ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 265

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
30 ta' Settembru 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Ir-Regolament Nru 44 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-apparat tat-trażżin għat-tfal li jirkbu bħala passiġġieri f'vetturi bil-magna (Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal) [2016/1722]

1

 

*

Ir-Regolament Nru 48 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' vetturi fir-rigward tal-installazzjoni ta' apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl [2016/1723]

125

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

30.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 265/1


It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku l-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html.

Ir-Regolament Nru 44 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-apparat tat-trażżin għat-tfal li jirkbu bħala passiġġieri f'vetturi bil-magna (“Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal”) [2016/1722]

Jinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-Suppliment 10 tas-serje ta' emendi 04 — Data tad-dħul fis-seħħ: 18 ta' Ġunju 2016

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Kamp ta' applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Immarkar

5.

Approvazzjoni

6.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

7.

Speċifikazzjonijiet partikolari

8.

Deskrizzjoni tat-testijiet

9.

Rapporti tat-test tal-approvazzjoni tat-tip u tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni

10.

Modifiki u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta' sistema ta' trażżin għat-tfal

11.

Kwalifikazzjoni tal-produzzjoni

12.

Konformità tal-produzzjoni u t-testijiet ta' rutina

13.

Penali għal nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni

14.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

15.

Istruzzjonijiet

16.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-test tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

17.

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

ANNESSI

1

Komunikazzjoni

2

Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

3

L-arranġament tal-apparat għat-test tar-reżistenza għat-trab

4

It-test tal-korrużjoni

5

It-test tal-brix u tal-microslip

6

Id-deskrizzjoni tat-trolley

7

Kurva tad-deċellerazzjoni jew tal-aċċelerazzjoni tat-trolley, bħala funzjoni tal-ħin

8

Id-deskrizzjoni tat-manikini

9

It-test tal-impatt frontali ma' ostakolu

10

Il-proċedura tat-test tal-impatt minn wara

11

Ankraġġi addizzjonali meħtieġa biex jintrabat it-trażżin għat-tfal tal-kategorija semiuniversali ma' vetturi motorizzati

12

Siġġu

13

Iċ-ċinturin tas-sikurezza standard

14

L-iskema tal-approvazzjoni tat-tip (flow chart ISO 9002:2000)

15

Noti ta' spjegazzjoni

16

Il-kontroll tal-konformità tal-produzzjoni

17

It-test tal-materjal assorbenti tal-enerġija

18

Il-metodu li bih tiġi stabbilita l-erja tal-impatt tar-ras tal-apparat b'appoġġ għad-dahar, u għad-definizzjoni tad-daqs minimu tal-madguards tal-ġenb għal apparat li jħares lura

19

Id-deskrizzjoni tal-ikkondizzjonar tal-aġġustaturi armati direttament fuq it-trażżin għat-tfal

20

L-apparat tipiku tat-test tas-saħħa tal-bokkla

21

L-installazzjoni tat-test dinamiku tal-ħbit

22

It-test tal-blokka tal-parti t'isfel tat-torso

23

Apparat għall-applikazzjoni tat-tagħbija

1.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI

1.1.   Dan ir-Regolament japplika għas-sistemi tat-trażżin għat-tfal li huma adattati biex jiġu installati f'vetturi motorizzati li għandhom tliet roti jew aktar, u li mhumiex maħsuba biex jintużaw ma' sits li jintlewew (li jintrefgħu) jew li jħarsu lejn il-ġnub.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-fini ta' dan ir-Regolament:

2.1.

Sistema tat-trażżin għat-tfal (“trażżin”) tfisser arranġament ta' komponenti li jistgħu jinkludu t-taħlita ta' ċineg jew komponenti flessibbli b'bokkla ta' sigurtà, apparat għall-aġġustament, partijiet ta' twaħħil u f'ċerti każi apparat supplimentari bħal carrycot, benniena għat-trabi li tinġarr, siġġu supplimentari u/jew ilqugħ mill-impatt, li jistgħu jintrabtu ma' vettura motorizzata. Din hija ddisinjata b'tali mod li tnaqqas ir-riskju li min jilbisha jweġġa', fil-każ ta' kolliżjoni jew ta' deċellerazzjoni f'daqqa tal-vettura, billi tillimita l-mobilità tal-ġisem ta' min jilbisha.

ISOFIX” hija sistema għall-konnessjoni ta' sistemi tat-trażżin għat-tfal ma' vettura, li għandha żewġ ankraġġi riġidi fil-vettura, żewġ partijiet ta' twaħħil riġidi korrispondenti fuq is-sistema tat-trażżin għat-tfal, u mezz biex jiġi limitat ix-xengil ta' rotazzjoni (pitch rotation) tas-sistema tat-trażżin għat-tfal.

2.1.1.   It-trażżin għat-tfal jaqa' f'ħames “gruppi tal-massa”:

2.1.1.1.

Il-grupp 0 għal tfal li jiżnu inqas minn 10 kg;

2.1.1.2.

Il-grupp 0+ għal tfal li jiżnu inqas minn 13 kg;

2.1.1.3.

Il-grupp I għal tfal li jiżnu bejn 9 kg u 18 kg;

2.1.1.4.

Il-grupp II għal tfal li jiżnu bejn 15 kg u 25 kg;

2.1.1.5.

Il-grupp III għal tfal li jiżnu bejn 22 kg u 36 kg;

2.1.1.6.

Is-sistemi tat-trażżin għat-tfal ISOFIX jaqgħu f'seba' klassijiet tad-daqs ISOFIX li ġew deskritti fl-Appendiċi 2 tal-Anness 17 għar-Regolament Nru 16:

A

ISO/F3: CRS (sistema tat-trażżin għat-tfal) għal tfal li għadhom kemm telqu jimxu għall-għoli kollu li tħares 'il quddiem

B

ISO/F2: CRS għal tfal li għadhom kemm telqu jimxu għal għoli mnaqqas li tħares 'il quddiem

B1

ISO/F2X: CRS għal tfal li għadhom kemm telqu jimxu għal tul imnaqqas li tħares 'il quddiem

C

ISO/R3: CRS għal tfal li għadhom kemm telqu jimxu ta' daqs sħiħ li tħares lura

D

ISO/R2: CRS għal tfal li għadhom kemm telqu jimxu ta' daqs imnaqqas li tħares lura

E

ISO/R1: CRS għal trabi li tħares lura

F

ISO/L1: CRS f'pożizzjoni xellugija li tħares lejn il-ġenb (carrycot)

G

ISO/L2: CRS f'pożizzjoni leminija li tħares lejn il-ġenb (carrycot)

Grupp tal-massa

 

Kategorija tad-daqs ISOFIX

0 — sa 10 kg

F

ISO/L1

G

ISO/L2

E

ISO/R1

0+ — sa 13 kg

C

ISO/R3

D

ISO/R2

E

ISO/R1

I — 9 sa 18 kg

A

ISO/F3

B

ISO/F2

B1

ISO/F2X

C

ISO/R3

D

ISO/R2

2.1.2.   It-trażżin għat-tfal jaqa' f'erba' “kategoriji”:

2.1.2.1.

Kategorija “universali” biex tintuża kif speċifikat fil-paragrafi 6.1.1, 6.1.3.1, u 6.1.3.2 fuq il-parti l-kbira tal-pożizzjonijiet tas-sits tal-vetturi, u b'mod partikolari dawk li ġew ivvalutati skont ir-Regolament Nru 16 — bħala li huma kompatibbli ma' kategorija ta' trażżin għat-tfal bħal din.

2.1.2.2.

Kategorija “ristrett” għall-użu kif speċifikat fil-paragrafi 6.1.1 u 6.1.3.1 għall-pożizzjonijiet tas-sits indikati għal tipi ta' vetturi partikolari kif indikat jew mill-manifattur tat-trażżin għat-tfal jew mill-manifattur tal-vettura:

2.1.2.3.

Kategorija “semiuniversali” għall-użu kif speċifikat fil-paragrafi 6.1.1 u 6.1.3.2;

2.1.2.4.

Kategorija “vettura speċifika” għall-użu jew;

2.1.2.4.1.

Fuq tipi speċifiċi ta' vettura, skont il-paragrafi 6.1.2 u 6.1.3.3; jew

2.1.2.4.2.

Bħala trażżin għat-tfal maħsub bħala “inkorporat” (built in).

2.1.3.   Is-sistema taż-żamma tas-sistemi tat-trażżin għat-tfal tista' tkun ta' żewġ klassijiet:

 

Klassi integrali jekk iż-żamma tat-tifel/tifla fis-sistema tat-trażżin tkun indipendenti minn kwalunkwe mezz konness direttament mal-vettura;

 

Klassi mhux integrali jekk iż-żamma tat-tifel/tifla fis-sistema tat-trażżin tkun tiddependi fuq kwalunkwe mezz li jkun konness direttament mal-vettura.

2.1.3.1.   “Trażżin parzjali” tfisser apparat, bħal booster cushion (kuxin li jippermetti lit-tfal iħarsu barra mit-tieqa u li huwa maħsub biex jidħol eżatt fis-sit tal-karozza), li, meta jintuża flimkien ma' ċinturin tas-sikurezza għall-adulti, li jgħaddi madwar il-ġisem tat-tifel/tifla jew irażżan l-apparat li fih jitpoġġa t-tifel/tifla, jifforma sistema kompleta ta' trażżin għat-tfal.

2.1.3.2.   “Booster cushion” tfisser kuxin sod, li jista' jintuża ma' ċinturin tas-sikurezza għall-adulti.

2.2.

“Siġġu għas-sikurezza tat-tfal” tfisser trażżin għat-tfal li jinkludi siġġu li fih jitpoġġew it-tfal.

2.3.

“Ċinturin” tfisser trażżin għat-tfal li jinkludi taħlita ta' ċineg b'bokkla ta' sigurtà, apparat għall-aġġustament u partijiet ta' twaħħil.

2.4.

“Siġġu” tfisser struttura li hija parti kostitwenti mit-trażżin għat-tfal u hija maħsuba biex takkomoda tifel/tifla f'pożizzjoni bilqiegħda;

2.4.1.   “Kerrikot” tfisser sistema tat-trażżin maħsuba biex takkomoda u trażżan it-tfal meta jkunu mimdudin fuq daharhom jew fuq żaqqhom bis-sinsla ta' daharhom perpendikulari mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. Din tkun iddisinjata b'tali mod li, fil-każ ta' kolliżjoni, il-forzi tat-trażżin jitqassmu tul ir-ras u l-ġisem tat-tifel/tifla iżda mhux fuq id-dirgħajn u r-riġlejn.

2.4.2.   “Trażżin għall-carrycots” tfisser apparat użat biex irażżan carrycot mal-istruttura tal-vettura.

2.4.3.   “Benniena għat-trabi li tinġarr” tfisser sistema ta' trażżin maħsuba biex takkomoda t-tfal f'pożizzjoni kważi semimimduda li tħares lura. Din tkun iddisinjata b'tali mod li, fil-każ ta' kolliżjoni frontali, il-forzi tat-trażżin jitqassmu tul ir-ras u l-ġisem tat-tifel/tifla iżda mhux fuq id-dirgħajn u r-riġlejn.

2.5.

“Appoġġ għas-siġġu” tfisser dik il-parti tat-trażżin għat-tfal li biha s-siġġu jista' jittella' 'l fuq.

2.6.

“Appoġġ għat-tfal” tfisser dik il-parti mit-trażżin għat-tfal li biha t-tifel/tifla jista' jittella' 'l fuq fi ħdan it-trażżin għat-tfal.

2.7.

“Ilqugħ mill-impatt” tfisser apparat imwaħħal quddiem it-tifel/tifla u maħsub biex iqassam il-forzi tat-trażżin tul il-parti l-kbira tat-tul tat-tifel/tifla fil-każ ta' impatt frontali.

B'referenza għall-paragrafu 2.1.3, dawn jiġu maqsuma f'żewġ klassijiet:

Klassi A

Integrali

Klassi B

Mhux integrali

2.8.

“Ċinga” tfisser komponent flessibbli ddisinjat biex jittrażmetti l-forzi.

2.8.1.   “Ċinga ta' fuq il-ħoġor” tfisser ċinga li, jew fil-forma ta' ċinturin sħiħ jew fil-forma ta' komponent ta' tali ċinturin, tgħaddi tul il-parti ta' quddiem, u trażżan, b'mod dirett jew le, il-pelvi tat-tifel/tifla.

2.8.2.   “Trażżin għall-ispalel” tfisser dik il-parti ta' ċinturin li trażżan il-parti ta' fuq tat-torso tat-tifel/tifla;

2.8.3.   “Ċinga għal bejn il-koxox” tfisser ċinga (jew ċineg diviżi, li tkun magħmula minn żewġ strixxi jew aktar) imwaħħla mat-trażżin għat-tfal u maċ-ċinga ta' fuq il-ħoġor u mqiegħda b'mod li tgħaddi bejn il-kuxxtejn tat-tifel/tifla; din tkun iddisinjata biex ma tħallix lit-tfal jiżżerżqu minn taħt iċ-ċinturin ta' fuq il-ħoġor waqt l-użu normali u biex ma tħallix liċ-ċinturin ta' fuq il-ħoġor jiċċaqlaq minn fuq il-pelvi waqt impatt.

2.8.4.   “Ċinga għat-trażżin għat-tfal” tfisser ċinga li hija parti kostitwenti miċ-ċinturin u trażżan biss il-ġisem tat-tifel/tifla.

2.8.5.   “Ċinga li twaħħal it-trażżin għat-tfal” tfisser ċinga li twaħħal it-trażżin għat-tfal mal-istruttura tal-vettura u tista' tkun parti mill-apparat għat-trażżin tas-sit tal-vettura.

2.8.6.   “Ċinturin f'għamla ta' harness” tfisser l-assemblaġġ ta' ċinturin li jinkludi ċinturin ta' fuq il-ħoġor, trażżin għall-ispalla u, fejn tkun installata, ċinga għal bejn il-koxox.

2.8.7.   “Ċinturin f'forma ta' Y” tfisser ċinturin fejn it-taħlita ta' ċineg hija fformata minn ċinga li għandha tiġi ggwidata bejn kuxxtejn it-tifel/tifla u minn ċinga għal kull spalla.

2.8.8.   “Ċinga gwida” tfisser ċinga li żżomm iċ-ċinga tal-ispalla taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti magħfusa f'pożizzjoni adattata għat-tifel/tifla u fejn il-pożizzjoni effettiva li fiha ċ-ċinga tal-ispalla tbiddel id-direzzjoni tista' tiġi aġġustata permezz ta' apparat li jista' jiġi mċaqlaq 'il fuq u 'l isfel mat-tul taċ-ċinga biex tinstab l-ispalla ta' min jilbisha, u mbagħad jiġi llokkjat f'dik il-pożizzjoni. Din iċ-ċinga gwida mhix maħsuba biex iġġorr parti sinifikanti mit-tagħbija dinamika.

2.9.

“Bokkla” tfisser apparat b'rilaxx rapidu li jippermetti li t-tfal jinżammu mit-trażżin jew li t-trażżin jinżamm mill-istruttura tal-karozza u li jista' jinfetaħ malajr. Il-bokkla tista' tinkludi l-apparat għall-aġġustament.

2.9.1.   “Buttuna integrata għar-rilaxx tal-bokkla”, buttuna għar-rilaxx tal-bokkla b'tali mod li ma jkunx possibbli li l-bokkla tinfetaħ billi tintuża sfera b'dijametru ta' 40 mm.

2.9.2.   “Buttuna mhux integrata għar-rilaxx tal-bokkla”, buttuna għar-rilaxx tal-bokkla b'mod li jkun possibbli li l-bokkla tinfetaħ permezz ta' sfera b'dijametru ta' 40 mm.

2.10.

“Apparat għall-aġġustament” tfisser apparat li jippermetti li t-trażżin jew il-partijiet ta' twaħħil tiegħu jiġu aġġustati skont l-istatura fiżika ta' min jilbsu, skont il-konfigurazzjoni tal-vettura, jew skont it-tnejn l-apparat għall-aġġustament jista' jew ikun parti mill-bokkla jew ikun retrattur (retractor) jew kwalunkwe parti oħra taċ-ċinturin tas-sikurezza.

2.10.1.   “Aġġustatur rapidu” tfisser apparat għall-aġġustement li jista' jitħaddem b'id waħda b'moviment faċli wieħed.

2.10.2.   “Aġġustatur armat direttament fuq it-trażżin għat-tfal” tfisser aġġustatur għall-harness integrali li jkun armat direttament fuq it-trażżin għat-tfal, minflok ma jkun sostnut direttament mill-istrixxi li huwa maħsub biex jaġġusta.

2.11.

“Partijiet ta' twaħħil” tfisser il-partijiet tat-trażżin għat-tfal, li jinkludu l-komponenti li jorbtuhom, li jippermettu li t-trażżin għat-tfal jitwaħħal sew mal-istruttura tal-vettura jew b'mod dirett jew billi jgħaddi mis-sit tal-vettura.

2.11.1.   “Riġel ta' appoġġ” tfisser parti ta' twaħħil permanenti ma' trażżin għat-tfal li toħloq forza tat-tagħbija kompressiva bejn it-trażżin għat-tfal u l-istruttura tal-vettura sabiex jiġu evitati l-effetti tal-kuxin tas-sit waqt id-deċellerazzjoni; ir-riġel ta' appoġġ jista' jkun aġġustabbli.

2.12.

“Assorbitur tal-enerġija” tfisser apparat li huwa ddisinjat biex jiddissipa l-enerġija b'mod indipendenti minn, jew flimkien maċ-ċinga u jifforma parti mit-trażżin għat-tfal.

2.13.

“Retrattur” tfisser apparat iddisinjat biex jakkomoda parti jew iċ-ċinga kollha tat-trażżin għat-tfal. Dan it-terminu jkopri dawn l-apparati:

2.13.1.

“Rettrattur jillokkja awtomatikament”, retrattur li jippermetti l-ħruġ tat-tul mixtieq ta' ċinga u, meta tingħalaq il-bokkla, jaġġusta awtomatikament iċ-ċinga skont l-istatura fiżika ta' min jilbisha, filwaqt li ċ-ċinga ma tkunx tista' tinħareġ aktar mingħajr l-intervent volontarju ta' min jilbisha;

2.13.2.

“Retrattur jillokkja f'emerġenza”, retrattur li ma jirristrinġix lil min jilbes iċ-ċinturin milli jiċċaqlaq liberament f'kondizzjonijiet ta'sewqan normali. Apparat bħal dan ikollu apparat li jaġġusta awtomatikament it-tul taċ-ċinga skont l-istatura fiżika ta' min jilbisha, u mekkaniżmu tal-illokkjar li jiġi azzjonat f'emerġenza permezz ta':

2.13.2.1.

Deċellerazzjoni tal-vettura, ħruġ taċ-ċinga mir-retrattur, jew kwalunkwe mezz awtomatiku ieħor (sensittività unika); jew

2.13.2.2.

Taħlita ta' kwalunkwe wieħed minn dawn il-mezzi (sensittività multipla).

2.14.

“Ankraġġi għat-trażżin” tfisser dawk il-partijiet tal-istruttura tal-vettura jew tal-istruttura tas-sit li magħhom jitwaħħal dan l-irbit għat-trażżin għat-tfal;

2.14.1.   “Ankraġġ addizzjonali” tfisser parti mill-istruttura tal-vettura jew mill-istruttura tas-sit tal-vettura, jew kwalunkwe parti oħra tal-vettura, li magħha huwa maħsub li jitwaħħal it-trażżin għat-tfal u li huwa addizzjonali għall-ankraġġ approvat skont ir-Regolament Nru 14. Dan jinkludi l-pjanċa tal-qiegħ tat-trolley kif deskritt fl-Anness 6 jew karatteristiċi strutturali oħrajn ta' vettura/i speċifika/speċifiċi meta dawn ikunu mgħobbija b'riġel ta' appoġġ.

2.14.2.   “Ankraġġ baxx ISOFIX” tfisser żbarra orizzontali tonda u riġida b'dijametru ta' 6 mm, li testendi mill-istruttura tal-vettura jew tas-sit sabiex taċċetta u żżomm sistema ISOFIX tat-trażżin għat-tfal b'partijiet ta' twaħħil ISOFIX.

2.14.3.   “Sistema ta' ankraġġi ISOFIX” tfisser sistema magħmula minn żewġ ankraġġi baxxi ISOFIX li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 14 li hija ddisinjata sabiex tqabbad sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX ma' apparat ta' kontra r-rotazzjoni.

2.14.4.   “Apparat antirotazzjoni”

(a)

Apparat antirotazzjoni għal sistema universali tat-trażżin għat-tfal ISOFIX huwa magħmul mill-irbit ta' fuq ISOFIX.

(b)

Apparat antirotazzjoni għal sistema semiuniversali tat-trażżin għat-tfal ISOFIX huwa magħmul jew minn irbit ta' fuq, fuq id-dashboard tal-vettura jew minn riġel ta' appoġġ maħsub biex jillimita r-rotazzjoni tat-trażżin waqt impatt frontali.

(c)

Għas-sistemi tat-trażżin għat-tfal ISOFIX, universali u semiuniversali, is-sit tal-vettura nnifsu ma jikkostitwixxix apparat antirotazzjoni.

2.14.5.   “Ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX” tfisser biċċa apparat li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament Nru 14, pereżempju żbarra, li tkun f'żona definita, iddisinjata biex taċċetta l-konnettur taċ-ċinga tal-irbit ta' fuq ISOFIX u biex tittrasferixxi l-forza tat-trażżin tagħha lill-istruttuta tal-vettura.

2.15.

“Iħares 'il quddiem” tfisser iħares fid-direzzjoni normali li fiha tivvjaġġa l-vettura.

2.16.

“Iħares lura” tfisser li jħares fid-direzzjoni opposta għad-direzzjoni normali li fiha tivvjaġġa l-vettura.

2.17.

“Pożizzjoni inklinata” tfisser pożizzjoni speċjali tas-siġġu li jħalli lit-tfal imilu lura.

2.18.

“Pożizzjoni mimduda/fuq id-dahar/fuq iż-żaqq” tfisser pożizzjoni li fiha tal-anqas ir-ras u l-ġisem, għajr għad-dirgħajn u għar-riġlejn tat-tfal jinstabu fuq superfiċje orizzontali meta jkunu mistrieħa fit-trażżin.

2.19.

“Tip ta' trażżin għat-tfal” tfisser trażżin għat-tfal li ma jvarjax f'aspetti essenzjali bħal:

2.19.1.

Il-kategorija, u l-grupp(i) tal-massa li għalihom, u l-pożizzjoni u l-orjentament (kif iddefiniti fil-paragrafi 2.15 u 2.16) li fihom, huwa maħsub biex jintuża t-trażżin;

2.19.2.

Il-ġeometrija tat-trażżin għat-tfal;

2.19.3.

Id-dimensjonijiet, il-massa, il-materjal u l-kulur ta':

(a)

Is-sit;

(b)

Il-padding u

(c)

L-ilqugħ mill-impatt;

2.19.4.

Il-materjal, in-nisġa, id-dimensjonijiet u l-kulur taċ-ċineg;

2.19.5.

Il-komponenti riġidi (il-bokkla, il-partijiet ta' twaħħil, eċċ.).

2.20.

“Sit tal-vettura” tfisser struttura, li tista' tkun jew ma tkunx integrali għall-istruttura tal-vettura, kompluta bit-tapizzerija u maħsuba biex takkomoda persuna adulta waħda f'dan ir-rigward:

2.20.1.

“Grupp ta' sits tal-vettura” tfisser jew sit għal tnejn min-nies jew aktar jew numru ta' sits li huma separati imma jinsabu wieħed ħdejn l-ieħor (jiġifieri mwaħħlin b'tali mod li l-ankraġġ ta' quddiem ta' sit wieħed huwa f'linja mal-ankraġġ ta' quddiem jew ta' wara ta' sit ieħor jew fuq linja li tgħaddi bejn dawk l-ankraġġi), b'kull sit jakkomoda persuna adulta waħda jew aktar bilqiegħda;

2.20.2.

“Sit ta' vettura għal tnejn min-nies jew aktar” tfisser struttura kompluta bit-tapizzerija u maħsuba biex takkomoda aktar minn persuna adulta waħda;

2.20.3.

“Sits ta' quddiem tal-vettura” tfisser il-grupp ta' sits li jinstabu fl-aktar parti ta' quddiem fil-kompartiment tal-passiġġieri, jiġifieri li m'għandhom ebda sit ieħor direttament quddiemhom;

2.20.4.

“Sits ta' wara tal-vettura” huma sits fissi, li jħarsu 'l quddiem li jinsabu wara grupp ieħor ta' sits tal-vettura;

2.20.5.

“Pożizzjoni ISOFIX” tfisser sistema li tippermetti li tiġi installata:

(a)

Jew sistema universali tat-trażżin għat-tfal ISOFIX li tħares 'il quddiem kif iddefinita f'dan ir-Regolamen;

(b)

Jew sistema semiuniversali tat-trażżin għat-tfal ISOFIX li tħares 'il quddiem kif iddefinita f'dan ir-Regolament;

(c)

Jew sistema semiuniversali tat-trażżin għat-tfal ISOFIX li tħares lura kif iddefinita f'dan ir-Regolament;

(d)

Jew sistema semiuniversali tat-trażżin għat-tfal ISOFIX li tħares lejn il-ġenb kif iddefinita f'dan ir-Regolament;

(e)

Jew sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX għal vettura speċifika kif iddefinita f'dan ir-Regolament.

2.21.

“Sistema għall-aġġustament” tfisser apparat komplet li bih is-sit tal-vettura jew il-partijiet tiegħu jistgħu jiġu aġġustati biex jakkomodaw l-istatura fiżika tal-passiġġier adult li qiegħed bilqiegħda fis-sit; dan l-apparat jista', b'mod partikolari, jippermetti:

2.21.1.

Spostament lonġitudinali, u/jew

2.21.2.

Spostament vertikali, u/jew

2.21.3.

Spostament angolari.

2.22.

“Ankraġġ għas-sit tal-vettura” tfisser is-sistema, inklużi l-partijiet affettwati tal-istruttura tal-vettura, li permezz tagħha s-sit għall-adult kollu kemm hu jitwaħħal mal-istruttura tal-vettura.

2.23.

“Tip ta' sit” tfisser kategorija ta' sits għall-adulti li ma jvarjawx f'aspetti essenzjali bħal:

2.23.1.

Il-forma, id-dimensjonijiet u l-materjali tal-istruttura tas-sit;

2.23.2.

It-tipi u dimensjonijiet tas-sistemi tal-aġġustament u tal-illokkjar tas-sit; u

2.23.3.

It-tip u d-dimensjonijiet tal-ankraġġ taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti fuq is-sit, tal-ankraġġ tas-sit, u tal-partijiet affetwati tal-istruttura tal-vettura.

2.24.

“Sistema ta' spostament” tfisser apparat li jippermetti li s-sit għall-adult jew waħda mill-partijiet tiegħu jiġu spostati b'mod angolari jew lonġitudinali, mingħajr pożizzjoni intermedja fissa, sabiex jiġu ffaċilitati d-dħul u l-ħruġ tal-passiġġieri u sabiex jitgħabbew u jitneħħew oġġetti minn fuq il-vettura.

2.25.

“Sistema tal-illokkjar” tfisser apparat li jiżgura li s-sit għall-adult u l-partijiet tiegħu jinżammu fil-pożizzjoni tal-użu.

2.26.

“Apparat tal-qfil” huwa apparat li jsakkar u jipprevjeni l-moviment ta' sezzjoni waħda tal-istrixxi ta' ċinturin tas-sikurezza għall-adulti relattivament ma' xi sezzjoni oħra tal-istrixxi tal-istess ċinturin. Apparat bħal dan jista' jaġixxi jew fuq is-sezzjoni dijagonali jew fuq is-sezzjoni ta' fuq il-ћoġor jew jorbot flimkien kemm is-sezzjoni ta' fuq il-ћoġor kif ukoll is-sezzjoni dijagonali taċ-ċinturin għall-adulti. It-terminu jkopri l-klassijiet li ġejjin:

2.26.1.

“Apparat tal-klassi A”, apparat li jipprevjeni lit-tfal milli jiġbdu l-istrixxi mir-retrattur minn ġol-parti taċ-ċinturin li tiġi fuq il-ħoġor, meta jintuża ċ-ċinturin għall-adulti biex irażżan lit-tfal b'mod dirett;

2.26.2.

“Apparat tal-klassi B”, apparat li jippermetti li tinżamm tensjoni applikata fuq il-parti taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti li tiġi fuq il-ħoġor, meta ċ-ċinturin għall-adulti jintuża biex irażżan it-trażżin għat-tfal l-apparat huwa maħsub biex ma jħallix li l-istrixxi jiżolqu mill-apparat li jiġbed lura minn ġol-apparat, li allura jerħi t-tensjoni u jqiegħed it-trażżin f'pożizzjoni mhux ottimali.

2.27.

“Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” hija sistema ta' trażżin għat-tfal iddisinjata għal tfal bi bżonnijiet speċjali minħabba diżabilità fiżika jew mentali; b'mod partikolari, dan l-apparat jista' jippermetti apparati ta' trażżin addizzjonali għal kwalunkwe parti tat-tfal, imma jrid ikollu mill-inqas mezz primarju ta' trażżin li jkun konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

2.28.

“Parti ta' twaħħil ISOFIX” tfisser waħda miż-żewġ konnessjonijiet, li tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.3.2 ta' dan ir-Regolament, li testendi mill-istruttura tas-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX, u li tkun kompatibbli mal-ankraġġ baxx ISOFIX.

2.29.

“Sistema ta' trażżin għat-tfal ISOFIX” tfisser sistema tat-trażżin għat-tfal li trid tiġi mqabbda ma' sistema ta' ankraġġ ISOFIX li tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament Nru 14.

2.30.

“Koljatura tas-sit” tfisser iż-żona qrib l-intersezzjoni tas-superfiċji tal-kuxin tas-sit tal-vettura u d-dahar tas-sit.

2.31.

“Fissaġġ tas-sit tal-vettura (VSF)” tfisser fissaġġ, skont il-klassijiet tad-daqs ISOFIX iddefiniti fil-paragrafu 2.1.1.6 u li d-dimensjonijiet tiegħu huma mogħtija fil-Figuri 1 sa 6 tal-Appendiċi 2 fl-Anness 17 tar-Regolament Nru 16, li jintuża minn manifattur tat-trażżin għat-tfal sabiex jiddetermina d-dimensjonijiet xierqa ta' sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX kif ukoll il-post tal-partijiet ta' twaħħil ISOFIX tagħha.

2.32.

“Konnettur tal-irbit ta' fuq ISOFIX” tfisser apparat maħsub biex jitwaħħal mal-ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX.

2.33.

“Ganċ tal-irbit ta' fuq ISOFIX” tfisser konnettur tal-irbit ta' fuq ISOFIX li tipikament jintuża sabiex ċinga tal-irbit ta' fuq ISOFIX titwaħħal ma' ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX kif definit fil-Figura 3 tar-Regolament Nru 14.

2.34.

“Ċinga tal-irbit ta' fuq ISOFIX” tfisser ċinga bl-istrixxi (jew ekwivalenti) li testendi mill-quċċata ta' sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX sal-ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX, u li tkun mgħammra b'apparat għall-aġġustament, b'apparat li jnaqqas it-tensjoni, u b'konnettur tal-irbit ta' fuq ISOFIX.

2.35.

“Parti ta' twaħħil tal-irbit ta' fuq ISOFIX” hija apparat li jorbot sewwa ċ-ċinga tal-irbit ta' fuq ISOFIX mas-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX.

2.36.

“Apparat li jnaqqas it-tensjoni” tfisser sistema li tippermetti r-rilaxx tal-apparat li jaġġusta u li jżomm it-tensjoni fiċ-ċinga tal-irbit ta' fuq ISOFIX.

2.37.

“Gwida tal-istrixxi taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti” tfisser apparat li minnu jgħaddi ċ-ċinturin għall-adulti għar-rotta korretta tiegħu, li jippermetti l-moviment ħieles tal-istrixxi.

2.38.

“Test tal-approvazzjoni tat-tip”, tfisser test biex jiġi ddeterminat sa liema punt tip ta' sistema tat-Trażżin għat-tfal imressqa għall-approvazzjoni tkun kapaċi tissodisfa r-rekwiżiti.

2.39.

“Test tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni”, tfisser test biex jiġi ddeterminat jekk il-manifattur huwiex kapaċi jipproduċi sistema ta' trażżin għat-tfal f'konformità mas-sistemi tat-trażżin għat-tfal mressqa għall-approvazzjoni tat-tip.

2.40.

“Ittestjar ta' rutina”, tfisser l-ittestjar ta' għadd ta' sistemi ta' trażżin magħżula minn lott wieħed sabiex jiġi vverifikat sa liema punt dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti.

2.41.

“Sistema ta' spostament ta' sistema ta' trażżin għat-tfal” tfisser apparat li jippermetti li s-CRS jew waħda parti mill-partijiet tagħha jiġu spostjati b'mod angolari jew lonġitudinali.

2.42.

“Sistema tal-illokkjar ta' sistema ta' trażżin għat-tfal” tfisser apparat li jiżgura li s-CRS u l-partijiet tagħha jinżammu fil-pożizzjoni tal-użu.

2.43.

“Apparat ta' limitu ta' tagħbija” tfisser apparat li jista' jinkiser jew jiġġamja f'kondizzjonijiet ta' tagħbija speċifiċi l-apparat għandu jiġi ddisinjat speċifikament għal dawn il-kondizzjonijiet u l-imġiba tiegħu għandha tkun riproduċibbli u dokumentata oġġettivament fid-dokumentazzjoni teknika.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' tip ta' trażżin għat-tfal għandha titressaq mid-detentur tal-marka kummerċjali jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu, u għandha ssegwi l-iskema tal-approvazzjoni tat-tip deskritta fl-Anness 14.

3.2.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni, li għandha x'taqsam ma' kull tip ta' trażżin għat-tfal, għandu jkollha magħha:

3.2.1.

Deskrizzjoni teknika tat-trażżin għat-tfal, li tispeċifika ċ-ċineg u l-materjali l-oħra użati flimkien mal-imġiba prevista u riproduċibbli tal-apparati ta' limitu ta' tagħbija. Dan għandha tkun akkompanjata b'disinni tal-partijiet li jikkostitwixxu t-trażżin għat-tfal u fil-każ ta' retratturi, l-istruzzjonijiet tal-installazzjoni għal dawn ir-restritturi u l-apparat ta' detezzjoni tagħhom, dikjarazzjoni dwar it-tossiċità (il-paragrafu 6.1.5.) u l-fjammabbiltà (il-paragrafu 6.1.6), id-disinji għandhom juru l-pożizzjoni maħsuba għan-numru tal-approvazzjoni u għas-simbolu/i addizzjonali fir-rigward taċ-ċirku tal-marka tal-approvazzjoni. Id-deskrizzjoni għandha tindika l-kulur tal-mudell imressaq għall-approvazzjoni;

3.2.2.

Erba' kampjuni tat-trażżin għat-tfal;

3.2.3.

Ċinga twila 10 metri ta' kull kategorija użata fit-trażżin għat-tfal; u

3.2.4.

Kampjuni addizzjonali għandhom jitressqu fuq it-talba tas-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-test;

3.2.5.

Istruzzjonijiet u dettalji tal-ippakkjar skont il-paragrafu 15 ta' hawn taħt;

3.2.6.

Fil-każ tal-carrycots, jekk it-trażżin għall-carrycot jista' jintuża flimkien ma' għadd ta' tipi ta' kerrikots, il-manifattur tat-trażżin għandu jipprovdi lista ta' dawn tal-aħħar.

3.3.   Fil-każ li jintuża ċinturin tas-sikurezza għall-adulti biex jitwaħħal it-trażżin għat-tfal, l-applikazzjoni għandha tistipula l-kategorija taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti li għandha tintuża, eż iċ-ċinturini statiċi ta' fuq il-ħoġor.

3.4.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip ta' Parti Kontraenti għandha tivverifika, qabel ma tagħti l-approvazzjoni tat-tip, l-eżistenza ta' arranġamenti u ta' proċeduri sodisfaċenti sabiex jiġi żgurat kontroll effettiv ħalli s-sistemi tat-trażżin għat-tfal, it-tagħmir jew il-partijiet tagħhom, meta jiġu prodotti, ikunu konformi mat-tip approvat.

4.   IMMARKAR

4.1.   Il-kampjuni tat-trażżin għat-tfal imressqa għall-approvazzjoni f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3.2.2 u 3.2.3 ta' hawn fuq għandhom jiġu mmarkati b'mod ċar u indelibbli bl-isem, bl-inizjali jew bil-marka kummerċjali tal-manifattur.

4.2.   Waħda mill-partijiet tal-apparat għat-trażżin għat-tfal magħmula mill-plastik (bħall-qafas, bħall-ilqugħ mill-impatt, bħall-booster cushion, eċċ.), minbarra ċ-ċinturin(i) jew il-harness, għandha tiġi mmarkata b'mod ċar (u indelibbli) bis-sena tal-produzzjoni.

4.3.   Jekk it-trażżin ser jintuża flimkien ma' ċinturin tas-sikurezza għall-adulti, ir-rotta korretta tal-istrixxi għandha tkun indikata b'mod ċar permezz ta' disinn imwaħħal mat-trażżin b'mod permanenti. Jekk it-trażżin jinżamm f'postu biċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti, ir-rotot tal-istrixxi għandhom jiġu mmarkati b'mod ċar fuq il-prodott permezz ta' kodiċi bil-kuluri. Il-kulur għar-rotta taċ-ċinturin tas-sikurezza li għandu jintuża meta l-apparat jiġi installat iħares 'il quddiem għandu jkun aħmar u meta jiġi installat iħares lura għandu jkun blu l-apparati li jistgħu jiġu installati jħarsu lura u 'l quddiem mingħajr ma tinbidel ir-rotta taċ-ċinturin (eż sistema li tista' ddur) għandhom jużaw iż-żewġ kuluri l-istess kuluri għandhom jintużaw ukoll fuq it-tikketti ta' fuq l-apparat li juru l-metodi kif jintuża.

Għandu jkun hemm differenza ċara bejn ir-rotot maħsuba għas-sezzjoni ta' fuq il-ћoġor u dawk għas-sezzjoni dijagonali taċ-ċinturin tas-sikurezza. Indikazzjonijiet bħal kodiċi bil-kuluri, kliem, forom, eċċ, għandhom jiddistingwu kull sezzjoni taċ-ċinturin tas-sikurezza.

Fi kwalunkwe disinn tar-rotta taċ-ċinturin fuq il-prodott, l-orjentazzjoni tat-trażżin għat-tfal fir-rigward tal-vettura għandha tkun indikata b'mod ċar. Id-disinji tar-rotot taċ-ċinturin li ma jurux is-sit tal-vettura mhumiex aċċettabbli.

L-immarkar iddefinit f'dan il-paragrafu għandu jkun viżibbli bit-trażżin installat fil-vettura għal trażżin tal-grupp 0, dan l-immarkar għandu jkun viżibbli wkoll bit-tifel/tifla fit-trażżin.

4.4.   Fuq is-superfiċje viżibbli ta' ġewwa (inkluż il-parti tal-ġenb biswit ir-ras tat-tifel/tifla) fl-erja fejn bejn wieħed u ieħor tistrieħ ras it-tifel/tifla fis-sistema tat-trażżin għat-tfal, it-trażżin li jħares lura għandu jkollu t-tikketta li ġejja mwaħħla b'mod permanenti (it-tagħrif muri huwa wieħed minimu).

Id-daqs minimu tat-tikketta: 60 × 120 mm.

It-tikketta għandha tiġi meħjuta mal-kisi madwar il-perimetru kollu tiegħu u/jew titwaħħal b'mod permanenti mal-kisi fuq is-superfiċje kollu ta' wara. Kwalunkwe forma oħra ta' twaħħil li jkun permanenti u li ma hemmx ċans li jitneħħa minn fuq il-prodott jew li jiġi oskurat hija aċċettabbli tikketti jperpru huma speċifikament ipprojbiti.

Jekk sezzjonijiet mit-trażżin jew kwalunkwe aċċessorji fornuti mill-manifattur tas-sistema tat-trażżin għat-tfal jistgħu joskuraw it-tikketta, tkun meħtieġa tikketta addizzjonali tikketta ta' twissija waħda għandha tkun viżibbli b'mod permanenti fis-sitwazzjonijiet kollha meta t-trażżin jitħejja għall-użu fi kwalunkwe konfigurazzjoni.

Image

4.5.   Fil-każ tat-trażżin għat-tfal li jista' jintuża kemm f'pożizzjoni li jħares 'il quddiem kif ukoll f'pożizzjoni li jħares lura, inkludi l-kliem:

“IMPORTANTI — TUŻAX FIL-POŻIZZJONI LI JĦARES 'IL QUDDIEM JEKK IL-PIŻ TAT-TIFEL/TIFLA MHUX AKTAR MINN …(Irreferi għall-istruzzjonijiet)”

4.6.   Fil-każ tat-trażżin għat-tfal b'rotot alternattivi għaċ-ċinturin, il-punti tal-kuntatt alternattivi li jerfgħu l-piż bejn it-trażżin għat-tfal u ċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti għandhom ikunu mmarkati b'mod permanenti. Dan l-immarkar għandu jindika li din hija r-rotta alternattiva għaċ-ċinturin, u għandu jkun konformi mar-rekwiżiti għall-kodiċi msemmija hawn fuq għal sits li jħarsu 'l quddiem u lura.

4.7.   Jekk it-trażżin għat-tfal joffri punti ta' kuntatt alternattivi li jerfgħu l-piż, l-immarkar meħtieġ fil-paragrafu 4.3 għandu jinkludi indikazzjoni li r-rotta alternattiva għaċ-ċinturin hija deskritta fl-istruzzjonijiet.

4.8.   Immarkar ISOFIX

Jekk il-prodott ikun jinkludi partijiet ta' twaħħil ISOFIX, l-informazzjoni li ġejja għandha tkun viżibbli b'mod permanenti għal min ikun qed jinstalla t-trażżin ġol-vettura:

Il-logo ISO ISOFIX segwit mill-ittra/i li tkun/ikunu xierqa għall-klassi(jiet) tad-daqs ISOFIX li fiha/fihom joqgħod il-prodott. Mill-inqas, simbolu li jkun magħmul minn ċirku b'dijametru ta' mill-inqas 13 mm u li fih pittogramma; il-pittogramma għandha tikkuntrasta mal-isfond taċ-ċirku. Il-pittogramma għandha tkun viżibbli b'mod ċar jew permezz ta' kuluri kuntrastanti jew permezz ta' riljiev adegwat jekk dan ikun immudellat jew ibbuzzat 'il barra.

Image

L-informazzjoni li ġejja tista' tingħata permezz ta' pittogrammi u/jew kitba l-immarkar għandu jindika:

(a)

Il-passi rilevanti essenzjali meħtieġa sabiex is-sit ikun lest għall-installazzjoni. Pereżempju, għandu jiġi spjegat il-metodu ta' kif għandha tiġi estiża s-sistema ta' qfil ISOFIX;

(b)

Għandhom jiġu spjegati l-pożizzjoni, il-funzjoni, u l-interpretazzjoni ta' kwalunkwe indikatur;

(c)

Il-pożizzjoni u, jekk ikun meħtieġ, ir-rotta tal-irbit ta' fuq, jew ta' mezzi oħra li jillimitaw ir-rotazzjoni tas-sit li jkunu jeħtieġu azzjoni mill-utent, għandhom jiġu indikati bl-użu ta' wieħed mis-simboli li ġejjin, skont kif ikun xieraq;

Image

(d)

Għandu jiġi indikat l-aġġustament tal-qfil ISOFIX u tal-irbit ta' fuq, jew ta' mezzi oħra li jillimitaw ir-rotazzjoni tas-sit, li jkunu jeħtieġu azzjoni mill-utent;

(e)

L-immarkar għandu jkun imwaħħal b'mod permanenti u jkun viżibbli għall-utent li qed jinstalla s-sit;

(f)

Meta jkun neċessarju, għandha ssir referenza għall-manwal għall-utent tat-trażżin għat-tfal u għall-post ta' dak id-dokument billi jintuża s-simbolu ta' hawn taħt.

Image

5.   APPROVAZZJONI

5.1.   Kull kampjun imressaq b'konformità mal-paragrafi 3.2.2 u 3.2.3 ta' hawn fuq għandu jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 6 sa 8 ta' dan ir-Regolament f'kull aspett qabel ma tkun tista' tingħata l-approvazzjoni.

5.2.   Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat l-ewwel żewġ ċifri ta' dan (fil-preżent 04 li jikkorrispondi għas-serje ta' emendi 04 li daħlu fis-seħħ fit-12 ta' Settembru 1995) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jinkludu l-emendi tekniċi ewlenin l-aktar reċenti li saru lir-Regolament meta nħarġet l-approvazzjoni l-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta' trażżin għat-tfal kopert minn dan ir-Regolament.

5.3.   In-notifika tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut tal-approvazzjoni tat-trażżin għat-tfal skont dan ir-Regolament għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

5.4.   Barra mill-marki preskritti fil-paragrafu 4 ta' hawn fuq, id-dettalji li ġejjin għandhom jitwaħħlu fi spazju xieraq ma' kull trażżin għat-tfal li jikkonforma ma' tip approvat skont dan ir-Regolament:

5.4.1.

Marka ta' approvazzjoni internazzjonali li tkun magħmula minn:

5.4.1.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (1);

5.4.1.2.

Numru tal-approvazzjoni;

5.4.2.

Is-simboli addizzjonali li ġejjin:

5.4.2.1.

Il-kelma/kliem “universali”, “ristrett”, “semiuniversali” jew “vettura speċifika” skont il-kategorija tat-trażżin;

5.4.2.2.

Il-firxa tal-massa li għaliha ġie ddisinjat it-trażżin għat-tfal, jiġifieri, 0-10 kg; 0-13 kg; 9-18 kg; 15-25 kg; 22-36 kg; 0-18 kg; 9-25 kg; 15-36 kg; 0-25 kg; 9-36 kg; 0-36 kg;

5.4.2.3.

is-simbolu “Y”, fil-każ ta' apparat li jkollu ċinga għal bejn il-koxox, f'konformità mar-rekwiżiti tas-suppliment 3 għas-serje ta' emendi 02 tar-Regolament;

5.4.2.4.

Is-simbolu “S” fil-każ ta'“Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali”.

5.5.   L-Anness 2 ta' dan ir-Regolament jagħti eżempju tal-arranġament tal-marka tal-approvazzjoni.

5.6.   Id-dettalji li jissemmew fil-paragrafu 5.4 ta' hawn fuq għandhom ikunu jistgħu jinqraw b'mod ċar u jkunu miktuba b'mod li ma jistax jitħassar, u jistgħu jitwaħħlu jew permezz ta' tikketta jew billi jiġu mmarkati direttament. It-tikketta jew l-immarkar għandu jkun reżistenti għall-użu.

5.7.   It-tabelli li jissemmew fil-paragrafu 5.6 ta' hawn fuq jistgħu jinħarġu jew mill-awtorità li tat l-approvazzjoni jew, soġġett għall-awtorizzazzjoni ta' dik l-awtorità, mill-manifattur.

6.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

6.1.   Il-pożizzjonament u t-twaħħil fuq il-vettura

6.1.1.   L-użu tat-trażżin għat-tfal fil-kategoriji “universali”, “semiuniversali” u “ristrett” huwa permess għall-pożizzjonijiet tas-sits ta' quddiem u ta' wara jekk it-trażżin jitwaħħal f'konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur.

6.1.2.   L-użu tat-trażżin għat-tfal fil-kategorija “vettura speċifika” huwa permess fil-pożizzjonijiet tas-sits kollha kif ukoll fil-kompartiment tal-bagalji jekk it-trażżin jitwaħħal skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur fil-każ tat-trażżin li jħares lura, id-disinn irid jiżgura li jiġi pprovdut appoġġ għall-irjus tat-tfal kull meta t-trażżin ikun lest biex jintuża. Dan għandu jiġi ddeterminat bħala linja perpendikulari mad-dahar tas-sit tgħaddi minn linja fil-livell tal-għajnejn, fejn il-punt tal-intersezzjoni għandu jkun tal-inqas 40 mm 'l isfel mill-bidu tar-raġġ ta' dan l-appoġġ għar-ras.

6.1.3.   Skont il-kategorija li jappartjeni għaliha, it-trażżin għat-tfal għandu jitwaħħal mal-istruttura tal-vettura jew mal-istruttura tas-sit.

Konfigurazzjonijiet possibbli għall-approvazzjoni

It-tabella tal-gruppi/kategoriji

Kategorija tal-grupp

Universali (2)

Semiuniversali (3)

Ristrett

Vettura Speċifika

CRS

ISOFIX CRS

CRS

ISOFIX CRS

CRS

ISOFIX CRS

CRS

ISOFIX CRS

0

Carrycot

A

MA

A

A

A

MA

A

A

Tħares lura

A

MA

A

A

A

MA

A

A

0+

Tħares lura

A

MA

A

A

A

MA

A

A

I

Iħares lura

A

MA

A

A

A

MA

A

A

Tħares 'il quddiem

(integrali)

A

A

A

A

A

MA

A

A

Tħares 'il quddiem

(mhux integrali)

MA

MA

MA

MA

MA

MA

MA

MA

Iħares 'il quddiem

(mhux integrali — ara l-paragrafu 6.1.12.)

A

MA

A

MA

A

MA

A

A

II

Tħares lura

A

MA

A

MA

A

MA

A

A

Tħares 'il quddiem

(integrali)

A

MA

A

MA

A

MA

A

A

Tħares 'il quddiem

(mhux integrali)

A

MA

A

MA

A

MA

A

A

III

Tħares lura

A

MA

A

MA

A

MA

A

A

Tħares 'il quddiem

(integrali)

A

MA

A

MA

A

MA

A

A

Tħares 'il quddiem

(mhux integrali)

A

MA

A

MA

A

MA

A

A

Fejn:

CRS: Sistema tat-trażżin għat-tfal

A: Applikabbli

MA: Mhux Applikabbli

6.1.3.1.   Għall-kategoriji “universali” u “ristrett”, permezz ta' ċinturin tas-sikurezza għall-adulti (li għandu jew ma għandux retrattur) li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament Nru 16 (jew wieħed ekwivalenti) li jkun imwaħħal ma' ankraġġi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 14 (jew wieħed ekwivalenti).

6.1.3.2.   Għal sistemi ta' trażżin għat-tfal ISOFIX “universali” permezz ta' partijiet ta' twaħħil ISOFIX u ta' ċinga tal-irbit ta' fuq ISOFIX li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament imwaħħla ma' sistema ta' ankraġġi ISOFIX u ma' ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 14.

6.1.3.3.   Għall-kategorija “semiuniversali”: permezz tal-ankraġġi t'isfel preskritti fir-Regolament Nru 14 u ankraġġi addizzjonali li jissodisfaw ir-rakkomandazzjoni tal-Anness 11 ta' dan ir-Regolament;

6.1.3.4.   Għas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal ISOFIX “semiuniversali” permezz ta' partijiet ta' twaħħil ISOFIX u ta' ċinga tal-irbit ta' fuq ISOFIX jew ta' riġel ta' appoġġ jew ta' dashboard ta' vettura, li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament imwaħħla ma' ankraġġi ISOFIX u/jew ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 14.

6.1.3.5.   Għall-kategorija “vettura speċifika”: permezz tal-ankraġġ iddisinjat mill-manifattur tal-vettura jew mill-manifattur tat-trażżin għat-tfal.

6.1.3.6.   Fil-każ ta' ċineg tat-trażżin għat-tfal jew ċinga li twaħħal it-trażżin għat-tfal li jużaw l-ankraġġ taċ-ċinturin li magħhom diġà hemm imwaħħal ċinturin jew ċinturini għall-adulti, is-Servizz Tekniku għandu jikkontrolla li:

 

Il-pożizzjoni effettiva tal-ankraġġ tal-adulti għandha tkun konformi skont ir-Regolament Nru 14 jew xi regolament ekwivalenti;

 

It-tħaddim effettiv taż-żewġ biċċiet apparat ma jiġix imtellef mill-ieħor;

 

Il-bokkli tas-sistema tal-adulti u ta' dik addizzjonali ma għandhomx jintużaw minflok xulxin.

Għandhom japplikaw il-punti li ġejjin fil-każ ta' apparat tat-trażżin għat-tfal li juża żbarri, jew apparat ieħor imwaħħal mal-ankraġġ approvat skont ir-Regolament Nru 14, li jċaqilqu l-pożizzjoni effettiva tal-ankraġġ 'il barra mill-ispazju previst fir-Regolament Nru 14:

 

Apparat bħal dan jiġi approvat biss bħala apparat semiuniversali jew għal vettura speċifika;

 

Is-Servizz Tekniku għandu japplika r-rekwiżiti tal-Anness 11 ta' dan ir-Regolament għall-iżbarra u għall-qfil;

 

L-iżbarra tiġi inkluża fit-test dinamiku, bit-tagħbija tiġi applikata fuq il-pożizzjoni tan-nofs u fuq l-iżbarra u l-akbar estensjoni tagħha, jekk tista' tiġi aġġustata;

 

Ma għandhomx jiġu mxekkla l-pożizzjoni effettiva u t-tħaddim ta' kwalunkwe ankraġġ għall-adulti li permezz tiegħu tiġi ffissata l-iżbarra.

6.1.3.7.   It-trażżin għat-tfal li juża riġel ta' appoġġ għandu jiġi approvat biss taħt il-kategorija “semiuniversali” jew “vettura speċifika” u għandhom jiġu applikati r-rekwiżiti tal-Anness 11 ta' dan ir-Regolament. Il-manifattur tas-sistema tat-trażżin għat-tfal għandu jqis jekk ikunx meħtieġ ir-riġel ta' appoġġ għall-funzjonament korrett tagħha f'kull vettura u għandu jforni din l-informazzjoni.

6.1.4.   Il-booster cushion għandu jitrażżan jew permezz ta' ċinturin għall-adulti, fejn jintuża t-test kif speċifikat fil-paragrafu 8.1.4, jew permezz ta' mezzi separati.

6.1.5.   Il-manifattur tas-sistema tat-trażżin għat-tfal għandu jiddikjara bil-miktub li t-tossiċità tal-materjali użati fil-manifattura tas-sistemi tat-trażżin u li huma aċċessibbli għat-tfal imrażżna hija konformi mal-partijiet rilevanti tal-parti tal-istandard EN 71:2009, Parti 3. It-testijiet li jikkonfermaw il-validità tad-dikjarazzjoni jistgħu jitwettqu fid-diskrezzjoni tal-awtorità tal-ittestjar. Dan il-paragrafu ma japplikax għall-apparati tat-trażżin tal-gruppi II u III.

6.1.6.   Il-manifattur tas-sistema tat-trażżin għat-tfal għandu jiddikjara bil-miktub li l-fjammabilità tal-materjali użati fil-manifattura tas-sistema tat-trażżin hija konformi mal-paragrafi rilevanti tal-istandard EN 71:2009, Parti 2. It-testijiet li jikkonfermaw il-validità tad-dikjarazzjoni jistgħu jitwettqu fid-diskrezzjoni tal-awtorità tal-ittestjar.

6.1.7.   Fil-każ tat-trażżin għat-tfal li jħares lura appoġġat fuq id-dashboard tal-vettura, għall-fini tal-approvazzjoni skont dan ir-Regolament huwa mifhum li d-dashboard huwa riġidu biżżejjed.

6.1.8.   Is-sistemi tat-trażżin għat-tfal tal-kategorija “universali”, għajr għas-sistemi universali tat-trażżin għat-tfal ISOFIX, għandu jkollhom punt tal-kuntatt prinċipali li jerfa' t-tagħbija bejn it-trażżin għat-tfal u ċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti. Dan il-punt m'għandux ikun inqas minn 150 mm mill-assi Cr meta mkejjel bit-trażżin għat-tfal fuq il-bank tat-test dinamiku skont l-Anness 21 ta' dan ir-Regolament, mingħajr manikin. Dan għandu japplika għall-konfigurazzjonijiet tal-aġġustament kollha. Rotot alternattivi taċ-ċinturini huma permessi. Meta jkun hemm rotta alternattiva taċ-ċinturin, il-manifattur għandu jagħmel referenza speċifika għar-rotta alternattiva fl-istruzzjonijiet dwar l-użu, kif inhu mitlub fil-paragrafu 15. Meta jiġi ttestjat, bl-użu ta' tali rotta/rotot alternattiva/i, it-trażżin għandu jissodisfa r-rekwiżiti kollha tar-Regolament, bl-eċċezzjoni ta' dan il-paragrafu.

6.1.9.   Jekk iċ-ċinturin għall-adulti jkun meħtieġ sabiex jorbot trażżin għat-tfal tal-kategorija “universali”, it-tul massimu tiegħu li għandu jintuża fuq il-bank tat-test dinamiku huwa definit fl-Anness 13 ta' dan ir-Regolament.

Sabiex tiġi kkontrollata l-konformità ma' dan ir-rekwiżit, is-sistema tat-trażżin għat-tfal għandha tkun marbuta fuq il-bank tal-ittestjar permezz taċ-ċinturin tas-sikurezza standard deskritt fl-Anness 13. Il-manikin ma għandux jiġi installat sakemm it-trażżin ma jkunx iddisinjat b'tali mod li l-installazzjoni tal-manikin iżżid l-ammont ta' ċinturin użat. Bis-sistema tat-trażżin għat-tfal fil-pożizzjoni installata ma għandux ikun hemm tensjoni fuq iċ-ċinturin apparti minn dik magħmula mir-retrattur standard meta dan jiġi mwaħħal. Meta jintuża ċ-ċinturin tar-retrattur, din il-kondizzjoni għandha tiġi ssodisfata u għandu jibqa' mill-inqas 150 mm taċ-ċinturin miġbur fir-rukkell.

6.1.10.   It-trażżin għat-tfal tal-gruppi 0 u 0 + ma għandux jintuża jħares 'il quddiem.

6.1.11.   Is-sistemi tat-trażżin għat-tfal tal-gruppi 0 u 0 +, bl-eċċezzjoni tal-kerrikots kif definiti fil-paragrafu 2.4.1, għandhom jaqgħu fil-klassi integrali.

6.1.12.   Is-sistemi tat-trażżin għat-tfal tal-grupp I għandhom jaqgħu fil-klassi integrali, sakemm ma jiġux mgħammra b'ilqugħ mill-impatt tal-Klassi B, kif definit fil-paragrafu 2.7 ta' dan ir-Regolament.

6.2.   Konfigurazzjoni

6.2.1.   Il-konfigurazzjoni tat-trażżin għandha tkun tali, li

6.2.1.1.

It-trażżin jagħti l-protezzjoni meħtieġa fi kwalunkwe pożizzjoni maħsuba għas-sistema tat-trażżin; għat-“Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” il-mezz primarju ta' trażżin għandu jagħti l-protezzjoni meħtieġa fi kwalunkwe pożizzjoni maħsuba għas-sistema tat-trażżin mingħajr ma jintuża l-apparat għat-trażżin addizzjonali li jista' jkun preżenti.

6.2.1.2.

It-tfal jistgħu jitpoġġew fit-trażżin u jitneħħew minnu faċilment u malajr; fil-każ ta' sistema tat-trażżin għat-tfal li fiha t-tfal jiġu mrażżna permezz ta' ċinturin f'għamla ta' harness jew ta' ċinturin f'forma ta' Y mingħajr retrattur, kull trażżin ta' fuq l-ispalla u kull ċinga ta' fuq il-ħoġor għandhom ikunu jistgħu jiċċaqalqu relattivament ma' xulxin waqt il-proċedura preskritta fil-paragrafu 7.2.1.4.

F'dawn il-każi l-assemblaġġ taċ-ċinturin tas-sistema tat-trażżin għat-tfal jista' Jkun iddisinjat b'żewġ partijiet jew aktar li huma konnessi ma' xulxin għat-“Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” huwa rikonoxxut li l-apparat addizzjonali tat-trażżin jirrestrinġi l-veloċità li biha t-tfal jistgħu jitpoġġew u jitneħħew. Madankollu, l-apparat addizzjonali għandu jkun iddisinjat biex jinfetaħ malajr kemm jista' jkun.

6.2.1.3.

Jekk ikun possibbli li tinbidel l-inklinazzjoni tat-trażżin, din il-bidla fl-inklinazzjoni ma għandhiex teħtieġ aġġustament mill-ġdid taċ-ċineg b'mod manwali. Hija meħtieġa azzjoni manwali apposta biex titbiddel l-inklinazzjoni tat-trażżin.

6.2.1.4.

Is-sistemi tat-trażżin tal-gruppi 0, 0 + u I għandhom iżommu t-tfal f'pożizzjoni tali li jagħtu l-protezzjoni meħtieġa anki meta t-tfal ikunu reqdin.

6.2.1.5.

Is-sistemi tat-trażżin kollha li jħarsu 'l quddiem tal-grupp I li jinkorporaw sistema integrali ta' harness għandu jkollhom ċinga għal bejn il-koxox li tevita li t-tifel/tifla jiżżerżaq 'l isfel, jew minħabba impatt jew minħabba li ma joqogħdux bi kwiethom.

6.2.2.   Għall-gruppi I, II u III, l-apparat kollu tat-trażżin li juża “ċinga ta' fuq il-ħoġor” għandu jiggwida ċ-“ċinga ta' fuq il-ħoġor” biex ikun żgurat li t-tagħbijiet trażmessi miċ-“ċinga ta' fuq il-ħoġor” jiġu trasmessi minn ġol-pelvi l-assemblaġġ ma għandux jissoġġetta lill-partijiet dgħajfa tal-ġisem tat-tfal (l-addome, il-parti ta' bejn il-koxox, eċċ.) għal forzi eċċessivi.

6.2.2.1.   Biċ-ċinga għal bejn il-koxox mehmuża u fl-aktar pożizzjoni twila tagħha jekk tkun aġġustabbli, ma għandux ikun possibbli li wieħed jaġġusta ċ-ċinga ta' fuq il-ħoġor b'mod li din titqiegħed 'il fuq mill-pelvi kemm tal-iċken kif ukoll tal-akbar manikin fil-gruppi tal-massa koperti mill-approvazzjoni għat-trażżin kollu li jħares 'il quddiem ma għandux ikun possibbli li wieħed jaġġusta iċ-ċinga ta' fuq il-ħoġor b'mod li din titqiegħed 'il fuq mill-pelvi kemm għall-iċken kif ukoll għall-akbar manikin fi ħdan il-gruppi tal-massa koperti mill-approvazzjoni.

6.2.2.2.   Waqt it-test dinamiku, kif preskritt fil-paragrafu 8.1.3, iċ-ċinturin ta' fuq il-ħoġor ma għandux jgħaddi kompletament 'il hinn mill-istruttura pelvika tal-manikin, fil-perjodu ta' qabel id-devjazzjoni massima orizzontali tar-ras għandha ssir valutazzjoni bl-użu ta' filmati b'veloċità qawwija.

6.2.3.   Iċ-ċineg kollha tat-trażżin għandhom jitpoġġew b'tali mod li ma jdejqux lil min jilbishom waqt l-użu normali u li ma jadottawx konfigurazzjoni perikoluża. Id-distanza bejn iċ-ċineg għall-ispalla li jinstabu viċin tal-għonq għandha tkun tal-inqas daqs il-wisa' tal-għonq tal-manikin xieraq.

6.2.4.   Id-disinn għandu jkun b'tali mod li t-tagħbijiet tal-kompressjoni ma għandhomx jiġu imposti fuq il-qurriegħa tal-ras tat-tifel/tifla fil-każ ta' kolliżjoni.

6.2.4.1.   Iċ-ċinturini f'forma ta' Y jistgħu jintużaw biss fis-sistemi tat-trażżin għat-tfal li jħarsu lura u lejn il-ġenb (carrycots).

6.2.5.   It-trażżin għat-tfal għandu jkun iddisinjat u installat b'tali mod li:

6.2.5.1.

Inaqqas kemm jista' jkun il-periklu li t-tifel/tifla jew il-passiġġieri l-oħra li jinsabu ġol-vettura iweġġgħu permezz ta' truf jew partijiet li jisporġu 'l barra li jaqtgħu (kif definit fir-Regolament Nru 21, pereżempju);

6.2.5.2.

Ma jkollux truf jew partijiet li jisporġu 'l barra li jaqtgħu li jistgħu jikkawżaw ħsara lill-kisi tas-sits tal-vettura jew lill-ħwejjeġ tal-okkupanti;

6.2.5.3.

Ma jissoġġettax lill-partijiet dgħajfa tal-ġisem tat-tfal (l-addome, il-parti ta' bejn il-koxox, eċċ) għal forzi ta' inerzja supplimentari li joħloq huwa stess;

6.2.5.4.

Jiżgura li l-partijiet riġidi tiegħu, f'punti fejn ikunu f'kuntatt maċ-ċineg, ma jkollomx truf li jaqtgħu li jistgħu jisolħu ċ-ċineg.

6.2.6.   Kwalunkwe parti magħmula b'mod li tista' tiġi separata biex tippermetti li l-komponenti jitwaħħlu u jinqalgħu għandha tkun iddisinjata b'tali mod li tevita kemm jista' jkun possibbli kull riskju ta' assemblaġġ u użu mhux korrett. It-“Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” jista' jkollu apparati addizzjonali għat-trażżin; dawn għandhom jiġu ddisinjati biex jevitaw kwalunkwe riskju ta' assemblaġġ mhux korrett u li l-mezz ta' rilaxx u l-mod li bih jitħaddmu għandhom ikunu immedjatament ovvji għal xi ħadd li qed iwettaq salvataġġ f'każ ta' emerġenza.

6.2.7.   Meta t-trażżin għat-tfal maħsub għall-grupp I, għall-grupp II u għall-gruppi I u II flimkien jinkludi dahar għas-siġġu, l-għoli intern ta' dan id-dahar, iddeterminat skont id-disinn fl-Anness 12, ma għandux ikun inqas minn 500 mm.

6.2.8.   Jistgħu jintużaw biss retratturi jillokkjaw awtomatikament jew retratturi jillokkjaw f'emerġenza.

6.2.9.   Għall-apparat maħsub biex jintuża fil-Grupp I ma jridx ikun possibbli għat-tfal li jillaxkaw faċilment dik il-parti tas-sistema li trażżan il-pelvi wara li dawn jitpoġġew fiha; għal dan il-għan ir-rekwiżiti tal-paragrafu 7.2.5 (apparati tal-qfil) għandhom jiġu ssodisfati; kwalunkwe apparat li huwa maħsub biex jikseb dan għandu jitwaħħal b'mod permanenti mas-sistema tat-trażżin għat-tfal.

6.2.10.   It-trażżin għat-tfal jista' jkun iddisinjat biex jintuża f'aktar minn grupp tal-massa wieħed u/jew minn aktar minn tifel/tifla wieħed, sakemm jista' jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti għal kull wieħed mill-gruppi kkonċernati. It-trażżin għat-tfal fil-kategorija “universali” għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta' dik il-kategorija għall-gruppi tal-massa kollha li għalihom ġie approvat.

6.2.11.   Trażżin għat-tfal b'retrattur

Fil-każ ta' trażżin għat-tfal li jinkorpora retrattur, ir-retrattur għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 7.2.3 ta' hawn taħt.

6.2.12.   Fil-każ tal-booster cushions, għandha tiġi eżaminata l-faċilità li biha ċ-ċineg u l-ilsien taċ-ċinturin għall-adulti jgħaddu mill-punti tal-fissaġġ. Dan għandu jsir b'mod partikolari għall-booster cushions li huma maħsuba għas-sits ta' quddiem tal-karozzi, li jista' jkollhom irfid twil semiriġidu. Il-bokkla fissa ma għandhiex titħalla tgħaddi mill-punti tal-fissaġġ tal-booster seats, jew li tippermetti qagħda ta' ċinturin kompletament differenti minn dik tat-trolley tat-test.

6.2.13.   Jekk it-trażżin għat-tfal huwa maħsub għal aktar minn tifel/tifla wieħed, kull sistema tat-trażżin għandha tkun totalment indipendenti fir-rigward tat-trasferiment tat-tagħbija u tal-aġġustamenti.

6.2.14.   It-trażżin għat-tfal li jinkorpora elementi li jintefħu għandu jiġi ddisinjat b'tali mod li l-kondizzjonijiet għall-użu (pressjoni, temperatura, umdità) ma jkollhom l-ebda effett fuq il-kapaċità tiegħu li jikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

6.3.   Speċifikazzjonijiet tat-trażżin ISOFIX

6.3.1.   Karatteristiċi ġenerali

6.3.1.1.   Dimensjonijiet

Id-dimensjonijiet massimi laterali, 'l isfel, u lura tas-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX u l-postijiet tas-sistema ta' ankraġġi ISOFIX li magħha għandhom jitqabbdu l-partijiet ta' twaħħil tagħha, għandhom jiġu ddefiniti għall-manifattur tas-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX permezz tal-Fissaġġ tas-Sit tal-Vettura (VSF) iddefinit mill-paragrafu 2.31 ta' dan ir-Regolament.

6.3.1.2.   Massa

Il-massa ta' sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX tal-kategoriji universali u semiuniversali u tal-grupp tal-massa 0, 0+, 1 ma għandhiex tkun aktar minn15 kg.

6.3.2.   Partijiet ta' twaħħil ISOFIX

6.3.2.1.   Tip

Il-partijiet ta' twaħħil ISOFIX jistgħu jkunu skont l-eżempji murija fil-Figura 0 (a) ta' hawn taħt, jew skont disinji xierqa oħra li jkunu parti minn mekkaniżmu riġidu li jista' jiġi aġġustat, li n-natura tiegħu tiġi ddeterminata mill-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal ISOFIX.

Figura 0 (a)

Image

Test ta 'immaġni

6.3.2.2.   Dimensjonijiet

Id-dimensjonijiet tal-porzjon tal-parti ta' twaħħil tas-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX li tiddaħħal fis-sistema ta' ankraġġ ISOFIX ma għandhomx ikunu akbar mid-dimensjonijiet massimi mogħtija mill-limiti indikati fil-Figura 0 (b).

Figura 0 (b)

Image

6.3.2.3.   Indikazzjoni tal-qfil parzjali

Is-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX għandha tinkorpora mezzi li permezz tagħhom ikun hemm indikazzjoni ċara li ż-żewġ partijiet ta' twaħħil ISOFIX inqaflu kompletament mal-ankraġġi t'isfel ISOFIX li jikkorrispondu magħhom. Il-mezzi ta' indikazzjoni jistgħu ikunu awdibbli, tattili jew viżwali jew kombinazzjoni ta' tnejn minn dawn jew aktar f'każ ta' indikazzjoni viżibbli, din għaldha tkun viżibbli fil-kondizzjonijiet tat-tidwil normali kollha.

6.3.3.   Speċifikazzjonijiet taċ-ċinga tal-irbit ta' fuq tat-trażżin għat-tfal ISOFIX

6.3.3.1.   Konnettur tal-irbit ta' fuq

Il-konnettur tal-irbit ta' fuq għandu jkun ganċ tal-irbit ta' fuq ISOFIX kif indikat fil-Figura 0 (c), jew apparati simili li joqgħodu fil-limiti indikati fil-Figura 0 (c).

6.3.3.2.   Karatteristiċi taċ-ċineg tal-irbit ta' fuq ISOFIX

Iċ-ċinga tal-irbit ta' fuq ISOFIX għandha tkun appoġġata minn strixxi (jew l-ekwivalenti tagħhom), u jkollha mezz għall-aġġustament u għat-tnaqqis tat-tensjoni.

6.3.3.2.1.   Karatteristiċi taċ-ċineg tal-irbit ta' fuq ISOFIX

It-tul taċ-ċinga tal-irbit ta' fuq tat-trażżin għat-tfal ISOFIX għandu jkun mill-inqas 2 000 mm.

6.3.3.2.2.   Indikatur ta' nuqqas ta' laxkezza (no-slack indicator)

Iċ-ċinga tal-irbit ta' fuq ISOFIX jew is-sit tat-tfal ISOFIX għandhom ikunu mgħammra b'apparat li jindika li tneħħiet kull laxkezza miċ-ċinga l-apparat jista' jkun parti minn apparat ta' aġġustament u li jnaqqas it-tensjoni.

6.3.3.2.3.   Dimensjonijiet

Id-dimensjonijiet tad-dħul għall-ganċijiet tal-irbit ta' fuq ISOFIX huma indikati fil-Figura 0 (c).

Figura 0 (c)

Id-dimensjonijiet tal-konnettur tal-irbit ta' fuq ISOFIX (tip ta' ganċ)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

6.3.4.   Dispożizzjonijiet dwar l-aġġustament

Il-partijiet ta' twaħħil ISOFIX, jew is-sistema tat-trażżin gћat-tfal ISOFIX stess, għandhom ikunu aġġustabbli sabiex jakkomodaw il-medda ta' postijiet ta' ankraġġ ISOFIX deskritti fir-Regolament Nru 14.

6.4.   Kontroll tal-immarkar

6.4.1.   Is-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni gћandu jivverifika li l-immarkar ikun konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 4.

6.5.   Kontroll tal-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni u l-istruzzjonijiet għall-użu

6.5.1.   Is-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni gћandu jivverifika li l-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni u l-istruzzjonijiet gћall-użu jkunu konformi mal-paragrafu 15.

7.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET PARTIKOLARI

7.1.   Dispożizzjonijiet applikabbli għat-trażżin armat

7.1.1.   Reżistenza għall-korrużjoni

7.1.1.1.   It-trażżin għat-tfal komplut, jew il-partijiet tiegħu li huma suxxettibbli għall-korrużjoni, għandhom jiġu soġġetti għat-test tal-korrużjoni speċifikat fil-paragrafu 8.1.1 ta' hawn taħt.

7.1.1.2.   Wara t-test tal-korrużjoni kif preskritt fil-paragrafi 8.1.1.1 u 8.1.1.2, ma għandu jkun viżibbli għal għajnejn osservatur kwalifikat l-ebda sinjal ta' deterjorament li jista' jtellef il-funzjonament tajjeb tat-trażżin għat-tfal u l-ebda korrużjoni sinifikanti.

7.1.2.   Assorbiment tal-enerġija

7.1.2.1.   Għall-apparat kollu b'appoġġi għad-dahar, iż-żoni definiti fl-Anness 18 ta' dan ir-Regolament, meta jiġu ttestjati skont l-Anness 17, għandhom jagħtu aċċelerazzjoni massima ta' inqas minn 60 g. Dan ir-rekwiżit japplika wkoll għaż-żoni tal-ilqugħ mill-impatt li qegħdin fiż-żona fejn tista' tintlaqat ir-ras.

7.1.2.2.   Fil-każ ta' sistemi tat-trażżin għat-tfal b'apparat ta' appoġġ gћar-ras aġġustabbli u permanenti mwaћћal b'mod mekkaniku, fejn l-gћoli taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti jew tal-harness għat-tfal ikun ikkontrollat direttament mill-appoġġ gћar-ras aġġustabbli, mhuwiex meћtieġ l-assorbiment tal-enerġija fiż-żoni ddefiniti fl-Anness 18, fejn ir-ras tal-manikin ma tistax tagħmel kuntatt magћhom, jiġifieri wara l-appoġġ gћar-ras.

7.1.3.   Qlib ta' taħt fuq

7.1.3.1.   It-trażżin għat-tfal għandu jiġi ttestjat kif preskritt fil-paragrafu 8.1.2; il-manikin ma għandu jintefa' 'l barra mill-apparat f'ebda ħin waqt it-test, u barra minn hekk meta s-sit tat-test ikun fil-pożizzjoni ta' taħt fuq, ir-ras tal-manikin ma għandhiex tiċċaqlaq b'aktar minn 300 mm mill-pożizzjoni oriġinali tagħha f'direzzjoni vertikali relattivament mas-sit tat-test.

7.1.4.   Test dinamiku

7.1.4.1.   Ġenerali. It-trażżin għat-tfal għandu jiġi soġġett għal test dinamiku f'konformità mal-paragrafu 8.1.3 ta' hawn taħt.

7.1.4.1.1.   It-trażżin għat-tfal tal-kategoriji “universali”, “ristrett” u “semiuniversali” għandu jiġi ttestjat fuq it-trolley tat-test permezz tas-sit tat-test preskritt fil-paragrafu 6, u f'konformità mal-paragrafu 8.1.3.1.

7.1.4.1.2.   It-trażżin għat-tfal tal-kategorija “vettura speċifika” għandu jiġi ttestjat b'kull mudell tal-vettura li għalih huwa maħsub it-trażżin għat-tfal. Is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-test jista' jnaqqas l-għadd tal-mudelli ta' vetturi ttestjati jekk dawn ma jvarjawx ħafna fl-aspetti elenkati fil-paragrafu 7.1.4.1.2.3. It-trażżin għat-tfal jista' jiġi ttestjat b'wieħed mill-metodi li ġejjin:

7.1.4.1.2.1.

Fuq vettura kompleta, kif preskritt fil-paragrafu 8.1.3.3;

7.1.4.1.2.2.

F'qafas tal-bodi tal-vettura fuq it-trolley tat-test, kif preskritt fil-paragrafu 8.1.3.2; jew,

7.1.4.1.2.3.

F'partijiet suffiċjenti tal-qafas tal-bodi tal-vettura tant li jirrappreżentaw l-istruttura tal-vettura u s-superfiċji tal-impatt. Jekk it-trażżin għat-tfal huwa maħsub biex jintuża fis-sit ta' wara, il-partijiet għandhom jinkludu d-dahar tas-sit ta' quddiem, is-sit ta' wara, il-pjanċa tal-qiegħ, il-kolonni B u C u s-saqaf. Jekk it-trażżin huwa maħsub biex jintuża fis-sit ta' quddiem, il-partijiet għandhom jinkludu d-dashboard, il-kolonna A, il-windskrin, kwalunkwe lieva jew pum installat fil-qiegħ jew fuq panil tal-kontrolli, is-sit ta' quddiem, il-pjanċa tal-qiegħ u s-saqaf. Barra minn hekk, jekk it-trażżin għat-tfal huwa maħsub biex jintuża flimkien maċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti, il-partijiet għandhom jinkludu ċ-ċinturin(i) għall-adulti xieraq/xierqa. Is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-test jista' jippermetti li jiġu esklużi ċerti oġġetti jekk jinstab li dawn huma żejda l-ittestjar għandu jsir kif preskritt fil-paragrafu 8.1.3.2.

7.1.4.1.3.   It-test dinamiku għandu jitwettaq fuq it-trażżin għat-tfal li qabel ma jkunx ġie mgħobbi.

7.1.4.1.4.   Matul it-testijiet dinamiċi, l-ebda parti mit-trażżin għat-tfal li tkun fil-fatt qed tgħin biex iżżomm it-tfal fil-pożizzjoni xierqa ma għandha tinkiser, u l-ebda bokkla jew sistema tal-illokkjar jew sistema ta' spostament jew riġel ta' appoġġ ma għandhom jinkisru jew jinħallu jew jaqgħu, għajr meta jkunu identifikati bħala apparat ta' limitu ta' tagħbija. Kwalunkwe apparat ta' limitu ta' tagħbija għandu jkun identifikat b'mod ċar fid-deskrizzjonijiet tekniċi tal-manifattur kif definit fil-paragrafu 3.2.1 ta' dan ir-Regolament.

7.1.4.1.5.   Fil-każ ta' “tip mhux integrali” iċ-ċinturin tas-sikurezza użat għandu jkun iċ-ċinturin standard u s-saljaturi tal-ankraġġ tiegħu skont preskritti fl-Anness 13 ta' dan ir-Regolament. Dan ma japplikax għall-approvazzjonijiet ta'“vettura speċifika” fejn għandu jintuża ċ-ċinturin reali tal-vettura.

7.1.4.1.6.   Jekk sistema tat-trażżin għat-tfal ta'“vettura speċifika” tiġi installata fiż-żona ta' wara l-pożizzjonijiet tas-sits għall-adulti l-aktar lura u li jħarsu 'l quddiem (pereżempju, il-kompartiment tal-bagalji), għandu jitwettaq test wieħed bl-akbar manikin/manikini fuq vettura kompleta kif preskritt fil-paragrafu 8.1.3.3.3. It-testijiet l-oħra, inkluż dak tal-konformità tal-produzzjoni, jistgħu jitwettqu kif preskritt fil-paragrafu 8.1.3.2, jekk il-manifattur jixtieq hekk.

7.1.4.1.7.   Fil-każ ta'“Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” kull test dinamiku speċifikat minn dan ir-Regolament għal kull grupp tal-massa għandu jitwettaq darbtejn: l-ewwel billi jintużaw il-mezzi primarji tat-trażżin u wara bl-apparati kollu tat-trażżin li qed jintużaw f'dawn it-testijiet, għandha tingħata attenzjoni speċjali għar-rekwiżiti fil-paragrafi 6.2.3 u 6.2.4.

7.1.4.1.8.   Waqt it-testijiet dinamiċi, iċ-ċinturin tas-sikurezza standard użat biex jiġi installat trażżin għat-tfal integrali ma għandux jinħall minn kwalunkwe gwida jew apparat tal-illokkjar utilizzat għat-test imwettaq.

Waqt it-testijiet dinamiċi, iċ-ċinturin tas-sikurezza standard użat biex jiġi installat trażżin għat-tfal mhux integrali ma għandux jinħall minn kwalunkwe gwida jew apparat tal-illokkjar utilizzat għat-test imwettaq madankollu, għall-porzjon tal-ispalla dan għandu jiġi evalwat sal-mument li fih tintlaħaq id-devjazzjoni orizzontali massima tar-ras tal-manikin. Barra minn hekk, waqt it-test dinamiku tat-trażżin għat-tfal mhux integrali, il-limitu ta' spostament aċċettabbli taċ-ċinturin tal-ispalla huwa li t-tarf t'isfel tal-parti tal-ispalla taċ-ċinturin tas-sikurezza standard ma għandux ikun aktar baxx mill-minkeb tal-manikin fil-punt tad-devjazzjoni orizzontali massima tar-ras tal-manikin.

7.1.4.1.9.   It-trażżin gћat-tfal b'riġel ta' appoġġ gћandu jiġi ttestjat kif ġej:

(a)

Fil-każ tal-kategorija semiuniversali, it-testijiet gћall-impatt frontali gћandhomjitwettqu bir-riġel ta' appoġġ aġġustat, kemm gћall-aġġustament massimu kif ukoll gћal dak minimu tiegħu, li jkunu kumpatibbli mal-pożizzjoni tal-pjanċa tal-qiegħ tat-trolley. It-testijiet għall-impatt minn wara għandhom isiru bl-agħar pożizzjoni possibbli magħżula mis-Servizz Tekniku. Waqt it-testijiet ir-riġel ta' appoġġ gћandu jkun appoġġat mill-pjanċa tal-qiegħ tat-trolley kif deskritt fil-Figura 2 tal-Appendiċi 3 tal-Anness 6. Jekk ikun hemm spazju bejn l-iqsar tul tar-riġel u l-ogћla livell tal-pjanċa tal-qiegħ, ir-riġel jiġi aġġustat gћal-livell tal-pjanċa tal-qiegħ ta' 140 mm taћt is-Cr. Jekk it-tul massimu tar-riġel ikun akbar minn dak li l-iktar livell baxx tal-pjanċa tal-qiegħ jippermetti li jintuża, ir-riġel jiġi aġġustat gћal dak l-aktar livell baxx tal-pjanċa tal-qiegħ ta' 280 mm taћt Cr fil-każ ta' riġel ta' appoġġ b'passi aġġustabbli, it-tul tar-riġel ta' appoġġ gћandu jiġi aġġustat gћall-pożizzjoni tal-aġġustament li jmiss, sabiex jiġi żgurat li r-riġel ta' appoġġ ikun f'kuntatt mal-qiegħ.

(b)

Fil-każ ta' riġlejn ta' appoġġ barra mill-pjan tas-simetrija, is-Servizz Tekniku gћandu jagћżel l-agћar każ gћat-test.

(c)

Fil-każ ta' kategorija ta' vettura speċifika, ir-riġel ta' appoġġ gћandu jiġi aġġustat kif speċifikat mill-manifattur tat-trażżin gћat-tfal.

7.1.4.1.10.   Fil-każ ta' trażżin gћat-tfal li juża sistema ta' ankraġġ ISOFIX u apparat antirotazzjoni, jekk ikun hemm, it-test dinamiku għandu jitwettaq:

7.1.4.1.10.1.

Gћal CRS ISOFIX tal-Klassijiet tad-daqs A, B u B1:

7.1.4.1.10.1.1.

Bl-apparat antirotazzjoni użat, u

7.1.4.1.10.1.2.

Mingħajr l-apparat antirotazzjoni użat. Jekk l-apparat antirotazzjoni jkun riġel ta' appoġġ u jkun jista' jiġi moħbi għalkollox fil-bażi jew fil-qafas tas-CRS, it-test jitwettaq bl-apparat fil-pożizzjoni tiegħu moħbi jew jitneħħa r-riġel rispettivament. Jekk ma jkunx jista' jiġi moħbi għalkollox fil-bażi, it-test jitwettaq bl-apparat użat fl-iqsar tul tiegħu u bil-pjanċa tal-qiegħ tat-trolley fl-iktar pożizzjoni baxxa tagħha.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax meta riġel ta' appoġġ permanenti u mhux aġġustabbli jintuża bћala apparat antirotazzjoni.

7.1.4.1.10.2.

Gћal sistemita' trażżin gћat-tfal ISOFIX ta' klassijiet tad-daqs oћrajn, bl-apparat antirotazzjoni użat.

7.1.4.2.   Aċċellerazzjoni tas-sider (4)

7.1.4.2.1.   L-aċċellerazzjoni tas-sider li tirriżulta ma għandhiex tkun aktar minn 55 g ħlief matul il-perjodi li s-somma tagħhom ma tkunx aktar minn 3 ms.

7.1.4.2.2.   Il-komponent vertikali tal-aċċellerazzjoni mill-addome lejn ir-ras ma għandux ikun aktar minn 30 g ħlief matul il-perjodi li s-somma tagħhom ma tkunx aktar minn 3 ms.

7.1.4.3.   Penetrazzjoni addominali (5)

7.1.4.3.1.   Waqt il-verifika deskritta fil-paragrafu 5.3 tal-Appendiċi 1 tal-Anness 8, ma għandu jkun hemm l-ebda sinjal viżibbli ta' penetrazzjoni fit-tafal artab tal-addome kkawżat minn xi parti tal-apparat tat-trażżin.

7.1.4.4.   Spostament tal-manikin

7.1.4.4.1.   It-trażżin għat-tfal tal-kategoriji “universali”, “ristrett” u “semiuniversali”:

7.1.4.4.1.1.

Trażżin għat-tfal li jħares 'il quddiem: ir-ras tal-manikin ma għandhiex tgħaddi lil hinn mill-pjani BA u DA kif iddefiniti fil-Figura 1 ta' hawn taħt, bl-eċċezzjoni tal-booster seats meta jintuża l-ikbar manikin P10, fejn il-valur fir-rigward tal-pjan DA huwa ta' 840 mm.

Figura 1

Arranġament għall-ittestjar ta' apparat li jħares 'il quddiem

Image

7.1.4.4.1.2.

Trażżin għat-tfal li jħares lura

7.1.4.4.1.2.1.   Trażżin għat-tfal appoġġat fuq id-dashboard: ir-ras tal-manikin ma għandhiex tgħaddi lil hinn mill-pjani AB, AD u DCr, kif iddefiniti fil-Figura 2 ta' hawn taћt. Dan gћandu jiġi evalwat sa 300 ms jew il-mument li fih il-manikin jieqaf għalkollox, liema minnhom iseħħ l-ewwel.

Figura 2

Arranġament għall-ittestjar ta' apparat li jħares 'il quddiem

Image

Test ta 'immaġni

7.1.4.4.1.2.2.   It-trażżin għat-tfal fil-grupp 0 mhux appoġġat fuq id-dashboard, u l-carrycots: Ir-ras tal-manikin ma għandhiex tgħaddi lil hinn mill-pjani AB, AD u DE, kif indikati fil-Figura 3 ta' hawn taħt. Dan gћandu jiġi evalwat sa 300 ms jew il-mument li fih il-manikin jieqaf għalkollox, liema minnhom iseħħ l-ewwel.

Figura 3

Arranġament għall-ittestjar tal-apparat tat-trażżin għat-tfal tal-grupp 0, mhux appoġġat fuq id-dashboard

Image

7.1.4.4.1.2.3.   It-trażżin għat-tfal li mhux tal-grupp 0 u li mhux appoġġat fuq id-dashboard:

 

Ir-ras tal-manikin ma għandhiex tgħaddi lil hinn mill-pjani FD, FG u DE, kif indikati fil-Figura 4 ta' hawn taħt u ma għandu jkun hemm ebda kuntatt dirett bejn ir-ras tal-manikin u l-iżbarra. Dan gћandu jiġi evalwat sa 300 ms jew il-mument li fih il-manikin jieqaf għalkollox, liema minnhom iseħħ l-ewwel.

 

Fil-każ li jkun hemm kuntatt bejn trażżin għat-tfal bħal dan u l-iżbarra b'dijametru ta' 100 mm u jiġu ssodisfati l-kriterji tal-prestazzjoni kollha, għandu jitwettaq test dinamiku ieħor (impatt frontali) bl-aktar manikin tqil maħsub għal trażżin għat-tfal bħal dan u mingħajr l-iżbarra b'dijametru ta' 100 mm; ir-rekwiżiti għal dan it-test huma li jiġu ssodisfati l-kriterji kollha minbarra dak tal-ispostament 'il quddiem.

Figura 4

Arranġament għall-ittestjar tal-apparat li jħares lura, minbarra l-grupp 0, li mhux appoġġat fuq id-dashboard

Image

Test ta 'immaġni

7.1.4.4.2.   Trażżin għat-tfal tal-kategorija “vettura speċifika”: meta jiġi ttestjat f'vettura kompluta jew f'qafas tal-bodi tal-vettura, ir-ras ma għandha tiġi f'kuntatt ma' ebda parti tal-vettura. Madankollu, jekk ikun hemm kuntatt, il-veloċità tal-impatt tar-ras għandha tkun ta' inqas minn 24 km/h u l-parti li magħha jsir il-kuntatt għandha tissodisfa r-rekwiżiti tat-test tal-assorbiment tal-enerġija stabbiliti fl-Anness 4 tar-Regolament Nru 21 f'testijiet b'vetturi kompluti għandu jkun possibbli li wara t-test il-manikini jitneħħew mit-trażżin għat-tfal mingħajr ma jintużaw għodod.

7.1.5.   Reżistenza għat-temperatura

7.1.5.1.   L-assemblaġġi tal-bokkla, ir-retratturi, l-aġġustaturi u l-apparat tal-qfil li jistgħu jiġu affetwati mit-temperatura, għandhom jiġu soġġetti għat-test tat-temperatura speċifikat fil-paragrafu 8.2.8 ta' hawn taħt.

7.1.5.2.   Wara t-test tat-temperatura kif preskritt fil-paragrafu 8.2.8.1, ma għandu jkun viżibbli għal għajnejn osservatur kwalifikat l-ebda sinjal ta' deterjorament, li jista' jtellef mill-funzjonament xieraq tat-trażżin għat-tfal.

7.2.   Dispożizzjonijiet applikabbli għall-komponenti individwali tat-trażżin

7.2.1.   Bokkla

7.2.1.1.   Il-bokkla għandha tkun iddisinjata b'tali mod li tkun prekluża kull possibbiltà ta' manipulazzjoni mhux korretta. Dan ifisser, inter alia, li ma għandux ikun possibbli li l-bokkla titħalla magħluqa parzjalment; ma għandux ikun possibbli li partijiet mill-bokkla jiġu skambjati b'mod involontarju meta l-bokkla tkun qed tingħalaq; il-bokkla għandha tingħalaq biss meta l-partijiet kollha jkunu mdaħħla f'posthom. Kull fejn il-bokkla tkun f'kuntatt mat-tfal, din ma għandhiex tkun idjaq mill-wisa' minima taċ-ċinga kif speċifikat fil-paragrafu 7.2.4.1.1 ta' hawn taħt. Dan il-paragrafu mhux applikabbli għall-assemblaġġi taċ-ċinturini li huma diġà ġew approvati skont ir-Regolament tal-KEE Nru 16 jew kwalunkwe standard ekwivalenti fis-seħħ fil-każ ta'“Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” hija l-bokkla fuq il-mezz primarju tat-trażżin biss li jeħtieġ li tkun konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafi 7.2.1.1 sa 7.2.1.9 biż-żewġ paragrafi msemmija inklużi.

7.2.1.2.   Il-bokkla, anki meta mhix taħt tensjoni, għandha tibqa' magħluqa tkun xi tkun il-pożizzjoni tagħha għandha tkun tista' titħaddem u tinqabad bl-idejn faċilment għandu jkun possibbli li tinfetaħ billi tkun eżerċitata pressjoni fuq buttuna jew fuq xi apparat simili. Is-superfiċje li fuqha trid tiġi eżerċitata din il-pressjoni jrid ikollha fil-pożizzjoni tal-ftuħ reali u meta tiġi projettata fi pjan perpendikolari mad-direzzjoni inizjali tal-moviment tal-buttuna: f'każ ta' apparat integrat, erja ta' mhux inqas minn 4,5 cm2 b'wisa' ta' mhux inqas minn 15 mm; għal apparat mhux integrat, erja ta' 2,5 cm2 u wisa' ta' mhux inqas minn 10 mm. Il-wisa' għandha tkun l-iżgħar waħda miż-żewġ dimensjonijiet li jifformaw l-erja preskritta u għandha titkejjel b'mod perpendikolari mad-direzzjoni tal-moviment tal-buttuna ta' rilaxx tal-bokkla.

7.2.1.3.   L-erja tar-rilaxx tal-bokkla għandha tkun ta' kulur aħmar l-ebda parti oħra mill-bokkla ma għandu jkollha dan il-kulur.

7.2.1.4.   Għandu jkun possibbli li t-tfal jiġu rilaxxat mit-trażżin b'azzjoni waħda fuq bokkla għall-gruppi 0 u 0+ huwa permess lit-tfal jitneħħew flimkien mal-apparati bħal benniena għat-trabi li tinġarr/carrycot/trażżin għall-carrycot jekk is-sistema tat-trażżin għat-tfal tista' tiġi rilaxxata billi jintużaw mhux aktar minn żewġ bokkli.

7.2.1.4.1.   Konnessjoni b'molla bejn iċ-ċineg tal-ispalla ta' ċinturin f'għamla ta' harness titqies bħala li mhix konformi mar-rekwiżit ta' azzjoni waħda msemmi fil-paragrafu 7.2.1.4 ta' hawn fuq.

7.2.1.5.   Għall-gruppi II u III il-bokkla għandha titqiegħed f'pożizzjoni li t-tifel/tifla jkun jista' jilħaqha. Barra minn hekk, għandha titqiegħed f'pożizzjoni, għall-gruppi kollha, b'tali mod li l-għan u l-mod tat-tħaddim tagħha jkunu immedjatament ovvji għal xi ħadd li qed iwettaq salvataġġ f'każ ta' emerġenza.

7.2.1.6.   Il-ftuħ tal-bokkla għandu jippermetti li t-tifel/tifla jkun jista' jitneħħa b'mod indipendenti mis-“siġġu”, mill-“appoġġ tas-siġġu” jew mill-“ilqugħ mill-impatt”, jekk imwaħħal, u jekk l-apparat jinkludi ċinga għal bejn il-koxox, din iċ-ċinga għandha tiġi rilaxxata bl-użu tal-istess bokkla.

7.2.1.7.   Il-bokkla għandha tkun kapaċi tirreżisti għall-kondizzjonijiet tat-tħaddim tat-test tat-temperatura indikati fil-paragrafu 8.2.8.1 u għal tħaddim ripetut, u qabel it-test dinamiku preskritt fil-paragrafu 8.1.3 għandha tgħaddi minn test li jinkludi 5 000 ± 5 ċiklu ta' ftuħ u għeluq taħt il-kondizzjonijiet normali għall-użu.

7.2.1.8.   Il-bokkla għandha tiġi soġġetta għat-testijiet tal-ftuħ li ġejjin:

7.2.1.8.1.

Test b'tagħbija

7.2.1.8.1.1.   Għal dan it-test għandu jintuża trażżin għat-tfal li jkun diġà għadda mit-test dinamiku preskritt fil-paragrafu 8.1.3 ta' hawn taħt.

7.2.1.8.1.2.   Il-forza meħtieġa biex tinfetaħ il-bokkla fit-test preskritt fil-paragrafu 8.2.1.1 ta' hawn taħt ma għandhiex tkun ta' aktar minn 80 N.

7.2.1.8.2.

Test mingħajr tagħbija

7.2.1.8.2.1.   Għal dan it-test għandha tintuża bokkla li preċedentement ma ġietx soġġetta għal tagħbija. Il-forza meħtieġa biex tinfetaħ il-bokkla meta mhix mgħobbija għandha tkun ta' bejn 40 N u 80 N, fit-testijiet preskritti fil-paragrafu 8.2.1.2 ta' hawn taħt.

7.2.1.9.   Saħħa

7.2.1.9.1.   Waqt it-test skont fil-paragrafu 8.2.1.3.2 l-ebda parti mill-bokkla jew miċ-ċineg ta' ħdejha jew mill-aġġustaturi ma għandha tinkiser jew tinqala,.

7.2.1.9.2.   Bokkla tal-harness tal-gruppi tal-massa 0 u 0 + għandha tkun tiflaħ għal 4 000 N.

7.2.1.9.3.   Bokkla tal-harness tal-grupp tal-massa I u ogħla għandha tkun tiflaħ għal 10 000 N.

7.2.1.9.4.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tista' ma twettaqx it-test tas-saħħa tal-bokkla jekk diġà jkollha infomazzjoni li tirrendi dan it-test bħala mhux meħtieġ.

7.2.2.   Apparat għall-aġġustament

7.2.2.1.   Il-medda tal-aġġustament għandha tkun suffiċjenti biex tippermetti l-aġġustament korrett tat-trażżin għat-tfal bil-manikini kollha tal-grupp tal-piż li l-apparat huwa maħsub għalih u biex tippermetti l-installazzjoni sodisfaċenti fil-mudelli kollha tal-vetturi speċifikati.

7.2.2.2.   L-apparat għall-aġġustament kollu għandu jkun tat-tip “aġġustatur rapidu”, minbarra l-apparat għall-aġġustament użat biss għall-installazzjoni inizjali tat-trażżin fil-vettura li jista' jkun ta' tip ieħor għajr dak tat-tip “aġġustatur rapidu”.

7.2.2.3.   L-apparat tat-tip “aġġustatur rapidu” għandu jintlaħaq faċilment meta t-trażżin għat-tfal ikun installat kif suppost u meta t-tifel/tifla jew il-manikin ikun f'postu.

7.2.2.4.   Apparat tat-tip “aġġustatur rapidu” għandu jiġi aġġustat faċilment skont l-istatura fiżika tat-tifel/tifla. B'mod partikolari, f'test imwettaq skont il-paragrafu 8.2.2.1, il-forza meħtieġa biex jitħaddem apparat għall-aġġustament manwali ma għandhiex tkun ta' aktar minn 50 N.

7.2.2.5.   Żewġ kampjuni tal-apparat għall-aġġustament tat-trażżin għat-tfal għandhom jiġu ttestjati kif preskritt mill-kondizzjonijiet tat-tħaddim tat-test tat-temperatura indikati fil-paragrafu 8.2.8.1 u fil-paragrafu 8.2.3 t'aktar 'l isfel.

7.2.2.5.1.   L-ammont ta' żlieq taċ-ċinga ma għandux ikun aktar minn 25 mm għal apparat għall-aġġustament wieħed jew 40 mm għall-apparat għall-aġġustament kollu.

7.2.2.6.   L-apparat ma għandux jinkiser jew jinqala' meta jiġi ttestjat kif preskritt fil-paragrafu 8.2.2.1 ta' hawn taħt.

7.2.2.7.   Aġġustatur armat direttament fuq it-trażżin għat-tfal għandu jkun kapaċi jirreżisti għal tħaddim ripetut u qabel it-test dinamiku preskritt fil-paragrafu 8.1.3 għandu jgħaddi minn test li jinkludi 5 000 ± 5 ċiklu kif speċifikat fil-paragrafu 8.2.7.

7.2.3.   Retratturi

7.2.3.1.   Retratturi jillokkjaw awtomatikament

7.2.3.1.1.   Iċ-ċinga taċ-ċinturin tas-sikurezza mgħammar b'retrattur jillokkja awtomatikament ma għandhiex tinħall b'aktar minn 30 mm bejn il-pożizzjonijiet tal-illokkjar tar-retrattur. Wara moviment lura ta' min jilbisha, iċ-ċinga għandha jew tibqa' fil-pożizzjoni inizjali tagħha jew terġa' lura awtomatikament għal dik il-pożizzjoni meta min jilbisha sussegwentement jagħmel moviment 'il quddiem.

7.2.3.1.2.   Jekk ir-retrattur huwa parti minn ċinturin ta' fuq il-ħoġor, il-forza li tiġbed lura taċ-ċinga ma għandhiex tkun ta' inqas minn 7 N kif imkejla fit-tul ħieles bejn il-manikin u r-retrattur kif preskritt fil-paragrafu 8.2.4.1 ta' hawn taħt. Jekk ir-retrattur huwa parti mit-trażżin tas-sider, il-forza li tiġbed lura ma għandhiex tkun ta' inqas minn 2 N jew ta' aktar minn 7 N, imkejla b'mod simili. Jekk iċ-ċinga tgħaddi minn gwida jew taljola, il-forza li tiġbed lura għandha titkejjel fit-tul ħieles bejn il-manikin u l-gwida jew taljola. Jekk l-assemblaġġ jinkludi apparat, li jitħaddem b'mod manwali jew b'mod awtomatiku, li ma jħallix li ċ-ċinga tinġibed lura għalkollox, dak l-apparat ma għandux ikun qed jaħdem meta jittieħed dan il-kejl.

7.2.3.1.3.   Iċ-ċinga għandha tinġibed b'mod ripetut mir-retrattur u titħalla tinġibed lura, fil-kondizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 8.2.4.2 ta' hawn taħt, sakemm jiġu kompluti 5 000 ċiklu. Ir-retrattur imbagħad għandu jiġi soġġett għall-kondizzjonijiet tat-tħaddim tat-test tat-temperatura indikati fil-paragrafu 8.2.8.1 u għat-test tal-korrużjoni deskritt fil-paragrafu 8.1.1 u għat-test tar-reżistenza għat-trab deskritt fil-paragrafu 8.2.4.5. Imbagħad għandu jerġa' jikkompleta b'mod sodisfaċenti 5 000 ċiklu ieħor fejn jinħall u jinġibed lura. Wara t-testijiet ta' hawn fuq ir-retrattur għandu jkompli jaħdem b'mod korrett u għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 7.2.3.1.1 u 7.2.3.1.2 ta' hawn fuq.

7.2.3.2.   Retratturi jillokkjaw f'emerġenza

7.2.3.2.1.   Meta jiġi ttestjat kif preskritt fil-paragrafu 8.2.4.3, retrattur jillokkja f'emerġenza għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet ta' hawn taħt:

7.2.3.2.1.1.

Għandu jillokkja meta d-deċellerazzjoni tal-vettura tilħaq 0,45 g.

7.2.3.2.1.2.

Ma għandux jillokkja f'aċċellerazzjonijiet taċ-ċinga ta' inqas minn 0,8 g kif imkejla fl-assi tal-ħruġ taċ-ċinga.

7.2.3.2.1.3.

Ma għandux jillokkja meta l-apparat ta' detezzjoni tiegħu jiġi inklinat b'mhux aktar minn 12° fi kwalunkwe direzzjoni mill-pożizzjoni tal-installazzjoni speċifikata mill-manifattur tiegħu.

7.2.3.2.1.4.

Għandu jissakkar meta l-apparat ta' detezzjoni tiegħu jiġi inklinat b'aktar minn 27° fi kwalunkwe direzzjoni mill-pożizzjoni tal-installazzjoni speċifikata mill-manifattur.

7.2.3.2.2.   Fejn it-tħaddim tar-retrattur jiddependi minn sinjal jew sors ta' enerġija estern, id-disinn għandu jiżgura li r-retrattur jillokkja awtomatikament jekk dak is-sinjal jew sors ta' enerġija jiġrilu xi ħsara jew jiġi interrott.

7.2.3.2.3.   Retrattur jillokkja f'emerġenza li għandu sensittività multipla għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti hawn fuq. Barra minn hekk, jekk wieħed mill-fatturi tas-sensittività jirrelata mal-ħruġ taċ-ċinga, l-apparat għandu jillokkja meta l-aċċellerazzjoni taċ-ċinga tilħaq 1,5 g kif imkejla fl-assi tal-ħruġ taċ-ċinga.

7.2.3.2.4.   Fit-testijiet imsemmi fil-paragrafi 7.2.3.2.1.1 u 7.2.3.2.3 ta' hawn fuq, l-ammont ta' ħruġ taċ-ċinga li jseħħ qabel ma r-retrattur jillokkja ma għandux ikun ta' aktar minn 50 mm, li jibdew mit-tul maħlul speċifikat fil-paragrafu 8.2.4.3.1 fit-test imsemmi fil-paragrafu 7.2.3.2.1.2 ta' hawn fuq, ir-retrattur ma għandux jillokkja waqt il-50 mm ta' ħruġ taċ-ċinga li jibdew mit-tul maħlul speċifikat fil-paragrafu 8.2.4.3.1 ta' hawn taħt.

7.2.3.2.5.   Jekk ir-retrattur huwa parti minn ċinturin ta' fuq il-ħoġor, il-forza li tiġbed lura taċ-ċinga ma għandhiex tkun ta' inqas minn 7 N kif imkejla fit-tul ħieles bejn il-manikin u r-retrattur kif preskritt fil-paragrafu 8.2.4.1. Jekk ir-retrattur huwa parti mit-trażżin tas-sider, il-forza li tiġbed lura ma għandhiex tkun inqas minn 2 N jew aktar minn 7 N, kif imkejla b'mod simili. Jekk iċ-ċinga tgħaddi minn gwida jew taljola, il-forza li tiġbed lura għandha titkejjel fit-tul ħieles bejn il-manikin u l-gwida jew taljola. Jekk l-assemblaġġ jinkludi apparat, li jitħaddem b'mod manwali jew b'mod awtomatiku, li ma jħallix li ċ-ċinga tinġibed lura għalkollox, dak l-apparat ma għandux ikun qed jaħdem meta jittieħed dan il-kejl.

7.2.3.2.6.   Iċ-ċinga għandha tinġibed b'mod ripetut mir-retrattur u titħalla tinġibed lura, fil-kondizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 8.2.4.2, sakemm jiġu kompluti 40 000 ċiklu. Ir-retrattur imbagħad għandu jiġi soġġett għall-kondizzjonijiet tat-tħaddim tat-test tat-temperatura indikati fil-paragrafu 8.2.8.1 u għat-test tal-korrużjoni deskritt fil-paragrafu 8.1.1 u għat-test tar-reżistenza għat-trab deskritt fil-paragrafu 8.2.4.5. Imbagħad għandu jerġa' jikkompleta b'mod sodisfaċenti 5 000 ċiklu ieħor fejn jinħall u jinġibed lura (jiġifieri 45 000 ċiklu b'kollox). Wara t-testijiet ta' hawn fuq ir-retrattur għandu jkompli jaħdem b'mod korrett u għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 7.2.3.2.1 sa 7.2.3.2.5 ta' hawn fuq.

7.2.4.   Ċineg

7.2.4.1.   Wisa'

7.2.4.1.1.   Il-wisa' minima taċ-ċineg tat-trażżin għat-tfal li jiġu f'kuntatt mal-manikin għandha tkun ta' 25 mm għall-gruppi 0, 0+ u I, u ta' 38 mm għall-gruppi II u III. Dawn id-dimensjonijiet għandhom jitkejlu waqt it-test tas-saħħa taċ-ċinga preskritt fil-paragrafu 8.2.5.1, mingħajr ma titwaqqaf il-magna u b'tagħbija ugwali għal 75 fil-mija tat-tagħbija li biha tinqata' ċ-ċinga.

7.2.4.2.   Is-saħħa wara l-ikkondizzjonar tal-kamra

7.2.4.2.1.   It-tagħbija li biha tinqata' ċ-ċinga għandha tiġi ddeterminata kif preskritt fil-paragrafu 8.2.5.2.1, fuq żewġ kampjuni ta' ċineg ikkondizzjonati kif preskritt fil-paragrafu 8.2.5.1.2 ta' hawn taħt.

7.2.4.2.2.   Id-differenza bejn it-tagħbijiet li bihom tinqata' ċ-ċinga taż-żewġ kampjuni ma għandhiex tkun ta' aktar minn 10 fil-mija tal-akbar tagħbija li biha tinqata' ċ-ċinga fost it-tnejn imkejla.

7.2.4.3.   Is-saħħa wara l-ikkondizzjonar speċjali

7.2.4.3.1.   Fuq żewġ ċineg ikkondizzjonati kif preskritt f'waħda mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 8.2.5.2 (għajr il-paragrafu 8.2.5.2.1), it-tagħbija li biha tinqata' ċ-ċinga għandha tkun ta' mhux inqas minn 75 fil-mija tal-medja tat-tagħbijiet iddeterminati fit-test imsemmi fil-paragrafu 8.2.5.1 ta' hawn taħt.

7.2.4.3.2.   Barra minn hekk, it-tagħbija li biha tinqata' ċ-ċinga ma għandhiex tkun ta' inqas minn 3,6 kN għat-trażżin tal-gruppi 0, 0+ u I, 5 kN għal dak tal-grupp II, u 7,2 kN għal dak tal-grupp III.

7.2.4.3.3.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tista' ma twettaqx wieħed jew aktar minn dawn it-testijiet jekk il-kompożizzjoni tal-materjal użat, jew l-informazzjoni diġà disponibbli, tirrendi dawn it-testijiet bħala mhux meħtieġa.

7.2.4.3.4.   Il-proċedura tal-ikkondizzjonar għall-brix tat-tip 1 iddefinita fil-paragrafu 8.2.5.2.6 għandha titwettaq biss meta t-test tal-microslip definit fil-paragrafu 8.2.3 ta' hawn taħt jagħti riżultat ta' ogħla minn 50 fil-mija tal-limitu preskritt fil-paragrafu 7.2.2.5.1 ta' hawn fuq.

7.2.4.4.   Ma għandux ikun possibbli li ċ-ċinga sħiħa tinġibed minn ġo kwalunkwe aġġustatur, bokkla jew punt ta' ankraġġ.

7.2.5.   Apparat tal-qfil

7.2.5.1.   L-apparat tal-qfil għandu jkun imwaħħal b'mod permanenti mat-trażżin għat-tfal.

7.2.5.2.   L-apparat tal-qfil ma għandux inaqqas id-durabbiltà taċ-ċinturin għall-adulti u għandu jgħaddi mill-kondizzjonijiet tat-tħaddim tat-test tat-temperatura indikati fil-paragrafu 8.2.8.1.

7.2.5.3.   L-apparat tal-qfil ma għandux jipprevjeni l-liberazzjoni rapida tat-tifel/tifla.

7.2.5.4.   Apparati tal-Klassi A

L-ammont ta' kemm jiżolqu l-istrixxi ma għandux ikun ta' aktar minn 25 mm wara t-test preskritt fil-paragrafu 8.2.6.1 ta' hawn taħt.

7.2.5.5.   Apparati tal-Klassi B

L-ammont ta' kemm jiżolqu l-istrixxi ma għandux ikun ta' aktar minn 25 mm wara t-test preskritt fil-paragrafu 8.2.6.2 ta' hawn taħt.

7.2.6.   Speċifikazzjonijiet tal-partijiet ta' twaħħil ISOFIX

Il-“partijiet ta' twaħħil ISOFIX” u l-indikaturi tal-qfil għandhom ikunu kapaċi jifilħu operazzjonijiet ripetuti u għandhom, qabel it-test dinamiku preskritt fil-paragrafu 8.1.3, jgħaddu minn test li jikkonsisti f'2 000 ± 5 ċiklu ta' ftuћ u ta' gћeluq f'kondizzjonijiet ta' użu normali.

7.2.7.   Il-partijiet ta' twaħħil ISOFIX għandu jkollhom mekkaniżmu tal-illokkjar konformi mar-rekwiżiti speċifikati fil-punti (a) jew (b) li ġejjin:

(a)

Ir-rilaxx tal-mekkaniżmu tal-illokkjar tas-sit komplut, għandu jirrikjedi żewġ azzjonijiet konsekuttivi, li l-ewwel waħda minnhom trid tkun għadha tkompli filwaqt li sseħħ it-tieni waħda; jew

(b)

Il-forza biex tinfetaħ il-parti ta' twaħħil ISOFIX għandha tkun ta' mill-inqas 50 N meta tiġi ttestjata kif preskritt fil-paragrafu 8.2.9 ta' hawn taħt.

8.   DESKRIZZJONI TAT-TESTIJIET (6)

8.1.   Testijiet tat-trażżin armat

8.1.1.   Korrużjoni

8.1.1.1.   Il-partijiet tal-metall tat-trażżin għat-tfal għandhom jitpoġġew f'kompartiment tat-test kif preskritt fl-Anness 4 fil-każ ta' trażżin għat-tfal li jinkludi retrattur, it-tul taċ-ċinga għandu jinħall kollu għajr għal 100 ± 3 mm għajrgħal interruzzjonijiet qosra li jistgħu jkunu neċessarji, pereżempju għall-kontroll u biex timtela' mill-ġdid is-soluzzjoni tal-melħ, it-test tal-esponiment għandu jipproċedi kontinwament għal perjodu ta' 50 ± 0,5 siegħa.

8.1.1.2.   Meta jitlesta t-test tal-esponiment, il-partijiet tal-metall tat-trażżin għat-tfal għandhom jiġu maħsula bil-mod, jew jiġu mgħaddsa f'ilma nadif b'temperatura ta' mhux aktar minn 38 °C biex jitneħħa kull depożitu tal-melħ li seta' fforma u mbagħad jitħallew jinxfu b'temperatura tal-kamra ta' bejn 18 u 25 °C għal 24 ± 1 siegħa qabel l-ispezzjoni skont il-paragrafu 7.1.1.2 ta' hawn fuq.

8.1.2.   Qlib ta' taħt fuq

8.1.2.1.   Il-manikin għandu jiġi mgħammar b'wieħed mill-apparati tal-applikazzjoni tat-tgħabija kif xieraq, u kif deskritt fl-Anness 23. Il-manikin għandu jitqiegħed fit-trażżin installat skont dan ir-Regolament fejn jitqiesu l-istruzzjonijiet tal-manifattur u bil-laxkezza standard kif speċifikat fil-paragrafu 8.1.3.6 ta' hawn taħt, applikata għas-sistemi kollha b'mod identiku.

8.1.2.2.   It-trażżin għandu jintrabat mas-sit tat-test jew mas-sit tal-vettura. Is-sit kollu għandu jiddawwar madwar assi orizzontali li joqgħod fil-pjan medjan lonġitudinali tas-sit f'angolu ta' 540 +/– 5° b'veloċità ta' 2-5 grad/sekonda u mwaqqaf f'din il-pożizzjoni għall-finijiet ta' dan it-test, l-apparat maħsub biex jintuża f'karrozzi speċifiċi jista' jitwaħħal mas-sit tat-test deskritt fl-Anness 6.

8.1.2.3.   F'din il-pożizzjoni statika maqluba, għandha tiġi applikata vertikalment 'l isfel massa ekwivalenti għal erba' darbiet dik tal-manikin fi pjan perpendikulari mal-assi tar-rotazzjoni flimkien mal-manikin bl-utilizzazzjoni tal-apparat għall-applikazzjoni tat-tagħbija deskritt fl-Anness 23. It-tagħbija għandha tiġi applikata b'mod ikkontrollat gradwalment b'rata li ma taqbiżx l-aċċellerazzjoni gravitazzjonali jew 400 mm/min. Żomm it-tagħbija massima preskritta għal durata ta' 30 – 0/+ 5 sekonda.

8.1.2.4.   Neħħi t-tagħbija b'rata ta' mhux aktar minn 400 mm/min u kejjel l-ispostament.

8.1.2.5.   Dawwar is-sit kollu għal 180° biex tirritorna fil-pożizzjoni tal-bidu.

8.1.2.6.   Dan iċ-ċiklu tat-test għandu jerġa' jitwettaq b'rotazzjoni fid-direzzjoni kuntrarja. Bl-assi tar-rotazzjoni fil-pjan orizzontali u f'angolu ta' 90° ma' dak taż-żewġ testijiet preċedenti, il-proċedura għandha terġa' tiġi ripetuta fiż-żewġ direzzjonijiet tar-rotazzjoni.

8.1.2.7.   It-testijiet għandhom jitwettqu billi jintużaw kemm l-iżgħar kif ukoll l-akbar manikini xierqa għall-grupp jew għall-gruppi li għalih(om) huwa maħsub l-apparat għat-trażżin.

Mhu permess l-ebda aġġustament tal-manikin jew tas-sistemi tat-trażżin għat-tfal waqt iċ-ċiklu tat-test komplut.

8.1.3.   Testijiet dinamiċi

8.1.3.1.   Testijiet fuq it-trolley u s-sit tat-test

8.1.3.1.1.   Li jħares quddiem

8.1.3.1.1.1.   It-trolley u s-sit tat-test użati fit-test dinamiku għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness 6 ta' dan ir-Regolament, u l-proċedura tal-installazzjoni għat-test dinamiku tal-ħbit għandha tkun skont l-Anness 21.

8.1.3.1.1.2.   It-trolley għandu jibqa' orizzontali il-ħin kollu waqt id-deċellerazzjoni jew l-aċċellerazzjoni.

8.1.3.1.1.3.   Apparati ta' deċellerazzjoni jew aċċellerazzjoni

L-applikant għandu jagħżel li juża wieħed minn dawn iż-żewġ apparati:

8.1.3.1.1.3.1.

 

Apparat tat-test tad-deċellerazzjoni:

Id-deċellerazzjoni tat-trolley għandha tinkiseb billi jintuża l-apparat preskritt fl-Anness 6 ta' dan ir-Regolament jew kwalunkwe apparat ieħor li jagħti riżultati ekwivalenti. Dan l-apparat għandu jkollu l-prestazzjoni speċifikata fil-paragrafu 8.1.3.4 u indikata hawn taħt:

 

Proċedura tal-ikkalibrar:

Il-kurva tad-deċellerazzjoni tat-trolley, fil-każ tat-testijiet tat-trażżin għat-tfal imwettqa skont il-paragrafu 8.1.3.1, li jintrabtu miegħu mases inerti li jiżnu sa 55 kg sabiex issir simulazzjoni ta' trażżin għat-tfal wieħed okkupat, u fil-każ ta' testijiet tat-trażżin għat-tfal f'qafas tal-bodi tal-vettura mwettqa skont il-paragrafu 8.1.3.2, fejn it-trolley jkun marbut mal-istruttura tal-vettura u mases inerti li jiżnu sa 55 kg għal x drabi u b'hekk jiġi simulat l-għadd ta' x sistemi tat-trażżin għat-tfal okkupati, għandha tibqa', fil-każ tal-impatt frontali fl-erja skura tal-graff fl-Appendiċi 1 tal-Anness 7 ta' dan ir-Regolament, u fil-każ tal-impatt minn wara, għandha tibqa' fl-erja skura tal-graff tal-Appendiċi 2 tal-Anness 7 ta' dan ir-Regolament.

Waqt l-ikkalibrar tal-apparat tal-waqfien, id-distanza tal-waqfien għandha tkun ta' 650 ± 30 mm għall-impatt frontali, u 275 ± 20 mm għall-impatt minn wara.

8.1.3.1.1.3.2.

Apparat tat-test tal-aċċellerazzjoni

 

Kondizzjonijiet għall-ittestjar dinamiku:

 

Għal impatt frontali, it-trolley għandu jiġi imbottat 'il quddiem b'tali mod li, waqt it-test, il-bidla fil-veloċità totali tiegħu ΔV tkun 52 + 0 – 2 km/h u l-kurva tal-aċċellerazzjoni tiegħu ma toħroġx 'il barra mill-erja skura tal-graff fl-Appendiċi 1 tal-Anness 7 u tibqa' 'l fuq mis-segment iddefinit mill-koordinati (5 g, 10 ms) u (9 g, 20 ms). Il-bidu tal-impatt (T0) huwa ddefinit, skont l-ISO 17373 għal livell ta' aċċelerazzjoni ta' 0,5 g.

 

Għal impatt minn wara, it-trolley għandu jiġi imbottat 'il quddiem b'tali mod li, waqt it-test, il-bidla fil-veloċità totali tiegħu ΔV tkun 32 +2 – 0 km/h u l-kurva tal-aċċellerazzjoni tiegħu ma toħroġx 'il barra mill-erja skura tal-graff fl-Appendiċi 2 tal-Anness 7 u tibqa' 'l fuq mis-segment iddefinit mill-koordinati (5 g, 5 ms) u (10 g, 10 ms). Il-bidu tal-impatt (T0) huwa ddefinit, skont l-ISO 17373 għal livell ta' aċċelerazzjoni ta' 0,5 g.

Minkejja li jiġu ssodisfati dawn ir-rekwiżiti ta' hawn fuq, is-Servizz Tekniku għandu juża massa tat-trolley (mgħammar bis-sit tiegħu), kif speċifikata fil-paragrafu 1 tal-Anness 6, b'valur ogħla minn 380 kg.

Madankollu, jekk dawn it-testijiet ta' hawn fuq jitwettqu b'veloċità ogħla u/jew il-kurva tal-aċċellerazzjoni taqbeż il-valur ta' limitu tal-erja skura u t-trażżin għat-tfal jissodisfa r-rekwiżiti, it-test għandu jitqies bħala sodisfaċenti.

8.1.3.1.1.4.   Għandhom jitkejlu dawn li ġejjin:

8.1.3.1.1.4.1.

Il-veloċità tat-trolley immedjatament qabel l-impatt (għal slitti tad-deċellerazzjoni biss, meħtieġa għall-kalkolu tad-distanza tal-waqfien);

8.1.3.1.1.4.2.

Id-distanza tal-waqfien (għal slitti tad-deċellerazzjoni biss), li tista' tiġi kkalkolata bl-integrazzjoni doppja tad-deċellerazzjoni rreġistrata tal-islitta;

8.1.3.1.1.4.3.

L-ispostament tar-ras tal-manikin fil-pjani vertikali u orizzontali għall-gruppi I, II u III u għall-gruppi 0 u 0 + l-ispostament tal-manikin, mingħajr ma jitqiesu dirgħajh u riġlejh,

8.1.3.1.1.4.4.

Id-deċellerazzjoni tas-sider fi tliet direzzjonijiet reċiprokament perpendikolari; għajr għall-manikin tat-tarbija tat-twelid,

8.1.3.1.1.4.5.

Kwalunkwe sinjali viżibbli ta' penetrazzjoni tat-tafal artab fl-addome (ara l-paragrafu 7.1.4.3.1); għajr għall-manikin tat-tarbija tat-twelid,

8.1.3.1.1.4.6.

L-aċċellerazzjoni jew id-deċellerazzjoni tat-trolley tal-anqas għall-ewwel 300 ms.

8.1.3.1.1.5.   Wara l-impatt, it-trażżin għat-tfal għandu jiġi spezzjonat viżwalment, mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla, biex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm xi ħsara jew ksur.

8.1.3.1.2.   Li jħares lura

8.1.3.1.2.1.   Is-sit tat-test għandu jiddawwar 180° meta jkun qed jiġi ttestjat f'konformità mar-rekwiżiti tat-test tal-impatt minn wara.

8.1.3.1.2.2.   Meta jkun qed jiġi ttestjat trażżin għat-tfal li jħares lura maħsub biex jintuża għall-pożizzjonijiet bilqiegħda ta' quddiem, id-dashboard tal-vettura għandu jiġi ssimulat minn żbarra riġida mwaħħla mat-trolley b'tali mod li l-assorbiment kollu tal-enerġija jseħħ fit-trażżin għat-tfal.

8.1.3.1.2.3.   Il-kondizzjonijiet tad-deċellerazzjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 8.1.3.1.1.3.1.

Il-kondizzjonijiet tal-aċċellerazzjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 8.1.3.1.1.3.2.

8.1.3.1.2.4.   Il-kejl li jrid jittieħed għandu jkun simili għal dak elenkat fil-paragrafi 8.1.3.1.1.4 sa 8.1.3.1.1.4.6 ta' hawn fuq.

8.1.3.2.   Test fuq it-trolley u l-qafas tal-bodi tal-vettura

8.1.3.2.1.   Li jħares quddiem

8.1.3.2.1.1.   Il-metodu użat biex il-vettura tintrabat sew waqt it-test ma għandux ikun tali li jsaħħaħ l-ankraġġ tas-sits tal-vettura, iċ-ċinturini tas-sikurezza għall-adulti u kwalunkwe ankraġġ addizzjonali meħtieġ biex jintrabat sew it-trażżin għat-tfal jew li jnaqqas id-deformazzjoni normali tal-istruttura. Ma għandu jkun hemm ebda parti mill-vettura li, billi tillimita l-moviment tal-manikin, tista' tnaqqas it-tagħbija imposta fuq it-trażżin għat-tfal waqt it-test. Il-partijiet tal-istruttura eliminati jistgħu jiġu sostitwiti minn partijiet ta' saħħa ekwivalenti, sakemm dawn ma jtellfux il-moviment tal-manikin.

8.1.3.2.1.2.   L-apparat tal-ankraġġ għandu jitqies bħala sodisfaċenti jekk dan ma jipproduċi l-ebda effett fuq iż-żona li testendi tul il-wisa' kollha tal-istruttura u jekk il-vettura jew l-istruttura jiġu bblokkati jew imwaħħla quddiem f'distanza ta' mhux inqas minn 500 mm mill-ankraġġ tas-sistema tat-trażżin fuq in-naħa ta' wara l-istruttura għandha tintrabat f'distanza suffiċjenti wara l-ankraġġ biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti kollha tal-paragrafu 8.1.3.2.1.1 ta' hawn fuq jiġu ssodisfati.

8.1.3.2.1.3.   Is-sit tal-vettura u t-trażżin għat-tfal għandhom jitwaħħlu u jitqiegħdu f'pożizzjoni magħżula mis-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni sabiex jinkisbu l-kondizzjonijiet l-aktar avversi fir-rigward tas-saħħa, u li jkunu kompatibbli mal-installazzjoni tal-manikin fil-vettura. Il-pożizzjoni tad-dahar tas-sit tal-vettura u tat-trażżin għat-tfal għandhom jiġu ddikjarati fir-rapport. Id-dahar tas-sit tal-vettura, jekk jista' jiġi aġġustat għall-inklinazzjoni, għandu jiġi llokkjat kif speċifikat mill-manifattur jew, fin-nuqqas ta' kwalunkwe speċifikazzjoni, f'angolu reali tad-dahar tas-sit kemm jista' jkun viċin il-25°.

8.1.3.2.1.4.   Sakemm l-istruzzjonijiet għall-installazzjoni u għall-użu ma jeħtiġux mod ieħor, is-sit ta' quddiem għandu jitqiegħed fil-pożizzjoni l-aktar 'il quddiem li normalment tintuża għal trażżin għat-tfal maħsub biex jintuża fil-pożizzjoni bilqiegħda ta' quddiem, u fil-pożizzjoni l-aktar lura li normalment tintuża għal trażżin għat-tfal fil-pożizzjoni bilqiegħda ta' wara.

8.1.3.2.1.5.   Il-kondizzjonijiet tad-deċellerazzjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 8.1.3.4 ta' hawn taħt. Is-sit tat-test ikun is-sit tal-vettura reali.

8.1.3.2.1.6.   Għandhom jitkejlu dawn li ġejjin:

8.1.3.2.1.6.1.

Il-veloċità tat-trolley immedjatament qabel l-impatt (għal slitti tad-deċellerazzjoni biss, meħtieġa għall-kalkolu tad-distanza tal-waqfien);

8.1.3.2.1.6.2.

Id-distanza tal-waqfien (għal slitti tad-deċellerazzjoni biss), li tista' tiġi kkalkolata bl-integrazzjoni doppja tad-deċellerazzjoni rreġistrata tal-islitta;

8.1.3.2.1.6.3.

Kwalunkwe kuntatt tar-ras tal-manikin mal-intern tal-qafas tal-bodi tal-vettura;

8.1.3.2.1.6.4.

Id-deċellerazzjoni tas-sider fi tliet direzzjonijiet reċiprokament perpendikolari; għajr għall-manikin tat-tarbija tat-twelid,

8.1.3.2.1.6.5.

Kwalunkwe sinjal viżibbli ta' penetrazzjoni tat-tafal artab fl-addome (ara l-paragrafu 7.1.4.3.1) għajr għall-manikin tat-tarbija tat-twelid,

8.1.3.2.1.6.6.

L-aċċellerazzjoni jew id-deċellerazzjoni tat-trolley u l-qafas tal-bodi tal-vettura tal-anqas għall-ewwel 300 ms.

8.1.3.2.1.7.   Wara l-impatt, it-trażżin għat-tfal għandu jiġi spezzjonat viżwalment, mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla, biex jiġi determinat jekk kienx hemm xi ħsara.

8.1.3.2.2.   Li jħares lura

8.1.3.2.2.1.   Għal testijiet tal-impatt minn wara, il-qafas tal-bodi tal-vettura għandu jiddawwar 180° fuq it-trolley tat-test.

8.1.3.2.2.2.   L-istess rekwiżiti bħal dawk għall-impatt frontali.

8.1.3.3.   Test bil-vettura kompluta

8.1.3.3.1.   Il-kondizzjonijiet tad-deċellerazzjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 8.1.3.4 ta' hawn taħt.

8.1.3.3.2.   Il-proċedura għat-testijiet tal-impatt frontali għandha tkun dik stabbilita fl-Anness 9 ta' dan ir-Regolament.

8.1.3.3.3.   Il-proċedura għat-testijiet tal-impatt minn wara għandha tkun dik stabbilita fl-Anness 10 ta' dan ir-Regolament.

8.1.3.3.4.   Għandhom jitkejlu dawn li ġejjin:

8.1.3.3.4.1.

Il-veloċità tal-vettura/tal-impattur immedjatament qabel l-impatt;

8.1.3.3.4.2.

Kwalunkwe kuntatt tar-ras tal-manikin (fil-każ tal-grupp 0, tal-manikin mingħajr ma jitqiesu dirgħajh u riġlejh) mal-intern tal-vettura;

8.1.3.3.4.3.

L-aċċellerazzjoni tas-sider fi tliet direzzjonijiet reċiprokament perpendikolari, għajr għall-manikin tat-tarbija tat-twelid;

8.1.3.3.4.4.

Kwalunkwe sinjal viżibbli ta' penetrazzjoni tat-tafal artab fl-addome (ara l-paragrafu 7.1.4.3.1) għajr għall-manikin tat-tarbija tat-twelid.

8.1.3.3.5.   Is-sits ta' quddiem, jekk jistgħu jiġu aġġustati għall-inklinazzjoni, għandhom jiġu llokkjati kif speċifikat mill-manifattur jew, fin-nuqqas ta' kwalunkwe speċifikazzjoni, f'angolu reali tad-dahar tas-sit kemm jista' jkun viċin il-25°.

8.1.3.3.6.   Wara l-impatt, it-trażżin għat-tfal għandu jiġi spezzjonat viżwalment, mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla, biex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm xi ħsara jew ksur.

8.1.3.4.   Il-kondizzjonijiet għat-test dinamiku huma miġbura fil-qosor fit-tabella ta' hawn taħt:

 

 

IMPATT FRONTALI

IMPATT MINN WARA

Test

Trażżin

Veloċità

(km/h)

Impuls tat-test

Distanza tal-waqfien waqt it-test (mm)

Veloċità

(km/h)

Impuls tat-test

Distanza tal-waqfien waqt it-test (mm)

Trolley b' sit tat-test

Iħares 'il quddiem fuq quddiem u fuq wara universali, semiuniversali jew ristrett (*)

50 + 0 - 2

1

650 ± 50

Iħares lura fuq quddiem u fuq wara universali, semiuniversali jew ristrett (**)

50 + 0 - 2

1

650 ± 50

30 + 2 - 0

2

275 ± 25

Il-bodi tal-vettura fuq it-trolley

Iħares 'il quddiem (*)

50 + 0 - 2

1 jew 3

650 ± 50

Iħares lura (**)

50 + 0 - 2

1 jew 3

650 ± 50

30 + 2 - 0

2 jew 4

275 ± 25

It-test kontra ostakolu tal-vettura kollha

Iħares 'il quddiem

50 + 0 - 2

3

mhux speċifikata

Iħares lura

50 + 0 - 2

3

mhux speċifikata

30 + 2 - 0

4

mhux speċifikata

8.1.3.5.   Trażżin għat-tfal li jinkorpora l-użu ta' ankraġġi addizzjonali

8.1.3.5.1.   Fil-każ tat-trażżin għat-tfal maħsub biex jintuża kif speċifikat fil-paragrafu 2.1.2.3 u li jinkorpora l-użu ta' ankraġġi addizzjonali, ir-rekwiżit għal test tal-impatt frontali, skont il-paragrafu 8.1.3.4, għandu jitwettaq kif ġej:

8.1.3.5.2.   Għall-apparat biċ-ċineg tal-irbit ta' fuq qosra, pereżempju dawk li huma maħsuba biex jitwaħħlu mal-ixkaffa ta' wara, il-konfigurazzjoni tal-ankraġġi ta' fuq it-trolley tat-test għandha tkun kif preskritt fl-Appendiċi 3 tal-Anness 6.

8.1.3.5.3.   Għall-apparat biċ-ċineg tal-irbit ta' fuq twal, pereżempju dawk li huma maħsuba biex jintużaw fejn ma hemmx xkaffa ta' wara riġida u fejn iċ-ċineg tal-irbit ta' fuq huma mwaħħla mal-qiegħ tal-vettura, l-ankraġġi fuq it-trolley tat-test għandhom ikunu kif preskritti fl-Appendiċi 3 tal-Anness 6.

8.1.3.5.4.   Għall-aaparat maħsub biex jintuża fiż-żewġ konfigurazzjonijiet, għandhom jitwettqu t-testijiet preskritti fil-paragrafi 8.1.3.5.2 u 8.1.3.5.3 bl-eċċezzjoni li, fil-każ tat-test imwettaq skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 8.1.3.5.3 ta' hawn fuq, għandu jintuża biss manikin aktar tqil.

8.1.3.5.5.   Għall-apparat li jħares lura, l-ankraġġ t'isfel tal-konfigurazzjoni fuq it-trolley tat-test għandu jkun kif stipulat fl-Appendiċi 3 tal-Anness 6.

8.1.3.5.6.   Gћal kerrikots li jużaw ċineg addizzjonali li jintrabtu ma' żewġ ċinturini tas-sikurezza gћall-adulti, fejn il-forza tat-tagћbija gћandha tiġi applikata direttament minn ġoċ-ċinturin tas-sikurezza gћall-adulti gћall-ankraġġ t'isfel taċ-ċinturin tas-sikurezza gћall-adulti, l-ankraġġ fuq it-trolley tat-test gћandu jkun kif preskritt fil-paragrafu 7 tal-Appendiċi 3 għall-Anness 6. (A1, B1) l-installazzjoni fuq il-bank tat-test gћandha ssir kif deskritt fin-nota 5 tal-Anness 21. Din is-sistema għandha taħdem b'mod korrett anki biċ-ċinturini tas-sikurezza gћall-adulti mhux illokkjati, u titqies bћala Universali meta tkun konformi mal-pargrafu 6.1.8.

8.1.3.6.   Il-manikini tat-test

8.1.3.6.1.   It-trażżin għat-tfal u l-manikini għandhom jiġu installati b'tali mod li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 8.1.3.6.3.

8.1.3.6.2.   It-trażżin għat-tfal għandu jiġi ttestjat billi jintużaw il-manikini preskritti fl-Anness 8 ta' dan ir-Regolament.

8.1.3.6.3.   L-installazzjoni tal-manikin.

8.1.3.6.3.1.   Il-manikin għandu jitqiegħed b'tali mod li l-ispazju jkun bejn il-parti ta' wara tal-manikin u t-trażżin fil-każ tal-carrycots il-manikin jitqiegħed f'pożizzjoni orizzontali dritta viċin kemm jista' jkun tal-linja taċ-ċentru tal-carrycot.

8.1.3.6.3.2.   Qiegħed is-siġġu tat-tfal fuq is-sit tat-test.

Qiegħed il-manikin fis-siġġu tat-tfal.

Għal trażżin jew ċineg li jaġixxu direttament fuq retrattur jew fuq ċinturin tas-sikurezza bi tliet ankraġġi għall-adulti, fejn ma jintużaw ebda apparat tal-qfil jew sistema li ma tippermettix l-azzjoni tar-retrattur:

(a)

Waħħal iċ-ċinturin skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

(b)

Lesti l-installazzjoni tas-siġġu tat-tfal mas-sit tat-test skont l-Anness 21 ta' dan ir-Regolament.

Għat-trażżin l-ieħor kollu:

(a)

Qiegħed bord biċ-ċappetti jew apparat flessibbli simili bi ħxuna ta' 2,5 cm u b'wisa' ta' 6 cm u b'tul ugwali għall-għoli tal-ispalla (bilqiegħda, l-Anness 8) li minnu jitnaqqas l-għoli taċ-ċentru tal-ġenbejn (bilqiegħda, fl-Anness 8 l-għoli tal-popliteus miżjud ma' nofs l-għoli tal-koxxa, bilqiegħda) rilevanti għad-daqs tal-manikin li qed jiġi ttestjat bejn il-manikin u d-dahar tas-sit tas-siġġu. Il-bord għandu jkun kemm jista' jkun simili għall-kurvatura tas-siġġu u l-parti t'isfel tiegħu għandha tkun għolja daqs il-ġog tal-ġenbejn tal-manikin.

(b)

Aġġusta ċ-ċinturin skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, imma għal tensjoni ta' 250 ± 25 N aktar mill-forza tal-aġġustatur, b'angolu ta' deflessjoni taċ-ċinga fl-aġġustatur ta' 45 ± 5°, jew inkella bl-angolu preskritt mill-manifattur.

(c)

Lesti l-installazzjoni tas-siġġu tat-tfal mas-sit tat-test skont l-Anness 21 ta' dan ir-Regolament.

(d)

Neħħi l-apparat flessibbli.

8.1.3.6.3.3.   Il-pjan lonġitudinali li jgħaddi mil-linja taċ-ċentru tal-manikin għandu jiġi stabbilit fin-nofs bejn iż-żewġ ankraġġi taċ-ċinturini t'isfel, madankollu għandu wkoll jitqies il-paragrafu 8.1.3.2.1.3 fil-każ tat-trażżin għat-tfal li għandu jiġi ttestjat bil-manikin li jirrappreżenta tifel/tifla ta' 10 snin, il-pjan lonġitudinali li jgħaddi mil-linja taċ-ċentru tal-manikin għandu jitqiegħed sa 80 mm lejn il-ġenb tal-punt tal-ankraġġ C fir-rigward tal-punt li jinstab fin-nofs bejn iż-żewġ ankraġġi taċ-ċinturini t'isfel. Is-Servizz Tekniku għandu jiddeċiedi dwar l-ammont ta' spostament sabiex tintuża l-aħjar rotta taċ-ċinturin tal-ispalla fuq il-manikin.

8.1.3.6.3.4.   Fil-każ ta' apparat li jeħtieġ l-użu ta' ċinturin standard, ir-rotta taċ-ċinga tal-ispalla tista' tinżamm fuq il-manikin qabel it-test dinamiku billi jintuża masking tape ħafif ta' tul massimu ta' 250 mm u wisa' massima ta' 20 mm fil-każ ta' apparat li jħares lura, ir-ras tista' tinżamm mal-appoġġ għad-dahar tas-sistema tat-trażżin bl-użu ta' masking tape ħafif li jkun twil biżżejjed u b'wisa' massima ta' 20 mm.

8.1.3.7.   Il-kategorija tal-manikin li għandu jintuża:

8.1.3.7.1.

Apparat tal-grupp 0: Testijiet bl-użu tal-manikin tat-“tarbija tat-twelid” u manikin ta' 9 kg;

8.1.3.7.2.

Apparat tal-grupp 0+: Testijiet bl-użu tal-manikin tat-“tarbija tat-twelid” u manikin ta' 11 kg;

8.1.3.7.3.

Apparat tal-grupp I: It-testijiet bl-użu ta' manikin b'massa ta' 9 kg u 15-il kg rispettivament;

8.1.3.7.4.

Apparat tal-grupp II: Testijiet bl-użu ta' manikin b'massa ta' 15 kg u 22 kg rispettivament;

8.1.3.7.5.

Apparat tal-grupp III: Testijiet bl-użu ta' manikin b'massa ta' 22 kg u 32 kg rispettivament.

8.1.3.7.6.

Jekk is-sistema tat-trażżin għat-tfal hija xierqa għal żewġ gruppi tal-massa jew aktar, it-testijiet għandhom jitwettqu billi jintużaw l-eħfef u l-itqal manikini speċifikati hawn fuq għall-gruppi kollha kkonċernati.

8.1.3.7.7.

Jekk is-sistema tat-trażżin għat-tfal hija maħsuba għal żewġt itfal jew aktar, għandu jitwettaq test wieħed bl-itqal manikini jokkupaw il-pożizzjonijiet tas-sits kollha għandu jitwettaq test ieħor bl-eħfef u bl-itqal manikini speċifikati hawn fuq. It-testijiet għandhom jitwettqu billi jintuża s-sit tat-test kif muri fil-Figura 3 tal-Appendiċi 3 tal-Anness 6. Il-laboratorju li jwettaq it-testijiet jista', jekk iqis li jkun għall-aħjar, iżid test ieħor bi kwalunkwe kombinazzjoni ta' manikini jew pożizzjonijiet tas-sits vojta.

8.1.3.7.8.

Jekk sistema tat-trażżin gћat-tfal fil-grupp 0 jew 0+ toffri konfigurazzjonijiet differenti skont il-massa tat-tifel/tifla, kull konfigurazzjoni gћandha tiġi ttestjata biż-żewġ manikini tal-grupp tal-massa rispettiv.

8.1.3.7.9.

Jekk is-sistema tat-trażżin gћat-tfal ISOFIX għandha tuża rbit ta' fuq, l-ewwel gћandu jitwettaq test bl-iżgћar manikin bl-iqsar distanza tal-irbit ta' fuq (il-punt tal-ankraġġ G1). It-tieni test gћandu jitwettaq bil-manikin li jkun itqal b'distanza itwal tal-irbit ta' fuq (il-punt tal-ankraġġ G2). Aġġusta l-irbit ta' fuq sabiex tikseb tagћbija ta' tensjoni ta' 50 ± 5 N.

8.1.3.7.10.

It-test speċifikat fil-paragrafu 7.1.4.1.10.1.2 ta' hawn fuq għandu jitwettaq biss bl-ikbar manikin li gћalih ikun ġie ddisinjat it-trażżin gћat-tfal. Jekk ikunu possibbli konfigurazzjonijiet multipli tat-trażżin għat-tfal (eż f'pożizzjoni wieqfa/immejla), għal dan it-test għandha tintuża l-konfigurazzjoni li tiġġenera l-agħar każ ta' devjazzjoni orizzontali tar-ras tal-manikin.

8.1.4.   It-trażżin tal-booster cushions

Qiegħed biċċa drapp tal-qoton fuq is-superfiċje tas-sit tal-bank tat-test. Qiegħed il-booster cushion fuq il-bank tat-test, qiegħed il-blokka tal-parti t'isfel tat-torso kif deskritt fil-Figura 1 tal-Anness 22, fuq is-superfiċje tas-sit, u aġġusta u applika ċ-ċinturin tas-sikurezza bi tliet ankraġġi għall-adulti bit-tensjoni preskritta fl-Anness 21. B'biċċa strixxa wiesa' 25 mm jew oġġett simili marbut madwar il-booster, applika tagħbija ta' 250 ± 5 N fid-direzzjoni tal-vleġġa A, ara l-Figura 2 tal-Anness 22, f'linja mas-superfiċje tas-sit tal-bank tat-test.

8.2.   Testijiet tal-komponenti individwali

8.2.1.   Bokkla

8.2.1.1.   Test tal-ftuħ b'tagħbija

8.2.1.1.1.   Għal dan it-test għandu jintuża trażżin għat-tfal li diġà ġie soġġett għat-testijiet dinamiċi speċifikati fil-paragrafu 8.1.3.

8.2.1.1.2.   It-trażżin għat-tfal għandu jitneħħa mit-trolley tat-test jew mill-vettura mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla għandha tiġi applikata tensjoni ta' 200 ± 2 N fuq il-bokkla. Jekk il-bokkla tkun imwaħħla ma' parti riġida, il-forza gћandha tiġi applikata fl-istess angolu fformat bejn il-bokkla u dik il-parti riġida waqt it-test dinamiku.

8.2.1.1.3.   Għandha tiġi applikata tagħbija b'veloċità ta' 400 ± 20 mm/min fuq iċ-ċentru ġeometriku tal-buttuna għar-rilaxx tal-bokkla tul assi fiss parallel mad-direzzjoni inizjali tal-moviment tal-buttuna; iċ-ċentru ġeometriku japplika għal dik il-parti tas-superfiċje tal-bokkla li fuqha trid tiġi applikata l-pressjoni tar-rilaxx. Il-bokkla għandha tkun marbuta sew ma' appoġġ riġidu waqt l-applikazzjoni tal-forza tal-ftuħ.

8.2.1.1.4.   Il-forza tal-ftuħ fuq il-bokkla għandha tiġi applikata, billi jintuża dinamometru jew apparat simili fil-mod u fid-direzzjoni tal-użu normali. It-tarf tal-kuntatt għandu jkun emisfera tal-metall ippolixxjat, b'raġġ ta' 2,5 ± 0,1 mm.

8.2.1.1.5.   Il-forza tal-ftuħ fuq il-bokkla għandha titkejjel u kwalunkwe ħsara għandu jiġi nnotat.

8.2.1.2.   Test tal-ftuħ mingħajr tgħabija

8.2.1.2.1.   Assemblaġġ ta' bokkla li preċedentement ma ġietx soġġetta għal tagħbija għandha tintrama u titqiegħed taħt kondizzjoni ta' “ebda tagħbija”.

8.2.1.2.2.   Il-metodu tal-kejl tal-forza tal-ftuħ tal-bokkla għandu jkun kif preskritt fil-paragrafi 8.2.1.1.3 u 8.2.1.1.4.

8.2.1.2.3.   Il-forza tal-ftuħ tal-bokkla għandha titkejjel.

8.2.1.3.   Test tas-saħħa.

8.2.1.3.1   Għat-test tas-saħħa għandhom jintużaw żewġ kampjuni l-aġġustaturi kollha, għajr għal aġġustaturi armati direttament fuq trażżin għat-tfal, huma inklużi fit-test.

8.2.1.3.2.   L-Anness 20 juri apġparat tipiku għal test tas-saħħa tal-bokkla. Il-bokkla titpoġġa fuq il-pjanċa tonda ta' fuq (A) fi ħdan ir-riljiev. Iċ-ċineg kollha ta' ħdejha għandhom tul ta' mill-inqas 250 mm u jitqiegħdu mdendlin 'l isfel mill-pjanċa ta' fuq rispettivament għall-pożizzjoni tagħhom mal-bokkla. It-truf ħielsa taċ-ċineg imbagħad jiddawru mal-pjanċa tonda il-baxxa (B) sakemm joħorġu mill-fetħa ta' ġewwa tal-pjanċa. Iċ-ċineg kollha għandhom ikunu vertikali bejn A u B. Il-pjanċa tonda li torbot (C) imbagħad tintrabat ħafif mal-wiċċ ta' taħt ta' (B), iżda xorta tippermetti ċertu moviment taċ-ċineg bejniethom. Permezz ta' forza żgħira fil-magna tat-tensjoni, iċ-ċineg jitqiegħdu taħt tensjoni u dawn jinġibdu bejn (B) u (C) sakemm iċ-ċineg kollha jitgħabbew skont l-arranġament rispettiv tagħhom. Il-bokkla għandha tibqa' ħielsa mill-pjanċa (A) jew minn kwalunkwe parti li qiegħda f' (A) matul din l-operazzjoni u t-test innifsu. (B) u (C) imbagħad jiġu marbuta sew flimkien u l-forza ta' tensjoni tiġi miżjuda b'veloċità trasversali ta' 100 ± 20 mm/min sakemm jintlaħqu l-valuri meħtieġa.

8.2.2.   Apparat għall-aġġustament

8.2.2.1.   Il-faċilità tal-aġġustament

8.2.2.1.1.   Meta jiġi ttestjat apparat għall-aġġustament manwali, filwaqt li tingħata attenzjoni għall-kondizzjonijiet ta' użu normali, iċ-ċinga għandha tinġibed b'mod stabbli mill-apparat għall-aġġustament b'rata ta' 100 ± 20 mm/min u l-forza massima għandha titkejjel sal-eqreb valur sħiħ ta' N wara l-ewwel 25 ± 5 mm ta' moviment taċ-ċinga.

8.2.2.1.2.   It-test għandu jitwettaq fiż-żewġ direzzjonijiet li fihom timxi ċ-ċinga minn ġol-apparat, biċ-ċinga twettaq iċ-ċiklu sħiħ għal 10 darbiet qabel il-kejl.

8.2.3.   It-test tal-microslip (ara l-Figura 3 tal-Anness 5)

8.2.3.1.   Il-komponenti jew l-apparati li jridu jiġu soġġetti għat-test tal-microslip għandhom jinżammu għal minimu ta' 24 siegħa qabel l-ittestjar f'atmosfera b'temperatura ta' 20 ± 5 C u b'umdità relattiva ta' 65 ± 5 fil-mija. It-test għandu jitwettaq f'temperatura ta' bejn 15 u 30 °C.

8.2.3.2.   It-tarf ħieles taċ-ċinga għandu jiġi rranġat fl-istess konfigurazzjoni bħal meta l-apparat jintuża fil-vettura, u ma għandu jitwaħħal mal-ebda parti oħra.

8.2.3.3.   L-apparat għall-aġġustament għandu jitqiegħed fuq biċċa ċinga vertikali li tarf minnha tkun mgħobbija b'50 ± 0,5 N (iggwidata b'mod li t-tagħbija ma tkunx tista' titbandal u ċ-ċinga ma tinbaramx). It-tarf ħieles taċ-ċinga mill-apparat għall-aġġustament għandu jintrama vertikalment 'l fuq jew 'l isfel kif inhu fil-vettura. It-tarf l-ieħor għandu jgħaddi minn fuq romblu diflettur bl-assi orizontali tiegħu parallel għall-pjan tas-sezzjoni taċ-ċinga li ssostni t-tagħbija, u s-sezzjoni tgħaddi minn fuq ir-romblu għandha tkun orizzontali.

8.2.3.4.   L-apparat li jiġi ttestjat għandu jiġi rranġat b'tali mod li ċ-ċentru tiegħu, fl-ogħla pożizzjoni li jista' jittella' fiha, ikun 300 ± 5 mm minn mejda tal-appoġġ, u t-tagħbija ta' 50 N għandha tkun 100 ± 5 mm minn dik il-mejda tal-appoġġ.

8.2.3.5.   Imbagħad għandhom jitwettqu 20 ± 2 ċiklu ta' qabel it-test u wara għandhom jitwettqu 1 000 ± 5 ċiklu bi frekwenza ta' 30 ± 10 ċiklu fil-minuta, fejn l-amplitudni totali tkun ta' 300 ± 20 mm jew kif speċifikat fil-paragrafu 8.2.5.2.6.2. It-tagħbija ta' 50 N għandha tiġi applikata biss matul il-ħin li jikkorrispondi għal spostament ta' 100 ± 20 mm kull nofs perjodu. Il-microslip għandha titkejjel mill-pożizzjoni fit-tmiem tal-20 ċiklu ta' qabel it-test.

8.2.4.   Retrattur

8.2.4.1.   Forza ta' retrazzjoni

8.2.4.1.1.   Il-forzi ta' retrazzjoni għandhom jitkejlu bl-assemblaġġ taċ-ċinturin tas-sikurezza imwaħħal mal-manikin bħal fit-test dinamiku preskritt fil-paragrafu 8.1.3. It-tensjoni taċ-ċinga għandha titkejjel fil-punt tal-kuntatt mal-manikin (iżda bla ma tmissu) waqt li ċ-ċinga tkun qed tinġibed lura bir-rata approssimattiva ta' 0,6 m/min.

8.2.4.2.   Durabbiltà tal-mekkaniżmu tar-retrattur

8.2.4.2.1.   Iċ-ċinga għandha tiġi rtirata u titħalla tinġibed lura għan-numru meħtieġ ta' ċikli b'rata ta' mhux aktar minn 30 ċiklu fil-minuta fil-każ ta' retratturi jillokkjaw f'emerġenza, għandu jiġi introdott skoss f'kull ħames ċiklu, biex jillokkja r-retrattur l-iskossi jseħħu f'numri ugwali f'kull waħda mill-ħames estrazzjonijiet differenti, jiġifieri, 90, 80, 75, 70 u 65 fil-mija tat-tul totali taċ-ċinga fuq ir-retrattur. Madankollu, meta t-tul taċ-ċinga jkun aktar minn 900 mm il-persentaġġ ta' hawn fuq għandu jkun relatat mal-aħħar 900 mm taċ-ċinga li tista' tiġi rtirata mir-retrattur.

8.2.4.3.   L-illokkjar ta' retratturi jillokkjaw f'emerġenza

8.2.4.3.1.   Ir-retrattur għandu jiġi ttestjat darba għall-illokkjar, meta t-tul taċ-ċinga maħlul kollu għajr għal 300 ± 3 mm.

8.2.4.3.2.   Fil-każ ta' retrattur li jiġi azzjonat permezz tal-moviment taċ-ċinga, l-estrazzjoni għandha tkun fid-direzzjoni li fiha normalment isseħħ meta r-retrattur jiġi installat f'vettura.

8.2.4.3.3.   Meta r-retrattur ikun qed jiġi ttestjat għas-sensittività għall-aċċellerazzjonijiet tal-vettura, dan għandu jiġi ttestjat għat-tul tal-estrazzjoni ta' hawn fuq fiż-żewġ direzzjonijiet tul żewġ assi reċiprokament perpendikolari li huma orizzontali jekk ir-retrattur ikun ser jiġi installat f'vettura kif speċifikat mill-manifattur tat-trażżin għat-tfal. Meta din il-pożizzjoni ma tiġix speċifikata, l-awtorità tal-ittestjar għandha tikkonsulta lill-manifattur tat-trażżin għat-tfal għandha tintagħżel waħda minn dawn id-direzzjonijiet tat-test mis-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni biex jinħolqu l-aktar kondizzjonijiet avversi fir-rigward tal-attwazzjoni tal-mekkaniżmu tal-illokkjar.

8.2.4.3.4.   Id-disinn tal-apparat użat għandu jkun tali li l-aċċellerazzjoni meħtieġa tingħata b'rata medja ta' żieda fl-aċċellerazzjoni ta' mill-inqas 25 g/s. (7)

8.2.4.3.5.   Għall-ittestjar tal-konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafi 7.2.3.2.1.3 u 7.2.3.2.1.4 ir-retrattur għandu jiġi armat fuq mejda orizzontali u l-mejda għandha tiġi mmejla b'veloċità ta' mhux aktar minn 2° kull sekonda sakemm l-apparat jillokkja. It-test għandu jiġi ripetut bl-inklinazzjoni f'direzzjonijiet oħra sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti jiġu ssodisfati.

8.2.4.4.   Test tal-korrużjoni

8.2.4.4.1.   It-test tal-korrużjoni huwa deskritt fil-paragrafu 8.1.1 ta' hawn fuq.

8.2.4.5.   Test tar-reżistenza għat-trab

8.2.4.5.1.   Ir-retrattur għandu jitqiegħed f'kompartiment tat-test kif deskritt fl-Anness 3 ta' dan ir-Regolament għandu jiġi armtat f'orjentazzjoni simili għal dik li jiġi armat fiha fil-vettura. Il-kompartiment tat-test għandu jkun fih it-trab kif speċifikat fil-paragrafu 8.2.4.5.2 t'aktar 'l isfel tul ta' 500 mm taċ-ċinga għandu jiġi estratt mir-retrattur u għandu jinżamm maħruġ, ħlief li għandu jiġi soġġett għal 10 ċikli kompluti ta' retrazzjoni u ta' rtirar f'ħin ta' minuta jew tnejn wara kull aġitazzjoni tat-trab għal perjodu ta' ħames sigħat, it-trab għandu jiġi aġitat kull 20 minuta għal ħames sekondi permezz ta' arja kompressata ħielsa miż-żejt u mill-umdità bi pressjoni mkejla ta' 5,5 ± 0,5 bars li tidħol minn fetħa b'dijametru ta' 1,5 ± 0,1 mm.

8.2.4.5.2.   It-trab użat fit-test deskritt fil-paragrafu 8.2.4.5.1 għandu jkun magħmul minn madwar 1 kg ta' kwartz xott. Id-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikuli għandha tkun kif ġej:

(a)

Jgħaddu minn fetħa ta' 150 μm, b'dijametru tal-wajer ta' 104 μm: 99 sa 100 fil-mija;

(b)

Jgħaddu minn fetħa ta' 105 μm, b'dijametru tal-wajer ta' 64 μm: 76 sa 86 fil-mija;

(c)

Jgħaddu minn fetħa ta' 75 μm, b'dijametru tal-wajer ta' 52 μm: 60 sa 70 fil-mija.

8.2.5.   Test statiku taċ-ċineg

8.2.5.1.   Test tas-saħħa taċ-ċineg

8.2.5.1.1.   Kull test għandu jitwettaq fuq żewġ kampjuni ġodda ta' ċineg, ikkondizzjonati kif speċifikat fil-paragrafu 7.2.4.

8.2.5.1.2.   Kull ċinga għandha tinqabad bejn il-klamps ta' magna li tittestja s-saħħa tensili. Il-klamps għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jkun evitat li ċ-ċinga tinqata' meta tkun fihom jew qribhom. Il-veloċità trasversali għandha tkun 100 ± 20 mm/min. It-tul ħieles tal-kampjun bejn il-klamps tal-magna fil-bidu tat-test għandu jkun ta' 200 mm + 40 mm.

8.2.5.1.3.   It-tensjoni għandha tiġi miżjuda sakemm tinqata' ċ-ċinga u tiġi nnotata t-tagħbija li biha tinqata' ċ-ċinga.

8.2.5.1.4.   Jekk iċ-ċinga tiżloq jew tinqata' f'xi waħda mill-klamps jew sa 10 mm minn xi waħda minnhom, it-test ma għandux ikun validu u għandu jitwettaq test ġdid fuq kampjun ieħor.

8.2.5.2.   Il-kampjuni miċ-ċineg, kif imsemmija fil-paragrafu 3.2.3, għandhom jiġu kkondizzjonati kif ġej:

8.2.5.2.1.   L-ikkondizzjonar tal-kamra

8.2.5.2.1.1.   Iċ-ċinga għandha tinżamm għal 24 ± 1 siegħa f'atmosfera b'temperatura ta' 23 ± 5° u b'umdità relattiva ta' 50 ± 10 fil-mija. Jekk it-test ma jitwettaqx immedjatament wara l-ikkondizzjonar, il-kampjun għandu jitqiegħed f'kontenitur magħluq ermetikament sakemm jinbeda t-test. It-tagħbija li biha tinqata' ċ-ċinga għandha tiġi ddeterminata fi żmien ħames minuti wara li ċ-ċinga titneħħa mill-atmosfera tal-ikkondizzjonar jew mill-kontenitur.

8.2.5.2.2.   L-ikkondizzjonar tad-dawl

8.2.5.2.2.1.   Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni ISO/105-B02(1978). Iċ-ċinga għandha tiġi esposta għad-dawl għat-tul ta' ħin meħtieġ biex ż-Żebgħa Blù Standard Nru 7 tintefa sa kuntrast ugwali għall-Grad 4 fuq l-iskala tal-griż.

8.2.5.2.2.2.   Wara li tiġi esposta, iċ-ċinga għandha tinżamm għal minimu ta' 24 siegħa f'atmosfera b'temperatura ta' 23 ± 5 °C u b'umdità relattiva ta' 50 ± 10 fil-mija. It-tagħbija li biha tinqata' ċ-ċinga għandha tiġi determinata fi żmien ħames minuti wara li ċ-ċinga titneħħa mill-installazzjoni tal-ikkondizzjonar.

8.2.5.2.3.   L-ikkondizzjonar fil-kesħa

8.2.5.2.3.1.   Iċ-ċinga għandha tinżamm għal minimu ta' 24 siegħa f'atmosfera b'temperatura ta' 23 ± 5 °C u b'umdità relattiva ta' 50 ± 10 fil-mija.

8.2.5.2.3.2.   Iċ-ċinga mbagħad għandha tinżamm għal 90 ± 5 minuta fuq superfiċje ċatta f'kompartiment b'temperatura baxxa fejn it-temperatura tal-arja tkun – 30 ± 5C. Din imbagħad għandha tintlewa u t-tinja għandha titgħabba b'piż ta' 2 ± 0,2 kg li qabel tkun tkessħet għal – 30 ± 5C. Meta ċ-ċinga tkun inżammet mgħobbija għal 30 ± 5 minuta fl-istess kompartiment b'temperatura baxxa, il-piż għandu jitneħħa u t-tagħbija li biha tinqata' ċ-ċinga għandha titkejjel fi żmien ħames minuti wara li titneħħa ċ-ċinga mill-kompartiment b'temperatura baxxa.

8.2.5.2.4.   L-ikkondizzjonar fis-sħana

8.2.5.2.4.1.   Iċ-ċinga għandha tinżamm għal 180 ± 10 minuta f'atmosfera ta' kompartiment tat-tisħin b'temperatura ta' 60 ± 5 °C u b'umdità relattiva ta' 65 ± 5 fil-mija.

8.2.5.2.4.2.   It-tagħbija li biha tinqata' ċ-ċinga għandha tiġi determinata fi żmien ħames minuti wara li ċ-ċinga titneħħa mill-kompartiment tat-tisħin.

8.2.5.2.5.   Esponiment għall-ilma

8.2.5.2.5.1.   Iċ-ċinga għandha tinżamm mgħaddsa għalkollox għal 180 ± 10 minuta f'ilma distillat, b'temperatura ta' 20 ± 5 °C, li jkollu miżjuda traċċa ta' aġent li jxarrab. Jista' jintuża kwalunkwe aġent li jxarrab adattat għall-fibra li qed tiġi ttestjata.

8.2.5.2.5.2.   It-tagħbija li biha tinqata' ċ-ċinga għandha tiġi determinata fi żmien 10 minuti wara li ċ-ċinga titneħħa mill-ilma.

8.2.5.2.6.   L-ikkondizzjonar għall-brix

8.2.5.2.6.1.   Il-komponenti jew l-apparati soġġetti għat-test tal-brix għandhom jinżammu għal minimu ta' 24 siegħa qabel l-ittestjar f'atmosfera b'temperatura ta' 23 ± 5 °C u b'umdità relattiva ta' 50 ± 10 fil-mija. It-temperatura tal-kamra waqt l-ittestjar għandha tkun bejn 15° u 30 °C.

8.2.5.2.6.2.   It-tabella ta' hawn taħt tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ġenerali għal kull test:

 

Tagħbija [N]

Ċikli fil-minuta

Ċikli (Nru)

Proċedura tat-tip 1

60 ± 0,5

30 ± 10

1 000 ± 5

Proċedura tat-tip 2

10 ± 0,1

30 ± 10

5 000 ± 5

8.2.5.2.6.3.   Kondizzjonijiet partikolari għat-test

8.2.5.2.6.3.1.   Proċedura tat-tip 1 għall-każijiet fejn iċ-ċinga tiżloq mill-apparat li jaġġusta malajr. Applika tagħbija ta' 10 N, u jekk ikun meħtieġ it-tagħbija tista' tiġi miżjuda b'10 N kull darba sabiex iseħħ żerżiq korrett, iżda sa mhux aktar minn 60 N. Din it-tagħbija għandha tiġi applikata fuq ċineg vertikalment u b'mod permanenti. Il-parti orizzontali taċ-ċinga għandha tgħaddi mill-aġġustatur rapidu li tkun installata fuqu u għandha tkun imwaħħla mal-apparat, hekk li l-istrixxi jkunu jistgħu jimxu l-quddiem u lura l-apparat għall-aġġustament rapidu għandu jitqiegħed b'tali mod li ċ-ċinga orizzontali tal-istrixxi tibqa' taħt tensjoni (ara l-Figura 1 tal-Anness 5). Attiva l-aġġustatur rapidu filwaqt li tiġbed iċ-ċineg fid-direzzjoni li tillaxka l-harness u ddiżattivah filwaqt li tiġbed iċ-ċineg fid-direzzjoni li tissikka l-harness.

8.2.5.2.6.3.2.   Proċedura tat-tip 2 għal każijiet fejn iċ-ċinga tbiddel id-direzzjoni meta tkun qed tgħaddi minn parti riġida. Waqt it-test, l-istrixxi għandhom jgħaddu mill-parti riġida li huma intiżi għaliha u l-armar tat-test għandu jissimula l-angoli tal-installazzjoni attwali (fi tliet dimensjonijiet); għal eżempji, ara l-Figura 2 tal-Anness5. It-tagħbija ta' 10 N għandha tiġi applikata b'mod permanenti għall-każijiet fejn iċ-ċinga tbiddel id-direzzjoni għal aktar minn darba meta tgħaddi minn parti riġida, it-tagħbija ta' 10 N tista' tiġi miżjuda b'10 N kull darbasabiex iseħħ żerżiq korrett u jinkiseb il-moviment preskritt ta' 300 mm ta' ċinga minn ġol-parti riġida.

8.2.6.   Apparati tal-qfil

8.2.6.1.   Apparati tal-Klassi A

Għandhom jiġu installati t-trażżin għat-tfal u l-akbar manikin li t-trażżin għat-tfal huwa maħsub għalih kif muri fil-Figura 5 ta' hawn taħt l-istrixxi użati għandhom ikunu kif speċifikat fl-Anness 13 ta' dan ir-Regolament l-apparat tal-qfil għandu jiġi applikat bis-sħiħ u ssir marka fuq iċ-ċinturin fejn iċ-ċinturin jidħol fl-apparat tal-qfil. Il-gejġ tal-forza għandu jitwaħħal maċ-ċinturin permezz ta' anell D (D ring), u għandha tiġi applikata, tal-inqas għal sekonda, forza daqs darbtejn (± 5 fil-mija) il-massa tal-itqal manikin tal-grupp I. Il-pożizzjoni ta' isfel għandha tintuża għal-aaparat tal-qfil fil-pożizzjoni A u l-pożizzjoni ta' fuq għall-apparat tal-qfil fil-pożizzjoni B. Il-forza għandha tiġi applikata għal 9 darbiet oħra għandha ssir marka oħra fuq iċ-ċinturin fejn dan jidħol fl-apparat tal-qfil u għandha titkejjel id-distanza bejn iż-żewġ marki. Waqt dan it-test, ir-retrattur ma għandux ikun illokkjat.

Figura 5

Image

8.2.6.2.   Apparati tal-Klassi B

It-trażżin għat-tfal għandu jintrabat sew u l-istrixxi, kif speċifikat fl-Anness 13 ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu mgħoddija mill-qfil u mill-qafas skont ir-rotta deskritta fl-istruzzjonijiet tal-manifattur. Iċ-ċinturin għandu jgħaddi mit-tagħmir tal-ittestjar kif deskritt fil-Figura 6 ta' hawn taħt u jitwaħħal ma' massa ta' 5,25 ± 0,05 kg għandu jkun hemm 650 ± 40 mm ta' strixxi ħielsa bejn il-massa u l-punt fejn l-istrixxi jħallu l-qafas l-apparat tal-qfil għandu jiġi applikat kompletament u għandha ssir marka fejn iċ-ċinturin jidħol fl-apparat tal-qfil. Il-massa għandha tiġi mgħollija u tinħeles sabiex taqa' liberament fuq distanza ta' 25 ± 1 mm. Dan għandu jiġi ripetut għal 100 darba ± 2 bi frekwenza ta' 60 ± 2 ċiklu fil-minuta, biex tiġi simulata l-azzjoni ta' skossi fuq it-trażżin għat-tfal f'karozza għandha ssir marka oħra fuq iċ-ċinturin fejn dan jidħol fl-apparat tal-qfil u għandha titkejjel id-distanza bejn iż-żewġ marki.

L-apparat tal-qfil għandu jkopri l-wisa' kollha tal-istrixxi meta installat b'manikin ta' 15 kg. Dan it-test għandu jitwettaq billi jintużaw l-istess angoli tal-istrixxi bħal dawk li jiġu fformati waqt l-użu normali. It-tarf ħieles tal-parti taċ-ċinturin ta' fuq il-ħoġor għandu jkun imwaħħal. It-test għandu jitwettaq bis-sistema tat-trażżin għat-tfal imwaħħla sew mal-bank tat-test użat fit-test tal-qlib ta' taħt fuq jew fit-test dinamiku. Iċ-ċinga tat-tagħbija tista' titwaħħal mal-bokkla simulata.

Figura 6

It-tqassim skematiku tat-test tal-apparat tal-qfil tal-Klassi B.

Image

8.2.7.   Test tal-ikkondizzjonar għal retratturi armati direttament fuq it-trażżin għat-tfal

Installa l-akbar manikin li t-trażżin huwa maħsub għalih, bħallikieku għat-test dinamiku, bil-laxkezza standard kif speċifikat fil-paragrafu 8.1.3.6. Immarka linja ta' referenza fuq l-istrixxi fejn it-tarf ħieles tal-istrixxi jidħol fl-aġġustatur.

Neħħi l-manikin u qiegħed it-trażżin fit-tagħmir tal-ikkondizzjonar kif muri fil-Figura 1 tal-Anness 19.

L-istrixxi għanhom jgħaddu minn ċikli għal distanza totali ta' mhux inqas minn 150 mm minn ġewwa l-aġġustatur. Dan il-moviment għandu jkun tali li tal-inqas 100 mm mill-istrixxi fuq in-naħa tal-linja tar-referenza lejn it-tarf ħieles tal-istrixxi u l-bqija tad-distanza tal-movimenti (appross. 50 mm) fuq in-naħa tal-harness integrali tal-linja tar-referenza jgħaddi mill-aġġustatur.

Jekk it-tul tal-istrixxi mil-linja ta' referenza sat-tarf ħieles tal-istrixxi ma jkunx biżżejjed għall-moviment deskritt hawn fuq, il-150 mm ta' moviment minn ġol-aġġustatur għandu jkun mill-pożizzjoni taċ-ċinga ħarness estiża għalkollox.

Il-frekwenza taċ-ċikli għandha tkun ta' 10 ± 1 cikli/minuta, b'veloċità fuq “B” ta' 150 ± 10 mm/s.

8.2.8.   Test tat-temperatura

8.2.8.1.   Il-komponenti speċifikati fil-paragrafu 7.1.5.1 għandhom jiġu esposti għal ambjent fuq superfiċje tal-ilma fi spazju magħluq, fejn l-ambjent ikollu temperatura ta' mhux inqas minn 80 °C, għal perjodu kontinwu ta' mhux inqas minn 24 siegħa u mbagħad jitkessħu f'ambjent b'temperatura ta' mhux aktar minn 23 °C. Il-perjodu tat-tkessiħ għandu jiġi segwit minn tliet ċikli konsekuttivi ta' 24 siegħa, fejn kull ċiklu jinkludi dawn is-sekwenzi konsekuttivi li ġejjin:

(a)

Ambjent b'temperatura ta' mhux inqas minn 100 °C għandu jinżamm għal perjodu kontinwu ta' 6 sigħat u dan l-ambjent għandu jintlaħaq fi żmien 80 minuta mill-bidu taċ-ċiklu; imbagħad

(b)

Ambjent b'temperatura ta' mhux aktar minn 0 °C għandu jinżamm għal perjodu kontinwu ta' 6 sigħat u dan l-ambjent għandu jintlaħaq fi żmien 90 minuta; imbagħad

(c)

Ambjent b'temperatura ta' mhux aktar minn 23 °C għandu jinżamm matul il-bqija taċ-ċiklu ta' 24 siegħa.

8.2.9.   Is-sit komplut, jew il-komponent mgħammar bil-partijiet ta' twaħħil ISOFIX (eż bażi ISOFIX) jekk ikollu buttuna għar-rilaxx, jitwaħħal b'mod riġidu mal-bank tat-test b'tali mod li l-konnetturi ISOFIX ikunu allinjati vertikalment kif jidher fil-Figura 7. Żbarra b'dijametru ta' 6 mm u tul ta' 350 mm, għandha titwaħħal mal-konnetturi ISOFIX. Massa ta' 5 kg għandha titwaħħal mal-estremitajiet tal-iżbarra.

8.2.9.1.   Għandha tiġi applikata forza operattiva fuq il-buttuna/pum għar-rilaxx tul l-assi fiss parallel mad-direzzjoni inizjali tal-moviment tal-buttuna/pum; iċ-ċentru ġeometriku japplika għal dik il-parti tas-superfiċje tal-parti ta' twaħħil ISOFIX li fuqha trid tiġi applikata l-pressjoni tar-rilaxx.

8.2.9.2.   Il-forza tal-ftuħ tal-parti ta' twaħħil ISOFIX għandha tiġi appikata bl-użu ta' dinamometru jew apparat simili b'mod normali u fid-direzzjoni indikata fil-manwal għall-utent maħruġ mill-manifattur. It-tarf tal-kuntatt għandu jkun emisferu tal-metall illustrat b'raġġ ta' 2,5 ± 0,1 mm fil-każ ta' buttuna għar-rilaxx jew ganċ tal-metall illustrat b'raġġ ta' 25 mm.

8.2.9.3.   Jekk id-disinn tat-trażżin għat-tfal jipprevjeni l-applikazzjoni tal-proċedura deskritta fil-paragrafi 8.2.9.1 u 8.2.9.2, jista' jiġi applikat metodu alternattiv bi qbil mas-Servizz Tekniku li jwettaq it-test.

8.2.9.4.   Il-forza tal-ftuħ tal-parti ta' twaħħil ISOFIX li għandha titkejjel għandha tkun dik meħtieġa biex tiżganċja l-ewwel konnettur.

8.2.9.5.   It-test għandu jitwettaq fuq sit ġdid, u jiġi repetut fuq sit li kien ġie soġġett għall-proċedura ta' ċiklar speċifikata fil-paragrafu 7.2.6.

Figura 7

Image

8.3.   Ċertifikazzjoni tal-kuxin tal-bank tat-test

8.3.1.   Il-kuxin tas-sit tat-test għandu jiġi ċċertifikat meta jkun għadu ġdid sabiex jiġu stabbiliti l-valuri inizjali tal-penetrazzjoni tal-impatt u d-deċellerazzjoni massima, u mbagħad wara kull 50 test dinamiku jew tal-inqas kull xahar, skont liema minnhom jiġi l-ewwel, jew qabel kull test jekk il-bank tat-test jintuża b'mod frekwenti.

8.3.2.   Il-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni u tal-kejl għandhom jikkorrispondu ma' dawk speċifikati fil-verżjoni l-aktar reċenti tal-ISO 6487; it-tagħmir tal-kejl għandu jikkorrispondi mal-ispeċifikazzjoni ta' kanal tad-dejta bil-klassi tal-filtru tal-kanal ta' (CFC) 60.

Wettaq 3 testijiet permezz tal-apparat tat-test iddefinit fl-Anness 17 ta' dan ir-Regolament, f'distanza ta' 150 ± 5 mm mit-tarf ta' quddiem tal-kuxin fuq il-linja taċ-ċentru u f'distanza ta' 150 ± 5 mm f'kull direzzjoni mil-linja taċ-ċentru.

Qiegħed l-apparat f'pożizzjoni vertikali fuq wiċċ lixx u riġidu. Baxxi l-massa tal-impatt sakemm tiġi f'kuntatt mas-superfiċje u qiegħed il-markatur tal-penetrazzjoni fuq il-pożizzjoni żero. Qiegħed l-apparat f'pożizzjoni vertikali 'l fuq mill-punt tat-test, għolli l-massa b'500 ± 5 mm u ħalliha taqa' liberament sabiex tagħmel impatt fuq il-wiċċ tas-sit. Irreġistra l-penetrazzjoni u l-kurva tad-deċellerazzjoni.

8.3.3.   Il-valuri massimi rreġistrati ma għandhomx jiddevjaw b'aktar minn 15 fil-mija mill-valuri inizjali.

8.4.   Reġistrazzjoni tal-imġiba dinamika

8.4.1.   Sabiex jiġu ddeterminati l-imġiba tal-manikin u l-ispostamenti tiegћu, it-testijiet dinamiċi kollha għandhom jiġu rreġistrati skont il-kondizzjonijiet li ġejjin:

8.4.1.1.   Kondizzjonijiet tal-iffilmjar u tal-irrekordjar:

(a)

Il-frekwenza gћandha tkun ta' mill-inqas 500 fotogramm kull sekonda;

(b)

It-test gћandu jiġi rrekkordjat fuq pellikola, vidjo jew carrier tad-dejta diġitali;

8.4.1.2.   Stima tal-inċertezza:

 

Il-laboratorji tal-ittestjar gћandu jkollhom u gћandhom japplikaw proċeduri sabiex jistmaw l-inċertezza tal-kejl tal-ispostament tar-ras tal-manikin. Il-livell tal-inċertezza gћandu jkun fi ħdan ± 25 mm.

 

Eżempji ta' standards internazzjonali ta' proċedura bħal din huma EA-4/02 tal-Organizzazzjoni Ewropea gћall-Akkreditazzjoni jew ISO 5725:1994 jew il-metodu tal-Kejl Ġenerali tal-Inċertezza (GUM).

8.5.   Il-proċeduri tal-kejl għandhom jikkorrispondu ma' dawk definiti fl-ISO 6487: 2002. Il-klassijiet tal-frekwenza tal-kanal għandhom ikunu:

Tip ta' kejl

CFC(FH)

Frekwenza tal-qtugħ (FN)

Aċċellerazzjoni tat-trolley

60

ara ISO 6487:2002, l-Anness A

Tagħbijiet taċ-ċinturini

60

ara ISO 6487:2002, l-Anness A

Aċċellerazzjoni tas-sider

180

ara ISO 6487:2002, l-Anness A

Aċċellerazzjoni tar-ras

1 000

1 650

Ir-rata tal-kampjunar għandha tkun mill-inqas 10 darbiet il-klassi tal-frekwenza tal-kanal (jiġifieri, f'installazzjonijiet bi klassi tal-frekwenza ta' 1 000, dan jikkorrispondi għal rata minima tat-teħid tal-kampjuni ta' 10 000 kampjun fis-sekonda għal kull kanal).

9.   RAPPORTI TAT-TEST TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP U TAL-KWALIFIKAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

9.1.   Fir-rapport tat-test għandhom jitniżżlu r-riżultati tat-testijiet u tal-kejl kollha inkluża d-dejta tat-test li ġejja:

(a)

It-tip ta' apparat użat għat-test (l-apparat tal-aċċellerazzjoni jew id-deċellerazzjoni),

(b)

Il-bidla fil-veloċità totali,

(c)

Il-veloċità tat-trolley immedjatament qabel l-impatt għall-islitti tad-deċellerazzjoni biss,

(d)

Il-kurva tal-aċċellerazzjoni jew tad-deċellerazzjoni waqt il-bidla fil-veloċità tat-trolley u tal-inqas 300 ms;

(e)

Il-ħin (f'ms) li fih ras il-manikin tilħaq l-ispostament massimu tagħha waqt it-twettiq tat-test dinamiku,

(f)

Il-post okkupat mill-bokkla waqt it-testijiet, jekk dan jista' jiġi varjat, u

(g)

Kwalunkwe ħsara jew ksur.

9.2.   Jekk ma ġewx irrispettati d-dispożizzjonijiet relatati mal-ankraġġi, li jinsabu fl-Appendiċi 3 tal-Anness 6 ta' dan ir-Regolament, ir-rapport tat-test għandu jiddeskrivi kif huwa installat it-trażżin għat-tfal u għandu jispeċifika l-angoli u d-dimensjonijiet importanti.

9.3.   Meta t-trażżin għat-tfal jiġi ttestjat f'vettura jew fi struttura ta' vettura, ir-rapport tat-test għandu jispeċifika kif twaħħlet l-istruttura tal-vettura mat-trolley, il-pożizzjoni tat-trażżin għat-tfal u s-sit tal-vettura u l-inklinazzjoni tad-dahar tas-sit tal-vettura.

9.4   Ir-rapporti tat-test tal-approvazzjoni tat-tip u tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni gћandhom jirreġistraw il-verifika tal-immarkar u tal-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni u l-użu.

10.   MODIFIKI U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA' SISTEMA TA' TRAŻŻIN GĦAT-TFAL

10.1.   Kull modifika ta' trażżin għat-tfal għandha tiġi nnotifikata lid-dipartiment amministrattiv li approva t-trażżin għat-tfal l-awtorità mbagħad tista':

10.1.1.

Tqis li l-modifiki magħmula mhux probabbli li jkollhom effett avvers apprezzabbli u li fi kwalunkwe każ it-trażżin għat-tfal għadu konformi mar-rekwiżiti; jew

10.1.2.

Teħtieġ rapport tat-test ieħor mis-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet.

10.1.3.

Jekk ikun meħtieġ rapport tat-test ieħor, qabbel ir-riżultat tad-devjazzjoni orizzontali tar-ras mal-agħar każ minn fost ir-riżultati kollha rreġistrati qabel:

(a)

Jekk id-devjazzjoni tkun akbar, għandu jitwettaq ittestjar ġdid tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni;

(b)

Jekk id-devjazzjoni tkun anqas, ma għandux għalfejn jitwettaq ittestjar ġdid tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni;

10.2.   Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, fejn jiġi speċifikat it-tibdil, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.3 ta' hawn fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

10.3.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal din l-estensjoni u għandha tinforma b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

11.   KWALIFIKAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

11.1.   Sabiex jiġi żgurat li s-sistema tal-produzzjoni tal-manifattur hija sodisfaċenti, is-Servizz Tekniku, li jkun wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip, għandu jagћmel testijiet sabiex jikkwalifika l-produzzjoni skont il-paragrafu 11.2.

11.2.   Il-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni tas-sistemi tat-trażżin gћat-tfal

Il-produzzjoni ta' kull tip ġdid approvat ta' sistema ta' trażżin gћat-tfal tal-kategoriji “universali”, “semiuniversali”, u “ristrett” trid titressaq gћat-testijiet tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni. Jistgħu jiġu preskritti kwalifiki addizzjonali ta' produzzjoni skont il-paragrafu 10.1.3.

Gћal dan il-gћan, jittieћed kampjun aleatorju ta' ħames sistemi ta' trażżin gћat-tfal mill-ewwel lott tal-produzzjoni, mis-Servizz Tekniku li jkun wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni maħtur mill-istess Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tagħti l-approvazzjoni, jew mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip innifisha.

Jistgħu jiġu magħżula sitt unitajiet ta' kampjuni b'mod aleatorju f'każ li l-kondizzjoni tal-paragrafu 7.1.4.4.1.2.3 ta' hawn fuq tiġi magħżula bħala l-kondizzjoni tat-test għat-twettiq tat-test deskritt fil-paragrafu 11.2.1.1).

L-ewwel lott tal-produzzjoni jitqies bћala l-produzzjoni tal-ewwel blokk li jkun fih minimu ta' 50 sistema ta' trażżin gћat-tfal u massimu ta' 5 000 sistema ta' trażżin gћat-tfal.

11.2.1.   Testijiet dinamiċi

11.2.1.1.   Ħames sistemi ta' trażżin gћat-tfal għandhom jiġu soġġetti għat-test dinamiku deskritt fil-paragrafu 8.1.3. Is-Servizz Tekniku li jkun wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip gћandu jagћżel il-kondizzjonijiet li pproduċew id-devjazzjoni orizzontali massima tar-ras matul it-testijiet dinamiċi tal-approvazzjoni tat-tip, għajr għall-kondizzjonijiet deskritti fil-paragrafu 7.1.4.4.1.2.3 ta' hawn fuq, li jirreferi biss għat-test tal-konfigurazzjoni mingħajr żbarra ta' 100 mm, u l-paragrafu 7.1.4.1.10.1.2 ta' hawn fuq. Il-ћames sistemi ta' trażżin gћat-tfal gћandhom jiġu ttestjati kollha fl-istess kondizzjonijiet.

Jekk, waqt mill-inqas wieħed mill-ħames testijiet imwettqa, is-CRS tmiss mal-iżbarra, għandu jitwettaq test ieħor fil-kondizzjoni deskritta fil-paragrafu 7.1.4.4.1.2.3 ta' hawn fuq li jirreferi għat-test mingħajr żbarra ta' 100 mm. Dan it-test ulterjuri ma għandux jintuża għall-kalkolu deskritt fis-subparagrafu (a) tal-paragrafu 11.2.1.3 ta' hawn taħt.

11.2.1.2.   Gћal kull test deskritt fil-paragrafu 11.2.1.1 gћandhom jitkejlu d-devjazzjoni orizzontali tar-ras u l-aċċellerazzjonijiet tas-sider.

(a)

Id-devjazzjoni orizzontali massima tar-ras gћandha tkun konformi maż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

 

L-ebda valur ma gћandu jkun ogħla minn 1,05 L, u

 

X + S ma gћandhomx ikunui ogħla minn L,

Fejn:

L

=

il-valur ta' limitu preskritt

X

=

il-medja tal-valuri

S

=

id-devjazzjoni standard tal-valuri

(b)

Ir-riżultati tal-aċċelerazzjoni tas-sider gћandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 7.1.4.2.1 u, barra minn hekk, il-kondizzjoni X + S fil-paragrafu 11.2.1.3.(a) gћandha tiġi applikata gћar-riżultati akkumulati tal-aċċelerazzjoni tas-sider waqt 3 ms (kif iddefiniti fil-paragrafu 7.1.4.2.1) u tiġi rreġistrata bħala informazzjoni biss.

11.2.2.   Kontroll tal-immarkar

11.2.2.1   Is-Servizz Tekniku li jkun wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni gћandu jivverifika li l-immarkar ikun konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 4.

11.2.3.   Kontroll tal-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni u l-istruzzjonijiet għall-użu

11.2.3.1.   Is-Servizz Tekniku li jkun wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni gћandu jivverifika li l-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni u l-istruzzjonijiet gћall-użu jkunu konformi mal-paragrafu 15.

12.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI U T-TESTIJIET TA' RUTINA

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma' dawk stabbiliti fil-Ftehim, fl-Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

12.1.   Kwalunkwe sistema tat-trażżin għat-tfal approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun immanifatturata b'tali mod li tikkonforma mat-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 6 sa 8 ta' hawn fuq.

12.2.   Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi għall-konformità tal-proċeduri tal-kontroll tal-produzzjoni stabbiliti fl-Anness 16 ta' dan ir-Regolament.

12.3.   L-awtorità li tat l-approvazzjoni tat-tip tista', fi kwalunkwe ħin, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f'kull faċilità ta' produzzjoni. Il-frekwenza normali ta' dawn il-verifiki għandha tkun ta' darbtejn f'sena.

13.   PENALI GĦAL NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

13.1.   L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward tat-trażżin għat-tfal skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk trażżin għat-tfal li jkollu fuqu d-dettalji msemmija fil-paragrafu 5.4 ma jgħaddix mill-kontrolli aleatorji deskritti fil-paragrafu 11 jew ma jkunx konformi mat-tip approvat.

13.2.   Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, għandha minnufih tinnotifika b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

14.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

14.1.   Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għalkollox milli jimmanifattura tip speċifiku ta' sistema tat-trażżin għat-tfal skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b'dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, l-awtorità għandha tinforma lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

15.   ISTRUZZJONIJIET

15.1.   Kull trażżin għat-tfal għandu jkollu miegħu struzzjonijiet bil-lingwa tal-pajjiż fejn l-apparat ikun ser jinbiegħ bil-kontenut li ġej:

15.2.   L-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni għandhom jinkludu l-punti li ġejjin:

15.2.1.

Għal trażżin għat-tfal tal-kategorija “universali” it-tikketta li ġejja għandha tkun viżibbli b'mod ċar fil-punt tal-bejgħ mingħajr ma jitneħħa l-ippakkjar:

Notifika

Dan huwa trażżin għat-tfal “Universali”. Huwa approvat skont ir-Regolament Nru 44, serje ta' emendi 04, biex jintuża b'mod ġenerali fil-vetturi u jaqbel ma' ħafna mis-sits tal-karozzi, imma mhux ma' kollha.

Probabbli li jaqbel jekk il-manifattur tal-vettura ddikjara fil-manwal tal-vettura li l-vettura kapaċi takkomoda trażżin għat-tfal “Universali” għall-grupp ta' din l-età.

It-trażżin għat-tfal ġie kklassifikat bħala “Universali” taħt kondizzjonijiet aktar stretti minn dawk li kienu applikati għal disinji preċedenti li ma għandhomx dan l-avviż.

F'każ ta' dubju, ikkonsulta jew lill-manifattur tat-trażżin għat-tfal jew lill-bejjiegħ bl-imnut.

15.2.2.

Għal trażżin għat-tfal tal-kategoriji “ristrett” u “semiuniversali” l-informazzjoni li ġejja għandha tkun viżibbli b'mod ċar waqt il-bejgħ mingħajr ma jitneħħa l-ippakkjar:

Dan it-trażżin għat-tfal huwa kklassifikat għall-użu “(Ristrett/Semiuniversali)” u huwa adattat biex jiġi installat fil-pożizzjonijiet tas-sits tal-karozzi li ġejjin:

KAROZZA

QUDDIEM

WARA

Fuq barra

Ċentru

(Mudell)

Iva

Iva

Le

Il-pożizzjonijiet tas-sits f'karozzi oħra jistgħu wkoll ikunu adattati biex jakkomodaw dan it-trażżin għat-tfal. F'każ ta' dubju, ikkonsulta jew lill-manifattur tat-trażżin għat-tfal jew lill-bejjiegħ bl-imnut.

15.2.3.

Għal trażżin għat-tfal tal-kategorija “Vettura speċifika” l-informazzjoni fuq il-vettura applikabbli għandha tkun viżibbli b'mod ċar fil-punt tal-bejgħ mingħajr ma jitneħħa l-ippakkjar.

15.2.4.

Jekk l-apparat jeħtieġ ċinturin tas-sikurezza għall-adulti, il-kliem li ġej għandu wkoll ikun viżibbli b'mod ċar fil-punt tal-bejgħ mingħajr ma jitneħħa l-ippakkjar:

“Adattat biss jekk il-vetturi approvati huma mgħammra b'ċinturini tas-sikurezza ta' fuq il-ħoġor/ta' 3 ankraġġi/statiċi/b'retrattur, approvati skont ir-Regolament Nru 16 tan-NU/KEE jew standards oħra ekwivalenti.” (Aqta' dak li ma japplikax.)

Fil-każ tat-trażżin għall-carrycots għandha tkun inkluża lista tal-carrycots li l-apparat huwa adattat għalihom.

15.2.5.

Fuq il-kaxxa tal-ippakkjar, il-manifattur tat-trażżin għat-tfal għandu jipprovdi informazzjoni dwar l-indirizz fejn il-konsumatur jista' jikteb biex jirċievi aktar informazzjoni dwar kif jiġi installat it-trażżin għat-tfal f'karozzi speċifiċi.

15.2.6.

Il-metodu tal-installazzjoni jiġi llustrat permezz ta' ritratti u/jew disinji ċari ħafna;

15.2.7.

L-utent għandu jiġi mgħarraf li l-oġġetti riġidi u l-partijiet tal-plastik tat-trażżin għat-tfal għandhom jitqiegħdu u jiġu installati b'tali mod li ma jkunx possibbli li dawn jinqabdu minn sit li jista' jiċċaqlaq jew f'xi bieba tal-vettura, waqt l-użu ta' kuljum tal-vettura;

15.2.8.

L-utent għandu jiġi mgħarraf li juża l-carrycots f'pożizzjoni perpendikolari mall-assi lonġitudinali tal-vettura;

15.2.9.

Fil-każ ta' sistemi li jħarsu lura, il-konsumatur għandu jiġi mgħarraf biex ma jużahomx fil-pożizzjonijiet bilqiegħda fejn ikun hemm b'airbag attiva. Din l-informazzjoni għandha tkun viżibbli b'mod ċar waqt il-bejgħ mingħajr ma jitneħħa l-imballaġġ;

15.2.10.

Għal “Trażżin għal Bżonnjijiet Speċjali” l-informazzjoni li ġejja għandha tkun viżibbli b'mod ċar waqt il-bejgħ mingħajr ma jitneħħa l-ippakkjar:

Dan “it-Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” huwa maħsub biex jagħti aktar appoġġ lil tfal li għandhom diffikultà biex ipoġġu bilqiegħda sew f'sits konvenzjonali. Dejjem ikkonsulta lit-tabib tiegħek biex tiżgura li din is-sistema ta' trażżin hija adattata għat-tifel/tifla tiegħek.

15.2.11.

Gћal sistema ta' trażżin gћat-tfal ISOFIX it-tikketta li ġejja gћandha tkun viżibbli b'mod ċar fil-punt tal-bejgћ mingћajr ma jitneћћa l-ippakkjar:

Notifika

1.

Din hija SISTEMA TAT-TRAŻŻIN GĦAT-TFAL ISOFIX. Ġiet approvata skont ir-Regolament Nru 44, is-serje ta' emendi 04, gћall-użu ġenerali f'vetturi mgћammra b'sistemi ta' ankraġġi ISOFIX.

2.

Din taqbel ma' vetturi b'pożizzjonijiet approvati bћala pożizzjonijiet ISOFIX (kif imfisser fid-dettall fil-manwal tal-vettura), skont il-kategorija tas-sit għat-tfal u tal-fissaġġ.

3.

Il-grupp tal-massa u l-klassi tad-daqs ISOFIX li gћalihom huwa maћsub dan l-apparat huma: …

15.3.   L-istruzzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu l-punti li ġejjin:

15.3.1.

Il-grupp tal-massa u l-fissaġġ li gћalihom huwa maћsub l-apparat:

15.3.2.

Meta l-apparat jiġi użat flimkien ma' ċinturin tas-sikurezza għall-adulti għandu jintuża permezz tal-kliem li ġejjin: Adattat biss għall-użu fil-vetturi elenkati mgħammra b'ċinturini tas-sikurezza ta' fuq il-ħoġor/ta' 3 ankraġġi/statiċi/b'retrattur, approvati skont ir-Regolament Nru 16 tal-KEE jew standards oħra ekwivalenti. (Aqta' dak li ma japplikax.)

15.3.3.

Il-metodu tal-użu għandu jintwera b'ritratti u/jew disinji tassew ċari fil-każ ta' sits li jistgħu jintużaw kemm iħarsu 'l quddiem u kemm iħarsu lura, għandha tingħata twissija ċara biex it-trażżin jinżamm iħares lura sakemm il-massa tat-tifel/tifla tkun akbar minn limitu ddikjarat, jew sakemm ma jinqabiżx xi kriterju dimensjonali ieħor.

15.3.4.

It-tħaddim tal-bokkla u tal-apparat għall-aġġustament għandu jiġi spjegat b'mod ċar;

15.3.5.

Għandu jiġi rakkomandat li kwalunkwe ċinga li żżomm it-trażżin mal-vettura għandha tkun issikkata, li kwalunkwe ċinga li trażżan it-tfal għandha tkun aġġustata skont il-ġisem tat-tifel/tifla, u li ċ-ċineg ma għandhomx jinbarmu;

15.3.6.

Għandha tiġi enfasizzata l-importanza li jiġi żgurat li kwalunkwe ċinga ta' fuq il-ħoġor tintlibes isfel fil-baxx, biex il-pelvi jkun marbut sew;

15.3.7.

Għandu jiġi rakkomandat li l-apparat għandu jitbiddel meta dan ikun ġie soġġett għal tensjonijiet vjolenti f'xi aċċident.

15.3.8.

Għandhom jingħataw l-istruzzjonijiet għat-tindif tal-apparat;

15.3.9.

Għandha tingħata twissija ġenerali lill-utent rigward il-periklu li ssir kwalunkwe alterazzjoni jew żieda fuq l-apparat mingħajr l-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, u l-periklu jekk ma jiġux segwiti mill-qrib l-istruzzjonijiet tal-installazzjoni pprovduti mill-manifattur tat-trażżin għat-tfal;

15.3.10.

Meta s-siġġu ma jkunx provdut b'kisi tad-drapp, għandu jiġi rakkomandat li s-siġġu jinżamm 'il bogħod mid-dawl tax-xemx, inkella jista' jsir jaħraq wisq għall-ġilda tat-tfal.

15.3.11.

Għandu jiġi rakkomandat li t-tfal ma jitħallewx fis-sistema tat-trażżin għat-tfal tagħhom mingħajr sorveljanza.

15.3.12.

Għandu jiġi rakkomandat li kwalunkwe bagalja jew oġġett ieħor li jista' jweġġa' lil xi ħadd fil-każ ta' kolliżjoni għandu jkun marbut sew.

15.3.13.

Għandu jiġi rakkomandat li:

(a)

It-trażżin għat-tfal ma għandux jintuża mingħajr il-kisi;

(b)

Il-kisi tas-sit ma għandu jitbiddel b'ebda kisi ieħor ħlief dak irrakkomandat mill-manifattur, għax il-kisi huwa parti integrali mill-prestazzjoni tat-trażżin.

15.3.14.

Għandu jkun hemm test jew disinn li jindika kif l-utent jista' jidentifika pożizzjoni mhux sodisfaċenti tal-bokkla taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti relattiva għall-punti tal-kuntatt prinċipali li jerfgħu t-tagħbija fuq it-trażżin l-utent għandu jiġi mgħarraf biex jikkuntattja lill-manifattur tat-trażżin għat-tfal jekk ikollu xi dubju dwar dan il-punt.

15.3.15.

Jekk it-trażżin għat-tfal joffri punt tal-kuntatt li jerfa' t-tagħbija alternattiv, l-użu tiegħu għandu jiġi deskritt b'mod ċar l-utent għandu jiġi informat dwar kif għandu jevalwa li l-użu ta' din ir-rotta alternattiva huwa sodisfaċenti l-utent għandu jiġi mgħarraf biex jikkuntattja lill-manifattur tat-trażżin għat-tfal jekk ikollu xi dubju dwar dan il-punt l-utent għandu jiġi mgħarraf b'mod ċar biex jibda l-installazzjoni tat-trażżin għat-tfal f'pożizzjonijiet bilqiegħda tal-vettura kklassifikati bħala “Universali” fil-manwal tal-propjetarju tal-vettura, billi juża r-rotta primarja taċ-ċinturin.

15.3.16.

Għandu jkun hemm dispożizzjonijiet biex l-istruzzjonijiet ikunu jistgħu jinżammu fuq it-trażżin għat-tfal matul il-perjodu li dan idum jintuża jew fil-manwal tal-vettura fil-każ ta' trażżin inkorporat.

15.3.17.

Għandu jkun hemm twissija espliċita biex ma jintuża l-ebda punt ta' kuntatt li jerfa' t-tagħbija ħlief dawk deskritti fl-istruzzjonijiet u mmarkati fit-trażżin għat-tfal.

15.3.18.

Gћal sistema ta' trażżin gћat-tfal ISOFIX, fl-istruzzjonijiet għall-użu għandhom jingħataw struzzjonijiet sabiex jinqara l-manwal tal-manifattur tal-vettura.

16.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TEST TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

16.1.   Il-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibagħtu lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar ta' approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħra.

17.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

17.1.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 03, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif ġie emendat bis-serje ta' emendi 03.

17.2.   Minn 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta' trażżin għat-tfal li jiġi mressaq għall-approvazzjoni jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 03.

17.3.   Tul il-perjodu ta' 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 03, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jagħtu approvazzjonijiet tat-tip għal dawk is-sistemi ta' trażżin għat-tfal li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 02.

17.4.   Fl-istess perjodu ta' 12-il xahar, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet tal-approvazzjoni għas-serje ta' emendi preċedenti ta' dan ir-Regolament.

17.5.   Mid-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 03, id-dispożizzjonijiet tal-Anness 16 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll għal apparat tat-trażżin għat-tfal li diġa' jkun ingħata approvazzjoni tat-tip skont is-serje ta' emendi 02.

17.6.   Mid-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 03, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw il-bejgħ ta' tip ta' trażżin għat-tfal li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-paragrafi 6.2.2 u 6.2.14 tas-serje ta' emendi 03.

17.7.   Meta jgħaddu 36 xahar mid-dħul fis-seħħ tas-serje 03 ta' emendi, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw il-bejgħ ta' sistemi ta' trażżin għat-tfal li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tas-serje ta' emendi 03 ta' dan ir-Regolament.

17.8.   Mid-data tad-dħul fis-seħħ tas-suppliment 2 tas-serje ta' emendi 03, it-tikketta stipulata fil-paragrafu 4.5 ta' dan ir-Regolament għandha titwaħħal mat-trażżin għat-tfal kollu manifatturat f'konformità ma' dan ir-Regolament.

17.9.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 04, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif ġie emendat bis-serje ta' emendi 04.

17.10.   Minn 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 04, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta' trażżin għat-tfal li jiġi mressaq għall-approvazzjoni jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif ġie emendat mis-serje ta' emendi 04.

17.11.   Waqt il-perjodu ta' 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 04, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jagħtu approvazzjonijiet tat-tip għal dawk is-sistemi ta' trażżin għat-tfal li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 03.

17.12.   Waqt il-perjodu ta' 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 04, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw l-għoti ta' estensjonijiet ta' approvazzjoni għas-serje ta' emendi preċedenti ta' dan ir-Regolament.

17.13.   Meta jgħaddu 48 xahar mid-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 04, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw il-bejgħ ta' sistemi ta' trażżin għat-tfal li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tas-serje ta' emendi 04 ta' dan ir-Regolament.

17.14.   Minn sitt xhur mid-data ta' dħul fis-seħħ tas-Suppliment 04 tas-serje ta Emendi 04, l-approvazzjonijiet mogħtija skont is-serje ta' emendi 03 jew 04 għal sistemi ta' trażżin għat-tfal li jaqgħu fil-gruppi 0, 0+ u I, li ma jikkonformawx mal-paragrafu 6.1.11 jew 6.1.12 ma għandhomx jibqgħu validi.

17.15.   Mid-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 04 tas-serje ta' Emendi 04 ta' dan ir-Regolament, bħala deroga mill-obbligi tal-Partijiet Kontraenti waqt il-perjodu tranżizzjonali stipulat fil-paragrafu 17.14 u skont id-dikjarazzjoni li saret mill-Komunità Ewropea fi żmien l-adeżjoni tagħha għall-Ftehim tal-1958 (Notifika tad-Depożitarju C.N.60.1998.TRATTATI-28), l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea jistgħu jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta' sistemi ta' trażżin għat-tfal li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tas-Suppliment 04 tas-serje ta' emendi 04 ta' dan ir-Regolament.


(1)  In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 3, Anness 3 — www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(2)  ISOFIX universal CRS tfisser sistemi ta' trażżin li jħarsu 'l quddiem sabiex jintużaw f'vetturi b'pożizzjonijiet mgħammra bis-sistema ta' ankraġġi ISOFIX u ankraġġ minn fuq.

(3)  ISOFIX semi universal CRS tfisser:

Sistemi ta' trażżin li jħarsu 'l quddiem mgħammra b'riġel ta' appoġġ jew

Sistemi ta' trażżin li jħarsu lura mgħammra b'riġel ta' appoġġ jew ċinga minn fuq għall-użu f'vetturi b'pożizzjonijiet mgħammra bis-sistemi ta' ankraġġ ISOFIX jew ankraġġ minn fuq jekk meħtieġ

Jew sistemi ta' trażżin li jħarsu lura, appoġġati fuq id-dashboard tal-vettura, għall-użu f'vetturi li għandhom sit tal-passiġġier ta' quddiem mgħammar bis-sistema ta' ankraġġ ISOFIX,

Jew sistemi ta' trażżin li jħarsu lejn il-ġenb mgħammra jekk meħtieġ b'apparat antirotazzjoni għall-użu f'vetturi b'pożizzjonijiet mgħammra bis-sistema ta' ankraġġi ISOFIX u ankraġġ minn fuq jekk meħtieġ.

(4)  Il-limiti għall-aċċellerazzjoni tas-sider ma japplikawx meta jintuża l-manikin “tat-tarbija tat-twelid” għax dan ma jkollu ebda strumentazzjoni.

(5)  Il-manikin tat-tarbija tat-twelid mhux mgħammar b'inserzjoni addominali għalhekk tista' tintuża biss analiżi suġġettiva bħala gwida għall-penetrazzjoni addominali.

(6)  It-tolleranzi fuq id-dimensjonijiet, sakemm mhux speċifikat mod ieħor, li mhumiex validi għal-limiti

Medda tad-dimensjonijiet (mm)

inqas minn 6

aktar minn 6 sa 30

aktar minn 30 sa 120

aktar minn 120 sa 315

aktar minn 315 sa 1 000

aktar minn 1 000

Tolleranza (mm)

± 0,5

± 1

± 1,5

± 2

± 3

± 4

Tolleranzi angolari sakemm mhux iddikjarat mod ieħor: ± 1°

(*)  Waqt l-ikkalibrar, id-distanza tal-waqfien għandha tkun ta' 650 ± 30 mm.

(**)  Waqt l-ikkalibrar, id-distanza tal-waqfien għandha tkun ta' 275 ± 20 mm.

Nota: Is-sistemi kollha tat-trażżin għall-gruppi 0 u 0+ għandhom jiġu ttestjati skont il-kondizzjonijiet ta' “li jħares lura” fl-impatti frontali u minn wara.

Spjega:

 

Impuls tat-test Nru 1 — Kif preskritt fl-Anness 7 — impatt frontali.

 

Impuls tat-test Nru 2 — Kif preskritt fl-Anness 7 — impatt minn wara.

 

Impuls tat-test Nru 3 — Impuls tad-deċellerazzjoni tal-vettura soġġetta għal impatt frontali.

 

Impuls tat-test Nru 4 — Impuls tad-deċellerazzjoni tal-vettura soġġetta għal impatt frontali.

(7)  g = 9,81 m/s2.


ANNESS 1

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

Image

Test ta 'immaġni

Is-sistema tat-trażżin għat-tfal li għandha l-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq hija apparat li jista' jiġi installat fi kwalunkwe vettura u li jista' jintuża għal medda ta' mases ta' bejn 9 kg u 36 kg (il-Gruppi I sa III); hija approvata fin-Netherlands (E4) bin-numru 042439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament li jikkonċerna l-approvazzjoni ta' apparat ta' trażżin għat-tfal li jokkupaw vetturi motorizzati (“sistema ta' trażżin għat-tfal”) kif emendat bis-serje ta' emendi 04.

Image

Test ta 'immaġni

Is-sistema tat-trażżin għat-tfal li għandha l-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq hija apparat li ma jistax jiġi installat f'kull vettura u li ma jistax jintuża għal medda ta' mases ta' bejn 9 kg u 25 kg (il-Gruppi I u II); hija approvata fin-Netherlands (E4) bin-numru 042450. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament li jikkonċerna l-approvazzjoni ta' apparat ta' trażżin għat-tfal li jokkupaw vetturi motorizzati (“sistema ta' trażżin għat-tfal”) kif emendat bis-serje ta' emendi 04. Is-simbolu “Y” jindika li s-sistema tinkludi ċinga għal bejn il-koxox.

Nota: In-numru tal-approvazzjoni u s-simbolu/i għandhom jitqiegħdu qrib iċ-ċirku u fuq jew taħt l-“E” jew fuq ix-xellug jew il-lemin tagħha. Iċ-ċifri tan-numru tal-approvazzjoni għandhom ikunu fuq l-istess naħa tal-“E” u għandhom ikunu orjentati fl-istess direzzjoni. Is-simbolu/i addizzjonali għandhom ikunu dijametrikament opposti għan-numru tal-approvazzjoni l-użu ta' numri Rumani bħala numri tal-approvazzjoni għandu jiġi evitat sabiex ma jkunx hemm possibbiltà ta' konfużjoni ma' simboli oħra.


ANNESS 3

L-ARRANĠAMENT TAL-APPARAT GĦAT-TEST TAR-REŻISTENZA GĦAT-TRAB

(dimensjonijiet f'millimetri)

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 4

TEST TAL-KORRUŻJONI

1.   L-APPARAT TAT-TEST

1.1.   L-apparat għandu jkun magħmul minn kompartiment tar-raxx irqiq ta' likwidu, minn kontenitur b'soluzzjoni tal-melħ, minn provvista ta' arja kompressata kkondizzjonata b'mod xieraq, minn żennuna atomizzanti waħda jew aktar, minn appoġġi għall-kampjuni, minn faċilità għat-tisħin tal-kompartiment, u mill-mezzi ta' kontroll meħtieġa. Id-daqs u l-kostruzzjoni dettaljata tal-apparat għandhom ikunu opzjonali, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet tat-test.

1.2.   Huwa importanti li jiġi żgurat li l-qtar tas-soluzzjoni li jakkumulaw mas-saqaf jew mal-għatu tal-kompartiment ma jaqgħux fuq il-kampjuni tat-test.

1.3.   Il-qtar tas-soluzzjoni li jaqgħu mill-kampjuni tat-test ma għandhomx imorru lura fil-kontenitur biex ikunu sprejjati mill-ġdid.

1.4.   L-apparat ma għandux ikun magħmul minn materjali li jaffetwaw l-korrużività tar-raxx irqiq ta' likwidu.

2.   IL-POST TAL-KAMPJUNI TAT-TEST FIL-KABINETT TAR-RAXX IRQIQ TA' LIKWIDU

2.1.   Il-kampjuni, minbarra r-retratturi, għandhom jiġu appoġġati jew sospiżi bejn 15° u 30° mil-linja vertikali u preferibbilment ikunu paralleli mad-direzzjoni prinċipali tal-fluss orizzontali tar-raxx irqiq ta' likwidu minn ġol-kompartiment, abbażi tas-superfiċje dominanti li jkun qed jiġi ttestjat.

2.2.   Ir-retrattur għandu jiġi appoġġat jew sospiż b'mod li l-assi tar-rukkell fejn tintrefa' ċ-ċinga għandhom ikunu perpendikolari mad-direzzjoni prinċipali tal-fluss orizzontali tar-raxx irqiq ta' likwidu minn ġol-kumpartiment. Il-fetħa taċ-ċinga fir-retrattur għandha wkoll tkun qed tħares f'din id-direzzjoni ewlenija.

2.3.   Kull kampjun għandu jitqiegħed b'tali mod li jippermetti li r-raxx irqiq ta' likwidu jaqa' liberament fuq il-kampjuni kollha.

2.4.   Kull kampjun għandu jitqiegħed b'tali mod li ma jħallix li s-soluzzjoni tal-melħ minn kampjun wieħed tqattar fuq kwalunkwe kampjun ieħor.

3.   IS-SOLUZZJONI TAL-MELĦ

3.1.   Is-soluzzjoni tal-melħ għandha tiġi ppreparata billi jinħallu 5 ± 1 partijiet skont il-massa ta' melħ komuni tal-mejda f'95 parti ta' ilma distillat. Il-melħ għandu jkun melħ komuni li huwa sostanzjalment ħieles minn nikil u mir-ram u li ma fihx aktar minn 0,1 fil-mija ta' jodur tas-sodju u mhux aktar minn 0,3 fil-mija ta' impuritajiet totali meta jkun xott.

3.2.   Is-soluzzjoni għandha tkun tali li, meta tiġi atomizzata f'temperatura ta' 35 °C, il-pH tas-soluzzjoni li tinġabar tkun bejn 6,5 u 7,2.

4.   L-ARJA KKOMPRESSATA

4.1.   Il-provvista tal-arja kkompressata għaż-żennuna jew għaż-żennuni li jatomizzaw is-soluzzjoni tal-melħ għandha tkun ħielsa miż-żejt u mill-ħmieġ, u għandha tinżamm fi pressjoni ta' bejn 70 kN/m2 u 170 kN/m2.

5.   IL-KONDIZZJONIJIET FIL-KOMPARTIMENT TAR-RAXX IRQIQ TA' LIKWIDU

5.1.   Iż-żona tal-esponiment tal-kompartiment tar-raxx irqiq ta' likwidu għandha tinżamm f'temperatura ta' 35 ± 5 °C tal-inqas żewġ reċipjenti nodfa għall-ġbir tar-raxx irqiq ta' likwidu għandhom jitqiegħdu fiż-żona tal-esponiment, ħalli ma tinġabar l-ebda qatra tas-soluzzjoni mill-kampjuni tat-test jew minn kwalunkwe sors ieħor. Dawn ir-reċipjenti għandhom jitqiegħdu viċin il-kampjuni tat-test, wieħed viċin kemm jista' jkun ta' kwalunkwe żennuna u wieħed 'il bogħod kemm jista' jkun miż-żennuni kollha. Ir-raxx irqiq ta' likwidu għandu jkun tali li, għal kull 80 cm2 ta' żona orizzontali tal-ġbir, jinġabru f'kull reċipjent għall-ġbir minn 1.0 sa 2.0 ml ta' soluzzjoni kull siegħa, meta mkejla fuq medja ta' mill-inqas 16-il siegħa.

5.2.   Iż-żennuna jew iż-żennuni għandhom ikunu diretti jew irregolati, ħalli l-isprej ma jaffetwax direttament il-kampjuni tat-test.


ANNESS 5

IT-TEST TAL-BRIX U TAL-MICROSLIP

Figura 1

Il-Proċedura tat-tip 1

Eżempji tal-arranġamenti tat-test li jikkorrispondu mat-tip ta' apparat għall-aġġustament

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Rimarka f = 10 ± 0,1 N, tista' tiġi miżjuda sa F = 60 ± 0,5 N

Figura 2

Il-Proċedura tat-tip 2

Dawn huma żewġ eżempji ta' armar tat-test

Eżempju 1

Image

Test ta 'immaġni

Eżempju 2

Image

Test ta 'immaġni

Fejn α u β jissimulaw l-angoli fl-installazzjoni reali (fi tliet dimensjonijiet).

Image

Test ta 'immaġni

It-tagħbija ta' 50 N fuq l-apparat tal-ittestjar għandha tiġi ggwidata vertikalment b'tali mod li t-tagħbija ma tkunx tista' titbandal u ċ-ċinga ma tinbaramx l-apparat tal-fissaġġ għandu jiġi ffissat mat-tagħbija ta' 50 N bl-istess mod bħal fil-vettura.


ANNESS 6

ID-DESKRIZZJONI TAT-TROLLEY

1.   TROLLEY

1.1.   Għal testijiet fuq sistemi ta' trażżin għat-tfal, it-trolley, li jġorr is-sit biss, għandu jkollu massa ta' aktar minn 380 kg għal testijiet fuq sistemi tat-trażżin gћat-tfal fil-kategorija speċifika tal-vettura, it-trolley bl-istruttura tal-vettura mwaħħla miegħu għandu jkollu massa ta' aktar minn 800 kg.

2.   SKRIN TAL-IKKALIBRAR

2.1.   Skrin tal-ikkalibrar għandu jitwaħħal sew mat-trolley b'linja tal-limitu tal-moviment immarkata fuqu b'mod ċar biex tkun tista' tiġi ddeterminata l-konformità mal-kriterji tal-moviment 'il quddiem permezz tad-dokumentazzjoni fotografika.

3.   SIT

3.1.   Is-sit għandu jkun mibni kif ġej:

3.1.1.

Dahar riġidu, fiss, li d-dimensjonijiet tiegħu huma mogħtija fl-Appendiċi 1 ta' dan l-anness. Il-parti ta' isfel u l-parti ta' fuq huma magħmula minn tubu b'dijametru ta' 20 mm;

3.1.2.

Sit riġidu, li d-dimensjonijiet tiegħu huma mogħtija fl-Appendiċi 1 ta' dan l-anness. Il-parti ta' wara tas-sit hija magħmula minn pjanċa riġida tal-metall, li t-tarf ta' fuq tagħha huwa tubu b'dijametru ta' 20 mm. Il-parti ta' quddiem tas-sit hija wkoll magħmula minn tubu b'dijametru ta' 20 mm;

3.1.3.

Għall-aċċess għas-saljaturi tal-ankraġġ, għandhom isiru fetħiet fuq in-naħa ta' wara tal-kuxin tas-sit, kif preskritt fl-Appendiċi 1 ta' dan l-anness;

3.1.4.

Il-wisa' tas-sit għandha tkun ta' 800 mm;

3.1.5.

Id-dahar u s-sit għandhom ikunu miksija b'fowm tal-poliuretan, li l-karatteristiċi tiegħu huma mogħtija fit-Tabella 1. Id-dimensjonijiet tal-kuxin huma mogħtija fl-Appendiċi 1 ta' dan l-anness;

Tabella 1

Id-densità skont l-ISO 485 (kg/m3)

43

Saħħa skont l-ISO 2439B (N)

 

p — 25 fil-mija

125

p — 40 fil-mija

155

Il-fattur tas-saħħa skont l-ISO 3386 (kPa)

4

L-elongazzjoni fil-punt tal-qsim skont l-ISO 1798 (fil-mija)

180

Is-saħħa tal-ksur skont l-ISO 1798 (kPa)

100

Il-kompressjoni ssettjata skont l-ISO 1856 (fil-mija)

3

3.1.6.

Il-fowm tal-poliuretan għandu jiġi miksi bi drapp li jħares mix-xemx, magħmul minn fibra tal-poliakrilat, li l-karatteristiċi tagħha huma mogħtija fit-Tabella 2.

Tabella 2

Massa speċifika (g/m2)

290

Is-saħħa tal-ksur skont id-DIN 53587 fuq kampjun tat-test wiesa' 50 mm:

 

mit-tul (kg):

120

mill-wisa' (kg):

80

3.1.7.

Il-kisi tas-sit u d-dahar tas-sit (1)

3.1.7.1.   Il-kuxin tal-fowm tas-sit huwa magħmul minn blokka kwadra tal-fowm (800 × 575 × 135 mm) b'tali mod (ara l-Figura 1 tal-Appendiċi 1 ta' dan l-anness) li l-forma tiegħu tixbah il-forma tal-pjanċa tal-qiegħ tal-aluminju speċifikat fil-Figura 2 tal-Appendiċi 1 ta' dan l-anness.

3.1.7.2.   Sitt toqbiet jittaqbu bit-trapan fil-pjanċa tal-qiegħ sabiex din tkun tista' titwaħħal mat-trolley bil-boltijiet. It-toqob jittaqqbu bi trapan matul l-itwal naħa tal-pjanċa, tlieta fuq kull naħa, bil-pożizzjoni tagħhom tkun dipendenti fuq il-kostruzzjoni tat-trolley. Jiddaħħlu sitt boltijiet mit-toqob. Huwa rakkomandat li l-boltijiet jiġu inkollati fuq il-pjanċa permezz ta' sustanza adeżiva xierqa. Wara, l-boltijiet għandhom jintrabtu bl-skorfini.

3.1.7.3.   Il-materjal tal-kisi (1 250 × 1 200 mm, ara l-Figura 3 tal-Appendiċi 1 ta' dan l-anness) jinqata' mill-wisa' b'tali mod li ma jkunx possibbli għall-materjal li jitrikkeb wara l-kisi għandu jkun hemm spazju ta' madwar 100 mm bejn it-truf tal-materjal tal-kisi għalhekk il-materjal għandu jiġi maqtugħ b'daqs ta' madwar 1 200 mm.

3.1.7.4.   Il-materjal tal-kisi jiġi mmarkat b'żewġ linji min-naħa għall-oħra tal-materjal. Dawn jiġu mmarkati 375 mm mil-linja taċ-ċentru tal-materjal tal-kisi. (Ara l-Figura 3 tal-Appendiċi 1 ta' dan l-anness)

3.1.7.5.   Il-kuxin tal-fowm tas-sit jitqiegħed ta' taħt fuq, fuq il-materjal tal-kisi bil-pjanċa tal-qiegħ tal-aluminju tiġi fuq.

3.1.7.6.   Fuq iż-żewġ naħat il-materjal tal-kisi jiġi mġebbed sakemm il-linji mmarkati fuqu jiġu jaqblu mat-truf tal-pjanċa tal-qiegħ tal-aluminju f'kull pożizzjoni tal-bolt, isiru qatgħat żgħar u l-materjal tal-kisi jiġi mġebbed fuq il-boltijiet.

3.1.7.7.   Fil-pożizzjoni tal-grooves fil-pjanċa tal-qiegħ u fil-fowm, il-materjal tal-kisi għandu jkun maqrus.

3.1.7.8.   Il-kisi jiġi inkollat mal-pjanċa tal-aluminju b'kolla flessibbli l-iskorfini għandhom jitneħħew qabel ma dan jiġi inkollat.

3.1.7.9.   Il-biċċiet ta' materjal ċatt li jiddendlu fuq il-ġenb jintlewew għal fuq il-pjanċa u jiġu inkollati wkoll.

3.1.7.10.   Il-biċċiet ta' materjal ċatt li jiddendlu fil-grooves jintlewew 'l ġewwa u jitwaħħlu b'tejp b'saħħtu.

3.1.7.11.   Il-kolla flessibbli għandha tinxef tal-inqas għal 12-il siegħa.

3.1.7.12.   Il-kuxin tad-dahar tas-sit jinkesa eżattament bl-istess mod bħas-sit, biss il-linji fuq il-materjal tal-kisi (1 250 × 850 mm) jiġu mmarkati 320 mm 'il bogħod mil-linja taċ-ċentru tal-materjal.

3.1.8.

Il-linja Cr tikkoinċidi mal-linja tal-intersezzjoni bejn il-pjan ta' fuq tas-sit u l-pjan ta' quddiem tad-dahar tas-sit.

3.2.   Test tal-apparat li jħares lura

3.2.1.   Qafas speċjali għandu jitwaħħal fuq it-trolley sabiex jappoġġa t-trażżin għat-tfal kif muri fil-Figura 1.

3.2.2.   Tubu tal-azzar għandu jitwaħħal b'mod sod mat-trolley b'tali mod li tagħbija ta' 5 000 ± 50 N applikata orizzontalment fuq iċ-ċentru tat-tubu ma tikkawżax moviment ta' aktar minn 2 mm.

3.2.3.   Id-dimensjonijiet tat-tubu għandhom ikunu: 500 × 100 × 90 mm.

Figura 1

L-arranġament għall-ittestjar tal-apparat li jħares lura

Image

Test ta 'immaġni

3.3.   Il-pjanċa tal-qiegħ tat-trolley

3.3.1.   Il-pjanċa tal-qiegħ tat-trolley gћandha tkun magћmula minn pjanċa ċatta tal-metall ta' ћxuna u ta' materjal uniformi, ara l-Figura 2 tal-Appendiċi 3 ta' dan l-anness.

3.3.1.1.   Il-pjanċa tal-qiegħ gћandha tkun armata b'mod riġidu fuq it-trolley l-gћoli tal-pjanċa tal-qiegħ relattiv mal-punt tal-projezzjoni tal-assi Cr, id-dimensjoni X (2) fil-Figura 2, gћandu jiġi aġġustat sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 7.1.4.1.9.

3.3.1.2.   Il-pjanċa tal-qiegħ gћandha tkun iddisinjata b'tali mod li l-ebusija tas-superfiċje ma tkunx inqas minn 120 HB, skont l-istandard EN ISO 6506-1:1999.

3.3.1.3.   Il-pjanċa tal-qiegħ gћandha tkun tiflaћ gћal tagћbija vertikali kkonċentrata ta' 5 kN mingћajr ma tikkawża moviment vertikali ta' aktar minn 2 mm fir-rigward tal-assi Cr u mingћajr ma jkun hemm deformazzjoni permanenti.

3.3.1.4.   Il-pjanċa tal-qiegħ gћandu jkollha ħruxija tas-superfiċje ta' mhux aktar minn Ra 6,3 skont l-istandard ISO 4287:1997.

3.3.1.5.   Il-bażi gћandha tkun iddisinjata b'tali mod li ma jkun hemm l-ebda deformazzjoni permanenti wara test dinamiku fuq sistema tat-trażżin għat-tfal, skont dan ir-Regolament.

4.   APPARAT TAL-WAQFIEN

4.1.   L-apparat huwa magħmul minn żewġ assorbituri identiċi armati b'mod parallel.

4.2.   Jekk ikun meħtieġ, għandu jintuża assorbitur addizzjonali għal kull żieda ta' 200 kg fil-massa nominali. Kull assorbitur għandu jinkludi:

4.2.1.

Kisi fuq barra fformat minn tubu tal-azzar;

4.2.2.

Tubu tal-poliuretan li jasorbixxi l-enerġija;

4.2.3.

Pum tal-azzar ippolixxjat f'forma ta' żebbuġa li jippenetra l-assorbitur; u

4.2.4.

Xaft u pjanċa għall-impatt.

4.3.   Id-dimensjonijiet tal-partijiet differenti ta' dan l-assorbitur huma indikati fid-disinn riprodott fl-Appendiċi 2 ta' dan l-anness.

4.4.   Il-karatteristiċi tal-materjal assorbenti huma mogħtija fit-Tabella 3 u fit-Tabella 4 ta' dan l-anness.

4.5.   L-assemblaġġ tal-apparat tal-waqfien għandu jinżamm tal-inqas għal 12-il siegħa f'temperatura bejn 15 °C u 25 °C qabel ma jintuża għat-testijiet tal-ikkalibrar deskritti fl-Anness 7 ta' dan ir-Regolament l-apparat tal-waqfien għandu, għal kull tip ta' test, jissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Appendiċi 1 u 2 tal-Anness 7 għal testijiet dinamiċi ta' trażżin għat-tfal, l-assemblaġġ tal-apparat tal-waqfien għandu jinżamm għal tal-inqas 12-il siegħa fl-istess temperatura, sa ± 2 °C, bħal dik tat-test tal-ikkalibrar. Kwalunkwe apparat ieħor li jagħti riżultati ekwivalenti jista' jiġi aċċettat.

Tabella 3

Il-karatteristiċi tal-materjal assorbenti “A”  (3)

(Il-Metodu tal-ASTM D 735 ħlief jekk ikun iddikjarat mod ieħor)

L-ebusija Shore A:

95 ± 2 f'temperatura ta' 20 ± 5 °C

Is-saħħa tal-ksur:

Ro ≥ 350 kg/cm2

Elongazzjoni minima:

Ao ≥ 400 fil-mija

Modulu

b'elongazzjoni ta' 100 fil-mija:

≥ 110 kg/cm2

b'elongazzjoni ta' 300 fil-mija:

≥ 240 kg/cm2

Il-fraġilità f'temperatura baxxa (Il-metodu D 736 tal-ASTM): 5 sigħat f'temperatura ta' – 55 °C

Is-sett tal-kompressjoni (Metodu B): 22 siegħa f'temperatura ta' 70 °C ≤ 45 fil-mija

Id-densità f'temperatura ta' 25 °C:

1,05 sa 1,10

It-tiqdim fl-ajra (il-Metodu D 573 tal-ASTM)

70 siegħa f'temperatura ta' 100 °C:

L-ebusija Shore: varjazzjoni massima ta' ± 3

 

is-saħħa tal-ksur: tnaqqis ta' < 10 fil-mija tal-Ro

 

elongazzjoni: tnaqqis ta' < 10 fil-mija tal-Ao

 

piż: tnaqqis ta' < 1 fil-mija

Immersjoni fiż-żejt (il-Metodu tal-ASTM Nru 1, taż-Żejt):

70 siegħa f'temperatura ta' 100 °C:

L-ebusija Shore: varjazzjoni massima ta' ± 4

 

is-saħħa tal-ksur: tnaqqis ta' < 15 fil-mija tal-Ro

 

elongazzjoni: tnaqqis ta' < 10 fil-mija tal-Ao

 

il-volum: nefħa ta' < 5 fil-mija

Immersjoni fiż-żejt (il-Metodu tal-ASTM Nru 3, taż-Żejt):

70 siegħa f'temperatura ta' 100 °C:

is-saħħa tal-ksur: tnaqqis ta' < 15 fil-mija tal-Ro

 

elongazzjoni: tnaqqis ta' < 15 fil-mija tal-Ao

 

il-volum: nefħa ta' < 20 fil-mija

Immersjoni fl-ilma distillat:

 

is-saħħa tal-ksur: tnaqqis ta' < 35 fil-mija tal-Ro

Ġimgħa waħda (1) f'temperatura ta' 70 °C:

 

 

elongazzjoni: żieda ta' < 20 fil-mija tal-Ao


Tabella 4

Il-Karatteristiċi tal-materjal assorbenti “B”

(Il-Metodu 2000 tal-ASTM (1980) sakemm mhux iddikjarat mod ieħor)

L-ebusija Shore A:

88 ± 2 f'temperatura ta' 20 ± 5 °C

Is-saħħa tal-ksur:

Ro ≥ 300 kg/cm2

Elongazzjoni minima:

Ao ≥ 400 fil-mija

Modulu

b'elongazzjoni ta' 100 fil-mija:

≥ 70 kg/cm2

b'elongazzjoni ta' 300 fil-mija:

≥ 130 kg/cm2

Il-fraġilità f'temperatura baxxa (Il-metodu D 736 tal-ASTM): 5 sigħat f'temperatura ta' – 55 °C

Is-sett tal-kompressjoni (Metodu B): 22 siegħa f'temperatura ta' 70 °C ≤ 45 fil-mija

Id-densità f'temperatura ta' 25 °C:

1,08 sa 1,12

It-tiqdim fl-arja (il-Metodu D 573 tal-ASTM (1981)):

70 siegħa f'temperatura ta' 100 °C:

L-ebusija Shore: varjazzjoni massima ta' ± 3

 

is-saħħa tal-ksur: tnaqqis ta' < 10 fil-mija tal-Ro

 

elongazzjoni: tnaqqis ta' < 10 fil-mija tal-Ao

 

piż: tnaqqis ta' < 1 fil-mija

Immersjoni fiż-żejt (il-metodu D 471 tal-ASTM (1979) Nru 1, taż-Żejt):

70 siegħa f'temperatura ta' 100 °C:

L-ebusija Shore: varjazzjoni massima ta' ± 4

 

is-saħħa tal-ksur: tnaqqis ta' < 15 fil-mija tal-Ro

 

elongazzjoni: tnaqqis ta' < 10 fil-mija tal-Ao

 

il-volum: nefħa ta' < 5 fil-mija

Immersjoni fiż-żejt (il-metodu D 471 tal-ASTM (1979) Nru 3, taż-Żejt):

70 siegħa f'temperatura ta' 100 °C:

is-saħħa tal-ksur: tnaqqis ta' < 15 fil-mija tal-Ro

 

elongazzjoni: tnaqqis ta' < 15 fil-mija tal-Ao

 

il-volum: nefħa ta' < 20 fil-mija

Immersjoni fl-ilma distillat:

 

is-saħħa tal-ksur: tnaqqis ta' < 35 fil-mija tal-Ro

Ġimgħa waħda (1) f'temperatura ta' 70 °C:

 

 

elongazzjoni: żieda ta' < 20 fil-mija tal-Ao


(1)  Id-dettalji tal-materjali użati f'dan il-proċess jistgħu jinkisbu mit-TNO (L-Istitut tar-Riċerka għall-Vetturi tat-Triq), Schoemakerstraat 97, 2628 VK Delft, The Netherlands.

(2)  Id-dimensjoni X għandha tkun ta' 210 mm b'medda ta' aġġustament ta' ± 70 mm.

(3)  L-indirizz minn fejn jinkisbu l-istandards rilevanti tal-ASTM huwa dan: ASTM, 1916 Race Street, Philadelphia, USA PA 19 103.

Appendiċi 1

Figura 1

Id-dimensjonijiet tas-sit u tal-kuxins tas-sit

Image

Test ta 'immaġni

Figura 2

Id-dimensjonijiet tal-pjanċa tal-qiegħ tal-aluminju

Image

Test ta 'immaġni

Figura 3

Id-dimensjonijiet tal-materjal tal-kisi

Image

Test ta 'immaġni

Figura 4

Dehra tridimensjonali tas-sit

Image

Appendiċi 2

APPARAT TAL-WAQFIEN

ID-DIMENSJONIJIET GĦAL IMPATT FRONTALI (F'MM)

Figura 1

Image

Test ta 'immaġni

Figura 1 a

Materjal A

Image

Figura 1b

Materjal B

Image

Figura 2

Il-pum f'forma ta' żebbuġa tal-apparat tal-waqfien

Image

Figura 3

Il-pum f'forma ta' żebbuġa tal-apparat tal-waqfien

Image

Figura 4

Apparat tal-waqfien (armat)

Impatt minn wara

dimensjonijiet f'mm

Image

Test ta 'immaġni

Figura 5

Apparat tal-waqfien

tubu tal-poliuretan

Impatt minn wara

dimensjonijiet f'mm

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi 3

L-ARRANĠAMENT U L-UŻU TA' ANKRAĠĠI MAT-TROLLEY TAT-TEST

1.   L-ankraġġi għandhom jitqiegħdu f'pożizzjoni kif indikat fil-figura ta' hawn taħt.

Meta titwaћћal il-pjanċa tal-ankraġġ standard mal-punti tal-ankraġġ A u B jew B0, il-pjanċi gћandhom ikunu armati bil-bolt fid-direzzjoni orizzontali trasversali mas-superfiċje angolat iћares 'il ġewwa, u gћandu jkun liberu sabiex idur madwar l-assi.

2.   It-trażżin għat-tfal fil-kategoriji “universali” u “ristrett” għandu juża l-punti tal-ankraġġ li ġejjin:

2.1.

Għat-trażżin għat-tfal li juża ċinturini ta' fuq il-ħoġor, il-punti A u B;

2.2.

Għat-trażżin għat-tfal li juża ċinturini ta' fuq il-ħoġor u dawk dijagonali, il-punti A, BO u C.

2.3.

Gћal trażżin gћat-tfal li juża parti ta' twaħħil ISOFIX, l-iktar punt fuq wara H1 u H2.

3.   L-ankraġġi A, B u/jew (l-aktar lura) H1 H2 u D għandhom jintużaw għat-trażżin għat-tfal fil-kategorija “semiuniversali” li jkollu ankraġġ ta' fuq addizzjonali wieħed biss.

4.   L-ankraġġi A, B u/jew (l-aktar lura) H1 H2, E u F għandhom jintużaw għat-trażżin għat-tfal fil-kategorija “semiuniversali” li jkollu ankraġġ ta' fuq addizzjonali wieħed biss.

5.   Il-punti tal-ankraġġ R1, R2, R3, R4 u R5 huma l-punti tal-ankraġġi addizzjonali għas-sistemi tat-trażżin għat-tfal li jħarsu lura fil-kategorija “semiuniversali” li jkollhom ankraġġ addizzjonali wieħed jew aktar (ara l-paragrafu 8.1.3.5.3 ta' dan ir-Regolament).

6.   Ħlief fil-każ tal-punt C, (li jirrapreżenta l-pożizzjoni tal-ingassa ta' mal-kolonna) il-punti li jikkorrispondu għall-arranġament tal-ankraġġ juru fejn it-truf taċ-ċinturin għandhom jiġu konnessi mat-trolley jew mat-transducer tat-tagħbija, skont il-każ l-istruttura li ġġorr l-ankraġġi għandha tkun riġida l-ankraġġi ta' fuq ma għandhomx jiġu spostati b'aktar minn 0,2 mm fid-direzzjoni lonġitudinali meta tiġi applikata tagħbija ta' 980 N f'dik id-direzzjoni. It-trolley għandu jkun mibni b'tali mod li ma għandha sseħħ l-ebda deformazzjoni permanenti fil-partijiet li qed iġorru l-ankraġġi waqt it-test.

7.   Għall-carrycots tal-grupp 0, il-punti A1 u/jew B1 jistgħu jintużaw alternattivament, kif speċifikat mill-manifattur tas-sistemi tat-trażżin. A1 u B1 jinstabu fuq linja trasversali li tgħaddi minn R1 f'distanza ta' 350 mm minn R1.

8.   Għall-ittestjar tat-trażżin għat-tfal fil-kategoriji “universali” u “ristrett”, mas-sit tat-test għandu jitwaħħal ċinturin tar-retrattur standard, kif speċifikat fl-Anness 13 l-istrixxi li jintużaw bejn ir-retrattur u l-pjanċa tal-ankraġġ A1 taċ-ċinturin tas-sikurezza standard gћandhom jiġu mġedda gћal kull test dinamiku.

9.   Gћall-ittestjar tat-trażżin gћat-tfal bl-irbit ta' fuq, gћandu jintuża l-ankraġġ G1 jew G2.

10.   Fil-każ ta' trażżin gћat-tfal li juża riġel ta' appoġġ, is-Servizz Tekniku gћandu jagћżel l-ankraġġi li gћandhom jintużaw skont il-paragrafi 2, 3, 4 jew 5 ta' hawn fuq u bir-riġel ta' appoġġ aġġustat kif speċifikat fil-paragrafu 7.1.4.1.9 ta' dan ir-Regolament.

Figura 1

Image

Test ta 'immaġni

Figura 2

L-erja tal-qiegћ hija skurata

Image

Test ta 'immaġni

Figura 3

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 7

KURVA TAD-DEĊELLERAZZJONI JEW TAL-AĊĊELERAZZJONI TAT-TROLLEY, BĦALA FUNZJONI TAL-ĦIN

F'kull każ il-proċeduri tal-ikkalibrar u l-kejl għandhom jikkorrespondu ma' dawk definiti fl-Istandard Internazzjonali ISO 6487:2002; it-tagħmir tal-kejl għandu jikkorrispondi mal-ispeċifikazzjoni ta' kanal tad-dejta bil-klassi tal-frekwenza tal-kanal ta' (CFC) 60.

Appendiċi 1

KURVA TAD-DEĊELLERAZZJONI JEW TAL-AĊĊELERAZZJONI TAT-TROLLEY, BĦALA FUNZJONI TAL-ĦIN

Impatt frontali

Definizzjoni tal-kurvi differenti

Ħin (ms)

Aċċellerazzjoni (g)

kuritur baxx

Aċċellerazzjoni (g)

kuritur għoli

0

10

20

0

50

20

28

65

20

80

28

100

0

120

0

Ir-Regolament Nru 44 Impatt frontali

Image

Is-segment addizzjonali (ara l-paragrafu 8.1.3.1.1.3.2 ta' dan ir-Regolament) japplika biss għall-islitta tal-aċċellerazzjoni

Appendiċi 2

KURVA TAD-DEĊELLERAZZJONI JEW TAL-AĊĊELERAZZJONI TAT-TROLLEY, BĦALA FUNZJONI TAL-ĦIN

Impatt minn wara

Definizzjoni tal-kurvi differenti

Ħin (ms)

Aċċellerazzjoni (g)

kuritur baxx

Aċċellerazzjoni (g)

kuritur għoli

0

21

10

0

 

10

7

20

14

37

14

52

7

52

0

 

70

21

70

0

Ir-Regolament Nru 44 Impatt minn wara

Image

Is-segment addizzjonali (ara l-paragrafu 8.1.3.1.1.3.2 ta' dan ir-Regolament) japplika biss għall-islitta tal-aċċellerazzjoni


ANNESS 8

DESKRIZZJONI TAT-MANIKINI

1.   ĠENERALI

1.1.   Il-manikini stipulati f'dan ir-Regolament huma deskritti fl-Appendiċi 1 sa 3 għal dan l-anness, u fid-disinji tekniċi prodotti mit-TNO (L-Istitut tar-Riċerka għall-Vetturi tat-Triq), Schoemakerstraat 97, 2628 VK Delft, The Netherlands.

1.2.   Jistgħu jintużaw manikini alternattivi sakemm:

1.2.1.

Tista' tinwera l-ekwivalenza tagħhom għas-sodisfazzjon tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, u

1.2.2.

L-użu tagħhom huwa ddokumentat fir-rapport tat-test, u fil-formola tal-komunikazzjoni deskritta fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

Appendiċi 1

DESKRIZZJONI TAL-MANIKINI TA' 9 XHUR, U TA' 3, 6 U 10 SNIN

1.   ĠENERALI

Id-dimensjonijiet u l-mases tal-manikini deskritti hawn taħt huma bbażati fuq l-antropometrija ta' 50 fil-mija tat-trabi li għandhom 9 xhur, u 3, 6 u 10 snin rispettivament.

1.2.   Il-manikini huma magħmulin fi skeletru tal-metall u tal-poliester b'komponenti tal-ġisem magħmula minn forom tal-poliuretan.

1.3.   Għal dijagramma kompożittiva tal-manikin, ara l-Figura 9.

2.   KOSTRUZZJONI

2.1.   Ras

2.1.1.   Ir-ras hija magħmula mill-poliuretan u rrinforzata bi strixxi tal-metall. Ġewwa r-ras ikun possibbli li jiġi installat it-tagħmir tal-kejl fuq blokka tal-poliammid fiċ-ċentru tal-gravità.

2.2.   Vertebri

2.2.1.   Vertebri tal-għonq

2.2.1.1.   L-għonq huwa magħmul minn ħames ċrieki tal-poliuretan li fihom qalba ta' elementi tal-poliammid. Il-blokka Atlas-Axis (tal-ewwel u t-tieni rukkell tal-għonq) hija magħmula mill-poliammid.

2.2.2.   Vertebri lombari

2.2.2.1.   Il-ħames vertebri lombari huma magħmula mill-poliammid.

2.3.   Sider

2.3.1.   L-iskeletru tas-sider huwa magħmul minn qafas tal-azzar f'forma ta' tubu li fuqu jiġu armati l-ġogi tad-dirgħajn. Is-sinsla hija magħmula minn kejbil tal-azzar b'erba' terminali mwaħħla bil-kamin.

2.3.2.   L-iskeletru huwa miksi bil-poliuretan fil-ħofra tas-sider jista' jitpoġġa tagħmir tal-kejl.

2.4.   Dirgħajn u riġlejn

2.4.1.   Id-dirgħajn u r-riġlejn huma wkoll magħmula mill-poliuretan, irrinforzat b'elementi tal-metall fil-forma ta' tubi, strixxi u pjanċi kwadri l-irkopptejn u l-minkbejn huma mgħammra b'ġogi tal-pern aġġustabbli. Il-ġogi tal-parti ta' fuq tad-driegħ u tal-parti ta' fuq tar-riġel huma magħmulin minn ġogi magħmula minn boċċa u sokit aġġustabbli.

2.5.   Pelvi

2.5.1.   Il-pelvi huwa magħmul minn poliester irrinforzat bil-ħġieġ li jkun miksi bil-poliuretan ukoll.

2.5.2.   Il-forma tal-parti ta' fuq tal-pelvi, li hija importanti biex tiġi ddeterminata s-sensittività għat-tagħbija addominali, hija simulata kemm jista' jkun possibbli mill-forma ta' pelvi tat-tfal.

2.5.3.   Il-ġogi tal-ġenbejn jinstabu eżatt taħt il-pelvi.

2.6.   L-assemblaġġ tal-manikin

2.6.1.   Għonq-sider-pelvi

2.6.1.1.   Il-vertebri lombari u l-pelvi jiġu mwaħħla b'kamin fuq il-kejbil tal-azzar u t-tensjoni tagħhom tiġi aġġustata permezz ta' skorfina. Il-vertebri tal-għonq jiġu armati u aġġustati bl-istess mod. Minħabba li l-kejbil tal-azzar ma jridx jitħalla ħieles li jiċċaqlaq minn ġos-sider, ma jridx ikun possibbli li tiġi aġġustata t-tensjoni tal-vertebri lombari mill-għonq jew bil-kontra.

2.6.2.   Ras-għonq

2.6.2.1.   Ir-ras tista' tiġi armata u aġġustata permezz ta' bolt u skorfina li jgħaddu mill-blokka Atlas-Axis.

2.6.3.   Torso-dirgħajn u riġlejn

2.6.3.1.   Id-dirgħajn u r-riġlejn jistgħu jiġu armati u aġġustati mat-torso permezz ta' ġogi magħmula minn boċċa u sokit.

2.6.3.2.   Għall-ġogi tad-dirgħajn il-boċċi jiġu konnessi mat-torso; fil-każ tal-ġogi tar-riġlejn, dawn jiġu konnessi mar-riġlejn.

3.   KARATTERISTIĊI PRINĊIPALI

3.1.   Massa

Tabella 1

Komponent

Massa f'kg skont il-grupp tal-età

9 xhur

3 snin

6 snin

10 snin

Ras + għonq

2,20 ± 0,10

2,70 ± 0,10

3,45 ± 0,10

3,60 ± 0,10

It-torso

3,40 ± 0,10

5,80 ± 0,15

8,45 ± 0,20

12,30 ± 0,30

Il-parti ta' fuq tal-id (2 ×)

0,70 ± 0,05

1,10 ± 0,05

1,85 ± 0,10

2,00 ± 0,10

Il-parti t'isfel tad-driegħ (2 ×)

0,45 ± 0,05

0,70 ± 0,05

1,15 ± 0,05

1,60 ± 0,10

Il-parti ta' fuq tar-riġel (2 ×)

1,40 ± 0,05

3,00 ± 0,10

4,10 ± 0,15

7,50 ± 0,15

Il-parti t'isfel tar-riġel (2 ×)

0,85 ± 0,05

1,70 ± 0,10

3,00 ± 0,10

5,00 ± 0,15

Totali

9,00 ± 0,20

15,00 ± 0,30

22,00 ± 0,50

32,00 ± 0,70

3.2.   Dimensjonijiet prinċipali

3.2.1.   Id-dimensjonijiet prinċipali, ibbażati fuq il-Figura 1 ta' dan l-anness, huma mogħtija fit-Tabella 2.

Figura 1

Id-dimensjonijiet prinċipali tal-manikin

Image

Tabella 2

Nru

Dimensjonijiet

Id-dimensjonijiet f'mm skont il-grupp tal-età

9 xhur

3 snin

6 snin

10 snin

1

Minn wara tan-natka sa quddiem tal-irkoppa

195

334

378

456

2

Minn wara tan-natka sal-popliteus, bilqiegħda

145

262

312

376

3

Iċ-ċentru tal-gravità tas-sit

180

190

190

200

4

Iċ-ċirkonferenza tas-sider

440

510

580

660

5

Il-fond tas-sider

102

125

135

142

6

Id-distanza bejn l-għadam tal-ispalla

170

215

250

295

7

Il-wisa' tar-ras

125

137

141

141

8

It-tul tar-ras

166

174

175

181

9

Iċ-ċirkonferenza tal-ġenbejn, bilqiegħda

510

590

668

780

10

Iċ-ċirkonferenza tal-ġenbejn, wieqaf (mhix indikata)

470

550

628

740

11

Il-fond tal-ġenbejn, bilqiegħda

125

147

168

180

12

Il-wisa' tal-ġenbejn, bilqiegħda

166

206

229

255

13

Il-wisa' tal-għonq

60

71

79

89

14

Mis-sit sal-minkeb

135

153

155

186

15

Wisa' tal-ispallejn

216

249

295

345

16

L-għoli tal-għajn, bilqiegħda

350

460

536

625

17

L-għoli, bilqiegħda

450

560

636

725

18

L-għoli tal-ispalla, bilqiegħda

280

335

403

483

19

Mill-qiegħ tas-sieq sal-popliteus, bilqiegħda

125

205

283

355

20

L-istatura (mhix indikata)

708

980

1 166

1 376

21

L-għoli tal-koxxa, bilqiegħda

70

85

95

106

4.   AĠĠUSTAMENT TAL-ĠOGI

4.1.   Ġenerali

4.1.1.   Biex jinkisbu riżultati li jistgħu jiġu riprodotti bl-użu tal-manikini, huwa essenzjali li jiġu speċifikati u aġġustati l-frizzjoni fil-ġogi differenti, it-tensjoni fil-kejbils tal-għonq u dawk lombari, u r-riġidità tal-inserzjoni addominali.

4.2.   Aġġustament tal-kejbil tal-għonq

4.2.1.   Qiegħed it-torso fuq dahru fi pjan orizzontali.

4.2.2.   Arma l-assemblaġġ komplet tal-għonq mingħajr ir-ras.

4.2.3.   Issikka l-iskorfina tal-apparat li jżid it-tensjoni fuq il-blokka Atlas-Axis.

4.2.4.   Għaddi żbarra jew bolt adattat minn ġol-blokka Atlas-Axis.

4.2.5.   Ħoll l-iskorfina tal-apparat li jżid it-tensjoni sakemm il-blokka Atlas-Axis titniżżel b'10 ± 1 mm meta tiġi applikata tagħbija ta' 50 N diretta 'l isfel fuq l-iżbarra jew fuq il-bolt minn ġol-blokka Atlas-Axis (ara l-Figura 2).

Figura 2

Image

4.3.   Il-ġog Atlas-Axis

4.3.1.   Qiegħed it-torso fuq dahru fi pjan orizzontali.

4.3.2.   Arma l-assemblaġġ komplet tal-għonq u r-ras

4.3.3.   Issikka l-bolt u l-iskorfina tal-aġġustament minn ġor-ras u minn ġol-blokka Atlas-Axis bir-ras f'pożizzjoni orizzontali.

4.3.4.   Ħoll l-iskorfina tal-aġġustament sakemm ir-ras tibda tiċċaqlaq (ara l-Figura 3).

Figura 3

Image

4.4.   Il-ġog tal-ġenbejn

4.4.1.   Qiegħed il-pelvi fuq żaqqu fi pjan orizzontali.

4.4.2.   Arma l-parti ta' fuq tar-riġel mingħajr il-parti t'isfel.

4.4.3.   Issikka l-iskorfina tal-aġġustament filwaqt li l-parti ta' fuq tar-riġel tkun f'pożizzjoni orizzontali.

4.4.4.   Ħoll l-iskorfina tal-aġġustament sakemm il-parti ta' fuq tar-riġel tibda tiċċaqlaq.

4.4.5.   Fil-fażijiet inizjali, il-ġog tal-ġenbejn għandu jiġi kkontrollat frekwentement minħabba problemi ta' “running in” (ara l-Figura 4).

Figura 4

Image

4.5.   Il-ġog tal-irkoppa

4.5.1.   Qiegħed ir-riġel ta' fuq f'pożizzjoni orizzontali.

4.5.2.   Arma l-parti t'isfel tar-riġel.

4.5.3.   Issikka l-iskorfina tal-aġġustament tal-ġog tal-irkoppa filwaqt li l-parti t'isfel tar-riġel tkun f'pożizzjoni orizzontali.

4.5.4.   Ħoll l-iskorfina tal-aġġustament sakemm l-parti t'isfel tar-riġel tibda tiċċaqlaq (ara l-Figura 5).

Figura 5

Image

4.6.   Il-ġog tal-ispalla

4.6.1.   Qiegħed it-torso f'pożizzjoni veritikali.

4.6.2.   Arma l-parti ta' fuq tad-driegħ mingħajr il-parti t'isfel tad-driegħ.

4.6.3.   Issikka l-iskorfini tal-aġġustament tal-ispalla filwaqt li l-parti ta' fuq tad-driegħ tkun f'pożizzjoni orizzontali.

4.6.4.   Ħoll l-iskorfini tal-aġġustament sakemm il-parti ta' fuq tad-driegħ tibda tiċċaqlaq (ara l-Figura 6).

4.6.5.   Fil-fażijiet inizjali, il-ġogi tal-ispalla għandhom jiġu kkontrollati frekwentement minħabba problemi ta' “running-in”.

Figura 6

Image

4.7.   Il-ġog tal-minkeb

4.7.1.   Qiegħed il-parti ta' fuq tad-driegħ f'pożizzjoni vertikali.

4.7.2.   Arma l-parti t'isfel tad-driegħ.

4.7.3.   Issikka l-iskorfina tal-aġġustament tal-minkeb filwaqt li l-parti t'isfel tad-driegħ tkun f'pożizzjoni orizzontali.

4.7.4.   Ħoll l-iskorfina tal-aġġustament sakemm il-parti t'isfel tad-driegħ tibda tiċċaqlaq (ara l-Figura 7).

Figura 7

Image

4.8.   Il-kejbil lombari

4.8.1.   Arma l-parti ta' fuq tat-torso, il-vertebri lombari, il-parti t'isfel tat-torso, l-inserzjoni addominali, il-kejbil u l-molla.

4.8.2.   Issikka l-iskorfina tal-aġġustament tal-kejbil fil-parti t'isfel tat-torso sakemm il-molla tkun ikkompressata għal 2/3 tat-tul tagħha mingħajr tagħbija (ara l-Figura 8).

Figura 8

Image

4.9.   L-ikkalibrar tal-inserzjoni addominali

4.9.1.   Ġenerali

4.9.1.1.   It-test għandu jitwettaq permezz ta' magna adattata li tipproduċi t-tensjoni.

4.9.2.   Qiegħed l-inserzjoni addominali fuq blokka riġida bl-istess tul u wisa' tal-kolonna tas-sinsla lombari. Il-ħxuna ta' din il-blokka għandha tkun tal-inqas darbtejn dik tal-kolonna tas-sinsla lombari (ara l-Figura 9).

4.9.3.   Għandha tiġi applikata tagħbija inizjali ta' 20 N.

4.9.4.   Għandha tiġi applikata tagħbija kostanti ta' 50 N.

4.9.5.   Id-deflessjoni tal-inserzjoni addominali wara żewġ minuti għandha tkun:

għall-

 

manikin ta' 9 xhur: 11,5 ± 2,0 mm

 

manikin ta' 3 snin: 11,5 ± 2,0 mm

 

manikin ta' 6 snin: 13,0 ± 2,0 mm

 

manikin ta' 10 snin: 13,0 ± 2,0 mm

Figura 9

Image

5.   STRUMENTAZZJONI

5.1.   Ġenerali

5.1.1.   Il-proċeduri tal-ikkalibrar u tal-kejl għandhom jiġu bbażati fuq l-istandards intenazzjonali tal-ISO 6487 (1980).

5.2.   Installazzjoni tal-aċċellerometru fis-sider

L-aċċellerometru għandu jiġi armat fil-ħofra protetta fis-sider.

5.3.   Indikazzjoni tal-penetrazzjoni addominali

5.3.1.   Kampjun tat-tafal artab għandu jiġi konness vertikalment mal-parti ta' quddiem tal-vertebri lombari permezz ta' tejp irqiq li jwaħħal.

5.3.2.   Deflessjoni fit-tafal artab ma tfissirx neċessarjament li kien hemm penetrazzjoni.

5.3.3.   Il-kampjuni tat-tafal artab għandhom ikunu tal-istess tul u wisa' bħall-kolonna tas-sinsla lombari; il-ħxuna tal-kampjuni għandha tkun ta' 25 ± 2 mm.

5.3.4.   Għandu jintuża biss it-tafal artab provdut mal-manikini.

5.3.5.   It-temperatura tat-tafal artab waqt it-test għandha tkun ta' 30 ± 5 °C.

Appendiċi 2

DESKRIZZJONI TAL-MANIKIN TAT-“TARBIJA TAT-TWELID”

Il-manikin jinkludi ras, torso, dirgħajn u riġlejn bħala unità waħda. It-torso, id-dirgħajn u r-riġlejn jinħadmu mis-Sorbothane ġewwa forma waħda u jinksew b'ġilda tal-PVC li fiha jkollha sinsla ta' molla tal-azzar. Ir-ras hija biċċa fowm tal-poliuretan maħduma f'forma u miksija b'ġilda tal-PVC u titwaħħal mat-torso b'mod permanenti. Il-manikin huwa mlibbes b'libsa tal-qoton/poliester li tiġġebbed skont il-forma.

Id-dimensjonijiet u d-distribuzzjoni tal-massa tal-manikin huma bbażati fuq dawk ta' 50 fil-mija tat-trabi tat-twelid u huma mogħtija fit-Tabelli 1 u 2 u fil-Figura 1.

Tabella 1

Dimensjonijiet prinċipali tal-manikin tat-“tarbija tat-twelid”

Dimensjoni

mm

Dimensjoni

mm

A

Koxxa-Qurriegħa

345

E

Il-wisa' tal-ispallejn

150

B

Koxxa — Qiegħ tas-sieq (bir-riġel dritt)

250

F

Il-wisa' tas-sider

105

G

Il-fond tas-sider

100

C

Il-wisa' tar-ras

105

H

Il-wisa' tal-ġenbejn

105

D

Il-fond tar-ras

125

I

C ta' G mill-parti ta' fuq tar-ras

235


Tabella 2

Distribuzzjoni tal-massa għal manikin tat-“tarbija tat-twelid”  (*)

Ir-ras u l-għonq

0,7 kg

It-torso

1,1 kg

Id-dirgħajn

0,5 kg

Ir-riġlejn

1,1 kg

Massa totali

3,4 kg

Figura 1

L-ikkalibrar tal-manikin tat-tarbija

Image

1.   IR-RIĠIDITÀ TAL-ISPALLA

1.1.   Qiegħed il-manikin fuq dahru fuq superfiċje orizzontali u appoġġi t-torso min-naħa waħda, biex ma jkunx jista' jiċċaqlaq. (Figura 2)

1.2.   Applika tagħbija ta' 150 N, fuq plunger b'wiċċ ċatt b'dijametru ta' 40 mm, orizzontalment, f'direzzjoni perpendikolari mal-assi superjuri-inferjuri tal-manikin l-assi tal-plunger għandha tkun fiċ-ċentru tal-ispalla tal-manikin u ħdejn il-punt A fuq l-ispalla (ara l-Figura 2). Id-deflessjoni laterali tal-plunger mill-punt tal-ewwel kuntatt mad-driegħ għandha tkun ta' bejn 30 mm u 50 mm.

1.3.   Irrepeti fuq l-ispalla opposta — sposta l-appoġġ fuq in-naħa opposta.

2.   IR-RIĠIDITÀ TAL-ĠOG TAR-RIĠEL

2.1.   Qiegħed il-manikin fuq dahru fuq pjan orizzontali (Figura 3) u orbot iż-żewġ partijiet tar-riġel t'isfel flimkien, hekk li ġġib f'kuntatt il-parti ta' ġewwa tal-irkoppa.

2.2.   Applika tagħbija vertikali fuq l-irkopptejn bi plunger b'wiċċ ċatt b'daqs ta' 35 mm × 95 mm fejn il-linja taċ-ċentru tal-plunger tkun fuq l-ogħla parti tal-irkopptejn.

2.3.   Applika forza suffiċjenti fuq il-plunger biex tgħawweġ il-ġenbejn sakemm il-wiċċ tal-plunger ikun 85 mm 'il fuq mill-pjan tal-appoġġ. Din il-forza għandha tkun bejn 30 N u 70 N. Żgura li l-partijiet t'isfel tad-dirgħajn u tar-riġlejn ma jiġu f'kuntatt mal-ebda superfiċje waqt it-test.

3.   TEMPERATURA

L-ikkalibrar għandu jitwettaq f'temperatura ta' bejn 15 °C u 30 °C.

Figura 2

Image

Figura 3

Image

(*)  Il-ħxuna tal-ġilda tal-PVC għandha tkun 1 + 0,5 mm – 0

Il-gravità speċifika għandha tkun ta' 0,865 ± 0,1.

Appendiċi 3

DESKRIZZJONI TAL-MANIKIN TA' 18-IL XAHAR

1.   ĠENERALI

1.1.   Id-dimensjonijiet u l-mases tal-manikin huma bbażati fuq l-antropometrija ta' 50 fil-mija tat-trabi ta' 18-il xahar.

2.   KOSTRUZZJONI

2.1.   Ras

2.1.1.   Ir-ras hija magħmula minn kranju ta' plastik semi-riġidu miksi b'ġilda tar-ras. Il-kranju għandu ħofra li tippermetti l-armar tal-istrumentazzjoni (mhux obbligatorju).

2.2.   Għonq

2.2.1.   L-għonq huwa magħmul minn tliet partijiet:

2.2.2.

Kolonna solida tal-lastku,

2.2.3.

Ġog aġġustabbli taċ-ċirkonferenza esterna (OC) fil-parti ta' fuq tal-kolonna tal-lastku, li jippermetti rotazzjoni taħt frizzjoni aġġustabbli madwar l-assi laterali.

2.2.4.

Ġog mhux aġġustabbli sferikali fil-bażi tal-għonq.

2.3.   It-torso

2.3.1.   It-torso huwa magħmul minn skeletru tal-plastik, miksi b'sistema ta' mili/ġilda. It-torso għandu ħofra fuq quddiem tal-iskeletru li fiha joqgħod mili tal-fowm biex tinkiseb ir-riġidità korretta tat-toraċi. It-torso għandu ħofra fuq in-naħa ta' wara li tippermetti l-armar tal-istrumentazzjoni.

2.4.   Addome

2.4.1.   L-addome tal-manikin huwa element f'parti waħda li jista' jiġi ddeformat li jiddaħħal fil-fetħa ta' bejn it-toraċi u l-pelvi.

2.5.   Sinsla lombari

2.5.1.   Is-sinsla lombari hija magħmula minn kolonna tal-lastku li tiġi armata bejn l-iskeletru tat-toraċi u l-pelvi. Ir-riġidità tas-sinsla lombari tiġi ssettjata minn qabel permezz ta' kejbil tal-metall li jgħaddi mill-qalba vojta tal-kolonna tal-lastku.

2.6.   Pelvi

2.6.1.   Il-pelvi huwa magħmul minn plastik semi-riġidu, u huwa magħmul fil-forma ta' pelvi tat-tfal. Huwa miksi minn sistema ta' ġilda tal-ġisem, li tissimula l-laħam/il-ġilda ta' madwar il-pelvi u n-natka.

2.7.   Il-ġog tal-ġenbejn

2.7.1.   Il-ġogi tal-ġenbejn jiġu armati mal-parti t'isfel tal-pelvi. Il-ġog jippermetti rotazzjoni madwar assi laterali kif ukoll rotazzjoni madwar assi f'angolu perpendikolari mal-assi laterali permezz ta' gimbal joint. Il-frizzjoni aġġustabbli tapplika għaż-żewġ assi.

2.8.   Il-ġog tal-irkoppa

2.8.1.   Il-ġog tal-irkoppa jippermetti l-flessjoni u l-estensjoni tar-riġel t'isfel taħt frizzjoniaġġustabbli.

2.9.   Il-ġog tal-ispalla

2.9.1.   Il-ġog tal-ispalla jiġi armat fuq l-iskeletru tat-toraċi. Il-waqqafiet li jfaqqgħu meta jidħlu f'posthom jippermettu li d-driegħ jitqiegħed f'żewġ pożizzjonijiet inizjali.

2.10.   Il-ġog tal-minkeb

2.10.1.   Il-ġog tal-minkeb jippermetti l-flessjoni u l-estensjoni tad-driegħ t'isfel. Il-waqqafiet li jfaqqgħu meta jidħlu f'posthom jippermettu li d-driegħ t'isfel jitqiegħed f'żewġ pożizzjonijiet inizjali.

2.11.   L-assemblaġġ tal-manikin

2.11.1.   Il-kejbil tas-sinsla jiġi armat fis-sinsla lombari.

2.11.2.   Is-sinsla lombari tiġi armata fl-iskeletru bejn il-pelvi u s-sinsla tat-toraċi.

2.11.3.   L-inserzjoni addominali tiġi mwaħħla bejn it-toraċi u l-pelvi.

2.11.4.   L-għonq jiġi armat fuq il-parti ta' fuq tat-toraċi.

2.11.5.   Ir-ras tiġi armata fuq l-għonq bl-użu tal-pjanċa interfaċċa.

2.11.6.   Jiġu armati d-dirgħajn u r-riġlejn.

3.   KARATTERISTIĊI PRINĊIPALI

3.1.   Massa

Tabella 1

Id-distribuzzjoni tal-massa għal manikin ta' 18-il xahar

Komponent

Massa (f'kg)

Ras + għonq

2,73

It-torso

5,06

Il-parti ta' fuq tad-driegħ

0,27

Il-parti t'isfel tad-driegħ

0,25

Il-parti ta' fuq tar-riġel

0,61

Il-parti t'isfel tar-riġel

0,48

Massa totali

11,01

3.2.   Dimensjonijiet prinċipali

3.2.1.   Id-dimensjonijiet prinċipali, ibbażati fuq il-Figura 1 ta' dan l-anness (riprodotti hawn taħt), huma mogħtija fit-Tabella 2.

Figura 1

Distribuzzjoni tal-massa għal manikin ta' 18-il xahar

Image

Tabella 2

Nru

Dimensjoni

Valur (mm)

1

Mill-parti ta' wara tan-natka sa quddiem tal-irkoppa

239

2

Minn wara tan-natka sal-popliteus, bilqiegħda

201

3

Iċ-ċentru tal-gravità tas-sit

193

4

Iċ-ċirkonferenza tas-sider

474

5

Il-fond tas-sider

113

7

Il-wisa' tar-ras

124

8

It-tul tar-ras

160

9

Iċ-ċirkonferenza tal-ġenbejn, bilqiegħda

510

10

Iċ-ċirkonferenza tal-ġenbejn, wieqaf (mhix indikata)

471

11

Il-fond tal-ġenbejn, bilqiegħda

125

12

Il-wisa' tal-ġenbejn, bilqiegħda

174

13

Il-wisa' tal-għonq

65

14

Mis-sit sal-minkeb

125

15

Il-wisa' tal-ispallejn

224

17

L-għoli, bilqiegħda

495 (*)

18

L-għoli tal-ispalla, bilqiegħda

305

19

Mill-qiegħ tas-sieq sal-popliteus, bilqiegħda

173

20

L-istatura (mhix indikata)

820 (*)

21

L-għoli tal-koxxa, bilqiegħda

66

4.   AĠĠUSTAMENT TAL-ĠOGI

4.1.   Ġenerali

4.1.1.   Biex jinkisbu riżultati li jistgħu jiġu riprodotti bl-użu tal-manikini, huwa essenzjali li jiġu aġġustati l-frizzjoni fil-ġogi differenti, it-tensjoni fis-sinsla lombari u r-riġidità tal-inserzjoni addominali.

Il-partijiet kollha għandhom jiġu kkontrollati għal ħsarat qabel jiġi segwiti dawn l-istruzzjonijiet.

4.2.   Sinsla lombari

4.2.1.   Is-sinsla lombari tiġi kkalibrata qabel ma tiġi armata fil-manikin.

4.2.2.   Waħħal il-pjanċa tal-armar t'isfel tas-sinsla lombari ma' tagħmir b'tali mod li n-naħa ta' quddiem tas-sinsla lombari tinsab fil-qiegħ (Figura 2).

Figura 2

Image

4.2.3.   Applika forza 'l isfel ta' 250 N mal-pjanċa tal-armar ta' fuq l-ispostament 'l isfel li jirriżulta għandu jiġi rreġistrat bejn sekonda u tnejn wara l-bidu tal-appikazzjoni tal-forza, u għandu jkun bejn 9 u 12 mm.

4.3.   Addome

4.3.1.   Arma l-inserzjoni addominali fuq blokka riġida bl-istess tul u wisa' tal-kolonna tas-sinsla lombari. Il-ħxuna ta' din il-blokka għandha tkun tal-inqas darbtejn dik tal-kolonna tas-sinsla lombari (Figura 3).

4.3.2.   Għandha tiġi applikata tagħbija inizjali ta' 20 N.

4.3.3.   Għandha tiġi applikata tagħbija kostanti ta' 50 N.

4.3.4.   Wara żewġ minuti, id-deflessjoni tal-inserzjoni addominali għandha tkun 12 ± 2 mm.

Figura 3

Image

4.4.   Aġġustament tal-għonq

4.4.1.   Arma l-għonq sħiħ, li huwa magħmul mill-kolonna tal-lastku, mill-ġog sferikali tal-bażi u mill-ġog tal-OC ma' superfiċje vertikali b'tali mod li n-naħa ta' quddiem tkun tħares 'l isfel (Figura 4).

Figura 4

Image

4.4.2.   Applika forza ta' 100 N b'direzzjoni vertikali fuq l-assi tal-linja tal-ġog tal-OC. Il-pożizzjoni tal-ġog tal-OC għandha turi spostament 'l isfel ta' bejn 22 ± 2 mm.

4.5.   Ġog tal-OC

4.5.1.   Arma l-assemblaġġ komplet tal-għonq u tar-ras

4.5.2.   Qiegħed it-torso fuq dahru fi pjan orizzontali.

4.5.3.   Issikka l-bolt u l-iskorfina tal-aġġustament minn ġor-ras u mill-ġog tal-OC permezz ta' torque wrench sakemm ir-ras ma tkunx tista' tiċċaqlaq minħabba l-gravità.

4.6.   Ġenbejn

4.6.1.   Arma r-riġel ta' fuq, mingħajr ir-riġel t'isfel, mal-pelvi.

4.6.2.   Qiegħed ir-riġel ta' fuq f'pożizzjoni orizzontali.

4.6.3.   Żid il-frizzjoni eżerċitata fuq l-assi laterali sakemm ir-riġel ma jkunx jista' jiċċaqlaq minħabba l-gravità.

4.6.4.   Qiegħed ir-riġel ta' fuq f'pożizzjoni orizzontali, fid-direzzjoni tal-assi laterali.

4.6.5.   Żid il-frizzjoni fil-gimbal joint sakemm ir-riġel ta' fuq ma jkunx jista' jiċċaqlaq minħabba l-gravità.

4.7.   Irkoppa

4.7.1.   Arma r-riġel t'isfel mar-riġel ta' fuq.

4.7.2.   Qiegħed ir-riġlejn ta' fuq u t'isfel f'pożizzjoni orizzontali, bir-riġel ta' fuq appoġġat.

4.7.3.   Issikka l-iskorfina tal-aġġustament fl-irkoppa sakemm ir-riġel t'isfel ma' jkunx jista' jiċċaqlaq minħabba l-gravità.

4.8.   Spallejn

4.8.1.   Estendi d-driegħ t'isfel u qiegħed id-driegħ ta' fuq fl-ogħla pożizzjoni li jfaqqa' fiha.

4.8.2.   Il-waqqafiet li jfaqqgħu meta jidħlu f'posthom fl-ispalla għandhom jiġu msewwija jew jinbidlu jekk id-driegħ ma jibqax f'din il-pożizzjoni.

4.9.   Minkeb

4.9.1.   Qiegħed id-driegħ ta' fuq fl-aktar pożizzjoni baxxa li jfaqqa' fiha, u d-driegħ t'isfel fil-pożizzjoni ta' waqfien ta' fuq li jfaqqa' fiha.

4.9.2.   Il-waqqafiet li jfaqqgħu fil-minkeb għandhom jiġu msewwija jew jinbidlu jekk id-driegħ t'isfel ma jibqax f'din il-pożizzjoni.

5.   STRUMENTAZZJONI

5.1.   Ġenerali

5.1.1.   Minkejja li ġew adottati dispożizzjonijiet biex il-manikin ta' 18-il xahar jiġi mgħammar b'numru ta' transducers, dan jiġi mgħammar b'mod standard b'sostituzzjonijiet ta' daqs u piż ugwali.

5.1.2.   Il-proċeduri tal-ikkalibrar u tal-kejl għandhom jiġu bbażati fuq l-istandard internazzjonali tal-ISO 6487:(1980).

5.2.   Installazzjoni tal-aċċellerometru fis-sider

5.2.1.   L-aċċellerometru għandu jiġi armat fil-ħofra fis-sider. Dan isir mill-parti ta' wara tal-manikin.

5.3.   Indikazzjoni tal-penetrazzjoni addominali

5.3.1.   Jekk isseħx penetrazzjoni addominali jew le għandha tiġi vvalutata bl-użu tal-fotografija b'veloċità għolja (high speed photography).


(*)  In-natka, id-dahar u r-ras tal-manikin għandhom ikunu mistrieħa ma' superfiċje vertikali.


ANNESS 9

TEST TAL-IMPATT FRONTALI MA' OSTAKOLU

1.   L-INSTALLAZZJONIJIET, IL-PROĊEDURA U L-ISTRUMENTI TAL-KEJL

1.1.   Il-post fejn isir it-test

L-erja tat-test għandha tkun kbira biżżejjed biex ikun hemm l-ispazju għall-mogħdija tar-rankatura, l-ostaklu u l-installazzjonijiet tekniċi neċessarji għat-test l-aħħar parti tal-mogħdija, għal mill-inqas 5 m qabel l-ostaklu, għandha tkun orizzontali, ċatta u lixxa.

1.2.   Ostaklu

L-ostaklu huwa magħmul minn blokka tal-konkrit irrinforzat wiesgħa mhux inqas minn 3 m fuq quddiem u għolja mhux inqas minn 1,5 m l-ostaklu għandu jkun oħxon biżżejjed li l-piż tiegħu ikun tal-inqas 70 tunnellata. Il-wiċċ ta' quddiem għandu jkun vertikali, perpendikolari mal-assi tal-mogħdija tar-rankatura, u miksi b'bords tal-plywood bi ħxuna ta' 20 ± 1 mm u f'kondizzjoni tajba l-ostaklu għandu jkun jew ankrat fl-art jew imqiegħed fl-art, u jekk meħtieġ, b'apparat addizzjonali li jillimita l-ispostament tiegħu. Ostaklu b'karatteristiċi differenti, imma li jagħti riżultati li tal-inqas iwasslu għall-istess konklużjoni, jista' jiġi użat ukoll.

1.3.   Il-propulsjoni tal-vettura

Fil-mument tal-impatt, il-vettura ma għandhiex tiġi aktar soġġetta għall-azzjoni ta' kwalunkwe apparat addizzjonali ta' direzzjoni jew propulsjoni. Din għandha tasal sal-ostaklu fuq korsa perpendikolari mal-ħajt tal-kolliżjoni; l-ispostament laterali massimu permess bejn il-linja medjana vertikali ta' quddiem tal-vettura u l-linja medjana vertikali tal-ħajt tal-kolliżjoni huwa ta' ± 30 cm.

1.4.   L-istat tal-vettura

1.4.1.   Il-vettura li qed tiġi ttestjata għandha jew tkun mgħammra bil-komponenti u t-tagħmir normali kollha inklużi fil-piż tas-servizz mingħajr tagħbija tagħha jew tkun f'tali kondizzjoni li tissodisfa dan ir-rekwiżit fir-rigward tal-komponenti u t-tagħmir tal-kompartiment tal-passiġġieri u d-distribuzzjoni tal-piż tas-servizz tal-vettura kollha.

1.4.2.   Jekk il-vettura tkun misjuqa permezz ta' mezzi esterni, it-tank tal-fjuwil għandu jiġi mimli tal-inqas sa 90 % tal-kapaċità tiegħu, jew bi fjuwil jew b'likwidu li ma jaqbadx, b'densità u viskożità simili għal dawk tal-fjuwil li jintuża normalment. Is-sistemi l-oħra kollha (il-kontenituri tal-fluwidu tal-brejkijiet, ir-radjatur, eċċ.) għandhom ikunu vojta.

1.4.3.   Jekk il-vettura tinsaq permezz tal-magna tagħha stess, it-tank tal-fjuwil għandu jkun tal-inqas 90 % mimli. It-tankijiet l-oħra kollha li jżommu xi likwidu għandhom jimtlew sa fuq.

1.4.4.   Jekk il-manifattur jitlob hekk, is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet jista' jippermetti li tintuża l-istess vettura użata għal testijiet preskritti minn Regolamenti oħra (inklużi testijiet li jistgħu jaffetwaw l-istruttura tagħha) anke għat-testijiet preskritti minn dan ir-Regolament.

1.5.   Il-veloċità tal-impatt

Il-veloċità tal-impatt għandha tkun ta' 50 + 0/– 2 km/h. Madankollu, jekk it-test ikun twettaq b'veloċità tal-impatt akbar u l-vettura ssodisfat il-kondizzjonijiet preskritti, it-test jitqies bħala sodisfaċenti.

1.6.   Strumenti tal-kejl

L-istrument użat biex tiġi rreġistrata l-veloċità msemmija fil-paragrafu 1.5 ta' hawn fuq għandha tkun preċiża sa 1 fil-mija.


ANNESS 10

PROĊEDURA TAT-TEST TAL-IMPATT MINN WARA

1.   L-INSTALLAZZJONIJIET, IL-PROĊEDURI U L-ISTRUMENTI TAL-KEJL

1.1.   Il-post fejn isir it-test

L-erja tat-test għandha tkun kbira biżżejjed biex takkomoda s-sistema tal-propulsjoni tal-impattur u biex tippermetti l-ispostament ta' wara l-impatt tal-vettura milquta u l-installazzjoni tat-tagħmir tat-test. Il-parti fejn iseħħu l-impatt tal-vettura u l-ispostament għandha tkun orizzontali. (Il-gradjent għandu jkun ta' inqas minn 3 fil-mija mkejjel fuq kwalunkwe tul ta' metru).

1.2.   L-impattur

1.2.1.   L-impattur għandu jkun tal-azzar u jkollu kostruzzjoni riġida.

1.2.2.   Is-superfiċje tal-impatt għandu jkun ċatt u wiesgħa tal-inqas 2 500 mm u għoli tal-inqas 800 mm. It-truf tiegħu għandhom jiġu ttondjati għal raġġ ta' kurvatura ta' bejn 40 u 50 mm. Dan għandu jkun miksi b'saff ta' plywood oħxon 20 ± 1 mm.

1.2.3.   Fil-mument tal-impatt għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

1.2.3.1.

Is-superfiċje tal-impatt għandu jkun vertikali u perpendikolari mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura milquta;

1.2.3.2.

Id-direzzjoni tal-moviment tal-impattur għandha tkun sostanzjalment orizzontali u parallela mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura milquta;

1.2.3.3.

Id-devjazzjoni laterali massima permessa bejn il-linja medjana vertikali tas-superfiċje tal-impattur u l-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura milquta għandha tkun ta' 300 mm. Barra minn hekk, is-superfiċje tal-impatt għandu jestendi fuq il-wisa' kollha tal-vettura milquta;

1.2.3.4.

L-għoli mill-art tat-tarf t'isfel tas-superfiċje tal-impatt għandu jkun ta' 175 ± 25 mm.

1.3.   Il-propulsjoni tal-impattur

L-impattur jista' jiġi marbut sew ma' karru (ostaklu mobbli) jew jifforma parti minn pendlu.

1.4.   Dispożizzjonijiet speċjali applikabbli fejn jintuża ostaklu mobbli

1.4.1.   Jekk l-impattur jiġi marbut ma' karru (ostaklu mobbli) permezz ta' element ta' trażżin, dan l-element għandu jkun riġidu u ma għandux ikun jista' jiġi deformat mill-impatt; il-karru għandu, fil-mument tal-impatt, ikun jista' jiċċaqlaq liberament u ma għandux jibqa' soġġett għall-azzjoni tal-apparat propulsur.

1.4.2.   Il-massa tal-karru u tal-impattur flimkien għandha tkun ta' 1 100 ± 20 kg.

1.5.   Dispożizzjonijiet speċjali applikabbli fejn jintuża pendlu.

1.5.1.   Id-distanza bejn iċ-ċentru tas-superfiċje tal-impatt u l-assi tar-rotazzjoni tal-pendlu ma għandhiex tkun inqas minn 5 m.

1.5.2.   L-impattur għandu jiġi sospiż liberament permezz ta' dirgħajn riġidi, li jkunu marbuta miegħu b'mod riġidu. Sostanzjalment, il-pendlu li huwa magħmul b'dan il-mod ma għandux ikun jista' jiġi deformat mill-impatt.

1.5.3.   Għandu jiġi inkorporat apparat tal-waqfien fil-pendlu biex jipprevjeni kwalunkwe impatt sekondarju mill-impattur fuq il-vettura tat-test.

1.5.4.   Fil-mument tal-impatt, il-veloċità taċ-ċentru tal-perkussjoni tal-pendlu għandha tkun bejn 30 u 32 km/h.

1.5.5.   Il-massa mnaqqsa “mr” fiċ-ċentru tal-perkussjoni tal-pendlu hija definita bħala funzjoni tal-massa totali “m”, tad-distanza “a” (*) bejn iċ-ċentru tal-perkussjoni u l-assi tar-rotazzjoni, u tad-distanza “l” bejn iċ-ċentru tal-gravità u l-assi tar-rotazzjoni, permezz tal-ekwazzjoni li ġejja:

Formula

1.5.6.   Il-massa mnaqqsa “mr” għandha tkun 1 100 ± 20 kg.

1.6.   Dispożizzjonijiet ġenerali relatati mal-massa u l-veloċità tal-impattur

Jekk it-test ikun twettaq b'veloċità tal-impatt akbar minn dawk preskritti fil-paragrafu 1.5.4 u/jew b'massa akbar minn dawk preskritti fil-paragrafi 1.5.3 jew 1.5.6, u l-vettura ssodisfat ir-rekwiżiti preskritti, it-test għandu jitqies bħala sodisfaċenti.

1.7.   L-istat tal-vettura waqt it-test

Il-vettura li qed tiġi ttestjata għandha jew tkun mgħammra bil-komponenti u t-tagħmir normali kollha inklużi fil-piż tas-servizz mingħajr tagħbija tagħha jew tkun f'tali kondizzjoni li tissodisfa dan ir-rekwiżit fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-piż tas-servizz tal-vettura kollha.

1.8.   Il-vettura kompleta bit-trażżin għat-tfal installat skont l-istruzzjonijiet tal-installazzjoni għandha titqiegħed fuq superfiċje iebes, ċatt u livell, bill-ħendbrejk imniżżel u f'ger newtrali fl-istess test tal-impatt jista' jiġi ttestjat aktar minn trażżin għat-tfal wieħed.


(*)  Id-distanza “a” hija ugwali għat-tul tal-pendlu sinkroniku inkwistjoni.


ANNESS 11

ANKRAĠĠI ADDIZZJONALI MEĦTIEĠA BIEX IT-TRAŻŻIN GĦAT-TFAL TAL-KATEGORIJA SEMIUNIVERSALI JINTRABAT MA' VETTURI MOTORIZZATI

1.

Dan l-anness japplika biss għall-ankraġġi addizzjonali meħtieġa biex it-trażżin għat-tfal tal-kategorija “semiuniversali” jintrabat jew ma' żbarri jew ma' oġġetti oħra speċjali użati biex l-apparat tat-trażżin għat-tfal jitwaħħal sew mal-qafas, kemm jekk jintużaw l-ankraġġi tar-Regolament Nru 14 u kemm jekk le.

2.

L-ankraġġi għandhom jiġu determinati mill-manifattur tat-trażżin għat-tfal u d-dettalji għandhom jitressqu għall-approvazzjoni lis-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet.

Is-Servizzi Tekniċi jistgħu jqisu l-informazzjoni miksuba mingħand il-manifattur tal-vettura.

3.

Il-manifattur tat-trażżin għat-tfal għandu jipprovdi l-partijiet meħtieġa għall-installazzjoni tal-ankraġġi u pjanta speċjali għal kull vettura li turi l-pożizzjoni eżatta tagħhom.

4.

Il-manifattur tat-trażżin għat-tfal għandu jindika jekk l-ankraġġi meħtieġa biex it-trażżin jintrabat mal-istruttura tal-karrozza humiex skont ir-rekwiżiti tal-pożizzjoni u tas-saħħa tal-paragrafu 3 u l-paragrafi segwenti fir-rakkomandazzjoni mogħtija lill-Gvernijiet li biħsiebhom jadottaw ir-rekwiżiti speċifiċi fir-rigward ta' ankraġġi għat-trażżin għat-tfal użati fil-karozzi tal-passiġġieri (1).


(1)  Ara t-test tar-Regolament Nru 16.


ANNESS 12

SIĠĠU

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 13

IĊ-ĊINTURIN TAS-SIKUREZZA STANDARD

1.

Iċ-ċinturin tas-sikurezza għat-test dinamiku u għar-rekwiżit tat-tul massimu għandu jkun magħmul skont waħda mill-konfigurazzjonijiet indikati fil-Figura 1. Dawn huma ċinturin b'retrattur u bi tliet ankraġġi u ċinturin statiku b'żewġ ankraġġi.

2.

Iċ-ċinturin b'retrattur u bi tliet ankraġġi għandu l-partijiet riġidi li ġejjin: retrattur (R), ingassa ta' mal-kolonna (P), żewġ punti tal-ankraġġ (A1 u A2) (ara l-Figura 1b), u parti ċentrali (N, fid-dettall fil-Figura 3). Ir-retrattur għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 16 għall-forza tar-retrazzjoni. Id-dijametru tar-rukkell tar-retrattur huwa 33 ± 0,5 mm.

3.

Iċ-ċinturin b'retrattur għandu jiġi installat mal-ankraġġi fuq is-sit tat-test, deskritti fl-Appendiċi 1 u 4 tal-Anness 6, kif ġej:

 

L-ankraġġ għaċ-ċinturin A1 għandu jitwaħħal mal-ankraġġ tat-trolley B0 (lejn in-naħa ta' barra)

 

L-ankraġġ għaċ-ċinturin A2 għandu jitwaħħal mal-ankraġġ tat-trolley A (lejn in-naħa ta' ġewwa)

 

L-ingassa ta' mal-kolonna taċ-ċinturin P għandha titwaħħal mal-ankraġġ tat-trolley C.

 

Ir-retrattur taċ-ċinturin R għandu jitwaħħal mal-ankraġġ tat-trolley b'tali mod li l-linja taċ-ċentru tar-rukkell tkun fuq Re.

Il-valur ta' X fil-Figura 1 ta' hawn taħt huwa ta' 200 ± 5 mm. It-tul effettiv taċ-ċinga bejn A1 u l-linja taċ-ċentru tar-rukkell tar-retrattur Re (bl-istrixxi estratti għalkollox, inkluż it-tul minimu ta' 150 mm għall-ittestjar tal-kategoriji universali u semiuniversali għandu jkun ta' 2 820 ± 5 mm meta mkejjel f'linja dritta mingħajr tagħbija u fuq superfiċje orizzontali; dan it-tul jista' jiġi miżjud għall-ittestjar tal-kategorija “ristrett”; għall-kategoriji kollha bit-trażżin għat-tfal installat, fuq ir-rukkell tar-retrattur għandu jkun hemm minimu ta' tul ta' ċinga ta' 150 mm.

4.

Ir-rekwiżiti taċ-ċinga għaċ-ċinturin huma kif ġej:

Materjal: poliester spinnblack

(a)

wisa':

48 ± 2 mm b' 10 000  N

(b)

ħxuna:

1,0 ± 0,2 mm

(c)

elongazzjoni:

8 ± 2 fil-mija b' 10 000  N

5.

Iċ-ċinturin statiku b'żewġ ankraġġi kif muri fil-Figura 1a huwa magħmul minn żewġ pjanċi tal-ankraġġ standard kif muri fil-Figura 2 u ċinga li tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 4 ta' hawn fuq.

6.

Il-pjanċi tal-ankraġġ taċ-ċinturin b'żewġ ankraġġi għandhom jitwaħħlu mal-ankraġġi tat-trolley A u B. Il-valur ta' Y fil-Figura 1a huwa ta' 1 300 ± 5 mm. Dan huwa r-rekwiżit tat-tul massimu għall-approvazzjoni tat-trażżin għat-tfal universali b'ċinturini b'żewġ ankraġġi (ara l-para. 6.1.9 ta' dan ir-Regolament)

Figuri 1 a u 1b

Konfigurazzjonijiet taċ-ċinturini tas-sikurezza standard

Figura 1a

Ċinturin statiku b'żewġ ankraġġi

Image

Figura 1b

Ċinturin b'retrattur u bi tliet ankraġġi

Image

Figura 2

Pjanċa tal-ankraġġ standard tipika

Dimensjonijiet f'mm

Image

Test ta 'immaġni

Figura 3

Il-parti ċentrali tal-konfigurazzjoni taċ-ċinturin standard

Image

Test ta 'immaġni

Figura 4

L-ingassa ta' mal-kolonna taċ-ċinturin

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 14

L-ISKEMA TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP (FLOW CHART ISO 9002:2000)

Image

Noti:

(0)

Jew standard ekwivalenti għal dan bl-esklużjoni permissibbli tar-rekwiżiti relatati mal-kunċetti ta' disinn u ta' żvilupp, il-punt 7.3 tal-ISO 9002:2000 “Is-sodisfazzjon tal-klijent u t-titjib kontinwu”

(1)

Dawn it-testijiet għandhom jitwettqu mis-Servizzi Tekniċi

(2)

Testijiet skont l-Anness 16

(a)

Jekk ma jkunx hemm standard ISO 9002:2000:

(i)

Tal-Awtorità jew tas-Servizz Tekniku waqt iż-żjara indikata fin-nota 3a

(ii)

Tal-manifattur bejn iż-żjajjar tan-nota f'qiegħ il-paġna 2b

(b)

Jekk ikun hemm standard ISO 9002:2000: meħud mill-manifattur, proċedura kkontrollata waqt iż-żjara indikata fin-nota 3b.

(3)

Żjara għand il-manifattur għal spezzjoni u għal teħid ta' kampjuni aleatorji mill-Awtorità jew mis-Servizz Tekniku

(a)

Jekk ma jkunx hemm standard ISO 9002:2000: darbtejn fis-sena

(b)

Jekk ikun hemm standard ISO 9002:2000: darba fis-sena


ANNESS 15

NOTI TA' SPJEGAZZJONI

In-noti ta' spjegazzjoni provduti f'dan l-anness jikkonċernaw diffikultajiet fl-interpretazzjoni ta' xi paragrafi ta' dan ir-Regolament. Dawn huma maħsuba bħala gwida għas-Servizzi Tekniċi li jwettqu t-testijiet.

 

Paragrafu 2.10.1.

Aġġustatur rapidu jista' jkun ukoll apparat b'xaft u molla għar-rotazzjoni simili għal retrattur b'rilaxx manwali l-apparat li jaġġusta għandu jiġi ttestjat skont ir-rekwiżiti tal-paragrafi 7.2.2.5 u 7.2.3.1.3.

 

Paragrafu 2.19.2.

Trażżin semiuniversali speċifikat biex jitwaħħal mas-sit ta' wara kemm f'vetturi tat-tip saloon u kemm f'dawk tat-tip estate, li fihom l-assemblaġġ taċ-ċinturin kollu ikun identiku, huwa “tip” wieħed.

 

Paragrafu 2.19.3.

Għandu jitqies is-sinfikat ta' bidliet fid-dimensjonijiet u/jew fil-massa tas-sit, fil-padding jew fl-ilqugħ mill-impatt u fil-karatteristiċi ta' assorbiment ta' enerġija jew fil-kulur tal-materjal meta tittieħed id-deċiżjoni jekk inħoloqx tip ġdid.

 

Paragrafi 2.19.4 u 2.19.5.

Dawn il-paragrafi ma għandhomx japplikaw għal kwalunkwe ċinturin tas-sikurezza approvat separatament skont ir-Regolament Nru 16 li huwa meħtieġ biex it-trażżin għat-tfal jintrabat mal-vettura jew biex jitrażżan it-tifel.

 

Paragrafu 6.1.2.

Għal trażżin għat-tfal li jħares lura, il-pożizzjoni korretta tal-parti ta' fuq tat-trażżin relattiva għar-ras tal-manikin ta' tifel/tifla tiġi żgurata billi jiġi installat l-akbar manikin, li l-apparat kien speċifikat għalih, fil-konfigurazzjoni l-aktar immejla, u filwaqt li jiġi żgurat li linja orizzontali fl-għoli tal-għajn tgħaddi taħt il-parti ta' fuq tas-sit.

 

Paragrafu 6.1.8.

Ir-rekwiżit ta' 150 mm japplika għall-kerrikots ukoll.

 

Paragrafu 6.2.4.

Il-limitu ta' moviment aċċettabbli taċ-ċinturin tal-ispalla huwa li t-tarf t'isfel tal-parti tal-ispalla taċ-ċinturin tas-sikurezza standard ma għandux ikun aktar baxx mill-minkeb tal-manikin fil-punt tad-devjazzjoni massima tal-manikin.

 

Paragrafu 6.2.9.

Huwa mifhum li dan japplika wkoll għall-apparat li jkollu qfil bħal dan anki jekk dan mhux meħtieġ għal dak il-grupp għalhekk it-test għandu jiġi applikat biss għal apparat tal-grupp 2, iżma bil-forza preskritta, jiġifieri darbtejn il-massa tal-manikin tal-grupp 1.

 

Paragrafu 7.1.3.

It-test tal-qlib ta' taħt fuq jitwettaq bl-użu tal-istess proċedura tal-installazzjoni u parametri bħal dawk definiti għat-test dinamiku.

 

Paragrafu 7.1.3.1.

Mhux permess li t-tagħmir jitwaqqaf waqt il-qlib ta' taħt fuq.

 

Paragrafu 7.1.4.1.4.

Il-paragrafu għandu l-għan li jiżgura li s-CRS tkun tiflaħ it-tagħbijiet imposti kollha waqt it-test dinamiku, filwaqt li t-tifel jinżamm fl-istess pożizzjoni, billi jinżammu l-pożizzjoni u l-konfigurazzjoni oriġinali. Kwalunke tibdil fil-konfigurazzjoni oriġinali, inkluż tibdil fil-pożizzjoni mmejla jew fit-tul tar-riġel ta' appoġġ għandha titqies bħala falliment. Kwalunkwe ħsara f'partijiet jew komponenti li jerfgħu t-tagħbija, bħall-punti ta' kuntatt ta' ċinturin tas-sikurezza għall-adulti (identifikati bħala r-rotta taċ-ċinturin), l-apparat antirotazzjoni jew is-siġġu tas-CRS għandha titqies bħala falliment, għajr meta jkun ċar li din l-imġiba tkun funzjoni tal-apparat ta' limitu ta' tagħbija.

 

Paragrafu 7.1.4.1.10.1.2.

“Moħbi għalkollox” tfisser li bir-riġel fil-pożizzjoni moħbi, ebda parti mir-riġel ma tisporġi 'l barra mis-superfiċje tal-bażi jew tal-qafas, hekk li ma jkollha l-ebda effett fuq il-pożizzjoni tas-CRS fuq il-bank tat-test għal eżempji ta' kjarifika, ara dawn l-Figuri li ġejjin.

Figura 1

Eżempji ta' riġel ta' appoġġ moħbi għalkollox

Image

Figura 2

Eżempji ta' riġel ta' appoġġ mhux moħbi għalkollox

Image

 

Paragrafu 7.1.4.2.2.

Il-kliem ta' dan il-paragrafu jirreferi għall-aċċellerazzjonijiet li jirrapreżentaw it-tagħbijiet tat-tensjoni fis-sinsla tal-manikin.

 

Paragrafu 7.1.4.3.1.

“Sinjali viżibbli tal-penetrazzjoni” tfisser il-penetrazzjoni tat-tafal mill-inserzjoni addominali (taħt pressjoni mit-trażżin) imma mhux it-tagħwiġ tat-tafal mingħajr kompressjoni f'direzzjoni orizzontali bħal ma jiġri pereżempju permezz ta' tagħwiġ sempliċi tas-sinsla. Ara wkoll l-interpretazjoni tal-paragrafu 6.2.4.

 

Paragrafu 7.2.1.5.

Ikun hemm konformità mal-ewwel sentenza jekk l-id tal-manikin tista' tilħaq il-bokkla.

 

Paragrafu 7.2.2.1.

Dan għandu jintuża biex jiġi żgurat li ċineg għall-gwida approvati separatament jistgħu jitwaħħlu u jinqalgħu faċilment

 

Paragrafu 7.2.4.1.1.

Huma meħtieġa żewġ ċineg. Kejjel it-tagħbija li biha tinqata' l-ewwel ċinga. Kejjel il-wisa' tat-tieni ċinga b'75 fil-mija ta' din it-tagħbija.

 

Paragrafu 7.2.4.4.

Ma għandhomx ikunu permessi oġġetti li jistgħu jiżżarmaw jew jinħallu mill-kamin u fejn l-assemblaġġ mill-ġdid mhux korrett ikun probabbli meta jsir minn utent li mhux imħarreġ u jista' jirriżulta f'konfigurazzjoni perikoluża.

 

Paragrafu 8.1.2.2.

“Marbut mas-sit” tfisser is-sit tat-test kif preskritt fl-Anness 6. “Apparat speċifiku jista'” tfisser li trażżin “speċifiku” normalment jiġi ttestjat għall-qlib ta' taħt fuq meta jkun installat fis-sit tat-test, iżda li l-ittestjar fis-sit tal-vettura kien permess.

 

Paragrafu 8.1.3.6.3.2.

Il-bord biċ-ċappetti jew l-apparat flessibbli simili huwa maħsub biex jissimula t-tneħħija tal-ħwejjeġ minn fuq it-tifel jew in-nuqqas li s-sistema tal-harness tiġi aġġustata mill-ġdid Meta t-tifel ikun imrażżan permezz ta' sistema aġġustabbli għall-istatura fiżika tat-tifel bla ebda intervent estern (fejn jintuża ċ-ċinturin għall-adulti jew il-harness ikollu retratturi jillokkjaw awtomatikament jew f'emerġenza), ma jkunx meħtieġ l-użu tal-bord biċ-ċappetti għal sistemi tat-trażżin għat-tfal li t-tul taċ-ċineg tagħhom jista' jsir fiss (pereżempju, harness mingħajr retratturi jew jekk iċ-ċinturin għall-adulti jintuża bi qfil), mhux meħtieġ l-użu tal-bord biċ-ċappetti. Il-bord biċ-ċappetti jrid jintuża għall-armar tas-CRS bl-użu ta' lqugħ mill-impatt marbut b'ċinturin.

 

Paragrafu 8.2.2.1.1.

“B'kunsiderazzjoni għall-kondizzjonijiet ta' użu normali” tfisser li dan it-test għandu jitwettaq bit-trażżin armat fuq is-sit tat-test jew fuq is-sit tal-vettura imma mingħajr il-manikin.

Il-manikin għandu jintuża biss biex l-apparat għall-aġġustament jitqiegħed fil-pożizzjoni tiegħu l-ewwel, iċ-ċineg għandhom jiġu aġġustati skont il-paragrafi 8.1.3.6.3.2 jew 8.1.3.6.3.3. (skont liema huwa xieraq). It-test imbagħad għandu jitwettaq wara li jitneħħa l-manikin.

 

Paragrafu 8.2.5.2.6.

Dan il-paragrafu ma għandux japplika għaċ-ċineg gwida li jkunu approvati separatament skont dan ir-Regolament.

 

Paragrafu 10.1.3.

Fil-każ ta' estensjonijiet fejn il-modifiki jaffettwaw biss grupp ta' CRS wieħed, wettaq it-test tal-estensjoni għal dak il-grupp biss, u jekk ir-riżultat tad-devjazzjoni jkun agħar minn dak tal-agħar każ preċedenti għas-CRS (minn kwalunkwe grupp mill-approvazzjoni oriġinali jew estensjonijiet preċedenti), wettaq testijiet tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni ġodda. Jekk id-devjazzjoni tar-ras ma tkunx agħar minn dik għal kwalunkwe test tal-approvazzjoni jew tad-devjazzjoni preċedenti (għajr għal testijiet tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni), ma jkunx meħtieġ aktar ittestjar tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni

Fil-każijiet fejn il-modifiki tal-estensjoni jaffettwaw aktar minn grupp wieħed, pereżempju l-estensjoni tal-grupp 2/3 CRS biex jiżdied il-grupp 1, iżda l-modifika tista' taffettwa l-grupp 2/3 (eż.: tisħiħ), wettaq it-testijiet tal-grupp 1 u tal-agħar każ tal-grupp 2/3 (l-approvazzjoni oriġinali). Jekk ir-riżultat ikun agħar minn dak tal-approvazzjoni oriġinali jew estensjonijiet preċedenti (għajr għal testijiet tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni), wettaq testijiet tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni fuq l-agħar każ il-ġdid.

Dejjem qabbel mal-agħar każ mit-testijiet tal-approvazzjoni u tal-estensjoni kollha (għajr għal testijiet tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni).


ANNESS 16

KONTROLL TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

1.   TESTIJIET

Is-sistemi tat-trażżin għat-tfal għandhom ikunu meħtieġa juru l-konformità mar-rekwiżiti li fuqhom huma bbażati t-testijiet li ġejjin:

1.1.

Il-verifika tal-livell limitu tal-illokkjar u d-durabbiltà tar-retratturi li jillokkjaw f'emerġenza

Skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 8.2.4.3 fid-direzzjoni l-inqas favorevoli kif xieraq wara li jkunu għaddew mill-ittestjar tad-durabbiltà provdut fid-dettall fil-paragrafi 8.2.4.2, 8.2.4.4 u 8.2.4.5 bħala rekwiżit tal-paragrafu 7.2.3.2.6.

1.2.

Verifika tad-durabbiltà tar-retratturi li jillokkjaw awtomatikament

Skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 8.2.4.2 supplementati mit-testijiet fil-paragrafi 8.2.4.4 u 8.2.4.5 bħala rekwiżit tal-paragrafu 7.2.3.1.3.

1.3.

Test għas-saħħa taċ-ċineg wara l-ikkondizzjonar

Skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 7.2.4.2 wara l-ikkondizzjonar skont ir-rekwiżiti tal-paragrafi 8.2.5.2.1 sa 8.2.5.2.5.

1.3.1.   Test għas-saħħa taċ-ċineg wara l-brix

Skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 7.2.4.2 wara l-ikkondizzjonar skont ir-rekwiżiti deskritti fil-paragrafu 8.2.5.2.6.

1.4.

Test tal-microslip

Skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 8.2.3 ta' dan ir-Regolament.

1.5.

Assorbiment tal-enerġija

Skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.1.2 ta' dan ir-Regolament.

1.6.

Verifika tar-rekwiżiti ta' prestazzjoni tas-sistema tat-trażżin għat-tfal meta din tiġi soġġetta għat-test dinamiku xieraq

Skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 8.1.3, bi kwalunkwe bokkla preċedentement ikkondizzjonata skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 7.2.1.7 b'tali mod li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti xierqa tal-paragrafu 7.1.4 (fir-rigward tal-prestazzjioni globali tat-trażżin għat-tfal) u tal-paragrafu 7.2.1.8.1 (fir-rigward tal-prestazzjonim ta' kwalunkwe bokkla mgħobbija).

1.7.

Test tat-temperatura

Skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.1.5 ta' dan ir-Regolament.

2.   IL-FREKWENZA U R-RIŻULTATI TAT-TESTIJIET

2.1.   Il-frekwenza tal-ittestjar skont ir-rekwiżiti tal-paragrafi minn 1.1 sa 1.5 u 1.7 ta' hawn fuq għandha tkun fuq bażi kkontrollata u aleatorja skont waħda mill-proċeduri regolari tal-assigurazzjoni tal-kwalità, u għandu jitwettaq mill-inqas darba fis-sena.

2.2.   Il-kondizzjonijiet minimi għall-kontroll tal-konformità tas-sistemi tat-trażżin għat-Tfal tal-kategoriji “Universali”, “Semiuniversali” u “Ristrett”, fir-rigward tat-testijiet dinamiċi skont il-paragrafu 1.6 ta' hawn fuq.

Skont l-awtoritajiet rilevanti, id-detentur ta' approvazzjoni jissorvelja l-kontroll tal-konformità billi jsegwi l-metodu tal-kontroll tal-lott (paragrafu 2.2.1) jew billi jesgwi l-metodu tal-kontroll kontinwu (paragrafu 2.2.2).

2.2.1.   Kontroll tal-lott għas-sistemi tat-trażżin għat-tfal

2.2.1.1.   Id-detentur ta' approvazzjoni għandu jaqsam is-sistemi tat-trażżin għat-tfal fi gruppi kemm jista' jkun uniformi fir-rigward tal-materja prima jew tal-prodotti intermedji involuti fil-manifattura tagħhom (kulur tal-qoxra differenti, manifattura differenti tal-harness) kif ukoll tal-kondizzjonijiet tal-produzzjoni l-għadd f'lott wieħed ma għandux ikun ta' aktar minn 5 000 unità.

Bi ftehim mal-awtoritajiet rilevanti, it-testijiet jistgħu jsiru mill-awtoritajiet tas-Servizz Tekniku jew taħt ir-responsabilità tad-detentur ta' approvazzjoni.

2.2.1.2.   Għandu jittieħed kampjun minn kull lott skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.2.1.4 minn minimu ta' 20 fil-mija tal-kwantità tal-lott, li għandu jiġi prodott mill-grupp effettiv.

2.2.1.3.   Il-karatteristiċi tas-sistemi tat-trażżin għat-tfal u n-numru ta' testijiet dinamiċi li għandhom jitwettqu huma mogħtija fil-paragrafu 2.2.1.4.

2.2.1.4.   Sabiex jiġi aċċettat, lott ta' sistemi tat-trażżin għat-tfal għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

L-għadd fil-lott

In-numru ta' kampjuni/il-karatteristiċi tas-sistemi tat-trażżin għat-tfal

In-numru kkumbinat ta' kampjuni

Il-kriterji ta' aċċettazzjoni

Il-kriterji ta' ċaħda

Il-grad ta' severità tal-kontroll

N < 500

L-ewwel = 1MH

1

0

Normali

It-tieni = 1MH

2

1

2

500 < N < 5 000

L-ewwel = 1MH + 1LH

2

0

2

Normali

It-tieni = 1MH + 1LH

4

1

2

N < 500

L-ewwel = 2MH

2

0

2

Imsaħħa

It-tieni = 2MH

4

1

2

500 < N < 5 000

L-ewwel = 2MH + 2LH

4

0

2

Imsaħħa

It-tieni = 2MH + 2LH

8

1

2

Nota:

 

MH tfisser konfigurazzjoni aktar iebsa (l-inqas riżultati tajbin miksuba fl-approvazzjoni jew fl-estensjomi tal-approvazzjoni)

 

LH tfisser konfigurazzjoni inqas iebsa

Dan il-pjan ta' teħid ta' kampjuni doppju jaħdem kif ġej:

 

Għal kontroll normali, jekk l-ewwel kampjun ma jkun fih l-ebda unità difettuża, il-lott jiġi aċċettat mingħajr ma jiġi ttestjat it-tieni kampjun. Jekk ikollu żewġ unitajiet difettużi, il-lott jiġi miċħud fl-aħħar nett, jekk ikollu unità difettuża waħda, jiġi estrattat it-tieni kampjun u dan ikun in-numru kumulattiv li għandu jissodisfa l-kondizzjoni tal-kolonna 5 tat-tabella ta' hawn fuq.

 

Ikun hemm bidla minn kontroll normali għal kontroll imsaħħaħ jekk, minn 5 lottijiet konsekuttivi, tnejn jiġu miċħuda. Il-kontroll normali jerġa' jinbeda jekk jiġu aċċettati 5 lottijiet konsekuttivi.

 

Jekk xi lott jiġi miċħud, il-produzzjoni titqies bħala li mhix konformi u l-lott ma għandux jiġi rilaxxat.

 

Jekk żewġ gruppi konsekuttivi li jiġu soġġetti għall-kontroll imsaħħaħ jiġu miċħuda, jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 13.

2.2.1.5.   Il-kontroll tal-konformità tas-sistemi tat-trażżin għat-tfal isir billi jibda bil-grupp li ġie manifatturat wara l-ewwel lott li kien soġġett għall-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni.

2.2.1.6.   Ir-riżultati tat-test deskritti fil-paragrafu 2.2.1.4 ma għandhomx ikunu ogħla minn L, fejn L huwa l-valur limitu preskritt għal kull test tal-approvazzjoni.

2.2.2.   Kontroll kontinwu

2.2.2.1.   Id-detentur ta' approvazzjoni għandu jkun obbligat li jwettaq kontroll kontinwu tal-kwalità tal-proċess tal-manifattura tiegħu fuq bażi statistika u permezz tat-teħid tal-kampjuni. Bi ftehim mal-awtoritajet rilevanti, it-testijiet jistgħu jitwettqu mill-awtoritajiet tas-Servizz Tekniku jew taħt ir-responsabilità tad-detentur ta' approvazzjoni li jkun responsabbli għat-traċċabilità tal-prodott.

2.2.2.2.   Il-kampjuni għandhom jittieħdu skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.2.2.4.

2.2.2.3.   Il-karatteristika tas-sistemi tat-trażżin għat-tfal tittieħed b'mod aleatorju u t-testijiet li għandhom jitwettqu huma deskritti fil-paragrafu 2.2.2.4.

2.2.2.4.   Il-kontroll għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin.

Sistemi tat-trażżin għat-tfal meħuda

Il-grad ta' severità tal-kontroll

0.02 fil-mija tfisser sistema tat-trażżin għat-tfal waħda meħuda minn kull 5 000 li ġew manifatturati

Normali

0.05 fil-mija tfisser sistema tat-trażżin għat-tfal waħda meħuda minn kull 2 000 li ġew manifatturati

Imsaħħa

Dan il-pjan ta' teħid ta' kampjuni doppju jaħdem kif ġej:

 

Jekk is-sistema tat-trażżin għat-tfal titqies bħala konformi, il-produzzjoni tkun konformi.

 

Jekk is-sistema tat-trażżin għat-tfal ma tissodisfax ir-rekwiżiti, għandha tittieħed it-tieni sistema tat-trażżin għat-tfal,

 

Jekk it-tieni sistema tat-trażżin għat-tfal tissodisfa r-rekwiżiti, il-produzzjoni tkun konformi,

 

Jekk iż-żewġ sistemi tat-trażżin għat-tfal (l-ewwel u t-tieni) ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, il-produzzjoni ma tkunx konformi u s-sistemi tat-trażżin għat-tfal li x'aktarx jippreżentaw l-istess nuqqas għandhom jiġu rtirati, u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni.

 

Il-kontroll imsaħħaħ jissostitwixxi dak normali jekk, minn 10 000 Sistema tat-trażżin għat-tfal li jiġu manifatturati konsekuttivament, il-produzzjoni jkollha tiġi rtirata darbtejn.

 

Il-kontroll normali jitkompla jekk 10 000 sistema tat-trażżin għat-tfal li jiġu manifatturati konsekuttivament jitqiesu bħala konformi.

 

Jekk il-produzzjoni li tiġi soġġetta għall-kontroll imsaħħaħ tkun ġiet irtirata f'żewġ okkażjonijiet konsekuttivi, jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 13.

2.2.2.5.   Il-kontroll kontinwu fuq is-sistemi tat-trażżin għat-tfal jibda jitwettaq minn wara l-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni.

2.2.2.6.   Ir-riżultati tat-test deskritti fil-paragrafu 2.2.2.4 ma għandhomx ikunu ogħla minn L, fejn L huwa l-valur limitu preskritt għal kull test tal-approvazzjoni.

2.3.   Għal apparat inkorporat f'vetturi speċifiċi għandhom japplikaw il-frekwenzi tat-test li ġejjin:

Trażżin għat-tfal, minbarra l-booster cushions:

Darba kull 8 ġimgħat

Booster cushions:

Darba kull 12-il ġimgħa

F'kull test ir-rekwiżiti kollha skont il-paragrafi 7.1.4 u 7.2.1.8.1 għandhom jiġu ssodisfati. Jekk it-testijiet kollha matul sena waħda juru riżultati sodisfaċenti, il-manifattur, wara ftehim mal-awtorità kompetenti, jista' jnaqqas il-frekwenzi kif ġej:

Trażżin għat-tfal, minbarra l-booster cushions:

Darba kull 16-il ġimgħa

Booster cushions:

Darba kull 24 ġimgħa

Madankollu, għandha tiġi permessa frekwenza minima ta' test fis-sena fejn il-produzzjoni annwali tkun ta' 1 000 sistema tat-trażżin għat-tfal jew inqas.

2.3.1.   Għall-apparat ta' vetturi speċifiċi skont il-paragrafu 2.1.2.4.1, il-manifattur tat-trażżin għat-tfal jista' jagħżel il-proċeduri tal-Konformità tal-Produzzjoni jew skont il-paragrafu 2.2 ta' hawn fuq, fuq sit tat-test, jew skont il-paragrafu 2.3 ta' hawn fuq, f'qafas ta' bodi ta' vettura.

2.3.2.   Meta kampjun tat-test ma jgħaddix minn test partikolari li jkun ġie soġġett għalih, għandu jsir test ieħor għall-istess rekwiżit fuq mill-inqas tliet kampjuni oħra fil-każ tat-testijiet dinamiċi, jekk wieħed minn dawn tal-aħħar ifalli, il-produzzjoni titqies li mhix konformi u l-frekwenza għandha tiġi miżjuda għal waħda ogħla, jekk dik li kienet aktar baxxa kienet intużat skont il-paragrafu 2.3 u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni.

2.4.   Meta jinstab li l-produzzjoni mhix konformi skont il-paragrafi 2.2.1.4, 2.2.2.4 jew 2.3.2., id-detentur tal-approvazzjoni jew ir-rappreżentant tiegħu akkreditat b'mod xieraq għandu:

2.4.1.

Jinnotifika lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni tat-tip fejn jindika x'passi ttieħdu biex terġa' tiġi stabbilita l-konformità tal-produzzjoni.

2.5.   Il-manifattur għandu jinforma lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip fuq bażi ta' kull tliet xhur, dwar il-volum tal-prodotti magħmula skont kull numru tal-approvazzjoni, billi jipprovdi mezz ta' kif jiġu identifikati liema prodotti jikkorrispondu ma' dak in-numru tal-approvazzjoni.


ANNESS 17

TEST TAL-MATERJAL ASSORBENTI TAL-ENERĠIJA

1.   IL-FORMA TAR-RAS

1.1.   Il-forma tar-ras għandha tkun magħmula minn emisfera solida tal-injam b'segment iżgħar f'forma ta' sfera miżjud kif muri fil-Figura A ta' hawn taħt. Din għandha tkun mibnija b'mod li tkun tista' titwaqqa' liberament tul l-assi mmarkat u għandu jkollha fejn jintrama aċċellerometru biex titkejjel l-aċċellerazzjoni fid-direzzjoni tal-waqgħa.

1.2.   Il-forma tar-ras, inkluż l-aċċellerometru, għandu jkollha massa totali ta 2,75 ± 0,05 kg.

Figura A

Il-forma tar-ras

Image

2.   STRUMENTAZZJONI

L-aċċellerazzjoni għandha tiġi rreġistrata waqt it-test, billi jintuża tagħmir skont il-klassi tal-kanal tal-frekwenza 1000 kif speċifikat fl-aħħar verżjoni tal-istandard ISO 6487.

3.   PROĊEDURA

3.1.   It-trażżin għat-tfal armat għandu jitqiegħed fir-reġjun tal-impatt fuq superfiċje riġidu u ċatt, li d-dimensjonijiet minimi tiegħu jkunu 500 × 500 mm, biex id-direzzjoni tal-impatt tkun perpendikolari mas-superfiċje ta' ġewwa tas-sistema tat-trażżin għat-tfal fl-erja tal-impatt.

3.2.   Għolli l-forma tar-ras għal għoli ta' 100 – 0/+ 5 mm mis-superfiċji ta' fuq rispettivi tat-trażżin għat-tfal armat sal-iktar punt baxx fuq il-forma tar-ras, u ħalliha taqa'. Irreġistra l-aċċellerazzjoni li tkun għaddiet minnha l-forma tar-ras waqt l-impatt.


ANNESS 18

IL-METODU LI BIH TIĠI STABBILITA L-ERJA TAL-IMPATT TAR-RAS TAL-APPARAT B'APPOĠĠ GĦAD-DAHAR, U GĦAD-DEFINIZZJONI TAD-DAQS MINIMU TAL-MADGUARDS TAL-ĠENB GĦAL APPARAT LI JĦARES LURA

1.

Qiegħed l-apparat fuq is-sit tat-test deskritt fl-Anness 6. Apparat li jista' jiġi mmejjel għandu jiġi ssettjat bis-sit fil-pożizzjoni l-aktar wieqfa. Qiegħed l-iżgħar manikin fl-apparat skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Immarka punt “A” fuq l-appoġġ għad-dahar fuq l-istess livell orizzontali tal-ispalla tal-iżgħar manikin f'punt 2 cm 'il ġewwa mit-tarf ta' barra tad-driegħ. Is-superfiċji kollha ta' ġewwa 'l fuq mill-pjan orizzontali li jgħaddi mill-punt A, għandhom jiġu ttestjati skont l-Anness 17. Din l-erja għandha tinkludi l-appoġġ għad-dahar u l-madguards tal-ġenb, inklużi t-truf ta' fuq ġewwa (iż-żona tar-raġġ) tal-madguards tal-ġenb fil-każ ta' apparat għall-carrycots fejn, skont l-istruzzjonijiet tal-apparat u l-istruzzjonijiet tal-manifattur, l-installazzjoni simetrika tal-manikin ma tkunx possibbli, l-erja konformi mal-Anness 17 għandha tkun is-superfiċji interni kollha 'l fuq mill-punt “A”, kif definit qabel, fid-direzzjoni tar-ras, meta mkejla b'dan il-manikin fil-carrycots fl-agħar pożizzjoni tiegħu b'mod konsistenti mal-istruzzjonijiet tal-manifatturi u bil-kerrikot ippożizzjonat fuq il-bank tat-test.

Jekk tkun possibbli l-installazzjoni simetrika tal-manikin fil-carrycots, l-erja interna kollha għandha tkun konformi mal-Anness 17.

2.

Għal apparat li jħares lura għandu jkun hemm madguards tal-ġenb b'fond minimu ta' 90 mm imkejjel mill-medjan tas-superfiċje tal-appoġġ tad-dahar. Dawn il-madguards tal-ġenb għandhom jibdew mill-pjan orizzontali li jgħaddi mill-punt “A” u jkomplu sal-parti ta' fuq nett tad-dahar tas-sit. Minn punt 90 mm 'l isfel mill-parti ta' fuq tad-dahar tas-sit, il-fond tal-madguards tal-ġenb jista' jitnaqqas bil-mod.

3.

Ir-rekwiżit fil-paragrafu 2 ta' hawn fuq għal daqs minimu tal-madguards tal-ġenb ma' japplikax għal trażżin għat-tfal tal-gruppi tal-massa II u III fil-kategorija ta' vettura speċifika li jkun ser jintuża fil-kompartiment tal-bagalji skont il-paragrafu 6.1.2 ta' dan ir-Regolament.


ANNESS 19

DESKRIZZJONI TAL-IKKONDIZZJONAR TAL-AĠĠUSTATURI ARMATI DIRETTAMENT FUQ IT-TRAŻŻIN GĦAT-TFAL

Figura 1

Image

1.   METODU

1.1.   Bl-istrixxi ssettjati fil-pożizzjoni ta' referenza deskritta fil-paragrafu 8.2.7, iġbed tal-inqas 50 mm tal-istrixxi mill-harness integrali billi tiġbed fuq it-tarf liberu tal-istrixxi.

1.2.   Waħħal il-parti aġġustata tal-harness integrali mal-apparat tal-ġbid A.

1.3.   Attiva l-aġġustatur u iġbed tal-inqas 150 mm tal-istrixxi għal ġol-harness integrali. Dan jirrappreżenta nofs ċiklu wieħed u jqiegħed l-apparat tal-ġbid A fil-pożizzjoni massima ta' estrazzjoni tal-istrixxi.

1.4.   Qabbad it-tarf liberu tal-istrixxi mal-apparat tal-ġbid B.

2.   IĊ-ĊIKLU HUWA:

2.1.

Iġbed B tal-inqas 150 mm filwaqt li A ma jeżerċita l-ebda tensjoni fuq il-harness integrali

2.2.

Attiva l-aġġustatur u iġbed A filwaqt li B ma jeżerċita l-ebda tensjoni fuq it-tarf liberu tal-istrixxi.

2.3.

Fit-tmiem ta' stroke, iddiżattiva l-aġġustatur.

2.4.

Irrepeti ċ-ċiklu kif speċifikat fil-paragrafu 7.2.2.7 ta' dan ir-Regolament.


ANNESS 20

APPARAT TIPIKU TAT-TEST TAS-SAĦĦA TAL-BOKKLA

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 21

INSTALLAZZJONI TAT-TEST DINAMIKU TAL-ĦBIT

Image

1.   METODU

1.1.   Iċ-ċinturin ta' fuq il-ħoġor biss

Qiegħed iċ-ċellula ta' tagħbija 1 mal-pożizzjoni ta' fuq in-naħa ta' barra kif muri hawn fuq. Installa t-trażżin għat-tfal u applika tensjoni fuq iċ-ċinturin ta' referenza fil-pożizzjoni ta' fuq in-naħa ta' barra biex tinkiseb tagħbija ta' 75N ± 5N fuq il-pożizzjoni ta' fuq in-naħa ta' barra.

1.2.   Iċ-ċinturin ta' fuq il-ħoġor u dak dijagonali

1.2.1.   Qiegħed iċ-ċellula ta' tagħbija 1 mal-pożizzjoni ta' fuq in-naħa ta' barra kif muri hawn fuq. Installa t-trażżin għat-tfal fil-pożizzjoni korretta. Jekk jitwaħħal apparat tal-qfil mat-trażżin għat-tfal u jaġixxi fuq iċ-ċinturin dijagonali, qiegħed iċ-ċellula ta' tagħbija 2 f'pożizzjoni konvenjenti wara t-trażżin għat-tfal bejn l-apparat tal-qfil u l-bokkla kif muri hawn fuq. Jekk ma hemm l-ebda apparat tal-qfil imwaħħal jew jekk l-apparat tal-qfil huwa mwaħħal mal-bokkla, qiegħed iċ-ċellula ta' tagħbija f'pożizzjoni konvenjenti bejn l-ingassa tal-kolonna u t-trażżin għat-tfal.

1.2.2.   Aġġusta l-parti ta' fuq il-ħoġor taċ-ċinturin ta' referenza biex tikseb tagħbija ta' tensjoni ta' 50 N ± 5N fiċ-ċellula ta' tagħbija 1. Agħmel marka bil-ġibs fuq l-istrixxi fejn jgħaddu minn ġol-bokkla simulata filwaqt li żżomm iċ-ċinturin f'din il-pożizzjoni, aġġusta d-dijagonali biex tinkiseb tensjoni ta' 50 N ± 5 N fuq iċ-ċellula ta' tagħbija 2 jew billi tillokkja l-istrixxi fl-apparat tal-qfil tat-trażżin għat-tfal jew billi ġġebbed iċ-ċinturin qrib ir-retrattur standard.

1.2.3.   Oħroġ l-istrixxi kollha mir-rukkell tar-retrattur u dawwar lura b'tensjoni fiċ-ċinturin ta' 4 ± 3 N bejn ir-retrattur u l-ingassa tal-kolonna. Ir-rukkell għandu jillokkja qabel it-test dinamiku. Wettaq it-test dinamiku tal-ħbit.

1.2.4.   Qabel ma tibda tarma, ikkontrolla t-trażżin għat-tfal biex tiddetermina l-konformità mal-paragrafu 6.2.1.3. Jekk hemm tibdil fit-tensjoni tal-installazzjoni minħabba l-bidla fil-funzjoni tal-angolu, allura ttestja għall-kondizzjoni li toħloq l-installazzjoni l-aktar laxka, wettaq l-armar u kkawża tensjoni fil-pożizzjoni l-aktar issikkata u mbagħad erġa' qiegħed it-trażżin għat-tfal fil-pożizzjoni għall-agħar każ mingħajr ma terġa' żżid it-tensjoni fiċ-ċinturin għall-adulti. Wettaq it-test dinamiku.

1.3.   Parti ta' twaħħil ISOFIX

Għal sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX b'ankraġġi tal-koljatura tas-sit b'pożizzjonijiet aġġustabbli ISOFIX. Waħħal is-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX mingħajr tagħbija mal-ankraġġi tal-koljatura tas-sit H1-H2 fil-pożizzjoni xierqa tat-test. Ħalli l-mekkaniżmi tal-qfil tat-trażżin għat-tfal ISOFIX jiġbdu s-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX mingħajr tagħnija lejn il-koljatura tas-sit. Applika forza addizzjonali ta' 135 ± 15 N fi pjan parallel għas-superfiċje tal-kuxin tas-sit tal-bank tat-test fid-direzzjoni tal-koljatura tas-sit sabiex tegħleb il-forzi tal-frizzjoni bejn is-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX u l-kuxin tas-sit, waqt li tassisti l-effetti ta' awtotensjoni tal-mekkaniżmu tal-qfil. Il-forza għandha tiġi applikata fuq jew b'mod ugwali madwar il-linja taċ-ċentru tat-trażżin għat-tfal ISOFIX u f'għoli ta' mhux iktar minn 100 mm 'il fuq mis-superfiċje tal-kuxin tal-bank tat-test. Jekk ikun meħtieġ, aġġusta l-irbit ta' fuq sabiex tinkiseb tagħbija ta' tensjoni ta' 50 ± 5 N (*) Qiegħed il-manikin tat-test xieraq fit-trażżin għat-tfal meta s-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX tkun ġiet aġġustata b'dan il-mod.

Nota

1.

L-installazzjoni titwettaq wara li l-manikin jitqiegħed fit-trażżin, għall-paragrafi 1.1 u 1.2.

2.

Minħabba li l-kuxin tal-fowm tat-test jikkompressa wara l-installazzjoni tat-trażżin għat-tfal, it-test dinamiku għandu jitwettaq, possibilment, mhux aktar minn 10 minuti wara l-installazzjoni. Biex il-kuxin ikun jista' jerġa' jerġa' jikseb il-forma tiegħu, il-perjodu minimu bejn żewġ testijiet li fihom jintuża l-istess kuxin għandu jkun ta' 20 minuta.

3.

Iċ-ċelluli ta' tagħbija mwaħħlin direttament fuq l-istrixxi taċ-ċinturin jistgħu jiġu skonnettjati b'mod elettriku, iżda waqt it-test dinamiku għandhom jitħallew fil-post. Il-massa ta' kull ċellula ma għandhiex tkun aktar minn 250 gramma. Alternattivament, iċ-ċellula ta' tagħbija tal-istrixxi taċ-ċinturin ta' fuq il-ħoġor tista' tiġi sostitwita minn ċellula ta' tagħbija mwaħħla fil-punt tal-ankraġġ.

4.

Fil-każ tat-trażżin mgħammar b'apparat maħsub biex iżid it-tensjoni taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti, il-metodu tat-test għandu jkun:

Installa s-sistema tat-trażżin għat-tfal kif meħtieġ f'dan l-anness u mbagħad applika l-apparat li jżid it-tensjoni kif iddikjarat fl-istruzzjonijiet tal-manifattur. Jekk l-apparat ma jkunx jista' jiġi applikat minħabba tensjoni żejda, dan jitqies bħala apparat mhux aċċettabbli.

5.

Ma għandha tiġi applikata l-ebda forza addizzjonali fuq is-sistema tat-trażżin għat-tfal għajr il-minimu meħtieġ sabiex jinkisbu l-forzi korretti tal-installazzjoni kif speċifikat fil-paragrafi 1.1 u 1.2.2 ta' hawn fuq.

6.

F'każ ta' carrycot installat kif deskritt fil-paragrafu 8.1.3.5.6 ta' dan ir-regolament, il-konnessjoni bejn iċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti u t-trażżin għandha tkun simulata. Ċinturin tas-sikurezza għall-adulti twil 500 mm u b'tarf ħieles (imkejjel kif deskritt fl-Anness 13) jiġi konness bil-pjanċa tal-ankraġġ deskritta fl-Anness 13 mal-punti tal-ankraġġ preskritti. It-trażżin imbagħad jiġi konness maċ-ċinturini tas-sikurezza għall-adulti b'tarf ħieles. It-tensjoni fuq iċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti, imkejla bejn il-punt tal-ankraġġ u t-trażżin, għandha tkun ta' 50 ± 5 N.


(*)  Fil-każ tat-trażżin mgħammar b'apparat maħsub biex iżid it-tensjoni tal-irbit ta' fuq, il-metodu tat-test għandu jkun:

Installa s-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX kif meħtieġ f'dan l-anness u mbagħad applika l-apparat li jżid it-tensjoni kif iddikjarat fl-istruzzjonijiet tal-manifattur. Jekk l-apparat ma jkunx jista' jiġi applikat minħabba tensjoni żejda, dan jitqies bħala apparat mhux aċċettabbli.


ANNESS 22

TEST TAL-BLOKKA TAL-PARTI T'ISFEL TAT-TORSO

Figura 1

Il-blokka tal-manikin P10 maqtugħa

Materjal: EPS (40 sa 45 g/l)

Image

Figura 2

It-test tal-ġbid tal-booster bl-użu tal-blokka tal-manikin

Image

ANNESS 23

APPARAT GĦALL-APPLIKAZZJONI TAT-TAGĦBIJA

Apparat għall-applikazzjoni tat-tagħbija I

Image

Test ta 'immaġni

Tul ta' stirament

(+/– 5 mm)

 

 

 

 

 

 

Manikin P/Q 0

Manikin P/Q 3/4

P/Q 1,5

P/Q 3

P/Q 6

P/Q 10

Ċinturin tar-ras

1 000 mm

1 000 mm

1 000 mm

1 200  mm

1 200  mm

1 200  mm

Ċinturin tal-ispalla

750 mm

850 mm

950 mm

1 000 mm

1 100  mm

1 300  mm

Ċinturin ta' bejn il-kuxxtejn

300 mm

350 mm

400 mm

400 mm

450 mm

570 mm

Ċinturin tal-ġembejn

400 mm

500 mm

550 mm

600 mm

700 mm

800 mm

Dimensjoni X

120 mm

130 mm

140 mm

140 mm

150 mm

160 mm


Nru

Isem

Informazzjoni

Kwantità

1

Ċinturin tar-ras – 39 mm

1

2

Ċinturin tal-ispalla lh-rh – 39 mm

2

3

Ċinturin ta' bejn il-kuxxtejn – 39 mm

1

4

Ċinturin tal-ġembejn – 39 mm

1

5

Disinn tal-punti (30 × 17)

Punt: 77, fil: 30

8

6

Bokkla tal-plastik

 

2

7

Disinn tal-punti (2 × 37)

Punt: 77, fil: 30

2


Disinn tal-punti

Forza minima meħtieġa

12 × 12 mm

3,5 kN

30 × 12 mm

5,3 kN

30 × 17 mm

5,3 kN

30 × 30 mm

7,0 kN

raġġ taċ-ċinturin kollu = 5 mm

Image

Test ta 'immaġni

Apparat għall-applikazzjoni tat-tagħbija II

Image

Nru

Isem

Informazzjoni

Kwantità

1

Ċinturin prinċipali – 39 mm

1

2

Ċinturin tal-ġembejn (fuq/isfel)– 39 mm

2

3

Disinn tal-punti (30 × 17)

Punt: 77, fil: 30-

4


Tul ta' stirament

(+/– 5 mm)

 

 

 

 

 

 

Manikin P/Q 0

Manikin P/Q 3/4

P/Q 1,5

P/Q 3

P/Q 6

P/Q 10

Ċinturin prinċipali (A)

1 600  mm

1 600  mm

1 600  mm

2 000 mm

2 000 mm

2 000 mm

Ċinturin tal-ġembejn

440 mm

540 mm

640 mm

740 mm

740 mm

840 mm


Disinn tal-punti

Forza minima meħtieġa

12 × 12 mm

3,5 kN

30 ×12 mm

5,3 kN

30 × 17 mm

5,3 kN

30 × 30 mm

7,0 kN

raġġ taċ-ċinturin kollu = 5 mm

Image

30.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 265/125


It-testi NU/KEE oriġinali biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 48 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' vetturi fir-rigward tal-installazzjoni ta' apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl [2016/1723]

Li jinkorpora t-test validu kollu sa:

Suppliment 7 tas-serje ta' emendi 06 — Id-data tad-dħul fis-seħħ: 8 ta' Ottubru 2016

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Kamp ta' applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Approvazzjoni

5.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

6.

Speċifikazzjonijiet individwali

7.

Il-modifiki għal u l-estensjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip ta' vettura jew tal-installazzjoni ta' apparati tagħha għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl

8.

Konformità tal-produzzjoni

9.

Penali għal nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni

10.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

11.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

12.

Dispożizzjonijiet tranżitorji

ANNESSI

1

Komunikazzjoni

2

Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

3

Eżempji ta' superfiċji, assi u ċentri ta' referenza tal-fanali, u ta' angoli tal-viżibilità ġeometrika

4

Il-viżibilità ta' fanal aħmar fuq quddiem u l-viżibilità ta' fanal abjad fuq wara

5

L-istati tat-tagħbija li għandhom jitqiesu biex jiġu ddeterminati l-varjazzjonijiet fl-orjentazzjoni vertikali tal-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx

6

Kejl tal-varjazzjoni tal-inklinazzjoni tar-raġġ baxx bħala funzjoni tat-tagħbija

7

Indikazzjoni tal-inklinazzjoni 'l isfel tal-punt ta' waqfien tal-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx imsemmi fil-paragrafu 6.2.6.1.1 u l-inklinazzjoni 'l isfel tal-punt ta' waqfien tal-fanali għaċ-ċpar ta' quddiem imsemmi fil-paragrafu 6.3.6.1.2 ta' dan ir-Regolament

8

Il-kontrolli tal-apparati ta' livellar tal-fanali ta' quddiem imsemmija fil-paragrafu 6.2.6.2.2 ta' dan ir-Regolament

9

Kontroll tal-konformità tal-produzzjoni

10

Riżervat

11

Il-viżibilità tal-immarkar kospikwu fuq wara, fuq quddiem u mal-ġenb tal-vettura

12

Dawra ta' test

13

Kundizzjonijiet ta' swiċċjar awtomatiku tal-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx

14

Żona ta' osservazzjoni lejn is-superfiċe apparenti tal-fanali tal-immanuvrar u tal-fanali ta' korteżija

15

Sistema gonjo(foto) metrika użata għall-kejl fotometriku, kif definit fil-paragrafu 2.34 ta' dan ir-Regolament

1.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Dan ir-Regolament japplika għall-vetturi tal-kategoriji M, N u għat-trejlers tagħhom (kategorija O) (1) fir-rigward tal-installazzjoni ta' apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-fini ta' dan ir-Regolament:

2.1.   “Approvazzjoni ta' vettura” tfisser l-approvazzjoni ta' tip ta' vettura fir-rigward tan-numru u l-mod ta' installazzjoni tal-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl.

2.2.   “Tip ta' vettura fir-rigward tal-installazzjoni tal-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl” tfisser vetturi li ma jvarjawx fl-aspetti essenzjali msemmija fil-paragrafi 2.2.1 sa 2.2.4.

Dawn li ġejjin ukoll jitqiesu li mhumiex “vetturi ta' tip differenti”: vetturi li huma differenti skont it-tifsira tal-paragrafi 2.2.1 sa 2.2.4, iżda mhux b'tali mod li jimplika bidla fit-tip, fin-numru, fil-pożizzjoni u fil-viżibilità ġeometrika tal-fanali u fl-inklinazzjoni tar-raġġ baxx previsti għat-tip ta' vettura kkonċernat, u vetturi li fuqhom jiġu armati jew ma jkunx hemm fanali fakultattivi:

2.2.1.

Id-dimensjoni u l-forma esterna tal-vettura;

2.2.2.

In-numru u l-pożizzjoni tal-apparati;

2.2.3.

Is-sistema ta' livellar tal-fanali ta' quddiem;

2.2.4.

Is-sistema tas-sospensjoni.

2.3.   “Pjan trasversali” tfisser pjan vertikali perpendikulari mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

2.4.   “Vettura mhux mgħobbija” tfisser vettura mingħajr sewwieq, ekwipaġġ, passiġġiera u tagħbija, iżda bi provvista sħiħa ta' fjuwil, bi stepni u bl-għodod li jinġarru normalment.

2.5.   “Vettura mgħobbija” tfisser vettura mgħobbija sal-massa massima teknikament permissibbli, kif iddikjarat mill-manifattur, li għandu wkoll jiffissa d-distribuzzjoni ta' din il-massa bejn il-fusien skont il-metodu deskritt fl-Anness 5.

2.6.   “Apparat” tfisser element jew assemblaġġ ta' elementi li jintuża biex titwettaq funzjoni waħda jew aktar.

2.6.1.   “Funzjoni tat-tidwil” tfisser id-dawl li jarmi apparat sabiex idawwal it-triq u l-oġġetti fid-direzzjoni tal-moviment tal-vettura.

2.6.2.   “Funzjoni tas-sinjalar bid-dawl” tfisser id-dawl mormi jew rifless minn apparat sabiex jagħti lill-utenti l-oħra tat-triq informazzjoni viżwali dwar il-preżenza, l-identifikazzjoni u/jew il-bidla fil-moviment tal-vettura.

2.7.   “Fanal” tfisser apparat maħsub biex idawwal it-triq jew biex jitfa' sinjal bid-dawl lil utenti oħra tat-triq. Bl-istess mod, il-fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara u r-retrorifletturi għandhom jitqiesu bħala fanali wkoll għall-fini ta' dan ir-Regolament, pjanċi tar-reġistrazzjoni ta' wara li jitfgħu d-dawl u s-sistema tat-tidwil tal-bieba tas-servizz skont id-dispożizzjonjiet tar-Regolament Nru 107 dwar il-vetturi tal-kategoriji M2 u M3 mhumiex meqjusa bħala fanali;

2.7.1.   Sors tad-dawl

2.7.1.1.   “Sors tad-dawl” tfisser element wieħed jew aktar maħsub sabiex jipproduċi radjazzjoni viżibbli, li jista' jiġi assemblat b'kisi trasparenti wieħed jew aktar u b'bażi għal konnessjoni mekkanika u elettrika.

2.7.1.1.1.   “Sors tad-dawl sostitwibbli” tfisser sors tad-dawl li huwa maħsub biex jiddaħħal fi u jitneħħa mill-ħowlder tal-apparat tiegħu mingħajr għodda.

2.7.1.1.2.   “Sors tad-dawl mhux sostitwibbli” tfisser sors tad-dawl li jista' jiġi sostitwit biss billi jiġi sostitwit l-apparat li miegħu huwa mwaħħal dan is-sors tad-dawl.

(a)

Fil-każ ta' modulu ta' sors tad-dawl: sors tad-dawl li jista' jiġi sostitwit biss billi jiġi sostitwit il-modulu tas-sors tad-dawl li miegħu huwa mwaħħal dan is-sors tad-dawl;

(b)

Fil-każ ta' sistemi adattivi tat-tidwil ta' quddiem (AFS): sors tad-dawl li jista' jiġi sostitwit biss billi tiġi sostitwita l-unità tat-tidwil li magħha huwa mwaħħal dan is-sors tad-dawl;

2.7.1.1.3.   “Modulu ta' sors tad-dawl” tfisser parti ottika ta' apparat li hija speċifika għal dak l-apparat. Din ikun fiha sors tad-dawl mhux sostitwibbli wieħed jew aktar u jista' jkollha, b'mod fakultattiv, ħowlder wieħed jew aktar għal sorsi tad-dawl sostitwibbli approvati.

2.7.1.1.4.   “Sors tad-dawl bil-filament” (bozza bil-filament) tfisser sors tad-dawl fejn l-element għar-radjazzjoni viżibbli jkun filament imsaħħan wieħed jew aktar li jipproduċi radjazzjoni termali.

2.7.1.1.5.   “Sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass” tfisser sors tad-dawl fejn l-element għar-radjazzjoni viżibbli jkun ark ta' disċarġ li jipproduċi elettroluminixxenza/fluworexxenza;

2.7.1.1.6.   “Sors tad-dawl b'dijodu li jemetti d-dawl (LED)” tfisser sors tad-dawl fejn l-element maħsub sabiex jipproduċi radjazzjoni viżibbli jkun konnessjoni ta' stat solidu waħda jew aktar li jipproduċi luminexxenza/fluworexxenza permezz ta' injezzjoni.

2.7.1.1.7.   “Modulu LED” tfisser modulu ta' sors tad-dawl li bħala sorsi tad-dawl fih biss LEDs madankollu jista' jkollu, b'mod fakultattiv, ħowlder wieħed jew aktar għal sorsi tad-dawl sostitwibbli approvati.

2.7.1.2.   “Apparat elettroniku ta' kontroll tas-sors tad-dawl” tfisser komponent wieħed jew aktar bejn il-provvista u s-sors tad-dawl, kemm jekk ikun integrat mas-sors tad-dawl jew mal-fanal konness kif ukoll jekk ma jkunx, għall-kontroll tal-vultaġġ u/jew tal-kurrent elettriku tas-sors tad-dawl.

2.7.1.2.1.   “Ballast” tfisser apparat elettroniku ta' kontroll tas-sors tad-dawl bejn il-provvista u s-sors tad-dawl, kemm jekk ikun integrat mas-sors tad-dawl jew mal-fanal konness kif ukoll jekk ma jkunx, biex jistabbilizza l-kurrent elettriku ta' sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass.

2.7.1.2.2.   “Skattatur (ignitor)” tfisser apparat elettroniku ta' kontroll tas-sors tad-dawl biex jistartja l-ark ta' sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass.

2.7.1.3.   “Kontroll tal-intensità varjabbli” tfisser l-apparat li awtomatikament jikkontrolla l-apparati għas-sinjalar bid-dawl ta' wara li jipproduċu intensitajiet tal-luminożità varjabbli sabiex tkun żgurata l-perċezzjoni invarjabbli tas-sinjali tagħhom il-kontroll tal-intensità varjabbli huwa parti mill-fanal, jew parti mill-vettura, jew ikun maqsum bejn l-imsemmija fanal u l-vettura.

2.7.2.   “Fanali ekwivalenti” tfisser fanali li jkollhom l-istess funzjoni u li jkunu awtorizzati fil-pajjiż fejn tkun irreġistrata l-vettura; fanali ta' din ix-xorta jista' jkollhom karatteristiċi differenti minn dawk installati fuq il-vettura meta tiġi approvata sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

2.7.3.   “Fanali indipendenti” tfisser apparati li jkollhom superfiċji apparenti separati fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza (2), sorsi tad-dawl separati u l-qafas tal-fanali separati.

2.7.4.   “Fanali raggruppati” tfisser apparati li jkollhom superfiċji apparenti separati fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza (2) u sorsi tad-dawl separati, iżda l-qafas tal-fanal komuni.

2.7.5.   “Fanali kkombinati” tfisser apparati li jkollhom superfiċji apparenti separati fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza (2) u sorsi tad-dawl separati, iżda sors tad-dawl komuni u qafas tal-fanal komuni.

2.7.6.   “Fanali inkorporati reċiprokament” tfisser apparati li jkollhom sorsi tad-dawl separati jew sors tad-dawl wieħed li jaħdmu f'kundizzjonijiet differenti (pereżempju, differenzi ottiċi, mekkaniċi, elettriċi), superfiċji apparenti totalment jew parzjalment komuni fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza (2) u qafas tal-fanal komuni (3).

2.7.7.   “Fanal b'funzjoni waħda” tfisser parti minn apparat li twettaq funzjoni tat-tidwil jew funzjoni tas-sinjalar bid-dawl waħda.

2.7.8.   “Fanal li jista' jinħeba” tfisser fanal li jista' jinħeba parzjalment jew kompletament meta ma jkunx qed jintuża. Dan ir-riżultat jista' jinkiseb permezz ta' għata li jitneħħa, bl-ispostament tal-fanal jew bi kwalunkwe mezz xieraq ieħor it-terminu “li jista' jinġibed 'il ġewwa” jintuża b'mod aktar partikolari biex jiddiskrivi fanal li jista' jinħeba, li l-ispostament tiegħu jippermetti li jiddaħħal fl-istruttura tal-vettura.

2.7.9.   “Fanal ta' quddiem b'raġġ tas-sewqan (raġġ ewlieni)” tfisser il-fanal li jintuża sabiex idawwal it-triq tul distanza twila quddiem il-vettura.

2.7.10.   “Fanal ta' quddiem b'raġġ tal-passaġġ (raġġ baxx)” tfisser fanal li jintuża sabiex idawwal it-triq quddiem il-vettura mingħajr ma jgħammex jew jikkawża skonfort lis-sewwieqa li jkunu ġejjin mid-direzzjoni opposta jew utenti oħra tat-triq.

2.7.10.1.   “Raġġ tal-passaġġ ewlieni (raġġ baxx ewlieni)” tfisser ir-raġġ baxx prodott mingħajr il-kontribut tal-apparat li jarmi r-raġġi infra-ħomor (IR) u/jew sorsi tad-dawl addizzjonali għat-tidwil għal-liwi.

2.7.11.   “Fanal li jindika d-direzzjoni” tfisser il-fanal li jintuża biex jindika lill-utenti tat-triq, li s-sewwieq biħsiebu jbiddel id-direzzjoni lejn il-lemin jew lejn ix-xellug.

Il-fanal jew fanali li jindika/w id-direzzjoni jistgħu jintużaw ukoll skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 97 jew tar-Regolament Nru 116.

2.7.12.   “Fanal tal-waqfien” tfisser fanal li jintuża biex jindika lill-utenti l-oħra tat-triq li jinsabu fuq wara tal-vettura li l-moviment lonġitudinali tal-vettura jkun qed jitnaqqas apposta.

2.7.13.   “Apparat li jdawwal il-pjanċa ta' reġistrazzjoni ta' wara” tfisser apparat li jintuża biex idawwal l-ispazju maħsub għall-pjanċa ta' reġistrazzjoni ta' wara; dan l-apparat jista' jkun magħmul minn diversi komponenti ottiċi.

2.7.14.   “Fanal tal-pożizzjoni ta' quddiem” tfisser il-fanal li jintuża biex jindika l-preżenza u l-wisa' tal-vettura meta wieħed jaraha minn quddiem.

2.7.15.   “Fanal tal-pożizzjoni ta' wara” tfisser il-fanal li jintuża biex jindika l-preżenza u l-wisa' tal-vettura meta wieħed jaraha minn wara.

2.7.16.   “Retroriflettur” tfisser apparat li jintuża biex jindika l-preżenza ta' vettura permezz tar-rifless tad-dawl li ġej minn sors tad-dawl li mhux konness mal-vettura, meta l-osservatur ikun jinsab qrib is-sors.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, dawn l-elementi li ġejjin ma jitqiesux bħala retrorifletturi:

2.7.16.1.   Pjanċi tan-numri retroriflettenti;

2.7.16.2.   Is-sinjali retroriflettenti msemmija fl-ADR (il-Ftehim Ewropew dwar it-trasport internazzjonali bit-triq ta' merkanzija perikoluża);

2.7.16.3.   Pjanċi u sinjali retroriflettenti oħra li jistgħu jintużaw biex tinżamm il-konformità mar-rekwiżiti nazzjonali għall-użu rigward ċerti kategoriji ta' vetturi jew ċerti metodi ta' tħaddim;

2.7.16.4.   Materjali retroriflettenti approvati bħala ta' Klassi D jew E jew F skont ir-Regolament Nru 104 tan-NU u li jintużaw għal finijiet oħra skont ir-rekwiżiti nazzjonali.

2.7.17.   “Immarkar kospikwu” tfisser apparat maħsub biex iżid kemm il-vettura tolqot l-għajn (kospikwità), meta wieħed jaraha mill-ġenb jew minn wara (jew, fil-każ tat-trejlers, minn quddiem ukoll), permezz tar-rifless tad-dawl li jkun ġej minn sors tad-dawl li mhux konness mal-vettura, meta l-osservatur ikun jinsab qrib is-sors;

2.7.17.1.   “Immarkar tal-kontorn” tfisser immarkar kospikwu maħsub biex jindika d-dimensjonijiet orizzontali u vertikali (it-tul, il-wisa' u l-għoli) ta' vettura.

2.7.17.1.1.   “Immarkar tal-kontorn sħiħ” tfisser immarkar tal-kontorn li jindika l-kontorn tal-vettura permezz ta' linja kontinwa.

2.7.17.1.2.   “Immarkar tal-kontorn parzjali” tfisser immarkar tal-kontorn li jindika d-dimensjoni orizzontali tal-vettura permezz ta' linja kontinwa, u d-dimensjoni vertikali billi jiġu mmarkati l-irkejjen ta' fuq.

2.7.17.2.   “Immarkar lineari” tfisser immarkar kospikwu maħsub biex jindika d-dimensjonijiet orizzontali (it-tul u l-wisa') ta' vettura permezz ta' linja kontinwa.

2.7.18.   “Sinjal ta' twissija ta'periklu” tfisser it-tħaddim fl-istess ħin tal-fanali li jindikaw id-direzzjoni kollha ta' vettura biex juru li l-vettura hija ta' periklu speċjali temporanju għall-utenti l-oħra tat-triq.

2.7.19.   “Fanal għaċ-ċpar ta' quddiem” tfisser fanal li jintuża biex itejjeb l-illuminazzjoni tat-triq quddiem il-vettura f'każ ta' ċpar jew kwalunkwe kundizzjoni simili ta' viżibilità mnaqqsa.

2.7.20.   “Fanal għaċ-ċpar ta' wara” tfisser fanal li jintuża biex il-vettura ssir aktar viżibbli minn wara meta ċ-ċpar ikun sfiq.

2.7.21.   “Fanal tar-reverse” tfisser il-fanal li jintuża biex idawwal it-triq fuq wara tal-vettura u biex javża utenti oħra tat-triq li l-vettura tkun qed tirriversja jew tkun ser tirriversja.

2.7.22.   “Fanal tal-parking” tfisser fanal li jintuża biex jiġbed l-attenzjoni għall-preżenza ta' vettura wieqfa f'żona mibnija f'ċirkostanzi bħal dawn, dan jisostitwixxi l-fanali tal-pożizzjoni ta' quddiem u ta' wara.

2.7.23.   “Fanal li jimmarka l-kontorn tat-tarf” tfisser il-fanal imwaħħal qrib it-tarf estrem ta' barra u mill-aktar qrib possibbli tal-parti ta' fuq tal-vettura u maħsub biex jindika b'mod ċar il-wisa' totali tal-vettura. Dan il-fanal huwa maħsub, għal ċertu vetturi u trejlers, biex jikkumplimenta l-fanali tal-pożizzjoni ta' quddiem u ta' wara tal-vettura billi jiġbed attenzjoni partikolari għall-parti integrali tagħha.

2.7.24.   “Fanal li jimmarka l-ġnub” tfisser fanal li jintuża biex jindika l-preżenza tal-vettura meta wieħed jaraha mill-ġenb.

2.7.25.   “Fanal tas-sewqan binhar” tfisser fanal li jħares f'direzzjoni 'l quddiem li jintuża biex jagħmel il-vettura viżibbli b'mod aktar faċli waqt is-sewqan binhar.

2.7.26.   “Fanal għall-kantunieri” tfisser fanal li jintuża biex tkun ipprovduta illuminazzjoni supplementari tal-parti tat-triq li tinsab qrib ir-rokna ta' quddiem tal-vettura fuq il-ġenb 'il fejn ser iddur il-vettura.

2.7.27.   “Fluss tal-luminożità oġġettiv” tfisser:

(a)

Fil-każ ta' sors tad-dawl:

Il-valur tal-fluss tal-luminożità oġġettiv, tolleranzi mhux inklużi, kif indikat fl-iskeda tad-dejta rilevanti tar-Regolament dwar is-sorsi tad-dawl applikabbli li s-sors tad-dawl ikun ġie approvat skontu;

(b)

Fil-każ ta' modulu LED:

Il-valur tal-fluss tal-luminożità oġġettiv kif indikat fl-ispeċifikazzjoni teknika sottomessa mal-modulu LED għall-approvazzjoni tal-fanal li l-modulu LED hija parti minnu;

2.7.28.   “Sistema adattiva tat-tidwil ta' quddiem” (jew “AFS”) tfisser apparat għat-tidwil approvat għat-tip skont ir-Regolament Nru 123, li jipprovdi raġġi b'karatteristiċi differenti biex iseħħ adattament awtomatiku għal kundizzjonijiet varjabbli tal-użu tar-raġġ baxx (raġġ tal-passaġġ) u, jekk ikun applikabbli, tar-raġġ ewlieni (ir-raġġ tas-sewqan).

2.7.28.1.   “Unità tat-tidwil” tfisser komponent li jarmi d-dawl iddisinjat biex jipprovdi jew jikkontribwixxi għal funzjoni(jiet) tat-tidwil ta' quddiem waħda jew aktar ipprovduta/i mill-AFS.

2.7.28.2.   “Unità ta' installazzjoni” tfisser kisi (qafas tal-fanal) li fih unità tat-tidwil waħda jew aktar.

2.7.28.3.   “Modalità tat-tidwil” jew “modalità” tfisser l-istat ta' funzjoni tat-tidwil ta' quddiem ipprovdut mill-AFS, kif speċifikat mill-manifattur u maħsub biex jiġi adattat għall-kundizzjonijiet speċifiċi tal-vettura u tal-ambjent.

2.7.28.4.   “Kontroll tas-sistema” tfisser dik il-parti jew dawk il-partijiet tal-AFS li tirċievi/jirċievu s-sinjali ta' kontroll tal-AFS mill-vettura u li tikkontrolla t-tħaddim tal-unitajiet tat-tidwil awtomatikament.

2.7.28.5.   “Sinjal ta' kontroll tal-AFS” (V, E, W, T) tfisser l-input lill-AFS skont il-paragrafu 6.22.7.4 ta' dan ir-Regolament.

2.7.28.6.   “Stat newtrali” tfisser l-istat tal-AFS meta tiġi prodotta modalità definita tar-raġġ tal-passaġġ (“raġġ tal-passaġġ bażiku”) tal-klassi C jew tar-raġġ ewlieni fil-kundizzjoni ta' attivazzjoni massima, jekk ikun hemm, u ma japplika l-ebda sinjal ta' kontroll ta' l-AFS.

2.7.28.7.   “Raġġ ewlieni adattiv” tfisser raġġ ewlieni tal-AFS li jadatta d-disinn tar-raġġ tiegħu għall-preżenza ta' vetturi li jkunu ġejjin mid-direzzjoni opposta u ta' vetturi misjuqa quddiemu sabiex titjieb il-viżibilità fit-tul għas-sewwieq mingħajr ma jikkawża l-ebda skonfort, distrazzjoni jew dija lill-utenti l-oħra tat-triq.

2.7.29.   “Fanal tal-korteżija esterjuri” tfisser fanal li jintuża biex jipprovdi dawl supplimentari bħala għajnuna fid-dħul u l-ħruġ tas-sewwieq u l-passiġġier mill-vettura jew biex titgħabba l-vettura;

2.7.30.   “Sistema ta' fanali interdipendenti” tfisser assemblaġġ ta' żewġ jew tliet fanali interdipendenti li jaqdu l-istess funzjoni.

2.7.30.1.   “Fanal interdipendenti mmarkat ‘Y’” tfisser apparat li jaħdem bħala parti mis-sistema ta' fanali interdipendenti il-fanali interdipendenti jaħdmu flimkien meta jiġu attivati, ikollhom superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza u qafas tal-fanali separati, u jistgħu jkollhom sors(i) ta' dawl differenti.

2.7.31.   “Fanal tal-immanuvrar” tfisser fanal li jintuża biex jipprovdi dawl supplimentari fuq il-ġenb tal-vettura, li jkun ta' għajnuna waqt manuvri bil-mod.

2.7.32.   “Fanali mmarkati ‘D’” tfisser fanali indipendenti, approvati bħala apparati separati b'tali mod li jkunu jistgħu jintużaw b'mod indipendenti jew f'assemblaġġ ta' żewġ fanali li jitqiesu bħala “fanal singolu”.

2.8.   “Superfiċe li jitfa' d-dawl” ta' “apparat għat-tidwil”, “apparat għas-sinjalar bid-dawl” jew retroriflettur tfisser is-superfiċe kif iddikjarat fid-disinn inkluż mat-talba għall-approvazzjoni mill-manifattur tal-apparat, ara l-Anness 3 (ara eż il-Partijiet 1 u 4).

Dan għandu jiġi ddikjarat skont waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Fil-każ fejn il-lenti ta' barra tkun ikkuksjata (textured), is-superfiċe li jitfa' d-dawl iddikjarat għandu jkun kompletament jew parzjalment is-superfiċe esterjuri tal-lenti ta' barra;

(b)

Fil-każ fejn il-lenti ta' barra ma tkunx textured, il-lenti ta' barra tista' ma tiġix meqjusa u s-superfiċe li jitfa' d-dawl għandu jiġi ddikjarat fid-disinn, ara l-Anness 3. (ara eż il-Parti 5).

2.8.1.   “Lenti ta' barra textured” jew “Żona tal-lenti ta' barra textured” tfisser il-lenti ta' barra kollha jew parti minnha, iddisinjata biex timmodifika jew tinfluwenza l-propagazzjoni tad-dawl mis-sors(i) tad-dawl, b'tali mod li r-raġġi tad-dawl jiġu ddevjati sew mid-direzzjoni oriġinali tagħhom.

2.9.   “Superfiċe li jdawwal” (ara l-Anness 3);

2.9.1.   “Superfiċe li jdawwal ta' apparat tat-tidwil” (paragrafi 2.7.9, 2.7.10, 2.7.19, 2.7.21 u 2.7.26) tfisser il-projezzjoni ortogonali tal-fetħa kollha tar-riflettur, jew fil-każ tal-fanali ta' quddiem b'riflettur ellissojdali tal-“lenti ta' projezzjoni”, fuq pjan trasversali jekk l-apparat tat-tidwil ma jkollu l-ebda riflettur, għandha tiġi applikata d-definizzjoni tal-paragrafu 2.9.2 jekk is-superfiċe li jitfa' d-dawl tal-fanal jestendi fuq parti biss mill-fetħa kollha tar-riflettur, titqies biss il-projezzjoni ta' dik il-parti.

Fil-każ ta'fanal ta' quddiem b'raġġ baxx, is-superfiċe li jdawwal ikun limitat bit-traċċa apparenti tal-punt ta' waqfien għal fuq il-lenti jekk ir-riflettur u l-lenti jkunu aġġustabbli bejniethom, għandu jintuża l-aġġustament medju.

Fil-każ ta' installazzjoni ta' AFS: meta funzjoni tat-tidwil tiġi prodotta minn żewġ unitajiet tat-tidwil jew aktar li jitħaddmu fl-istess ħin fuq naħa partikolari tal-vettura, is-superfiċji individwali li jdawlu, meħuda kollettivament, jikkostitwixxu s-superfiċe li jdawwal li għandu jitqies (pereżempu, fil-figura tal-paragrafu 6.22.4 ta' hawn taħt, is-superfiċji individwali li jdawlu tal-unitajiet tat-tidwil 8, 9 u 11, meqjusa kollettivament flimkien mal-pożizzjoni rispettiva tagħhom, jikkostitwixxu s-superfiċe li jdawwal li għandu jitqies għan-naħa tal-lemin tal-vettura).

2.9.2.   “Superfiċe li jdawwal ta' apparat għas-sinjaljar bid-dawl li mhux retroriflettur” (paragrafi 2.7.11 sa 2.7.15, 2.7.18, 2.7.20 u 2.7.22 sa 2.7.25) tfisser il-projezzjoni ortogonali tal-fanal fi pjan perpendikulari mal-assi ta' referenza tiegħu u f'kuntatt mas-superfiċe li jitfa' d-dawl esterjuri tal-fanal, b'din il-projezzjoni tkun delimitata mit-truf tal-iskrins li jinsabu f'dan il-pjan, b'kull wieħed jippermetti biss 98 fil-mija tal-intensità tal-luminożità totali tad-dawl li tippersisti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza.

Biex ikunu ddeterminati l-limiti ta' isfel, ta' fuq u dawk laterali tas-superfiċe li jdawwal, għandhom jintużaw biss skrins bi truf orizzontali jew vertikali sabiex jiġu vverifikati d-distanza sat-truf estremi tal-vettura u l-għoli 'l fuq mill-art.

Għal applikazzjonijiet oħra tas-superfiċe li jdawwal, eż id-distanza bejn żewġ fanali jew funzjonijiet, għandha tintuża l-forma tal-periferija ta' dan is-superfiċe li jdawwal. L-iskrins għandhom jibqgħu paralleli, iżda jkunu jistgħu jintużaw orjentazzjonijiet oħra wkoll.

Fil-każ ta' apparat għas-sinjalar bid-dawl, li s-superfiċe li jdawwal tiegħu jagħlaq jew totalment jew parzjalment is-superfiċe li jdawwal ta' funzjoni oħra jew jagħlaq superfiċe mhux imdawwal, is-superfiċe li jdawwal jista' jitqies bħala superfiċe li jitfa' d-dawl huwa stess.(ara eż. l-Anness 3, il-Partijiet 2, 3, 5 u 6).

2.9.3.   “Superfiċe li jdawwal ta' retro-riflettur” (paragrafu 2.7.16) tfisser, kif iddikjarat mill-applikant waqt il-proċedura ta' approvazzjoni tal-komponenti għar-retrorifletturi, il-projezzjoni ortogonali ta' retroriflettur fi pjan perpendikulari mal-assi ta' referenza tiegħu u delimitat mill-pjani ta' biswit il-partijiet iddikjarati l-aktar 'il barra tas-sistema ottika tar-retrorifletturi u parallela ma' dak l-assi għall-finijiet tad-determinazzjoni tat-truf ta' isfel, ta' fuq u dawk laterali tal-apparat, għandhom jitqiesu biss il-pjani orizzontali u vertikali.

2.10.   Is-“superfiċe apparenti” għal direzzjoni ta' osservazzjoni definita tfisser, fuq it-talba tal-manifattur jew tar-rappreżentant tiegħu akkreditat b'mod xieraq, il-projezzjoni ortogonali ta':

 

Jew il-limitu tas-superfiċe li jdawwal ipprojettat fuq is-superfiċe esterjuri tal-lenti;

 

jew is-superfiċe li jitfa' d-dawl;

 

Fil-każ ta' apparat għas-sinjalar bid-dawl li jipproduċi intensitajiet tal-luminożità varjabbli biss, għandu jitqies is-superfiċe apparenti tiegħu li jista' jkun varjabbli kif speċifikat fil-paragrafu 2.7.1.3, fil-kundizzjonijiet kollha permessi mill-kontroll tal-intensità varjabbli, jekk ikun applikabbli.

Fi pjan perpendikulari mad-direzzjoni ta' osservazzjoni u tanġenzjali għall-aktar punt esterjuri tal-lenti. Eżempji differenti tal-applikazzjoni tas-superfiċe apparenti jistgħu jinstabu fl-Anness 3 ta' dan ir-Regolament.

2.11.   “Assi ta' referenza” tfisser l-assi karatteristiku tal-fanal iddeterminat mill-manifattur (tal-fanal) biex jintuża bħala d-direzzjoni ta' referenza (H = 0°, V = 0°) għal angoli ta' kamp għall-kejl fotometriku u biex jiġi installat il-fanal fuq il-vettura;

2.12.   “Ċentru ta' referenza” tfisser l-intersezzjoni tal-assi ta' referenza mas-superfiċe esterjuri li jitfa' d-dawl; dan jiġi speċifikat mill-manifattur tal-fanal.

2.13.   “Angoli ta' viżibilità ġeometrika” tfisser l-angoli li jiddeterminaw il-kamp tal-angolu solidu minimu li fih is-superfiċe apparenti tal-fanal ikun viżibbli. Dak il-kamp tal-angolu solidu jiġi ddeterminat mis-segmenti tal-isfera li ċ-ċentru tagħha jikkoinċidi maċ-ċentru ta' referenza tal-fanal u l-ekwatur ikun parallel mal-art. Dawn is-segmenti jiġu ddeterminati fir-rigward tal-assi ta' referenza. L-angoli orizzontali β jikkorrispondu għal-lonġitudini u l-angoli vertikali α għal-latitudni.

2.14.   “Tarf estrem ta' barra” fuq kull naħa tal-vettura, tfisser il-pjan parrallel mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura u li jmiss it-tarf laterali ta' barra tagħha, mingħajr ma titqies il-projezzjoni:

2.14.1.

Tat-tajers qrib il-punt ta' kuntatt tagħhom mal-art, u tal-konnessjonjiet għall-gauges tal-pressjoni tat-tajers;

2.14.2.

Ta' kwalunkwe apparat kontra ż-żliq immuntat fuq ir-roti;

2.14.3.

Ta' apparati għall-viżjoni indiretta;

2.14.4.

Ta' fanali li jindikaw id-direzzjoni tal-ġnub, ta' fanali li jimmarkaw il-kontorn tat-tarf, ta' fanali tal-pożizzjoni ta' quddiem u ta' wara, ta' fanali tal-parking, ta' retrorifletturi u ta' fanali li jimmarkaw il-ġnub.

2.14.5.

Ta' siġilli tad-dwana mwaħħla mal-vettura, u ta' apparati biex ikunu żgurati u protetti siġilli ta' din ix-xorta.

2.14.6.

Ta' sistemi tat-tidwil tal-bieba tas-servizz fuq il-vetturi tal-kategoriji M2 u M3 kif speċifikat fil-paragrafu 2.7.

2.15.   “Dimensjonijiet totali” tfisser id-distanza bejn iż-żewġ pjani vertikali ddefiniti fil-paragrafu 2.14 ta' hawn fuq.

2.15.1.   “Wisa' totali” tfisser id-distanza bejn iż-żewġ pjani vertikali ddefiniti fil-paragrafu 2.14 ta' hawn fuq.

2.15.2.   “Tul totali” tfisser id-distanza bejn iż-żewġ pjani vertikali perpendikolari mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura u li jmissu t-tarf ta' barra tagħha fuq quddiem u wara, irrispettivament mill-projezzjoni:

(a)

Ta' apparati għall-viżjoni indiretta;

(b)

Ta' fanali li jimmarkaw il-kontorn tat-tarf;

(c)

Ta' apparati tal-agganċ, fil-każ ta' vetturi motorizzati.

Għal trejlers fit-“tul totali” u fi kwalunkwe kejl fit-tul, iż-żbarra tal-irmonk għandha tiġi inkluża, ħlief meta tkun speċifikament eskluża.

2.16.   “Fanali singoli u multipli”

2.16.1.   “Fanal singolu” tfisser:

(a)

Apparat jew parti minn apparat li jkollu funzjoni waħda ta' tidwil jew ta' sinjalar bid-dawl, sors tad-dawl wieħed jew aktar u superfiċe apparenti wieħed fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza, li jista' jkun superfiċe kontinwu jew magħmul minn żewġ partijiet distinti jew aktar; jew

(b)

Kwalunkwe assemblaġġ ta' żewġ fanali mmarkati “D”, kemm jekk ikunu identiċi u kemm jekk le, li jkollhom l-istess funzjoni; jew

(c)

Kwalunkwe assemblaġġ ta' żewġ retrorifletturi indipendenti, kemm jekk ikunu identiċi u kemm jekk le, li jkunu ġew approvati separatament; jew

(d)

Kwalunkwe sistema ta' fanali interdipendenti magħmula minn żewġ jew tliet fanali interdipendenti mmarkati “Y” approvati flimkien u li jaqdu l-istess funzjoni.

2.16.2.   “Żewġ fanali” jew “numru biż-żewġ ta' fanali” fil-forma ta' faxxa jew strixxa, tfisser żewġ fanali b'superfiċe jitfa' d-dawl wieħed, sakemm din il-faxxa jew strixxa titqiegħed b'mod simmetriku fir-rigward tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

2.17.   “Distanza bejn żewġ fanali” li jiffaċċjaw fl-istess direzzjoni tfisser l-iqsar distanza bejn iż-żewġ superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza meta d-distanza bejn il-fanali tissodisfa b'mod ċar ir-rekwiżiti tar-Regolament, ma hemmx għalfejn jiġu ddeterminati t-truf eżatti tas-superfiċji apparenti.

2.18.   “Indikatur ta' funzjonament” tfisser sinjal viżwali jew tas-smigħ (jew kwalunkwe sinjal ekwivalenti) li jindika li apparat ikun inxtegħel u qed jaħdem sew jew le.

2.19.   “Indikatur b'ċirkwit magħluq” tfisser sinjal viżwali (jew kwalunkwe sinjal ekwivalenti) li jindika li apparat inxtegħel, imma li ma jindikax jekk hux qed jaħdem sew jew le.

2.20.   “Fanal fakultattiv” tfisser fanal, li l-installazzjoni tiegħu titħalla għad-diskrezzjoni tal-manifattur.

2.21.   “Art” tfisser is-superfiċe li fuqu tinsab wieqfa l-vettura, li għandu jkun sostanzjalment orizzontali.

2.22.   “Komponenti li jiċċaqilqu” tal-vettura tfisser dawk il-panils tal-karozzerija jew partijiet oħra tal-vettura li l-pożizzjoni(jiet) tagħhom tista'/jistgħu titbiddel/jitbiddlu billi jiġu inklinati, jiddawru jew jiġu mżerżqa mingħajr ma jintużaw għodod ma jinkludux kabini tas-sewwieqa tat-trakkijiet li jistgħu jiġu inklinati.

2.23.   “Pożizzjoni normali ta' użu ta' komponent li jiċċaqlaq” tfisser il-pożizzjoni(jiet) ta' komponent li jiċċaqlaq speċifikata/i mill-manifattur tal-vettura għall-kundizzjoni ta' użu normali u għall-kundizzjoni tal-parking tal-vettura.

2.24.   “Kundizzjoni ta'użu normali ta' vettura” tfisser:

2.24.1.

Għal vettura motorizzata, meta l-vettura tkun lesta biex tiċċaqlaq bil-magna ta' propulsjoni tagħha qed taħdem u bil-komponenti li jiċċaqilqu tagħha fil-pożizzjoni(jiet) normali kif definit fil-paragrafu 2.23;

2.24.2.

U għal trejler, meta t-trejler ikun konness ma' vettura motorizzata li tiġbed fil-kundizzjonijiet kif previst fil-paragrafu 2.24.1 u bil-komponenti li jiċċaqilqu tiegħu jkunu f'pożizzjoni(jiet) normali kif definit fil-paragrafu 2.23.

2.25.   “Kundizzjoni tal-parking ta' vettura” tfisser:

2.25.1

Għal vettura motorizzata, meta l-vettura tkun wieqfa u l-manga ta' propulsjoni tagħha ma tkunx qed taħdem u l-komponenti li jiċċaqilqu tagħha jkunu fil-pożizzjoni(jiet) normali kif definit fil-paragrafu 2.23;

2.25.2.

U għal trejler, meta t-trejler ikun konness ma' vettura motorizzata li tiġbed fil-kundizzjoni kif deskritt fil-paragrafu 2.25.1 u bil-komponenti li jiċċaqilqu tiegħu jkunu f'pożizzjoni(jiet) normali kif definit fil-paragrafu 2.23.

2.26.   “Tidwil għal-liwi” tfisser funzjoni ta' tidwil biex tipprovdi dawl aħjar fil-liwi.

2.27.   “Par” tfisser is-sett ta' fanali tal-istess funzjoni fuq in-naħa tax-xellug u fuq in-naħa tal-lemin tal-vettura.

2.27.1.   “Par imqabbel” tfisser is-sett ta' fanali tal-istess funzjoni fuq in-naħa tax-xellug u fuq in-naħa tal-lemin tal-vettura, li, bħala par, jikkonforma mar-rekwiżiti fotometriċi.

2.28.   “Sinjal ta' waqfien ta' emerġenza” tfisser sinjal li jindika lill-utenti l-oħra tat-triq fuq wara tal-vettura li ġiet applikata forza ta' bbrejkjar qawwija lill-vettura relattivament għall-kundizzjonijiet prevalenti tat-triq.

2.29.   Il-kulur tad-dawl mormi minn apparat

2.29.1.   “Abjad” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y) (4) tad-dawl mormi li jinsabu fiż-żona ta' kromatiċìtà definita mil-limiti:

W12

limitu lejn l-aħdar

y = 0,150 + 0,640 x

W23

limitu lejn l-aħdar safrani

y = 0,440

W34

limitu lejn l-isfar

x = 0,500

W45

limitu lejn il-vjola fl-aħmar

y = 0,382

W56

limitu lejn il-vjola

y = 0,050 + 0,750 x

W61

limitu lejn il-blu

x = 0,310

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

W1

0,310

0,348

W2

0,453

0,440

W3

0,500

0,440

W4

0,500

0,382

W5

0,443

0,382

W6

0,310

0,283

2.29.2.   “Isfar selettiv” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y) (5) tad-dawl mormi li jinsabu fiż-żona ta' kromatiċìtà definita mil-limiti:

SY12

limitu lejn l-aħdar

y = 1,290 x – 0,100

SY23

il-lokus spettrali

 

SY34

limitu lejn l-aħmar

y = 0,138 + 0,580 x

SY45

limitu lejn l-abjad fl-isfar

y = 0,440

SY51

limitu lejn l-abjad

y = 0,940 – x

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

SY1

0,454

0,486

SY2

0,480

0,519

SY3

0,545

0,454

SY4

0,521

0,440

SY5

0,500

0,440

2.29.3.   “Ambra” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y) (5) tad-dawl mormi li jinsabu fiż-żona ta' kromatiċìtà definita mil-limiti:

A12

limitu lejn l-aħdar

y = x – 0,120

A23

il-lokus spettrali

 

A34

limitu lejn l-aħmar

y = 0,390

A41

limitu lejn l-abjad

y = 0,790 – 0,670 x

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

A1

0,545

0,425

A2

0,560

0,440

A3

0,609

0,390

A4

0,597

0,390

2.29.4.   “Aħmar” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y) (5) tad-dawl mormi li jinsabu fiż-żona ta' kromatiċìtà definita mil-limiti:

R12

limitu lejn l-isfar

y = 0,335

R23

il-lokus spettrali

 

R34

il-linja vjola

(l-estensjoni lineari tagħha fil-firxa ta' kuluri vjola bejn l-estremitajiet ħomor u blu tal-lokus spettrali).

R41

limitu lejn il-vjola:

y = 0,980 – x

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

R1

0,645

0,335

R2

0,665

0,335

R3

0,735

0,265

R4

0,721

0,259

2.30.   Il-Kulur Billejl tad-dawl retrorifless minn apparat eskluż it-tajers retroriflessivi skont ir-Regolament Nru 88

2.30.1.   “Abjad” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y) (6) tad-dawl rifless li jinsabu fiż-żona ta' kromatiċìtà definita mil-limiti:

W12

limitu lejn il-blu:

y = 0,843 – 1,182 x

W23

limitu lejn il-vjola

y = 0,489 x + 0,146

W34

limitu lejn l-isfar

y = 0,968 – 1,010 x

W41

limitu lejn l-aħdar

y = 1,442 x – 0,136

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

W1

0,373

0,402

W2

0,417

0,350

W3

0,548

0,414

W4

0,450

0,513

2.30.2.   “Isfar” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y) (6) tad-dawl rifless li jinsabu fiż-żona ta' kromatiċìtà definita mil-limiti:

Y12

limitu lejn l-aħdar

y = x – 0,040

Y23

il-lokus spettrali

 

Y34

limitu lejn l-aħmar

y = 0,200 x + 0,268

Y41

limitu lejn l-abjad

y = 0,970 – x

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

Y1

0,505

0,465

Y2

0,520

0,480

Y3

0,610

0,390

Y4

0,585

0,385

2.30.3.   “Ambra” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y) (7) tad-dawl rifless li jinsabu fiż-żona ta' kromatiċìtà definita mil-limiti:

A12

limitu lejn l-aħdar

y = 1,417 x – 0,347

A23

il-lokus spettrali

 

A34

limitu lejn l-aħmar

y = 0,390

A41

limitu lejn l-abjad

y = 0,790 – 0,670 x

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

A1

0,545

0,425

A2

0,557

0,442

A3

0,609

0,390

A4

0,597

0,390

2.30.4.   “Aħmar” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y) (7) tad-dawl rifless li jinsabu fiż-żona ta' kromatiċìtà definita mil-limiti:

R12

limitu lejn l-isfar

y = 0,335

R23

il-lokus spettrali

 

R34

il-linja vjola

 

R41

limitu lejn il-vjola

y = 0,978 – x

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

R1

0,643

0,335

R2

0,665

0,335

R3

0,735

0,265

R4

0,720

0,258

2.31.   Il-Kulur Binhar tad-dawl rifless minn apparat

2.31.1.   “Abjad” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y) (7) tad-dawl rifless li jinsabu fiż-żona ta' kromatiċìtà definita mil-limiti:

W12

limitu lejn il-vjola

y = x – 0,030

W23

limitu lejn l-isfar

y = 0,740 – x

W34

limitu lejn l-aħdar

y = x + 0,050

W41

limitu lejn il-blu

y = 0,570 – x

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

W1

0,300

0,270

W2

0,385

0,355

W3

0,345

0,395

W4

0,260

0,310

2.31.2.   “Isfar” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y) (8) tad-dawl rifless li jinsabu fiż-żona ta' kromatiċìtà definita mil-limiti:

Y12

limitu lejn l-aħmar

y = 0,534 x + 0,163

Y23

limitu lejn l-abjad

y = 0,910 – x

Y34

limitu lejn l-aħdar

y = 1,342 x – 0,090

Y41

il-lokus spettrali

 

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

Y1

0,545

0,454

Y2

0,487

0,423

Y3

0,427

0,483

Y4

0,465

0,534

2.31.3.   “Aħmar” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y) (8) tad-dawl rifless li jinsabu fiż-żona ta' kromatiċìtà definita mil-limiti:

R12

limitu lejn l-aħmar

y = 0,346 – 0,053 x

R23

limitu lejn il-vjola

y = 0,910 – x

R34

limitu lejn l-isfar

y = 0,350

R41

il-lokus spettrali

 

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

R1

0,690

0,310

R2

0,595

0,315

R3

0,560

0,350

R4

0,650

0,350

2.32.   Il-Kulur Binhar tal-apparat fluworexxenti

2.32.1.   “Aħmar” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y) (9) tad-dawl rifless li jinsabu fiż-żona ta' kromatiċìtà definita mil-limiti:

FR12

limitu lejn l-aħmar

y = 0,346 – 0,053 x

FR23

limitu lejn il-vjola

y = 0,910 – x

FR34

limitu lejn l-isfar

y = 0,315 + 0,047 x

FR41

il-lokus spettrali

 

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

FR1

0,690

0,310

FR2

0,595

0,315

FR3

0,569

0,341

FR4

0,655

0,345

2.33.   “Sinjal tat-twissija ta' periklu ta' ħabta fuq wara (RECAS)” tfisser sinjal awtomatiku mogħti mill-vettura ta' quddiem lill-vettura ta' warajha. Dan is-sinjal iwissi lill-vettura ta' wara li jeħtieġ tieħu azzjoni b'urġenza biex ma jkunx hemm ħabta.

2.34.   “Sistema gonjo(foto)metrika (jekk mhux speċifikat mod ieħor f'xi Regolament partikolari)” tfisser sistema użata għall-kejl fotometriku speċifikat permezz tal-koordinati angolari fi gradi fuq sfera b'assi polari vertikali skont il-pubblikazzjoni tas-CIE Nru 70, Vienna 1987, jiġifieri li tikkorrispondi għal sistema gonjo(foto)metrika b'assi orizzontali (“ta' elevazzjoni”) fiss mal-art u assi ieħor, mobbli (“ta' rotazzjoni”) u perpendikolari mal-assi fiss (ara l-Anness 14 ta' dan ir-Regolament). Nota: Il-pubblikazzjoni tas-CIE msemmija hawn fuq tispeċifika proċedura għall-korrezzjoni tal-koordinati angolari fil-każ fejn tintuża sistema gonjo(foto)metrika alternattiva.

2.35.   “Pjan H” tfisser il-pjan orizzontali li fih ikun hemm iċ-ċentru ta' referenza tal-fanal.

2.36.   “Attivazzjoni sekwenzjali” tfisser konnessjoni elettrika fejn is-sorsi tad-dawl individwali ta' fanal ikunu wajers li jiġu attivati f'sekwenza predeterminata.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' tip ta' vettura fir-rigward tal-installazzjoni tal-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl tagħha għandhom jiġu sottomessi mill-manifattur jew mir-rappreżentant tiegħu akkreditat b'mod xieraq.

3.2.   Din l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti u partikolaritajiet li ġejjin:

3.2.1.

Deskrizzjoni tat-tip ta' vettura rigward il-punti msemmija fil-paragrafi 2.2.1 sa 2.2.4 ta' hawn fuq, flimkien mar-restrizzjonjiet dwar it-tagħbija, b'mod partikolari t-tagħbija massima permissibbli fil-bagoll;

3.2.2.

Lista tal-apparati preskritti mill-manifattur għall-assemblaġġ tat-tidwil u tas-sinjalar bid-dawl il-lista tista' tinkludi diversi tipi ta' apparat għal kull operazzjoni. Kull tip għandu jiġi identifikat b'mod xieraq (komponent, marka tal-approvazzjoni tat-tip, isem il-manifattur, eċċ.), u minbarra dan, għal kull funzjoni, il-lista tista' tinkludi l-annotazzjoni addizzjonali “jew apparati ekwivalenti”;

3.2.3.

Disinn ta' kif inhu mqassam l-apparat għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl kollu, fejn tintwera l-pożizzjoni tad-diversi apparati fuq il-vettura;

3.2.4.

Jekk ikun meħtieġ, sabiex tiġi verifikata l-konformità tal-preskrizzjonijiet tar-Regolament preżenti, disinn/disinji ta' kif inhu mfassal kull fanal individwali fejn jintwera s-superfiċe li jdawwal kif definit fil-paragrafu 2.9, is-superfiċe li jitfa' d-dawl kif definit fil-pargrafu 2.8, l-assi ta' referenza kif definit fil-paragrafu 2.11 u ċ-ċentru ta' referenza kif definit fil-paragrafu 2.12. Din l-informazzjoni mhijiex meħtieġa fil-każ tal-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara (paragrafu 2.7.13);

3.2.5.

L-applikazzjoni għandha tinkludi dikjarazzjoni tal-metodu li jintuża għad-definizzjoni tas-superfiċe apparenti (ara l-paragrafu 2.10).

3.2.6.

Meta titwaħħal AFS fuq il-vettura, l-applikant għandu jippreżenta deskrizzjoni dettaljata li tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

3.2.6.1.

Il-funzjonijiet u l-modalitajiet tat-tidwil li għalihom ġiet approvata l-AFS;

3.2.6.2.

Is-sinjali ta' kontroll tal-AFS relatati u l-karatteristiċi tekniċi tagħhom kif definiti skont l-Anness 10 tar-Regolament Nru 123;

3.2.6.3.

Id-dispożizzjonijiet li jiġu applikati biex il-funzjonijiet u l-modalitajiet tat-tidwil ta' quddiem jiġu adattati awtomatikament skont il-paragrafu 6.22.7.4 ta' dan ir-Regolament;

3.2.6.4.

Struzzjonijiet speċjali, jekk ikun hemm, għall-ispezzjoni tas-sorsi tad-dawl u għall-osservazzjoni viżwali tar-raġġ;

3.2.6.5.

Id-dokumenti skont il-paragrafu 6.22.9.2 ta' dan ir-Regolament;

3.2.6.6.

Il-fanali li jkunu raggruppati jew ikkombinati ma' jew inkorporati reċiprokament fl-AFS;

3.2.6.7.

L-unitajiet tat-tidwil li huma ddisinjati sabiex ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 6.22.5 ta' dan ir-Regolament.

3.2.7.

Għal vetturi tal-kategoriji M u N, deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet tal-provvista tal-elettriku għall-apparati indikati fil-paragrafi 2.7.9, 2.7.10, 2.7.12, 2.7.14 u 2.7.15 ta' hawn fuq, inkluż, jekk ikun il-każ, informazzjoni dwar provvista speċjali tal-elettriku/apparat elettroniku ta' kontroll tas-sors tad-dawl jew kontroll tal-intensità varjabbli.

3.3.   Vettura mhux mgħobbija mgħammra b'sett komplut ta' apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl, kif preskritt fil-paragrafu 3.2.2 ta' hawn fuq, li tkun rappreżentattiva tat-tip ta' vettura li għandu jiġi approvat għandha tiġi sottomessa lis-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni.

3.4.   Id-dokument provdut fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament għandu jiġi mehmuż mad-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.   Jekk it-tip ta' vettura mressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament fir-rigward tal-apparati kollha speċifikati fil-lista, l-approvazzjoni għal dak it-tip ta' vettura għandha tingħata.

4.2.   Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 06 li jikkorrispondi għas-serje ta' emendi 06) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi l-aktar reċenti u importanti magħmula għar-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja dan in-numru lil tip ieħor ta' vettura jew lill-istess tip ta' vettura ppreżentata b'apparat li mhux speċifikat fil-lista msemmija fil-paragrafu 3.2.2 ta' hawn fuq, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7 ta' dan ir-Regolament.

4.3.   Notifika tal-approvazzjoni jew ta' estensjoni jew ta' rifjut ta' approvazzjoni jew ta' produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta' tip/parti ta' vettura skont dan ir-Regolament għandha tiġi komunikata lill-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

4.4.   Ma' kull vettura li tikkonforma ma' tip tal-vettura approvat skont dan ir-Regolament, b'mod li jolqot l-għajn (kospikwu) u f'post faċilment aċċessibbli kif speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali magħmula minn:

4.4.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (10);

4.4.2.

In-numru ta' dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.5.   Jekk il-vettura tkun konformi ma' tip ta' vettura approvat, skont Regolament wieħed jew aktar annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1 ma għandux għalfejn jiġi ripetut; f'każ bħal dan, ir-Regolament u n-numri tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f'kolonni vertikali fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.6.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista' tinqara b'mod ċar u ma tkunx tista' titħassar.

4.7.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta' jew fuq il-pjanċa tad-dejta tal-vettura mwaħħla mill-manifattur.

4.8.   L-Anness 2 ta' dan ir-Regolament jagħti l-eżempji ta' arranġamenti ta' marki tal-approvazzjoni.

5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

5.1.   L-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl għandhom ikunu mwaħħla b'tali mod li f'kundizzjonijiet normali ta' użu, kif definiti fil-paragrafi 2.24, 2.24.1 u 2.24.2, u minkejja kwalunkwe vibrazzjoni li jistgħu jkunu soġġetti għaliha, iżommu l-karatteristiċi previsti f'dan ir-Regolament u jippermettu li l-vettura tkun konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. B'mod partikolari, ma għandux ikun possibbli li l-fanali jiġu aġġustati ħażin b'mod involontarju.

5.2.   Il-fanali li jdawlu deskritti fil-paragrafi 2.7.9, 2.7.10 u 2.7.19, għandhom jiġu installati b'tali mod li l-aġġustament korrett tal-orjentazzjoni tagħhom ikun jista' jitwettaq faċilment.

5.2.1.   Fil-każ ta' fanali ta' quddiem mgħammra b'mezzi li jipprevjenu l-iskonfort lil utenti oħra tat-triq f'pajjiż fejn it-traffiku jgħaddi fuq in-naħa tat-triq opposta għal dak tal-pajjiż li għalih ġie ddisinjat il-fanal ta' quddiem, dawn il-miżuri għandhom jinkisbu awtomatikament jew mill-utent tal-vettura bil-vettura pparkjata mingħajr il-bżonn ta' għodod speċjali (minbarra dawk ipprovduti mal-vettura (11)) għandhom jingħataw struzzjonijiet dettaljati mill-manifattur tal-vettura mal-vettura.

5.3.   Għall-apparati kollha għas-sinjalar bid-dawl, inklużi dawk immuntati fuq il-panils tal-ġenb, l-assi ta' referenza tal-fanal meta mwaħħal fuq il-vettura għandu jkun parallel mal-pjan tal-irfid tal-vettura fit-triq; barra minn hekk, għandu jkun perpendikulari mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura fil-każ tar-retrorifletturi tal-ġenb u tal-fanali li jimmarkaw il-ġnub u parallel ma' dak il-pjan fil-każ tal-apparati għas-sinjalar l-oħra kollha f'kull direzzjoni, għandha titħalla tolleranza ta' ± 3°. Barra minn hekk, għandha tinżamm il-konformità ma' kwalunkwe struzzjoni speċifika rigward l-installazzjoni kif stabbilita mill-manifattur.

5.4.   Fin-nuqqas ta' struzzjonijiet speċifiċi, l-għoli u l-orjentazzjoni tal-fanali għandhom jiġu verifikati meta l-vettura ma tkunx mgħobbija u meta tkun fuq superfiċe ċatt u orizzontali fil-kundizzjoni definita fil-paragrafi 2.24, 2.24.1 u 2.24.2 u, fil-każ fejn tiġi installata AFS, bis-sistema fl-istat newtrali tagħha.

5.5.   Fin-nuqqas ta' struzzjonijiet speċifiċi, il-fanali li jikkostitwixxu par għandhom:

5.5.1.

Jitwaħħlu fuq il-vettura b'mod simmetriku fir-rigward tal-pjan medjan lonġitudinali (dan il-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq il-forma ġeometrika esterjuri tal-fanal u mhux fuq it-tarf tas-superfiċe li jdawwal imsemmi fil-paragrafu 2.9);

5.5.2.

Ikunu simmetriċi bejniethom fir-rigward tal-pjan medjan lonġitudinali; dan ir-rekwiżit mhux validu fir-rigward tal-istruttura interjuri tal-fanal;

5.5.3.

Jissodisfaw l-istess rekwiżiti kolorimetriċi u jkollhom karatteristiċi fotometriċi sostanzjalment identiċi. Dan ma għandux japplika f'każ ta' par imqabbel ta' fanali għaċ-ċpar ta' quddiem tal-Klassi F3.

5.5.4.

Ikollhom karatteristiċi fotometriċi sostanzjalment identiċi.

5.6.   Fuq vetturi li l-forma esterna tagħhom tkun assimmetrika, ir-rekwiżiti ta' hawn fuq għandhom jiġu ssodisfati safejn ikun possibbli.

5.7   Fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament jew fanali singoli

5.7.1.   Il-fanali jistgħu jkunu raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament wieħed mal-ieħor sakemm ir-rekwiżiti kollha fir-rigward tal-kulur, tal-pożizzjoni, tal-orjentazzjoni, tal-viżibilità ġeometrika u tal-konnessjonijiet elettriċi kif ukoll rekwiżiti oħra, jekk ikun hemm, jiġu ssodisfati.

5.7.1.1.   Ir-rekwiżiti fotometriċi u kolorimetriċi ta' fanal għandhom jiġu ssodisfati meta l-funzjonijiet l-oħra kollha li dan il-fanal ikun raggruppat, ikkombinat jew reċiprokament inkorporat magħhom ikunu MITFIJA.

Madankollu, meta fanal tal-pożizzjoni ta' quddiem jew ta' wara jkun inkorporat reċiprokament ma' funzjoni waħda oħra jew iktar li tista' tiġi attivata flimkien miegħu, ir-rekwiżiti dwar il-kulur ta' kull waħda minn dawn il-funzjonijiet l-oħra għandhom jiġu ssodisfati meta l-funzjoni(jiet) inkorporata(i) reċiprokament u l-fanal tal-pożizzjoni ta' quddiem jew ta' wara jkunu MIXGĦULA.

5.7.1.2.   Il-fanali tal-waqfien u l-fanali li jindikaw id-direzzjoni ma jistgħux ikunu inkorporati reċiprokament.

5.7.1.3.   Meta fanali tal-waqfien u fanali li jindikaw id-direzzjoni jiġu raggruppati, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

5.7.1.3.1.

Kwalunkwe linja dritta orizzontali jew vertikali li tgħaddi mill-projezzjonjiet tas-superfiċji apparenti ta' dawn il-funzjonijiet fuq pjan perpendikulari mal-assi ta' referenza, ma għandhiex taqsam aktar minn żewġ linji ta' demarkazzjoni li jisseparaw żoni biswit xulxin ta' kulur differenti;

5.7.1.3.2.

Ma għandux ikun hemm soprapożizzjoni tas-superfiċji apparenti tagħhom fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza, abbażi taż-żoni delimitati mill-kontorn tas-superfiċji tagħhom li jitfgħu d-dawl.

5.7.2.   Fanali singoli

5.7.2.1.   Il-fanali singoli kif definiti fil-paragrafu 2.16.1(a), magħmula minn żewġ partijiet jew aktar distinti, għandhom jiġu installati b'tali mod li:

(a)

Jew l-erja totali tal-projezzjoni tal-partijiet distinti fuq pjan tanġenzjali mas-superfiċe esterjuri tal-lenti ta' barra u perpendikulari mal-assi ta' referenza tkun tokkupa mhux inqas minn 60 fil-mija tal-iżgħar figura kwadrilaterali li tiċċirkoskrivi l-projezzjoni msemmija; jew

(b)

Id-distanza minima bejn it-truf opposti ta' partijiet distinti biswit xulxin/tanġenzjali ma tkunx aktar minn 75 mm meta mkejla b'mod perpendikulari mal-assi ta' referenza.

Dawn ir-rekwiżiti ma għandhomx japplikaw fil-każ ta' retroriflettur singolu.

5.7.2.2.   Fanali singoli kif definiti fil-paragrafu 2.16.1(b) jew (c), magħmula minn żewġ fanali mmarkati “D” jew żewġ retrorifletturi indipendenti, għandhom jiġu installati b'tali mod li:

(a)

Jew il-projezzjoni tas-superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza taż-żewġ fanali jew retrorifletturi tkun tokkupa mhux inqas minn 60 fil-mija tal-iżgħar figura kwadrilaterali li tiċċirkoskrivi l-projezzjonijiet tal-imsemmija superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza; jew

(b)

Id-distanza minima bejn it-truf opposti tas-superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza ta' żewġ fanali jew żewġ retrorifletturi indipendenti ma tkunx aktar minn 75 mm meta mkejla b'mod perpendikulari mal-assi ta' referenza.

5.7.2.3.   Fanali singoli kif definiti fil-paragrafu 2.16.1(d) għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.7.2.1.

Meta żewġ fanali jew iktar u/jew żewġ superfiċji apparenti separati jew aktar ikunu inklużi fl-istess qafas tal-fanal u/jew ikollhom lenti ta' barra komuni, dawn ma għandhomx jitqiesu bħala sistema ta' fanali interdipendenti.

Madankollu, fanal li jkollu forma ta' faxxa jew strixxa jista' jkun parti minn sistema ta' fanali interdipendenti.

5.7.2.4.   Żewġ fanali jew numru biż-żewġ ta' fanali li jkollhom forma ta' faxxa jew strixxa għandhom jitqiegħdu b'mod simmetriku fir-rigward tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, u jestendu fuq iż-żewġ naħat sa mill-inqas 0,4 m mit-tarf estrem ta' barra tal-vettura, u ma jkunux itwal minn 0,8 m; id-dawl ta' dan is-superfiċe għandu jkun provdut minn tal-anqas żewġ sorsi tad-dawl li jkunu kemm jista' jkun viċin it-truf tiegħu; is-superfiċe li jitfa' d-dawl jista' jkun magħmul minn numru ta' elementi mpoġġija maġenb xulxin bil-kundizzjoni li dawn is-superfiċji individwali li jitfgħu d-dawl, meta jiġu projettati fuq pjan trasversali, jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.7.2.1.

5.8.   L-għoli massimu 'l fuq mill-art għandu jitkejjel mill-ogħla punt u l-għoli minimu mill-aktar punt baxx tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza.

Meta l-għoli (massimu u minimu) 'il fuq mill-art jissodisfa b'mod ċar ir-rekwiżiti tar-Regolament, ma jkunx hemm għalfejn jiġu ddeterminati t-truf eżatti ta' ebda superfiċe.

5.8.1.   Sabiex jiċċekknu l-angoli ta' viżibilità ġeometrika, il-pożizzjoni tal-fanal rigward l-għoli 'l fuq mill-art, għandha titkejjel mill-pjan H.

5.8.2.   Fil-każ ta' fanal ta' quddiem b'raġġ baxx, l-għoli minimu 'l fuq mill-art jitkejjel mill-aktar punt baxx tal-ħruġ effettiv tas-sistema ottika (eż. riflettur, lenti, lenti ta' projezzjoni) indipendentement mill-użu tiegħu.

5.8.3.   Il-pożizzjoni, fir-rigward tal-wisa', tiġi ddeterminata mit-tarf tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza li jkun l-aktar 'il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura b'referenza għall-wisa' totali, u mit-truf ta' ġewwa tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza b'referenza għad-distanza bejn il-fanali.

Meta l-pożizzjoni, fir-rigward tal-wisa', tissodisfa b'mod ċar ir-rekwiżiti tar-Regolament, ma jkunx hemm għalfejn jiġu ddeterminati t-truf eżatti ta' ebda superfiċe.

5.9.   Fin-nuqqas ta' struzzjonijiet speċifiċi, matul il-perjodu ta' attivazzjoni tal-fanal, il-karatteristiċi fotometriċi (eż. l-intensità, il-kulur, is-superfiċe apparenti, eċċ.) tal-fanal ma għandhomx jiġu varjati apposta.

5.9.1.   Il-fanali li jindikaw id-direzzjoni, is-sinjal ta' twissija ta' periklu mill-vettura, il-fanali ambra li jimmarkaw il-ġnub li jkunu konformi mal-paragrafu 6.18.7 ta' hawn taħt, u s-sinjal ta' waqfien ta' emerġenza għandhom ikunu fanali li jteptpu.

5.9.2.   Il-karatteristiċi fotometriċi ta' kwalunkwe fanal jistgħu jvarjaw:

(a)

Skont id-dawl ambjentali;

(b)

B'konsegwenza tal-attivazzjoni ta' fanali oħra; jew

(c)

Meta l-fanali jkunu qed jintużaw biex jipprovdu funzjoni tat-tidwil oħra;

sakemm kwalunkwe varjazzjoni fil-karatteristiċi fotometriċi tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tekniċi għall-fanal ikkonċernat.

5.9.3.   Il-karatteristiċi fotometriċi ta' fanal li jindika d-direzzjoni tal-kategoriji 1, 1a, 1b, 2a jew 2b jistgħu jiġu varjati waqt it-teptip permezz ta' attivazzjoni sekwenzjali ta' sorsi tad-dawl kif speċifikat fil-paragrafu 5.6 tar-Regolament Nru 6.

Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika meta l-fanali li jindikaw id-direzzjoni tal-kategoriji 2a u 2b jiġu operati bħala sinjal ta' waqfien ta' emerġenza skont il-paragrafu 6.23.1 ta' dan ir-Regolament.

5.10.   Il-fanal ma għandu jitfa l-ebda dawl aħmar f'direzzjoni 'l quddiem li jista' jagħti lok għal konfużjoni, kif definit fil-paragrafu 2.7, u ma għandu jitfa l-ebda dawl abjad f'direzzjoni lura li jista' jagħti lok għal konfużjoni, kif definit fil-paragrafu 2.7. L-apparati tat-tidwil imwaħħla għat-tidwil interjuri tal-vettura ma għandhomx jitqiesu f'każ ta' dubju, dan ir-rekwiżit għandu jiġi verifikat kif ġej:

5.10.1.

Għall-viżibilità tad-dawl aħmar lejn il-parti ta' quddiem ta' vettura, bl-eċċezzjoni tal-fanal aħmar li jimmarka l-ġnub fuq wara nett, għal osservatur li jkun fiż-Żona 1 indikata fl-Anness 4 l-ebda superfiċe apparenti ta' fanal aħmar ma għandu jkun direttament viżibbli;

5.10.2.

Għall-viżibilità ta' dawl abjad lejn il-parti ta' wara tal-vettura, bl-eċċezzjoni tal-fanali tar-reverse u l-immarkar kospikwu abjad imwaħħal fuq il-vettura, għal osservatur li jkun fiż-Żona 2 fi pjan trasversali li jkun 25 m wara l-vettura (ara l-Anness 4), l-ebda superfiċe apparenti ta' fanal abjad ma għandu jkun direttament viżibbli;

5.10.3.

Fil-pjani rispettivi tagħhom, iż-żoni 1 u 2 esplorati minn għajn l-osservatur huma limitati:

5.10.3.1.

Fl-għoli, minn żewġ pjani orizzontali rispettivament 1 m u 2.2 m'il fuq mill-art;

5.10.3.2.

Fil-wisa', minn żewġ pjani vertikali li, 'il quddiem u lura rispettivament jiffurmaw angolu ta' 15° 'il barra mill-pjan mejdan lonġitudinali tal-vettura, jgħaddu mill-punt jew mill-punti ta' kuntatt ta' pjani vertikali paralleli mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura li jiddelimita l-wisa' totali tal-vettura; jekk ikun hemm diversi punti ta' kuntatt, l-aktar punt 'il quddiem għandu jikkorrispondi mal-pjan ta' quddiem u l-aktar punt lura mal-pjan ta' wara.

5.11.   Il-konnessjonjiet elettriċi għandhom ikunu tali li l-fanali ta' pożizzjoni ta' quddiem u ta' wara, il-fanali li jimmarkaw il-kontorn tat-tarf, jekk hemm, il-fanali li jimmarkaw il-ġnub, jekk hemm, u l-fanal tal-pjanċa ta' reġistrazzjoni ta' wara jistgħu jiġu MIXGĦULA u MITFIJA fl-istess ħin biss.

5.11.1.   Din il-kundizzjoni ma tapplikax:

5.11.1.1.

Meta l-fanali tal-pożizzjoni ta' quddiem u ta' wara jkunu MIXGĦULA, kif ukoll il-fanali li jimmarkaw il-ġnub meta kkombinati jew inkorporati reċiprokament mal-fanali imsemmija, bħala fanali tal-parking; jew

5.11.1.2.

Meta l-fanali li jimmarkaw il-ġnub iteptpu fl-istess ħin bħall-fanali li jindikaw id-direzzjoni; jew

5.11.1.3.

Meta s-sistema tas-sinjalar bid-dawl tkun taħdem skont il-paragrafu 6.2.7.6.2.

5.11.2.   Għall-fanali tal-pożizzjoni ta' quddiem meta l-funzjoni tagħhom tkun sostitwita skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.12.1 ta' hawn taħt.

5.11.3.   Fil-każ ta' sistema ta' fanali interdipendenti, is-sorsi tad-dawl kollha għandhom JIXGĦELU u JINTFEW fl-istess ħin.

5.12.   Il-konnessjonijiet elettriċi għandhom ikunu tali li l-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni u b'raġġ baxx u l-fanali għaċ-ċpar ta' quddiem ma jkunux jistgħu jinxtegħlu ħlief jekk il-fanali msemmija fil-paragrafu 5.11 ma jinxtegħlux ukoll. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika, madanakollu, għall-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni jew b'raġġ baxx meta t-twissijiet ta' luminożità tagħhom jingħataw permezz ta' tidwil intermittenti f'intervalli qosra tal-fanal ta' quddiem b'raġġ ewlieni jew permezz ta' tidwil intermittenti f'intervalli qosra tal-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx jew permezz tat-tidwil alternat f'intervalli qosra tal-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni u b'raġġ baxx.

5.12.1.   Il-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx u/jew il-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni u/jew il-fanali għaċ-ċpar ta' quddiem jistgħu jissostitwixxu l-funzjoni tal-fanali tal-pożizzjoni ta' quddiem, sakemm:

5.12.1.1.

Il-konnessjonijiet elettriċi tagħhom ikunu tali li f'każ ta' ħsara ta' kwalunkwe wieħed minn dawn l-apparati tat-tidwil, il-fanali tal-pożizzjoni ta' quddiem jiġu riattivati awtomatikament; kif ukoll

5.12.1.2.

Il-fanal/funzjoni ta' sostituzzjoni tkun tissodisfa, għall-fanal tal-pożizzjoni rispettiv, ir-rekwiżiti dwar:

(a)

Il-viżibilità ġeometrika preskritta għall-fanali tal-pożizzjoni ta' quddiem fil-paragrafu 6.9.5; u

(b)

Il-valuri fotometriċi minimi skont l-angoli tad-distribuzzjoni tad-dawl; u

5.12.1.3.

Evidenza xierqa li turi l-konformità mar-rekwiżiti indikati fil-paragrafu 5.12.1.2 ta' hawn fuq tingħata fir-rapporti tat-test tal-fanal ta' sostituzzjoni.

5.13.   Indikatur

Meta dan ir-Regolament jipprovdi għal indikatur b'ċirkwit magħluq, dan jista' jiġi sostitwit minn indikatur “ta' funzjonament”.

5.14.   Fanali li jistgħu jinħbew

5.14.1.   Il-ħabi tal-fanali għandu jkun ipprojbit, ħlief għall-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni, għall-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx u għall-fanali għaċ-ċpar ta' quddiem, li jistgħu jinħbew meta ma jkunux qed jintużaw.

5.14.2.   Fil-każ ta' kwalunkwe ħsara li taffettwa l-ħidma tal-apparat(i) moħbi(ja), il-fanali għandhom jibqgħu fil-pożizzjoni tal-użu, jekk ikunu diġà qed jintużaw, jew għandhom ikunu jistgħu jiġu mċaqilqa fil-pożizzjoni tal-użu mingħajr l-għajnuna ta' għodda.

5.14.3.   Għandu jkun possibbli li l-fanali jiġu mċaqilqa fil-pożizzjoni tal-użu u li jinxtegħlu permezz ta' kontroll wieħed, mingħajr ma tkun eskluża l-possibbiltà li jiġu mċaqilqa fil-pożizzjoni tal-użu mingħajr ma jinxtegħlu madanakollu, fil-każ ta' fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni u b'raġġ baxx raggruppati, il-kontroll imsemmi hawn fuq huwa meħtieġ biss għall-attivazzjoni tal-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx.

5.14.4.   Ma għandux ikun possibbli, li b'mod deliberat, mis-sit tas-sewwieq, jitwaqqaf il-moviment tal-fanali mixgħula qabel ma jilħqu l-pożizzjoni tal-użu jekk ikun hemm periklu li l-moviment tal-fanali jgħammex għajnejn l-utenti l-oħra tat-triq, dawn il-fanali jistgħu jixegħlu biss meta jkunu fil-pożizzjoni tal-użu tagħhom.

5.14.5.   Meta l-apparat ta' ħabi jkollu temperatura ta'bejn – 30 °C u + 50 °C, il-fanali ta' quddiem għandhom ikunu jistgħu jilħqu l-pożizzjoni tal-użu fi tliet sekondi mit-tħaddim inizjali tal-kontroll.

5.15.   Il-kuluri tad-dawl mormi mill-fanali (12) huma dawn li ġejjin:

Fanal ta' quddiem b'raġġ ewlieni:

Abjad

Fanal ta' quddiem b'raġġ baxx:

Abjad

Fanal għaċ-ċpar ta' quddiem:

Abjad jew isfar selettiv

Fanal tar-reverse:

Abjad

Fanal li jindika d-direzzjoni:

Ambra

Sinjal ta' twissija ta' periklu:

Ambra

Fanal tal-waqfien:

Aħmar

Sinjal ta' waqfien ta' emerġenza:

Ambra jew aħmar

Sinjal ta' twissija ta' periklu ta' ħabta fuq wara:

Ambra

Fanal tal-pjanċa ta' reġistrazzjoni ta' wara:

Abjad

Fanal tal-pożizzjoni ta' quddiem:

Abjad

Fanal tal-pożizzjoni ta' wara:

Aħmar

Fanal għaċ-ċpar ta' quddiem:

Abjad jew isfar selettiv

Fanal għaċ-ċpar ta' wara:

Aħmar

Fanali tal-parking:

Abjad fuq quddiem, aħmar fuq wara, ambra jekk inkorporat reċiprokament fil-fanali li jindikaw id-direzzjoni tal-ġnub jew fil-fanali li jimmarkaw il-ġnub.

Fanal li jimmarka l-ġnub:

Ambra; madanakollu l-fanal li jimmarka l-ġnub fuq wara nett jista' jkun aħmar jekk ikun raggruppat jew ikkombinat jew inkorporat reċiprokament mal-fanal tal-pożizzjoni ta' wara, mal-fanal li jimmarka l-kontorn tat-tarf ta' wara, mal-fanal għaċ-ċpar ta' wara, mal-fanal tal-waqfien jew ikun raggruppat jew ikollu parti mis-superfiċe li jitfa' d-dawl komuni mar-retroriflettur ta' wara.

Fanal li jimmarka l-kontorn tat-tarf:

Abjad fuq quddiem, aħmar fuq wara

Fanal tas-sewqan binhar:

Abjad

Retroriflettur ta' wara, mhux trijangulari:

Aħmar

Retroriflettur ta' wara, trijangulari:

Aħmar

Retroriflettur ta' quddiem, mhux trijangulari:

Identiku għal dawl inċidentali (13)

Retroriflettur tal-ġnub, mhux trijangulari:

Ambra; madanakollu r-retrorifletur tal-ġnub fuq wara nett jista' jkun aħmar jekk ikun raggruppat jew ikollu parti mis-superfiċe li jitfa' d-dawl komuni mal-fanal tal-pożizzjoni ta' wara, mal-fanal li jimmarka l-kontorn tat-tarf ta' wara, mal-fanal għaċ-ċpar ta' wara, mal-fanal tal-waqfien, mal-fanal aħmar li jimmarka l-ġnub fuq wara nett jew mar-retroriflettur ta' wara, mhux trijangulari.

Fanal għall-kantunieri:

Abjad

Immarkar kospikwu:

Abjad fuq quddiem;

Abjad jew isfar fuq il-ġenb;

Aħmar jew isfar fuq wara (14).

Sistemi adattivi tat-tidwil ta' quddiem (AFS):

Abjad

Fanal tal-korteżija esterjuri:

Abjad

Fanal tal-immanuvrar:

Abjad

5.16.   Numru ta' fanali

5.16.1.   In-numru ta' fanali mmuntati fuq il-vettura għandu jkun daqs in-numru indikat fl-ispeċifikazzjonijiet individwali ta' dan ir-Regolament.

5.17.   Kwalunkwe fanal jista' jiġi installat fuq komponenti li jiċċaqilqu sakemm il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 5.18, 5.19 u 5.20 jiġu ssodisfati.

5.18.   Il-fanali ta' pożizzjoni ta' wara, l-indikaturi tad-direzzjoni ta' wara u r-retrorifletturi ta' wara, trijangulari kif ukoll mhux trijangulari, jistgħu jiġu installati fuq komponenti li jiċċaqilqu biss:

5.18.1.

Jekk fil-pożizzjonijiet fissi kollha tal-komponenti li jiċċaqilqu, il-fanali fuq il-komponenti li jiċċaqilqu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-pożizzjoni, tal-viżibilità ġeometrika u dawk kolorimetriċi u fotometriċi kollha għal dawk il-fanali.

5.18.2.

Fil-każ fejn il-funzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5.18 jinkisbu b'assemblaġġ ta' żewġ fanali immarkati “D” (ara l-paragrafu 2.16.1.), wieħed mill-fanali biss ikun meħtieġ jissodisfa r-rekwiżiti tal-pożizzjoni, tal-viżibilità ġeometrika u dawk fotometriċi għal dawk il-fanali fil-pożizzjonijiet fissi kollha tal-komponenti li jiċċaqilqu.

jew

5.18.3.

Fil-każ li jitwaħħlu u jiġu attivati fanali addizzjonali għall-funzjonijiet imsemmija hawn fuq, meta l-komponent li jiċċaqlaq ikun fi kwalunkwe pożizzjoni fissa miftuħa, sakemm dawn il-fanali addizzjonali jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-pożizzjoni, tal-viżibilità ġeometrika u dawk fotometriċi kollha applikabbli għall-fanali installati fuq il-komponent li jiċċaqlaq.

5.18.4.

Fil-każ fejn il-funzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5.18 jinkisbu b'sistema ta' fanali interdipendenti, tapplika kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Fil-każ li s-sistema sħiħa ta' fanali interdipendenti tiġi mmuntata fuq il-komponent(i) li jiċċaqlaq, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.18.1 għandhom jiġu ssodisfati madankollu, jistgħu jiġu attivati fanali addizzjonali għall-funzjonijiet imsemmija hawn fuq, meta l-komponent li jiċċaqlaq ikun fi kwalunkwe pożizzjoni fissa miftuħa, sakemm dawn il-fanali addizzjonali jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-pożizzjoni, tal-viżibilità ġeometrika u dawk kolorimetriċi u fotometriċi kollha applikabbli għall-fanali installati fuq il-komponent li jiċċaqlaq, jew

(b)

Fil-każ li s-sistema ta' fanali interdipendenti tkun mgħammra parzjalment fuq il-komponent fiss u parzjalment fuq komponent li jiċċaqlaq, ħlief għall-fanali li jindikaw id-direzzjoni, il-fanal(i) interdipendenti speċifikati mill-Applikant waqt il-proċedura tal-approvazzjoni tal-apparat għandu/għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-pożizzjoni, tal-viżibilità ġeometrika 'l barra u dawk kolorimetriċi u fotometriċi kollha għal dawk il-fanali, fil-pożizzjonijiet fissi kollha tal-komponent(i) li jiċċaqilqu.

Ir-rekwiżit(i) tal-viżibilità ġeometrika 'l ġewwa għandu/għandhom jitqies(u) li hu(ma) ssodisfat(i) jekk dan/dawn il-fanali interdipendenti jkun(u) għadu/għadhom konformi mal-valuri preskritti fil-kamp tad-distribuzzjoni tad-dawl għall-approvazzjoni tal-apparat, fil-pożizzjonijiet fissi kollha tal-komponent(i) li jiċċaqilqu.

Għal fanali li jindikaw id-direzzjoni, il-fanal(i) interdipendenti speċifikati mill-Applikant waqt il-proċedura tal-approvazzjoni tal-apparat għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-pożizzjoni, tal-viżibilità ġeometrika u dawk kolorimetriċi u fotometriċi kollha fil-pożizzjonijiet fissi kollha tal-komponent(i) li jiċċaqilqu. Dan ma japplikax fejn, sabiex jiġi żgurat l-angolu tal-viżibilità ġeometrika kollu, jiġu attivati fanali addizzjonali meta l-komponent li jiċċaqlaq ikun fi kwalunkwe pożizzjoni fissa miftuħa, sakemm dawn il-fanali addizzjonali jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-pożizzjoni u dawk fotometriċi u kolorimetriċi kollha applikabbli għall-fanali li jindikaw id-direzzjoni installati fuq il-komponent li jiċċaqlaq.

5.19.   Meta l-komponenti li jiċċaqilqu jkunu f'pożizzjoni li mhix “pożizzjoni normali ta' użu”, l-apparati installati fuqhom ma għandhomx jikkawżaw skonfort żejjed lill-utenti tat-triq.

5.20.   Meta fuq komponent li jiċċaqlaq jiġi installat fanal u l-komponent li jiċċaqlaq ikun fil-“pożizzjoni(jiet) normali ta' użu”, il-fanal għandu dejjem jirritorna għall-pożizzjoni(jiet) speċifikata/i mill-manifattur skont dan ir-Regolament fil-każ ta' fanali ta' quddiem b'raġġ baxx u fanali għaċ-ċpar ta' quddiem, dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala ssodisfat jekk, meta l-komponenti li jiċċaqilqu jiġu mċaqilqa u rritornati għall-pożizzjoni normali għal 10 darbiet, l-ebda valur tal-inklinazzjoni angolari ta' dawn il-fanali, relattiv għall-appoġġ tiegħu, imkejjel wara kull operazzjoni tal-komponent li jiċċaqlaq, ma jvarja b'aktar minn 0,15 fil-mija mill-medja tal-10 valuri mkejla jekk dan il-valur jinqabeż, kull valur ta' limitu speċifikat fil-paragrafu 6.2.6.1.1 imbagħad għandu jiġi immodifikat b'dan l-ammont ta' eċċess sabiex titnaqqas il-firxa tal-inklinazzjonijiet permessa għall-kontroll tal-vettura skont l-Anness 6.

5.21.   Is-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza tal-fanali tal-pożizzjoni ta' quddiem u ta' wara, tal-fanali li jindikaw id-direzzjoni ta' quddiem u ta' wara u tar-retrorifletturi ma għandux ikun mgħotti b'aktar minn 50 fil-mija minn kwalunkwe komponent li jiċċaqlaq, kemm jekk ikollu apparat għat-tidwil bis-sinjalar bid-dawl kif ukoll jekk le, fi kwalunkwe pożizzjoni fissa differenti mill-“pożizzjoni normali ta' użu”.

Pożizzjoni fissa ta' komponent li jiċċaqlaq tfisser il-pożizzjoni(jiet) stabbli jew wieqfa tal-komponent li jiċċaqlaq speċifikata/i mill-manifattur tal-vettura, kemm jekk illokjata kif ukoll jekk le.

Jekk ir-rekwiżit ta' hawn fuq mhux prattikabbli:

5.21.1.

Fanali addizzjonali li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-pożizzjoni, tal-viżibilità ġeometrika u dawk kolorimetriċi u fotometriċi kollha għall-fanali indikati hawn fuq għandhom jiġu attivati meta s-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza ta' dawn il-fanali jkun moħbi b'aktar minn 50 fil-mija mill-komponent li jiċċaqlaq; jew

5.21.2.

Għandha ssir rimarka fil-formola ta' komunikazzjoni (punt 10.1 tal-Anness 1) sabiex tinforma lill-Amministrazzjonijiet l-oħra li jista' jkun li aktar minn 50 fil-mija tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza qed jiġi moħbi mill-komponenti li jiċċaqilqu; u

Għandha sssir notifika fil-vettura sabiex tinforma lill-utent li f'ċerta/i pożizzjoni(jiet) tal-komponenti li jiċċaqilqu, għandu jwissi lill-utenti l-oħra tat-triq bil-preżenza tal-vettura fit-triq; pereżempju, permezz ta' trijangolu ta' twissija jew apparati oħra skont ir-rekwiżiti nazzjonali għall-użu fit-triq.

5.21.3.

Il-paragrafu 5.21.2 ma japplikax għar-retrorifletturi.

5.22.   Bl-eċċezzjoni tar-retrorifletturi, fanal, anki jekk ikollu marka tal-approvazzjoni, ma jitqiesx bħala preżenti jekk ma jkunx jista' jitħaddem bis-sempliċi installazzjoni ta' sors tad-dawl u/jew fjus.

5.23.   Il-fanali approvati b'sors(i) tad-dawl skont ir-Regolament Nru 37, ħlief meta dawn is-sorsi tad-dawl jintużaw bħala sors(i) tad-dawl mhux sostitwibbli kif definit fil-paragrafu 2.7.1.1.2 ta' dan ir-Regolament, għandhom jitwaħħlu fuq il-vettura b'tali mod li s-sors tad-dawl ikun jista' jiġi sostitwit b'mod korrett mingħajr il-bżonn ta' għajnuna esperta u mingħajr ma jintużaw għodod speċjali, ħlief dawk provduti mal-vettura mill-manifattur il-manifattur tal-vettura għandu jipprovdi mal-vettura deskrizzjoni dettaljata tal-proċedura għas-sostituzzjoni.

5.23.1.   Fil-każ meta l-modulu ta' sors tad-dawl jinkludi ħowlder għal sors tad-dawl sostitwibbli approvat skont ir-Regolament Nru 37, dan is-sors tad-dawl għandu jiġi sostitwit kif meħtieġ fil-paragrafu 5.23 ta' hawn fuq.

5.24.   Hija permessa kwalunkwe sostituzzjoni temporanja ta' sikurezza tal-funzjoni tas-sinjalar bid-dawl ta' fanal takl-pożizzjoni ta' wara, sakemm il-funzjoni ta' sostituzzjoni f'każ ta' ħsara tkun simili fil-kulur, fl-intensità ewlenija u fil-pożizzjoni għall-funzjoni li tkun waqfet taħdem u sakemm l-apparat ta' sostituzzjoni jibqa' operattiv fil-funzjoni ta' sikurezza oriġinali tiegħu. Waqt is-sostituzzjoni, sinjalatur fuq id-daxxbord (paragrafu 2.18 ta' dan ir-Regolament) għandu jindika li saret sostituzzjoni temporanja u li hemm ħtieġa għal tiswija.

5.25.   Meta tiġi installata AFS, din għandha titqies bħala ekwivalenti għal par fanali ta' quddiem b'raġġ baxx u, jekk tipprovdi funzjoni(jiet) ta' raġġ ewlieni, għandha titqies bħala ekwivalenti għal par fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni.

5.26.   Huma permessi fanali li jindikaw id-direzzjoni ta' wara, fanali tal-pożizzjoni ta' wara, fanali tal-waqfien (ħlief fanali tal-waqfien tal-kategorija S4) u fanali għaċ-ċpar ta' wara b'kontroll tal-intensità tal-luminożità varjabbli, li jirreaġixxu fl-istess ħin għal mill-inqas waħda mill-influwenzi esterni li ġejjin: tidwil ambjentali, ċpar, silġ, ilma, sprej, sħab ta' trab, kontaminzzjoni tas-superfiċe li jitfa' d-dawl, sakemm matul it-tranżizzjonijiet ta' varjazzjoni kollha jinżamm ir-rapport tal-intensitajiet preskritta tagħhom matul tranżizzjoni ma għandha tiġi osservata l-ebda varjazzjoni f'daqqa fl-intensità il-fanali tal-waqfien tal-kategorija S4 jistgħu jipproduċu intensità tal-luminożità varjabbli indipendenti mill-fanali l-oħra jista' jkun possibbli li s-sewwieq jissettja l-funzjonijiet ta' hawn fuq għal intensitajiet tal-luminożità li jikkorrispondu għall-kategorija stabbli tagħhom u jirritornahom għall-kategorija varjabbli awtomatika tagħhom.

5.27.   Għal vetturi tal-kategoriji M u N, l-applikant għandu juri lis-Servizz Tekniku responsabbli għall-ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip li l-kundizzjonijiet tal-provvista tal-elettriku għall-apparati indikati fil-paragrafi 2.7.9, 2.7.10, 2.7.12, 2.7.14 u 2.7.15 ta' hawn fuq, meta s-sistema elettrika tal-vettura tkun f'kundizzjoni ta' tħaddim b'vultaġġ kostanti, rappreżentattiv għall-kategorija rilevanti ta' vettura motorizzata kif speċifikat mill-applikant, huma konformi mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

5.27.1.

Il-vultaġġ ipprovdut fit-terminali tal-apparati li, skont id-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tagħhom, ikunu ġew ittestjati bl-applikazzjoni ta' provvista speċjali tal-elettriku/apparat elettroniku ta' kontroll tas-sors tad-dawl, jew f'modalità tat-tħaddim sekondarja jew f'vultaġġ mitlub mill-applikant, ma għandux ikun ogħla mill-vultaġġ peċifikat għall-apparati jew funzjonijiet rilevanti kif ikunu ġew approvati.

5.27.2.

Fil-każijiet kollha ta' kundizzjonijiet tal-provvista tal-elettriku mhux koperti mill-paragrafu 5.27.1, il-vultaġġ fit-terminali tal-apparat(i) jew il-funzjoni(jiet) ma għandux ikun ogħla minn 6,75 V (Sistemi 6 Volt-Systems), 13,5 V (12 Volt-Systems) jew 28 V (24 Volt-Systems) b'iktar minn 3 fil-mija il-mezzi ta' kontroll tal-vultaġġ massimu fit-terminali tal-apparat jistgħu, għall-konvenjenza, ikunu fl-apparat innifsu.

5.27.3.

Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 5.27.1 u 5.27.2 ma għandhomx japplikaw għal apparati li jinkludu apparat elettroniku ta' kontroll tas-sors tad-dawl jew kontroll tal-intensità varjabbli li jkun parti mill-apparat.

5.27.4.

Mad-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni għandu jiġi mehmuż rapport li jiddeskrivi l-metodi użati biex jintwerew il-konformità u r-riżultati miksuba.

5.28.   Dispożizzjonijiet ġenerali relatati mal-viżibilità ġeometrika

5.28.1.   Ma għandu jkun hemm l-ebda ostaklu fuq ġewwa tal-angoli tal-viżibilità ġeometrika għall-propagazzjoni tad-dawl minn kwalunkwe parti tas-superfiċe apparenti tal-fanal osservat mill-infinità madankollu, l-ostakli ma jitqisux, jekk ikunu diġà ġew ippreżentati meta l-fanal ikun kiseb l-approvazzjoni tat-tip.

5.28.2.   Jekk il-kejl jittieħed eqreb tal-fanal, id-direzzjoni ta' osservazzjoni għandha tiġi spostjata b'mod parallel sabiex tinkiseb l-istess preċiżjoni.

5.28.3.   Jekk, meta l-fanal jiġi installat, kwalunkwe parti mis-superfiċe apparenti tal-fanal tkun moħbija minn xi parti oħra tal-vettura, għandhom jiġu ppreżentati provi li l-parti tal-fanal li mhix moħbija mill-ostakli għadha konformi mal-valuri fotometriċi preskritti għall-approvazzjoni tal-apparat.

5.28.4.   Meta l-angolu vertikali tal-viżibilità ġeometrika taħt l-orizzontali jista' jitnaqqas għal 5° (fanal f'għoli ta' inqas minn 750 mm 'il fuq mill-art imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1 ta' hawn fuq), il-kamp fotometriku tal-kejl tal-unità ottika installata jista' jitnaqqas għal 5° taħt l-orizzontali.

5.28.5.   Fil-każ ta' sistema ta' fanali interdipendenti, ir-rekwiżiti tal-viżibilità ġeometrika għandhom jiġu ssodisfati meta l-fanali interdipendenti jitħaddmu flimkien.

5.29.   Il-moduli LED ma għandhomx għalfejn ikunu sostitwibbli, jekk ikun iddikjarat hekk fl-iskeda ta' komunikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponent.

6.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET INDIVIDWALI

6.1.   Fanal ta' quddiem b'raġġ ewlieni (Regolamenti Nri 98 u 112)

6.1.1.   Preżenza

Obbligatorja fuq il-vetturi motorizzati ipprojbita fuq it-trejlers.

6.1.2.   Numru

Tnejn jew erbgħa, bit-tip approvat skont ir-Regolamenti Nri 98 jew 112, ħlief għal fanali ta' quddiem tal-Klassi A.

Għall-vetturi tal-kategorija N3: Jistgħu jiġu installati żewġ fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni addizzjonali.

Meta vettura tkun mgħammra b'erba' fanali ta' quddiem li jistgħu jinħbew, l-installazzjoni ta' żewġ fanali ta' quddiem addizzjonali għandha tiġi awtorizzata biss għall-fini ta' sinjalar bid-dawl, li jsir permezz ta' tidwil intermittenti f'intervalli qosra (ara l-paragrafu 5.12 ta' hawn fuq) binhar.

6.1.3.   Arranġament

L-ebda speċifikazzjoni individwali.

6.1.4.   Pożizzjoni

6.1.4.1.   Fil-wisa': L-ebda speċifikazzjoni individwali.

6.1.4.2.   Fl-għoli: L-ebda speċifikazzjoni individwali.

6.1.4.3.   Fit-tul: Fuq quddiem tal-vettura. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala ssodisfat jekk id-dawl mitfugħ ma jikkawżax skonfort lis-sewwieq jew direttament jew indirettament mill-apparati għall-viżjoni indiretta u/jew superfiċji riflettenti oħra tal-vettura.

6.1.5.   Viżibilità ġeometrika

Il-viżibilità tas-superfiċe li jdawwal, inkluża il-viżibilità ta' żoni tiegħu li ma jidhrux imdawla fid-direzzjoni tal-osservazzjoni meqjusa, għandha tiġi żgurata fi ħdan spazju diverġenti definit minn linji ġeneranti li jsegwu l-kontorn tas-superfiċe li jdawwal u li jiffurmaw angolu ta' mhux inqas minn 5° mal-assi ta' referenza tal-fanal ta' quddiem. L-oriġini tal-angoli tal-viżibilità ġeometrika hija l-perimetru tal-projezzjoni tas-superfiċe li jdawwal fuq pjan trasversali tanġenzjali għall-parti ta' quddiem nett tal-lenti tal-fanal ta' quddiem.

6.1.6.   Orjentazzjoni

'Il quddiem.

Mhux iktar minn fanal ta' quddiem b'raġġ ewlieni wieħed fuq kull ġenb tal-vettura ma jista' jdur biex jipproduċi t-tidwil għal-liwi.

6.1.7.   Konnessjonijiet elettriċi

6.1.7.1.   Ħlief meta jintużaw biex jagħtu twissijiet luminużi intermittenti f'intervalli qosra, il-fanali ta' quddiem b'r-raġġ ewlieni jistgħu jkunu MIXGĦULA, biss meta s-swiċċ ewlieni tad-dwal ikun fil-pożizzjoni MIXGĦULA jew f'pożizzjoni AWTOMATIKA u jkunu jeżistu l-kundizzjonijiet għall-attivazzjoni awtomatika tar-raġġ baxx f'dan il-każ, il-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni għandhom jintfew awtomatikament meta l-kundizzjonijiet għall-attivazzjoni awtomatika tar-raġġ baxx ma jibqgħux jeżistu.

6.1.7.2.   Il-kontroll tal-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni jista' jkun awtomatiku għall-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni tagħhom, fejn is-sinjali tal-kontroll jiġu prodotti minn ta' sistema ta' sensors li tkun kapaċi tidentifika u tirreaġixxi għall-inputs li ġejjin:

(a)

Kundizzjonijiet tat-tidwil ambjentali;

(b)

Id-dawl mormi mill-apparati għat-tidwil ta' quddiem u l-apparati għas-sinjalar bid-dawl ta' quddiem ta' vetturi li jkunu ġejjin mid-direzzjoni opposta;

(c)

Id-dawl mormi mill-apparati għas-sinjalar bid-dawl ta' wara ta' vetturi misjuqa quddiem il-vettura.

Funzjonijiet ta' sensors addizzjonali li jtejbu l-prestazzjoni huma permessi.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, “vetturi” tfisser vetturi tal-kategoriji L, M, N, O u T, kif ukoll roti (bicycles), bħal vetturi li jkunu mgħammra b'retrorifletturi, b'apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl, li jkunu MIXGĦULA.

6.1.7.3.   Dejjem għandu jkun hemm il-possibbiltà li l-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni jiġu MIXGĦULA u MITFIJA manwalment u li l-kontroll awtomatiku tal-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni jiġi MITFI manwalment.

Barra minn hekk, it-TIFI, tal-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni u tal-kontroll awtomatiku tagħhom, għandu jkun possibbli permezz ta' operazzjoni manwali sempliċi u immedjata; mhux permess l-użu ta' sub-menus.

6.1.7.4.   Il-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni jistgħu jinxtegħlu jew fl-istess ħin jew f'pari f'każ li jiġu installati ż-żewġ fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni addizzjonali, kif inhu permess skont il-paragrafu 6.1.2 għall-vetturi tal-kategorija N3 biss, ma jistgħux jinxtegħlu aktar minn żewġ pari fl-istess ħin għall-bidla mir-raġġ baxx għar-raġġ ewlieni, għandu jinxtegħel mill-inqas par wieħed ta' fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni għall-bidla mir-raġġ ewlieni għar-raġġ baxx, il-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni kollha għandhom jintfew fl-istess ħin.

6.1.7.5.   Ir-raġġi baxxi jistgħu jibqgħu mixgħula fl-istess ħin bħar-raġġi ewlenin.

6.1.7.6.   Meta jitwaħħlu erba' fanali ta' quddiem li jistgħu jinħbew, il-pożizzjoni mgħollija tagħhom għandha tipprevjeni t-tħaddim fl-istess ħin ta' kwalunkwe fanal ta' quddiem addizzjonali mwaħħal, jekk dan ikun maħsub biex jipprovdi sinjali bid-dawl permezz ta' tidwil intermittenti f'intervalli qosra (paragrafu 5.12) binhar.

6.1.8.   Indikatur

L-indikatur b'ċirkwit magħluq huwa obbligatorju.

6.1.8.1.   Jekk il-kontroll tal-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni jkun awtomatiku kif deskritt fil-paragrafu 6.1.7.1 ta' hawn fuq, għandha tingħata indikazzjoni lis-sewwieq li kontroll awtomatiku tal-funzjoni tar-raġġ ewlieni ġie attivat. Din l-informazzjoni għandha tibqa' tidher sakemm it-tħaddim awtomatiku jibqa' attivat.

6.1.9.   Rekwiżiti oħra

6.1.9.1.   L-intensità aggregata massima tal-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni li jistgħu jinxtegħlu fl-istess ħin ma għandhiex teċċedi 430 000 cd, li jikkorrispondi għal valur ta' referenza ta' 100.

6.1.9.2.   Din l-intensità massima għandha tinkiseb billi jingħaddu flimkien il-marki ta' referenza individwali li huma indikati fuq id-diversi fanali ta' quddiem il-marka ta' referenza “10” għandha tingħata lil kull fanal ta' quddiem immarkat “R” jew “CR”.

6.1.9.3.   Attivazzjoni u diżattivazzjoni awtomatika tal-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni:

6.1.9.3.1.

Is-sistema tas-sensors użata għall-kontroll awtomatiku tal-attivazzjoni u diżattivazzjoni tal-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni, kif deskritt fil-paragrafu 6.1.7.1, għandha tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

6.1.9.3.1.1.

Il-limiti tal-erjas minimi li fihom is-sensor huwa kapaċi jindividwa d-dawl mormi minn vetturi oħra definiti fil-paragrafu 6.1.7.1 ta' hawn fuq huma definiti bl-angoli indikati hawn taħt.

6.1.9.3.1.1.1.

Angoli orizzontali: 15° fuq ix-xellug u 15° fuq il-lemin.

Angoli vertikali:

Angolu 'l fuq

L-għoli tas-sensor (id-distanza taċentru tal-apertura tas-sensor 'il fuq mill-art)

Inqas minn 2 m

Bejn 1,5 u 2,5 m

Aktar minn 2.0 m

Angolu 'l isfel

Bejn 2° u 5°

Dawn l-angoli jiġu mkejla miċ-ċentru tal-apertura tas-sensor relattivament ma' linja dritta orizzontali li tgħaddi miċ-ċentru tiegħu u parallel mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.1.9.3.1.2.

Is-sistema tas-sensors għandha tkun kapaċi tindividwa, fuq triq dritta u livell:

(a)

Vettura motorizzata li tkun ġejja mid-direzzjoni opposta f'distanza ta' mill-inqas 400 m;

(b)

Vettura motorizzata jew kombinazzjoni ta' vettura-trejlers misjuqa quddiem il-vettura f'distanza ta' mill-inqas 100 m;

(c)

Rota li tkun ġejja mid-direzzjoni opposta f'distanza ta' mill-inqas 75 m, li t-tidwil tagħha jiġi rappreżentat permezz ta' fanal abjad b'intensità tal-luminożità ta' 150 cd b'erja ta' dawl mormi ta' 10 cm2 ± 3 cm2 u għoli 'l fuq mill-art ta' 0,8 m.

Sabiex tiġi verifikata l-konformità mal-punti (a) u (b) ta' hawn fuq, il-vettura motorizzata li tkun ġejja mid-direzzjoni opposta u l-vettura motorizzata (jew kombinazzjoni ta' vettura-trejler) misjuqa quddiem il-vettura għandu jkollhom il-fanali tal-pożizzjoni (jekk applikabbli) u l-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx MIXGĦULA.

6.1.9.3.2.

Il-qlib minn raġġ ewlieni għal raġġ baxx u viċi versa skont il-kundizzjonijiet indikati fil-paragrafu 6.1.7.1 ta' hawn fuq jista' jitwettaq awtomatikament u ma għandu jikkawża l-ebda skonfort, distrazzjoni jew dija.

6.1.9.3.3.

Il-prestazzjoni ġenerali tal-kontroll awtomatiku għandha tiġi verifikata permezz ta':

6.1.9.3.3.1.

Mezzi ta' simulazzjoni jew mezzi oħra ta' verifika aċċettati mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, kif provduti mill-applikant.