ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 272

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
7 ta' Ottubru 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż li jikkonċerna l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika interim bejn il-Kosta tal-Avorju, fuq naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1776 tas-6 ta' Ottubru 2016 li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tas-Sukralożju (E 955) bħala tejjieb il-benna fiċ-ċuwingamm b'zokkrijiet jew polijoli miżjuda ( 1 )

2

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1777 tas-6 ta' Ottubru 2016 li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq importazzjonijiet ta' ċerta pjanċa tqila tal-azzar mhux illigat jew azzar illigat ieħor li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

5

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1778 tas-6 ta' Ottubru 2016 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

33

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1779 tas-6 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

70

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1780 tad-29 ta' Settembru 2016 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fiil-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi, fir-rigward tal-adozzjoni ta' linji gwida komuni għall-implimentazzjoni ta' dak il-Ftehim

72

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1781 tal-5 ta' Ottubru 2016 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE f'dak li għandu x'jaqsam mad-dħul ta' entrata għal Saint Pierre u Miquelon fil-lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet minnhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, ta' bżieżaq tal-awrina u ta' msaren ittrattati (notifikata bid-dokument C(2016) 6287)  ( 1 )

88

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1782 tal-5 ta' Ottubru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-inklużjoni tal-Litwanja fil-lista tal-Istati Membri fejn hemm stabbilit programm approvat ta' kontroll nazzjonali għall-marda Aujeszky u li taġġorna l-lista tal-istituti nazzjonali fl-Anness III (notifikata bid-dokument C(2016) 6288)  ( 1 )

90

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

7.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/1


Avviż li jikkonċerna l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika interim bejn il-Kosta tal-Avorju, fuq naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra

L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju nnotifikaw it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għall-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika interim bejn il-Kosta tal-Avorju, fuq naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra (1), f'konformità mal-Artikolu 75 ta' dak il-Ftehim. Konsegwentement, il-Ftehim japplika b'mod proviżorju mit-3 ta' Settembru 2016 bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju.

Sakemm tiġi applikata l-iskema komuni reċiproka l-ġdida prevista fl-Artikolu 14 paragrafu 2 tal-Ftehim, iż-żewġ Partijiet qablu li japplikaw id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1076 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti ta' oriġini” u metodi ta' koperazzjoni amministrattiva.


(1)  ĠU L 59, 3.3.2009, p.1.


REGOLAMENTI

7.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/2


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1776

tas-6 ta' Ottubru 2016

li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tas-Sukralożju (E 955) bħala tejjieb il-benna fiċ-ċuwingamm b'zokkrijiet jew polijoli miżjuda

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Dik il-lista tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jew bl-inizjattiva tal-Kummissjoni jew inkella wara applikazzjoni.

(3)

Fid-19 ta' Jannar 2015 tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tas-sukralożju (E 955) bħala tejjieb il-benna fiċ-ċuwingamm biz-zokkrijiet jew il-polijoli miżjuda. Sussegwentement l-applikazzjoni tpoġġiet għad-disponibbiltà tal-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008.

(4)

Is-sukralożju ġie evalwat fl-2000 mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel tal-Unjoni Ewropea (SCF) li stabbilixxa doża aċċettabbli ta' kuljum (ADI) ta' 15 mg/kg ta' piż tal-ġisem/kuljum (3).

(5)

L-użu tas-sukralożju (E 955) bħala tejjieb il-benna fiċ-ċuwingamm biz-zokkrijiet jew il-polijoli miżjuda żżid l-intensità globali fit-togħma taċ-ċuwingamm, u żżomm l-intensità tul perjodu itwal ta' żmien hekk kif wieħed jomgħod iċ-ċuwingamm, meta mqabbla ma' formulazzjonijiet ta' addittiv(i) tal-ikel oħrajn. Żieda fl-intensità u l-lonġevità tat-togħma għalhekk tipprovdi lill-klijent esperjenza ġenerali taċ-ċuwingamm aktar sodisfaċenti hekk kif ikun qed jomgħodu.

(6)

L-awtorizzazzjoni tas-sukralożju fil-livell ta' 1 200 mg/kg fiċ-ċuwingamm biz-zokkrijiet jew il-polijoli miżjuda twassal għal żieda fil-konsum ta' E955 fil-limiti li ġejjin: bejn 0 sa 0,1 % tad-DAK fil-każ ta' konsum intermedju u bejn 0 sa 4,3 % tad-DAK f'każ ta' livell għoli ta' konsum. Dan huwa kkunsidrat bħala esponiment minuri addizzjonali għall-konsumatur u għalhekk mhuwiex ta' tħassib għas-sikurezza.

(7)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha tfittex l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, ħlief meta dak l-aġġornament ma jkunx mistenni li jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Peress li l-awtorizzazzjoni tal-użu tas-sukralożju (E 955) bħala tejjieb il-benna fiċ-ċuwingamm biz-zokkrijiet jew il-polijoli miżjuda tikkostitwixxi aġġornament ta' dik il-lista li mhux mistenni jħalli effett fuq saħħet il-bniedem, m'hemmx bżonn tintalab l-opinjoni tal-Awtorità.

(8)

Għalhekk, huwa xieraq li jkun awtorizzat l-użu tas-Sukralożju (E 955) bħala tejjieb il-benna f'livell massimu ta' 1 200 mg/kg fiċ-ċuwingamm biz-zokkrijiet jew il-polijoli miżjuda (sottokategorija tal-ikel 5.3).

(9)

L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).

(3)  L-Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel dwar is-sukralożju (Adottata mill-SCF fis-7 ta' Settembru 2000) hija disponibbli onlajn: http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/out68_en.pdf


ANNESS

Il-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 hija emendata kif ġej:

1.

Il-kategorija tal-ikel 5.3 “Chewing gum” (ċuwingamm) hija emendata kif ġej:

(a)

tiddaħħal l-annotazzjoni li ġejja wara l-annotazzjoni għal E 951:

 

“E 955

Is-sukralożju

1 200

(12)

b'zokkrijiet jew polijoli miżjuda biss, bħala tejjieba l-benna”

(b)

in-nota f'qiegħ il-paġna (12) hija emendata kif ġej:

“(12)

Jekk E 950, E 951, E 955, E 957, E 959 u E 961 jintużaw flimkien fiċ-ċuwingamm, il-livell massimu għal kull wieħed jitnaqqas b'mod proporzjonali”


7.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1777

tas-6 ta' Ottubru 2016

li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq importazzjonijiet ta' ċerta pjanċa tqila tal-azzar mhux illigat jew azzar illigat ieħor li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fit-13 ta' Frar 2016, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni dwar antidumping fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) ta' prodotti ċatti ta' azzar illigat jew mhux illigat (bl-esklużjoni tal-azzar inossidabbli, azzar tas-siliċju-elettriku, azzar tal-għodda u azzar għal veloċità għolja), b'laminazzjoni termali, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin, mhux f'kolji, bi ħxuna ta' aktar minn 10 mm u wisa' ta' 600 mm jew aktar jew bi ħxuna ta' 4,75 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 10 mm u wisa' ta' 2 050 mm jew aktar (“pjanċa tqila”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”) fuq il-bażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (2).(“ir-Regolament bażiku”).

(2)

Il-Kummissjoni ppubblikat Notifika ta' Bidu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3) (“in-Notifika ta' Bidu”).

(3)

Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fl-4 ta' Jannar 2016 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar, (“il-Eurofer” jew “l-ilmentatur”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' pjanċi tqal.

(4)

L-ilment kien fih evidenza ta' dumping u ta' dannu materjali li jirriżulta li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.

1.2.   Reġistrazzjoni

(5)

Wara talba mill-ilmentatur, sostnuta bl-evidenza meħtieġa, fl-10 ta' Awwissu 2016 il-Kummissjoni ppubblikat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1357 (4) li bih għamlet l-importazzjonijiet ta' pjanċi tqal li joriġinaw mir-RPĊ soġġetti għar-reġistrazzjoni mill-11 ta' Awwissu 2016 (“ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni”).

1.3.   Il-partijiet interessati

(6)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għarrfet b'mod speċifiku lill-ilmentatur, lill-produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa, lill-awtoritajiet tar-RPĊ, lill-importaturi, il-fornituri u l-utenti, in-negozjanti u l-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jieħdu sehem.

(7)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità jagħtu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub dwar il-bidu tal-investigazzjoni u jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

(8)

Il-Kummissjoni għarrfet ukoll lill-produtturi fl-Awstralja, il-Brażil, il-Kanada, l-Indja, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Malasja, il-Messiku, ir-Russja, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Ukrajna u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-bidu u stidnithom jieħdu sehem.

(9)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni għarrfet lill-partijiet interessati li kienet qiegħda tipprevedi l-użu tal-Istati Uniti tal-Amerika bħala l-pajjiż terz b'ekonomija tas-suq (“pajjiż analogu”) skont it-tifsira tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

(10)

Il-partijiet interessati kellhom opportunità jikkummentaw fuq kemma hija adatta l-għażla tal-pajjiż analogu u li jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċeduri kummerċjali.

1.4.   Kampjunar

(11)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista' tieħu kampjun ta' produtturi esportaturi, produtturi mill-Unjoni u importaturi mhux relatati fl-Unjoni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.4.1.   Il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(12)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li hija kienet għażlet b'mod provviżorju kampjun ta' produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-aktar volumi ta' bejgħ rappreżentattivi tal-prodott simili fil-perjodu tal-investigazzjoni filwaqt li żgurat firxa ġeografika.

(13)

Dan il-kampjun provviżorju kien jikkonsisti fi tliet produtturi tal-Unjoni li jinsabu fi tliet Stati Membri differenti u kien ikopri 26 % mill-bejgħ totali tal-pjanċi tqal mill-produtturi tal-Unjoni li wieġbu għal dan l-eżerċizzju. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jagħtu l-kummenti tagħhom fuq dan il-kampjun provviżorju.

(14)

L-ilmentatur u l-kumpanija kampjonata stess sostnew li ma kienx xieraq li Metinvest Trametal SpA (“Trametal”) tkun inkluża fil-kampjun, peress li din il-kumpanija mhijiex maċinatur integrat iżda riromblatur ta' qatgħat tal-azzar mixtrija mingħand kumpanija relatata fl-Ukrajna u għalhekk allegatament ma kinitx rappreżentattiva tal-industrija tal-Unjoni.

(15)

L-industrija tal-Unjoni tikkonsisti kemm f'maċinaturi integrati kif ukoll f'riromblaturi u dawn iż-żewġ tipi ta' produtturi tal-Unjoni huma fost dawk li ilmentaw. Madankollu l-maġġoranza vasta ta' pjanċi ħoxnin prodotti mill-industrija tal-Unjoni huma prodotti minn maċinaturi integrati.

(16)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet ukoll li Trametal tikseb il-qatgħat, il-materjal ewlieni li tuża u li tipikament jammonta għal madwar 70 % tal-ispejjeż totali, mill-kumpanija relatata tagħha fl-Ukrajna. Għalhekk, b'mod partikolari l-indikaturi tal-kostijiet u l-profittabbiltà huma affettwati direttament minn din ir-relazzjoni, kif inhuma affettwati wkoll il-prestazzjoni u s-sitwazzjoni partikolari tal-kumpanija Ukrena li tforni l-qatgħat.

(17)

Il-Kummissjoni tinnota madankollu li s-sitwazzjoni taż-żewġ tipi ta' produtturi tal-Unjoni — il-maċinaturi integrati u r-riromblaturi hija rifless bis-sħiħ fl-indikaturi makroekonomiċi deskritti fil-premessi (105) sa (124) hawn taħt.

(18)

Għar-raġunijiet elenkati fil-premessi (14) sa (16) hawn fuq, il-Kummissjoni madankollu tikkunsidra proviżorjament li s-sitwazzjoni partikolari ta' Trametal mhijiex rappreżentattiva tal-industrija tal-Unjoni u li l-indikaturi mikroekonomiċi deskritti fil-premessi (125) sa (138) hawn taħt m'għandhomx ikunu affettwati minnha..

(19)

Il-Kummissjoni sabet li dan il-kumment kien iġġustifikat u, wara li kkunsidrat l-informazzjoni preliminari għad-dispożizzjoni dwar id-dannu, biddlet lil Trametal ma' Ilsenburger Grobblech GmbH fil-kampjun, it-tieni l-ikbar produttur fl-Unjoni fi klassifikazzjoni skont il-volum ta' bejgħ fl-Unjoni fil-perjodu tal-investigazzjoni kif definit fil-premessa (28) hawn taħt.

(20)

Fis-7 ta' Marzu 2016, il-Kummissjoni għamlet disponibbli għall-partijiet interessati nota li tispjega r-raġunijiet tal-bidla fil-kampjun u elenkat il-kumpaniji inklużi fil-kampjun rivedut. L-ebda waħda mill-partijiet interessati ma kkummentat fuq il-kampjun finali.

1.4.2.   Kampjunar tal-importaturi

(21)

Il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu sabiex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ li jittieħed kampjun u, jekk iva, sabiex tagħżel il-kampjun.

(22)

Sitt importaturi ressqu t-tagħrif mitlub u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Ġew kampjunati tlieta minnhom.

1.4.3.   Il-kampjunar ta' produtturi esportaturi fir-RPĊ

(23)

Sabiex tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni staqsiet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lill-produtturi esportaturi li jistgħu jkunu interessati li jieħdu sehem fl-investigazzjoni.

(24)

Erbatax-il produttur esportatur fir-RPĊ ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' tliet kumpaniji bbażat fuq l-ikbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa u kkonċernati kollha, u l-awtoritajiet tar-RPĊ, ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma wasal l-ebda kumment u għaldaqstant il-kampjun kien ikkonfermat.

1.5.   Eżami individwali

(25)

Seba' produtturi esportaturi fir-RPĊ indikaw li xtaqu jitolbu eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. Madankollu, l-ebda wieħed minnhom ma wieġeb għall-kwestjonarju u, b'hekk, ma daħlet l-ebda talba għal eżami individwali.

1.6.   Tweġibiet għall-kwestjonarju

(26)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa li huma konċernati u lill-kumpaniji kollha l-oħrajn li ppreżentaw ruħhom sal-iskadenzi taż-żmien stabbiliti fin-Notifika ta' Bidu. Daħlu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand tliet produtturi tal-Unjoni, sitt importaturi mhux relatati, għaxar utenti, grupp ta' ċentri tas-servizzi tal-azzar, it-tliet produtturi esportaturi kampjunati fir-RPĊ, u żewġ produtturi f'pajjiżi analogi differenti.

1.7.   Żjarat ta' verifika

(27)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għal determinazzjoni provviżorja tad-dumping, tad-dannu li jirriżulta u tal-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-partijiet li ġejjin:

Assoċjazzjoni:

Eurofer, Brussell, il-Belġju;

Produtturi fl-Unjoni:

Aktiengesellschaft der Dillinger Hüttenwerke, Dillingen, il-Ġermanja

Ilsenburger Grobblech GmbH, Ilsenburg, il-Ġermanja

Tata Steel UK Ltd (5), Scunthorpe, ir-Renju Unit

Produtturi esportaturi fir-RPĊ

Nanjing Iron and Steel Co., Ltd.,

Minmetals Yingkou Medium Plate Co., Ltd,

Wuyang Iron and Steel Co., Ltd u Wuyang New Heavy & Wide Steel Plate Co., Ltd;

Produttur fil-pajjiż analogu

Bluescope Steel Awstralja, Port Kembla, l-Awstralja.

1.8.   Il-perjodu tal-investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat

(28)

L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015 (“il-perjodu tal-investigazzjoni” jew il-“PI”).

(29)

L-analiżi tax-xejriet relevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopriet il-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2012 u tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(30)

Il-prodott ikkonċernat huwa prodotti ċatti ta' azzar illigat jew mhux (bl-esklużjoni tal-azzar inossidabbli, azzar tas-siliċju-elettriku, azzar tal-għodda u azzar għal veloċità għolja), b'laminazzjoni termali, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin, mhux f'kolji, bi ħxuna ta' aktar minn 10 mm u wisa' ta' 600 mm jew aktar jew bi ħxuna ta' 4,75 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 10 mm u wisa' ta' 2 050 mm jew aktar, li fil-preżent jaqgħu fil-kodiċijiet NM ex 7208 51 20, ex 7208 51 91, ex 7208 51 98, ex 7208 52 91, ex 7208 90 20, ex 7208 90 80, 7225 40 40, ex 7225 40 60 u ex 7225 99 00 (“pjanċa tqila”) u li joriġinaw mir-RPĊ.

(31)

Il-pjanċa tqila tintuża fil-manifattura ta' tagħmir għall-bini, għall-estrazzjoni u għall-qtugħ tas-siġar għall-injam; reċipjenti taħt pressjoni; pipelines taż-żejt u tal-gass; bini ta' bastimenti u pontijiet u bini.

2.2.   Il-prodott simili

(32)

L-investigazzjoni uriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

(a)

il-prodott ikkonċernat;

(b)

il-prodott li huwa mmanifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tal-Awstralja;

(c)

il-prodott li huwa mmanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(33)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni ddeċidiet b'mod provviżorju li dawn il-prodotti huma prodotti simili skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

2.3.   Dikjarazzjonijiet rigward l-ambitu tal-prodott

(34)

Parti interessata minnhom argumentat li l-ambitu tal-prodott għandu definizzjoni wiesgħa wisq. B'mod partikolari, targumenta li l-ambitu tal-prodott għandu jkun limitat għall-hekk imsejħin “pjanċi tqal tal-komoditajiet”, filwaqt li l-hekk imsejħin “pjanċi tqal speċjali” għandhom ikunu esklużi mid-definizzjoni tal-prodott. B'appoġġ tad-dikjarazzjoni tagħha, hija tuża primarjament żewġ argumenti.

(35)

L-ewwel nett, targumenta li l-informazzjoni pprovduta fl-ilment fil-parti l-kbira hija marbuta mal-“pjanċi tqal tal-komoditajiet”, li jgħoddu għall-maġġoranza tal-esportazzjonijiet mir-RPĊ. It-tieni, targumenta li l-ambitu tal-prodott huwa usa' mid-definizzjoni tal-prodott simili fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

(36)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva li fl-istadju tal-ilment trid tiġi pprovduta biss biżżejjed evidenza li tikkonċerna d-dumping, id-dannu u rabta kawżali. Għaldaqstant, ma hemmx bżonn li tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-firxa sħiħa tal-prodotti f'dan l-istadju. Il-limitar tal-analiżi għall-iktar gradi komuni mibjugħin esportati ma jfissirx li d-definizzjoni tal-prodott trid tkun limitata għal dawk it-tipi ta' prodotti.

(37)

It-tieni, l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku jipprovdi li l-prodott simili jrid ikun l-istess jew jixbah ħafna l-prodott ikkunsidrat. Madankollu, dan ma jirreferix għad-definizzjoni tal-prodott ikkunsidrat bħala tali. Id-diversi tipi tal-prodott ikkunsidrati jridu sempliċiment ikollhom l-istess karatteristiċi bażiċi, li huwa l-każ kif spjegat fil-premessa (32) iktar 'il fuq.

(38)

Il-parametri li allegatament jiddifferenzjaw bejn “pjanċi tqal speċjali” minn pjanċi tqal tal-komoditajiet huma l-kompożizzjoni kimika, il-kompożizzjoni mekkanika/teknoloġika, il-kundizzjoni tal-kunsinna, il-ħxuna u ċ-ċertifikazzjoni u l-ispezzjoni għal skopijiet ta' bini ta' bastimenti.

(39)

Apparti l-ħxuna, l-ebda wieħed minn dawn il-parametri ma jikkonċerna l-proprjetajiet bażiċi tal-prodott. Il-parti targumenta li l-prodotti kollha bi ħxuna ta' > 50,8 mm għandhom ikunu esklużi mill-ambitu tal-prodott. B'appoġġ tal-limitu tal-ħxuna, l-uniku argument li ressqet il-parti huwa li l-ilment allegatament jiffoka biss fuq il-pjanċi tqal bi ħxuna ta' < 50,8 mm, peress li l-evidenza prima facie pprovduta f'wieħed mill-Annessi tal-ilment rigward il-kalkolu tad-dumping hija limitata għal dawn il-prodotti.

(40)

Madankollu, jidher ċar li d-definizzjoni tal-prodott fl-ilment tkopri wkoll prodotti bi ħxuna ta' > 50,8 mm, peress li d-definizzjoni tal-prodott ma fiha l-ebda limitu massimu tal-ħxuna. Kif iddikjarat iktar 'il fuq, is-sempliċi raġuni li l-evidenza prima facie dwar id-dumping tkopri biss l-iktar tipi ta' prodott esportati komuni ma jfissirx li d-definizzjoni tal-prodott hija limitata għal dawk it-tipi.

(41)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi b'mod provviżorju li d-definizzjoni tal-prodott titħalla kif inhi.

3.   DUMPING

3.1.   Il-valur normali

3.1.1.   Trattament ta' ekonomija tas-suq (“TES”)

(42)

Kif stipulat fl-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, jekk produttur esportatur fir-RPĊ jikkonforma mal-kriterji fl-Artikolu 2(7)(c) u għaldaqstant jingħata TES, il-Kummissjoni mbagħad tiddetermina l-valur normali għal dik il-kumpanija skont l-Artikoli 2(1) sa (6).

(43)

Il-Kummissjoni bagħtet formola ta' pretensjoni ta' TES lill-produtturi esportaturi kampjunati kollha sabiex ikunu jistgħu jitolbu li għandhom jingħataw TES. L-ebda wieħed minnhom ma rritorna l-formola ta' pretensjoni u għalhekk l-ebda wieħed minnhom ma seta' jingħata TES.

3.1.2.   Il-pajjiż analogu

(44)

Għaldaqstant il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezz jew il-valur maħdum f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq kif stipulat fl-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, ried jintgħażel pajjiż analogu.

(45)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni indikat li kienet ipprevediet li tuża lill-Istati Uniti tal-Amerika bħala l-pajjiż analogu u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw. Ma wasal l-ebda kumment.

(46)

Il-kwestjonarji ntbagħtu lill-produtturi magħrufin kollha tal-pjanċa tqila fil-pajjiżi msemmijin fil-premessa (8) iktar 'il fuq, u waslu żewġ tweġibiet: waħda mingħand produttur fl-Awstralja u waħda mingħand produttur fl-Istati Uniti tal-Amerika.

(47)

It-tweġiba mill-produttur fl-Istati Uniti tal-Amerika weriet evidenza tal-produzzjoni u l-bejgħ fis-suq domestiku tal-Istati Uniti.

(48)

Fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju, il-produttur mill-Istati Uniti għarraf lill-Kummissjoni li d-dazju doganali normali tal-Istati Uniti fuq l-importazzjonijiet tal-pjanċa tqila huwa żero. Jeżistu dazji antidumping fuq importazzjonijiet mir-RPĊ kif ukoll dazji antidumping u dazji antisussidji fuq importazzjonijiet mill-Indja, mill-Indoneżja u mir-Repubblika tal-Korea.

(49)

Hemm 7 produtturi mill-Istati Uniti fis-suq domestiku tal-Istati Uniti, u l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea, mill-Ġermanja, minn Franza u mill-Kanada għandhom sehem mis-suq ta' 20 %.

(50)

It-tweġiba mill-produttur mill-Awstralja kien fiha evidenza tal-produzzjoni u l-bejgħ fis-suq domestiku Awstraljan, u li huwa l-uniku produttur fl-Awstralja. Madankollu, l-importazzjonijiet fl-Awstralja għandhom sehem mis-suq ta' 35 %. Dazji antidumping huma fis-seħħ fuq importazzjonijiet mir-RPĊ, mill-Indoneżja, mill-Ġappun, mir-Repubblika tal-Korea u mit-Tajwan, iżda dawn id-dazji huma baxxi u għal ċerti kumpaniji huma żero.

(51)

Is-suq domestiku Awstraljan jista' jitqies li huwa aktar kompetittiv għaliex l-importazzjonijiet jieħdu sehem akbar mis-suq u d-dazji fuq l-importazzjonijiet huma inqas.

(52)

B'hekk, f'dan l-istadju, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Awstralja kienet pajjiż analogu xieraq skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

3.1.3.   Il-valur normali

(53)

L-informazzjoni li waslet mingħand il-produttur li kkoopera fil-pajjiż analogu ntużat bħala bażi għad-determinazzjoni tal-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx TES, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

(54)

Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-produttur li kkoopera fil-pajjiż analogu kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku.

(55)

Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili mill-produttur tal-pajjiż analogu għall-klijenti indipendenti fis-suq domestiku jkun jirrappreżenta tal-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ b'esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni ta' kull produttur esportatur kampjunat fir-RPĊ matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(56)

Fuq din il-bażi, il-bejgħ totali tal-produttur tal-prodott simili li kkoopera fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu kien rappreżentattiv.

(57)

Imbagħad il-Kummissjoni identifikat it-tipi ta' prodotti mibjugħa f'livell domestiku li kienu identiċi jew paragunabbli għat-tipi tal-prodott mibjugħa għall-esportazzjoni fl-Unjoni mill-produtturi esportaturi fil-kampjun.

(58)

Imbagħad il-Kummissjoni eżaminat jekk il-bejgħ domestiku mill-produttur tal-pajjiż analogu fis-suq domestiku tiegħu għal kull tip ta' prodott li kien identiku jew komparabbli ma' tip ta' prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni minn kull produttur esportatur fil-kampjun fir-RPĊ kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku.

(59)

Il-bejgħ domestiku ta' tip ta' prodott huwa rappreżentattiv jekk il-volum totali ta' bejgħ domestiku ta' dak it-tip ta' prodott lil konsumaturi indipendenti matul il-perjodu tal-investigazzjoni jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ għall-esportazzjoni minn kull produttur esportatur fil-kampjun fir-RPĊ lejn l-Unjoni tat-tip ta' prodott identiku jew komparabbli.

(60)

Il-Kummissjoni sabet li wħud mit-tipi ta' prodotti kienu rappreżentattivi fuq din il-bażi, iżda oħrajn ma kinux, jew minħabba kwantitajiet baxxi jew għaliex it-tip ta' prodott esportat ma kienx jinbiegħ b'mod domestiku mill-produttur tal-pajjiż analogu.

(61)

Imbagħad, il-Kummissjoni ddefinixxiet il-proporzjon tal-bejgħ bi profitt lill-konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta' prodott matul il-perjodu tal-investigazzjoni biex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku attwali għall-kalkolu tal-valur normali, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

(62)

Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku reali għal kull tip ta' prodott, irrispettivament minn jekk dan il-bejgħ irendix profitt jew le, jekk:

(1)

il-volum tal-bejgħ tat-tip ta' prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett li huwa daqs jew ogħla mill-ispiża kkalkolata tal-produzzjoni, jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali tal-bejgħ ta' dan it-tip ta' prodott; kif ukoll

(2)

il-prezz tal-bejgħ medju ponderat ta' dak it-tip ta' prodott huwa daqs jew ogħla mill-kost tal-produzzjoni ta' unità.

(63)

F'dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta' dak it-tip ta' prodott matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(64)

Il-valur normali huwa l-prezz domestiku attwali għal kull tip ta' prodott tal-bejgħ domestiku profittabbli tat-tipi ta' prodotti biss, matul il-perjodu tal-investigazzjoni, jekk:

(1)

il-volum tal-bejgħ bi profitt tat-tip tal-prodott jirrappreżenta 80 % jew inqas mill-volum totali tal-bejgħ ta' dan it-tip; jew

(2)

il-prezz medju ponderat ta' dan it-tip ta' prodott huwa inqas mill-kost tal-produzzjoni għal kull unità.

(65)

Meta prodott ma jkunx inbiegħ fi kwantitajiet rappreżentattivi jew mhux mibjugħ affattu jew il-bejgħ kollu sar bit-telf fis-suq domestiku mill-produttur tal-pajjiż analogu, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali skont l-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku.

(66)

Għal kull tip ta' prodott mhux mibjugħ fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, il-valur normali nħadem billi żdiedu l-ispejjeż medji għall-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SG&A — selling, general, administrative) u l-profitt tat-tranżazzjonijiet li saru matul il-perkors normali tan-negozju fis-suq domestiku għal kull wieħed minn dawk it-tipi mal-kost medju tal-produzzjoni tagħhom.

(67)

Għal tipi ta' prodotti mhux mibjugħin affattu jew li l-bejgħ kollu tagħhom sar bit-telf fis-suq domestiku, il-valur normali nħadem billi żdiedu l-ispejjeż medji għall-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SG&A) u l-profitt li saru matul il-perkors normali tan-negozju tal-prodott simili fis-suq domestiku mal-kost medju tal-produzzjoni ta' kull tip.

(68)

F'każ li fih tip ta' prodott ma kienx inbiegħ affattu fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu, il-kost tal-produzzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-kost tal-eqreb irħas tip.

3.2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(69)

Il-prezz tal-esportazzjoni ġie vverifikat għal kull produttur esportatur fil-kampjun matul iż-żjara tal-verifika. Meta saret l-esportazzjoni lejn l-Unjoni lill-ewwel klijent mhux relatata direttament jew permezz ta' kumpanija tan-negozjar relatata, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz li tħallas realment jew dak pagabbli għall-prodott ikkonċernat meta nbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(70)

Wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun esporta l-pjanċa tqila permezz ta' importatur relatat fl-Unjoni. Il-prezz tal-esportazzjoni għal dak il-bejgħ inħadem skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku.

3.3.   Tqabbil

(71)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali mill-produttur tal-pajjiż analogu u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fil-kampjun fuq il-bażi tal-prezz mill-fabbrika.

(72)

Fejn iġġustifikata mill-ħtieġa li jiġi żgurat paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għal kostijiet marbutin mat-trasport, l-immaniġġjar, it-tagħbija u l-ispejjeż anċillari, it-taxxi indiretti, il-kummissjonijiet, il-kostijiet tal-kreditu u t-tariffi tal-bank.

(73)

Għal dawk il-produtturi esportaturi fil-kampjun li biegħu lill-Unjoni permezz ta' kumpaniji tan-negozjar relatati b'funzjonijiet simili għal dawk ta' aġent li jaħdem fuq bażi tal-kummissjonijiet, sar aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku.

3.4.   Marġnijiet tad-dumping

(74)

Għall-produtturi esportaturi fil-kampjun li kkooperaw, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta' kull tip ta' prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott konċernat, skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(75)

Fuq il-bażi ta' dan, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati proviżorji espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF (l-assigurazzjoni tal-kost u l-merkanzija) fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Tabella 1

Il-kampjun tal-marġnijiet tad-dumping

Il-kumpanija

Il-marġni provviżorju tad-dumping

Nanjing Iron and Steel Co., Ltd.

120,1 %

Minmetals Yingkou Medium Plate Co., Ltd

126,0 %

Wuyang Iron and Steel Co., Ltd u Wuyang New Heavy & Wide Steel Plate Co., Ltd

127,6 %

(76)

Għall-produtturi esportaturi li ma kinux inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkolat il-marġni tad-dumping medju ponderat tal-produtturi esportaturi fil-kampjun, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku.

(77)

Fuq il-bażi ta' dan, il-marġini tad-dumping provviżorju tal-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun kien ta' 125,5 %.

(78)

Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fir-RPĊ, il-Kummissjoni stabbilixxiet il-marġini tad-dumping fuq il-bażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(79)

L-ewwel il-Kummissjoni stabbilixxiet il-livell ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ. Il-livell ta' kooperazzjoni huwa bbażat fuq il-volum tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw bħala perċentwal tal-volum totali tal-esportazzjonijiet — kif irrapportat fl-istatistika dwar l-importazzjoni tal-Eurostat — mir-RPĊ lejn l-Unjoni.

(80)

Il-livell ta' kooperazzjoni f'dan il-każ huwa għoli minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw jammontaw għal madwar 87 % tal-esportazzjonijiet totali lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibbaża l-marġni tad-dumping għall-kumpaniji kollha l-oħrajn fil-livell tal-kumpanija fil-kampjun bl-ogħla marġni tad-dumping.

(81)

Il-marġnijiet provviżorji tad-dumping, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Tabella 2

Il-marġnijiet tad-dumping kollha

Il-kumpanija

Il-marġni provviżorju tad-dumping

Nanjing Iron and Steel Co., Ltd.

120,1 %

Minmetals Yingkou Medium Plate Co., Ltd

126,0 %

Wuyang Iron and Steel Co., Ltd u Wuyang New Heavy & Wide Steel Plate Co., Ltd

127,6 %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw mhux fil-kampjun

125,5 %

Il-kumpaniji kollha l-oħrajn

127,6 %

4.   ID-DANNU

4.1.   Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(82)

Il-prodott simili kien manifatturat minn 30 produttur fl-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Huma jikkostitwixxu “l-industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(83)

26 minnhom ikkooperaw fl-eżerċizzju tal-kampjunar. Dawn il-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw jirrappreżentaw madwar 94 % tal-produzzjoni industrijali totali tal-Unjoni u l-bejgħ industrijali totali tal-Unjoni tal-prodott simili fil-perjodu tal-investigazzjoni.

(84)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili matul il-perjodu tal-investigazzjoni huwa ta' madwar 10,3 miljun tunnellata. Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-figura fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli kollha dwar l-industrija tal-Unjoni bħall-ilment, it-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni kampjunati u s-sottomissjoni verifikata mill-Eurofer.

(85)

Kif indikat fil-premessa (1) iktar 'il fuq, intgħażlu tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li jirrappreżentaw 28,5 % tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni u l-volum tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

4.2.   Il-konsum tal-Unjoni

(86)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum tal-Unjoni fuq il-bażi tal-istatstiki dwar l-importazzjoni tal-Eurostat u d-dejta verifikata dwar il-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni.

(87)

Il-konsum tal-Unjoni tal-pjanċa tqila żviluppa kif ġej:

Tabella 3

Il-konsum tal-Unjoni (MT)

 

2012

2013

2014

PI (2015)

Il-konsum totali tal-UE (MT)

8 991 777

8 423 747

8 820 363

9 467 177

Indiċi (2012 = 100)

100

94

98

105

Sors: Eurostat, sottomissjoni verifikata tal-Eurofer u tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju

(88)

Il-konsum tal-Unjoni żdied b'5 % matul il-perjodu kkunsidrat. Analiżi sena b'sena turi tnaqqis inizjali ta' 6 % bejn l-2012 u l-2013 u rkupru sussegwenti fl-2014 u l-perjodu tal-investigazzjoni ta' 11-il punt perċentwali jew iktar minn miljun (1) tunnellata.

(89)

L-użu ristrett mill-produtturi tal-Unjoni huwa insinifikanti peress li jammonta għal inqas minn 0,5 % tal-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant, l-indikaturi tad-dannu huma vvalutati għas-suq sħiħ tal-Unjoni, inklużi kwantitajiet użati b'mod ristrett mill-produtturi tal-Unjoni.

4.3.   Il-volum u l-ishma mis-suq tal-importazzjonijiet

(90)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tal-bażi tad-dejta tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit billi tqabblu l-volumi tal-importazzjonijiet mal-konsum tal-Unjoni kif muri fit-tabella 3 tal-premessa (87) aktar 'il fuq.

(91)

L-importazzjonijiet ta' pjanċi tqal fl-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 4

Il-volum tal-importazzjonijiet (MT) u s-sehem mis-suq

 

2012

2013

2014

PI (2015)

Il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ(MT)

410 583

343 545

693 117

1 359 143

Indiċi (2012 = 100)

100

84

169

331

Is-sehem mis-suq tar-RPĊ

4,6 %

4,1 %

7,9 %

14,4 %

Indiċi (2012 = 100)

100

89

172

314

Sors: Eurostat, sottomissjoni verifikata tal-Eurofer u tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju

(92)

Il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni żdied b'231 % matul il-perjodu kkunsidrat. Wara tnaqqis ta' 16 % bejn l-2012 u l-2013, l-importazzjonijiet mir-RPĊ irpiljaw sostanzjalment fl-2014 b'85 punt perċentwali u żdiedu saħansitra aktar fil-perjodu tal-investigazzjoni b'162 punt perċentwali ieħor.

(93)

It-tnaqqis inizjali fl-esportazzjonijiet mir-RPĊ bejn l-2012 u l-2013 kien xprunat mill-konsum dejjem inqas fis-suq tal-Unjoni kif muri fit-tabella 3 tal-premessa (87) aktar 'il fuq. Wara l-2013, is-suq tal-Unjoni ra żieda dinamika, u kiber b'iktar minn miljun (1) tunnellata bejn l-2013 u l-perjodu tal-investigazzjoni. Dan it-tkabbir kien assorbit b'mod kważi esklussiv mill-importazzjonijiet mir-RPĊ, li wkoll żdiedu b'miljun (1) tunnellata matul dan il-perjodu.

(94)

B'mod parallel, is-sehem mis-suq tal-Unjoni li kellhom l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied b'iktar mit-tripplu minn 4,6 % fl-2012 għal 14,4 % fil-perjodu tal-investigazzjoni.

4.3.1.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u t-twaqqigħ tal-prezz

(95)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tad-dejta tal-Eurostat. Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet tal-pjanċi tqal lejn l-Unjoni mir-RPĊ żviluppa hekk:

Tabella 5

Il-prezz tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

 

2012

2013

2014

PI (2015)

Il-prezz tal-importazzjoni mir-RPĊ

647

539

488

460

Indiċi (2012 = 100)

100

83

75

71

Sors: Eurostat

(96)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni mir-RPĊ naqsu b'29 % matul il-perjodu kkunsidrat. Kien hemm tnaqqis kostanti minn EUR 647/tunnellata fl-2012 għal EUR 460/tunnellata matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(97)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu tal-investigazzjoni billi qabblet:

(1)

il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati għal kull tip ta' prodott tat-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun debitati lill-konsumaturi mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ta' prezz mill-fabbrika; kif ukoll

(2)

il-prezzijiet medji ponderati korrispondenti fil-livell CIF fil-fruntiera tal-Unjoni għal kull tip tal-prodott tal-importazzjonijiet mit-tliet prodotturi fil-kampjun fir-RPĊ lill-ewwel konsumatur indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF, b'aġġustamenti xierqa għall-kostijiet ta' wara l-importazzjoni.

(98)

It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta' tip b'tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta' kummerċ, aġġustati kif dovut meta meħtieġ, u wara t-tnaqqis tar-roħs u l-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil ingħata bħala perċentwal tal-fatturat tat-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(99)

Fuq il-bażi ta' dan li ntqal hawn fuq, instab li l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'medja ta' 29 %.

4.4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.4.1.   Kummenti ġenerali

(100)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżaminazzjoni tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping fl-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(101)

Għad-determinazzjoni tad-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-danni makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi.

(102)

Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi (il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, l-impjiegi, il-kostijiet lavorattivi, it-tkabbir, il-produttività u d-daqs tal-marġnijiet tad-dumping u l-irkupru mid-dumping fl-imgħoddi) fil-livell tal-industrija kollha tal-Unjoni. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni li pprovdew l-ilmentatur, il-produtturi tal-Unjoni u l-istatistiki uffiċjali disponibbli (Eurostat). Id-dejta makroekonomika marbuta mal-produtturi kollha tal-Unjoni.

(103)

Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi (il-prezzijiet medji tal-bejgħ ta' unità, il-kost unitarju, l-inventarji, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-ħila li jiġi ġġenerat kapital) fuq il-bażi tad-dejta li tinsab fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, verifikati kif xieraq, u l-istatistiki uffiċjali disponibbli (Eurstat). Id-dejta relatata mal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(104)

Il-Kummissjoni tosserva li wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun issospenda l-produzzjoni tal-pjanċi tqal f'Diċembru tal-2015. Din is-sospensjoni ma għandha l-ebda impatt fuq xi indikatur tad-dannu peress li seħħet fi tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni u, għalhekk, iż-żewġ settijiet tad-dejta nstabu li huma rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

4.4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.4.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(105)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 6

Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

 

2012

2013

2014

PI (2015)

Il-volum tal-produzzjoni (tunnellati)

11 795 082

10 352 766

10 911 713

10 345 121

Indiċi (2012 = 100)

100

88

93

88

Il-kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

16 972 100

16 410 487

16 646 634

16 618 427

Indiċi (2012 = 100)

100

97

98

98

L-użu tal-kapaċità

69 %

63 %

66 %

62 %

Indiċi (2012 = 100)

100

91

94

90

Sors: Sottomissjoni verifikata tal-Eurofer u tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju

(106)

Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 12 % fil-perjodu kkunsidrat. Wara tnaqqis ta' 12 % bejn l-2012 u l-2013, il-volum tal-produzzjoni żdied ftit fl-2014 b'5 punti perċentwali sabiex reġa' niżel fl-2015 b'5 punti perċentwali lura għal-livell tal-2013.

(107)

It-tnaqqis inizjali fil-volum tal-produzzjoni bejn l-2012 u l-2013 kien xprunat mill-konsum dejjem inqas fis-suq tal-Unjoni kif irrapportat fit-Tabella 3 tal-premessa (87) iktar 'il fuq. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika mit-tkabbir sussegwenti fil-konsum bejn l-2013 u l-perjodu tal-investigazzjoni. Filwaqt li l-konsum żdied bi 11 % jew iktar minn miljun (1) tunnellata, il-produzzjoni mill-industrija tal-Unjoni żdiedet b'mod temporanju bi ftit biss fl-2014 u reġgħet niżlet għal-livell baxx tal-2013 fil-perjodu tal-investigazzjoni.

(108)

Iċ-ċifri tal-kapaċità tal-produzzjoni rapportati tal-industrija tal-Unjoni jirreferu għall-kapaċità teknika, li timplika li tqiesu l-aġġustamenti, meqjusin bħala standards mill-industrija, għaż-żmien meħtieġ għall-istabbiliment, il-manutenzjoni, l-ostakoli u perjodi normali oħra ta' waqfien.

(109)

Fuq din il-bażi, il-kapaċità tal-produzzjoni naqset b'mod moderat bi 2 % tul il-perjodu kkunsidrat f'suq li kiber b'6 % matul l-istess perjodu.

(110)

Peress li t-tnaqqis fil-kwantità tal-produzzjoni tisboq it-tnaqqis fil-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni naqas b'10 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.4.2.2.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(111)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 7

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

 

2012

2013

2014

PI (2015)

Il-volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

7 518 049

6 972 140

6 873 967

6 954 688

Indiċi (2012 = 100)

100

93

91

93

Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni

83,6 %

82,8 %

77,9 %

73,5 %

Indiċi (2012 = 100)

100

99

93

88

Sors: Sottomissjoni verifikata tal-Eurofer u tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju

(112)

Il-volum ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b'7 % matul il-perjodu kkunsidrat. Wara tnaqqis ta' 7 % bejn l-2012 u l-2013 u saħansitra tnaqqis ieħor fl-2014 b'2 punti perċentwali, il-volum tal-bejgħ żdied bi ftit b'2 punti perċentwali fil-perjodu tal-investigazzjoni.

(113)

B'mod simili għall-iżvilupp tal-kwantità tal-produzzjoni, it-tnaqqis inizjali fil-kwantità tal-bejgħ bejn l-2012 u l-2013 kien xprunat mill-konsum dejjem inqas fis-suq tal-Unjoni kif spjegat fil-premessa (87) aktar 'il fuq. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika mit-tkabbir sussegwenti fil-konsum bejn l-2013 u l-perjodu tal-investigazzjoni. Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni żdied b'iktar minn miljun (1) tunnellata, il-kwantità tal-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni baqa' fil-livell baxx tal-2013.

(114)

Minħabba li l-kwantità tal-bejgħ naqset b'7 % b'suq li kiber b'5 %, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.4.2.3.   L-impjiegi u l-produttività

(115)

L-impjiegi u l-produttività tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 8

L-impjiegi u l-produttività

 

2012

2013

2014

PI (2015)

L-għadd ta' impjegati (impjiegi full-time/FTE)

22 622

20 920

19 688

18 722

Indiċi (2012 = 100)

100

92

87

83

Il-produttività (tunnellata/FTE)

521

495

554

553

Indiċi (2012 = 100)

100

95

106

106

Sors: Sottomissjoni verifikata tal-Eurofer u tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju

(116)

L-industrija tal-Unjoni naqqset il-livell ta' impjiegi bi 17 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan it-tnaqqis kellu żewġ raġunijiet ewlenin:

It-tnaqqis ta' 12 % fil-volumi ta' produzzjoni kkaġunat minn kwantitajiet dejjem ikbar ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ;

L-isforzi tal-industrija tal-Unjoni sabiex tnaqqas il-kostijiet tal-produzzjoni u tiggwadanja l-effiċenza fid-dawl tal-kompetizzjoni dejjem akbar mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ. Dawn il-gwadanji fl-effiċjenza żiedu l-produttività b'6 %.

(117)

Il-Kummissjoni tosserva li l-konsum fis-suq tal-Unjoni żdied b'5 % matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, fin-nuqqas ta' volumi dejjem ikbar ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ, l-industrija tal-Unjoni kienet tkun tista' żżomm l-impjiegi peress li l-gwadanji fl-effiċjenza kienu jkunu assorbiti mid-domanda akbar.

4.4.2.4.   Il-kostijiet lavorattivi

(118)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull FTE (Ekwivalenti għall-full time)

 

2012

2013

2014

PI (2015)

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull FTE (EUR)

49 257

51 594

51 589

55 542

Indiċi (2012 = 100)

100

105

105

113

Sors: Sottomissjoni verifikata tal-Eurofer u tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju

(119)

Minħabba t-tnaqqis sostanzjali fil-manodopera kif irrapportat fil-premessa (115) aktar 'il fuq, il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat żdied bi 13 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fil-fatt, filwaqt li ċerta parti mill-kost lavorattiv akbar hija marbuta ma' żidiet obbligatorji fil-pagi minħabba ftehimiet ta' negozjar kollettiv, dan il-kost lavorattiv akbar huwa kkaġunat fil-parti l-kbira tiegħu mill-kostijiet marbutin mat-tnaqqis tal-forza tax-xogħol u l-ħinijiet tax-xogħol. Kostijiet bħal dawn jinkludu pagamenti għall-għoti tas-sensja u l-kost akbar imġarrab f'sitwazzjonijiet ta' xogħol part-time minħabba anqas produzzjoni kkaġunata minn kwantitajiet ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping li bdew jiżdiedu b'mod kostanti.

4.4.2.5.   It-tkabbir

(120)

Għall-ewwel il-konsum tal-Unjoni naqas mill-2012 għall-2013 b'6 % jew bi kważi 600 000 tunnellata. Dan it-tnaqqis inizjali kellu impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni tal-bejgħ u l-kwantitajiet tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(121)

Bejn l-2013 u l-perjodu tal-investigazzjoni, is-sitwazzjoni kienet differenti. Il-konsum tal-Unjoni ra tkabbir dinamiku ta' 11-il punt perċentwali jew iktar minn miljun (1) tunnellata. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika minn dan it-tkabbir dinamiku. Tabilħaqq, il-produzzjoni u l-kwantitajiet tal-bejgħ baqgħu fil-livelli baxxi ħafna tal-2013. It-tkabbir tas-suq tal-Unjoni kien assorbit għalkollox minn kwantitajiet dejjem ikbar ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping bi prezzijiet baxxi mir-RPĊ li bl-istess mod żdiedu b'iktar minn miljun (1) tunnellata bejn l-2013 u l-perjodu tal-investigazzjoni, kif muri fil-premessa (91) aktar 'il fuq.

4.4.2.6.   Id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping fl-imgħoddi

(122)

Il-marġnijiet tad-dumping tal-produtturi esportaturi kollha mir-RPĊ qabżu l-100 %. L-impatt tad-daqs ta' dawn il-marġnijiet ferm għoljin tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien serju, meta jitqies il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ.

(123)

Fl-2000, il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti llaminati bis-sħana tal-azzar mhux illigat li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Indja u r-Rumanija. Dawn il-miżuri kienu jkopru ambitu ta' prodott simili ħafna għal dak tal-investigazzjoni attwali. Dawn il-miżuri skadew fil-11 ta' Awwissu 2005.

(124)

Kif indikat fil-premessa (221) hawn taħt, l-industrija tal-Unjoni kisbet profittabilità li taqbeż il-profitt fil-mira. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi b'mod provviżorju li l-industrija tal-Unjoni rkuprat mid-dumping tal-imgħoddi.

4.4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.4.3.1.   Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(125)

Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-unitajiet medji ponderati lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni u l-kost unitarju tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 10

Il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni

 

2012

2013

2014

PI (2015)

Il-prezz tal-bejgħ (EUR/tunnellata)

821

691

658

617

Indiċi (2012 = 100)

100

84

80

75

Il-kost tal-produzzjoni ta' unità (EUR/tunnellata)

836

784

705

680

Indiċi (2012 = 100)

100

94

84

81

Sors: Tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju.

(126)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun issoktaw jonqsu b'25 %, filwaqt li l-kost unitarju medju tal-produzzjoni ssokta jonqos bi 19 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezzijiet tal-bejgħ bdew jonqsu b'rata akbar u bħala medja, baqgħu b'dejjem anqas mill-kost unitarju tal-produzzjoni.

(127)

Sabiex jiġi limitat it-telf fis-sehem mis-suq, il-produtturi tal-Unjoni kellhom jimitaw it-tnaqqis fil-prezz u jnaqqsu l-prezz tal-bejgħ tagħhom b'mod sinifikanti. It-tnaqqis fil-prezz jisboq b'mod sinifikanti t-tnaqqis fil-kost tal-produzzjoni tagħhom, li rriżulta primarjament mit-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima matul il-perjodu kkunsidrat u l-gwadanji fil-produttività miksubin permezz tat-tnaqqisiet fil-forza tax-xogħol kif muri fil-premessa (115) aktar 'il fuq.

4.4.3.2.   Inventarji

(128)

Il-livelli tal-istokk tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

L-inventarji

 

2012

2013

2014

PI (2015)

L-istokkijiet tal-għeluq (tunnellati)

224 600

228 325

246 532

282 631

Indiċi (2012 = 100)

100

102

110

126

L-istokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

9 %

10 %

10 %

12 %

Indiċi (2012 = 100)

100

109

111

135

Source: Tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju.

(129)

Il-livell ta' stokkijiet tal-għeluq tat-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun issoktaw jiżdiedu b'26 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-istess ħin, il-livell tal-istokkijiet tal-għeluq tagħhom bħala perċentwal tal-produzzjoni ssokta jiżdied b'35 % ukoll.

(130)

Ir-raġuni ewlenija għaż-żieda fl-inventarji kienet li minkejja li l-industrija tal-Unjoni pprovat tipprevjeni t-tnaqqis fil-volumi tal-produzzjoni, il-volumi tal-bejgħ naqsu saħansitra b'ħeffa akbar peress li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika mit-tkabbir tas-suq minħabba l-volumi dejjem ikbar ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping bi prezzijiet baxxi.

4.4.3.3.   Il-profittabbiltà, il-fluss ta' flus, l-investiment, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital

(131)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun billi esprimiet it-telf nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lill-konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ.

(132)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 12

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti

 

2012

2013

2014

PI (2015)

Il-profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati (% tal-fatturat tal-bejgħ)

1,6 %

– 12,2 %

– 4,4 %

– 10,4 %

Indiċi (2012 = 100)

100

– 773

– 280

– 658

Il-fluss tal-flus

('000 EUR)

52 449

– 109 945

19 964

– 66 035

Indiċi (2012 = 100)

100

– 210

38

– 126

L-investimenti

('000 EUR)

209 128

224 431

170 108

143 420

Indiċi (2012 = 100)

100

107

81

69

Ir-redditu fuq l-investiment

7,6 %

– 22,4 %

– 2,2 %

– 13,7 %

Indiċi (2012 = 100)

100

– 297

– 29

– 182

Source: Tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju.

(133)

Il-profittabilità naqset b'758 % matul il-perjodu kkunsidrat. Wara li raw profitt ta' 1,6 % fl-2012, il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun bdew jagħmlu telf fis-snin ta' wara kollha.

(134)

Filwaqt li t-telf kbir ta' 12,2 % fl-2013 huwa influwenzat mid-domanda partikolarment baxxa f'dik is-sena, il-pressjoni konsiderevoli fuq il-prezzijiet u l-volumi eżerċitata fuq l-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet dejjem aktar mir-RPĊ matul l-2014 u l-perjodu tal-investigazzjoni ma ħallewx lill-industrija tibbenefika mit-tkabbir dinamiku tal-konsum tal-Unjoni bi 11-il punt perċentwali. Kif indikat fil-premessa (93) aktar 'il fuq, dan it-tkabbir kien assorbit kważi għalkollox mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ.

(135)

Il-fluss tal-flus nett jirrappreżenta l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw huma stess l-attivitajiet tagħhom. Il-fluss tal-flus naqas b'226 % matul il-perjodu kkunsidrat. Wara t-tnaqqis ta' 310 % bejn l-2012 u l-2013, li kien influwenzat mid-domanda partikolarment baxxa f'dik is-sena, tjieb u ġie ftit pożittiv fl-2014. Minkejja dan, ix-xejra negattiva kompliet matul il-perjodu tal-investigazzjoni, fejn reġa' qaleb ferm fin-negattiv.

(136)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f'perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Ir-redditu fuq l-investimenti naqas b'282 % matul il-perjodu kkunsidrat. Wara t-tnaqqis drammatiku ta' 397 % bejn l-2012 u l-2013, li kien influwenzat mid-domanda partikolarment baxxa f'dik is-sena, żdied xi ftit matul l-2014 u l-perjodu tal-investigazzjoni iżda xorta waħda baqa' negattiv.

(137)

Konsegwentement, l-industrija tal-Unjoni naqqset il-livell ta' investimenti tagħha b'31 % matul il-perjodu kkunsidrat. Wara li żiedet l-investimenti bejn l-2012 u l-2013 b'7 %, l-industrija tal-Unjoni kienet imġiegħla tnaqqashom fl-2014 b'26 punt perċentwali u matul il-perjodu tal-investigazzjoni bi 12-il punt perċentwali ieħor. Kif muri fit-tabella 6 tal-premessa (105) aktar 'il fuq, dawn l-investimenti ma ntużawx sabiex tiżdied il-kapaċità tal-produzzjoni.

(138)

Il-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital kienet affettwata mit-telf imġarrab matul il-perjodu kkunsidrat u finalment sarrfet fil-waqfien tal-operazzjonijiet ta' produttur tal-Unjoni minnhom fil-kampjun.

4.4.4.   Konklużjoni dwar id-dannu

(139)

Il-perjodu kkunsidrat huwa kkaratterizzat minn żewġ perjodi partikolari: L-2012 sal-2013 u l-2014 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni.

(140)

Għall-ewwel, bejn l-2012 u l-2013, il-konsum tal-Unjoni naqas b'mod sinifikanti b'6 %. Dan il-konsum li baqa' jonqos kellu effett negattiv fuq ħafna indikaturi tad-dannu, bħall-volum u l-prezzijiet tal-bejgħ, il-produzzjoni, il-kapaċità u l-użu tal-kapaċità, l-impjiegi, il-produttività, il-profittabilità, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investimenti.

(141)

Imbagħad, fl-2014 u fil-perjodu tal-investigazzjoni l-konsum tal-Unjoni ra tkabbir dinamiku ta' 11-il punt perċentwali jew aktar minn miljun (1) tunnellata. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika minn dan it-tkabbir, li kien assorbit għalkollox mill-volumi dejjem akbar ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ.

(142)

Tabilħaqq, f'dan il-kuntest ta' konsum ikbar tal-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni ma rnexxilhiex iżżid il-volumi tal-bejgħ jew il-volumi tal-produzzjoni, filwaqt li l-użu tal-kapaċità saħansitra naqas bi ftit f'suq li kien qiegħed jikber.

(143)

It-tentattivi li saru sabiex jinżammu l-livelli tal-produzzjoni rriżultaw f'żieda fl-inventarji ta' 24 punt perċentwali. L-industrija tal-Unjoni tilef ukoll 9,3 punti perċentwali mis-sehem fis-suq minħabba l-importazzjonijiet mir-RPĊ li fl-istess ħin iggwadanjaw 10,3 punti perċentwali fis-sehem mis-suq. Il-prezzijiet tal-bejgħ ta' unità naqsu b'9 punti perċentwali u l-kost tal-produzzjoni naqas bi 13-il punt perċentwali.

(144)

Dan wassal għal titjib żgħir fl-indikaturi finanzjarji bħall-profittabilità, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investiment, li madankollu baqgħu fil-parti l-kbira negattivi matul dan il-perjodu. L-impjiegi żdiedu b'9 punti perċentwali, filwatq li l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżid il-produttività bi 11-il punt perċentwali. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni kellha tnaqqas l-investimenti bi 38 punt perċentwali fid-dawl tal-profittabilità u redditu fuq l-investiment konsistentement negattivi.

(145)

B'mod ġenerali, l-industrija tal-Unjoni sħiħa naqqset il-produzzjoni tagħha u ħadet azzjonijiet propji sabiex ittejjeb l-effiċjenza billi naqqset il-forza tax-xogħol, il-kapaċità tal-produzzjoni u rnexxielha tnaqqas b'mod sinifikanti l-kostijiet tal-manifattura tagħha.

(146)

Minkejja dawn l-azzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat sabiex ittejjeb il-prestazzjoni ġenerali tagħha, is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tagħha kompliet tmur għall-agħar peress li mill-2013 'il quddiem beda jakkumula t-telf.

(147)

Fuq il-bażi ta' dak li ntqal aktar 'il fuq, il-Kummissjoni f'dan l-istadju kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   IL-KAWŻALITÀ

(148)

F'konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufin oħrajn setgħux kienu fl-istess ħin ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni.

(149)

Il-Kummissjoni żgurat li kull dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħrajn barra l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet oġġett ta' dumping. Dawn il-fatturi huma: kompetizzjoni ħarxa kkaġunata minn problemi fid-domanda fis-suq tal-Unjoni, użu baxx tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni, importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn, il-prestazzjoni tal-bejgħ tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni u l-kompetizzjoni bejn produtturi integrati vertikalment u riromblaturi.

5.1.   L-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping

(150)

Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi mir-RPĊ naqsu b'25 % minn EUR 647/tunnellata fl-2012 għal EUR 460/tunnellata matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Billi baxxew kontinwament il-prezz tal-bejgħ għal kull unità tagħhom matul il-perjodu kkunsidrat, il-produtturi mir-RPĊ setgħu jżidu b'mod sinifikanti s-sehem mis-suq tagħhom minn 4,6 % fl-2012 għal 14,4 % fil-perjodu tal-investigazzjoni.

(151)

Filwaqt li t-tnaqqis fid-domanda affettwa b'mod negattiv il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni bejn l-2012 u l-2013, iż-żieda sussegwenti, kważi kontinwa, fl-importazzjonijiet mir-RPĊ li jwaqqgħu bil-kbir il-prezzijiet kellha effett negattiv ċar fuq il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(152)

Tabilħaqq, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda tnaqqas il-kostijiet tagħha billi tnaqqas l-impjiegi u tibbenefika mit-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima, l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping baqgħu jiżdiedu u ġiegħlu lill-industrija tal-Unjoni tnaqqas saħansitra iktar il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha fl-Unjoni sabiex tillimita t-telf mis-sehem tagħha tas-suq, għad li għad-detriment tal-profittabilità.

(153)

Barra minn hekk, il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni wriet titjib żgħir billi fl-2014 it-telf naqas, il-volum tal-importazzjonijiet żdied iktar u l-prezzijiet komplew jonqsu fil-perjodu tal-investigazzjoni li komplew ibaxxu l-prezzijiet u l-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni.

(154)

Barra minn hekk, it-tnaqqis progressiv fir-ritmu ekonomiku u kapaċità żejda sinifikanti ħafna tal-industrija tal-azzar fir-RPĊ ġiegħlu lill-produtturi tal-azzar Ċiniżi biex jimmiraw il-produzzjoni eċċessiva tagħhom lejn swieq tal-esportazzjoni (6) u s-suq tal-Unjoni huwa destinazzjoni attraenti għall-esportazzjonijiet.

(155)

Tabilħaqq, numru kbir ta' swieq tal-esportazzjoni tradizzjonalment importanti oħrajn imponew jew qegħdin jikkunsidraw li jimponu miżuri kontra prodotti tal-azzar mir-RPĊ, inklużi pjanċi tqal (7), għaliex il-prezzijiet qed jitwaqqgħu b'mod artifiċjali minħabba importazzjonijiet inġusti li jwasslu għal kompetizzjoni dannuża.

(156)

Bl-impożizzjoni ta' dejjem aktar miżuri ta' difiża kummerċjali madwar id-dinja, is-suq tal-Unjoni sar wieħed mill-iktar destinazzjonijiet attraenti għall-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ, għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni.

(157)

Din il-konklużjoni hija kkonfermata mill-iktar statistiċi riċenti tal-Eurostat dwar l-importazzjonijiet li juru li l-importazzjonijiet mir-RPĊ komplew jiżdiedu mindu ntemm il-perjodu tal-investigazzjoni. Il-volumi tal-importazzjonijiet għall-perjodu bejn Marzu u Mejju 2016 żdiedu b'madwar 15 % meta mqabblin mal-volumi tal-importazzjonijiet matul il-perjodu tal-investigazzjoni, filwaqt li l-prezzijiet medji ta' dawn l-importazzjonijiet baqgħu jonqsu b'madwar 30 %.

5.2.   L-effetti ta' fatturi oħrajn

5.2.1.   Il-kompetizzjoni ħarxa kkaġunata mill-problemi fid-domanda fis-suq tal-Unjoni

(158)

Parti interessata minnhom argumentat li d-dannu tal-industrija tal-Unjoni mhuwiex ikkaġunat minn importazzjonijiet mir-RPĊ, iżda mill-problemi fid-domanda fis-suq tal-Unjoni. Argumentat li filwaqt li d-domanda fl-Unjoni rkuprat fl-2014 u matul il-perjodu tal-investigazzjoni, fl-2012 kienet 32 % anqas mill-ogħla livell tal-2007, u fl-2014 kienet 17 % anqas mis-sena allegatament “normali” tal-2004.

(159)

Din id-dgħjufija fid-domanda allegatament irriżultat f'kompetizzjoni ħarxa fir-rigward tal-kwantitajiet limitati meħtieġa fis-suq, u din xeħtet pressjoni kbira fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni.

(160)

Madankollu, din il-kompetizzjoni ħarxa kkaġunata mill-problemi allegati fid-domanda ma affettwawx b'mod negattiv il-ħila tal-esportaturi mir-RPĊ li jbigħu kwantitajiet dejjem ikbar ta' pjanċi tqal oġġetti ta' dumping fis-suq tal-Unjoni, u b'hekk iżidu s-sehem mis-suq tagħhom minn 4,6 % għal 14,4 %, filwaqt li kkaġunaw telf kważi korrispondenti bl-eżatt għas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni u xeħtu pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet fl-industrija tal-Unjoni li wasslet għall-profittabilità negattiva tagħha.

(161)

Filwaqt li l-problemi fid-domanda għall-ewwel kellhom impatt negattiv sinifikanti fuq il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni l-2013, huma l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ li huma l-kawża ewlenija għall-kompetizzjoni ħarxa fis-suq tal-Unjoni, speċjalment fl-2014 u matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(162)

Tabilħaqq, fl-2014 u matul il-perjodu tal-investigazzjoni, l-industrija tal-Unjoni setgħet tibbenefika mill-irkupru tas-suq. Ma tħallietx tagħmel dan minħabba żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet mir-RPĊ li żdiedu b'iktar mit-tripplu matul dawn is-sentejn, u ħadu sehem sinifikanti mis-suq għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni.

(163)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-problemi fid-domanda fis-suq tal-Unjoni mhumiex fl-għeruq tad-dannu lill-industrija tal-Unjoni u li dawn ma jkissrux il-kawżalità bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping u d-dannu lill-industrija tal-Unjoni.

5.2.2.   L-użu baxx tal-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni

(164)

Parti interessata minnhom argumentat li d-dannu tal-industrija tal-Unjoni huwa kkaġunat ukoll minn użu baxx tal-kapaċità, ikkaġunat minn kapaċitajiet eċċessivi sinifikanti tal-produtturi tal-Unjoni. Jargumentaw li mill-2012, meta l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu f'livell relattivament baxx, l-użu tal-kapaċità diġà kien baxx ħafna, u li l-industrija tal-Unjoni ma naqqsitx il-kapaċitajiet tagħha kif xieraq.

(165)

Madankollu, id-domanda fl-Unjoni żdiedet b'mod sinifikanti wara, speċjalment fl-2014 u matul il-perjodu tal-investigazzjoni, meta qabżet id-domanda tal-2012 b'6 %. Fin-nuqqas ta' kwantitajiet dejjem akbar ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ, din id-domanda dejjem ikbar kienet twassal għal użu dejjem akbar tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni, speċjalment peress li kienet naqqset il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha bi 2 % f'suq li kien qiegħed jikber.

(166)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-użu baxx tal-kapaċità, speċjalment fl-2014 u matul il-perjodu tal-investigazzjoni, huwa kkaġunat fil-parti l-kbira minn kwantitajiet ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ li bdew jiżdiedu ħafna.

5.2.3.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

(167)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-volum tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tal-bażi ta' dejta tal-Eurostat. Apparti r-RPĊ, l-importazzjonijiet ġew primarjaemnt mill-Ukrajna u r-Russja. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit billi tqabblu l-volumi tal-importazzjonijiet mal-konsum tal-Unjoni kif irrapportat fit-tabella 3 tal-premessa (87) aktar 'il fuq.

(168)

L-importazzjonijiet fl-Unjoni minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppaw matul il-perjodu kunsidrat kif ġej:

Tabella 13

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi (MT) u l-ishma mis-suq

 

 

2012

2013

2014

PI (2015)

L-Ukrajna

Il-volum tal-importazzjonijiet (MT)

421 553

600 896

713 189

583 132

Indiċi (2012 = 100)

100

143

169

138

Is-sehem mis-suq

4,7 %

7,1 %

8,1 %

6,2 %

Indiċi (2012 = 100)

100

152

172

131

Il-prezz medju

574

477

470

451

Indiċi (2012 = 100)

100

83

82

79

Ir-Russja

Il-volum tal-importazzjonijiet (MT)

148 594

158 883

196 207

222 999

Indiċi (2012 = 100)

100

107

132

150

Is-sehem mis-suq

1,7 %

1,9 %

2,2 %

2,4 %

Indiċi (2012 = 100)

100

114

135

143

Il-prezz medju

513

461

446

412

Indiċi (2012 = 100)

100

90

87

80

Total tal-pajjiżi terzi kollha għajr ir-RPĊ

Il-volum tal-importazzjonijiet (MT)

1 063 146

1 108 062

1 253 278

1 153 345

Indiċi (2012 = 100)

100

104

118

108

Is-sehem mis-suq

11,8 %

13,2 %

14,2 %

12,2 %

Indiċi (2012 = 100)

100

111

120

103

Il-prezz medju

621

516

505

505

Indiċi (2012 = 100)

100

83

81

81

Source: Eurostat

(169)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn baqa' relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat filwaqt li dak tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied b'214 %.

(170)

Barra minn hekk, is-sehem mis-suq tal-Ukrajna u r-Russja żdied bi ftit biss matul il-perjodu kkunsidrat. Għall-Ukrajna, is-sehem mis-suq tela' minn 4,7 % għal 6,2 % u għar-Russja minn 1,7 % għal 2,4 % u dan kien għad-detriment ta' pajjiżi importaturi oħrajn apparti r-RPĊ.

(171)

Fil-kuntest tal-konsum tal-Unjoni li żdied b'5 % u sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni li naqas b'10 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat, dan ifisser li l-importazzjonijiet mir-RPĊ iggwadanjaw sehem mis-suq mill-industrija tal-Unjoni biss.

(172)

Konsegwentement, l-importazzjonijiet mir-RPĊ ammontaw għal madwar 54 % tal-importazzjonijiet kollha fl-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni, filwaqt li l-importazzjonijiet mill-Ukrajna ammontaw għal madwar 23 % u mir-Russja għal 9 %.

(173)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn naqas b'rata ferm inqas mgħaġġla mill-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ. Naqsu bi 19 % filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ naqsu b'29 %.

(174)

Għad li l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Ukrajna u r-Russja għadhom bħala medja ftit inqas mill-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ, naqsu b'rata ferm inqas mgħaġġla mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, dawn il-prezzijiet mhux bilfors huma direttament komparabbli, peress li l-prezz medju huwa affettwat minn taħlita ta' prodotti differenti.

(175)

Barra minn hekk, il-volumi tal-importazzjonijiet mill-Ukrajna u r-Russja b'mod partikolari, jew mill-pajjiżi terzi kollha l-oħrajn inġenerali, ma żdidux b'mod sostanzjali bħal dawk mir-RPĊ. Filwaqt li l-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied bi kważi miljun (1) tunnellata matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-importazzjonijiet mill-Ukrajna żdied b'madwar 160 000 tunnellata, dak mir-Russja b'madwar 75 000 tunnellata u dak mill-pajjiżi terzi kollha l-oħrajn (inklużi r-Russja u l-Ukrajna) b'madwar 90 000 tunnellata.

(176)

Fuq il-bażi ta' dan li ntqal hawn fuq, u fid-dawl tal-volumi ta' importazzjoni ferm iżgħar mill-Ukrajna u r-Russja meta mqabblin ma' dawk mir-RPĊ, ma hemm ebda indikazzjoni li l-importazzjonijiet minn dawn iż-żewġ pajjiżi kienu qegħdin jikkaġunaw dannu għall-industrija tal-Unjoni.

(177)

Bħala medja, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha l-oħrajn (inklużi r-Russja u l-Ukrajna) għandhom prezzijiet ogħla mir-RPĊ u ggwadanjaw biss sehem mis-suq insinifikanti ta' punt perċentwali wieħed.

(178)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-importazzjonijiet tal-pjanċi tqal minn pajjiżi terzi mhumiex fl-għeruq tad-dannu lill-industrija tal-Unjoni u li dawn ma jkissrux il-kawżalità bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ u d-dannu lill-industrija tal-Unjoni.

5.2.4.   Il-prestazzjoni tal-bejgħ tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni

(179)

Il-volum u l-medja tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 14

Il-prestazzjoni tal-esportazzjonijiet

 

2012

2013

2014

PI (2015)

Il-volum tal-esportazzjonijiet lil konsumaturi mhux relatati (l-industrija tal-Unjoni)

1 881 932

1 361 279

1 825 628

1 548 156

Indiċi (2012 = 100)

100

72

97

82

Il-prezz medju tal-esportazzjonijiet (EUR/t)

(Produtturi fil-kampjun)

1 002

831

814

764

Indiċi (2012 = 100)

100

83

81

76

Source: Sottomissjoni verifikata tal-Eurofer u t-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju

(180)

Il-volum tal-esportazzjonijiet lil konsumaturi mhux relatati barra l-Unjoni naqas bi 18 % matul il-perjodu kkunsidrat. Wara li naqas bi 28 % bejn l-2012 u l-2013, żdied b'25 punt perċentwali fl-2014, u reġa' naqas fil-perjodu tal-investigazzjoni bi 15-il punt perċentwali.

(181)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-prezzijiet, dawn naqsu b'mod sinifikanti b'24 % matul il-perjodu kkunsidrat, u żammew il-pass tat-tnaqqis fil-prezz fis-suq tal-Unjoni (– 25 %).

(182)

B'mod ġenerali, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni tirrifletti l-prestazzjoni tagħha fis-suq tal-Unjoni. Madankollu, is-suq tal-Unjoni huwa ferm aktar importanti għall-industrija tal-Unjoni mis-swieq tal-esportazzjoni. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-bejgħ fis-suq tal-Unjoni kien madwar 4 darbiet ogħla mill-bejgħ esportat.

(183)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li minħabba s-sinifikat limitat ta' dan il-bejgħ esportat, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma tistax tkisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

5.2.5.   Il-kompetizzjoni bejn il-produtturi tal-Unjoni integrati vertikalment u r-riromblaturi fl-Unjoni

(184)

Parti interessata minnhom argumentat li l-marġni tal-profitt tal-produtturi tal-Unjoni integrati vertikalment jitnaqqas minħabba l-prezzijiet inferjuri debitati mir-riromblaturi fl-Unjoni, li allegatament jiddebitaw prezzijiet bejn 6 % u 9 % orħos mill-prezzijiet debitati mill-produtturi integrati vertikalment.

(185)

Riromblatur huwa kumpanija li ma tipproduċix il-materjal tal-input tagħha stess, jiġifieri l-qatgħat tal-azzar. Il-produtturi kollha tal-Unjoni fil-kampjun jipproduċu l-qatgħat tal-azzar tagħhom stess u, għalhekk, huma produtturi integrati vertikalment.

(186)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'medja ta' 29 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni, kif stipulat fil-premessa (99) aktar 'il fuq. Fuq din il-bażi, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ xorta waħda jibqgħu tal-inqas 20 % orħos mill-prezzijiet tar-riromblaturi fl-Unjoni.

(187)

L-istess parti argumentat ukoll li l-kwantità prodotta mir-riromblaturi fl-Unjoni qiegħda tonqos, peress li ħafna minnhom jiddependu mill-provvisti ta' qatgħat tal-azzar mill-Ukrajna. Madankollu, din il-provvista mill-Ukrajna naqset minħabba nuqqas ta' provvisti matul il-perjodu kkunsidrat, u li dan it-tnaqqis fil-provvista ma ġiex ikkumpensat mill-produzzjoni tal-produtturi l-oħrajn tal-Unjoni minkejja l-użu baxx tal-kapaċità tagħhom.

(188)

F'dan ir-rigward, il-parti ma pprovdiet ebda evidenza li l-produtturi tal-Unjoni ma kinux interessati jew ma kinux lesti li jfornu dawn il-kwantitajiet addizzjonali. Għaldaqstant, jidher ċar li b'mod partikolari dawn il-konsumaturi sensittivi għall-prezz tbiegħdu minn prodotti mmanifatturati mill-industrija tal-Unjoni favur importazzjonijiet oġġett ta' dumping bi prezzijiet orħos mir-RPĊ.

(189)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-tnaqqis fil-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni integrati vertikalment jista' jkun li huwa affettwat b'mod limitat ħafna mill-kwantitajiet dejjem inqas ta' pjanċi tqal bi prezz moderat prodotti mir-riromblaturi fl-Unjoni. Tikkonkludi wkoll li t-tnaqqis fil-profittabilità tagħhom huwa dovut l-aktar għall-importazzjonijiet oġġett ta' dumping bi prezzijiet ferm orħos li ġejjin mir-RPĊ, li żdiedu fil-kwantità b'mod sinifikanti wkoll.

5.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(190)

Kawżalità kienet stabbilita b'mod provviżorju bejn id-dannu mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni u l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ.

(191)

Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi magħrufa kollha dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping.

(192)

Instab li l-fatturi identifikati l-oħrajn, bħall-kompetizzjoni ħarxa kkaġunata minn problemi fid-domanda, użu baxx tal-kapaċità, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-prestazzjoni tal-bejgħ b'esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni, il-kompetizzjoni bejn produtturi integrati vertikalment u riromblaturi, ma jkissrux il-kawżalità, anki fid-dawl tal-effett kombinat possibbli tagħhom.

(193)

It-tnaqqis temporanju fil-konsum fl-2013 seta' kkontribwixxa mhux ħażin għad-dannu f'dik is-sena, iżda fin-nuqqas ta' volumi dejjem akbar ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping bi prezzijiet dejjem anqas, l-industrija tal-Unjoni ċertament li kienet tkun tista' tibbenefika wkoll mit-tkabbir fis-suq fis-snin sussegwenti. B'mod partikolari, il-volumi ta' bejgħ kienu jirkupraw, il-prezzijiet tal-bejgħ ma kinux jonqsu f'livelli tant baxxi u kienet tinkiseb profittabilità aħjar.

(194)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f'dan l-istadju li d-dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ u li l-fatturi l-oħra, meqjusin b'mod individwali jew kollettivament ma kissrux il-kawżalità.

6.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(195)

F'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx b'mod ċar tikkonkludi li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f'dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta' dumping dannuż. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq valutazzjoni tal-bosta interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti.

6.1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(196)

L-industrija tal-Unjoni tinsab f'14-il Stat Membru (l-Awstrija, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit) u kienet tħaddem madwar 20 000 impjegat b'rabta mal-pjanċi tqal matul il-perjodu kkunsidrat.

(197)

26 produttur tal-Unjoni kkooperaw matul l-investigazzjoni. Ħadd mill-produtturi magħrufin ma oppona li tinbeda investigazzjoni. Kif intwera aktar 'il fuq fl-analiżi tal-indikaturi tad-dannu, l-industrija kollha tal-Unjoni esperjenzat deterjorament tas-sitwazzjoni tagħha u ntlaqtet b'mod negattiv mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping.

(198)

Il-Kummissjoni tistenna li l-impożizzjoni tad-dazji antidumping provviżorji sejra tirrestawra kundizzjonijiet tal-kummerċ ġust fis-suq tal-Unjoni, u twaqqaf id-dipressjoni tal-prezzijiet u tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tirkupra. Dan jista' jirriżulta f'titjib tal-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni lejn livelli meqjusin neċessarji għal din l-industrija b'użu intensiv ta' kapital.

(199)

L-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping mir-RPĊ. Il-Kummissjoni tfakkar li ħafna mill-indikaturi ta' dannu wrew tendenza negattiva matul il-perjodu kkunsidrat. B'mod partikolari, l-indikaturi tad-dannu relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, bħall-profittabilità u r-redditu fuq l-investiment, ġew affettwati serjament.

(200)

Għalhekk huwa importanti li l-prezzijiet jitreġġgħu lura għal-livell mhux oġġett ta' dumping jew tal-anqas mhux dannuż sabiex il-produtturi kollha jkunu jistgħu joperaw f'kundizzjonijiet ta' kummerċ ġust fis-suq tal-Unjoni. Fin-nuqqas ta' miżuri, huwa probabbli ħafna li jkun hemm deterjorament ulterjuri fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(201)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet b'mod provviżorju li l-impożizzjoni ta' dazji antidumping tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. Kull impożizzjoni ta' miżuri antidumping sejra tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tirkupra mill-effetti tad-dumping dannuż li nstab.

6.2.   L-interess tal-importaturi mhux relatati

(202)

Kif indikat fil-premessa (22) aktar 'il fuq, sitt importaturi jikkooperaw fl-investigazzjoni, u tlieta minnhom iddaħħlu fil-kampjun. Wieħed mill-importaturi fil-kampjun huwa favur il-miżuri filwaqt li ż-żewġ importaturi l-oħrajn fil-kampjun kienu kontra l-impożizzjoni tal-miżuri. It-tliet importaturi l-oħrajn li ma ddaħħlux fil-kampjun ma esprimewx opinjoni.

(203)

L-investigazzjoni wriet li żieda fil-prezzijiet minħabba l-impożizzjoni ta' miżuri ma jkollhiex impatt dirett fuq l-importaturi mhux relatati. Il-pjanċa tqila tkopri 20 % jew inqas min-negozju tagħhom.

(204)

Barra minn hekk, ħafna mill-importaturi jinnegozjaw prodotti minn diversi sorsi, inkluża l-industrija tal-Unjoni. Ma hemm ebda indikazzjoni li l-importaturi ma jkunux jistgħu jibqgħu jaqdu lill-konsumaturi tagħhom li kieku kellhom jiġu imposti l-miżuri.

(205)

Fid-dawl ta' dan li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi b'mod provviżorju li l-impożizzjoni ta' miżuri mhijiex ser ikollha effetti sostanzjalment negattivi fuq l-interess tal-importaturi tal-Unjoni.

6.3.   L-interess tal-utenti

(206)

L-industriji tal-utenti finali ewlenin għall-pjanċi tqal huma dawk tat-tagħmir għall-bini, għall-estrazzjoni u għall-qtugħ tas-siġar għall-injam; reċipjenti taħt pressjoni; pipelines taż-żejt u tal-gass; bini ta' bastimenti u pontijiet u bini.

(207)

Seba' utenti u tliet ċentri tas-servizzi għan-negozjanti/tal-azzar issottomettew tweġiba għall-kwestjonarju għall-utenti. Madankollu, erba' mit-tweġibiet kien fihom nuqqasijiet serji, u tnejn minnhom biss kienu kontra l-impożizzjoni tal-miżuri. Madankollu, il-Kummissjoni ma tistax tittratta dawn is-sottomissjonijiet bħala rappreżentattivi għar-raġunijiet li ġejjin:

jammontaw biss għal 0,3 % mill-konsum tal-Unjoni.

iż-żewġ utenti opposti ma jimportawx mir-RPĊ affattu, u b'hekk l-aktar l-aktar sejrin ikunu affettwati b'mod indirett mill-miżuri.

(208)

Il-Kummissjoni tosserva wkoll li d-dazji għandhom jikkontribwixxu għal sigurtà kontinwa tal-provvista fis-suq tal-Unjoni. Mingħajr dazji, uħud mill-produtturi tal-Unjoni jaf ikollhom jagħlqu jew inaqqasu l-attivitajiet tal-produzzjoni tagħhom u jħallu lil ħafna utenti tal-Unjoni b'sorsi aktar limitati ta' provvista.

(209)

Tabilħaqq, wieħed mill-produtturi fil-kampjun waqqaf il-produzzjoni tal-pjanċi tqal fi tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni, kif ġie indikat fil-premessa (104) aktar 'il fuq.

(210)

Barra minn hekk, il-livell ta' miżuri sejjer iwassal għal kundizzjonijiet ekwi għall-produtturi kollha fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi, li jista' jippermetti lil dan il-produttur tal-Unjoni jerġa' jibda jipproduċi pjanċi tqal.

(211)

Fid-dawl ta' dan, il-Kummissjoni tikkonkludi b'mod provviżorju li l-impożizzjoni ta' miżuri mhuwiex sejjer ikollha xi impatt negattiv sproporzjonat fuq l-utenti.

6.4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(212)

Fid-dawl ta' dan li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi b'mod provviżorju li l-impożizzjoni tal-miżuri tikkontribwixxi għall-irkupru tal-industrija tal-Unjoni u tippermetti għal investimenti akbar sabiex il-produtturi fl-Unjoni tal-pjanċa tqila jkunu ppreparati aħjar għall-ġejjieni u jsaħħu l-kompetittività tagħhom.

(213)

L-industrija tal-Unjoni diġà għamlet ristrutturar qawwi fl-imgħoddi (riċenti). Mingħajr dazji, produtturi mill-Unjoni oħrajn tal-pjanċa tqila jaf ikollhom jagħlqu jew inaqqsu l-attivitajiet tal-pjanċi tqal tagħhom, jagħtu s-sensja lil mijiet ta' impjegati u jħallu lil ħafna utenti tal-Unjoni b'sorsi limitati ta' provvista.

(214)

L-impatt tal-miżuri fuq il-ftit partijiet l-oħrajn tal-Unjoni li daħlu f'kuntatt ma jistax jitqies li huwa sostanzjali. Ma hemm xejn fil-fajl li juri li l-impatt potenzjali fuq partijiet ikkonċernati oħrajn li ma daħlux f'kuntatt jista' jisboq l-effett pożittiv tal-miżuri fuq l-industrija tal-Unjoni. L-utenti finali u l-konsumaturi huma mistennijin jibbenefikaw minn suq kompetittiv ġust, inkluż sors lokali tal-provvista, li kapaċi jaqdi l-ħtiġijiet u t-talbiet tagħhom. Il-prezz sejjer jibqa' jkun determinant importanti, iżda fuq bażi ġusta.

(215)

Wara li qieset kollox, f'dan l-istadju tal-investigazzjoni l-Kummissjoni tikkonkludi li ma hemmx raġunijiet persważivi li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri provviżorji fuq importazzjonijiet ta' pjanċi tqal li joriġinaw mir-RPĊ.

7.   MIŻURI ANTIDUMPING PROVVIŻORJI

(216)

Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri antidumping provviżorji sabiex ma jippermettux li ssir aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping.

7.1.   Livell ta' eliminazzjoni tad-dannu

(217)

Sabiex jiġi ddeterminat il-livell ta' dawn il-miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbilixxiet l-ammont ta' dazju neċessarju sabiex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(218)

Id-dannu jiġi eliminat jekk l-industrija tal-Unjoni tkun kapaċi tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tagħmel profitt qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni li jista' jinkiseb b'mod raġonevoli f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni minn industrija ta' dan it-tip fis-settur, jiġifieri fin-nuqqas ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping.

(219)

Sabiex jiġi stabbilit dan il-profitt li jista' jinkiseb b'mod raġonevoli f'kundizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun jipprovdu dejta dwar il-profittabilità fir-rigward tal-prodott simili meta nbiegħ fis-suq tal-Unjoni mis-sena 2006 sal-perjodu tal-investigazzjoni. Din l-informazzjoni ġiet ipprovduta u vverifikata.

(220)

Il-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienet negattiva bejn l-2013 u l-perjodu tal-investigazzjoni. Filwaqt li l-profitt fl-2012 kien ftit pożittiv b'1,6 %, diġà kien hemm preżenza sinifikanti ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ, u dan il-marġni ta' profitt kien ferm inqas mill-marġni ta' profitt fis-snin ta' qabel.

(221)

Madankollu, fis-sena ta' qabel, fl-2011, inkiseb marġni ta' profitt ta' 7,9 %, li huwa ogħla mill-marġnijiet ta' profitt fl-2009 u fl-2010, jiġifieri l-agħar snin tal-kriżi finanzjarja, iżda anqas mill-marġnijiet ta' profitt fl-2006 sal-2008, jiġifieri qabel il-kriżi finanzjarja. Barra minn hekk, din hija l-aktar dejta riċenti disponibbli raġonevoli li fiha l-imporazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni ma kinux għadhom fi kwantitajiet sinifikanti. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li dan il-marġni ta' profitt huwa wieħed li jista' jinkiseb b'mod raġonevoli f'kundizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni.

(222)

Imbagħad, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu fuq il-bażi ta' tqabbil tal-prezz ta' importazzjoni medju ponderat tal-produtturi esportaturi tar-RPĊ li kkooperaw fil-kampjun, aġġustat kif xieraq għall-ispejjeż tal-importazzjoni u d-dazji doganali, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezzijiet, mal-prezz mingħajr dannu medju ponderat tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ingħatat bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni.

(223)

Il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu għal “kumpaniji oħrajn li kkooperaw” u għal “kumpaniji kollha l-oħrajn” huwa definit bl-istess mod bħall-marġini tad-dumping għal dawn il-kumpaniji (ara l-premessi (76)-(80) aktar 'il fuq).

7.2.   Miżuri provviżorji

(224)

Għandhom jiġu imposti miżuri antidumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mir-RPĊ, skont ir-regola tal-irħas dazju fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qabblet il-marġnijiet tad-dannu u l-marġnijiet tad-dumping. L-ammont tad-dazji għandu jkun stabbilit fil-livell il-baxx tal-marġnijiet tad-dumping u dak tad-dannu.

(225)

Fuq il-bażi ta' dan li ntqal hawn fuq, ir-rati ta' dazju antidumping provviżorji, mogħtija skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazji doganali mhux imħallsa, għandhom ikunu kif ġej:

Kumpanija

Marġini tad-dumping

Marġni tad-dannu

Dazju provviżorju

Nanjing Iron and Steel Co., Ltd.

120,1 %

73,1 %

73,1 %

Minmetals Yingkou Medium Plate Co., Ltd

126,0 %

65,1 %

65,1 %

Wuyang Iron and Steel Co., Ltd u Wuyang New Heavy & Wide Steel Plate Co., Ltd

127,6 %

73,7 %

73,7 %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

125,5 %

70,6 %

70,6 %

Il-kumpaniji kollha l-oħrajn

127,6 %

73,7 %

73,7 %

(226)

Ir-rati tad-dazju antidumping ta' kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tal-konklużjonijiet ta' din l-investigazzjoni. Gћaldaqstant, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kumpaniji.

(227)

Dawn ir-rati ta' dazju huma esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ u prodott mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b'mod speċifiku fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma' dawk imsemmijin b'mod speċifiku, għandhom ikunu soġġetti għar-rata ta' dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Dawn ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi rata individwali ta' dazju antidumping.

(228)

Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati tad-dazju antidumping individwali jekk tibdel l-isem tal-entità tagħha jew tistabbilixxi entità ta' produzzjoni jew ta' bejgħ ġdida. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (8). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li jintwera li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma jaffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, avviż dwar il-bidla tal-isem jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(229)

Biex ikun żgurat infurzar xieraq tad-dazji antidumping, ir-rata tad-dazju antidumping għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” għandha tkun applikata mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f'din l-investigazzjoni, imma anki għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

8.   REĠISTRAZZJONI

(230)

Kif intqal fil-premessa (5) aktar 'il fuq, il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mir-RPĊ soġġetti għar-reġistrazzjoni permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1357.

(231)

Dan sar fid-dawl tal-possibbiltà tal-applikazzjoni retroattiva tal-miżuri antidumping, skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. Ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet għandha tieqaf. F'dan l-istadju tal-proċediment ma tista' tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar applikazzjoni retroattiva possibbli tal-miżuri antidumping.

9.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(232)

Fl-interessi ta' amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni sejra tistieden lill-partijiet interessati sabiex iressqu kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew l-Uffiċjal tas-Seduta għad-DĠ Kummerċ fi żmien skadenza fissa.

(233)

Il-konklużjonijiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta' dazji provviżorji huma provviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Qiegħed jiġi impost dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' prodotti ċatti ta' azzar illigat jew mhux illigat (bl-esklużjoni tal-azzar inossidabbli, azzar tas-siliċju-elettriku, azzar tal-għodda u azzar għal veloċità għolja), b'laminazzjoni termali, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin, mhux f'kolji, bi ħxuna ta' aktar minn 10 mm u wisa' ta' 600 mm jew aktar jew bi ħxuna ta' 4,75 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 10 mm u wisa' ta' 2 050 mm jew aktar, li fil-preżent jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7208 51 20, ex 7208 51 91, ex 7208 51 98, ex 7208 52 91, ex 7208 90 20, ex 7208 90 80, 7225 40 40, ex 7225 40 60 u ex 7225 99 00 (kodiċijiet TARIC: 7208512010, 7208519110, 7208519810, 7208529110, 7208902010, 7208908020, 7225406010, 7225990030) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rati tad-dazju antidumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett, bla ħlas fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, sejrin ikunu kif ġej:

Kumpanija

Ir-rata tad-dazju provviżorja

Il-Kodiċi Addizzjonali TARIC

Nanjing Iron and Steel Co., Ltd.

73,1 %

C143

Minmetals Yingkou Medium Plate Co., Ltd

65,1 %

C144

Wuyang Iron and Steel Co., Ltd u Wuyang New Heavy & Wide Steel Plate Co., Ltd

73,7 %

C145

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness

70,6 %

 

Il-kumpaniji kollha l-oħrajn

73,7 %

C999

3.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 huwa soġġett għall-għoti ta' depożitu ta' garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   Fi żmien 25 jum kalendarju mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, il-partijiet interessati jistgħu:

(a)

jitolbu l-iżvelar tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament;

(b)

jippreżentaw il-kummenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni; kif ukoll

(c)

jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċeduri kummerċjali.

2.   Fi żmien 25 jum kalendarju mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, il-partijiet imsemmijin fl-Artikolu 21(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni tal-miżuri provviżorji.

Artikolu 3

1.   L-awtoritajiet doganali huma b'dan ordnati li ma jkomplux bir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbilita skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1357.

2.   Id-dejta miġbura fir-rigward ta' prodotti li jkunu ddaħħlu mhux iktar minn 90 jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sejra tinżamm sakemm jiddaħħlu fis-seħħ miżuri definittivi possibbli, jew sakemm jintemm dan il-proċediment.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 japplika għal perjodu ta' sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21

(2)  Mill-20 ta' Lulju 2016, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 ġie ssostitwit mir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.). Minn hawn 'il quddiem dan ir-Regolament se jissejjaħ “ir-Regolament bażiku”.

(3)  ĠU C 58, 13.2.2016, p. 20.

(4)  ĠU L 215, 10.8.2016, p. 23.

(5)  Fil-11 ta' April 2016 Tata Steel biegħet in-negozju Long Products Europe tagħha li jinkludi pjanċi tqal lil Greybull Capital. B'riżultat ta' dan inħolqot British Steel.

(6)  Ara pereżempju l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Azzar: Iż-żamma tal-impjiegi sostenibbli u t-tkabbir fl-Ewropa” (COM(2016) 155 finali tas-16 ta' Marzu 2016)

(7)  Pajjiżi terzi b'miżuri ta' deferenza tal-kummerċ kontra pjanċi tqal mir-RPĊ jinkludu l-Awstralja, il-Brażil, il-Kanada, l-Indoneżja, il-Malasja, il-Messiku, it-Tajlandja u l-Istati Uniti.

(8)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, Rue de la Loi 170, 1040 Brussels, Belgium.


ANNESS

Esportaturi Ċiniżi li kooperaw mhux inklużi fil-kampjun

Isem

Belt

Kodiċi addizzjonali TARIC

Angang Steel Company Limited

Anshan, Liaoning

C150

Inner Mongolia Baotou Steel Union Co., Ltd.

Baotou, Inner Mongolia

C151

Zhangjiagang Shajing Heavy Plate Co., Ltd.

Zhangjiagang, Jiangsu

C146

Jiangsu Tiangong Tools Company Limited

Danyang, Jiangsu

C155

Jiangyin Xingcheng Special Steel Works Co., Ltd.

Jiangyin, Jiangsu

C147

Laiwu Steel Yinshan Section Co., Ltd.

Laiwu, Shandong

C154

Nanyang Hanye Special Steel Co., Ltd.

Xixia, Henan

C152

Qinhuangdao Shouqin Metal Materials Co., Ltd.

Qinhuangdao, Hebei

C153

Shandong Iron & Steel Co., Ltd., Jinan Company

Jinan, Shandong

C149

Wuhan Iron and Steel Co., Ltd.

Wuhan, Hubei

C156

Xinyu Iron & Steel Co., Ltd.

Xinyu, Jiangxi

C148


7.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/33


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1778

tas-6 ta' Ottubru 2016

li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Wara li kkonsultat l-Istati Membri,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fl-4 ta' Jannar 2016, il-European Steel Association (“Eurofer” jew “l-ilmentatur”) ressqet ilment f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 90 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar. L-ilment kien fih evidenza ta' dumping u theddida konsegwenti ta' dannu materjali li kienet biżżejjed biex tiġġustifika t-tnedija tal-investigazzjoni.

(2)

Wara dan l-ilment, fit-13 ta' Frar 2016, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) tat bidu għal investigazzjoni kontra d-dumping dwar importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) fuq il-bażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2009/1225 (2) (“ir-Regolament bażiku”). Hija ppubblikat Notifika ta' bidu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3) (“in-Notifika ta' Bidu”).

(3)

Sussegwentement, il-Kummissjoni bdiet ukoll iż-żewġ investigazzjonijiet li ġejjin:

(a)

Fit-13 ta' Mejju 2016 (4), investigazzjoni kontra s-sussidji fuq importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina;

(b)

Fis-7 ta' Lulju 2016 (5), investigazzjoni kontra dumping fuq importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġinaw fil-Brażil, l-Iran, ir-Russja, is-Serbja u l-Ukraina.

1.2.   Reġistrazzjoni

(4)

Fil-5 ta' April 2016, min għamel l-ilment issottometta talba għar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet mir-RPĊ tal-prodott ikkonċernat. Fit-2 ta' Ġunju 2016, min għamel l-ilment aġġorna t-talba billi pprovda dejta finanzjarja aktar riċenti, iżda fil-11 ta' Awwissu 2016, irtiraha.

1.3.   Il-partijiet interessati

(5)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Hija speċifikament infurmat lil min għamel l-ilment, lill-produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa, lill-awtoritajiet Ċiniżi, lill-importaturi magħrufa, lill-fornituri u lill-utenti, lin-negozjanti u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati dwar il-bidu u stednithom jieħdu sehem.

(6)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità jagħtu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. Il-partijiet kollha interessati li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari biex jinstemgħu ngħataw seduta ta' smigħ.

1.4.   Teħid ta' kampjuni

(7)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ddikkjarat li hija tista' tieħu kampjuni mill-partijiet interessati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.4.1.   Teħid ta' kampjuni tal-produtturi tal-Unjoni

(8)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ddikkjarat li hija kienet ser tagħżel kampjun ta' produtturi tal-Unjoni fid-dawl tal-għadd kbir tagħhom. Il-Kummissjoni sussegwentement għażlet kampjun fuq il-bażi tal-ogħla volumi rappreżentattivi ta' produzzjoni u bejgħ waqt li żgurat firxa ġeografika. Hija infurmat lil dawn il-kumpaniji provviżorjament magħżula u lil min għamel l-ilment. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkumentaw dwar dan il-kampjun provviżorju.

(9)

Produttur wieħed tal-Unjoni provviżorjament magħżul informa lill-Kummissjoni li huwa ma kienx se jkun jista' jikkoopera. Barra minn hekk, kemm l-assoċjazzjoni tal-ħadid u tal-Azzar Taljan (Federacciai) kif ukoll Eurofer ikkummentaw li n-Nofsinhar tal-Ewropa ma kienx irrappreżentat fil-kampjun provviżorju. Biex tiġi żgurata firxa ġeografika aħjar, il-Kummissjoni ssostitwiet il-produttur tal-Unjoni li ddeċieda li ma jikkooperax ma' produttur tal-Unjoni min-Nofsinhar tal-Ewropa.

(10)

Bħala riżultat, il-kampjun finali kien jikkonsisti minn ħames produtturi tal-Unjoni li jinsabu f'ħames Stati Membri differenti. Dan jammonta għal aktar minn 45 % tal-produzzjoni tal-Unjoni.

1.4.2.   It-teħid ta' kampjuni ta' importaturi mhux relatati

(11)

Il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu sabiex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel il-kampjun.

(12)

Erba' importaturi pprovdew l-informazzjoni mitluba. Għalhekk, l-ebda teħid ta' kampjuni ma kien meħtieġ u ntbagħtu kwestjonarji lill-importaturi kollha.

(13)

Madankollu, minkejja li l-Kummissjoni kkuntattjathom fi sforz biex tinġabar informazzjoni rilevanti, l-ebda importatur mhux relatat ma pprovda tweġiba kompluta għall-kwestjonarju għall-finijiet ta' din l-investigazzjoni.

1.4.3.   It-teħid ta' kampjuni ta' produtturi esportaturi fir-RPĊ

(14)

Sabiex tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun għar-RPĊ, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi li setgħu kienu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(15)

Tlettax-il grupp ta' produtturi esportaturi fir-RPĊ pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni pproponiet kampjun ta' tliet gruppi ta' kumpaniji fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, li raġonevolment seta' jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. Hija stiednet lill-produtturi esportaturi kollha kkonċernati u lill-awtoritajiet tar-RPĊ biex jikkummentaw fuq il-kampjun propost.

(16)

Produttur esportatur wieħed, Jiangsu Tiangong Tool Company Limited (“Tiangong Tools”), iddikjara li għandu jiġi inkluż fil-kampjun minħabba li, kuntrarju għall-produtturi esportaturi magħżula, huwa jipproduċi l-azzar tal-għodda u l-azzar b'veloċità għolja. Huwa sostna li, jekk il-prodott tiegħu huwa kkunsidrat bħala prodott ikkonċernat, il-kampjun għandu jkun aktar rappreżentattiv u jkun inkluż.

(17)

Din it-talba ġiet miċħuda. Tiangong Tools esportat biss kwantitajiet żgħar ta' tip ta' prodott partikolari fl-Unjoni. Għalhekk, l-inklużjoni ta' dan il-produttur esportatur fil-kampjun ma kenitx tagħmel il-kampjun aktar rappreżentattiv. Il-Kummissjoni analizzat il-kwistjoni tar-rappreżentattività ulterjorment fil-kuntest tal-ambitu tal-produzzjoni.

(18)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni ddeċidiet li żżomm il-kampjun propost ta' tliet gruppi ta' produtturi esportaturi. Il-produtturi esportaturi fil-kampjun jammontaw għal 57 % tal-importazzjonijiet totali fl-Unjoni tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ u għal 58 % tal-importazzjonijiet totali tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw.

1.5.   Eżami individwali

(19)

Produttur esportatur wieħed, Tiangong Tools, talab eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku u bagħat tweġiba għall-kwestjonarju għal dak il-għan. Il-Kummissjoni aċċettat din it-talba b'mod preliminarji u vverifikat l-informazzjoni pprovduta fuq il-post.

(20)

Madankollu, l-investigazzjoni wriet li din il-kumpanija tipproduċi u tesporta biss lejn l-Unjoni azzar tal-għodda u azzar ta' veloċità għolja. Minħabba li, kif spjegat fil-premessi (29) sa (35) hawn taħt, il-Kummissjoni ddeċidiet provviżorjament li teskludi azzar tal-għodda u azzar ta' veloċità għolja mill-ambitu ta' din l-investigazzjoni, l-ebda marġini provviżorju tad-dumping ma ġie stabbilit għal Tiangong Tools. Madankollu, jekk il-Kummissjoni tibdel id-deċiżjoni tagħha fir-rigward tal-ambitu tal-prodott fl-istadju definittiv, it-talba għal eżami individwali ta' dan il-produttur esportatur terġa' tiġi kkunsidrata.

1.6.   Tweġibiet għall-kwestjonarju

(21)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufin li huma kkonċernati u lill-kumpaniji l-oħrajn kollha li ppreżentaw ruħhom sal-iskadenzi taż-żmien stabbiliti fin-Notifika ta' Bidu. Tweġibiet tal-kwestjonarju waslu mingħand Eurofer, ħames produtturi tal-Unjoni u ċ-ċentri relatati tagħhom tas-servizz tal-azzar, utent wieħed, tliet gruppi ta' produtturi esportaturi fir-RPĊ, u produttur wieħed f'pajjiż analogu.

1.7.   Żjarat ta' verifika

(22)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li tqieset meħtieġa għal determinazzjoni provviżorja tad-dumping, tat-theddida ta' dannu li tista' tirriżulta u tal-interess tal-Unjoni. Żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fl-istabbilimenti tal-kumpaniji/l-assoċjazzjoni li ġejjin:

 

L-Assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni:

Eurofer, Brussell, il-Belġju

 

Produtturi tal-Unjoni:

ThyssenKrupp Steel Europe AG, Duisburg, il-Ġermanja

Tata Steel IJmuiden BV, Velsen-Noord, in-Netherlands

Tata Steel UK Limited, Port Talbot, South Wales, ir-Renju Unit

ArcelorMittal France S.A., Franza li hija s-sid tal-kumpaniji sussidjarji li ġejjin:

ArcelorMittal Mediterranee SAS, Fos-sur-Mer, Franza

ArcelorMittal Atlantique Et Lorraine, Dunkerque, Franza

ArcelorMittal España SA, Gozón, Spanja

 

Utent:

Marcegaglia Carbon Steel Spa, Gazoldo degli Ippoliti, l-Italja

 

Produtturi esportaturi fir-RPĊ u negozjanti relatati:

Benxi Iron & Steel Group:

Bengang Steel Plates Co, Ltd, Benxi, Provinċja ta' Liaoning, RPĊ

Benxi Iron & Steel Hong Kong Limited, Ħong Kong

Jiangsu Shagang Group Co., Ltd.:

Zhangjiagang Hongchang Plate Co., Ltd. Jinfeng Town, Zhangjiagang City, Provinċja ta' Jiangsu, RPĊ

Zhangjiagang GTA Plate Co, Ltd, Jinfeng Town, Zhangjiagang City, Provinċja ta' Jiangsu, RPĊ

Jiangsu Shagang International Trade Co., Ltd., Jinfeng Town, Zhangjiagang City, Provinċja ta' Jiangsu, RPĊ

Shagang South-Asia Trading Co., Ħong Kong

Xinsha International PTE. Ltd., Singapor

Hebei Iron and Steel Group (HBIS):

Handan Iron & Steel Group Han-Bao Co., Ltd., Handan City, il-Provinċja ta' Hebei, RPĊ

Hebei Iron & Steel Co., Ltd. Tangshan Branch, Tangshan City, il-Provinċja ta' Hebei, RPĊ

Hebei Iron & Steel Co., Ltd. Chengde Branch, Chengde City, il-Provinċja ta' Hebei, RPĊ

Handan Iron and Steel Group Import and Export Co Ltd, Handan City, il-Provinċja ta' Hebei, RPĊ

Hebei Iron and Steel (Singapore) PTE Ltd, Handan City, il-Provinċja ta' Hebei, RPĊ

Hebei Iron and Steel (Hong Kong) International Trade Co Ltd, Handan City, il-Provinċja ta' Hebei, RPĊ

Hebei Iron and Steel Group (Shanghai) International Trade Co Ltd, Handan City u Chengde City, il-Provinċja ta' Hebei, RPĊ

Tangshan Iron and Steel Group Co Ltd, Tangshan City, il-Provinċja ta' Hebei, RPĊ

Sinobiz Holdings Limited (British Virgin Islands), Tangshan City, il-Provinċja ta' Hebei, RPĊ

Chengde Steel Logistics Co Ltd, Chengde City, il-Provinċja ta' Hebei, RPĊ

Duferco SA, Lugano, l-Iżvizzera

Jiangsu Tiangong Tools Company Limited:

Tiangong Aihe Company Limited, Danbei County, Danyang City, il-Provinċja ta' Jiangsu, RPĊ

 

Importaturi relatati fl-Unjoni:

Benxi Iron and Steel Group Europe GmbH, Düsseldorf, il-Ġermanja

Duferco Commerciale SpA, Genova, L-Italja

 

Produttur fil-pajjiż analogu:

ArcelorMittal USA, Chicago, l-Istati Uniti

1.8.   Il-perjodu tal-investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat

(23)

L-investigazzjoni ta' dumping u dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015 (“il-perjodu ta' investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2012 sat-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott ikkonċernat

(24)

Il-prodotti kkonċernati huma ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar, f'koljaturi jew le (inklużi prodotti “cut-to-length” u “strixxi dojoq”), mhux maħdumin aktar ħlief b'laminazzjoni termali, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin.

Il-prodott ikkonċernat ma jinkludix:

prodotti tal-azzar inossidabbli u azzar elettriku tas-siliċju bil-granijiet orjentati,

prodotti ta' azzar tal-għodda u azzar b'veloċità għolja (6),

prodotti, mhux f'koljaturi, mingħajr diżinji f'riljev, ta' ħxuna li taqbeż l-10 mm u ta' wisgħa ta' 600 mm jew aktar, u

prodotti, mhux f'koljaturi, mingħajr diżinji f'riljev, ta' ħxuna ta' 4,75 mm jew aktar iżda li ma taqbiżx l-10 mm u ta' wisgħa ta' 2 050 mm jew aktar.

Il-prodott ikkonċernat bħalissa jaqa' taħt il-kodiċijiet NM 7208 10 00, 7208 25 00, 7208 26 00, 7208 27 00, 7208 36 00, 7208 37 00, 7208 38 00, 7208 39 00, 7208 40 00, 7208 52 10, 7208 52 99, 7208 53 10, 7208 53 90, 7208 54 00, 7211 13 00, 7211 14 00, 7211 19 00, ex 7225 19 10, 7225 30 90, ex 7225 40 60, 7225 40 90, ex 7226 19 10, 7226 91 91 u 7226 91 99 u li joriġinaw fir-RPĊ.

(25)

prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-azzar huma prodotti permezz ta' laminazzjoni termali; dan huwa proċess li jiffurma l-metall li bih metall sħun jiġi mgħoddi minn par wieħed jew aktar ta' laminaturi termali biex titnaqqas il-ħxuna u biex il-ħxuna ssir uniformi, li permezz tiegħu t-temperatura tal-metall tkun ogħla mit-temperatura ta' rikristallizzazzjoni tiegħu. Dawn jistgħu jiġu pprovduti f'bosta forom: f'koljaturi (mogħtija ż-żejt jew le, ippreżervati jew mhux ippreżervati), maqtugħin f'tulijiet (folji) jew fi strixxi rqaq.

(26)

Hemm żewġ użi prinċipali tal-prodotti tal-azzar ċatti b'laminazzjoni termali. L-ewwel, dawn huma l-materjal ewlieni għall-produzzjoni ta' diversi prodotti tal-azzar downstream li għandhom valur miżjud, li jibdew minn prodotti tal-azzar b'laminazzjoni kiesħa (7) ċatti u miksija. It-tieni, huma użati bħala input industrijali mixtrija mill-utenti aħħarin għal diversi applikazzjonijiet, inkluż fil-kostruzzjoni (il-produzzjoni ta' tubi tal-azzar), il-bini ta' bastimenti, kontenituri tal-gass, karozzi, reċipjenti taħt pressjoni u pipelines tal-enerġija.

2.2.   Prodott simili

(27)

L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

(a)

il-prodott ikkonċernat;

(b)

il-prodott li huwa mmanifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tar-RPĊ u tal-Istati Uniti;

(c)

il-prodott li huwa mmanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(28)

F'dan l-istadju l-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

2.3.   Pretensjonijiet rigward l-ambitu tal-prodott

(29)

L-ewwel, produttur esportatur wieħed (Jiangsu Tiangong Tool Company Limited) u importatur wieħed relatat ma' produttur esportatur ieħor Ċiniż (Duferco S.A.) talbu li ċerti tipi ta' prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-azzar, magħrufa fl-industrija bħala azzar tal-għodda u azzar ta' veloċità għolja, għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott. Huma sostnew li l-azzar tal-għodda u l-azzar ta' veloċità għolja għandhom proprjetajiet u prezzijiet sinifikament differenti, u speċifikazzjonijiet u użi differenti.

(30)

Fil-21 ta' April 2016, sar smigħ ma' dan il-produttur esportatur Ċiniż fil-preżenza tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. Barra minn hekk, fit-22 ta' Ġunju 2016, sar smigħ mal-importatur dwar it-talba ta' esklużjoni għall-prodott tiegħu.

(31)

Min għamel l-ilment kien tal-fehma li dawn it-talbiet ma kinux fondati u li hemm riskju ta' evażjoni fil-każ li dawn il-pretensjonijiet ikunu aċċettati mill-Kummissjoni.

(32)

Il-Kummissjoni sabet li tabilħaqq hemm differenzi fiżiċi u kimiċi kbar bejn fuq naħa waħda tipi oħra tal-prodott ikkonċernat għajr azzar tal-għodda u azzar ta' veloċità għolja, u fuq in-naħa l-oħra azzar tal-għodda u azzar ta' veloċità għolja. Hemm diversi elementi kimiċi (8) inerentement preżenti fl-azzar tal-għodda u l-azzar ta' veloċità għolja, li ma jinstabux fil-prodott ikkonċernat.

(33)

Barra minn hekk, hemm differenzi fil-proċess tal-produzzjoni, użi differenti u differenzi sinifikanti fil-prezz bejn azzar tal-għodda u azzar ta' veloċità għolja fuq naħa waħda u tipi oħra tal-prodott ikkonċernat fuq in-naħa l-oħra. Pereżempju, azzar tal-għodda u azzar ta' veloċità għolja, kuntrarjament għal tipi oħra tal-prodott ikkonċernat, huma użati għax-xogħol, l-immakkinar, l-estrużjoni, il-qtugħ, l-ittimbrar u l-perforazzjoni ta' materjali oħra, li mhuwiex l-użu konvenzjonali tat-tipi l-oħra tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, il-produzzjoni tal-azzar tal-għodda ssegwi proċess ieħor tal-produzzjoni, fejn il-proprjetajiet speċifiċi jinkisbu matul l-istadji kollha tal-proċess tal-produzzjoni. Din id-differenza fil-proċess tal-produzzjoni tagħmel il-proċess ta' produzzjoni għall-azzar tal-għodda u l-azzar ta' veloċità għolja aktar kost-intensiv, li jispjega wkoll sa ċertu punt id-differenza fil-prezz tal-bejgħ ma' tipi oħra tal-prodott ikkonċernat.

(34)

Importazzjonijiet ta' azzar tal-għodda u ta' azzar ta' veloċità għolja rappreżentaw mill-aspett ta' volum madwar 1,25 % tal-importazzjonijiet totali Ċiniżi matul is-sena 2015. L-azzar tal-għodda u l-azzar ta' veloċità għolja jitqiegħdu wkoll taħt kodiċijiet NM speċifiċi differenti.

(35)

Għalhekk, il-Kummissjoni provviżorjament eskludiet l-azzar tal-għodda u l-azzar ta' veloċità għolja, waqt li avżat lill-awtoritajiet doganali nazzjonali dwar riskji possibbli ta' evażjoni.

(36)

It-tieni, fil-5 ta' Awwissu 2016, utent Taljan wieħed, Marcegaglia Carbon Steel Spa, sostna li t-tipi tal-prodott ikkonċernat li ġejjin għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott: Tipi ta' azzar Liberi mill-Interstizji (IF), tipi ta' azzar b'fażi doppja, tipi ta' azzar tal-karbonju għoli, u tipi ta' azzar mhux bil-granijiet orjentati. Ir-raġunament għat-talba ta' esklużjoni tal-prodott għal dawn it-tipi kien prinċipalment kif ġej:

(d)

Dawn it-tipi ta' prodotti għandhom proprjetajiet, użi u prezzijiet sinifikament differenti meta mqabbla mat-tipi l-oħrajn kollha tal-prodott ikkonċernat;

(e)

Dawn mhumiex prodotti interskambjabbli ma' tipi oħra tal-prodott ikkonċernat.

(37)

L-istess utent talab ukoll li t-tipi ta' prodotti li jintużaw għal-laminazzjoni kiesħa għandhom jiġu esklużi abbażi tal-użu downstream ulterjuri tagħhom.

(38)

Dwar it-talba ta' esklużjoni tal-prodott għal tipi ta' azzar Liberi mill-Interstizji (IF), tipi ta' azzar b'fażi doppja, tipi ta' azzar tal-karbonju għoli, u tipi ta' azzar mhux bil-granijiet orjentati tal-prodott ikkonċernat, il-Kummissjoni sabet li ma kienx intwera li dawn il-prodotti għandhom proprjetajiet u użi differenti. Ukoll, it-talba dettaljata finali għat-talba ta' esklużjoni tal-prodott daħlet fi stadju tard ħafna. Għalhekk, f'dan l-istadju l-Kummissjoni ċaħdet din it-talba, iżda se tinvestiga din il-pretensjoni ulterjorment.

(39)

Rigward it-tipi ta' prodotti li jintużaw għal-laminazzjoni mill-ġdid, dan huwa wieħed mill-użi ewlenin tal-prodott ikkonċernat, kif imsemmi fil-premessa (26) hawn fuq. Użu differenti waħdu mhuwiex raġuni għall-esklużjoni. Ukoll, l-esklużjoni ta' dawn it-tipi ta' prodotti twassal għall-esklużjoni ta' maġġoranza tat-tipi kollha importati tal-prodott ikkonċernat, minbarra monitoraġġ amministrattiv kumpless, jekk mhux impossibbli, biex jiddistingwi l-prodott ikkonċernat bejn dawk li jintużaw għal-laminazzjoni mill-ġdid u dawk li ma jintużawx. Għalhekk, f'dan l-istadju l-Kummissjoni ċaħdet din it-talba wkoll.

3.   ID-DUMPING

3.1.   Il-valur normali

(40)

Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tiddetermina l-valur normali skont l-Artikolu 2(1) sa (6) tar-Regolament bażiku għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ li jikkonformaw mal-kriterji fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku u jistgħu jingħataw trattament ta' ekonomija tas-suq. Madankollu, ebda wieħed mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ma applika għal tali trattament.

(41)

Għalhekk, skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku il-valur normali kellu jkun iddeterminat fuq il-bażi tal-prezzijiet jew tal-valur normali maħdum f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq xierqa (il-“pajjiż analogu”).

(42)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni pproponiet l-użu ta' pajjiż terz b'ekonomija tas-suq xierqa (il-“pajjiż analogu”) fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi magħrufa kollha fil-11-il pajjiż b'ekonomija tas-suq imsemmija fin-Notifika ta' Bidu (9) u lil tmien pajjiżi oħra fejn kien hemm indikazzjonijiet ta' produzzjoni u bejgħ ta' prodott simili, jiġifieri l-Arġentina, l-Awstralja, l-Eġittu, l-Iran, il-Ġappun, l-Afrika t'Isfel, ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajwan. B'kollox, ġew ikkuntattjati 62 produttur fid-19-il pajjiż analogu potenzjali. Madankollu, kumpanija waħda biss fl-Istati Uniti (ArcelorMittal USA) esprimiet ir-rieda tagħha li tikkoopera — u ssottomettiet tweġiba għall-kwestjonarju.

(43)

L-Istati Uniti hija meqjusa bħala suq analogu adattat, billi hija suq miftuħ, b'għaxar produtturi domestiċi tal-prodott simili u l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra jammontaw għal aktar minn 10 % tal-konsum totali. Għalhekk, u minħabba li produttur wieħed biss mill-Istati Uniti esprima r-rieda li jikkoopera, l-Istati Uniti ntgħażlet b'mod provviżorju bħala pajjiż analogu xieraq.

(44)

Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkumentaw dwar din l-għażla. Billi ma kinux riċevuti kummenti, l-Istati Uniti kienet magħżula bħala pajjiż analogu.

(45)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-bejgħ tal-prodott simili fl-Istati Uniti lil klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv. Instab li l-bejgħ tal-prodott simili mill-produttur li kkoopera kien qed jinbiegħ fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku meta mqabbel mal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun.

(46)

Sussegwentement, il-Kummissjoni eżaminat jekk dak il-bejgħ setax jitqies bħala li sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgħ profittabbli lil klijenti indipendenti. It-tranżazzjonijiet tal-bejgħ tqiesu bħala profittabbli meta l-prezz unitarju kien ugwali jew ogħla mill-ispiża tal-produzzjoni. L-ispiża tal-produzzjoni tal-produttur Amerikan matul il-perjodu ta' investigazzjoni kienet għalhekk determinata.

(47)

Għal dawk it-tipi ta' prodotti fejn aktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ fis-suq domestiku tat-tip inkwistjoni kien ogħla mill-ispiża u l-prezz tal-bejgħ medju peżat ta' dak it-tip kien daqs jew ogħla mill-ispiża unitarja tal-produzzjoni, il-valur normali, skont it-tip ta' prodott, ġie kkalkolat bħala l-medja peżata tal-prezzijiet domestiċi attwali tal-bejgħ kollu tat-tip tal-prodott inkwistjoni, irrispettivament minn jekk il-bejgħ kienx profittabbli jew le.

(48)

Meta l-volum tal-bejgħ profitabbli ta' tip ta' prodott irrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum tal-bejgħ totali ta' dak it-tip, jew meta l-prezz medju peżat ta' dak it-tip kien taħt l-ispiża ta' unità ta' produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, li ġie kkalkolat bħala l-prezz medju peżat tal-bejgħ domestiku profittabbli biss ta' dak it-tip magħmul matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(49)

Rigward it-tipi ta' prodott li ma kinux profittabbli, il-valur normali nħadem skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku billi ntużaw l-ispiża tal-manifattura tal-produttur Amerikan flimkien mal-SG&A u l-profitt għat-tipi ta' prodotti tal-produttur Amerikan li huma profitabbli.

(50)

Xi tipi ta' prodott manifatturati fil-pajjiż analogu ma setgħux jiġu mqabbla mat-tipi ta' prodotti esportati mir-RPĊ lejn l-Unjoni minħabba li mhumiex mibjugħa mill-produttur Amerikan. Għalhekk, il-valur normali għat-tipi ta' prodotti li ma jaqblux kellu jinbena skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-ispejjeż tal-manifattura tal-produttur tal-pajjiż analogu. Il-Kummissjoni ħadet dawn l-ispejjeż tal-aktar prodott li jixxiebaħ, u aġġustathom għall-ispiża tax-xogħol ta' modifika (tixqiq jew tqattigħ) meħtieġa sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust. Il-Kummissjoni mbagħad żiedet ammont raġonevoli għall-SG&A (7 % — 13 %) bbażati fuq dejta attwali li tirrigwarda l-produzzjoni u l-bejgħ, kif stipulat fl-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku. Hija fl-aħħar nett żiedet ammont raġonevoli ta' profitt (10 % — 15 %) billi użat il-marġni medju ta' profitt tal-prodotti profittabbli.

3.2.   Prezzijiet tal-esportazzjoni

(51)

Il-produtturi esportaturi fil-kampjun esportaw lejn l-Unjoni kemm direttament lil konsumaturi indipendenti kif ukoll permezz ta' kumpaniji relatati.

(52)

Għall-bejgħ dirett, il-prezzijiet tal-esportazzjoni kienu bbażati fuq il-prezzijiet attwalment imħallsa jew li huma pagabbli għall-prodott ikkonċernat, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(53)

Fejn il-produtturi esportaturi esportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni permezz ta' kumpaniji relatati li jaġixxu bħala importatur, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa' nbiegħ għall-ewwel darba lil konsumaturi indipendenti fl-Unjoni skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F'dan il-każ, l-aġġustamenti għall-prezz saru għall-ispejjeż kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid.

3.3.   Paragun

(54)

Il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tqabblu fuq bażi mill-fabbrika. Il-marġnijiet tad-dumping ġew stabbiliti permezz ta' paragun tal-prezzijiet individwali mill-fabbrika tal-produtturi esportaturi fil-kampjun mal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-produttur tal-pajjiż analogu jew mal-valur normali maħdum skont kif xieraq.

(55)

Sabiex ikun żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, ittieħed kont xieraq fil-forma ta' aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-paragunabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(56)

Fuq din il-bażi, saru aġġustamenti, fejn xieraq, għat-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġjar, it-tagħbija u l-ispejjeż anċillari (4 %), spejjeż bankarji (0,02 %), spejjeż ta' kreditu (0,05 %), kummissjonijiet (0,6 %) u tassazzjoni indiretta (4 %).

3.4.   Il-marġni tad-dumping

(57)

Għall-produtturi esportaturi fil-kampjun, il-valur normali medju peżat ta' kull tip ta' prodott simili fl-Istati Uniti kien imqabbel mal-prezz medju peżat tal-esportazzjoni tat-tip ta' prodott korrispondenti, kif previst fl-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(58)

Il-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun kien stabbilit skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Dan il-marġini ġie kkalkulat bħala medja peżata fuq il-bażi tal-marġnijiet stabbiliti għall-produtturi esportaturi fil-kampjun.

(59)

Fir-rigward tal-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fir-RPĊ, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta' kooperazzjoni fir-RPĊ. Dan tkejjel billi ġie evalwat il-proporzjon tal-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi li kkooperaw lejn l-Unjoni mill-volum totali ta' esportazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni.

(60)

Il-livell ta' kooperazzjoni huwa għoli. Fuq din il-bażi, il-marġini ta' dumping residwu applikabbli għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fir-RPĊ ġie stabbilit fuq livell li jikkorrispondi għall-ogħla marġini ta' dumping misjub għall-produtturi esportaturi fil-kampjun li kkooperaw.

(61)

Il-marġnijiet provviżorji ta' dumping, espressi bħala persentaġġ tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Tabella 1

Marġnijiet ta' dumping, ir-RPĊ

Kumpanija

Marġni provviżorju ta' dumping

Bengang Steel Plates Co., Ltd.

96,5 %

Hebei Iron & Steel Group

95,0 %

Jiangsu Shagang Group

106,9 %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

100,1 %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

106,9 %

4.   DANNU

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(62)

Fl-Unjoni, 17-il kumpanija pprovdew dejta dwar il-produzzjoni u l-bejgħ fl-eżerċizzju permanenti u indikaw li pproduċew il-prodott simili matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli mill-ilment, dawn is-17-il kumpanija qed jirrappreżentaw madwar 90 % tal-produzzjoni tal-prodott simili fl-Unjoni.

(63)

Apparti minn dawn is-17-il kumpanija, kien hemm ħames kumpaniji oħra jipproduċu l-prodott simili waqt il-perjodu ta' investigazzjoni.

(64)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni waqt il-perjodu tal-investigazzjoni ġiet stabbilita għal madwar 74,7 miljun tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli li tirrigwarda l-industrija tal-Unjoni, bħal informazzjoni minn min għamel l-ilment u mill-prodotturi kollha magħrufin fl-Unjoni. Kif indikat fil-premessa (10), ħames produtturi tal-Unjoni ntgħażlu fil-kampjun li jirrappreżentaw 45 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. Dan huwa kampjun rappreżentattiv.

(65)

Il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw il-produzzjoni totali tal-industrija jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku u huma msejħa bħala l-“industrija tal-Unjoni”.

(66)

Il-mudell kummerċjali tal-produtturi tal-Unjoni u l-livell ta' integrazzjoni vertikali tagħhom ivarja. Madanakollu, l-industrija tal-Unjoni tista' b'mod ġenerali tkun karatterizzata bħala industrija b'livell għoli ta' integrazzjoni vertikali, bħal ma huwa spjegata ulterjorment fil-premessa (68) hawn taħt.

4.2.   Konsum tal-Unjoni

(67)

Kif imsemmi fil-premessa (24) hawn fuq, il-prodott ikkonċernat jaqa' fi ħdan għadd ta' kodiċijiet NM inklużi ċerti ex kodiċijiet. Sabiex ma jiġix sottovalutat il-konsum tal-Unjoni, u fid-dawl tal-impatt marġinali apparenti ta' tali kodiċijiet fuq il-konsum totali, il-volumi tal-importazzjoni tal-ex kodiċijiet NM ġew ikkunsidrati kollha sabiex jiġi kkalkolat il-konsum tal-Unjoni.

(68)

Billi l-industrija tal-Unjoni fil-biċċa l-kbira tagħha hija integrata vertikalment u l-prodott ikkonċernat jitqies bħala materjal ewlieni għall-produzzjoni ta' diversi prodotti downstream b'valur miżjud, li jibdew bi prodotti b'laminazzjoni kiesħa, il-konsum fis-suq magħluq u s-suq ħieles ġew analizzati separatament.

(69)

Id-distinzjoni bejn is-suq magħluq u s-suq ħieles hija relevanti għall-analiżi tad-dannu għaliex il-prodotti maħsuba għall-użu ristrett mhumiex esposti għall-kompetizzjoni diretta mill-importazzjonijiet, u l-prezzijiet ta' trasferiment huma ffissati fi ħdan il-grupp skont politiki differenti tal-prezzijiet. Għall-kuntrarju, il-produzzjoni destinata għas-suq ħieles hija f'kompetizzjoni diretta mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, u l-prezzijiet huma prezzijiet tas-suq ħieles.

(70)

Biex tipprovdi stampa tal-industrija tal-Unjoni li hija kemm jista' jkun kompluta, il-Kummissjoni kisbet dejta għall-attività kollha tal-prodott simili u ddeterminat jekk il-produzzjoni kinitx iddestinata għall-użu ristrett jew għas-suq ħieles. Il-Kummissjoni sabet li madwar 60 % tal-produzzjoni totali tal-produtturi tal-Unjoni kienet iddestinta għas-suq magħluq.

4.2.1.   Il-konsum magħluq fis-suq tal-Unjoni

(71)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum magħluq tal-Unjoni fuq il-bażi tal-użu ristrett u l-bejgħ ristrett fis-suq tal-Unjoni tal-produtturi kollha magħrufin fl-Unjoni. Fuq din il-bażi, il-konsum magħluq tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Il-konsum magħluq fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

 

2012

2013

2014

PI

Konsum magħluq

40 775 889

42 418 062

42 887 175

42 271 071

Indiċi (2012 = 100)

100

104

105

104

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju tal-Eurofer

(72)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum magħluq tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni żdied b'madwar 4 %. Din iż-żieda hija prinċipalment dovuta għat-tkabbir tas-swieq magħluqa, inkluża l-manifattura tal-parts pereżempju għall-industrija tal-karozzi.

4.2.2.   Konsum tas-suq ħieles fis-suq tal-Unjoni

(73)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni fuq il-bażi ta' (a) il-bejgħ fis-suq tal-Unjoni tal-produtturi kollha magħrufin fl-Unjoni u (b) l-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiżi terzi kollha kif rapportat mill-Eurostat, u b'hekk qieset ukoll id-dejta sottomessa mill-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-pajjiż ikkonċernat. Fuq din il-bażi, il-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 3

Konsum tas-suq liberu (tunnellati)

 

2012

2013

2014

PI

Konsum tas-suq liberu

31 405 157

32 292 192

33 139 474

35 156 318

Indiċi (2012 = 100)

100

103

106

112

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju tal-Eurofer

(74)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni żdied b'madwar 12 %. Iż-żieda hi prinċipalment dovuta għall-irkupru ekonomiku tal-industrija downstream.

4.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.3.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(75)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tad-database tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit billi tqabblu l-volumi tal-importazzjonijiet mal-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni kif irrapportat fit-tabella (73) hawn fuq.

(76)

L-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ żviluppaw kif ġej:

Tabella 4

Il-volum tal-importazzjonijiet (tunnellati) u s-sehem mis-suq

 

2012

2013

2014

PI

Il-volum ta' importazzjonijiet mir-RPĊ

246 720

336 028

592 104

1 519 304

Indiċi (2012 = 100)

100

136

240

616

Is-sehem mis-suq tar-RPĊ

0,79 %

1,04 %

1,79 %

4,32 %

Indiċi (2012 = 100)

100

132

227

550

Sors: L-Eurostat

(77)

It-tabella ta' hawn fuq turi li f'ċifri assoluti l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. B'mod parallel, is-sehem totali tas-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi fl-Unjoni żdied b'aktar minn ħames darbiet matul il-perjodu kkunsidrat.

4.3.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u undercutting fil-prezzijiet

(78)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-dejta tal-Eurostat. Il-prezz medju peżat tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej:

Tabella 5

Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

 

2012

2013

2014

PI

Prezz medju tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping

600

505

463

404

Indiċi (2012 = 100)

100

84

77

67

Sors: L-Eurostat

(79)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet naqsu minn EUR 600/tunnellata fl-2012 għal EUR 404/tunnellata matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Matul il-perjodu kunsidrat, it-tnaqqis fil-prezz medju unitarju tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping kien ta' madwar 33 %.

(80)

Il-Kummissjoni vvalutat it-twaqqigħ fil-prezzijiet matul il-perjodu tal-investigazzjoni billi qabblet:

il-prezzijiet tal-bejgħ medji peżati għal kull tip tal-prodott tal-ħames produtturi tal-Unjoni imposti fuq klijenti mhux relatati fis-suq ħieles tal-Unjoni, u aġġustati għal livell mill-fabbrika; kif ukoll

il-prezzijiet medji peżati korrispondenti fil-livell tal-fruntiera tal-Unjoni CIF għal kull tip ta' prodott tal-importazzjonijiet mill-produtturi li kkooperaw tal-pajjiż ikkonċernat lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, b'aġġustamenti xierqa għall-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni.

(81)

It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta' tip b'tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta' kummerċ, aġġustati kif dovut meta meħtieġ, u wara t-tnaqqis tar-rifużjonijiet u l-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espresss bħala persentaġġ tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. L-aġġustamenti ewlenin relatati mal-ispejjeż ta' kunsinna (li jvarjaw bejn 2,7 % u 6,3 % għal kull produttur tal-Unjoni fil-kampjun) u l-iskontijiet (li jvarjaw bejn 0,1 % u 19,5 %). Billi l-ebda importatur mhux relatat ma ppreżenta ruħu f'dan il-każ, ġew miżjuda wara l-importazzjoni EUR 7 għal kull tunnellata, li kien l-aġġustament użat fl-investigazzjoni dwar ċerti prodotti tal-azzar ċatti b'laminazzjoni kiesħa (10). Dan kien meqjus li jkun l-aktar mod xieraq minħabba l-fatt li l-prodott ikkonċernat tal-investigazzjoni kurrenti huwa simili f'ħafna modi għal ċerti prodotti tal-azzar ċatt b'laminazzjoni kiesħa, kif spjegat fil-premessa (221).

(82)

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta' dumping instabu li waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fil-firxa bejn 2,7 % u 5,6 %.

4.4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.4.1.   Kummenti ġenerali

(83)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping fl-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(84)

L-indikaturi makroekonomiċi (il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, l-istokk, it-tkabbir, is-sehem mis-suq, l-impjiegi, il-produttività u d-daqs tal-marġnijiet tad-dumping) ġew ivvalutati fil-livell tal-industrija kollha tal-Unjoni. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni li pprovda min għamel l-ilment, u ġiet kontroverifikata bid-dejta pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni u l-istatistiċi uffiċjali disponibbli (Eurostat).

(85)

L-analiżi tal-indikaturi mikroekonomiċi (il-prezzijiet tal-bejgħ, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, il-possibbiltà li jiżdied il-kapital, il-pagi u l-ispiża tal-produzzjoni) twettqet fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni tagħhom, ivverifikata kif xieraq.

(86)

Biex tipprovdi stampa tal-industrija tal-Unjoni li hija kemm jista' jkun kompluta, il-Kummissjoni kisbet dejta għall-produzzjoni kollha tal-prodott ikkonċernat u ddeterminat jekk il-produzzjoni kinitx iddestinata għal użu ristrett jew għas-suq ħieles. Għal uħud mill-indikaturi tad-dannu relatati mal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni analizzat b'mod separat id-dejta relatata mas-suq ħieles u dik relatata mas-suq magħluq u għamlet analiżi komparattiva. Dawn il-fatturi huma: il-bejgħ, is-sehem mis-suq, il-prezzijiet tal-unità, l-ispiża tal-unità, il-profittabbiltà u l-fluss tal-flus. Madankollu, indikaturi ekonomiċi oħrajn jistgħu jiġu eżaminati b'mod siewi biss b'riferiment għall-attività kollha, inkluż l-użu ristrett tal-industrija tal-Unjoni għaliex jiddependu fuq l-attività kollha, kemm jekk il-produzzjoni hija magħluqa kif ukoll jekk tinbiegħ fis-suq ħieles. Dawn il-fatturi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità, l-użu tal-kapaċità, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, l-impjiegi, il-produttività, l-istokkijiet u l-ispejjeż tax-xogħol. Għal dawn il-fatturi, ikun iġġustifikat li ssir analiżi tal-industrija kollha tal-Unjoni sabiex tiġi stabbilita stampa sħiħa tad-dannu tal-industrija tal-Unjoni, peress li d-dejta inkwistjoni ma tistax tiġi separata bejn bejgħ ristrett u bejgħ ħieles.

4.4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.4.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(87)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 6

Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

 

2012

2013

2014

PI

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

73 050 974

74 588 182

75 509 517

74 718 189

Indiċi (2012 = 100)

100

102

103

102

Kapaċità ta' produzzjoni (tunnellati)

102 247 218

100 667 836

100 040 917

98 093 841

Indiċi (2012 = 100)

100

99

98

96

Użu tal-kapaċità

71,4 %

74,1 %

75,5 %

76,2 %

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju tal-Eurofer

(88)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum ta' produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied bi 2 %, minkejja l-fatt li produttur Taljan wieħed tal-Unjoni naqqas konsiderevolment il-produzzjoni tiegħu matul l-istess perjodu (– 3 miljun tunnellata).

(89)

Iċ-ċifri tal-kapaċità rapportati jirreferu għall-kapaċità teknika, li jimplika li aġġustamenti, meqjusin bħala standards mill-industrija, għall-ħin tal-istabbiliment, il-manutenzjoni, l-ostakoli u perjodi oħrajn normali ta' waqfien ma ġewx ikkunsidrati. Il-kapaċità tal-produzzjoni naqset matul il-perjodu kkunsidrat minħabba l-waqfien tal-produzzjoni fil-Belġju u fl-Italja.

(90)

Iż-żieda fir-rata tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità rriżultat minn żieda żgħira fil-volum tal-produzzjoni prinċipalment minħabba ż-żieda fil-konsum magħluq (+ 4 %) u l-konsum ħieles (+ 12 %) u dan minkejja t-tnaqqis sinifikanti tal-volum ta' produzzjoni prinċipalment minn produttur wieħed tal-Unjoni Taljan.

4.4.2.2.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(91)

Il-volum ta' bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 7

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq (suq ħieles)

 

2012

2013

2014

PI

Volum tal-bejgħ (tunnellati)

27 273 319

27 468 243

27 910 748

27 327 906

Indiċi (2012 = 100)

100

101

102

100

Is-sehem mis-suq

86,8 %

85,1 %

84,2 %

77,7 %

Indiċi (2012 = 100)

100

98

97

90

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju tal-Eurofer u l-Eurostat

(92)

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija fis-suq tal-Unjoni baqa' relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, jiġifieri bejn 27 u 28 miljun tunnellata.

(93)

Matul il-perjodu kkunsidrat, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni f'termini ta' konsum tal-Unjoni naqas b'aktar minn disa' punti perċentwali, jiġifieri minn 86,8 % għal 77,7 %. It-tnaqqis tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni qabeż b'mod sinifikanti ż-żieda żgħira fil-bejgħ tagħha fis-suq ħieles tal-Unjoni.

(94)

Safejn is-suq magħluq fis-suq tal-Unjoni huwa kkonċernat, il-volum ristrett u s-sehem mis-suq żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 8

Volum ristrett fis-suq tal-Unjoni u s-sehem mis-suq

 

2012

2013

2014

PI

Volum ristrett fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

40 775 889

42 418 062

42 887 175

42 271 071

Indiċi (2012 = 100)

100

104

105

104

Produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni (tunnellati)

73 050 974

74 588 182

75 509 517

74 718 189

% tal-volum ristrett meta mqabbel mal-produzzjoni totali

55,7 %

56,7 %

56,6 %

56,4 %

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju tal-Eurofer u l-Eurostat

(95)

Il-volum ristrett tal-industrija tal-Unjoni (magħmul minn użu ristrett u bejgħ ristrett fis-suq tal-Unjoni) fis-suq tal-Unjoni żdied b'4 % matul il-perjodu kkunsidrat, minn madwar 40,7 miljun tunnellata metrika fl-2011 għal 42,2 miljun tunnellata matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(96)

Is-sehem mis-suq magħluq tal-industrija tal-Unjoni (espress bħala persentaġġ tal-produzzjoni totali) baqa' stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, u jvarja bejn 55,7 % u 56,7 %.

4.4.2.3.   L-impjiegi u l-produttività

(97)

L-impjieg ġie kkalkulat billi ttieħdu biss il-ħaddiema li jaħdmu direttament għall-prodott simili fil-funderiji tal-azzar differenti tal-produtturi tal-Unjoni. Dan il-metodu pprovda dejta preċiża li hija relattivament faċli li tiġi ddeterminata.

(98)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 9

L-impjiegi u l-produttività

 

2012

2013

2014

PI

Numru ta' impjegati

(Impjieg/impjegat full time)

18 729

18 632

17 739

17 829

Indiċi (2012 = 100)

100

99

95

95

Produttività (tunnellata/impjegat)

3 900

4 003

4 257

4 191

Indiċi (2012 = 100)

100

103

109

107

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju tal-Eurofer

(99)

Il-livell tal-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni naqas matul il-perjodu kkunsidrat sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni u tiġi ggwadanjata effiċjenza fid-dawl taż-żieda fil-kompetizzjoni minn importazzjonijiet Ċiniżi u oħrjan fis-suq. Dan irriżulta fi tnaqqis tal-ħaddiema b'5 % matul il-perjodu kkunsidrat, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-ebda impjieg indirett. Bħala konsegwenza u minħabba l-volum ta' produzzjoni li qed jiżdied ftit (+ 2 %) matul il-perjodu kkunsidrat, il-produttività tal-ħaddiema tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala produzzjoni għal kull persuna impjegata fis-sena, żdiedet ħafna iktar (+ 7 %) miż-żieda fil-produzzjoni attwali. Dan juri li l-industrija tal-Unjoni kienet lesta tadatta ruħha għall-kundizzjonijiet tas-suq li kienu qegħdin jinbidlu sabiex tibqa' kompetittiva.

4.4.2.4.   Inventarji

(100)

Il-livelli tal-istokkijiet tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Inventarji

 

2012

2013

2014

PI

Stokkijiet tal-għeluq (tunnellati)

2 908 745

2 646 989

2 653 224

2 798 420

Indiċi (2012 = 100)

100

91

91

96

Stokkijiet tal-għeluq bħala persentaġġ tal-produzzjoni

4,0 %

3,5 %

3,5 %

3,7 %

Indiċi (2012 = 100)

100

89

88

94

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju tal-Eurofer

(101)

Matul il-perjodu kkunsidrat il-livell tal-istokkijiet tal-għeluq naqas bi ftit. Il-maġġoranza tat-tipi tal-prodott simili huma mmanifatturati mill-industrija tal-Unjoni skont ordnijiet speċifiċi tal-utenti. Għalhekk, l-istokkijiet ma jitqisux bħala indikatur importanti ta' dannu għal din l-industrija. Dan huwa kkonfermat ukoll mill-analiżi tal-evoluzzjoni tal-istokkijiet tal-għeluq bħala persentaġġ tal-produzzjoni. Kif jidher hawn fuq, dan l-indikatur baqa' relattivament stabbli b'madwar 3,5 % sa 4 % tal-volum tal-produzzjoni.

4.4.2.5.   Id-daqs tal-marġni tad-dumping

(102)

Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu ogħla b'mod sinifikanti mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet għoljin attwali ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni ma kienx negliġibbli, meta tqis il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat.

4.4.2.6.   It-tkabbir

(103)

Il-konsum tal-Unjoni (suq ħieles) żdied b'madwar 12 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni baqa' stabbli. L-industrija tal-Unjoni għalhekk tilfet sehem mis-suq, għall-kuntrarju tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat li żdied b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat.

4.4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.4.3.1.   Prezzijiet u fatturi li affettwaw il-prezzijiet

(104)

Il-prezzijiet medji peżati ta' unità tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq ħieles fl-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabela 11

Prezzijiet tal-bejgħ fis-suq ħieles fl-Unjoni

 

2012

2013

2014

PI

Prezz tal-bejgħ (EUR/tunnellata)

553

498

471

427

Indiċi (2012 = 100)

100

90

85

77

Spiża għal kull unità tal-produzzjoni (EUR/tunnellata)

572

511

469

431

Indiċi (2012 = 100)

100

89

82

75

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(105)

It-tabella ta' hawn fuq turi l-evoluzzjoni tal-prezz tal-bejgħ ta' unità fis-suq ħieles tal-Unjoni meta mqabbla mal-ispiża tal-produzzjoni korrispondenti. Bħala medja l-prezzijiet tal-bejgħ kienu inqas mill-ispiża unitarja tal-produzzjoni, bl-eċċezzjoni tal-2014 meta s-suq beda jiżdied u meta s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi kien inqas milli fil-perjodu ta' investigazzjoni.

(106)

Fl-2012 u l-2013, il-konsegwenza tal-kriżi tad-dejn fiż-żona tal-Euro, flimkien ma' tnaqqis fid-domanda għall-azzar fl-2012, affettwaw b'mod negattiv il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Fl-2014, kif ukoll fl-ewwel nofs tal-2015, l-industrija tal-Unjoni bdiet tirkupra, minħabba l-isforzi akbar biex tibqa' kompetittiva, b'mod partikolari billi żdiedet il-produttività tal-ħaddiema tal-industrija tal-Unjoni, kif stabbilit fil-premessa (99), li rriżulta fi gwadanji tal-produttività u f'utilizzazzjoni aħjar tal-kapaċità.

(107)

Minkejja dawn l-isforzi, l-ispejjeż tal-produzzjoni baqgħu ġeneralment ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ, li qed jonqsu, u sabiex jiġi limitat it-telf fis-sehem mis-suq, il-produtturi tal-Unjoni segwew l-ispiral 'l isfel fil-prezzijiet u naqqsu b'mod sinifikanti l-prezz tal-bejgħ tagħhom, b'mod partikolari matul l-2015. Peress li l-prodott ikkonċernat huwa prodott bażiku, il-produtturi tal-Unjoni kellhom isegwu l-ispiral tat-tnaqqis fil-prezz.

(108)

Fost il-produtturi fil-kampjun, ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew azzar ieħor illigat għall-konsum magħluq ġew trasferiti jew kunsinnati bi prezzijiet ta' trasferiment għal aktar proċessar downstream bl-użu ta' politiki ta' pprezzar differenti (spiża, spiża b'żieda, prezz tas-suq). Għaldaqstant, ma tista' tinħareġ ebda konklużjoni siewja mill-evoluzzjoni tal-prezz tal-użu ristrett.

4.4.3.2.   Spejjeż tax-xogħol

(109)

L-ispejjeż medji tax-xogħol tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 12

Spejjeż medji tax-xogħol għal kull impjegat

 

2012

2013

2014

PI

Spejjeż medji tax-xogħol għal kull impjegat (EUR)

63 722

63 374

66 039

66 023

Indiċi (2011 = 100)

100

99

104

104

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(110)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-paga medja għal kull impjegat żdiedet b'4 %.

4.4.3.3.   Il-profittabbiltà, il-fluss ta' flus, l-investiment, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abilità ta' attrazzjoni tal-kapital

(111)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 13

profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redittu fuq l-investimenti

 

2012

2013

2014

PI

Profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni fis-suq ħieles (% tal-fatturat tal-bejgħ)

– 3,3 %

– 2,7 %

0,4 %

– 0,8 %

Fluss tal-flus (EUR '000)

150 190

139 285

221 982

122 723

Indiċi (2012 = 100)

100

93

148

82

Investmenti (EUR '000)

334 789

256 013

289 581

291 771

Indiċi (2012 = 100)

100

76

86

87

Redditu fuq l-investimenti

– 4,5 %

– 3,5 %

0,5 %

– 1,0 %

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(112)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbilità tal-produtturi tal-Unjoni billi esprimiet it-telf nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili fis-suq ħieles fl-Unjoni bħala persentaġġ tal-fatturat ta' dan il-bejgħ.

(113)

Il-profittabbiltà żviluppat b'mod negattiv matul il-perjodu kkunsidrat: it-telf ġie sostnut matul it-tliet snin kollha, bl-eċċezzjoni tal-2014. Filwaqt li l-telf fis-snin 2012 u 2013 huwa marbut parzjalment mal-konsegwenzi tal-kriżi tad-dejn fiż-żona tal-Euro (apparti tnaqqis fid-domanda għall-azzar fl-2012), il-produtturi tal-Unjoni setgħu jirkupraw parzjalment matul l-2014 u fl-ewwel nofs tal-2015.

(114)

Il-fluss tal-flus nett jirrappreżenta l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw huma stess l-attivitajiet tagħhom. Ix-xejra fil-fluss nett tal-flus tvarja ħafna waqt il-perjodu kkunsidrat, iżda baqgħet ġeneralment pożittiva ħafna, l-aktar minħabba spejjeż mhux fi flus likwidi bħad-deprezzament.

(115)

Peress li r-redditu fuq l-investiment baqa' negattiv b'mod ġenerali matul is-snin kollha, ħlief l-2014, l-industrija tal-Unjoni naqqset il-livell tal-investimenti tagħha bi 13 % bejn l-2012 u l-2015. Il-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital ġiet affettwata mit-telf imġarrab matul il-perjodu kkunsidrat, kif jista' jidher mit-tnaqqis fl-investimenti.

(116)

Fl-aħħar nett, it-tabella ta' hawn taħt fiha analiżi dettaljata tal-2015 kull trimestru kif allega min għamel l-ilment fl-ilment tiegħu li kien hemm deterjorament sinifikanti fit-tieni nofs tal-2015. Id-dejta fit-tabella tabilħaqq tikkonferma deterjorament sinifikanti, fit-tieni nofs tal-2015, tal-profittabbiltà u tal-valur tal-bejgħ nett minħabba tnaqqis ulterjuri fil-prezzijiet tal-bejgħ fuq is-suq ħieles tal-Unjoni.

Tabella 14

Il-profittabbiltà kull trimestru tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

Trimestru tal-2015

Profittabbiltà (Telf) kull trimestru tal-kumpaniji (f'miljuni ta' euro)

Prezz tal-bejgħ nett kull tunnellata

Bejgħ nett fis-suq ħieles

(f'miljuni ta' euro)

Persentaġġ tal-profittabbiltà

L-ewwel

37,98

444,71

1 073,34

3,5 %

It-tieni

22,78

436,19

1 001,60

2,3 %

It-tielet

– 22,92

426,36

857,49

– 2,7 %

Ir-raba'

– 69,80

392,92

699,47

– 10,0 %

Total

– 31,9

427,2

3 631,9

– 0,8 %

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

4.4.4.   Konklużjoni dwar id-dannu materjali

(117)

Min-naħa waħda, l-industrija tal-Unjoni kollha tista' żżid bi ftit il-volumi tal-produzzjoni tagħha (minkejja t-tnaqqis sinifikanti tal-produzzjoni prinċipalment minn produttur wieħed Taljan) u ttejjeb ir-rata tagħha tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità minħabba żieda fil-konsum mgħluq u ħieles. Hija ħadet ukoll azzjonijiet konkreti biex ittejjeb l-effiċjenza billi żżomm kontroll iebes fuq l-ispejjeż tal-manifattura (prinċipalment il-materja prima) u billi żżid il-produzzjoni għal kull impjegat. Bħala riżultat, l-ispiża tal-produzzjoni naqset b'25 %. Barra minn hekk, il-likwidità tagħha baqgħet pożittiva matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun xorta setgħu jagħmlu investimenti ta' madwar 250 — 330 miljun euro fis-sena matul il-perjodu kkunsidrat.

(118)

Min-naħa l-oħra, minkejja l-isforzi tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat biex ittejjeb il-prestazzjoni ġenerali, indikaturi oħra ta' dannu juru deterjorament tas-sitwazzjoni fis-suq ħieles: Bl-eċċezzjoni tal-2014 u l-bidu tal-2015, meta l-industrija tal-Unjoni bdiet tirkupra ftit, kien hemm telf matul il-perjodu kollu kkunsidrat, li laħaq livelli mhux sostenibbli fit-tieni nofs tal-2015. Tabilħaqq, minkejja l-fatt li l-volumi tal-bejgħ baqgħu relattivament stabbli fis-suq ħieles tal-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni tilfet sehem mis-suq u kellha tnaqqas l-investimenti fid-dawl tar-redditu negattiv fuq l-investiment.

(119)

Fid-dawl ta' dan, huwa konkluż f'dan l-istadju li d-dejta ta' hawn fuq turi li l-industrija tal-Unjoni kienet f'sitwazzjoni dgħajfa fl-aħħar tal-perjodu ta' investigazzjoni iżda mhux sal-punt li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali matul il-perjodu kkunsidrat fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   THEDDIDA TA' DANNU

5.1.   Introduzzjoni

(120)

Fl-analiżi ta' theddida ta' dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni, skont l-Artikolu 3(9), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament bażiku, qed jiġu kkunsidrati hawn taħt tali fatturi bħal:

(i)

rata sinifikanti ta' żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta' dumping fis-suq tal-Unjoni li tindika l-probabilità ta' żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet;

(ii)

kapaċità ħielsa biżżejjed tal-produttur esportatur min-naħa tal-esportatur jew żieda imminenti u sostanzjali f'tali kapaċità li tindika- li x'aktarx hemm żieda sostanzjali ta' esportazzjonijiet ta' dumping lejn l-Unjoni, wara li titqies id-disponibbiltà ta' swieq oħrajn għall-esportazzjoni biex jassorbu kwalunkwe esportazzjoni addizzjonali;

(iii)

jekk l-importazzjonijiet hux qed jidħlu bi prezzijiet li, sa grad sinifikanti, inaqqsu ferm il-prezzijiet jew jimpedixxu żidiet fil-prezzijiet li b'mod ieħor xorta kienu jiġru, u jekk probabbilment iżidux id-domanda għal aktar importazzjonijiet, u;

(iv)

il-livell tal-inventarji.

(121)

Kif tindika l-kelma “bħal” fl-Artikolu 3(9), it-tieni subparagrafu, flimkien ma' dawn l-erba' fatturi, fatturi oħra jistgħu jiġu analizzati wkoll għad-determinazzjoni ta' theddida ta' dannu. B'mod partikolari, il-Kummissjoni analizzat ulterjorment fatturi bħal profittabbiltà u dħul tal-ordnijiet, li għalihom kellha disponibbli dejta tal-perjodu tal-investigazzjoni u ta' wara l-perjodu tal-investigazzjoni.

(122)

Fir-rigward tal-perjodu kkunsidrat, il-Kummissjoni rrevediet id-dejta miġbura għal 2012-2015, billi huwa neċessarju li jkun hemm fehim tas-sitwazzjoni kurrenti tal-industrija tal-Unjoni sabiex tkun tista' tiddetermina jekk hemmx theddida ta' dannu lill-industrija tal-Unjoni (11). Imbagħad wettqet analiżi prospettiva għall-fatturi kollha. Barra minn hekk, hija setgħet tiġbor dejta dwar l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping, il-kapaċità Ċiniża u l-prezzijiet tal-importazzjoni għall-perjodu Jannar — Ġunju 2016 sabiex tikkonferma jew tinvalida l-previżjonijiet, kif mitlub mill-Qorti (12). Iżda għall-profittabbiltà u d-dħul tal-ordnijiet, dejta komprensiva ma kinitx disponibbli għall-perjodu Jannar-Ġunju 2016 u dejta parzjali biss kienet disponibbli sal-aħħar ta' Marzu 2016. Għal-livell ta' inventarji, l-ebda dejta komprensiva ma setgħet tinstab sal-aħħar ta' Ġunju 2016, b'mod partikolari għall-industrija tal-Unjoni. Minkejja dan, din id-dejta ser tiġi aġġornata wara l-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u fejn ikun possibbli, se jiġu analizzati wkoll fatturi oħra. F'dan l-istadju, id-dejta għall-profitt, id-dħul tal-ordnijiet u l-livell ta' inventarji kienu l-aħjar dejta disponibbli.

(123)

Fl-aħħar nett, l-Artikolu 3(9) l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza, tar-Regolament bażiku jitlob li l-bidla fiċ-ċirkustanzi trid tkun ġiet imbassra b'mod ċar u trid tkun imminenti.

5.2.   Theddida ta' dannu

5.2.1.   Rata sinifikanti ta' żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta' dumping fis-suq tal-Unjoni li tindika l-probabilità ta' żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet;

(124)

L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu b'mod sinifikanti minn 246 720 għal 1 519 304 tunnellata bejn l-2012 u l-perjodu ta' investigazzjoni, kif muri fit-tabella fil-premessa (76) hawn fuq. Dawn l-importazzjonijiet seħħew konsistentement bi prezzijiet kontinwament jitbaxxew. Iż-żieda sostanzjali fis-sehem mis-suq miżmum minn dawn l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta' dumping (+ 550 %) tikkonferma li l-iżvilupp ta' dawn l-importazzjonijiet ma kienx biss il-konsegwenza ta' żieda fid-domanda (+ 12 %). Il-produtturi esportaturi Ċiniżi qed jippenetraw suq ġdid u jiksbu ishma tas-suq b'importazzjonijiet bi prezz baxx għad-detriment ta' atturi ekonomiċi oħra, inklużi l-produtturi tal-Unjoni. Il-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied ulterjorment (bi 8,5 %) fl-ewwel nofs tal-2016 (773 275 tunnellata) (sors: Eurostat), meta mqabbel mal-ewwel nofs tal-2015 (712 390 tunnellata). Id-dejta disponibbli turi li mhux biss l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta' dumping urew żieda sostanzjali matul il-perjodu kkunsidrat, iżda wkoll li din ix-xejra ma twaqqfitx jew treġġgħet lura waqt il-perjodu ta' wara l-investigazzjoni.

5.2.2.   Kapaċità disponibbli libera suffiċjenti

5.2.2.1.   Kapaċità fir-RPĊ (azzar mhux maħdum u l-prodott simili)

(125)

Rigward il-kapaċità tal-azzar mhux maħdum Ċiniża, l-informazzjoni disponibbli tindika li l-kapaċità tal-azzar Ċiniża ilha tiżdied rapidament għal żmien twil. Billi r-RPĊ ammontat għal 25,6 % tal-produzzjoni totali dinjija tal-azzar mhux maħdum fl-2004 (13), hija kważi rdoppjat il-produzzjoni attwali tagħha u rrappreżentat 50,3 % fl-2015. F'dan ir-rigward, il-Komunikazzjoni tal-Azzar mill-Kummissjoni tiddikjara dan li ġej: “… Il-kapaċità ta' produzzjoni żejda f'ċerti pajjiżi terzi, notevolment fiċ-Ċina, żdiedet b'mod drammatiku. Il-kapaċità żejda fiċ-Ċina biss kienet stmata għal madwar 350 miljun tunnellata, kważi d-doppju tal-produzzjoni annwali tal-Unjoni. (14).”

(126)

F'dan ir-rigward, l-OECD stmat li l-kapaċità totali tal-produzzjoni tal-azzar Ċiniża tkun ta' 1 140 miljun tunnellata (15) fl-2014, filwaqt li l-produzzjoni Ċiniża attwali ikkalkolata kienet ta' 822,8 miljun tunnellata (16). Bħala riżultat, il-kapaċità eċċessiva Ċiniża disponibbli hija ċertament aktar minn 300 miljun tunnellata.

(127)

Tali kapaċità żejda tal-azzar ukoll mhijiex konformi mad-domanda għall-prodott simili fir-RPĊ jew f'pajjiżi oħra. Fil-fatt it-tkabbir fid-domanda fis-swieq globali qed jonqos u d-differenza bejn il-kapaċità/domanda qed tkompli titwessa', skont studju reċenti tal-OECD (17).

(128)

Il-fatt li l-pajjiż ikkonċernat għandu kapaċità żejda massiva tal-azzar mhuwiex ikkontestat mill-awtoritajiet Ċiniżi: L-ewwel, fl-1 ta' Frar 2016, il-Kunsill tal-Istat Ċiniż ħareġ “Opinjoni għall-industrija tal-azzar biex issolvi l-kapaċità eċċessiva” li tistabbilixxi l-approċċ ġenerali Ċiniż biex tiġi indirizzata b'aktar determinazzjoni l-kapaċità żejda fl-industrija tal-azzar Ċiniża. Il-miżuri jkunu fost l-oħrajn it-tnaqqis tal-kapaċità tal-azzar mhux maħdum b'100-150 miljun tunnellata fuq ħames snin u l-projbizzjoni stretta ta' kapaċità ta' produzzjoni ġdida. It-tieni, l-Assoċjazzjoni Ċiniża tal-Ħadid u l-Azzar (CISA) fis-sottomissjoni tagħha semmiet ukoll li “fl-aħħar ftit snin il-gvern Ċiniż u l-assoċjazzjoni Ċiniża tal-azzar ħadu miżuri effettivi...Mill-2011 iċ-Ċina attivament eliminat il-kapaċitajiet obsoleti u rrinforzat miżuri għall-iffrankar tal-enerġija (18).”

(129)

Madankollu, riċentement ġew irrapportati inkonsistenzi bejn it-tħabbir Ċiniż dwar it-tnaqqis ta' kapaċità msemmi hawn fuq fil-perjodu ta' wara l-investigazzjoni u s-sitwazzjoni attwali, kif ġej:

Hemm rapporti li l-pajjiż ikkonċernat interessat qed isofri minn fenomenu ta' funderiji tal-azzar “zombie” (19): dawn huma funderiji li dejjem jintqal li qed imutu iżda fil-fatt ma jmutu qatt.

Sors ieħor irrappurta wkoll li 41 forn tal-funderija reġgħu nfetħu, u rapporti aktar reċenti jindikaw ukoll li aktar minn 50 miljun tunnellata ta' kapaċità ta' azzar bdiet mill-ġdid fir-RPĊ fil-bidu tal-2016 (20).

L-Assoċjazzjoni Dinjija tal-Azzar tgħid dan li ġej dwar il-produzzjoni dinjija tal-azzar mhux maħdum għall-ewwel sitt xhur tal-2016: “Il-produzzjoni dinjija tal-azzar mhux maħdum fl-ewwel sitt xhur tal-2016 kienet ta' 794,8 Mt, tnaqqis ta' – 1,9 % meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2015 … Il-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum … naqset b'– 6,1 % fl-UE 28… il-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum taċ-Ċina għall-Ġunju 2016 kienet 69,5 Mt, żieda ta' 1,7 % meta mqabbla ma' Ġunju 2015…  (21)

(130)

Finalment, il-Kummissjoni analizzat il-wegħdiet u l-impenji tal-awtoritajiet Ċiniżi kif imsemmi fil-premessa (128). Minkejja dan it-tħabbir fil-bidu tal-2016, dawn għadhom ma seħħewx.

(131)

Bħala riżultat, huwa meqjus li l-kwistjoni tal-kapaċità żejda fis-settur tal-azzar fir-RPĊ hija magħrufa sew u hija wkoll rikonoxxuta mill-awtoritajiet Ċiniżi.

(132)

Il-prodott simili huwa vvalutat li huwa parti kbira mill-produzzjoni totali tal-azzar mhux maħdum għar-raġuni li ġejja: filwaqt li l-produzzjoni totali tal-azzar mhux maħdum Ċiniż kienet ta' 822 000 miljun tunnellata u 822 698 miljun tunnellata, il-produzzjoni Ċiniża totali tal-prodotti ċatti b'laminazzjoni termali kienet ta' 311 564 miljun tunnellata (jew madwar 37,9 % tal-produzzjoni globali tal-azzar mhux maħdum) u 317 387 miljun tunnellata (jew madwar 38,6 % tal-produzzjoni globali tal-azzar mhux maħdum) rispettivament fis-snin 2013 u 2014 (22). Għalhekk, id-dejta ta' hawn fuq dwar l-azzar mhux maħdum tipprovdi indikazzjoni tajba wkoll tal-kapaċità żejda tal-prodott simili fir-RPĊ.

(133)

It-tieni, qed issir referenza għat-tabella fil-premessa (185) fejn il-produzzjoni attwali tal-prodott simili tar-RPĊ hija mqabbla mal-produzzjoni attwali ta' pajjiżi oħra għas-snin 2014 u 2013. Din it-tabella turi pereżempju li l-produzzjoni attwali tal-2014 tal-prodott simili fir-RPĊ (317,4 miljun tunnellata) hija madwar ħames darbiet il-produzzjoni totali aggregata tar-Russja, l-Ukraina, l-Iran u l-Brażil magħquda (57,4 miljun tunnellata). Din hija indikazzjoni tal-kapaċità enormi tal-produzzjoni simili fir-RPĊ.

(134)

It-tielet, l-investigazzjoni kkonfermat li matul il-perjodu ta' investigazzjoni, il-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun jaħdmu fuq medja, b'rata ta' utilizzazzjoni tal-kapaċità ta' 65 %. Dan jammonta għal aktar minn 14-il miljun tunnellata metrika ta' kapaċità libera biżżejjed tal-prodott ikkonċernat fost tliet kumpaniji biss. Dan huwa indikatur ieħor tal-kapaċità żejda tal-prodott simili. Jekk wieħed jassumi proporzjonijiet simili minn produtturi oħra Ċiniżi ta' prodotti tal-azzar ċatti b'laminazzjoni termali, wieħed jista' jissoponi li teżisti kapaċità żejda għolja totali HRF fiċ-Ċina.

(135)

Barra minn hekk, is-suq tal-Unjoni huwa suq miftuħ b'ħafna importazzjonijiet minn diversi pajjiżi, kif muri fit-tabella fil-premessa (177). Kif muri fit-tabella 4 taħt il-premessa (76), il-produtturi esportaturi Ċiniżi ilhom jesportaw lejn is-suq tal-Unjoni prinċipalment mill-2012 'il quddiem u malajr qed jiksbu ishma tas-suq b'importazzjonijiet bi prezz baxx għad-detriment ta' atturi ekonomiċi oħra, inklużi l-produtturi tal-Unjoni. Dan juri li l-penetrazzjoni kienet relativament faċli u ta' suċċess kbir matul il-perjodu kkunsidrat għall-produtturi esportaturi Ċiniżi u hija bħala tali indikazzjoni tal-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi esportaturi Ċiniżi u oħrajn.

5.2.2.2.   Kapaċità ta' assorbiment tal-pajjiżi terzi

(136)

F'konformità mal-Artikolu 3(9), it-tieni subparagrafu, (b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni analizzat id-disponibbiltà ta' swieq oħra ta' esportazzjoni għall-prodotturi esportaturi Ċiniżi biex jassorbu kwalunkwe esportazzjonijiet addizzjonali.

(137)

Ċerti swieq ta' esportazzjoni (kbar) qed isiru dejjem aktar diffiċli għall-aċċess għall-produtturi esportaturi Ċiniżi minħabba miżuri ta' difiża kummerċjali (pajjiżi bħall-Istati Uniti, il-Malasja, l-Indja, u l-Messiku) u/jew investigazzjonijiet (pajjiżi bħat-Tajlandja) jew żieda fid-dazji doganali (l-Afrika t'Isfel).

(138)

Dejta statistika tal-esportazzjoni — għall-2015 u għall-ewwel sitt xhur tal-2016 — għal kampjun (23) ta' kodiċijiet NM rigward il-prodott simili — madankollu turi status quo fil-volumi ta' esportazzjonijiet Ċiniżi lill-bqija tad-dinja:

(139)

L-ewwel, il-pajjiż ikkonċernat esporta madwar l-istess volumi matul l-ewwel sitt xhur tal-2016, kieku dawn il-figuri kellhom ikunu annwalizzati u mqabbla mal-2015. Madankollu, il-prezz medju tal-bejgħ għal kull unità kien iktar baxx matul l-ewwel sitt xhur tal-2016 meta mqabbla mal-2015. It-tieni, it-telf tas-sehem mis-suq f'xi pajjiżi (bħall-Indoneżja u l-Vjetnam) matul l-ewwel sitt xhur tal-2016 meta mqabbla mal-2015 huwa kkumpensat minn żieda fis-sehem mis-suq f'pajjiżi oħra (bħall-Bangladexx u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea). Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li mhuwiex probabbli li l-pajjiżi terzi jassorbu huma stess l-ammont kbir ta' kapaċità Ċiniża liberament disponibbli. Anke jekk bħalissa hemm status quo fl-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn pajjiżi terzi oħra, is-suq attraenti tal-Unjoni, kif imsemmi taħt il-premessa (135) x'aktarx li jkompli jkun fost il-miri ewlenin ta' esportazzjonijiet Ċiniżi oġġetti ta' dumping.

5.2.2.3.   Kapaċità ta' assorbiment tal-RPĊ

(140)

Ma hemm kapaċità ta' assorbiment suffiċjenti lanqas fir-RPĊ. Id-domanda domestika fir-RPĊ għall-azzar qiegħda tonqos: Skont l-Assoċjazzjoni Dinjija tal-Azzar, id-domanda taċ-Ċina għall-azzar għall-ewwel kienet mistennija tonqos bi – 3,5 % fl-2015 u bi – 2,0 % fl-2016, wara li laħqet il-quċċata tagħha fl-2013 (24). Madankollu, dawn iċ-ċifri wara kienu aġġustati mill-istess organizzazzjoni kif ġej: “it-tnaqqis fid-domanda tal-azzar fiċ-Ċina huwa mistenni li jkun – 4.0 % fl-2016 segwit minn – 3,0 % fl-2017. Dan jissuġġerixxi domanda ta' 626,1 Mt tal-azzar (15 % inqas mill-2013) għall-2017, kontrazzjoni għal 41,9 % tal-użu dinji tal-azzar minn 47,9 % fl-2009 u 44,8 % fl-2015” (25).

5.2.2.4.   Konklużjoni dwar il-kapaċità

(141)

Bħala konklużjoni, huwa probabbli li volumi sinifikanti tal-kapaċità massiva eżistenti tal-azzar, inkluż il-prodott simili, ser ikomplu jiġu diretti lejn is-suq tal-Unjoni. Il-kapaċitajiet żejda attwali u l-kapaċità ta' assorbiment insuffiċjenti ta' stati terzi jew ir-RPĊ nfisha jindikaw il-probabbiltà ta' żieda sostanzjali ta' esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni fejn irriżulta li l-penetrazzjoni kienet relativament faċli u ta' suċċess kbir matul il-perjodu kkunsidrat.

5.2.3.   Livell tal-prezz tal-importazzjonijiet

(142)

Matul il-perjodu kkunsidrat, kif stabbilit fil-premessa (78), il-prezzijiet medji tal-importazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat naqsu bi 33 %, minn EUR 600/tunnellata fl-2012 għal EUR 404/tunnellata fl-2015.

(143)

It-tabella ta' hawn taħt tqabbel il-prezzijiet ta' importazzjoni medji unitarji Ċiniżi mal-prezzijiet unitarji tal-bejgħ tal-ħames produtturi tal-Unjoni fil-kampjun:

Tabella 15

Prezzijiet tal-bejgħ fis-suq ħieles fl-Unjoni meta mqabbla mal-prezzijiet ta' importazzjoni Ċiniżi matul il-perjodu kkunsidrat

 

Ara l-premessa

2012

2013

2014

PI

Prezz tal-bejgħ tal-ħames produtturi tal-Unjoni fil-kampjun (EUR/tunnellata)

(104)

553

498

471

427

Prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi skont l-Eurostat

(EUR/tunnellata)

(78)

600

505

463

404

Differenza (EUR/tunnellata)

 

– 47

– 7

+ 8

+ 23

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni u l-produtturi esportaturi fil-kampjun, u l-Eurostat

(144)

Il-prezzijiet medji Ċiniżi kienu sostanzjalment ogħla mill-prezzijiet ta' produtturi tal-Unjoni fl-2012. Madankollu, fl-2015, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi saru sostanzjalment aktar baxxi (EUR 404/tunnellata) mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni (EUR 427/tunnellata). Dan huwa kkonfermat mill-analiżi tat-twaqqigħ fil-prezzijiet fil-premessa (82) hawn fuq.

(145)

It-tabella li ġejja turi tnaqqis ulterjuri kontinwu tal-prezzijiet unitarji Ċiniżi matul il-perjodu ta' wara l-investigazzjoni Jannar — Ġunju 2016 meta jidħlu fis-suq tal-Unjoni.

Tabella 16

prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniża matul il-perjodu ta' wara l-PI

Prezzijiet medji ta' importazzjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi

(euro/tunnellata)

Jannar 2016

Frar 2016

Marzu 2016

April 2016

Mejju 2016

Ġunju 2016

 

326

318

313

303

299

308

Sors: L-Eurostat

(146)

L-effett negattiv tal-prezzijiet baxxi tal-importazzjoni Ċiniżi oġġett ta' dumping instab li huwa doppju:

(i)

min-naħa waħda, id-differenzjali sinifikanti fil-prezz x'aktarx li jikkawża ċaqliq (ulterjuri) lejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping, billi l-konsumaturi x'aktarx li se jixtru dejjem aktar kwantitajiet ta' prodotti li jinbiegħu bi prezzijiet baxxi;

(ii)

min-naħa l-oħra, l-eżistenza ta' dawn il-prezzijiet baxxi fis-suq x'aktarx li tintuża mill-konsumaturi bħala għodda ta' negozjar biex iwaqqgħu l-prezzijiet offruti mill-produtturi tal-Unjoni u sorsi oħra u b'hekk iġibu effett ta' depressjoni f'termini kemm ta' volumi dejjem jonqsu kif ukoll ta' prezzijiet iktar baxxi. Filwaqt li jista' jkun hemm dubju dwar dawn l-effetti f'sitwazzjonijiet fejn id-differenzjali fil-prezz mhumiex sostanzjali, f'dan il-każ partikolari, u meta jitqies it-twaqqigħ tal-prezzijiet li nstab, il-ħsara li tirriżulta lill-industrija tal-Unjoni hija mistennija li tkun serja.

5.2.4.   Livell tal-inventarji

(147)

Il-Kummissjoni qieset li dan il-fattur ma għandux xi sinifikat partikolari għall-analiżi għaliex normalment l-istokkijiet jinżammu min-negozjanti (operaturi) u mhux tant mill-produtturi. Barra minn hekk, il-produtturi tal-Unjoni prinċipalment qed jipproduċu skont l-ordni, li tippermettilhom iżommu l-livelli tal-inventarju tagħhom baxx kemm jista' jkun. Madankollu, hija analizzat dan il-fattur li huwa espressament imsemmi fl-Artikolu 3(9), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament bażiku (ara l-premessa (120) hawn fuq).

(148)

Livelli niżlin tal-istokkijiet kienu nnotati kemm fir-RPĊ u fis-suq tal-Unjoni (26) fi tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni. Dan jista' jiġi spjegat fil-qafas tat-tnaqqis fil-prezzijiet fl-2015 u fl-2016, kif ġej: jekk produttur jew negozjant jistenna li l-prezzijiet se jogħlew, għandu jibni l-istokkijiet malajr u jistenna li proporzjonalment jagħmel aktar profitti meta l-prezzijiet jogħlew.

(149)

Il-Kummissjoni ma setgħetx issib dejta komprensiva tal-perjodu ta' wara l-investigazzjoni dwar l-istokkijiet minkejja talbiet u r-riċerki tagħha stess. Hija madankollu sabitha probabbli li l-livelli tal-inventarju tal-prodott ikkonċernat jibqgħu pjuttost baxxi fl-Unjoni matul il-bidu tal-2016: Pereżempju, fil-Ġermanja, “skont l-Assoċjazzjoni Ġermaniża tad-Distribuzzjoni tal-Azzar (BDS), fl-aħħar tas-sena l-inventarji tal-azzar ċatt niżlu għall-iktar livell baxx minn Diċembru 2003. L-aħħar dejta wriet xi titjib, iżda bl-istokkijiet tal-azzar ċatt f'1,4 miljun tunnellata fi Frar, dawn baqgħu 7 % inqas sena fuq sena (27).”

(150)

Fir-RPĊ, l-inventarji tal-azzar fl-imħażen tal-40 belt Ċiniża ewlenin allegatament naqsu għal 8,86 tunnellata fl-aħħar ta' Ġunju 2016 minn 9,47 tunnellata fl-aħħar ta' Mejju 2016, li jipparaguna mat-12,86 tunnellata fl-aħħar ta' Ġunju 2015. Matul ix-xahar ta' Mejju 2016, l-inventarji tal-azzar tat-80 funderija Ċiniża ewlenin ammontaw għal 14,17 tunnellata, meta mqabbla mas-16,71 tunnellata fl-aħħar ta' Mejju 2015 (28).

(151)

Bħala konklużjoni, l-inventarji tal-azzar qegħdin jonqsu kemm waqt it-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni kif ukoll fil-perjodu ta' wara l-investigazzjoni. Għalkemm dan il-fattur mhuwiex deċiżiv fl-analiżi, jista' jindika tnaqqis ulterjuri potenzjali fil-prezzijiet li jsaħħaħ t-theddida ta' dannu.

5.2.5.   Elementi oħrajn: Profittabbilità u dħul tal-ordnijiet fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni

(152)

L-industrija tal-Unjoni teħtieġ profitti sostenibbli. Għalhekk, dan l-indikatur ta' dannu huwa importanti ħafna. Id-dħul tal-ordnijiet huma impenji kkonfermati mill-klijenti u juru l-evoluzzjoni tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fix-xhur li ġejjin. Il-Kummissjoni kienet kapaċi tiġbor u tanalizza d-dejta dwar id-dħul tal-profitti u tal-ordnijiet għall-perjodu tal-investigazzjoni u għal dak ta' wara l-investigazzjoni.

(153)

Kif stabbilit fil-premessa (113), il-produtturi tal-Unjoni bdew jirkupraw ftit matul l-2014 u l-ewwel żewġ trimestri tal-2015 f'termini ta' profittabbilità. Kif stabbilit fil-premessa (116), matul it-tieni nofs tal-2015, il-profitabbilità tal-Unjoni nbidlet f'telf u t-telf laħaq il-livell mhux sostenibbli ta' – 10 % fir-raba' trimestru tal-perjodu ta' investigazzjoni.

(154)

Għall-perjodu ta' wara l-investigazzjoni, iċ-ċifri ta' profittabbilità għall-industrija kollha tal-Unjoni kienu għadhom mhumiex disponibbli. Madankollu, ċifri tal-profittabbilità nġabru għal min għamel l-ilment, li jirrappreżentaw madwar 90 % tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni, kif imsemmi taħt il-premessa (62). Din id-dejta se tiġi aġġornata wara l-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u fejn ikun possibbli, se jiġu analizzati wkoll fatturi oħra. F'dan l-istadju tal-investigazzjoni, id-dejta għall-profittabblità u d-dħul tal-ordnijiet kienu l-aħjar dejta disponibbli.

(155)

Kif intwera fit-tabella fil-premessa (145), il-prezzijiet Ċiniżi tal-esportazzjoni komplew jonqsu matul l-ewwel nofs tal-2016 u kienu inqas mill-ispiża tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni. Dan juri li hemm iffissar tal-prezzijiet aggressiv Ċiniż fis-suq tal-Unjoni, li ma jistax jiġi sostnut fil-futur mill-produtturi tal-Unjoni. Dan huwa kkonfermat mit-tabella ta' hawn fuq li tipprovdi informazzjoni dwar il-profitabilità ta' dawk li għamlu l-ilment. L-investigazzjoni stabbiliet deterjorament ulterjuri tal-profittabilità għal min għamel l-ilment.

Tabella 17

Evoluzzjoni ta' profittabilità u d-dħul tal-ordnijiet ta' min għamel l-ilment

Deskrizzjoni

2012

2013

2014

2015

April 2015- Marzu 2016

Profittabilità

– 1,31 %

– 4,86 %

– 1,28 %

– 3 sa – 5 %

– 5 % sa – 7 %

Dħul tal-ordnijiet

16 763 734

16 631 630

16 677 099

15 529 155

15 636 444

Sors: Eurofer

5.2.6.   Prevedibbiltà u imminenza tal-bidla fiċ-ċirkustanzi

(156)

Artikolu 3 (9) tar-Regolament bażiku jipprovdi li “… il-bidla fiċ-ċirkustanzi li kieku toħloq sitwazzjoni fejn il-bejgħ taħt il-prezz kien jikkawża ħsara għandha tkun imbassra b'mod ċar u imminenti.”

(157)

Il-fatturi kollha msemmija hawn fuq ġew analizzati u vverifikati fir-rigward tal-perjodu ta' investigazzjoni. B'mod partikolari, il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun laħqet il-livell mhux sostenibbli ta – 10 % fir-raba' trimestru tal-2015 meta l-pressjoni tal-prezzijiet Ċiniżi kien jinħass l-aktar. Barra minn hekk, id-dejta tal-perjodu ta' wara l-investigazzjoni żvelat li x-xejra negattiva, li bdiet fit-tieni nofs tal-2015, ma kinitx invalidata matul l-ewwel nofs tal-2016. Jekk din it-tendenza tkompli, is-sitwazzjoni fraġli tal-industrija tal-Unjoni dalwaqt tinbidel f'dannu materjali. Abbażi tad-dejta għall-perjodu ta' investigazzjoni, il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li kien hemm bidla imminenti u mbassra b'mod ċar fiċ-ċirkostanzi fl-aħħar tal-perjodu tal-investigazzjoni, li se toħloq sitwazzjoni li fiha d-dumping se jikkawża dannu.

5.3.   Konklużjoni dwar it-theddida ta' ħsara

(158)

Filwaqt li l-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda tirkupra matul l-2014 u l-ewwel żewġ trimestri tal-2015, kważi l-indikaturi tad-dannu kollha bdew jaqgħu drammatikament matul it-tieni nofs tal-2015. L-investigazzjoni żvelat li din ix-xejra negattiva, li bdiet fit-tieni nofs tal-2015, ma kinitx invalidata matul l-ewwel nofs tal-2016. It-tbassir tal-industrija tal-Unjoni li jikkonċerna profittabilità futura u bejgħ futur huwa negattiv u seta' jiġi kkonfermat (ara t-tabella 17 taħt il-premessa (155)). It-tnaqqis fil-bejgħ u marġinijiet aktar baxxi/negattivi għandhom l-aktar probabbiltà li jwasslu għal telf kbir, ordnijiet mitlufa u impjiegi mnaqqsa. Bħala riżultat, il-fatturi kollha valutati fil-qafas tal-Artikolu 3(9) tar-Regolament bażiku, b'mod partikolari r-rata sinifikattiva ta' żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta' dumping fl-2015 (komplew fl-2016) bi tnaqqis ulterjuri fil-prezzijiet, il-kapaċità eċċessiva kbira fir-RPĊ, u l-iżviluppi negattivi fil-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni jindikaw l-istess direzzjoni.

(159)

Fid-dawl ta' din l-analiżi, f'dan l-istadju l-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm theddida ta' dannu mbassra ċara u imminenti għall-industrija tal-Unjoni fit-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni.

6.   IL-KAWŻALITÀ

(160)

Skont l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk it-theddida ta' dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni kinitx ikkawżata mill-importazzjonijiet eżistenti oġġett ta' dumping mill-pajjiż ikkonċernat. Skont l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufin oħrajn setgħux fl-istess ħin heddew li jagħmlu dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ ma kienx attribwit lill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping. Dawn il-fatturi huma: il-kriżi ekonomika u tnaqqis fid-domanda tal-azzar, l-ispiża tal-materja prima li tikkawża t-tnaqqis tal-prezzijiet tal-bejgħ, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, il-prestazzjoni tal-bejgħ mill-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni, u l-allegazzjoni li produttur wieħed tal-Unjoni waħdu qed jagħmel dannu lill-industrija tal-Unjoni.

6.1.   L-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping

(161)

Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi Ċiniżi naqsu b'medja ta' EUR 600/tunnellata fl-2012 għal EUR 404/tunnellata matul il-perjodu ta' investigazzjoni (– 33 %). Bi tnaqqis kontinwu fil-prezz unitarju tal-bejgħ matul il-perjodu kkunsidrat, u kif stabbilit fil-premessa (76), il-produtturi esportaturi Ċiniżi setgħu jżidu b'mod sinifikanti s-sehem tagħhom fis-suq mill-2012 (0,79 %) għall-perjodu ta' investigazzjoni (4,32 %). B'mod partikolari, matul il-perjodu ta' investigazzjoni, meta mqabbla mas-snin preċedenti, kien hemm żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet Ċiniżi.

(162)

Filwaqt li l-waqgħa fid-domanda tal-azzar u l-konsegwenzi tal-kriżi tad-dejn fiż-żona tal-Euro affettwat b'mod negattiv il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fl-2012 u l-2013, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tirkupra ftit fl-2014. Madankollu, b'mod partikolari mit-tieni nofs tal-2015 'il quddiem, iż-żieda kontinwa fl-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzjijiet normali kellha impatt negattiv ċar fuq il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Tabilħaqq, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda tnaqqas l-ispejjeż tagħha fl-2015 permezz ta' qligħ mill-produttivita, inkluż xi tnaqqas fl-impjiegi u tibbenefika mit-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima, importazzjonijiet oġġett ta' dumping baqgħu jiżdiedu u ġiegħlu lill-industrija tal-Unjoni tnaqqas iktar il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha fl-Unjoni sabiex tillimita t-telf mis-sehem tagħha fis-suq. Bħala riżultat, filwaqt li l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni wriet titjib żgħir billi naqqset it-telf fl-2014 u fl-ewwel nofs tal-2015, ix-xejra treġġgħet lura kompletament mit-tieni nofs tal-2015 'il quddiem: il-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied ulterjorment u l-prezzijiet Ċiniżi naqqsu aktar waqt li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u l-profittabbilità niżlu ulterjorment.

(163)

Fid-dawl tal-koinċidenza fiż-żmien bejn, fuq naħa waħda, il-livell dejjem jiżdied ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping bi prezzijiet kontinwament jonqsu u, min-naħa l-oħra, it-telf tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni u deprezzament fil-prezzijiet li rriżultaw f'aktar telf, b'mod partikolari mit-tieni nofs tal-2015 'il quddiem, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping kellhom impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(164)

Barra minn hekk, it-tnaqqis progressiv fir-ritmu ekonomiku taċ-Ċina u l-kapaċità żejda sinifikanti ħafna tal-industrija tal-azzar taċ-Ċina ġiegħlet lill-produtturi tal-azzar Ċiniżi jimmiraw il-produzzjoni eċċessiva tagħhom lejn swieq tal-esportazzjoni u s-suq tal-Unjoni huwa destinazzjoni attraenti għall-esportazzjoni. Tabilħaqq, xi swieq oħra ta' esportazzjoni tradizzjonalment importanti imponew miżuri kontra prodotti tal-azzar Ċiniżi, inklużi prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-azzar.

(165)

Bl-impożizzjoni dejjem tikber ta' miżuri ta' difiża kummerċjali madwar id-dinja, huwa probabbli li s-suq tal-Unjoni sar wieħed mill-aktar destinazzjonijiet attraenti għall-importazzjonijiet oġġett ta' dumping Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat, għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. Din il-konklużjoni hija kkorroborata minn:

l-istatistika tal-importazzjoni tal-Eurostat li turi li l-livell ta' importazzjonijiet Ċiniżi jibqa' sinifikanti wara t-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni;

id-domanda dgħajfa interna Ċiniża tal-azzar.

6.2.   L-effetti ta' fatturi oħrajn

6.2.1.   Il-kriżi ekonomika

(166)

Il-waqgħa fid-domanda tal-azzar prinċipalment fl-2012 u l-konsegwenzi tal-kriżi tad-dejn fiż-żona tal-Euro affettwaw b'mod negattiv il-prestazzjoni tal-industrija tal-azzar tal-Unjoni fl-2012 u l-2013. Kif imsemmi fil-premessa (106), il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-effett negattiv. Huwa wkoll osservat madankollu li l-industrija tal-Unjoni bdiet tirkupra matul 2014 u l-2015.

(167)

Għalhekk, minn naħa waħda, anke jekk l-industrija tal-Unjoni kienet milquta mill-kriżi tad-dejn fiż-żona tal-Euro, jiġifieri matul is-snin 2012-2013, is-suq kien qiegħed jirkupra ftit mill-effetti tagħhom, b'domanda tas-suq relattivament stabbli, u anke żied id-domanda tas-suq tal-Unjoni mill-2013 'il quddiem. Bħala riżultat, filwaqt li bejn l-2014 u l-2015 l-industrija tal-Unjoni setgħet ibbenefikat aktar mill-irkupru tas-suq, hija ma tħallietx tagħmel dan minħabba żieda qawwija fl-importazzjonijiet mir-RPĊ. Importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet baxxi żdiedu gradwalment u qabdu l-ishma tas-suq għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. Il-pressjoni kontinwa tal-importazzjonijiet bdiet tinħass bis-sħiħ mit-tieni nofs tal-2015.

(168)

B'hekk il-Kummissjoni kkonkludiet f'dan l-istadju li l-kriżi tad-dejn fiż-żona Euro kellha impatt negattiv prinċipalment matul is-snin 2012 u 2013 tal-perjodu kkunsidrat u qabel il-perjodu ta' investigazzjoni. Madankollu, din ma kkontribwietx għat-theddida ta' dannu li nstab fl-aħħar tal 2015.

6.2.2.   Tnaqqis fl-ispiża tal-materja prima prinċipali (ħadid mhux maħdum, faħam kokk u ruttam) tal-prodott ikkonċernat/prodott simili

(169)

Parti interessata argumentat li l-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat u l-prodott simili għandhom isegwu xejra globali ta' prezz uniku u bażikament jirriflettu l-prezzijiet li qed jonqsu tal-ħadid mhux maħdum. Għaldaqstant, ma kinux l-esportazzjonijiet Ċiniżi, iżda xejra dinjija, li eżerċitat il-pressjoni tal-prezzijiet u kkawżat it-theddida konsegwenti ta' dannu.

(170)

Il-Kummissjoni analizzat l-iżviluppi fil-prezzijiet tal-materja prima għall HRF għall-perjodu kkunsidrat.

(171)

L-ewwel, fis-swieq tal-azzar stabbiliti, bħas-suq tal-Unjoni, il-produtturi domestiċi jikkompetu ma' ħafna sorsi ta' importazzjoni kif muri fit-tabella 18 taħt il-premessa (177) hawn taħt, li jwassal għal żieda fil-pressjoni tal-prezzijiet u, konsegwentement, għal erożjonijiet tal-prezzijiet.

(172)

It-tieni, anki jekk ir-RPĊ hija l-aktar pajjiż fid-dinja li tikkonsma l-azzar, hija għandha kapaċità żejda sinifikanti. Il-produtturi Ċiniżi huma għalhekk inċentivati jesportaw il-produzzjoni żejda tagħhom bi prezzijiet baxxi fis-swieq l-aktar attraenti tagħhom, inkluż is-suq tal-Unjoni. Għalhekk, ix-xejra tal-prezzijiet tal-materja prima, mhijiex l-uniku fattur li għandu impatt fuq il-prezzijiet madwar id-dinja.

(173)

It-tielet, huwa rikonoxxut li l-prezzijiet għall-materja prima prinċipali (ħadid mhux maħdum, faħam tal-kokk u ruttam) biex jipproduċu l-HRF waqgħu sinifikament bejn l-2012 u l-2015 kif ġej:

il-prezz għall-ħadid mhux maħdum naqas minn madwar USD 141 kull TM għal USD 56 kull TM, jew tnaqqis ta' 60 %;

il-prezz għar-ruttam tat-twaqqigħ niżel minn madwar EUR 327 kull TM għal EUR 159 kull TM, jew tnaqqis ta' 51 %;

il-prezz għall-faħam tal-kokk tbaxxa minn madwar USD 252 kull TM għal USD 121 kull TM (– 52 %).

(174)

Madankollu, meta tiġi analizzata l-ispiża tal-produzzjoni tal-akbar produttur tal-Unjoni fil-kampjun, jirriżulta li l-impatt ta' dawn il-prezzijiet tal-materja prima li qed jaqgħu huwa ħafna aktar baxx mill-evoluzzjoni tal-prezz imsemmi. L-evoluzzjoni tirrigwarda l-medji u ma tirriflettix l-ispejjeż għall-produtturi tal-Unjoni li jiddependu wkoll fuq il-kwalità, il-kwantità u r-relazzjonijiet ikkuntrattati. Pereżempju, il-kontribut mit-tliet materji prima msemmija hawn fuq ammonta għal madwar 60 % tal-ispiża totali tal-produzzjoni ta' produttur wieħed kbir fl-2012, iżda kien għadu jirrappreżenta 50 % tal-ispiża totali tal-produzzjoni fl-2015. Dan juri li ma hemm l-ebda korrelazzjoni diretta bejn it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima u t-tnaqqis tal-ispiża tal-produzzjoni għall-HRF.

(175)

Barra minn hekk, l-ispiża tal-produzzjoni fi ħdan l-industrija tal-Unjoni naqset b'kollox b'25 % matul il-perjodu kkunsidrat (ara l-premessa (104)), li kienet ir-riżultat mhux biss ta' spiża aktar baxxa għall-materja prima, iżda wkoll minħabba l-kisbiet fl-effiċjenza miksuba mill-produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni naqsu b'persentaġġ ogħla, jiġifieri bi 33 % matul l-istess perjodu (ara l-premessi (78) u (79)).

(176)

F'kundizzjonijiet ġusti tas-suq, l-industrija tal-Unjoni kienet tkun tista' żżomm il-livelli tal-prezzijiet tal-bejgħ tagħha sabiex tieħu l-benefiċċji minn tnaqqis fl-ispejjeż u terġa' ssir profittabbli. Madankollu, il-produtturi tal-Unjoni kellhom isegwu x-xejra tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u l-prezzijiet waqgħu. Matul il-perjodu ta' investigazzjoni produtturi tal-Unjoni kienu mġegħlin ibigħu bi prezzijiet inqas mill-ispejjeż, anke għalkemm dawn kien diġà rnexxielhom inaqqsu l-ispejjeż ta' produzzjoni tagħhom b'mod sinifikanti.

6.2.3.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(177)

Il-volum ta' importazzjonijiet u s-sehem mis-suq (fil-volum tal-importazzjonijiet totali) minn pajjiżi terzi żviluppati matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 18

Volumi, prezzijiet unitarji u ishma tas-suq minn pajjiżi terzi

 

2012

2013

2014

PI

IL-BRAŻIL

Il-volum ta' importazzjonijiet mill-Brażil

69 457

41 895

108 973

580 525

Indiċi (2012 = 100)

100

60

157

836

Il-prezzijiet unitarji għall-importazzjoni mill-Brażil

515

461

433

386

Indiċi (2012 = 100)

100

89

84

75

Is-sehem mis-suq

0,22 %

0,13 %

0,33 %

1,65 %

Is-sehem tal-volum totali tal-importazzjoni tal-Unjoni

1,68 %

0,87 %

2,08 %

7,42 %

L-IRAN

Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Iran

96 505

125 202

527 161

1 015 088

Indiċi (2012 = 100)

100

130

546

1 052

Il-prezzijiet unitarji tal-importazzjoni mill-Iran

499

454

415

369

Indiċi (2012 = 100)

100

91

83

74

Is-sehem mis-suq

0,31 %

0,39 %

1,59 %

2,89 %

Is-sehem tal-volum totali tal-importazzjoni tal-Unjoni

2,34 %

2,60 %

10,08 %

12,97 %

IR-RUSSJA

Il-volum tal-importazzjonijiet mir-Russja

1 341 666

1 334 322

1 376 412

1 714 880

Indiċi (2012 = 100)

100

99

103

128

Il-prezzijiet unitarji tal-importazzjoni mir-Russja

500

448

431

387

Indiċi (2012 = 100)

100

90

86

77

Is-sehem mis-suq

4,27 %

4,13 %

4,15 %

4,88 %

Is-sehem tal-volum totali tal-importazzjoni tal-Unjoni

32,47 %

27,66 %

26,32 %

21,90 %

IS-SERBJA

II-volum tal-importazzjonijiet mis-Serbja

156 894

155 055

211 835

427 558

Indiċi (2012 = 100)

100

99

135

273

Il-prezzijiet unitarji tal-importazzjoni mis-Serbja

523

468

442

400

Indiċi (2012 = 100)

100

89

84

77

Is-sehem mis-suq

0,50 %

0,48 %

0,64 %

1,22 %

Is-sehem tal-volum totali tal-importazzjoni tal-Unjoni

3,8 %

3,21 %

4,05 %

5,46 %

L-UKRAINA

Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Ukraina

906 872

905 397

939 545

1 084 477

Indiċi (2012 = 100)

100

100

104

120

Il-prezzijiet unitarji tal-importazzjoni mill-Ukraina

478

429

415

370

Indiċi (2012 = 100)

100

90

87

78

Is-sehem mis-suq

2,89 %

2,81 %

2,84 %

3,08 %

Is-sehem tal-volum totali tal-importazzjoni tal-Unjoni

21,95 %

18,77 %

17,97 %

13,85 %

Sors: L-Eurostat

(178)

Kif stabbilit fit-tabella fil-premessa (76), importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b'516 % — matul il-perjodu kkunsidrat. Għalkemm ir-rata ta' tkabbir matul il-perjodu kkunsidrat kien saħansitra ogħla għall-Brażil (+ 736 %) u l-Iran (+ 952 %), il-livelli ta' importazzjonijiet tagħhom (580 525 tunnellata mill-Brażil, u 1 015 088 tunnellata mill-Iran rispettivament) kienu ferm anqas mill-importazzjonijiet mir-RPĊ f'termini ta' ċifri assoluti (1 519 304 tunnellata mir-RPĊ) matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(179)

Barra minn hekk, meta jitqabblu ċ-ċifri assoluti tal-esportazzjoni, huwa osservat li l-pajjiż ikkonċernat kien it-tieni l-akbar esportatur lejn is-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni, wara r-Russja. L-importazzjonijiet Russi (29) setgħu kkontribwew għat-thedida ta' dannu, iżda ma kisrux ir-rabta kawżali minħabba l-kunsiderazzjonijiet li ġejjin.

(180)

L-ewwel, ir-rata ta' tkabbir tar-RPĊ matul il-perjodu kkunsidrat (+ 516 %) hija ħafna ogħla minn dik tar-Russja (+ 28 %).

(181)

It-tieni, ir-RPĊ neħħiet id-distakk mir-Russja li esportat biss ftit aktar, jiġifieri 773 686 tunnellata (sors: l-Eurostat) matul l-ewwel nofs tal-2016 meta mqabbla ma' volum ta' 773 275 tunnellata (sors: l-Eurostat) mir-RPĊ fl-istess perjodu.

(182)

It-tielet, il-kapaċità eċċessiva tar-Russja mhijiex daqstant sinifikanti daqs il-kapaċità eċċessiva eżistenti fir-RPĊ kif murija fit-tabella hawn taħt-:

Tabella 19

Il-produzzjoni attwali tal-prodott simili minn pajjiżi terzi (f'eluf ta' tunnellati)

Pajjiż

Kapaċità ta' azzar mhux maħdum stmat għas-sena 2014

Produzzjoni tal-azzar mhux maħdum fl-2013

Produzzjoni tal-azzar mhux maħdum fl-2014

Produzzjoni attwali tal-HRF fl-2013

Produzzjoni attwali tal-HRF fl-2014

Ir-Russja

89 000

69 008

71 461

26 140

26 996

Ir-RPĊ

1 140 000

822 000

822 698

311 564

317 387

Sors għad-dejta dwar il-kapaċità: OECD ()

Sors għad-dejta tal-produzzjoni: Assoċjazzjoni Dinjija Tal-Azzar, Yearbook tal-Istatistika tal-Azzar 2015 ()

(183)

Anki jekk iċ-ċifri ta' hawn fuq dwar il-kapaċità huma esklużivament dwar l-azzar mhux maħdum, u anke bis-suppożizzjoni improbabbli ħafna li l-azzar mhux maħdum fir-Russja jista' jintuża għall-produzzjoni tal-prodott simili, il-kapaċità eċċessiva tar-Russja hija saħansitra f'dak ix-xenarju improbabbli ferm taħt il-kapaċità eċċessiva taċ-Ċina.

(184)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni mbagħad evalwat il-prezzijiet u l-ishma tas-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Hija nnotat li importazzjonijiet tal-prodott simili minn xi pajjiżi oħra bħall-Iran, ir-Russja u l-Ukraina, saru bi prezzijiet saħansitra aktar baxxi minn dawk tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. Madankollu, meta jiġu analizzati x-xejriet u l-volumi ta' importazzjoni, huwa ċar li l-livell tal-importazzjonijiet mill-Iran kienu ferm inqas mil-livell tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fil-perjodu ta' investigazzjoni, u li l-importazzjonijiet mir-Russja u mill-Ukraina fil-fatt żdiedu fil-volumi matul il-perjodu kkunsidrat, iżda b'pass ħafna aktar bil-mod mill-importazzjonijiet mir-RPĊ. Barra minn hekk, kuntrarjament għall-RPĊ, l-importazzjonijiet mir-Russja u l-Ukraina tilfu sehem sinifikanti fil-volumi totali ta' importazzjoni tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(185)

Finalment, il-Kummissjoni qabblet il-produzzjoni attwali minn pajjiżi terzi mal-produzzjoni tal-pajjiż ikkonċernat li turi li ċ-Ċina taqbeż il-pajjiżi kollha l-oħra kemm fil-produzzjoni tal-prodott simili kif ukoll fil-kapaċità ta' azzar mhux maħdum.

Tabella 20

Il-produzzjoni attwali tal-prodott simili minn pajjiżi terzi (f'eluf ta' tunnellati)

Pajjiż

Kapaċità ta' azzar mhux maħdum stmat għas-sena 2014 (1)

Produzzjoni tal-azzar mhux maħdum fl-2013

Produzzjoni tal-azzar mhux maħdum fl-2014 (2)

Kapaċità eċċessiva teoretika fl-2014 (1)

Produzzjoni attwali tal-HRF fl-2013

Produzzjoni attwali tal-HRF fl-2014

Ir-Russja

89 000

69 008

71 461

17 539

26 140

26 996

Ir-RPĊ

1 140 000

822 000

822 698

317 302

311 564

317 387

L-Ukraina

42 500

32 771

27 170

15 330

8 929

7 867

l-Iran

27 000

15 422

16 331

10 669

8 250

8 276

Il-Brażil

48 000

34 163

33 897

14 103

15 014

14 229

Sors għad-dejta dwar il-kapaċità: OECD ()

Sors għad-dejta tal-produzzjoni: Assoċjazzjoni Dinjija Tal-Azzar, Yearbook tal-Istatistika tal-Azzar 2015 ()

(186)

Iċ-ċifri tal-produzzjoni ta' hawn fuq għal prodotti simili juru li l-pajjiż ikkonċernat jaqbeż bil-bosta l-pajjiżi l-kbar l-oħra li jesportaw. Barra minn hekk, iċ-ċifri tal-kapaċità ta' hawn fuq għall-azzar mhux maħdum jindikaw ukoll li l-RPĊ biss għandha kapaċità żejda massiva.

(187)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni sabet li r-RPĊ kienet tikkostitwixxi theddida ta' dannu imminenti għall-industrija tal-Unjoni. Kif issemma qabel, din it-theddida ta' dannu saħansitra saret aktar realistika, minħabba l-effett ikkombinat li d-domanda Ċiniża għall-azzar qed tonqos u li xi swieq oħra tal-esportazzjoni Ċiniżi qed isiru dejjem aktar diffiċli għall-aċċess Bħala riżultat, parti mill-volumi Ċiniżi x'aktarx li tkompli tiġi diretta fil-futur qrib lejn l-Unjoni.

(188)

Madankollu, huwa wkoll probabbli li l-importazzjonijiet mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja, is-Serbja u l-Ukraina taw kontribut għat-theddida ta' dannu materjali. Madankollu, il-produzzjoni sottostanti, ix-xejriet ta' importazzjoni u l-volumi preċiżi tal-importazzjoni f'ċifri assoluti mhumiex ta' tali skala li tinkiser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping dejjem tiżdied mir-RPĊ u t-theddida ta' ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

6.2.4.   Il-prestazzjoni tal-bejgħ tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni

(189)

Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppa matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 21

Volumi ta' esportazzjoni lill-klijenti mhux relatati mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

 

2012

2013

2014

PI

Il-volum tal-esportazzjonijiet lil klijenti mhux relatati

2 344 463

2 379 035

2 777 446

2 409 721

Indiċi (2012 = 100)

100

101

118

103

Prezz medju (EUR/tunnellata)

516

463

459

391

Indiċi (2011 = 100)

100

90

89

76

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(190)

Il-volum tal-esportazzjonijiet lil klijenti mhux relatati żdied bi 3 % matul il-perjodu ta' investigazzjoni. F'dak li għandu x'jaqsam mal-prezzijiet, dawn naqsu b'mod sinifikanti bi – 24 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(191)

Il-bejgħ ta' esportazzjoni ammonta għal mhux aktar minn 4 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni u għal 22 % tal-bejgħ totali lill-klijenti mhux relatati matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Ukoll, it-tnaqqis fil-prezzijiet ta' esportazzjoni segwew mil-lat ta' persentaġġ l-istess xejra bħall-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, f'dan l-istadju l-Kummissjoni kkonkludiet li l-prestazzjoni tal-bejgħ ta' esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni kkontribwiet għas-sitwazzjoni dgħajfa tal-industrija. Madankollu, dan il-fattur lanqas ma kiser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u t-theddida ta' dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni.

6.2.5.   Sitwazzjoni speċifika ta' produttur Taljan wieħed tal-Unjoni

(192)

Parti waħda interessata ddikjarat li produttur wieħed Taljan kien potenzjalment qed jikkawża ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Hija allegat li dan il-produttur Taljan qed jibbenefika minn għajnuna Statali illegali għad-detriment tal-produtturi l-oħra tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, possibilment “sal-punt li tinkiser ir-rabta każwali …” Hija ddikjarat ukoll li l-produzzjoni tal-produttur Taljan naqset b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat.

(193)

L-ewwel, id-definizzjoni u l-analiżi tal-industrija tal-Unjoni hija bbażata fuq l-industrija kollha tal-Unjoni, inkluż il-produttur Taljan. Minkejja l-fatt li dan il-produttur Taljan effettivament naqqas b'mod sinifikanti l-livell ta' produzzjoni tiegħu matul il-perjodu kkunsidrat, il-livelli ta' produzzjoni globali tal-industrija tal-Unjoni (ara l-premessa (87)) żdiedet bi 2 %. B'konsegwenza ta' dan, meta jitqies kollox, il-produtturi l-oħra kollha tal-Unjoni żiedu l-produzzjoni tagħhom matul il-perjodu kkunsidrat.

(194)

It-tieni, l-allegazzjoni li l-produttur Taljan qed jibbenefika minn għajnuna illegali mill-Istat għadha qed tiġi investigata mill-Kummissjoni sal-2017. Il-ftuħ ta' investigazzjoni ma tippreġudikax l-eżitu tal-proċedimenti. Bħala riżultat, għalissa ma jistgħu jintlaħqu ebda konklużjonijiet dwar din l-allegazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni nnutat li l-prezzijiet tal-bejgħ minn dan il-produttur Taljan instabu li kienu anqas mill-prezz tal-bejgħ medju tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Jekk il-produttur Taljan kellu impatt sinifikanti fuq il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni, wieħed kien jistenna li l-prezzijiet medji tal-Unjoni kienu jogħlew wara t-tnaqqis tal-produzzjoni tiegħu. Iżda, dan ma kienx il-każ.

(195)

It-tielet, il-fatt li ċerti produtturi tal-Unjoni jaħdmu aħjar fis-suq tal-Unjoni minn oħrajn jista' jkun riżultat ta' diversi fatturi iżda ma jaffettwax il-konklużjoni provviżorja li l-industrija tal-Unjoni inġenerali qed tbati minn importazzjonijiet oġġett ta' dumping.

(196)

Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet f'dan l-istadju li l-qagħda speċifika ta' produttur Taljan wieħed ma kkontribwietx għall-qagħda dgħajfa tal-industrija tal-Unjoni.

6.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(197)

Rabta kawżali ġiet stabbilita proviżorjament bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping Ċiniżi u t-theddida ta' dannu materjali tal-industrija tal-Unjoni. Hemm koinċidenza ċara fiż-żmien bejn iż-żieda qawwija, b'mod partikolari, tal-livell tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping bi tnaqqis kontinwu tal-prezzijiet tal-bejgħ mir-RPĊ, u l-waqgħa tal-prestazzjoni tal-Unjoni, b'mod partikolari mit-tieni nofs tal-2015 'il quddiem. L-industrija tal-Unjoni ma kellha ebda għażla oħra ħlief li ssegwi l-livell tal-prezzijiet stabbiliti mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping sabiex jiġi evitat tnaqqis ulterjuri tas-sehem mis-suq tagħha. Dan irriżulta f'sitwazzjoni ta' telf li x'aktarx se teħżien ulterjorment.

(198)

Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping, li jikkawżaw it-theddida ta' dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi fit-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni. Is-sitwazzjoni tal-produttur Taljan ma kkontribwietx għall-qagħda dgħajfa tal-industrija tal-Unjoni. Il-fatturi l-oħra identifikati bħall-kriżi ekonomika, l-ispiża tal-materja prima, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, u l-prestazzjoni tal-bejgħ mill-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni ma kinux instabu li jiksru r-rabta kawżali bejn it-theddida ta' dannu materjali u l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping Ċiniżi. Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f'dan l-istadju li l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ fil-perjodu ta' investigazzjoni kienu qed jikkawżaw theddida ta' dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. Fatturi oħra magħrufa għajr l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ li fl-istess ħin kellhom impatt fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni ma nstabux li kienu jiksru r-rabta kawżali.

7.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(199)

F'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx b'mod ċar tikkonkludi li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f'dan il-każ. Hija tat konsiderazzjoni speċjali lill-bżonn li jiġu eliminati l-effetti ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni minn dumping dannuż u li tiġi ristabbilita kompetizzjoni effettiva. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni.

7.1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(200)

L-industrija tal-Unjoni tinsab f'diversi Stati Membri (ir-Renju Unit, Franza, il-Ġermanja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Slovakka, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Belġju, il-Polonja, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Finlandja, l-Isvezja, il-Portugall, l-Ungerija u Spanja), u timpjega direttament madwar 18 000 impjegat fir-rigward ta' prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-azzar.

(201)

Sbatax-il produttur ikkooperaw waqt l-investigazzjoni. Ħadd mill-produtturi magħrufin ma oppona li tinbeda l-investigazzjoni. Kif muri hawn fuq meta jiġu analizzati l-indikaturi tad-dannu, l-industrija kollha tal-Unjoni wriet xi sinjali ta' dannu matul il-perjodu kkunsidrat. B'mod partikolari, l-indikaturi tad-dannu relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, bħall-profittabbiltà, ġew affettwati serjament. Huma esperjenzaw deterjorament tas-sitwazzjoni tagħha, b'mod partikolari mit-tieni nofs tal-2015 'il quddiem, u kienu affettwati negattivament mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping, li kkawżaw it-theddida ta' dannu li sar imminenti fl-aħħar tal-perjodu ta' investigazzjoni.

(202)

Huwa mistenni li l-impożizzjoni tad-dazji provviżorji antidumping se tirristabbilixxi kundizzjonijiet tal-kummerċ ġust fis-suq tal-Unjoni, u twaqqaf id-dipressjoni tal-prezzijiet u tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tirkupra. Dan jirriżulta fit-titjib tal-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni lejn livelli meqjusa neċessarji għal din l-industrija ta' kapital intensiv. Għalhekk huwa importanti li l-prezzijiet jitreġġgħu lura għal-livell mhux ta' dumping jew mhux dannuż sabiex il-produtturi varji kollha jkunu jistgħu joperaw fis-suq tal-Unjoni taħt ċirkostanzi ta' kummerċ ġust. Fin-nuqqas ta' miżuri, huwa probabbli ħafna li t-theddida ta' dannu se timmaterjalizza u li se jkun hemm deterjorazzjoni ulterjuri tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. Rendiment negattiv fis-segment tal-prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-azzar iħalli impatt fuq is-segmenti downstream u upstream ta' ħafna produtturi tal-Unjoni billi l-użu tal-kapaċità f'dawn is-segmenti huwa marbut mill-qrib mal-produzzjoni tal-prodott investigat.

(203)

Għaldaqstant, f'dan l-istadju l-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni ta' dazji kontra d-dumping tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

7.2.   L-interess tal-importaturi

(204)

Kif imsemmi fil-premessi (11) sa (13), ebda importatur mhux relatat ma mela kwestjonarju jew ipprovda lill-Kummissjoni elementi li juru sa liema punt l-importaturi jkunu pperikolati bl-impożizzjoni ta' miżuri. Għalhekk u wkoll meta wieħed iqis li, minbarra r-RPĊ, bosta pajjiżi oħra jesportaw lejn l-Unjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet provviżorjament li huwa probabbli li l-impożizzjoni ta' miżuri tista' ma tkunx fl-interess tal-importaturi.

7.3.   L-interess tal-utenti

(205)

Il-prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-azzar huma użati bħala input industrijali mixtrija mill-utenti aħħarin għal varjetà ta' applikazzjonijiet, inkluż fil-kostruzzjoni (il-produzzjoni ta' tubi tal-azzar), bini ta' bastimenti, kontenituri tal-gass, kontenituri taħt pressjoni u pipelines tal-enerġija.

(206)

Utent wieħed biss mill-Italja (Marcegaglia Carbon Spa) b'importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u li jipproduċi inter alia, tubi pajpijiet u prodotti tal-azzar downstream ipprovda tweġiba għall-kwestjonarju. Il-prodott ikkonċernat/prodott simili huwa element ta' spiża għall dan l-utent.

(207)

Dan l-utent Taljan allega li l-impożizzjoni ta' miżuri fuq l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat twassal għal sitwazzjoni fejn ma jibqax ikollu aċċess għal provvisti affidabbli tal-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni, b'mod partikolari ta' rombli ta' kwalità għolja użati għall-irrumblar mill-ġdid. Huwa allegat li 88 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tirriżulta minn 16-il kumpaniji biss li jappartjenu għal tmien gruppi kbar, fejn l-akbar parti tal-produzzjoni (madwar 70 %) hi użata fis-suq magħluq. Bħala konsegwenza, allegatament, il-produtturi tal-Unjoni b'riżultat tas-sehem relattivament għoli tas-suq tagħhom jistgħu jeżerċitaw pressjoni qawwija kemm fis-suq tal-prodott ikkonċernat kif ukoll fis-suq downstream.

(208)

L-ewwel, il-Kummissjoni nnotat li l-għan tad-dazji antidumping mhuwiex li jagħlaq is-suq tal-Unjoni minn kwalunkwe importazzjoniet, iżda li jerġa jkun hemm kummerċ ġust billi jneħħi l-effett ta' dumping dannuż. L-importazzjonijiet mir-RPĊ għalhekk mhumiex mistennija li jiġu fi tmiem, iżda li jkomplu, għalkemm bi prezzijiet li mhumiex l-oġġett ta' dumping.

(209)

It-tieni, il-Kummissjoni sabet li l-utent mhuwiex esklużivament dipendenti fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi, iżda xtara wkol il-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta' investigazzjoni minn produtturi tal-Unjoni kif ukoll minn produtturi oħra f'pajjiżi terzi għajr il-pajjiż ikkonċernat.

(210)

It-tielet, anki jekk il-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat Ċiniż kellhom jiżdiedu b'madwar 30 %, dan ikollu biss impatt ta' 3 % tal-ispiża tal-produzzjoni ta' dan l-utent Taljan. Dan l-impatt huwa kkunsidrat minuri.

(211)

Ir-raba', minħabba li l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u minn pajjiżi oħra huma mistennija li jkomplu wara l-impożizzjoni ta' dazji antidumping, u peress li għadhom jeżistu sorsi alternattivi ta' provvista, l-allegazzjoni li l-impożizzjoni ta' dazji antidumping tirriżulta f' li l-industrija tal-Unjoni tkun tista' teżerċita pressjoni tal-prezzijiet qawwija hija infondata. L-industrija tal-Unjoni tikkonsisti minn 23 produttur li jipprovdu lill-utenti b'firxa wiesgħa ta' provvista li tkun diġà fi ħdan l-Unjoni, flimkien mal-possibbiltà ta' importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra li jipproduċu u jesportaw il-prodott simili. Għalhekk, f'dan l-istadju l-Kummissjoni rrifjutat l-allegazzjoni li l-impożizzjoni ta' miżuri twassal għal nuqqas ta' provvista tal-prodott ikkonċernat/prodott simili.

(212)

Fir-rigward ta' kwalunkwe effetti negattivi potenzjali fuq il-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni, huwa minnu li r-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE jimponu standards iktar stretti ta' mġiba fuq kumpanija li għandha sehem mis-suq sinifikanti. Madankollu, huwa finalment f'idejn l-awtoritajiet kompetenti tal-kompetizzjoni sabiex jiddeterminaw jekk hemmx pożizzjoni dominanti u jekk hux qed tiġi abbużata.

(213)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, huwa konkluż f'dan l-istadju li l-impożizzjoni ta' miżuri tmur kontra l-interess tal-utenti iżda ma jkollha l-ebda effett negattiv sproporzjonat fuqhom. B'mod partikolari l-firxa wiesgħa ta' provvista li hija disponibbli fis-suq, u li l-investigazzjoni żvelat li l-impatt tal-miżuri fuq l-ispiża tal-utent li ppreżenta ruħu kien inqas sinifikanti milli allegat ittieħdu inkunsiderazzjoni.

7.4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(214)

Il-Kummissjoni kkonkludiet f'dan l-istadju li l-impożizzjoni ta' miżuri tikkontribwixxi għall-irkupru tal-industrija tal-Unjoni f'termini ta' profittabilità. L-impożizzjoni ta' miżuri tippermetti lill-produtturi tal-Unjoni li jagħmlu l-investimenti u r-R&Ż meħtieġa sabiex jgħammru aħjar it-tagħmir ta' produzzjoni tal-azzar ċatt b'laminazzjoni termaliu jagħtu spinta lill-kompetittività tagħhom.

(215)

L-industrija tal-Unjoni diġà għaddiet minn ristrutturar sinifikanti fl-imgħoddi (riċenti). Jekk ma jiġux imposti miżuri, x'aktarx timmaterjalizza t-theddida ta' dannu imminenti fl-aħħar tal-perjodu ta' investigazzjoni. Xi produtturi tal-Unjoni tal-azzar ċatt b'laminazzjoni termali jista' jkollhom jagħlqu/inaqqsu l-attivitajiet tagħhom tal-prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-azzar, ikeċċu l-impjegati u jħallu ħafna utenti tal-Unjoni b'sorsi limitati ta' provvista.

(216)

Fir-rigward tal-interess tal-importaturi u l-utenti mhux relatati, il-Kummissjoni kkonkludiet f'dan l-istadju li l-impożizzjoni ta' miżuri fil-livell propost ikollu biss impatt limitat. B'mod aktar speċifiku, il-prezzijiet, il-profittabbiltà tagħhom u l-impjiegi fl-industrija tal-utent ma jiġux affettwati b'mod sproporzjonat. Għalhekk, l-impożizzjoni ta' miżuri fil-livell propost biss għandu impatt limitat fuq il-prezzijiet tal-katina tal-provvista u r-rendiment tal-utenti. Il-livell tal-miżuri se jwassal għal kundizzjonijiet ekwi iżda xorta jippermetti li jsiru importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, bi prezzijiet ġusti.

(217)

Fil-kunsidrazzjoni u l-ibbilanċjar tal-interessi qawwija ta' industrija importanti tal-Unjoni li tkun protetta kontra prattiċi inġusti, minn naħa, u l-effetti probabbli limitati ta' miżuri fuq l-importaturi mhux relatati u l-utenti, li jkomplu jibbenefikaw minn firxa wiesgħa ta' provvista fl-Unjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet f'dan l-istadju li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat.

8.   MIŻURI PROVVIŻORJI ANTIDUMPING

(218)

Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar id-dumping, it-theddida ta' dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri provviżorji biex jevitaw li t-theddida imminenti ta' dannu materjali li hija kkawżata lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping timmaterjalizza.

8.1.   Livell ta' eliminazzjoni tad-dannu (Marġni tad-dannu)

(219)

Biex jiġi ddeterminat il-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta' dazju meħtieġ biex tiġi eliminata t-theddida ta' dannu materjali. Skont il-ġurisprudenza, il-prezz indikattiv huwa l-prezz li l-industrija tal-Unjoni tista' sserraħ fuqu b'mod raġonevoli f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni, fin-nuqqas ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Fil-prattika tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, il-mira għall-prezz hija kkalkulata normalment billi jiġu stabbiliti l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-prodott simili u jiżdied il-marġni ta' profitt li l-industrija tal-Komunità tista' sserraħ fuqu b'mod raġonevoli f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni, fin-nuqqas ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

(220)

Fir-rigward tad-determinazzjoni ta' mira għall-profitt, il-Kummissjoni l-ewwel analizzat il-proposta ta' min għamel l-ilment, li indikat 12,9 %, meħuda minn deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni dwar l-istess prodott (30). Madankollu, din is-sejba tmur lura sas-sena 2000, u d-dejta minn aktar minn 15-il sena ilu ma tistax tibqa' tiġi meqjusa bħala rappreżentattiva minħabba l-bidliet teknoloġiċi u finanzjarji li ffaċċjat l-industirja tal-Unjoni minn dak iż-żmien 'l hawn.

(221)

Il-Kummissjoni, imbagħad, irreferiet għad-dejta tal-profitabilità tas-sena 2008, li kienet qieset bħala l-aktar sena rappreżentattiva għal prodott downstream, jiġifieri prodotti tal-azzar b'laminazzjoni kiesħa (31) Il-prodott ikkonċernat ta' din l-investigazzjoni huwa simili, f'ħafna aspetti, għal ċerti prodotti tal-azzar ċatti b'laminazzjoni kiesħa (prodotti b'laminazzjoni kiesħa) għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)

Għaż-żewġ prodotti (il-ħadid mhux maħdum, il-faħam tal-kokk) ċerti ligi — huma partijiet ewlenin mill-ispiża tal-produzzjoni tagħhom u jgħaddu minn proċessi simili (forn, mitħna hot strip).

(b)

Kif stabbilit fil-premessa (26), il-prodott ikkonċernat huwa l-materjal ewlieni għall-produzzjoni ta' diversi prodotti tal-azzar downstream ta' valur miżjud, li jibdew minn prodotti rrumblati kiesħa.

Fuq din il-bażi, il-Kumissjoni sabet marġini ta' profitt ta' 14,4 %.

(222)

Madankollu, diversi elementi f'dak il-każ fir-rigward tad-dumping inġurjuż miċ-Ċina u mir-Russja mhumiex preżenti fil-każ attwali, fejn il-Kummissjoni sabet theddida ta' ħsara mill-esportazzjonijiet Ċiniżi, li jinvolvi analiżi prospettiva. B'mod partikolari, f'dak il-każ, l-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi mill-pajjiżi investigati kienu seħħew matul il-perjodu ta' erba' snin qabel il-perjodu tal-investigazzjoni.

(223)

Il-Kummissjoni mbagħad ippruvat tistabbilixxi mira ta' profitt billi ssimulat kif l-irkupru tal-industrija tal-Unjoni mir-riċessjoni kkawżata mill-kriżi ekonomika u finanzjarja fl-2009 seta' żviluppa kieku ma kienx interrott mill-volumi kbar ta' importazzjonijiet Ċiniżi li waqqgħu l-prezz. Għal dan l-eżerċizzju, hija bbażat ruħha fuq dejta aktar reċenti u analiżi prospettiva ppreżentata fil-Kumitat tal-Azzar tal-OECD f'Diċembru 2013. Fi studju intitolat “Inħejju s-sisien għal industrija li tkun soda finanzjarjament” opinjoni esperta analizzat il-profittabilità tal-industrija tal-azzar globali f'dawn l-aħħar snin u stabbiliet limitu tal-profitt sostenibbli fit-tul. B'mod partikolari, dan l-istudju argumenta favur marġni medju globali ta' 17 % tal-EBITDA (id-dħul qabel l-imgħax, it-taxxi, id-deprezzament u l-amortizzament) (32). Ir-rapport jindika wkoll spejjeż medji tal-investiment ta' 7 % u spejjeż medji tad-dejn ta' 3 %. Il-Kummissjoni naqqset dawn iż-żewġ elementi, u waslet għal livell ta' qligħ qabel it-taxxi (EBT) ta' 7 %. Fin-nuqqas ta' xi informazzjoni affidabbli oħra, hija assimilat dawn iċ-ċifri magħmula għall-industrija tal-azzar b'mod ġenerali mal-prodott ikkonċernat, billi l-HRF tikkostitwixxi proporzjon kbir tal-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum.

(224)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni stabbilixxiet b'mod provviżorju f'dan l-istadju li mira ta' profitt ta' 7 % tista' tintuża biex jiġi kkalkulat il-marġni ta' theddida ta' ħsara għall-industrija tal-HRF tal-Unjoni, iżda se tkompli tinvestiga jekk dejta aktar preċiża hijiex disponibbli għall-prodott ikkonċernat.

8.2.   Miżuri provviżorji

(225)

Għandhom jiġu imposti miżuri provviżorji antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat, skont ir-regola dwar id-dazju l-iktar baxx fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qabblet il-marġnijiet tad-dannu u l-marġnijiet tad-dumping. L-ammont tad-dazji għandu jkun stabbilit fil-livell l-aktar baxx tal-marġnijiet tad-dumping u tad-dannu.

(226)

Fuq il-bażi ta' dak imsemmi hawn fuq, ir-rati ta' dazju antidumping provviżorji, espressi fuq il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, id-dazji doganali mhux imħallsa, għandhom ikunu kif ġej:

Kumpanija

Il-marġni tad-dumping

Il-marġni tad-dannu

Id-dazju antidumping provviżorju

Bengang Steel Plates Co., Ltd.

96,5 %

17,1 %

17,1 %

Hebei Iron & Steel Group

95,0 %

13,2 %

13,2 %

Jiangsu Shagang Group

106,9 %

22,6 %

22,6 %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

100,1 %

18,0 %

18,0 %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

106,9 %

22,6 %

22,6 %

(227)

Ir-rati tad-dazju antidumping ta' kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tal-konklużjonijiet ta' din l-investigazzjoni. Gћaldaqstant, huma rriflettew l-qagħda li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta' dazju huma esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u magħmul mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmij b'mod speċifiku fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma' dawk imsemmijin b'mod speċifiku, għandhom ikunu suġġetti għar-rata ta' dazju applikabbli għall-“kumpaniji kollha l-oħrajn”. M'għandhom ikunu suġġetti għal ebda rata individwali ta' dazju antidumping.

(228)

Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati tad-dazju antidumping individwali jekk tibdel l-isem tal-entità tagħha jew tistabbilixxi entità ta' produzzjoni jew ta' bejgħ ġdida. It-talba għandha tkun indirizzata lill-Kummissjoni (33). It-talba għandha tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluż: modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni; il-bejgħ domestiku u għall-esportazzjoni assoċjat ma', pereżempju, il-bidla fl-isem jew il-bidla fl-entitajiet ta' produzzjoni u bejgħ. Il-Kummissjoni se taġġorna l-lista ta' kumpaniji b'dazji individwali ta' antidumping, jekk dan ikun iġġustifikat.

(229)

Biex ikun żgurat infurzar xieraq tad-dazji antidumping, id-dazju antidumping għall-kumpaniji l-oħrajn kollha għandu jkun applikat mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f'din l-investigazzjoni, imma anke għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

9.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(230)

Fl-interessi ta' amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati biex iressqu kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew l-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċeduri kummerċjali fi żmien skadenza fissa.

(231)

Il-konklużjonijiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta' dazji provviżorji huma provviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju provviżorju antidumping huwa impost fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar, f'koljaturi jew le (inklużi prodotti “cut-to-length” u “strixxi dojoq”), mhux maħdumin aktar ħlief b'laminazzjoni termali, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin.

Il-prodott ikkonċernat ma jinkludix:

prodotti tal-azzar inossidabbli u azzar elettriku tas-siliċju bil-granijiet orjentati,

prodotti ta' azzar tal-għodda u azzar b'veloċità għolja,

prodotti, mhux f'koljaturi, mingħajr diżinji f'riljev, ta' ħxuna li taqbeż l-10 mm u ta' wisgħa ta' 600 mm jew aktar, u

prodotti, mhux f'koljaturi, mingħajr diżinji f'riljev, ta' ħxuna ta' 4,75 mm jew aktar iżda li ma taqbiżx l-10 mm u ta' wisgħa ta' 2 050 mm jew aktar.

Il-prodott ikkonċernat bħalissa jaqa' taħt il-kodiċijiet NM 7208 10 00, 7208 25 00, 7208 26 00, 7208 27 00, 7208 36 00, 7208 37 00, 7208 38 00, 7208 39 00, 7208 40 00, 7208 52 10, 7208 52 99, 7208 53 10, 7208 53 90, 7208 54 00, 7211 13 00, 7211 14 00, 7211 19 00, ex 7225 19 10 (il-kodiċi TARIC 7225191090), 7225 30 90, ex 7225 40 60 (il-kodiċi TARIC 7225406090), 7225 40 90, ex 7226 19 10 (il-kodiċi TARIC 7226191090), 7226 91 91 u 7226 91 99 u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rati tad-dazju provviżorju antidumping applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt f'paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, se jkunu kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Ir-rata provviżorja ta' dazju

Il-Kodiċi Addizzjonali TARIC

RPĊ

Bengang Steel Plates Co., Ltd.

17,1 %

C157

Handan Iron & Steel Group Han-Bao Co., Ltd.

13,2 %

C158

Hebei Iron & Steel Co., Ltd. Tangshan Branch

13,2 %

C159

Hebei Iron & Steel Co., Ltd. Chengde Branch

13,2 %

C160

Zhangjiagang Hongchang Plate Co., Ltd.

22,6 %

C161

Zhangjiagang GTA Plate Co., Ltd.

22,6 %

C162

Kumpaniji oħra li kkooperaw elenkati fl-Anness I

18,0 %

Ara l-anness

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

22,6 %

C999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun taħt il-kundizzjoni ta' preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta' fattura kummerċjali valida, li fuqha tidher dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b'ismu/isimha u l-funzjoni, abbozzata kif ġej: “Jiena, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie immanifatturat minn (l-isem u l-indiririzz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Niddikjara li t-tagħrif mogħti f'din il-fattura huwa komplet u korrett.” Jekk ma tiġix ippreżentata din il-fattura, id-dazju applikabbli lill-pajjiżi l-oħra kollha għandu japplika.

4.   Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun suġġett għal provvista ta' depożitu ta' garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet rilevanti dwar id-dazji doganali li huma fis-seħħ.

Artikolu 2

1.   Fi żmien 25 jum kalendarju mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, il-partijiet interessati jistgħu:

(f)

Jitolbu l-iżvelar tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament;

(g)

Jissottomettu l-kummenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni; kif ukoll

(h)

Jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċeduri kummerċjali.

2.   Fi żmien 25 jum kalendarju mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, il-partijiet imsemmija fl-Artikolu 21(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistgħu jikkummentaw fuq l-applikazzjoni tal-miżuri provviżorji.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 għandu japplika għal perjodu ta' sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Dan ir-Regolament ġie sostitwit mill-20 ta' Lulju 2016 bir-Regolament (UE) Nru 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (verżjoni kodifikata).

(3)  ĠU C 58, 13.2.2016, p. 9.

(4)  ĠU C 172, 13.5.2016, p. 29, Notifika ta' bidu ta' proċediment kontra s-sussidji dwar importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(5)  ĠU C 246/08, 7.7.2016, p. 7, Notifika ta' bidu ta' proċediment kontra dumping dwar importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw fil-Brażil, l-Iran, ir-Russja, is-Serbja u l-Ukraina

(6)  Dawn il-prodotti mhumiex inklużi fuq il-bażi ta' talba għal esklużjoni ta' prodott (ara mill-premessa (29) 'il quddiem).

(7)  Il-proċess b'laminazzjoni kiesħa huwa definit billi folja jew strixxa — li qabel tkun ġiet laminata termalment u ppreżervata — tgħaddi minn bejn rombli kisħin, jiġifieri taħt it-temperatura li trattab il-metall.

(8)  Dawn l-elementi kimiċi huma fost l-oħrajn: It-tungstenu/wolfram, il-molibdenu, il-kromju u l-vanadju.

(9)  Il-Kanada, l-Afrika t'Isfel, it-Tajlandja, l-Indja, il-Malasja, il-Messiku, il-Vjetnam, it-Turkija, ir-Russja, l-Ukrajna u l-Brażil.

(10)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni UE 2016/1328 (ĠU L 210, 4.8.2016, p. 20)

(11)  L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, WT/DS132/R, 28 ta' Jannar 2000, Il-Messiku- Investigazzjoni kontra d-dumping ta' ġulepp tal-qamħ b'kontenut għoli tal-fruttożju (HFCS) mill-Istati Uniti — Rapport tal-Panel, premessa 7.140, paġna 214. Il-Panel tad-WTO stqarr dan li ġej: “sabiex nikkonkludu li hemm theddida ta' dannu materjali lill-industrija domestika li apparentement bħalissa mhijiex danneġġjata, minkejja l-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni, huwa neċessarju li jkun hemm fehim tal-kundizzjoni attwali tal-industrija bħala sfond. Is-sempliċi fatt li l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping se jiżdiedu, u jkollhom effetti negattivi fuq il-prezzijiet, ma jwassalx, ipso facto, għall-konklużjoni li l-industrija domestika se tkun danneġġjatajekk l- industrija hija f'kundizzjoni tajba ħafna, jew jekk hemm fatturi oħra fin-nofs, l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping jistgħu ma jheddux id-dannu

(12)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta' April 2016, numru tal-kawża C-186/14, premessa 72, li tikkonferma s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Jannar 2014, dwar il-kawża T-528/09, Hubei Xinyegang Steel Co. Ltd kontra l-Kunsill tal Unjoni Ewropea,

(13)  L-Azzar fid-Dinja f'ċifri 2015, l-Assoċjazzjoni Dinjija tal-Azzar, p. 14, http//www.worldsteel.org/publications/bookshop/product-details.~World-Steel-in-Figures-2015~PRODUCT~World-Steel-in-Figures-2015~.html

(14)  COM(2016) 155 final, Brussell, 16.03.2016, il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, l-Azzar: Iż-żamma tal-impjiegi sostenibbli u t-tkabbir fl-Ewropa, p. 2.

(15)  OECD, DSTI/SU/SC(2015)8/Final, id-Direttorat għax-Xjenza, it-Teknoloġija u l-Innovazzjoni, l-iżviluppi tal-kapaċità fl-industrija dinjija tal-azzar, Tabella 1, p. 10, http://www.oecd.org/officialdocuments/publicdisplaydocumentpdf/?cote=DSTI/SU/SC(2015)8/FINAL&docLanguage=En

(16)  L-Assoċjazzjoni Dinjija Tal-Azzar, L-Azzar fid-Dinja f'Ċifri 2016, tabella “pajjiżi ewlenin li jipproduċu l-azzar 2014 u 2015”, p. 9, http://www.worldsteel.org/media-centre/press-releases/2016/World-Steel-in-Figures-2016-is-available-online.html

(17)  Id-Direttorat għax-Xjenza, it-Teknoloġija u l-Innovazzjoni tal-OECD (2015): “Kapaċità żejda fl-industrija tal-azzar globali: is-sitwazzjoni attwali u l-perkorsi”, Dokumenti tal-Politika dwar it-Teknoloġija u l-Industrija, Nru. 18, Pubblikazzjoni tal-OECD, paġni 5 u 6. http://dx.doi.org/10.1787/5js65x46nxhj-en

(18)  Sottomissjoni minn Dentons f'isem l-Assoċjazzjoni Ċiniża tal-Ħadid u l-Azzar (CISA) u l-membri tagħha, Kummenti fil-proċediment antidumping li jikkonċerna importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, fil-21 ta' Marzu 2016, paragrafu (24), paġna 7.

(19)  Reuters, artikolu għall-istampa, China's zombie steel mills fire up furnaces, worsen global glut [Il-funderiji tal-azzar zombie taċ-Ċina, jitfgħu l-ħatab fl-ifran, jaggravaw il-kwantità żejda globali], http://in.reuters.com/article/china-steel-overcapacity-idINKCN0XI070

(20)  Artikolu ta' Reuters għall-istampa, BHP says over 50 million tonnes of steel capacity restarted in China [BHP tgħid li aktar minn 50 miljun tunnellata ta' kapaċità ta' azzar bdiet mill-ġdid fiċ-Ċina], http://www.reuters.com/article/us-bhp-china-idUSKCN0YA09E

(21)  Il-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum f'Ġunju 2016, l-Assoċjazzjoni Dinjija tal-Azzar, ċentru tal-midja, https://www.worldsteel.org/media-centre/press-releases/2016/June-2016-crude-steel-production0.html

(22)  L-Assoċjazzjoni Dinjija Tal-Azzar, il-Yearbook tal-Istatistika tal-Azzar 2015, tabella 1 fuq paġna 2 u tabella 13 fuq paġna 35, http://www.worldsteel.org/statistics/statistics-archive/yearbook-archive.html

(23)  Il-kampjun kien jikkonsisti f'679,4 miljun tunnellata ta' esportazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott simili għas-sena 2015 u ta' 343,8 miljun tunnellata ta' esportazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott simili għall-ewwel sitt xhur tal-2016.

(24)  Worldsteel Short Range Outlook 2014 — 2015, l-Assoċjazzjoni Dinjija tal-Azzar, https://www.worldsteel.org/media-centre/press-releases/2015/worldsteel-Short-Range-Outlook-2015-2016.html

(25)  Ara wkoll il-premessa (103) għat-tnaqqis żgħir fl-inventarji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun bħala persentaġġ tal-produzzjoni.

(26)  Ara wkoll il-premessa (100) għat-tnaqqis żgħir fl-inventarji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun bħala persentaġġ tal-produzzjoni.

(27)  Il-produtturi Ewropej tal-azzar, fuq l-offensiva, iżda ż-żidiet fil-prezzijiet se jinżammu? Artikolu, http://blogs.platts.com/2016/04/05/european-steel-producers-on-offensive/

(28)  L-Assoċjazzjoni WorldSteel, l-industrija tal-azzar Ċiniża, Aġġornament ta' kull xahar għall-membri tal-azzar dinjin, Ħarġa 115, Ġunju 2016.

(29)  Kif imsemmi fil-premessa (3), fis-7 ta' Lulju 2016, il-Kummissjoni tat bidu għal investigazzjoni fuq l-importazzjonijiet tal-istess prodott, inter alia li joriġinaw mir-Russja. Madankollu, il-bidu ma jippreġudikax l-eżitu tal-investigazzjoni.

(*)  OECD, DSTI/SU/SC(2015)8/Final, id-Direttorat għax-Xjenza, it-Teknoloġija u l-Innovazzjoni, l-iżviluppi tal-kapaċità fl-industrija dinjija tal-azzar, Tabella 1, p. 10, http://www.oecd.org/officialdocuments/publicdisplaydocumentpdf/?cote=DSTI/SU/SC(2015)8/FINAL&docLanguage=En

(**)  Assoċjazzjoni Dinjija Tal-Azzar, Yearbook tal-Istatistika tal-Azzar 2015, tabella 1 fuq paġni 1 u 2 u tabella 13 fuq paġna 35, http://www.worldsteel.org/statistics/statistics-archive/yearbook-archive.html

(***)  OECD, DSTI/SU/SC(2015)8/Final, id-Direttorat għax-Xjenza, it-Teknoloġija u l-Innovazzjoni, l-iżviluppi tal-kapaċità fl-industrija dinjija tal-azzar, Tabella 1, p. 10, http://www.oecd.org/officialdocuments/publicdisplaydocumentpdf/?cote=DSTI/SU/SC(2015)8/FINAL&docLanguage=En

(****)  Assoċjazzjoni Dinjija Tal-Azzar, Yearbook tal-Istatistika tal-Azzar 2015, tabella 1 fuq paġni 1 u 2 u tabella 13 fuq paġna 35, http://www.worldsteel.org/statistics/statistics-archive/yearbook-archive.html

(30)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 284/2000/KEFA tal-4 ta' Frar 2000 li timponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-azzar jew azzar mhux illigat, b'wisgħa ta' 600 mm jew aktar, mhux miksijin, ipplattati jew mgħottijin, fil-kojls, mhux maħduma ulterjorment minn b'laminazzjoni termali li joriġinaw fl-Indja u t-Tajwan u għall-aċċettazzjoni ta' impenji offruti minn ċerti produtturi esportaturi u li jtemm il-proċediment dwar l-importazzjonijiet li joriġinaw fl-Afrika t'Isfel, ĠU L 31, 2000, p. 44, para. 338.

(31)  Ara r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1328 tad-29 ta' Lulju 2016 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Federazzjoni Russa, ĠU L 210, 2016, p. 1, Premessa 156.

(32)  McKinsey & Company, Laying the foundations for a financially sound industry, laqgħa tal-Kumitat tal-Azzar tal-OECD tal-5 ta' Diċembru 2013, p. 7

(33)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat H, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, Il-Belġju.


ANNESSI

Pajjiż

Isem

Kodiċi TARIC addizzjonali

RPĊ

Angang Steel Company Limited

C150

RPĊ

Inner Mongolia Baotou Steel Union Co., Ltd.

C151

RPĊ

Jiangyin Xingcheng Special Steel Works Co., Ltd.

C147

RPĊ

Shanxi Taigang Stainless Steel Co., Ltd.

C163

RPĊ

Shougang Jingtang United Iron & Steel Co., Ltd

C164

RPĊ

Maanshan Iron & Steel Co., Ltd

C165

RPĊ

Rizhao Steel Wire Co., Ltd.

C166

RPĊ

Rizhao Baohua New Material Co., Ltd.

C167

RPĊ

Tangshan Yanshan Iron and Steel Co., Ltd.

C168

RPĊ

Wuhan Iron & Steel Co., Ltd.

C156


7.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/70


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1779

tas-6 ta' Ottubru 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

183,5

ZZ

183,5

0707 00 05

TR

128,9

ZZ

128,9

0709 93 10

TR

135,5

ZZ

135,5

0805 50 10

AR

94,6

CL

126,6

TR

94,5

UY

55,5

ZA

130,7

ZZ

100,4

0806 10 10

TR

136,3

US

210,1

ZZ

173,2

0808 10 80

AR

110,6

BR

100,2

CL

154,8

NZ

132,8

ZA

113,9

ZZ

122,5

0808 30 90

CN

74,4

TR

130,3

ZZ

102,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

7.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/72


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1780

tad-29 ta' Settembru 2016

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fiil-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi, fir-rigward tal-adozzjoni ta' linji gwida komuni għall-implimentazzjoni ta' dak il-Ftehim

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 12 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi (1) (il-“Ftehim”) jistabbilixxi Kumitat Konġunt (il-“Kumitat Konġunt”). Dan jipprevedi li l-Kumitat Konġunt għandu, b'mod partikolari, jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-Ftehim.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprevedi l-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta' viżi għal tranżitu jew soġġorni intenzjonati fit-territorju tal-Istati Membri ta' mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.

(3)

Linji gwida komuni huma meħtieġa sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni armonizzata sħiħa tal-Ftehim mill-missjonijiet diplomatiċi u s-servizzi konsulari tal-Istati Membri u biex tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim u d-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni tal-Partijiet għall-Ftehim li jkomplu japplikaw għal ħruġ ta' viżi mhux koperti mill-Ftehim.

(4)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt fir-rigward tal-adozzjoni ta' linji gwida komuni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jiħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (3); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tiħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4). Għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fiil-Kumitat Konġunt stabbilit taħtl-Artikolu 12 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi, fir-rigward tal-adozzjoni ta' linji gwida komuni għall-implimentazzjoni ta' dak il-Ftehim, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

P. ŽIGA


(1)  ĠU L 52, 25.2.2011, p. 34.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħu sehem f'xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002. p. 20).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru …/… TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT TAĦT IL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-ĠEORĠJA DWAR L-IFFAĊILITAR TAL-ĦRUĠ TA' VIŻI

ta'

fir-rigward tal-adozzjoni ta' linji gwida komuni għall-implimentazzjoni ta' dak il-Ftehim

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi (1) (il-“Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi l-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2011,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-linji gwida komuni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi huma indikati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …

Għall-Unjoni Ewropea

Għall-Ġeorġja


(1)  ĠU L 52, 25.2.2011, p. 34.

ANNESS

LINJI GWIDA KOMMUNI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-ĠEORĠJA DWAR L-IFFAĊILITAR TAL-ĦRUĠ TA' VIŻI

L-għan tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi (il-“Ftehim”), li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2011, huwa li jiffaċilita, fuq il-bażi ta' reċiproċità, il-proċeduri għall-ħruġ ta' viżi għal soġġorn previst ta' mhux aktar minn 90 jum f'kull perjodu ta' 180 jum għaċ-ċittadini tal-Ġeorġja.

Il-Ftehim jistabbilixxi, fuq il-bażi ta' reċiproċità, drittijiet u obbligi legalment vinkolanti għall-iskop tas-simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-ħruġ ta' viżi liċ-ċittadini tal-Ġeorġja.

Dawn il-Linji Gwida, adottati mill-Kumitat Konġunt stabbilit taħl-Artikolu 12 tal-Ftehim, (il-“Kumitat Konġunt”), għandhom l-għan li jiżguraw implimentazzjoni korretta u armonizzata tal-Ftehim mill-missjonijiet diplomatiċi u s-servizzi konsulari tal-Istati Membri tal-Unjoni (“Stati Membri”). Dawn il-Linji Gwida mhumiex parti mill-Ftehim u għalhekk mhumiex legalment vinkolanti. Madankollu, huwa rrakkomandat ħafna li l-persunal diplomatiku u konsulari jsegwuhom b'mod konsistenti meta jimplimentaw il-Ftehim.

Hemm l-intenzjoni li dawn il-Linji Gwida jiġu aġġornati fid-dawl tal-esperjenza miksuba dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Konġunt.

Biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni kontinwata u armonizzata tal-Ftehim u f'konformità mar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt dwar il-Faċilitazzjoni tal-Viżi, il-Partijiet qablu li jkollhom kuntatti informali bejn il-laqgħat formali tal-Kumitat Konġunt, sabiex jittrattaw kwistjonijiet urġenti. Rapporti dettaljati dwar dawn il-kwistjonijiet u l-kuntatti informali jiġu preżentati fil-laqgħa sussegwenti tal-Kumitat Konġunt dwar il-Faċilitazzjoni tal-Viżi.

I.   KWISTJONIJIET ĠENERALI

1.1.   Għan u kamp ta' applikazzjoni

L-Artikolu 1(1) tal-Ftehim jipprevedi li:

“1.   L-għan ta' dan il-Ftehim hu li jiffaċilita l-ħruġ ta' viżi għal soġġorn previst ta' mhux aktar minn 90 jum f'kull perjodu ta' 180 jum għaċ-ċittadini tal-Ġeorġja”.

Il-Ftehim japplika għal ċittadini kollha tal-Ġeorġja li japplikaw għal viża għal soġġorn qasir, irrispettivament mill-pajjiż tar-residenza tagħhom.

Il-Ftehim ma japplikax għal persuni apolidi li jkollhom permess ta' residenza maħruġ mill-Ġeorġja. Ir-regoli tal-acquis tal-Unjoni dwar il-viżi japplikaw għal dik il-kategorija ta' persuni.

L-Artikolu 1(2) tal-Ftehim jipprevedi li:

“2.   Jekk il-Ġeorġja terġa' ddaħħal ir-rekwiżit tal-viża għaċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha jew għal xi kategoriji ta' ċittadini tal-Istati Membri kollha, l-istess faċilitazzjonijiet mogħtija taħt dan il-Ftehim liċ-ċittadini tal-Ġeorġja jkunu awtomatikament, fuq bażi ta' reċiproċità, japplikaw għaċ-ċittadini konċernati tal-Unjoni.”.

Mill-1 ta' Ġunju 2006, iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni u persuni apolidi li jkollhom permess ta' residenza maħruġ minn Stat Membru huma eżentati mir-rekwiżit tal-viża meta jivvjaġġaw lejn il-Ġeorġja għal perjodu ta' żmien li ma jaqbiżx id-90 jum f'kull perjodu ta' 180 jum jew meta jaqsmu mit-territorju tal-Ġeorġja.

Sabiex ikun evitat li l-Ġeorġja titratta b'mod diskriminatorju ċ-ċittadini ta' Stat Membru wieħed jew aktar, jew ċerti kategoriji ta' dawn iċ-ċittadini, f'Dikjarazzjoni annessa mal-Ftehim, l-Unjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tissospendi l-applikazzjoni tal-Ftehim, f'każ li l-Ġeorġja ddaħħal mill-ġdid ir-rekwiżit tal-viża għaċ-ċittadini ta' Stat Membru wieħed jew aktar jew għal ċerti kategoriji ta' dawn iċ-ċittadini.

1.2.   Kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim

L-Artikolu 2 tal-Ftehim jipprevedi li:

“1.   L-iffaċilitar tal-viżi previst f'dan il-Ftehim japplika għaċ-ċittadini tal-Ġeorġja biss safejn ma jkunux eżenti mir-rekwiżit tal-viża bil-liġijiet u r-regolamenti tal-Unjoni jew tal-Istati Membri, b'dan il-Ftehim jew bi ftehimiet internazzjonali oħra.

2.   Il-liġi nazzjonali tal-Ġeorġja jew tal-Istati Membri jew il-liġi tal-Unjoni għandha tapplika fi kwistjonijiet li mhumiex koperti minn dan il-Ftehim, bħar-rifjut li tinħareġ viża, ir-rikonoxximent ta' dokumenti ta' vvjaġġar, evidenza ta' mezzi ta' għajxien suffiċjenti u r-rifjut tad-dħul u miżuri ta' espulsjoni.”.

Il-Ftehim, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10 tiegħu, ma jaffettwax ir-regoli eżistenti dwar l-obbligi tal-viża u l-eżenzjonijiet mill-viża. Pereżempju, l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 (1) jippermetti lill-Istati Membri li jeżentaw mir-rekwiżit ta' viża, fost kategoriji oħra ta' persuni, ekwipaġġi ċivili tal-ajru u tat-tbaħħir. Minn meta l-assoċjazzjoni tal-Iżvizzera u l-Liechtenstein maż-żona Schengen saret effettiva fit-13 ta' Diċembru 2008 u fis-7 ta' Marzu 2011 rispettivament, permessi ta' residenza maħruġa mill-Iżvizzera u l-Liechtenstein huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal viżas ta' Schengen għal tranżitu jew soġġorn qasir.

Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (“Kodiċi dwar il-Viżi”) japplika għall-ħruġ kollu mhux kopert mill-Ftehim, bħalma huma d-determinazzjoni tal-Istat Membru ta' Schengen responsabbli għall-ipproċessar ta' applikazzjoni għal viża, il-motivazzjoni għar-rifjut li tinħareġ viża, id-dritt ta' appell kontra deċiżjoni negattiva u r-regola ġenerali ta' intervista personali mal-applikant għal viża. Barra hekk, ir-regoli ta' Schengen, u fejn ikun xieraq, il-liġi nazzjonali jibqgħu japplikaw fil-kwistjonijiet kollha mhux koperti mill-Ftehim, bħar-rifjut tar-rikonoxximent ta' dokumenti ta' vvjaġġar, evidenza ta' mezzi ta' għajxien suffiċjenti, ir-rifjut tad-dħul fit-territorju tal-Istati Membri u miżuri ta' espulsjoni. F'dak ir-rigward, huwa meħtieġ li tingħata informazzjoni preċiża dwar dawn il-kwistjonijiet (3).

Anki jekk il-kundizzjonijiet previsti fil-Ftehim ikunu ssodisfati, pereżempju, tingħata prova b'dokumenti ġustifikattivi mill-applikant għal viżarigward l-iskop tal-vjaġġ għall-kategoriji previsti fl-Artikolu 4 tiegħu, il-ħruġ tal-viża jista' xorta jiġi rifjutat jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (“Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen”) ma jiġux issodisfati, jiġifieri l-persuna ma jkollhiex fil-pussess tagħha dokument validu tal-ivvjaġġar, ikun inħareġ allert fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS), il-persuna titqies bħala ta' periklu għall-ordni pubbliku, is-sigurtà interna, eċċ.

Flessibbiltajiet oħra għall-ħruġ ta' viżi previsti mill-Kodiċi dwar il-Viżi jkomplu japplikaw. Pereżempju, viżi għal dħul multiplu għal perjodu ta' validità twil — sa ħames snin — jistgħu jinħarġu lil kategoriji ta' persuni apparti dawk imsemmija fl-Artikolu 5 tal-Ftehim, jekk il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 24 tal-Kodiċi dwar il-Viżi jiġu ssodifati. Bl-istess mod, id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 16(5) u (6) tal-Kodiċi dwar il-Viżi li jippermettu eżenzjoni jew tnaqqis tat-tariffa tal-viża se jkomplu japplikaw.

1.3.   Tipi ta' viżi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim

Il-punt (d) tal-Artikolu 3 (d) tal-Ftehim jiddefinixxi “viża” bħala “awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru bil-ħsieb ta' tranżitu mit-territorju ta' Stati Membri jew soġġorn previst fih għal mhux aktar minn 90 jum f'kull perjodu ta' 180 jum mid-data tal-ewwel dħul fit-territorju tal-Istati Membri;”.

Il-faċilitazzjonijiet previsti mill-Ftehim japplikaw kemm għal viżi uniformi kif ukoll għal viżi b'validità territorjali limitata maħruġa għall-fini ta' tranżitu jew soġġorn qasir.

1.4.   Kalkolu tat-tul tas-soġġorn awtorizzat b'viża u b'mod partikolari l-kwistjoni dwar kif jiġi determinat il-perjodu ta' sitt xhur

Ir-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) iddefinixxa mill-ġdid il-kunċett ta' soġġorn qasir. Id-definizzjoni preżenti ta' soġġorn qasir taqra kif ġej: “mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum, li jinkludi li jitqies il-perjodu ta' 180 jum li jippreċedi kull jum ta' soġġorn”. Din id-definizzjoni daħlet fis-seħħ fit-18 ta' Ottubru 2013 u tinsab fil-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Il-jum tad-dħul jiġi kkalkulat bħala l-ewwel jum tas-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri u l-jum tal-ħruġ jiġi kkalkulat bħala l-aħħar jum tas-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri. Il-kunċett ta' “kwalunkwe” jimplika l-applikazzjoni ta' perjodu ta' referenza “mobbli” ta' 180 jum, f'kull ġurnata tas-soġġorn b'ħarsa lura għall-aħħar perjodu ta' 180 jum, sabiex jiġi vverifikat jekk ir-rekwiżit ta' 90/180 jum jibqgħax jiġi ssodisfat. Dak ifisser li assenza għal perjodu mhux interrott ta' 90 jum tippermetti li jkun hemm soġġorn ġdid ta' mhux aktar minn 90 jum.

Eżempju tal-kalkolu tas-soġġorn fuq il-bażi tad-definizzjoni attwali:

Persuna li jkollha viża għal dħul multiplu, valida għal sena (1) (18.4.2010 — 18.4.2011) tidħol għall-ewwel darba fid-19.4.2010 u toqgħod hemm tliet ijiem. Imbagħad dik il-persuna tidħol mill-ġdid fit-18.6.2010 u toqgħod hemm 86 jum. X'inhi s-sitwazzjoni f'dati speċifiċi? Din il-persuna meta se titħalla tidħol mill-ġdid?

Fil-11.9.2010: tul l-aħħar 180 jum (16.3.2010 — 11.9.2010) il-persuna kienet qagħdet hemm tliet ijiem (19.4.2010 — 21.4.2010) flimkien ma' 86 jum (18.6.2010 — 11.9.2010) = 89 jum = mhux każ ta' soġġorn b'awtorizzazzjoni skaduta. Il-persuna tista' tibqa' għal massimu ta' ġurnata oħra.

Mis-16.10.2010: il-persuna tista' tidħol għal soġġorn ta' tliet ijiem addizzjonali (fis-16.10.2010 is-soġġorn fid-19.4.2010 isir irrilevanti (lil hinn mill-perjodu ta' 180 jum); fis-17.10.2010 is-soġġorn fl-20.4.2010 isir irrilevanti (lil hinn mill-perjodu ta' 180 jum; eċċ.)).

Mill-15.12.2010: il-persuna tista' tidħol għal soġġorn ta' 86 jum addizzjonali (fil-15.12.2010 is-soġġorn fit-18.6.2010 isir irrilevanti (lil hinn mill-perjodu ta' 180 jum); fis-16.12.2010 is-soġġorn fid-19.6.2010 isir irrilevanti, eċċ.).

1.5.   Sitwazzjoni rigward l-Istati Membri li daħlu fl-Unjoni Ewropea fl-2004 u fl-2007 mingħajr ma kienu għadhom ġew integrati għalkollox fiż-żona Schengen, l-Istati Membri li ma jipparteċipawx fil-politika komuni tal-Unjoni dwar il-viżi u l-pajjiżi assoċjati

Huma biss il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija, li għadhom mhux qed jimplimentaw għalkollox l-acquis ta' Schengen. Dawn se jkomplu joħorġu viżi nazzjonali b'validità limitata għat-territorju nazzjonali tagħhom stess. Ladarba dawk l-Istati Membri jimplimentaw għalkollox l-acquis ta' Schengen, huma se jkomplu japplikaw il-Ftehim.

Il-liġi nazzjonali tibqa' tapplika għall-kwistjonijiet kollha mhux koperti mill-Ftehim sad-data tal-implimentazzjoni totali tal-acquis ta' Schengen minn dawk l-Istati Membri. Minn dik id-data, ir-regoli ta' Schengen u/jew il-liġi nazzjonali għandha tapplika għal kwistjonijiet mhux koperti mill-Ftehim.

Il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija huma awtorizzati li jirrikonoxxu l-permessi ta' residenza, il-viżi D u l-viżi għal soġġorn qasir maħruġa mill-Istati Membri ta' Schengen u l-pajjiżi assoċjati għal soġġorn qasir fit-territorju tagħhom (6).

Skont l-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (7), l-Istati Membri ta' Schengen kollha huma obbligati li jirrikonoxxu viżi għal soġġorn twil u l-permessi ta' residenza maħruġa minn xulxin bħala validi għal soġġorni qosra fit-territorji ta' xulxin. L-Istati Membri ta' Schengen jaċċettaw il-permessi ta' residenza, il-viżi D u l-viżi għal żjarat qosra ta' pajjiżi assoċjati għal dħul u soġġorni qosra u viċi versa.

Il-Ftehim ma japplikax għad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit iżda jinkludi dikjarazzjonijiet konġunti dwar kemm ikun xieraq li dawk l-Istati Membri jikkonkludu ftehimiet bilaterali dwar l-iffaċilitar tal-viżi mal-Ġeorġja.

Għalkemm assoċjati ma' Schengen, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera mhumiex koperti mill-Ftehim.

1.6.   Il-Ftehim u ftehimiet bilaterali

L-Artikolu 13 tal-Ftehim jipprevedi li

“Mid-dħul tiegħu fis-seħħ, dan il-Ftehim għandu jieħu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta' kwalunkwe ftehimiet bilaterali jew multilaterali jew arranġamenti konklużi bejn l-Istati Membri individwali u l-Ġeorġja, safejn id-dispożizzjonijiet ta' dawn il-ftehimiet jew arranġamenti jkopru kwistjonijiet li huma indirizzati mill-Ftehim preżenti.”.

Mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tal-Ftehimiet bilaterali fis-seħħ bejn l-Istati Membri u l-Ġeorġja dwar kwistjonijiet koperti mill-Ftehim ma jibqgħux japplikaw. F'konformità mal-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jeliminaw l-inkompatibilitajiet bejn il-ftehimiet bilaterali tagħhom u l-Ftehim.

F'każ li xi Stat Membru jkun ikkonkluda ftehim bilaterali jew arranġament mal-Ġeorġja dwar kwistjonijiet mhux koperti mill-Ftehim, pereżempju billi jipprevedi l-eżenzjoni mill-obbligu ta' viża għal detenturi ta' passaporti ta' servizz, dik l-eżenzjoni tkompli tapplika wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

L-Istati Membri li ġejjin għandhom ftehimiet bilaterali mal-Ġeorġja li jipprevdu eżenzjoni mill-obbligu tal-viża għal detenturi ta' passaporti ta' servizz: il-Bulgarija, Ċipru, il-Latvja, l-Ungerija, ir-Rumanija u s-Slovakkja.

L-eżenzjoni mill-viża għad-detenturi ta' passaporti ta' servizz konċessi minn Stat Membru tapplika biss għall-ivvjaġġar fit-territorju ta' dak l-Istat Membru u mhux għall-ivvjaġġar lejn Stati Membri oħra ta' Schengen.

1.7.   Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-armonizzazzjoni ta' informazzjoni dwar proċeduri għall-ħruġ ta' viżi għal soġġorn qasir u dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati meta ssir l-applikazzjoni għal viżi għal soġġorn qasir

Dikjarazzjoni Konġunta ġiet annessa mal-Ftehim li jirreferi għall-impenn tal-Partijiet biex jipprovdu informazzjoni koerenti u uniformi liċ-ċittadini tal-Ġeorġja dwar l-aċċess għal missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri u dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni għal viżi u dwar il-validità tal-viżi maħruġa. Dik l-informazzjoni hija disponibbli fuq is-sit elettroniku tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Ġeorġja: http://www.eeas.europa.eu/delegations/georgia/travel_eu/visa/index_en.htm.

L-Artikolu 47 tal-Kodiċi dwar il-Viżi jistabbilixxi l-obbligu tal-awtoritajiet ċentrali u l-konsulati tal-Istati Membri li jipprovdu lill-pubbliku ġenerali l-informazzjoni rilevanti kollha rigward l-applikazzjoni għal viża.

Il-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari huma mitluba biex ixerrdu b'mod wiesa' din l-informazzjoni (fuq it-tabelli ta' informazzjoni, f'fuljetti, fuq siti elettroniċi, eċċ.) u li jxerrdu wkoll informazzjoni preċiża dwar il-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta' viżi, ir-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri fil-Ġeorġja u l-lista armonizzata tal-UE ta' dokumentazzjoni ġustifikattiva meħtieġa.

1.8.   Informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tal-Ġeorġja dwar il-Ftehim

Sabiex tingħata informzzjoni korretta liċ-ċittadini tal-Ġeorġja dwar il-vantaġġi tal-Ftehim u dwar il-missjonijiet diplomatiċi u s-servizzi konsulari tal-Istati Membri fejn l-applikazzjonijiet għal viża jistgħu jiġu ppreżentati, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Ġeorġja ħoloq ħolqa speċjali fejn dik l-informazzjoni hija disponibbli. L-indirizz tas-sit web:

http://mfa.gov.ge/index.php?lang_id=GEO&sec_id=95&info_id=13448

II.   DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

2.1.   Regoli li japplikaw għall-applikanti kollha għal viża

Ta' min ifakkar li l-faċilitazzjonijiet imsemmija hawn taħt rigward it-tariffa tal-viża, it-tul tal-proċeduri għall-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għall-viża u l-estensjoni tal-viża f'ċirkostanzi eċċezzjonali japplikaw għall-applikanti kollha għal viża, inkluż it-turisti.

2.1.1.   Tariffa tal-viża

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tal-Ftehim jipprevedi li:

“1.   It-tariffa għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet ta' ċittadini tal-Ġeorġja tammonta għal EUR 35.”.

Skont l-Artikolu 6(1) tal-Ftehim, it-tariffa għall-ipproċessar ta' applikazzjoni għall-viża hija ta' EUR 35. Dik it-tariffa tapplika għall-applikanti kollha mill-Ġeorġja għal viża (inkluż it-turisti) u tirrigwarda viżi għal soġġorni qosra, irrispettivament min-numru ta' dħul.

L-Artikolu 6(2) tal-Ftehim jipprevedi li:

“2.   Meta l-Istati Membri jikkooperaw ma' fornitur estern ta' servizz, jista' jintalab ħlas għas-servizz addizzjonali. It-tariffa għas-servizz għandha tkun proporzjonat mal-ispejjeż li jġarrab il-fornitur estern ta' servizz meta jkun qed iwettaq il-kompiti tiegħu u m'għandhiex taqbeż EUR 30. L-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati għandu/għandhom iżommu l-possibbiltà għall-applikanti kollha li jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom direttament fil-konsulati tiegħu/tagħhom.”.

Rigward il-modalitajiet ta' kooperazzjoni ma' fornituri tas-servizzi esterni, l-Artikolu 43 tal-Kodiċi dwar il-Viżi jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar il-kompiti tagħhom.

L-Artikolu 6(3) tal-Ftehim jipprevedi li:

“3.   It-tariffi għall-ipproċessar tal-applikazzjoni għall-viża jitneħħew għal dawn il-kategoriji ta' ċittadini:

(a)

pensjonanti;” (N.B. Sabiex jibbenefikaw mill-eżenzjoni mit-tariffa għal din il-kategorija, l-applikanti għal viża għandhom jippreżentaw evidenza li turi l-istatus tagħhom ta' pensjonant. L-eżenzjoni mit-tariffa mhijiex ġustifikata f'każijiet fejn l-għan tal-vjaġġ huwa attività bi ħlas.);

“(b)

tfal taħt l-età ta' 12-il sena;” (N.B. sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni mit-tariffa għal din il-kategorija, l-applikanti għal viża jridu jġibu provi tal-età tagħhom.);

“(c)

il-membri ta' gvernijiet nazzjonali u reġjonali u tal-qrati Kostituzzjonali u Supremi, jekk ma jkunux eżentati mir-rekwiżit tal-viża b'dan il-Ftehim;” (N.B. sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni mit-tariffa għal din il-kategorija, l-applikanti għal viża jridu jġibu provi mingħand l-awtoritajiet tal-Ġeorġja li juru l-pożizzjoni tagħhom.);

“(d)

persuni b'diżabilità u l-persuni li jakkumpanjawhom, jekk meħtieġ”; (N.B. sabiex ikunu jistgħu igawdu mill-eżenzjoni mit-tariffa għal din il-kategorija, trid tinġieb evidenza li turi li ż-żewġ applikanti għal viża jaqgħu taħt din il-kategorija.).

Sabiex jibbenefikaw mill-eżenzjoni mit-tariffa għal din il-kategorija, l-applikanti għal viża jridu jġibu “ċertifikat ta' Diżabilità tal-Ġeorġja” (tal-ewwel jew it-tieni grad) maħruġ mill-Ministeru tas-Saħħa, ix-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali jew ċertifikat maħruġ minn sptarijiet jew kliniki pubbliċi jew privati. F'każijiet fejn id-diżabbiltà tal-applikanti għal viża hi ovvja (persuni għomja, b'sieq nieqsa), ir-rikonoxximent viżwali fis-servizz konsulari huwa aċċettabbli. Fil-prinċipju, l-ebda dokumenti addizzjonali m'huma meħtieġa minn persuni li jakkumpanjaw.

F'każijiet ġustifikati l-applikazzjoni għal viża tista' tiġi ppreżentata minn rappreżentant jew tutur tal-persuna b'diżabbiltà.

“(e)

qraba mill-viċin — konjuġi, ulied (inklużi dawk adottati), ġenituri (inklużi kustodji), nanniet jew neputijiet — li jkunu qed iżuru ċittadini tal-Ġeorġja legalment residenti fit-territorju ta' Stat Membru;”.

Il-punt (e) tal-Artikolu 6(3) tal-Ftehim jirregola s-sitwazzjoni ta' qraba mill-viċin mill-Ġeorġja li jkunu qed jivvjaġġaw lejn l-Istati Membri biex iżuru ċittadini tal-Ġeorġja legalment residenti fit-territorju tal-Istati Membri.

“(f)

membri ta' delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Ġeorġja, ikunu se jipparteċipaw f'laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta' skambju, kif ukoll f'avvenimenti organizzati fit-territorju tal-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernattivi;

(g)

tfal tal-iskola, studenti, studenti gradwati u għalliema li jakkumpanjawhom li jivvjaġġaw għall-iskop ta' studju jew taħriġ edukattiv, inklużi programmi ta' skambju kif ukoll attivitajiet oħra marbuta mal-iskola;

(h)

ġurnalisti u persuni akkreditati li jkunu qed jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali;” (N.B. sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni mit-tariffa għal din il-kategorija, l-applikanti għal viża jridu jġibu provi li huma membri ta' organizzazzjoni professjonali ġurnalistika jew tal-media.);

“(i)

parteċipanti f'avvenimenti internazzjonali tal-isport u l-persuni li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali;” (N.B Sostenituri m'għandhomx jitqiesu bħala persuni li jkunu qed jakkumpanjaw.);

“(j)

rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili meta jagħmlu vjaġġi għall-iskopijiet ta' taħriġ edukattiv, seminars, konferenzi, inklużi fil-qafas ta' programmi ta' skambju:

(k)

persuni li jieħdu sehem f'attivitajiet xjentifiċi, kulturali jew artistiċi, inklużi programmi universitarji u programmi oħrajn ta' skambju;

(l)

persuni li jkunu ppreżentaw dokumenti li jippruvaw il-ħtieġa li jivvjaġġaw għal raġunijiet umanitarji, inkluż biex jirċievu trattament mediku urġenti u l-persuna li takkumpanjahom, jew li jattendu funeral ta' qarib mill-viċin jew biex iżuru qarib mill-viċin li għandu mard serju.”.

Tingħata eżenzjoni mit-tariffa lill-kategoriji ta' persuni msemmija hawn fuq. Barra minn hekk, it-tariffa tkun ukoll eżentata skont l-Artikolu 16(4) tal-Kodiċi dwar il-Viżi.

Kif iddikjarat fl-Artikolu 16(6) tal-Kodiċi dwar il-Viżi “f'każijiet individwali, l-ammont tat-tariffa tal-viża li għandha tiġi imposta tista' tiġi eżentata jew imnaqqsa meta dan isir biex jippromwovi interessi kulturali jew sportivi kif ukoll interessi fil-qasam tal-politika estera, il-politika tal-iżvilupp u oqsma oħrajn ta' interess pubbliku vitali jew għal raġunijiet umanitarji.”.

L-Artikolu 16(7) tal-Kodiċi dwar il-Viżi jippreevi li t-tariffa tal-viża għandha tiġi imposta f'euro, fil-munita nazzjonali tal-pajjiż terz jew fil-munita li normalment tintuża fil-pajjiż terz fejn qiegħda tiġi ppreżentata l-applikazzjoni, u għandha tkun mingħajr il-possibbiltà ta' rifużjoni minbarra fil-każ ta' applikazzjoni inammissibbli jew jekk il-konsulat mhuwiex kompetenti.

Meta t-tariffa tkun imposta f'valuta li mhijiex l-euro, l-ammont tat-tariffa tal-viża impost f'dik il-valuta għandu jkun determinat u rivedut b'mod regolari bl-applikazzjoni tar-rata tal-kambju ta' referenza esterna tal-euro stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew. L-ammont impost jista' jiġi arrodontit u l-konsulati għandhom jiżguraw li jiġu imposti tariffi simili skont arranġamenti ta' kooperazzjoni lokali ta' Schengen.

Sabiex jiġu evitati diskrepanzi li jistgħu jwasslu għal visa shopping, il-missjonijiet diplomatiċi u s-servizzi konsulari tal-Istati Membri fil-Ġeorġja għandhom jiżguraw l-istess tariffi tal-viża għal applikanti kollha għal viża tal-Ġeorġja meta l-ammont tat-tariffa tal-viża jkun impost f'munita barranija.

L-applikanti għal viża tal-Ġeorġja jingħataw riċevuta għat-tariffa tal-viża mħallsa skont l-Artikolu 16(8) tal-Kodiċi dwar il-Viżi.

2.1.2.   Tul tal-proċeduri għall-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għall-viża

L-Artikolu 7 tal-Ftehim jipprevedi li:

“1.   Missjonijiet diplomatiċi u servizzi konsulari tal-Istati Membri għandhom jieħdu deċiżjoni fuq it-talba li tinħareġ viża fi żmien għaxart (10) ijiem mid-data ta' meta tasal l-applikazzjoni u d-dokumenti meħtieġa għall-ħruġ tal-viża.

2.   Il-perjodu ta' żmien għat-teħid ta' deċiżjoni dwar applikazzjoni għall-viża jista' jkun estiż sa 30 jum kalendarju f'każijiet individwali, notevolment meta jkun jinħtieġ aktar skrutinju tal-applikazzjoni.

3.   Il-perjodu ta' żmien għat-teħid ta' deċiżjoni dwar applikazzjoni għall-viża jista' jitnaqqas għal jumejn (2) jew inqas f'każijiet urġenti.”.

Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-viża tittieħed, bħala prinċipju, fi żmien 10 ijiem kalendarji mid-data ta' meta tasal l-applikazzjoni għal viża li hi ammissibli.

Dak il-perjodu jista' jkun estiż sa 30 jum kalendarju meta jkun hemm bżonn ta' aktar skrutinju, pereżempju għall-konsultazzjoni mal-awtoritajiet ċentrali.

Dawk l-iskadenzi kollha jibdew jiddekorru biss meta jitlesta l-fajl tal-applikazzjoni għal viża, jiġifieri mid-data ta' meta tasal l-applikazzjoni għall-viża flimkien mad-dokumenti ġustifikattivi.

Fil-każ ta' missjonijiet diplomatiċi u servizzi konsulari tal-Istati Membri li jkollhom sistema ta' appuntamenti, il-perjodu ta' żmien biex jinkiseb appuntament ma jingħaddx bħala parti miż-żmien tal-ipproċessar. Ir-regoli ġenerali stipulati fl-Artikolu 9 tal-Kodiċi dwar il-Viżi huma applikabbli għal din il-kwistjoni kif ukoll għall-modalitajiet prattiċi għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għal viża. B'mod partikolari, meta jkun meħtieġ appuntament għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għal viża, bħala regola, dan għandu jsir fi żmien ġimagħtejn mid-data meta jkun intalab l-appuntament.

Meta jiġi stabbilit l-appuntament, għandha titqies l-urġenza possibbli mitluba mill-applikant għal viża. Id-deċiżjoni dwar perjodu mnaqqas għat-teħid ta' deċiżjoni dwar applikazzjoni għall-viża kif definit fl-Artikolu 7(3) tal-Ftehim tittieħed mill-uffiċjal konsolari.

Konformement mal-Manwal għall-ipproċessar ta' applikazzjonijiet tal-viża u l-modifiki fuq viżi maħruġa (Parti 2, punt 3.2.2), il-kapaċità tal-konsolati tal-Istati Membri fil-Ġeorġja li jipproċessaw l-applikazzjonijiet tal-viża għandha tkun adattata sabiex tirrispetta l-iskadenza ta' ġimagħtejn għal appuntament prevista fil-Kodiċi dwar il-Viżi, inkluż matul l-eqqel staġunijiet.

F'każijiet ġustifikati ta' urġenza (fejn ma setgħatx issir applikazzjoni għall-viża aktar kmieni għal raġunijiet li ma setgħux jiġu previsti mill-applikant għall-viża), appuntament (skont l-Artikolu 9(3) tal-Kodiċi dwar il-Viżi) għandu jingħata minnufih jew għandu jiġi permess aċċess dirett għall-ippreżentar tal-applikazzjoni.

Barra hekk, il-konsolat jista' jiddeċiedi li jistabilixxi proċedura ta' “azzjoni rapida” għall-ippreżentar tal-applikazzjonijiet għal viża sabiex jirċievi ċerti kategoriji ta' applikanti għal viża.

2.1.3.   Estensjoni tal-viża f'ċirkostanzi eċċezzjonali

L-Artikolu 9 tal-Ftehim jipprevedi li:

“Il-perjodu ta' validità u/jew it-tul tas-soġġorn ta' viża maħruġa ta' ċittadin tal-Ġeorġja għandhom jiġu estiżi fejn l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tqis li d-detentur tal-viża jkun ipprovda prova ta' force majeure jew raġunijiet umanitarji li ma ħallewhx jitlaq mit-territorju tal-Istati Membri qabel l-iskadenza tal-perjodu ta' validità jew tad-durata tas-soġġorn awtorizzat mill-viża. Din l-estensjoni għandha tingħata mingħajr ħlas.”.

Rigward il-possibbiltà ta' estensjoni tal-validità tal-viża f'każijiet ta' raġunijiet personali ġustifikati, fejn id-detentur tal-viża ma jkollux il-possibbiltà li jitlaq mit-territorju tal-Istat Membru sad-data indikat fuq l-istiker tal-viża, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 33 tal-Kodiċi dwar il-Viżi għandhom japplikaw sakemm dawn ikunu kompatibbli mal-Ftehim. Madankollu, taħt il-Ftehim l-estensjoni tal-viża issir f'każ ta' force majeure jew raġunijiet umanitarji.

2.2.   Regoli ġodda li japplikaw għal ċerti kategoriji ta' applikanti għal viża

2.2.1.   Provi dokumentati dwar l-għan tal-vjaġġ

Għall-kategoriji kollha tal-persuni elenkati fl-Artikolu 4(1) tal-Ftehim, tkun meħtieġa biss l-evidenza dokumentarja indikata li tagħti prova tal-għan tal-vjaġġ. Kif iddikjarat fl-Artikolu 4(3) tal-Ftehim, l-ebda ġustifikazzjoni, stedina jew validazzjoni oħra li tikkonċerna l-għan tal-vjaġġ ma tkun meħtieġa. Madankollu, dan ma jfissirx eżenzjoni mir-rekwiżit ġenerali li persuna għandha tissottometti personalment l-applikazzjoni tal-viża u d-dokumenti ta' prova rigward il-mezzi ta' sussistenza, li jibqa' mhux affettwat.

Jekk f'każijiet individwali jkun għad fadal xi dubji rigward l-awtentiċità tad-dokument li juri l-għan reali tal-vjaġġ, l-applikant għal viża għandu jissejjaħ għal intervista fil-fond addizzjonali fl-ambaxxata/fil-konsolat fejn dak l-applikant jista' jiġi mistoqsi dwar l-iskop effettiv taż-żjara jew dwar l-intenzjoni tal-applikant li jirritorna (skont l-Artikolu 21(8) tal-Kodiċi dwar il-Viżi). F'każijiet individwali bħal dawn, jistgħu jiġu provduti dokumenti addizzjonali mill-applikant għal viża jew jistgħu jintalbu b'mod eċċezzjonali mill-uffiċjal konsulari. Il-Kumitat Konġunt se jmmonitorja mill-qrib dik il-kwistjoni.

Għall-kategoriji ta' persuni mhux imsemmija fl-Artikolu 4(1) tal-Ftehim (pereżempju turisti), ir-regoli ġenerali rigward dokumentazzjoni li sservi ta' prova tal-għan tal-vjaġġ ikomplu japplikaw. L-istess japplika għal dokumenti rigward il-kunsens tal-ġenituri għall-ivvjaġġar ta' tfal taħt it-18-il sena.

Ir-regoli ta' Schengen u l-liġi nazzjonali għandhom japplikaw fi kwistjonijiet li mhumiex koperti mill-Ftehim, bħal rikonoxximent ta' dokumenti tal-ivvjaġġar u l-garanziji dwar ir-ritorn u l-mezzi suffiċjenti ta' sussistenza.

Fil-prinċipju, it-talba, ċertifikat, dokument jew ittra oriġinali meħtieġ mill-Artikolu 4(1) tal-Ftehim jiġu sottomessi mal-applikazzjoni għall-viża. Madankollu, il-konsulat jista' jibda l-ipproċessar tal-applikazzjoni għall-viża b'facsimile jew kopji tat-talba, ċertifikat, dokument jew ittra. Madankollu, il-konsulat jista' jitlob id-dokument oriġinali fil-każ tal-ewwel applikazzjoni għal viża u se jitolbuh f'każijiet individwali fejn ikun hemm dubji.

L-Artikolu 4(1) tal-Ftehim jipprevedi li:

“1.   Għall-kategoriji li ġejjin ta' ċittadini tal-Ġeorġja, id-dokumenti li ġejjin huma biżżejjed sabiex jiġġustifikaw l-għan tal-vjaġġ lejn il-Parti l-oħra:

(a)

għal qraba mill-viċin — konjuġi, ulied (inklużi dawk adottati), ġenituri (inklużi kustodji), nanniet u neputijiet — li jkunu qed iżuru ċittadini tal-Ġeorġja legalment residenti fit-territorju tal-Istati Membri:

talba bil-miktub mill-persuna ospitanti;”.

Il-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tal-Ftehim jirregola s-sitwazzjoni ta' qraba mill-viċin mill-Ġeorġja li jkunu qed jivvjaġġaw lejn l-Istati Membri biex iżuru ċittadini tal-Ġeorġja legalment residenti fit-territorju tal-Istati Membri. Din il-faċilitazzjoni ma tapplikax għaċ-ċċittadini tal-Unjoni li jgħixu fl-Unjoni li jistiednu lil qraba mill-Ġeorġja.

L-awtentiċità tal-firma tal-persuna li tagħmel l-istedina trid tkun iċċertifikata mill-awtorità kompetenti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiż ta' residenza.

Huwa wkoll meħtieġ li tingħata prova tar-residenza legali tal-persuna li tagħmel l-istedina u anke tar-rabta familjari; pereżempju billi, flimkien mat-talba bil-miktub mill-persuna li tospita, jiġu pprovduti kopji ta' dokumenti li jispjegaw l-istatus ta' dik il-persuna, bħal fotokopja tal-permess tar-residenza, u dokument li jikkonfermaw ir-rabtiet familjari.

Dik id-dispożizzjoni tapplika wkoll għal qraba ta' persunal li jaħdmu f'missjonijiet diplomatiċi u konsulati li jivvjaġġaw għal żjara lill-familja ta' mhux aktar minn 90 jum fit-territorju tal-Istati Membri minbarra l-ħtieġa li tinġieb prova ta' residenza legali u tar-rabtiet familjari.

“(b)

għal membri ta' delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali lill-Ġeorġja, għandhom jipparteċipaw f'laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta' skambju, kif ukoll f'avvenimenti li jsiru fit-territorju tal-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernattivi:

ittra maħruġa minn awtorità tal-Ġeorġja li tikkonferma li l-applikant hu membru tad-delegazzjoni tagħha li qed jivvjaġġa lejn it-territorju tal-Istati Membri- sabiex jipparteċipa fl-avvenimenti msemmija qabel, akkumpanjata b'kopja tal-istedina uffiċċjali;”.

Isem l-applikant għal viża irid ikun indikat fl-ittra maħruġa mill-awtorità kompetenti li tikkonferma li l-persuna tkun parti mid-delegazzjoni li qed tivvjaġġa lejn it-territorju tal-Parti l-oħra biex tipparteċipa f'laqgħa uffiċjali. Isem l-applikant għal viża m'għandux neċessarjament jiġi indikat ukoll fl-istedina uffiċjali biex jieħu sehem fil-laqgħa, għalkemm dan jista' jkun neċessarju meta l-istedina uffiċjali tkun indirizzata lil persuna speċifika.

Dik id-dispożizzjoni tapplika għal membri ta' delegazzjonijiet uffiċjali irrispettivament mit-tip ta' passaport (passaport ta' servizz jew ordinarju) li jkollhom.

“(c)

għal tfal tal-iskola, studenti, persuni gradwati u għalliema li jakkumpanjawhom li jivvjaġġaw għall-iskop ta' studju jew taħriġ edukattiv, inkluż il-qafas ta' programmi ta' skambju kif ukoll attivitajiet oħra marbuta mal-iskola:

talba bil-miktub jew ċertifikat ta' reġistrazzjoni mill-università, kulleġġ jew skola ospitanti, jew karti tal-istudenti jew ċertifikati tal-korsijiet li ser jattendu għalihom;”.

Il-karti tal-istudenti jistgħu jiġu aċċettati biss bħala ġustifikazzjoni tal-iskop ta' vjaġġ meta jkunu maħruġa mill-università, kulleġġ jew skola ospitanti fejn ikun se jseħħ l-istudju jew it-taħriġ edukattiv.

“(d)

għal persuni li jivjaġġaw għal raġunijiet mediċi u persuni neċessarji biex jakkumpanjawhom:

dokument uffiċjali tal-istituzzjoni medika li jikkonferma l-ħtieġa ta' kura medika f'din l-istituzzjoni, in-neċessità tal-akkompanjament, u evidenza ta' mezzi finanzjarji suffiċjenti sabiex jitħallas it-trattament mediku;”.

Jinħtieġ li jiġi sottomess id-dokument mill-istituzzjoni medika li jikkonferma t-tliet elementi (il-ħtieġa ta' kura medika f'dik l-istituzzjoni, in-neċessità tal-akkompanjament u l-prova ta' mezzi finanzjarji suffiċjenti sabiex jitħallas it-trattament mediku).

“(e)

għal ġurnalisti u persuni akkreditati li jkunu qed jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali:

ċertifikat jew dokument ieħor maħruġ minn organizzazzjoni professjonali li jagħti prova li l-persuna kkonċernata hija ġurnalist(a) kwalifikat(a) jew persuna li qed takkumpanjah(a) f'kapaċità professjonali u dokument maħruġ minn min iħaddmu/iħaddimha li jiddikjara li l-għan tal-vjaġġ huwa li j/twettaq xogħol ġurnalistiku, jew li j/tgħin f'xogħol bħal dak;”.

Din il-kategorija ma tkoprix ġurnalisti li jkunu qed jaħdmu għal rashom u l-assistenti tagħhom.

Irid jiġi ppreżentat ċertifikat jew dokument ieħor li jipprova li l-applikant għal viża hu ġurnalist kwalifikat jew persuna akkreditata li takkumpanja f'kapaċità professjonali, u dokument maħruġ minn min iħaddem dik il-persuna li jgħid li l-għan tal-vjaġġ huwa li jitwettaq xogħol ġurnalistiku, jew li tingħata assistenza f'dak ix-xogħol.

Attwalment, ma hemm ebda assoċjazzjonijiet, ċentri, istituzzjonijiet, trade unions, jew organizzazzjonijiet oħrajn simili tal-midja professjonali eżistenti fil-Ġeorġja, li jirrappreżentaw l-interessi ta' grupp ta' ġurnalisti jew persuni akkreditati li jkunu qed jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali u li jistgħu joħorġu ċertifikat li jixhed li l-persuna hi ġurnalista professjonali jew persuna akkreditata li takkumpanjah f'kapaċità professjonali f'qasam speċifiku. Sakemm dawn l-organizzazzjonijiet jiġu stabbiliti, il-konsulati jistgħu jaċċettaw ċertifikat minn min iħaddem u akkreditazzjoni tal-istampa għal xi waħda mill-organizzazzjonijiet tal-Istati Membri.

“(f)

għal parteċipanti f'avvenimenti sportivi internazzjonali u persuni li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali:

talba bil-miktub mill-organizzazzjoni ospitanti, mill-awtoritajiet kompetenti, mill-federazzjonijiet sportivi nazzjonali jew mill-kumitati Olimpiċi nazzjonali tal-Istati Membri;”.

Il-lista ta' persuni li jakkumpanjaw fil-każ ta' avvenimenti sportivi internazzjonali jkun limitat għal dawk li jakkumpanjaw lill-isportivi f'kapaċità professjonali: allenaturi, massaġġaturi, maniġers, persunal mediku u l-kap tal-klabb sportiv. Sostenituri m'għandhomx jitqiesu bħala persuni li jkunu qed jakkumpanjaw.

“(g)

għal nies tan-negozju jew rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet tan-negozju:

talba bil-miktub mill-persuna ġuridika jew kumpanija, organizzazzjoni jew uffiċċju jew fergħa ospitanti ta' tali persuna ġuridika, jew kumpanija jew awtoritajiet statali jew lokali tal-Istati Membri jew kumitati organizzattivi jew wirjiet ta' kummerċ u industrija, konferenzi u simposji li jsiru fit-territorji tal-Istati Membri, approvata uffiċjalment mill-Kamra Statali ta' Reġistrazzjonijiet tal-Ġeorġja;”.

L-Aġenzija Nazzjonali tar-Reġistru Pubbliku ser toħroġ dokument li jikkonferma l-eżistenza ta' organizzazzjonijiet tan-negozju.

“(h)

għall-membri tal-professjonijiet li jipparteċipaw f'wirjiet internazzjonali, konferenzi, simpożji, seminars jew avvenimenti oħrajn simili organizzati fit-territorju tal-Istati Membri:

talba bil-miktub mill-organizzazzjoni li qed topsita li tikkonferma li l-persuna kkonċernata qed tipparteċipa fl-avveniment;

(i)

għar-rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili meta jagħmlu vjaġġi għall-għanijiet ta' taħriġ edukattiv, seminars, konferenzi, inklużi fil-qafas ta' programmi ta' bdil:

talba bil-miktub maħruġa mill-organizzazzjoni ospitanti, konferma li l-persuna qiegħda tirrappreżenta l-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili u ċ-ċertifikat dwar l-istabbiliment ta' organizzazzjoni bħal din mir-reġistru rilevanti maħruġ minn awtorità tal-Istat skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali;”.

Għandu jiġi ppreżentat dokument mingħand l-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili li jikkonferma li l-applikant għal viża ikun qed jirrappreżenta din l-organizzazzjoni.

L-awtorità emittenti kompetenti tal-istat tal-Ġeorġja li qed joħroġ iċ-ċertifikat dwar l-istabbiliment ta' organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili hija l-Aġenzija Nazzjonali tar-Reġistru Pubbliku.

Ir-Reġistru fejn iċ-ċertifikati dwar l-istabbiliment ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huma rreġistrati huwa l-Aġenzija Nazzjonali tar-Reġistru Pubbliku. Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Aġenzija Nazzjonali tar-Reġistru Pubbliku qed jaħdmu mal-awtoritajiet lokali dwar l-iżvilupp ta' bażi ta' dejta elettronika ta' NGOs li, meta titlesta, tkun disponibbli permezz tas-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja: https://enreg.reestri.gov.ge/main.php.

Membri tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mhumiex koperti mill-Ftehim.

“(j)

għal persuni li jkunu qed jieħdu sehem f'attivitajiet xjentifiċi, kulturali jew artistiċi, inklużi programmi universitarji u programmi oħrajn ta' bdil:

talba bil-miktub mill-organizzazzjoni li qed tospita biex jieħdu sehem ffl-attivitajiet;

(k)

għal xufiera li jwasslu tagħbijiet internazzjonali u servizzi ta' trasport ta' passiġġieri lejn it-territorji tal-Istati Membri f'vetturi reġistrati fil-Ġeorġja:

talba bil-miktub mill-kumpanija nazzjonali jew mill-assoċjazzjoni ta' trasportaturi tal-Ġeorġja li tipprovdi trasport internazzjonali bit-triq, li tistqarr l-għan, it-tul u l-frekwenza tal-vjaġġi;”.

Attwalment, fil-Ġeorġja hemm żewġ assoċjazzjonijiet nazzjonali ta' kumpaniji tat-trasport tal-Ġeorġja kompetenti biex jipprovdu talba bil-miktub għal xufiera professjonali: l-Assoċjazzjoni tat-Trasportaturi bit-Triq Internazzjonali tal-Ġeorġja (GIRCA) u l-Assoċjazzjoni ta' Trasportaturi ta' Passiġġieri bit-Triq (GACPR). It-trasportaturi li mhumiex membri ta' dawk l-assoċjazzjonijiet jistgħu jippreżentaw talba maħruġa mill-Aġenzija ta' Trasport fuq l-Art, tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Iżvilupp Sostenibbli tal-Ġeorġja. Fil-każ ta' kumpaniji magħrufa sew, il-konsulati jistgħu jaċċettaw talba bil-miktub mingħand trasportatur/kumpanija tat-trasport tal-Ġeorġja li timpjega lix-xufier. It-talba għandha tiddikjara l-għan, it-tul u l-frekwenza tal-vjaġġi.

“(l)

għal parteċipanti fil-programmi uffiċjali ta' skambju organizzati minn bliet ġemellati:

talba bil-miktub mill-Kap tal-Amministrazzjoni/mis-Sindku ta' dawn l-ibliet jew awtoritajiet muniċipali;”.

Il-Kap tal-Amministrazzjoni/is-Sindku tal-belt jew l-entità oħra tal-lokalità kompetenti li toħroġ talba bil-miktub ikun il-Kap tal-Amministrazzjoni/is-Sindku tal-belt ospitanti jew tal-lokalità fejn l-attività ta' ġemellaġġ tkun se sseħħ. Din il-kategorija tkopri biss ġemellaġġi uffiċjali.

“(m)

għal żjarat f'ċimiterji militari u ċivili.

dokument uffiċjali li jikkonferma l-eżistenza u l-preservazzjoni tal-qabar kif ukoll tar-relazzjoni familjali jew oħra bejn l-applikant u l-midfun.”.

Il-Ftehim ma jispeċifikax jekk id-dokument uffiċjali msemmi hawn fuq għandux jinħareġ mill-awtoritajiet: tal-pajjiż fejn se jkun hemm il-post tad-difna jew inkella minn dak tal-pajjiż fejn tirresjedi l-persuna li tkun trid iżżur il-post tad-difna. Għandu jiġi aċċettat li l-awtoritajiet kompetenti taż-żewġ pajjiżi jistgħu joħorġu dokument uffiċjali bħal dan.

Irid jiġi ppreżentat id-dokument uffiċjali msemmi hawn fuq li jikkonferma l-eżistenza u l-preservazzjoni tal-qabar kif ukoll tar-relazzjoni familjali jew ta' xort'oħra bejn l-applikant għal viża u l-persuna midfuna.

Dan il-Ftehim ma joħloq l-ebda regoli ġodda ta' responsabbiltà għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li joħorġu t-talbiet bil-miktub. Il-liġi tal-Unjoni u/jew nazzjonali rispettiva tapplika fil-każ ta' ħruġ falz ta' talbiet bħal dawn.

2.2.2.   Ħruġ ta' viżi għal dħul multiplu

F'każijiet fejn l-applikant għal viża jeħtieġ li jivvjaġġa sikwit jew regolarment fit-territorju tal-Istati Membri, jinħarġu viżi għal soġġorn qasir għal diversi soġġorni, sakemm it-tul totali ta' dawk iż-żjarat ma jaqbiżx id-90 jum għal kull perjodu ta' 180 jum.

L-Artikolu 5 tal-Ftehim jipprevedi li:

“1.   Il-missjonijiet diplomatiċi u s-servizzi konsulari tal-Istati Membri għandhom joħorġu viżi għal dħul multiplu bit-terminu ta' validità ta' ħames (5) snin għal dawn il-kategoriji ta' ċittadini:

(a)

konjuġi, tfal (inklużi dawk adottati) li jkunu taħt l-età ta' 21 jew ikunu dipendenti, jew ġenituri li jkunu qed iżuru ċittadini tal-Ġeorġja li jkunu legalment residenti fit-territorju tal-Istati Membri bit-terminu ta' validità limitat għat-tul tal-validità tal-awtorizzazzjoni tagħhom għal residenza legali;

(b)

membri ta' gvernijiet nazzjonali u reġjonali u ta' qrati Kostituzzjonali u Supremi jekk ma jkunux eżentati mir-rekwiżit tal-viża permezz ta' dan il-Ftehim, fil-qadi ta' dmirijiethom, b'perjodu ta' validità limitat għall-mandat tagħhom jekk dan ikun ta' inqas minn ħames (5) snin;

(c)

membri permanenti ta' delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Ġeorġja, għandhom jipparteċipaw regolarment f'laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta' skambju, kif ukoll f'avvenimenti organizzati fit-territorju tal-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernattivi;”.

Filwaqt li jitqies l-istatus professjonali ta' dawk il-kategoriji ta' persuni, jew ir-relazzjoni familjali tagħhom ma' ċittadin tal-Ġeorġja li jkun legalment residenti fit-territorju tal-Istati Membri, huwa ġustifikat li jingħataw viża għal dħul multiplu b'terminu ta' validità sa massimu ta' ħames snin, jew limitata għat-terminu tal-kariga jew għar-residenza legali tagħhom jekk dan ikun ta' inqas minn ħames snin.

Persuni li jaqgħu taħt il-punt (a) tal-Artikolu 5(1), iridu jippreżentaw prova fir-rigward tar-residenza legali tal-persuna li toħroġ l-istedina.

Fir-rigward ta' persuni li jaqgħu taħt il-punt (b) tal-Artikolu 5(1), għandha tingħata konferma rigward l-istatus professjonali tagħhom u t-tul tat-terminu tal-kariga tagħhom.

Dik id-dispożizzjoni ma tapplikax għal persuni li jaqgħu taħt il-punt (b) tal-Artikolu 5(1) jekk dawn ikunu eżentati mill-ħtieġa ta' viża mill-Ftehim, jiġifieri jekk huma detenturi ta' passaport diplomatiku.

Persuni li jaqgħu taħt il-punt (c) tal-Artikolu 5(1) iridu jippreżentaw prova rigward l-istatus permanenti tagħhom bħala membri tad-delegazzjoni uffiċjali u tal-ħtieġa li jipparteċipaw b'mod regolari f'laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta' skambju.

“2.   Missjonijiet diplomatiċi u servizzi konsulari tal-Istati Membri għandhom joħorġu viżi ta' dħul multiplu b'terminu ta' validità sa massimu ta' sena għal dawn il-kategoriji ta' persuni, jekk kemm-il darba matul is-sena ta' qabel ikunu kisbu mill-inqas viża waħda, ikunu użawha skont il-liġijiet ta' dħul u soġġorn fit-territorju tal-Istat Membru li jkunu żaru u jekk ikun hemm raġunijiet għall-ħtieġa ta' viża ta' dħul multiplu:

(a)

Membri ta' delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali, għandhom jipparteċipaw b'mod regolari f'laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta' skambju, kif ukoll f'avvenimenti li jsiru fit-territorju tal-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernattivi;

(b)

rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jivvjaġġaw b'mod regolari lejn l-Istati Membri għall-għanijiet ta' taħriġ edukattiv, seminars, konferenzi, inkluż fil-qafas ta' programmi ta' skambju;

(c)

Membri tal-professjonijiet li jipparteċipaw f'wirjiet internazzjonali, konferenzi, simpożji, seminars jew avvenimenti oħrajn simili li jivvjaġġaw b'mod regolari lejn l-Istati Membri;

(d)

persuni li jkunu qed jipparteċipaw f'attivitajiet xjentifiċi, kulturali jew artistiċi, inklużi programmi universitarji u programmi oħra ta' bdil, li jivvjaġġaw regolarment lejn l-Istati Membri;

(e)

studenti u persuni gradwati li jivvjaġġaw regolarment għall-għanijiet ta' studju jew taħriġ edukattiv, inkluż fil-qafas ta' programmi ta' bdil;

(f)

parteċipanti fi programmi uffiċjali ta' skambju organizzati minn bliet ġemellati jew awtoritajiet muniċipali;

(g)

persuni li jeħtieġu li jżuru regolarment għal raġunijiet mediċi u l-persuni meħtieġa li jakkumpanjawhom;

(h)

ġurnalisti u persuni akkreditati li jkunu qed jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali;

(i)

nies fin-negozju u rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet ta' negozju li jivvjaġġaw regolarment lejn l-Istati Membri;

(j)

parteċipanti f'avvenimenti internazzjonali tal-isport u l-persuni li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali;

(k)

xufiera li jwasslu merkanzija internazzjonali u servizzi ta' trasport ta' passiġġieri lejn it-territorji tal-Istati Membri f'vetturi reġistrati fil-Ġeorġja.

3.   Il-missjonijiet diplomatiċi u s-servizzi konsulari tal-Istati Membri għandhom joħorġu viżi għal dħul ta' aktar minn darba bit-terminu ta' validità ta' minimu ta' sentejn (2) u massimu ta' ħames (5) snin għall-kategoriji ta' persuni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, bil-kondizzjoni li fis-sentejn (2) ta' qabel ikunu użaw il-viżi ta' dħul multiplu ta' sena (1) skont il-liġijiet dwar id-dħul u s-soġġorn fit-territorju tal-Istat Membru li żaru u li r-raġunijiet għall-ħtieġa ta' viża għal dħul multiplu jkunu għadhom validi.

4.   Il-perjodu totali tas-soġġorn tal-persuni msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 ta' dan l-Artikolu m'għandux ikun itwal minn 90 jum għal kull perjodu ta' 180 jum fit-territorju tal-Istati Membri.”

Fil-prinċipju, viżi għal dħul multiplu validi għal sena jinħarġu lill-kategoriji ta' applikanti għal viża msemmija hawn fuq jekk matul is-sena ta' qabel (12-il xahar) l-applikant għal viża jkun kiseb tal-anqas viża waħda u jkun għamel użu minnha skont il-liġijiet dwar id-dħul u s-soġġorn fit-territorju jew territorji tal-Istat jew Stati Membri li jkun żar (pereżempju, il-persuna ma tkunx baqgħet aktar milli kien imissha) u hekk ikun hemm raġunijiet biex tintalab viza għal dħul multiplu. F'każijiet fejn ma jkunx ġustifikat li tinħareġ viża valida għal sena, pereżempju jekk it-tul tal-programm ta' skambju jkun ta' inqas minn sena jew il-persuna ma jkollhiex bżonn li tivvjaġġa għal sena sħiħa, il-validità tal-viża tkun ta' anqas minn sena, sakemm ir-rekwiżiti l-oħra għall-ħruġ tal-viża jkunu ssodisfati.

Viżi għal dħul multiplu b'validità minn sentejn sa ħames snin jinħarġu għall-kategoriji ta' applikanti għal viża msemmija fl-Artikolu 5(2) tal-Ftehim, sakemm matul is-sentejn ta' qabel (24 xahar) ikunu użaw il-viżi ta' sena għal dħul multiplu skont il-liġijiet dwar id-dħul u s-soġġorn fit-territorju jew territorji tal-Istat jew Stati Membri li jkunu żaru u sakemm ir-raġunijiet għat-talba ta' viża għal dħul multiplu jkunu għadhom validi. Għandu jiġi nnutat li viża b'validità minn sentejn sa ħames snin tinħareġ biss jekk l-applikant għal viża jkun ingħata żewġ viżi validi għal mill-inqas sena matul is-sentejn preċedenti, u jekk dik il-persuna tkun użat dawk il-viżi skont il-liġijiet dwar id-dħul u s-soġġorn fit-territorju jew territorji tal-Istat jew Stati Membri li tkun żaret. Il-missjonijiet diplomatiċi u s-servizzi konsulari tal-Istati Membri jiddeċiedu, abbażi tal-valutazzjoni ta' kull applikazzjoni għal viża, il-perjodu ta' validità ta' dawk il-viżi, jiġifieri minn sentejn sa ħames snin.

Rigward id-definizzjoni tal-kriterji fl-Artikolu 5(2) tal-Ftehim: “sakemm … ikun hemm raġunijiet biex tintalab viża għal dħul multiplu”, u l-Artikolu 5(3) tal-Ftehim: “sakemm … ir-raġunijiet biex tintalab viża għal dħul multiplu jkunu għadhom validi”, għandhom japplikaw il-kriterji stabbiliti fil-Kodiċi dwar il-Viżi għall-ħruġ ta' viżi għal dħul doppju. Għaldaqstant, il-persuna trid tagħti prova tal-bżonn li tivvjaġġa b'mod frekwenti lejn Stat Membru wieħed, jew aktar, pereżempju għal finijiet ta' negozju.

Ma hemm l-ebda obbligu li tinħareġ viża għal dħul multiplu jekk l-applikant għal viża ma jkunx għamel użu minn viża preċedenti.

2.2.3.   Detenturi ta' passaporti diplomatiċi

L-Artikolu 10 tal-Ftehim jipprevedi li:

“1.   Iċ-ċittadini tal-Ġeorġja li huma detenturi ta' passaporti diplomatiċi validi jistgħu jidħlu fit-territorji tal-Istati Membri, joħorġu minnhom jew jivvjaġġaw minn ġo fihom mingħajr viżi.

2.   Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu joqogħdu fit-territorju tal-Istati Membri għal perjodu mhux itwal minn 90 jum ghal kull perjodu ta' 180 jum.”.

Il-proċeduri rigward il-postazzjoni ta' diplomatiċi fl-Istati Membri mhumiex koperti bil-Ftehim. Tapplika l-proċedura ta' akkreditazzjoni normali.

III.   KOOPERAZZJONI DWAR IS-SIGURTÀ TAD-DOKUMENTI

F'Dikjarazzjoni Konġunta annessa mal-Ftehim il-Partijiet qablu li l-Kumitat Konġunt għandu jevalwa l-impatt tal-livell ta' sigurtà tad-dokumenti rispettivi tal-ivvjaġġar fuq il-funzjonament tal-Ftehim. Għal dan il-għan, il-Partijiet qablu li jinformaw lil xulxin b'mod regolari dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu biex jiġi evitat it-tifrix ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, billi jiġu żviluppati l-aspetti tekniċi tas-sigurtà tad-dokumenti tal-ivvjaġġar kif ukoll dwar il-proċess tal-personalizzazzjoni tal-ħruġ ta' dokumenti tal-ivvjaġġar.

IV.   STATISTIKA

Sabiex il-Kumitat Konġunt ikun jista' jimmonitorja b'mod effettiv l-implimentazzjoni tal-Ftehim, il-missjonijiet diplomatiċi u s-servizzi konsulari tal-Istati Membri għandhom jissottomettu statistika lill-Kummissjoni kull sitt xhur li tispeċifika għal kull xahar, b'mod partikolari u fejn possibbli:

in-numru ta' viżi għal dħul multiplu maħruġa;

in-numru ta' viżi maħruġa mingħajr tariffi.

V.   DIKJARAZZJONI TAL-UNJONI EWROPEA DWAR IL-FAĊILITAZZJONIJIET GĦALL-MEMBRI TAL-FAMILJA

Minkejja li l-Ftehim ma jinkludix drittijiet u obbligi legalment vinkolanti li jiffaċilitaw il-moviment ta' numru ikbar ta' ċittadini tal-Ġeorġja li huma membri tal-familja taċ-ċittadini tal-Ġeorġja li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri, l-Unjoni tinnota s-suġġeriment tal-Ġeorġja li tingħata definizzjoni usa' tal-kunċett tal-membri tal-familja li għandhom jibbenefikaw minn faċilitazzjoni tal-viżi kif ukoll dwar l-importanza li l-Ġeorġja tagħti lis-simplifikazzjoni tal-moviment ta' dik il-kategorija ta' persuni.

Għaldaqstant, sabiex tiġi ffaċilitata l-mobilità ta' numru estiż ta' persuni li għandhom konnessjonijiet famlijarji (b'mod partikolari l-aħwa u wliedhom) maċ-ċittadini tal-Ġeorġja li jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istati Membri, f'Dikjarazzjoni annessa mal-Ftehim, l-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri huma mistiedna jagħmlu użu sħiħ mill-possibbiltajiet eżistenti fl-acquis għall-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi lil dik il-kategorija ta' persuni, inkluż, b'mod partikolari, is-simplifikazzjoni tal-evidenza dokumentarja mitluba mill-applikanti, l-eżenzjonijiet mit-tariffi tal-ipproċessar u, fejn xieraq, il-ħruġ ta' viżi ta' dħul multiplu.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dak ir-rekwiżit, (ĠU L 81 21.3.2001, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).

(3)  Ara wkoll il-punt 1.7.

(4)  Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).

(5)  Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal- fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 u Nru 539/2001, u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 1).

(6)  Deċiżjoni Nru 565/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tintroduċi reġim simplifikat għall-kontroll tal-persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija ta' ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għat-tranżitu minn jew permanenzi intiżi fit-territorji tagħhom li ma jaqbżux id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum u li tħassar id-Deċiżjonijiet Nru 895/2006/KE u Nru 582/2008/KE (ĠU L 157, 27.5.2014, p. 23).

(7)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.


7.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/88


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1781

tal-5 ta' Ottubru 2016

li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE f'dak li għandu x'jaqsam mad-dħul ta' entrata għal Saint Pierre u Miquelon fil-lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet minnhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, ta' bżieżaq tal-awrina u ta' msaren ittrattati

(notifikata bid-dokument C(2016) 6287)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikulari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt (4) tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (2) tistabbilixxi, fost l-oħrajn, il-kundizzjonijiet għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' konsenji ta' ċerti prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, ta' bżieżaq tal-awrina u ta' msaren ittrattati li jkun sarilhom xi wieħed mit-trattamenti stipulati fil-Parti 4 tal-Anness II tagħha (“il-prodotti”), inkluża lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet minnhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-prodotti.

(2)

Il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet minnhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-prodotti, sakemm il-prodotti jkun sarilhom it-trattament rilevanti msemmi f'dik il-Parti tal-Anness II. Dawk it-trattamenti għandhom l-għan li jeliminaw ċerti riskji għas-saħħa tal-annimali marbutin ma' dawk il-prodotti speċifiċi. Il-Parti 4 ta' dak l-Anness tistabbilixxi t-trattament “A” li mhuwiex speċifiku u t-trattamenti “B” sa “F” li huma speċifiċi, imniżżlin skont il-gravità tar-riskju għas-saħħa tal-annimali marbut mal-prodott speċifiku.

(3)

Il-Kollettività Territorjali ta' Saint Pierre u Miquelon talbet li titniżżel fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE bħala Kollettività li hi awtorizzata tintroduċi l-prodotti tal-laħam tat-tjur fl-Unjoni. Waqt il-proċess ta' manifattura tal-laħam tat-tjur f'Saint Pierre u Miquelon, il-prodott tal-laħam tat-tjur ikkonċernat isirlu trattament bis-sħana skont it-trattament speċifiku “D” imsemmi fil-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE.

(4)

Il-Kollettività Territorjali ta' Saint Pierre u Miquelon bagħtet dokumenti komprensivi u sodisfaċenti dwar il-qagħda tas-saħħa tat-tjur u dwar is-sistemi għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li hemm fis-seħħ.

(5)

Għalhekk huwa xieraq li l-Kollettività Territorjali ta' Saint Pierre u Miquelon tiġi inkluża fil-lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet minnhom stabbilita fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE b'indikazzjoni tat-trattament “D” fil-kolonna għat-tjur u għall-annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija għal skopijiet kummerċjali (ħlief għall-għasafar li ma jtirux).

(6)

Għaldaqstant, il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE għandha tiġi emendata kif xieraq.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta' Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49).


ANNESS

L-entrata li ġejja għal Saint Pierre u Miquelon qed tiddaħħal fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE bejn l-entrata għal New Zealand u l-entrata għall-Paragwaj:

“PM

Saint Pierre u Miquelon

XXX

XXX

XXX

XXX

D

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX”


7.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/90


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1782

tal-5 ta' Ottubru 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-inklużjoni tal-Litwanja fil-lista tal-Istati Membri fejn hemm stabbilit programm approvat ta' kontroll nazzjonali għall-marda Aujeszky u li taġġorna l-lista tal-istituti nazzjonali fl-Anness III

(notifikata bid-dokument C(2016) 6288)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u partikolarment l-Artikolu 9(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tistipula r-regoli applikabbli għall-kummerċ ta' annimali bovini u suwini fl-Unjoni. Skont l-Artikolu 5(1) ta' dik id-Direttiva, il-ħnieżer għandhom ikunu akkumpanjati matul it-trasport b'ċertifikat tas-saħħa li jikkonforma mal-mudell 2 stipulat fl-Anness F ta' dik id-Direttiva (“il-mudell 2”). L-Artikolu 9(1) ta' dik id-Direttiva jistipula li Stat Membru li għandu programm nazzjonali obbligatorju ta' kontroll għall-eradikazzjoni tal-marda Aujeszky jista' jippreżenta l-programm tiegħu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. L-Artikolu 9(2) jistabbilixxi l-kriterji għal dik l-approvazzjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE (2) tistabbilixxi l-garanziji addizzjonali għall-moviment tal-ħnieżer bejn Stat Membru u ieħor. Dawk il-garanziji huma marbuta mal-klassifikazzjoni tal-Istati Membri skont l-istatus tagħhom tal-marda għall-marda Aujeszky. L-Anness II ta' dik id-Deċiżjoni jelenka l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom fejn jinsabu fis-seħħ programmi nazzjonali ta' kontroll approvati għall-eradikazzjoni tal-marda ta' Aujeszky. L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jispeċifika wkoll l-informazzjoni li għandha tiddaħħal fil-mudell 2, fir-rigward tar-referenzi għal dik id-Deċiżjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/798/UE (3) emendat id-Direttiva 64/432/KEE, inkluż il-mudell 2. B'konsegwenza ta' dan jeħtieġ li jiġi emendat l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 2008/185/KE.

(4)

Il-Litwanja ressqet id-dokumentazzjoni ta' sostenn lill-Kummissjoni dwar programm ta' kontroll nazzjonali obbligatorju għall-eradikazzjoni tal-marda ta' Aujeszky fit-territorju kollu tagħha u applikat għall-inklużjoni fil-lista fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE.

(5)

Wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni ta' sostenn imressqa mil-Litwanja, dak l-Istat Membru għandu jiġi elenkat fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE bħala Stat Membru jew reġjun tiegħu fejn hemm fis-seħħ programmi approvati ta' kontroll nazzjonali għall-qerda tal-marda Aujeszky.

(6)

L-Anness III tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jelenka l-istituzzjonijiet responsabbli għall-evalwazzjoni tat-testijiet u l-kits għall-assaġġi ta' immunoassorbiment enżimatiku (ELISA), għall-kontroll tal-kwalità tal-metodu ELISA għas-sejba ta' antikorpi għall-virus tal-marda Aujeszky f'kull Stat Membru, u b'mod partikolari għall-produzzjoni u l-istandardizzazzjoni tas-sjeri li huma referenza nazzjonali skont is-sjeru Komunitarju ta' referenza. Ċerti Stati Membri għarrfu lill-Kummissjoni dwar il-bidliet rilevanti tal-ismijiet u l-indirizzi ta' dawk l-istituti nazzjonali elenkati. Għaldaqstant, l-Anness III tad-Deċiżjoni 2008/185/KE għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Id-Deċiżjoni 2008/185/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2008/185/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Għall-annimali tal-ispeċi porċina destinati għall-Istati Membri jew għar-reġjuni elenkati fl-Anness I jew II, fil-punt II.3.3.1 tas-Sezzjoni C taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-mudell 2 tal-Anness F tad-Direttiva 64/432/KEE li jakkumpanja lil dawk l-annimali, in-numru xieraq tal-Artikolu ta' din id-Deċiżjoni għandu jiddaħħal fl-ispazju vojt li għandu jimtela taħt dak il-punt.”

(2)

L-Annessi II u III huma emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE tal-21 ta' Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f'kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta' Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda (ĠU L 59, 4.3.2008, p. 19).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/798/UE tat-13 ta' Novembru 2014 li temenda l-Anness F tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 64/432/KEE rigward il-format tal-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Unjoni u r-rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa relatati mat-Trichinella għall-kummerċ tas-suwini domestiċi ġewwa l-Unjoni (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 50).


ANNESS

L-Annessi II u III tad-Deċiżjoni 2008/185/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness II huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS II

L-Istati Membri jew reġjuni tagħhom fejn hemm fis-seħħ programmi nazzjonali ta' kontroll approvati għall-qerda tal-marda ta' Aujeszky

Kodiċi ISO

Stat Membru

Reġjuni

ES

Spanja

Ir-reġjuni kollha

LT

Il-Litwanja

Ir-reġjuni kollha

PL

Il-Polonja

Ir-reġjuni kollha”

(2)

Fl-Anness III, il-punt 2(d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(d)

L-istituti elenkati hawn isfel għandhom ukoll ikunu risponsabbli għall-kontroll tal-kwalità tal-metodu ELISA f'kull Stat Membru, u b'mod partikolari għall-produzzjoni u l-istandardizzazzjoni tas-sjeri nazzjonali ta' referenza skont is-sjeru Komunitarju ta' referenza.

AT

AGES: Österreichische Agentur für Gesundheit und Ernährungssicherheit GmbH — Institut für veterinärmedizinische Untersuchungen Mödling (Austrian Agency for Health and Consumer Protection — Institute for veterinary investigations Mödling)

Robert Koch-Gasse 17

A-2340 Mödling

Tel. +43 (0) 505 55-38112

Fax +43 (0) 505 55-38108

e-mail: vetmed.moedling@ages.at

BE

CODA — CERVA — VAR

Veterinary and Agrochemical Research Centre

Groeselenberg 99

1180 Brussels

CY

State Veterinary Laboratory

Veterinary Services

1417 Athalassa

Nicosia

CZ

Státní veterinární ústav Olomouc

Jakoubka ze Stříbra 1

779 00 Olomouc

Telefown: 585 557 111

Fax 585 222 394

e-mail: svuolomouc@svuol.cz

DE

Friedrich-Loeffler-Institut

Bundesforschungsinstitut für Tiergesundheit

Südufer 10

17493 Greifswald — Insel Riems

Tel. + 49 38351 7-0

Fax + 49 38351 7-1219, 7-1151, 7-1226

DK

National Veterinary Institute

Technical University of Denmark

Lindholm Island

4774 Kalvehave

Denmark

Tel. (standard): +45 88 60 00

Fax +45 88 79 01

Posta elettronika: vet@vet.dtu.dk

EE

Veterinaar ja Toidulaboratoorium

Kreutzwaldi 30,

51006 Tartu,

Estonia

Tel. + 372 7 386 100

Fax + 372 7 386 102

e-mail: info@vetlab.ee

ES

Laboratorio Central de Sanidad Animal de Algete

Carretera de Algete, km 8

Algete 28110 (Madrid)

Tel. +34 916 290 300

Fax +34 916 290 598

e-mail: lcv@mapya.es

FI

Finnish Food Safety Authority

Animal Diseases and Food Safety Research

Mustialankatu 3

FI-00790 Helsinki, Finland

e-mail: info@evira.fi

Tel. +358 20 772 003 (exchange)

Fax +358 20 772 4350

FR

Laboratoire d'études et de recherches avicoles, porcines et piscicoles

AFSSA site de Ploufragan/Brest —

LERAPP

BP 53

22 440 Ploufragan

UK

Veterinary Laboratories Agency

New Haw, Addlestone, Weybridge

Surrey KT15 3NB, UK.

Tel. (44-1932) 341111

Fax (44-1932) 347046

GR

Centre of Athens Veterinary Institutes

25 Neapoleos Street,

153 10 Agia Paraskevi Attiki

Tel. +30 2106010903

HU

Nemzeti Élelmiszerlánc-biztonsági Hivatal, Állat-egészségügyi Diagnosztikai Igazgatóság

Central Agricultural Office, Veterinary Diagnostic Directorate

Cím: 1149 Budapest, Tábornok u. 2.

Levelezési cím: 1581 Budapest, 146. Pf. 2.

Tel.: +36 1 460-6300

Fax +36 1 252-5177

E-mail: ugyfelszolgalat@nebih.gov.hu

IE

Virology Division,

Central Veterinary Research Laboratory,

Department of Agriculture and Food Laboratories,

Backweston Campus,

Stacumny Lane,

Celbridge

Co. Kildare

IT

Centro di referenza nazionale per la malattia di Aujeszky —

Pseudorabbia c/o Istituto zooprofilattico sperimentale della Lombardia e dell'Emilia Romagna,

Via Bianchi, 9;

25124 Brescia

LT

National Veterinary Laboratory

(Nacionalinė veterinarijos laboratorija)

J. Kairiūkščio 10

LT-08409 Vilnius

LU

CODA — CERVA — VAR

Veterinary and Agrochemical Research Centre

Groeselenberg 99

1180 Brussels

LV

Pārtikas drošības, dzīvnieku veselības un vides zinātniskais institūts ‘BIOR’

(Institute of Food Safety, Animal Health and Environment BIOR)

Lejupes iela 3

Rīga, LV-1076

Tel. +371 7620513

Fax +371 7620434

e-mail: bior@bior.lv

MT

National Veterinary Laboratory

Veterinary and Phytosanitary Regulation Department

Ministry for Sustainable Development, the Environment and Climate Change,

Abattior Square, Albert Town, Triq Prince Albert,

Marsa, Malta

Tel. +356 22925389

NL

Centraal Instituut voor Dierziekte Controle

CIDC-Lelystad

Hoofdvestiging: Houtribweg 39

Nevenvestiging: Edelhertweg 15

Postbus 2004

8203 AA Lelystad

PL

Laboratory Departement of Swine Diseases

Państwowy Instytut Weterynaryjny — Państwowy Instytut

Badawczy

al. Partyzantów 57, 24-100 Puławy

Tel. +48 81 889 30 00

Fax +48 81 886 25 95

e-mail: sekretariat@piwet.pulawy.pl

PT

Laboratório Nacional de Investigação Veterinária (LNIV)

Estrada de Benfica, 701

1549–011 Lisboa

RO

Laboratorul Naţional de Referinţă pentru Herpesviroze

Institutul de Diagnostic şi Sănătate Animală

Str. Dr. Staicovici, nr. 6, cod 050557, sector 5, Bucureşti

Tel. 0374.322.015

Fax 0214.113.394

e-mail: office@idah.ro

SE

Statens veterinärmedicinska anstalt

Department of Virology

751 89 Uppsala

Tel. (46-18) 67 40 00

Fax (46-18) 67 44 67

SI

Univerza v Ljubljani

Veterinarska fakulteta

Nacionalni veterinarski institut

Gerbičeva 60,

SI-1000 Ljubljana

SK

Štátny veterinárny ústav

Pod dráhami 918

960 86 Zvolen

Slovenska republika”