCAMLR]/KILLY, CONSTANT, TROPIC, ISLA GRACIOSA [NEAFC, GFCM])

Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: il-Belize, il-Guinea Ekwatorjali, l-Afrika t'Isfel) [CCAMLR, SEAFO]/il-Belize (il-bnadar preċedenti: l-Afrika t'Isfel, il-Guinea Ekwatorjali, il-Mongolja) [NEAFC]

CCAMLR, NEAFC, SEAFO, GFCM

95 [IATTC]/20130009 [ICCAT]

REYMAR 6

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Belize)

IATTC, ICCAT, GFCM

20130013 [ICCAT]

SAMUDERA PASIFIK Nru 18 (KAWIL Nru 03, LADY VI-T-III [ICCAT])

l-Indoneżja

ICCAT, GFCM

20150026 [ICCAT]

SAMUDERA PERKASA 11

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150027 [ICCAT]

SAMUDRA PERKASA 12 [IOTC]/SAMUDERA PERKASA 12 [ICCAT]

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20080004 [ICCAT]

SHARON 1 (MANARA 1, POSEIDON)

Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: il-Libja, ir-Renju Unit)

ICCAT, GFCM

20150028 [ICCAT]

SHUEN SIANG

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150029 [ICCAT]

SIN SHUN FA 6

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150030 [ICCAT]

SIN SHUN FA 67

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150031 [ICCAT]

SIN SHUN FA 8

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150032 [ICCAT]

SIN SHUN FA 9

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20050001 [ICCAT]

SOUTHERN STAR 136 (HSIANG CHANG)

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: Saint Vincent u l-Grenadini)

ICCAT, GFCM

20150034 [ICCAT]

SRI FU FA 168

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150035 [ICCAT]

SRI FU FA 18

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150036 [ICCAT]

SRI FU FA 188

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150037 [ICCAT]

SRI FU FA 189

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150038 [ICCAT]

SRI FU FA 286

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150039 [ICCAT]

SRI FU FA 67

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150040 [ICCAT]

SRI FU FA 888

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

9405 [IATTC]/20130010 [ICCAT]

TA FU 1

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Belize)

IATTC, ICCAT, GFCM

9179359

TAVRIDA (AURORA, PACIFIC CONQUEROR)

ir-Russja (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Perù)

SPRFMO

6818930

TCHAW (REX, CONDOR, INCA, VIKING, CISNE AZUL [CCAMLR])

Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: it-Togo, il-Belize, is-Seychelles) [CCAMLR, GFCM]

CCAMLR, SEAFO, GFCM

13568 [IATTC]/20130011 [ICCAT]

TCHING YE Nru 6 (EL DIRIA I)

Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: il-Belize, il-Costa Rica)

IATTC, ICCAT, GFCM

20150041 [ICCAT]

TIAN LUNG Nru12

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

7321374

TRINITY (ENXEMBRE, YUCUTAN BASIN, FONTE NOVA, JAWHARA [NEAFC, NAFO, SEAFO])

Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: il-Ghana, il-Panama [NAFO]/il-Ghana, il-Panama, il-Marokk [NEAFC]) [NAFO, NEAFC, SEAFO]/il-Ghana [GFCM]

NEAFC, NAFO, SEAFO, GFCM

8713392

VIKING (OCTOPUS I, BERBER, SNAKE, PION, THE BIRD, CHU LIM, YIN PENG, THOR 33, ULYSES, GALE, SOUTH BOY, PISCIS) [CCAMLR]/OCTOPUS 1 (PISCIS, SOUTH BOY, GALE, ULYSES, THOR 33, YIN PENG, CHU LIM, THE BIRD, PION) [GFCM]

in-Niġerja (l-aħħar bnadar magħrufa: Sierra Leone, il-Libja, il-Mongolja, il-Honduras, il-Korea ta' Fuq (DPRK), il-Guinea Ekwatorjali, l-Urugwaj [CCAMLR]) [CCAMLR, SEAFO]/il-Mongolja [GFCM]

CCAMLR, SEAFO, GFCM

8994295/129 [IATTC]/20130012 [ICCAT]

WEN TENG Nru 688 (MAHKOIA ABADI Nru 196)

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Belize)

IATTC, ICCAT, GFCM

20140001 [ICCAT]/15579 [IATTC]

XIN SHI JI 16

Fiġi

ICCAT, IATTC

20150042 [ICCAT]

YI HONG 106

Il-Bolivja

IOTC, ICCAT

20150043 [ICCAT]

YI HONG 116

Il-Bolivja

IOTC, ICCAT

20150044 [ICCAT]

YI HONG 16

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150045 [ICCAT]

YI HONG 3

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150046 [ICCAT]

YI HONG 6

Il-Bolivja

IOTC, ICCAT

20130002 [ICCAT]

YU FONG 168

It-Taipei Ċiniża

WCPFC, ICCAT, GFCM

20150048 [ICCAT]

YU FONG 168

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

2009002 [ICCAT]

YU MAAN WON

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Georgia)

IOTC, ICCAT, GFCM

9319856/20150033 [ICCAT]

ZEMOUR 1 (KADEI, SONGHUA, YUNNAN, NIHEWAN, HUIQUAN, WUTAISHAN ANHUI 44, YANGZI HUA 44, TROSKY, PALOMA V [CCAMLR]) [CCAMLR, SEAFO]/SONGHUA (YUNNAN) [IOTC, ICCAT]/HUIQUAN, WUTAISHAN ANHUI 44 [GFCM]

Il-Mauritania (l-aħħar bnadar magħrufa: il-Guinea Ekwatorjali, l-Indoneżja, it-Tanzanija, il-Mongolja, il-Kambodja, in-Namibja, l-Urugwaj [CCAMLR]) [CCAMLR, SEAFO]/Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Guinea Ekwatorjali) [IOTC, ICCAT]/it-Tanzanija [GFCM]

CCAMLR, SEAFO, GFCM, IOTC, ICCAT

9042001/20150047 [ICCAT]

ZEMOUR 2 (LUAMPA, YONGDING, CHENGDU, JIANGFENG, SHAANXI HENAN 33, XIONG NU BARU 33, DRACO I, LIBERTY, CHILBO SAN 33, HAMMER, SEO YANG No. 88, CARRAN [CCAMLR]/YONDING [SEAFO]) [CCAMLR, SEAFO]/YONGDING (JIANGFENG) [IOTC, ICCAT]/SHAANXI HENAN 33 (XIONG NU BARU 33, LIBERTY, CHILBO SAN 33, HAMMER, CARRAN, DRACO-1) [GFCM]

Il-Mauritania (l-aħħar bnadar magħrufa: il-Guinea Ekwatorjali, l-Indoneżja, it-Tanzanija, il-Panama, Sierra Leone, il-Korea ta' Fuq (DPRK), it-Togo, ir-Repubblika tal-Korea, l-Urugwaj [CCAMLR]) [CCAMLR, SEAFO]/il-Guinea Ekwatorjali [IOTC, ICCAT]/it-Tanzanija [GFCM]

CCAMLR, SEAFO, GFCM, IOTC, ICCAT


(1)  l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.

(2)  Għal kull tagħrif ieħor ara s-siti web tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs).”


20.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/15


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1853

tad-19 ta' Ottubru 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

132,9

ZZ

132,9

0707 00 05

TR

149,8

ZZ

149,8

0709 93 10

TR

140,1

ZZ

140,1

0805 50 10

AR

89,1

CL

113,9

IL

72,6

TR

104,9

UY

36,5

ZA

67,5

ZZ

80,8

0806 10 10

BR

289,7

EG

169,2

TR

150,3

ZZ

203,1

0808 10 80

AU

237,5

BR

124,9

CL

147,1

NZ

138,8

ZA

129,4

ZZ

155,5

0808 30 90

CN

58,1

TR

154,5

ZZ

106,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


20.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/17


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1854

tad-19 ta' Ottubru 2016

li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti mill-1 sas-7 ta' Ottubru 2016 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 341/2007 għat-tewm

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni tat-tewm.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni “A” mressqin tul l-ewwel sebat ijiem kalendarji tax-xahar ta' Jannar 2016, għas-subperjodu mill-1 ta' Diċembru 2016 sat-28 ta' Frar 2017, għal ċerti kwoti, huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni “A”, billi jiġi ffissat il-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3).

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni “A” mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 341/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Diċembru 2016 sat-28 ta' Frar 2017 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 tad-29 ta' Marzu 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema għal liċenzji tal-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

Oriġini

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1 ta' Diċembru 2016 sat-28 ta' Frar 2017

(f'%)

L-Arġentina

Importaturi tradizzjonali

09.4104

Importaturi ġodda

09.4099

Iċ-Ċina

Importaturi tradizzjonali

09.4105

Importaturi ġodda

09.4100

0,459731

Pajjiżi terzi oħra

Importaturi tradizzjonali

09.4106

Importaturi ġodda

09.4102


DIRETTIVI

20.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/19


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1855

tad-19 ta' Ottubru 2016

li temenda d-Direttiva 2009/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi ta' estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi ta' estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/32/KE tapplika għas-solventi ta' estrazzjoni użati jew intiżi biex jintużaw fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel jew tal-ingredjenti tal-ikel. Dik id-Direttiva ma tapplikax għas-solventi tal-estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-addittivi tal-ikel, il-vitamini jew addittivi nutrizzjonali oħra, għajr jekk dawn l-addittivi tal-ikel, il-vitamini jew l-addittivi nutrizzjonali huma elenkati fl-Anness I tagħha.

(2)

Fid-19 ta' Awwissu 2014, tressqet applikazzjoni minn Akzo Nobel Industrial Chemicals BV b'talba li ssir bidla fil-limitu massimu ta' residwu (MRL) għall-metossimetan (DME) bħala solvent ta' estrazzjoni f'prodotti tal-proteini mill-annimali mingħajr xaħam, b'mod partikolari tal-kollaġen u d-derivattivi tal-kollaġen, minn 0,009 mg/kg sa 3 mg/kg, u użu ġdid għall-estrazzjoni ta' prodotti tal-proteini għall-produzzjoni tal-ġelatina b'MRL ta' 0,009 mg/kg. Dik l-applikazzjoni sussegwentement saret disponibbli għall-Istati Membri.

(3)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) evalwat mill-ġdid is-sikurezza tal-metossimetan bħala solvent ta' estrazzjoni għall-preparazzjoni ta' prodotti tal-proteini mill-annimali mingħajr xaħam — il-kollaġini u l-ġelatina — u ħarġet l-opinjoni tagħha fl-14 ta' Lulju 2015 (2). L-Awtorità kkonkludiet li l-użu tal-metossimetan bħala solvent ta' estrazzjoni, skont il-kundizzjonijiet tal-użu intiżi u flimkien mal-MRLs proposti ta' 3 mg/kg fil-kollaġini u fid-derivattivi tal-kollaġini u 0,009 mg/kg fil-ġelatina mhu tal-ebda tħassib għal dik li hija sikurezza.

(4)

Għalhekk, huwa xieraq li jkun awtorizzat l-użu tal-metossimetan bħala solvent ta' estrazzjoni biex jitneħħa x-xaħam mill-materja prima tal-proteini mill-annimali bil-kundizzjoni ta' limitu ta' residwu massimu tal-metossimetan ta' 3 mg/kg f'kollaġini u fid-derivattivi tal-kollaġini u ta' 0,009 mg/kg fil-ġelatina.

(5)

Għaldaqstant id-Direttiva 2009/32/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 2009/32/KE qed jiġi emendat skont l-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex tinkiseb konformità mad-Direttiva sa mhux iktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun hemm fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza dakinhar tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 141, 6.6.2009, p. 3.

(2)  Il-Bord dwar il-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel, l-enzimi, l-aromatizzanti u l-aġenti tal-ipproċessar (CEF) tal-EFSA 2015. L-Opinjoni Xjentifika dwar is-sikurezza fl-użu tal-metossimetan bħala solvent ta' estrazzjoni taħt il-kundizzjonijiet intiżi tal-użu u l-limiti massimi ta' residwi proposti. EFSA Journal 2015;13(7):4174, 13 pp.


ANNESS

Fil-Parti II tal-Anness I tad-Direttiva 2009/32/KE, ir-ringiela għall-“metossimetan” tinbidel b'dan li ġej:

“Metossimetan

Preparazzjoni ta' prodotti ta' proteini mill-annimali mingħajr xaħam inkluża l-ġelatina (*)

0,009 mg/kg fil-prodotti ta' proteini mill-annimali mingħajr xaħam inkluża l-ġelatina

Preparazzjoni tal-kollaġini (**) u d-derivattivi tal-kollaġini, ħlief għall-ġelatina.

3 mg/kg fil-kollaġini u fid-derivattivi tal-kollaġini, ħlief għall-ġelatina


(*)  “Ġelatina” tfisser proteina naturali, solubbli, li tgħaqqad bħal ġell jew li ma tgħaqqadx bħal ġell, miksuba mill-idroliżi parzjali tal-kollaġini magħmul mill-għadam, mill-ġlud u mill-għeruq u t-tendini tal-annimali, skont ir-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(**)  “Kollaġini” tfisser il-prodott abbażi ta' proteina li jirriżulta minn għadam, ġlud u tendini tal-annimali mmanifatturati skont ir-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.”


DEĊIŻJONIJIET

20.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/21


DEĊIŻJONI (UE) 2016/1856 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta' Ottubru 2016

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea sabiex tingħata assistenza lill-Greċja

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (“il-Fond”) għandu l-għan li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi b'mod rapidu, effiċjenti u flessibbli għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza sabiex tintwera solidarjetà mal-popolazzjonijiet ta' reġjuni milquta minn diżastri naturali.

(2)

Il-Fond ma għandux jaqbeż ammont annwali massimu ta' EUR 500 000 000 (bil-prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3).

(3)

Fil-5 ta' Frar 2016, il-Greċja ssottomettiet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, wara terremot li laqat il-Gżejjer Joniċi f'Novembru 2015.

(4)

L-applikazzjoni tal-Greċja tissodisfa l-kundizzjonjiet sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond, kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002.

(5)

Il-Fond għandu, għalhekk, jiġi mobilizzat biex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja lill-Greċja.

(6)

Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2016/252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea ġie mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta' EUR 50 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għall-ħlas ta' avvanzi għas-sena finanzjarja 2016. Dawn l-approprjazzjonijiet intużaw biss b'mod limitat ħafna. Għaldaqstant, hemm lok għall-finanzjament tal-ammont kollu għall-mobilizzazzjoni attwali permezz tar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet disponibbli għall-ħlasijiet tal-avvanzi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2016.

(7)

Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun il-ħin li jieħu l-Fond biex jiġi mobilizzat, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2016, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jkun mobilizzat sabiex jipprovdi l-ammont ta' EUR 1 651 834 lill-Greċja, f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

L-ammont tal-mobilizzazzjoni msemmi fl-ewwel paragrafu għandu jiġi ffinanzjat mill-approprjazzjonijiet immobilizzati għall-pagament ta' avvanzi fil-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2016. L-approprjazzjonijiet disponibbli għall-pagament ta' avvanzi għandu jitnaqqas kif meħtieġ.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-deċiżjoni tapplika mill-11 ta' Ottubru 2016.

Magħmul fi Brussel, il-11 ta' Ottubru 2016.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

I. KORČOK


(1)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

(2)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

(4)  Id-Deċiżjoni (UE) 2016/252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għall-ħlas ta' pagamenti bil-quddiem (ĠU L 47, 24.2.2016, p. 5).


20.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/23


DEĊIŻJONI (UE) 2016/1857 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta' Ottubru 2016

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (wara applikazzjoni mill-Finlandja — EGF/2016/001 FI/Microsoft)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari Punt 13 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu l-għan li jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lill-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun intemmet b'riżultat ta' bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, b'riżultat tal-issoktar tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew b'riżultat ta' kriżi ekonomika u finanzjarja globali ġdida, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

Il-FEG ma għandux jaqbeż l-ammont massimu annwali ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3).

(3)

Fil-11 ta' Marzu 2016, il-Finlandja ppreżentat applikazzjoni biex jiġi mmobilizzat il-FEG, fir-rigward tas-sensji f'Microsoft (Microsoft Mobile Oy) u fi 8 fornituri u produtturi downstream. Din kienet issupplimentata b'informazzjoni addizzjonali pprovduta skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.

(4)

Għaldaqstant, il-FEG għandu jiġi mmobilizzat sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja li tammonta għal EUR 5 364 000,00 għall-applikazzjoni ppreżentata mill-Finlandja.

(5)

Sabiex jiġi minimizzat iż-żmien li jittieħed għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, din id-deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2016, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jagħti s-somma ta' EUR 5 364 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din għandha tapplika mill-11 ta' Ottubru 2016.

Magħmul fi Brussel, il-11 ta' Ottubru 2016.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

I. KORČOK


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


20.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/25


DEĊIŻJONI (UE) 2016/1858 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta' Ottubru 2016

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (wara l-applikazzjoni mill-Iżvezja — EGF/2016/002 SE/Ericsson)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari Punt 13 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu l-għan li jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lill-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun intemmet b'riżultat ta' bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, b'riżultat ta' kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew b'riżultat ta' kriżi ekonomika u finanzjarja globali ġdida, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

Il-FEG ma għandux jaqbeż l-ammont massimu annwali ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif previst fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3).

(3)

Fil-31 ta' Marzu 2016, l-Iżvezja ssottomettiet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward tas-sensji f'Ericsson (Telefonaktiebolaget LM Ericsson) fl-Iżvezja. Kienet issupplimentata minn informazzjoni addizzjonali pprovduta skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.

(4)

Għalhekk, il-FEG għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 3 957 918 fir-rigward tal-applikazzjoni sottomessa mill-Iżvezja.

(5)

Sabiex jiġi minimizzat iż-żmien meħud biex jiġi mobilizzat il-FEG, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni stabbilit għas-sena finanzjarja 2016, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jagħti s-somma ta' EUR 3 957 918 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din għandha tapplika mill-11 ta' Ottubru 2016.

Magħmul fi Brussel, il-11 ta' Ottubru 2016.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

I. KORČOK


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


20.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/27


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1859

tat-13 ta' Ottubru 2016

dwar Summit Soċjali Tripartitiku għat-Tkabbir u l-Impjiegi u li tħassar id-Deċiżjoni 2003/174/KE

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 352 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jistipula li wieħed mill-għanijiet tal-Unjoni hija l-ħidma lejn ekonomija tas-suq soċjali li tkun kompetittiva ferm, bil-mira li jkun hemm impjieg sħiħ u progress soċjali

(2)

Meta tkun qiegħda tiddefinixxi u timplimenta l-politiki u l-attivitajiet tagħha, l-Unjoni trid tqis id-dimensjoni soċjali tagħhom, b'mod partikolari r-rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjiegi, mal-garanzija ta' protezzjoni soċjali xierqa, mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, u ma' livell għoli ta' edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, f'konformità mal-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(3)

L-Unjoni tirrikonoxxi u tippromwovi r-rwol tas-sħab soċjali fil-livell tagħha, u tiffaċilita d-djalogu bejniethom filwaqt li tirrispetta l-awtonomija tagħhom, f'konformità mal-Artikolu 152 tat-TFUE. Għall-finijiet ta' konċertazzjoni ta' grad għoli mas-sħab soċjali Ewropej dwar l-istrateġija ġenerali stabbilita mill-Kunsill Ewropew ta' Lisbona tat-23 u l-24 ta' Marzu 2000, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/174/KE (1) twaqqaf Summit Soċjali Tripartitiku għat-Tkabbir u l-Impjiegi (is-“Summit”). Is-Summit issa ġie rikonoxxut fl-Artikolu 152 tat-TFUE bħala komponent integrali tad-djalogu soċjali fil-livell tal-Unjoni.

(4)

L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma impenjati li jikkooperaw fi ħdan il-qafas tal-istrateġija Ewropea 2020, li hija strateġija integrata maħsuba biex tagħti spinta lill-potenzjal tal-Unjoni għat-tkabbir u għall-impjiegi matul il-perjodu 2010-2020 (l-“istrateġija Ewropa 2020”). L-istrateġija Ewropea 2020 qed timmira biex iżżid il-koordinazzjoni bejn politiki nazzjonali u politiki Ewropej. Addizzjonalment, l-Unjoni rrikonoxxiet il-ħtieġa li ssaħħaħ is-sjieda u l-involviment tas-sħab soċjali f'dik l-istrateġija biex dan jippermetti lis-sħab soċjali jikkontribwixxu attivament għall-implimentazzjoni tal-objettivi ta' dik l-istrateġija.

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jenfasizza li s-sħab soċjali għandhom ikunu involuti fi ħdan il-qafas tas-Simestru Ewropew, fil-kwistjonijiet ta' politika ewlenija, fejn rilevanti, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-TFUE u l-arranġamenti legali u politiċi nazzjonali.

(6)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-28 ta' Ġunju 2013, il-Kunsill Ewropew innota li d-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja għandha tiġi msaħħa, u f'dan il-kuntest enfasizza r-rwol ewlieni tas-sħab soċjali u tad-djalogu soċjali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha tat-2 ta' Ottubru 2013 intitolata “Tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja”, indirizzat il-kwistjoni li jiġi promoss id-djalogu soċjali fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni u ħabbret proposta biex issir reviżjoni tad-Deċiżjoni 2003/174/KE b'referenza għas-Summit bħala opportunità biex jiġu involuti s-sħab soċjali fil-proċess tas-Simestru Ewropew.

(7)

Mit-twaqqif tiegħu taħt id-Deċiżjoni 2003/174/KE, is-Summit laħaq l-għan ewlieni tiegħu li jippermetti konċertazzjoni ta' livell għoli. Huwa kkontribwixxa b'mod pożittiv għall-iżvilupp tad-djalogu soċjali f'livell tal-Unjoni taħt l-Istrateġija ta' Lisbona matul il-perjodu 2000-2010, u taħt l-istrateġija Ewropa 2020.

(8)

Fid-Dikjarazzjoni konġunta tagħhom dwar l-Involviment tas-Sħab Soċjali fil-Governanza Ekonomika Ewropea tal-24 ta' Ottubru 2013, iffirmat mill-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (KETU) min-naħa tal-ħaddiema, u l-Konfederazzjoni tan-Negozji Ewropej (BUSINESSEUROPE), iċ-Ċentru Ewropew ta' Intrapriżi b'Parteċipazzjoni Pubblika u ta' Intrapriżi ta' Interess Ekonomiku Ġenerali (CEEP) u l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Artiġjanat u tal-Intrapriżi Żgħar u Medji (UEAPME) min-naħa ta' min iħaddem, is-Sħab Soċjali Ewropej sejħu għal proċess koerenti ta' konsultazzjoni mas-sħab soċjali fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, u kkonfermaw l-appoġġ tagħhom għas-Summit.

(9)

Il-kompiti u s-sħubija tas-Summit għandhom jiġu addattati biex iqisu t-tibdiliet istituzzjonali introdotti mit-Trattat ta' Lisbona, b'mod partikolari l-ħolqien tal-funzjoni ta' President tal-Kunsill Ewropew, kif stipulat fl-Artikolu 15 tat-TUE.

(10)

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-organizzazzjoni u t-tħaddim tas-sistemi nazzjonali ta' relazzjonijiet industrijali u djalogu soċjali.

(11)

It-TUE ma jipprovdix, għall-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, setgħat għajr dawk taħt l-Artikolu 352 tat-TUE.

(12)

Id-Deċiżjoni 2003/174/KE għandha għalhekk titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kompitu

Il-kompitu tas-Summit Soċjali Tripartitiku għat-Tkabbir u l-Impjiegi, f'konformità mat-TFUE u t-TUE u b'attenzjoni dovuta għas-setgħat tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, għandu jkun li jiżgura li jkun hemm konċertazzjoni kontinwa bejn il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u s-sħab soċjali. Is-Summit għandu jippermetti lis-sħab soċjali fil-livell Ewropew li jikkontribwixxu, fil-kuntest tad-djalogu soċjali tagħhom, għall-komponenti diversi tal-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi. Huwa għandu jgħin jiffaċilita s-sinerġiji bejn l-azzjonijiet tal-Kunsill Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u s-sħab soċjali bil-għan tal-promozzjoni tat-tkabbir, livell għoli ta' imjiegi, il-garanzija ta' protezzjoni soċjali xierqa, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u livell għoli ta' edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. Għal dak il-għan, għandu jibbaża fuq ix-xogħol tal-bidu u d-diskussjonijiet bejn il-Kunsill, il-Kummissjoni u s-sħab soċjali fil-forums differenti ta' konċertazzjoni dwar materji ekonomiċi, soċjali u ta' impjiegi.

Artikolu 2

Sħubija

1.   Is-Summit għandu jikkonsisti mill-Presidenti tal-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni, u, rappreżentati fl-ogħla livell, il-Presidenza attwali tal-Kunsill, iż-żewġ presidenzi sussegwenti tal-Kunsill u s-sħab soċjali. Il-Ministri mit-tliet Presidenzi tal-Kunsill u l-Kummissarju responsabbli mill-impjiegi u l-affarijiet soċjali għandhom jieħdu sehem ukoll fis-Summit. Skont l-aġenda, Ministri oħrajn mit-tliet Presidenzi tal-Kunsill u Kummissarji oħrajn jistgħu wkoll jiġu mistiedna biex jieħdu sehem fis-Summit.

2.   Ir-rappreżentanti tas-sħab soċjali għandhom jiġu maqsumin f'żewġ delegazzjonijiet indaqs, waħda b'10 rappreżentanti tal-ħaddiema fiha u l-oħra b'10 rappreżentanti ta' min iħaddem fiha, b'kont meħud tal-ħtieġa li tkun żgurata parteċipazzjoni bilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa.

3.   Iż-żewġ delegazzjonijiet għandhom jikkonsistu minn rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet transindustrijali Ewropej, jew li jirrappreżentaw l-interessi ġenerali jew l-interessi aktar speċifiċi tal-persunal ta' superviżjoni u maniġerjali u ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fil-livell Ewropew.

Il-koordinazzjoni teknika għandha tingħata lid-delegazzjoni tal-ħaddiema mill-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (KETU) u lid-delegazzjoni ta' min iħaddem mill-Konfederazzjoni tan-Negozji Ewropej (BUSINESSEUROPE). Il-KETU u l-BUSINESSEUROPE għandhom jiżguraw li l-fehmiet espressi mill-organizzazzjonijiet speċifiċi u settorjali jkunu meqjusa bis-sħiħ fil-kontributi tagħhom u għandhom, fejn xieraq, jinkludu r-rappreżentanti ta' wħud minn dawk l-organizzazzjonijiet fid-delegazzjonijiet tagħhom.

Artikolu 3

Tħejjija

1.   L-aġenda tas-Summit għandha tkun iddeterminata b'mod konġunt mill-Kunsill, mill-Kummissjoni u mill-organizzazzjonijiet transindustrijali li jirrapreżentaw lill-ħaddiema u lil min iħaddem li jkunu qed jieħdu sehem fix-xogħol tas-Summit. Għal dan il-għan, għandhom isiru għadd ta' laqgħat preparatorji bejn il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-KETU u l-BUSINESSEUROPE.

2.   Il-materji fuq l-aġenda għandhom ikunu diskussi mil-laqgħa tal-Kunsill fil-konfigurazzjoni tiegħu ta' Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur skont kif xieraq mill-kontribuzzjoni tal-korpi preparatorji tiegħu.

3.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ ta' segretarjat lis-Summit. Is-segretarjat għandu jiżgura b'mod partikolari li d-dokumenti jitqassmu f'ħin propizju. Għall-finijiet ta' tħejjija u l-organizzar ta' laqgħat, is-segretarjat tas-Summit għandu jistabbilixxi l-kuntatti xierqa mal-KETU u l-BUSINESSEUROPE, li t-tnejn għandhom ikunu responsabbli mill-koordinazzjoni tad-delegazzjonijiet rispettivi tagħhom.

Artikolu 4

Operat

1.   Is-Summit għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena. Il-laqgħat għandhom isiru qabel is-seduti rispettivi tar-rebbiegħa u tal-ħarifa tal-Kunsill Ewropew.

2.   Is-Summit għandu jkun presedut b'mod konġunt mill-President tal-Kunsill Ewropew u l-President tal-Kummissjoni, bil-parteċipazzjoni tal-Presidenza attwali tal-Kunsill.

3.   Il-laqgħat tas-Summit għandhom jissejħu mill-presidenti konġunti fuq inizjattiva tagħhom stess, b'konsultazzjoni mas-sħab soċjali.

4.   Il-President tal-Kunsill Ewropew għandu jirrapporta lill-Kunsill Ewropew dwar id-diskussjonijiet u l-eżiti tas-Summit.

Artikolu 5

Informazzjoni

Il-presidenti konġunti għandhom iħejju sommarju tad-diskussjonijiet tas-Summit biex jinfurmaw lill-konfigurazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-pubbliku ġenerali.

Artikolu 6

Tħassir

Id-Deċiżjoni 2003/174/KE hija b'dan imħassra b'effett mill-21 ta' Ottubru 2016.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

J. RICHTER


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/174/KE tas-6 ta' Marzu 2003 li tistabbilixxi Summit Tripartit Soċjali għall-Iżvilupp u x-Xogħol (ĠU L 70, 14.3.2003, p. 31).

(2)  Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet tal-budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12).


20.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/31


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1860

tas-17 ta' Ottubru 2016

li taħtar żewġ membri u membru supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Fis-16 ta' Diċembru 2015, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2361 (4), is-Sur Ignazio MARINO ġie sostitwit mis-Sur Antonio DECARO bħala membru u s-Sur Antonio DECARO ġie sostitwit mis-Sur Andrea BALLARÈ bħala membru supplenti. Fil-21 ta' April 2016, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/643 (5), is-Sur Mauro D'ATTIS ġie maħtur mill-ġdid fil-Kumitat tar-Reġjuni biex jittieħed kont tal-mandat il-ġdid tiegħu. Fit-12 ta' Settembru 2016, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1670 (6), is-Sur Andrea BALLARÈ ġie maħtur mill-ġdid fil-Kumitat tar-Reġjuni biex jittieħed kont tal-mandat il-ġdid tiegħu.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandati tas-Sur Mauro D'ATTIS u tas-Sur Antonio DECARO saru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Andrea BALLARÈ bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

(a)

bħala membri:

Is-Sur Mauro D'ATTIS, Consigliere del Comune di Brindisi (BR) (bidla fil-mandat),

Is-Sur Andrea BALLARÈ, Consigliere del Comune di Novara (NO),

u

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sur Antonio DECARO, Sindaco del Comune di Bari (BA).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

L. SÓLYMOS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2361 tas-16 ta' Diċembru 2015 li taħtar membru Taljan u membru supplenti Taljan fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 331, 17.12.2015, p. 29).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/643 tal-21 ta' April 2016 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 108, 23.4.2016, p. 35).

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1670 tat-12 ta' Settembru 2016 li taħtar membru u żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 249, 16.9.2016, p. 37).


20.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/33


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1861

tal-14 ta' Ottubru 2016

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/830/UE dwar kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali għall-programmi tal-Istati Membri għall-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza tas-sajd għall-2012

(notifikata bid-dokument C(2016) 6477)

(It-testi bl-ilsien Bulgaru, Daniż, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Spanjol, Żvediż u Taljan biss huma awtentiċi)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 129(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta' Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-politika komuni tas-sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

Billi:

(1)

Bi qbil mal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006, l-Istati Membri ppreżentaw il-programmi tagħhom għall-kontroll tas-sajd għall-2012 lill-Kummissjoni, u l-applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba biex jitwettqu l-proġetti li hemm f'dawn il-programmi.

(2)

Fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/830/UE (3), il-Kummissjoni ffissat l-ammont massimu u r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal kull proġett fil-limiti stabbiliti bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006, u stabbiliet il-kundizzjonijiet li skonthom jistgħu jingħataw dawn il-kontribuzzjonijiet.

(3)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/830/UE jistipula li kull pagament li jintalab rimborż għalih għandu jsir mill-Istat Membru kkonċernat sat-30 ta' Ġunju 2016, u li l-pagamenti li jsiru wara dik id-data ma jkunux eliġibbli għar-rimborż.

(4)

Fl-ewwel sitt xhur tal-2016, bosta Stati Membri għarrfu lill-Kummissjoni li kienu sabu diffikultà biex jilħqu dik l-iskadenza minħabba l-kriżi finanzjarja u xi diffikultajiet tekniċi li nqalgħu.

(5)

Biex tiżgura li l-Istati Membri jkunu jistgħu jkomplu dawn il-proġetti u ma jagħtuhomx il-ġenb għax jieqaf ir-rimborż tal-Kummissjoni wara l-ewwel sitt xhur tal-2016, id-data tal-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/830/UE għandha tiġi estiża sal-31 ta' Marzu 2017 b'effett retroattiv mill-1 ta' Lulju 2016.

(6)

Għalhekk id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/830/UE għandha tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/830/UE, l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej:

“Kull pagament li jintalab rimborż għalih għandu jsir mill-Istat Membru kkonċernat sal-31 ta' Marzu 2017.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2016.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika tal-Bulgarija, lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lill-Irlanda, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta' Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lir-Repubblika ta' Malta, lir-Renju tan-Netherlands, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Repubblika tal-Finlandja, lir-Renju tal-Iżvezja, u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1

(2)  ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/830/UE tas-7 ta' Diċembru 2012 dwar kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali għall-programmi tal-Istati Membri għall-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza tas-sajd għall-2012 (ĠU L 356, 22.12.2012, p. 78).


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

20.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/35


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 36/16/COL

tad-9 ta' Frar 2016

li parzjalment tirrevoka d-Deċiżjoni Nru 227/04/COL rigward l-istatus tal-Iżlanda għas-Settiċemija Emorraġika Virali (VHS) [2016/1862]

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA,

Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi fil-punt 5a tal-Parti 4.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim taż-ŻEE (Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard f'annimali akkwatiċi (1)), kif adattata għall-Ftehim taż-ŻEE mill-punt 4(d) tal-Protokoll 1 tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Artikoli 1(2) u 3 tal-Protokoll 1 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 494/13/COL tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA (“l-Awtorità”) tal-11 ta' Diċembru 2013 li tagħti s-setgħa lill-Membru tal-Kulleġġ b'responsabbiltà speċjali għal kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji sabiex jieħu ċerti deċiżjonijiet f'dak il-qasam (id-Dokument Nru 683826),

Billi:

Permezz tad-Deċiżjoni Nru 227/04/COL, l-Awtorità rrikonoxxiet iż-żona kontinentali u kostali kollha tal-Iżlanda bħala pajjiż ħieles min-Nekrożi Ematopojetika Infettiva (IHN) u s-Settiċemija Emorraġika Virali (VHS).

Fit-23 ta' Ottubru 2015, l-Iżlanda nnotifikat permezz tas-Sistema ta' Notifika tal-Mard tal-Annimali tfaqqigħa tal-VHS fil-lumpfish ta' oriġini selvaġġa użati bħala ħut għat-trobbija fir-reġjun ta' Landnamsholf. Aktar informazzjoni dwar il-miżuri meħuda kienu pprovduti permezz ta' ittra tat-13 ta' Novembru 2015 (Dokument Nru 780869, ref. ANR15110004/20.5).

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, l-istatus ta' 'ħielsa mill-VHS' għall-Iżlanda, kif rikonoxxut mid-Deċiżjoni Nru 227/04/COL, għandu jiġi rtirat.

Ma kien hemm l-ebda bidla rigward l-istatus tal-Iżlanda għall-IHN.

Għalhekk hu xieraq li tkun irrevokata d-Deċiżjoni Nru 227/04/COL biss fir-rigward tal-istatus tal-VHS għall-Iżlanda.

Din id-Deċiżjoni hija konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Fitosanitarju u Veterinarju tal-EFTA.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

1.

Id-Deċiżjoni Nru 227/04/COL hi revokata rigward l-istatus tal-Iżlanda għas-Settiċemija Emorraġika Virali.

2.

Id-Deċiżjoni Nru 227/04/COL tibqa' fis-seħħ rigward l-istatus tal-Iżlanda għan-Nekrożi Ematopojetika Infettiva.

3.

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Iżlanda.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Frar 2016.

Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

Helga JÓNSDÓTTIR

Membru tal-Kulleġġ

Carsten ZATSCHLER

Direttur


(1)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.


20.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/37


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITA TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 58/16/COL-D

tat-3 ta' Marzu 2016

li tapprova l-miżuri nazzjonali tan-Norveġja li jillimitaw l-impatt tal-Gyrodactylus salaris u li tħassar id-Deċiżjonijiet Nru 298/08/COL u Nru 299/08/COL [2016/1863]

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA,

Wara li qieset l-Att li ssir referenza għalih fil-punt 5a tal-Parti 4.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE (Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard f'annimali akkwatiċi (1)), kif adattata għall-Ftehim ŻEE bil-punt 4(d) tal-Protkoll 1 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikoli 1(2) u 3 tal-Protkoll 1 tal-Ftehim ta' Sorveljanza u tal-Qorti.

Wara li qieset id-Deċiżjoni Nru 494/13/COL tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA (“l-Awtorità”) tal-11 ta' Diċembru 2013 li tagħti s-setgħa lill-Membri tal-Kulleġġ b'responsabbiltà speċjali għal materji veterinarji u fitosanitarji biex jieħu ċerti deċiżjonijiet u miżuri (id-Dokument Nru 683826).

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 298/08/COL (2) stabbiliet żoni mingħajr mard u garanziji addizzjonali għal Gyrodactylus salaris għan-Norveġja skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE (3) u l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/453/KE (4).

(2)

F'konformità mad-Deċiżjoni Nru 298/08/COL, in-Norveġja tista' tirrekjedi garanziji addizzjonali għal kunsinni ta' ħut ħaj tal-akkwakultura ta' speċi suxxettibbli intiż għat-trobbija, li għandhom jiġu introdotti fiż-żoni affettwati mid-Deċiżjoni. Dawn il-garanziji addizzjonali jikkonsistu mir-rekwiżit li dawk il-kunsinni għandhom joriġinaw minn żona li jkollha status ta' saħħa ekwivalenti għall-post ta' destinazzjoni.

(3)

Id-Direttiva 2006/88/KE ħassret u ssostitwiet id-Direttiva 91/67/KEE. Id-Direttiva 2006/88/KE pprovdiet ukoll li d-Deċiżjoni 2004/453/KE kellha tibqa' tapplika sakemm jiġu adottati d-dispożizzjonijiet neċessarji skont dik id-Direttiva. Tali dispożizzjonijiet kienu adottat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE (5) li ukoll ħassret b'mod definit id-Deċiżjoni 2004/453/KE (6). Huwa għalhekk xieraq li d-Deċiżjoni Nru 298/08/COL titħassar u tiġi sostitwita.

(4)

L-Artikolu 43 tad-Direttiva 2006/88/KE jipprovdi li Stat taż-ŻEE jista' jieħu miżuri biex jipprevjeni l-introduzzjoni ta' mard, jew biex jikkontrollahom, li ma jkunux elenkati fil-Parti II tal-Anness IV tiegħu, li jkunu jikkostitwixxu riskju sinifikanti għas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali ta' annimali tal-akkwakultura jew ta' annimali akkwatiċi selvaġġi f'dak l-Istat. Dawk il-miżuri ma għandhomx jeċċedu l-limiti ta' dak li huwa xieraq u neċessarju biex tiġi prevenuta l-introduzzjoni ta' tali mard, jew biex jiġi kkontrollat.

(5)

In-Norveġja ingħatat id-dritt li tirrekjedi garanziji addizzjonali skont id-Deċiżjoni Nru 298/08/COL u pprovdiet lill-Awtorità b'iinformazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-mard għar-rigward ta' Gyrodactylus salaris. Permezz ta' ittra tas-6 ta' Ottubru 2015 (id-Dokument Nru 775798, Nru ta' ref. 2015/193600), in-Norveġja pprovdiet informazzjoni ulterjuri dwar il-miżuri nazzjonali rigward Gyrodactylus salaris. L-informazzjoni pprovduta turi kemm hu xieraq u kemm hu neċessarji li jibqa' l-obbligu li jkun hemm miżuri nazzjonali fil-forma tat-tqegħid fis-suq, dwar l-importazzjoni u r-rekwiżiti ta' tranżitu, skont l-Artikolu 43 tad-Direttiva 2006/88/KE.

(6)

Għaldaqstant, peress li n-Norveġja ngħatat id-dritt li takkwista garanziji addizzjonali skont id-Deċiżjoni Nru 298/08/COL għall-introduzzjoni ta' annimali tal-akkwakultura ta' speċi suxxettibbli f'żoni approvati mingħajr mard jew żoni bi programmi approvati ta' kontroll jew ta' eradikazzjoni, in-Norveġja għandha titħalla tkompli tapplika dawn il-miżuri bħala miżuri nazzjonali approvati skont l-Artikolu 43 tad-Direttiva 2006/88/KE.

(7)

Il-miżuri nazzjonali approvati permezz ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu applikati biss sakemm dawn ikunu xierqa u neċessarji. Għalhekk, in-Norveġja għandha tibgħat rapport annwali lill-Awtorità dwar il-funzjonament tal-miżuri nazzjonali.

(8)

Kull suspett tal-preżenza ta' Gyrodactylus salaris fin-Norveġja, bl-eċċezzjoni taż-żoni elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, għandhom jiġu investigati u matul l-investigazzjoni għandhom jiġu applikati restrizzjonijiet fuq il-moviment għall-protezzjoni ta' Stati oħra taż-ŻEE b'miżuri nazzjonali approvati għar-rigward ta' Gyrodactylus salaris. B'żieda ma' dan, sabiex tiġi ffaċilitata l-evalwazzjoni mill-ġdid neċessarja tal-miżuri nazzjonali approvati, kull konferma sussegwenti ta' mard għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA u lil Stat oħra taż-ŻEE.

(9)

Fl-interess taċ-ċarezza, id-Deċiżjoni Nru 298/08/COL għandha espressament titħassar.

(10)

Barra minn dan, id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 299/08/COL (7) approvat il-programm tan-Norveġja ta' kontroll u eradikazzjoni għall-Mard Batterjali tal-Kliewi (BKD). Permezz ta' ittra tas-6 ta' Ottubru 2015, (id-Dokument Nru 775798), in-Norveġja infurmat lill-Awtorità li l-programm ta' kontroll u ta' eradikazzjoni għall-BKD kien twaqqaf. Huwa għalhekk xieraq li d-Deċiżjoni Nru 299/08/COL titħassar.

(11)

Il-miżuri li jsir provvediment għalihom f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju u Fitosanitarju tal-EFTA.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta' ċerti miżuri nazzjonali għal-limitazzjoni tal-impatt ta' ċertu mard mhux elenkat fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE

1.   In-Norveġja, bl-eċċezzjoni taż-żoni elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, għandha titqies bħala ħielsa minn Gyrodactylus salaris.

2.   In-Norveġja tista' tirrekjedi li l-kunsinni li ġejjin introdotti f'żona mingħajr mard ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) u (b) għar-rigward ta' dawk iż-żoni meqjusa bħala ħielsa minn Gyrodactylus salaris:

(a)

l-annimali tal-akwakultura intenzjonati għat-trobbija, għal żoni ta' żamma, għal meded ta' ilma għas-sajd ripopolati artifiċjalment, għal faċilitajiet ornamentali miftuħa u għall-istokkjar mill-ġdid għandhom ikunu konformi ma':

(i)

ir-rekwiżiti ta' tqegħid fis-suq stabbilit fl-Artikolu 8a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 (8);

(ii)

ir-rekwiżiti ta' importazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008;

(iii)

ir-rekwiżiti ta' tranżitu u ta' ħażna stabbiliti fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008;

(b)

annimali akwatiċi ornamentali intenzjonati għal faċilitajiet ornamentali magħluqa għandhom ikunu konformi ma'

(i)

ir-rekwiżiti ta' importazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008;

(ii)

ir-rekwiżiti ta' tranżitu u ta' ħażna stabbiliti fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008;

Artikolu 2

Rappurtar

1.   Sa mhux aktar tard mit-30 ta' April ta' kull sena, in-Norveġja għandha tippreżenta rapport lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar il-miżuri nazzjonali approvati li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 1.

2.   Ir-rapporti li jsir provvediment għalihom fil-paragrafu 1 għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2010/221/UE.

Artikolu 3

Suspett u kostatazzjoni ta' mard f'żoni ħielsa mill-mard

1.   Meta n-Norveġja tissuspetta l-preżenza ta' marda f'żona li tkun elenkata bħala ħielsa mill-marda Gyrodactylus salaris, in-Norveġja għandha tieħu miżuri li jkunu tal-anqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 28, l-Artikolu 29(2), (3) u (4) u l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2006/88/KE.

2.   Meta l-investigazzjoni epiżootika tikkonferma l-kostatazzjoni tal-marda li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 1, in-Norveġja għandha tinforma lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA u lill-Istati l-oħra tal-EFTA dwar dan, u b'kull miżuri meħuda biex dik il-marda tiġi kkontrollata u limitata.

Artikolu 4

Tħassir

Id-Deċiżjonijiet Nru 298/08/COL u Nru 299/08/COL huma mħassra.

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Norveġja.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Marzu 2016.

Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

Helga JÓNSDÓTTIR

Membru tal-Kulleġġ

Carsten ZATSCHLER

Direttur


(1)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 298/08/COL tal-21 ta' Mejju 2008 dwar żoni mingħajr mard u garanziji addizjonali għal Gyrodactylus salaris għan-Norveġja (ĠU L 268, 9.10.2008, p. 37).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 li tikkonċerna l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw it-tqegħid fuq is-suq tal-annimali u prodotti ta l-akwakultura (ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/453/KE tad-29 ta' April 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE dwar miżuri kontra ċertu mard f'annimali tal-akwakultura (ĠU L 156, 30.4.2004, p.5).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE tal-15 ta' April 2010 li tapprova miżuri nazzjonali biex jiġi limitat l-impatt ta' ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u annimali akkwatiċi selvaġġi b'konformità mal-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (ĠU L 98, 20.4.2010, p. 7).

(6)  L-Att li ssir referenza għalih fil-punt 94 tal-Parti 4.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE.

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 299/08/COL tal-21 ta' Mejju 2008 li japprova l-programm ta' kontroll u tal-qerda tal-Mard Batterjali tal-kliewi sottomess min-Norveġja (ĠU L 257, 25.9.2008, p. 16).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 tat-12 ta' Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta' speċi li jgħaddu l-mard (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 41).


ANNESS

Żoni ta' limiti ta' ilma infettat

Kontea

Skibotnelva

Troms

Signaldalselva

Troms

Kitdalselva

Troms

Ranaelva

Nordland

Leirelva

Nordland

Ranelva

Nordland

Drevja

Nordland

Fusta

Nordland

Vefsna

Nordland

Hundåla

Nordland

Halsanelva

Nordland

Hestdalselva

Nordland

Dagsvikelva

Nordland

Nylandselva

Nordland

Batnfjordselva

Møre og Romsdal

Driva

Møre og Romsdal

Litledalselva

Møre og Romsdal

Usma (Øksendalselva)

Møre og Romsdal

Henselva

Møre og Romsdal

Rauma

Møre og Romsdal

Innfjordelva

Møre og Romsdal

Skorga

Møre og Romsdal

Måna (Måndalselva)

Møre og Romsdal

Breidvikelva

Møre og Romsdal

Lærdalselva

Sogn og Fjordane

Drammenselva

Buskerud

Lierelva

Buskerud

Vesleelva (Sandeelva)

Vestfold