ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 255

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
21 ta' Settembru 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 tal-20 ta' Settembru 2016 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1687 tal-20 ta' Settembru 2016 li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

12

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1688 tal-20 ta' Settembru 2016 li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tas-sensitizzazzjoni tal-ġilda ( 1 )

14

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1689 tal-20 ta' Settembru 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

17

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1690 tal-20 ta' Settembru 2016 li jistipula l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2017 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 442/2009 fis-settur tal-laħam tal-majjal

19

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1691 tal-20 ta' Settembru 2016 li jiffissal-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2017 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 536/2007 għal-laħam tat-tjur li ġej mill-Istati Uniti tal-Amerika

21

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1692 tal-20 ta' Settembru 2016 li jistabbilixxi l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2017 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 539/2007 fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd

23

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 tal-20 ta' Settembru 2016 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK

25

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1694 tal-20 ta' Settembru 2016 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

33

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 255/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/1686

tal-20 ta' Settembru 2016

li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 tal-20 ta' Settembru 2016 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) indirizza t-theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali maħluqa minn Al-Qaida u mill-ISIL (Da'esh) permezz tal-adozzjoni tar-Riżoluzzjonijiet 1267 (1999), 1333 (2000), 1390 (2002) u 2253 (2015).

(2)

Dawk ir-riżoluzzjonijiet jingħataw effett fil-liġi tal-Unjoni permezz tal-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (2) dwar miżuri restrittivi kontra membri tal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u ta' Al-Qaida, u individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 (3).

(3)

Fl-20 ta' Settembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 li tħassar u tissostitwixxi l-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK.

(4)

Peress li dik id-Deċiżjoni tinkludi miżuri addizzjonali li l-Kunsill stabbilixxa sabiex titkompla l-ġlieda kontra t-theddida terroristika internazzjonali maħluqa mill-ISIL (Da'esh) u minn Al-Qaida, skont il-mandat tal-KSNU, qed jiġi introdott l-iffriżar tal-assi li jolqot persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jissodisfaw il-kriterji rilevanti sabiex titkompla l-ġlieda kontra t-theddida terroristika internazzjonali rappreżentata mill-ISIL (Da'esh) u minn Al-Qaida. Hija meħtieġa azzjoni regolatorja sabiex dawn jiġu implimentati, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(5)

Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat skont id-drittijiet fundamentali u l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, id-dritt għall-proprjetà u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali.

(6)

Is-setgħa biex tiġi emendata l-lista fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandha tiġi eżerċitata mill-Kunsill fid-dawl tat-theddida speċifika għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali rappreżentata mill-ISIL (Da'esh) u minn Al-Qaida u sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-proċess għall-emendar u r-reviżjoni tal-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693.

(7)

Għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, u sabiex tinħoloq ċertezza legali massima fl-Unjoni, għandhom isiru pubbliċi l-ismijiet u data rilevanti oħra dwar il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom iridu jiġu ffriżati f'konformità mar-Regolament. Kull ipproċessar ta' data personali ta' persuni fiżiċi skont dan ir-Regolament għandu jkun f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(8)

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u dwar informazzjoni oħra rilevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom b'rabta ma' dan ir-Regolament.

(9)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar sanzjonijiet applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawk is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proprozjonati u dissważivi.

(10)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-fini ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

'fondi' tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ekonomiċi ta' kull tip, li jinkludu imma mhumiex limitati għal flus kontanti, ċekkijiet, krediti monetarji, drafts, ordnijiet ta' flus u strumenti oħra ta' pagament; depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, dejn u obbligi ta' dejn; titoli u strumenti ta' dejn innegozjati pubblikament u privatament, inkluż stokks u ishma, ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, noti, warrants, obbligazzjonijiet u kuntratti tad-derivattivi; imgħax, dividendi jew introjtu ieħor minn assi jew valur li jakkumula minnhom jew iġġenerat minnhom; kreditu, dritt ta' tpaċija, garanziji, garanziji ta' eżekuzzjoni jew impenji finanzjarji oħra; ittri ta' kreditu, poloz ta' kargu, poloz ta' bejgħ; dokumenti li juru interessi f'fondi jew riżorsi finanzjarji, u kull strument ieħor ta' finanzjament għall-esportazzjoni;

(b)

'riżorsi ekonomiċi' tfisser assi ta' kull xorta, tanġibbli jew intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi iżda li jistgħu jintużaw għall-akkwist ta' fondi, oġġetti jew servizzi;

(c)

'iffriżar ta' fondi' tfisser il-prevenzjoni ta' kull moviment, trasferiment, alterazzjoni, użu ta', jew negozjar ta' fondi b'kull mod li jirriżulta f'kull bidla fil-volum, l-ammont, il-post, is-sjieda, il-pussess, in-natura, id-destinazzjoni tagħhom jew bidla oħra li tippermetti li l-fondi jintużaw, inkluż il-ġestjoni ta' portafolli;

(d)

'iffriżar ta' riżorsi ekonomiċi' tfisser il-prevenzjoni tal-użu tagħhom biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi b'kull mod, li jinkludi, iżda mhux limitat għall-bejgħ, il-kiri jew l-ipotekar tagħhom;

(e)

'awtoritajiet kompetenti' tfisser l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif identifikati fis-siti web elenkati elenkat fl-Anness II;

(f)

'pretensjoni' tfisser kull pretensjoni, sew jekk asserita bi proċeduri legali sew jekk le, magħmula qabel jew wara d-data li fiha persuna, entità jew korp ġie elenkat fl-Anness I, skont jew b'rabta ma' kuntratt jew tranżazzjoni, u b'mod partikolari tinkludi:

(i)

pretensjoni għall-eżekuzzjoni ta' kull obbligu li jirriżulta skont jew b'rabta ma' kuntratt jew tranżazzjoni;

(ii)

pretensjoni għall-estensjoni jew għall-pagament ta' bond, garanzija finanzjarja jew indennizz ta' kull forma;

(iii)

pretensjoni għall-kumpens fir-rigward ta' kuntratt jew tranżazzjoni;

(iv)

kontropretensjoni;

(v)

pretensjoni għar-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni, inkluż bil-proċedura ta' exequatur, ta' sentenza, ta' deċiżjoni bl-arbitraġġ jew ta' deċiżjoni ekwivalenti, irrispettivament minn fejn ittieħdu jew ingħataw.

Artikolu 2

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, li huma l-proprjetà ta', li huma miżmuma jew ikkontrollati, jew direttament jew indirettament, minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I inkluż minn parti terza li taġixxi f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, għandhom jiġu ffriżati.

2.   L-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma għandha ssir disponibbli, direttament jew indirettament, għall-beneficċju ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I.

Artikolu 3

1.   L-Anness I għandu jikkonsisti minn persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li, skont l-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693, ikunu ġew identifikati mill-Kunsill bħala li:

(a)

huma assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u Al-Qaida jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnhom jew derivattiv tagħhom, inkluż permezz ta':

(i)

parteċipazzjoni fil-finanzjament tal-ISIL (Da'esh) u Al-Qaida jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnhom jew derivattiv tagħhom, jew fil-finanzjament ta' atti jew attivitajiet li jsiru minnhom, flimkien magħhom, taħt isimhom, f'isimhom, jew b'appoġġ għalihom;

(ii)

parteċipazzjoni fl-ippjanar, l-iffaċilitar, it-tħejjija jew it-twettiq ta' atti jew attivitajiet jew jagħtu jew jirċievu taħriġ terroristiku bħal struzzjonijiet relatati ma' armi, apparat esplożiv jew metodi jew teknoloġiji oħra bil-għan li jwettqu atti terroristiċi minn, flimkien ma', taħt isem, f'isem jew b'appoġġ għall-ISIL (Da'esh) u għal Al-Qaida jew għal kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnhom jew derivattiv tagħhhom;

(iii)

involviment fil-kummerċ mal-ISIL (Da'esh), ma' Al-Qaida jew ma' kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnhom jew derivattiv tagħhom, b'mod partikolari żejt u prodotti taż-żejt, raffineriji modulari u materjal relatat, kif ukoll kummerċ f'riżorsi naturali oħrajn u kummerċ ta' proprjetà kulturali;

(iv)

forniment, bejgħ jew trasferiment ta' armi u materjal relatat lill-ISIL (Da'esh), lil Al-Qaida jew lil kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnhom jew derivattiv tagħhom;

(b)

jivvjaġġaw jew jippruvaw jivvjaġġaw barra l-Unjoni bl-iskop:

(i)

li jwettqu, jippjanaw, jippreparaw, jew jipparteċipaw f'atti terroristiċi f'isem jew b'appoġġ għall-ISIL (Da'esh), għal Al-Qaida jew għal kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnhom jew derivattiv tagħhom, jew

(ii)

li jagħtu jew jirċievu taħriġ terroristiku, f'isem, jew b'appoġġ għall-ISIL (Da'esh), għal Al-Qaida jew għal kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnhom jew derivattiv tagħhhom, jew

(iii)

li jappoġġaw b'mod ieħor lill-ISIL (Da'esh), lil Al-Qaida jew lil kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnhom jew derivattiv tagħhom;

(c)

jippruvaw jivvjaġġaw lejn l-Unjoni għall-istess skop imsemmi fil-paragrafu (b) jew biex jipparteċipaw f'atti jew attivitajiet flimkien mal-ISIL (Da'esh), ma' Al-Qaida jew ma' kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnhom jew derivattiv tagħhom, jew taħt isimhom, jew f'isimhom jew b'appoġġ għalihom;

(d)

jirreklutaw għall-ISIL (Da'esh), għal Al-Qaida jew għal kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnhom jew derivattiv tagħhom, jew jappoġġaw b'mod ieħor atti jew attivitajiet tagħhom, inkluż billi;

(i)

jipprovdu jew jiġbru, bi kwalunkwe mezz, direttament jew indirettament, fondi biex jiffinanzjaw l-ivvjaġġar ta' individwi, għall-iskopijiet imsemmija fil-paragrafi (b) u (c); jorganizzaw l-ivvjaġġar ta' individwi għall-iskopijiet imsemmija fil-punti (b) u (c), jew jiffaċilitawh b'xi mod ieħor għal dak l-iskop;

(ii)

jissoleċitaw persuna oħra biex tipparteċipa f'atti jew attivitajiet li jsiru minn, flimkien ma', taħt isem, jew f'isem jew b'appoġġ għall-ISIL (Da'esh) u għal Al-Qaida jew għal kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnhom jew derivattiv tagħhom;

(e)

jinċitaw jew pubblikament jipprovokaw atti jew attivitajiet minn, flimkien ma', taħt isem, f'isem, jew b'appoġġ għall-ISIL (Da'esh), għal Al-Qaida jew għal kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnhom jew derivattiv tagħhom, inkluż billi jinkoraġġixxu jew jigglorifikaw tali atti jew attivitajiet li b'hekk jikkawżaw periklu li jistgħu jitwettqu atti terroristiċi;

(f)

li huma involuti jew kompliċi f'ordnijiet jew fit-twettiq ta' abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-ħtif, l-istupru, il-vjolenza sesswali, iż-żwieġ furzat u l-iskjavitù tal-persuni, barra mit-territorju tal-Unjoni, għal u f'isem l-ISIL (Da' esh), Al-Qaida jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnhom jew derivattiv tagħhom.

2.   L-Anness I għandu jinkludi, fejn disponibbli, informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati. Fir-rigward ta' persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet inklużi l-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numru tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

Artikolu 4

1.   Meta l-Kunsill jiddeċiedi li jagħmel persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp soġġetta għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 2 u 9, għandu jemenda l-Anness I skont dan.

2.   Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tagħha, inklużi r-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista, lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp msemmija fil-paragrafu 1, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew inkella permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, fejn tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.

3.   Meta jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew meta tiġi ppreżentata prova sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jirrieżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp skont il-każ.

4.   Il-lista fl-Anness I għandha tiġi rieżaminata f'intervalli regolari u mill-inqas kull 12-il xahar.

Artikolu 5

B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, b'dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati jkunu:

(a)

meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I, u tal-membri dipendenti tal-familji ta' tali persuni fiżiċi, inklużi pagamenti għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u trattament mediku, taxxi, premia tal-assigurazzjoni, u imposti tas-servizzi pubbliċi;

(b)

maħsuba esklużivament għall-pagament ta' tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż ta' spejjeż marbutin mal-għoti ta' servizzi legali;

(c)

maħsuba esklussivament għall-pagament ta' tariffi jew imposti għal servizzi ta' kustodja jew ġestjoni normali ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati. jew

(d)

meħtieġa għal spejjeż straordinarji.

Artikolu 6

B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, sakemm jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu suġġett ta' deċiżjoni arbitrarja stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ġew elenkati fl-Anness I jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva stabbilita fl-Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fl-Istat Membru konċernat, qabel dik id-data, f'dik id-data jew wara dik id-data;

(b)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi se jintużaw esklużivament sabiex jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet iggarantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti minn liġijiet u regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;

(c)

id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I;

(d)

ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 7

B'deroga mill-Artikolu 2 u sakemm pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I ikun dovut skont kuntratt jew ftehim li ġie konkluż, jew skont obbligu li rriżulta għall-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernat qabel id-data li fiha dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp iddaħħlu fl-Anness I, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, jistgħu jawtorizzaw, b'dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, ir-rilaxx ta' ċerti fondi ffriżati jew ta' riżorsi ekonomiċi, sakemm l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi għandhom jintużaw għal pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I; kif ukoll

(b)

il-pagament ma jiksirx l-Artikolu 2(2).

Artikolu 8

L-Artikolu 2(2) ma jwaqqafx l-ikkreditar tal-kontijiet iffriżati minn istituzzjonijiet finanzjarji jew ta' kreditu fl-Unjoni, sakemm kull żieda f'dawn il-kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu għandha tinforma bla dewmien lill-awtoritajiet kompetenti b'dawn it-tranżazzjonijiet.

Artikolu 9

Huma pprojbiti:

(a)

l-għoti ta' assistenza teknika, servizzi ta' senserija u servizzi oħrajn relatati ma' attivitajiet militari u mal-forniment, manifattura, manutenzjoni u użu ta' oġġetti u teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni (6), inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u partijiet ta' rikambju għal dawk imsemmija qabel, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fl-Anness I;

(b)

l-għoti ta' finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma' attivitajiet militari, inkluż b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi u materjal relatat, jew għall-forniment ta' assistenza teknika relatata, servizzi ta' senserija u servizzi oħrajn, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fl-Anness I.

Artikolu 10

1.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtaġġ, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali u għall-Artikolu 337 tat-Trattat, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi, għandhom:

(a)

jipprovdu minnufih kull informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma' dan ir-Regolament, bħal informazzjoni dwar fondi u riżorsi ekonomiċi miżmumin jew ikkontrollati filwaqt li jaġixxu għal, jew taħt id-direzzjoni ta', kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness I, jew dwar kontijiet u ammonti ffriżati skont l-Artikolu 2, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn ikunu residenti jew fejn jinsabu, u, b'mod dirett jew permezz ta' dawn l-awtoritajiet kompetenti, lill-Kummissjoni;

(b)

jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti fi kwalunkwe verifika ta' din l-informazzjoni.

2.   Kull informazzjoni mogħtija jew milqugħa skont dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-iskopijiet li għalihom tkun ngħatat jew intlaqgħat.

3.   Kull informazzjoni addizzjonali li tirċievi l-Kummissjoni direttament għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati.

Artikolu 11

1.   Għandha tiġi pprojbita l-parteċipazzjoni, konxja u b'intenzjoni, f'attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-projbizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

2.   Kull informazzjoni li turi li d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament qed jiġu, jew kienu, evitati għandha tkun notifikata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u, direttament jew permezz ta' dawn l-awtoritajiet kompeteni, lill-Kummissjoni.

Artikolu 12

1.   L-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni skont l-Artikolu 2, imwettaq in bona fede fuq il-bażi li tali azzjoni tkun konformi ma' dan ir-Regolament, ma għandux joħloq responsabbiltà ta' kwalunkwe tip min-naħa tal-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jkunu qegħdin jimplimentawh, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma b'riżultat ta' negliġenza.

2.   Azzjonijiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ma għandhom joħolqu l-ebda tip ta' responsabbiltà min-naħa tagħhom, jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru l-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 13

Ma għandha tintlaqa' l-ebda pretensjoni, la għal kumpens u lanqas għal kwalunkwe pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni għal tpaċija jew pretensjoni taħt garanzija, f'konnessjoni ma' xi kuntratt jew tranżazzjoni li t-twettiq tagħhom ġie affettwat, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, minħabba l-miżuri koperti minn dan ir-Regolament, minn persuni jew entitajiet deżinjati u elenkati fl-Anness I jew minn kwalunkwe persuna jew entità li tressaq pretensjoni permezz jew għall-benefiċċju ta' tali persuna jew entità.

Artikolu 14

1.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lil xulxin dwar il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u jikkondividu kull informazzjoni oħra rilevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom marbuta ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni dwar:

(a)

fondi ffriżati skont l-Artikolu 2 u awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikoli 5, 6 u 7;

(b)

kwistjonijiet relatati ma' ksur u eżekuzzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.

2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar kull informazzjoni rilevanti oħra li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom li tista' taffettwa l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 15

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha li hemm bżonn biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u għandhom jinnotifikawha b'kull emenda sussegwenti.

Artikolu 16

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti msemmija f'dan ir-Regolament u jidentifikawhom fuq is-siti web elenkati fl-Anness II. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-bidliet kollha fl-indirizzi tas-siti web tagħhom elenkati fl-Anness II.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti tagħhom, inklużi d-dettalji ta' kuntatt ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti, mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha b'kull emenda sussegwenti.

3.   Meta dan ir-Regolament jistipula obbligu li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata jew infurmata, jew li ssir xi komunikazzjoni magħha b'xi mod ieħor, l-indirizz u d-dettalji l-oħra tal-kuntatt li għandhom jintużaw għal din il-komunikazzjoni għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness II.

Artikolu 17

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Anness II abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

Artikolu 18

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a)

fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;

(b)

abbord kull inġenju tal-ajru jew bastiment taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru;

(c)

għal kull persuna fit-territorju tal-Unjoni jew 'il barra minnu li tkun ċittadina ta' Stat Membru;

(d)

għal kull persuna ġuridika, entità jew korp, ġewwa jew barra mit-territorju tal-Unjoni, li jkun inkorporat jew kostitwit taħt il-liġi ta' Stat Membru;

(e)

għal kull persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta' kull negozju li jsir kompletament jew parzjalment fl-Unjoni.

Artikolu 19

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l- għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Settembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

I. KORČOK


(1)  Ara paġna 25 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2002/402/PESK tas-27 ta' Mejju 2002 dwar miżuri restrittivi kontra membri tal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u Al-Qaida, individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom (ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(5)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31). Id-Direttiva 95/46/KE se tiġi sostitwita mir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(6)  L-aħħar verżjoni ppubblikata fil-ĠU C 122, 6.4.2016, p. 1.


ANNESS I

Lista ta; persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u gruppi msemmija fl-Artikolu 3


ANNESS II

Siti web għall-informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

IL-BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

IL-BULGARIJA

http://www.mfa.bg/en/pages/135/index.html

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

ID-DANIMARKA

http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/

IL-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

http://www.exteriores.gob.es/Portal/es/PoliticaExteriorCooperacion/GlobalizacionOportunidadesRiesgos/Documents/ORGANISMOS%20COMPETENTES%20SANCIONES%20INTERNACIONALES.pdf

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

IL-KROAZJA

http://www.mvep.hr/sankcije

L-ITALJA

http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

IL-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

L-UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/

MALTA

http://www.doi.gov.mt/MT/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

IN-NETHERLANDS

www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-vrede-en-veiligheid/sancties

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

IL-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

IL-PORTUGALL

http://www.portugal.gov.pt/pt/os-ministerios/ministerio-dos-negocios-estrangeiros/quero-saber-mais/sobre-o-ministerio/medidas-restritivas/medidas-restritivas.aspx

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548IS

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

IS-SLOVAKKJA

http://www.mzv.sk/sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu

IL-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

L-IŻVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

IR-RENJU UNIT

https://www.gov.uk/sanctions-embargoes-and-restrictions

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

European Commission

Service for Foreign Policy Instruments (FPI)

EEAS 02/309

B-1049 Brussels

Belgium

Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 255/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1687

tal-20 ta' Settembru 2016

li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta' Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Jannar 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/44.

(2)

Għandha titneħħa persuna waħda mil-lista ta' persuni fiżiċi soġġetti għall-miżuri restrittivi kif tinsab fit-taqsima A tal-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44.

(3)

L-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 huwa b'dan emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Settembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

I. KORČOK


(1)  ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1.


ANNESS

L-isem tal-persuna li ġejja u l-entrata relatata huma mħassra mil-lista li tinsab fit-taqsima A tal-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44:

A.   Persuni

15.

Kurunell Taher JUWADI


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 255/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1688

tal-20 ta' Settembru 2016

li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tas-sensitizzazzjoni tal-ġilda

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 131 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jistabbilixxi r-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni tas-sustanzi manifatturati jew importati fl-Unjoni waħedhom, f'taħlitiet jew f'oġġetti. Kif xieraq, ir-reġistranti jridu jipprovdu it-tagħrif meħtieġ bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni.

(2)

L-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jistipula li l-metodi ta' ttestjar li jintużaw biex jiġi ġġenerat tagħrif dwar il-proprjetajiet intrinsiċi tas-sustanzi meħtieġa minn dak ir-Regolament, iridu jiġu eżaminati u mtejba regolarment biex jitnaqqas l-ittestjar fuq l-annimali vertebrati u l-għadd ta' annimali involuti. Hekk kif ikunu disponibbli metodi ta' ttestjar validati u xierqa, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008 (2) u l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandhom jiġu emendati, jekk ikunu rilevanti, biex jissostitwixxu, inaqqsu jew jirfinaw l-ittestjar fuq l-annimali. Għandhom jitqiesu wkoll il-prinċipji tas-sostituzzjoni, tat-tnaqqis u tal-irfinar, stipulati fid-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(3)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, hemm bżonn ta' studji in vivo biex jiġi ġġenerat tagħrif dwar is-sensitizzazzjoni tal-ġilda fil-punt 8.3 tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(4)

F'dawn l-aħħar snin, sar progress xjentifiku sinifikanti fl-iżvilupp ta' metodi ta' ttestjar alternattivi għas-sensitizzazzjoni tal-ġilda. Diversi metodi kimiċi/in vitro ta' ttestjar ġew ivvalidati mil-Laboratorju ta' Referenza għall-Alternattivi għall-Ittestjar fuq l-Annimali tal-Unjoni Ewropea (EURL ECVAM) u/jew maqbula internazzjonalment mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD). B'dawn il-metodi ta' ttestjar jista' jiġi ġġenerat tagħrif adegwata biex jiġi vvalutat jekk sustanza tikkawżax sensitizzazzjoni tal-ġilda mingħajr ma jkun hemm bżonn jintuża l-ittestjar in vivo, meta jiġu applikati f'kombinazzjoni xierqa fil-qafas ta' approċċ integrat għall-ittestjar u għall-valutazzjoni (IATA).

(5)

Sabiex jitnaqqas l-ittestjar fuq l-annimali, il-punt 8.3 tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu jiġi emendat biex jippermetti l-użu ta' dawn il-metodi alternattivi, meta t-tagħrif adegwat ikun jista' jinkiseb permezz ta' dan l-approċċ u meta il-metodi ta' ttestjar disponibbli jkunu applikabbli għas-sustanza li tkun trid tiġi ttestjata.

(6)

Il-metodi alternattivi ta' ttestjar attwalment disponibbli u maqbula mill-OECD huma bbażati fuq sensiela ta' riżultati avversi (AOP) li tiddeskrivi l-għarfien mekkanistiku dwar l-iżvilupp tas-sensitizzazzjoni tal-ġilda. Dawn il-metodi mhumiex maħsuba biex jintużaw waħedhom, iżda biex jiġu applikati flimkien. Għall-valutazzjoni komprensiva tas-sensitizzazzjoni tal-ġilda, tipikament għandhom jintużaw il-metodi li jindirizzaw l-ewwel tliet avvenimenti ewlenin tal-AOP.

(7)

Madankollu, taħt ċerti kundizzjonijiet, jista' jkun possibbli li wieħed jikseb biżżejjed tagħrif mingħajr ma jindirizza espliċitament it-tliet avvenimenti ewlenin kollha b'metodi ta' ttestjar separati. Għalhekk, ir-reġistranti għandhom jingħataw il-possibbiltà li jiġġustifikaw xjentifikament l-ommissjoni ta' testijiet li jindirizzaw ċerti avvenimenti ewlenin.

(8)

Il-metodu ta' ttestjar indikat bħala l-ewwel għażla għall-ittestjar in vivo, l-Assaġġ tan-Nodulu Limfatiku Lokali (LLNA), jipprovdi tagħrif dwar il-qawwa tal-potenzjal ta' sensitizzazzjoni ta' sustanza. L-identifikazzjoni ta' sensitizzaturi tal-ġilda qawwijin hija importanti biex tippermetti il-klassifikazzjoni xierqa u l-valutazzjoni tar-riskju ta' sustanzi bħal dawn. Għalhekk, għandu jiġi ċċarat li r-rekwiżit għal tagħrif li jippermetti valutazzjoni dwar jekk sustanza għandhiex titqies bħala sensitizzatur qawwi tapplika għad-dejta kollha, irrispettivament jekk ikunux iġġenerati in vivo jew in vitro.

(9)

Madankollu, sabiex jiġi evitat l-ittestjar fuq l-annimali u r-ripetizzjoni ta' testijiet li diġà jkunu saru, l-istudji eżistenti dwar is-sensitizzazzjoni tal-ġilda in vivo li jkunu twettqu skont linji gwida validi tal-ittestjar tal-OECD valida jew skont il-metodi ta' ttestjar tal-UE u f'konformità mal-prattika tajba tal-laboratorju (4), għandhom jitqiesu bħala validi biex jissodisfaw ir-rekwiżit standard ta' tagħrif għas-sensitizzazzjoni tal-ġilda, anke jekk it-tagħrif li jkun inkiseb minnhom ma jkunx biżżejjed biex jiġi konkluż jekk sustanza tistax titqies bħala sensitizzatur qawwi.

(10)

Barra minn hekk, ir-rekwiżiti standard ta' tagħrif u r-regoli ta' adattament fil-punt 8.3 tal-Anness VII għandhom jiġu reveduti sabiex jitneħħew xi partijiet żejda li huma diġà stabbiliti fir-regoli tal-Anness VI u tal-Anness XI u fil-partijiet introduttorji tal-Anness VII dwar ir-rieżami tad-dejta disponibbli, ir-rinunzja tal-istudji għal reazzjoni tossikoloġika jekk it-tagħrif disponibbli jindika li s-sustanza tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni għal dik ir-reazzjoni tossikoloġika, jew biex tiġi ċċarata t-tifsira maħsuba dwar ir-rinunzja tal-istudji għas-sustanzi li jieħdu n-nar taħt ċerti kundizzjonijiet. Meta ssir referenza għall-klassifikazzjoni tas-sustanzi, ir-regoli ta' adattament għandhom jiġu aġġornati biex jirriflettu t-terminoloġija li tintuża fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(11)

L-ECHA, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati, għandha tiżviluppa aktar id-dokumenti ta' gwida għall-applikazzjoni tal-metodi ta' ttestjar u tal-possibilitajiet ta' rinunzja għar-rekwiżiti standard ta' tagħrif previsti b'dan ir-Regolament għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. B'hekk, l-ECHA għandha tqis għalkollox ix-xogħol imwettaq fl-OECD, kif ukoll fi gruppi xjentifiċi u ta' esperti rilevanti oħra.

(12)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu jiġi emendat skont dan.

(13)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Settembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008 tat-30 ta' Mejju 2008 li jistabbilixxi metodi ta' ttestjar skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU L 142, 31.5.2008, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33).

(4)  Id-Direttiva 2004/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu mal-applikazzjoni tal-prinċipji ta' prattika tajba tal-laboratorju u l-verifikazzjoni tal-applikazzjonijiet tagħhom għal provi fuq sustanzi kimiċi (ĠU L 50, 20.2.2004, p. 44).

(5)  Ir- Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).


ANNESS

Il-punt 8.3 tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“8.3.   Sensitizzazzjoni tal-ġilda

Tagħrif li jippermetti li ssir

konklużjoni dwar jekk is-sustanza hijiex sensitizzatur tal-ġilda u jekk tistax titqies li għandha l-potenzjal li tipproduċi sensitizzazzjoni sinifikati fil-bnedmin (il-Kategorija 1 A), u

valutazzjoni tar-riskju, meta dan ikun meħtieġ.

L-istudju/i fil-punti 8.3.1 u 8.3.2 ma hemmx għalfejn isir/u jekk:

is-sustanza tkun ikklassifikata bħala korrużjoni tal-ġilda (il-Kategorija 1), jew

is-sustanza tkun aċidu qawwi (pH ≤ 2,0) jew bażi (pH ≥ 11,5), jew

is-sustanza tkun tieħu n-nar b'mod spontanju fl-arja jew meta tiġi f'kuntatt mal-ilma jew mal-indewwa f'temperatura ambjentali.

8.3.1.   Sensitizzazzjoni tal-ġilda, in vitro/in chemico

Tagħrif minn metodu/i ta' ttestjar in vitro/in chemico rikonoxxut/i skont l-Artikolu 13(3), li jindirizza/w kull wieħed minn dawn l-avvenimenti ewlenin ta' sensitizzazzjoni tal-ġilda li ġejjin

(a)

Interazzjoni molekolari ma' proteini tal-ġilda

(b)

Rispons b'infjammazzjoni fil-keratinoċiti

(c)

Attivazzjoni ta' ċelloli tad-dendrite

Dan/Dawn it-test/ijiet ma hemmx għalfejn isiru jekk

ikun disponibbli studju in vivo skont il-punt 8.3.2, jew

il-metodi disponibbli ta' ttestjar in vitro/in chemico ma jkunux applikabbli għas-sustanza jew ma jkunux adegwati għall-klassifikazzjoni u għall-valutazzjoni tar-riskju skont il-punt 8.3.

Jekk it-tagħrif mill-metodu/i ta' ttestjar li jindirizzaw avveniment ewlieni jew żewġ avvenimenti ewlenin fil-kolonna 1 diġà jippermetti/u klassifikazzjoni u valutazzjoni tar-riskju skont il-punt 8.3, l-istudji li jindirizzaw avveniment/i ewlieni/ewlenin ieħor/oħra ma hemmx għalfejn isiru.

8.3.2.   Sensitizzazzjoni tal-ġilda, in vivo.

Studju in vivo, għandu jitwettaq biss jekk ma jkunux applikabbli metodi ta' ttestjar in vitro/in chemico deskritti fil-punt 8.3.1 jew jekk ir-riżultati li jinkisbu minn dawk l-istudji ma jkunux adegwati għall-klassifikazzjoni u għall-valutazzjoni tar-riskju skont il-punt 8.3.

L-Assaġġ tan-Nodulu Limfatiku Lokali (LLNA) tal-Muridae huwa l-metodu tal-ewwel għażla għall-ittestjar in vivo. Għandu jintuża test ieħor f'ċirkostanzi eċċezzjonali biss. Għandha tiġi pprovduta ġustifikazzjoni għall-użu ta' test in vivo ieħor.

Studji in vivo dwar is-sensitizzazzjoni tal-ġilda li jkunu twettqu jew li jkunu nbdew qabel il-11 ta' Ottubru 2016, u li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 13(3), u fl-Artikolu 13(4) għandhom jitqiesu li huma xierqa biex jindirizzaw dan ir-rekwiżit standard ta' tagħrif.”


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 255/17


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1689

tal-20 ta' Settembru 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Settembru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

178,6

ZZ

178,6

0707 00 05

TR

116,3

ZZ

116,3

0709 93 10

TR

138,1

ZZ

138,1

0805 50 10

AR

104,4

CL

127,6

MA

81,7

TR

109,9

UY

121,8

ZA

96,9

ZZ

107,1

0806 10 10

EG

265,2

TR

131,0

ZZ

198,1

0808 10 80

AR

110,6

BR

97,9

CL

136,6

NZ

128,3

US

141,5

ZA

102,8

ZZ

119,6

0808 30 90

AR

168,5

CL

103,5

TR

134,3

ZA

157,8

ZZ

141,0

0809 30 10 , 0809 30 90

TR

130,3

ZZ

130,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 255/19


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1690

tal-20 ta' Settembru 2016

li jistipula l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2017 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 442/2009 fis-settur tal-laħam tal-majjal

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 442/2009 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tal-majjal. Il-kwoti li jidhru fl-Anness I, il-parti B tar-Regolament imsemmi huma amministrati skont il-metodu tal-eżami simultanju.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Settembru 2016 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jixraq li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss.

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 442/2009, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2017, jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Settembru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 442/2009 tas-27 ta' Mejju 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tal-majjal (ĠU L 129, 28.5.2009, p. 13).


ANNESS

Numru tal-ordni

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2017

(f'kg)

09.4038

17 032 500

09.4170

2 461 000

09.4204

2 312 000


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 255/21


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1691

tal-20 ta' Settembru 2016

li jiffissal-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2017 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 536/2007 għal-laħam tat-tjur li ġej mill-Istati Uniti tal-Amerika

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2007 (2) fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li ġejjin mill-Istati Uniti tal-Amerika.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Settembru 2016 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss.

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 536/2007, li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2017, huma mogħtija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Settembru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2007 tal-15 ta' Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwota tariffarja għal-laħam tat-tjur allokata għall-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 128, 16.5.2007, p. 6).


ANNESS

Numru tal-ordni

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2017

(f'kg)

09.4169

10 672 500


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 255/23


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1692

tal-20 ta' Settembru 2016

li jistabbilixxi l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2017 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 539/2007 fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 188(2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 539/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Settembru 2016 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jixraq li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss.

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 539/2007, li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2017, huma mogħtija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Settembru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 539/2007 tal-15 ta' Mejju 2007 li jistabbilixxi u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd (ĠU L 128, 16.5.2007, p. 19).


ANNESS

Numru tal-ordni

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2017

(f'piż ekwivalenti għall-bajd bil-qoxra f'kg)

09.4015

67 500 000

09.4401

2 739 810

09.4402

7 750 000


DEĊIŻJONIJIET

21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 255/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1693

tal-20 ta' Settembru 2016

dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fid-19 ta' Ottubru 2001, il-Kunsill Ewropew iddikjara li kien determinat li jiġġieled it-terroriżmu taħt kull forma madwar id-dinja u li kien ser ikompli l-isforzi tiegħu biex isaħħaħ il-koalizzjoni tal-komunità internazzjonali biex jiġi miġġieled it-terroriżmu f'kull għamla u forma.

(2)

Fis-16 ta' Jannar 2002, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) adotta r-Riżoluzzjoni 1390 (2002) (“UNSCR 1390 (2002)”) li wessgħet il-miżuri imposti mir-Riżoluzzjonijiet tal-KSNU 1267 (1999) (“UNSCR 1267 (1999)”) u 1333 (2000) (“UNSCR 1333 (2000)”) biex ikopru lil Usama bin Laden u membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, kif indikat mill-Kumitat stabbilit skont l-UNSCR 1267 (1999).

(3)

Il-UNSCR 1390 (2002) taġġusta l-ambitu tas-sanzjonijiet fir-rigward tal-iffriżar tal-fondi, il-projbizzjoni ta' viżi u l-embargo fuq il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi kif ukoll dwar parir tekniku, għajnuna jew taħriġ relatat ma' attivitajiet militari imposti mill-UNSCR 1267 (1999) u l-UNSCR 1333(2000).

(4)

Il-UNSCR 1390 (2002) ġiet adottata mill-KSNU abbażi tal-Kapitolu VII tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, li tippermetti li l-KSNU jieħu l-miżuri meħtieġa kollha biex jinżammu l-paċi u s-sigurtà internazzjonali.

(5)

Dawk il-miżuri, adottati mill-KSNU fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali, ġew trasposti fil-liġi tal-Unjoni permezz tal-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (1), adottata mill-Kunsill fil-qafas tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni tal-Unjoni, u mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 (2).

(6)

Fis-17 ta' Diċembru 2015, il-KSNU adotta r-Riżoluzzjoni 2253 (2015) (“UNSCR 2253 (2015)”) li twessgħa l-ambitu tal-miżuri imposti mill-UNSCR 1390 (2002) għal individwi, gruppi, impriżi jew entitajiet assoċjati mal-Istat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante (“ISIL (Da'esh)”) u ttenni l-kundanna ċara tagħha tal-ISIL (Da'esh), Al-Qaida u individwi, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati għal atti kriminali terroristiċi li għaddejjin u multipli mmirati biex jikkawżaw il-mewt ta' persuni ċivili innoċenti u vittmi oħra, id-distruzzjoni ta' proprjetà u jimminaw bil-kbir l-istabbiltà.

(7)

F'dak il-kuntest, il-UNSCR 2253 (2015) reġgħet saħqet li sanzjonijiet b'appoġġ għall-ġlieda kontra t-terroriżmu huma għodda importanti biex jinżammu u jiġu restawrati l-paċi u s-sigurtà internazzjonali u fakkret li l-ISIL (Da'esh) huwa grupp li ħareġ minn Al-Qaida u li kwalunkwe individwu, grupp, impriża jew entità li jappoġġaw lill-ISIL (Da'esh) huwa eliġibbli biex jiġi elenkat min-Nazzjonijiet Uniti (“NU”).

(8)

ISIL (Da'esh) u Al-Qaida huma theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali. Miżuri restrittivi adottati mill-Unjoni fil-kuntest tal-ġlieda kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, jaqgħu fi ħdan l-objettivi tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 21(2)(c) tat-Trattat.

(9)

Minħabba t-theddida li jippreżentaw l-ISIL (Da'esh) u Al-Qaida, il-Kunsill għandu jkun jista' jimponi miżuri restrittivi mmirati fuq kwalunkwe individwu irrispettivament min-nazzjonalità jew iċ-ċittadinanza, jew fuq kwalunkwe entità responsabbli mill-azzjonijiet terroristiċi f'isem jew b'appoġġ tal-ISIL (Da'esh) u Al-Qaida, f'konformità mal-kriterji stipulati f'din id-Deċiżjoni.

(10)

L-għan ta' miżuri mmirati bħal dawn huwa li jiġu evitati azzjonijiet f'isem jew b'appoġġ għall-ISIL (Da'esh) u Al-Qaida.

(11)

Jeħtieġ li jiġu previsti restrizzjonijiet fuq id-dħul fit-territorji tal-Istati Membri u t-transitu minnhom minn ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u minn persuni assoċjati magħhom, inklużi dawk li huma ċittadini ta' Stat Membru. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għas-salvagwardja tas-sigurtà interna, tali restrizzjonijiet ma għandhomx jipprevjenu lil ċittadini deżinjati ta' Stat Membru milli jittransitaw minn Stat Membru ieħor sabiex jirritornaw lejn l-Istat Membru tan-nazzjonalità tagħhom, u lanqas ma għandhom jipprevjenu lill-membri tal-familja ta' ċittadini deżinjat ta' Stat Membru milli jittransitaw minn Stat Membru ieħor għall-istess fini.

(12)

Il-UNSCR 1373 (2001) tipprevedi li meta Stati Membri tan-NU jkunu identifikaw persuni jew entitajiet li huma impenjati f'azzjonijiet terroristiċi, għandhom jittieħdu miżuri xierqa.

(13)

Fl-istess waqt, il-miżuri li jimplimentaw il-UNSCRs 1267 (1999), 1390 (2002) u 2253 (2015) bħala liġi tal-Unjoni għandhom jiġu emendati biex jirriflettu d-dispożizzjonijiet ta' riżoluzzjonijiet rilevanti tal-KSNU.

(14)

F'konformità mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, meta l-Kunsill jiddeċiedi li jinkludi l-isem ta' persuna jew entità fil-lista fl-Anness, huwa għandu jagħti raġunijiet individwali, speċifiċi u konkreti għaliex jagħmel dan, u tali deċiżjoni għandha tittieħed fuq bażi fattwali solida biżżejjed.

(15)

Għal raġunijiet ta' ċarezza u ċertezza legali, il-miżuri restrittivi imposti mill-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK kif emendata minn Deċiżjonijiet sussegwenti għandhom jiġu kkonsolidati fi strument legali ġdid u jinkludu dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Kunsill jimponi miżuri restrittivi fuq persuni u entitajiet.

(16)

Il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK għandha għalhekk titħassar u tiġi sostitwita b'din id-Deċiżjoni.

(17)

Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni diretta jew indiretta ta' armi jew ta' materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u spare parts lil kwalunkwe individwu, grupp, impriża jew entità deżinjata mill-KSNU skont il-UNSCRs 1267 (1999), 1333 (2000) u 2253 (2015) kif aġġornati mill-Kumitat stabbilit skont il-UNSCR 1267 (1999) (“il-Kumitat”), jew deżinjata mill-Kunsill, jew lil dawk li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, minn ċittadini ta' Stati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew li jgħaddu minnhom jew bl-użu ta' bastimenti jew ta' inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tagħhom, għandhom jiġu pprojbiti sew jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom u sew jekk le.

2.   Għandu jkun ipprojbit:

(a)

l-għoti ta' assistenza teknika, servizzi ta' senserija u servizzi oħra, relatati ma' attivitajiet militari u mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' armi u ta' materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u spare parts għal dawn imsemmija hawn fuq, direttament jew indirettament lil kwalunkwe individwu, grupp, impriża jew entità msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

l-għoti ta' finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma' attivitajiet militari, inkluż b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi u materjal relatat, jew għall-forniment ta' assistenza teknika relatata, servizzi ta' senserija u servizzi oħrajn direttament jew indirettament lil kwalunkwe individwu, grupp, impriża jew entità msemmija fil-paragrafu 1;

(c)

il-parteċipazzjoni konsapevoli u intenzjonali f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun li jiġu evitati l-projbizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) jew (b) ta' dan il-paragrafu.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, ta' persuni deżinjati u soġġetti għal restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar mill-KSNU f'konformità mal-UNSCRs 1267 (1999), 1333 (2000) u 2253 (2015) jew mill-Kumitat identifikati bħala li:

(a)

jipparteċipaw fil-finanzjament, l-ippjanar, l-iffaċilitar, it-tħejjija jew it-twettiq ta' atti jew attivitajiet minn, flimkien ma', taħt l-isem ta', f'isem, jew b'appoġġ għal;

(b)

ifornu, ibigħu jew jittrasferixxu armi u materjal relatat ma';

(c)

jirreklutaw għal, jew b'mod ieħor jappoġġaw atti jew attivitajiet ta'

Al-Qaida, ISIL (Da'esh), jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom; jew

(d)

huma kkontrollati direttament jew indirettament minn, jew b'xi mod jappoġġaw, kwalunkwe individwu, grupp, impriża jew entità assoċjata ma' Al-Qaida jew ISIL (Da'esh), inklużi fuq il-Lista ta' Sanzjonijiet kontra l-ISIL (Da'esh) u Al-Qaida.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, ta' persuni:

(a)

assoċjati ma' ISIL (Da'esh) u Al-Qaida jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom, inkluż billi:

(i)

jipparteċipaw fil-finanzjament tal-ISIL (Da'esh) u Al-Qaida jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom, jew fil-finanzjament ta' atti jew attivitajiet minn, flimkien ma', taħt l-isem ta', f'isem jew b'appoġġ għalihom;

(ii)

jipparteċipaw fl-ippjanar, l-iffaċilitar, it-tħejjija jew it-twettiq ta' atti jew attivitajiet jew ifornu jew jirċievu taħriġ terroristiku bħal struzzjonijiet relatati ma' armi, apparat esplożiv jew metodi jew teknoloġiji oħra bil-għan li jwettqu atti terroristiċi minn, flimkien ma', taħt l-isem ta', f'isem jew b'appoġġ tal-ISIL (Da'esh) u Al Qaida jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom;

(iii)

jimpenjaw ruħhom f'kummerċ mal-ISIL (Da'esh), Al Qaida jew ma' kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom, b'mod partikolari taż-żejt, prodotti taż-żejt, raffineriji modulari u materjal relatat, kif ukoll kummerċ f'riżorsi naturali oħrajn u l-kummerċ ta' proprjetà kulturali;

(iv)

ifornu, ibigħu jew jittrasferixxu armi u materjal relatat lill-ISIL (Da'esh), Al Qaida jew lil kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom;

(b)

jivvjaġġaw jew jippruvaw jivvjaġġaw barra mill-Unjoni għall-iskop li:

(i)

jikkommettu, jippjanaw, iħejju jew jipparteċipaw f'atti terroristiċi f'isem jew b'appoġġ għall-ISIL (Da'esh), Al Qaida, jew għal kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom;

(ii)

jipprovdu jew jirċievu taħriġ terroristiku f'isem jew b'appoġġ għall-ISIL (Da'esh), Al Qaida, jew għal kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom; jew

(iii)

jappoġġaw b'xi mod ieħor lill-ISIL (Da'esh), Al Qaida jew lil kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li jinqata' minnhom jew derivattiv tagħhom;

(c)

jippruvaw jivvjaġġaw ġewwa l-Unjoni għall-istess skop kif imsemmi fil-punt (b) jew li jipparteċipaw f'atti jew attivitajiet li jsiru flimkien ma', taħt l-isem ta', f'isem jew b'appoġġ tal-ISIL (Da'esh), Al Qaida, jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom;

(d)

jirreklutaw, jew b'mod ieħor jappoġġaw atti jew attivitajiet tal-ISIL (Da'esh), Al Qaida, jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom, inkluż billi:

(i)

jipprovdu jew jiġbru, bi kwalunkwe mezz, direttament jew indirettament, fondi sabiex jiġi ffinanzjat l-ivvjaġġar ta' individwi, għall-iskop imsemmi fil-punti (b) u (c); jorganizzaw il-vjaġġi ta' individwi għall-iskop imsemmi fil-punti (b) u (c), jew inkella jiffaċilitawhom għal dak l-iskop;

(ii)

jipperswadu lil persuna oħra tipparteċipa f'atti jew attivitajiet li jsiru flimkien ma', taħt l-isem ta', f'isem jew b'appoġġ tal-ISIL (Da'esh), Al Qaida, jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom;

(e)

jinċitaw jew jipprovokaw pubblikament atti jew attivitajiet minn, flimkien ma', fl-isem ta', jew f'appoġġ tal-ISIL (Da'esh), Al-Qaida jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom, inkluż l-inkoraġġiment jew il-glorifikazzjoni ta' tali atti jew attivitajiet li b'hekk jikkaġunaw periklu li jistgħu jiġu mwettqa atti terroristiċi;

(f)

huma involuti jew kompliċi f'ordnijiet jew fit-twettiq ta' abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-ħtif, l-istupru, il-vjolenza sesswali, iż-żwieġ furzat u l-iskjavitù tal-persuni, barra mit-territorju tal-Unjoni, f'isem jew taħt l-isem tal-ISIL (Da'esh), Al Qaida jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom,

kif elenkat fl-Anness.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jobbligaw lil Stat Membru jirrifjuta d-dħul taċ-ċittadini tiegħu stess fit-territorju tiegħu.

4.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika meta d-dħul jew it-transitu huwa meħtieġ biex jitwettaq proċess ġudizzjarju, jew meta l-Kumitat jiddetermina li d-dħul jew it-transitu huwa ġustifikat.

5.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti taħt il-paragrafu 2 fejn l-ivvjaġġar ikun ġustifikat:

(a)

għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja urġenti;

(b)

għall-fini ta' proċess ġudizzjarju; jew

(c)

meta Stat Membru huwa marbut b'obbligu lejn organizzazzjoni internazzjonali.

6.   Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5 għandu jinnotifika b'dan lill-Kunsill bil-miktub. Fir-rigward tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 5, l-eżenzjoni għandha titqies li ngħatat bil-kondizzjoni li ma ssir l-ebda oġġezzjoni bil-miktub minn membru wieħed jew iżjed tal-Kunsill, fi żmien jumejn ta' ħidma minn meta tiġi rċevuta n-notifika tal-eżenzjoni proposta. F'każ li membru wieħed jew iżjed tal-Kunsill jagħmlu oġġezzjoni, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

7.   Fejn, skont il-paragrafu 5, Stat Membru jawtorizza d-dħul fi, jew it-transitu mit-territorju tiegħu, ta' persuni elenkati fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih tkun ingħatat u għall-persuni kkonċernati minnha.

Artikolu 3

1.   Il-fondi kollha, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi oħrajn, li huma l-proprjetà ta' jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, minn persuni, gruppi, impriżi u entitajiet deżinjati u soġġetti għal iffriżar tal-assi mill-KSNU skont l-UNSCRs 1267 (1999), 1333 (2000) u 2253 (2015), jew mill-Kumitat, identifikati bħala li:

(a)

jipparteċipaw fil-finanzjament, l-ippjanar, l-iffaċilitar, it-tħejjija jew it-twettiq ta' atti jew attivitajiet minn, flimkien ma', taħt l-isem ta', f'isem, jew b'appoġġ għal;

(b)

ifornu, ibigħu jew jittrasferixxu armi u materjal relatat ma';

(c)

jirreklutaw għal, jew inkella li jappoġġaw atti jew attivitajiet ta',

Al-Qaida, ISIL (Da'esh) jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom; jew

(d)

huma proprjetà ta' jew ikkontrollati direttament jew indirettament minn, jew b'xi mod jappoġġaw, kwalunkwe individwu, grupp, impriża jew entità assoċjata ma' ISIL (Da'esh) jew Al-Qaida, inklużi fuq il-Lista ta' Sanzjonijiet kontra l-ISIL (Da'esh) u Al-Qaida, jew minn parti terza li taġixxi f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom,

għandhom jiġu ffriżati.

2.   L-ebda fond, assi finanzjarju jew riżorsa ekonomika oħra ma għandha tkun disponibbli, direttament jew indirettament għal jew għall-benefiċċju ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Il-fondi kollha, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi oħrajn, li huma l-proprjetà ta' jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, minn persuni, gruppi, impriżi u entitajiet:

(a)

assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u Al-Qaida jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom, inkluż billi:

(i)

jipparteċipaw fil-finanzjament tal-ISIL (Da'esh) u Al-Qaida jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom, jew fil-finanzjament ta' atti jew attivitajiet minn, flimkien ma', taħt l-isem ta', f'isem jew b'appoġġ għalihom;

(ii)

jipparteċipaw fl-ippjanar, l-iffaċilitar, it-tħejjija jew it-twettiq ta' atti jew attivitajiet jew ifornu jew jirċievu taħriġ terroristiku bħal struzzjonijiet relatati ma' armi, apparat esplożiv jew metodi jew teknoloġiji oħra bil-għan li jwettqu atti terroristiċi minn, flimkien ma', taħt l-isem ta', f'isem jew b'appoġġ tal-ISIL (Da'esh) u Al Qaida jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom;

(iii)

jimpenjaw ruħhom f'kummerċ mal-ISIL (Da'esh), Al Qaida jew minn kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom, b'mod partikolari taż-żejt, prodotti taż-żejt, raffineriji modulari u materjal relatat, kif ukoll kummerċ f'riżorsi naturali oħrajn u l-kummerċ ta' proprjetà kulturali;

(iv)

ifornu, ibigħu jew jittrasferixxu armi u materjal relatat lill-ISIL (Da'esh), Al Qaida jew lil kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom;

(b)

li jivvjaġġaw jew jippruvaw jivvjaġġaw barra mill-Unjoni għall-iskop li:

(i)

jikkommettu, jippjanaw, iħejju jew jipparteċipaw f'atti terroristiċi f'isem jew b'appoġġ għall-ISIL (Da'esh), Al Qaida, jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom;

(ii)

jipprovdu jew jirċievu taħriġ terroristiku f'isem jew b'appoġġ għall-ISIL (Da'esh), Al Qaida, jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom; jew

(iii)

jappoġġaw b'xi mod ieħor lill-ISIL (Da'esh), Al Qaida jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li jinqata' minnhom jew derivattiv tagħhom;

(c)

li jippruvaw jivvjaġġaw ġewwa l-Unjoni għall-iskop imsemmi fil-punt (b) jew li jipparteċipaw f'atti jew attivitajiet li jsiru flimkien ma', taħt l-isem ta', f'isem jew b'appoġġ tal-ISIL (Da'esh), Al Qaida, jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom;

(d)

li jirreklutaw, jew b'mod ieħor jappoġġaw atti jew attivitajiet tal-ISIL (Da'esh), Al Qaida, jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom, inkluż billi:

(i)

jipprovdu jew jiġbru, bi kwalunkwe mezz, direttament jew indirettament, fondi sabiex jiġi ffinanzjat l-ivvjaġġar ta' individwi, għall-iskop imsemmi fil-punti (b) u (c); jorganizzaw il-vjaġġi ta' individwi għall-iskop imsemmi fil-punti (b) u (c), jew inkella jiffaċilitawhom għal dak l-iskop;

(ii)

jipperswadu lil persuna oħra tipparteċipa f'atti jew attivitajiet li jsiru flimkien ma', taħt l-isem ta', f'isem jew b'appoġġ tal-ISIL (Da'esh), Al Qaida, jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom;

(e)

li jinċitaw jew jipprovokaw pubblikament atti jew attivitajiet minn, flimkien ma', fl-isem ta', jew f'appoġġ tal-ISIL (Da'esh), Al-Qaida jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom, inkluż bl-inkoraġġiment jew il-glorifikazzjoni ta' tali atti jew attivitajiet li b'hekk jikkaġunaw periklu li jistgħu jiġu mwettqa atti terroristiċi;

(f)

li huma involuti jew kompliċi f'ordnijiet jew fit-twettiq ta' abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-ħtif, l-istupru, il-vjolenza sesswali, iż-żwieġ furzat u l-iskjavitù tal-persuni, barra mit-territorju tal-Unjoni, f'isem jew taħt l-isem tal-ISIL (Da'esh), Al Qaida jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom,

kif elenkati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.

4.   L-ebda fond, assi finanzjarju jew riżorsa ekonomika oħra ma għandha tkun disponibbli, direttament jew indirettament għal jew għall-benefiċċju tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fil-paragrafu 3.

5.   B'deroga mill-paragrafi 1, 2, 3 u 4, jistgħu jsiru eżenzjonijiet għal fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi li huma:

(a)

meħtieġa għal spejjeż bażiċi, inkluż ħlas għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, poloz ta' assigurazzjoni u tariffi ta' servizzi ta' utilità pubblika;

(b)

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta' spejjeż li jkunu konnessi mal-għoti ta' servizzi legali f'konformità mal-liġijiet nazzjonali; jew

(c)

maħsuba esklużivament għal ħlas ta' tariffi jew imposti għal servizz, f'konformità mal-liġijiet nazzjonali, għaż-żamma jew manutenzjoni ta' rutina ta' fondi ffriżati, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħrajn,

Dawk l-eżenzjonijiet għandhom isiru biss wara n-notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat, fejn xieraq, dwar l-intenzjoni li jawtorizza l-aċċess għal tali fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħrajn u fin-nuqqas ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat fi żmien tliet ijiem ta' ħidma minn tali notifika.

6.   B'deroga mill-paragrafi 1, 2, 3 u 4, jistgħu jsiru wkoll eżenzjonijiet għal fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi li huma meħtieġa għal spejjeż straordinarji bil-kondizzjoni li tali determinazzjoni għandha tkun notifikata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lill-Kumitat fejn applikabbli, u tkun ġiet approvata mill-Kumitat.

7.   Il-paragrafu 3 ma għandux iżomm lil persuna jew entità deżinjata milli tagħmel ħlas dovut taħt kuntratt li jkun sar qabel l-elenkar ta' tali persuna jew entità, bil-kondizzjoni li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li l-ħlas ma jiġix irċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafi 1 u 3.

8.   B'deroga mill-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati bil-kondizzjoni li jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu soġġetti ta' deċiżjoni arbitrarja li ttieħdet qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmi fil-paragrafu 3 kien ġie elenkat fl-Anness, ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva meħuda fl-Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel, fi, jew wara dik id-data;

(b)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jintużaw esklużivament biex jiġu ssodisfati pretensjonijiet garantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;

(c)

id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness; u

(d)

ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

9.   Il-paragrafi 2 u 4 m'għandhomx japplikaw għaż-żieda ta' ħlasijiet f'kontijiet iffriżati ta' persuni u entitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 3, dment li kull pagament bħal dan jiġi ffriżat.

Artikolu 4

L-ebda pretensjoni, inklużi pretensjonijiet għal kumpens jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni għal tpaċija jew pretensjoni koperta minn garanzija, b'rabta ma' kwalunkwe kuntratt jew transazzjoni li t-twettiq tagħha kien affettwat, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, minħabba miżuri deċiżi skont il-UNSCRs 1267 (1999), 1333 (2000) u 2253 (2015), inklużi miżuri tal-Unjoni jew kwalunkwe Stat Membru f'konformità ma', kif rikjest minn jew bi kwalunkwe konnessjoni mal-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-KSNU jew miżuri koperti minn din id-Deċiżjoni, ma għandhom jingħataw lill-persuni jew l-entitajiet deżinjati min-NU jew elenkati fl-Anness jew kwalunkwe persuna jew entità li tressaq pretensjoni permezz ta' jew għall-benefiċċju ta' kwalunkwe tali persuna jew entità.

Artikolu 5

1.   Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'unanimità, fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jistabbilixxi l-lista fl-Anness u jadotta modifiki għalihom.

2.   Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, inkluż id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet, lill-persuna fiżika jew ġuridika, grupp, impriżiau entità ikkonċernati, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, li tipprovdi lil tali persuna fiżika jew ġuridika, grupp, impriża jew entità b'opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.

3.   Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jirrevedi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, grupp, impriża jew entità kkonċernata kif meħtieġ.

4.   B'deroga mill-paragrafu 1, jekk Stat Membru jikkunsidra li kien hemm bidla sostanzjali ta' ċirkostanzi li jaffettwaw id-deżinjazzjoni ta' persuna jew entità elenkata, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mingħand dak l-Istat Membru, jista' jiddeċiedi li jneħħi l-isem ta' din il-persuna jew entità mil-lista fl-Anness.

Artikolu 6

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tiġi rieżaminata, emendata jew imħassra kif xieraq, b'mod partikolari fid-dawl tad-deċiżjonijiet rilevanti mill-KSNU jew mill-Kumitat.

2.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 3(3) u (4) għandhom jiġu rieżaminati f'intervalli regolari u minn tal-inqas kull 12-il xahar.

3.   Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet minn persuna jew entità deżinjata f'konformità mal-Artikolu 2(2) jew l-Artikolu 3(3) u (4), il-Kunsill għandu jirrieżamina d-deżinjazzjoni fid-dawl ta' dawk l-osservazzjonijiet u l-miżuri għandhom jieqfu japplikaw jekk il-Kunsill jiddetermina, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 5, li l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom ma għadhomx sodisfatti.

4.   Jekk issir talba ulterjuri, ibbażata fuq evidenza sostanzjali ġdida, sabiex persuna jew entità titneħħa mill-Anness, il-Kunsill għandu jagħmel rieżami ulterjuri f'konformità mal-paragrafu 3.

5.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 3(3) u (4) għandhom japplikaw sat-23 ta' Settembru 2017.

Artikolu 7

Il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK hija mħassra u sostitwita b'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Settembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

I. KORČOK


(1)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2002/402/PESK tas-27 ta' Mejju 2002 dwar miżuri restrittivi kontra membri tal-organizzazzjonijiet ISIL (Da'esh) u Al-Qaida, u individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom (ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9).


ANNESS

Lista ta' persuni, gruppi, impriżi u entitajiet imsemmija fl-Artikoli 2 u 3


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 255/33


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1694

tal-20 ta' Settembru 2016

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

(2)

F'konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, il-Kunsill wettaq rieżami sħiħ tal-listi ta' persuni u entitajiet li jinsabu fl-Annessi II u IV għal dik id-Deċiżjoni.

(3)

Għandha titneħħa persuna waħda mil-lista ta' persuni fiżiċi soġġetti għall-miżuri restrittivi kif tinsab fit-taqsima A tal-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

(4)

L-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huma b'dan emendati kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Settembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

I. KORČOK


(1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.


ANNESS

I.

L-isem tal-persuna li ġejja u l-entrata relatata huma mħassra mil-lista li tinsab fit-taqsima A tal-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333:

A.   Persuni

15.

Kurunell Taher Juwadi

II.

L-isem tal-persuna li ġejja u l-entrata relatata huma mħassra mil-lista li tinsab fit-taqsima A tal-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333:

A.   Persuni

15.

Kurunell Taher Juwadi