ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 259

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
27 ta' Settembru 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Tal-Kummissjoni (UE) 2016/1718 tal-20 ta' Settembru 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 582/2011 rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar l-ittestjar permezz ta' sistemi portabbli għall-kejl tal-emissjonijiet (PEMS) u l-proċedura għall-ittestjar tad-durabilità tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis ta' sostituzzjoni ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1719 tas-26 ta' Settembru 2016 li jistabbilixxi linja gwida dwar l-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità ( 1 )

42

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1720 tas-26 ta' Settembru 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

69

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1721 tas-26 ta' Settembru 2016 dwar l-approvazzjoni tas-sistema ta' illuminazzjoni esterna ta' effiċjenza għolja tat-Toyota li tuża dijodi li jemettu d-dawl għall-użu f'vetturi elettriċi ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

71

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1047 tat-28 ta' Ġunju 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ( ĠU L 170, 29.6.2016 )

79

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 259/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1718

tal-20 ta' Settembru 2016

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 582/2011 rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar l-ittestjar permezz ta' sistemi portabbli għall-kejl tal-emissjonijiet (PEMS) u l-proċedura għall-ittestjar tad-durabilità tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis ta' sostituzzjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 5(4) u l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

L-ittestjar tal-konformità waqt it-tħaddim jirrappreżenta wieħed mill-pilastri tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip u jippermetti l-verifika tal-prestazzjoni tas-sistemi ta' kontroll tal-emissjonijiet matul il-ħajja utli tal-vetturi. Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (2), it-testijiet huma mwettqa permezz ta' sistemi portabbli għall-kejl tal-emissjonijiet (PEMS) li jivvalutaw l-emissjonijiet f'operazzjonijiet normali ta' użu. L-approċċ tal-PEMS jiġi applikat ukoll biex jiġu verifikati l-emissjonijiet off-cycle waqt iċ-ċertifikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 582/2011 jiddikjara li kwalunkwe rekwiżiti addizzjonali fir-rigward tal-proċedura fis-seħħ tal-ittestjar tal-emissjonijiet off-cycle għandhom jiġu introdotti wara l-valutazzjoni tal-proċedura tal-ittestjar speċifikata f'dak ir-Regolament.

(3)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni wettqet analiżi fil-fond tal-proċedura tal-ittestjar. Dik l-analiżi identifikat għadd ta' nuqqasijiet li jdgħajfu l-effiċjenza tal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar l-approvazzjoni tat-tip u dawn jeħtieġu li jiġu rimedjati biex jiġi żgurat il-livell xieraq ta' protezzjoni ambjentali.

(4)

Il-prestazzjoni tal-emissjonijiet ta' vetturi waqt il-perjodu ta' tisħin attwalment mhijiex valutata skont it-test tad-dimostrazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip jew skont it-test tal-konformità waqt it-tħaddim. Biex tiġi indirizzata l-lakuna fl-għarfien eżistenti u biex tiġi ppreparata proċedura ġdida tal-ittestjar għal operazzjonijiet tal-istartjar kiesaħ, għandha titnieda fażi ta' monitoraġġ li permezz tagħha tinġabar dejta mill-ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip u tal-konformità waqt it-tħaddim.

(5)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 582/2011, it-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis ta' sostituzzjoni għandu jiġi approvat għat-tip skont ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet Euro VI ladarba r-rekwiżiti speċifiċi tal-ittestjar tad-durabilità jkunu introdotti f'dak ir-Regolament.

(6)

Għaldaqstant huwa neċessarju li tiġi stabbilita proċedura li tivvaluta sew id-durabilità ta' dawk il-parts tal-bdil li jidħlu fis-suq tal-Unjoni u li jiġi żgurat li dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti ambjentali kompatibbli ma' dawk stabbiliti għal sistemi simili prodotti bħala parts oriġinali tal-vetturi.

(7)

Proċedura ta' test ibbażata fuq it-taqdim aċċellerat ta' tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis ta' sostituzzjoni minħabba effetti termali u ta' konsum tal-lubrikant tissodisfa l-għan li d-durabilità tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis ta' sostituzzjoni tiġi indirizzata b'mod eżatt u oġġettiv u ma tkunx ta' piż eċċessiv fuq l-industrija.

(8)

Ir-Regolament (UE) Nru 582/2011 jistabbilixxi rekwiżiti relatati mal-miżuri li jridu jiġu introdotti mill-manifatturi tal-vetturi biex ma jkunx hemm tbagħbis mas-sistemi ta' kontroll tal-emissjonijiet. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jindirizzaw b'mod effettiv l-aktar mezz komuni ta' tbagħbis mingħajr ma jimponu piż eċċessiv fuq l-industrija.

(9)

Ir-referenzi għall-istandards internazzjonali fir-Regolament (UE) Nru 582/2011 għandhom jiġu aġġornati.

(10)

Biex jiġi żgurat żmien biżżejjed bil-quddiem biex il-manifatturi ta' vetturi jimmodifikaw il-prodotti tagħhom skont ir-rekwiżit il-ġdid dwar il-limitu ta' qawwa, dak ir-rekwiżit għandu jkollu effett mill-1 ta' Settembru 2018 għal tipi ġodda u mill-1 ta' Settembru 2019 għall-vetturi ġodda kollha.

(11)

Huwa xieraq li r-rekwiżiti l-ġodda tal-ittestjar waqt it-tħaddim ma japplikawx b'mod retroattiv għal magni u għal vetturi li ma jkunux ġew approvati skont dawk ir-rekwiżiti. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet il-ġodda stabbiliti fl-Anness II għandhom japplikaw għall-ittestjar tal-konformità waqt it-tħaddim ta' tipi ġodda ta' magni u vetturi li jkunu ġew approvati skont il-verżjoni emendata tar-Regolament (UE) Nru 582/2011.

(12)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 582/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(13)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku — Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 582/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 14, jitħassar il-paragrafu 3,

(2)

fl-Artikolu 15, jitħassar il-paragrafu 5,

(3)

jiddaħħal l-Artikolu 17a li ġej:

“Artikolu 17a

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għal ċerti approvazzjonijiet tat-tip u ċ-ċertifikati tal-konformità

1.   B'effett mill-1 ta' Settembru 2018, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet relatati mal-emissjonijiet, li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta' tipi ġodda ta' vetturi jew magni ttestjati bl-użu ta' proċeduri li ma jikkonformawx mal-punti 4.2.2.2 u 4.2.2.2.1 u 4.2.2.2.2 u 4.3.1.2 u 4.3.1.2.1 u 4.3.1.2.2 tal-Appendiċi 1 tal-Anness II.

2.   B'effett mill-1 ta' Settembru 2019, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, fil-każ ta' vetturi ġodda li ma jikkonformawx mal-punti 4.2.2.2 u 4.2.2.2.1 u 4.2.2.2.2 u 4.3.1.2 u 4.3.1.2.1 u 4.3.1.2.2 tal-Appendiċi 1 tal-Anness II, jikkunsidraw li ċertifikati ta' konformità maħruġa fir-rigward ta' dawk il-vetturi m'għadhomx aktar validi għall-finijiet tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE u, għal raġunijiet relatati ma' emissjonijiet, għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta' tali vetturi.

B'effett mill-1 ta' Settembru 2019 u ħlief fil-każ ta' magni ta' sostituzzjoni għal vetturi li qed jintużaw, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jipprojbixxu l-bejgħ jew l-użu ta' magni ġodda li ma jikkonformawx mal-punti 4.2.2.2 u 4.2.2.2.1 u 4.3.1.2 u 4.3.1.2.1 tal-Appendiċi 1 tal-Anness II.”

(4)

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(5)

L-Anness II huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

(6)

L-Anness VI huwa emendat skont l-Anness III ta' dan ir-Regolament.

(7)

L-Anness XI huwa emendat skont l-Anness IV ta' dan ir-Regolament.

(8)

L-Anness XIII huwa emendat skont l-Anness V ta' dan ir-Regolament;

(9)

L-Anness XIV huwa emendat skont l-Anness VI ta' dan ir-Regolament;

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Bl-eċċezzjoni tal-punt 8(c), li għandu japplika għall-vetturi kollha mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Anness II għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017 għat-tipi ġodda ta' vetturi.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Settembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy duty (Euro VI) u li jemenda l-Annessi I u III għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 167, 25.6.2011, p. 1).


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt 1.1.2 jinbidel b'dan li ġej:

“1.1.2.

Jekk il-manifattur jippermetti li l-familja ta' magni taħdem bi fjuwil fis-suq li ma jikkonformax la mad-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) u l-anqas mal-istandard tas-CEN EN 228:2012 (fil-każ ta' petrol bla ċomb) jew mal-istandard tas-CEN EN 590:2013 (fil-każ tad-diżil) bħal magni li jaħdmu bil-B100 (EN 14214), il-manifattur għandu, flimkien mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1.1.1, jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

jiddikjara l-fjuwils li l-familja ta' magni tista' tuża fil-punt 3.2.2.2.1 tad-Dokument ta' Informazzjoni kif stipulat fil-Parti 1 tal-Appendiċi 4, jew b'referenza għal standard uffiċjal jew għal speċifikazzjoni tal-produzzjoni ta' marka speċifika ta' fjuwil fis-suq li ma jissodisfa l-ebda standard uffiċjali bħal dawk imsemmija fil-punt 1.1.2. Il-manifattur għandu jiddikjara wkoll li l-funzjonalità tas-sistema OBD mhijiex milquta mill-użu tal-fjuwil iddikjarat;

(b)

juri li l-magna ta' referenza tissodisfa r-rekwiżiti speċifikati fl-Anness III u fl-Appendiċi 1 tal-Anness VI ta' dan ir-Regolament fuq il-fjuwils iddikjarati; l-awtorità tal-approvazzjoni tista' titlob li r-rekwiżiti ta' dimostrazzjoni jiġu estiżi għal dawk stabbiliti fl-Anness VII u fl-Anness X;

(c)

ikun responsabbli biex jissodisfa r-rekwiżiti tal-konformità waqt it-tħaddim speċifikati fl-Anness II dwar il-fjuwils iddikjarati inkluż kull taħlita ta' fjuwils iddikjarati u fjuwils fis-suq inklużi fid-Direttiva 98/70/KE u fl-istandards CEN rilevanti.

Fuq talba tal-manifattur, ir-rekwiżiti stipulati f'dan il-punt għandhom jiġu applikati għal fjuwils użati għal skopijiet militari.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu fejn isiru t-testijiet tal-emissjonijiet biex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, għandu jinhemeż rapport ta' analiżi tal-fjuwil tat-test mar-rapport tat-test u għandu jinkludi mill-anqas il-parametri speċifikati fl-ispeċifikazzjoni uffiċjali tal-manifattur tal-fjuwil.

(*)  Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58).”;"

(2)

il-punt 1.1.5 jinbidel b'dan li ġej:

“1.1.5.

Fil-każ ta' magni li jaħdmu bil-gass naturali/bijometan, għandu jiġi determinat il-proporzjon tar-riżultati tal-emissjonijiet “r” għal kull inkwinant kif ġej:

Formula

jew

Formula

u

Formula”;

(3)

il-punt 3.1 jinbidel b'dan li ġej:

“3.1.

Fil-każ ta' tip ta' magna approvata bħala unità teknika separata jew fil-każ ta' tip ta' vettura approvata rigward l-emissjonijiet u l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, il-magna għandu jkollha fuqha:

(a)

il-marka kummerċjali jew l-isem kummerċjali tal-manifattur tal-magna;

(b)

id-deskrizzjoni kummerċjali tal-manifattur tal-magna.”;

(4)

Jiddaħħlu l-punti minn 3.2.1.1 sa 3.2.1.6 li ġejjin:

“3.2.1.1.

Fil-każ ta' magna li taħdem bil-gass naturali/bijometan, għandha titqiegħed waħda mill-marki li ġejjin wara l-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE:

(a)

H f'każ li l-magna tkun qed tiġi approvata u kkalibrata għal gassijiet tal-firxa H;

(b)

L f'każ li l-magna tkun qed tiġi approvata u kkalibrata għal gassijiet tal-firxa L;

(c)

HL f'każ li l-magna tkun qed tiġi approvata u kkalibrata għal gassijiet kemm tal-firxa H kif ukoll tal-firxa L;

(d)

Ht f'każ li l-magna tkun qed tiġi approvata u kkalibrata għal kompożizzjoni speċifika ta' gass tal-firxa ta' gassijiet H u trasformabbli għal gass speċifiku ieħor tal-firxa ta' gassijiet H permezz tal-issettjar bi preċiżjoni tas-sistema għall-alimentazzjoni tal-magna bil-fjuwil;

(e)

Lt f'każ li l-magna tkun qed tiġi approvata u kkalibrata għal kompożizzjoni speċifika ta' gass tal-firxa ta' gassijiet L u trasformabbli għal gass speċifiku ieħor tal-firxa ta' gassijiet L wara l-issettjar bi preċiżjoni tas-sistema għall-alimentazzjoni tal-magna bil-fjuwil;

(f)

HLt f'każ li l-magna tkun qed tiġi approvata u kkalibrata għal kompożizzjoni speċifika ta' gass tal-firxa ta' gassijiet H jew L u trasformabbli għal gass speċifiku ieħor tal-firxa ta' gassijiet H jew L permezz tal-issettjar bi preċiżjoni tas-sistema għall-alimentazzjoni tal-magna bil-fjuwil;

(g)

CNGfr fil-każijiet l-oħra kollha fejn il-magna tiġi alimentata bil-bijometan u tkun iddisinjata biex taħdem b'kompożizzjoni waħda ristretta ta' firxa ta' fjuwils ta' gass;

(h)

LNGfr fil-każijiet meta l-magna tiġi alimentata bl-LNG u tkun iddisinjata biex taħdem b'kompożizzjoni minn firxa waħda ristretta ta' fjuwils ta' gass;

(i)

LPGfr fil-każijiet meta l-magna tiġi alimentata bl-LPG u tkun iddisinjata biex taħdem b'kompożizzjoni waħda ristretta ta' firxa ta' fjuwils ta' gass;

(j)

LNG20 f'każ li l-magna tkun qed tiġi approvata u kkalibrata għal kompożizzjoni speċifika ta' LNG li tirriżulta f'fattur ta' spostament λ li ma jkunx differenti b'aktar minn tlieta (3) fil-mija mill-fattur ta' spostament λ tal-gass G20 speċifikat fl-Anness IX, u li l-kontenut tal-etan tiegħu ma jaqbiżx il-1,5 fil-mija;

(k)

LNG f'każ li l-magna tkun qed tiġi approvata u kkalibrata għal kull kompożizzjoni oħra ta' LNG;

3.2.1.2.

Għall-magni li jużaw żewġ tipi ta' fjuwil, il-marka tal-approvazzjoni għandu jkollha serje ta' ċifri wara s-simbolu nazzjonali, bl-iskop li jiddistingwu għal liema tip ta' magna li tuża żewġ tipi ta' fjuwil u għal liema firxa ta' gassijiet tkun ingħatat l-approvazzjoni. Is-serje ta' ċifri għandha tkun magħmula minn żewġ ċifri li jidentifikaw it-tip tal-magna li tuża żewġ tipi ta' fjuwil kif definit fl-Artikolu 2, segwiti bl-ittra jew l-ittri speċifikata/i fil-punt 3.2.1.1 korrispondenti għall-kompożizzjoni tal-gass naturali/bijometan użat mill-magna. Iż-żewġ ċifri li jidentifikaw it-tipi tal-magna li tuża żewġ tipi ta' fjuwil kif definit fl-Artikolu 2 huma dawn:

(a)

1 A għal magni li jużaw żewġ tipi ta' fjuwil tat-Tip 1 A;

(b)

1B għal magni li jużaw żewġ tipi ta' fjuwil tat-Tip 1B;

(c)

2 A għal magni li jużaw żewġ tipi ta' fjuwil tat-Tip 2 A;

(d)

2B għal magni li jużaw żewġ tipi ta' fjuwil tat-Tip 2B;

(e)

3B għal magni li jużaw żewġ tipi ta' fjuwil tat-Tip 3B;

3.2.1.3.

Għal magni CI alimentati bid-diżil, il-marka tal-approvazzjoni għandu jkollha l-ittra “D” wara s-simbolu nazzjonali;

3.2.1.4.

Għal magni CI li jieħdu l-etanol (ED95), il-marka tal-approvazzjoni għandu jkollha l-ittri “ED” wara s-simbolu nazzjonali;

3.2.1.5.

Għal magni PI li jieħdu l-etanol (E85), il-marka tal-approvazzjoni għandu jkollha “E85” wara s-simbolu nazzjonali;

3.2.1.6.

għal magni tat-Tip PI li jieħdu l-petrol, il-marka tal-approvazzjoni għandu jkollha l-ittra “P” wara s-simbolu nazzjonali;”

(5)

fil-punt 4.2, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

fir-rigward tal-konformità tas-sistema li tiżgura t-tħaddim korrett tal-miżuri ta' kontroll tan-NOx, l-istallazzjoni għandha, skont l-Appendiċi 4 tal-Anness 11 tar-Regolament Nru 49 tal-NU/KEE, tissodisfa r-rekwiżiti tal-installazzjoni tal-manifattur kif speċifikat fil-Parti 1 tal-Appendiċi 1. ta' dak ir-Regolament”;

(6)

fl-Appendiċi 4, id-disa', l-għaxar u l-ħdax-il paragrafu jinbidlu b'dan li ġej:

“Fil-każ ta' applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' magna jew ta' familja ta' magni bħala unità teknika separata, għandhom jimtlew il-parti ġenerali u l-Partijiet 1 u 3.

Fil-każ ta' applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vettura b'magna approvata fir-rigward tal-emissjonijiet u l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura, għandhom jimtlew il-parti ġenerali u l-Parti 2.

Fil-każ ta' applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vettura fir-rigward tal-emissjonijiet u l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura, għandhom jimtlew il-parti ġenerali u l-Partijiet 1, 2 u 3.”

(7)

L-Appendiċi 9 jinbidel b'dan li ġej:

“Appendiċi 9

Sistema ta' Numerazzjoni taċ-Ċertifikazzjoni tal-Approvazzjoni tat-Tip tal-KE

It-Taqsima 3 tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE maħruġ skont l-Artikoli 6(1), 8(1) u 10(1) għandha tkun komposta min-numru tal-att regolatorju implimentattiv jew mill-aktar att regolatorju ta' emenda riċenti applikabbli għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE. In-numru għandu jkun segwit minn ittra alfabetika li tirrifletti r-rekwiżiti tas-sistemi OBD u SCR skont it-Tabella 1.

Tabella 1

Ittra

NOx OTL (1)

PM OTL (2)

CO OTL (6)

IUPR (13)

Kwalità tar-reaġent

Monitoraġġ addizzjonali tal-OBD (12)

Rekwiżiti tal-limitu tal-potenza (14)

Dati tal-implimentazzjoni: tipi ġodda

Dati tal-implimentazzjoni: il-vetturi kollha

L-aħħar data ta' reġistrazzjoni

A (9)  (10)

B (10)

Ir-ringiela “Perjodu tad-dħul gradwali” tat-Tabella 1 jew tat-Tabella 2

Prestazzjoni. Monitoraġġ (3)

Mhux applikabbli

Dħul gradwali (7)

Dħul gradwali (4)

Mhux applikabbli

20 %

31.12.2012

31.12.2013

31.8.2015 (9)

30.12.2016 (10)

B (11)

Ir-ringiela “Perjodu tad-dħul gradwali” tat-Tabelli 1 u 2

Mhux applikabbli

Ir-ringiela “Perjodu tad-dħul gradwali” tat-Tabella 2

Mhux applikabbli

Dħul gradwali (4)

Mhux applikabbli

20 %

1.9.2014

1.9.2015

30.12.2016

C

Ir-ringiela “Rekwiżiti ġenerali” tat-Tabella 1 jew tat-Tabella 2

Ir-ringiela “Rekwiżiti ġenerali” tat-Tabella 1

Ir-ringiela “Rekwiżiti ġenerali” tat-Tabella 2

Ġenerali (8)

Ġenerali (5)

Iva

20 %

31.12.2015

31.12.2016

31.12.2018

D

Ir-ringiela “Rekwiżiti ġenerali” tat-Tabella 1 jew tat-Tabella 2

Ir-ringiela “Rekwiżiti ġenerali” tat-Tabella 1

Ir-ringiela “Rekwiżiti ġenerali” tat-Tabella 2

Ġenerali (8)

Ġenerali (5)

Iva

10 %

1.9.2018

1.9.2019

 


(1)  Ir-rekwiżiti ta' monitoraġġ tal-“NOx OTL” kif stipulati fit-Tabella 1 tal-Anness X għal magni u vetturi bi tqabbid bil-kompressjoni u li jużaw żewġ tipi ta' fjuwil u fit-Tabella 2 tal-Anness X għal magni u vetturi li bi tqabbid bl-ispark plaggs.

(2)  Ir-rekwiżiti ta' monitoraġġ tal-“PM OTL” kif stipulati fit-Tabella 1 tal-Anness X għal magni u vetturi bi tqabbid bil-kompressjoni u li jużaw żewġ tipi ta' fjuwil.

(3)  Ir-rekwiżiti tal-“Monitoraġġ tal-prestazzjoni” kif stipulati fil-Punt 2.1.1 tal-Anness X.

(4)  Ir-rekwiżiti tad-“dħul gradwali” tal-kwalità tar-reaġent kif stipulati fil-Punt 7.1 tal-Anness XIII.

(5)  Ir-rekwiżiti “ġenerali” tal-kwalità tar-reaġent kif stipulati fil-Punt 7.1.1 tal-Anness XIII.

(6)  Ir-rekwiżiti ta' monitoraġġ “CO OTL” kif stipulati fit-Tabella 2 tal-Anness X għal magni u vetturi bi tqabbid bl-ispark plaggs.

(7)  Ir-rekwiżiti IUPR tad-“Dħul gradwali” kif stipulati fit-Taqsima 6 tal-Anness X.

(8)  Ir-rekwiżiti IUPR “Ġenerali” kif stipulati fit-Taqsima 6 tal-Anness X.

(9)  Għal magni bi tqabbid bl-ispark plaggs u vetturi mgħammra b'tali magni.

(10)  Għal magni bi tqabbid bil-kompressjoni u li jużaw żewġ tipi ta' fjuwil u vetturi mgħammra b'tali magni.

(11)  Applikabbli biss għal magni bi tqabbid bl-ispark plaggs u vetturi mgħammra b'tali magni.

(12)  Id-dispożizzjonijiet addizzjonali dwar ir-rekwiżiti ta' monitoraġġ għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-paragrafu 2.3.1.2. tal-Anness 9 A tar-Regolament Nru 49 tal-NU/KEE.

(13)  L-ispeċifikazzjonijiet tal-IUPR huma stabbiliti fl-Anness X. Magni u vetturi bi tqabbid bl-ispark plaggs mgħammra b'tali magni mhumiex soġġetti għall-IUPR.

(14)  Ir-rekwiżit ISC stabbilit fl-Appendiċi 1 tal-Anness II.

Mhux applikabbli

Ma japplikax.”.


ANNESS II

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt 2.1 jinbidel b'dan li ġej:

“2.1.

Il-konformità ta' vetturi fis-servizz jew ta' magni ta' familja ta' magni għandha tiġi murija billi l-vetturi jiġu ttestjati fit-triq, imħaddma skont il-mudelli ta' sewqan, il-kundizzjonijiet u t-tagħbijiet li jinġarru normali tagħhom. It-test tal-konformità waqt it-tħaddim għandu jkun rappreżentattiv għal vetturi mħaddma fuq ir-rotot ta' sewqan reali tagħhom, bit-tagħbija normali tagħhom u bis-sewwieq professjonali li s-soltu jsuq il-vettura. Meta l-vettura titħaddem minn sewwieq li mhuwiex is-sewwieq professjonali li s-soltu jsuq il-vettura partikolari, is-sewwieq alternattiv għandu jkun kapaċi u mħarreġ biex iħaddem vetturi tal-kategorija soġġetta għat-test.”

(2)

il-punt 2.3 jinbidel b'dan li ġej:

“2.3.

Il-manifattur għandu juri lill-awtorità tal-approvazzjoni li l-vettura magħżula, il-mudelli tas-sewqan u l-kundizzjonijiet huma rappreżentattivi għall-familja ta' magni. Ir-rekwiżiti kif speċifikati fil-punt 4.5 għandhom jintużaw biex jiġi ddeterminat jekk il-mudelli tas-sewqan humiex aċċettabbli għall-ittestjar tal-konformità waqt it-tħaddim.”

(3)

il-punt 4.1 jinbidel b'dan li ġej:

“4.1.   Tagħbija tal-vettura

It-tagħbija normali hija tagħbija ta' bejn 10 % u 100 % tat-tagħbija massima.

It-tagħbija massima hija d-differenza bejn il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tal-vettura u l-massa tal-vettura f'kundizzjoni ta' sewqan kif speċifikat skont l-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE.

Għall-finijiet tal-ittestjar ta' konformità waqt it-tħaddim, it-tagħbija tista' tiġi riprodotta u tista' tintuża tagħbija artifiċjali.

L-awtoritajiet tal-approvazzjoni jistgħu jitolbu li tiġi ttestjata vettura b'kull tagħbija bejn 10 % u 100 % tat-tagħbija massima tal-vettura. F'każ li l-massa tat-tagħmir tal-PEMS meħtieġa għall-operazzjoni taqbeż l-10 % tat-tagħbija massima tal-vettura, din il-massa tista' titqies bħala tagħbija minima.

Vetturi tal-kategorija N3 għandhom jiġu ttestjati, meta applikabbli, b'semitrejler.”;

(4)

il-punti 4.4.1 sa 4.5.5 jinbidlu b'dan li ġej:

4.4.1.   Iż-żejt lubrikanti taż-żejt għandu jkun żejt tas-suq u jrid jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur tal-magna.

Għandhom jittieħdu kampjuni taż-żejt.

4.4.2.   Fjuwil

Il-fjuwil tat-test għandu jkun fjuwil fis-suq kopert mid-Direttiva 98/70/KE u mill-istandards CEN rilevanti, jew il-fjuwil ta' referenza kif speċifikat fl-Anness IX ta' dan ir-Regolament. Għandhom jittieħdu kampjuni tal-fjuwil.

Il-manifattur jista' jitlob li ma jittiħidx kampjun tal-fjuwil minn magna li taħdem bil-gass.

4.4.2.1.   Jekk il-manifattur ikun, skont it-Taqsima 1 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, iddikjara l-kapaċità li jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament dwar il-fjuwils fis-suq ddikjarati fil-punt 3.2.2.2.1 tad-Dokument ta' Informazzjoni kif stabbilit fl-Appendiċi 4 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, tal-anqas għandu jsir test wieħed fuq kull fjuwil fis-suq iddikjarat.

4.4.3.   Għal sistemi tal-posttrattament tal-egżost li jużaw reaġent biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, ir-reaġent għandu jkun wieħed fis-suq u jrid jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur tal-magna. Għandu jittieħed kampjun tar-reaġent. Ir-reaġent ma għandux ikun iffriżat.

4.5.   Rekwiżiti tal-vjaġġ

Il-partijiet ta' operazzjoni għandhom jiġu espressi bħala perċentwal tad-durata totali tal-vjaġġ.

Il-vjaġġ għandu jikkonsisti f'sewqan f'żoni urbani segwit minn sewqan f'żoni rurali u fl-awtostrada skont il-partijiet speċifikati fil-punti 4.5.1 sa 4.5.4. Meta tiġi ġġustifikata ordni oħra ta' ttestjar għal raġunijiet prattiċi u wara qbil mill-awtorità tal-approvazzjoni tista' tintuża ordni oħra, madankollu, it-test għandu jibda dejjem bis-sewqan urban.

Għall-iskop ta' din it-Taqsima, “madwar” tfisser il-valur mixtieq ta' ± 5 %.

Il-partijiet urbani, rurali u tal-awtostrada jistgħu jiġu determinati jew abbażi ta':

il-koordinati ġeografiċi (permezz ta' mappa), jew

il-metodu tal-ewwel aċċellerazzjoni.

F'każ li l-kompożizzjoni tal-vjaġġ tiġi ddeterminata abbażi ta' koordinati ġeografiċi, il-vettura m'għandhiex taqbeż, għal perjodu kumulattiv ta' aktar minn 5 % tad-durata kollha ta' kull parti tal-vjaġġ, il-veloċità li ġejja:

50 km/h fil-parti urbana

75 km/h fil-parti rurali (90 km/h fil-każ ta' vetturi tal-kategoriji M1 u N1)

F'każ li l-kompożizzjoni tal-vjaġġ tiġi ddeterminata abbażi tal-metodu tal-ewwel aċċellerazzjoni, l-ewwel aċċelerazzjoni ogħla minn 55 km/h (70 km/h fil-każ ta' vetturi tal-kategoriji M1 u N1) għandha tindika l-bidu tal-parti rurali u l-ewwel aċċelerazzjoni ogħla minn 75 km/h (90 km/h fil-każ ta' vetturi tal-kategoriji M1 u N1) għandha tindika l-bidu tal-parti fuq l-awtostrada.

Il-kriterji għad-differenzjazzjoni bejn l-operazzjoni urbana, rurali u fuq l-awtostrada għandhom ikunu miftiehma mal-awtorità tal-approvazzjoni qabel il-bidu tat-test.

Il-veloċità medja f'operazzjoni f'żona urbana għandha tkun bejn 15 u 30 km/h.

Il-veloċità medja f'operazzjoni f'żoni rurali għandha tkun bejn 45 u 70 km/h (60 u 90 km/h fil-każ ta' vetturi tal-kategoriji M1 u N1).

Il-veloċità medja f'operazzjoni fl-awtostrada għandha tkun aktar minn 70 km/h (90 km/h fil-każ ta' vetturi tal-kategoriji M1 u N1).

4.5.1.   Għal vetturi M1 u N1 il-vjaġġ għandu jikkonsisti minn madwar 34 % tal-operazzjoni f'żoni urbani, 33 % tal-operazzjoni f'żoni rurali u 33 % tal-operazzjoni fl-awtostrada.

4.5.2.   Għal vetturi tal-kategoriji N2, M2 u M3 il-vjaġġ għandu jikkonsisti minn madwar 45 % tal-operazzjoni f'żoni urbani, 25 % tal-operazzjoni f'żoni rurali u 30 % tal-operazzjoni fl-awtostrada. Il-vetturi M2 u M3 tal-Klassi I, II jew tal-Klassi A kif definiti fir-Regolament 107 tal-NU/KEE għandhom jiġu ttestjati f'madwar 70 % tal-operazzjoni f' żoni urbani u 30 % tal-operazzjoni f'żoni rurali.

4.5.3.   Għal vetturi N3 il-vjaġġ għandu jikkonsisti minn madwar 20 % tal-operazzjoni f'żoni urbani, 25 % tal-operazzjoni f'żoni rurali u 55 % tal-operazzjoni fl-awtostrada.

4.5.4.   Għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kompożizzjoni tal-vjaġġ, id-durata tal-parti għandha tiġi kkalkulata mill-mument meta t-temperatura tal-fluwidu berried tkun laħqet it-343K (70 °C) għall-ewwel darba jew wara li t-temperatura tal-fluwidu berried tkun stabbli fuq +/– 2K tul perjodu ta' 5 minuti, skont liema minn dawn tiġi l-ewwel iżda mhux aktar tard minn 15-il minuta wara li tkun ġiet startjata l-magna. Skont il-paragrafu 4.5, il-perjodu ta' żmien biex tintlaħaq it-temperatura tal-fluwidu berried ta' 343K (70 °C) għandu jiġi operat f'kundizzjonijiet ta' sewqan urban.

Huwa pprojbit it-tisħin artifiċjali tas-sistemi tal-kontroll ta' emissjonijiet qabel it-test.

4.5.5.   Id-distribuzzjoni li ġejja tal-valuri karatteristiċi tal-vjaġġ mill-bażi tad-dejta tad-WHDC tista' sservi bħala gwida addizzjonali għall-evalwazzjoni tal-vjaġġ:

(a)

aċċellerazzjoni: 26,9 % tal-ħin,

(b)

deċellerazzjoni: 22,6 % tal-ħin,

(c)

veloċità stabbli: 38,1 % tal-ħin,

(d)

waqfien (veloċità tal-vettura = 0): 12,4 % tal-ħin,”

(5)

il-punt 4.6.5 jinbidel b'dan li ġej:

“4.6.5.

Id-durata minima tat-test għandha tkun biżżejjed biex titwettaq il-ħidma matul id-WHTC għal bejn erba' u seba' darbiet, jew biex jipproduċi bejn erba' u seba' darbiet il-massa ta' referenza ta' CO2 f'kg/ċiklu mill-WHTC kif applikabbli.”;

(6)

il-punt 4.6.10 jinbidel b'dan li ġej:

“4.6.10.

Jekk is-sistema tal-post-trattament tal-egżost tal-partikuli tgħaddi minn riġenerazzjoni mhux kontinwa matul il-vjaġġ jew iseħħ malfunzjonament tal-OBD tal-klassi A jew B matul it-test, il-manifattur jista' jitlob li vjaġġ jiġi annullat.”;

(7)

il-punt 5.1.2.2 jinbidel b'dan li ġej:

“5.1.2.2.

Il-konformità tas-sinjal tat-torque tal-ECU hija kkunsidrata bħala suffiċjenti jekk it-torque ikkalkulat jibqa' fil-livelli ta' tolleranza tat-torque tat-tagħbija massima kif speċifikat fil-punt 5.2.5 tal-Anness I.”;

(8)

L-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   INTRODUZZJONI

Dan l-Appendiċi jiddeskrivi l-proċedura li permezz tagħha jiġu determinati l-emissjonijiet gassużi minn kejl imwettaq fuq il-vettura waqt li qiegħda fit-triq bl-użu ta' Sistemi ta' Kejl tal-Emissjonijiet li Jistgħu Jinġarru (minn hawn 'il quddiem imsejħa “PEMS”). L-emissjonijiet niġġiesa li għandhom jitkejlu mill-egżost tal-magna jinkludu l-komponenti li ġejjin: il-monossidu tal-karbonju, it-total ta' idrokarburi u tal-ossidi tan-nitroġenu għal magni bi tqabbid bil-kompressjoni u l-monossidu tal-karbonju, l-idrokarburi nonmetaniċi, il-metan u l-ossidi tan-nitroġenu għal magni bi tqabbid bl-ispark plaggs. Barra minn hekk, għandu jitkejjel id-dijossidu tal-karbonju biex ikunu jistgħu jsiru l-proċeduri ta' kalkolazzjoni deskritti fit-Taqsimiet 4 u 5.

Għall-magni li jieħdu fjuwil tal-gass naturali, il-manifattur, is-servizz tekniku jew l-awtorità tal-approvazzjoni jistgħu jagħżlu li jkejlu l-emissjonijiet totali tal-idrokarburi (THC) biss minflok ikejlu l-emissjonijiet tal-idrokarburi metaniċi u nonmetaniċi. F'dak il-każ, il-limitu tal-emissjonijiet għat-total tal-emissjonijiet tal-idrokarburi huwa l-istess bħal dak speċifikat fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 għall-emissjonijiet metaniċi. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-Fatturi tal-Konformità skont il-punti 4.2.3 u 4.3.2, il-limitu applikabbli, f'dak il-każ, għandu jkun il-limitu tal-emissjonijiet metaniċi biss.

Għall-magni li jieħdu fjuwil tal-gass li mhux gass naturali, il-manifattur, is-servizz tekniku jew l-awtorità tal-approvazzjoni jistgħu jagħżlu li jkejlu l-emissjonijiet totali tal-idrokarburi (THC) minflok ikejlu l-emissjonijiet tal-idrokarburi nonmetaniċi. F'dak il-każ, il-limitu tal-emissjonijiet għat-total tal-emissjonijiet tal-idrokarburi huwa l-istess bħal dak speċifikat fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 għall-emissjonijiet nonmetaniċi. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-Fatturi tal-Konformità skont il-punti 4.2.3 u 4.3.2, il-limitu applikabbli, f'dak il-każ, għandu jkun il-limitu tal-emissjonijiet nonmetaniċi biss.”

(b)

fil-punt 2.2, is-sentenza “Il-parametri ppreżentati fil-qosor fit-Tabella 1 għandhom jitkejlu u jiġu rreġistrati:” tinbidel b'dan li ġej:

“Il-parametri kif speċifikat fit-Tabella 1 għandhom jitkejlu u jiġu rreġistrati f'frekwenza kostanti ta' 1,0 Hz jew aktar. Id-dejta oriġinali mhux ipproċessata għandha tinżamm mill-manifattur u għandha tkun disponibbli, fuq talba, lill-awtorità tal-approvazzjoni u lill-Kummissjoni.”;

(c)

jiddaħħal il-punt 2.2.1 li ġej:

“2.2.1.   Format tar-rapportar tad-dejta

Il-valuri tal-emissjonijiet, kif ukoll kull parametru rilevanti ieħor, għandhom jiġu rrappurtati u skambjati bħala fajls tad-dejta fil-format csv. Il-valuri tal-parametri għandhom ikunu separati b'virgola, ASCII-Code #h2C. Il-marka deċimali tal-valuri numeriċi għandha tkun punt, ASCII-Code #h2E. Il-linji għandhom jintemmu b'carriage return, ASCII-Code #h0D. M'għandhomx jintużaw separaturi għall-eluf.”;

(d)

il-punti 2.6.1 u 2.6.2 jinbidlu b'dan li ġej:

“2.6.1.    Bidu tat-test

It-teħid tal-kampjuni tal-emissjonijiet, il-kejl tal-parametri tal-egżost u r-reġistrazzjoni tad-dejta relatata mal-magna u mal-ambjent għandhom jibdew qabel ma tiġi startjata l-magna. It-temperatura tal-fluwidu berried m'għandhiex taqbeż it-303K (30 °C) fil-bidu tat-test. F'każ li t-temperatura ambjentali taqbeż it-303K (30 °C) fil-bidu tat-test, it-temperatura tal-fluwidu berried m'għandhiex taqbeż it-temperatura ambjentali b'aktar minn 2 °C. L-evalwazzjoni tad-dejta għandha tibda wara li t-temperatura tal-fluwidu berried tkun laħqet it-343K (70 °C) għall-ewwel darba jew wara li t-temperatura tal-fluwidu berried tkun stabbli fuq +/– 2K tul perjodu ta' 5 minuti, skont liema minn dawn tiġi l-ewwel iżda mhux aktar tard minn 15-il minuta wara li tkun ġiet startjata l-magna.

2.6.2.    Prova

It-teħid tal-kampjuni tal-emissjonijiet, il-kejl tal-parametri tal-egżost u r-reġistrazzjoni tad-dejta relatata mal-magna u mal-ambjent għandhom ikomplu tul it-tħaddim normali tal-magna. Il-magna tista' titwaqqaf u tiġi startjata, iżda t-teħid tal-kampjuni tal-emissjonijiet għandu jitkompla tul it-test kollu.

Kull sagħtejn (2) jistgħu jsiru żero-checks perjodiċi tal-analizzaturi tal-gassijiet PEMS u r-riżultati jistgħu jintużaw biex issir korrezzjoni għad-drift żero. Id-dejta rreġistrata waqt il-verifiki għandha tiġi mmarkata u m'għandhiex tintuża għall-kalkoli tal-emissjonijiet.

F'każ ta' interruzzjoni tas-sinjal tal-GPS, id-dejta tal-GPS tista' tiġi kkalkulata abbażi tal-veloċità ECU tal-vettura u mappa, għal perjodu konsekuttiv ta' anqas minn 60 s. Jekk it-telf kumulattiv tas-sinjal tal-GPS jaqbeż it-3 % tad-durata totali tal-vjaġġ, il-vjaġġ għandu jiġi ddikjarat null.”;

(e)

il-punt 3.2.1 jinbidel b'dan li ġej:

“3.2.1.    Dejta tal-analizzaturi u tal-EFM

Il-konsistenza tad-dejta (il-fluss tal-massa tal-egżost imkejjel mill-EFM u l-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet) għandha tiġi verifikata permezz ta' korrelazzjoni bejn il-fluss imkejjel tal-fjuwil mill-ECU u l-fluss tal-fjuwil ikkalkulat permezz tal-formula fit-Taqsima 8.4.1.7 tal-Anness 4 tar-Regolament Nru 49 tal-NU/KEE. Għandha ssir rigressjoni lineari għall-valuri mkejla u kkalkulati tar-rata tal-fjuwil. Għandu jintuża l-metodu tal-minimi kwadrati, bl-ekwazzjoni l-aktar adattata jkollha l-formula ta':

y = mx + b

fejn:

y

hija l-fluss tal-fjuwil ikkalkulat [g/s]

m

hija l-inklinazzjoni grafika tal-linja ta' rigressjoni

x

hija l-fluss tal-fjuwil imkejjel [g/s]

b

hija l-interċetta y tal-linja ta' rigressjoni

L-inklinazzjoni grafika (m) u l-koeffiċjent ta' determinazzjoni (r2) għandhom jiġu kkalkulati għal kull linja ta' rigressjoni. Huwa rakkomandat li din l-analiżi titwettaq fil-medda bejn 15 % tal-valur massimu sal-valur massimu u bi frekwenza ta' 1 Hz jew aktar. Biex test jitqies validu, għandhom jiġu evalwati ż-żewġ kriterji li ġejjin:

Tabella 2

Tolleranzi

Inklinazzjoni grafika tal-linja ta' rigressjoni, m

0,9 sa 1,1 — Irrakkomandat

Koeffiċjent ta' determinazzjoni r2

min. 0,90 — Mandatorju”;

(f)

il-punt 4.1 jinbidel b'dan li ġej:

“4.1.   Il-prinċipju tat-tieqa tal-medja

L-emissjonijiet għandhom jiġu integrati bl-użu tal-metodu tat-tieqa tal-medja mobbli, abbażi tal-massa ta' referenza ta' CO2 jew tax-xogħol ta' referenza. Il-prinċipju tal-kalkolu huwa kif ġej: L-emissjonijiet tal-massa mhumiex ikkalkulati għas-sett komplut tad-dejta, iżda għas-subsettijiet tas-sett komplut tad-dejta, it-tul ta' dawn is-subsettijiet jiġi ddeterminat biex jaqbel mal-massa tas-CO2 jew ix-xogħol tal-magna mkejla fuq iċ-ċiklu tal-laboratorju tranżitorju ta' referenza. Il-kalkoli medji mobbli jitwettqu b'żieda fil-ħin Δt ugwali għall-perjodu tat-teħid tal-kampjuni tad-dejta. Dawn is-subsettijiet li jintużaw biex tinħadem medja tad-dejta tal-emissjonijiet jissejħu “twieqi tal-medji” fil-punti li ġejjin.

Dejta li mhix ivvalidata m'għandhiex tiġi kkunsidrata għall-kalkolu tax-xogħol jew tal-massa tas-CO2 u għat-tieqa tal-medja tal-emissjonijiet.

Id-dejta li ġejja għandha titqies bħala dejta li mhix valida:

(a)

verifika tad-drift żero tal-istrumenti;

(b)

id-dejta li mhix fil-kundizzjonijiet speċifikati fil-punti 4.2 u 4.3 tal-Anness II.

L-emissjonijiet tal-massa (mg/tieqa) għandhom jiġu ddeterminati kif deskritt fil-paragrafu 8.4.2.3 tal-Anness 4 tar-Regolament Nru 49 tal-NU/KEE.

Grafika 1

Il-veloċità tal-vettura kontra l-ħin u l-emissjonijiet medji tal-vettura, li tibda bl-ewwel tieqa tal-medja, kontra l-ħin.

Image ”;

(g)

il-punt 4.2.2 jinbidel b'dan li ġej:

“4.2.2.   L-għażla tat-twieqi validi

4.2.2.1.   Qabel id-dati msemmija fl-Artikolu 17a, għandhom japplikaw il-punti 4.2.2.1.1 sa 4.2.2.1.4.

4.2.2.1.1.   It-twieqi validi huma t-twieqi li l-potenza medja tagħhom taqbeż il-limitu ta' potenza ta' 20 % tas-saħħa massima tal-magna. Il-perċentwal ta' twieqi validi għandu jkun 50 % jew aktar.

4.2.2.1.2.   Jekk il-perċentwal ta' twieqi validi jkun inqas minn 50 %, l-evalwazzjoni tad-dejta għandha terġa' ssir bl-użu ta' limiti ta' potenza aktar baxxi. Il-limitu ta' potenza għandu jitnaqqas fi stadji ta' 1 % sakemm il-perċentwal ta' twieqi validi jkun 50 % jew aktar.

4.2.2.1.3.   Fi kwalunkwe każ, il-limitu l-aktar baxx m'għandux ikun ta' inqas minn 15 %.

4.2.2.1.4.   It-test għandu jitqies bħala null jekk il-perċentwal ta' twieqi validi jkun ta' anqas minn 50 % fuq limitu ta' potenza ta' 15 %.

4.2.2.2.   Mid-dati msemmija fl-Artikolu 17a, għandhom japplikaw il-punti 4.2.2.2.1 u 4.2.2.2.2.

4.2.2.2.1.   It-twieqi validi huma t-twieqi li l-potenza medja tagħhom taqbeż il-limitu ta' potenza ta' 10 % tal-potenza massima tal-magna.

4.2.2.2.2.   It-test għandu jitqies bħala null jekk il-perċentwal tat-twieqi validi jkun anqas minn 50 % jew jekk ma jibqax twieqi validi f'operazzjonijiet f'żoni urbani biss wara li tkun ġiet applikata r-regola tad-90 perċentil.”;

(h)

il-punt 4.3.1 jinbidel b'dan li ġej:

“4.3.1.    L-għażla tat-twieqi validi

4.3.1.1.   Qabel id-dati msemmija fl-Artikolu 17a, għandhom japplikaw il-punti 4.3.1.1.1 sa 4.3.1.1.4.

4.3.1.1.1.   It-twieqi validi għandhom ikunu t-twieqi li d-durata tagħhom ma taqbiżx id-durata massima kkalkulata permezz ta':

Formula

fejn:

D max hija d-durata massima tat-tieqa, s;

P max hija l-potenza massima tal-magna, f'kW.

4.3.1.1.2.   Jekk il-perċentwal tat-twieqi validi jkun anqas minn 50 %, l-evalwazzjoni tad-dejta għandha terġa' ssir billi jintużaw durati itwal ta' twieqi. Dan isir billi jitnaqqas il-valur ta' 0,2 fil-formula mogħtija fil-punt 4.3.1 bil-passi ta' 0,01 kull darba sakemm il-perċentwal tat-twieqi validi jkun 50 % jew aktar.

4.3.1.1.3.   Madankollu, il-valur imnaqqas fil-formula msemmija hawn fuq m'għandux ikun anqas minn 0,15.

4.3.1.1.4.   It-test għandu jiġi kkunsidrat null jekk il-perċentwal tat-twieqi validi jkun anqas minn 50 % f'durata massima tat-tieqa kkalkulata skont il-punti 4.3.1.1, 4.3.1.1.2 u 4.3.1.1.3.

4.3.1.2.   Mid-dati msemmija fl-Artikolu 17a, għandhom japplikaw il-punti 4.3.1.2.1 u 4.3.1.2.2.

4.3.1.2.1.   It-twieqi validi għandhom ikunu t-twieqi li d-durata tagħhom ma taqbiżx id-durata massima kkalkulata permezz ta':

Formula

fejn:

D max hija d-durata massima tat-tieqa, s;

P max hija l-potenza massima tal-magna, f'kW.

4.3.1.2.2.   It-test għandu jitqies bħala null jekk il-perċentwal ta' twieqi validi jkun ta' anqas minn 50 %.”;

(9)

fl-Appendiċi 2, il-punt 3.1 jinbidel b'dan li ġej:

“3.1.   Tqabbid tal-Miter tal-Fluss tal-Gass (EFM) mal-pajp tal-egżost

L-installazzjoni tal-EFM m'għandhiex iżżid il-kontropressjoni b'aktar mill-valur irrakkomandat mill-manifattur tal-magna, u lanqas m'għandha żżid it-tul tal-iżbokk tal-egżost b'aktar minn 2 m. Fir-rigward tal-komponenti kollha tat-tagħmir PEMS, l-installazzjoni tal-EFM għandha tkun konformi mar-regolamenti lokali dwar is-sikurezza fit-toroq applikabbli kif ukoll mar-rekwiżiti lokali tal-assigurazzjoni.”


ANNESS III

L-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt 8 jinbidel b'dan li ġej:

“8.   DOKUMENTAZZJONI

Il-paragrafu 11 tal-Anness 10 tar-Regolament Nru 49 tal-NU/KEE għandu jiġi mifhum kif ġej:

 

L-Awtorità tal-Approvazzjoni għandha titlob li l-manifattur jipprovdi pakkett ta' dokumentazzjoni. Dan għandu jiddeskrivi kull element ta' disinn u strateġija għall-kontroll tal-emissjonijiet tas-sistema tal-magna u l-mezzi li bihom tikkontrolla l-varjabbli tal-output tagħha, sew jekk dan il-kontroll ikun dirett jew indirett.

 

L-informazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni sħiħa tal-istrateġija għall-kontroll tal-emissjonijiet. Barra minn hekk, din għandha tinkludi informazzjoni dwar it-tħaddim tal-AES u l-BES kollha, inkluż deskrizzjoni tal-parametri li jiġu mmodifikati minn kull AES u l-kundizzjonijiet tal-limitu li fihom topera l-AES, u indikazzjoni ta' liema AES u BES x'aktarx li jkunu attivi fil-kundizzjonijiet tal-proċeduri tal-ittestjar li jinsabu f'dan l-Anness.

 

Dan il-pakkett ta' dokumentazzjoni għandu jiġi pprovdut skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 8 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.”

(2)

L-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-punt 2.3 li ġej:

“2.3.

Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-vetturi jistgħu jiġu ttestjati bil-PEMS minn entità indipendenti f'toroq pubbliċi billi jagħmlu disponibbli adapters xierqa għall-iżbokki tal-egżost, li jagħtu aċċess għas-sinjali tal-ECU u jagħmlu l-arranġamenti amministrattivi meħtieġa. Il-manifattur jista' jitlob ħlas raġonevoli kif stabbilit fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.”

(b)

il-punt 3.1 jinbidel b'dan li ġej:

“3.1.   Tagħbija tal-vettura

Għall-finijiet tal-ittestjar ta' dimostrazzjoni tal-PEMS, it-tagħbija tista' tiġi riprodotta u tista' tintuża tagħbija artifiċjali.

It-tagħbija tal-vettura għandha tkun 50–60 % tat-tagħbija massima tal-vettura. Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti fl-Anness II.”;


ANNESS IV

L-Anness XI tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt 4.3.2.4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.3.2.4.   Id-durabilità tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet

Is-sistema tal-posttrattament tal-egżost ittestjata skont il-punt 4.3.2.2 u li tinkorpora t-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis għandha tkun soġġetta għall-proċeduri ta' durabilità deskritti fl-Appendiċi 3.”;

(2)

jiddaħħal il-punt 4.3.5 li ġej:

“4.3.5.    Fjuwils

Fil-każ deskritt fil-punt 1.1.2 tal-Anness I, il-proċedura tat-test stabbilita fil-punti 4.3.1 sa 4.3.2.7 ta' dan l-Anness għandha titwettaq bl-użu tal-fjuwils iddikjarati mill-manifattur oriġinali tas-sistema tal-magna. Madankollu, bi qbil mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, il-proċedura tad-durabilità stabbilita fl-Appendiċi 3 u msemmija fil-punt 4.3.2.4 tista' titwettaq biss bi fjuwil li jirrapreżenta l-agħar każ possibbli fir-rigward tat-tixjiħ.”;

(3)

jiddaħħlu l-punti 4.6 sa 4.6.5 li ġejjin:

“4.6.   Rekwiżiti dwar il-kompatibilità mal-miżuri ta' kontroll tal-NOx (applikabbli biss għal tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis li jiġi installat fuq vetturi mgħammra b'sensuri li jkejlu b'mod dirett il-konċentrazzjoni tan-NOx fl-egżost)

4.6.1.   Id-dimostrazzjoni tal-kompatibilità tal-miżuri ta' kontrol tan-NOx hija meħtieġa biss meta t-tagħmir oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis ikun ġie mmonitorjat fil-konfigurazzjoni oriġinali.

4.6.2.   Il-kompatibbiltà tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis mal-miżuri ta' kontroll tan-NOx għandha tintwera permezz tal-proċeduri deskritti fl-Anness XIII ta' dan ir-Regolament, għal tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis maħsub biex jiġi installat fuq magni jew vetturi ta' tip approvat skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u skont dan ir-Regolament.

4.6.3.   Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 49 tal-NU/KEE applikabbli għal komponenti għajr tagħmir ta' kontroll tat-tniġġis m'għandhomx japplikaw.

4.6.4.   Il-manifattur tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis jista' juża l-istess proċedura ta' ttestjar u ta' kundizzjonament minn qabel li jintużaw għall-approvazzjoni tat-tip oriġinali. F'dak il-każ, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip oriġinali ta' magna ta' vettura għandha tipprovdi, fuq talba u fuq bażi mhux diskriminatorja, dokument ta' informazzjoni ppreżentat bħala appendiċi mad-Dokument ta' Informazzjoni stipulat fl-Appendiċi 4 tal-Anness I, li jkun jinkludi l-għadd u t-tip ta' ċikli ta' kundizzjonament minn qabel u t-tip ta' ċiklu ta' test użat mill-manifattur tat-tagħmir oriġinali għall-ittestjar tal-miżuri ta' kontroll tan-NOx tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis.

4.6.5.   Il-punt 4.5.5 għandu japplika għall-miżuri ta' kontroll tan-NOx immonitorjati bis-sistema OBD.”;

(4)

L-Appendiċi 3 jinbidel b'dan li ġej:

“Appendiċi 3

Il-proċedura tad-durabilità għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta' tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis

1.   Dan l-Appendiċi jistabbilixxi l-proċedura tad-durabilità msemmija fil-punt 4.3.2.4 tal-Anness XI, biex jiġi evalwat ir-rendiment tal-emissjonijiet ta' tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis.

2.   DESKRIZZJONI TAL-PROĊEDURA TAD-DURABILITÀ

2.1.   Il-proċedura tad-durabilità għandha tikkonsisti minn fażi ta' ġbir ta' dejta u ta' skeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz.

2.2.   Il-fażi tal-ġbir ta' dejta

2.2.1.   Il-magna magħżula, mgħammra b'sistemasħiħa ta' posttrattament tal-egżost u li tinkorpora t-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis għandha tiġi mkessħa għal temperatura ambjentali u mħaddma ċiklu tat-test WHTC wieħed bi startjar kiesaħ f'konformità mal-paragrafi 7.6.1 u 7.6.2 tal-Anness 4 tar-Regolament Nru 49 tal-NU/KEE.

2.2.2.   Immedjatament wara ċ-ċiklu tat-test WHTC bi startjar kiesaħ, il-magna għandha titħalla taħdem għal disa' ċikli konsekuttivi ta' testijiet WHTC bi startjar sħun skont il-paragrafu 7.6.4 tal-Anness 4 tar-Regolament Nru 49 tal-NU/KEE.

2.2.3.   Is-sekwenza tat-test stipulata fil-punti 2.2.1 u 2.2.2 għandha titwettaq skont l-istruzzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 7.6.5 tal-Anness 4 tar-Regolament Nru 49 tal-NU/KEE.

2.2.4.   Alternattivament, id-dejta rilevanti tista' tinġabar billi l-vettura mgħobbija kompletament u mgħammra bis-sistema tal-posttrattament tal-egżost magħżula li tinkorpora t-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis, tinstaq. It-test jista' jitwettaq jew fi triq skont ir-rekwiżiti tal-vjaġġ tal-punti 4.5 sa 4.5.5 tal-Anness II ta' dan ir-Regolament b'reġistrazzjoni komprensiva tad-dejta tas-sewqan, jew fuq xażi dinamometriku adattat. Jekk jingħażel test fit-triq, il-vettura għandha tinstaq fuq ċiklu tat-test kiesaħ, kif stipulat fl-Appendiċi 5 ta' dan l-Anness, segwit minn disa' ċikli tat-test sħun, identiċi għal dak kiesaħ, b'mod li l-ħidma żviluppata mill-magna tkun l-istess bħal dik miksuba skont il-punti 2.2.1 u 2.2.2. Jekk jingħażel ix-xażi dinamometriku, il-gradjent tat-triq simulata taċ-ċiklu tat-test fl-Appendiċi 5 għandha tiġi adattata biex tqabbel il-ħidma żviluppata mill-magna matul id-WHTC.

2.2.5.   L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tirrifjuta d-dejta tat-temperatura miksuba skont il-punt 2.2.4 jekk tqis li din id-dejta mhijiex realistika u għandha titlob jew għar-repetizzjoni tat-test, jew għat-twettiq ta' test skont il-punti 2.2.1, 2.2.2 u 2.2.3.

2.2.6.   It-temperaturi fit-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis għandhom jiġu rreġistrati matul is-sekwenza kollha tat-test, fil-post bl-ogħla temperatura.

2.2.7.   F'każijiet fejn il-post bl-ogħla temperatura ivarja maż-żmien, jew meta dak il-post ikun diffiċli li jiġi definit, għandhom jiġu rreġistrati temperaturi multipli tas-saff katalitiku f'postijiet xierqa.

2.2.8.   L-għadd u l-postijiet ta' kejl tat-temperatura għandhom jingħażlu mill-manifattur, bi qbil mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, abbażi tal-aħjar ġudizzju tal-inġinerija.

2.2.9.   Bi qbil mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, tista' tintuża t-temperatura tas-saff katalitiku wieħed jew it-temperatura tal-bokka tal-katalizzatur jekk ikun hemm prova li huwa diffiċli wisq jew mhuwiex vijabbli li jitkejlu diversi temperaturi multipli tas-saff.

Grafika 1.

Eżempji ta' pożizzjonamenti għas-sensuri tat-temperatura f'tagħmir tal-posttrattament ġeneriku

Image

Grafika 2.

Eżempji ta' pożizzjonamenti għas-sensuri tat-temperatura għad-DPF

Image

2.2.10.   It-temperaturi għandhom jitkejlu u jiġu rreġistrati b'rata minima ta' darba kull sekonda (1 Hz) matul is-sekwenza tat-test.

2.2.11.   It-temperaturi mkejla għandhom jiġu tabulati f'istogramma b'intervalli tat-temperaturi li ma jkunux aktar minn 10 °C. Fil-każ imsemmi fil-punt 2.2.7, l-ogħla temperatura kull sekonda għandha tkun dik irreġistrata fl-istogramma. Kull żbarra tal-istogramma għandha tirrappreżenta l-frekwenza akkumulata f'sekondi tat-temperaturi mkejla li taqa' f'intervall speċifiku.

2.2.12.   Il-ħin f'sigħat li jikkorrispondi għal kull intervall tat-temperatura jrid jiġi stabbilit u mbagħad estrapolat għall-ħajja utli tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis, skont il-valuri speċifikati fit-Tabella 1. L-estrapolazzjoni għandha tkun imsejsa fuq is-suppożizzjoni li ċiklu WHTC wieħed jikkorrispondi għal 20 km sewqan.

Tabella 1.

Il-ħajja utli tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis għal kull kategorija ta' vettura, u ċ-ċikli ekwivalenti tat-test WHTC u s-sigħat ta' tħaddim

Kategorija tal-vettura

Kilometraġġ (km)

Għadd ta' ċikli ekwivalenti tat-test WHTC

Għadd ekwivalenti ta' sigħat

Sistemi ta' magni installati fuq vetturi tal-kategoriji M1, N1 u N2

114 286

5 714

2 857

Sistemi ta' magni installati fuq vetturi tal-kategoriji N2, N3 b'massa massima teknikament permissibbli li ma taqbiżx is-16-il tunnellata, u M3 Klassi I, Klassi II u Klassi A u Klassi B b'massa massima teknikament permissibbli li taqbiżx is-7,5 tunnellati

214 286

10 714

5 357

Sistemi ta' magni installati fuq vetturi tal-kategoriji N3, b'massa massima teknikament permissibbli li ma taqbiżx is-16-il tunnellata, u M3 Klassi III u Klassi B b'massa massima teknikament permissibbli li taqbiżx is-7,5 tunnellati

500 000

25 000

12 500

2.2.13.   Huwa permess li l-fażi tal-ġbir tad-dejta titwettaq għal tagħmir differenti fl-istess ħin.

2.2.14.   Fil-każ ta' sistemi li joperaw fil-preżenza ta' riġenerazzjoni attiva, għandhom jiġu rreġistrati l-għadd, it-tul u t-temperaturi tar-riġenerazzjonijiet li jseħħu matul is-sekwenza tat-test definit fil-paragrafi 2.2.1 u 2.2.2. Jekk ma sseħħ l-ebda riġenerazzjoni attiva, is-sekwenza sħuna iddefinita fil-punt 2.2.2 għandha tiġi estiża biex tinkludi mill-anqas żewġ riġenerazzjonijiet attivi.

2.2.15.   Il-lubrifikant totali kkunsmat matul il-perjodu tal-ġbir tad-dejta, fi g/h, għandu jiġi rreġistrat, bl-użu ta' kwalunkwe metodu xieraq, bħal pereżempju l-proċedura tat-tbattil u l-użin deskritta fl-Appendiċi 6. Għal dan l-għan, il-magna għandha titħaddem għal 24 siegħa, filwaqt li jsiru ċikli konsekuttivi tat-test WHTC. F'każijiet fejn ma jistax jinkiseb kejl preċiż tal-konsum taż-żejt, il-manifattur, bi ftehim mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, jista' juża l-għażliet li ġejjin biex jiġi stabbilit il-konsum tal-lubrifikant:

(a)

valur prestabbilit ta' 30 g/h;

(b)

valur mitlub mill-manifattur, abbażi ta' dejta u informazzjoni soda, u maqbula mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip.

2.3.   Kalkolu ta' Tr

2.3.1.   It-temperaturi rreġistrati skont il-punti 2.2 sa 2.2.15 għandhom jiġu mnaqqsa għal temperatura ta' referenza Tr , mitluba mill-manifattur bi qbil mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, skont il-firxa ta' temperaturi rreġistrati matul il-fażi tal-ġbir tad-dejta.

2.3.2.   Fil-każ speċifikat fil-punt 2.2.13, il-valur ta' Tr għal kull tagħmir jista' jvarja.

2.3.3.   Iż-żmien ta' tiqdim ekwivalenti li jikkorrispondi mat-temperatura ta' referenza għandu jiġi kkalkulat, għal kull intervall imsemmi fil-punt 2.2.11, skont l-ekwazzjoni li ġejja:

Ekwazzjoni 1:

Formula

Meta:

R = ir-reattività termali tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis.

Għandhom jintużaw il-kodiċijiet li ġejjin:

Katalizzatur tal-ossidazzjoni tad-diżil (DOC): 18 050.

DPF katalizzat: 18 050

SCR jew katalizzatur tal-ossidazzjoni ammonjaka (AMOX) abbażi taż-żeolit ferriku (Fe-Z): 5 175

SCR żeolit tar-ramm (Cu-Z): 11 550

SCR Vanadju (V): 5 175

LNT (nassa tal-NOx f'taħlita fqira): 18 050

Tr = temperatura ta' referenza, f'K.

Formula = it-temperatura fil-punt tan-nofs (f'K, tal-intervall tat-temperatura i li t-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis huwa espost għalih matul il-fażi tal-ġbir tad-dejta, irreġistrata fl-istogramma tat-temperaturi.

Formula = il-ħin, f'sigħat, li jikkorrispondi mat-temperatura Formula, aġġustat għal bażi ta' ħajja utli sħiħa, eż jekk l-istogramma kienet tirrappreżenta ħames (5) sigħat, u l-ħajja utli hija ta' 4 000 siegħa skont it-Tabella 1, l-annotamenti kollha tal-ħin fl-istogramma għandhom jiġu multiplikati b'Formula.

Formula = iż-żmien ta' tiqdim ekwivalenti, f'sigħat, meħtieġ biex jinkiseb, billi t-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis jiġi espost għat-temperatura Tr , l-istess żmien ta' tiqdim bħal dak li jirriżulta mill-esponiment tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis fit-temperatura Formula matul iż-żmien Formula.

i = in-numru tal-intervall, fejn 1 huwa n-numru tal-intervall bl-anqas temperatura u n huwa l-valur tal-intervall bl-ogħla temperatura.

2.3.4.   It-total taż-żmien ta' tiqdim ekwivalenti għandu jiġi kkalkulat skont l-ekwazzjoni li ġejja:

Ekwazzjoni 2:

Formula

Meta:

AT = iż-żmien totali ta' tiqdim ekwivalenti, f'sigħat, meħtieġ biex jinkiseb, billi t-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis jiġi espost għat-temperatura Tr , l-istess ammont ta' żmien ta' tiqdim bħal dak li jirriżulta mill-esponiment tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis, matul il-ħajja utli tiegħu, għat-temperatura Formula matul iż-żmien Formula ta' kull intervall i irreġistrat fl-istogramma.

Formula = iż-żmien ta' tiqdim ekwivalenti, f'sigħat, meħtieġ biex jinkiseb, billi t-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis jiġi espost għat-temperatura Tr , l-istess żmien ta' tiqdim bħal dak li jirriżulta mill-esponiment tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis fit-temperatura Formula matul iż-żmien Formula.

i = in-numru tal-intervall, fejn 1 huwa n-numru tal-intervall bl-anqas temperatura u n huwa l-valur tal-intervall bl-ogħla temperatura.

n = l-għadd totali ta' intervalli tat-temperatura.

2.3.5.   Fil-każ imsemmi fil-punt 2.2.13, l-AT għandu jiġi kkalkulat għal kull tagħmir.

2.4.   Skeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz

2.4.1.   Rekwiżiti ġenerali

2.4.1.1.   L-iskeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz għandha tippermetti l-aċċellerazzjoni tat-tiqdim tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis, bl-użu tal-informazzjoni miġbura matul l-fażi tal-ġbir tad-dejta stabbilita fil-punt 2.2.

2.4.1.2.   L-iskeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz għandha tikkonsisti minn skeda ta' akkumulazzjoni termika u skeda tal-akkumulazzjoni tal-konsum tal-lubrifikant skont il-punt 2.4.4.6. Il-manifattur, bi qbil mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, jista' ma jkollux għala jagħmel skeda tal-akkumulazzjoni tal-konsum tal-lubrifikant f'każ li t-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis jitpoġġew aktar 'l isfel minn komponent tal-filtru tal-posttrattament (eż. il-filtru tal-partikuli tad-diżil). Kemm l-iskeda tal-akkumulazzjoni termali kif ukoll l-iskeda tal-akkumulazzjoni tal-konsum tal-lubrifikant għandhom jikkonsistu minn repetizzjoni ta' serje ta' sekwenzi ta' konsum termiku u lubrifikanti, rispettivament.

2.4.1.3.   Fil-każ ta' tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis li jopera fil-preżenza ta' riġenerazzjoni attiva, is-sekwenza termali għandha tiġi kkumplimentata b'modalità ta' riġenerazzjoni attiva.

2.4.1.4.   Għal skedi ta' akkumulazzjoni tas-servizz li jikkonsistu minn skedi ta' akkumulazzjoni ta' konsum termali u lubrifikanti, is-sekwenzi rispettivi tagħhom għandhom jiġu alternati, biex għal kull sekwenza termali li trid titwettaq, is-sekwenza li ġejja tkun tikkorrispondi għall-konsum tal-lubrifikant.

2.4.1.5.   Huwa permess li l-iskeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz titwettaq fl-istess ħin għal tagħmir differenti. F'dak il-każ, għandha tiġi stabbilita skeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz għat-tagħmir kollu.

2.4.2.   Skeda ta' akkumulazzjoni termika

2.4.2.1.   L-iskeda ta' akkumulazzjoni termika għandha tissimula l-effett tat-tiqdim termiku rigward il-prestazzjoni tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis sa tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu.

2.4.2.2.   Il-magna użata għat-twettiq tal-iskeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz, mgħammra b'sistema tal-posttrattament tal-egżost li tinkorpora t-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis, titħaddem għal minimu ta' tliet sekwenzi termali konsekuttivi, kif stabbilit fl-Appendiċi 4.

2.4.2.3.   It-temperaturi għandhom jiġu reġistrati fuq minimu ta' żewġ sekwenzi termali. L-ewwel sekwenza, imwettqa għat-tisħin, m'għandhiex titqies għall-fini tal-ġbir tat-temperatura.

2.4.2.4.   It-temperaturi għandhom jiġu reġistrati f'postijiet xierqa, magħżula skont il-punti 2.2.6 sa 2.2.9, b'rata minima ta' darba kull sekonda (1 Hz).

2.4.2.5.   Iż-żmien effettiv tat-tiqdim li jikkorrispondi mas-sekwenzi termali msemmija fil-punt 2.4.2.3, għandhom jiġu kkalkulati skont l-ekwazzjonijiet li ġejjin:

 

Ekwazzjoni 3:

Formula

 

Ekwazzjoni 4:

Formula

Meta:

Formula = iż-żmien effettiv ta' tiqdim, f'sigħat, meħtieġ biex jinkiseb, billi t-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis jiġi espost għat-temperatura Tr , l-istess ammont ta' żmien ta' tiqdim bħal dak li jirriżulta mill-esponiment tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis fit-temperatura Ti matul it-tieni i.

Ti = it-temperatura, f'K, imkejla fit-tieni i, f'kull wieħed mis-sekwenzi termali.

R = ir-reattività termali tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis. Il-manifattur għandu jiftiehem mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip dwar il-valur R li għandu jintuża. Se jkun possibbli wkoll, bħala alternattiva, li jintużaw il-valuri awtomatiċi li ġejjin:

Katalizzatur tal-ossidazzjoni tad-diżil (DOC): 18 050.

DPF katalizzat: 18 050

SCR jew katalizzatur tal-ossidazzjoni ammonjaka (AMOX) abbażi taż-żeolit ferriku (Fe-Z): 5 175

SCR żeolit tar-ram (Cu-Z): 11 550

SCR Vanadju (V): 5 175

LNT (nassa tal-NOx f'taħlita fqira): 18 050

Tr = it-temperatura ta' referenza, f'K, l-istess valur bħal fl-ekwazzjoni 1.

AE = iż-żmien effettiv ta' tiqdim, f'sigħat, meħtieġ biex jinkiseb, billi t-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis jiġi espost għat-temperatura Tr , l-istess ammont ta' żmien ta' tiqdim bħal dak li jirriżulta mill-esponiment tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis matul is-sekwenza termali.

AT = iż-żmien totali ta' tiqdim ekwivalenti, f'sigħat, meħtieġ biex jinkiseb, billi t-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis jiġi espost għat-temperatura Tr , l-istess ammont ta' żmien ta' tiqdim bħal dak li jirriżulta mill-esponiment tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis, matul il-ħajja utli tiegħu, għat-temperatura Formula matul iż-żmien Formula ta' kull intervall i irreġistrat fl-istogramma.

i = in-numru tal-kejl tat-temperatura.

n = l-għadd totali ta' kejlijiet tat-temperatura.

nc = n-numru tas-sekwenza termali, ta' dawk li saru għall-fini tal-ġbir tat-temperatura, skont il-punt 2.4.2.3.

C = l-għadd totali ta' sekwenzi termali mwettqa għall-fini tal-ġbir tat-temperatura.

2.4.2.6.   L-għadd totali ta' sekwenzi termali li għandhom jiġu inklużi fl-iskeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz għandhom jiġu ddeterminati billi tiġi applikata l-ekwazzjoni li ġejja:

Ekwazzjoni 5:

NTS = AT/AE

Meta:

NTS = l-għadd totali ta' sekwenzi termali li għandhom jitwettqu matul l-iskeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz

AT = iż-żmien totali ta' tiqdim ekwivalenti, f'sigħat, meħtieġ biex jinkiseb, billi t-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis jiġi espost għat-temperatura Tr , l-istess ammont ta' żmien ta' tiqdim bħal dak li jirriżulta mill-esponiment tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis, matul il-ħajja utli tiegħu, għat-temperatura Formula matul iż-żmien Formula ta' kull intervall i irreġistrat fl-istogramma.

AE = iż-żmien effettiv ta' tiqdim, f'sigħat, meħtieġ biex jinkiseb, billi t-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis jiġi espost għat-temperatura Tr , l-istess ammont ta' żmien ta' tiqdim bħal dak li jirriżulta mill-esponiment tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis matul is-sekwenza termali.

2.4.2.7.   Huwa permess li jitnaqqas l-NTS u, konsegwentement l-iskeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz, billi jiżdiedu t-temperaturi li fihom kull tagħmir ikun espost f'kull modalità taċ-ċiklu tat-tiqdim permezz tal-applikazzjoni ta' waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:

(a)

l-iżolazzjoni tal-pajp tal-egżost;

(b)

iċ-ċaqliq tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis eqreb lejn il-manifold tal-egżost;

(c)

it-tisħin artifiċjali tat-temperatura tal-egżost;

(d)

l-ottimizzazzjoni tas-settings tal-magna mingħajr ma tinbidel l-imġiba tal-emissjoni tal-magna b'mod sostanzjali.

2.4.2.8.   Meta jiġu applikati l-miżuri msemmija fil-punti 2.4.4.6 u 2.4.4.7, iż-żmien tat-tiqdim ikkalkulat minn NTS m'għandux ikun anqas minn 10 % tal-ħajja utli elenkata fit-Tabella 1, pereżempju l-kategorija tal-vettura N1 m'għandux ikollha NTS ta' anqas minn 286 sekwenza termali, meta wieħed jassumi li kull sekwenza hija twila siegħa (1).

2.4.2.9.   Huwa permess li l-NTS jiżdied u, konsegwentement, id-durata tal-iskeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz, billi jitnaqqsu t-temperaturi f'kull modalità taċ-ċiklu tat-tiqdim permezz tal-applikazzjoni ta' waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:

(a)

iċ-ċaqliq tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis eqreb lejn il-manifold tal-egżost;

(b)

it-tkessiħ artifiċjali tat-temperatura tal-egżost;

(c)

l-ottimizzazzjoni tas-settings tal-magna.

2.4.2.10.   Fil-każ imsemmi fil-punt 2.4.1.5, għandu japplika dan li ġej:

2.4.2.10.1.

L-NTS għandu jkun l-istess għal kull tagħmir, biex tkun tista' tiġi stabbilita skeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz.

2.4.2.10.2.

Biex jjinkiseb l-istess NTS għal kull tagħmir, l-ewwel valur ta' NTS għandu jiġi kkalkulat għal kull tagħmir, bil-valuri AT u AE proprji.

2.4.2.10.3.

Jekk il-valuri ta' NTS ikkalkulati jkunu differenti, waħda jew aktar mill-miżuri stipulati fil-punti 2.4.2.7 sa 2.4.2.10 jistgħu jiġu applikati fuq it-tagħmir li għalih jeħtieġ jiġi modifikat l-NTS , fuq is-sekwenzi termali msemmija fil-punt 2.4.2.3, biex jinfluwenza t-Ti imkejjel u għalhekk b'mod konvenjenti jitħaffef jew jitnaqqas it-tixjiħ artifiċjali tat-tagħmir fil-mira.

2.4.2.10.4.

Il-valuri l-ġodda tal-NTS li jikkorrispondu għat-temperaturi l-ġodda Ti miksuba fil-punt 2.4.2.10.3 għandhom jiġu kkalkulati.

2.4.2.10.5.

Il-passi stabbiliti fil-punti 2.4.2.10.3 u 2.4.2.10.4 għandhom jiġu ripetuti sakemm il-valuri tal-NTS miksuba għal kull tagħmir fis-sistema jaqblu.

2.4.2.10.6.

Il-valuri Tr użati biex jinkisbu l-NTS differenti fil-punti 2.4.2.10.4 u 2.4.2.10.5 għandhom ikunu l-istess bħal dawk użati fil-punti 2.3.2 u 2.3.5 biex jiġi kkalkulat l-AT għal kull tagħmir.

2.4.2.11.   Fil-każ ta' assemblaġġ ta' tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis li jikkostitwixxi sistema fis-sens tal-Artikolu 3(25) tad-Direttiva 2007/46/KE, waħda miż-żewġ għażliet li ġejjin jistgħu jitqiesu għat-tiqdim termali:

2.4.2.11.1.

It-tagħmir fl-assemblaġġ jista' jitqaddem separatament jew b'mod konġunt, skont il-punt 2.4.2.10.

2.4.2.11.2.

Jekk l-assemblaġġ ikun mibni b'tali mod li ma jkunx possibbli li t-tagħmir jinfired (eż. DOC + SCR f'kontenitur), it-tiqdim termali għandu jitwettaq bl-ogħla NTS .

2.4.3.   L-iskeda ta' akkumulazzjoni termika modifikata għal tagħmir li jopera fil-preżenza ta' riġenerazzjoni attiva

2.4.3.1.   L-iskeda ta' akkumulazzjoni termika modifikata għal tagħmir li jopera fil-preżenza ta' riġenerazzjoni attiva għandha tissimula l-effett tat-tiqdim kemm minħabba tagħbija termali kif ukoll riġenerazzjoni attiva fuq it-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu.

2.4.3.2.   Il-magna użata għall-iskeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz, mgħammra b'sistema ta' posttrattament tal-egżost li tinkorpora t-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis, titħaddem għal minimu ta' tliet sekwenzi modifikati termali, li kull sekwenza tikkonsisti f'sekwenza termali kif stipulat fl-Appendiċi 4, segwita b'riġenerazzjoni attiva sħiħa, li matulha l-ogħla temperatura milħuqa tas-sistema ta' posttrattament m'għandhiex tkun anqas mill-ogħla temperatura irreġistrata fil-fażi tal-ġbir tad-dejta.

2.4.3.3.   It-temperaturi għandhom jiġu rreġistrati fuq minimu ta' żewġ sekwenzi termali. L-ewwel sekwenza, imwettqa għat-tisħin, m'għandhiex titqies għall-fini tal-ġbir tat-temperatura.

2.4.3.4.   Biex jitnaqqas kemm jista' jkun il-ħin li jgħaddi bejn is-sekwenza termali kif stipulata fl-Appendiċi 4 u r-riġenerazzjoni attiva sussegwenti, il-manifattur jista' jiskatta b'mod artifiċjali r-riġenerazzjoni attiva billi jħaddem, wara kull sekwenza termali kif stipulat fl-Appendiċi 4, il-magna f'modalità stabbli li tippermetti l-produzzjoni għolja ta' nugrufun mill-magna. F'dak il-każ, modalità stabbli għandha tiġi kkunsidrata wkoll bħala parti mis-sekwenza termali modifikata stabbilita fil-punt 2.4.3.2.

2.4.3.5.   Iż-żmien tat-tiqdim effettiv li jikkorrispondi għal kull sekwenza termali modifikata għandu jiġi kkalkulat billi jintużaw l-ekwazzjonijiet 3 u 4.

2.4.3.6.   L-għadd totali ta' sekwenzi termali modifikati li għandhom isiru matul l-iskeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz għandu jiġi kkalkulat billi tintuża l-ekwazzjoni 5.

2.4.3.7.   Huwa permess li l-NTS jitnaqqas u, konsegwentement, id-durata tal-iskeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz, billi jiżdiedu t-temperaturi f'kull modalità tas-sekwenza termali modifikata, bl-applikazzjoni ta' waħda jew aktar mill-miżuri fil-punt 2.4.2.7.

2.4.3.8.   Minbarra l-miżuri msemmija fil-punt 2.4.3.7, l-NTS jista' jitnaqqas ukoll billi tiżdied it-temperatura massima tar-riġenerazzjoni attiva fis-sekwenza modifikata termali, mingħajr ma t-temperatura tas-saff taqbeż it-800 °C taħt kwalunkwe ċirkostanza.

2.4.3.9.   L-NTS m'għandu qatt ikun anqas minn 50 % tal-għadd ta' riġenerazzjonijiet attivi li t-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis ikun soġġett għalihom matul il-ħajja utli tiegħu, ikkalkulat skont l-ekwazzjoni li ġejja:

Ekwazzjoni 5:

Formula

Meta:

NAR = l-għadd ta' sekwenzi ta' riġenerazzjoni attiva matul il-ħajja utli tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis.

tWHTC = l-għadd ekwivalenti ta' sigħat li jikkorrispondi għall-kategorija tal-vettura li għaliha huwa maħsub it-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis, miksub mit-Tabella 1.

tAR = id-durata, f'sigħat, ta' riġenerazzjoni attiva.

tBAR = il-ħin, f'sigħat, bejn żewġ riġenerazzjonijiet attivi konsekuttivi.

2.4.3.10.   Jekk, bħala konsegwenza tal-applikazzjoni tal-għadd minimu ta' sekwenzi modifikati termali kif stipulat fil-punt 2.4.3.9, AE × NTS ikkalkulat bl-użu tal-ekwazzjoni 4 jaqbeż l-AT ikkalkulati bl-użu tal-ekwazzjoni 2, il-ħin ta' kull modalità tas-sekwenza termali stabbilit fl-Appendiċi 4, u inkorporat f'sekwenza termali modifikata kif stipulat fil-punt 2.4.3.2, jista' jitnaqqas bl-istess proporzjon, sabiex jagħmel AE × NTS = AT.

2.4.3.11.   Huwa permess li l-NTS jiżdied u, konsegwentement, id-durata tal-iskeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz, billi jitnaqqsu t-temperaturi f'kull modalità tas-sekwenza ta' riġenerazzjoni termo-attiva modifikata, bl-applikazzjoni ta' waħda jew aktar mill-miżuri fil-punt 2.4.2.9.

2.4.3.12.   Fil-każ imsemmi fil-punt 2.4.1.5, għandhom japplikaw il-punti 2.4.2.10 u 2.4.2.11:

2.4.4.   L-iskeda ta' akkumulazzjoni tal-konsum tal-lubrifikant

2.4.4.1.   L-iskeda ta' akkumulazzjoni tal-konsum tal-lubrifikant għandha tissimula l-effett tat-tiqdim minħabba avvelenament kimiku jew il-formazzjoni ta' depożitu bħala riżultat tal-konsum tal-lubrifikant, fuq il-prestazzjoni ta' tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu.

2.4.4.2.   Il-lubrifikant ikkonsmat, fi g/h, għandu jkun iddeterminat fuq minimu ta' 24 sekwenza termali jew għadd korrispondenti ta' sekwenzi termali modifikati, bl-użu ta' kwalunkwe metodu xieraq, bħal pereżempju l-proċedura tat-tbattil u l-użin deskritta fl-Appendiċi 6. Għandu jintuża lubrifikant frisk.

2.4.4.3.   Il-mili supplementari, billi l-livell taż-żejt jinfluwenza r-rata tal-konsum taż-żejt. Kull metodu xieraq, bħal pereżempju dak deskritt fl-istandard ASTM D7156–09, jista' jintuża.

2.4.4.4.   Il-ħin teoretiku, f'sigħat, li l-iskeda tal-akkumulazzjoni termali jew l-iskeda ta' akkumulazzjoni termika modifikata, kif tikkorrispondi, trid twettaq, biex jinkiseb l-istess konsum tal-lubrifikant bħal dak li jikkorrispondi mal-ħajja utli tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis, għandu jiġi kkalkulat billi tiġi applikata l-ekwazzjoni li ġejja:

Ekwazzjoni 6:

Formula

Meta:

tTAS = id-durata teoretika, f'sigħat, tal-iskeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz meħtieġa biex jinkiseb l-istess konsum tal-lubrifikant bħal dak li jikkorrispondi mal-ħajja utli tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis, sakemm l-iskeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz tkun magħmula biss minn serje ta' sekwenzi termali konsekuttivi jew sekwenzi termali modifikati.

LCRWHTC = ir-rata tal-konsum tal-lubrifikant, fi g/h, iddeterminata kif stipulat fil-punt 2.2.15.

tWHTC = l-għadd ekwivalenti ta' sigħat li jikkorrispondi għall-kategorija tal-vettura li għaliha huwa maħsub it-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis, miksub mit-Tabella 1.

LCRTAS = ir-rata tal-konsum tal-lubrifikant, fi g/h, iddeterminata kif stipulat fil-punt 2.4.4.2.

2.4.4.5.   L-għadd ta' sekwenzi termali jew ta' sekwenzi termali modifikati li jikkorrispondi għat-tTAS għandu jiġi kkalkulat bl-applikazzjoni tal-proporzjon li ġej:

Ekwazzjoni 7:

Formula

Meta:

N = l-għadd ta' sekwenzi jew ta' sekwenzi termali modifikati li jikkorrispondi għat-tTAS .

tTAS = id-durata teoretika, f'sigħat, tal-iskeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz meħtieġa biex jinkiseb l-istess konsum tal-lubrifikant bħal dak li jikkorrispondi mal-ħajja utli tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis, sakemm l-iskeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz tkun magħmula biss minn serje ta' sekwenzi termali konsekuttivi jew sekwenzi termali modifikati.

tTS = id-durata, f'sigħat, ta' sekwenza waħda termali jew sekwenza termali modifikata.

2.4.4.6.   Il-valur N għandu jiġi kkumparat mal-valur ta' NTS ikkalkulat skont il-punt 2.4.2.6 jew, għal tagħmir li jaħdem fil-preżenza ta' riġenerazzjoni attiva, skont il-punt 2.4.3.5. Jekk NNTS , mhux meħtieġ li tiżdied l-iskeda ta' akkumulazzjoni tal-konsum tal-lubrifikant mal-iskeda ta' akkumulazzjoni termika. Jekk N > NTS , għandha tiżdied skeda ta' akkumulazzjoni tal-konsum tal-lubrifikant mal-iskeda ta' akkumulazzjoni termika.

2.4.4.7.   L-iskeda ta' akkumulazzjoni tal-konsum tal-lubrifikant tista' ma jkollhiex għalfejn tiżdied jekk, meta jiżdied il-konsum tal-lubrifikant, kif deskritt fil-punt 2.4.4.8.4, ikun diġa nkiseb il-konsum meħtieġ tal-lubrifikant permezz tat-trażmissjoni tal-iskeda ta' akkumulazzjoni termika korrispondenti li tikkonsisti fil-prestazzjoni ta' sekwenzi termali jew sekwenzi termali modifikati NTS .

2.4.4.8.   L-iżvilupp tal-iskeda ta' akkumulazzjoni tal-konsum tal-lubrifikant

2.4.4.8.1.   L-iskeda ta' akkumulazzjoni tal-konsum tal-lubrifikant għandha tikkonsisti minn għadd ta' sekwenzi tal-konsum tal-lubrifikant ripetuti diversi drabi, kull sekwenza tal-konsum tal-lubrifikant tkun alternata ma' kull sekwenza termali jew kull sekwenza termali modifikata.

2.4.4.8.2.   Kull sekwenza ta' konsum tal-lubrifikant għandha tikkonsisti f'modalità stabbli ta' tagħbija u veloċità kostanti, bit-tagħbija u bil-veloċità jingħażlu b'tali mod li l-konsum tal-lubrifikant ikun massimizzat u t-tiqdim termali effettiv ikun minimizzat. Il-modalità għandha tiġi ddeterminata mill-manifattur, bi qbil mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, abbażi tal-aħjar ġudizzju tal-inġinerija.

2.4.4.8.3.   Id-durata ta' kull sekwenza tal-konsum tal-lubrifikant għandha tiġi ddeterminata kif ġej:

2.4.4.8.3.1.

Il-magna għandha titħaddem għal perjodu xieraq ta' żmien bit-tagħbija u l-veloċità determinata mill-manifattur skont il-punt 2.4.4.8.2 u l-lubrifikant ikkunsmat, fi g/h, għandu jiġi ddeterminat bl-użu ta' kwalunkwe metodu xieraq, bħal pereżempju l-proċedura tat-tbattil u l-użin deskritta fl-Appendiċi 6. Tibdil fil-lubrifikant li għandhom jitlestew fl-intervalli rakkomandati.

2.4.4.8.3.2.

Id-durata ta' kull sekwenza tal-konsum tal-lubrifikant għandha tiġi kkalkulata bl-applikazzjoni tal-ekwazzjoni li ġejja:

Ekwazzjoni 8:

Formula

Meta:

tLS = id-durata, f'sigħat, ta' sekwenza waħda tal-konsum tal-lubrifikant

LCRWHTC = ir-rata tal-konsum tal-lubrifikant, fi g/h, iddeterminata kif stipulat fil-punt 2.2.15.

tWHTC = l-għadd ekwivalenti ta' sigħat li jikkorrispondi għall-kategorija tal-vettura li għaliha huwa maħsub it-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis, miksub mit-Tabella 1.

LCRTAS = ir-rata tal-konsum tal-lubrifikant, fi g/h, iddeterminata kif stipulat fil-punt 2.4.4.2.

LCRTAS = ir-rata tal-konsum tal-lubrifikant, fi g/h, iddeterminata kif stipulat fil-punt 2.4.4.8.3.1.

tTS = id-durata, f'sigħat, ta' sekwenza termali waħda, kif stipulat fl-Appendiċi 4, jew ta' sekwenza termali modifikata, kif stipulat fil-punt 2.4.3.2.

NTS = l-għadd totali ta' sekwenzi termali jew ta' sekwenzi termali modifikati li għandhom jitwettqu matul l-iskeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz.

2.4.4.8.4.   Ir-rata tal-konsum tal-lubrifikant għandha dejjem tibqa' taħt 0.5 % tar-rata tal-konsum tal-fjuwil tal-magna biex tiġi evitata akkumulazzjoni eċċessiva ta' rmied fuq il-faċċata tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis.

2.4.4.8.5.   Huwa permess li jiżdied t-tiqdim termiku minħabba t-trażmissjoni tas-sekwenza tal-konsum tal-lubrifikant lill-AE ikkalkulata fl-ekwazzjoni 4.

2.4.5.   L-iżvilupp tal-iskeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz kompluta

2.4.5.1.   L-iskeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz għandha tinbena billi jiġu alternati sekwenza termali jew sekwenza termali modifikata, kif xieraq, ma' sekwenza tal-konsum tal-lubrifikant. Ix-xejra msemmija qabel għandha tiġi ripetuta NTS drabi, bil-valur NTS ikun dak ikkalkulat jew b'konformità mat-taqsima 2.4.2 jew mat-taqsima 2.4.3, kif xieraq. Qed jingħata eżempju ta' skeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz kompluta fl-Appendiċi 7. Qed tingħata flowchart li tiddeskrivi l-iżvilupp ta' skeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz kompluta fl-Appendiċi 8.

2.4.6.   It-tħaddim tal-iskeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz

2.4.6.1.   Il-magna, mgħammra bis-sistema ta' posttrattament tal-egżost li tinkorpora t-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis, għandha tħaddem l-iskeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz stipulata fil-punt 2.4.5.1.

2.4.6.2.   Il-magna użata għat-twettiq tal-iskeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz tista' tkun differenti mill-magna użata fil-fażi tal-ġbir tad-dejta, b'din tal-aħħar tkun dejjem dik li għaliha jikun ġie mfassal it-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis li jkun qed jiġi approvat, u dik li tkun qed tiġi ttestjata għall-emissjonijiet skont il-punt 2.4.3.2.

2.4.6.3.   Jekk il-magna użata għat-twettiq tal-iskeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz turi spostament ta' aktar minn 20 % jew aktar mill-magna użata fil-fażi tal-ġbir tad-dejta, is-sistema tal-egżost ta' qabel għandha tkun mgħammra b'sistema ta' bypass biex tirreplika kemm jista' jkun mill-qrib ir-rata tal-fluss tal-egżost ta' din tal-aħħar fil-kundizzjonijiet ta' tiqdim magħżula.

2.4.6.4.   Fil-każ imsemmi fil-punt 2.4.6.2, il-magna użata għat-twettiq tal-iskeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz għandha tkun approvati għat-tip skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009. Barra minn hekk, jekk it-tagħmir li jkun qed jiġi ttestjat ikun maħsub biex jiġi mgħammar b'sistema ta' magna ta' riċirkolazzjoni tal-gass tal-egżost (EGR), is-sistema tal-magna użata għall-iskeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz għandha wkoll tkun mgħammra b'sistema tal-EGR. Barra minn hekk, jekk it-tagħmir li jkun qed jiġi ttestjat ikun maħsub biex jiġi mgħammar b'sistema ta' magna ta' riċirkolazzjoni tal-gass tal-egżost (EGR), is-sistema tal-magna użata għall-iskeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz għandha wkoll tkun mgħammra b'sistema tal-EGR.

2.4.6.5.   Il-lubrifikant u l-fjuwil użat fl-iskeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz għandhom ikunu kemm jista' jkun simili għal dawk użati matul il-fażi tal-ġbir tad-dejta stipulata fil-punt 2.2. Il-lubrifikant irid ikun konformi mar-rakkomandazzjoni tal-manifattur tal-magna li għaliha hu mfassal it-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis. Il-fjuwils użati għandhom ikunu fjuwils fis-suq li jissodisfaw ir-rekwiżiti korrispondenti tad-Direttiva 98/70/KE. Fuq talba tal-manifattur, jistgħu jintużaw ukoll fjuwils ta' referenza skont dan ir-Regolament.

2.4.6.6.   Il-lubrifikant għandu jinbidel għall-manutenzjoni, f'intervalli skedati mill-manifattur tal-magna użati fil-fażi tal-ġbir tad-dejta.

2.4.6.7.   Fil-każ ta' SCR, għandha ssir injezzjoni tal-urea skont l-istrateġija definita mill-manifattur tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis.”;

(5)

Jiżdiedu l-Appendiċi 4 sa 8 li ġejjin:

Appendiċi 4

Sekwenza ta' tiqdim termali

Modalità

Veloċità (% tad-diżingranaġġ irrevjat)

Tagħbija (% ta' veloċità partikolari)

Ħin (s)

1

2,92

0,58

626

2

45,72

1,58

418

3

38,87

3,37

300

4

20,23

11,36

102

5

11,37

14,90

62

6

32,78

18,52

370

7

53,12

20,19

410

8

59,53

34,73

780

9

78,24

54,38

132

10

39,07

62,85

212

11

47,82

62,94

188

Modalità ta' riġenerazzjoni (jekk applikabbli)

Għandha tiġi definita (ara l-punt 2.4.3.4.)

Għandha tiġi definita (ara l-punt 2.4.3.4.)

Għandha tiġi definita (ara l-punt 2.4.3.4.)

Modalità tal-konsum tal-lubrifikant (jekk applikabbli)

Għandha tiġi definita skont il-punt 2.4.4.8.2.

Għandha tiġi definita skont il-punt 2.4.4.8.2.

Għandha tiġi definita skont il-punt 2.4.4.8.3.

Nota:

Is-sekwenza tal-modalitajiet minn 1 sa 11 ġiet imqassma skont it-tagħbija f'ordni axxendenti biex tiġi massimizzata t-temperatura tal-gass tal-egżost fil-modalitajiet ta' tagħbija għolja. Bi ftehim mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, din l-ordni tista' tiġi modifikata biex tiġi ottimizzata t-temperatura tal-gass tal-egżost jekk dan jista' jgħin fit-tnaqqis taż-żmien attwali tat-tiqdim.

Appendiċi 5

Ċiklu tat-test għax-xażi dinamometru jew għall-ġbir tad-dejta fuq it-triq

Ħin

Veloċità

Ħin

Veloċità

Ħin

Veloċità

Ħin

Veloċità

Ħin

Veloċità

Ħin

Veloċità

Ħin

Veloċità

s

km/h

s

km/h

s

km/h

s

km/h

s

km/h

s

km/h

s

km/h

1

0

261

22,38

521

35,46

781

18,33

1 041

39,88

1 301

66,39

1 561

86,88

2

0

262

24,75

522

36,81

782

18,31

1 042

41,25

1 302

66,74

1 562

86,7

3

0

263

25,55

523

37,98

783

18,05

1 043

42,07

1 303

67,43

1 563

86,81

4

0

264

25,18

524

38,84

784

17,39

1 044

43,03

1 304

68,44

1 564

86,81

5

0

265

23,94

525

39,43

785

16,35

1 045

44,4

1 305

69,52

1 565

86,81

6

0

266

22,35

526

39,73

786

14,71

1 046

45,14

1 306

70,53

1 566

86,81

7

2,35

267

21,28

527

39,8

787

11,71

1 047

45,44

1 307

71,47

1 567

86,99

8

5,57

268

20,86

528

39,69

788

7,81

1 048

46,13

1 308

72,32

1 568

87,03

9

8,18

269

20,65

529

39,29

789

5,25

1 049

46,79

1 309

72,89

1 569

86,92

10

9,37

270

20,18

530

38,59

790

4,62

1 050

47,45

1 310

73,07

1 570

87,1

11

9,86

271

19,33

531

37,63

791

5,62

1 051

48,68

1 311

73,03

1 571

86,85

12

10,18

272

18,23

532

36,22

792

8,24

1 052

50,13

1 312

72,94

1 572

87,14

13

10,38

273

16,99

533

34,11

793

10,98

1 053

51,16

1 313

73,01

1 573

86,96

14

10,57

274

15,56

534

31,16

794

13,15

1 054

51,37

1 314

73,44

1 574

86,85

15

10,95

275

13,76

535

27,49

795

15,47

1 055

51,3

1 315

74,19

1 575

86,77

16

11,56

276

11,5

536

23,63

796

18,19

1 056

51,15

1 316

74,81

1 576

86,81

17

12,22

277

8,68

537

20,16

797

20,79

1 057

50,88

1 317

75,01

1 577

86,85

18

12,97

278

5,2

538

17,27

798

22,5

1 058

50,63

1 318

74,99

1 578

86,74

19

14,33

279

1,99

539

14,81

799

23,19

1 059

50,2

1 319

74,79

1 579

86,81

20

16,38

280

0

540

12,59

800

23,54

1 060

49,12

1 320

74,41

1 580

86,7

21

18,4

281

0

541

10,47

801

24,2

1 061

48,02

1 321

74,07

1 581

86,52

22

19,86

282

0

542

8,85

802

25,17

1 062

47,7

1 322

73,77

1 582

86,7

23

20,85

283

0,5

543

8,16

803

26,28

1 063

47,93

1 323

73,38

1 583

86,74

24

21,52

284

0,57

544

8,95

804

27,69

1 064

48,57

1 324

72,79

1 584

86,81

25

21,89

285

0,6

545

11,3

805

29,72

1 065

48,88

1 325

71,95

1 585

86,85

26

21,98

286

0,58

546

14,11

806

32,17

1 066

49,03

1 326

71,06

1 586

86,92

27

21,91

287

0

547

15,91

807

34,22

1 067

48,94

1 327

70,45

1 587

86,88

28

21,68

288

0

548

16,57

808

35,31

1 068

48,32

1 328

70,23

1 588

86,85

29

21,21

289

0

549

16,73

809

35,74

1 069

47,97

1 329

70,24

1 589

87,1

30

20,44

290

0

550

17,24

810

36,23

1 070

47,92

1 330

70,32

1 590

86,81

31

19,24

291

0

551

18,45

811

37,34

1 071

47,54

1 331

70,3

1 591

86,99

32

17,57

292

0

552

20,09

812

39,05

1 072

46,79

1 332

70,05

1 592

86,81

33

15,53

293

0

553

21,63

813

40,76

1 073

46,13

1 333

69,66

1 593

87,14

34

13,77

294

0

554

22,78

814

41,82

1 074

45,73

1 334

69,26

1 594

86,81

35

12,95

295

0

555

23,59

815

42,12

1 075

45,17

1 335

68,73

1 595

86,85

36

12,95

296

0

556

24,23

816

42,08

1 076

44,43

1 336

67,88

1 596

87,03

37

13,35

297

0

557

24,9

817

42,27

1 077

43,59

1 337

66,68

1 597

86,92

38

13,75

298

0

558

25,72

818

43,03

1 078

42,68

1 338

65,29

1 598

87,14

39

13,82

299

0

559

26,77

819

44,14

1 079

41,89

1 339

63,95

1 599

86,92

40

13,41

300

0

560

28,01

820

45,13

1 080

41,09

1 340

62,84

1 600

87,03

41

12,26

301

0

561

29,23

821

45,84

1 081

40,38

1 341

62,21

1 601

86,99

42

9,82

302

0

562

30,06

822

46,4

1 082

39,99

1 342

62,04

1 602

86,96

43

5,96

303

0

563

30,31

823

46,89

1 083

39,84

1 343

62,26

1 603

87,03

44

2,2

304

0

564

30,29

824

47,34

1 084

39,46

1 344

62,87

1 604

86,85

45

0

305

0

565

30,05

825

47,66

1 085

39,15

1 345

63,55

1 605

87,1

46

0

306

0

566

29,44

826

47,77

1 086

38,9

1 346

64,12

1 606

86,81

47

0

307

0

567

28,6

827

47,78

1 087

38,67

1 347

64,73

1 607

87,03

48

0

308

0

568

27,63

828

47,64

1 088

39,03

1 348

65,45

1 608

86,77

49

0

309

0

569

26,66

829

47,23

1 089

40,37

1 349

66,18

1 609

86,99

50

1,87

310

0

570

26,03

830

46,66

1 090

41,03

1 350

66,97

1 610

86,96

51

4,97

311

0

571

25,85

831

46,08

1 091

40,76

1 351

67,85

1 611

86,96

52

8,4

312

0

572

26,14

832

45,45

1 092

40,02

1 352

68,74

1 612

87,07

53

9,9

313

0

573

27,08

833

44,69

1 093

39,6

1 353

69,45

1 613

86,96

54

11,42

314

0

574

28,42

834

43,73

1 094

39,37

1 354

69,92

1 614

86,92

55

15,11

315

0

575

29,61

835

42,55

1 095

38,84

1 355

70,24

1 615

87,07

56

18,46

316

0

576

30,46

836

41,14

1 096

37,93

1 356

70,49

1 616

86,92

57

20,21

317

0

577

30,99

837

39,56

1 097

37,19

1 357

70,63

1 617

87,14

58

22,13

318

0

578

31,33

838

37,93

1 098

36,21

1 358

70,68

1 618

86,96

59

24,17

319

0

579

31,65

839

36,69

1 099

35,32

1 359

70,65

1 619

87,03

60

25,56

320

0

580

32,02

840

36,27

1 100

35,56

1 360

70,49

1 620

86,85

61

26,97

321

0

581

32,39

841

36,42

1 101

36,96

1 361

70,09

1 621

86,77

62

28,83

322

0

582

32,68

842

37,14

1 102

38,12

1 362

69,35

1 622

87,1

63

31,05

323

0

583

32,84

843

38,13

1 103

38,71

1 363

68,27

1 623

86,92

64

33,72

324

3,01

584

32,93

844

38,55

1 104

39,26

1 364

67,09

1 624

87,07

65

36

325

8,14

585

33,22

845

38,42

1 105

40,64

1 365

65,96

1 625

86,85

66

37,91

326

13,88

586

33,89

846

37,89

1 106

43,09

1 366

64,87

1 626

86,81

67

39,65

327

18,08

587

34,96

847

36,89

1 107

44,83

1 367

63,79

1 627

87,14

68

41,23

328

20,01

588

36,28

848

35,53

1 108

45,33

1 368

62,82

1 628

86,77

69

42,85

329

20,3

589

37,58

849

34,01

1 109

45,24

1 369

63,03

1 629

87,03

70

44,1

330

19,53

590

38,58

850

32,88

1 110

45,14

1 370

63,62

1 630

86,96

71

44,37

331

17,92

591

39,1

851

32,52

1 111

45,06

1 371

64,8

1 631

87,1

72

44,3

332

16,17

592

39,22

852

32,7

1 112

44,82

1 372

65,5

1 632

86,99

73

44,17

333

14,55

593

39,11

853

33,48

1 113

44,53

1 373

65,33

1 633

86,92

74

44,13

334

12,92

594

38,8

854

34,97

1 114

44,77

1 374

63,83

1 634

87,1

75

44,17

335

11,07

595

38,31

855

36,78

1 115

45,6

1 375

62,44

1 635

86,85

76

44,51

336

8,54

596

37,73

856

38,64

1 116

46,28

1 376

61,2

1 636

86,92

77

45,16

337

5,15

597

37,24

857

40,48

1 117

47,18

1 377

59,58

1 637

86,77

78

45,64

338

1,96

598

37,06

858

42,34

1 118

48,49

1 378

57,68

1 638

86,88

79

46,16

339

0

599

37,1

859

44,16

1 119

49,42

1 379

56,4

1 639

86,63

80

46,99

340

0

600

37,42

860

45,9

1 120

49,56

1 380

54,82

1 640

86,85

81

48,19

341

0

601

38,17

861

47,55

1 121

49,47

1 381

52,77

1 641

86,63

82

49,32

342

0

602

39,19

862

49,09

1 122

49,28

1 382

52,22

1 642

86,77

83

49,7

343

0

603

40,31

863

50,42

1 123

48,58

1 383

52,48

1 643

86,77

84

49,5

344

0

604

41,46

864

51,49

1 124

48,03

1 384

52,74

1 644

86,55

85

48,98

345

0

605

42,44

865

52,23

1 125

48,2

1 385

53,14

1 645

86,59

86

48,65

346

0

606

42,95

866

52,58

1 126

48,72

1 386

53,03

1 646

86,55

87

48,65

347

0

607

42,9

867

52,63

1 127

48,91

1 387

52,55

1 647

86,7

88

48,87

348

0

608

42,43

868

52,49

1 128

48,93

1 388

52,19

1 648

86,44

89

48,97

349

0

609

41,74

869

52,19

1 129

49,05

1 389

51,09

1 649

86,7

90

48,96

350

0

610

41,04

870

51,82

1 130

49,23

1 390

49,88

1 650

86,55

91

49,15

351

0

611

40,49

871

51,43

1 131

49,28

1 391

49,37

1 651

86,33

92

49,51

352

0

612

40,8

872

51,02

1 132

48,84

1 392

49,26

1 652

86,48

93

49,74

353

0

613

41,66

873

50,61

1 133

48,12

1 393

49,37

1 653

86,19

94

50,31

354

0,9

614

42,48

874

50,26

1 134

47,8

1 394

49,88

1 654

86,37

95

50,78

355

2

615

42,78

875

50,06

1 135

47,42

1 395

50,25

1 655

86,59

96

50,75

356

4,08

616

42,39

876

49,97

1 136

45,98

1 396

50,17

1 656

86,55

97

50,78

357

7,07

617

40,78

877

49,67

1 137

42,96

1 397

50,5

1 657

86,7

98

51,21

358

10,25

618

37,72

878

48,86

1 138

39,38

1 398

50,83

1 658

86,63

99

51,6

359

12,77

619

33,29

879

47,53

1 139

35,82

1 399

51,23

1 659

86,55

100

51,89

360

14,44

620

27,66

880

45,82

1 140

31,85

1 400

51,67

1 660

86,59

101

52,04

361

15,73

621

21,43

881

43,66

1 141

26,87

1 401

51,53

1 661

86,55

102

51,99

362

17,23

622

15,62

882

40,91

1 142

21,41

1 402

50,17

1 662

86,7

103

51,99

363

19,04

623

11,51

883

37,78

1 143

16,41

1 403

49,99

1 663

86,55

104

52,36

364

20,96

624

9,69

884

34,89

1 144

12,56

1 404

50,32

1 664

86,7

105

52,58

365

22,94

625

9,46

885

32,69

1 145

10,41

1 405

51,05

1 665

86,52

106

52,47

366

25,05

626

10,21

886

30,99

1 146

9,07

1 406

51,45

1 666

86,85

107

52,03

367

27,31

627

11,78

887

29,31

1 147

7,69

1 407

52

1 667

86,55

108

51,46

368

29,54

628

13,6

888

27,29

1 148

6,28

1 408

52,3

1 668

86,81

109

51,31

369

31,52

629

15,33

889

24,79

1 149

5,08

1 409

52,22

1 669

86,74

110

51,45

370

33,19

630

17,12

890

21,78

1 150

4,32

1 410

52,66

1 670

86,63

111

51,48

371

34,67

631

18,98

891

18,51

1 151

3,32

1 411

53,18

1 671

86,77

112

51,29

372

36,13

632

20,73

892

15,1

1 152

1,92

1 412

53,8

1 672

87,03

113

51,12

373

37,63

633

22,17

893

11,06

1 153

1,07

1 413

54,53

1 673

87,07

114

50,96

374

39,07

634

23,29

894

6,28

1 154

0,66

1 414

55,37

1 674

86,92

115

50,81

375

40,08

635

24,19

895

2,24

1 155

0

1 415

56,29

1 675

87,07

116

50,86

376

40,44

636

24,97

896

0

1 156

0

1 416

57,31

1 676

87,18

117

51,34

377

40,26

637

25,6

897

0

1 157

0

1 417

57,94

1 677

87,32

118

51,68

378

39,29

638

25,96

898

0

1 158

0

1 418

57,86

1 678

87,36

119

51,58

379

37,23

639

25,86

899

0

1 159

0

1 419

57,75

1 679

87,29

120

51,36

380

34,14

640

24,69

900

0

1 160

0

1 420

58,67

1 680

87,58

121

51,39

381

30,18

641

21,85

901

0

1 161

0

1 421

59,4

1 681

87,61

122

50,98

382

25,71

642

17,45

902

2,56

1 162

0

1 422

59,69

1 682

87,76

123

48,63

383

21,58

643

12,34

903

4,81

1 163

0

1 423

60,02

1 683

87,65

124

44,83

384

18,5

644

7,59

904

6,38

1 164

0

1 424

60,21

1 684

87,61

125

40,3

385

16,56

645

4

905

8,62

1 165

0

1 425

60,83

1 685

87,65

126

35,65

386

15,39

646

1,76

906

10,37

1 166

0

1 426

61,16

1 686

87,65

127

30,23

387

14,77

647

0

907

11,17

1 167

0

1 427

61,6

1 687

87,76

128

24,08

388

14,58

648

0

908

13,32

1 168

0

1 428

62,15

1 688

87,76

129

18,96

389

14,72

649

0

909

15,94

1 169

0

1 429

62,7

1 689

87,8

130

14,19

390

15,44

650

0

910

16,89

1 170

0

1 430

63,65

1 690

87,72

131

8,72

391

16,92

651

0

911

17,13

1 171

0

1 431

64,27

1 691

87,69

132

3,41

392

18,69

652

0

912

18,04

1 172

0

1 432

64,31

1 692

87,54

133

0,64

393

20,26

653

0

913

19,96

1 173

0

1 433

64,13

1 693

87,76

134

0

394

21,63

654

0

914

22,05

1 174

0

1 434

64,27

1 694

87,5

135

0

395

22,91

655

0

915

23,65

1 175

0

1 435

65,22

1 695

87,43

136

0

396

24,13

656

0

916

25,72

1 176

0

1 436

66,25

1 696

87,47

137

0

397

25,18

657

0

917

28,62

1 177

0

1 437

67,09

1 697

87,5

138

0

398

26,16

658

2,96

918

31,99

1 178

0

1 438

68,37

1 698

87,5

139

0

399

27,41

659

7,9

919

35,07

1 179

0

1 439

69,36

1 699

87,18

140

0

400

29,18

660

13,49

920

37,42

1 180

0

1 440

70,57

1 700

87,36

141

0

401

31,36

661

18,36

921

39,65

1 181

0

1 441

71,89

1 701

87,29

142

0,63

402

33,51

662

22,59

922

41,78

1 182

0

1 442

73,35

1 702

87,18

143

1,56

403

35,33

663

26,26

923

43,04

1 183

0

1 443

74,64

1 703

86,92

144

2,99

404

36,94

664

29,4

924

43,55

1 184

0

1 444

75,81

1 704

87,36

145

4,5

405

38,6

665

32,23

925

42,97

1 185

0

1 445

77,24

1 705

87,03

146

5,39

406

40,44

666

34,91

926

41,08

1 186

0

1 446

78,63

1 706

87,07

147

5,59

407

42,29

667

37,39

927

40,38

1 187

0

1 447

79,32

1 707

87,29

148

5,45

408

43,73

668

39,61

928

40,43

1 188

0

1 448

80,2

1 708

86,99

149

5,2

409

44,47

669

41,61

929

40,4

1 189

0

1 449

81,67

1 709

87,25

150

4,98

410

44,62

670

43,51

930

40,25

1 190

0

1 450

82,11

1 710

87,14

151

4,61

411

44,41

671

45,36

931

40,32

1 191

0

1 451

82,91

1 711

86,96

152

3,89

412

43,96

672

47,17

932

40,8

1 192

0

1 452

83,43

1 712

87,14

153

3,21

413

43,41

673

48,95

933

41,71

1 193

0

1 453

83,79

1 713

87,07

154

2,98

414

42,83

674

50,73

934

43,16

1 194

0

1 454

83,5

1 714

86,92

155

3,31

415

42,15

675

52,36

935

44,84

1 195

0

1 455

84,01

1 715

86,88

156

4,18

416

41,28

676

53,74

936

46,42

1 196

1,54

1 456

83,43

1 716

86,85

157

5,07

417

40,17

677

55,02

937

47,91

1 197

4,85

1 457

82,99

1 717

86,92

158

5,52

418

38,9

678

56,24

938

49,08

1 198

9,06

1 458

82,77

1 718

86,81

159

5,73

419

37,59

679

57,29

939

49,66

1 199

11,8

1 459

82,33

1 719

86,88

160

6,06

420

36,39

680

58,18

940

50,15

1 200

12,42

1 460

81,78

1 720

86,66

161

6,76

421

35,33

681

58,95

941

50,94

1 201

12,07

1 461

81,81

1 721

86,92

162

7,7

422

34,3

682

59,49

942

51,69

1 202

11,64

1 462

81,05

1 722

86,48

163

8,34

423

33,07

683

59,86

943

53,5

1 203

11,69

1 463

80,72

1 723

86,66

164

8,51

424

31,41

684

60,3

944

55,9

1 204

12,91

1 464

80,61

1 724

86,74

165

8,22

425

29,18

685

61,01

945

57,11

1 205

15,58

1 465

80,46

1 725

86,37

166

7,22

426

26,41

686

61,96

946

57,88

1 206

18,69

1 466

80,42

1 726

86,48

167

5,82

427

23,4

687

63,05

947

58,63

1 207

21,04

1 467

80,42

1 727

86,33

168

4,75

428

20,9

688

64,16

948

58,75

1 208

22,62

1 468

80,24

1 728

86,3

169

4,24

429

19,59

689

65,14

949

58,26

1 209

24,34

1 469

80,13

1 729

86,44

170

4,05

430

19,36

690

65,85

950

58,03

1 210

26,74

1 470

80,39

1 730

86,33

171

3,98

431

19,79

691

66,22

951

58,28

1 211

29,62

1 471

80,72

1 731

86

172

3,91

432

20,43

692

66,12

952

58,67

1 212

32,65

1 472

81,01

1 732

86,33

173

3,86

433

20,71

693

65,01

953

58,76

1 213

35,57

1 473

81,52

1 733

86,22

174

4,17

434

20,56

694

62,22

954

58,82

1 214

38,07

1 474

82,4

1 734

86,08

175

5,32

435

19,96

695

57,44

955

59,09

1 215

39,71

1 475

83,21

1 735

86,22

176

7,53

436

20,22

696

51,47

956

59,38

1 216

40,36

1 476

84,05

1 736

86,33

177

10,89

437

21,48

697

45,98

957

59,72

1 217

40,6

1 477

84,85

1 737

86,33

178

14,81

438

23,67

698

41,72

958

60,04

1 218

41,15

1 478

85,42

1 738

86,26

179

17,56

439

26,09

699

38,22

959

60,13

1 219

42,23

1 479

86,18

1 739

86,48

180

18,38

440

28,16

700

34,65

960

59,33

1 220

43,61

1 480

86,45

1 740

86,48

181

17,49

441

29,75

701

30,65

961

58,52

1 221

45,08

1 481

86,64

1 741

86,55

182

15,18

442

30,97

702

26,46

962

57,82

1 222

46,58

1 482

86,57

1 742

86,66

183

13,08

443

31,99

703

22,32

963

56,68

1 223

48,13

1 483

86,43

1 743

86,66

184

12,23

444

32,84

704

18,15

964

55,36

1 224

49,7

1 484

86,58

1 744

86,59

185

12,03

445

33,33

705

13,79

965

54,63

1 225

51,27

1 485

86,8

1 745

86,55

186

11,72

446

33,45

706

9,29

966

54,04

1 226

52,8

1 486

86,65

1 746

86,74

187

10,69

447

33,27

707

4,98

967

53,15

1 227

54,3

1 487

86,14

1 747

86,21

188

8,68

448

32,66

708

1,71

968

52,02

1 228

55,8

1 488

86,36

1 748

85,96

189

6,2

449

31,73

709

0

969

51,37

1 229

57,29

1 489

86,32

1 749

85,5

190

4,07

450

30,58

710

0

970

51,41

1 230

58,73

1 490

86,25

1 750

84,77

191

2,65

451

29,2

711

0

971

52,2

1 231

60,12

1 491

85,92

1 751

84,65

192

1,92

452

27,56

712

0

972

53,52

1 232

61,5

1 492

86,14

1 752

84,1

193

1,69

453

25,71

713

0

973

54,34

1 233

62,94

1 493

86,36

1 753

83,46

194

1,68

454

23,76

714

0

974

54,59

1 234

64,39

1 494

86,25

1 754

82,77

195

1,66

455

21,87

715

0

975

54,92

1 235

65,52

1 495

86,5

1 755

81,78

196

1,53

456

20,15

716

0

976

55,69

1 236

66,07

1 496

86,14

1 756

81,16

197

1,3

457

18,38

717

0

977

56,51

1 237

66,19

1 497

86,29

1 757

80,42

198

1

458

15,93

718

0

978

56,73

1 238

66,19

1 498

86,4

1 758

79,21

199

0,77

459

12,33

719

0

979

56,33

1 239

66,43

1 499

86,36

1 759

78,48

200

0,63

460

7,99

720

0

980

55,38

1 240

67,07

1 500

85,63

1 760

77,49

201

0,59

461

4,19

721

0

981

54,99

1 241

68,04

1 501

86,03

1 761

76,69

202

0,59

462

1,77

722

0

982

54,75

1 242

69,12

1 502

85,92

1 762

75,92

203

0,57

463

0,69

723

0

983

54,11

1 243

70,08

1 503

86,14

1 763

75,08

204

0,53

464

1,13

724

0

984

53,32

1 244

70,91

1 504

86,32

1 764

73,87

205

0,5

465

2,2

725

0

985

52,41

1 245

71,73

1 505

85,92

1 765

72,15

206

0

466

3,59

726

0

986

51,45

1 246

72,66

1 506

86,11

1 766

69,69

207

0

467

4,88

727

0

987

50,86

1 247

73,67

1 507

85,91

1 767

67,17

208

0

468

5,85

728

0

988

50,48

1 248

74,55

1 508

85,83

1 768

64,75

209

0

469

6,72

729

0

989

49,6

1 249

75,18

1 509

85,86

1 769

62,55

210

0

470

8,02

730

0

990

48,55

1 250

75,59

1 510

85,5

1 770

60,32

211

0

471

10,02

731

0

991

47,87

1 251

75,82

1 511

84,97

1 771

58,45

212

0

472

12,59

732

0

992

47,42

1 252

75,9

1 512

84,8

1 772

56,43

213

0

473

15,43

733

0

993

46,86

1 253

75,92

1 513

84,2

1 773

54,35

214

0

474

18,32

734

0

994

46,08

1 254

75,87

1 514

83,26

1 774

52,22

215

0

475

21,19

735

0

995

45,07

1 255

75,68

1 515

82,77

1 775

50,25

216

0

476

24

736

0

996

43,58

1 256

75,37

1 516

81,78

1 776

48,23

217

0

477

26,75

737

0

997

41,04

1 257

75,01

1 517

81,16

1 777

46,51

218

0

478

29,53

738

0

998

38,39

1 258

74,55

1 518

80,42

1 778

44,35

219

0

479

32,31

739

0

999

35,69

1 259

73,8

1 519

79,21

1 779

41,97

220

0

480

34,8

740

0

1 000

32,68

1 260

72,71

1 520

78,83

1 780

39,33

221

0

481

36,73

741

0

1 001

29,82

1 261

71,39

1 521

78,52

1 781

36,48

222

0

482

38,08

742

0

1 002

26,97

1 262

70,02

1 522

78,52

1 782

33,8

223

0

483

39,11

743

0

1 003

24,03

1 263

68,71

1 523

78,81

1 783

31,09

224

0

484

40,16

744

0

1 004

21,67

1 264

67,52

1 524

79,26

1 784

28,24

225

0

485

41,18

745

0

1 005

20,34

1 265

66,44

1 525

79,61

1 785

26,81

226

0,73

486

41,75

746

0

1 006

18,9

1 266

65,45

1 526

80,15

1 786

23,33

227

0,73

487

41,87

747

0

1 007

16,21

1 267

64,49

1 527

80,39

1 787

19,01

228

0

488

41,43

748

0

1 008

13,84

1 268

63,54

1 528

80,72

1 788

15,05

229

0

489

39,99

749

0

1 009

12,25

1 269

62,6

1 529

81,01

1 789

12,09

230

0

490

37,71

750

0

1 010

10,4

1 270

61,67

1 530

81,52

1 790

9,49

231

0

491

34,93

751

0

1 011

7,94

1 271

60,69

1 531

82,4

1 791

6,81

232

0

492

31,79

752

0

1 012

6,05

1 272

59,64

1 532

83,21

1 792

4,28

233

0

493

28,65

753

0

1 013

5,67

1 273

58,6

1 533

84,05

1 793

2,09

234

0

494

25,92

754

0

1 014

6,03

1 274

57,64

1 534

85,15

1 794

0,88

235

0

495

23,91

755

0

1 015

7,68

1 275

56,79

1 535

85,92

1 795

0,88

236

0

496

22,81

756

0

1 016

10,97

1 276

55,95

1 536

86,98

1 796

0

237

0

497

22,53

757

0

1 017

14,72

1 277

55,09

1 537

87,45

1 797

0

238

0

498

22,62

758

0

1 018

17,32

1 278

54,2

1 538

87,54

1 798

0

239

0

499

22,95

759

0

1 019

18,59

1 279

53,33

1 539

87,25

1 799

0

240

0

500

23,51

760

0

1 020

19,35

1 280

52,52

1 540

87,04

1 800

0

241

0

501

24,04

761

0

1 021

20,54

1 281

51,75

1 541

86,98

 

 

242

0

502

24,45

762

0

1 022

21,33

1 282

50,92

1 542

87,05

 

 

243

0

503

24,81

763

0

1 023

22,06

1 283

49,9

1 543

87,1

 

 

244

0

504

25,29

764

0

1 024

23,39

1 284

48,68

1 544

87,25

 

 

245

0

505

25,99

765

0

1 025

25,52

1 285

47,41

1 545

87,25

 

 

246

0

506

26,83

766

0

1 026

28,28

1 286

46,5

1 546

87,07

 

 

247

0

507

27,6

767

0

1 027

30,38

1 287

46,22

1 547

87,29

 

 

248

0

508

28,17

768

0

1 028

31,22

1 288

46,44

1 548

87,14

 

 

249

0

509

28,63

769

0

1 029

32,22

1 289

47,35

1 549

87,03

 

 

250

0

510

29,04

770

0

1 030

33,78

1 290

49,01

1 550

87,25

 

 

251

0

511

29,43

771

0

1 031

35,08

1 291

50,93

1 551

87,03

 

 

252

0

512

29,78

772

1,6

1 032

35,91

1 292

52,79

1 552

87,03

 

 

253

1,51

513

30,13

773

5,03

1 033

36,06

1 293

54,66

1 553

87,07

 

 

254

4,12

514

30,57

774

9,49

1 034

35,5

1 294

56,6

1 554

86,81

 

 

255

7,02

515

31,1

775

13

1 035

34,76

1 295

58,55

1 555

86,92

 

 

256

9,45

516

31,65

776

14,65

1 036

34,7

1 296

60,47

1 556

86,66

 

 

257

11,86

517

32,14

777

15,15

1 037

35,41

1 297

62,28

1 557

86,92

 

 

258

14,52

518

32,62

778

15,67

1 038

36,65

1 298

63,9

1 558

86,59

 

 

259

17,01

519

33,25

779

16,76

1 039

37,57

1 299

65,2

1 559

86,92

 

 

260

19,48

520

34,2

780

17,88

1 040

38,51

1 300

66,02

1 560

86,59

 

 

Appendiċi 6

Il-proċedura tat-tbattil u l-użin

1.

Il-magna għandha tkun mimlija b'żejt ġdid. Jekk tintuża sistema tas-samp taż-żejt b'volum kostanti (kif deskritt fl-Istandard ASTM D7156–09), il-pompa taż-żejt għandha tinxtegħel waqt li tkun qed timtela l-magna. Għandu jiżdied biżżejjed żejt biex jimtlew kemm il-magna kif ukoll is-samp estern.

2.

Il-magna għandha tiġi startjata u għandha titħaddem fuq iċ-ċiklu tat-test mixtieq (ara l-punti 2.2.15 u 2.4.4.8.3.1) għal mill-inqas siegħa (1).

3.

Ladarba ċ-ċiklu jkun lest, it-temperatura taż-żejt għandha titħalla tistabbilizza f'kundizzjoni stabbli tal-magna qabel ma din tiġi mitfija.

4.

Għandu jintiżen ir-reċipjent tat-tbattil vojt u nadif.

5.

Il-provvisti kollha nodfa li jkunu se jintużaw matul it-tbattil taż-żejt (pereżempju ċraret) għandu jintiżnu.

6.

Iż-żejt għandu jiskula għal 10 minuti bil-pompa esterna taż-żejt (jekk ikun hemm) titħaddem segwita b'perjodu addizzjonali ta' għaxar minuti bil-pompa mitfija. Jekk ma tintużax sistema tas-samp b'volum kostanti, iż-żejt għandu jitħalla jiskula mill-magna għal total ta' 20 minuta.

7.

Iż-żejt li jiskula għandu jintiżen.

8.

Il-piż iddeterminat skont is-seba' (7) stadju għandha jitnaqqas mill-piż iddeterminat skont ir-raba' (4) stadju. Id-differenza tikkorrispondi għall-piż totali ta' żejt imneħħi mill-magna u miġbur fir-reċipjent tat-tbattil.

9.

Iż-żejt għandu jerġa jintefa fil-magna bil-galbu.

10.

Ir-reċipjent tat-tbattil vojt u nadif għandu jintiżen.

11.

Il-piż iddeterminat skont l-għaxar (10) stadju għandha jitnaqqas mill-piż iddeterminat skont ir-raba' (4) stadju. Ir-riżultat jikkorrispondi għall-piż taż-żejt residwu tar-reċipjent tat-tbattil li ma jkunx reġa' ntefa' fil-magna.

12.

Il-provvisti kollha maħmuġin li jkunu ntiżnu skont il-ħames (5) stadju, għandhom jintiżnu.

13.

Il-piż iddeterminat skont stadju 12 għandu jitnaqqas mill-piż iddeterminat skont il-ħames (5) stadju. Ir-riżultat jikkorrispondi għall-piż taż-żejt residwu li jibqa' fuq il-provvisti maħmuġin li ma jkunx reġa' ntefa' fil-magna.

14.

Il-piż ta' żejt residwu kkalkulat skont l-istadji 11 u 13 għandu jitnaqqas mill-piż totali ta' żejt imneħħi, ikkalkulat skont it-tmin (8) stadju. Id-differenza bejn dawk il-piżijiet tikkorrispondi għall-piż totali taż-żejt mitfugħ lura fil-magna.

15.

Il-magna għandha titħaddem u skont iċ-ċiklu/ċikli tat-test mixtieq (ara l-punti 2.2.15 u 2.4.4.8.3.1)

16.

L-istadji 3 sa 8 għandhom jiġu ripetuti.

17.

Il-piż taż-żejt li jkun skula skont l-istadju 16 għandu jitnaqqas mill-piż iddeterminat skont l-istadju 14. Id-differenza bejn dawk il-piżijiet tikkorrispondi għall-piż totali taż-żejt ikkunsmat.

18.

Il-piż totali taż-żejt ikkunsmat ikkalkulati skont l-istadju 14 għandu jiġi diviż bid-durata, f'sigħat, taċ-ċikli tat-test imwettqa skont l-istadju 15. Ir-riżultat huwa li r-rata tal-konsum tal-lubrifikant.

Appendiċi 7

Eżempju tal-iskeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz li tinkludi s-sekwenzi termali, tal-konsum tal-lubrifikant u dawk ta' riġenerazzjoni

Image

Appendiċi 8

Flowchart dwar il-prestazzjoni tal-iskeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz

Image
”.

ANNESS V

L-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punti 2.1.2.2.1 u 2.1.2.2.2 jinbidlu b'dan li ġej:

“2.1.2.2.1.

Id-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ tal-kwalità tar-reaġent stabbiliti fil-punti 7 sa 7.1.3 ta' dan l-Anness għandhom japplikaw, minflok il-punti 4.1 u 4.2 tal-Anness XVI tar-Regolament (KE) Nru 692/2008.

2.1.2.2.2.

Id-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ tal-kwalità tar-reaġent stabbiliti fil-punti 8, 8.1 u 8.1.1 ta' dan l-Anness għandhom japplikaw, minflok il-punti 5 sau 5.5 tal-Anness XVI tar-Regolament (KE) Nru 692/2008.”;

(2)

il-punti 8 u 8.1 jinbidlu b'dan li ġej:

“8.   KONSUM TAR-REAĠENT U ATTIVITÀ TAD-DOŻAĠĠ

8.1.   Il-miżuri dwar il-monitoraġġ tal-konsum tar-reaġent u l-attività tad-dożaġġ għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Paragrafu 8 tal-Anness 11 tar-Regolament Nru 49 NU/KEE.”.


ANNESS VI

L-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt 2.2.1 jinbidel b'dan li ġej:

“2.2.1.

Għal magni bi tqabbid bl-ispark li jaħdmu bil-petrol jew bl-E85, il-paragrafu 5.2.3.1 tar-Regolament Nru 85 tal-NU/KEE għandu jinftiehem kif ġej:

“Il-fjuwil użat għandu jkun dak disponibbli fis-suq. Fi kwalunkwe każ ta' nuqqas ta' qbil, il-fjuwil għandu jkun il-fjuwil ta' referenza xieraq speċifikat fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 582/2011.””;

(2)

il-punt 2.2.4 jinbidel b'dan li ġej:

“2.2.4.

Għal magni bi tqabbid bil-kompressjoni, il-paragrafu 5.2.3.4 tar-Regolament Nru 85 tal-NU/KEE għandu jinftiehem kif ġej:

“Il-fjuwil użat għandu jkun dak disponibbli fis-suq. Fi kwalunkwe każ ta' nuqqas ta' qbil, il-fjuwil għandu jkun il-fjuwil ta' referenza xieraq speċifikat fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 582/2011.’”;


27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 259/42


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1719

tas-26 ta' Settembru 2016

li jistabbilixxi linja gwida dwar l-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 18(3)(b) u (5), tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet li tinżamm is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, tiżdied il-kompetittività u jiġi żgurat li l-konsumaturi kollha jkunu jistgħu jixtru l-enerġija bi prezzijiet raġonevoli hemm il-bżonn urġenti li jitlesta s-suq intern tal-enerġija li jkun interkonness u jkun qed jaħdem kollu kemm hu. Jekk is-suq intern tal-elettriku jkun jiffunzjona sew, il-produtturi jkollhom inċentivi xierqa biex jinvestu f'ġenerazzjoni tal-enerġija ġdida, fosthom f'elettriku minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-aktar Stati Membri u reġjuni iżolati fis-suq tal-enerġija tal-Unjoni. Lill-konsumaturi, suq li jkun jiffunzjona sew jagħtihom il-miżuri xierqa biex jippromwovu użu aktar effiċjenti tal-enerġija u dan jippresupponi provvista tal-enerġija sigura.

(2)

Is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija hija element essenzjali tas-sigurtà pubblika u għalhekk hija marbuta intrinsikament mal-funzjonament effiċjenti tas-suq intern tal-elettriku u mal-integrazzjoni tas-swieq tal-elettriku iżolati tal-Istati Membri. L-uniku mod kif l-elettriku jista' jasal għand iċ-ċittadini tal-Unjoni huwa permezz tan-netwerk. Is-swieq tal-elettriku li jaħdmu sew u, b'mod partikolari, in-netwerks u l-assi l-oħra assoċjati mal-provvista tal-elettriku huma essenzjali għas-sigurtà pubblika, għall-kompetittività ekonomika u għall-benesseri taċ-ċittadini tal-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 jistabbilixxi regoli nondiskriminatorji għall-kundizzjonijiet tal-aċċess għan-netwerk għal skambji transfruntiera tal-elettriku u b'mod partikolari, regoli dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni fir-rigward tal-interkonnessjonijiet u s-sistemi ta' trażmissjoni li jaffettwaw il-flussi tal-elettriku transfruntiera. Sabiex ikollna suq tal-elettriku tassew integrat, irid jinħolqu opportunitajiet ta' ħħeġġjar effiċjenti għall-ġeneraturi, għall-konsumaturi u għall-bejjiegħa bl-imnut biex jittaffew ir-riskji futuri fil-prezzijiet fiż-żona fejn joperaw, inkluż l-armonizzazzjoni tar-regoli tal-irkant dwar l-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità.

(4)

Il-kalkolu tal-kapaċità fit-tul għall-perjodi tas-suq ta' sena u ta' xahar minn qabel għandhom jikkoordinawh l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni (minn hawn 'il quddiem “it-TSOs”) tal-anqas fil-livell reġjonali biex ikun żgurat li l-kalkolu tal-kapaċità jkun affidabbli u li jkun hemm kapaċità ottimali disponibbli għas-suq. Għal dan il-għan, it-TSOs għandhom jistabbilixxu mudell ta' grilja komuni li jiġbor id-dejta kollha meħtieġa għall-kalkolu tal-kapaċità fit-tul filwaqt li jqis l-inċertezzi inerenti għall-perjodi ta' żmien fit-tul. L-approċċ koordinat abbażi tal-kapaċità netta ta' trażmissjoni għandu japplika għall-kalkolu u għall-allokazzjoni ta' kapaċitajiet transfruntiera fit-tul. L-approċċ abbażi tal-fluss jista' jiġi applikat meta l-kapaċitajiet transżonali bejn iż-żoni tal-offerti jkunu tassew interdipendenti u l-approċċ ikun ġustifikat mil-lat ta' effiċjenza ekonomika.

(5)

Ir-regoli armonizzati dwar il-kapaċità transżonali fit-tul jeħtieġu li fil-livell Ewropew titwaqqaf u titħaddem pjattaforma unika ta' allokazzjoni. Din il-pjattaforma ċentrali għandhom jiżviluppawha t-TSOs kollha biex teħfief l-allokazzjoni ta' drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul għall-parteċipanti fis-suq u għandha tipprovdi għat-trasferiment tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul mingħand parteċipant eliġibbli wieħed fis-suq għal ieħor.

(6)

Sabiex ikun hemm allokazzjoni trasparenti u nondiskriminatorja tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul, il-pjattaforma unika ta' allokazzjoni trid tippubblika l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-irkant qabel dan jinbeda. Ir-regoli dwar in-nomini għandu jkun fihom informazzjoni dettaljata dwar il-proċedura ta' nomina għal drittjiet fiżiċi tat-trażmissjoni inklużi r-rekwiżiti, iż-żminijiet, l-għeluq tan-negozju u l-eliġibbiltà għall-iskambju bejn il-parteċipanti fis-suq.

(7)

Id-detenturi tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul għandhom ikunu jistgħu jirritornaw id-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul lit-TSOs biex jiġu riallokati f'allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità sussegwenti. Id-detenturi jistgħu jirċievu ħlas talli jirritotnaw id-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul. Barra minn hekk, il-parteċipanti fis-suq għandhom ikunu intitolati li jittrasferixxu jew jixtru drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul li diġà jkunu allokati. Il-parteċipanti fis-suq għandhom jinfurmaw lit-TSOs dwar dawn it-trasferimenti jew dan ix-xiri u dwar il-kontropartijiet inklużi l-parteċipanti involuti fis-suq u t-TSOs rispettivi.

(8)

Hu importanti li l-piżijiet u l-ispejjeż amministrattivi marbutin mal-parteċipazzjoni fil-pjattaforma unika ta' allokazzjoni jinżammu f'limiti raġonevoli, l-aktar fejn tidħol l-armonizzazzjoni tal-qafas kuntrattwali mal-parteċipanti fis-suq.

(9)

Madwar l-Unjoni bħalissa jeżistu bosta regoli ta' allokazzjoni li jirregolaw l-arranġamenti kuntrattwali għad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul. It-TSOs għandhom jiżviluppaw regoli armonizzati ta' allokazzjoni għad-drittijiet fiżiċi tat-trażmissjoni, drittijiet finanzjarji tat-trażmissjoni — opzjoni (minn hawn 'il quddiem “FTRs — opzjoni”) u drittijiet finanzjarji tat-trażmissjoni — obbligi (minn hawn 'il quddiem “FTRs — obbligi”) fil-livell tal-Unjoni.

(10)

Dawk ir-regoli armonizzati ta' allokazzjoni għandhom tal-anqas ikun fihom id-deskrizzjoni tal-proċess/proċedura ta' allokazzjoni għad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul, inklużi r-rekwiżiti minimi għal parteċipazzjoni, kwistjonijiet finanzjarji, it-tip ta' prodotti offruti fi rkanti espliċiti, ir-regoli dwar in-nomina, ir-regoli dwar it-tnaqqis u ta' kumpens, ir-regoli għall-parteċipanti fis-suq fil-każ li jkunu qed jittrasferixxu d-drittijiet tagħhom tat-trażmissjoni fit-tul, il-prinċipju ta' uża jew bigħ (minn hawn 'il quddiem “UIOSI”), ir-regoli dwar il-forza maġġuri u r-responsabbiltà. Dawk ir-regoli armonizzati ta' allokazzjoni għandhom jiddeskrivu wkoll l-obbligi kuntrattwali li jridu jirrispettaw il-parteċipanti fis-suq.

(11)

Ir-Regolament (UE) 2015/1222 (2) jistabbilixxi skadenza għaċ-ċertezza tal-ġurnata bil-quddiem u sistema relatata ta' kumpens għad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul li tnaqqsu wara din l-iskadenza. Bl-istess mod, it-TSOs għandhom jirrimborsaw jew jikkumpensaw lid-detenturi tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul li d-drittijiet tagħhom tat-trażmissjoni fit-tul ikunu tnaqqsu qabel l-iskadenza għaċ-ċertezza tal-ġurnata bil-quddiem.

(12)

Jistgħu jiddaħħlu limiti fuq il-kumpens li għandu jitħallas lid-detenturi li d-drittijiet tagħhom tat-trażmissjoni fit-tul ikunu tnaqqsu qabel l-iskadenza għaċ-ċertezza tal-ġurnata bil-quddiem, filwaqt li titqies il-likwidità tas-swieq rilevanti u l-possibbiltà li l-parteċipanti fis-suq jaġġustaw il-pożizzjonijiet tagħhom.

(13)

F'konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“l-Aġenzija”) għandha tieħu deċiżjoni dwar termini u kundizzjonijiet komuni għall-aċċess jew metodoloġiji komuni, meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kompetenti ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar dawk il-kwistjonijiet regolatorji.

(14)

Dan ir-Regolament ġie żviluppat b'koperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija, man-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema tat-Trażmissjoni tal-Elettriku (“l-ENTSO tal-Elettriku”) u mal-partijiet konċernati, sabiex jiġu adottati regoli effettivi, bilanċjati u proporzjonati b'mod trasparenti u parteċipattiv. Skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, qabel ma tipproponi xi emenda għal dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Aġenzija, lill-ENTSO tal-Elettriku u lil partijiet konċernati rilevanti oħra.

(15)

Dan ir-Regolament jissupplimenta l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 16 ta' dak ir-Regolament.

(16)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmija fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

ID-DIŻPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità transżonali fis-swieq forward, dwar it-twaqqif ta' metodoloġija komuni biex tiġi determinata l-kapaċità transżonali fit-tul, dwar it-twaqqif ta' pjattaforma unika ta' allokazzjoni fil-livell Ewropew li toffri drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul, u dwar il-possibbiltà li d-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul għal allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità sussegwenti jingħataw lura jew li d-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul jiġu trasferiti bejn il-parteċipanti fis-suq.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal kull sistema ta' trażmissjoni u kull interkonnessjoni fl-Unjoni, ħlief għas-sistemi ta' trażmissjoni fuq gżejjer li ma jkunux konnessi ma' sistemi oħra ta' trażmissjoni permezz ta' interkonnetturi.

3.   Fl-Istati Membri li għandhom aktar minn TSO wieħed, dan ir-Regolament għandu japplika għat-TSOs kollha ta' dak l-Istat Membru. Meta t-TSO ma jkollux funzjoni rilevanti għal obbligu wieħed jew aktar skont dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li r-responsabbiltà għall-konformità ma' dawk l-obbligi tiġi assenjata lil TSO speċifiku wieħed jew lil TSOs differenti.

4.   Il-pjattaforma unika ta' allokazzjoni tista' tinfetaħ għall-operaturi fis-suq u għat-TSOs li joperaw l-Iżvizzera diment li l-liġi nazzjonali tagħha tkun timplimenta d-dispożizzjonijiet ewlenin tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-suq tal-elettriku u diment li jkun hemm ftehim intergovernattiv dwar il-koperazzjoni fir-rigward tal-elettriku bejn l-Unjoni u l-Isvizzera.

5.   Soġġett għall-kundizzjonijiet tal-paragrafu 4, il-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fil-pjattaforma unika ta' allokazzjoni għandha tiddeċidiha l-Kummissjoni abbażi ta' opinjoni tal-Aġenzija. Id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tat-TSOs Żvizzeri li jingħaqdu mal-pjattaforma unika ta' allokazzjoni għandhom ikunu konsistenti mad-drittijiet u mar-responsabbiltajiet tat-TSOs li joperaw fl-Unjoni, sabiex ikun hemm funzjonament mingħajr xkiel tal-allokazzjoni tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul implimentati fil-livell tal-Unjoni u sabiex ikun hemm kundizzjonijiet ekwi għall-partijiet konċernati kollha.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

Għall-fini ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2015/1222, fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2013 (4) kif ukoll fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

Minbarra dawk, japplikaw ukoll dawn id-definizzjonijiet:

(1)

“allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità” tfisser l-attribuzzjoni ta' kapaċità transżonali fit-tul permezz ta' rkant qabel il-perjodu ta' żmien tal-ġurnata bil-quddiem;

(2)

“dritt tat-trażmissjoni fit-tul” tfisser dritt fiżiku tat-trażmissjoni jew FTR — opzjoni jew FTR — obbligu li jkun inkiseb fl-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità;

(3)

“regoli ta' allokazzjoni” tfisser ir-regoli għall-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità li jiġu applikati mill-pjattaforma unika ta' allokazzjoni;

(4)

“pjattaforma unika ta' allokazzjoni” tfisser il-pjattaforma Ewropea stabbilita mit-TSOs kollha għall-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità;

(5)

“irkant” tfisser il-proċess li matulu kapaċità transżonali fit-tul tiġi offruta u allokata lill-parteċipanti fis-suq li jippreżentaw offerti;

(6)

“UIOSI” tfisser il-prinċipju li jistabbilixxi li l-kapaċità transżonali sottostanti ta' drittjiet fiżiċi tat-trażmissjoni mixtrija u mhux nominati jsiru awtomatikament disponibbli għall-allokazzjoni tal-kapaċità ta' ġurnata bil-quddiem u li jistabbilixxi li d-detentur ta' dawn id-drittjiet fiżiċi tat-trażmissjoni jirċievi remunerazzjoni mingħand it-TSOs.

(7)

“nomina” tfisser in-notifika tal-użu ta' kapaċità transżonali fit-tul minn detentur tad-drittjiet fiżiċi tat-trażmissjoni u mill-kontroparti tiegħu, jew minn parti terza awtorizzata, lit-TSOs rispettivi;

(8)

“regoli dwar in-nomina” tfisser ir-regoli fir-rigward tan-notifika dwar l-użu tal-kapaċità transżonali fit-tul minn detentur tad-drittjiet fiżiċi tat-trażmissjoni u mill-kontroparti tiegħu, jew minn parti terza awtorizzata, lit-TSOs rispettivi;

(9)

“firxa tas-suq” tfisser id-differenza bejn il-prezzijiet kull siegħa ta' ġurnata bil-quddiem taż-żewġ żoni tal-offerti kkonċernati għall-perjodu ta' żmien tas-suq rispettiv f'direzzjoni speċifika;

(10)

“regoli ta' kumpens” tfisser ir-regoli li jipprovdu li kull TSO responsabbli għall-konfini taż-żona tal-offerti, meta jkunu ġew allokati d-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul, jikkumpensa lid-detenturi li d-drittijiet tagħhom tat-trażmissjoni fit-tul għal tnaqqis fid-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul.

Artikolu 3

L-għanijiet tal-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità

Dan ir-Regolament għandu l-għan li:

(a)

jippromwovi n-negozjar transżonali fit-tul effettiv b'opportunitajiet ta' ħħeġġjar transżonali fit-tul għall-parteċipanti fis-suq;

(b)

itejjeb il-kalkolu u l-allokazzjoni tal-kapaċità transżonali fit-tul

(c)

jipprovdi aċċess nondiskriminatorju għal kapaċità transżonali fit-tul;

(d)

jiżgura t-trattament ġust u nondiskriminatorju tat-TSOs, tal-Aġenzija, tal-awtoritajiet regolatorji u tal-parteċipanti fis-suq;

(e)

iħares il-ħtieġa ta' allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità li tkun ġusta u li ssir b'mod ordnat u formazzjoni tal-prezzijiet li ssir b'mod ordnat;

(f)

jiżgura u jtejjeb it-trasparenza u l-affidabbiltà tal-informazzjoni dwar l-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità;

(g)

jikkontribwixxi għat-tħaddim u l-iżvilupp effiċjenti fit-tul tas-sistema tat-trażmissjoni tal-elettriku u tas-settur tal-elettriku fl-Unjoni.

Artikolu 4

L-adozzjoni ta' termini u kundizzjonijiet u ta' metodoloġiji

1.   It-TSOs għandhom jiżviluppaw it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji meħtieġa minn dan ir-Regolament u jippreżentawhom għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji kompetenti fl-iskadenzi rispettivi stabbiliti f'dan ir-Regolament. Meta proposta għal termini u kundizzjonijiet jew metodoloġiji skont dan ir-Regolament tkun trid tiġi żviluppata u maqbula minn aktar minn TSO wieħed, it-TSOs parteċipanti għandhom jaħdmu id f'id. It-TSOs, bl-għajnuna tan-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema tat-Trażmissjoni tal-Elettriku, għandhom jinformaw regolarment lill-awtoritajiet regolatorji kompetenti u lill-Aġenzija dwar il-progress tal-iżvilupp ta' dawn it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji.

2.   Meta ma jkunux jistgħu jaqblu bejniethom, it-TSOs li jiddeċiedu dwar proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji skont l-Artikolu 4(6) għandhom jiddeċiedu b'maġġoranza kwalifikata. Maġġoranza kwalifikata għal proposti skont l-Artikolu 4(6) għandha teħtieġ maġġoranza ta':

(a)

TSOs li jirrappreżentaw tal-anqas 55 % tal-Istati Membri; u

(b)

TSOs li jirrappreżentaw l-Istati Membri li flimkien jinkludu tal-anqas 65 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni.

Minoranza li timblokka d-deċiżjonijiet skont l-Artikolu 4(6) għandha tinkludi TSOs li jirrappreżentaw tal-anqas erba' Stati Membri u, fin-nuqqas ta' dan, il-maġġoranza kwalifikata għandha titqies li nkisbet.

Għad-deċiżjonijiet tat-TSO skont l-Artikolu 4(6), għandu jingħata vot wieħed lil kull Stat Membru. Jekk fit-territorju ta' Stat Membru jkun hemm aktar minn TSO wieħed, l-Istat Membru għandu jalloka s-setgħat tal-votazzjoni fost it-TSOs.

3.   It-TSOs li jiddeċiedu dwar proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji skont l-Artikolu 4(7) għandhom jiddeċiedu b'maġġoranza kwalifikata jekk ma jkunux jistgħu jilħqu jaqblu bejniethom u meta r-reġjuni kkonċernati jkollhom aktar minn ħames Stati Membri. Maġġoranza kwalifikata għal proposti skont l-Artikolu 4(7) għandha teħtieġ maġġoranza ta':

(a)

TSOs li jirrappreżentaw tal-anqas 72 % tal-Istati Membri konċernati; u

(b)

TSOs li jirrappreżentaw Stati Membri li flimkien jinkludu tal-anqas 65 % tal-popolazzjoni tar-reġjun ikkonċernat.

Minoranza li timblokka d-deċiżjonijiet skont l-Artikolu 4(7) għandha tinkludi tal-anqas l-għadd minimu ta' TSOs li jirrappreżentaw aktar minn 35 % tal-popolazzjoni tal-Istati Membri parteċipanti, kif ukoll TSOs li jirrappreżentaw tal-anqas Stat Membru wieħed ieħor ikkonċernat u, fin-nuqqas ta' dan, il-maġġoranza kwalifikata għandha titqies li nkisbet.

It-TSOs li jiddeċiedu dwar il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew għall-metodoloġiji skont l-Artikolu 4(7) fir-rigward ta' reġjuni li jkollhom anqas minn ħames Stati Membri għandhom jiddeċiedu b'kunsens.

Għad-deċiżjonijiet tat-TSO skont l-Artikolu 4(7), għandu jingħata vot wieħed lil kull Stat Membru. Jekk fit-territorju ta' Stat Membru jkun hemm aktar minn TSO wieħed, l-Istati Membri għandhom jallokaw is-setgħat tal-votazzjoni fost it-TSOs.

4.   Jekk xi TSOs ma jippreżentawx proposta għat-termini u l-kundizzjonijiet jew għall-metodoloġiji lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fl-iskadenzi ddefiniti f'dan ir-Regolament, dawn għandhom jipprovdu l-abbozzi rilevanti tat-termini u l-kundizzjonijiet jew tal-metodoloġiji lill-awtoritajiet regolatorji kompetenti u lill-Aġenzija, u jispjegaw x'kien li waqqaf milli jintlaħaq ftehim. L-Aġenzija għandha tinforma lill-Kummissjoni u meta titlobha l-Kummissjoni għandha tikkopera mal-awtoritajiet regolatorji kompetenti biex tinvestiga r-raġunijiet għan-nuqqas u tinforma lill-Kummissjoni b'dan. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi xierqa sabiex ikunu jistgħu jiġu adottati t-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji meħtieġa fi żmien erba' xhur minn meta tasal l-informazzjoni mingħand l-Aġenzija.

5.   Kull awtorità regolatorja għandha tkun responsabbli biex tapprova t-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji msemmija fil-paragrafi 6 u 7.

6.   Il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew għall-metodoloġiji li ġejjin iridu japprovawhom l-awtoritajiet regolatorji kollha:

(a)

il-metodoloġija tal-provvista tad-dejta ta' ġenerazzjoni u tagħbija skont l-Artikolu 17;

(b)

il-metodoloġija tal-mudell ta' grilja komuni skont l-Artikolu 18;

(c)

ir-rekwiżiti għall-pjattaforma unika ta' allokazzjoni skont l-Artikolu 49;

(d)

ir-regoli armonizzati ta' allokazzjoni skont l-Artikolu 51;

(e)

il-metodoloġija tal-qsim tal-introjtu mill-konġestjoni skont l-Artikolu 57;

(f)

il-metodoloġija għall-qsim tal-ispejjeż tal-istabbiliment, l-iżvilupp u t-tħaddim tal-pjattaforma unika ta' allokazzjoni skont l-Artikolu 59;

(g)

il-metodoloġija għall-kondiviżjoni tal-ispejjeż imġarrba biex tkun żgurata ċertezza u remunerazzjoni tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul skont l-Artikolu 61.

7.   Il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew għall-metodoloġiji li ġejjin iridu japprovawhom l-awtoritajiet regolatorji kollha tar-reġjun ikkonċernat:

(a)

il-metodoloġija tal-kalkolu tal-kapaċità skont l-Artikolu 10;

(b)

il-metodoloġija għall-qsim tal-kapaċità transżonali skont l-Artikolu 16;

(c)

id-disinn reġjonali tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul skont l-Artikolu 31;

(d)

it-twaqqif ta' proċeduri ta' riżerva skont l-Artikolu 42;

(e)

ir-rekwiżiti reġjonali tar-regoli armonizzati dwar l-allokazzjoni skont l-Artikolu 52, inklużi r-regoli reġjonali dwar il-kumpens skont l-Artikolu 55.

8.   Il-proposta għat-termini u l-kundizzjonijiet jew għall-metodoloġiji għandha tinkludi l-firxa proposta taż-żmien għall-implimentazzjoni tagħhom u deskrizzjoni tal-impatt li mistennija jħallu fuq l-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Il-proposti dwar it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji soġġetti għall-approvazzjoni ta' diversi awtoritajiet regolatorji jew ta' kollha kemm huma għandhom jitressqu lill-Aġenzija fl-istess waqt meta jitressqu lill-awtoritajiet regolatorji. Meta jitolbu l-awtoritajiet regolatorji kompetenti, fi żmien tliet xhur l-Aġenzija għandha tagħti opinjoni dwar il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew għall-metodoloġiji.

9.   Meta l-approvazzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet jew tal-metodoloġiji tkun teħtieġ deċiżjoni ta' aktar minn awtorità regolatorja waħda, l-awtoritajiet regolatorji kompetenti għandhom jikkonsultaw u jikkoperaw u jikkoordinaw mill-qrib sabiex jilħqu ftehim. Meta applikabbli, l-awtoritajiet regolatorji kompetenti għandhom jikkunsidraw l-opinjoni tal-Aġenzija. L-awtoritajiet regolatorji għandhom jieħdu deċiżjonijiet dwar it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji skont il-paragrafi 6 u 7, fi żmien sitt xhur minn meta jaslu t-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji għand l-awtorità regolatorja jew, meta jkun applikabbli, għand l-aħħar awtorità regolatorja konċernata.

10.   Meta l-awtoritajiet regolatorji ma jkunx irnexxielhom jilħqu ftehim fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 9, jew meta jitolbu dan b'mod konġunt, l-Aġenzija għandha tadotta deċiżjoni dwar il-proposti preżentati għat-termini u l-kundizzjonijiet jew għall-metodoloġiji fi żmien sitt xhur, skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 713/2009.

11.   Jekk xi awtorità regolatorja jew aktar jitolbu emenda għall-approvazzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet jew tal-metodoloġiji li jkunu ġew preżentati skont il-paragrafi 6 u 7, it-TSOs rilevanti għandhom jippreżentaw proposta għal termini u kundizzjonijiet jew għal metodoloġiji emendati biex tiġi approvata fi żmien xahrejn skont ir-rekwiżit tal-awtoritajiet regolatorji. L-awtoritajiet regolatorji għandhom jiddeċiedu dwar it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji emendati fi żmien xahrejn minn meta jitressqu. Meta l-awtoritajiet regolatorji kompetenti ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji skont il-paragrafi 6 u 7 fi żmien xahrejn, jew meta jitolbu dan b'mod konġunt, l-Aġenzija għandha tadotta deċiżjoni dwar it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji emendati fi żmien sitt xhur, skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 713/2009. Jekk it-TSOs rilevanti ma jipperżentawx proposta għal termini u kundizzjonijiet jew għall- metodoloġiji emendati, għandha tapplika l-proċedura prevista fil-paragrafu 4.

12.   It-TSOs responsabbli għall-iżvilupp ta' proposta għat-termini u l-kundizzjonijiet jew għall-metodoloġiji jew l-awtoritajiet regolatorji responsabbli għall-adozzjoni tagħhom skont il-paragrafi 6 u 7, jistgħu jitolbu emendi ta' dawn it-termini u l-kundizzjonijiet jew tal-metodoloġiji.

Il-proposti għall-emenda tat-termini u l-kundizzjonijiet jew tal-metodoloġiji għandhom jiġu preżentati għal konsultazzjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 u jiġu approvati skont il-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu.

13.   It-TSOs responsabbli biex jitwaqqfu t-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji skont dan ir-Regolament għandhom jippubblikawhom fuq l-Internet wara li jkunu approvawhom l-awtoritajiet regolatorji kompetenti jew, jekk ma tkun meħtieġa l-ebda approvazzjoni, wara li jitwaqqfu, ħlief meta din l-informazzjoni tkun titqies kunfidenzjali skont l-Artikolu 7.

Artikolu 5

L-involviment tal-partijiet konċernati

L-Aġenzija, f'koperazzjoni mill-qrib man-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema tat-Trażmissjoni tal-Elettriku, għandha torganizza l-involviment tal-partijiet konċernati dwar l-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità u aspetti oħrajn tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan għandu jinkludi laqgħat regolari mal-partijiet konċernati biex jinstabu problemi u jiġi propost titjib l-aktar fejn jidħlu t-tħaddim u l-iżvilupp tal-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità, fosthom l-armonizzazzjoni tar-regoli dwar l-irkant. Dan ma għandux jieħu post il-konsultazzjonijiet mal-partijiet konċernati skont l-Artikolu 6.

Artikolu 6

Il-konsultazzjoni

1.   It-TSOs responsabbli għall-preżentazzjoni ta' proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew għall-metodoloġiji jew għall-emendi tagħhom skont dan ir-Regolament għandhom jikkonsultaw mal-partijiet konċernati, inklużi l-awtoritajiet rilevanti ta' kull Stat Membru, dwar l-abbozz ta' proposti għal termini u kundizzjonijiet jew metodoloġiji fejn dan ikun espliċitament stabbilit f'dan ir-Regolament. Tal-anqas, din il-konsultazzjoni għandha ddum xahar.

2.   Il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew għall-metodoloġiji li jippreżentaw it-TSOs fil-livell tal-Unjoni għandhom jiġu ppubblikati u ppreżentati għal konsultazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Proposti li jippreżentaw it-TSOs fil-livell reġjonali għandhom jiġu ppreżentati għal konsultazzjoni tal-anqas fil-livell reġjonali. Il-partijiet li jressqu proposti fil-livell bilaterali u multilaterali għandhom jikkonsultaw tal-anqas lill-Istat Membru kkonċernat.

3.   L-entitajiet responsabbli għall-proposta għat-termini u l-kundizzjonijiet jew għall-metodoloġiji għandhom jikkunsidraw kif xieraq l-opinjonijiet tal-partijiet konċernati li joħorġu mill-konsultazzjonijiet li jsiru f'konformità mal-paragrafu 1, qabel ma din titressaq għall-approvazzjoni regolatorja jekk ikun mitlub skont l-Artikolu 4 jew qabel il-pubblikazzjoni fil-bqija tal-każijiet. Fil-każijiet kollha għandha tingħata ġustifikazzjoni ċara u b'saħħitha għall-inklużjoni jew le tal-opinjonijiet li joħorġu mill-konsultazzjoni u din għandha tiġi ppubblikata fi żmien xieraq qabel jew waqt il-pubblikazzjoni tal-proposta għat-termini u l-kundizzjonijiet jew għall-metodoloġiji.

Artikolu 7

L-obbligi tal-kunfidenzjalità

1.   Kull informazzjoni kunfidenzjali li tasal, tinqasam jew titwassal skont dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4.

2.   L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għal kull persuna soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

3.   Informazzjoni kunfidenzjali li tasal għand il-persuni msemmija fil-paragrafu 2 waqt il-qadi ta' dmirijiethom ma tistax tiġi żvelata lil xi persuna jew awtorità oħra, mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti bil-liġi nazzjonali, bid-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan ir-Regolament jew b'xi leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti bil-liġi nazzjonali jew bil-liġi tal-Unjoni, l-awtoritajiet regolatorji, korpi jew il-persuni li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont dan ir-Regolament jistgħu jużawha biss għall-fini tal-qadi tal-funzjonijiet tagħhom skont dan ir-Regolament.

TITOLU II

IR-REKWIŻITI GĦAT-TERMINI, IL-KUNDIZZJONIJIET U L-METODOLOĠIJI

IL-KAPITOLU 1

Il-kalkolu bil-quddiem tal-kapaċità

It-Taqsima 1

Ir-rewiżiti ġenerali

Artikolu 8

Ir-reġjuni bil-kapaċità kkalkulata

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament ir-reġjuni bil-kapaċità kkalkulata għandhom ikunu dawk stabbiliti skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2015/1222.

Artikolu 9

Il-perjodi ta' żmien għall-kapaċità kkalkulata

It-TSOs f'kull reġjun bil-kapaċità kkalkulata għandhom jiżguraw li l-kapaċità transżonali fit-tul tiġi kkalkulata għal kull allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità u tal-anqas kull sena u kull xahar.

It-Taqsima 2

Il-metodoloġija tal-kalkolu tal-kapaċità

Artikolu 10

Il-metodoloġija tal-kalkolu tal-kapaċità

1.   Sa sitt xhur mill-approvazzjoni tal-metodoloġija komuni tal-kalkolu tal-kapaċità koordinata msemmija fl-Artikolu 9(7) tar-Regolament (UE) 2015/1222, it-TSOs kollha f'kull reġjun bil-kapaċità kkalkulata għandhom jippreżentaw proposta għal metodoloġija komuni tal-kalkolu tal-kapaċità għall-perjodi ta' żmien fit-tul fir-reġjun rispettiv. Il-proposta għandha tkun soġġetta għal konsultazzjoni skont l-Artikolu 6.

2.   L-approċċ użat fil-metodoloġija komuni tal-kalkolu tal-kapaċità għandu jkun jew approċċ koordinat tal-kapaċità netta ta' trażmissjoni jew approċċ abbażi tal-fluss.

3.   Il-metodoloġija tal-kalkolu tal-kapaċità għandha tkun kompatibbli u konsistenti mal-metodoloġija tal-kalkolu tal-kapaċità stabbilita għall-perjodi ta' żmien ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) 2015/1222.

4.   L-inċertezza assoċjata mal-perjodi ta' żmien għall-kalkolu tal-kapaċità fit-tul għandha tiġi kunsidrata meta tiġi applikata:

(a)

analiżi tas-sigurtà bbażata fuq xenarji multipli u li tuża l-inputs tal-kalkolu tal-kapaċità, l-approċċ tal-kalkolu tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 21(1)(b) u l-validazzjoni tal-kapaċità transżonali msemmija fl-Artikolu 21(1)(c) tar-Regolament (UE) 2015/1222; jew

(b)

approċċ statistiku bbażat fuq kapaċità transżonali storika għal perjodi ta' żmien ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata jekk ikun jista' jintwera li dan l-approċċ jista':

(i)

iżid l-effiċjenza tal-metodoloġija tal-kalkolu tal-kapaċità;

(ii)

iqis aħjar l-inċertezzi fil-kalkolu tal-kapaċità transżonali fit-tul mill-analiżi tas-sigurtà skont il-paragrafu 4(a);

(iii)

iżid l-effiċjenza ekonomika bl-istess livell ta' sigurtà tas-sistema.

5.   It-TSOs kollha f'kull reġjun bil-kapaċità kkalkulata jistgħu japplikaw flimkien l-approċċ abbażi tal-fluss għall-perjodi ta' żmien għall-kalkolu tal-kapaċità fit-tul bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-approċċ abbażi tal-fluss iwassal għal żieda fl-effiċjenza ekonomika fir-reġjun(i) bil-kapaċità kkalkulata bl-istess livell ta' sigurtà tas-sistema;

(b)

it-trasparenza u l-preċiżjoni tar-riżultati abbażi tal-flussi jkunu ġew ikkonfermati fir-reġjun(i) bil-kapaċità kkalkulata;

(c)

it-TSOs jagħtu ċans ta' sitt xhur lill-parteċipanti fis-suq biex jadattaw il-proċessi tagħhom.

6.   Meta tiġi applikata analiżi tas-sigurtà bbażata fuq xenarji multipli għall-iżvilupp tal-metodoloġija tal-kalkolu tal-kapaċità f'reġjun bil-kapaċità kkalkulata, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti għall-inputs tal-kalkolu tal-kapaċità, l-approċċ tal-kalkolu tal-kapaċità u l-validazzjoni tal-kapaċità transżonali kif previst fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) 2015/1222, ħlief l-Artikolu 21(1)(a)(iv) meta rilevanti.

7.   Meta tkun qed tiġi żviluppata l-metodoloġijiesa tal-kalkolu tal-kapaċità, għandhom jitqu r-rekwiżiti għall-proċeduri ta' riżerva u r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 21(3) tar-Regolament (UE) 2015/1222.

Artikolu 11

Il-metodoloġija tal-marġini tal-affidabbiltà

Il-proposta għal metodoloġija komuni tal-kalkolu tal-kapaċità għandha tinkludi metodoloġija tal-marġni ta' affidabbiltà li għandha tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2015/1222.

Artikolu 12

Il-metodoloġiji għal-limiti u l-kontinġenzi tas-sigurtà operazzjonali

Il-proposta għal metodoloġija komuni tal-kalkolu tal-kapaċità għandha tinkludi metodoloġiji għal-limiti u l-kontinġenzi tas-sigurtà operazzjonali li għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2015/1222.

Artikolu 13

Il-metodoloġija tal-kjavi għat-trasponiment tal-ġenerazzjoni

Il-proposta għal metodoloġija komuni tal-kalkolu tal-kapaċità għandha tinkludi metodoloġija sabiex jiġu stabbiliti kjavi għat-trasponiment tal-ġenerazzjoni li għandha tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2015/1222.

Artikolu 14

Il-metodoloġija tal-azzjonijiet ta' rimedju

Jekk l-azzjonijiet ta' rimedju jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-kapaċità fit-tul, kull TSO għandu jiżgura li dawk l-azzjonijiet ta' rimedju jkunu teknikament disponibbli f'operazzjoni f'ħin reali u jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2015/1222.

Artikolu 15

Il-metodoloġija tal-validazzjoni tal-kapaċità transżonali

Il-proposta għal metodoloġija komuni tal-kalkolu tal-kapaċità għandha tinkludi metodoloġija tal-validazzjoni transżonali li għandha tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2015/1222.

Artikolu 16

Il-metodoloġija għall-qsim tal-kapaċità transżonali fit-tul

1.   Sa mhux aktar tard minn meta titressaq il-metodoloġija tal-kalkolu tal-kapaċità msemmija fl-Artikolu 10, it-TSOs ta' kull reġjun bil-kapaċità kkalkulata għandhom jiżviluppaw proposta b'mod konġunt għal metodoloġija għall-qsim tal-kapaċità transżonali fit-tul b'mod koordinat bejn perjodi ta' żmien fit-tul differenti fi ħdan ir-reġjun rispettiv. Il-proposta għandha tkun soġġetta għal konsultazzjoni skont l-Artikolu 6.

2.   Il-metodoloġija għall-qsim tal-kapaċità transżonali fit-tul għandha tkun konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

għandha tissodisfa l-ħtiġijiet ta' ħħeġġjar tal-parteċipanti fis-suq;

(b)

għandha tkun koerenti mal-metodoloġija tal-kalkolu tal-kapaċità;

(c)

ma għandhiex twassal għal restrizzjonijiet fil-kompetizzjoni, b'mod partikolari għall-aċċess għal drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul.

It-Taqsima 3

Mudell ta' grilja komuni

Artikolu 17

Il-metodoloġija tal-provvista ta' dejta ta' ġenerazzjoni u tagħbija

1.   Sa sitt xhur wara l-approvazzjoni tal-metodoloġija tal-provvista tad-dejta ta' ġenerazzjoni u tagħbija stabbilita għall-perjodi ta' żmien ta' ġurnata bil-quddiem u fl-istess ġurnata msemmija fl-Artikolu 9(6) tar-Regolament (UE) 2015/1222, it-TSOs kollha għandhom jiżviluppaw b'mod konġunt proposta għal metodoloġija unika tal-provvista tad-dejta ta' ġenerazzjoni u tagħbija għat-twassil tad-dejta ta' ġenerazzjoni u tagħbija meħtieġa biex jitwaqqaf il-mudell ta' grilja komuni għall-perjodi ta' żmien fit-tul. Il-proposta għandha tkun soġġetta għal konsultazzjoni skont l-Artikolu 6. Il-metodoloġija għandha tqis u tikkumplimenta l-metodoloġija tal-provvista tad-dejta ta' ġenerazzjoni u tagħbija skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2015/1222.

2.   Meta tkun qed tiġi żviluppata l-metodoloġija tal-provvista tad-dejta ta' ġenerazzjoni u tagħbija, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2015/1222.

Artikolu 18

Il-metodoloġija tal-mudell ta' grilja komuni

1.   Sa sitt xhur mill-approvazzjoni tal-metodoloġija tal-mudell ta' grilja komuni stabbilita għall-perjodi ta' żmien ta' ġurnata bil-quddiem u fl-istess ġurnata msemmija fl-Artikolu 9(6) tar-Regolament (UE) 2015/1222, it-TSOs kollha għandhom jiżviluppaw proposta b'mod konġunt għal metodoloġija tal-mudell ta' grilja komuni għal perjodi ta' żmien fit-tul. Il-metodoloġija tkun soġġetta għal konsultazzjoni skont l-Artikolu 6.

2.   Il-metodoloġija tal-mudell ta' grilja komuni għandha tqis u tikkumplimenta l-metodoloġija tal-mudell ta' grilja komuni żviluppata skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2015/1222. Il-metodoloġija għandha tippermetti t-twaqqif tal-mudell ta' grilja komuni għall-perjodi ta' żmien għall-kalkolu tal-kapaċità fit-tul f'reġjuni bil-kapaċità kkalkulata fejn tkun qed tiġi applikata analiżi tas-sigurtà bbażata fuq xenarji multipli skont l-Artikolu 10.

3.   Meta tkun qed tiġi żviluppata l-metodoloġija tal-mudell ta' grilja komuni, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2015/1222.

Artikolu 19

Ix-xenarji

1.   It-TSOs kollha f'reġjuni bil-kapaċità kkalkulata, fejn tkun qed tiġi applikata l-analiżi tas-sigurtà bbażata fuq xenarji multipli skont l-Artikolu 10, għandhom jiżviluppaw b'mod konġunt sett komuni ta' xenarji li għandhom jintużaw fil-mudell ta' grilja komuni għal kull perjodu ta' żmien għall-kalkolu tal-kapaċità fit-tul.

2.   Meta jkun qed jiġi żviluppat is-sett komuni ta' xenarji, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2015/1222.

Artikolu 20

Il-mudell ta' grilja individwali

Meta jkun qed jiġi żviluppat il-mudell ta' grilja individwali għal perjodu ta' żmien għall-kalkolu tal-kapaċità fit-tul f'reġjuni bil-kapaċità kkalkulata, fejn tkun qed tiġi applikata l-analiżi tas-sigurtà bbażata fuq xenarji multipli skont l-Artikolu 10, kull TSO għandu japplika r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2015/1222.

It-Taqsima 4

Il-proċess tal-kalkolu tal-kapaċità

Artikolu 21

Id-dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Il-proċess tal-fużjoni tal-mudelli ta' grilja individwali stabbilit skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2015/1222 għandu japplika meta l-mudelli ta' grilja individwali jkunu qed jiġu amalgamati fil-mudell ta' grilja komuni għal kull perjodu ta' żmien fit-tul. Sa sitt xhur mill-approvazzjoni tal-metodoloġija tal-provvista tad-dejta ta' ġenerazzjoni u tagħbija għal perjodi ta' żmien fit-tul imsemmija fl-Artikolu 17 u tal-metodoloġija tal-mudell tal-grilja komuni għal perjodi ta' żmien fit-tul imsemmija fl-Artikolu 18, it-TSOs kollha f'kull reġjun bil-kapaċità kkalkulata għandhom jiżviluppaw b'mod konġunt regoli operazzjonali għall-perjodi ta' żmien għall-kalkolu tal-kapaċità fit-tul li jissupplimentaw ir-regoli definiti għall-operazzjoni tal-fużjoni tal-mudelli ta' grilja individwali skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2015/1222.

2.   Il-kalkolaturi tal-kapaċità koordinata stabbiliti fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2015/1222 għandhom jikkalkulaw il-kapaċitajiet transżonali fit-tul għar-reġjun bil-kapaċità kkalkulata tagħhom. Għal dan il-għan, sa sitt xhur mill-aprovazzjoni tal-metodoloġija tal-kalkolu tal-kapaċità għal perjodi ta' żmien fit-tul imsemmija fl-Artikolu 10, it-TSOs kollha f'kull reġjun bil-kapaċità kkalkulata għandhom jiżviluppaw b'mod konġunt regoli operazzjonali għall-perjodi ta' żmien għall-kalkolu tal-kapaċità fit-tul li jissupplimentaw ir-regoli definiti għall-operazzjoni tal-kalkolaturi tal-kapaċità koordinata skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2015/1222.

3.   Għall-perjodi ta' żmien għall-kalkolu tal-kapaċità fit-tul għandhom japplikaw ir-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2015/1222.

Artikolu 22

Il-ħolqien ta' mudell ta' grilja komuni

Il-proċess u r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2015/1222 għall-ħolqien ta' mudell ta' grilja komuni għandu japplika meta jkun qed jinħoloq il-mudell ta' grilja komuni għall-perjodi ta' żmien għall-kalkolu tal-kapaċità fit-tul f'reġjuni bil-kapaċità kkalkulata, fejn tkun ġiet applikata l-analiżi tas-sigurtà bbażata fuq xenarji multipli skont l-Artikolu 10.

Artikolu 23

Kolkoli reġjonali għall-kapaċitajiet transżonali fit-tul

1.   Meta t-TSOs japplikaw approċċ statistiku skont l-Artikolu 10, il-proċess għall-kalkolu tal-kapaċità transżonali fit-tul tal-inqas għandu jinkludi:

(a)

għażla ta' settijiet ta' dejta storika dwar il-kapaċità transżonali tal-ġurnata bil-quddiem jew tal-istess ġurnata minn perjodu uniku jew minn sett ta' perjodi u jirranġaw id-dejta f'kurva tal-ħin;

(b)

kalkolu tal-kapaċità li jikkorrispondi mal-livell tar-riskju għas-sett tad-dejta magħżul;

(c)

kalkolu tal-kapaċità transżonali fit-tul li ser tiġi offruta għall-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità filwaqt li jitqies marġni biex tiġi riflessa d-differenza bejn il-valuri storiċi tal-kapaċità transżonali u l-valuri previsti tal-kapaċità transżonali fit-tul;

(d)

regoli komuni biex jittieħed kont ta' informazzjoni disponibbli dwar perjodi pjanati ta' qtugħ, infrastruttura ġdida u mudell tal-ġenerazzjoni u tat-tagħbija għall-perjodi ta' żmien għall-kalkolu tal-kapaċità fit-tul.

2.   Meta t-TSOs japplikaw l-analiżi tas-sigurtà bbażata fuq diversi xenarji skont l-Artikolu 10, għall-perjodi ta' żmien għall-kalkolu tal-kapaċità fit-tul f'reġjuni bil-kapaċità kkalkulata għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2015/1222, ħlief l-Artikolu 29(4) meta rilevanti.

3.   Kull kalkolatur tal-kapaċità koordinata għandu jaqsam il-kalkolu tal-kapaċità transżonali fit-tul għal kull allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità billi japplika l-metodoloġija għall-qsim tal-kapaċità transżonali skont l-Artikolu 16.

4.   Kull kalkolatur tal-kapaċità koordinata għandu jippreżenta l-kalkolu tal-kapaċità transżonali fit-tul u l-qsim tal-kapaċità transżonali fit-tul għal validazzjoni lil kull TSO fir-reġjun rilevanti bil-kapaċità kkalkulata skont l-Artikolu 24.

Artikolu 24

Il-validazzjoni u t-twassil tal-kapaċità transżonali fit-tul u l-qsim tal-kapaċità transżonali

1.   Kull TSO għandu jivvalida r-riżultati tal-kalkolu tal-kapaċità transżonali fit-tul fil-konfini taż-żona tal-offerti tiegħu jew l-elementi kruċjali tan-netwerk għal kull perjodu ta' żmien għall-kalkolu tal-kapaċità fit-tul skont l-Artikolu 15.

2.   Kull TSO għandu jivvalida r-riżultati tal-kalkolu għall-qsim tal-kapaċità transżonali fit-tul fil-konfini taż-żona tal-offerti tiegħu jew l-elementi kruċjali tan-netwerk skont l-Artikolu 16.

3.   Kull TSO għandu jibgħat il-validazzjoni tal-kapaċità u l-qsim validat ta' din il-kapaċità għal kull allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità lill-kalkolaturi tal-kapaċità koordinata rilevanti u lit-TSOs l-oħra ta-reġjuni rilevanti bil-kapaċità kkalkulata.

4.   Kull kalkolatur tal-kapaċità koordinata għandu jipprovdi l-qsim validat tal-kapaċità transżonali fit-tul għat-twettiq tal-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità skont l-Artikolu 29.

5.   Fuq talba, it-TSOs għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet regolatorji tagħhom rapport bid-dettalji dwar kif kien inkiseb il-valur tal-kapaċità transżonali fit-tul għal perjodu ta' żmien speċifiku għall-kalkolu tal-kapaċità fit-tul.

Artikolu 25

Tnaqqis koordinat tal-kapaċità transżonali

1.   It-TSOs għandhom jikkoordinaw it-tnaqqis tal-kapaċità transżonali fit-tul li tkun diġà ġiet allokata, jekk it-tnaqqis ikun jittratta perjodu itwal minn 48 siegħa qabel jibda jum it-twassil. Jekk jonqsu d-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul, inkluż in-nomini fir-rigward ta' dawn id-drittijiet, sa 48 siegħa qabel jibda jum it-twassil, it-TSOs f'kull reġjun bil-kapaċità kkalkulata għandhom japplikaw il-proċess ta' kalkolu tal-kapaċità ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata kif imsemmi fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2015/1222.

2.   Jekk TSO jkun jeħtieġ inaqqas kapaċità transżonali fit-tul li tkun diġà ġiet allokata, għandu jibgħat talba lill-kalkulatur tal-kapaċità koordinata responsabbli biex iniedi l-kalkolu koordinat tat-tnaqqis meħtieġ tal-kapaċità transżonali fit-tul għar-reġjun bil-kapaċità kkalkulata. It-TSO għandu jsostni t-talba tiegħu bl-informazzjoni kollha rilevanti.

3.   Il-kalkulatur tal-kapaċità koordinata għandu jipprovdi l-kapaċità transżonali aġġornata lit-TSOs rilevanti għall-validazzjoni.

4.   Kull TSO għandu jivvalida l-kapaċità transżonali aġġornata fil-konfini taż-żona tal-offerti tiegħu jew l-elementi kruċjali tan-netwerk skont l-Artikolu 24.

5.   Il-kalkulatur tal-kapaċità koordinata għandu jipprovdi l-kapaċità transżonali aġġornata u validata lit-TSOs rilevanti u lill-pjattaforma unika ta' allokazzjoni biex isir it-tnaqqis skont l-Artikolu 53.

It-Taqsima 5

Rapport biennali dwar il-kalkolu tal-kapaċità

Artikolu 26

Rapport biennali dwar il-kalkolu u l-allokazzjoni tal-kapaċità

1.   Sa sentejn minn meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ, in-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku għandu jħejji abbozz ta' rapport dwar il-kalkolu u l-allokazzjoni tal-kapaċità fit-tul u jippreżentah lill-Aġenzija.

2.   Jekk l-Aġenzija titlob dan, f'kull tieni sena sussegwenti, in-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku għandu jħejji rapport dwar il-kalkolu u l-allokazzjoni tal-kapaċità fit-tul. Jekk applikabbli, dan ir-rapport għandu jiġi preżentat lill-Aġenzija flimkien mar-rapport biennali dwar il-kalkolu tal-kapaċità u l-allokazzjoni skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2015/1222.

3.   Għal kull żona tal-offerti, konfini taż-żona tal-offerti u reġjun tal-kalkolu tal-kapaċità, ir-rapport dwar il-kalkolu tal-kapaċità u l-allokazzjoni għandu ta' mill-anqas jinkludi:

(a)

l-approċċ tal-kalkolu tal-kapaċità użat;

(b)

l-indikaturi statistiċi dwar il-marġni ta' affidabbiltà;

(c)

l-indikaturi statistiċi dwar il-kapaċità transżonali, fejn xieraq għal kull perjodu ta' żmien għall-kalkolu tal-kapaċità;

(d)

l-indikaturi tal-kwalità għall-informazzjoni użata fil-kalkolu tal-kapaċità;

(e)

meta jkun xieraq, miżuri proposti sabiex jitjieb il-kalkolu tal-kapaċità;

(f)

rakkomandazzjonijiet għal aktar żvilupp tal-kalkolu bil-quddiem tal-kapaċità, inkluż aktar armonizzazzjoni tal-metodoloġiji, tal-proċessi u tal-arranġamenti ta' governanza.

4.   Wara konsultazzjoni mal-Aġenzija, it-TSOs kollha għandhom jiftiehmu b'mod konġunt dwar l-istatistika u l-indikaturi tal-kwalità għar-rapport. L-Aġenzija tista' titlob l-emenda ta' dawk l-indikaturi, qabel il-ftehim mit-TSOs u matul l-applikazzjoni tagħhom.

5.   L-Aġenzija għandha tiddeċiedi jekk tippubblikax ir-rapport biennali kollu jew parti minnu.

IL-KAPITOLU 2

Iż-żoni tal-offerti

Artikolu 27

Id-dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Iż-żoni tal-offerti applikabbli għal negozjar ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata għandhom japplikaw għall-kalkolu u l-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità.

2.   Meta ma jkunx għadu jeżisti konfini taż-żona tal-offerti, id-detenturi tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul f'dak il-konfini taż-żona tal-offerti għandhom ikunu intitolati għal rimborż mingħand it-TSOs ikkonċernati li jkun bbażat fuq il-prezz inizjali mħallas għad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul.

IL-KAPITOLU 3

L-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità

It-Taqsima 1

Id-diżposizzjonijiet ġenerali

Artikolu 28

Il-prinċipji ġenerali

L-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità għandha ssir b'tali mod li:

(a)

tuża l-prinċipju tal-ipprezzar marġinali biex jinkisbu riżultati għal kull konfini taż-żona tal-offerti, direzzjoni tal-utilizzazzjoni u unità ta' żmien tas-suq;

(b)

talloka mhux aktar mill-kapaċità transżonali fit-tul offruta skont l-Artikolu 39;

(c)

tkun tista' tiġi ripetuta.

Artikolu 29

Inputs u riżultati

1.   Il-pjattaforma unika ta' allokazzjoni għandha tuża l-inputs li ġejjin biex tiġi determinata l-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità skont il-paragrafu 2:

(a)

qsim validat tal-kapaċità transżonali fit-tul ippreżentat minn kull kalkolatur tal-kapaċità koordinata u l-kapaċitajiet assoċjati ma' drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul li jkunu ġew ritornati lura skont l-Artikolu 43;

(b)

offerti preżentati minn parteċipanti fis-suq.

2.   Għal kull allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità, il-pjattaforma unika ta' allokazzjoni għandha simultanjament tiddetermina tal-anqas ir-riżultati li ġejjin għal kull konfini taż-żona tal-offerti, direzzjoni tal-utilizzazzjoni u unità ta' żmien tas-suq:

(a)

il-volum tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul allokati espress f'MW;

(b)

il-prezz tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul skont l-Artikolu 40;

(c)

l-istatus ta' eżekuzzjoni tal-offerti.

3.   Il-pjattaforma unika ta' allokazzjoni għandha tiżgura li r-riżultati tal-irkant ikunu preċiżi.

4.   Kull TSO għandu jiżgura li r-riżultati tal-irkant ikunu konsistenti mal-inputs provduti lill-pjattaforma unika ta' allokazzjoni skont il-paragrafu 1.

It-Taqsima 2

L-alternattivi għall-iħħeġġjar kontra r-riskju transżonali tat-trażmissjoni

Artikolu 30

Id-deċiżjoni fuq l-opportunitajiet ta' iħħeġġjar kontra r-riskju transżonali

1.   It-TSOs fil-konfini taż-żona tal-offerti għandhom joħorġu drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul sakemm l-awtoritajiet regolatorji kompetenti tal-konfini taż-żona tal-offerti ma jkunux adottaw deċiżjonijiet koordinati biex ma jinħarġux drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul fil-konfini taż-żona tal-offerti. Meta jiġu biex jadottaw id-deċiżjonijiet tagħhom, l-awtoritajiet regolatorji kompetenti tal-konfini taż-żona tal-offerti għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet regolatorji tar-reġjun rilevanti bil-kapaċità kkalkulata u jqisu kif xieraq il-fehmiet tagħhom.

2.   Jekk meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament ma jkunux jeżistu drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul f'konfini taż-żona tal-offerti, sa sitt xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament l-awtoritajiet regolatorji kompetenti tal-konfini taż-żona tal-offerti għandhom jadottaw deċiżjonijiet koordinati dwar l-introduzzjoni ta' drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul.

3.   Id-deċiżjonijet skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni, li għandha tidentifika jekk is-suq forward tal-elettriku jipprovdix biżżejjed opportunitajiet ta' ħħeġġjar fiż-żoni tal-offerti konċernati. Il-valutazzjoni għandha ssir b'mod koordinat mill-awtoritajiet regolatorji kompetenti tal-konfini taż-żona tal-offerti u tal-inqas agħandha tinkludi:

(a)

konsultazzjoni mal-parteċipanti fis-suq dwar il-ħtiġijiet tagħhom għal opportunitajiet ta' iħħeġġjar kontra riskju transżonali fil-konfini taż-żona tal-offerti konċernat(i);

(b)

evalwazzjoni.

4.   L-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 3(b) għandha tinvestiga l-funzjonament tas-swieq tal-elettriku bl-ingrossa u għandha tkun ibbażata fuq kriterji trasparenti li mill-anqas jinkludu:

(a)

analiżi dwar jekk il-prodotti jew il-kombinazzjoni ta' prodotti offruti fis-swieq forward jirrapreżentawx ħeġġ kontra l-volatilità tal-prezz ta' ġurnata bil-quddiem taż-żona tal-offerti konċernata. Dan il-prodott jew il-kombinazzjoni ta' prodotti għandhom jitqiesu bħala ħeġġ xieraq kontra r-riskju ta' tibdil fil-prezz ta' ġurnata bil-quddiem taż-żona tal-offerti konċernata meta jkun hemm korrelazzjoni suffiċjenti bejn il-prezz ta' ġurnata bil-quddiem taż-żona tal-offerti konċernata u l-prezz sottostanti li abbażi tiegħu l-prodott jew il-kombinazzjoni ta' prodotti jiġu saldati;

(b)

analiżi dwar jekk il-prodotti jew il-kombinazzjoni ta' prodotti offruti fi swieq forward humiex effiċjenti. Għal dan il-għan, tal-anqas għandhom jiġu eżaminati l-indikaturi li ġejjin:

(i)

l-orizzont tan-negozjar;

(ii)

il-firxa bejn it-talba u l-offerta;

(iii)

il-volumi negozjati fir-rigward tal-konsum fiżiku;

(iv)

l-interess miftuħ fir-rigward ta' konsum fiżiku.

5.   Jekk il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 turi li ma hemmx biżżejjed opportunitajiet ta' ħħeġġjar f'żona waħda jew f'aktar żoni tal-offerti, l-awtoritajiet regolatorji kompetenti għandhom jitolbu lit-TSOs rilevanti:

(a)

biex joħorġu drittijiet ta' trażmissjoni fit-tul; jew jew

(b)

biex jiżguraw li jagħmlu disponibbli prodotti oħrajn tal-iħħeġġjar transżonali fit-tul biex jappoġġjaw il-funzjonament tas-swieq tal-elettriku bl-ingrossa.

6.   Jekk l-awtoritajiet regolatorji kompetenti jagħżlu li jagħmlu talba kif jissemma fil-paragrafu 5(b), it-TSOs rilevanti għandhom jiżviluppaw l-arranġamenti meħtieġa u jippreżentawhom għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji kompetenti sa sitt xhur wara t-talba mill-awtoritajiet regolatorji kompetenti. Dawk l-arranġamenti meħtieġa għandhom jiġu implimentati sa sitt xhur wara l-approvazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji kompetenti. Meta jitolbuhom it-TSOs rilevanti, l-awtoritajiet regolatorji kompetenti jistgħu jżidu ż-żmien għall-implimentazzjoni sa b'mhux aktar minn 6 xhur.

7.   Meta l-awtoritajiet regolatorji jiddeċiedu li d-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul ma għandhomx jinħarġu mit-TSOs rispettivi jew li t-TSOs rispettivi għandhom jagħmlu disponibbli l-prodotti transżonali l-oħra ta' ħħeġġjar fit-tul, l-Artikoli 16, 28, 29, 31 sa 57, 59 u 61 ma għandhomx japplikaw għat-TSOs tal-konfini taż-żona tal-offerti.

8.   B'talba konġunta mit-TSOs tal-konfini taż-żona tal-offerti jew b'inizjattiva tagħhom stess, u tal-anqas kull 4 snin, l-awtoritajiet regolatorji kompetenti tal-konfini taż-żona tal-offerti f'kooperazzjoni mal-Aġenzija, għandhom iwettqu valutazzjoni skont il-paragrafi 3 sa 5.

Artikolu 31

It-tfassil reġjonali tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul

1.   Il-pjattaforma ta' allokazzjoni għandha talloka kapaċità transżonali fit-tul lill-parteċipanti fis-suq fil-forma ta' drittjiet fiżiċi tat-trażmissjoni skont il-prinċipju UIOSI jew fil-forma ta' FTRs — opzjonijiet jew FTRs — obbligi.

2.   It-TSOs kollha li joħorġu drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul għandhom joffru kapaċità transżonali fit-tul, permezz tal-pjattaforma unika ta' allokazzjoni, lill-parteċipanti fis-suq tal-anqas kull sena u kull xahar. It-TSOs kollha f'kull reġjun bil-kapaċità kkalkulata jistgħu b'mod konġunt jipproponu li joffru kapaċità transżonali fit-tul fuq perjodi ta' żmien addizzjonali.

3.   Sa sitt xhur minn meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ, it-TSOs f'kull reġjun bil-kapaċità kkalkulata fejn ikunu jeżistu drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul għandhom jiżviluppaw proposta b'mod konġunt għat-tfassil reġjonali ta' drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul li għandha tinħareġ dwar kull konfini taż-żona tal-offerti fir-reġjun bil-kapaċità kkalkulata.

Sa sitt xhur wara wara li jittieħdu d-deċiżjonijiet koordinati tal-awtoritajiet regolatorji tal-konfini taż-żona tal-offerti biex jiddaħħlu d-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul skont l-Artikolu 30(2), it-TSOs tar-reġjun bil-kapaċità kalkolata konċernat għandhom jiżviluppaw proposta b'mod konġunt għat-tfassil reġjonali tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul li għandhom jinħarġu f'kull konfini taż-żona tal-offerti fir-reġjun konċernat bil-kapaċità kalkolata.

L-awtoritajiet regolatorji fl-Istat Membri fejn it-tfassil reġjonali attwali tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul hu parti minn arranġament għar-ridispaċċ transkonfinali ta' TSO għall-fini biex ikun żgurat li l-operazzjoni tibqa' ssir fil-limiti tas-sigurtà operattiva, jistgħu jiddeċiedu li jżommu drittjiet fiżiċi tat-trażmissjoni fit-tul fil-konfini taż-żona tal-offerti tagħha.

4.   Il-proposta msemmija fil-paragrafu 3 għandha tinkludi skeda taż-żmien għall-implimentazzjoni u tal-anqas id-deskrizzjoni ta' dawn l-affarijiet speċifikati fir-regoli ta' allokazzjoni:

(a)

it-tip tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul;

(b)

il-perjodu ta' żmien għall-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità;

(c)

il-forma tal-prodott (tagħbija bażi, tagħbija fil-ħinijiet l-aktar intensivi, tagħbija fis-sigħat kwieti);

(d)

il-konfini taż-żona tal-offerti koperti.

5.   Il-proposti għandhom ikunu soġġetti għal konsultazzjoni skont l-Artikolu 6. Biex jinħarġu d-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul proposti, kull TSO għandu jqis kif xieraq ir-riżultat tal-konsultazzjoni.

6.   Mhijiex permessal-allokazzjoni ta' drittjiet fiżiċi ta' trażmissjoni u ta' FTRs — opzjonijiet b'mod parallel fl-istess konfini taż-żona tal-offerti. Mhijiex permessal-allokazzjoni ta' drittijiet fiżiċi ta' trażmissjoni u FTRs — obbligi b'mod parallel fl-istess konfini taż-żona tal-offerti.

7.   Tista' ssir reviżjoni tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul f'konfini ta' żona tal-offerti minn:

(a)

l-awtoritajiet regolatorji kollha tal-konfini taż-żona tal-offerti, b'inizjattiva tagħhom stess; jew

(b)

l-awtoritajiet regolatorji kollha ta' konfini taż-żona tal-offerti abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-Aġenzija jew minn talba konġunta mit-TSOs kollha tal-konfini taż-żona tal-offerti konċernati.

8.   It-TSOs kollha f'kull reġjun bil-kapaċità kalkolata għandhom ikunu responsabbli għat-twettiq tar-reviżjoni kif previst fil-paragrafu 9.

9.   Kull TSO involut fir-reviżjoni tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul għandu:

(a)

jivvaluta d-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul offruti billi jqis il-karatteristiċi fil-paragrafu 4;

(b)

jekk dan jitqies neċessarju, jipproponi drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul alternattivi, billi jqis ir-riżultat tal-valutazzjoni fis-subparagrafu (a);

(c)

iwettaq konsultazzjoni skont l-Artikolu 6 dwar:

(i)

ir-riżultati tal-valutazzjoni tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul offruti;

(ii)

jekk applikabbli, il-proposta għal drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul alternattivi.

10.   Wara l-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 9(c) u fi żmien tliet xhur mill-ħruġ tad-deċiżjoni biex tinbeda reviżjoni, it-TSOs tar-reġjun bil-kapaċità kkalkulata konċernat għandhom jippreżentaw proposta b'mod konġunt lill-awtoritajiet regolatorji kompetenti biex jinżamm jew jiġi emendat it-tip ta' drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul.

Artikolu 32

Id-drittijiet fiżiċi tat-trażmissjoni

1.   Kull detentur ta' dritt fiżiku tat-trażmissjoni għandu jkun intitolat li jinnomina d-drittjiet fiżiċi tat-trażmissjoni kollha tiegħu jew parti minnhom skont l-Artikolu 36.

2.   Meta d-detenturi ta' drittijiet fiżiċi ta' trażmissjoni ma jagħmlux nomina sal-iskadenza speċifikata fir-regoli dwar in-nomina, għandhom ikunu intitolati li jiksbu renumerazzjoni skont l-Artikolu 35.

Artikolu 33

Id-drittijiet tat-trażmissjoni finanzjarja — opzjonijiet

1.   Id-detenturi ta' FTRs — opzjonijiet għandhom ikunu intitolati li jingħataw rimunerazzjoni skont l-Artikolu 35.

2.   L-implimentazzjoni ta' FTRs — opzjonijiet għandha tkun soġġetta għall-applikazzjoni tal-akkoppjament tal-prezz ta' ġurnata bil-quddiem skont Artikoli 38 sa 50 tar-Regolament (UE) 2015/1222.

Artikolu 34

Id-drittijiet tat-trażmissjoni finanzjarja — obbligi

1.   Id-detenturi ta' FTRs — obbligi għandhom ikunu intitolati li jirċievu jew ikunu obbligati jħallsu r-rimunerazzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 35.

2.   L-implimentazzjoni ta' FTRs — obbligi għandha tkun soġġetta għall-applikazzjoni tal-akkoppjament tal-prezz ta' ġurnata bil-quddiem skont l-Artikoli 38 sa 50 tar-Regolament (UE) 2015/1222.

Artikolu 35

Il-prinċipji għar-renumerazzjoni tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul

1.   It-TSOs rilevanti li jwettqu l-allokazzjoni tad-drittijiet tat-trażmissjoni fil-konfini taż-żona tal-offerti permezz tal-pjattaforma unika ta' allokazzjoni għandhom iħallsu lid-detenturi tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul fil-każ li d-differenza fil-prezz tkun pożittiva fid-direzzjoni tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul.

2.   Id-detenturi ta' FTRs — obbligi għandhom iħallsu lit-TSOs rilevanti permezz tal-pjattaforma unika ta' allokazzjoni allokazzjoni tad-drittijiet ta' trażmissjoni fil-konfini taż-żona tal-offerti fil-każ li d-differenza fil-prezz tkun negattiva fid-direzzjoni tal-FTRs — obbligi.

3.   Ir-remunerazzjoni tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul fil-paragrafi 1 u 2 għandha tkun konformi mal-prinċipji li ġejjin:

(a)

fejn il-kapaċità transżonali tiġi allokata permezz ta' allokazzjoni impliċita jew permezz ta' metodu ieħor li jirriżulta minn sitwazzjoni ta' riżerva fil-perjodu ta' żmien tal-ġurnata bil-quddiem, ir-rimunerazzjoni tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul għandha tkun daqs il-firxa tas-suq;

(b)

fejn il-kapaċità transżonali tiġi allokata permezz ta' rkant espliċitu fil-perjodu ta' żmien tal-ġurnata bil-quddiem, ir-rimunerazzjoni tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul għandha tkun daqs il-prezz tal-ikklerjar tal-irkant ta' kuljum.

4.   Jekk fil-proċess ta' allokazzjoni tal-kapaċità ta' ġurnata bil-quddiem ikunu ddaħħlu limiti fl-allokazzjoni fuq interkonnessjonijiet bejn żoni tal-offerti f'konformità mal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (UE) 2015/1222, dawn għandhom jitqiesu għall-kalkolu tar-remunerazzjoni tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul skont il-paragrafu 3.

It-Taqsima 3

Il-proċeduri tan-nomina għad-drittijiet fiżiċi tat-trażmissjoni

Artikolu 36

Id-dispożizzjonijiet ġenerali għan-nomina tad-drittijiet fiżiċi tat-trażmissjoni

1.   Meta TSOs joħorġu u japplikaw drittjiet fiżiċi ta' trażmissjoni fil-konfini taż-żona tal-offerti, għandhom jippermettu lid-detenturi ta' drittjiet fiżiċi ta' trażmissjoni u/jew il-kontropartijiet tagħhom li jinnominaw l-iskedi tagħhom għall-iskambju tal-elettriku. Id-detenturi ta' drittjiet fiżiċi ta' trażmissjoni jistgħu jawtorizzaw lil partijiet terzi eliġibbli biex jinnominaw l-iskedi tagħhom għall-iskambju tal-elettriku f'isimhom f'konformità mar-regoli dwar in-nomina skont paragrafu 3.

2.   Mhux aktar tard minn tnax-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, it-TSOs kollha li joħorġu drittijiet fiżiċi ta' trażmissjoni fil-konfini taż-żona tal-offerti għandhom jissottomettu għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji rilevanti proposta għal regoli dwar in-nomina għall-iskedi għall-iskambju tal-elettriku bejn iż-żoni tal-offerti. Il-proposta għandha tkun soġġetta għal konsultazzjoni skont l-Artikolu 6. Ir-regoli dwar in-nomina għandu jkun fihom tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-intitolament ta' detentur ta' drittijiet fiżiċi ta' trażmissjoni li jinnomina l-iskedi għall-iskambju tal-elettriku;

(b)

ir-rekwiżiti tekniċi minimi biex issir nomina;

(c)

deskrizzjoni tal-proċess ta' nomina;

(d)

iż-żmien tan-nomina;

(e)

il-format tan-nomina u l-komunikazzjoni.

3.   It-TSOs kollha għandhom progressivament jarmonizzaw ir-regoli dwar in-nomina fil-konfini taż-żona tal-offerti kollha li fihom jiġu applikati d-drittijiet fiżiċi ta' trażmissjoni.

4.   Id-detenturi ta' drittijiet fiżiċi ta' trażmissjoni, il-kontropartijiet tagħhom fejn applikabbli jew parti terza awtorizzata li tkun qed taġixxi f'isimhom għandha tinnomina d-drittijiet fiżiċi ta' trażmissjoni kollha jew parti minnhom bejn iż-żoni tal-offerti f'konformità mar-regoli dwar in-nomina.

5.   Fil-każ ta' limitazzjonijiet ta' allokazzjoni fuq interkonnessjonijiet bejn żoni tal-offerti jkun ġie inkluż fil-proċess ta' allokazzjoni tal-kapaċità ta' ġurnata bil-quddiem f'konformità mal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (UE) 2015/1222, dawn għandhom jitqiesu fil-proposta għar-regoli dwar in-nomina msemmija fl-paragrafu 2.

It-Taqsima 4

Il-proċessi u l-operazzjoni

Artikolu 37

It-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fl-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità

1.   Il-parteċipanti fis-suq għandhom ikunu reġistrati mal-pjattaforma unika ta' allokazzjoni u jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha ta' eliġibbiltà skont ir-regoli armonizzati ta' allokazzjoni qabel ma jkunu intitolati li jipparteċipaw fl-irkanti jew jittrasferixxu d-drittijiet tagħhom tat-trażmissjoni fit-tul. Ir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà għandhom ikunu konformi mal-prinċipji ta' nuqqas ta' diskriminazzjoni u ta' trasparenza.

2.   Meta parteċipant jitlob reġistrazzjoni, il-pjattaforma unika ta' allokazzjoni għandha tinnotifika lill-parteċipant fis-suq jekk ikunx jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta' eliġibbiltà u jekk hux intitolat li jipparteċipa fl-irkanti jew li jittrasferixxi d-drittijiet tiegħu tat-trażmissjoni fit-tul minn data speċifikata.

3.   Il-parteċipanti fis-suq għandhom jikkonformaw bis-sħiħ mar-regoli armonizzati ta' allokazzjoni. Għandhom iżommu l-informazzjoni kollha relatata mal-parteċipazzjoni tagħhom aġġornata u jinnotifikaw lill-pjattaforma unika ta' allokazzjoni dwar kwalunkwe tibdil għal din l-informazzjoni mingħajr dewmien.

4.   Meta parteċipant fis-suq jikser l-obbligi kuntrattwali tiegħu skont ir-regoli armonizzati ta' allokazzjoni, il-pjattaforma unika ta' allokazzjoni għandha tkun tista' tissospendi jew tirtira d-dritt tiegħu li jieħu sehem fl-irkanti jew li jittrasferixxi d-drittijiet tiegħu tat-trażmissjoni fit-tul.

5.   Is-sospensjoni jew l-irtirar tad-dritt tal-parteċipant fis-suq li jieħu sehem fl-irkanti jew li jittrasferixxi d-dritt tiegħu tat-trażmissjoni fit-tul skont ir-regoli armonizzati ta' allokazzjoni ma għandux jeżonera lill-parteċipant fis-suq jew lill-pjattaforma unika ta' allokazzjoni mill-obbligi li joħorġu mid-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul li jkunu ġew allokati u mħallsin qabel is-sospensjoni jew l-irtirar.

Artikolu 38

Id-dejta tal-input ippreżentata fil-pjattaforma unika ta' allokazzjoni

Kull TSO għandu jiżgura li l-qsim validat tal-kapaċità transżonali fit-tul jiġi preżentat lill-pjattaforma unika ta' allokazzjoni qabel il-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-irkant skont l-Artikolu 39.

Artikolu 39

It-tħaddim tal-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità

1.   Mhux aktar tard miż-żmien speċifikat fir-regoli armonizzati ta' allokazzjoni għal kull allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità, speċifikazzjoni ta' rkant li tal-anqas ikun fiha l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi definita u pubblikata fuq il-pjattaforma unika ta' allokazzjoni:

(a)

id-data u l-ħin tal-ftuħ u l-għeluq tal-irkant;

(b)

il-qsim validat tal-kapaċità transżonali fit-tul u t-tip ta' drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul li se jiġu rkantati;

(c)

il-format tal-offerti;

(d)

id-data u l-ħin tal-pubblikazzjoni tar-riżultati tal-irkant;

(e)

il-perjodu li matulu jistgħu jiġu kontestati r-riżultati tal-irkant.

2.   Il-kapaċità transżonali fit-tul ippubblikata ma għandhiex tiġi modifikata f'perjodu qabel l-għeluq tal-irkant. Ir-regoli armonizzati ta' allokazzjoni għandhom jispeċifikaw dak il-perjodu.

3.   Kull parteċipant fis-suq għandu jippreżenta l-offerti tiegħu lill-pjattaforma unika ta' allokazzjoni qabel il-ħin tal-għeluq u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni tal-irkant.

4.   Il-pjattaforma unika ta' allokazzjoni għandha tiżgura l-kunfidenzjalità tal-offerti preżentati.

Artikolu 40

L-ipprezzar tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul

Il-prezz tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul għal kull konfini taż-żona tal-offerti, direzzjoni ta' utilizzazzjoni u unità ta' żmien tas-suq għandu jiġi determinat abbażi tal-prinċipju tal-prezz marġinali u jiġi espress f'euro għal kull megawatt. Jekk id-domanda għall-kapaċità transżonali fit-tul għal konfini taż-żona tal-offerti, direzzjoni ta' utilizzazzjoni u unità ta' żmien tas-suq ikun aktar baxx jew ugwali għall-kapaċità transżonali fit-tul offruta, il-prezz għandu jkun żero.

Artikolu 41

Ir-rekwiżiti finanzjarji u l-fatturazzjoni

1.   Il-pjattaforma unika ta' allokazzjoni għandha tipprovdi proċeduri ta' fatturazzjoni jew ta' awtofatturazzjoni għas-saldu ta' debiti jew ta' krediti li jirriżultaw mill-allokazzjoni tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul, mir-ritorn tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul u mir-remunerazzjoni tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul. Ir-regoli armonizzati ta' allokazzjoni għandhom jispeċifikaw dawk il-proċeduri.

2.   Sabiex jipparteċipa fl-irkanti, parteċipant fis-suq għandu jkollu biżżejjed kollaterali biex jassigura offerti u jkun alloka drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli armonizzati ta' allokazzjoni.

Artikolu 42

Jiġi stabbiliti proċeduri ta' riżerva

1.   Jekk l-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità ma tkunx tista' tipproduċi riżultati, il-proċedura prestabbilita ta' riżerva għandha tkun il-posponiment tal-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità.

2.   It-TSOs kollha f'kull reġjun bil-kapaċità kkalkulata għandhom ikunu intitolati li jimplimentaw soluzzjonijiet alternattivi koordinati ta' riżerva. F'każijiet bħal dawn, it-TSOs kollha f'kull reġjun bil-kapaċità kkalkulata għandhom jiżviluppaw proposta koordinata għal proċeduri affidabbli ta' riżerva.

Artikolu 43

Ir-ritorn ta' drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul

1.   Id-detenturi tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul jistgħu jirritornaw id-drittijiet tagħhom tat-trażmissjoni fit-tul lit-TSOs rilevanti permezz tal-pjattaforma unika ta' allokazzjoni għal allokazzjoni sussegwenti bil-quddiem tal-kapaċità.

2.   Id-detenturi tad-drittijiat-trażmissjoni fit-tul li jkunu jixtiequ jirritornaw id-drittijiet tagħhom tat-trażmissjoni fit-tul għal allokazzjoni sussegwenti bil-quddiem tal-kapaċità għandhom jinnotifikaw dan direttament jew indirettament permezz ta' parti terza, lill-pjattaforma unika ta' allokazzjoni kif stabbilit fir-regoli armonizzati ta' allokazzjoni.

3.   Id-detenturi tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul li jirritornaw id-drittijiet tagħhom tat-trażmissjoni fit-tul għandhom jiġu remunerati direttament jew indirettament permezz ta' parti terza, mit-TSOs rilevanti permezz tal-pjattaforma unika ta' allokazzjoni. Din ir-remunerazzjoni għandha tkun daqs il-prezz li jirriżulta mill-irkant fejn id-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul kienu ġew riallokati.

Artikolu 44

It-trasferiment tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul

1.   Id-detenturi tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul għandhom ikunu jistgħu jittrasferixxu d-drittijiet kollha tagħhom tat-trażmissjoni fit-tul jew parti minnhom lil parteċipanti oħra fis-suq skont ir-regoli armonizzati ta' allokazzjoni.

2.   Ir-regoli dwar l-ammissibbiltà u l-lista ta' parteċipanti fis-suq reġistrati mal-pjattaforma unika ta' allokazzjoni u li jkunu eliġibbli li jittrasferixxu drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul għandhom jiġu pubblikati fuq il-pjattaforma unika ta' allokazzjoni.

3.   Id-detenturi tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul għandhom jinnotifikaw it-trasferiment tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul, direttament jew indirettament, permezz ta' parti terza, lill-pjattaforma unika ta' allokazzjoni skont ir-regoli armonizzati ta' allokazzjoni.

4.   Il-parteċipanti fis-suq li jakkwistaw dawk id-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul għandhom jikkonfermaw, skont ir-regoli armonizzati ta' allokazzjoni, direttament jew indirettament, permezz ta' parti terza, lill-pjattaforma unika ta' allokazzjoni n-notifika li jkun bagħat id-detentur preċedenti tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul.

Artikolu 45

Il-kisba tar-riżultati

1.   Il-pjattaforma unika ta' allokazzjoni għandha tinnotifika lit-TSOs responsabbli għall-konfini taż-żona tal-offerti li magħha jkunu assoċjati d-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul, lill-parteċipanti fis-suq u lid-detenturi tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul dwar ir-riżultati tal-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità fiż-żmien previst fl-ispeċifikazzjoni tal-irkant.

2.   Il-pjattaforma unika ta' allokazzjoni għandha tinforma lill-parteċipanti fis-suq dwar l-istatus ta' eżekuzzjoni u l-prezzijiet tal-ikklerjar tal-offerti tagħhom.

Artikolu 46

Jinbdew proċeduri ta' riżerva

1.   Jekk il-pjattaforma unika ta' allokazzjoni ma tkunx tista' twassal l-ispeċifikazzjoni tal-irkant skont l-Artikolu 39 jew ir-riżultati kollha jew parti mir-riżultati tal-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità fiż-żmien speċifikat fir-regoli armonizzati ta' allokazzjoni, it-TSOs responsabbli fil-konfini taż-żona tal-offerti għandhom jimplimentaw il-proċeduri ta' riżerva stabbiliti skont l-Artikolu 42.

2.   Malli jiġi identifikat nuqqas ta' twassil tal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1, il-pjattaforma unika ta' allokazzjoni għandha tinnotifika lit-TSOs responsabbli fil-konfini taż-żona tal-offerti. Il-pjattaforma unika ta' allokazzjoni għandha tinnotifika lill-parteċipanti fis-suq li jistgħu jiġu applikati proċeduri ta' riżerva.

Artikolu 47

Il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni tas-suq

1.   Fuq il-pjattaforma unika ta' allokazzjoni għandha tiġi pubblikata tal-anqas din l-informazzjoni għal kull konfini taż-żona tal-offerti u dwar id-direzzjoni tal-utilizzazzjoni:

(a)

l-ispeċifikazzjoni tal-irkant skont l-Artikolu 39;

(b)

kalendarju indikattiv tal-irkanti li jistabbilixxi t-tip ta' drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul li se jiġi offrut u d-dati meta dawk id-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul ikunu se jiġu offruti lill-parteċipanti fis-suq;

(c)

riżultati dwar l-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità skont l-Artikolu 29;

(d)

l-għadd ta' parteċipanti fis-suq f'kull irkant;

(e)

lista ta' parteċipanti fis-suq eliġibbli għat-trasferiment tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul;

(f)

id-dettalji ta' kuntatt tal-pjattaforma unika ta' allokazzjoni.

2.   Permezz tal-pjattaforma unika ta' allokazzjoni, it-TSOs rilevanti għandhom jippubblikaw l-informazzjoni meħtieġa msemmija fil-paragrafu 1 skont iż-żmien stabbilit fl-ispeċifikazzjoni tal-irkant u fir-Regolament (UE) Nru 543/2013.

3.   Il-pjattaforma unika ta' allokazzjoni għandha tiżgura d-disponibbiltà pubblika tad-dejta storika għal perjodu ta' mhux anqas minn ħames snin.

IL-KAPITOLU 4

Il-pjattaforma unika ta' allokazzjoni

Artikolu 48

L-istabbiliment

1.   It-TSOs kollha għandhom jiżguraw li l-pjattaforma unika ta' allokazzjoni hija operattiva u tikkonforma mar-rekwiżiti funzjonali speċifikati fl-Artikolu 49 fi żmien tnax-il xahar wara l-approvazzjoni tal-proposta għal sett komuni ta' rekwiżiti u għall-istabbiliment tal-pjattaforma unika ta' allokazzjoni. Meta jitolbuhom it-TSOs rilevanti, l-awtoritajiet regolatorji kompetenti jistgħu jżidu dan iż-żmien minħabba xi dewmien marbut mal-proċeduri tal-akkwist pubbliku, sa b'mhux aktar minn 6 xhur.

2.   L-allokazzjonijiet bil-quddiem tal-kapaċità fuq l-interkonnetturi tal-Kurrent Dirett għandhom isiru fil-pjattaforma unika ta' allokazzjoni sa mhux aktar tard minn erbgħa u għoxrin xahar wara l-approvazzjoni kif jissemma fil-paragrafu 1.

Artikolu 49

Ir-rekwiżiri funzjonali

1.   Fi żmien sitt xhur minn meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ, it-TSOs kollha għandhom jissottomettu lill-awtoritajiet regolatorji kollha, proposta komuni għal sett ta' rekwiżiti u għall-istabbiliment tal-pjattaforma unika ta' allokazzjoni. Il-proposta għandha tidentifika opzjonijiet differenti għall-istabbiliment u l-governanza tal-pjattaforma unika ta' allokazzjoni, inkluż l-iżvilupp mit-TSOs jew minn partijiet terzi f'isimhom. Il-proposta mit-TSOs għandha tkopri l-kompiti ġenerali tal-pjattaforma unika ta' allokazzjoni prevista fl-Artikolu 50 u r-rekwiżiti għall-irkupru tal-ispejjeż skont l-Artikolu 59.

2.   Ir-rekwiżiti funzjonali għall-pjattaforma unika ta' allokazzjoni għandhom tal-inqas jinkludu:

(a)

il-konfini taż-żona tal-offerti li hija mistennija li tkun koperta;

(b)

id-disponibbiltà teknika u l-affidabbiltà tas-servizzi pprovduti;

(c)

il-proċessi operattivi;

(d)

il-prodotti li sejrin jiġu offruti;

(e)

il-perjodi ta' żmien għall-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità;

(f)

il-metodi u l-algoritmi ta' allokazzjoni;

(g)

il-prinċipji ta' saldu finanzjarju u l-ġestjoni tar-riskji ta' prodotti allokati;

(h)

qafas kuntrattwali armonizzat mal-parteċipanti fis-suq;

(i)

l-interfaċċji tad-dejta.

Artikolu 50

Il-kompiti ġenerali

It-TSOs rilevanti għandhom jużaw il-pjattaforma unika ta' allokazzjoni, tal-inqas għall-finijiet li ġejjin:

(a)

ir-reġistrazzjoni tal-parteċipanti fis-suq;

(b)

il-forniment ta' punt uniku ta' kuntatt għall-parteċipanti fis-suq;

(c)

it-tħaddim tal-proċeduri tal-irkant;

(d)

is-saldu finanzjarju tad-drittijiet allokati tat-trażmissjoni fit-tul mal-parteċipanti fis-suq, inkluż il-ġestjoni tal kollaterali;

(e)

il-kooperazzjoni ma' kamra tal-ikklirjar, jekk din tkun meħtieġa skont ir-regoli komuni għall-implimentazzjoni ta' FTRs — obbligi skont l-Artikolu 34;

(f)

l-organizzazzjoni ta' proċedura ta' riżerva skont l-Artikolu 42 u 46;

(g)

l-iffaċilitar tar-ritorn tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul skont l-Artikolu 43;

(h)

l-iffaċilitar tat-trasferiment tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul skont l-Artikolu 44;

(i)

il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni tas-suq skont l-Artikolu 47;

(j)

il-forniment u t-tħaddim ta' interfaċċji għall-iskambju ta' dejta ma' parteċipanti fis-suq.

IL-KAPITOLU 5

Regoli armonizzati ta' allokazzjoni

Artikolu 51

Introduzzjoni ta' regoli armonizzati ta' allokazzjoni

1.   Fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, it-TSOs kollha għandhom jiżviluppaw b'mod konġunt proposta għal regoli armonizzati ta' allokazzjoni għad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul skont l-Artikolu 52(2). Il-proposta għandha tkun soġġetta għal konsultazzjoni skont l-Artikolu 6. Din il-proposta għandha tinkludi r-rekwiżiti speċifiċi reġjonali u tal-konfini taż-żona tal-offerti, li jkunu żviluppaw it-TSOs għal kull reġjun bil-kapaċità kkalkulata skont l-Artikolu 52(3).

2.   Ladarba r-rekwiżiti reġjonali jkunu daħlu fis-seħħ, dawn għandhom jieħdu preċedenza fuq ir-rekwiżiti ġenerali definiti fir-regoli armonizzati ta' allokazzjoni. Fil-każ li jiġu emendati r-rekwiżiti ġenerali tar-regoli armonizzati ta' allokazzjoni u jiġu preżentati għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji kollha, ir-rekwiżiti reġjonali għandhom jiġu preżentati wkoll għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji tar-reġjun konċernat bil-kapaċità kkalkulata.

Artikolu 52

Ir-rekwiżiti għal regoli armonizzati ta' allokazzjoni

1.   Ir-rekwiżiti għal regoli armonizzati ta' allokazzjoni għal drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul għandhom ikopru d-drittijiet fiżiċi tat-trażmissjoni, l-FTRs — opzjonijiet u l-FTRs — obbligi. It-TSOs għandhom iqisu u jixtarru kif xieraq l-ispeċifitajiet relatati ma' tipi differenti ta' prodotti.

2.   Ir-regoli armonizzati ta' allokazzjoni għal drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul għandhom isegwu l-prinċipji ta' nuqqas ta' diskriminazzjoni u ta' trasparenza u tal-anqas ikun fihom ir-rekwiżiti ġenerali li ġejjin:

(a)

definizzjonijiet armonizzati u l-kamp ta' applikazzjoni tal-applikazzjonijiet;

(b)

qafas kuntrattwali bejn il-pjattaforma unika ta' allokazzjoni u l-parteċipanti fis-suq inklużi dispożizzjonijiet dwar il-liġi applikabbli, il-lingwa applikabbli, il-kunfidenzjalità, ir-riżoluzzjoni ta' tilwim, ir-responsabbiltà u l-forza maġġuri;

(c)

dispożizzjonijiet armonizzati dwar l-UIOSI fil-każ ta' drittijiet fiżiċi ta' trażmissjoni skont l-Artikolu 32;

(d)

deskrizzjoni tat-tipi ta' drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul li qed jiġu offruti, inklużi l-prinċipji ta' rimunerazzjoni skont l-Artikolu 35;

(e)

deskrizzjoni tal-prinċipju tar-regoli applikabbli dwar in-nomina skont l-Artikolu 36;

(f)

dispożizzjonijiet armonizzati dwar l-eliġibbiltà u l-intitolament, is-sospensjoni u t-tiġdid u l-ispejjeż ta' parteċipazzjoni skont l-Artikolu 37;

(g)

deskrizzjoni tal-proċess ta' allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità inkluż tal-anqas dispożizzjonijiet dwar l-ispeċifikazzjoni tal-irkant, il-preżentazzjoni ta' offerti, il-pubblikazzjoni tar-riżultati tal-irkant, il-perjodu ta' kontestazzjoni u l-proċeduri ta' riżerva skont l-Artikoli 37, 38, 39, 42, 43 u 44;

(h)

dispożizzjonijiet armonizzati dwar ir-rekwiżiti u s-saldu finanzjarju skont l-Artikolu 41;

(i)

dispożizzjonijiet armonizzati għar-ritorn ta' drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul skont l-Artikolu 43;

(j)

dispożizzjonijiet armonizzati għan-notifika tat-trasferiment ta' drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul skont l-Artikolu 44;

(k)

dispożizzjonijiet dwar iċ-ċertezza u r-regoli ta' kumpens skont l-Artikolu 53 u l-Artikolu 55;

(l)

dispożizzjonijiet armonizzati dwar politiki ta' nettjar u kollaterali finanzjarji għal FTRs — obbligi, fejn applikabbli.

3.   Ir-regoli armonizzati ta' allokazzjoni jista' jkun fihom ukoll rekwiżiti speċifiċi reġjonali jew tal-konfini taż-żona tal-offerti, b'mod partikolari iżda mhux limitati għal:

(a)

id-deskrizzjoni tat-tip ta' drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul li qed jiġu offruti f'kull konfini taż-żona tal-offerti fir-reġjun bil-kapaċità kkalkulata skont l-Artikolu 31;

(b)

it-tip ta' sistema ta' remunerazzjoni tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul li se tiġi applikata f'kull konfini taż-żona tal-offerti fir-reġjun bil-kapaċità kkalkulata skont l-allokazzjoni fil-perjodu ta' żmien tal-ġurnata bil-quddiem skont l-Artikolu 35;

(ci)

l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet alternattivi koordinati ta' riżerva reġjonali skont l-Artikolu 42;

(d)

ir-regoli reġjonali ta' kumpens li jiddefinixxu r-reġimi ta' ċertezza skont l-Artikolu 55.

IL-KAPITOLU 6

Iċ-ċertezza tal-kapaċità transżonali allokata

Artikolu 53

Id-dispożizzjonijiet ġenerali taċ-ċertezza

1.   It-TSOs kollha għandhom ikunu intitolati li jnaqqsu d-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul biex jiżguraw li l-operazzjoni tibqa ssir fil-limiti tas-sigurtà operattiva qabel l-iskadenza taċ-ċertezza tal-ġurnata bil-quddiem. Meta t-TSOs inaqqsu d-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul, dawn għandhom jirrapportaw dwar dan lill-awtoritajiet regolatorji rispettivi u jippubblikaw ukoll ir-raġunijiet fattwali li jwasslu għat-tnaqqis.

2.   It-TSOs konċernati fil-konfini taż-żona tal-offerti fejn ikunu tnaqqsu d-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul għandhom jikkumpensaw lid-detenturi li d-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul tagħhom ikunu tnaqqsu bil-firxa tas-suq.

Artikolu 54

Id-definizzjoni ta' limitu massimu

1.   Fil-każ tal-interkonnetturi tal-Kurrent Dirett, it-TSOs konċernati fil-konfini taż-żona tal-offerti jistgħu jipproponu limitu massimu għall-kumpens kollu li jrid jitħallas lid-detenturi kollha li tnaqqsulhom id-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul fis-sena kalendarja rilevanti jew fix-xahar kalendarju rilevanti.

2.   Il-limitu massimu ma għandux ikun inqas mill-ammont totali ta' introjtu mill-konġestjoni miġbur mit-TSOs konċernati fil-konfini taż-żona tal-offerti fis-sena kalendarja rilevanti. Fil-każ ta' interkonnetturi tal-Kurrent Dirett, it-TSOs jistgħu jipproponu limitu massimu li ma jkunx anqas mill-introjtu totali mill-konġestjoni miġbur mit-TSOs konċernati fil-konfini taż-żona tal-offerti fix-xahar kalendarju rilevanti.

3.   Meta TSOs differenti fl-istess konfini taż-żona tal-offerti jkunu qed joperaw bosta interkonnetturi u jkunu soġġetti għal reġimi regolatorji differenti sorveljati mill-awtoritajiet regolatorji, l-introjtu totali mill-konġestjoni użat għall-kalkolu tal-kumpens limitat skont il-paragrafu 2 jista' jiġi diżassoċjat għal kull interkonnettur. Dan id-diżassoċjar għandhom jipproponuh it-TSOs konċernati u japprovawh l-awtoritajiet regolatorji kompetenti.

Artikolu 55

Ir-regoli ta' kumpens

Meta t-TSOs jipproponu l-applikazzjoni ta' limitu massimu msemmi fl-Artikolu 54, dawn għandhom jipproponu b'mod konġunt sett ta' regoli ta' kumpens fir-rigward tal-limitu massimu applikat.

Artikolu 56

Iċ-ċertezza fil-każ ta' forza maġġuri

1.   Fil-każ ta' forza maġġuri, it-TSOs jistgħu jnaqqsu d-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul. Dan it-tnaqqis għandu jsir b'mod koordinat wara kollegament mat-TSOs kollha direttament milquta.

2.   It-TSO li jinvoka l-forza maġġuri għandu jippubblika notifika li tiddeskrivi n-natura tal-forza maġġuri u t-tul probabbli tagħha.

3.   Fil-każ ta' tnaqqis dovut għal forza maġġuri d-detenturi konċernati ta' drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul għandhom jirċievu kumpens mit-TSO li jkun invoka l-forza maġġuri għall-perjodu ta' dik il-forza maġġuri. F'dan il-każ, il-kumpens għandu jkun daqs l-ammont inizjalment imħallas għad-dritt tat-trażmissjoni fit-tul konċernat matul il-proċess ta' allokazzjoni bil-quddiem.

4.   It-TSO li jinvoka forza maġġuri għandu jagħmel kull sforz possibbli biex jiġu limitati l-konsegwenzi u t-tul tal-forza maġġuri.

5.   Meta Stati Membru jipprovdi għal dan, jekk tintalab mit-TSO, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tivvaluta jekk avveniment partikolari jkunx jikkwalifika bħala forza maġġuri.

IL-KAPITOLU 7

Il-qsim tal-introjtu mill-konġestjoni

Artikolu 57

Il-metodoloġija tal-qsim tal-introjtu mill-konġestjoni

1.   Fi żmien sitt xhur mill-approvazzjoni tal-metodoloġija għall-qsim tal-introjtu mill-konġestjoni msemmija fl-Artikolu 9(6) tar-Regolament (UE) 2015/1222, it-TSOs kollha għandhom jiżviluppaw b'mod konġunt proposta għal metodoloġija għall-kondiviżjoni tal-introjtu mill-konġestjoni mill-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità.

2.   Meta jkunu qed jiżviluppaw il-metodoloġija msemmija fil-paragrafu 1, it-TSOs għandhom iqisu l-metodoloġija għall-kondiviżjoni tal-introjtu mill-konġestjoni żviluppata skont l-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2015/1222.

3.   Meta tkun qed tiġi żviluppata l-metodoloġija għall-kondiviżjoni tal-introjtu mill-konġestjoni mill-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2015/1222.

IL-KAPITOLU 8

L-irkupru tal-ispejjeż

Artikolu 58

Id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-irkupru tal-ispejjeż

1.   L-ispejjeż imġarrba mit-TSOs li jirriżultaw mill-obbligi fir-Regolament għandhom jiġu vvalutati mill-awtoritajiet regolatorji kollha.

2.   L-ispejjeż li jkunu ġew ivvalutati bħala raġonevoli, effiċjenti u proporzjonati għandhom jiġu rkuprati f'ħin propizju permezz ta' tariffi tan-netwerk jew permezz ta' mekkaniżmi xierqa oħra kif jiġi determinat mill-awtoritajiet regolatorji kompetenti.

3.   Jekk jintalab mill-awtoritajiet regolatorji, fi żmien tliet xhur mit-talba, it-TSOs rilevanti għandhom jipprovdu l-informazzjoni neċessarja biex tiġi faċilitata l-valutazzjoni tal-ispejjeż imġarrba.

Artikolu 59

L-ispiża biex tiġi stabbilita, żviluppata u mħaddma l-pjattaforma unika ta' allokazzjoni

It-TSOs kollha li joħorġu drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul fuq il-pjattaforma unika ta' allokazzjoni għandhom flimkien iħallsu l-ispejjeż relatati mat-twaqqif u mat-tħaddim tal-pjattaforma unika ta' allokazzjoni. Fi żmien sitt xhur minn meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ, it-TSOs kollha għandhom jipproponu metodoloġija għall-qsim tal-ispejjeż, li tkun raġonevoli, effiċjenti u proporzjonata, ngħidu aħna abbażi ta' prinċipji simili għal dawn previsti bl-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) 2015/1222.

Artikolu 60

L-ispiża biex jiġi stabbilit u mħaddem il-proċess tal-kalkulaturi tal-kapaċità koordinata

1.   Kull TSO għandu individwalment iħallas l-ispejjeż relatati mal-provvista ta' inputs għall-kalkolu tal-kapaċità.

2.   It-TSOs kollha għandhom iġarrbu flimkien l-ispejjeż relatati mat-twaqqif u mat-tħaddim tal-amalgamazzjoni tal-mudelli ta' grilja individwali.

3.   It-TSOs kollha f'kull reġjun bil-kapaċità kkalkulata għandhom iħallsu l-ispejjeż tat-twaqqif u tat-tħaddim tal-kalkolaturi tal-kapaċità koordinata.

Artikolu 61

L-ispiża biex ikunu żgurati ċ-ċertezza u r-remunerazzjoni għad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul

1.   L-ispiża li tiżgura ċ-ċertezza għandha tinkludi l-ispejjeż li jiġġarrbu bil-mekkaniżmi ta' kumpens assoċjati mal-iżgurar taċ-ċertezza tal-kapaċitajet transżonali kif ukoll mal-ispiża għar-ridispaċċ, għall-iskambju kumpensatorju u għall-iżbilanċ assoċjati mal-parteċipanti fis-suq kumpensati u għandhom iġarrbuhom it-TSOs, sakemm possibbli f'konformità mal-Artikolu 16(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009.

2.   Meta jkunu qed jiffissaw jew japprovaw tariffi ta' trażmissjoni jew mekkaniżmu xieraq ieħor skont l-Artikolu 37(1)(a) tad-Direttiva 2009/72/KE, u wara li jkunu kkunsidraw l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, l-awtoritajiet regolatorji għandhom iqisu pagamenti kumpensatorji bħala spejjeż eliġibbli sakemm dawn ikunu raġonevoli, effiċjenti u proporzjonati.

3.   Fi żmien sitt xhur mill-approvazzjoni tal-metodoloġija għall-qsim tal-introjtu mill-konġestjoni msemmija fl-Artikolu 57, it-TSOs kollha għandhom jiżviluppaw metodoloġija b'mod konġunt għall-qsim tal-ispejjeż imġarrba biex tiġi żgurata ċ-ċertezza u r-remunerazzjoni tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul. Din il-metodoloġija għandha tkun konsistenti mal-metodoloġija għall-kondiviżjoni tal-introjtu mill-konġestjoni minn allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità kif imsemmi fl-Artikolu 57.

TITOLU III

ID-DELEGA TAL-KOMPITI U L-MONITORAĠĠ

Artikolu 62

Id-delega tal-kompiti

1.   TSO jista' jiddelega kwalunkwe kompitu jew parti minnu assenjat lilu skont taħt dan ir-Regolament lil parti terza waħda jew aktar fil-każ li l-parti terza tista' twettaq il-funzjoni rispettiva tal-anqas b'mod effettiv bħat-TSO deleganti. It-TSO deleganti għandu jibqa' responsabbli għall-iżgurar tal-konformità mal-obbligi skont dan ir-Regolament, inkluż l-iżgurar ta' aċċess għal informazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ mill-awtorità regolatorja.

2.   Qabel id-delega, il-parti terza konċernata għandha tkun uriet b'mod ċar lit-TSO deleganti l-kapaċità tagħha li tissodisfa l-obbligi kollha ta' dan ir-Regolament.

3.   Fil-każ li xi kompitu jew parti minnu speċifikat f'dan ir-Regolament jiġi delegat lil parti terza, it-TSO deleganti għandu jiżgura li qabel id-delega jkunu ġew stabbiliti ftehimiet xierqa ta' kunfidenzjalità skont l-obbligi ta' kunfidenzjalità tat-TSO deleganti.

Artikolu 63

Il-monitoraġġ

1.   In-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku għandu jissorvelja l-implimentazzjoni ta' allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità u t-twaqqif ta' pjattaforma unika ta' allokazzjoni skont l-Artikolu 8(8) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009. Il-monitoraġġ għandu jkopri b'mod partikolari l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

il-progress u l-problemi potenzjali bl-implimentazzjoni tal-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità, inkluż l-aċċess ġust u trasparenti għall-parteċipanti fis-suq għad-drittijiet ta' trażmissjoni fit-tul;

(b)

l-effettività tal-metodoloġiji għall-qsim tal-kapaċità transżonali fit-tul skont l-Artikolu 16;

(c)

ir-rapport dwar il-kakolu u l-allokazzjoni tal-kapaċità skont l-Artikolu 26;

(d)

l-effettività tal-operazzjoni tal-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità u l-pjattaforma unika ta' allokazzjoni.

2.   In-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku għandu jippreżenta pjan għall-monitoraġġ li jinkludi r-rapporti li għandhom jitħejjew u kwalunkwe aġġornament b'konformità mal-paragrafu 1, lill-Aġenzija għal opinjoni sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

3.   L-Aġenzija, f'kooperazzjoni min-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku, għandhom ifasslu fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament lista tal-informazzjoni rilevanti li trid tiġi komunikata min-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku lill-Aġenzija skont l-Artikoli 8(9) u 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009. Il-lista ta' informazzjoni rilevanti tista' tkun soġġetta għal aġġornamenti. In-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku għandu jżomm format komprensiv standardizzat, arkivju tad-dejta diġitali tal-informazzjoni meħtieġa mill-Aġenzija. It-TSOs kollha għandhom jippreżentaw lin-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku l-informazzjoni meħtieġa sabiex iwettqu l-kompiti skont il-paragrafi 1 u 3.

4.   Il-parteċipanti fis-suq u l-organizzazzjonijiet rilevanti oħra dwar l-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità għandhom, fuq talba konġunta tal-Aġenzija u tan-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku, jippreżentaw lin-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku l-informazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ skont il-paragrafi 1 u 3, ħlief għal informazzjoni li tkun diġà nkisbet mill-awtoritajiet regolatorji, mill-Aġenzija jew min-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku fil-kuntest tal-kompiti rispettivi tagħhom ta' monitoraġġ tal-implimentazzjoni.

TITOLU IV

ID-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 64

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Settembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 tal-24 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi Linji Gwida dwar l-Allokazzjoni tal-Kapaċità u l-Ġestjoni tal-Konġestjoni (ĠU L 197, 25.7.2015, p. 24).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2013 tal-14 ta' Ġunju 2013 dwar is-sottomissjoni u l-pubblikazzjoni ta' dejta fis-swieq tal-elettriku u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 163, 15.6.2013, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).


27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 259/69


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1720

tas-26 ta' Settembru 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Settembru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

180,4

ZZ

180,4

0707 00 05

TR

118,8

ZZ

118,8

0709 93 10

AR

162,6

TR

141,7

ZZ

152,2

0805 50 10

AR

108,6

CL

123,7

TR

109,1

UY

92,6

ZA

138,6

ZZ

114,5

0806 10 10

TR

129,9

ZA

80,3

ZZ

105,1

0808 10 80

AR

148,2

BR

97,9

CL

138,1

NZ

122,5

US

144,0

ZA

113,6

ZZ

127,4

0808 30 90

CL

126,9

CN

92,9

TR

132,1

ZA

155,4

ZZ

126,8

0809 30 10 , 0809 30 90

TR

128,6

ZZ

128,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 259/71


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1721

tas-26 ta' Settembru 2016

dwar l-approvazzjoni tas-sistema ta' illuminazzjoni esterna ta' effiċjenza għolja tat-Toyota li tuża dijodi li jemettu d-dawl għall-użu f'vetturi elettriċi ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-9 ta' Diċembru 2015, il-manifattur Toyota Motor Europe NV/SA (l-“Applikant”) ressaq applikazzjoni għall-approvazzjoni tad-dijodi li jemettu d-dawl (LEDs) tat-Toyota għall-użu f'vetturi M1 elettriċi ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament (NOVC-HEVs) bħala teknoloġija innovattiva. Il-kompletezza ta' dik l-applikazzjoni ġiet ivvalutata f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (2). Instab li l-applikazzjoni kienet sħiħa u l-perjodu li l-Kummissjoni ngħatat biex tivvaluta l-applikazzjoni beda l-għada ta' meta waslet uffiċjalment l-informazzjoni sħiħa, jiġifieri l-10 ta' Diċembru 2015.

(2)

L-applikazzjoni ġiet ivvalutata f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 u skont il-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 (il-verżjoni tal-Linji Gwida Tekniċi, ta' Frar tal-2013) (3).

(3)

L-applikazzjoni tirreferi għal-LEDs ta' effiċjenza għolja tat-Toyota għall-użu fil-NOVC-HEV fil-fanal ta' quddiem tar-raġġi baxxi, il-fanal ta' quddiem tar-raġġi għoljin, il-fanal ta' quddiem, il-fanal ta' quddiem kontra ċ-ċpar, il-fanal ta' wara kontra ċ-ċpar, il-fanal tal-indikaturi ta' quddiem, il-fanal tal-indikaturi ta' wara, il-fanal ta' wara kontra ċ-ċpar, il-fanal tal-pjanċi u l-fanal tar-rivers.

(4)

Il-Kummissjoni tqis li l-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni turi li l-kundizzjonijiet u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u fl-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 ġew sodisfatti.

(5)

L-Applikant wera li l-użu tal-LEDs tat-Toyota fil-fanali rilevanti ma kienx iktar minn 3 % tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fis-sena ta' referenza 2009. B'appoġġ ta' dan, l-Applikant irrefera għal-Linji Gwida Tekniċi, li jagħtu taqsira tar-rapport CLEPA LIGHT Sight Safety.

(6)

Skont il-metodu ssimplifikat deskritt fil-Linji Gwida Tekniċi, l-Applikant uża illuminazzjoni tal-aloġenu bħala teknoloġija bażi biex juri l-kapaċità ta' tnaqqis ta' CO2 tal-LEDs tat-Toyota.

(7)

Sabiex titqies il-preżenza ta' żewġ sorsi ta' enerġija (jiġifieri l-magna b'kombustjoni interna u l-motopropulsjoni elettrika) f'NOVC-HEV jenħtieġ approċċ differenti għall-konverżjoni tal-iffrankar tal-enerġija f'iffrankar ta' CO2 bi tqabbil mal-metodoloġija stipulata fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/587 (4).

(8)

L-Applikant ipprovda metodoloġija speċifika għall-ittestjar tat-tnaqqis ta' CO2 minn LEDs installati f'vetturi ta' dan it-tip. Il-Kummissjoni tqis li l-metodoloġija tal-ittestjar hija xierqa biex tindirizza l-kwistjoni u li se tipprovdi riżultati tal-ittestjar li huma verifikabbli, komparabbli u li jistgħu jiġu ripetuti, filwaqt li huma kapaċi juru b'mod realistiku l-benefiċċji, b'sinifikat statistiku qawwi, tat-teknoloġija innovattiva f'termini tal-emissjonijiet ta' CO2 f'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011.

(9)

F'dan l-isfond, il-Kummissjoni tqis li l-Applikant wera b'mod sodisfaċenti li t-tnaqqis fl-emissjonijiet miksub mill-illuminazzjoni LED tat-Toyota għall-użu fl-NOVC-HEV f'kombinazzjonijiet xierqa ta' fanal ta' quddiem tar-raġġi baxxi, fanal ta' quddiem tar-raġġi għoljin, fanal ta' quddiem, fanal ta' quddiem kontra ċ-ċpar, fanal ta' wara kontra ċ-ċpar u l-fanal tal-pjanċi huwa mill-anqas 1 g CO2/km.

(10)

Billi l-attivazzjoni tal-illuminazzjoni LED għall-fanali elenkati fl-applikazzjoni mhix meħtieġa għat-test tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet ta' CO2 imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (6), il-Kummissjoni hija sodisfatta li l-funzjonijiet ta' illuminazzjoni LED ikkonċernati mhumiex koperti miċ-ċiklu tat-test standard.

(11)

L-attivazzjoni tal-funzjonijiet ta' illuminazzjoni konċernati hija obbligatorja biex ikun żgurat it-tħaddim tal-vettura mingħajr periklu u għalhekk ma tiddependix fuq l-għażla tas-sewwieq. Abbażi ta' dan il-Kummissjoni hi tal-fehma li l-manifattur għandu jitqies responsabbli għat-tnaqqis tal-emissjoni ta' CO2 minħabba l-użu tat-teknoloġija innovattiva.

(12)

Il-Kummissjoni tqis li r-rapport ta' verifika tħejja mill-Aġenzija taċ-Ċertifikazzjoni tal-Vetturi (VCA), li huwa korp indipendenti u ċertifikat, u li r-rapport jappoġġa s-sejbiet stipulati fl-applikazzjoni.

(13)

F'dan l-isfond, il-Kummissjoni tqis li ma għandha tagħmel l-ebda oġġezzjoni fir-rigward tal-approvazzjoni tat-teknoloġija innovattiva inkwistjoni.

(14)

Bil-għan li jiġi stabbilit il-kodiċi ġenerali tal-ekoinnovazzjoni li għandu jintuża fid-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti skont l-Annessi I, VIII u IX tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), għandu jiġi speċifikat il-kodiċi individwali li għandu jintuża għat-teknoloġija innovattiva approvata permezz ta' din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Id-dijodi tat-Toyota li jemettu d-dawl (LEDs) għall-użu f'vetturi M1 elettriċi ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament (NOVC-HEV) fil-fanal ta' quddiem tar-raġġi baxxi, il-fanal ta' quddiem tar-raġġi għoljin, il-fanal ta' quddiem, il-fanal ta' quddiem kontra ċ-ċpar, il-fanal tal-indikaturi ta' quddiem, il-fanal tal-indikaturi ta' wara, il-fanal taċ-ċpar ta' wara, il-fanal tal-pjanċa tal-liċenzja u l-fanal tar-rivers huma approvati bħala teknoloġija innovattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.

2.   It-tnaqqis fl-emissjonijiet ta' CO2 li jirriżulta mill-użu tal-LEDs tat-Toyota f'NOVC-HEV fil-funzjonijiet kollha ta' illuminazzjoni, jew kombinazzjoni xierqa tal-funzjonijiet ta' illuminazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, għandu jiġi ddeterminat billi tintuża l-metodoloġija stabbilita fl-Anness.

3.   Il-kodiċi individwali tal-ekoinnovazzjoni li jrid jiddaħħal fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip li trid tintuża għat-teknoloġija innovattiva approvata permezz ta' din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni huwa “20”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Settembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19).

(3)  https://circabc.europa.eu/w/browse/42c4a33e-6fd7-44aa-adac-f28620bd436f

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/587 tal-14 ta' April 2016 dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fis-sistema ta' illuminazzjoni esterna ta' effiċjenza għolja tal-vetturi li tuża dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva biex jonqsu l-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 101, 16.4.2016, p. 17).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).

(7)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' VETTURI bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali VETTURI (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).


ANNESS

Metodoloġija biex jiġi kkalkulat l-iffrankar ta' CO2 tal-illuminazzjoni esterna ta' vetturi bl-użu ta' dijodi li jemettu d-dawl (LED) għall-użu f'Vetturi Elettriċi Ibridi M1 li Ma Jistgħux Jiġu Ċċarġjati Esternament (NOVC-HEV)

1.   INTRODUZZJONI

Sabiex jiġi ddeterminat it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 li jista' jiġi attribwit lil pakkett ta' dwal LED esterni ta' effiċjenza għolja li jikkonsisti minn kombinament xieraq ta' dwal ta' vettura kif imsemmi fl-Artikolu 1 għall-użu f'Vetturi Elettriċi Ibridi tat-tip M1 li Ma Jistgħux Jiġu Ċċarġjati Esternament (NOVC-HEV), jeħtieġ li jiġu stabbiliti dawn li ġejjin:

(1)

Il-kundizzjonijiet tal-ittestjar;

(2)

It-tagħmir tat-testijiet;

(3)

Kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija;

(4)

Il-kalkolu tal-iffrankar ta' CO2;

(5)

Il-kalkolu tal-iżball statistiku.

2.   SIMBOLI, PARAMETRI U UNITAJIET

Simboli bil-Latin

c

Il-fattur ta' korrezzjoni għall-vultaġġ nominali tal-Batterija ta' Vultaġġ Għoli

Formula

Iffrankar ta' CO2 [g CO2/km]

CO2

Diossidu tal-karbonju

Formula

Il-fattur ta' korrezzjoni ta' CO2 [gCO2/km · Ah], kif definit fir-Regolament NU/KEE Nru 101, Anness 8

m

In-numru ta' dwal LED esterni ta' effiċjenza għolja li jiffurmaw il-pakkett

n

In-numru ta' kemm il darba tkejjel il-kampjun

P

Il-konsum tal-enerġija mid-dwal tal-vettura [W]

Formula

Id-devjazzjoni standard tal-konsum ta' enerġija mid-dwal LED [W]

Formula

Id-devjazzjoni standard tal-medja tal-konsum ta' enerġija mid-dwal LED [W]

Formula

Id-devjazzjoni standard tal-iffrankar totali ta' CO2 [g CO2/km]

t

It-tul ta' żmien tas-sewqan tal-NEDC [s], li huwa 1 180 s

UF

Il-fattur tal-użu tad-dawl tal-vettura [-] kif definit fit-Tabella 2

Formula

Il-vultaġġ nominali tal-Batterija ta' Vultaġġ Għoli (il-batterija ta' trazzjoni) [V]

Formula

Il-vultaġġ operattiv tal-Batterija ta' Vultaġġ Għoli (il-batterija ta' trazzjoni) [V]

Image

Is-sensittività tal-iffrankar ta' CO2 ikkalkulat b'rabta mal-konsum ta' enerġija mid-dwal LED

Image

Is-sensittività tal-iffrankar ta' CO2 ikkalkulat b'rabta mal-fattur ta' korrezzjoni ta' CO2

Simboli Griegi

ηDCDC

Effiċjenza tal-konvertitur DC-DC

Indikazzjonijiet taħt il-vers

L-indiċi (i) jirreferi għad-dwal tal-vettura

L-indiċi (j) jirreferi għall-kejl tal-kampjun

B

Referenza

EI

Eko-innovattiv

3.   IL-KUNDIZZJONIJIET TAL-ITTESTJAR

Il-kundizzjonijiet tal-ittestjar għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament NU/KEE 112 (1) rigward dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' fanali ta' quddiem ta' vetturi bil-mutur li jemettu raġġ baxx assimetriku jew raġġ tas-sewqan jew it-tnejn u mgħammra b'fanali tal-filament u/jew moduli tad-dijodi li jemettu d-dawl (LED). Il-konsum tal-enerġija għandu jiġi kkalkulat skont il-punt 6.1.4. tar-Regolament NU/KEE Nru 112 u l-punti 3.2.1 u 3.2.2 tal-Anness 10 tal-istess Regolament.

4.   TAGĦMIR TAT-TEST

Għandu jintuża t-tagħmir li ġej, kif muri fil-Figura:

Unità tal-provvista tal-enerġija (jiġifieri provvista ta' vultaġġ varjabbli);

Żewġ Multi Miters Diġitali, wieħed għall-kejl tal-kurrent dirett, u l-ieħor għall-kejl tal-vultaġġ tal-kurrent dirett. Fil-Figura tintwera konfigurazzjoni possibbli ta' test, fejn il-miter tal-vultaġġ tal-kurrent dirett huwa integrat fl-unità għall-provvista tal-enerġija.

Konfigurazzjoni tat-test

Image

5.   KEJL U KALKOLU TAL-IFFRANKAR TA' ENERĠIJA

Għal kull tip ta' dawl LED estern ta' effiċjenza għolja inkluż fil-pakkett, il-kejl tal-kurrent għandu jsir kif muri fil-Figura b'vultaġġ ta' 13,2 V. Modulu(i) LED imħaddem(imħaddma) b'ger tal-kontroll ta' sors tad-dawl elettroniku għandu(għandhom) jitkejjel(jitkejlu) kif speċifikat mill-applikant;

Il-manifatur jista' jitlob li jsir kejl ieħor tal-kurrent f'vultaġġi addizzjonali oħra. F'dak il-każ, il-manifattur irid jgħaddi lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip dokumentazzjoni verifikata dwar il-ħtieġa li jitwettaq dan il-kejl addizzjonali. Il-kalkoli tal-kurrenti f'kull wieħed minn dawn il-voltaġġi addizzjonali għandhom jitwettqu b'mod konsekuttiv għal mill-inqas ħames (5) darbiet. Il-vultaġġi installati eżatti u l-kurrent imkejjel iridu jitniżżlu f'erba' ċifri deċimali.

Il-konsum tal-enerġija għandu jiġi determinat billi l-vultaġġ installat jiġi mmultiplikat bil-kurrent imkejjel. Il-medja ta' konsum tal-enerġija għal kull dawl LED estern ta' effiċjenza għolja (Formula) għandha tiġi kkalkulata. Kull valur irid jitniżżel f'erba' (4) ċifri deċimali. Meta mutur ta' veloċità gradwali jew kontrollur elettroniku jintuża għall-provvista tal-elettriku fil-fanali LED, it-tagħbija elettrika ta' din il-parti tal-komponent trid tiġi eskluża mill-kejl.

L-iffrankar tal-enerġija ta' kull dawl LED estern ta' effiċjenza għolja (ΔPi) għandu jiġi kkalkulat billi tintuża l-formula li ġejja:

Formula 1

Formula

fejn il-konsum tal-enerġija tad-dawl tal-vetturi ta' referenza korrispondenti huwa definit mit-Tabella 1.

Tabella 1

Il-ħtiġijiet enerġetiċi għat-tipi differenti ta' dwal tal-vetturi ta' referenza

Dawl tal-vettura

Enerġija elettrika totali (PB)

[W]

Il-fanal ta' quddiem tar-raġġi baxxi

137

Il-fanal ta' quddiem tar-raġġi għoljin

150

Il-fanali ta' quddiem

12

Id-dwal tal-pjanċi

12

Il-fanali ta' quddiem kontra ċ-ċpar

124

Il-fanali ta' wara kontra ċ-ċpar

26

Il-fanal tal-indikaturi ta' quddiem

13

Il-fanal tal-indikaturi ta' wara

13

Il-fanal tar-rivers

52

6.   IL-KALKOLU TAL-IFFRANKAR TA' CO2

L-iffrankar totali ta' CO2 tal-pakkett ta' illuminazzjoni għandu jiġi kkalkulat bl-użu tal-Formula 2.

Formula 2

Formula

fejn

UF

:

Il-fattur tal-użu tad-dawl tal-vettura [-] kif definit fit-Tabella 2.

t

:

It-tul ta' żmien tas-sewqan tal-NEDC [s], li huwa 1 180 s

Formula

:

Il-fattur ta' korrezzjoni ta' CO2 [gCO2/km · Ah], kif definit fir-Regolament NU/KEE Nru 101, Anness 8

ηDCDC

:

Effiċjenza tal-konvertitur DC-DC [–]

Formula

:

Il-vultaġġ operattiv tal-Batterija ta' Vultaġġ Għoli (il-batterija ta' trazzjoni) [V], iddefinit bil-Formula 3

Formula 3

Formula

fejn

Formula

:

Il-vultaġġ nominali tal-Batterija ta' Vultaġġ Għoli (il-batterija ta' trazzjoni) [V]

c

:

Il-fattur ta' korrezzjoni għall-vultaġġ nominali tal-Batterija ta' Vultaġġ Għoli, li huwa 0.90 għal batteriji b'vultaġġ għoli tal-idrur tal-nikil-metall (NiMH) [–]

L-effiċjenza tal-konvertitur DC-DC (ηDCDC) għandha tkun l-ogħla valur li jirriżulta mit-testijiet ta' effiċjenza mwettqa fil-medda ta' kurrent elettriku operattiva. L-intervall tal-kejl għandu jkun ugwali jew anqas minn 10 % tal-medda ta' kurrent elettriku operattiva.

Tabella 2

Il-fattur tal-użu għal tipi differenti ta' dwal tal-vetturi

Dawl tal-vettura

Il-fattur tal-użu (UF)

[-]

Il-fanal ta' quddiem tar-raġġi baxxi

0,33

Il-fanal ta' quddiem tar-raġġi għoljin

0,03

Il-fanali ta' quddiem

0,36

Id-dwal tal-pjanċi

0,36

Il-fanali ta' quddiem kontra ċ-ċpar

0,01

Il-fanali ta' wara kontra ċ-ċpar

0,01

Il-fanal tal-indikaturi ta' quddiem

0,15

Il-fanal tal-indikaturi ta' wara

0,15

Il-fanal tar-rivers

0,01

7.   IL-KALKOLU TAL-IŻBALL STATISTIKU.

L-iżbalji statisiċi fir-riżultati tal-metodoloġija tal-ittestjar ikkawżati mill-kejl għandhom jiġu kkwantifikati. Għal kull dawl LED estern ta' effiċjenza għolja inkluż fil-pakkett, id-devjazzjoni standard tiġi kkalkulata kif definit mill-Formula 4.

Formula 4

Formula

fejn:

n

:

L-għadd ta' drabi ta' kejl tal-kampjun, li huwa mill-inqas ħamsa (5).

Il-koeffiċjent ta' korrezzjoni tal-emissjonijiet Formula ta' CO2 għandu jkun iddeterminat minn sett ta' kejl T li jsir mill-manifattur, kif definit fir-Regolament NU/KEE Nru 101, l-Anness 8. Għal kull kejl, il-bilanċ tal-elettriku matul it-test u l-emissjonijiet imkejla ta' CO2 għandhom jiġu rreġistrati.

Sabiex issir l-evalwazzjoni tal-iżball statistiku ta' Formula, il-kombinazzjonijiet kollha T mingħajr repetizzjonijiet tal-kejl T – 1 għandhom jintużaw biex jiġu estrapolati l-valuri differenti T ta' Formula (jiġifieri Formula). L-estrapolazzjoni għandha ssir skont il-metodu definit fir-Regolament NU/KEE Nru 101, l-Anness 8.

Id-devjazzjoni standard ta' Formula hija għaldaqstant ikkalkulata kif iddefinit fil-Formula 5.

Formula 5

Formula

fejn:

T

:

L-għadd ta' drabi ta' kejl imwettqa mill-manifattur għall-estrapolazzjoni tal-Formula kif definit fir-Regolament NU/KEE Nru 101, Anness 8

Formula

:

il-medja tal-valuri T ta' Formula

Id-devjazzjoni standard tal-konsum tal-enerġija ta' kull dawl LED estern ta' effiċjenza għolja (Formula) u d-devjazzjoni standard tal-Formula iwasslu għal żball fl-iffrankar tas-CO2 (Formula). Dan l-iżball għandu jiġi kkalkulat permezz tal-Formula 6.

Formula 6

Image

Sinifikat statistiku

Għal kull tip, varjant u verżjoni ta' vettura mgħammra bil-pakkett tad-dwal LED esterni ta' effiċjenza għolja jrid jintwera li l-iżball fl-iffrankar ta' CO2 ikkalkulat bil-Formula 6 mhuwiex ikbar mid-differenza bejn l-għadd totali ta' CO2 iffrankat u l-livell limitu minimu ta' ffrankar speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 (ara l-Formula 7).

Formula 7

Formula

fejn:

MT

:

Livell limitu minimu [gCO2/km], li huwa 1 gCO2/km

Meta, bħala riżultat tal-kalkolu bl-użu tal-Formula 2, it-total tal-iffrankar ta' emissjonijiet ta' CO2 u l-iżball fl-iffrankar ta' CO2 ikkalkulat permezz tal-Formula 6 tal-pakkett ta' dwal LED esterni ta' effiċjenza għolja jkun taħt il-limitu minimu speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) ta' dak ir-Regolament.


(1)  E/ECE/324/Rev.2/Add.111/Rev.3 — E/ECE/TRANS/505/Rev.2/Add.111/Rev.3, id-9 ta' Jannar 2013.


Rettifika

27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 259/79


Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1047 tat-28 ta' Ġunju 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 170 tad-29 ta' Ġunju 2016 )

F'paġna 39, fl-Anness, fil-punt (b)(1) li jemenda r-ringieli li jikkonċernaw il-kodiċijiet NM 3215 sa 3215 90 00 tat-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, fin-nota ta' qiegħ il-paġna (5):

minflok:

“Linka solida f'forom imfassla apposta biex tiddaħħal fl-apparat tas-subtitli 8443 31, 8443 32 jew 8443 39: B'xejn”,

aqra:

“Cartridges tal-linka (mingħajr print head integrat) biex jiddaħħlu fl-apparat tas-subtitli 8443 31, 8443 32 jew 8443 39, u li jinkorporaw komponenti mekkaniċi jew elettriċi; linka solida f'forom imfassla apposta biex tiddaħħal fl-apparat tas-subtitli 8443 31, 8443 32 jew 8443 39: B'xejn”.