ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 252

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
16 ta' Settembru 2016


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2016/1627 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar pjan pluriennali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009

1

 

*

Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) Nru 167/2013, u li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 97/68/KE ( 1 )

53

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li temenda d-Direttiva 2009/100/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE

118

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

16.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/1


REGOLAMENT (UE) 2016/1627 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Settembru 2016

dwar pjan pluriennali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

L-objettiv tal-politika komuni tas-sajd (PKS), kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), hu li jiġi żgurat sfruttament tar-riżorsi tal-baħar ħajjin li jipprovdi kondizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli.

(2)

L-Unjoni hija Parti għall-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-tonn tal-Atlantiku (4) (“il-Konvenzjoni”).

(3)

Waqt il-15-il laqgħa speċjali tagħha fl-2006, il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (“ICCAT”), stabbilita mill-Konvenzjoni, adottat ir-Rakkomandazzjoni 06-05 biex jiġi stabbilit pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran li jintemm fl-2022 (“il-pjan ta' rkupru”). Dik ir-Rakkomandazzjoni daħlet fis-seħħ fit-13 ta' Ġunju 2007.

(4)

Il-pjan ta' rkupru jieħu kont tal-ispeċifiċitajiet tat-tipi differenti ta' rkaptu u tekniki tas-sajd. Meta jimplimentaw il-pjan ta' rkupru, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jippromwovu attivitajiet ta' sajd kostali u l-użu ta' rkaptu u tekniki tas-sajd li jkunu selettivi u li jkollhom impatt ambjentali mnaqqas, inklużi t-tagħmir u t-tekniki użati f'sajd tradizzjonali u artiġjanali, u b'hekk jikkontribwixxu għal livell ġust ta' għajxien għall-ekonomiji lokali.

(5)

Ir-Rakkomandazzjoni 06-05 tal-ICCAT ġiet implimentata fil-liġi tal-Unjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1559/2007 (5).

(6)

Waqt is-16-il laqgħa speċjali tagħha fl-2008, l-ICCAT adottat ir-Rakkomandazzjoni 08-05 li temenda r-Rakkomandazzjoni 06-05. Sabiex jinbena l-istokk tat-tonn mill-ġdid, ir-Rakkomandazzjoni 08-05 provdiet għat-tnaqqis gradwali fil-livell tal-qabdiet totali permissibbli mill-2007 sal-2011, restrizzjonijiet fuq is-sajd f'ċerti żoni u f'ċerti perijodi taż-żmien, daqs minimu ġdid għat-tonn, miżuri dwar l-attivitajiet tas-sajd sportivi u rikreattivi, miżuri marbutin mat-trobbija tal-ħut u mal-kapaċità tas-sajd, kif ukoll saħħet l-Iskema tal-ICCAT ta' spezzjoni Internazzjonali Konġunta.

(7)

Ir-Rakkomandazzjoni 08-05 tal-ICCAT ġiet implimentata fil-liġi tal-Unjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 (6).

(8)

Waqt is-17-il laqgħa speċjali tagħha fl-2010, l-ICCAT adottat ir-Rakkomandazzjoni 10-04, li temenda r-Rakkomandazzjoni 08-05. Sabiex jinbena l-istokk tat-tonn mill-ġdid, ir-Rakkomandazzjoni 10-04 stabbiliet iktar tnaqqis fil-livell tal-qabdiet totali permissibbli u fil-kapaċità tas-sajd u saħħet il-miżuri ta' kontroll, b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw l-attivitajiet ta' trasferiment u ta' tqegħid fil-gaġeġ. Hija pprovdiet ukoll għall-għoti ta' pariri addizzjonali mill-Kumitat Permanenti dwar ir-Riċerka u l-Istatistika tal-ICCAT (“SCRS”) fl-2012 dwar l-identifikazzjoni tal-postijiet fejn ibid il-ħut u dwar il-ħolqien ta' żoni tal-kenn.

(9)

Sabiex il-miżuri internazzjonali ta' konservazzjoni riveduti kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni 10-04 jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni, ir-Regolament (KE) Nru 302/2009 ġie emendat bir-Regolament (UE) Nru 500/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(10)

Waqt it-18-il laqgħa speċjali tagħha fl-2012, l-ICCAT adottat ir-Rakkomandazzjoni 12-03 li temenda r-Rakkomandazzjoni 10-04. Sabiex tissaħħaħ l-effettività tal-pjan ta' rkupru, ir-Rakkomandazzjoni 12-03 stabbiliet miżuri tekniċi dwar l-attivitajiet ta' trasferiment u ta' tqegħid fil-gaġeġ tat-tonn ħaj, rekwiżiti ġodda tar-rappurtar dwar il-qabdiet, l-implimentazzjoni tal-Programm ta' osservaturi reġjonali tal-ICCAT u bidliet fl-istaġuni tas-sajd. Barra minn hekk, hija saħħet ir-rwol tal-SCRS fir-rigward tal-valutazzjoni tal-istokk tat-tonn.

(11)

Waqt it-23 laqgħa regolari tagħha fl-2013, l-ICCAT adottat ir-Rakkomandazzjoni 13-07 li temenda r-Rakkomandazzjoni 12-03 billi ddaħħal bidliet żgħar fl-istaġuni tas-sajd li ma jaffettwawx il-flotta tal-Unjoni. Barra minn hekk, ġiet adottata r-Rakkomandazzjoni 13-08 li tikkomplementa l-pjan ta' rkupru. Ir-Rakkomandazzjoni 13-08 stabbiliet proċedura komuni għall-użu tas-sistemi tal-kameras sterjoskopiċi biex issir stima tal-kwantitajiet ta' tonn fil-mument tat-tqegħid fil-gaġeġ u daħħlet data flessibbli tal-bidu tal-istaġun tas-sajd għad-dgħajjes tas-sajd bil-qasba u għad-dgħajjes tas-sajd bir-rixa fil-Lvant tal-Atlantiku.

(12)

Sabiex jiġu implimentati miżuri essenzjali, bħal dawk dwar l-istaġuni tas-sajd, tar-Rakkomandazzjonijiet 12-03 u 13-08 fil-liġi tal-Unjoni, ir-Regolament (KE) Nru 302/2009 reġa' ġie emendat bir-Regolament (UE) Nru 544/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(13)

Waqt id-19-il laqgħa speċjali tagħha fl-2014, l-ICCAT adottat ir-Rakkomandazzjoni 14-04 li temenda r-Rakkomandazzjoni 13-07 u li tħassar ir-Rakkomandazzjoni 13-08. Filwaqt li ġew iċċarati xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta' kontroll eżistenti, ġew spjegati iktar il-proċeduri għall-użu tal-kameras sterjoskopiċi fil-mument tat-tqegħid fil-gaġeġ u, fil-pjan ta' rkupru ddaħħlu miżuri marbutin mal-attivitajiet ta' rilaxx tal-ħut fil-baħar u mat-trattament ta' ħut mejjet.

(14)

Ir-Rakkomandazzjoni 14-04 torbot legalment lill-Unjoni.

(15)

L-emendi kollha għall-pjan ta' rkupru adottati mill-ICCAT fl-2012, fl-2013 u fl-2014, li għadhom ma ġewx soġġetti għat-traspożizzjoni, għandhom jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni. Minħabba li dik l-implimentazzjoni tikkonċerna l-pjan ta' rkupru li l-objettivi u l-miżuri tiegħu ġew iddefiniti mill-ICCAT, dan ir-Regolament ma jkoprix il-kontenut kollu tal-pjanijiet pluriennali kif stabbilit skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(16)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jistabbilixxi l-kunċett ta' daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, il-kunċett tal-ICCAT ta' daqsijiet minimi għandu jiġi traspost fil-liġi tal-Unjoni bħala daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni. Konsegwentement, ir-referenzi fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/98 (9) għad-daqsijiet minimi tat-tonn għandhom jinqraw bħala referenzi għal daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni f'dan ir-Regolament.

(17)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jikkonċernaw l-attivitajiet ta' trasferiment u ta' tqegħid fil-gaġeġ u mar-reġistrazzjoni u r-rappurtar tal-attivitajiet tal-bastimenti u tat-tunnari, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

(18)

Ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 m'għadhomx jgħoddu, b'mod partikolari minħabba li issa huma koperti minn atti oħra tal-Unjoni. Xi dispożizzjonijiet oħra għandhom jiġu aġġornati biex jirriflettu l-bidliet li seħħew fil-leġiżlazzjoni, b'mod partikolari dawk li jirriżultaw mill-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(19)

B'mod partikolari, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (11) jistabbilixxi sistema tal-Unjoni għall-kontroll, l-ispezzjoni u l-infurzar b'approċċ globali u integrat sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli kollha tal-PKS, u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 (12) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (13) jistabbilixxi sistema Komunitarja li tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat. Dawk l-atti issa jkopru ċerti kwistjonijiet irregolati mir-Regolament (KE) Nru 302/2009 u, b'mod partikolari, l-Artikolu 33 tiegħu dwar il-miżuri ta' infurzar u l-Anness VIII dwar it-trasmissjoni tal-messaġġi tas-Sistema tal-Monitoraġġ tal-Bastimenti (“VMS” — Vessel Monitoring System). Għalhekk, dawk id-dispożizzjonijiet m'hemmx bżonn jiddaħħlu f'dan ir-Regolament.

(20)

F'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011, japplikaw il-fatturi ta' konverżjoni adottati mill-SCRS biex jiġi kkalkolat il-piż sħiħ ekwivalenti tat-tonn ipproċessat, inkluż għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

(21)

Barra minn hekk, f'konformità mal-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, ġiet adottata d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/156/UE (14). Dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tistabbilixxi, inter alia, punti ta' riferiment u objettivi għall-kontroll tas-sajd għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran.

(22)

Ir-Rakkomandazzjoni 06-07 tal-ICCAT tistabbilixxi programm ta' teħid tal-kampjuni għall-istima tal-għadd ta' ħut skont id-daqs fil-kuntest tal-attivitajiet tat-trobbija tat-tonn. Dik id-dispożizzjoni ġiet implimentata permezz tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 302/2009. Ma jinħtieġx li dan ir-Regolament jipprovdi speċifikament għal programm ta' teħid tal-kampjuni, peress li l-ħtiġijiet ta' dak il-programm ta' teħid tal-kampjuni issa huma koperti bis-sħiħ mill-programmi stabbiliti permezz tal-paragrafu 83 tar-Rakkomandazzjoni 14-04, li għandha tiġi implimentata permezz ta' dan ir-Regolament.

(23)

Għall-finijiet taċ-ċarezza, tas-simplifikazzjoni u taċ-ċertezza legali, ir-Regolament (KE) Nru 302/2009 għandu għalhekk jitħassar.

(24)

Għall-fini tal-konformità mal-obbligi internazzjonali tagħha taħt il-Konvenzjoni, ir-Regolament ta' Delega (UE) 2015/98 jipprovdi għal derogi mill-obbligu ta' ħatt l-art għat-tonn stabbiliti fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 2015/98 jimplimenta ċerti dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni 13-07 tal-ICCAT li jistabbilixxu obbligu ta' qbid skartat u ta' rilaxx għall-bastimenti u t-tunnari li jaqbdu t-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran f'ċerti każijiet. Dan ir-Regolament għaldaqstant m'hemmx bżonn ikopri tali obbligi ta' qbid skartat u rilaxx u konsegwentement ikun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/98,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni tal-pjan ta' rkupru mill-Unjoni kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 3.

2.   Dan ir-Regolament japplika għat-tonn (Thunnus thynnus) fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran.

Artikolu 2

Objettiv

L-għan ta' dan ir-Regolament, skont il-pjan ta' rkupru kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 3, huwa li tinkiseb bijomassa tat-tonn li tkun tikkorrispondi mar-rendiment massimu sostenibbli sal-2022 bi probabbiltà ta' mill-inqas 60 % li jinkiseb dak l-objettiv.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“pjan ta' rkupru” tfisser il-pjan pluriennali għall-irkupru tat-tonn, li japplika mill-2007 sal-2022 u li ġie rrakkomandat mill-ICCAT;

(2)

“bastiment tas-sajd” tfisser kwalunkwe bastiment bil-mutur użat għall-finijiet tal-isfruttament kummerċjali tar-riżorsi tat-tonn jew maħsub għal dawn il-finijiet, inklużi l-bastimenti tal-qbid, il-bastimenti tal-ipproċessar, il-bastimenti ta' appoġġ, il-bastimenti tal-irmunkar, il-bastimenti involuti fit-trasbord u l-bastimenti tat-trasport mgħammra b'tagħmir biex jittrasportaw il-prodotti tat-tonn u l-bastimenti awżiljarji, minbarra l-bastimenti għat-trasport tal-kontejners;

(3)

“bastiment tal-qbid” tfisser bastiment użat għall-finijiet tal-qbid kummerċjali tar-riżorsi tat-tonn;

(4)

“bastiment għall-ipproċessar” tfisser bastiment li fuqu l-prodotti tas-sajd huma soġġetti għal waħda jew aktar mill-operazzjonijiet li ġejjin, qabel l-ippakkjar tagħhom: tqattigħ fi fletti, flieli, firżar u/jew proċessar;

(5)

“bastiment awżiljarju” tfisser kwalunkwe bastiment użat għat-trasport tat-tonn mejjet (mhux ipproċessat) minn ġo gaġġa tat-trasport jew tat-trobbija tal-ħut, minn purse seine jew minn tunnara għal port innominat u/jew għal bastiment tal-ipproċessar;

(6)

“bastiment tal-irmunkar” tfisser kwalunkwe bastiment li jintuża biex jirmonka l-gaġeġ;

(7)

“bastiment ta' appoġġ” tfisser kwalunkwe bastiment tas-sajd ieħor imsemmi fil-punt (2);

(8)

“sajd attiv” tfisser, għal kwalunkwe bastiment tal-qbid u għal kull tunnara, il-fatt li dawn jintużaw għas-sajd għat-tonn matul staġun tas-sajd partikolari;

(9)

“attività konġunta tas-sajd” tfisser kwalunkwe attività li ssir bejn żewġ bastimenti tas-sajd bil-purse seine jew aktar fejn il-qabda ta' bastiment tas-sajd bil-purse seine partikolari tiġi allokata għal bastiment tas-sajd bil-purse seine ieħor jew għal bastimenti tas-sajd bil-purse seine oħrajn skont kodiċi ta' allokazzjoni;

(10)

“attivitajiet ta' trasferiment” tfisser:

(i)

kwalunkwe trasferiment ta' tonn ħaj mix-xibka tal-bastiment tal-qbid għall-gaġġa tat-trasport,

(ii)

kwalunkwe trasferiment ta' tonn ħaj mill-gaġġa tat-trasport għal gaġġa oħra tat-trasport,

(iii)

kwalunkwe trasferiment tal-gaġġa bit-tonn minn bastiment tal-irmunkar għal bastiment ieħor tal-irmunkar,

(iv)

kwalunkwe trasferiment tat-tonn ħaj minn razzett tat-tonn għal ieħor,

(v)

kwalunkwe trasferiment ta' tonn ħaj mit-tunnara għall-gaġġa tat-trasport;

(11)

“trasferiment ta' kontroll” tfisser kwalunkwe trasferiment ieħor li jsir fuq talba tal-operaturi tas-sajd jew tal-operaturi tal-irziezet tat-tonn jew fuq talba tal-awtoritajiet ta' kontroll sabiex jiġi vverifikat l-għadd ta' ħut li jkun qed jiġi ttrasferit;

(12)

“tunnara” tfisser tagħmir fiss immażżrat mal-qiegħ, li s-soltu jkollu xibka li twassal it-tonn għal ġo magħlaq jew għal ġo sensiela ta' kompartimenti magħluqin fejn jinżamm qabel il-ħsad;

(13)

“tqegħid fil-gaġeġ” tfisser it-trasferiment ta' tonn ħaj mill-gaġġa tat-trasport jew mit-tunnara għal ġol-gaġeġ tat-trobbija tal-ħut;

(14)

“trobbija tal-ħut” tfisser it-tqegħid tat-tonn fil-gaġeġ fl-irziezet tat-tonn u l-għalf sussegwenti tagħhom bil-għan li dawn jismnu u li tiżdied il-bijomassa totali tagħhom;

(15)

“razzett tat-tonn” tfisser installazzjoni użata għat-trobbija tat-tonn maqbud bit-tunnari jew bil-bastimenti tas-sajd bil-purse seine;

(16)

“ħsad” tfisser il-qtil tat-tonn fl-irziezet tat-tonn jew fit-tunnari;

(17)

“trasbord” tfisser il-ħatt tal-ħut kollu jew ta' kwalunkwe ħut li jkun jinsab abbord bastiment tas-sajd għal fuq bastiment ieħor tas-sajd. Il-ħatt ta' tonn mejjet mix-xibka ta' bastiment tas-sajd bil-purse seine jew il-bastiment tal-irmonk għal fuq bastiment awżiljarju m'għandux jitqies bħala trasbord;

(18)

“sajd sportiv” tfisser sajd mhux kummerċjali li min jipprattikah ikun jifforma parti minn organizzazzjoni sportiva nazzjonali jew ikun ingħata liċenzja sportiva nazzjonali;

(19)

“sajd rikreattiv” tfisser sajd mhux kummerċjali li min jipprattikah ma jkunx jifforma parti minn organizzazzjoni sportiva nazzjonali jew ma jkunx ingħata liċenzja sportiva nazzjonali;

(20)

“kamera sterjoskopika” tfisser kamera b'żewġ lentijiet jew aktar, li jkollha sensur separat tal-immaġni jew qafas separat tal-films għal kull lenti, li tippermetti li jittieħdu immaġnijiet tridimensjonali;

(21)

“kamera ta' kontroll” tfisser kamera sterjoskopika u/jew vidjokamera normali użata biex jitwettqu l-kontrolli previsti minn dan ir-Regolament;

(22)

“BCD” jew “BCD elettroniku” tfisser dokument dwar il-qabdiet tat-tonn. Ir-referenzi għad-dokument dwar il-qabdiet tat-tonn għandhom jiġu sostitwiti bir-referenzi għad-dokument elettroniku dwar il-qabdiet tat-tonn, skont il-każ;

(23)

“Stat Membru responsabbli” tfisser l-Istat Membru tal-bandiera jew l-Istat Membru li fil-ġurisdizzjoni tiegħu tkun tinsab it-tunnara jew ikun jinsab ir-razzett tat-tonn jew, jekk ir-razzett tat-tonn jew it-tunnara ikunu jinsabu fl-ibħra internazzjonali, l-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-operatur tat-tunnara jew tar-razzett tat-tonn;

(24)

“Task II” tfisser Task II kif iddefinit mill-ICCAT fil-manwal tagħha tal-qasam għall-istatistika u t-teħid tal-kampjuni tat-tonn tal-Atlantiku u tal-ħut li jixbah lit-tonn (“Field manual for statistics and sampling Atlantic tunas and tuna-like fish”) (it-tielet edizzjoni, ICCAT, 1990);

(25)

“PKK” tfisser il-Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni u l-Partijiet, Entitajiet jew Entitajiet tas-Sajd Mhux Kontraenti tagħha li jikkooperaw magħha;

(26)

“żona tal-Konvenzjoni” tfisser iż-żona ġeografika koperta mill-miżuri tal-ICCAT kif stabbiliti fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni.

Artikolu 4

Tul tal-bastimenti

It-tulijiet tal-bastimenti msemmija f'dan ir-Regolament għandhom jinftiehmu bħala t-tul kumplessiv.

KAPITOLU II

MIŻURI TA' ĠESTJONI

Artikolu 5

Kondizzjonijiet relatati mal-miżuri ta' ġestjoni

1.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-isforz tas-sajd tal-bastimenti tal-qbid u tat-tunnari tiegħu jkun proporzjonat mal-opportunitajiet tas-sajd għat-tonn li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu dak l-Istat Membru fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran.

2.   It-trasferiment bejn is-snin ta' kwalunkwe kwota mhux użata għandu jkun ipprojbit.

3.   Il-kiri ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għas-sajd għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran għandu jkun ipprojbit.

Artikolu 6

Sottomissjoni ta' pjanijiet annwali tas-sajd, pjanijiet għall-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd u pjanijiet għall-ġestjoni tat-trobbija tal-ħut

1.   Sal-31 ta' Jannar ta' kull sena, kull Stat Membru li għandu kwota tat-tonn għandu jibgħat lill-Kummissjoni:

(a)

pjan annwali tas-sajd għall-bastimenti tal-qbid u għat-tunnari li jintużaw għas-sajd għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran;

(b)

pjan annwali għall-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd li jiżgura li l-kapaċità tas-sajd tal-Istat Membru tkun proporzjonata mal-kwota allokata lilu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiġbor il-pjanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u tintegrahom fil-pjan tal-Unjoni għas-sajd u għall-ġestjoni tal-kapaċità. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak il-pjan lis-Segretarjat tal-ICCAT sal-15 ta' Frar ta' kull sena għad-diskussjoni u l-approvazzjoni tal-ICCAT.

3.   Sal-15 ta' April ta' kull sena, kull Stat Membru li jkun beħsiebu jibdel il-pjan tal-ICCAT li jkun fis-seħħ għall-kapaċità tat-trobbija tal-ħut għandu jibgħat pjan annwali għall-ġestjoni tat-trobbija tal-ħut lill-Kummissjoni, li għandha tibagħtu lis-Segretarjat tal-ICCAT.

Artikolu 7

Pjanijiet annwali għas-sajd

1.   Il-pjan annwali għas-sajd sottomess minn kull Stat Membru li għandu kwota tat-tonn għandu jidentifika l-kwoti allokati għal kull grupp ta' rkaptu msemmi fl-Artikoli 11 u 12, inkluż it-tagħrif dwar:

(a)

għall-bastimenti tal-qbid ta' aktar minn 24 metru inklużi fil-lista tal-bastimenti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 20(1) il-kwota individwali allokata lilihom u l-miżuri li huma fis-seħħ biex tiġi żgurata konformità mal-kwoti individwali u l-kwoti tal-qabdiet aċċessorji totali;

(b)

għall-bastimenti tal-qbid ta' inqas minn 24 metru u għat-tunnari tal-inqas il-kwota allokata għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew għall-gruppi ta' bastimenti tas-sajd li jużaw tip ta' rkaptu simili.

2.   B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1,il-kwota individwali allokata lil kull bastiment tal-qbid ta' aktar minn 24 metru tista' tiġi ppreżentata sa mhux aktar tard minn 30 jum qabel il-bidu tal-istaġun tas-sajd applikabbli għal kull wieħed minn dawk il-bastiment.

3.   Kwalunkwe modifika sussegwenti fil-pjan annwali tas-sajd jew fil-kwoti individwali allokati għall-bastimenti tal-qbid ta' aktar minn 24 metru u li huma inklużi fil-lista msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 20(1) għandha tintbagħat lill-Kummissjoni mill-Istat Membru kkonċernat minn tal-inqas tlett ijiem qabel titwettaq l-attività li tikkorrispondi ma' dik il-modifika. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dawn il-modifiki lis-Segretarjat tal-ICCAT tal-inqas 48 siegħa qabel l-eżerċizzju tal-attività li tikkorrispondi ma' dik il-modifika.

Artikolu 8

Allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd

F'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, meta jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għalihom, l-Istati Membri għandhom jużaw kriterji trasparenti u oġġettivi, inklużi dawk ta' natura ambjentali, soċjali u ekonomika, u għandhom jagħmlu wkoll ħilithom biex iqassmu l-kwoti nazzjonali b'mod ġust bejn id-diversi sezzjonijiet tal-flotta b'konsiderazzjoni għas-sajd tradizzjonali u artiġjanali, u biex jipprovdu inċentivi għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jużaw irkaptu selettiv tas-sajd jew li jużaw tekniki tas-sajd b'impatt ambjentali mnaqqas.

Artikolu 9

Pjanijiet għall-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd

1.   Il-pjan annwali għall-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd imressaq minn kull Stat Membru li jkollu kwota tat-tonn għandu jkun konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   L-għadd massimu ta' tunnari rreġistrati fi Stat Membru partikolari u ta' bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru partikolari li jistgħu jistadu għat-tonn, iżommuh abbord, jittrasbordawh, jittrasportawh, jew iħottuh l-art għandu jiġi stabbilit b'konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”)u -l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

3.   L-għadd massimu u t-tunnellaġġ gross korrispondenti ta' bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru partikolari li jkunu qed jistadu għat-tonn għandhom ikunu limitati għall-għadd u għat-tunnellaġġ gross totali korrispondenti ta' bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' dak l-Istat Membru li jkunu stadu, żammew abbord, ittrasbordaw, ittrasportaw jew ħattew l-art it-tonn mill-1 ta' Jannar 2007 sal-1 ta' Lulju 2008. Dak il-limitu għandu japplika skont it-tip ta' rkaptu għall-bastimenti tal-qbid.

4.   Għall-bastimenti awtorizzati jistadu għat-tonn skont id-deroga msemmija fl-Artikolu 14(2), fl-Anness I huma stipulati kondizzjonijiet addizzjonali biex jiġi stabbilit l-għadd massimu ta' bastimenti tas-sajd.

5.   L-għadd massimu ta' tunnari ta' Stat Membru użati fis-sajd tat-Tonn għandu jiġi limitat għall-għadd ta' tunnari awtorizzat minn dak l-Istat Membru sal-1 ta' Lulju 2008.

6.   B'deroga mill-paragrafi 3 u 5 ta' dan l-Artikolu, għall-2016 u l-2017, f'każ li Stat Membru jkun jista' juri li l-kapaċità tas-sajd tiegħu tista' ma tippermettilux juża l-kwota kollha tiegħu, dak l-Istat Membru jista' jiddeċiedi li jinkludi għadd ikbar ta' bastimenti u tunnari fil-pjanijiet annwali tiegħu għas-sajd imsemmija fl-Artikolu 7.

7.   Għall-2016 u l-2017, kull Stat Membru għandu jillimita l-għadd tal-bastimenti tas-sajd bil-purse seine tiegħu għall-għadd ta' bastimenti tas-sajd bil-purse seine li jkun awtorizza fl-2013 jew fl-2014. Dan m'għandux japplika għall-bastimenti tas-sajd bil-purse seine li joperaw skont id-deroga prevista fil-punt (b) tal-Artikolu 14(2).

8.   Fl-istabbiliment tal-pjanijiet tiegħu għall-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd, il-kalkolu tal-kapaċità tas-sajd ta' kull Stat Membru għandu jkun ibbażat fuq l-aħjar rati tal-qbid għal kull bastiment u rkaptu li jkunu ġew stmati mill-SCRS fir-Rapport tiegħu tal-2009 u maqbulin mill-ICCAT waqt il-Laqgħa ta' bejn is-sessjonijiet tal-Kumitat ta' Konformità tal-ICCAT tal-2010 (15). F'każ li l-SCRS jirrevedi dawn ir-rati tal-qbid, l-Istati Membri dejjem għandhom japplikaw l-aktar rati reċenti tal-qbid maqbulin mill-ICCAT.

Artikolu 10

Pjanijiet għall-ġestjoni tat-trobbija tal-ħut

1.   Il-pjan annwali għall-ġestjoni tat-trobbija tal-ħut ippreżentat minn kull Stat Membru għandu jkun konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Il-kapaċità massima tat-trobbija u t-tismin tat-tonn għal kull Stat Membru u l-ammont massimu ta' tonn salvaġġ maqbud li kull Stat Membru jista' jalloka għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mat-TFUE u f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

3.   Il-kapaċità massima tat-trobbija tat-tonn u tat-tismin tiegħu ta' Stat Membru għandha tkun limitata għall-kapaċità tat-trobbija tat-tonn u tat-tismin tiegħu tal-irziezet tat-tonn ta' dak l-Istat Membru li kienu rreġistrati fir-reġistru tal-ICCAT tal-faċilitajiet tat-trobbija tal-ħut jew awtorizzati u ddikjarati lill-ICCAT fl-1 ta' Lulju 2008.

4.   L-ammont massimu ta' tonn salvaġġ maqbud li jista' jiddaħħal fl-irziezet tat-tonn ta' Stat Membru għandu jkun limitat għal-livell tal-kwantitajiet imdaħħlin irreġistrati mal-ICCAT mill-irziezet tat-tonn ta' dak l-Istat Membru fl-2005, l-2006, l-2007 jew l-2008.

5.   Fi ħdan il-kwantità massima ta' tonn salvaġġ maqbud imdaħħal fl-irziezet tat-tonn imsemmi fil-paragrafu 4, kull Stat Membru għandu jalloka lill-irziezet tat-tonn tiegħu l-ammont annwali massimu ta' tonn li jista' jiddaħħal fihom.

KAPITOLU III

MIŻURI TEKNIĊI

TAQSIMA 1

Staġuni tas-sajd

Artikolu 11

Bastimenti tas-sajd bil-konz, bastimenti tas-sajd bil-purse seine, bastimenti tat-tkarkir użati għas-sajd għall-ħut pelaġiku, tunnari u s-sajd sportiv u rikreattiv

1.   Is-sajd għat-tonn minn bastimenti tal-qbid ta' iktar minn 24 metru li huma bastimenti tas-sajd bil-konz użati għas-sajd għall-ħut pelaġiku fuq skala kbira għandu jkun permess fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Mejju, minbarra fiż-żona li tinsab fil-Punent ta' 10 fil-Punent u fit-Tramuntana ta' 42 fit-Tramuntana kif ukoll fiż-żona ekonomika esklussiva tan-Norveġja, fejn dan it-tip ta' sajd għandu jkun permess mill-1 ta' Awwissu sal-31 ta' Jannar.

2.   Is-sajd għat-tonn bil-purse seine għandu jkun permess fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran mis-26 ta' Mejju sal-24 ta' Ġunju, minbarra fiż-żona ekonomika esklussiva tan-Norveġja, fejn dan it-tip ta' sajd għandu jkun permess mill-25 ta' Ġunju sal-31 ta' Ottubru.

3.   Is-sajd għat-tonn mill-bastimenti tat-tkarkir użati għas-sajd tal-ħut pelaġiku għandu jkun permess fil-Lvant tal-Atlantiku mis-16 ta' Ġunju sal-14 ta' Ottubru.

4.   Is-sajd sportiv u rikreattiv għat-tonn għandu jkun permess fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran mis-16 ta' Ġunju sal-14 ta' Ottubru.

5.   Is-sajd għat-tonn bi rkaptu ieħor minbarra dak imsemmi fil-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 12, inklużi t-tunnari, għandu jkun permess matul is-sena kollha f'konformità mal-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni tal-ICCAT.

Artikolu 12

Dgħajjes tas-sajd bil-qasba u dgħajjes tas-sajd bir-rixa

1.   Is-sajd għat-tonn mid-dgħajjes tas-sajd bil-qasba u mid-dgħajjes tas-sajd bir-rixa għandu jkun permess fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Ottubru.

2.   Dejjem jekk ma tiġix affettwata l-protezzjoni tal-postijiet fejn ibid il-ħut u jekk it-tul totali tal-istaġun tas-sajd għal dak it-tip ta' sajd ma jaqbiżx perijodu ta' erba' xhur, kull Stat Membru jista' jiddeċiedi dwar data tal-bidu differenti għas-sajd bid-dgħajjes tas-sajd bil-qasba u bid-dgħajjes tas-sajd bir-rixa li jtajru l-bandiera tagħhom u li jistadu fil-Lvant tal-Atlantiku.

3.   Kull Stat Membru għandu jispeċifika, fil-pjan annwali tas-sajd tiegħu msemmi fl-Artikolu 7, jekk inbidlux id-dati tal-bidu għal dak it-tip ta' sajd, kif ukoll il-koordinati taż-żoni kkonċernati.

TAQSIMA 2

Daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni, qabdiet inċidentali, qabdiet aċċessorji

Artikolu 13

L-obbligu ta' ħatt l-art

Id-dispożizzjonijiet ta' din it-Taqsima għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, inkluża kwalunkwe deroga applikabbli għalih.

Artikolu 14

Daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni

1.   Id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni tat-tonn maqbud fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran għandu jkun ta' 30 kg jew ta' 115-il cm f'tul sal-furketta.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, għandu japplika daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni għat-tonn ta' 8 kg jew ta' 75 cm f'tul sal-furketta fil-każijiet tas-sajd li ġej:

(a)

it-tonn maqbud fil-Lvant tal-Atlantiku mid-dgħajjes tas-sajd bil-qasba u mid-dgħajjes tas-sajd bir-rixa;

(b)

it-tonn maqbud fil-Baħar Adrijatiku għall-finijiet tat-trobbija tal-ħut;

(c)

it-tonn maqbud fil-Mediterran permezz tas-sajd artiġjanali mal-kosta għall-ħut frisk b'dgħajjes tas-sajd bil-qasba, b'bastimenti tas-sajd bil-konz jew b'dgħajjes tas-sajd bix-xlief.

3.   Il-kondizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għad-deroga msemmija fil-paragrafu 2 huma stipulati fl-Anness I.

4.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom joħorġu awtorizzazzjonijiet speċifiċi għall-bastimenti li jkunu qed jistadu skont id-deroga msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Il-bastimenti kkonċernati għandhom jitniżżlu fil-lista tal-bastimenti tal-qbid imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 20(1). Għal dak il-għan, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 20 u 21 għandhom japplikaw.

Artikolu 15

Qabdiet inċidentali

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14(1), qabdiet inċidentali ta' ammont massimu ta' 5 % ta' tonn li jiżen bejn 8 u 30 kg jew li jkollu tul sal-furketta ta' bejn 75 u 115-il cm għandhom jiġu permessi għall-bastimenti tal-qbid u t-tunnari kollha li jistadu b'mod attiv għat-tonn.

2.   Il-perċentwali ta' 5 % msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-qabdiet kollha tat-tonn fl-għadd ta' ħut miżmum abbord il-bastiment jew fit-tunnara fi kwalunkwe ħin wara kull attività tas-sajd.

3.   Il-qabdiet inċidentali għandhom jitnaqqsu mill-kwota tal-Istat Membru li huwa responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara.

4.   Il-qabdiet inċidentali tat-tonn għandhom ikunu soġġetti għall-Artikoli 25, 30, 31 u 32.

Artikolu 16

Qabdiet aċċessorji

1.   Kull Stat Membru għandu jipprevedi qabdiet aċċessorji tat-tonn fil-kwota tiegħu u għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b'dan meta jibgħatilha l-pjan taas-sajd tiegħu. Tali dispożizzjoni għandha tiżgura li l-ħut mejjet kollu huwa mnaqqas mill-kwota.

2.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li ma jkunux qegħdin jistadu b'mod attiv għat-tonn għandhom jevitaw li l-qabdiet aċċessorji tat-tonn tagħhom jaqbżu, fi kwalunkwe ħin wara attività tas-sajd, il-5 % tal-qabdiet totali abbord fil-piż jew l-għadd ta' ħut. Il-kalkolu ta' dak il-perċentwali skont l-għadd ta' ħut għandu japplika biss għat-tonn u għall-ispeċijiet simili għalih ġestiti mill-ICCAT. Kull Stat Membru għandu jnaqqas il-ħut mejjet kollu fil-qabdiet aċċessorji mill-kwota tiegħu.

3.   Għall-Istati Membri li m'għandhomx kwota għat-tonn, il-qabdiet aċċessorji kkonċernati għandhom jitnaqqsu mill-kwota speċifika tal-Unjoni għall-qabdiet aċċessorji tat-tonn stabbilita f'konformità mat-TFUE u f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

4.   Jekk il-kwota allokata għall-Istat Membru tal-bastiment tas-sajd ikkonċernat jew tat-tunnara kkonċernata tkun diġà eżawrita, għandu jiġi evitat li jinqabad kwalunkwe tonn. It-tonn il-mejjet għandu jinħatt l-art sħiħ u mhux ipproċessat u għandu jiġi soġġett għall-konfiska u l-azzjoni ta' segwitu xierqa. F'konformità mal-Artikolu 29, kull Stat Membru għandu jipprovdi t-tagħrif dwar il-kwantità ta' tali tonn mejjet fuq bażi annwali lill-Kummissjoni li, min-naħa tagħha, għandha tibagħtu lis-Segretarjat tal-ICCAT.

5.   Il-proċeduri msemmijin fl-Artikoli 27, 30, 31, 32 u 56 għandhom japplikaw għall-qabdiet aċċessorji.

TAQSIMA 3

Użu ta' trasport bl-ajru

Artikolu 17

Użu ta' trasport bl-ajru

L-użu ta' kwalunkwe trasport bl-ajru, fosthom ajruplani, ħelikopters jew kwalunkwe tip ta' vettura tal-ajru oħra mingħajr ekwipaġġ għat-tiftix tat-tonn għandu jkun ipprojbit.

KAPITOLU IV

SAJD SPORTIV U RIKREATTIV

Artikolu 18

Kwota speċifika għas-sajd sportiv u rikreattiv

Kull Stat Membru bi kwota tat-tonn għandu jirregola s-sajd sportiv u rikreattiv billi jalloka kwota speċifika għall-finijiet ta' dak it-tip ta' sajd u għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b'dan meta jibgħatilha l-pjan tas-sajd tiegħu.

Artikolu 19

Sajd sportiv u rikreattiv

1.   Kull Stat Membru bi kwota għat-tonn għandu jirregola s-sajd sportiv u rikreattiv billi joħroġ awtorizzazzjonijiet tas-sajd lill-bastimenti għall-finijiet tas-sajd sportiv u rikreattiv.

2.   Għas-sajd sportiv u rikreattiv m'għandhiex tinqabad iktar minn tonna waħda għal kull bastiment kuljum.

3.   Kwalunkwe tonn li jinħatt l-art għandu jkun sħiħ, bil-garġi mneħħija u/jew imnaddaf. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura, sa fejn huwa possibbli, ir-rilaxx ta' tonn, speċjalment dak li jkun għadu żgħir, maqbud ħaj fil-qafas tas-sajd sportiv u rikreattiv.

4.   Il-kummerċjalizzazzjoni tat-tonn maqbud waqt is-sajd sportiv u rikreattiv għandha tkun ipprojbita.

5.   Kull Stat Membru għandu jirreġistra d-data dwar il-qabdiet fosthom il-piż u t-tul ta' kull tonna maqbuda waqt is-sajd sportiv u rikreattiv u jibgħat id-dejta għas-sena ta' qabel lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak it-tagħrif lill-SCRS.

6.   Kull Stat Membru għandu jnaqqas l-għadd ta' ħut mejjet maqbud mis-sajd sportiv u rikreattiv mill-kwota li huwa jkun alloka f'konformità mal-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 18.

KAPITOLU V

MIŻURI TA' KONTROLL

TAQSIMA 1

Reġistri ta' bastimenti u tunnara

Artikolu 20

Reġistri ta' bastimenti

1.   Kull Stat Membru għandu jipprżenta lill-Kummissjoni kull sena, b'mod elettroniku, xahar qabel il-bidu tal-istaġuni tas-sajd imsemmija fl-Artikoli 11 u 12, meta jkun applikabbli, jew inkella xahar qabel il-bidu tal-perijodu ta' awtorizzazzjoni:

(a)

lista tal-bastimenti kollha tal-qbid li jtajru l-bandiera tiegħu awtorizzati jistadu b'mod attiv għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran permess tal-ħruġ ta' awtorizzazzjoni ta' sajd;

(b)

lista tal-bastimenti l-oħra kollha tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu, minbarra l-bastimenti tal-qbid, li jkunu awtorizzati jistadu għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran.

2.   Iż-żewġ listi għandhom jiġu stabbiliti skont il-format mogħti fil-Linji Gwida tal-ICCAT għall-preżentazzjoni tad-dejta u tat-tagħrif meħtieġa.

3.   F'sena kalendarja partikolari, bastiment tas-sajd jista' jiġi inkluż fiż-żewġ listi msemmija fil-paragrafu 1 sakemm ma jkunx inkluż fihom it-tnejn fl-istess ħin.

4.   Il-listi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jinkludu isem il-bastiment u n-numru ta' identifikazzjoni (CFR) kif iddefinit fl-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 (16).

5.   M'għandha tiġi aċċettata l-ebda preżentazzjoni retroattiva. Il-bidliet sussegwenti fil-listi msemmija fil-paragrafu 1 matul sena kalendarja għandhom jiġu aċċettati biss jekk il-bastiment tas-sajd innotifikat ikun miżmum milli jipparteċipa minħabba raġunijiet operattivi leġittimi jew forza maġġuri. F'ċirkostanzi bħal dawn, l-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni b'dan il-fatt, u għandu jipprovdi:

(a)

id-dettalji kollha tal-bastiment(i) tas-sajd maħsub(a) biex jieħu/jieħdu post bastiment inkluż fil-listi msemmija fil-paragrafu 1; u

(b)

rendikont komprensiv tar-raġunijiet li jiġġustifikaw din is-sostituzzjoni u kwalunkwe evidenza jew referenza ta' appoġġ rilevanti.

6.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat it-tagħrif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 lis-Segretarjat tal-ICCAT sabiex dawk il-bastimenti jkunu jistgħu jitniżżlu fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti tal-qbid li huma awtorizzati jistadu b'mod attiv għat-tonn jew fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti l-oħra kollha tas-sajd (minbarra l-bastimenti tal-qbid) li huma awtorizzati jistadu għat-tonn.

7.   L-Artikolu 8a(2), (6), (7) u (8) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001 (17) għandu japplika bil-modifiki meħtieġa.

Artikolu 21

Relazzjoni mar-Regolament (KE) Nru 1224/2009

Il-miżuri ta' kontroll previsti f'dan il-Kapitolu għandhom japplikaw flimkien ma' dawk previsti fir-Regolament (KE) Nru 1224/2009, ħlief fejn previst mod ieħor f'dan il-Kapitolu.

Artikolu 22

Awtorizzazzjonijiet ta' sajd tal-bastimenti

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li ma jkunux imniżżlin fir-reġistri tal-ICCAT imsemmija fl-Artikolu 20(1) ma għandhomx ikunu awtorizzati jistadu għat-tonn, iżommuh abbord, jittrasbordawh, jittrasportawh, jittrasferixxuh, jipproċessawh jew iħottuh l-art fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran.

2.   L-Istat Membru tal-bandiera għandu jirtira l-awtorizzazzjoni tas-sajd għat-tonn u jista' jitlob lill-bastiment jipproċedi immedjatament lejn port magħżul minnu meta jitqies li tkun ġiet eżawrita l-kwota individwali.

Artikolu 23

Reġistri ta' tunnari awtorizzati għas-sajd tat-tonn

1.   Sal-15 ta' Frar ta' kull sena, kull Stat Membru għandu jibgħat b'mod elettroniku lill-Kummissjoni lista tat-tunnari tiegħu li jkunu awtorizzati, permezz tal-ħruġ ta' awtorizzazzjoni ta' sajd, għas-sajd tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. Il-lista għandha tinkludi l-isem tat-tunnari u n-numru tagħhom fir-reġistru u għandha tiġi stabbilita f'konformità mal-format mogħti fil-Linji Gwida tal-ICCAT għall-preżentazzjoni tad-data u tat-tagħrif meħtieġa.

2.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat din il-lista lis-Segretarjat tal-ICCAT sabiex dawk it-tunnari jkunu jistgħu jitniżżlu fir-reġistru tal-ICCAT tat-tunnari li huma awtorizzati jintużaw għas-sajd tat-tonn.

3.   It-tunnari tal-Unjoni li ma jkunux imniżżlin fir-reġistru tal-ICCAT ma għandhomx ikunu awtorizzati jintużaw għas-sajd tat-tonn, għaż-żamma tiegħu, għat-trasferiment tiegħu, għat-tqegħid tiegħu fil-gaġeġ u għal ħatt l-art tiegħu fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran.

4.   L-Artikolu 8a(2), (4), (6), (7) u (8) tar-Regolament (KE) Nru 1936/2001 għandu japplika bl-emendi meħtieġa.

Artikolu 24

Attività konġunta tas-sajd

1.   Kwalunkwe attività konġunta tas-sajd (“AKS”) għat-tonn għandha tkun awtorizzata biss bil-kunsens tal-Istat(i) Membru/i tal-bandiera kkonċernat(i). Sabiex tingħata din l-awtorizzazzjoni, kull bastiment tas-sajd bil-purse seine għandu jkun mgħammar biex jistad għat-tonn u għandu jkollu kwota individwali. L-AKS imwettqin flimkien ma' PKK oħrajn, m'għandhomx ikunu permessi.

2.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jikseb it-tagħrif li ġej mingħand il-bastimenti tas-sajd tiegħu li jkunu qed japplikaw għal awtorizzazzjoni biex jieħdu sehem fl-AKS:

(a)

it-tul ta' żmien tal-attività;

(b)

l-identità tal-operaturi involuti fiha;

(c)

il-kwoti tal-bastimenti individwali;

(d)

l-iskema ta' allokazzjoni tal-qabdiet involuti bejn il-bastimenti tas-sajd involuti; u

(e)

tagħrif dwar l-irziezet tat-tonn fejn ikun ser jittieħed it-tonn.

3.   Tal-inqas 15-il jum qabel ma tibda l-attività, kull Stat Membru għandu jibgħat it-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 2 lill-Kummissjoni fil-format stabbilit fl-Anness VI. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak it-tagħrif lis-Segretarjat tal-ICCAT u lill-Istat tal-bandiera tal-bastimenti l-oħra tas-sajd li jkunu ser jieħdu sehem fl-AKS tal-inqas 10 ijiem qabel ma tibda l-attività.

4.   F'każ ta' force majeure, m'għandhiex tapplika l-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 3 għat-tagħrif mitlub fil-punt (e) tal-paragrafu 2. F'dak il-każ, l-Istati Membri jistgħu jibagħtu aġġornament dwar dak it-tagħrif lill-Kummissjoni kemm jista' jkun malajr, flimkien ma' deskrizzjoni tal-avvenimenti li kienu jikkostitwixxu forza maġġuri. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak it-tagħrif lis-Segretarjat tal-ICCAT.

TAQSIMA 2

Qabdiet

Artikolu 25

Rekwiżiti ta' reġistrazzjoni

1.   Minbarra li jikkonforma mal-Artikoli 14, 15, 23 u 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, il-kaptan ta' bastiment tal-qbid tal-Unjoni għandu, jekk ikun applikabbli, idaħħal fil-ġurnal ta' abbord it-tagħrif imniżżel fil-Parti A tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-kaptani tal-bastimenti tal-irmunkar, tal-bastimenti awżiljarji u tal-bastimenti tal-ipproċessar tal-Unjoni għandhom jirreġistraw l-attivitajiet tagħhom skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet B, C u D tal-Anness II.

Artikolu 26

Rapporti tal-qabdiet mibgħuta mill-kaptani u mill-operaturi tat-tunnari

1.   Il-kaptani tal-bastimenti tal-qbid li jkunu qed jistadu b'mod attiv għat-tonn għandhom jibagħtu t-tagħrif ta' kuljum mill-ġurnal ta' abbord lill-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bandiera, fosthom in-numru tar-reġistru tal-ICCAT, isem il-bastiment, il-bidu u t-tmiem tal-perijodu ta' awtorizzazzjoni, id-data, il-ħin, il-post (il-latitudni u l-lonġitudni) u l-piż u l-għadd tat-tonn maqbud fiż-żona tal-Konvenzjoni. Huma għandhom jibagħtu dak it-tagħrif b'mod elettroniku fil-format stabbilit fl-Anness V matul il-perijodu kollu li fih il-bastiment ikun awtorizzat jistad għat-tonn.

2.   Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd bil-purse seine għandhom joħorġu r-rapporti ta' kuljum kif imsemmi fil-paragrafu 1 għal attività tas-sajd fuq il-bażi ta' attività tas-sajd b'attività tas-sajd, inklużi dawk l-attivitajiet li matulhom ma jkunu qabdu xejn.

3.   Ir-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jintbagħtu mill-operatur lill-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bandiera tiegħu kuljum għall-bastimenti tas-sajd bil-purse seine ta' aktar minn 24 metru sad-9.00 GMT għall-jum ta' qabel u għall-bastimenti tal-qbid l-oħrajn sa nofsillejl tat-Tnejn għall-ġimgħa ta' qabel li tkun intemmet f'nofsillejl GMT tal-Ħadd.

4.   L-operaturi tat-tunnari użati għas-sajd attiv għat-tonn għandhom jibagħtu rapport tal-qabdiet ta' kuljum, li jinkludi fih in-numru tar-reġistru tal-ICCAT, id-data, il-ħin, il-qabdiet (il-piż u l-għadd tal-ħut maqbud), inkluż meta ma jkunu qabdu xejn. Huma għandhom jibagħtu dak it-tagħrif b'mod elettroniku fi żmien 48 siegħa lill-awtoritajiet tal-Istat Membru tagħhom fil-format stabbilit fl-Anness V matul il-perijodu kollu li fih huma jkunu awtorizzati jistadu għat-tonn.

5.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati għar-reġistrazzjoni u r-rappurtar tal-attivitajiet tal-bastimenti u tat-tunnari msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu u l-Anness V. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 59(2).

Artikolu 27

Rapporti tal-qabdiet ta' kull ġimgħa u ta' kull xahar mibgħuta mill-Istati Membri

1.   Kull Stat Membru għandu, malli jirċievi r-rapporti tal-qabdiet imsemmija fl-Artikolu 26, jgħaddihom mill-ewwel lill-Kummissjoni b'mod elettroniku u għandu jipprovdi minnufih lill-Kummissjoni r-rapporti tal-qabdiet ta' kull ġimgħa għall-bastimenti tal-qbid u għat-tunnari kollha skont il-format stabbilit fl-Anness V. Il-Kummissjoni għandha, kull ġimgħa, tibgħat dak it-tagħrif lis-Segretarjat tal-ICCAT skont il-format imniżżel fil-Linji Gwida għall-preżentazzjoni tad-dejta u tat-tagħrif meħtieġa mill-ICCAT.

2.   Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni, qabel il-ħmistax-il jum ta' kull xahar, bil-kwantitajiet ta' tonn maqbud fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran li jkun inħatt l-art, ġie ttrasbordat, inqabad fit-tunnara jew tqiegħed fil-gaġeġ matul ix-xahar ta' qabel mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu jew mit-tunnari li huma rreġistrati fih. It-tagħrif mibgħut għandu jkun imqassam skont it-tip ta' rkaptu, inkluża l-qabdiet aċċessorji, il-qabdiet mis-sajd sportiv u s-sajd rikreattiv u l-attivitajiet tas-sajd li matulhom ma jinqabad l-ebda ħut. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak it-tagħrif lis-Segretarjat tal-ICCAT minnufih.

Artikolu 28

Tagħrif dwar l-eżawriment tal-kwoti

1.   Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni meta jitqies li l-kwota allokata għal grupp ta' rkaptu msemmi fl-Artikolu 11 jew l-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament tkun laħqet it-80 %.

2.   Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 35 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni meta jitqies li l-kwota allokata għal grupp ta' rkaptu msemmi fl-Artikolu 11 jew l-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament jew għal AKS jew għal bastiment tas-sajd bil-purse seine tkun meqjusa eżawrita.

3.   Mat-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 2 għandha tintbagħat id-dokumentazzjoni uffiċjali li tagħti provi tas-sejħa għall-waqfien mis-sajd jew għal ritorn lura fil-port li l-Istat Membru ħareġ għall-flotta, il-grupp ta' rkaptu, l-AKS, jew il-bastimenti tas-sajd li għandhom kwota individwali, u li tinkludi indikazzjoni ċara tad-data u l-ħin tal-għeluq tas-sajd.

Artikolu 29

Rappurtar ta' kull sena tal-qabdiet mill-Istati Membri

1.   Sal-15 ta' Marzu ta' kull sena, kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni tagħrif dettaljat dwar kwalunkwe qabda ta' tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran li kien hemm matul is-sena tas-sajd ta' qabel. Dak it-tagħrif għandu jinkludi:

(a)

l-isem u n-numru tal-ICCAT ta' kull bastiment tal-qbid;

(b)

il-perijodu tal-awtorizzazzjoni(jiet) għal kull bastiment tal-qbid;

(c)

il-qabdiet totali ta' kull bastiment tal-qbid inkluż meta ma nqabad l-ebda ħut matul il-perijodu tal-awtorizzazzjoni(jiet);

(d)

l-għadd totali ta' jiem li matulhom kull bastiment tal-qbid ikun stad fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran matul il-perijodu tal-awtorizzazzjoni(jiet); u

(e)

il-qabda totali ta' kull bastiment tal-qbid li kien hemm barra l-perijodu tal-awtorizzazzjoni (qabda aċċessorja) tagħhom, inkluż meta ma nqabad l-ebda ħut.

2.   Għall-bastimenti li mhumiex awtorizzati jistadu b'mod attiv għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran iżda li jkunu qabdu t-tonn bħala qabda aċċessorja, it-tagħrif li għandu jintbagħat lill-Kummissjoni fl-istess data kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jinkludi:

(a)

l-isem tal-bastiment u n-numru tal-ICCAT tiegħu jew in-numru tiegħu fir-reġistru nazzjonali, jekk dan ma jkunx irreġistrat mal-ICCAT; u

(b)

il-qabdiet totali tat-tonn.

3.   Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tagħrif dwar il-bastimenti li mhumiex soġġetti għall-paragrafi 1 u 2 iżda li huwa magħruf jew preżunt li stadu għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran.

4.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat lis-Segretarjat tal-ICCAT it-tagħrif li hija tkun irċeviet skont il-paragrafi 1, 2 u 3.

TAQSIMA 3

Ħatt l-art u trasbord

Artikolu 30

Portijiet magħżulin

1.   Kull Stat Membru għandu jagħżel xi portijiet jew postijiet qrib ix-xatt (il-portijiet magħżulin) fejn ikunu permessi l-attivitajiet ta' ħatt l-art tat-tonn jew tat-trasbord tiegħu.

2.   Biex port jiġi stabbilit bħala port magħżul, l-Istat Membru tal-port għandu jispeċifika l-ħinijiet meta jkunu permessi ħatt l-art u trasbord u l-postijiet fejn dawn l-attivitajiet ikunu permessi.

3.   Sal-15 ta' Frar ta' kull sena, kull Stat Membru għandu jibgħat lista tal-portijiet magħżulin lill-Kummissjoni, li, min-naħa tagħha, għandha tibgħat dak it-tagħrif lis-Segretarjat tal-ICCAT.

4.   Ma għandux ikun permess li wieħed iħott l-art jew jittrasborda mill-bastimenti tas-sajd kwalunkwe kwantità ta' tonn mistad fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran f'postijiet oħra minbarra l-portijiet jew il-postijiet qrib ix-xatt magħżulin mill-PKK u l-Istati Membri skont il-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 31

Ħatt l-art

1.   L-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għandu japplika għall-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ta' tul totali ta' 12-il metru jew iktar li huma inklużi fil-lista tal-bastimenti msemmija fl-Artikolu 20 ta' dan ir-Regolament. In-notifika ta' qabel il-wasla skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru (inkluż l-Istat Membru tal-bandiera) jew tal-PKK li huma jkunu jixtiequ jużaw il-portijiet jew il-faċilità ta' ħatt l-art tagħha.

2.   Barra minn hekk, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ta' tul totali ta' inqas minn 12-il metru li huma inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 20 għandhom, mill-inqas erba' sigħat qabel il-ħin stmat tal-wasla tagħhom fil-port, jgħarrfu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru (inkluż l-Istat Membru tal-bandiera) jew il-PKK li huma jkunu jixtiequ jużaw il-portijiet jew il-faċilità ta' ħatt l-art tagħha, tal-inqas b'dan li ġej:

(a)

il-ħin stmat tal-wasla tagħhom;

(b)

l-istima tal-kwantità ta' tonn miżmum abbord; u

(c)

it-tagħrif dwar iż-żona ġeografika fejn ikunu saru l-qabdiet.

3.   Fejn l-Istati Membri huma awtorizzati skont il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni li japplikaw perijodu ta' notifika iqsar minn dak imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, l-istimi tal-kwantitajiet ta' tonn miżmum abbord jistgħu jiġu nnotifikati bħala l-ħin ta' notifika għalhekk applikabbli qabel il-wasla. Jekk il-post għas-sajd ikun inqas minn erba' sigħat mill-port, l-istima tal-kwantitajiet ta' tonn miżmum abbord tista' tinbidel fi kwalunkwe ħin qabel il-wasla.

4.   L-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-port għandhom iżommu reġistru tan-notifiki kollha ta' qabel għas-sena attwali.

5.   Il-qabdiet kollha li jinħattu l-art, f'konformità mal-Artikolu 55(2), għandhom ikunu kkontrollati mill-awtoritajiet ta' kontroll rilevanti tal-Istat Membru tal-port u għandu jiġi spezzjonat perċentwali tagħhom abbażi ta' sistema ta' valutazzjoni tar-riskju li tinvolvi l-kwota, id-daqs tal-flotta u l-isforz tas-sajd. Id-dettalji kollha ta' tali sistema ta' kontroll adottata minn kull Stat Membru għandhom jingħataw fil-pjan ta' spezzjoni annwali msemmi fl-Artikolu 53. Dik is-sistema ta' kontroll għandha tapplika wkoll għall-attivitajiet tal-ħsad.

6.   Minbarra li jikkonformaw mal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, wara kull vjaġġ, il-kaptani tal-bastimenti tal-qbid tal-Unjoni, ikun x'ikun it-tul tal-bastiment, għandhom jibagħtu dikjarazzjoni ta' ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera u, jekk ħatt l-art ikun seħħ f'port ta' Stat Membru ieħor jew ta' PKK oħra, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-port jew tal-PKK ikkonċernata.

7.   Il-qabdiet kollha li jinħattu l-art għandhom jintiżnu.

Artikolu 32

Trasbord

1.   It-trasbord tat-tonn fuq il-baħar fiż-żona tal-Konvenzjoni għandu jkun ipprojbit fiċ-ċirkostanzi kollha.

2.   Il-bastimenti tas-sajd għandhom jittrasbordaw biss il-qabdiet tat-tonn fil-portijiet magħżulin bil-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 30.

3.   L-Istat Membru tal-port għandu jiżgura kopertura sħiħa tal-ispezzjoni waqt il-ħinijiet kollha tat-trasbord u fil-postijiet kollha tat-trasbord.

4.   Qabel jidħlu fi kwalunkwe port, il-kaptani tal-bastiment tas-sajd li jkunu qed jirċievu l-ħut jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom, mill-inqas 48 siegħa qabel il-ħin stmat tal-wasla, jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew tal-PKK li huma jkunu jridu jużaw il-port tagħha b'dan li ġej:

(a)

id-data u l-ħin stmati tal-wasla tagħhom, u l-port tal-wasla;

(b)

l-istima tal-kwantità ta' tonn miżmum abbord u t-tagħrif dwar iż-żona ġeografika fejn ikun inqabad;

(c)

l-isem tal-bastiment tas-sajd li qed jittrasborda l-ħut u n-numru tiegħu fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti tal-qbid li huma awtorizzati jistadu b'mod attiv għat-tonn jew fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti l-oħra tas-sajd li huma awtorizzati jistadu għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran;

(d)

l-isem tal-bastiment tas-sajd li qed jirċievi l-ħut, in-numru tiegħu fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti tal-qbid li huma awtorizzati jistadu b'mod attiv għat-tonn jew fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti l-oħra tas-sajd li huma awtorizzati jistadu għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran; u

(e)

it-tunnellaġġ tat-tonn li għandu jiġi ttrasbordat u ż-żona ġeografika fejn ikun inqabad.

5.   Il-bastimenti tas-sajd ma għandhomx jitħallew jittrasbordaw il-ħut sakemm ma jkunux kisbu awtorizzazzjoni minn qabel għal dan mill-Istat tal-bandiera tagħhom.

6.   Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd li jkunu qed jittrasbordaw il-ħut għandhom, qabel ma jibda t-trasbord, jgħarrfu lill-Istat tal-bandiera tagħhom b'dan li ġej:

(a)

il-kwantitajiet ta' tonn li għandhom jiġi ttrasbordati;

(b)

id-data meta għandu jsir it-trasbord u l-port fejn dan għandu jsir;

(c)

l-isem, in-numru ta' reġistrazzjoni u l-bandiera tal-bastiment tas-sajd li jkun ser jirċievi l-ħut u n-numru tiegħu fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti tal-qbid li huma awtorizzati jistadu b'mod attiv għat-tonn jew fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti l-oħra tas-sajd li huma awtorizzati jistadu għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran; u

(d)

iż-żona ġeografika fejn inqabad it-tonn.

7.   Kull trasbord għandu jiġi spezzjonat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fil-port magħżul. Dawk l-awtoritajiet għandhom:

(a)

jispezzjonaw il-bastiment li jkun irċieva l-ħut hekk kif dan jasal fil-port u jivverifikaw it-tagħbija u d-dokumentazzjoni marbuta mal-attività tat-trasbord;

(b)

jibagħtu rekord tat-trasbord lill-awtorità tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tal-qbid li jkun ittrasborda l-ħut fi żmien ħamest ijiem minn meta jintemm it-trasbord.

8.   B'deroga mill-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-kaptani ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandhom, ikun x'ikun it-tul tal-bastiment, jimlew u jibagħtu d-dikjarazzjoni tat-trasbord tal-ICCAT lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li l-bandiera tiegħu tittajjar mill-bastiment. Id-dikjarazzjoni għandha tintbagħat sa mhux aktar tard minn 48 siegħa wara d-data tat-trasbord fil-port f'konformità mal-format stabbilit fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

TAQSIMA 4

Attivitajiet ta' trasferiment

Artikolu 33

Awtorizzazzjoni ta' trasferiment

1.   Qabel kwalunkwe attività ta' trasferiment, il-kaptan ta' bastiment tal-qbid jew tal-bastiment tal-irmunkar jew l-operatur tar-razzett tat-tonn jew tat-tunnara minn fejn joriġina t-trasferiment ikkonċernat għandu jibgħat notifika minn qabel tat-trasferiment lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru rilevanti, li jkun fiha:

(a)

l-isem tal-bastiment tal-qbid, tal-bastiment tal-irmunkar, tar-razzett tat-tonn jew tat-tunnara u n-numru tagħhom fir-reġistru tal-ICCAT;

(b)

il-ħin stmat tat-trasferiment;

(c)

l-istima tal-kwantità ta' tonn li għandu jiġi ttrasferit;

(d)

tagħrif dwar il-pożizzjoni fejn ikun ser isir it-trasferiment (il-latitudni/il-lonġitudni) kif ukoll in-numri identifikabbli tal-gaġeġ;

(e)

l-isem tal-bastiment tal-irmunkar li jkun ser jirċievi l-ħut, l-għadd ta' gaġeġ irmunkati u, fejn ikun xieraq, in-numru tiegħu fir-reġistru tal-ICCAT; u

(f)

il-port, ir-razzett tat-tonn jew il-gaġġa fejn ikun ser jittieħed it-tonn.

2.   Għall-għan imsemmi fil-paragrafu 1, kull gaġġa għandha tingħata numru uniku. In-numri għandhom jinħarġu permezz ta' sistema ta' numerar uniku li tinkludi mill-inqas tliet ittri tal-kodiċi tal-alfa li jikkorrispondu għall-bandiera tal-bastiment tal-irmunkar, segwiti minn tliet numri.

3.   Il-bastimenti tal-qbid, il-bastimenti tal-irmunkar, l-irziezet tat-tonn jew it-tunnari m'għandhomx jitħallew jagħmlu t-trasferiment sakemm ma jkunux kisbu awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat Membru rilevanti. L-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru responsabbli għandhom jiddeċiedu jekk jagħtux l-awtorizzazzjoni għal kull attività ta' trasferiment jew le. Għal dan il-għan, kull attività ta' trasferiment għandha tingħata numru uniku ta' identifikazzjoni, li għandu jintbagħat lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd, lill-operatur tat-tunnara jew lill-operatur tar-razzett tat-tonn skont il-każ. F'każ li tingħata l-awtorizzazzjoni, dak in-numru għandu jkun fih il-kodiċi bi tliet ittri tal-Istat Membru, l-erba' numri li juru s-sena u t-tliet ittri “AUT” (awtorizzazzjoni), segwiti minn numri sekwenzjali. F'każ li l-awtorizzazzjoni tiġi rrifjutata, dak in-numru għandu jkun fih il-kodiċi bi tliet ittri tal-Istat Membru, l-erba' numri li juru s-sena u t-tliet ittri “NEG” (mingħajr awtorizzazzjoni), segwiti minn numri sekwenzjali.

4.   F'każ li l-ħut imut waqt li jkun qed jiġi ttrasferit, l-Istati Membri rilevanti u l-operaturi involuti fl-attività ta' trasferiment għandhom jimxu skont l-Anness XII.

5.   L-awtorizzazzjoni tat-trasferiment għandu jingħata jew jiġi rrifjutat mill-Istat Membru responsabbli għall-bastiment tal-qbid, għall-bastiment tal-irmunkar, għar-razzett tat-tonn jew għat-tunnara, skont il-każ, fi żmien 48 siegħa minn meta tintbagħat in-notifika minn qabel tat-trasferiment.

6.   L-awtorizzazzjoni tat-trasferiment mill-Istat Membru rilevanti ma għandhiex tippreġudika l-awtorizzazzjoni tal-attività ta' tqegħid fil-gaġeġ.

Artikolu 34

Ċaħda ta' awtorizzazzjoni tat-trasferiment

1.   L-Istat Membru li jkun responsabbli għall-bastiment, għat-tunnara jew għar-razzett tat-tonn ma għandux jawtorizza t-trasferiment jekk, malli jirċievi n-notifika minn qabel tat-trasferiment, huwa jqis li:

(a)

il-bastiment tal-qbid jew it-tunnara li ġie ddikjarat li qabdu l-ħut m'għandhomx kwota biżżejjed;

(b)

il-kwanitità tal-ħut ma ġietx irrappurtata kif suppost mill-operatur tal-bastiment tal-qbid jew tat-tunnara, jew ma kienx hemm awtorizzazzjoni biex din il-kwantità tinżamm fil-gaġeġ, jew li din il-kwantità ma tqisitx għall-konsum tal-kwota li tista' tkun applikabbli;

(c)

il-bastiment tal-qbid jew it-tunnara li ġie ddikjarat li qabdu l-ħut mhumiex awtorizzati jistadu għat-tonn; jew

(d)

il-bastiment tal-irmunkar iddikjarat bħala l-bastiment li ser jirċievi l-ħut ittrasferit mhuwiex irreġistrat fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti l-oħra kollha tas-sajd (minbarra l-bastimenti tal-qbid) li huma awtorizzati jistadu għat-tonn, kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 20(1), jew mhuwiex mgħammar bil-VMS.

2.   Jekk it-trasferiment ma jiġix awtorizzat:

(a)

l-Istat Membru responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara għandu joħroġ ordni tar-rilaxx lill-kaptan tal-bastiment tal-qbid jew lill-operatur tat-tunnara jew tar-razzett tat-tonn, skont il-każ, u javżahom li t-trasferiment mhuwiex awtorizzat u li l-ħut għandu jintelaq il-baħar;

(b)

il-kaptan tal-bastiment tal-qbid jew l-operatur tar-razzett tat-tonn jew tat-tunnara, skont il-każ, għandu jitlaq il-ħut il-baħar;

(c)

it-tonn għandu jintelaq il-baħar skont il-proċeduri stipulati fl-Anness XI.

Artikolu 35

Monitoraġġ permezz ta' vidjokamera

1.   Għall-attivitajiet ta' trasferiment, il-kaptan tal-bastiment tal-qbid, tal-bastiment tal-irmunkar, l-operatur tar-razzett tat-tonn jew tat-tunnara li jkun qed jittrasferixxi t-tonn għandu jiżgura li l-attivitajiet tat-trasferiment jiġu mmonitorjati permezz ta' vidjokamera fl-ilma sabiex jiġi vverifikat l-għadd ta' ħut li jkun qed jiġi ttrasferit. L-istandards minimi u l-proċeduri għar-reġistrazzjoni bil-vidjokamera għandhom ikunu skont l-Anness IX.

2.   Kull Stat Membru li huwa responsabbli għall-bastiment, għat-tunnara jew għall-irziezet tat-tonn għandu jiżgura li r-reġistrazzjonijiet bil-vidjokamera msemmija fil-paragrafu 1 jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-ispetturi u tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT.

3.   Kull Stat Membru li huwa responsabbli għall-bastiment, għat-tunnara jew għall-irziezet tat-tonn għandu jiżgura li r-reġistrazzjonijiet bil-vidjo msemmija fil-paragrafu 1 jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-ispetturi u tal-osservaturi nazzjonali tal-Unjoni.

4.   Kull Stat Membru li huwa responsabbli għall-bastiment, għat-tunnara jew għall-irziezet tat-tonn għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jevita kull tibdil, editjar jew manipulazzjoni tar-reġistrazzjoni oriġinali bil-vidjokamera.

Artikolu 36

Verifika mill-osservaturi reġjonali tal-ICCAT u t-tnedija u t-twettiq ta' investigazzjoni

1.   L-osservaturi reġjonali tal-ICCAT abbord il-bastiment tal-qbid jew preżenti fil-post fejn tinsab it-tunnara, kif imsemmi fl-Artikolu 51 u l-Anness VII, għandhom jirreġistraw l-attivitajiet ta' trasferiment imwettqin u jagħmlu rapport dwarhom, josservaw il-qabdiet ittrasferiti u jagħmlu stima tagħhom, u jivverifikaw l-entrati li saru fl-awtorizzazzjoni tat-trasferiment minn qabel imsemmija fl-Artikolu 33 u fid-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT imsemmija fl-Artikolu 38.

2.   F'każijiet fejn ikun hemm differenza ta' aktar minn 10 % fl-għadd tal-istimi tal-qabda magħmulin mill-osservatur reġjonali tal-ICCAT, mill-awtoritajiet ta' kontroll rilevanti u/jew mill-kaptan tal-bastiment tal-qbid jew mir-rappreżentant tat-tunnara, jew meta r-reġistrazzjoni bil-vidjokamera ma tkunx ta' kwalità tajba biżżejjed jew ma tkunx ċara biżżejjed biex isiru t-tali stimi, l-Istat Membru responsabbli għall-bastiment tal-qbid, għar-razzett tat-tonn jew għat-tunnara għandu jniedi investigazzjoni dwar dan li għandha tintemm qabel il-ħin tat-tqegħid fil-gaġeġ fir-razzett tat-tonn jew fi kwalunkwe każ fi żmien 96 siegħa minn meta titnieda. Sakemm joħorġu r-riżultati ta' dik l-investigazzjoni, ma għandux jiġi awtorizzat it-tqegħid fil-gaġeġ u t-taqsima tal-qabdiet fid-dokument dwar il-qabdiet tat-tonn (“BCD”) ma għandhiex tiġi vvalidata.

3.   Madankollu, meta r-reġistrazzjoni bil-vidjokamera ma tkunx ta' kwalità tajba biżżejjed jew ma tkunx ċara biżżejjed biex jiġi stmat l-għadd ta' tonn, l-operatur jista' jitlob awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment, tat-tunnara jew tar-razzett tat-tonn biex iwettaq trasferiment ġdid u biex jibgħat ir-reġistrazzjoni korrispondenti bil-vidjokamera lill-osservatur reġjonali tal-ICCAT.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-verifiki mwettqin minn spettur, l-osservaturi reġjonali tal-ICCAT għandhom jiffirmaw id-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT biss meta l-osservazzjonijiet tagħhom ikunu konformi mal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-ICCAT u meta t-tagħrif li jinsab fid-dikjarazzjoni tat-trasferiment ikun konsistenti mal-osservazzjonijiet tagħhom, inkluża reġistrazzjoni konformi bil-vidjokamera, kif meħtieġ skont l-Artikolu 35(1). Huma għandhom jiffirmaw dik id-dikjarazzjoni b'isem miktub b'mod ċar u b'numru ċar tal-ICCAT.

5.   L-osservaturi reġjonali tal-ICCAT għandhom jivverifikaw ukoll li d-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT tintbagħat lill-kaptan tal-bastiment tal-irmunkar jew lir-rappreżentant tar-razzett tat-tonn jew tat-tunnara.

Artikolu 37

Miżuri biex jiġu stmati l-għadd u l-piż ta' tonn li għandu jitqiegħed fil-gaġeġ

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri u l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex ikomplu jeżaminaw il-metodi biex itejbu l-istimi kemm tal-għadd ta' tonn u kemm tal-piż tiegħu fil-mument tal-qabda tiegħu u tat-tqegħid tiegħu fil-gaġeġ. Kull Stat Membru għandu jirraporta dwar il-miżuri li jkun ħa sat-22 ta' Awwissu ta' kull sena lill-Kummissjoni li għandha tibgħat dawn ir-rapporti lill-SCRS.

Artikolu 38

Dikjarazzjoni ta' trasferiment

1.   Il-kaptani tal-bastimenti tal-qbid jew tal-irmunkar jew l-operaturi tat-tunnari jew tal-irziezet tat-tonn għandhom, meta tintemm l-attività ta' trasferiment, jimlew id-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT u jibagħtuha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tagħhom, f'konformità mal-format stipulat fl-Anness IV.

2.   Il-formoli tad-dikjarazzjoni ta' trasferiment għandhom jiġu nnumerati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għall-bastimenti, għall-irziezet tat-tonn jew għat-tunnari li minnhom joriġinaw it-trasferimenti. Is-sistema ta' numerar għandha tinkludi l-kodiċi bi tliet ittri tal-Istat Membru, segwit mill-erba' numri li juru s-sena u tliet numri sekwenzjali segwiti mit-tliet ittri “ITD” (SM-20**/xxx/ITD).

3.   Id-dikjarazzjoni oriġinali tat-trasferiment għandha takkumpanja t-trasferiment tal-ħut. Kopja tad-dikjarazzjoni għandha tinżamm mill-kaptan tal-bastiment tal-qbid, l-operatur tat-tunnara, il-kaptan tal-bastiment tal-irmunkar jew l-operatur tar-razzett tat-tonn.

4.   Il-kaptani tal-bastimenti li jkunu qed iwettqu l-attivitajiet ta' trasferiment (inklużi l-bastimenti tal-irmunkar) għandhom jirrappurtaw l-attivitajiet tagħhom skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 39

Atti ta' implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-attivitajiet ta' trasferiment imsemmija fl-Artikoli 33 sa 38 u l-Annessi msemmija f'dawk l-Artikoli. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 59(2).

TAQSIMA 5

Attivitajiet ta' tqegħid fil-gaġeġ

Artikolu 40

Awtorizzazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ

1.   Qabel ma tibda kull attività ta' tqegħid fil-gaġeġ, għandu jiġi pprojbit li jiġu mmażżrati gaġeġ tat-trasport f'żona ta' 0,5 mil nawtiku mill-faċilitajiet tar-razzett tat-tonn.

2.   Qabel kwalunkwe attività ta' tqegħid fil-gaġeġ, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għar-razzett tat-tonn għandha tgħarraf lill-Istat Membru jew lill-PKK responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara bil-kwantitajiet tal-ħut maqbuda minn dak il-bastiment tal-qbid jew f'dik it-tunnara u għandha titlobhom awtorizzazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ.

3.   L-attività ta' tqegħid fil-gaġeġ ma għandhiex tibda qabel ma tingħata awtorizzazzjoni minn qabel għal dan mingħand:

(a)

l-Istat Membru jew il-PKK responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara; jew

(b)

l-Istat Membru jew il-PKK responsabbli għar-razzett tat-tonn jekk ikun hemm qbil dwar dan fost l-Istati Membri involuti jew mal-PKK tal-bandiera involuta.

4.   L-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ għandha tingħata jew tiġi rrifjutata mill-Istat Membru jew il-PKK responsabbli għall-bastiment tal-qbid, għat-tunnara jew, jekk ikun applikabbli, għar-razzett tat-tonn, fi żmien jum ta' xogħol minn meta ssir it-talba u minn meta jintbagħat it-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 2. Jekk l-Istat Membru jew il-PKK responsabbli għar-razzett tat-tonn ma jirċievu l-ebda tweġiba mill-Istat Membru jew il-PKK responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara fi żmien jum ta' xogħol, huma jistgħu jagħtu l-awtorizzazzjoni tagħhom biex il-ħut jitqiegħed fil-gaġeġ.

5.   It-tonn għandu jitqiegħed fil-gaġeġ qabel il-15 ta' Awwissu, sakemm l-Istat Membru jew il-PKK responsabbli għar-razzett tat-tonn li jkun qed jirċievi l-ħut ma jipprovdix raġunijiet iġġustifikati kif xieraq għal dan. Dawn ir-raġunijiet għandhom jingħataw mar-rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ.

Artikolu 41

Ċaħda tal-awtorizzazzjoni ta' tqegħid fil-gaġeġ

1.   L-Istat Membru responsabbli għall-bastiment tal-qbid, għat-tunnara jew, jekk ikun applikabbli, għar-razzett tat-tonn, għandu jirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta' tqegħid fil-gaġeġ, jekk, malli jirċievi t-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 40(2), huwa jqis li:

(a)

il-bastiment tal-qbid jew it-tunnara li ġie ddikjarat li qabdu l-ħut ma kellhomx kwota biżżejjed għat-tonn li tqiegħed fil-gaġġa;

(b)

l-operatur tal-bastiment tal-qbid jew tat-tunnara ma rrappurtax kif suppost il-kwantità tal-ħut jew li din il-kwantità ma tqisitx għall-kalkolu tal-kwota applikabbli; jew

(c)

il-bastiment tal-qbid jew it-tunnara li ġie ddikjarat li qabdu l-ħut mhumiex awtorizzati jistadu għat-tonn.

2.   Jekk it-tqegħid fil-gaġeġ ma jiġix awtorizzat, l-Istat Membru jew il-PKK responsabbli għall-bastiment tal-qbid għandu/ha j/titlob lill-Istat Membru jew lill-PKK responsabbli għar-razzett tat-tonn, biex j/tissekwestra l-qabdiet u j/titlaq il-ħut il-baħar billi j/toħroġ ordni ta' rilaxx.

3.   Malli jirċievi l-ordni ta' rilaxx, l-operatur tar-razzett tat-tonn għandu jitlaq il-ħut il-baħar skont l-Anness XI.

Artikolu 42

Dokumentazzjoni dwar il-qabdiet tat-tonn

L-Istati Membri li huma responsabbli għall-irziezet tat-tonn għandhom jipprojbixxu kwalunkwe tqegħid fil-gaġeġ, għall-finijiet tat-trobbija, ta' tonn li ma jkollux miegħu d-dokumentazzjoni meħtieġa mill-ICCAT skont ir-Regolament (UE) Nru 640/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18). Id-dokumentazzjoni għandha tkun preċiża, kompluta u trid tkun ġiet ikkonfermata u vvalidata mill-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-PKK tal-bastimenti tal-qbid jew tat-tunnari.

Artikolu 43

Spezzjonijiet

L-Istati Membri li huma responsabbli għall-irziezet tat-tonn għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jispezzjonaw kull attività ta' tqegħid fil-gaġeġ li ssir fl-irziezet tat-tonn.

Artikolu 44

Monitoraġġ permezz ta' vidjokamera

1.   Kull Stat Membru responsabbli għall-irziezet tat-tonn għandu jiżgura li l-attivitajiet ta' tqegħid fil-gaġeġ jiġu mmonitorjati permezz ta' vidjokamera fl-ilma. Għandha ssir reġistrazzjoni bil-vidjokamera għal kull attività ta' tqegħid fil-gaġeġ skont l-Anness IX.

2.   Kull Stat Membru responsabbli għall-irziezet tat-tonn għandu jiżgura li r-reġistrazzjonijiet bil-vidjokamera msemmija fil-paragrafu 1 jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-ispetturi u tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT.

3.   Kull Stat Membru responsabbli għall-irziezet tat-tonn għandu jiżgura li r-reġistrazzjonijiet bil-vidjokamera msemmija fil-paragrafu 1 jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-ispetturi u tal-osservaturi nazzjonali tal-Unjoni.

4.   Kull Stat Membru responsabbli għall-irziezet tat-tonn għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jevita kull tibdil, editjar jew manipulazzjoni tar-reġistrazzjoni oriġinali bil-vidjokamera.

Artikolu 45

Tnedija u twettiq ta' investigazzjonijiet

1.   Fejn ikun hemm differenza ta' aktar minn 10 % fl-għadd tat-tonn stmat mill-osservatur reġjonali tal-ICCAT, mill-awtoritajiet ta' kontroll tal-Istat Membru rilevanti jew mill-operatur tar-razzett tat-tonn, l-Istat Membru responsabbli għar-razzett tat-tonn għandu jniedi investigazzjoni dwar dan b'kooperazzjoni mal-Istat Membru jew PKK responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara.

2.   Sakemm joħorġu r-riżultati ta' dik l-investigazzjoni, ma għandux isir ħsad u t-taqsima tat-trobbija tal-BCD ma għandhiex tiġi vvalidata.

3.   L-Istati Membri responsabbli għar-razzett tat-tonn u għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara li jkunu qed iwettqu l-investigazzjonijiet jistgħu jużaw it-tagħrif l-ieħor li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom, inklużi r-riżultati tal-programmi msemmija fl-Artikolu 46, biex itemmu l-investigazzjoni tagħhom.

Artikolu 46

Miżuri u programmi biex jiġu stmati l-għadd u l-piż ta' tonn li għandu jitqiegħed fil-gaġeġ

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri u l-azzjonijiet kollha meħtieġa kif imsemmi fl-Artikolu 37.

2.   Programm li juża sistemi ta' kameras sterjoskopiċi jew tekniki alternattivi li jipprovdu l-istess livell ta' preċiżjoni għandu jkopri 100 % mill-attivitajiet tat-tqegħid fil-gaġeġ sabiex jiġi rfinat l-għadd ta' ħut f'kull attività tat-tqegħid fil-gaġeġ u l-piż tiegħu.

3.   Dak il-programm għandu jiġi implimentat skont il-proċeduri stipulati fit-Taqsima B tal-Anness X.

4.   Ir-riżultati ta' dak il-programm għandhom jiġu kkomunikati lill-Istat Membru responsabbli għar-razzett tat-tonn lill-Istat Membru jew PKK li jkun responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara u lill-Kummissjoni skont it-Taqsima B tal-Anness X. Il-Kummissjoni għandha tibgħathom lis-Segretarjat tal-ICCAT li għandu jibgħathom lill-osservatur reġjonali tal-ICCAT.

5.   F'każ li r-riżultati tal-programm juru li l-kwantitajiet tat-tonn li jkun qed jitqiegħed fil-gaġeġ ikunu jvarjaw mill-kwantitajiet tat-tonn iddikjarati bħala maqbudin u ttrasferiti, l-Istat Membru responsabbli għar-razzett tat-tonn għandu jniedi investigazzjoni dwar dan b'kooperazzjoni mal-Istat Membru jew PKK responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara. Jekk l-investigazzjoni ma tintemmx fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta jkunu ntbagħtu r-riżultati msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu jew jekk l-eżitu tal-investigazzjoni juri li l-għadd tat-tonn jew il-piż medju tiegħu huwa aktar minn dak iddikjarat bħala maqbud u ttrasferit, l-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-PKK tal-bandiera tal-bastiment tal-qbid jew tat-tunnara għandhom joħorġu ordni ta' rilaxx għall-ammont żejjed li għandu jiġi rrilaxxat skont il-proċeduri stabbiliti fl-Anness XI.

6.   F'konformità mal-proċeduri stipulati fil-punt 3 tat-Taqsima B tal-Anness X u wara r-rilaxx, jekk dan ikun applikabbli, il-kwantitajiet li joħorġu mill-programm għandhom jintużaw biex:

(a)

jiġu stabbiliti ċ-ċifri aħħarin tal-qabda li għandhom jitnaqqsu mill-kwota nazzjonali;

(b)

dawn iċ-ċifri jitniżżlu fid-dikjarazzjonijiet dwar it-tqegħid fil-gaġeġ u fit-taqsimiet rilevanti tal-BCD.

7.   Kull Stat Membru responsabbli għall-irziezet tat-tonn għandu jibgħat rapport lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati ta' dawn il-programmi sat-30 ta' Awwissu ta' kull sena u din għandha tibgħat dawn ir-rapporti lill-SCRS.

8.   It-trasferiment ta' tonn ħaj minn ġo gaġġa tat-trobbija tal-ħut għal ġo gaġġa oħra tat-trobbija tal-ħut ma għandux iseħħ jekk ma jkunx hemm l-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet ta' kontroll tal-Istat li huwa responsabbli għar-razzett tat-tonn għal dan u jekk dawn l-awtoritajiet ma jkunux preżenti waqt it-trasferiment.

9.   Jekk ikun hemm differenza ta' 10 % jew iktar bejn il-kwantitajiet tat-tonn iddikjarati bħala maqbudin mill-bastiment/it-tunnara u l-kwantitajiet stabbiliti permezz tal-kameras ta' kontroll, kif imsemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 45, dan għandu jikkostitwixxi nonkonformità potenzjali min-naħa tal-bastiment/it-tunnara ikkonċernati u l-Istati Membri għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw segwitu xieraq.

Artikolu 47

Rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ

1.   Fi żmien ġimgħa minn meta titlesta l-attività tat-tqegħid fil-gaġeġ, l-Istat Membru responsabbli għar-razzett tat-tonn għandu jibgħat rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ li jkun fih l-elementi stipulati fit-Taqsima B tal-Anness X lill-Istat Membru jew lill-PKK tal-bastimenti li jkunu qabdu t-tonn jew tat-tunnari li fihom ikun inqabad it-tonn, u lill-Kummissjoni. Ir-rapport għandu jkun fih ukoll it-tagħrif inkluż fid-dikjarazzjoni dwar it-tqegħid fil-gaġeġ kif stipulat fl-Artikolu 4b u fl-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1936/2001. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak ir-rapport lis-Segretarjat tal-ICCAT.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, attività ta' tqegħid fil-gaġeġ ma għandhiex titqies li tkun tlestiet sa ma tiġi konkluża kwalunkwe investigazzjoni li tkun tnediet u, jekk ikun applikabbli, sa ma titlesta kwalunkwe attività tar-rilaxx li dwarha tkun inħarġet ordni.

Artikolu 48

Atti ta' implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-attivitajiet ta' tqegħid fil-gaġeġ imsemmija fl-Artikoli 40 sa 47 u l-Annessi msemmija f'dawk l-Artikoli. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 59(2).

TAQSIMA 6

Monitoraġġ u sorveljanza

Artikolu 49

Sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti

1.   B'deroga mill-Artikolu 9(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, l-obbligu dwar il-VMS għandu japplika għall-bastimenti kollha tal-irmonk u tal-irmunkar inklużi fir-reġistru tal-bastimenti tal-ICCAT imsemmi fl-Artikolu 20(6) ta' dan ir-Regolament, irrispettivament mit-tul tagħhom.

2.   Il-bastimenti tas-sajd ta' iktar minn 15-il metru li huma inklużi fil-lista ta' bastimenti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 20(1) jew fil-lista ta' bastimenti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 20(1) għandhom jibdew jibagħtu d-dejta tal-VMS lill-ICCAT tal-inqas 15-il jum qabel ma jiftaħ l-istaġun tas-sajd u għandhom ikomplu jibagħtu dik id-dejta tal-inqas għal 15-il jum wara li jintemm l-istaġun tas-sajd, sakemm ma tintbagħatx talba minn qabel lill-Kummissjoni biex il-bastiment jitneħħa mir-reġistru tal-bastimenti tal-ICCAT.

3.   Għall-finijiet ta' kontroll, it-trażmissjoni tad-dejta tal-VMS mill-bastimenti tal-qbid li huma awtorizzati jistadu b'mod attiv għat-tonn ma għandhiex tiġi interrotta meta l-bastimenti jkunu fil-port.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-Ċentri tal-Monitoraġġ tas-Sajd tagħhom jgħaddu lill-Kummissjoni u lil Korp magħżul minnha, f'ħin reali u billi jużaw il-format “https data feed”, il-messaġġi tal-VMS li jaslu mill-bastimenti tas-sajd li jtajjru l-bandiera tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dawn il-messaġġi b'mod elettroniku lis-Segretarjat tal-ICCAT.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

il-messaġġi tal-VMS mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom jintbagħtu lill-Kummissjoni tal-inqas kull sagħtejn;

(b)

f'każ ta' ħsara teknika fil-VMS, il-messaġġi alternattivi mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom li jaslu skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 jintbagħtu lill-Kummissjoni fi żmien 24 siegħa minn meta jaslu fiċ-Ċentri tal-Monitoraġġ tas-Sajd tagħhom;

(c)

il-messaġġi li jintbagħtu lill-Kummissjoni jingħataw numru sekwenzjali (b'identifikatur uniku) sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni;

(d)

il-messaġġi li jintbagħtu lill-Kummissjoni jkunu f'konformità mal-Artikolu 24(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011.

6.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-messaġġi kollha li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-bastimenti ta' spezzjoni tiegħu jiġu ttrattati b'mod kunfidenzjali u jkunu limitati biss għall-attivitajiet ta' spezzjoni fuq il-baħar.

Artikolu 50

Programm ta' osservaturi nazzjonali

1.   Għall-bastimenti li jistadu b'mod attiv għat-tonn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-osservaturi nazzjonali jkopru tal-inqas il-livelli li ġejjin tagħhom, f'perċentwali:

(a)

20 % tal-bastimenti tat-tkarkir tagħhom użati għas-sajd għall-ħut pelaġiku (li fihom aktar minn 15-il metru);

(b)

20 % tal-bastimenti tas-sajd bil-konz tagħhom (li fihom aktar minn 15-il metru);

(c)

20 % tad-dgħajjes tas-sajd bil-qasba tagħhom (li fihom aktar minn 15-il metru);

(d)

100 % tal-bastimenti tal-irmunkar;

(e)

100 % tal-attivitajiet tal-ħsad mit-tunnari.

2.   L-Istati Membri għandhom joħorġu lill-osservaturi nazzjonali dokument uffiċjali ta' identifikazzjoni.

3.   Il-kompiti tal-osservaturi nazzjonali għandhom ikunu, b'mod partikolari, li:

(a)

jimmonitorjaw il-konformità tal-bastimenti tas-sajd u tat-tunnari ma' dan ir-Regolament;

(b)

jirreġistraw l-attivitajiet tas-sajd u jagħmlu rapporti dwarhom li għandhom jinkludu dan li ġej:

(i)

l-ammont ta' ħut maqbud (inklużi l-qabdiet aċċessorji) li jinkludi wkoll it-tqassim tal-ispeċijiet, bħal dawk miżmuma abbord jew skartati mejtin jew ħajjin,

(ii)

il-latitudni u l-lonġitudni taż-żona fejn inqabad il-ħut;

(iii)

il-kejl tal-isforz (bħan-numru ta' settijiet u n-numru ta' snanar) kif iddefinit mill-ICCAT fil-manwal tagħha tal-qasam għall-irkapti differenti,

(iv)

id-data meta nqabad il-ħut;

(c)

josserva l-qabdiet u jagħmel stima tagħhom u jivverifika d-dejta mdaħħla fil-ġurnal ta' abbord;

(d)

josservaw u jirreġistraw il-bastimenti li jistgħu jkunu qed jistadu b'mod li jikser il-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni tal-ICCAT.

4.   L-osservaturi nazzjonali għandhom iwettqu wkoll ħidma xjentifika, bħall-ġbir ta' data tat-Task II kif iddefinit mill-ICCAT, meta dan ikun meħtieġ mill-ICCAT, abbażi tal-istruzzjonijiet mogħtija mill-SCRS.

5.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 4, kull Stat Membru għandu wkoll jiżgura:

(a)

li l-osservaturi nazzjonali jkunu preżenti b'mod rappreżentattiv mil-lat temporali u spazjali fuq il-bastimenti u t-tunnari tiegħu, sabiex ikun żgurat li l-Kummissjoni tirċievi dejta u tagħrif xierqa u adegwati dwar il-qabdiet u l-isforz u dwar aspetti xjentifiċi u ta' ġestjoni oħrajn, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-flotot u tal-attivitajiet tas-sajd;

(b)

li jkun hemm protokolli sodi tal-ġbir tad-dejta;

(c)

li l-osservaturi nazzjonali jkunu mħarrġa u approvati kif suppost qabel ma jintbagħtu fuq ħidma;

(d)

sa fejn ikun possibbli, tfixkil mill-inqas għall-ħidma tat-tunnari u tal-bastimenti tas-sajd li jkunu qed jistadu fiż-żona tal-Konvenzjoni.

6.   Id-data u t-tagħrif li jinġabru permezz tal-programm ta' osservaturi ta' kull Stat Membru għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sal-15 ta' Lulju ta' kull sena. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik id-dejta u dak it-tagħrif lill-SCRS u lis-Segretarjat tal-ICCAT, kif xieraq.

Artikolu 51

Programm ta' osservaturi reġjonali tal-ICCAT

1.   Il-Programm ta' osservaturi reġjonali tal-ICCAT kif stipulat fil-paragrafi 2 sa 6 u kif speċifikat ulterjorment fl-Anness VII għandu japplika fl-Unjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li osservatur reġjonali tal-ICCAT ikun preżenti:

(a)

fuq kull bastiment tas-sajd bil-purse seine li huwa awtorizzat jistad għat-tonn;

(b)

waqt kull trasferiment tat-tonn minn fuq il-bastimenti tas-sajd bil-purse seine;

(c)

waqt kull trasferiment tat-tonn minn ġot-tunnari għal ġol-gaġeġ tat-trasport;

(d)

matul kull trasferiment minn razzett tat-tonn għal ieħor;

(e)

waqt kull attività ta' tqegħid fil-gaġeġ tat-tonn fl-irziezet tat-tonn;

(f)

waqt il-ħsad kollu tat-tonn mill-irziezet tat-tonn.

3.   Il-bastimenti tas-sajd bil-purse seine li ma jkollhomx osservatur reġjonali tal-ICCAT abbord ma għandhomx jiġu awtorizzati jistadu għat-tonn jew joperaw f'dan il-qasam.

4.   L-Istati Membri li jkunu responsabbli għall-irziezet tat-tonn għandhom jiżguraw li jkun hemm osservatur reġjonali tal-ICCAT preżenti waqt kull attività ta' tqegħid fil-gaġeġ u waqt il-ħsad kollu tal-ħut minn dawk l-irziezet tat-tonn.

5.   Il-kompiti tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT għandhom ikunu, b'mod partikolari, li:

(a)

josservaw u jimmonitorjaw l-attivitajiet tas-sajd u tat-trobbija tal-ħut isiru f'konformità mal-miżuri rilevanti ta' konservazzjoni u ġestjoni tal-ICCAT;

(b)

jiffirmaw id-dikjarazzjonijiet tat-trasferiment tal-ICCAT imsemmija fl-Artikolu 38, ir-rapporti dwar it-tqegħid fil-gaġeġ imsemmija fl-Artikolu 47 u l-BCDs meta dawn jaqblu li t-tagħrif mogħti fihom huwa konsistenti mal-osservazzjonijiet tagħhom;

(c)

iwettqu ħidma xjentifika, bħall-ġbir ta' kampjuni, kif meħtieġ mill-ICCAT, abbażi tal-istruzzjonijiet mogħtija mill-SCRS.

6.   L-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li l-kaptani, l-ekwipaġġ u s-sidien tal-irziezet tat-tonn, tat-tunnari u tal-bastimenti ma jfixklux, jintimidaw, jindaħlu, jinfluwenzaw, jikkorrompu jew jippruvaw jikkorrompu lill-osservaturi reġjonali tal-ICCAT fil-qadi ta' dmirijiethom.

TAQSIMA 7

Spezzjonijiet u kontroverifiki

Artikolu 52

Skema tal-ICCAT ta' Spezzjoni Internazzjonali Konġunta

1.   L-iskema tal-ICCAT ta' spezzjoni internazzjonali konġunta (“l-iskema ICCAT”) stipulata fl-Anness VIII għandha tapplika fl-Unjoni.

2.   L-Istati Membri li l-bastimenti tas-sajd tagħhom huma awtorizzati jistadu għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran għandhom jaħtru spetturi u jwettqu spezzjonijiet fuq il-baħar fil-kuntest tal-iskema tal-ICCAT.

3.   Jekk, fi kwalunkwe ħin, ikun hemm iktar minn 15-il bastiment tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru partikolari li jkunu qed iwettqu attivitajiet tas-sajd għat-tonn fiż-żona tal-Konvenzjoni, dak l-Istat Membru għandu jibgħat bastiment ta' spezzjoni għall-finijiet tal-ispezzjoni u l-kontroll fuq il-baħar fiż-żona tal-Konvenzjoni għall-perijodu kollu li matulu dawk il-bastimenti jkunu hemmhekk. Dak l-obbligu għandu jitqies li jkun tħares f'każijiet fejn l-Istati Membri jikkooperaw biex jibagħtu bastiment ta' spezzjoni jew f'każijiet fejn jintbagħat bastiment ta' spezzjoni tal-Unjoni fiż-żona tal-Konvenzjoni.

4.   Il-Kummissjoni jew korp magħżul minnha jista' jaħtar spetturi tal-Unjoni għall-iskema tal-ICCAT.

5.   Il-Kummissjoni jew korp magħżul minnha għandu jikkoordina l-attivitajiet ta' sorveljanza u ta' spezzjoni għall-Unjoni. Flimkien mal-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni tista' tfassal programmi ta' spezzjoni konġunta biex l-Unjoni tkun tista' twettaq l-obbligu tagħha fil-kuntest tal-iskema tal-ICCAT. L-Istati Membri li l-bastimenti tas-sajd tagħhom ikunu qed jistadu għat-tonn għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta' dawk il-programmi, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda r-riżorsi umani u materjali meħtieġa u l-perijodi meta dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw u ż-żoni ġeografiċi fejn dawn għandhom jintużaw.

6.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni sal-1 ta' April ta' kull sena, bl-ismijiet tal-ispetturi u tal-bastimenti ta' spezzjoni li beħsiebhom jassenjaw għall-iskema tal-ICCAT matul is-sena. Permezz ta' dan it-tagħrif, il-Kummissjoni għandha tfassal, f'kollaborazzjoni mal-Istati Membri, pjan għall-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-iskema tal-ICCAT kull sena, li hija għandha tibgħat lis-Segretarjat tal-ICCAT u lill-Istati Membri.

Artikolu 53

Trasmissjoni tal-pjanijiet ta' spezzjoni

1.   Sal-31 ta' Jannar ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-pjanijiet ta' spezzjoni tagħhom lill-Kummissjoni. Il-pjanijiet ta' spezzjoni għandhom jiġu stabbiliti skont:

(a)

l-objettivi, il-prijoritajiet u l-proċeduri kif ukoll il-parametri referenzjarji għall-attivitajiet ta' spezzjoni stipulati fil-Programm ta' kontroll u spezzjoni speċifiku għat-tonn tal-Lvant tal-Atlantiku u tal-Mediterran stabbilit skont l-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(b)

il-Programm ta' azzjoni nazzjonali għall-kontroll għat-tonn tal-Lvant tal-Atlantiku u tal-Mediterran stabbilit skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiġbor il-pjanijiet nazzjonali ta' spezzjoni u tintegrahom fil-pjan ta' spezzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak il-pjan lis-Segretarjat tal-ICCAT biex l-ICCAT tkun tista' tapprovah, flimkien mal-pjanijiet imsemmija fl-Artikolu 6(1).

Artikolu 54

Spezzjonijiet f'każ ta' ksur

1.   L-Istat Membru tal-bandiera għandu jieħu azzjoni skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jekk bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu jkun:

(a)

naqas milli jirrapporta dak li hu mitlub minnu skont l-Artikoli 25 u 26; jew

(b)

kiser id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, l-Artikoli 89 sa 93 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jew il-Kapitolu IX tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.

2.   L-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li ssir spezzjoni fiżika taħt l-awtorità tiegħu fil-portijiet tiegħu jew minn persuna oħra maħtura minnu meta l-bastiment ma jkunx jinsab f'wieħed mill-portijiet tiegħu.

Artikolu 55

Kontro-verifika

1.   Kull Stat Membru għandu jivverifika, inkluż bl-użu tar-rapporti ta' spezzjoni, tar-rapporti tal-osservaturi u tad-dejta tal-VMS, il-preżentazzjoni tal-ġurnali ta' abbord u tat-tagħrif rilevanti rreġistrat fil-ġurnali ta' abbord tal-bastimenti tas-sajd tiegħu, id-dokumenti dwar it-trasferiment jew it-trasbord u l-BCDs, skont l-Artikolu 109 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009.

2.   Kull Stat Membru għandu jwettaq kontro-verifiki fuq il-ħatt l-art, it-trasbord u t-tqegħid kollu fil-gaġeġ bejn il-kwantitajiet irreġistrati skont l-ispeċi fil-ġurnal ta' abbord tal-bastiment tas-sajd jew il-kwantitajiet irreġistrati skont l-ispeċi fid-dikjarazzjoni tat-trasferiment jew tat-trasbord u l-kwantitajiet irreġistrati fid-dikjarazzjoni ta' ħatt l-art jew tat-tqegħid fil-gaġeġ, u fi kwalunkwe dokument rilevanti ieħor, bħal fattura u/jew noti tal-bejgħ, f'konformità mal-Artikolu 109 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

TAQSIMA 8

Kummerċjalizzazzjoni

Artikolu 56

Miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (KE) Nru 1224/2009, (KE) Nru 1005/2008 u r-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19), għandu jkun ipprojbit fl-Unjoni l-kummerċ, il-ħatt l-art, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tqegħid fil-gaġeġ għall-finijiet tat-tismin jew tat-trobbija, l-esportazzjoni mill-ġdid u t-trasbord tat-tonn li ma jkollux miegħu d-dokumentazzjoni preċiża, kompluta u vvalidata imniżżla f'dan ir-Regolament, fir-Regolament (UE) Nru 640/2010 u fl-Artikolu 4b tar-Regolament (KE) Nru 1936/2001.

2.   Għandu jkun ipprojbit fl-Unjoni l-kummerċ, l-importazzjoni, ħatt l-art, it-tqegħid fil-gaġeġ għall-finijiet tat-tismin jew tat-trobbija, l-ipproċessar, l-esportazzjonijiet, l-esportazzjonijiet mill-ġdid u t-trasbord tal-Unjoni tat-tonn, jekk:

(a)

it-tonn ikun inqabad minn bastimenti tas-sajd jew f'tunnari li l-Istat tal-bandiera tagħhom ma jkollux kwota, limitu fuq il-qbid jew sforz tas-sajd allokat għalih għat-tonn tal-Lvant tal-Atlantiku u tal-Mediterran, skont it-termini tal-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni tal-ICCAT; jew

(b)

it-tonn ikun inqabad minn bastimenti tas-sajd jew f'tunnari li l-kwoti individwali tagħhom ikunu eżawriti jew li l-Istat tagħhom ikun eżawrixxa l-opportunitajiet tas-sajd tiegħu.

3.   Mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (KE) Nru 1224/2009, (KE) Nru 1005/2008 u (UE) Nru 1379/2013, għandu jkun ipprojbit fl-Unjoni l-kummerċ, l-importazzjonijiet, il-ħatt l-art, l-ipproċessar u l-esportazzjonijiet tat-tonn mill-irziezet tat-trobbija u tat-tismin tal-ħut li ma jkunux konformi mar-Regolamenti msemmija fil-paragrafu 1.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 57

Evalwazzjoni

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni sal-15 ta' Settembru kull sena rapport iddettaljat dwar l-implimentazzjoni tagħhom ta' dan ir-Regolament. Abbażi tat-tagħrif li l-Istati Membri jkunu bagħtulha, il-Kummissjoni għandha tibgħat sal-15 ta' Ottubru kull sena rapport iddettaljat lis-Segretarjat tal-ICCAT dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni 14-04 tal-ICCAT.

Artikolu 58

Finanzjament

Għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), il-pjan pluriennali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran għandu jitqies li huwa pjan pluriennali fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Artikolu 59

Implimentazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura stabbilit bl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 60

Revoka

1.   Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 b'dan qed jitħassar.

2.   Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni mogħtija fl-Anness XIII.

Artikolu 61

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta' Settembru 2016.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

I. KORČOK


(1)  ĠU C 383, 17.11.2015, p. 100.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2016 (għadha ma ġietx ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2016.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(4)  Il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-tonn tal-Atlantiku (ĠU L 162, 18.6.1986, p. 34).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1559/2007 tas-17 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-irkupru tat-Tonn fl-Atlantiku tal-Lvant u fil-Mediterran u li temenda r-Regolament (KE) Nru 520/2007 (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 8).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 tas-6 ta' April 2009 li jistabbilixxi pjan multi-annwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 43/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1559/2007 (ĠU L 96, 15.4.2009, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 500/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 dwar pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran (ĠU L 157, 16.6.2012, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 544/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 dwar pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran (ĠU L 163, 29.5.2014, p. 7).

(9)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/98 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, taħt il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku u tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (ĠU L 16, 23.1.2015, p. 23).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(11)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

(12)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1).

(13)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).

(14)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/156/UE tad-19 ta' Marzu 2014 li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, u tal-pixxispad fil-Mediterran u għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tas-sardin u l-inċova fil-Baħar Adrijatiku tat-Tramuntana (ĠU L 85, 21.3.2014, p. 15).

(15)  Ir-Rapport tal-laqgħa Inter-sessjonali tal-Kumitat dwar il-Konformità (Madrid, Spanja, Frar 24 sa 26, 2010), punt 5 u Appendiċi 3 tal-Anness 4.2.

(16)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta' Diċembru 2003 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 25).

(17)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001 tas-27 ta' Settembru 2001 li jistabbilixxi miżuri ta' kontroll applikabbli għas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut li jpassi ħafna (ĠU L 263, 3.10.2001, p. 1).

(18)  Ir-Regolament (UE) Nru 640/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 li jistabbilixxi programm ta' dokumentazzjoni tal-qbid għat-tonn Thunnus thynnus u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1984/2003 (ĠU L 194, 24.7.2010, p. 1).

(19)  Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).

(20)  Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).


ANNESS I

Kondizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-każijiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 14(2)

1.

Minbarra d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9(3), l-għadd massimu ta' dgħajjes tas-sajd bil-qasba u ta' dgħajjes tas-sajd bir-rixa li huma awtorizzati jistadu għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku bil-kondizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għad-deroga msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 14(2) huwa stabbilit għall-għadd ta' bastimenti tal-qbid tal-Unjoni li jkunu ħadu sehem fis-sajd dirett għat-tonn fl-2006.

2.

Minbarra d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9(3), l-għadd massimu ta' bastimenti tal-qbid li huma awtorizzati jistadu għat-tonn fil-baħar Adrijatiku għall-finijiet tat-trobbija tal-ħut bil-kondizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għad-deroga msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 14(2) huwa stabbilit għall-għadd ta' bastimenti tal-qbid tal-Unjoni li jkunu ħadu sehem fis-sajd dirett għat-tonn fl-2008. Għal dak l-għan, għandu jiġi kkunsidrat l-għadd ta' bastimenti tal-qbid Kroati li ħadu sehem fis-sajd dirett għat-tonn fl-2008.

3.

Minbarra d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9(3), l-għadd massimu ta' dgħajjes tas-sajd bil-qasba, ta' bastimenti tas-sajd bil-konz u ta' dgħajjes tas-sajd bix-xlief li huma awtorizzati jistadu għat-tonn fil-Mediterran bil-kondizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għad-deroga msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 14(2) huwa stabbilit għall-għadd ta' bastimenti tal-qbid tal-Unjoni li jkunu ħadu sehem fis-sajd dirett għat-tonn fl-2008.

4.

L-għadd massimu ta' bastimenti tal-qbid stabbilit skont il-punti 1, 2 u 3 ta' dan l-Anness għandu jiġi allokat fost l-Istati Membri skont it-TFUE u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

5.

Mhux aktar minn 7 % tal-kwota tal-Unjoni għat-tonn ta' bejn 8 kg jew 75 cm u 30 kg jew 115-il cm għandu jiġi allokat fost il-bastimenti tal-qbid awtorizzati msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 14(2) u fil-punt 1 ta' dan l-Anness. Dik il-kwota għandha tiġi allokata fost l-Istati Membri skont it-TFUE u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

6.

B'deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 14(2), fil-limitu tal-kwota ta' 7 % msemmija fil-punt 5 ta' dan l-Anness, jistgħu jiġu allokati sa 100 tunnellata għall-qbid ta' tonn ta' mhux anqas minn 6,4 kg jew 70 cm minn dgħajjes tas-sajd bil-qasba ta' inqas minn 17-il metru.

7.

L-allokazzjoni massima tal-kwota tal-Unjoni fost l-Istati Membri għas-sajd bil-kondizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għad-deroga msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 14(2) u l-punt 2 ta' dan l-Anness għandha tiġi stabbilita skont it-TFUE u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

8.

Mhux aktar minn 2 % tal-kwota tal-Unjoni għat-tonn ta' bejn 8 kg jew 75 cm u 30 kg jew 115-il cm għandu jiġi allokat fost il-bastimenti tal-qbid awtorizzati msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 14(2) u fil-punt 3 ta' dan l-Anness. Dik il-kwota għandha tiġi allokata fost l-Istati Membri skont it-TFUE u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

9.

Kull Stat Membru li d-dgħajjes tas-sajd bil-qasba tiegħu, il-bastimenti tas-sajd bil-konz tiegħu, id-dgħajjes tas-sajd bix-xlief tiegħu u d-dgħajjes tas-sajd bir-rixa tiegħu huma awtorizzati jistadu għat-tonn skont l-Artikolu 14(2) u dan l-Anness għandu jistabbilixxi r-rekwiżiti li ġejjin għat-tikkettar tad-denb:

(a)

għandhom jitwaħħlu tikketti fuq denb it-tonn kollu maqbud minnufih malli jiġi ttrasbordat;

(b)

kull tikketta mwaħħla fuq denb it-tonn għandu jkollha numru uniku ta' identifikazzjoni li jkun inkluż fid-dokumenti tal-istatistika dwar it-tonn u miktuba fuq barra ta' kull pakkett li jkun fih it-tonn.


ANNESS II

Rekwiżiti tal-ġurnal ta' abbord

A.   BASTIMENTI TAL-QBID

Speċifikazzjonijiet minimi għall-ġurnali ta' abbord tas-sajd:

1.

Kull folja tal-ġurnal ta' abbord għandu jkollha numru.

2.

Il-ġurnal ta' abbord għandu jimtela kuljum (f'nofsillejl) jew qabel il-wasla fil-port.

3.

Il-ġurnal ta' abbord għandu jimtela f'każ ta' spezzjonijiet fuq il-baħar.

4.

Kopja waħda tal-folji għandha tibqa' mehmuża mal-ġurnal ta' abbord.

5.

Il-ġurnali ta' abbord għandhom jinżammu abbord il-bastiment biex ikopru perijodu ta' sena waħda ta' ħidma.

Tagħrif minimu standard għall-ġurnali ta' abbord tas-sajd:

1.

L-isem u l-indirizz tal-kaptan.

2.

Id-dati u l-portijiet tat-tluq u d-dati u l-portijiet tal-wasla.

3.

Isem il-bastiment, in-numru tiegħu fir-reġistru, in-numru tal-ICCAT tiegħu, il-kodiċi internazzjonali tar-radju u n-numru tal-IMO (jekk dan ikun disponibbli).

4.

L-irkaptu tas-sajd:

(a)

il-kodiċi tat-tip tal-FAO;

(b)

il-qisien (pereżempju t-tul, id-daqs tal-malji u l-għadd ta' snanar).

5.

L-attivitajiet fuq il-baħar, b'linja waħda (mill-inqas) għal kull jum tal-vjaġġ, li tkun tinkludi t-tagħrif li ġej:

(a)

l-attività (pereżempju s-sajd jew it-tbaħħir);

(b)

il-pożizzjoni: il-pożizzjonijiet eżatti ta' kuljum (fi gradi u minuti), irreġistrati għal kull attività tas-sajd jew f'nofsinhar meta ma jkun sar l-ebda sajd matul dak il-jum;

(c)

reġistru tal-qabdiet, li jinkludi:

(1)

il-kodiċi tal-FAO,

(2)

il-piż sħiħ (RWT) tal-ħut maqbud kuljum, f'kilogrammi,

(3)

l-għadd ta' ħut maqbud kuljum.

Għall-bastimenti tas-sajd bil-purse seine, dak it-tagħrif għandu jiġi rreġistrat għal kull attività tas-sajd, inklużi dawk li fihom ma jinqabad xejn.

6.

Il-firma tal-kaptan.

7.

Il-mezz tal-użin: stima, użin abbord.

8.

Fil-ġurnal ta' abbord, il-piż tal-ħut għandu jingħata f'ammont li jkun ekwivalenti għall-piż tal-ħut ħaj u għandhom jissemmew il-fatturi ta' konverżjoni użati fl-evalwazzjoni.

Tagħrif minimu għall-ġurnali ta' abbord tas-sajd fil-każ ta' ħatt l-art jew tat-trasbord:

1.

Id-dati ta' ħatt l-art jew tat-trasbord u l-port fejn dan iseħħ.

2.

Il-prodotti:

(a)

l-ispeċijiet u preżentazzjoni tagħhom skont il-kodiċi tal-FAO;

(b)

l-għadd ta' ħut jew ta' kaxxi u l-kwantità f'kilogrammi.

3.

Il-firma tal-kaptan jew tal-aġent tal-bastiment;

4.

Fil-każ tat-trasbord: isem il-bastiment li jkun qed jirċievi l-ħut, il-bandiera tiegħu u n-numru tal-ICCAT tiegħu.

Tagħrif minimu għall-ġurnali ta' abbord tas-sajd fil-każ tat-trasferiment għal ġol-gaġeġ:

1.

Id-data, il-ħin tat-trasferiment u l-pożizzjoni (il-latitudni/il-lonġitudni) fejn dan iseħħ.

2.

Il-prodotti:

(a)

identifikazzjoni tal-ispeċijiet skont il-kodiċi tal-FAO tagħhom;

(b)

l-għadd ta' ħut ittrasferit għal ġol-gaġeġ u l-kwantità tiegħu f'kilogrammi.

3.

Isem il-bastiment tal-irmunkar, il-bandiera tiegħu u n-numru tal-ICCAT tiegħu.

4.

Isem ir-razzett tat-tonn destinatarju u n-numru tal-ICCAT tiegħu.

5.

Fil-każ ta' AKS, minbarra t-tagħrif imniżżel fil-punti 1 sa 4, il-kaptani għandhom jirreġistraw fil-ġurnal ta' abbord tagħhom:

(a)

għall-bastiment tal-qbid li qed jittrasferixxi l-ħut għal ġol-gaġeġ:

l-ammont ta' qabdiet imtella' abbord,

l-ammont ta' qabdiet magħduda għall-ilħuq tal-kwota individwali tiegħu,

l-ismijiet tal-bastimenti l-oħra involuti fl-attività konġunta tas-sajd;

(b)

għall-bastimenti tal-qbid l-oħrajn tal-istess attività konġunta tas-sajd li mhumiex involuti fit-trasferiment tal-ħut:

l-isem ta' dawk il-bastimenti, il-kodiċijiet internazzjonali tar-radju tagħhom u n-numri tal-ICCAT tagħhom,

il-fatt li dawn ma tellgħu abbord l-ebda qabda jew ma ttrasferew l-ebda ħut għal ġol-gaġeġ,

l-ammont ta' qabdiet magħduda għall-ilħuq tal-kwoti individwali tagħhom,

l-isem u n-numru tal-ICCAT tal-bastiment tal-qbid imsemmi fil-punt (a).

B.   BASTIMENTI TAL-IRMUNKAR

1.

Il-kaptan ta' bastiment tal-irmunkar għandu jirreġistra fil-ġurnal ta' abbord ta' kuljum id-data, il-ħin tat-trasferiment u l-pożizzjoni fejn dan iseħħ, il-kwantitajiet ta' ħut ittrasferiti (l-għadd ta' ħut u l-kwantità tiegħu f'kilogrammi), in-numru tal-gaġġa, kif ukoll isem il-bastiment tal-qbid, il-bandiera tiegħu u n-numru tal-ICCAT tiegħu, l-ismijiet tal-bastimenti l-oħra involuti u n-numri tal-ICCAT tagħhom, ir-razzett tat-tonn destinatarju u n-numru tal-ICCAT tiegħu, u n-numru tad-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT.

2.

Trasferimenti oħra tal-ħut għal fuq bastimenti awżiljarji jew għal fuq bastimenti tal-irmunkar għandhom jiġu rrappurtati billi jingħata l-istess tagħrif bħal dak imsemmi fil-punt 1, kif ukoll billi jingħata isem il-bastiment awżiljarju jew isem il-bastiment tal-irmunkar, il-bandiera tiegħu u n-numru tal-ICCAT tiegħu u n-numru tad-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT.

3.

Il-ġurnal ta' abbord ta' kuljum għandu jinkludi d-dettalji tat-trasferimenti kollha mwettqin matul l-istaġun tas-sajd. Il-ġurnal ta' abbord ta' kuljum għandu jinżamm abbord il-bastiment u għandu jkun aċċessibbli fi kwalunkwe ħin għall-finijiet ta' kontroll.

C.   BASTIMENTI AWŻILJARJI

1.

Il-kaptan ta' bastiment awżiljarju għandu jirreġistra l-attivitajiet fil-ġurnal ta' abbord kuljum u għandu jinkludi d-data, il-ħin u l-pożizzjonijiet, il-kwantitajiet ta' tonn imtella' abbord, u isem il-bastiment tas-sajd, ir-razzett tat-tonn jew it-tunnara li hu jkun qed jaħdem magħha.

2.

Il-ġurnal ta' abbord ta' kuljum għandu jinkludi d-dettalji tal-attivitajiet kollha mwettqin matul l-istaġun tas-sajd. Il-ġurnal ta' abbord ta' kuljum għandu jinżamm abbord il-bastiment u għandu jkun aċċessibbli fi kwalunkwe ħin għall-finijiet ta' kontroll.

D.   BASTIMENTI TAL-IPPROĊESSAR

1.

Fil-ġurnal ta' abbord ta' kuljum, il-kaptan ta' bastiment tal-ipproċessar għandu jdaħħal id-data u l-ħin li fihom saru l-attivitajiet u l-pożizzjoni fejn dawn saru, il-kwantitajiet ittrasbordati u l-għadd ta' tonn li wasal mill-irziezet tat-tonn, mit-tunnari jew mill-bastimenti tal-qbid, fejn dan ikun applikabbli, u l-piż tiegħu. Il-kaptan għandu jdaħħal ukoll l-ismijiet u n-numri tal-ICCAT ta' dawk l-irziezet tat-tonn, it-tunnari jew il-bastimenti tal-qbid.

2.

Il-kaptan ta' bastiment tal-ipproċessar għandu jżomm ġurnal ta' abbord tal-ipproċessar ta' kuljum li jispeċifika l-piż sħiħ tal-ħut ittrasferit jew ittrasbordat u l-għadd tiegħu, il-fattur ta' konverżjoni użat, u l-piżijiet u l-kwantitajiet mogħtija skont il-preżentazzjoni tal-prodotti.

3.

Il-kaptan ta' bastiment tal-ipproċessar għandu jżomm pjan tal-istivar li juri l-post u l-kwantitajiet ta' kull speċi u l-preżentazzjoni tagħhom.

4.

Il-ġurnal ta' abbord ta' kuljum għandu jinkludi d-dettalji tat-trasbord kollu mwettaq matul l-istaġun tas-sajd. Il-ġurnal ta' abbord ta' kuljum, il-ġurnal ta' abbord tal-ipproċessar, il-pjan tal-istivar u d-dikjarazzjonijiet oriġinali tat-trasbord tal-ICCAT għandhom jinżammu abbord il-bastiment u għandhom ikunu aċċessibbli fi kwalunkwe ħin għall-finijiet ta' kontroll.


ANNESS III

Dikjarazzjoni tat-trasbord tal-ICCAT

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS V

Formola tar-rapport tal-qabdiet

Bandiera

Numru tal-ICCAT

Isem il-bastiment

Data tal-bidu tar-rapport

Data ta' tmiem ir-rapport

Tul ta' żmien tar-rapport (f'jiem)

Data tal-qabda

Post fejn inqabad il-ħut

Qabdiet

Il-piż allokat fil-każ ta' attività konġunta tas-sajd (f'kilogrammi)

Latitudni

Lonġitudni

Piż (f'kilogrammi)

Għadd ta' ħut

Piż medju (f'kilogrammi)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


ANNESS VI

Attività konġunta tas-sajd

Stat tal-bandiera

Isem il-bastiment

Numru tal-ICCAT

Tul ta' żmien tal-attività

Identità tal-operaturi

Kwota individwali tal-bastiment

Skema ta' allokazzjoni għal kull bastiment

Razzett tat-trobbija u tat-tismin tal-ħut destinatarju

PKK

Numru tal-ICCAT

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Data: …

Validazzjoni tal-Istat tal-bandiera: …


ANNESS VII

Programm ta' osservaturi reġjonali tal-ICCAT

ĦATRA TAL-OSSERVATURI REĠJONALI TAl-ICCAT

1.

Kull osservatur reġjonali tal-ICCAT għandu jkollu l-kwalifiki li ġejjin biex iwettaq il-kompiti tiegħu:

(a)

biżżejjed esperjenza biex ikun jista' jidentifika l-ispeċijiet tal-ħut u l-irkaptu tas-sajd;

(b)

għarfien sodisfaċenti tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-ICCAT, attestat permezz ta' ċertifikat maħruġ mill-Istati Membri u bbażat fuq il-linji gwida tal-ICCAT marbutin mat-taħriġ;

(c)

il-ħila li josserva l-affarijiet u li jirreġistrahom b'mod preċiż;

(d)

għarfien sodisfaċenti tal-ilsien tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jew tar-razzett tat-tonn osservat.

OBBLIGI TAL-OSSERVATURI REĠJONALI TAL-ICCAT

2.

L-osservaturi reġjonali tal-ICCAT għandhom:

(a)

ikunu lestew it-taħriġ tekniku mitlub mil-linji gwida stabbiliti mill-ICCAT;

(b)

ikunu ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri u, sa fejn ikun possibbli, ma jkunux ċittadini tal-Istat tar-razzett tat-tonn jew tat-tunnara jew tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd bil-purse seine. Madankollu, jekk it-tonn jinqatel fil-gaġeġ u jiġi kkummerċjalizzat bħala prodott frisk, l-osservatur reġjonali tal-ICCAT li josserva l-ħsad jista' jkun ċittadin tal-Istat Membru li huwa responsabbli għar-razzett tat-tonn;

(c)

ikunu kapaċi jwettqu l-kompiti mogħtija fil-punt 3;

(d)

ikunu inklużi fil-lista tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT miżmuma mill-ICCAT;

(e)

ma jkollhomx interessi finanzjarji jew benefiċjarji attwali fl-industrija tat-tonn.

KOMPITI TAL-OSSERVATURI REĠJONALI TAL-ICCAT

3.

Il-kompiti tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT għandhom ikunu, b'mod partikolari:

(a)

għall-osservaturi fuq il-bastimenti tas-sajd bil-purse seine, li jimmonitorjaw il-konformità ta' dawn il-bastimenti tas-sajd mal-miżuri rilevanti ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni adottati mill-ICCAT. B'mod partikolari, l-osservatur reġjonali għandu:

(1)

f'każijiet fejn josserva xi ħaġa li tista' tikkostitwixxi nonkonformità ma' rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT, jibgħat dak it-tagħrif lill-kumpanija li tkun qed timplimenta l-programm tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT mingħajr dewmien, li, min-naħa tagħha, għandha tibagħtu minnufih lill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tal-qbid;

(2)

jirreġistra l-attivitajiet tas-sajd imwettqin u jagħmel rapport dwarhom;

(3)

josserva l-qabdiet u jagħmel stima tagħhom u jivverifika l-entrati li jsiru fil-ġurnal ta' abbord;

(4)

joħroġ rapport ta' kuljum dwar l-attivitajiet ta' trasferiment tal-bastimenti tas-sajd bil-purse seine;

(5)

josserva u jirreġistra l-bastimenti li jistgħu jkunu qed jistadu b'mod li jikser il-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-ICCAT;

(6)

jirreġistra l-attivitajiet ta' trasferiment imwettqin u jagħmel rapport dwarhom;

(7)

jivverifika l-pożizzjoni tal-bastiment meta dan ikun qed iwettaq attività ta' trasferiment;

(8)

josserva l-prodotti ttrasferiti u jagħmel stima tagħhom, fosthom billi jeżamina l-vidjos irreġistrati;

(9)

jivverifika u jirreġistra isem il-bastiment tas-sajd ikkonċernat u n-numru tal-ICCAT tiegħu;

(10)

iwettaq ħidma xjentifika, bħall-ġbir ta' data tat-Task II, meta l-Kummissjoni ICCAT titlob dan, abbażi tal-istruzzjonijiet mogħtija mill-SCRS;

(b)

għall-osservaturi reġjonali tal-ICCAT fl-irziezet tat-tonn u fil-post fejn jinsabu t-tunnari, li jimmonitorjaw il-konformità ta' dawn l-irziezet u ta' dawn it-tunnari mal-miżuri rilevanti ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni adottati mill-ICCAT. B'mod partikolari, l-osservatur reġjonali tal-ICCAT għandu:

(1)

jivverifika d-data li hemm fid-dikjarazzjoni tat-trasferiment u fid-dikjarazzjoni dwar it-tqegħid fil-gaġeġ u fil-BCD, fosthom billi jeżamina l-vidjos irreġistrati;

(2)

jiċċertifika d-data li hemm fid-dikjarazzjoni tat-trasferiment u fid-dikjarazzjoni dwar it-tqegħid fil-gaġeġ u fil-BCDs;

(3)

joħroġ rapport ta' kuljum dwar l-attivitajiet ta' trasferiment tal-irziezet tat-tonn u tat-tunnari;

(4)

jikkontrofirma d-dikjarazzjoni tat-trasferiment u d-dikjarazzjoni dwar it-tqegħid fil-gaġeġ u l-BCDs biss meta jaqbel li t-tagħrif li jinsab fihom huwa konsistenti mal-osservazzjonijiet tiegħu, inkluż reġistrazzjoni konformi bil-vidjo, kif meħtieġ skont ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 35(1) u fl-Artikolu 44(1);

(5)

iwettaq il-ħidma xjentifika, bħall-ġbir ta' kampjuni, mitluba mill-Kummissjoni, abbażi tal-istruzzjonijiet mogħtija mill-SCRS;

(6)

jirreġistra u jivverifika jekk ikunx hemm kwalunkwe tip ta' marka, inkluża xi marka naturali, u jinnotifika dwar kwalunkwe sinjal li tneħħiet xi marka reċentement;

(c)

li jistabbilixxu rapporti ġenerali li jiġbru fihom it-tagħrif miġbur skont dan il-punt u jagħtu l-opportunità lill-kaptan u lill-operatur tar-razzett tat-tonn idaħħlu fihom kwalunkwe tagħrif rilevanti;

(d)

li jibagħtu r-rapport ġenerali msemmi fil-punt (c) lis-Segretarjat fi żmien 20 jum minn meta jintemm il-perijodu tal-osservazzjoni;

(e)

li jwettqu kwalunkwe funzjoni oħra, kif iddefinit mill-Kummissjoni ICCAT.

4.

L-osservatur reġjonali tal-ICCAT għandu jittratta t-tagħrif kollu dwar l-attivitajiet tas-sajd u tat-trasferiment tal-bastimenti tas-sajd bil-purse seine u tal-irziezet tat-tonn bħala tagħrif kunfidenzjali u għandu jaċċetta dak ir-rekwiżit bil-miktub biex jinħatar bħala osservatur reġjonali tal-ICCAT.

5.

L-osservatur reġjonali tal-ICCAT għandu jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-liġijiet u fir-regolamenti tal-Istat tal-bandiera jew tal-Istat tar-razzett tat-tonn li taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu jkun jaqa' l-bastiment jew ir-razzett tat-tonn li għalih huwa jkun assenjat.

6.

L-osservatur reġjonali tal-ICCAT għandu jirrispetta l-ġerarkija u jħares ir-regoli ġenerali tal-imġiba li japplikaw għall-persunal kollu li jaħdem fuq il-bastiment u fir-razzett tat-tonn, dejjem jekk dawn ir-regoli ma jxekklux id-dmirijiet tiegħu fil-kuntest ta' dan il-programm u l-obbligi tal-persunal tal-bastimenti u tal-irziezet tat-tonn mogħtija fil-punt 7 ta' dan l-Anness u fl-Artikolu 51(6).

OBBLIGI TAL-ISTATI MEMBRI TAL-BANDIERA FIL-KONFRONT TAL-OSSERVATURI REĠJONALI TAL-ICCAT

7.

L-Istati Membri responsabbli għall-bastiment tas-sajd bil-purse seine, għar-razzett tat-tonn jew għat-tunnara għandhom jiżguraw li l-osservaturi reġjonali tal-ICCAT:

(a)

jingħataw aċċess għall-persunal tal-bastiment, tal-irziezet tat-tonn u tat-tunnari, u għall-irkaptu, il-gaġeġ u t-tagħmir;

(b)

jingħataw aċċess, fuq talba, għat-tagħmir li ġej, jekk ikun hemm dan it-tagħmir fuq il-bastimenti li għalihom ikunu assenjati, sabiex ikunu jistgħu jwettqu b'mod iktar faċli dmirijiethom mogħtija fil-punt 3 ta' dan l-Anness:

(1)

it-tagħmir tan-navigazzjoni bis-satellita,

(2)

l-iskrins li juru l-immaġnijiet meħudin mir-radar, meta dawn ikunu qed jintużaw,

(3)

il-mezzi elettroniċi tal-komunikazzjoni;

(c)

jingħataw akkomodazzjoni, inkluż xi mkien fejn joqogħdu, ikel u faċilitajiet sanitarji xierqa, l-istess bħalma jingħataw l-uffiċjali;

(d)

jingħataw biżżejjed spazju għax-xogħol klerikali fuq il-briġġ jew fil-post tal-kenn għat-tmunier, u biżżejjed spazju fuq il-gverta sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti ta' osservazzjoni tagħhom.

SPEJJEŻ LI ĠEJJIN MILL-PROGRAMM TA' OSSERVATURI REĠJONALI TAL-ICCAT

8.

L-operaturi tal-irziezet tat-tonn jew sidien il-bastimenti tas-sajd bil-purse seine għandhom iħallsu l-ispejjeż kollha li ġejjin mill-attivitajiet tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT.


ANNESS VIII

L-iskema tal-ICCAT ta' spezzjoni internazzjonali konġunta

Waqt ir-Raba' Laqgħa Regolari tagħha (Madrid, Novembru 1975) u waqt il-Laqgħa Annwali tagħha tal-2008 li saret f'Marrakesh, l-ICCAT qablet dwar dan li ġej:

Skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu IX tal-Konvenzjoni, il-Kummissjoni ICCAT tirrakkomanda li jiġu stabbiliti l-arranġamenti li ġejjin għall-kontrolli internazzjonali fl-ilmijiet li ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali, sabiex ikun żgurat li l-Konvenzjoni u l-miżuri li huma fis-seħħ abbażi tagħha jiġu applikati:

I.   KSUR SERJU

1.

Għall-finijiet ta' dawn il-proċeduri, ksur serju jfisser il-ksur li ġej tad-dispożizzjonijiet tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-ICCAT adottati mill-Kummissjoni ICCAT:

(a)

sajd mingħajr liċenzja, permess jew awtorizzazzjoni maħruġa mill-PKK;

(b)

in-nuqqas ta' żamma ta' biżżejjed rekords tad-data dwar il-qabdiet u tad-data marbuta mal-qabdiet skont ir-rekwiżiti tar-rappurtar tal-Kummissjoni ICCAT, jew rappurtar żbaljat sinifikanti tat-tali data dwar il-qabdiet u/jew tad-data marbuta mal-qabdiet;

(c)

is-sajd f'żona magħluqa;

(d)

is-sajd waqt staġun magħluq;

(e)

it-teħid jew iż-żamma intenzjonali ta' speċijiet bi ksur ta' kwalunkwe miżura ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni applikabbli adottata mill-ICCAT;

(f)

ksur sinifikanti tal-limiti tal-qbid jew tal-kwoti li jkunu fis-seħħ skont ir-regoli tal-ICCAT;

(g)

l-użu ta' rkaptu pprojbit tas-sajd;

(h)

il-falsifikazzjoni jew il-ħabi apposta tal-marki, tal-identità jew tar-reġistrazzjoni ta' bastiment tas-sajd;

(i)

il-ħabi, it-tbagħbis jew it-twarrib tal-provi marbutin mal-investigazzjoni ta' ksur;

(j)

diversi każijiet ta' ksur li, meta jittieħdu flimkien, jikkostitwixxu nuqqas serju ta' ħarsien tal-miżuri fis-seħħ skont l-ICCAT;

(k)

attakk, reżistenza, intimidazzjoni, fastidju sesswali, indħil, jew tfixkil jew tidwim bla bżonn fil-konfront ta' spettur jew osservatur awtorizzat;

(l)

it-tbagħbis jew id-diżattivazzjoni intenzjonali tal-VMS;

(m)

kull ksur ieħor li jista' jiġi stabbilit mill-ICCAT, ladarba dak jiġi inkluż u ċċirkolat f'verżjoni riveduta ta' dawn il-proċeduri;

(n)

is-sajd bl-assistenza ta' ajruplani ta' lokalizzazzjoni;

(o)

l-indħil fis-sistema tal-monitoraġġ bis-satellita u/jew l-użu ta' bastiment mingħajr VMS;

(p)

attività ta' trasferiment mingħajr dikjarazzjoni tat-trasferiment;

(q)

it-trasbord fuq il-baħar.

2.

Fil-każ ta' kwalunkwe tlugħ abbord bastiment tas-sajd u spezzjoni tiegħu li matulha l-ispettur awtorizzat josserva attività jew kondizzjoni li tista' tikkostitwixxi ksur serju, kif iddefinit fil-punt 1, l-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera tal-bastimenti ta' spezzjoni għandhom jgħarrfu minnufih lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd b'dan, kemm b'mod dirett u kemm permezz tas-Segretarjat tal-ICCAT. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, l-ispettur għandu jgħarraf ukoll lil kwalunkwe bastiment ta' spezzjoni tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd li jkun jaf li jinsab fil-qrib.

3.

L-ispettur tal-ICCAT għandu jirreġistra, fil-ġurnal ta' abbord tal-bastiment tas-sajd, l-ispezzjonijiet li jwettaq u kwalunkwe ksur li jidentifika matulhom.

4.

L-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li, wara l-ispezzjoni msemmija fil-punt 2, il-bastiment tas-sajd ikkonċernat iwaqqaf kull attività tas-sajd. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jitlob lill-bastiment tas-sajd jipproċedi fi żmien 72 siegħa lejn port magħżul minnu, fejn għandha tinbeda investigazzjoni.

5.

Jekk il-bastiment ma jintalabx jipproċedi lejn il-port, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jipprovdi ġustifikazzjoni xierqa għal dan fil-ħin lill-Kummissjoni Ewropea, li għandha tibgħat dak it-tagħrif lis-Segretarjat tal-ICCAT, li għandu jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Partijiet Kontraenti l-oħra, jekk dawn jitolbu dan.

II.   TWETTIQ TAL-ISPEZZJONIJIET

6.

L-ispezzjonijiet għandhom jitwettqu minn spetturi maħturin mill-Partijiet Kontraenti. L-ismijiet tal-aġenziji tal-gvern awtorizzati u ta' kull spettur maħtur għal dak il-għan mill-gvernijiet rispettivi tagħhom għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni ICCAT.

7.

Il-bastimenti li jwettqu servizzi ta' imbarkazzjoni internazzjonali u dmirijiet ta' spezzjoni skont dan l-Anness għandhom itajru bandiera jew fjamma speċjali approvata mill-Kummissjoni ICCAT u maħruġa mis-Segretarjat tal-ICCAT. L-ismijiet tal-bastimenti użati b'dan il-mod għandhom jintbagħtu lis-Segretarjat tal-ICCAT malli jkun prattikabbli qabel jibdew l-attivitajiet ta' spezzjoni. Is-Segretarjat tal-ICCAT għandu jqiegħed it-tagħrif dwar il-bastimenti ta' spezzjoni maħturin għad-dispożizzjoni tal-PKK kollha, fosthom billi jpoġġi dan it-tagħrif fuq is-sit elettroniku tiegħu li huwa protett b'password.

8.

Kull spettur għandu jġorr dokument tal-identità xieraq maħruġ mill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera, li għandu jkun fil-forma murija fil-punt 21 ta' dan l-Anness.

9.

Soġġett għall-arranġamenti miftiehma fil-kuntest tal-punt 16, bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Parti Kontraenti u li jkun qed jistad għat-tonn jew għall-ħut li jixbah lit-tonn fiż-żona tal-Konvenzjoni barra l-ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali tiegħu għandu jieqaf meta jingħata s-sinjal ix-xieraq tal-Kodiċi Internazzjonali tas-Sinjali minn bastiment li jtajjar il-fjamma tal-ICCAT deskritta fil-punt 7 u li jkollu spettur abbord, sakemm il-bastiment ma jkunx qed iwettaq attivitajiet tas-sajd dak il-ħin stess, f'liema każ għandu jieqaf minnufih hekk kif itemm it-tali attivitajiet. Kif speċifikat fil-punt 10, il-kaptan tal-bastiment għandu jippermetti lit-tim tal-ispezzjoni jitla' abbord u għandu jipprovdilu sellum biex jitla' abbord. Il-kaptan għandu jippermetti lit-tim tal-ispezzjoni jeżamina t-tagħmir, il-qabda jew l-irkaptu u kwalunkwe dokument rilevanti li l-ispettur iqis li jkun meħtieġ sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT li jkunu fis-seħħ għall-Istat tal-bandiera tal-bastiment li jkun qed jiġi spezzjonat. Barra minn hekk, l-ispettur jista' jitlob kwalunkwe spjegazzjoni li huwa jqis li hija meħtieġa.

10.

L-uffiċjal kmandant tal-bastiment tal-ispezzjoni għandu jiddeċiedi kemm għandu jkun kbir it-tim tal-ispezzjoni, filwaqt li jqis iċ-ċirkostanzi rilevanti. It-tim tal-ispezzjoni għandu jkun żgħir kemm jista' jkun sabiex iwettaq b'sikurezza u sigurtà d-dmirijiet mogħtija f'dan l-Anness.

11.

Meta jitla' abbord il-bastiment, l-ispettur għandu jipprovdi d-dokument tal-identità deskritt fil-punt 8. L-ispettur għandu jħares ir-regoli, il-proċeduri u l-prattiki internazzjonali aċċettati b'mod ġenerali li jirrigwardaw is-sigurtà tal-bastiment li qed jiġi spezzjonat u l-ekwipaġġ tiegħu, u għandu jnaqqas kemm jista' jkun l-interferenza fl-attivitajiet tas-sajd jew fl-istivar tal-prodotti u, sa fejn ikun prattikabbli, għandu jevita li jieħu azzjonijiet li jistgħu jaffettwaw ħażin il-kwalità tal-qabda li jkun hemm abbord.

Kull spettur għandu jillimita l-inkjesti tiegħu għall-aċċertazzjoni tal-ħarsien tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ICCAT li jkunu fis-seħħ għall-Istat tal-bandiera tal-bastiment ikkonċernat. Huwa u jwettaq l-ispezzjoni, spettur jista' jistaqsi lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd għal kwalunkwe għajnuna li tista' tkun meħtieġa. L-ispettur għandu jħejji rapport tal-ispezzjoni f'forma approvata mill-Kummissjoni ICCAT. L-ispettur għandu jiffirma r-rapport fil-preżenza tal-kaptan tal-bastiment, li għandu jkollu d-dritt iżid mar-rapport kwalunkwe osservazzjoni li jaħseb li hija xierqa, jew li jitlob li din tiżdied mar-rapport, u li għandu jiffirma ħdejn it-tali osservazzjonijiet.

12.

Għandhom jingħataw kopji tar-rapport lill-kaptan tal-bastiment u lill-gvern tat-tim tal-ispezzjoni, li, min-naħa tiegħu, għandu jgħaddi kopji tiegħu lill-awtoritajiet ix-xierqa tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment spezzjonat u lill-Kummissjoni ICCAT. Fejn jiġi notat xi ksur tar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT, l-ispettur għandu jgħarraf b'dan ukoll lil kwalunkwe bastiment ta' spezzjoni tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd li jkun jaf li jinsab fil-qrib, fejn dan ikun possibbli.

13.

L-Istat tal-bandiera tal-bastiment spezzjonat għandu jittratta l-fatt li jkun hemm reżistenza għal spettur jew li ma jkunx hemm konformità mal-istruzzjonijiet tiegħu bl-istess mod bħal dak l-aġir imwettaq fir-rigward ta' spettur nazzjonali.

14.

L-ispettur għandu jaqdi dmirijietu fil-kuntest ta' dawn l-arranġamenti skont ir-regoli mogħtija f'dan ir-Regolament, iżda għandu jibqa' taħt il-kontroll operattiv tal-awtoritajiet nazzjonali tiegħu u għandu jkun responsabbli lejhom.

15.

Il-Partijiet Kontraenti għandhom iqisu r-rapporti ta' spezzjoni, il-folji tat-tagħrif dwar il-lemħ skont ir-Rakkomandazzjoni 94-09 u d-dikjarazzjonijiet li jkunu ġejjin minn spezzjonijiet iddokumentati ta' spetturi barranin taħt dawn l-arranġamenti u jaġixxu fuqhom bl-istess mod bħalma jagħmlu għar-rapporti tal-ispetturi nazzjonali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-punt m'għandhom jimponu l-ebda obbligu fuq xi Parti Kontraenti li tagħti r-rapport ta' spettur barrani valur ogħla bħala prova milli kien ikollu fil-pajjiż tal-ispettur stess. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkollaboraw bejniethom biex jiffaċilitaw il-proċedimenti ġudizzjarji jew oħrajn li jkun hemm minħabba rapport ta' spettur magħmul fil-kuntest ta' dawn l-arranġamenti.

16.

(a)

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni ICCAT sal-15 ta' Frar ta' kull sena bil-pjanijiet proviżorji tagħhom għat-twettiq tal-attivitajiet ta' spezzjoni fil-kuntest ta' dan ir-Regolament f'dik is-sena kalendarja u l-Kummissjoni ICCAT tista' tagħmel suġġerimenti lill-Partijiet Kontraenti għall-koordinament tal-operazzjonijiet nazzjonali f'dan il-qasam, fosthom dwar l-għadd ta' spetturi u ta' bastimenti li jkollhom l-ispetturi abbord.

(b)

L-arranġamenti stipulati f'dan ir-Regolament u l-pjanijiet għall-parteċipazzjoni għandhom japplikaw bejn il-Partijiet Kontraenti, sakemm dawn ma jiftehmux mod ieħor bejniethom, f'liema każ il-Kummissjoni ICCAT għandha tiġi mgħarrfa b'tali qbil. Madankollu, l-implimentazzjoni tal-iskema għandha tkun sospiża bejn żewġ Partijiet Kontraenti jekk xi wieħed minnhom ikun għarraf lill-Kummissjoni ICCAT dwar dan.

17.

(a)

L-irkaptu tas-sajd għandu jiġi spezzjonat skont ir-regolamenti li jkunu fis-seħħ għas-subżona li fiha sseħħ l-ispezzjoni. L-ispettur għandu jdaħħal is-subżona li fiha tkun seħħet l-ispezzjoni u deskrizzjoni ta' kull ksur li jkun sab matul dik l-ispezzjoni fir-rapport tal-ispezzjoni.

(b)

L-ispettur għandu jkollu d-dritt jispezzjona l-irkaptu kollu tas-sajd li jkun qed jintuża jew li jkun hemm abbord.

18.

L-ispettur għandu jwaħħal marka tal-identifikazzjoni approvata mill-Kummissjoni ICCAT ma' kwalunkwe tagħmir tas-sajd spezzjonat li jidher li jkun qed jikser ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummisssjoni tal-ICCAT li jkunu fis-seħħ għall-Istat tal-bandiera tal-bastiment ikkonċernat u għandu jirreġistra dan il-fatt fir-rapport tal-ispezzjoni.

19.

L-ispettur jista' jieħu ritratti tal-irkaptu, tat-tagħmir, tad-dokumentazzjoni u ta' kwalunkwe element ieħor li huwa jqis li jkun meħtieġ, b'tali mod li jiġu żvelati dawk il-karatteristiċi li, fl-opinjoni tiegħu, mhumiex konformi mar-regolament fis-seħħ, f'liema każ l-oġġetti li jitteħdilhom ritratt għandhom jitniżżlu fir-rapport u kopji tar-ritratti għandhom jinhemżu mal-kopja tar-rapport maħsuba għall-Istat tal-bandiera.

20.

L-ispettur għandu, skont il-bżonn, jispezzjona l-qabda kollha abbord sabiex jistabbilixxi l-konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT.

21.

Il-mudell tal-Karta tal-Identità tal-ispetturi huwa mogħti hawn taħt:

Image


ANNESS IX

Standards minimi għall-proċeduri għar-reġistrazzjoni bil-vidjokamera

Attivitajiet ta' trasferiment

1.

L-apparat elettroniku għall-ħżin li jkun fih il-vidjo oriġinali rreġistrat għandu jingħata lill-osservatur reġjonali tal-ICCAT malajr kemm jista' jkun wara li tintemm l-attività tat-trasferiment, u dan għandu jpoġġi l-inizjali tiegħu fuqu minnufih biex jiġi evitat li jkun hemm iktar manipulazzjoni.

2.

Il-vidjo oriġinali rreġistrat għandu jinżamm abbord il-bastiment tal-qbid jew mill-operatur tar-razzett tat-tonn jew tat-tunnara, fejn dan ikun xieraq, għall-perijodu kollu tal-awtorizzazzjoni.

3.

Għandhom jiġu prodotti żewġ kopji identiċi tal-vidjo rreġistrat. Kopja waħda għandha tintbagħat lill-osservatur reġjonali tal-ICCAT abbord il-bastiment tas-sajd bil-purse seine u l-kopja l-oħra għandha tintbagħat, flimkien mad-dikjarazzjoni tat-trasferiment u mat-tagħrif dwar il-qabdiet assoċjati li magħhom hija relatata, lill-osservatur nazzjonali abbord il-bastiment tal-irmunkar. Dik il-proċedura għandha tapplika biss għall-osservaturi nazzjonali fil-każ ta' trasferimenti bejn il-bastimenti tal-irmunkar.

4.

Fil-bidu ta' kull vidjo u/jew fi tmiemu, għandu jidher in-numru tal-awtorizzazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT.

5.

Il-ħin u d-data tal-vidjo għandhom jidhru b'mod kontinwu matul kull vidjo rreġistrat.

6.

Qabel ma jibda t-trasferiment, il-vidjo għandu jinkludi l-ftuħ u l-għeluq tax-xibka jew tal-bieb u filmat li juri jekk il-gaġeġ li minnhom ikun ser jinħareġ it-tonn u li fihom ikun ser jiddaħħal ikunx diġà fihom it-tonn jew le.

7.

Ir-reġistrazzjoni bil-vidjokamera għandha tkun kontinwa, mingħajr interruzzjonijiet jew qtugħ, u għandha tkopri l-attività kollha tat-trasferiment.

8.

Il-vidjo rreġistrat għandu jkun ta' kwalità tajba biżżejjed biex jiġi stmat l-għadd ta' tonn li jkun qed jiġi ttrasferit.

9.

Jekk il-vidjo rreġistrat ma jkunx ta' kwalità tajba biżżejjed biex jiġi stmat l-għadd ta' tonn li jkun qed jiġi ttrasferit, l-awtoritajiet ta' kontroll għandhom jitolbu li jsir trasferiment ġdid. Matul it-trasferiment il-ġdid, it-tonn kollu ta' ġol-gaġġa li fiha jkun iddaħħal it-tonn għandu jiġi ttrasferit għal ġo gaġġa oħra li trid tkun vojta.

Attivitajiet ta' tqegħid fil-gaġeġ

1.

L-apparat elettroniku għall-ħżin li jkun fih il-vidjo oriġinali rreġistrat għandu jingħata lill-osservatur reġjonali tal-ICCAT malajr kemm jista' jkun wara li tintemm l-attività ta' tqegħid fil-gaġeġ, u dan għandu jpoġġi l-inizjali tiegħu fuqu minnufih biex jiġi evitat li jkun hemm iktar manipulazzjoni.

2.

Il-vidjo oriġinali rreġistrat għandu jinżamm mir-razzett tat-tonn, fejn dan ikun applikabbli, għall-perijodu kollu tal-awtorizzazzjoni.

3.

Għandhom jiġu prodotti żewġ kopji identiċi tal-vidjo rreġistrat. Kopja waħda għandha tintbagħat lill-osservatur reġjonali tal-ICCAT li jkun hemm fir-razzett tat-tonn.

4.

Fil-bidu ta' kull vidjo u/jew fi tmiemu, għandu jidher in-numru tal-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ tal-ICCAT.

5.

Il-ħin u d-data tal-vidjo għandhom jidhru b'mod kontinwu matul kull vidjo rreġistrat.

6.

Qabel ma jibda t-tqegħid fil-gaġeġ, il-vidjo għandu jinkludi l-ftuħ u l-għeluq tax-xibka jew tal-bieb u għandu juri jekk il-gaġeġ li minnhom ikun ser jinħareġ it-tonn u li fihom ikun ser jiddaħħal ikunx diġà fihom it-tonn jew le.

7.

Ir-reġistrazzjoni bil-vidjokamera għandha tkun kontinwa, mingħajr interruzzjonijiet jew qtugħ, u għandha tkopri l-attività kollha tat-tqegħid fil-gaġeġ.

8.

Il-vidjo rreġistrat għandu jkun ta' kwalità tajba biżżejjed biex jiġi stmat l-għadd ta' tonn li jkun qed jiġi ttrasferit.

9.

Jekk il-vidjo rreġistrat ma jkunx ta' kwalità tajba biżżejjed biex jiġi stmat l-għadd ta' tonn li jkun qed jiġi ttrasferit, l-awtoritajiet ta' kontroll għandhom jitolbu li ssir attività ġdida ta' tqegħid fil-gaġeġ. Matul l-attività l-ġdida ta' tqegħid fil-gaġeġ, it-tonn kollu ta' ġol-gaġġa tar-razzett tat-tonn li fiha jkun iddaħħal it-tonn għandu jiġi ttrasferit għal ġo gaġġa oħra tar-razzett tat-tonn li trid tkun vojta.


ANNESS X

Standards u proċeduri għall-programmi u l-obbligi tar-rappurtar imsemmija fl-Artikolu 46(2) sa (7) u fl-Artikolu 47(1)

A.   Użu tas-sistemi tal-kameras sterjoskopiċi

L-użu ta' sistemi tal-kameras sterjoskopiċi fil-kuntest tal-attivitajiet ta' tqegħid fil-gaġeġ, kif mitlub mill-Artikolu 46 ta' dan ir-Regolament, għandu jsir skont dan li ġej:

1.

Il-kampjuni tal-ħut ħaj m'għandux ikun ta' inqas minn 20 % tal-ammont ta' ħut li jkun qed jitqiegħed fil-gaġeġ. Fejn dan ikun teknikament possibbli, il-kampjuni tal-ħut ħaj għandhom jittieħdu f'sekwenza, jiġifieri trid titkejjel ħuta waħda minn kull ħamsa; il-ħut meqjus fit-tali kampjuni għandu jitkejjel f'distanza ta' bejn żewġ u tmien metri 'l bogħod mill-kamera.

2.

Il-bieb ta' trasferiment li jgħaqqad il-gaġġa li minnha jkun ser jinħareġ il-ħut mal-gaġġa li fiha jkun ser jiddaħħal m'għandux ikun wiesa' iktar minn 10 metri u għoli iktar minn 10 metri.

3.

Meta jkun hemm distribuzzjoni multimodali tal-kejl tat-tul tal-ħut (jiġifieri jkun hemm żewġ koorti jew iktar ta' daqsijiet differenti), wieħed għandu jkun jista' juża iktar minn algoritmu ta' konverżjoni wieħed għall-istess attività ta' tqegħid fil-gaġeġ; għandhom jintużaw l-iktar algoritmi reċenti stabbiliti mill-SCRS biex it-tulijiet sal-furketta jinqalbu f'piżijiet totali skont il-kategorija tad-daqs tal-ħut imkejjel matul l-attività ta' tqegħid fil-gaġeġ.

4.

Il-kejl sterjoskopiku tat-tul għandu jiġi vvalidat qabel kull attività ta' tqegħid fil-gaġeġ billi tintuża skala grafika f'distanza ta' bejn żewġ u tmien metri.

5.

Meta jintbagħtu r-riżultati tal-programm sterjoskopiku, għandu jintbagħat ukoll tagħrif dwar il-marġni ta' żball inerenti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sistema ta' kameras sterjoskopiċi, li m'għandux jaqbeż firxa ta' +/- 5 %.

6.

Ir-rapport dwar ir-riżultati tal-programm sterjoskopiku għandu jinkludi dettalji dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kollha msemmijin hawn fuq, fosthom l-intensità tat-teħid tal-kampjuni, il-metodu tat-teħid tal-kampjuni, id-distanza mill-kamera, id-daqs tal-bieb ta' trasferiment u l-algoritmi (ir-relazzjoni bejn it-tul u l-piż). L-SCRS għandu jeżamina mill-ġdid dawk l-ispeċifikazzjonijiet u għandu jipprovdi rakkomandazzjonijiet biex dawn jinbidlu, jekk ikun hemm bżonn.

7.

F'każijiet fejn il-filmat meħud bil-kamera sterjoskopika ma jkunx ta' kwalità tajba biżżejjed biex jiġi stmat il-piż tat-tonn li jkun qed jitqiegħed fil-gaġeġ, l-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli għall-bastiment tal-qbid, għar-razzett tat-tonn jew għat-tunnara għandhom jordnaw li ssir attività ġdida ta' tqegħid fil-gaġeġ.

B.   Preżentazzjoni tar-riżultati tal-programmi u l-użu tagħhom

1.

Id-deċiżjonijiet dwar id-differenzi li jkun hemm bejn ir-rapport tal-qabdiet u r-riżultati li joħorġu mill-programm tas-sistema sterjoskopika għandhom jittieħdu fil-livell tal-AKS jew tal-qabdiet totali fit-tunnara, fil-każ tal-AKS u tal-qabdiet fit-tunnari li jkunu maħsubin biex jintbagħtu f'faċilità ta' razzett tat-tonn li jkunu jinvolvu PKK waħda u/jew Stat Membru wieħed. Id-deċiżjonijiet dwar id-differenzi li jkun hemm bejn ir-rapport tal-qabdiet u r-riżultati li joħorġu mill-programm tas-sistema sterjoskopika għandhom jittieħdu fil-livell tal-attivitajiet ta' tqegħid fil-gaġeġ fil-każ tal-attivitajiet konġunti tas-sajd li jkunu jinvolvu iktar minn PKK waħda u/jew Stat Membru wieħed, sakemm l-awtoritajiet tal-PKK u/jew tal-Istati Membri tal-bandiera tal-bastimenti tal-qbid involuti fl-attività konġunta tas-sajd ma jiftehmux kollha mod ieħor bejniethom.

2.

L-Istat Membru responsabbli għar-razzett tat-tonn għandu jibgħat rapport lill-Istat Membru jew lill-PKK li tkun responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara u lill-Kummissjoni, li jinkludi d-dokumenti li ġejjin:

(a)

Rapport tekniku dwar is-sistema sterjoskopika, li jinkludi:

tagħrif ġenerali: l-ispeċi, il-post, il-gaġġa, id-data u l-algoritmu;

it-tagħrif statistiku dwar id-daqs: il-piż u t-tul medju, minimu u massimu, l-għadd ta' ħut li tqies fil-kampjun u d-distribuzzjoni tal-piż u tad-daqs.

(b)

Ir-riżultati dettaljati tal-programm u d-daqs u l-piż ta' kull ħuta li tqieset fil-kampjun.

(c)

rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ, li għandu jinkludi:

it-tagħrif ġenerali dwar l-attività: in-numru tal-attività ta' tqegħid fil-gaġeġ, isem ir-razzett tat-tonn, in-numru tal-gaġġa, in-numru tal-BCD, in-numru tad-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT (ITD), isem il-bastiment tal-qbid jew it-tunnara u l-bandiera tiegħu jew tagħha, isem il-bastiment tal-irmunkar u l-bandiera tiegħu, id-data tal-attività tas-sistema sterjoskopika u isem il-fajl tal-filmat;

l-algoritmu li ntuża biex it-tul jinqaleb f'piż;

it-tqabbil bejn l-ammonti ddikjarati fil-BCD u l-ammonti li jkunu ħarġu mis-sistema sterjoskopika għall-għadd ta' ħut, il-piż medju u l-piż totali (il-formola li għandha tintuża biex wieħed jikkalkula din id-differenza hija din li ġej: (l-ammonti li ħarġu mis-sistema sterjoskopika — il-BCD) / l-ammonti li ħarġu mis-sistema sterjoskopika * 100);

il-marġni ta' żball tas-sistema;

fil-każ tar-rapporti dwar it-tqegħid fil-gaġeġ li jirrigwardaw l-attivitajiet konġunti tas-sajd jew it-tunnari, l-aħħar rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ għandu jinkludi wkoll sommarju tat-tagħrif kollu mogħti fir-rapporti dwar it-tqegħid fil-gaġeġ ta' qabel.

3.

Meta jirċievu r-rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ, l-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bastiment tal-qbid jew tat-tunnara għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa skont is-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

Meta l-piż totali ddikjarat mill-bastiment tal-qbid jew mit-tunnara fil-BCD ikun fil-medda tar-riżultati li jkunu ħarġu mis-sistema sterjoskopika:

m'għandha tinħareġ l-ebda ordni ta' rilaxx;

il-BCD għandu jinbidel kemm f'termini tal-għadd ta' ħut (billi jintuża l-għadd ta' ħut li jkun ħareġ mill-użu tal-kameras ta' kontroll jew ta' tekniki alternattivi) kif ukoll fil-piż medju, iżda l-piż totali m'għandux jinbidel.

(b)

Meta l-piż totali ddikjarat mill-bastiment tal-qbid jew mit-tunnara fil-BCD ikun inqas miċ-ċifra l-aktar baxxa tal-medda tar-riżultati li jkunu ħarġu mis-sistema sterjoskopika:

għandha tinħareġ ordni ta' rilaxx, li fiha għandhom tintuża ċ-ċifra l-aktar baxxa tal-medda tar-riżultati li jkunu ħarġu mis-sistema sterjoskopika;

l-attivitajiet tar-rilaxx għandhom jitwettqu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 34(2) u l-Anness XI;

wara li jkunu twettqu l-attivitajiet tar-rilaxx, fil-BCD għandu jinbidel l-għadd ta' ħut (billi jintuża l-għadd ta' ħut li jkun ħareġ mill-użu tal-kameras ta' kontroll, li minnu jitnaqqas l-għadd ta' ħut mitluq il-baħar) u l-piż medju, iżda l-piż totali m'għandux jinbidel.

(c)

meta l-piż totali ddikjarat mill-bastiment tal-qbid jew mit-tunnara fil-BCD ikun jaqbeż l-ogħla ċifra tal-medda tar-riżultati li jkunu ħarġu mis-sistema sterjoskopika:

m'għandha tinħareġ l-ebda ordni ta' rilaxx;

fil-BCD għandu jinbidel il-piż totali (billi tintuża l-ogħla ċifra tal-medda tar-riżultati li jkunu ħarġu mis-sistema sterjoskopika), l-għadd ta' ħut (billi jintużaw ir-riżultati li jkunu ħarġu mill-użu tal-kameras ta' kontroll) u l-piż medju, kif xieraq.

4.

Fil-każ ta' kwalunkwe bidla rilevanti fil-BCD, iċ-ċifri (għall-għadd u l-piż) imniżżlin fit-Taqsima 2 għandhom ikunu l-istess bħal dawn imniżżlin fit-Taqsima 6, u ċ-ċifri mniżżlin fit-Taqsimiet 3, 4 u 6 m'għandhomx ikunu ogħla minn dawk imniżżlin fit-Taqsima 2.

5.

F'każ ta' kumpens tad-differenzi li nstabu fir-rapporti individwali dwar it-tqegħid fil-gaġeġ fl-attivitajiet kollha ta' tqegħid fil-gaġeġ ta' attività konġunta tas-sajd jew ta' tunnara, kemm jekk ikun hemm bżonn issir attività ta' rilaxx u kemm jekk le, il-BCDs kollha għandhom jinbidlu abbażi tal-iktar medda baxxa tar-riżultati li jkunu ħarġu mis-sistema sterjoskopika. Il-BCDs marbutin mal-kwantitajiet ta' tonn mitluq il-baħar ukoll għandhom jinbidlu biex ikunu jirriflettu l-piż jew l-għadd ta' tonn mitluq il-baħar. Il-BCDs marbutin mal-kwantitajiet ta' tonn li ma jkunx intelaq il-baħar iżda li r-riżultati dwaru li jkunu ħarġu mis-sistemi sterjoskopiċi jew mill-użu ta' tekniki alternattivi jkunu jvarjaw mill-kwantitajiet tiegħu ddikjarati bħala maqbudin u ttrasferiti wkoll għandhom jiġu emendati biex ikunu jirriflettu dawk id-differenzi.

Il-BCDs marbutin mal-qabdiet li minnhom ikun intelaq it-tonn il-baħar ukoll għandhom jinbidlu biex ikunu jirriflettu l-piż jew l-għadd ta' tonn mitluq il-baħar.


ANNESS XI

Protokoll tar-rilaxx

1.

Ir-rilaxx tat-tonn minn ġol-gaġeġ tat-trobbija tal-ħut għal ġol-baħar għandu jiġi rreġistrat b'vidjokamera u jiġi osservat minn osservatur reġjonali tal-ICCAT li għandu jħejji rapport u jibagħtu, flimkien mal-vidjos irreġistrati, lis-Segretarjat tal-ICCAT.

2.

Meta tkun inħarġet ordni tar-rilaxx, l-operatur tar-razzett tat-tonn għandu jitlob li jiġi assenjat osservatur reġjonali tal-ICCAT għal dak ir-razzett tat-tonn.

3.

Ir-rilaxx tat-tonn minn ġol-gaġeġ tat-trasport jew mit-tunnari għal ġol-baħar għandu jiġi osservat minn osservatur nazzjonali tal-Istat Membru responsabbli mill-bastiment tal-irmunkar jew mit-tunnara, li għandu jħejji rapport u jibagħtu lill-awtoritajiet ta' kontroll tal-Istat Membru responsabbli.

4.

Qabel ma sseħħ attività ta' rilaxx, l-awtoritajiet ta' kontroll tal-Istati Membri jistgħu jordnaw li jsir trasferiment ta' kontroll bl-użu ta' kameras standard u/jew sterjoskopiċi biex jiġu stmati l-għadd ta' ħut li jrid jintelaq il-baħar u l-piż tiegħu.

5.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jimplimentaw kwalunkwe miżura oħra li huma jqisu li hija meħtieġa biex ikun żgurat li l-attivitajiet ta' rilaxx jitwettqu fiż-żmien u l-post l-aktar xieraq biex tiżdied il-probabbiltà li l-ħut wara jmur lura fil-ġliba. L-operatur għandu jkun responsabbli għas-sopravivenza tal-ħut sakemm dan jintelaq il-baħar. Dawk l-attivitajiet ta' rilaxx għandhom iseħħu fi żmien tliet ġimgħat minn meta jitlestew l-attivitajiet ta' tqegħid fil-gaġeġ.

6.

Wara li jitlestew l-attivitajiet tal-ħsad, il-ħut li jkun għad baqa' fir-razzett tat-tonn li ma jkunx kopert mill-BCD għandu jintelaq il-baħar skont il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 34(2) u f'dan l-Anness.


ANNESS XII

Trattament tal-ħut mejjet

Matul l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd bil-purse seine, il-kwantitajiet ta' ħut li jinstab mejjet fit-tartarun għandhom jitniżżlu fil-ġurnal ta' abbord tal-bastiment tas-sajd u għandhom jitnaqqsu mill-kwota tal-Istat Membru kif xieraq.

Reġistrazzjoni jew trattament tal-ħut mejjet waqt l-ewwel trasferiment

(1)

Il-BCD għandu jingħata lill-operatur tal-bastiment tal-irmunkar bit-Taqsima 2 (Il-qabda totali), it-Taqsima 3 (Il-kummerċ tal-ħut ħaj) u t-Taqsima 4 (il-ħut “mejjet”) mimlija.

Il-kwantitajiet totali mniżżlin fit-Taqsimiet 3 u 4 għandhom ikunu daqs il-kwantitajiet imniżżlin fit-Taqsima 2. Mal-BCD għandu jkun hemm id-dikjarazzjoni oriġinali tat-trasferiment tal-ICCAT (ITD) b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Il-kwantitajiet imniżżlin fl-ITD (ħut ittrasferit ħaj), għandhom ikunu daqs il-kwantitajiet imniżżlin fit-Taqsima 3 tal-BCD assoċjat.

(2)

Parti mil-BCD, inkluża t-Taqsima 8 (Tagħrif dwar il-kummerċ) għandha timtela u tingħata lill-operatur tal-bastiment awżiljarju li jkun qed iġorr it-tonn mejjet lejn l-art (jew inkella din għandha tinżamm abbord il-bastiment tal-qbid jekk dan it-tonn jinħatt direttament l-art). Ma' dik il-parti tal-BCD u dak il-ħut mejjet għandu jkun hemm kopja tal-ITD.

(3)

Il-kwantitajiet ta' ħut mejjet għandhom jitniżżlu fil-BCD tal-bastiment tal-qbid li jkun qabadhom jew, fil-każ tal-attivitajiet konġunti tas-sajd, fil-BCD tal-bastimenti tal-qbid jew ta' bastiment li jtajjar bandiera oħra li jkun qed jieħu sehem fl-attività konġunta tas-sajd.


ANNESS XIII

Tabella ta' Korrelazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 302/2009

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikoli 1 u 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4(1)

Artikolu 5(1)

Artikolu 4(2)

Artikolu 6(1)(a)

Artikolu 4(3) u (5)

Artikolu 7

Artikolu 4(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 6(1)(a) u (2)

Artikolu 4(6)(a), (b) u t-tieni subparagrafu

Artikolu 54

Artikolu 4(6), it-tielet subparagrafu

Artikolu 20(2)

Artikolu 4(7) sa (12)

Artikolu 4(13)

Artikolu 5(3)

Artikolu 4(15)

Artikolu 17

Artikolu 5(1)

Artikolu 6(1)(b)

Artikolu 5(2) sa (6)

Artikolu 9(1) sa (6)

Artikolu 5(7),(8) u l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 9

Artikolu 5(9), it-tieni subparagrafu

Artikolu 6(2)

Artikolu 6

Artikolu 10

Artikolu 7

Artikoli 11 u 12

Artikolu 8

Artikolu 17

Artikolu 9(1) u (2)

Artikolu 14(1) u (2)

Artikolu 9(3),(4),(5) u (7) sa (10)

Anness I

Artikolu 9(6)

Artikolu 9(11)

Artikolu 14(3)

Artikolu 9(12) sa (15)

Artikolu 15

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 16(2),(3) u (5)

Artikolu 12(1) sa (4)

Artikolu 19

Artikolu 12(5)

Artikolu 13(1),(2) u (3)

Artikolu 19

Artikolu 13(4)

Artikolu 14(1),(2),(3) u (5)

Artikolu 20

Artikolu 14(4)

Artikolu 22(1)

Artikolu 15

Artikolu 23

Artikolu 16

Artikolu 29(1),(3) u (4)

Artikolu 17

Artikolu 30

Artikolu 18(1)

Artikolu 25

Artikolu 18(2)

Anness II

Artikolu 19

Artikolu 24(1),(2) u (3)

Artikolu 20(1) u (2)

Artikolu 26(1),(2) u (3)

Artikolu 20(3) u (4)

Artikolu 27

Artikolu 21

Artikolu 31(1) sa (4) u (6)

Artikolu 22(1) u l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2

Artikolu 33(1), (3) u (5)

Artikolu 22(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 34(1)

Artikolu 22(3)

Artikolu 34(2)

Artikolu 22(4)

Artikolu 38(1),(2) u (3)

Artikolu 22(5)

Anness II

Artikolu 22(6)

Artikolu 33(6)

Artikolu 22(7)

Artikolu 35(1) u Anness IX

Artikolu 22(8) u l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 9

Artikolu 36

Artikolu 22(9), it-tieni subparagrafu

Artikolu 22(10)

Artikolu 39

Artikolu 23

Artikolu 32

Artikolu 24(1)

Artikolu 47(1)

Artikolu 24(2),(4) u (6)

Artikolu 40(2) sa (5)

Artikolu 24(3)

Artikolu 41(1) u (2)

Artikolu 24(5)

Artikolu 42

Artikolu 24(7)

Artikolu 44(1) u Anness IX

Artikolu 24(8), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 45(1) u (2)

Artikolu 24(9)

Artikolu 24(10)

Artikolu 48

Artikolu 24a

Anness X

Artikolu 25

Artikolu 49

Artikolu 26(1)

Artikolu 26(4)

Artikolu 26(2)

Artikolu 27(1)

Artikolu 26(3)

Artikolu 26(5)

Artikolu 27(1)

Artikolu 31(5)

Artikolu 27(2)

Artikolu 41

Artikolu 27(3)

Artikolu 3 punt (24)

Artikolu 28

Artikolu 55

Artikolu 29

Artikolu 52

Artikolu 30

Artikolu 50

Artikolu 31(1) u (2)(a),(b),(c) u (h)

Artikolu 51 (2) sa (6)

Artikolu 31(2)(d) sa (g)

Anness VII

Artikolu 31(3) u (4)

Anness VII

Artikolu 32

Artikolu 35(2),(3) u (4)

Artikolu 44(2),(3) u (4)

Artikolu 33

Artikolu 33a

Artikolu 53

Artikolu 34

Artikolu 56

Artikolu 35

Artikolu 36

Artikolu 37

Artikolu 57

Artikolu 38

Artikolu 58

Artikolu 38a

Artikolu 59(1) u (2)

Artikolu 39

Artikolu 60

Artikolu 40

Artikolu 41

Artikolu 61


16.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/53


REGOLAMENT (UE) 2016/1628 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Settembru 2016

dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) Nru 167/2013, u li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 97/68/KE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Waqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Is-suq intern jikkonsisti minn żona mingħajr fruntieri interni fejn għandu jiġi żgurat il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital. Għal dak il-għan, id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill stabbilixxiet miżuri għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja minn magni li għandhom jiġu installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq (3). Huwa xieraq li jissoktaw l-isforzi fl-iżvilupp u fl-operat tas-suq intern tal-Unjoni.

(2)

Is-suq intern għandu jkun ibbażat fuq regoli trasparenti, sempliċi u konsistenti li jipprovdu ċertezza legali u ċarezza li minnhom jistgħu jibbenefikaw kemm in-negozji kif ukoll il-konsumaturi.

(3)

Ġie introdott approċċ regolatorju ġdid fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip għall-magni, bil-għan li tiġi ssimplifikata u titħaffef l-adozzjoni ta' tali leġiżlazzjoni. Bis-saħħa ta' dak l-approċċ, il-leġiżlatur jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji fundamentali u jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta atti delegati u ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw dettalji tekniċi ulterjuri. Għalhekk, fir-rigward tar-rekwiżiti sostantivi, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi biss id-dispożizzjonijiet essenzjali dwar l-emissjoni ta' inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, u għandu jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi f'atti delegati u ta' implimentazzjoni.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) stabbilixxa qafas regolatorju għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija. Fid-dawl tas-similarità tal-oqsma u tal-esperjenza pożittiva fl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 167/2013, ħafna mid-drittijiet u l-obbligi stabbiliti minn dak ir-Regolament għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni fir-rigward tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq. Madankollu, huwa essenzjali li jiġi adottat sett distint ta' regoli sabiex jittieħdu f'kunsiderazzjoni sħiħa r-rekwiżiti speċifiċi tal-magni għall-makkinarju mobbli mhux tat-triq.

(5)

Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) tistabbilixxi r-rekwiżiti essenzjali għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tad-disinn u l-fabbrikazzjoni sabiex tittejjeb is-sigurtà tal-makkinarju li jitqiegħed fis-suq. Madankollu, dik id-Direttiva ma tistipulax rekwiżiti ta' emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati għall-magni għall-makkinarju mobbli mhux tat-triq. Ċerti obbligi speċifiċi għall-fabbrikanti tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq għandhom għalhekk jiġu stabbiliti sabiex jiġi żgurat li l-installazzjoni tal-magni f'tali makkinarju ssir b'mod li ma jaffettwax ħażin ir-rendiment tal-magni fir-rigward tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati. Ċerti obbligi rigward aspetti tal-limiti tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati minn magni għall-makkinarju mobbli mhux tat-triq huma wkoll meħtieġa, sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-limiti tal-emissjonijiet għall-magni stipulati f'dan ir-Regolament.

(6)

Dan ir-Regolament għandu jinkludi rekwiżiti sostantivi li jirrigwardaw il-limiti tal-emissjonijiet u l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-magni għall-makkinarju mobbli mhux tat-triq. L-elementi ewlenin tar-rekwiżiti rilevanti ta' dan ir-Regolament huma bbażati fuq ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-20 ta' Novembru 2013 li saret mill-Kummissjoni u li fiha l-alternattivi differenti ġew analizzati billi elenkat l-vantaġġi u l-iżvantaġġi potenzjali f'termini ta' aspetti ekonomiċi, ambjentali, tas-sikurezza u soċjetali, u f'termini tas-saħħa. L-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi ġew inklużi t-tnejn f'dik l-analiżi.

(7)

Bil-ħsieb li jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern, ir-Regolament għandu jistabbilixxi regoli armonizzati għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-magni għall-makkinarju mobbli mhux tat-triq. Għal dak l-iskop, għandhom jiġu stabbiliti u applikati limiti tal-emissjonijiet ġodda għall-makkinarju mobbli mhux tat-triq kif ukoll għall-makkinarju agrikolu u forestali, biex jirriflettu l-progress teknoloġiku u biex jiżguraw il-konverġenza mal-politiki tal-Unjoni fis-settur tat-toroq. Dawk il-limiti tal-emissjonijiet ġodda għandhom jiġu stabbiliti bil-ħsieb li jintlaħqu l-miri tal-Unjoni rigward il-kwalità tal-arja u li jitnaqqsu l-emissjonijiet minn makkinarju mobbli mhux tat-triq, u vetturi agrikoli u forestali, li b'hekk inaqqsu s-sehem tal-emissjonijiet tal-makkinarju mhux tat-triq bħala proporzjoni tal-emissjonijiet tal-vetturi li jintużaw fit-toroq. Għaldaqstant il-kamp ta' applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f'dan il-qasam għandu jitwessa', bil-għan li tittejjeb l-armonizzazzjoni tas-suq fil-livell tal-Unjoni u f'dak internazzjonali u li jiġu minimizzati r-riskji ta' distorsjonijiet fis-suq u effetti avversi fuq is-saħħa.

(8)

Minbarra li jespandi l-kamp ta' applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-armonizzazzjoni tas-suq, filwaqt li jimminimizza r-riskju ta' distorsjonijiet fis-suq, dan ir-Regolament għandu l-għan li jissimplifika l-qafas legali attwali, inkluż billi jipprevedi miżuri għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi, kif ukoll li jtejjeb il-kondizzjonijiet ġenerali għall-infurzar ta' tali leġiżlazzjoni, b'mod partikolari billi jsaħħaħ ir-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq.

(9)

Il-White Paper tal-Kummissjoni tat-28 ta' Marzu 2011, intitolata “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport — Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti”, tenfasizza r-rwol partikolari tal-ferroviji u t-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi. Peress li l-progress ta' dawk il-modi ta' trasport jikkompara ħażin ma' dak f'setturi oħra fir-rigward tat-titjib tal-kwalità tal-arja, l-awtoritajiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri, fil-kompetenzi rispettivi tagħhom, għandhom jipprovdu modi differenti biex jappoġġaw innovazzjonijiet fit-teknoloġija tal-emissjonijiet sabiex iż-żieda kostanti tal-volum tal-merkanzija li jiġi ttrasferit għal-linji ferrovjarji u t-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni timxi id f'id ma' titjib fil-kwalità tal-arja fl-Ewropa.

(10)

Ir-rekwiżiti fir-rigward tal-magni għal makkinarju mobbli mhux tat-triq għandhom isegwu l-prinċipji stipulati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Ġunju 2002 intitolata “Pjan ta' azzjoni ‘Is-simplifikazzjoni u t-titjib tal-ambjent regolatorju’”.

(11)

Is-Seba' Programm ta' Azzjoni Ġenerali tal-Unjoni dwar l-Ambjent kif adottat bid-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) ifakkar li l-Unjoni qablet li tilħaq livelli ta' kwalità tal-arja li ma jwasslux għal impatti negattivi u riskji sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni stabbilixxiet limiti tal-emissjonijiet xierqa għall-kwalità tal-arja ambjentali għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u, b'mod partikolari, għal individwi sensittivi, kif ukoll għal-livelli massimi nazzjonali tal-emissjonijiet (7). Sussegwentement għall-Komunikazzjoni tagħha tal-4 ta' Mejju 2001, li stabbilixxiet il-Programm ta' Arja Nadifa għall-Ewropa (CAFE), fil-21 ta' Settembru 2005 l-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni oħra intitolata “Strateġija Tematika dwar it-tniġġis tal-arja”. Waħda mill-konklużjonijiet ta' dik l-istrateġija tematika hija li sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' kwalità tal-arja tal-Unjoni huwa meħtieġ aktar tnaqqis fl-emissjonijiet mis-settur tat-trasport (it-trasport bl-ajru, dak marittimu u fuq l-art), mid-djar u mis-setturi tal-enerġija, tal-agrikoltura u tal-industrija. F'dak il-kuntest, il-kompitu tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-magni għall-makkinarju mobbli mhux tat-triq għandu jitqies u jiġi ttrattat bħala parti minn strateġija globali. Il-limiti tal-emissjonijiet ġodda, indikati bħala “Stadju V”, huma waħda mill-miżuri maħsuba biex inaqqsu l-emissjonijiet attwali waqt l-użu ta' inkwinanti tal-arja, bħall-inkwinanti partikolati, kif ukoll il-prekursuri tal-ożonu bħall-ossidi tan-nitroġenu (NOx) u l-idrokarburi.

(12)

Fit-12 ta' Ġunju 2012, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, permezz tal-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer tagħha, ikklassifikat mill-ġdid l-emissjonijiet tal-egżost mill-magni diżil bħala 'karċinoġeniku għall-bnedmin' (Grupp 1), abbażi ta' evidenza suffiċjenti li l-esponiment huwa assoċjata ma' riskju akbar ta' kanċer tal-pulmun.

(13)

Sabiex jinkiseb titjib fil-kwalità tal-arja tal-Unjoni u jintlaħqu l-objettivi tagħha tal-protezzjoni tal-arja b'mod sostenibbli minn issa sal-2020, u lil hinn minn dik id-data, sforzi kontinwi huma meħtieġa sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet minn tipi diversi ta' magni. Għal dik ir-raġuni l-fabbrikanti għandhom jiġu pprovduti minn qabel b'informazzjoni ċara u komprensiva dwar il-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet, u għandhom jingħataw perijodu ta' żmien xieraq li matulu jkunu jistgħu jikkonformaw magħhom u jissoktaw bl-iżviluppi tekniċi meħtieġa.

(14)

Fl-istabbiliment tal-limiti tal-emissjonijiet, huwa importanti li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-implikazzjonijiet għall-kompetittività tas-swieq u l-fabbrikanti, l-ispejjeż diretti u indiretti imposti fuq in-negozju u l-benefiċċji li jakkumulaw f'termini tal-istimolu tal-innovazzjoni, it-titjib tal-kwalità tal-arja, it-tnaqqis tal-ispejjeż relatati mas-saħħa u ż-żieda tal-istennija tal-għomor.

(15)

It-tnaqqis ta' emissjonijiet mill-magni b'mod sostenibbli jeħtieġ l-intensifikazzjoni kostanti tal-kooperazzjoni diretta bejn, fuq naħa waħda, il-fabbrikanti u negozji relatati u, fuq in-naħa l-oħra, istituzzjonijiet tar-riċerka xjentifika stabbiliti. Kooperazzjoni bħal din għandha rwol sinifikanti fl-iżvilupp ta' prodotti u teknoloġiji ġodda li jikkontribwixxu b'mod pożittiv għat-titjib tal-kwalità tal-arja.

(16)

L-emissjonijiet mill-magni għall-makkinarju mobbli mhux tat-triq jikkostitwixxu proporzjon sinifikanti tal-emissjonijiet totali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi noċivi kkawżati mill-bniedem. Il-magni responsabbli għal sehem konsiderevoli tat-tniġġis tal-arja minn NOx u materja partikolata għandhom ikunu soġġetti għal-limiti tal-emissjonijiet ġodda.

(17)

Sabiex jiġi garantit l-aħjar livell ta' protezzjoni għall-persuni li jaħdmu fil-viċinanzi ta' makkinarju, u sabiex l-esponiment kumulattiv tal-persuni li jaħdmu fil-viċinanzi ta' diversi oġġetti differenti ta' makkinarju u tagħmir mobbli jinżamm kemm jista' jkun baxx, teknoloġija li hija attwalment disponibbli għandha tintuża biex jiġu minimizzati l-emissjonijiet.

(18)

Il-Kummissjoni għandha żżomm taħt analiżi l-emissjonijiet li, s'issa, għadhom mhux regolati u li jirriżultaw bħala konsegwenza tal-użu aktar ġenerali ta' formulazzjonijiet ta' fjuwils, teknoloġiji ta' magni u sistemi ta' kontroll tal-emissjonijiet ġodda. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill bil-ħsieb li tali emissjonijiet jiġu regolati.

(19)

Huwa meħtieġ li tiġi inkoraġġita l-introduzzjoni ta' magni li jużaw fjuwils alternattivi, li jista' jkollhom emissjonijiet baxxi ta' NOx u partikolati inkwinanti. Għalhekk, il-valuri tal-limitu għall-idrokarburi totali għandhom jiġu adattati sabiex jieħdu f'kunsiderazzjoni l-emissjonijiet tal-idrokarburi mhux metaniċi u tal-metan.

(20)

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-intitolament tal-Istati Membri li jistabbilixxu, f'konformità mat-Trattati, dawk ir-rekwiżiti li huma jqisu meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-pubbliku u l-ħaddiema jkunu protetti kull meta jkun qed jintuża l-makkinarju mobbli mhux tat-triq imsemmi f'dan ir-Regolament, sakemm dawn ir-rekwiżiti ma jaffettwawx it-tqegħid fis-suq ta' magni għal tali makkinarju.

(21)

Sabiex jiġi żgurat li l-emissjonijiet ta' inkwinanti partikolati ultrafini (tad-daqs 0,1 μm u inqas) ikunu regolati, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta approċċ ibbażat fuq in-numru għall-emissjonijiet ta' inkwinanti partikolati, b'żieda mal-approċċ ibbażat fuq il-massa li qiegħed jintuża bħalissa. L-approċċ ibbażat fuq in-numri għandu jkun ibbażat fuq ir-riżultati tal-Programm ta' Kejl tal-Partikoli tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) u għandu jkun konsistenti mal-għanijiet ambizzjużi eżistenti għall-ambjent.

(22)

Sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet ambjentali, huwa xieraq li l-limiti fuq in-numru ta' partikoli stipulati f'dan ir-Regolament x'aktarx li jkunu jirriflettu l-ogħla livelli ta' rendiment li huma miksuba bħalissa permezz tal-filtri tal-partikoli bl-użu tal-aqwa teknoloġija disponibbli.

(23)

Minħabba l-ħajja twila tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq, huwa xieraq li tiġi kkunsidrata l-modifika tal-magni li diġà jintużaw. Tali modifika għandha timmira, b'mod partikolari, żoni urbani b'popolazzjoni densa bħala mezz li jgħin lill-Istati Membri biex jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja. Biex jiġi żgurat livell ta' modifika komparabbli u ambizzjuż, l-Istati Membri għandhom iqisu l-prinċipji tar-Regolament Nru. 132 tal-UNECE.

(24)

Fejn xieraq u fejn it-teknoloġiji huma interkonnessi, għandhom jiġu mfittxija sinerġiji bejn it-tnaqqis ta' emissjonijiet gassużi u ta' partikoli inkwinanti minn magni għall-makkinarju mobbli mhux tat-triq, u l-limiti ta' emissjonijiet kif applikati għall-vetturi heavy duty. Din l-azzjoni tista' tgħin biex jitjiebu l-ekonomiji ta' skala u l-kwalità tal-arja.

(25)

Il-Kummissjoni għandha tadotta ċikli tat-test armonizzati madwar id-dinja fil-proċeduri tal-ittestjar li jiffurmaw l-bażi tar-regolamenti tal-UE dwar l-approvazzjoni tat-tip għall-emissjonijiet. Għandha tiġi kkunsidrata wkoll l-applikazzjoni ta' sistemi portabbli għall-kejl tal-emissjonijiet għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet effettivi waqt l-użu.

(26)

Sabiex jiġu indirizzati aħjar l-emissjonijiet waqt l-użu proprju u sabiex jitħejja l-proċess ta' konformità fis-servizz, għandha tiġi adottata metodoloġija ta' ttestjar għall-monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti tar-rendiment tal-emissjonijiet fuq il-bażi tal-użu ta' sistemi portabbli għall-kejl tal-emissjonijiet f'perijodu ta' żmien xieraq.

(27)

Il-funzjonament tajjeb tas-sistema ta' posttrattament tal-egżost, speċifikament fil-każ tal-NOx, huwa essenzjali biex ikun hemm konformità mal-limiti stabbiliti għall-emissjonijiet ta' inkwinanti. F'dan il-kuntest, għandhom jiġu introdotti miżuri immirati għall-iżgurar tal-operazzjoni tajba tas-sistemi ta' posttrattament tal-egżost li jiddependu mill-użu ta' xi reaġent li jiġi kkunsmat jew li ma jistax jiġi rkuprat.

(28)

Pompi portabbli għat-tifi tan-nar huma essenzjali f'ċerti sitwazzjonijiet ta' emerġenza fejn provvista ta' ilma kanalizzat ma tkunx disponibbli. Madankollu, l-installazzjoni ta' sistemi ta' posttrattament tal-egżost f'magni għal tali makkinarju żżid it-toqol u t-temperaturi operattivi tagħhom sal-punt li jsir ta' periklu għall-operatur u li jkun impossibbli biex jinġarr bl-idejn. Il-pompi portabbli għat-tifi tan-nar għandhom, għalhekk, ikunu esklużi mill-ambitu ta' dan ir-Regolament.

(29)

Il-modifiki fil-magna bħall-inattivazzjoni tas-sistema tal-posttrattament tal-egżost, jew iż-żieda fil-potenza tagħha, jista' jkollhom konsegwenzi serji għar-rendiment tal-emissjonijiet u d-durabbiltà tal-magna. Il-persuni ġuridiċi li jagħmlu tali modifiki għandhom għalhekk ikunu responsabbli milli jiżguraw li l-limiti tal-emissjonijiet applikabbli jkunu rispettati.

(30)

Il-magni li huma koperti minn, u konformi, mar-regoli l-ġodda dwar il-limiti tal-emissjonijiet u l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE stabbiliti b'dan ir-Regolament għandhom ikunu permessi li jitpoġġew fis-suq fl-Istati Membri. Tali magni ma għandhom ikunu soġġetti għall-ebda rekwiżit ieħor nazzjonali tal-emissjonijiet fir-rigward tat-tqegħid tagħhom fis-suq. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jinkoraġġixxu jew jirrestrinġu l-użu ta' magni li diġà tqiegħdu fis-suq, sakemm il-kriterji applikati ma jkunux diskriminatorji u jkunu ġustifikati b'mod oġġettiv. L-Istati Membri li jagħtu l-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE għandhom jieħdu miżuri ta' verifika sabiex jiżguraw li dawk il-magni ffabbrikati taħt proċeduri ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE jistgħu jiġu identifikati.

(31)

Il-magni għall-esportazzjoni u għall-użu mill-forzi armati m'għandhomx ikunu soġġetti għal-limiti tal-emissjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament. Madankollu, sabiex issir distinzjoni bejn dawn il-magni minn magni li huma soġġetti għal dawk il-limiti tal-emissjonijiet, f'ċerti każijiet għandhom ikunu meħtieġa marki.

(32)

Sabiex jittieħed kont tal-limiti fuq il-provvista loġistika u biex jippermetti fluss produttiv “eżatt fil-ħin”, u biex jiġu evitati spejjeż u piż amministrattiv mhux meħtieġa, fabbrikant għandu, bil-kunsens tal-fabbrikant tat-tagħmir oriġinali (“OEM”), ikun jista' jagħmel konsenja ta' magna separatament mis-sistema ta' posttrattament tal-egżost tagħha.

(33)

Xi makkinarju mobbli mhux tat-triq jopera taħt kondizzjonijiet ta' natura estrema li jinvolvu riskji għas-saħħa jew għal-ħajja, jew huwa soġġett għal rekwiżiti tekniċi diffiċli ħafna. Fid-dawl ta' dawk iċ-ċirkostanzi partikolari, u fid-dawl tal-għadd relattivament baxx ta' magni għall-makkinarju mobbli mhux tat-triq, għandhom jiġu previsti ċerti eżenzjonijiet għar-rekwiżiti tal-limitu tal-emissjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament fir-rigward ta' magni li jintużaw f'atmosferi potenzjalment esplożivi u f'vetturi għall-varar tad-dgħajjes ta' salvataġġ.

(34)

Sabiex ikunu jistgħu jsiru l-attivitajiet ta' ttestjar fuq il-post mill-fabbrikanti, li huma inerenti fil-proċess tal-iżvilupp tal-magni, għandu jkun permess it-tqegħid temporanju fis-suq ta' magni li f'dak l-istadju ma jkollhomx approvazzjoni tat-tip tal-UE. Għandhom ikunu possibbli wkoll eżenzjonijiet li jippermettu t-tqegħid temporanju fis-suq ta' magni għall-iskop ta' ttestjar ta' prototipi fuq il-post.

(35)

Sabiex jittieħed kont tal-proġetti fuq żmien twil fis-settur ferrovjarju li jeħtieġu investimenti kbar, għandha tingħata eżenzjoni, f'konformità mad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), għall-magni inklużi fi proġetti li kienu mnieda qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u li jkunu fi stat avvanzat ta' żvilupp.

(36)

Huwa essenzjali li ma jkunx hemm xkiel għall-innovazzjoni teknika fir-rigward tar-rendiment tal-emissjonijiet ta' magni għal makkinarju mobbli mhux tat-triq b'rekwiżiti li attwalment mhumiex previsti mill-proċeduri amministrattivi eżistenti għall-approvazzjoni tat-tip. Huwa għaldaqstant neċessarju li jiġu previsti ċerti eżenzjonijiet u regoli fir-rigward ta' magni li jinkorporaw teknoloġiji ġodda jew kunċetti ġodda.

(37)

L-OEMs li jipproduċu numru limitat ta' unitajiet fis-sena jiffaċċjaw sfidi kbar meta jiddisinjaw il-flotta tagħhom mill-ġdid fil-perijodu transitorju standard. Dawk il-fabbrikanti huma tipikament impriżi ta' daqs żgħir u medju (“SMEs”) li għandhom kapaċità tal-inġinerija limitata u li ħafna drabi jiksbu informazzjoni dwar magni ta' stadju futur aktar tard minn OEMs oħra. Dan huwa l-każ, b'mod partikolari, tal-fabbrikanti tal-makkinarju agrikolu li jipproduċu numru limitat ta' unitajiet fis-sena li jiffaċċjaw sfida strutturali serja meta jgħaddu mit-transizzjoni għal-limiti tal-emissjonijiet ta' Stadju V. Huwa għalhekk neċessarju li jiġu previsti regoli speċifiċi fir-rigward ta' tali każijiet.

(38)

Għandu jkun permess it-tqegħid fis-suq ta' magni maħsuba biex jissostitwixxu magni li diġà huma installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq, u li jikkonformaw ma' limiti tal-emissjonijiet inqas rigorużi minn dawk stipulati f'dan ir-Regolament, sabiex il-fabbrikanti jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi ta' garanzija tagħhom u jiżguraw disponibbiltà suffiċjenti ta' tali magni fis-suq.

(39)

Skont l-estimi attwali, għadd ta' lokomottivi b'linja gejġ wiesgħa ser jeħtieġu li jiġu sostitwiti bejn l-2016 u l-2025. Il-lokomottivi b'magni ta' potenza għolja adatti għan-netwerk ferrovjarju ta' 1 520 mm mhumiex disponibbli fis-suq tal-Unjoni. Is-soluzzjonijiet imfassla apposta jżidu b'mod sinifikanti l-ispiża ta' lokomottivi ġodda u jiskoraġġixxu lill-operaturi ferrovjarji milli jġeddu l-flotot tagħhom. Ir-restrizzjonijiet tekniċi u ekonomiċi tan-network ferrovjarju ta' 1 520 mm għandhom jiġu kkunsidrati fil-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE. Sabiex tiġi ffaċilitata u tkun aktar rapida l-ekoloġizzazzjoni tas-settur ferrovjarju fl-Istati Membri affettwati u biex jiġi promoss l-użu tal-aħjar teknoloġija disponibbli attwalment fis-suq, għandha tingħata eżenzjoni temporanja fir-rigward ta' ċerti rekwiżiti għal dawk il-lokomottivi fin-netwerk ferrovjarju. Tali eżenzjoni tista' tippermetti li jitnaqqas l-impatt tat-traffiku ferrovjarju fuq l-ambjent.

(40)

Il-produzzjoni tal-qoton fl-Unjoni hija limitata għal għadd żgħir ta' Stati Membri. Minħabba l-ispejjeż għoljin tal-makkinarju l-ġdid tal-ħsad tal-qoton, u sabiex jiġi evitat l-introduzzjoni ta' piż finanzjarju addizzjonali fuq is-settur tal-produzzjoni tal-qoton, li jkompli jhedded il-vijabbiltà ekonomika tiegħu, l-operaturi għandhom jingħataw aċċess għal firxa kbira ta' makkinarju tal-ħsad tal-qoton użat. Għalhekk, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li japplikaw, għal perijodu limitat ta' żmien, id-dritt nazzjonali għal magni installati f'tali makkinarju.

(41)

Fir-rigward tas-sorveljanza tas-suq, dan ir-Regolament għandu jimponi obbligi fuq l-awtoritajiet nazzjonali li huma aktar speċifiċi mill-obbligi korrispondenti tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

(42)

Sabiex jiġi żgurat li l-proċedura għall-monitoraġġ tal-konformità tal-produzzjoni, li hija waħda mill-pedamenti tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, ġiet implimentata b'mod korrett u tiffunzjona kif suppost, il-fabbrikanti għandhom jiġu vverifikati mill-awtorità kompetenti maħtura jew minn servizz tekniku kkwalifikat kif xieraq maħtur għal dak il-għan.

(43)

L-Unjoni hija parti kontraenti tal-Ftehim tal-UNECE dwar l-Adozzjoni ta' Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, Tagħmir u Partijiet li jistgħu jkunu ffittjati ma' u/jew ikunu użati ma' Vetturi bir-Roti u l-Kondizzjonijiet għar-Rikonoxximent Reċiproku tal-Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta' dawn il-Preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”). Bħala konsegwenza, l-approvazzjonijiet mogħtija taħt ir-regolamenti tal-UNECE, u l-emendi għalihom, li l-Unjoni vvotat favurihom jew li aderixxiet għalihom, fl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (10), għandhom jiġu rikonoxxuti bħala ekwivalenti għall-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE mogħtija skont dan ir-Regolament. Għaldaqstant, sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u l-allinjament bejn il-leġiżlazzjoni tal-UE u dik tal-UNECE, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati sabiex tiddetermina liema regolamenti tal-UNECE għandhom japplikaw għall-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE.

(44)

Sabiex dan ir-Regolament jiġi supplimentat b'aktar dettalji tekniċi, jeħtieġ li l-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-monitoraġġ tar-rendiment tal-emissjonijiet matul is-servizz, il-proċeduri tekniċi tal-ittestjar u l-kejl, il-konformità tal-produzzjoni, il-kunsinna separata ta' sistemi ta' posttrattament tal-egżost tal-magni, il-magni għall-ittestjar fuq il-post, il-magni għall-użu f'atmosferi esplożivi, l-ekwivalenza tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE tal-magni, l-informazzjoni għall-OEMs u għall-utenti finali, l-istandards u l-valutazzjoni tas-servizzi tekniċi. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni ikollha konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (11). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċievuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(45)

Bil-għan li jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

(46)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(47)

Bil-għan li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-progress tekniku kontinwu u l-aħħar sejbiet fl-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni, għandu jiġi identifikat il-potenzjal ulterjuri ta' tnaqqis ta' emissjonijiet ta' inkwinanti minn magni installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq. L-enfasi ta' tali valutazzjonijiet għandha tkun fuq dawk il-kategoriji ta' magni li jaqgħu għall-ewwel darba fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u fuq dawk li fir-rigward tagħhom il-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet jibqgħu ma jinbidlux skont dan ir-Regolament.

(48)

Il-valuri ta' limitu speċifiċi, il-proċeduri tal-ittestjar u r-rekwiżiti għall-emissjonijiet ta' inkwinanti stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll għal magni għall-tratturi agrikoli u forestali koperti mir-Regolament (UE) Nru 167/2013. Minħabba l-effett kombinat tal-posponiment ta' Stadju IV għat-tratturi agrikoli tal-kategoriji T2, T4.1 u C2 u d-dati tal-applikazzjoni ta' Stadju V, Stadju IV jkollu, fir-rigward tal-medda tal-potenza 56–130 kW, perijodu ta' żmien qasir ħafna. Sabiex jiġu evitati ineffiċjenzi u piż mhux neċessarju, id-data ta' approvazzjoni obbligatorja tat-tip tal-UE ta' Stadju IV għandha tiġi posposta b'sena u l-kwantità tal-flessibbiltà miżjuda kif adatt. Barra minn hekk, il-klawżoli ta' transizzjoni f'dan ir-Regolament fir-rigward tar-rekwiżiti tal-applikazzjoni ta' Stadju V għandhom ukoll japplikaw għall-magni ta' Stadju IIIB. Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/96 (13) għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(49)

Fl-interessi taċ-ċarezza, il-prevedibbiltà, ir-razzjonalità u s-simplifikazzjoni, kif ukoll sabiex jitnaqqas il-piż fuq il-fabbrikanti tal-magni u tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq, dan ir-Regolament għandu jinkludi biss numru limitat ta' stadji ta' implimentazzjoni għall-introduzzjoni ta' livelli tal-emissjonijiet ġodda u proċeduri ġodda tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE. Id-definizzjoni f'waqtha tar-rekwiżiti hija essenzjali sabiex jiġi żgurat li jingħata biżżejjed żmien lill-fabbrikanti biex jiżviluppaw, jittestjaw u jimplimentaw soluzzjonijiet tekniċi għall-magni ffabbrikati f'serje, u lill-fabbrikanti u l-awtoritajiet tal-approvazzjoni fl-Istati Membri biex jimplimentaw is-sistemi amministrattivi xierqa.

(50)

Id-Direttiva 97/68/KE ġiet emendata b'mod sostanzjali diversi drabi. Fl-interessi taċ-ċarezza, tal-prevedibbiltà, tar-razzjonalità u tas-simplifikazzjoni, dik id-Direttiva għandha titħassar u tiġi sostitwita b'regolament u numru limitat ta' atti delegati u ta' implimentazzjoni. L-adozzjoni ta' Regolament jiżgura li d-dispożizzjonijiet tagħha jkunu direttament applikabbli, b'mod partikolari, għall-fabbrikanti, għall-awtoritajiet tal-approvazzjoni u għas-servizzi tekniċi, kif ukoll li dawn ikunu jistgħu jiġu emendati ferm aktar malajr u b'mod aktar effiċjenti sabiex jittieħed kont aħjar tal-progress tekniku.

(51)

Id-Direttiva 97/68/KE għandha għalhekk tiġi revokata b'effett minn data li tagħti lill-industrija biżżejjed żmien biex tadatta għal dan ir-Regolament u għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom jiġu stipulati fl-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati bis-saħħa tiegħu.

(52)

Id-Direttiva 97/68/KE ma tipprevedix deroga għall-magni għall-makkinarju mobbli mhux tat-triq li jintuża f'atmosferi potenzjalment esplożivi. Sabiex jittieħed kont tar-rekwiżiti tekniċi stretti li huma essenzjali għas-sigurtà operattiva ta' tali magni, id-Direttiva 97/68/KE għandha tiġi emendata sabiex ikun hemm derogi għal tali magni li japplikaw sakemm dik id-Direttiva tiġi revokata.

(53)

Jeħtieġ li jitjieb l-iskambju ta' data u informazzjoni b'rabta mal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE sabiex dan ir-Regolament ikun jista' jiġi applikat b'mod effettiv u rapidu. Għalhekk, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jikkooperaw b'mod effiċjenti ma' xulxin u mal-Kummissjoni, u jiskambjaw ta' data u informazzjoni b'rabta mal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (“IMI”) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14). Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandu jiġi stabbilit modulu tal-IMI imfassal speċifikament għall-makkinarju mobbli mhux tat-triq. Għandu jkun possibbli wkoll li l-fabbrikanti u s-servizzi tekniċi jużaw l-IMI għall-iskambju ta' data u informazzjoni dwar magni għall-makkinarju mobbli mhux tat-triq.

(54)

Billi l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu preskritti regoli armonizzati dwar ir-rekwiżiti amministrattivi u tekniċi relatati mal-limiti tal-emissjonijiet u l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-magni għall-makkinarju mobbli mhux tat-triq, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi, għall-magni kollha msemmija fl-Artikolu 2(1), limiti tal-emissjonijiet għal inkwinanti gassużi u partikolati kif ukoll ir-rekwiżiti amministrattivi u tekniċi relatati mal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll ċerti obbligi b'rabta mal-makkinarju mobbli mhux tat-triq li fih qed tiġi installata, jew ġiet installata, magna kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) fir-rigward tal-limiti tal-emissjonijiet għall-inkwinanti gassużi u partikolati minn tali magni.

2.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti għas-sorveljanza tas-suq tal-magni msemmija fl-Artikolu 2(1) li huma installati, jew li huma maħsuba biex jiġu installati, f'makkinarju mobbli mhux tat-triq, u li huma soġġetti għal approvazzjoni tat-tip tal-UE.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika għall-magni kollha li jaqgħu fil-kategoriji msemmija fl-Artikolu 4(1), li jiġu installati, jew li huma maħsuba biex jiġu installati, f'makkinarju mobbli mhux tat-triq u, sa fejn huma kkonċernati l-limiti tal-emissjonijiet għall-inkwinanti gassużi u partikolati minn dawk il-magni, għal tali makkinarju mobbli mhux tat-triq.

2.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal magni għal:

(a)

il-propulsjoni tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15);

(b)

il-propulsjoni ta' tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija kif definit fil-punt (8) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013;

(c)

il-propulsjoni tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16);

(d)

makkinarju stazzjonarju;

(e)

bastimenti tal-baħar li jirrikjedu navigazzjoni marittima valida jew ċertifikat tas-sigurtà validu;

(f)

inġenju kif definit fid-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) u li ma jaqax fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha;

(g)

il-propulsjoni jew l-iskopijiet awżiljarji ta' bastimenti li jivvjaġġaw fuq passaġġi tal-ilma interni b'potenza netta ta' inqas minn 19 kW;

(h)

inġenju tal-ilma kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18);

(i)

inġenju tal-ajru kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 (19);

(j)

vetturi ta' rikreazzjoni, għajr motoslitti, vetturi all-terrain u vetturi side-by-side;

(k)

vetturi u magni użati jew maħsuba biex jintużaw esklużivament fil-kompetizzjonijiet;

(l)

pompi portabbli tat-tifi tan-nar kif definiti u koperti mill-istandard Ewropew dwar pompi portabbli tat-tifi tan-nar (20);

(m)

mudelli fuq skala mnaqqsa jew repliki fuq skala mnaqqsa ta' vetturi jew makkinarju fejn dawk il-mudelli jew repliki jkollhom potenza netta ta' inqas minn 19 kW.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“makkinarju mobbli mhux tat-triq” tfisser kwalunkwe magna mobbli, tagħmir li jista' jiġi ttrasportat jew vettura bi jew mingħajr qafas jew roti, li mhux maħsuba għat-trasport tal-passiġġieri jew merkanzija fit-triq, u jinkludi makkinarju installat fuq ix-xażi ta' vetturi maħsuba għat-trasport ta' passiġġieri jew merkanzija fit-triq;

(2)

“approvazzjoni tat-tip tal-UE” tfisser il-proċedura li permezz tagħha awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li tip ta' magna jew familja ta' magni tissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi rilevanti ta' dan ir-Regolament;

(3)

“inkwinanti gassużi” tfisser l-inkwinanti li ġejjin fl-istat gassuż tagħhom emessi minn magna: monossidu tal-karbonju (CO), idrokarburi (HC) totali u ossidi tan-nitroġenu (NOx); NOx li huma l-ossidu nitriku (NO) u d-diossidu tan-nitroġenu (NO2), espressi bħala ekwivalenti għal NO2;

(4)

“materja partikolata” jew “PM” tfisser il-massa ta' kwalunkwe materjal fil-gass emess minn magna li jinġabar fuq mezz ta' filtru speċifikat wara d-dilwizzjoni tal-gass bl-arja ffiltrata nadifa sabiex it-temperatura ma taqbiżx it-325 K (52 °C);

(5)

“numru ta' partikoli” jew “PN” tfisser l-għadd ta' partikoli solidi emessi minn magna b'dijametru akbar minn 23 nm;

(6)

“inkwinanti partikolati” tfisser kwalunkwe materja emessa minn magna li titkejjel bħala PM jew PN;

(7)

“magna b'kombustjoni interna” jew “magna” tfisser konvertitur tal-enerġija, għajr turbina tal-gass, iddisinjat biex jibdel enerġija kimika (dħul) f'enerġija mekkanika (ħruġ) bi proċess ta' kombustjoni interna; inklużi, fejn ikunu ġew installati, is-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet u l-interfaċċja tal-komunikazzjoni (hardware u messaġġi) bejn l-unità(jiet) elettronika ta' kontroll tal-magna u kwalunkwe unità oħra ta' motopropulsjoni jew kontroll ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq li tkun meħtieġa għall-konformità mal-Kapitoli II u III;

(8)

“tip ta' magna” tfisser grupp ta' magni li ma jkunux differenti fil-karatteristiċi essenzjali tal-magna;

(9)

“familja ta' magni” tfisser grupp ta' tipi ta' magni ta' fabbrikant li, minħabba d-disinn tagħhom, ikollhom karatteristiċi simili fir-rigward tal-emissjonijiet tal-egżost, u li jirrispettaw il-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet applikabbli;

(10)

“magna referenzjarja” tfisser tip ta' magna magħżula minn familja ta' magni b'tali mod li l-karatteristiċi tal-emissjonijiet tagħha jkunu rappreżentattivi ta' dik il-familja ta' magni;

(11)

“magna ta' sostituzzjoni” tfisser magna li:

(a)

tintuża esklużivament biex tissostitwixxi magna li diġà tqiegħdet fis-suq u li ġiet installata f'makkinarju mobbli mhux tat-triq; u

(b)

tkun konformi ma' stadju tal-emissjonijiet li huwa aktar baxx minn dak applikabbli fid-data tas-sostituzzjoni tal-magna;

(12)

“magna fis-servizz” tfisser magna mħaddma makkinarju mobbli mhux tat-triq skont l-użanzi, kondizzjonijiet u tagħbijiet normali ta' tħaddim tagħha, u li tintuża biex isiru testijiet ta' monitoraġġ tal-emissjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 19;

(13)

“magna CI” tfisser magna li taħdem fuq il-prinċipju ta' ignixin bil-kompressjoni (“CI”);

(14)

“magna SI” tfisser magna li taħdem fuq il-prinċipju ta' ignixin bl-ispark (“SI”);

(15)

“magna SI li tinżamm fl-idejn” tfisser magna SI b'potenza referenzjarja ta' inqas minn 19 kW, u li tintuża f'tagħmir li jissodisfa mill-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)

jinġarr mill-operatur waqt it-twettiq tal-funzjoni(jiet) maħsuba kollha tat-tagħmir;

(b)

jopera f'diversi pożizzjonijiet, bħal rasu 'l isfel jew laġenba, sabiex iwettaq il-funzjoni(jiet) maħsuba tiegħu;

(c)

il-piż niexef, inkluż il-magna, ikun inqas minn 20 kg, u jissodisfa mill-inqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-operatur tiegħu jipprovdi appoġġ fiżiku għal jew, inkella, iġorr it-tagħmir matul it-twettiq tal-funzjoni(jiet) maħsuba kollha tiegħu;

(ii)

l-operatur tiegħu jipprovdi appoġġ fiżiku jew kontroll tal-attitudni għat-tagħmir matul it-twettiq tal-funzjoni(jiet) maħsuba kollha tiegħu;

(iii)

jintuża f'ġeneratur jew pompa;

(16)

“fjuwil likwidu” tfisser fjuwil li jeżisti fl-istat likwidu f'kondizzjonijiet ambjentali standard (298K, pressjoni ambjentali assoluta 101,3 kPa);

(17)

“fjuwil gassuż” tfisser kwalunkwe fjuwil li jkun kollu kemm hu gassuż f'kondizzjonijiet ambjentali standard; (298K, pressjoni ambjentali assoluta 101,3 kPa);

(18)

“magna li tuża żewġ tipi ta' fjuwil” tfisser magna li hija ddisinjata biex topera simultanjament bi fjuwil likwidu u fjuwil gassuż, fejn iż-żewġ fjuwils jitkejlu separatament u bl-ammont ikkonsmat ta' wieħed mill-fjuwils relattiv għall-ieħor ikun jista' jvarja skont l-operazzjoni;

(19)

“magna li tuża tip wieħed ta' fjuwil” tfisser magna li mhijiex magna li tuża żewġ tipi ta' fjuwil;

(20)

“GER” (Proporzjon Enerġetiku tal-Gass) tfisser, fil-każ ta' magna li tuża żewġ tipi ta' fjuwil, il-proporzjon tal-kontenut ta' enerġija tal-fjuwil gassuż fuq il-kontenut ta' enerġija taż-żewġ fjuwils; fil-każ ta' magni li jużaw tip wieħed ta' fjuwil, il-GER jiġi definit bħala 1 jew 0 skont it-tip ta' fjuwil;

(21)

“magna b'veloċità kostanti” tfisser magna li l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tagħha tkun limitata għal operazzjoni b'veloċità kostanti, minbarra magni li l-funzjoni ta' regolatur tal-veloċità kostanti tagħhom titneħħa jew tiġi diżattivata; hija tista' tiġi pprovduta b'veloċità tal-vettura mhux ingranata li tista' tintuża meta tiġi startjata jew meta tintefa l-vettura u tista' tkun mgħammra b'regolatur li jista' jiġi ssettjat għal veloċità alternattiva meta l-magna titwaqqaf;

(22)

“magna b'veloċità varjabbli” tfisser magna li mhijiex magna b'veloċità kostanti;

(23)

“operazzjoni b'veloċità kostanti” tfisser operazzjoni ta' magna b'regolatur li jikkontrolla awtomatikament id-domanda tal-operatur sabiex tinżamm il-veloċità tal-magna, anki taħt tagħbija li tinbidel;

(24)

“magna awżiljarja” tfisser magna installata jew maħsuba biex tiġi installata f'makkinarju mobbli mhux tat-triq li ma jipprovdix propulsjoni direttament jew indirettament;

(25)

“potenza netta” tfisser il-potenza tal-magna f'kW miksuba fuq bank tat-testijiet fit-tarf tal-krankxaft, jew l-ekwivalenti tiegħu, imkejla f'konformità mal-metodu li jintuża għall-kejl tal-potenza tal-magni b'kombustjoni interna kif speċifikat fir-Regolament tal-UNECE Nru. 120 bl-użu ta' fjuwil referenzjarju jew taħlita ta' fjuwils kif speċifikat fl-Artikolu 25(2);

(26)

“potenza referenzjarja” tfisser il-potenza netta li tintuża sabiex tiddetermina l-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet applikabbli għall-magna;

(27)

“potenza netta nominali” tfisser il-potenza netta f'kW kif iddikjarata mill-fabbrikant ta' magna b'veloċità nominali;

(28)

“potenza netta massima” tfisser l-ogħla valur tal-potenza netta fuq il-kurva nominali tal-potenza b'tagħbija sħiħa għat-tip ta' magna;

(29)

“veloċità nominali” tfisser il-veloċità massima b'tagħbija sħiħa permessa minn regolatur tal-magna, kif iddisinjata mill-fabbrikant, jew, jekk regolatur ma jkunx preżenti, il-veloċità li biha tintlaħaq il-potenza massima netta tal-magna, kif speċifikata mill-fabbrikant;

(30)

“data tal-produzzjoni tal-magna” tfisser id-data, mogħtija bħala x-xahar u s-sena, meta l-magna tgħaddi mill-verifika finali, wara li tkun ħalliet il-linja tal-produzzjoni, u tkun lesta biex tiġi konsenjata jew titpoġġa fl-istokk;

(31)

“perijodu ta' transizzjoni” tfisser l-ewwel 24 xahar wara d-data stipulata fl-Anness III għat-tqegħid fis-suq ta' magni ta' Stadju V;

(32)

“magna ta' transizzjoni” tfisser magna li jkollha data tal-produzzjoni tal-magna li tkun qabel id-data stabbilita fl-Anness III għat-tqegħid fis-suq tal-magni ta' Stadju V u li:

(a)

tkun konformi mal-aħħar limiti tal-emissjonijiet applikabbli definiti fil-leġiżlazzjoni rilevanti applikabbli fil-5 ta' Ottubru 2016; jew

(b)

taqa' taħt medda ta' potenza, jew tintuża jew maħsuba biex tintuża f'applikazzjoni, li ma kinitx soġġetta għal limiti ta' emissjonijiet ta' inkwinanti u approvazzjoni tat-tip fil-livell tal-Unjoni fil-5 ta' Ottubru 2016;

(33)

“data tal-produzzjoni tal-magna mobbli mhux tat-triq” tfisser ix-xahar u s-sena indikati fuq il-marka statutorja tal-magna jew, fin-nuqqas ta' marka statutorja, ix-xahar u s-sena li fiha tgħaddi mill-verifika finali wara li tkun ħalliet il-linja tal-produzzjoni;

(34)

“bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni” tfisser inġenju li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/1629;

(35)

“sett ta' ġenerazzjoni” tfisser magna mobbli indipendenti mhux tat-triq li ma jagħmilx parti minn motopropulsjoni, primarjament intenzjonat biex jipproduċi potenza elettrika;

(36)

“makkinarju stazzjonarju” tfisser makkinarju li huwa maħsub biex jiġi installat b'mod permanenti f'post wieħed għall-ewwel użu tiegħu u mhux maħsub biex jiċċaqlaq, fit-triq jew b'xi mod ieħor, ħlief matul it-trasport mill-post tal-fabbrikazzjoni sal-post tal-ewwel installazzjoni;

(37)

“installat b'mod permanenti” tfisser imwaħħal bil-boltijiet, jew miżmum effettivament fiss b'xi mod ieħor sabiex ma jkunx jista' jitneħħa mingħajr l-użu ta' għodod jew apparat, ma' bażi jew kostrinġiment alternattiv intenzjonat biex il-magna topera f'post wieħed f'bini, struttura, faċilità jew installazzjoni;

(38)

“motoslitta” tfisser magna awtopropulsiva li hija maħsuba biex tintuża għal vjaġġar barra mit-triq, primarjament fuq is-silġ, li tinsaq minn ċineg f'kuntatt mas-silġ u tibdel id-direzzjoni permezz ta' ski jew skis f'kuntatt mas-silġ, u li għandha massa massima mingħajr tagħbija, f'qagħda biex tinsaq, ta' 454 kg (inklużi t-tagħmir standard, il-fluwidu berried, il-lubrikanti, il-fjuwil u l-għodod iżda esklużi aċċessorji fakultattivi u s-sewwieq);

(39)

“vettura all-terrain” jew “ATV” tfisser vettura motorizzata, imħaddma minn magna, maħsuba biex tivvjaġġa primarjament fuq uċuh mhux miksija fuq erba' roti jew aktar b'tajers bi pressjoni baxxa, li jkollha sedil iddisinjat biex jintuża bħala sarġ mis-sewwieq biss, jew sedil iddisinjat biex jintuża bħala sarġ mis-sewwieq u sedil għal mhux aktar minn passiġġier wieħed u manubriji għall-istering;

(40)

“vettura side-by-side” jew “SbS” tfisser vettura awtopropulsiva, ikkontrollata minn operatur u mhux artikolata maħsuba primarjament sabiex tivvjaġġa fuq uċuh mhux miksija fuq erba' roti jew aktar, li jkollha massa minima mingħajr tagħbija, f'qagħda biex tinsaq, ta' 300 kg (inklużi t-tagħmir standard, il-fluwidu berried, il-lubrikanti, il-fjuwil u l-għodod iżda esklużi aċċessorji fakultattivi u s-sewwieq) u veloċità massima skont id-disinn ta' 25 km/siegħa jew aktar; tali vettura hija wkoll iddisinjata biex tittrasporta persuni u/jew merkanzija u/jew biex tiġbed u timbotta tagħmir, titmexxa minn kontroll differenti minn manubrija, iddisinjata għal skopijiet ta' rikreazzjoni jew utilità u ġġorr fuqha mhux aktar minn sitt persuni, inkluż is-sewwieq, li joqogħdu bil-qiegħda maġenb xulxin fuq sedil wieħed jew aktar mhux f'għamla ta' sarġ;

(41)

“vettura ferrovjarja” tfisser makkinarju mobbli mhux tat-triq li jopera esklużivament fuq binarji ferrovjarji;

(42)

“lokomottiva” tfisser vettura ferrovjarja maħsuba biex tipprovdi, jew direttament permezz tar-roti tagħha jew inkella indirettament permezz tar-roti ta' vetturi ferrovjarji oħrajn, il-potenza motriċi għall-propulsjoni tagħha nnifisha u għall-propulsjoni ta' vetturi ferrovjarji oħrajn li huma maħsuba biex iġorru merkanzija, passiġġieri u tagħmir ieħor, waqt li hija nnifisha ddisinjata jew maħsuba biex ma ġġorrx merkanzija jew passiġġieri, minbarra dawk li joperawha;

(43)

“awtovagun” tfisser vettura ferrovjarja ddisinjata biex tipprovdi, jew direttament permezz tar-roti tagħha jew inkella indirettament permezz tar-roti ta' vetturi ferrovjarji oħrajn, il-potenza motriċi għall-propulsjoni tagħha nnifisha, u hija speċifikament iddisinjata biex iġġorr merkanzija jew passiġġieri, jew it-tnejn li huma, u li mhijiex lokomottiva;

(44)

“vettura ferrovjarja awżiljarja” tfisser vettura ferrovjarja li mhijiex awtovagun jew lokomottiva inkluża iżda mhux limitata għal vettura ferrovjarja speċifikament iddisinjata biex twettaq ħidma ta' manutenzjoni jew kostruzzjoni jew operazzjonijiet ta' rfigħ assoċjati mal-binarji jew ma' infrastruttura oħra tal-linja ferrovjarja;

(45)

“krejn mobbli” tfisser krejn bi driegħ bi provvista ta' enerġija interna li kapaċi jivvjaġġa fit-triq u/jew mhux fit-triq jew it-tnejn, u li jiddependi mill-gravità għall-istabbiltà u li jopera fuq tajers, ċineg jew b'arranġamenti mobbli oħrajn;

(46)

“magna għat-tneħħija tas-silġ (snow thrower)” tfisser magna bi provvista ta' enerġija interna li hija ddisinjata esklużivament għat-tneħħija tas-silġ mis-superfiċje pavimentat billi tinġabar kwantità ta' silġ u tintefa' bis-saħħa f'tubu ta' rmigħ;

(47)

“issir disponibbli fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista ta' magna jew makkinarju mobbli mhux tat-triq għad-distribuzzjoni jew l-użu fis-suq tal-Unjoni matul attività kummerċjali, bi ħlas jew inkella mingħajr ħlas;

(48)

“tqegħid fis-suq” tfisser l-ewwel darba li magna jew makkinarju mobbli mhux tat-triq isir disponibbli fis-suq tal-Unjoni;

(49)

“fabbrikant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li hija responsabbli lejn l-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċess ta' awtorizzazzjoni jew approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-magna u li tiżgura l-konformità tal-produzzjoni tal-magna u li hija responsabbli wkoll għall-kwistjonijiet ta' sorveljanza tas-suq għall-magni ffabbrikati, kemm jekk involuta direttament kif ukoll jekk le fl-istadji kollha tad-disinn u l-kostruzzjoni tal-magna li hija s-suġġett tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE;

(50)

“rappreżentant tal-fabbrikant” jew “rappreżentant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li l-fabbrikant jaħtar b'mod dovut permezz ta' mandat bil-miktub sabiex tirrappreżentah fi kwistjonijiet rigward l-awtorità tal-approvazzjoni jew l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq u sabiex taġixxi f'ismu fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament;

(51)

“importatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed fis-suq magna minn pajjiż terz, kemm jekk il-magna tkun diġà installata kif ukoll jekk le fil-makkinarju mobbli mhux tat-triq;

(52)

“distributur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-forniment, għajr il-fabbrikant jew l-importatur, li tagħmel magna disponibbli fis-suq;

(53)

“operatur ekonomiku” tfisser il-fabbrikant, ir-rappreżentant tal-fabbrikant, l-importatur jew id-distributur;

(54)

“fabbrikant ta' tagħmir oriġinali” jew “OEM” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tiffabbrika makkinarju mobbli mhux tat-triq;

(55)

“awtorità tal-approvazzjoni” tfisser l-awtorità ta' Stat Membru stabbilita jew maħtura minn Stat Membru u nnotifikata minnu lill-Kummissjoni u li għandha kompetenza għal:

(a)

l-aspetti kollha tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' magna jew ta' familja ta' magni;

(b)

il-proċess ta' awtorizzazzjoni;

(c)

l-għoti u, fejn xieraq, l-irtirar jew ir-rifjut ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE, u l-ħruġ ta' ċertifikati ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE;

(d)

li taġixxi bħala l-punt ta' kuntatt għall-awtoritajiet tal-approvazzjoni ta' Stati Membri oħrajn;

(e)

li taħtar is-servizzi tekniċi; u

(f)

li tiżgura li l-fabbrikant jissodisfa l-obbligi tiegħu fir-rigward tal-konformità tal-produzzjoni;

(56)

“servizz tekniku” tfisser organizzazzjoni jew korp maħtur mill-awtorità tal-approvazzjoni bħala laboratorju tat-testijiet sabiex jagħmel testijiet, jew bħala korp ta' valutazzjoni tal-konformità sabiex iwettaq il-valutazzjoni inizjali u testijiet jew spezzjonijiet oħrajn, f'isem l-awtorità tal-approvazzjoni, jew l-awtorità tal-approvazzjoni nnifisha meta twettaq dawk il-funzjonijiet;

(57)

“sorveljanza tas-suq” tfisser l-attivitajiet imwettqa u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali sabiex jiżguraw li l-magni li jsiru disponibbli fis-suq ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

(58)

“awtorità għas-sorveljanza tas-suq” tfisser awtorità ta' Stat Membru li tkun responsabbli mit-twettiq ta' sorveljanza tas-suq fit-territorju tiegħu;

(59)

“awtorità nazzjonali” tfisser awtorità tal-approvazzjoni jew kwalunkwe awtorità oħra li, fir-rigward ta' magni li jkunu ser jiġu installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq jew ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq li fih huma installati magni, tkun involuta fi u responsabbli mis-sorveljanza tas-suq, il-kontroll fuq il-fruntiera jew it-tqegħid fis-suq fi Stat Membru;

(60)

“utent finali” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, għajr il-fabbrikant, l-OEM, l-importatur jew id-distributur, li hija responsabbli mit-tħaddim tal-magna installata f'makkinarju mobbli mhux tat-triq;

(61)

“strateġija ta' kontroll tal-emissjonijiet” tfisser element jew sett ta' elementi ta' disinn inkorporat fid-disinn ġenerali ta' magna, jew f'makkinarju mobbli mhux tat-triq li fih magna hija installata, u li jintuża fil-kontroll tal-emissjonijiet;

(62)

“sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet” tfisser kwalunkwe mezz, sistema jew element ta' disinn li jikkontrolla jew inaqqas l-emissjonijiet;

(63)

“strateġija ta' invalidazzjoni” tfisser strateġija ta' kontroll tal-emissjonijiet li tnaqqas l-effettività tas-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet taħt kondizzjonijiet ambjentali jew ta' tħaddim tal-magna li jkun hemm matul it-tħaddim normali tal-magna jew barra l-proċeduri tal-ittestjar għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE;

(64)

“unità elettronika ta' kontroll” tfisser mezz elettroniku ta' magna li huwa parti mis-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet u li juża d-data miksuba mis-sensuri tal-magna biex jikkontrolla l-parametri tal-magna;

(65)

“riċirkolazzjoni tal-gass tal-egżost” jew “EGR” tfisser mezz tekniku li hija parti mis-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet u li tnaqqas l-emissjonijiet billi tidderieġi l-gassijiet tal-egżost li jkunu ħarġu mill-kamra(kmamar) tal-kombustjoni lura fil-magna sabiex jitħalltu mal-arja li tidħol qabel jew waqt il-kombustjoni, ħlief għall-użu ta' valve timing sabiex jiżdied l-ammont ta' gass tal-egżost residwu fil-kamra(kmamar) tal-kombustjoni li jitħallat mal-arja li tidħol qabel jew waqt il-kombustjoni;

(66)

“sistema ta' posttrattament tal-egżost” tfisser katalizzatur, filtru tal-partikoli, sistema deNOx, sistema kkombinata ta' filtru tal-partikoli ta' deNOx jew kwalunkwe mezz ieħor li jnaqqas l-emissjonijiet, bl-eċċezzjoni tar-riċirkolazzjoni tal-gass tal-egżost u t-turboċarġers, li huwa parti mis-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet, iżda li jiġi installat 'l isfel mill-portijiet tal-egżost tal-magna;

(67)

“tbagħbis” tfisser diżattivazzjoni, aġġustament jew modifika tas-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet, inkluż kwalunkwe software jew element loġiku ieħor ta' kontroll ta' tali sistema, li jkollu l-effett, intenzjonat jew le, li jdgħajjef ir-rendiment tal-emissjonijiet tal-magna;

(68)

“ċiklu tat-test” tfisser sekwenza tal-punti tat-test, kull wieħed b'veloċità u torque definiti, li għandhom jiġu segwiti mill-magna meta din tkun qiegħda tiġi ttestjata taħt kondizzjonijiet operattivi statiċi jew transitorji;

(69)

“ċiklu tat-test f'qagħda statika” tfisser ċiklu tat-test fejn il-veloċità u t-torque tal-magna jinżammu f'sett finit ta' valuri nominalment kostanti; it-testijiet f'qagħda statika huma testijiet b'modalità diskreta jew inkella testijiet b'modalità ta' rampa ta' transizzjoni;

(70)

“ċiklu tat-test transitorju” tfisser ċiklu tat-test b'sekwenza ta' valuri normalizzati tal-veloċità u tat-torque li jvarjaw mal-ħin fuq bażi ta' sekonda b'sekonda;

(71)

“kaxxa tal-krank” tfisser l-ispazji magħluqa f'magna, jew esterni għaliha, li jkunu konnessi mas-samp taż-żejt permezz ta' kanali interni jew esterni minn fejn ikunu jistgħu joħorġu l-gassijiet u l-fwar;

(72)

“riġenerazzjoni” tfisser avveniment li matulu l-livelli tal-emissjonijiet jinbidlu waqt li r-rendiment tas-sistema ta' posttrattament tal-egżost jiġi restawrat permezz tad-disinn, u li jista' jiġi kklassifikat bħala riġenerazzjoni kontinwa jew bħala riġenerazzjoni infrekwenti (perjodika);

(73)

“perijodu ta' durabbiltà tal-emissjonijiet” jew “EDP” tfisser in-numru ta' sigħat jew, fejn applikabbli, id-distanza li tintuża biex jiġu stabbiliti l-fatturi tad-deterjorament;

(74)

“fatturi tad-deterjorament” tfisser is-sett ta' fatturi li jindikaw ir-relazzjoni bejn l-emissjonijiet fil-bidu u fi tmiem il-perijodu ta' durabbiltà tal-emissjonijiet;

(75)

“ittestjar virtwali” tfisser simulazzjonijiet bil-kompjuter, inklużi kalkoli, li jsiru biex juru l-livell tar-rendiment ta' magna bħala għajnuna għat-teħid tad-deċiżjonijiet mingħajr il-ħtieġa li tintuża magna fiżika.

Artikolu 4

Kategoriji tal-magni

1.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw il-kategoriji ta' magni li ġejjin, imqassmin fis-subkategoriji mogħtija fl-Anness I,:

(1)   “kategorija NRE”:

(a)

magni għal makkinarju mobbli mhux tat-triq li huma intenzjonati u adatti biex jimxu, jew biex jitmexxew, fit-triq jew b'xi mod ieħor, li mhumiex esklużi skont l-Artikolu 2(2) u li mhumiex inklużi f'xi kategorija oħra msemmija fil-punti (2) sa (10) ta' dan il-paragrafu;

(b)

magni li għandhom potenza referenzjarja ta' inqas minn 560 kW li jintużaw minflok il-magni ta' Stadju V tal-kategoriji IWP, IWA, RLL jew RLR;

(2)   “kategorija NRG”: magni li jkollhom potenza referenzjarja akbar minn 560 kW, esklużivament għall-użu f'settijiet ta' ġenerazzjoni; il-magni għal settijiet ta' ġenerazzjoni minbarra dawk li għandhom dawk il-karatteristiċi huma inklużi fil-kategoriji NRE jew NRS, skont il-karatteristiċi tagħhom;

(3)   “kategorija NRSh”: magni SI li jinżammu fl-idejn li jkollhom potenza referenzjarja li tkun inqas minn 19 kW, esklużivament għall-użu f'makkinarju li jinżamm fl-idejn;

(4)   “kategorija NRS”: magni SI, li jkollhom potenza referenzjarja li tkun inqas minn 56 kW u li mhumiex inklużi fil-kategorija NRSh;

(5)   “kategorija IWP”:

(a)

magni esklużivament għall-użu fuq bastimenti li jivvjaġġaw fuq passaġġi tal-ilma interni, għall-propulsjoni diretta jew indiretta tagħhom, jew maħsuba għall-propulsjoni diretta jew indiretta tagħhom, li jkollhom potenza referenzjarja li tkun akbar minn jew ugwali għal 19 kW;

(b)

magni li jintużaw minflok il-magni tal-kategorija IWA sakemm dawn jikkonformaw mal-Artikolu 24(8);

(6)   “kategorija IWA”: magni awżiljarji esklużivament għall-użu fuq bastimenti li jivvjaġġaw fuq passaġġi tal-ilma interni u li jkollhom potenza referenzjarja li tkun akbar minn, jew ugwali għal, 19 kW;

(7)   “kategorija RLL”: magni esklużivament għall-użu f'lokomottivi, għall-propulsjoni tagħhom jew li huma maħsuba għall-propulsjoni tagħhom;

(8)   “Kategorija RLR”:

(a)

magni esklużivament għall-użu f'awtovaguni, għall-propulsjoni tagħhom jew li huma maħsuba għall-propulsjoni tagħhom;

(b)

il-magni li jintużaw minflok il-magni ta' Stadju V tal-kategorija RLL;

(9)   “kategorija SMB”: magni SI esklużivament għall-użu fil-motoslitti; il-magni għall-motoslitti minbarra l-magni SI huma inklużi fil-kategorija NRE;

(10)   “kategorija ATS”: magni SI esklużivament għall-użu fl-ATVs u SbS; il-magni għall-ATVs u l-SbS minbarra l-magni SI huma inklużi fil-kategorija NRE.

2.   Magna b'veloċità varjabbli ta' kategorija partikolari tista' tintuża minflok magna b'veloċità kostanti tal-istess kategorija.

Barra minn hekk, il-magni b'veloċità varjabbli tal-kategorija IWP li jintużaw għal operazzjoni b'veloċità kostanti, għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 24(7) jew mal-Artikolu 24(8), skont kif applikabbli.

3.   Il-magni għal vetturi ferrovjarji awżiljarji u l-magni awżiljarji għal awtovaguni u lokomottivi huma inklużi fil-kategoriji NRE jew NRS, skont il-karatteristiċi tagħhom.

KAPITOLU II

OBBLIGI ĠENERALI

Artikolu 5

Obbligi tal-Istati Membri

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jaħtru awtoritajiet tal-approvazzjoni kif ukoll awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq f'konformità ma' dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-istabbiliment u l-ħatra tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni u sorveljanza tas-suq imsemmija fil-paragrafu 1, inkluż b'isimhom, l-indirizzi postali u elettroniċi u l-oqsma ta' responsabbiltà. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista u d-dettalji tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni fuq is-sit web tagħha.

3.   L-Istati Membri għandhom jippermettu biss it-tqegħid fis-suq ta':

(a)

magni li huma koperti b'approvazzjoni tat-tip tal-UE valida mogħtija f'konformità ma' dan ir-Regolament, irrispettivament minn jekk humiex diġà installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq; u

(b)

makkinarju mobbli mhux tat-triq li fih huma installati magni kif imsemmi fil-punt (a).

4.   L-Istati Membri m'għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq ta':

(a)

magni għal raġunijiet relatati ma' aspetti tal-kostruzzjoni u l-funzjonament tagħhom koperti minn dan ir-Regolament, fejn dawk il-magni jissodisfaw ir-rekwiżiti tiegħu;

(b)

makkinarju mobbli mhux tat-triq għal raġunijiet relatati ma' emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati minn magni installati f'tali makkinarju, fejn dawk il-magni jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u jissodisfaw ir-rekwiżiti tiegħu.

5.   L-Istati Membri għandhom jorganizzaw u jwettqu s-sorveljanza tas-suq u l-kontroll tal-magni fis-suq f'konformità mal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Artikolu 6

Obbligi tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni

1.   L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jiżguraw li l-fabbrikanti li japplikaw għal approvazzjoni tat-tip tal-UE jikkonformaw ma' dan ir-Regolament.

2.   L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom biss jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE għat-tipi ta' magni jew għall-familji ta' magni li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament.

3.   L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, permezz tal-IMI, reġistru tat-tipi kollha ta' magni u familji ta' magni, li għalihom ingħataw, ġew estiżi jew ġew irtirati approvazzjonijiet tat-tip tal-UE, jew li fir-rigward tagħhom ġiet rifjutata applikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

Dak ir-reġistru għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-fabbrikant u l-isem tal-kumpannija, jekk differenti;

(b)

l-isem/ismijiet kummerċjali jew il-marka(i) kummerċjali, kif adatt, li jappartjenu għall-fabbrikant;

(c)

id-deżinjazzjoni tat-tipi ta' magni koperti mill-approvazzjoni tat-tip tal-UE tat-tip ta' magna jew, fejn applikabbli, mill-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-familja ta' magni;

(d)

il-kategorija tal-magna;

(e)

in-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE inkluż in-numru ta' kwalunkwe estensjoni;

(f)

id-data tal-għoti, l-estensjoni, ir-rifjut jew it-tneħħija tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE; u

(g)

il-kontenut tat-taqsimiet “Informazzjoni ġenerali dwar il-magna” u “Riżultat finali tal-emissjonijiet” tar-rapport dwar it-testijiet imsemmi fl-Artikolu 24(12).

Artikolu 7

Obbligi tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

1.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu kontrolli dokumentarji u, fejn xieraq, kontrolli fiżiċi u fil-laboratorju tal-magni, fuq skala adegwata u fuq il-bażi ta' kampjuni adegwati. Meta jagħmlu dan, huma għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni l-prinċipji stabbiliti tal-valutazzjoni tar-riskji, kwalunkwe ilment u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

2.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi jagħmlu tali dokumentazzjoni u informazzjoni disponibbli skont kif jitqies meħtieġ biex iwettqu l-attivitajiet tal-awtoritajiet.

Artikolu 8

Obbligi ġenerali tal-fabbrikanti

1.   Il-fabbrikanti għandhom jiżguraw li meta l-magni tagħhom jitqiegħdu fis-suq dawn ikunu ġew iffabbrikati u approvati f'konformità ma' dan ir-Regolament.

2.   Fejn il-fabbrikanti jimmodifikaw magna li hija soġġetta għal approvazzjoni tat-tip tal-UE b'tali mod li sussegwentement tikkwalifika biex tappartjeni għal kategorija jew subkategorija differenti, huma għandhom ikunu responsabbli milli jiżguraw li l-magna tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli għal dik il-kategorija jew subkategorija.

Fejn persuna ġuridika timmodifika magna b'tali mod li ma tibqax konformi mal-limiti tal-emissjonijiet applikabbli għaliha skont il-kategorija jew subkategorija tagħha, dik il-persuna għandha titqies li tkun responsabbli biex terġa' tistabbilixxi konformità ma' dawk il-limiti tal-emissjonijiet.

3.   Il-fabbrikanti għandhom ikunu responsabbli lejn l-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u għall-iżgurar tal-konformità tal-produzzjoni, irrispettivament minn jekk ikunux involuti direttament fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni ta' magna.

4.   Il-fabbrikanti għandhom jiżguraw li jkun hemm proċeduri fis-seħħ biex il-produzzjoni tas-serje tibqa' f'konformità mat-tip approvat u għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' magni fis-servizz f'konformità mal-Artikolu 19.

Il-bidliet fid-disinn jew karatteristiċi ta' tip ta' magna u l-bidliet fir-rekwiżiti li tip ta' magna hija ddikjarata li tkun f'konformità magħhom għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni f'konformità mal-Kapitolu VI.

5.   Minbarra l-marki statutorji msemmija fl-Artikolu 32, il-fabbrikanti għandhom jindikaw, fuq il-magni tagħhom li jkunu ffabrikaw i li jqiegħdu fis-suq jew, meta dan ma jkunx possibbli, f'dokument li jakkumpanja lill-magna, isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata u l-indirizz tagħhom fl-Unjoni fejn jistgħu jiġu kkuntattjati.

6.   Fuq talba motivata, il-fabbrikanti għandhom jipprovdu lill-OEM b'duplikat tal-marka statutorja msemmija fl-Artikolu 15(4).

7.   Il-fabbrikanti għandhom jiżguraw li, dment li huma responsabbli għal magna, il-kondizzjonijiet tal-ħażna jew tat-trasport ma jipperikolawx il-konformità tagħha ma' dan il-Kapitolu u l-Kapitolu III.

8.   Il-fabbrikanti għandhom iżommu ċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE bl-anness tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 23(1) u, fejn applikabbli, kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 31 għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni għal perijodu ta' 10 snin wara t-tqegħid fis-suq ta' magna.

9.   Il-fabbrikanti għandhom jipprovdu lil awtoritajiet nazzjonali, fuq talba motivata u permezz tal-awtorità tal-approvazzjoni, kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal magna. Dik il-kopja għandha tkun b'lingwa li tista' faċilment tinftiehem mill-awtorità nazzjonali rikjedenti.

10.   Għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-magni, il-fabbrikanti stabbiliti barra l-Unjoni għandhom jaħtru rappreżentant wieħed li jkun stabbilit fl-Unjoni sabiex jirrappreżentahom fit-trattattivi tagħhom mal-awtorità tal-approvazzjoni.

11.   Għall-iskop tas-sorveljanza tas-suq, il-fabbrikanti stabbiliti barra mill-Unjoni għandhom jaħtru rappreżentant wieħed stabbilit barra mill-Unjoni, li jista' jkun ir-rappreżentant imsemmi fil-paragrafu 10.

Artikolu 9

Obbligi tal-fabbrikanti fir-rigward tal-magni li ma jkunux konformi

1.   Fabbrikanti li jkollu raġuni biex jemmnu jew li jqis li waħda mill-magni tiegħu li tkun tqiegħdet fis-suq mhijiex konformi ma' dan ir-Regolament għandhom iwettqu minnufih investigazzjoni dwar in-natura tan-nonkonformità suspettata u l-estent probabbli tal-okkorrenza tagħha.

Abbażi tal-eżitu tal-investigazzjoni, il-fabbrikant għandu jieħu miżuri korrettivi sabiex jiżgura li l-magni fil-produzzjoni jinġiebu f'konformità mat-tip ta' magna approvat jew familja ta' magni approvati fi żmien debitu.

Il-fabbrikant għandu minnufih jinforma lill-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE bl-investigazzjoni, fejn jagħti dettalji, b'mod partikolari, tan-nonkonformità u ta' kwalunkwe miżuri korrettivi meħuda.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, il-fabbrikant m'għandux ikun obbligat jieħu miżuri korrettivi fir-rigward ta' magna li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament bħala riżultat ta' modifiki magħmula wara li din tkun tqiegħdet fis-suq u li ma kienux ġew awtorizzati mill-fabbrikant.

Artikolu 10

Obbligi tar-rappreżentanti tal-fabbrikanti għas-sorveljanza tas-suq

Bħala minimu, ir-rappreżentanti tal-fabbrikanti għas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu l-kompiti li ġejjin li għandhom jiġu speċifikati fil-mandat bil-miktub li jingħata mill-fabbrikant:

(a)

jiżguraw li ċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE bl-annessi tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 23(1) u, fejn applikabbli, kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità kif imsemmija fl-Artikolu 31 jistgħu jsiru disponibbli lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni għal perijodu ta' għaxar snin wara t-tqegħid fis-suq ta' magna;

(b)

jipprovdu lill-awtorità tal-approvazzjoni, fuq talba motivata, bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex tintwera l-konformità tal-produzzjoni ta' magna;

(c)

jikkooperaw mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni u tas-sorveljanza tas-suq, fuq it-talba tagħhom, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda taħt il-mandat.

Artikolu 11

Obbligi ġenerali tal-importaturi

1.   L-importaturi għandhom iqiegħdu fis-suq biss magni li jkunu konformi u li jkunu rċevew approvazzjoni tat-tip tal-UE.

2.   Qabel ma jqiegħdu fis-suq magna tat-tip approvat tal-UE, l-importaturi għandhom jiżguraw li:

(a)

iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE bl-annessi tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 23(1) ikun disponibbli;

(b)

il-magna jkollha l-marka statutorja msemmija fl-Artikolu 32;

(c)

il-magna tikkonforma mal-Artikolu 8(5).

3.   Għal perijodu ta' għaxar snin wara t-tqegħid fis-suq tal-magna, l-importaturi għandhom iżommu, fejn applikabbli, kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 31 għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni u tas-sorveljanza tas-suq, u għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE bl-annessi tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 23(1) ikun jista' jitpoġġa disponibbli għal dawk l-awtoritajiet, fuq talba tagħhom.

4.   L-importaturi għandhom jindikaw, fuq il-magna jew, meta dak ma jkunx possibbli, f'dokument li jakkumpanja lill-magna, isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata u l-indirizz tagħhom fejn jistgħu jiġu kkuntattjati.

5.   L-importaturi għandhom jiżguraw li l-magna tkun akkumpanjata mill-informazzjoni u l-istruzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 43.

6.   L-importaturi għandhom jiżguraw li, sakemm huma responsabbli għal magna, il-kondizzjonijiet tal-ħażna jew tat-trasport ma jipperikolawx il-konformità tagħha ma' dan il-Kapitolu jew il-Kapitolu III.

7.   L-importaturi għandhom jipprovdu lill-awtorità nazzjonali rikjedenti, fuq talba motivata, bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex tintwera l-konformità ta' magna. Dawk l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni għandhom ikunu b'lingwa li tista' faċilment tinftiehem mill-awtorità rikjedenti.

Artikolu 12

Obbligi tal-importaturi fir-rigward ta' magni li ma jkunux konformi

1.   Importatur li jkollu raġuni biex jemmen jew iqis li magna mhijiex konformi ma' dan ir-Regolament u, b'mod partikolari, li hija ma tikkorrispondix mal-approvazzjoni tat-tip tal-UE tagħha, ma għandhomx iqiegħdu l-magna fis-suq qabel ma din tinġieb f'konformità.

L-importatur għandu jinforma, mingħajr dewmien żejjed, lill-fabbrikant u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, kif ukoll lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE, b'dan.

2.   Importatur li jkollu raġuni biex jemmen jew li jqis li magna li qiegħed fis-suq mhijiex konformi ma' dan ir-Regolament għandu jwettaq minnufih investigazzjoni dwar in-natura tan-nonkonformità sospettata u l-estent probabbli tal-okkorrenza tagħha.

Abbażi tal-eżitu tal-investigazzjoni, l-importaturi għandu jieħu miżuri korrettivi u jinforma lill-fabbrikant b'dan sabiex jiżgura li l-magni fil-produzzjoni jinġiebu f'konformità mat-tip ta' magna jew familja ta' magni approvati fi żmien debitu.

Artikolu 13

Obbligi ġenerali tad-distributuri

1.   Meta jagħmlu magna disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu b'attenzjoni xierqa fir-rigward tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

2.   Qabel ma jqiegħdu magna disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li:

(a)

il-fabbrikant ikun ikkonforma mal-Artikolu 8(5);

(b)

fejn applikabbli, l-importatur ikun ikkonforma mal-Artikolu 11(2) u (4);

(c)

il-magna jkollha l-marka statutorja msemmija fl-Artikolu 32;

(d)

L-informazzjoni u l-istruzzjonijiet msemmija fl-Artikolu 43 ikunu disponibbli b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment mill-OEM.

3.   Id-distributuri għandhom jiżguraw li, dment li huma responsabbli għal magna, il-kondizzjonijiet tal-ħażna jew tat-trasport ma jipperikolawx il-konformità tagħha ma' dan il-Kapitolu jew il-Kapitolu III.

4.   Id-distributuri għandhom, fuq talba motivata, jiżguraw li l-fabbrikant jipprovdi lill-awtorità nazzjonali rikjedenti d-dokumentazzjoni speċifikata fl-Artikolu 8(8), jew li l-importatur jipprovdi lill-awtorità nazzjonali rikjedenti d-dokumentazzjoni speċifikata fl-Artikolu 11(3).

Artikolu 14

Obbligi tad-distributuri fir-rigward ta' magni li ma jkunux konformi

1.   Meta distributur ikollu raġuni biex jemmen jew iqis li magna mhijiex konformi ma' dan ir-Regolament, huwa ma għandux jagħmel il-magna disponibbli fis-suq qabel ma din tinġieb f'konformità.

2.   Id-distributur għandu jinforma lill-fabbrikant jew lir-rappreżentant tal-fabbrikant jekk hu jkollu raġuni biex jemmen jew iqis li magna li jkun għamel disponibbli fis-suq mhijiex konformi ma' dan ir-Regolament, sabiex dan jiżgura li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa sabiex il-magni fil-produzzjoni jinġiebu f'konformità mat-tip ta' magna jew familja ta' magni approvati skont l-Artikolu 9 jew 12.

Artikolu 15

Obbligi tal-OEMs li jikkonċernaw l-installazzjoni ta' magni

1.   L-OEMs għandhom jinstallaw il-magni bl-approvazzjoni tat-tip tal-UE fil-makkinarju mobbli mhux tat-triq f'konformità mal-istruzzjonijiet ipprovduti mill-fabbrikat skont l-Artikolu 43(2), u b'tali mod li ma jaffettwawx ħażin ir-rendiment tal-magna fir-rigward tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati.

2.   Fejn OEM ma jsegwix l-istruzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jew jimmodifika magna matul l-installazzjoni tagħha f'makkinarju mobbli mhux tat-triq b'tali mod li jaffettwa ħażin il-prestazzjoni tal-magna fir-rigward tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati, dak l-OEM għandu jitqies bħala fabbrikant għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament u għandu, b'mod partikolari, ikun soġġett għall-obbligi speċifikati fl-Artikoli 8 u 9.

3.   L-OEMs m'għandhomx jinstallaw magni bl-approvazzjoni tat-tip tal-UE fil-makkinarju mobbli mhux tat-triq jekk mhux f'konformità mat-tipi tal-użu esklużiv previst fl-Artikolu 4.

4.   Fejn il-marka statutorja tal-magna msemmija fl-Artikolu 32 ma tkunx tidher mingħajr ma jitneħħew xi partijiet, l-OEM għandu jwaħħal mal-makkinarju mobbli mhux tat-triq, b'mod li tkun tidher, kopja tal-marka kif imsemmi f'dak l-Artikolu u fl-att ta' implimentazzjoni rilevanti, li tiġi pprovduta mill-fabbrikant.

5.   Fejn makkinarju mobbli mhux tat-triq b'magna ta' transizzjoni installata jitqiegħed fis-suq f'konformità mal-Artikolu 58(5), l-OEMs għandhom jindikaw id-data tal-produzzjoni tal-magna mobbli mhux tat-triq bħala parti mill-marka fuq il-magna.

6.   Fejn fabbrikant jikkonsenja magna lil OEM separatament mis-sistema ta' posttrattament tal-egżost tagħha f'konformità mal-Artikolu 34(3), l-OEM għandu, fejn applikabbli, jipprovdi lill-fabbrikat b'informazzjoni rigward il-muntaġġ tal-magna u s-sistema ta' posttrattament tal-egżost tagħha.

Artikolu 16

Applikazzjoni tal-obbligi tal-fabbrikanti għall-importaturi u d-distributuri

Importatur jew distributur li jagħmel magna disponibbli fis-suq taħt l-isem jew il-marka kummerċjali tiegħu, jew li jimmodifika tali magna b'tali mod li tista' tiġi affettwata l-konformità tagħha mar-rekwiżiti applikabbli, għandu jitqies bħala fabbrikant għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament u għandu, b'mod partikolari, ikun soġġett għall-obbligi stipulati fl-Artikoli 8 u 9.

Artikolu 17

Obbligu ta' notifika għal operaturi ekonomiċi u OEMs

L-operaturi ekonomiċi u l-OEMs għandhom, fuq talba, jinnotifikaw lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni u tas-sorveljanza tas-suq b'dan li ġej, għal perijodu ta' ħames snin mid-data tat-tqegħid fis-suq:

(a)

kwalunkwe operatur ekonomiku li jkun fornihom b'magna;

(b)

kwalunkwe operatur ekonomiku jew, fejn identifikabbli, kull OEM li jkunu fornew b'magna.

KAPITOLU III

REKWIŻITI SOSTANTIVI

Artikolu 18

Rekwiżiti tal-emissjonijiet tal-egżost għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE

1.   Il-fabbrikanti għandhom jiżguraw li t-tipi u l-familji tal-magni jiġu ddisinjati, mibnija u mmuntati b'tali mod li jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u dan il-Kapitolu.

2.   Mid-dati għat-tqegħid fis-suq tal-magni indikati fl-Anness III, it-tipi u l-familji tal-magni ma għandhomx jaqbżu l-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet tal-egżost li ssir referenza għalihom bħala Stadju V u li huma indikati fl-Anness II.

Meta, f'konformità mal-parametri li jiddefinixxu l-familja ta' magni stabbiliti fl-att ta' implimentazzjoni rilevanti, familja waħda ta' magni tkopri aktar minn medda tal-potenza waħda, il-magna referenzjarja (għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE) u t-tipi ta' magni kollha fi ħdan l-istess familja (għall-finijiet ta' konformità tal-produzzjoni) għandhom, fir-rigward tal-firxiet tal-potenza applikabbli:

(a)

jissodisfaw l-aktar valuri rigorużi ta' limiti tal-emissjonijiet;

(b)

jiġu ttestjati bl-użu taċ-ċikli tat-test li jikkorrispondu għall-aktar valuri rigorużi ta' limiti tal-emissjonijiet;

(c)

ikunu soġġetti għad-dati applikabbli li jiġu l-ewwel għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE u t-tqegħid fis-suq li huma stabbiliti fl-Anness III.

3.   L-emissjonijiet tal-egżost tat-tipi u tal-familji ta' magni għandhom jitkejlu fuq il-bażi taċ-ċikli tat-test stabbiliti fl-Artikolu 24 u f'konformità mal-Artikolu 25.

4.   It-tipi ta' magni u l-familji ta' magni għandhom ikunu ddisinjati u ffittjati bi strateġiji ta' kontroll tal-emissjonijiet b'tali mod li ma jippermettix it-tbagħbis sa fejn possibbli. L-użu ta' strateġiji ta' invalidazzjoni għandu jkun ipprojbit.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji għall-parametri li għandhom jintużaw għad-definizzjoni tat-tipi ta' magni u ta' familji ta' magni, inklużi l-modi operattivi tagħhom, u d-dettalji tekniċi għall-prevenzjoni tat-tbagħbis kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati, sal-31 ta' Diċembru 2016, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

Artikolu 19

Monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-magni fis-servizz

1.   L-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi minn magni li jappartjenu għat-tipi ta' magni jew familji ta' magni b'limiti tal-emissjonijiet ta' Stadju V li ġew approvati skont it-tip f'konformità ma' dan ir-Regolament għandhom jiġu mmonitorjati permezz tal-ittestjar tal-magni fis-servizz installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq u operati fuq iċ-ċikli tat-tħaddim normali tagħhom. Tali ttestjar għandu jitwettaq, taħt ir-responsabbiltà tal-fabbrikant u f'konformità mar-rekwiżiti tal-awtorità tal-approvazzjoni, fuq magni li tkun saritilhom manutenzjoni korretta, f'konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-għażla tal-magni, il-proċeduri tal-ittestjar u r-rapportar tar-riżultati għall-kategoriji ta' magni differenti.

Il-Kummissjoni għandha twettaq programmi pilota bil-għan li tiżviluppa proċeduri tal-ittestjar xierqa għal dawk il-kategoriji u subkategoriji ta' magni li fir-rigward tagħhom għadhom mhumiex fis-seħħ tali proċeduri tal-ittestjar.

Il-Kummissjoni għandha twettaq programmi ta' monitoraġġ għal kull kategorija ta' magni biex tiddetermina l-miżura sa fejn, l-emissjonijiet imkejla miċ-ċiklu tat-test jikkorrispondu għall-emissjonijiet imkejla mill-operazzjoni proprja. Dawk il-programmi u r-riżultati tagħhom għandhom, fuq bażi annwali, ikunu s-suġġett ta' preżentazzjoni lill-Istati Membri u, sussegwentement, ta' komunikazzjoni lill-pubbliku.

2.   Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 55 għall-iskop li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'arranġamenti ddettaljati fir-rigward tal-għażla tal-magni, il-proċeduri għat-testijiet u r-rapportar tar-riżultati msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sal-31 ta ' Diċembru 2016.

KAPITOLU IV

PROĊEDURI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE

Artikolu 20

Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-UE

1.   Il-fabbrikanti għandhom jippreżentaw applikazzjoni separata għal kull approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' tip ta' magna jew familja ta' magni lill-awtorità tal-approvazzjoni ta' Stat Membru u kull applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-folder ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 21. Fir-rigward ta' tip partikolari ta' magna jew, fejn applikabbli, familja ta' magni, għandha tiġi ppreżentata biss applikazzjoni waħda u din għandha tiġi ppreżentata lil awtorità tal-approvazzjoni waħda biss.

2.   Il-fabbrikanti għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tas-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE magna li tikkonforma mal-karatteristiċi tat-tip ta' magna jew, f'każ tal-familja ta' magni, tal-magna referenzjarja deskritti fil-folder ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 21.

3.   Fil-każ ta' applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' familja ta' magni, jekk l-awtorità tal-approvazzjoni tistabbilixxi li, fir-rigward tal-magna referenzjarja magħżula imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-applikazzjoni ppreżentata ma tirrappreżentax b'mod sħiħ il-familja ta' magni deskritta fil-folder ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 21, il-fabbrikanti għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni magna referenzjarja alternattiva u, jekk ikun hemm bżonn, addizzjonali, li titqies mill-awtorità tal-approvazzjoni li tirrappreżenta lill-familja ta' magni.

4.   Fi żmien xahar mill-bidu tal-produzzjoni tat-tip ta' magna jew familja ta' magni approvata, il-fabbrikanti għandhom jippreżentaw il-pjan inizjali għall-monitoraġġ tal-magni fis-servizz lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip ta' dak it-tip ta' magna jew, fejn applikabbli, familja ta' magni.

Artikolu 21

Folder ta' informazzjoni

1.   L-applikant għandu jipprovdi lill-awtorità tal-approvazzjoni b'folder ta' informazzjoni li jinkludi dan li ġej:

(a)

dokument ta' informazzjoni, inkluża lista ta' fjuwils referenzjarji u, fejn mitlub mill-fabbrikant, kwalunkwe fjuwils, taħlitiet ta' fjuwils jew emulsjonijiet ta' fjuwils speċifikati oħrajn imsemmija fl-Artikolu 25(2) u deskritti f'konformità mal-atti delegati imsemmija fl-Artikolu 25(4) (“id-dokument ta' informazzjoni”);

(b)

id-data, it-tpinġijiet, ir-ritratti u l-informazzjoni l-oħra kollha relatata mat-tip ta' magna jew, fejn applikabbli, il-magna referenzjarja;

(c)

kwalunkwe informazzjoni addizzjonali mitluba mill-awtorità tal-approvazzjoni fil-kuntest tal-proċedura ta' applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-UE.

2.   Il-folder ta' informazzjoni jista' jiġi pprovdut b'forma stampat jew f'format elettroniku li jkun aċċettat mis-servizz tekniku u l-awtorità tal-approvazzjoni.

3.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jippreskrivu mudelli għad-dokument ta' informazzjoni u għall-folder ta' informazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati, sal-31 ta' Diċembru 2016, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

KAPITOLU V

TWETTIQ TA' PROĊEDURI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE

Artikolu 22

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   L-awtorità tal-approvazzjoni li tirċievi l-applikazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE lit-tipi ta' magni kollha jew lill-familji ta' magni kollha li jikkonformaw ma' kull wieħed mill-elementi li ġejjin:

(a)

id-dettalji fil-folder ta' informazzjoni;

(b)

ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u b'mod partikolari l-konformità tal-arranġamenti tal-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 26.

2.   Fejn magna tissodisfa r-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni ma għandhom jimponu ebda rekwiżit ieħor tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-emissjonijiet tal-egżost għal makkinarju mobbli mhux tat-triq fejn tiġi installata tali magna.

3.   Wara d-dati għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-magni indikati fl-Anness III għal kull subkategorija ta' magni, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni ma għandhomx jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tip ta' magna jew għal familja ta' magni li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

4.   Iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandhom jiġu nnumerati f'konformità mas-sistema armonizzata li għandha tiġi stipulata mill-Kummissjoni.

5.   Permezz tal-IMI l-awtorità tal-approvazzjoni għandha:

(a)

tagħmel disponibbli lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra lista tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE li tkun tat, jew, fejn applikabbli, estendiet, fi żmien xahar mill-ħruġ taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE korrispondenti;

(b)

tagħmel disponibbli mingħajr dewmien lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn lista tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE li hija tkun irrifjutat li tagħti jew li tkun irtirat, flimkien mar-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha;

(c)

fi żmien xahar minn meta tirċievi talba mill-awtorità tal-approvazzjoni ta' Stat Membru ieħor, tibgħat lil dik l-awtorità tal-approvazzjoni kopja taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE għat-tip ta' magna jew familja ta' magni, fejn dan ikun jeżisti, flimkien mal-pakkett ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 6 għal kull tip ta' magna jew familja ta' magni li hija tkun approvat, irrifjutat li tapprova jew l-approvazzjoni tat-tip tal-UE li tkun irtirat;

6.   L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tħejji pakkett ta' informazzjoni li jikkonsisti fil-folder ta' informazzjoni kif ukoll fir-rapporti dwar it-testijiet u d-dokumenti l-oħra kollha miżjuda mis-servizz tekniku jew mill-awtorità tal-approvazzjoni fil-folder ta' informazzjoni matul it-twettiq ta' xogħolhom (“il-pakkett ta' informazzjoni”).

Il-pakkett ta' informazzjoni għandu jinkludi indiċi li jelenka l-kontenut tal-pakkett ta' informazzjoni, innumerati kif dovut jew inkella mmarkati b'xi mod ieħor biex jiġu identifikati b'mod ċar il-paġni kollha u l-format ta' kull dokument, biex jiġi ppreżentat bħala reġistru tal-passi suċċessivi fl-immaniġġar tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, b'mod partikolari d-dati tar-reviżjonijiet u l-aġġornamenti.

L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni li jkun fih il-pakkett ta' informazzjoni tkun disponibbli għal perijodu ta' mill-inqas 25 sena wara tmiem il-validità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE kkonċernata.

7.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw:

(a)

il-metodu kif għandha tiġi stabbilita s-sistema armonizzata ta' numerazzjoni msemmija fil-paragrafu 4;

(b)

il-mudelli u l-istruttura tad-data għall-iskambju tad-data msemmi fil-paragrafu 5.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati, sal-31 ta' Diċembru 2016, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

Artikolu 23

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE

1.   Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandu jkollu, l-annessi li ġejjin:

(a)

il-pakkett ta' informazzjoni;

(b)

fejn applikabbli, l-ismijiet u eżemplar tal-firem tal-persuni awtorizzati biex jiffirmaw dikjarazzjonijiet tal-konformità kif imsemmi fl-Artikolu 31 u indikazzjoni tal-pożizzjoni tagħhom fil-kumpannija.

2.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mudell għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

3.   Fir-rigward ta' kull tip ta' magna jew familja ta' magni li tkun ġiet approvata, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha:

(a)

timla s-sezzjonijiet rilevanti kollha taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, u tehmeż ir-rapport tat-test;

(b)

tħejji l-indiċi għall-pakkett ta' informazzjoni;

(c)

toħroġ ċertifikat komplut, flimkien mal-annessi tiegħu, lill-applikant mingħajr dewmien.

4.   Fejn approvazzjoni tat-tip tal-UE tkun, f'konformità mal-Artikolu 35, ġiet soġġetta għal restrizzjonijiet dwar il-validità tagħha jew fejn it-tip ta' magna jew familja ta' magni tkun ġiet eżentata minn ċerti rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandu jispeċifika dawk ir-restrizzjonijiet jew eżenzjonijiet.

5.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jistipulaw il-mudell għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati, sal-31 ta' Diċembru 2016, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

Artikolu 24

Testijiet meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE

1.   Il-konformità mal-preskrizzjonijiet tekniċi stipulati f'dan ir-Regolament għandha tintwera permezz ta' testijiet xierqa mwettqa mis-servizzi tekniċi magħżula. Il-proċeduri tal-kejl u tal-ittestjar u t-tagħmir u l-għodod speċifiċi għat-twettiq ta' dawk it-testijiet għandhom ikunu dawk stipulati fl-Artikolu 25.

2.   Il-fabbrikant għandu jagħmel disponibbli għall-awtorità tal-approvazzjoni l-ammont ta' magni meħtieġa taħt l-atti delegati rilevanti għat-twettiq tat-testijiet meħtieġa.

3.   It-testijiet meħtieġa għandhom jitwettqu fuq magni li huma rappreżentattivi tat-tip ta' magna jew, fejn applikabbli, tal-magna referenzjarja tal-familja ta' magni li tkun trid tiġi approvata.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, il-fabbrikant jista', bi qbil mal-awtorità tal-approvazzjoni, jagħżel magna li, għalkemm ma tkunx rappreżentattiva tat-tip ta' magna jew, fejn applikabbli, tal-magna referenzjarja tal-familja ta' magni li tkun trid tiġi approvata, tikkombina wħud mill-aktar karatteristiċi mhux favorevoli fir-rigward tal-livell ta' rendiment meħtieġ. Jintużaw metodi tal-ittestjar virtwali biex jgħinu fit-teħid ta' deċiżjonijiet matul il-proċess tal-għażla.

4.   Għall-finijiet tat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, iċ-ċikli tat-test applikabbli huma dawk stabbiliti fl-Anness IV. Iċ-ċikli tat-test applikabbli għal kull tip ta' magna inklużi fl-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandhom jiġu indikati fid-dokument ta' informazzjoni.

5.   Magna li tkun rappreżentattiva tat-tip ta' magna jew, fejn applikabbli, tal-magna referenzjarja tal-familja ta' magni, jew magna magħżula skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, għandha tiġi ttestjata fuq dinamometru bl-użu taċ-ċiklu tat-test f'qagħda statika mhux tat-triq applikabbli identifikat fit-Tabelli IV-1 sa IV-10 tal-Anness IV. Il-fabbrikant jista' jagħżel jekk iwettaqx dak it-test bl-użu tal-metodu tat-test b'modalità diskreta jew test b'modalità ta' rampa ta' transizzjoni. Ħlief fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 7 u 8, magna b'veloċità varjabbli ta' kategorija partikolari użata f'operazzjoni b'veloċità kostanti tal-istess kategorija ma għandhiex bżonn tiġi ttestjata bl-użu taċ-ċiklu tat-test f'qagħda statika applikabbli b'veloċità kostanti.

6.   Fil-każ ta' magna b'veloċità kostanti li jkollha regolatur li jista' jiġi ssettjat għal veloċità alternattiva, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5 għandhom jiġu sodisfatti f'kull veloċità kostanti applikabbli u d-dokument ta' informazzjoni għandu jindika l-veloċitajiet li japplikaw għal kull tip ta' magna.

7.   Fil-każ ta' magna tal-kategorija IWP maħsuba biex tintuża għal operazzjoni kemm b'veloċità varjabbli kif ukoll b'veloċità kostanti, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5 għandhom jiġu ssodisfati għal kull ċiklu tat-test f'qagħda statika applikabbli separatament, filwaqt li d-dokument ta' informazzjoni għandu jindika kull ċiklu tat-test f'qagħda statika li fir-rigward tiegħu kienu ssodisfati dawk ir-rekwiżiti.

8.   Fil-każ ta' magna tal-kategorija IWP li tkun maħsuba biex tintuża minflok magna tal-kategorija IWA f'konformità mal-Artikolu 4(2), ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5 għandhom jiġu sodisfatti separatament għal kull ċiklu tat-test f'qagħda statika applikabbli kif stabbilit fit-Tabelli IV-5 u IV-6 tal-Anness IV, u d-dokument ta' informazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandu jindika kull ċiklu tat-test f'qagħda statika li għalih kien sodisfatt dan ir-rekwiżit.

9.   Ħlief għall-magni bit-tip approvat skont l-Artikolu 34(5) u (6), il-magni b'veloċità varjabbli tal-kategorija NRE li jkollhom potenza netta li tkun akbar minn jew ugwali għal 19 kW iżda mhux aktar minn 560 kW għandhom, minbarra li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, jiġu ttestjati wkoll fuq dinamometru bl-użu taċ-ċiklu tat-test transitorju identifikat fit-Tabella IV-11 tal-Anness IV.

10.   Il-magni tas-subkategoriji NRS-v-2b u NRS-v-3 li jkollhom veloċità massima inqas minn jew ugwali għal 3 400 rpm għandhom, minbarra li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5, jiġu ttestjati wkoll fuq dinamometru bl-użu taċ-ċiklu tat-test transitorju identifikat fit-Tabella IV-12 tal-Anness IV.

11.   Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 55 li jissuplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ddettaljati u l-karatteristiċi taċ-ċikli tat-test f'qagħda statika u dawk transitorji msemmija f'dan l-Artikolu, inkluż il-metodu korrispondenti għat-determinazzjoni tat-tagħbija tal-magna u l-parametri tal-veloċità. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sal-31 ta' Diċembru 2016.

12.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-format uniku tar-rapport tat-test meħtieġ għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati, sal-31 ta' Diċembru 2016, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

Artikolu 25

Twettiq tal-kejl u tat-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE

1.   Ir-riżultati finali tat-testijiet tal-emissjoni tal-egżost għall-magni soġġetti għal dan ir-Regolament għandhom jiġu kkalkulati billi dawn li ġejjin jiġu applikati għar-riżultati tat-test fil-laboratorju ta':

(a)

l-emissjonijiet ta' gassijiet mill-kaxxa tal-krank, fejn meħtieġ mill-paragrafu 3 u fejn ma jkunux diġà inklużi fil-kejl tal-laboratorju;

(b)

kwalunkwe fattur ta' aġġustament neċessarju, fejn meħtieġ mill-paragrafu 3 u fejn il-magna tinkludi sistema ta' posttrattament tal-egżost riġeneranti;

(c)

fir-rigward tal-magni kollha, il-fatturi ta' deterjorament adatti għall-perijodi ta' durabbiltà tal-emissjonijiet speċifikati fl-Anness V.

2.   L-ittestjar ta' tip ta' magna jew familja ta' magni biex jiġi ddeterminat jekk tissodisfax il-limiti tal-emissjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament għandu jitwettaq bl-użu tal-fjuwils referenzjarji jew it-taħlitiet ta' fjuwils li ġejjin, kif adatt:

(a)

diżil;

(b)

petrol;

(c)

taħlita ta' petrol u żejt, għall-magni SI two-stroke;

(d)

gass naturali/bijometan;

(e)

gass likwifikat miż-żejt (LPG);

(f)

etanol.

It-tip ta' magna jew il-familja ta' magni għandha, barra minn hekk, tissodisfa l-limiti tal-emissjonijiet tal-egżost stabbiliti f'dan ir-Regolament fir-rigward ta' kwalunkwe fjuwils, taħlitiet ta' fjuwils jew emulsjonijiet ta' fjuwils speċifikati oħra inklużi mill-fabbrikant f'applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-UE u deskritt fil-folder ta' informazzjoni.

3.   Fir-rigward tat-twettiq tal-kejl u tat-testijiet, għandhom jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tekniċi fir-rigward ta':

(a)

l-apparat u l-proċeduri għat-twettiq tat-testijiet;

(b)

l-apparat u l-proċeduri għall-kejl tal-emissjonijiet u t-teħid ta' kampjuni;

(c)

il-metodi li jintużaw għall-kalkoli u l-evalwazzjoni tad-data;

(d)

il-metodi li jintużaw sabiex jiġu stabbiliti l-fatturi ta' deterjorament;

(e)

fir-rigward tal-magni fil-kategoriji NRE, NRG, IWP, IWA, RLR, NRS, NRSh, SMB u ATS li jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet ta' Stadju V stabbiliti fl-Anness II:

(i)

il-metodi għall-kunsiderazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet mill-kaxxa tal-krank;

(ii)

il-metodi għad-determinazzjoni u għall-kunsiderazzjoni tar-r-riġenerazzjoni kontinwa jew infrekwenti tas-sistemi ta' posttrattament tal-egżost;

(f)

fir-rigward tal-magni kkontrollati b'mod elettroniku fil-kategoriji NRE, NRG, IWP, IWA, RLL u RLR li jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet Stadju V stabbiliti fl-Anness II u li jużaw kontroll elettroniku sabiex jiddeterminaw kemm il-kwantità ta' fjuwil kif ukoll l-għażla tal-ħin għall-injezzjoni tal-fjuwil jew li jużaw kontroll elettroniku sabiex jattivaw, jiddiżattivaw jew jimmodulaw is-sistema tal-kontroll tal-emissjonijiet użata biex jitnaqqas l-NOx:

(i)

l-istrateġiji ta' kontroll tal-emissjonijiet, u għandhom jinkludu d-dokumentazzjoni meħtieġa sabiex turi dawk l-istrateġiji;

(ii)

il-miżuri ta' kontroll tal-NOx, u għandhom jinkludu l-metodu użat biex juri dawk il-miżuri ta' kontroll;

(iii)

iż-żona assoċjata maċ-ċiklu tat-test f'qagħda statika mhux tat-triq rilevanti, li fiha jiġi kkontrollat l-ammont li bih l-emissjonijiet huma permessi li jaqbżu l-limiti tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II;

(iv)

l-għażla mis-servizz tekniku ta' punti ta' kejl addizzjonali miż-żona ta' kontroll matul it-test tal-emissjonijiet fuq il-bank.

4.   Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 55 li jissuplimentaw dan ir-Regolament billi jistipulaw:

(a)

il-metodoloġija għall-adattament tar-riżultati tat-testijiet tal-emissjonijiet li jsiru fil-laboratorji sabiex jiġu inklużi l-fatturi ta' deterjorament imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1;

(b)

il-karatteristiċi tekniċi tal-fjuwils referenzjarji msemmija fil-paragrafu 2 u, fejn applikabbli, ir-rekwiżiti għad-deskrizzjoni ta' kwalunkwe fjuwils, taħlitiet ta' fjuwils jew emulsjonijiet ta' fjuwils speċifikati oħra deskritti fil-folder ta' informazzjoni;

(c)

ir-rekwiżiti u l-karatteristiċi tekniċi ddettaljati għat-twettiq tal-kejl u tat-testijiet imsemmija fil-paragrafu 3;

(d)

il-metodu użat biex jitkejjel il-PN, b'kunsiderazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fis-serje 06 tar-Regolament Nru. 49 tal-UNECE;

(e)

ir-rekwiżiti tekniċi ddettaljati applikabbli għall-ittestjar ta' magni li jużaw żewġ tipi ta' fjuwil jew magni gassużi li jużaw fjuwil wieħed imsemmija fl-Anness II.

Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sal-31 ta' Diċembru 2016.

Artikolu 26

Konformità tal-arranġamenti għall-produzzjoni

1.   Awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-miżuri meħtieġa fir-rigward ta' dik l-approvazzjoni tat-tip tal-UE sabiex tivverifika, jekk ikun hemm bżonn b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn, li saru arranġamenti adegwati bil-għan li jiżguraw li l-magni fil-produzzjoni jkunu f'konformità mat-tip approvat fir-rigward tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

2.   Awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-miżuri meħtieġa fir-rigward ta' dik l-approvazzjoni tat-tip tal-UE sabiex tivverifika li d-dikjarazzjonijiet ta' konformità maħruġa mill-fabbrikant ikunu konformi mal-Artikolu 31.

3.   Awtorità tal-approvazzjoni li tat approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-miżuri meħtieġa fir-rigward ta' dik l-approvazzjoni tat-tip tal-UE sabiex tivverifika, jekk ikun hemm bżonn b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn, li l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jkomplu jkunu adegwati fis-sens li l-magni fil-produzzjoni jkomplu jkunu f'konformità mat-tip approvat u li d-dikjarazzjonijiet tal-konformità, fejn applikabbli, jkomplu jkunu konformi mal-Artikolu 31.

4.   Sabiex tivverifika l-konformità ta' magna mat-tip approvat, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tista' twettaq kwalunkwe wieħed mill-kontrolli jew mit-testijiet li huma meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE fuq kampjuni meħuda fil-bini tal-fabbrikant, inklużi fil-faċilitajiet tal-produzzjoni tal-fabbrikant.

5.   Fejn awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat approvazzjoni tat-tip tal-UE tistabbilixxi li l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 mhumiex qegħdin jiġu applikati, qegħdin jiddevjaw b'mod sinifikanti mill-arranġamenti miftiehma kif imsemmi fil-paragrafu 1, ma baqgħux jiġu applikati jew ma għadhomx meqjusa bħala adegwati, anki jekk il-produzzjoni qiegħda tissokta, hija għandha jew tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura li l-proċedura għall-konformità tal-produzzjoni tiġi segwita b'mod korrett, inkella għandha tirtira l-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

6.   Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 55 li jissuplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxi l-miżuri ddettaljati li jridu jittieħdu u l-proċeduri li jridu jiġu segwiti mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni sabiex jiżguraw li l-magni fil-produzzjoni jkunu f'konformità mat-tip approvat. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sal-31 ta' Diċembru 2016.

KAPITOLU VI

EMENDI U VALIDITÀ TAL-APPROVAZZJONIJIET TAT-TIP TAL-UE

Artikolu 27

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Il-fabbrikant għandu jinforma lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE dwar kwalunkwe bidla fid-dettalji rreġistrati fil-pakkett ta' informazzjoni, mingħajr dewmien.

Fil-każ ta' tali bidla l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tiddeċiedi liema mill-proċeduri stipulati fl-Artikolu 28 għandha tiġi segwita.

Fejn huwa neċessarju, jista' jagħti l-każ li l-awtorità tal-approvazzjoni tiddeċiedi, wara li tikkonsulta mal-fabbrikant, li għandha tingħata approvazzjoni tat-tip tal-UE ġdida.

2.   Applikazzjoni għall-emenda ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tiġi ppreżentata biss lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE oriġinali.

3.   Jekk l-awtorità tal-approvazzjoni ssib li, għall-finijiet tat-twettiq ta' emenda, l-ispezzjonijiet jew it-testijiet ikollhom jiġu ripetuti, hija għandha tinforma lill-fabbrikant b'dan.

Il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 28 għandhom japplikaw biss jekk, abbażi ta' dawk l-ispezzjonijiet jew testijiet, l-awtorità tal-approvazzjoni tikkonkludi li r-rekwiżiti għal approvazzjoni tat-tip tal-UE qed ikomplu jiġu sodisfatti.

Artikolu 28

Reviżjonijiet u estensjonijiet tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE

1.   Fejn id-dettalji rreġistrati fil-pakkett ta' informazzjoni jkunu ġew mibdula, mingħajr il-ħtieġa li jiġu ripetuti l-ispezzjonijiet jew it-testijiet, tali emenda għandha tissejjaħ “reviżjoni”.

Fil-każ ta' tali reviżjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha, mingħajr dewmien mhux ġustifikat, tirrevedi l-paġni rilevanti tal-pakkett ta' informazzjoni, skont kif meħtieġ, u timmarkahom b'mod li turi b'mod ċar in-natura tal-emenda, u għandha tindika wkoll id-data tar-reviżjoni, u tinkludi indiċi rivedut tal-pakkett ta' informazzjoni. Verżjoni konsolidata aġġornata tal-pakkett ta' informazzjoni, flimkien ma' deskrizzjoni ddettaljata tal-emendi, għandha titqies li tissodisfa r-rekwiżit ta' dan il-paragrafu.

2.   Emenda kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tissejjaħ “estensjoni” meta jkunu nbidlu d-dettalji rreġistrati fil-pakkett ta' informazzjoni u meta sseħħ xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

ikunu meħtieġa aktar spezzjonijiet jew testijiet;

(b)

xi informazzjoni inkluża fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, bl-eċċezzjoni tal-annessi tiegħu, tkun inbidlet;

(c)

rekwiżit ġdid stabbilit f'dan ir-Regolament jew f'att delegat jew ta' implimentazzjoni tiegħu adottat bis-saħħa ta' dan ir-Regolament isir applikabbli għat-tip jew għall-familja ta' magni approvati.

Fil-każ ta' estensjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tistabbilixxi ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE aġġornat, denotat b'numru tal-estensjoni li għandu jiġi miżjud f'konformità man-numru ta' estensjonijiet suċċessivi li ngħataw preċedentement. Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandu juri b'mod ċar ir-raġuni għall-estensjoni u d-data tal-estensjoni.

3.   Kull meta paġni tal-pakkett ta' informazzjoni jiġu emendati jew verżjoni aġġornata kkonsolidata tiġi stabbilita, l-indiċi għall-pakkett ta' informazzjoni mehmuż maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandu jiġi emendat kif xieraq sabiex jindika d-data tal-aktar estensjoni jew reviżjoni reċenti, jew id-data tal-aktar konsolidazzjoni reċenti tal-verżjoni aġġornata.

4.   Ma għandha tkun meħtieġa ebda emenda għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tip ta' magna jew familja ta' magni jekk rekwiżit ġdid imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 2 ikun, minn perspettiva teknika, irrelevanti għal dak it-tip ta' magna jew għal dik il-familja ta' magni fir-rigward tar-rendiment tal-emissjonijiet tagħha.

Artikolu 29

Ħruġ u notifika tal-emendi

1.   Fil-każ ta' reviżjoni ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha toħroġ lill-applikant, mingħajr dewmien mhux ġustifikat, id-dokumenti riveduti jew il-verżjoni aġġornata u kkonsolidata, skont kif xieraq, inkluż l-indiċi rivedut għall-pakkett ta' informazzjoni, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28(1).

2.   Fil-każ ta' estensjoni ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha toħroġ lill-applikant, mingħajr dewmien mhux ġustifikat, iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE aġġornat imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28(2), inklużi l-annessi għalih, u l-indiċi tal-pakkett ta' informazzjoni.

3.   L-awtorità tal-approvazzjoni għandha, permezz tal-IMI, tinnotifika lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn bi kwalunkwe emenda li ssir fl-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE, f'konformità mal-Artikolu 22(5).

Artikolu 30

Validità ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE

1.   L-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE għandhom jinħarġu għal perijodu ta' żmien bla limitu.

2.   Approvazzjoni tat-tip tal-UE għal magna għandha ssir invalida fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn rekwiżiti ġodda applikabbli għat-tip ta' magna approvata jew, fejn applikabbli, għall-familja ta' magni, isiru obbligatorji għat-tqegħid fis-suq tagħha u ma jkunx possibbli li l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tiġi estiża jew riveduta kif xieraq;

(b)

fejn il-produzzjoni tat-tip ta' magna jew tal-familja ta' magni approvati titwaqqaf b'mod definittiv u volontarjament;

(c)

fejn il-validità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE tiskadi minħabba restrizzjoni, f'konformità mal-Artikolu 35(3);

(d)

fejn l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tkun ġiet irtirata f'konformità mal-Artikoli 26(5), 39(1) jew 40(3).

3.   Fejn il-kondizzjonijiet għall-validità ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' familja ta' magni ma baqgħux jiġu ssodisfati fir-rigward ta' tip wieħed biss ta' magna f'familja ta' magni, l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-familja ta' magni inkwistjoni għandha ssir invalida biss safejn ikun ikkonċernat dak it-tip ta' magna partikolari.

4.   Fejn il-produzzjoni ta' tip ta' magna jew, fejn applikabbli, familja ta' magni titwaqqaf b'mod definittiv, il-fabbrikant għandu jinnotifika lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE korrispondenti b'dak it-twaqqif.

Fi żmien xahar minn meta tirċievi dik n-notifika, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għat-tip ta' magna jew familja ta' magni għandha tinforma lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn b'dan.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, fejn approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tip ta' magna jew, fejn applikabbli, familja ta' magni tkun ser issir invalida, il-fabbrikant għandu jinnotifika lill-awtorità tal-approvazzjoni korrispondenti b'dak il-fatt.

F'tali każijiet, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tikkomunika l-informazzjoni kollha rilevanti lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn mingħajr dewmien.

Dik il-komunikazzjoni għandha tispeċifika, b'mod partikolari, id-data tal-produzzjoni u n-numru ta' identifikazzjoni tal-aħħar magna li ġiet fabbrikata.

6.   Ir-rekwiżiti tan-notifika msemmija fil-paragrafi 4 u 5 għandhom jitqiesu li jkunu ġew issodisfati fejn l-informazzjoni rilevanti tkun tqiegħdet fuq l-IMI.

KAPITOLU VII

DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ U MARKI

Artikolu 31

Dikjarazzjoni tal-konformità

1.   Il-fabbrikant, fil-kapaċità tiegħu bħala d-detentur ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tip ta' magna jew familja ta' magni, għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità (“dikjarazzjoni tal-konformità”) sabiex takkumpanja magni li jitqiegħdu fis-suq, abbażi ta':

(a)

eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 34(2), (4), (5), (6), (7) jew (8), l-Artikolu 35(4); jew

(b)

dispożizzjoni transitorja msemmija fl-Artikolu 58(9), 58(10) jew 58(11).

Id-dikjarazzjoni tal-konformità għandha tispeċifika l-karatteristiċi u restrizzjonijiet partikolari li għandhom japplikaw għall-magna, għandha tiġi pprovduta mingħajr ħlas flimkien mal-magna u għandha, fejn applikabbli, takkumpanja lill-magna mobbli mhux tat-triq fejn tiġi installata l-magna. Il-konsenja tagħha m'għandhiex tkun dipendenti minn talba espliċita jew mis-sottomissjoni ta' informazzjoni addizzjonali lill-fabbrikant. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tista' tingħata f'forma ta' fajl elettroniku sigur.

Għal perijodu ta' 10 snin wara d-data tal-produzzjoni tal-magna, il-fabbrikant għandu, fuq it-talba tal-utent aħħari, joħroġ kopja duplikata tad-dikjarazzjoni tal-konformità wara ħlas ta' ammont li ma jaqbiżx l-ispiża tal-ħruġ tagħha. Il-kelma “kopja” għandha tkun tidher b'mod ċar fuq kull dikjarazzjoni tal-konformità duplikata tali.

2.   Id-dikjarazzjoni tal-konformità għandha titħejja mill-inqas b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Kull Stat Membru jista' jitlob mill-fabbrikant li d-dikjarazzjoni tal-konformità tiġi tradotta fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tiegħu.

3.   Il-persuna jew persuni i awtorizzati biex jiffirmaw id-dikjarazzjonijiet tal-konformità għandhom jappartjenu lill-organizzazzjoni tal-fabbrikant u għandhom ikunu debitament awtorizzati mill-ġesturi ta' dik l-organizzazzjoni sabiex jassumu b'mod sħiħ ir-responsabbiltà legali tal-fabbrikant fir-rigward tad-disinn u l-kostruzzjoni, jew fir-rigward tal-konformità tal-produzzjoni, tal-magna.

4.   Id-dikjarazzjoni tal-konformità għandha timtela kollha kemm hi u ma għandu jkun fiha l-ebda restrizzjoni fir-rigward tal-użu tal-magna għajr dawk previsti f'dan ir-Regolament.

5.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jistipulaw il-mudell għad-dikjarazzjoni tal-konformità, inklużi l-karatteristiċi mmirati biex jipprevjenu l-falsifikazzjoni u biex jippermettu l-verifika tal-fajl elettroniku sigur. Għal dak il-għan, l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jipprovdu l-karatteristiċi tas-sigurtà li jintużaw għall-protezzjoni tad-dikjarazzjoni tal-konformità. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati, sal-31 ta' Diċembru 2016, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

Artikolu 32

Marki statutorji tal-magni

1.   Il-fabbrikant għandu jwaħħal marka ma' kull magna fabbrikata f'konformità mat-tip approvat (“il-marka statutorja”).

2.   Fir-rigward tal-magni li ġejjin, il-marka statutorja għandha tinkludi informazzjoni supplementari li tindika li l-magna hija soġġetta għall-eżenzjoni jew id-dispożizzjoni transitorja rilevanti:

(a)

magni għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 34(1) li huma fabbrikati fl-Unjoni jew barra mill-Unjoni u sussegwentement installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq fl-Unjoni;

(b)

magni li jitqiegħdu fis-suq f'konformità mal-Artikolu 34(2) (5), (6) jew (8);

(c)

magni li jitqiegħdu fis-suq temporanjament f'konformità mal-Artikolu 34(4);

(d)

magni transitorji li jitqiegħdu fis-suq f'konformità mal-Artikolu 58(5);

(e)

magni ta' sostituzzjoni li jitqiegħdu fis-suq f'konformità mal-Artikolu 34(7), l-Artikolu 58(10) jew (11).

3.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jistipulaw il-mudell għall-marka statutorja, inkluża l-informazzjoni essenzjali obbligatorja meħtieġa meta l-magna tħalli l-linja tal-produzzjoni, l-informazzjoni essenzjali obbligatorja tagħha qabel ma titqiegħed il-magna fis-suq u, fejn applikabbli, l-informazzjoni supplementari msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati, sal-31 ta' Diċembru 2016, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

Artikolu 33

Marka temporanja tal-magni

1.   Il-fabbrikant għandu jwaħħal marka temporanja ma' kull magna li hija fabbrikata f'konformità mat-tip approvat u li titqiegħed fis-suq abbażi tal-Artikolu 34(3).

2.   Magna li ma għadha mhijiex f'konformità mat-tip approvat u li tkun qed tiġi konsenjata lill-fabbrikant ta' dik il-magna għandu jkollha biss marka temporanja.

3.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jistipulaw il-mudell għall-marki temporanji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, inkluża l-informazzjoni essenzjali obbligatorja li għandha tiġi indikata fuqhom. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati, sal-31 ta' Diċembru 2016, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

KAPITOLU VIII

EŻENZJONIJIET

Artikolu 34

Eżenzjonijiet ġenerali

1.   Ħlief fir-rigward tal-punt (a) tal-Artikolu 32(2), il-magni għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi m'għandhomx ikunu soġġetti għal dan ir-Regolament.

2.   Ħlief fir-rigward tal-punt (b) tal-Artikolu 32(2), il-magni għall-użu mill-forzi armati m'għandhomx ikunu soġġetti għal dan ir-Regolament.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, is-servizzi tat-tifi tan-nar, is-servizzi tad-difiża ċivili, il-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku u s-servizzi ta' emerġenza medika m'għandhomx jitqiesu parti mill-forzi armati.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 32, u bil-kunsens tal-OEM, fabbrikant jista' jikkunsinja lil dak l-OEM magna separatament mis-sistema ta' posttrattament tal-egżost tagħha.

4.   Minkejja l-Artikolu 5(3), l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-tqegħid temporanju fis-suq, għall-finijiet tal-ittestjar fuq il-post, ta' magni li ma kellhomx it-tip approvat tal-UE f'konformità ma' dan ir-Regolament.

5.   Minkejja l-Artikoli 18(2) u 22(3), l-Istati Membri għandhom jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE għal, u jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta', magni li jissodisfaw il-valuri tal-limiti tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati għall-magni bi skop speċjali stabbiliti fl-Anness VI, bil-kondizzjoni li l-magni jkunu intenzjonati għal installazzjoni f'makkinarju mobbli mhux tat-triq li ser tintuża f'atmosferi potenzjalment esplożivi, kif definiti fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21).

6.   Minkejja l-Artikoli 18(2) u 22(3), l-Istati Membri jistgħu, fuq talba, jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE għal, u jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta', magni li jissodisfaw il-valuri tal-limiti tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati għall-magni bi skop speċjali stabbiliti fl-Anness VI, bil-kondizzjoni li l-magni jkunu intenzjonati għal installazzjoni f'makkinarju mobbli mhux tat-triq li jintuża esklużivament għall-varar u l-irkupru ta' dgħajjes tas-salvataġġ operati minn servizz nazzjonali tas-salvataġġ.

7.   Minkejja l-Artikoli 5(3) u 18(2), fir-rigward tal-magni li tal-kategoriji RLL jew RLR u li tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni fil-31 ta' Diċembru 2011 jew qabel, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' magni ta' sostituzzjoni jekk l-awtorità tal-approvazzjoni, wara eżami, tirrikonoxxi u tikkonkudi li l-installazzjoni ta' magna li tikkonforma mal-limiti tal-emissjonijiet applikabbli stabbiliti fit-Tabelli II-7 u II-8 tal-Anness II tkun ser tinvolvi diffikultajiet tekniċi sinifikanti. F'tali każ, il-magni ta' sostituzzjoni għandhom tikkonforma mal-limiti tal-emissjonijiet li kien ikollhom bżonn tissodisfa biex ikunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni fil-31 ta' Diċembru 2011, jew inkella għandhom jikkonformaw ma' limiti tal-emissjonijiet aktar rigorużi.

Fir-rigward tal-magni fil-kategoriji RLL u RLR li kienu tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni wara l-31 ta' Diċembru 2011, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' magni ta' sostituzzjoni li jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet li l-magni li għandhom jiġu sostitwita kellhom jissodisfaw meta kienu tqiegħdu oriġinarjament fis-suq tal-Unjoni.

8.   Fir-rigward tal-magni fil-kategoriji RLL jew RLR, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' magni li jikkonformaw mal-aħħar limiti tal-emissjonijiet applikabbli definiti fil-leġiżlazzjoni rilevanti applikabbli fil-5 ta' Ottubru 2016, sakemm:

(a)

dawk il-magni jkunu parti minn proġett li ikun fi stadju avvanzat ta' żvilupp fis-6 ta' Ottubru 2016, kif definit fid-Direttiva 2008/57/KE; u

(b)

l-użu ta' magni li jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet applikabbli stabbiliti fit-Tabelli II-7 jew II-8 tal-Anness II jwassal għal spejjeż sproporzjonati.

Sas-17 ta' Settembru 2017, kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-lista ta' kwalunkwe proġett bħal dan.

9.   Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 55 għall-iskop li jissuplimentaw dan ir-Regolament b'kondizzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi ddettaljati għal:

(a)

il-konsenja ta' magna separatament mis-sistema ta' posttrattament tal-egżost tagħha minn fabbrikant lil OEM, kif imsemmi fil-paragrafu 3;

(b)

it-tqegħid temporanju fis-suq, għall-finijiet tal-ittestjar fuq il-post, ta' magni li ma kellhomx it-tip approvat tal-UE f'konformità ma' dan ir-Regolament, kif imsemmi fil-paragrafu 4;

(c)

l-għoti tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal, u l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta', magni li jissodisfaw il-valuri tal-limiti tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati għal magni bi skop speċjali stabbiliti fl-Anness VI, kif imsemmi fil-paragrafi 5 u 6.

Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sal-31 ta' Diċembru 2016.

Artikolu 35

Eżenzjonijiet għal teknoloġiji ġodda jew kunċetti ġodda

1.   Fabbrikant jista' japplika għal approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward ta' tip ta' magna jew familja ta' magni li tinkorpora teknoloġiji ġodda jew kunċetti ġodda u li, b'riżultat ta' dawk it-teknoloġiji ġodda jew kunċetti ġodda, hija inkompatibbli ma' wieħed jew aktar mir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

2.   L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-UE msemmija fil-paragrafu 1 meta jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-applikazzjoni tgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex it-teknoloġiji ġodda jew il-kunċetti ġodda jagħmlu t-tip ta' magna jew il-familja ta' magni inkompatibbli ma' wieħed jew aktar mir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;

(b)

l-applikazzjoni tiddeskrivi l-implikazzjonijiet ambjentali tat-teknoloġiji ġodda jew il-kunċetti ġodda u l-miżuri meħuda sabiex jiġi żgurat livell ta' protezzjoni ambjentali li hu mill-inqas ekwivalenti għal-livell ipprovdut mir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li minnhom tintalab eżenzjoni;

(c)

jiġu ppreżentati deskrizzjonijiet u riżultati ta' testijiet li jservu ta' prova li l-kondizzjoni fil-punt (b) tkun sodisfatta.

3.   L-għoti tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni.

Fejn ikun xieraq, l-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni għandha tispeċifika jekk hijiex soġġetta għal xi restrizzjonijiet.

L-awtorizzazzjoni għandha tingħata permezz ta' att ta' implimentazzjoni.

4.   Sakemm tittieħed id-deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3, l-awtorità tal-approvazzjoni tista' toħroġ approvazzjoni tat-tip tal-UE proviżorja li għandha tkun valida:

(a)

fit-territorju ta' dak l-Istat Membru biss;

(b)

fir-rigward ta' tip ta' magna jew familja ta' magni koperta mill-eżenzjoni mitluba biss; u

(c)

għal mill-inqas 36 xahar.

Fejn tinħareġ approvazzjoni tat-tip tal-UE proviżorja, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn b'dan mingħajr dewmien, permezz ta' fajl li jkun fih l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

In-natura proviżorja u l-validità territorjali limitata ta' tali approvazzjoni tat-tip tal-UE għandhom jidhru fl-intestatura taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u fl-intestatura tad-dikjarazzjoni tal-konformità korrispondenti.

5.   Fejn awtorità tal-approvazzjoni tiddeċiedi li taċċetta l-approvazzjoni tat-tip tal-UE proviżorja msemmija fil-paragrafu 4 fit-territorju tagħha hija għandha tinforma lill-awtorità tal-approvazzjoni rilevanti u lill-Kummissjoni bil-miktub b'dan.

6.   Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li ma tagħtix l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tinnotifika minnufih lid-detentur tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE proviżorja msemmija fil-paragrafu 4 li l-approvazzjoni tat-tip tal-UE proviżorja ser tiġi revokata sitt xhur wara d-data tar-rifjut tal-Kummissjoni.

Minkejja d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tagħtix l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-magni manifatturati f'konformità mal-approvazzjoni tat-tip tal-UE proviżorja qabel ma din ma tibqax valida jistgħu jitqiegħdu fis-suq ta' kwalunkwe Stat Membru li l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tagħha jkunu aċċettaw l-approvazzjoni tat-tip tal-UE proviżorja.

7.   Ir-rekwiżiti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 u fil-paragrafu 5 għandhom jitqiesu li ġew issodisfati fejn l-informazzjoni rilevanti tkun tqiegħdet fuq l-IMI.

8.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

9.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-mudelli armonizzati għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u għad-dikjarazzjoni tal-konformità msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, inkluża l-informazzjoni essenzjali obbligatorja tagħhom. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati, sal-31 ta' Diċembru 2016, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

Artikolu 36

Adattament sussegwenti ta' atti delegati u ta' implimentazzjoni

1.   Meta l-Kummissjoni tawtorizza l-għoti ta' eżenzjoni skont l-Artikolu 35, hija għandha tieħu l-passi meħtieġa immedjatament biex jiġu adattati l-atti delegati jew ta' implimentazzjoni kkonċernati għall-iżviluppi teknoloġiċi.

Meta l-eżenzjoni awtorizzata skont l-Artikolu 35 tkun relatata ma' kwistjoni li hija regolata minn regolament tal-UNECE, il-Kummissjoni għandha tipproponi emenda għal dak ir-regolament f'konformità mal-proċedura applikabbli skont il-Ftehim Rivedut tal-1958.

2.   Hekk kif jiġu emendati l-atti delegati jew ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tneħħi kwalunkwe restrizzjoni imposta mid-deċiżjoni li tawtorizza l-eżenzjoni.

Meta l-passi meħtieġa biex jiġu adattati l-atti delegati jew ta' implimentazzjoni ma jkunux ittieħdu, il-Kummissjoni tista', fuq talba tal-Istat Membru li ta l-approvazzjoni proviżorja tat-tip tal-UE, tawtorizza lil dak l-Istat Membru biex jestendiha permezz ta' deċiżjoni fil-forma ta' att ta' implimentazzjoni adottata f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

KAPITOLU IX

RAPPORTAR U VERIFIKA TAL-PRODUZZJONI

Artikolu 37

Obbligi tal-fabbrikanti fir-rigward tar-rapportar tal-produzzjoni

1.   Il-fabbrikant għandu jippreżenta lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE lista li tinkludi l-għadd ta' magni għal kull tip ta' magna u subkategorija ta' magna li tiġi prodotta f'konformità ma' dan ir-Regolament u f'konformità mal-approvazzjoni tat-tip tal-UE minn meta ġie ppreżentat l-aħħar rapport tal-produzzjoni, jew minn meta kienu saru applikabbli għall-ewwel darba r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Dik il-lista għandha tiġi ppreżentata:

(a)

fi żmien 45 jum wara t-tmiem ta' kull sena kalendarja;

(b)

immedjatament wara kull waħda mid-dati tat-tqegħid fis-suq ta' magni msemmija fl-Anness III; u

(c)

sa kwalunkwe data oħra li l-awtorità tal-approvazzjoni tista' tistipula.

2.   Il-lista msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika kif in-numri ta' identifikazzjoni jikkorrelataw mat-tipi ta' magni jew għall-familji ta' magni korrispondenti u, fejn applikabbli, man-numri tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE fejn dawk il-korrelazzjonijiet ma jkunx identifikati mis-sistema ta' kodifikazzjoni tal-magna.

3.   Il-lista msemmija fil-paragrafu 1 għandha tindika kwalunkwe każ li fih il-fabbrikant jieqaf jipproduċi tip ta' magna jew familja ta' magni approvati.

4.   Il-fabbrikant għandu jżomm kopja tal-lista msemmija fil-paragrafu 1 għal perijodu minimu ta' 20 sena wara t-tmiem tal-validità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE kkonċernata.

5.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-format tal-lista msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati, sal-31 ta' Diċembru 2016, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

Artikolu 38

Miżuri ta' verifika

1.   L-awtorità tal-approvazzjoni ta' Stat Membru li tkun tat approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura li, fejn xieraq b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn, n-numri ta' identifikazzjoni li jirrigwardaw l-approvazzjoni tat-tip tal-UE jiġu allokati kif suppost lill-fabbrikanti, u użati kif xieraq minnhom, qabel ma l-magna ta' tip approvat titqiegħed jew issir disponibbli fis-suq.

2.   Tista' ssir verifika addizzjonali tan-numri ta' identifikazzjoni flimkien mal-kontroll tal-konformità tal-produzzjoni stipulat fl-Artikolu 26.

3.   Fir-rigward tal-verifika tan-numri ta' identifikazzjoni, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant tal-fabbrikant għandu, fuq talba, jagħti lill-awtorità tal-approvazzjoni responsabbli, mingħajr dewmien, l-informazzjoni meħtieġa rigward ix-xerrejja tal-fabbrikant, flimkien man-numri ta' identifikazzjoni tal-magni rrapportati bħala li ġew iffabbrikati f'konformità mal-Artikolu 37. Fejn il-magni jkunu magħmula disponibbli għal OEM, m'għandha tkun meħtieġa l-ebda informazzjoni addizzjonali tal-fabbrikant.

4.   Jekk, wara talba mill-awtorità tal-approvazzjoni, il-fabbrikant ma jkunx jista' juri konformità mar-rekwiżiti statutorji tal-immarkar, l-awtorità tal-approvazzjoni tista' tirtira l-approvazzjoni tat-tip tal-UE mogħtija fir-rigward tat-tip ta' magna jew tal-familja ta' magni korrispondenti. Il-proċedura tal-informazzjoni għandha titwettaq kif stabbilit fl-Artikolu 39(4). L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin fi żmien xahar dwar kwalunkwe approvazzjoni tat-tip tal-UE li ġiet rtirata u dwar ir-raġunijiet għal dak l-irtirar, skont l-Artikolu 22(5)

KAPITOLU X

KLAWŻOLI TA' SALVAGWARDJA

Artikolu 39

Magni mhux konformi mat-tip approvat

1.   Meta l-magni li jkollhom marka statutorja u, fejn applikabbli, akkumpanjati minn dikjarazzjoni tal-konformità ma jkunux f'konformità mat-tip ta' magna jew mal-familja ta' magni approvati, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li l-magni fil-produzzjoni jinġiebu f'konformità mat-tip ta' magna jew mal-familja ta' magni approvati. Tali miżuri jistgħu jinkludu l-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE jekk l-azzjoni korrettiva meħuda mill-fabbrikant ma tkunx adegwata.

L-awtorità tal-approvazzjoni rilevanti għandha tinforma lill-awtoritajiet ta' approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra bil-miżuri li ttieħdu.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, id-devjazzjonijiet mid-dettalji stabbiliti fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE jew fil-pakkett ta' informazzjoni, fejn dawk id-devjazzjonijiet ma jkunux ġew awtorizzati f'konformità mal-Kapitolu VI, għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu nuqqas ta' konformità mat-tip ta' magna jew mal-familja ta' magni approvati.

3.   Meta awtorità tal-approvazzjoni ssib li l-magni akkumpanjati minn dikjarazzjoni tal-konformità, jekk applikabbli, jew li jkollhom marka ta' approvazzjoni tat-tip maħruġa fi Stat Membru ieħor ma jkunux f'konformità mat-tip ta' magna jew mal-familja ta' magni approvati, hija tista' titlob lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE sabiex tivverifika li l-magni fil-produzzjoni jkomplu jkunu konformi mat-tip ta' magna jew mal-familja ta' magni approvati. Mal-wasla ta' tali talba, l-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-azzjoni msemmija fil-paragrafu 1malajr kemm jista' jkun, u mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data tat-talba.

4.   L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jinformaw lil xulxin fi żmien xahar dwar kwalunkwe approvazzjoni tat-tip tal-UE li ġiet rtirata u dwar ir-raġunijiet għal dak l-irtirar, skont l-Artikolu 22(5).

5.   Meta l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE toġġezzjona għan-nonkonformità li dwarha ġiet innotifikata, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħmlu ħilithom biex isolvu t-tilwima.

L-awtorità tal-approvazzjoni għandha żżomm l-Kummissjoni infurmata b'dan u, fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha torganizza konsultazzjonijiet xierqa bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni.

Artikolu 40

Sejħa lura tal-magni

1.   Meta fabbrikant li jkun ingħata approvazzjoni tat-tip tal-UE jkun obbligat, bis-saħħa tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, li jsejjaħ lura l-magni mqiegħda fis-suq, kemm jekk il-magni huma installati jew le f'makkinarju mobbli mhux tat-triq, abbażi tal-fatt li l-magni jirrappreżentaw riskju serju fir-rigward tal-protezzjoni tal-ambjent jew tas-saħħa pubblika, dak il-fabbrikant għandu:

(a)

immedjatament jinforma lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE; u

(b)

jipproponi sett ta' rimedji xierqa sabiex jindirizza r-riskju serju lil dik l-awtorità tal-approvazzjoni.

2.   L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tikkomunika r-rimedji proposti lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jiżguraw li r-rimedji jiġu implimentati b'mod effikaċi fl-Istati Membri rispettivi tagħhom.

3.   Meta awtorità tal-approvazzjoni tqis li ir-rimedji jkunu insuffiċjenti jew li ma jkunux ġew implimentati malajr biżżejjed, hija għandha, mingħajr dewmien. tinforma lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE b'dan.

Meta sussegwentement il-fabbrikant jonqos milli jipproponi u jimplimenta miżuri korrettivi effettivi, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-miżuri kollha ta' protezzjoni meħtieġa, inkluż l-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

Fil-każ li tiġi rtirata l-approvazzjoni tat-tip tal-UE, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha, fi żmien xahar minn dak l-irtirar, tinforma lill-fabbrikant, lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b'dan permezz ta' ittra rreġistrata jew mezzi elettroniċi ekwivalenti.

Artikolu 41

Notifika ta' deċiżjonijiet u rimedji disponibbli

1.   Id-deċiżjonijiet tat-tip li ġejjin jew għall-fini li ġejja għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati:

(a)

li ttieħdu skont dan ir-Regolament;

(b)

li jirrifjutaw jew li jirtiraw approvazzjoni tat-tip tal-UE;

(c)

li jirrikjedu li magna tissejjaħ lura mis-suq; jew;

(d)

li jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq ta' magna; jew

(e)

li jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq li fih magna li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament hija installata.

2.   L-awtoritajiet ta' approvazzjoni għandhom jinnotifikaw lill-parti kkonċernata dwar:

(a)

kwalunkwe deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

ir-rimedji disponibbli għaliha skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat u dwar il-limiti ta' żmien applikabbli għal dawk ir-rimedji.

KAPITOLU XI

REGOLAMENTI INTERNAZZJONALI U GĦOTI TA' INFORMAZZJONI TEKNIKA

Artikolu 42

Aċċettazzjoni ta' approvazzjonijiet tat-tip għal magni ekwivalenti

1.   L-Unjoni tista', fil-qafas ta' ftehimiet bilaterali jew multilaterali bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, tirrikonoxxi l-ekwivalenza bejn il-kondizzjonijiet u d-dispożizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip ta' magni tal-UE stabbiliti minn dan ir-Regolament u l-proċeduri stabbiliti minn regolamenti internazzjonali jew regolamenti ta' pajjiżi terzi.

2.   L-approvazzjonijiet tat-tip mogħtija u l-marki statutorji li huma f'konformità mar-regolamenti tal-UNECE, jew l-emendi għalihom, li l-Unjoni vvotat favurihom jew li magħhom aderixxiet kif stabbilit fl-att delegat imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 4, għandhom jiġu rikonoxxuti bħala ekwivalenti għall-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE mogħtija u l-marki statutorji meħtieġa skont dan ir-Regolament.

3.   L-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE mogħtija abbażi tal-atti tal-Unjoni elenkati fl-att delegat imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 4 għandhom jiġu rikonoxxuti li jkunu ekwivalenti għall-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE mogħtija f'konformità ma' dan ir-Regolament.

4.   Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 55 li jissuplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu:

(a)

il-lista ta' regolamenti tal-UNECE, jew l-emendi għalihom, inkluż kwalunkwe rekwiżit stabbilit fihom b'rabta mal-applikazzjoni tagħhom, li l-Unjoni vvotat favurihom jew li magħhom aderixxiet, u li għandhom japplikaw għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tipi ta' magni u familji ta' magni li għandhom jiġu installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq;

(b)

il-lista ta' atti tal-Unjoni li bis-saħħa tagħhom jingħataw approvazzjonijiet tat-tip tal-UE, inkluż kwalunkwe rekwiżit stabbilit fihom b'rabta mal-applikazzjoni tagħhom.

Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sal-31 ta' Diċembru 2016.

Artikolu 43

Informazzjoni u istruzzjonijiet intenzjonati għall-OEMs u għall-utenti finali

1.   Fabbrikant ma għandux iforni lill-OEMs jew lill-utenti finali kwalunkwe informazzjoni teknika relatata mad-dettalji previsti f'dan ir-Regolament li tiżvija mid-dettalji approvati mill-awtorità tal-approvazzjoni.

2.   Il-fabbrikant għandu jagħmel disponibbli għall-OEMs l-informazzjoni u l-istruzzjonijiet kollha rilevanti li huma meħtieġa għall-installazzjoni korretta tal-magna fil-makkinarju mobbli mhux tat-triq, inkluża deskrizzjoni ta' kwalunkwe kondizzjoni jew restrizzjoni speċjali marbuta mal-installazzjoni jew l-użu tal-magna.

3.   Il-fabbrikant għandu jagħmel disponibbli għall-OEMs l-informazzjoni u l-istruzzjonijiet kollha rilevanti meħtieġa intenzjonati għall-utent finali, inkluża deskrizzjoni b'mod partikolari dawk li jiddeskrivu kwalunkwe kondizzjoni jew restrizzjoni speċjali marbuta mal-użu ta' magna.

4.   Il-fabbrikanti għandhom jagħmlu disponibbli għall-OEMs il-valur tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2) stabbilit matul il-proċess tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u għandhom jagħtu struzzjonijiet lill-OEMs sabiex jikkomunikaw dik l-informazzjoni, flimkien ma' informazzjoni ta' spjegazzjoni dwar il-kondizzjonijiet tat-testijiet, lill-utent finali tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq li fih huwa maħsub li tiġi installata l-magna.

5.   Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 55 li jissuplimentaw dan ir-Regolament billi jistipulaw id-dettalji dwar l-informazzjoni u l-istruzzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sal-31 ta ' Diċembru 2016.

Artikolu 44

Skambju ta' data u informazzjoni permezz tal-IMI

1.   L-iskambju ta' data u informazzjoni relatat mal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE bejn l-awtoritajiet nazzjonali, jew bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni fil-qafas ta' dan ir-Regolament għandu jkun f'format elettroniku permezz tal-IMI.

2.   Kwalunkwe informazzjoni rilevanti li tirrigwarda l-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE mogħtija f'konformità ma' dan ir-Regolament għandha tinġabar ċentralment u ssir aċċessibbli għall-awtoritajiet nazzjonali u għall-Kummissjoni permezz tal-IMI.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li l-IMI:

(a)

tagħmel possibbli l-iskambju ta' data u informazzjoni bejn il-fabbrikanti jew is-servizzi tekniċi, minn naħa, u l-awtoritajiet nazzjonali jew il-Kummissjoni, min-naħa l-oħra;

(b)

tipprovdi l-aċċess pubbliku għal ċerta data u informazzjoni marbuta mar-riżultati tal-approvazzjonijiet tat-tip u r-riżultati tal-monitoraġġ tal-magni fis-servizz;

(c)

fejn adatt u teknikament u ekonomikament fattibbli, u bi qbil mal-Istati Membri kkonċernati, tipprovdi faċilitajiet għat-trasferiment awtomatiku ta' data bejn il-bażijiet tad-data nazzjonali eżistenti u l-IMI.

(4)   L-użi tal-IMI imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom ikunu fakultattivi.

5.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-proċeduri u r-rekwiżiti tekniċi ddettaljati li huma meħtieġa għall-interkonnessjoni tal-IMI mal-bażijiet tad-data nazzjonali eżistenti kif imsemmija fil-punt (c) ta-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati, sal-31 ta' Diċembru 2016, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

KAPITOLU XII

NOMINA U NOTIFIKA TA' SERVIZZI TEKNIĊI

Artikolu 45

Rekwiżiti relatati mas-servizzi tekniċi

1.   Servizz tekniku għandu jiġi nnominat minn awtorità tal-approvazzjoni skont l-Artikolu 47 u għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2 sa 9 ta' dan l-Artikolu.

2.   Servizz tekniku għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru u jkollu personalità ġuridika.

3.   Is-servizz tekniku għandu jkun korp terz indipendenti mill-proċess tad-disinn, tal-fabbrikazzjoni, tal-provvista jew tal-manutenzjoni tal-magna li huwa jivvaluta.

Korp li jappartjeni għal assoċjazzjoni kummerċjali jew federazzjoni professjonali li tirrappreżenta impriżi involuti fid-disinn, fil-fabbrikazzjoni, fil-forniment, fl-immuntar, fl-installazzjoni, fl-użu jew fil-manutenzjoni tal-magni li huwa jivvaluta, jittestja jew jispezzjona jista', sakemm jintwerew l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta' konflitt ta' interess, jitqies li jissodisfa r-rekwiżiti tal-ewwel subparagrafu.

4.   Is-servizz tekniku, inkluż it-tmexxija fl-ogħla livell tiegħu u l-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kategoriji ta' attivitajiet li għalihom is-servizz tekniku huwa nnominat f'konformità mal-Artikolu 47(1), ma għandux ikun id-disinjatur, il-fabbrikant, il-fornitur, l-installatur jew dak li jagħmel il-manutenzjoni tal-magni li huwa jivvaluta, u ma għandux jirrappreżenta lill-partijiet involuti f'dawk l-attivitajiet. Din ir-restrizzjoni ma għandhiex tipprekludi l-użu ta' magni vvalutati msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu li huma meħtieġa għall-operat tas-servizz tekniku jew għall-użu ta' tali magni għal skopijiet personali.

Is-servizz tekniku għandu jiżgura li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew tas-subkuntratturi tiegħu ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tagħha fir-rigward tal-kategoriji tal-attivitajiet li għalihom huwa ġie nnominat.

5.   Is-servizz tekniku għandu jwettaq il-kategoriji ta' attivitajiet, li għalihom tali servizz tekniku jkun ġie nnominat, bl-ogħla livell ta' integrità professjonali u bil-kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku u l-persunal tiegħu għandu jkun ħieles minn kwalunkwe pressjoni jew kondizzjonament, b'mod partikolari finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tiegħu jew ir-riżultati tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tiegħu, speċjalment dawk il-pressjonijiet jew il-kondizzjonamenti li jirriżultaw minn persuni jew gruppi ta' persuni b'interess fir-riżultati ta' dawk l-attivitajiet.

6.   Is-servizz tekniku għandu juri lill-awtorità tal-approvazzjoni li tinnominah li huwa kapaċi jwettaq il-kategoriji kollha ta' attivitajiet li għalihom qed ifittex li jiġi innominat f'konformità mal-Artikolu 47(1), billi jiżgura li jkollu:

(a)

persunal bil-ħiliet xierqa u għarfien tekniku u taħriġ vokazzjonali speċifiku, kif ukoll esperjenza xierqa u suffiċjenti sabiex iwettaq il-kompitu;

(b)

deskrizzjonijiet tal-proċeduri rilevanti għall-kategoriji ta' attivitajiet li għalihom qiegħed ifittex li jiġi nnominat, sabiex b'hekk jiżgura t-trasparenza u r-riproduċibbiltà ta' dawk il-proċeduri;

(c)

proċeduri għat-twettiq tal-kategoriji ta' attivitajiet li għalihom qiegħed ifittex li jiġi nnominat, li jieħdu kont dovut tal-livell ta' kumplessità tat-teknoloġija tal-magna inkwistjoni u ta' jekk il-magna hijiex fabbrikata f'konformità mal-proċess ta' produzzjoni tas-serje jew tal-massa; u

(d)

il-mezzi meħtieġa għat-twettiq b'mod xieraq tal-kompiti konnessi mal-kategoriji ta' attivitajiet li għalihom qiegħed ifittex li jiġi nnominat u li huwa jkollu aċċess għat-tagħmir jew għall-faċilitajiet kollha li huma meħtieġa.

7.   Is-servizz tekniku, inkluż it-tmexxija fl-ogħla livell tiegħu u l-persunal tal-valutazzjoni, għandhom ikunu imparzjali u ma għandhomx jinvolvu ruħhom fi kwalunkwe attività li tista' tkun konfliġġenti mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom fir-rigward tal-kategoriji ta' attivitajiet li għalihom is-servizz tekniku jkun innominat.

8.   Is-servizz tekniku għandu jissottoskrivi assigurazzjoni fuq ir-responsabbiltà li tkopri l-attivitajiet tiegħu, sakemm ir-responsabbiltà ma tinġarrx mill-Istat Membru f'konformità mal-liġi nazzjonali jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli mill-valutazzjoni.

9.   Il-membri tal-persunal ta' servizz tekniku għandhom ikunu marbutin bis-sigriet professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament jew kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li tagħtih effett.

Il-membri tal-persunal ta' servizz tekniku ma għandhomx ikunu marbutin bl-obbligu msemmi fl-ewwel subparagrafu fir-rigward tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni mal-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina, jew fejn tali kondiviżjoni tkun meħtieġa mil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali.

Id-drittijiet proprjetarji għandhom ikunu protetti.

Artikolu 46

Sussidjarji tas-servizzi tekniċi u għoti ta' subkuntratti minnhom

1.   Is-servizz tekniku jista', biss bil-qbil tal-awtorità tal-approvazzjoni li tinnominahom, jagħti b'subkuntratt kompiti speċifiċi konnessi mal-kategoriji tal-attivitajiet li għalihom ikun ġie nnominat f'konformità mal-Artikolu 47(1), jew inkella jwettaq dawk l-attivitajiet permezz ta' sussidjarju.

F'tali każijiet, is-servizz tekniku għandu jiżgura li s-subkuntrattur jew is-sussidjarju jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 45 u għandu jinforma lill-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina skont dan.

2.   Is-servizz tekniku għandu jerfgħu r-responsabbiltà sħiħa għall-kompiti mwettqa minn kwalunkwe wieħed mis-subkuntratturi jew sussidjarji tiegħu, irrispettivament mill-post tal-istabbiliment tagħhom..

3.   Is-servizz tekniku għandu jżomm id-dokumenti rilevanti li jikkonċernaw il-valutazzjoni tal-kwalifiki tas-subkuntrattur jew tas-sussidjarju u l-kompiti mwettqa minnhom għad-dispożizzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina.

Artikolu 47

Nomina ta' servizzi tekniċi

1.   L-awtoritajiet ta' approvazzjoni għandhom jinnominaw servizzi tekniċi għal waħda jew aktar mill-kategoriji ta' attivitajiet li ġejjin, skont l-attivitajiet u l-oqsma tal-kompetenza tagħhom:

(a)   kategorija A: it-twettiq tat-testijiet imsemmija f'dan ir-Regolament fil-faċilitajiet li jappartjenu lis-servizz tekniku kkonċernat;

(b)   kategorija B: is-superviżjoni tat-testijiet imsemmija f'dan ir-Regolament, fejn tali testijiet jitwettqu fil-faċilitajiet ta' fabbrikant jew ta' parti terza;

(c)   kategorija C: il-valutazzjoni u l-monitoraġġ fuq bażi regolari tal-proċeduri tal-fabbrikant biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni;

(d)   kategorija D: is-superviżjoni jew it-twettiq ta' testijiet jew spezzjonijiet biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni.

2.   Awtorità tal-approvazzjoni tista' taġixxi bħala servizz tekniku għal waħda jew aktar mill-kategoriji ta' attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1.

3.   Is-servizzi tekniċi ta' pajjiż terz, minbarra dawk innominati f'konformità ma' dan l-Artikolu, jistgħu jkunu s-soġġett ta' notifika skont l-Artikolu 50 fejn tali rikonoxximent tas-servizzi tekniċi ikun previst minn ftehim bilaterali konkluż bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat.

Madankollu, servizz tekniku stabbilit f'konformità mal-Artikolu 45(2) jista' jistabbilixxi sussidjarji f'pajjiżi terzi, sakemm is-sussidjarji jkunu ġestiti direttament u kkontrollati minn dak is-servizz tekniku.

Artikolu 48

Proċeduri għall-istandards ta' prestazzjoni u għall-valutazzjoni tas-servizzi tekniċi

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 55 li jissuplimentaw dan ir-Regolament billi jistipulaw:

(a)

l-istandards li s-servizzi tekniċi għandhom ikunu konformi magħhom; u

(b)

il-proċedura għall-valutazzjoni tas-servizzi tekniċi, inkluż ir-rapport korrispondenti, f'konformità mal-Artikolu 49.

Artikolu 49

Valutazzjoni tal-ħiliet tas-servizzi tekniċi

1.   L-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina għandha tħejji rapport ta' valutazzjoni li juri li s-servizz tekniku kandidat kien ivvalutat għall-konformità tiegħu ma' dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati bis-saħħa tiegħu. Ir-rapport ta' valutazzjoni jista' jinkludi ċertifikat ta' akkreditazzjoni maħruġ minn korp tal-akkreditazzjoni nazzjonali li jafferma li s-servizz tekniku jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Il-valutazzjoni li fuqha jkun ibbażat ir-rapport ta' valutazzjoni għandha titwettaq f'konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati f'att delegat imsemmi fl-Artikolu 48.

2.   L-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina għandha tirrevedi r-rapport ta' valutazzjoni tal-anqas darba kull tliet snin.

3.   L-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina għandha tikkomunika r-rapport ta' valutazzjoni lill-Kummissjoni fuq talba tal-Kummissjoni. F'tali każijiet, meta l-valutazzjoni ma tkunx ibbażata fuq ċertifikat tal-akkreditazzjoni maħruġ minn korp tal-akkreditazzjoni nazzjonali, l-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina għandha tipprovdi lill-Kummissjoni bl-evidenza dokumentarja li tafferma dan li ġej:

(a)

il-kompetenza tas-servizz tekniku;

(b)

l-arranġamenti fis-seħħ biex ikun żgurat li s-servizz tekniku jiġi monitorjat regolarment mill-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina; u

(c)

li s-servizz tekniku jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u tal-atti delegati adottati bis-saħħa tiegħu.

4.   Awtorità tal-approvazzjoni li jkollha l-ħsieb li taġixxi bħala servizz tekniku f'konformità mal-Artikolu 47(2) għandha tiddokumenta l-konformità permezz ta' valutazzjoni mwettqa minn awdituri indipendenti mill-attività vvalutata. Tali awdituri jistgħu jkunu mill-istess organizzazzjoni, sakemm ikunu ġestiti separatament mill-persunal li jwettaq l-attività vvalutata.

Artikolu 50

Proċeduri ta' notifika

1.   Għal kull servizz tekniku li huma jkunu nnominaw, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dan li ġej:

(a)

l-isem tas-servizz tekniku;

(b)

l-indirizz, inkluż l-indirizz elettroniku;

(c)

il-persuni responsabbli;

(d)

il-kategorija ta' attivitajiet; u

(e)

kwalunkwe modifika li tirrigwarda n-nomina msemmija fl-Artikolu 47.

2.   Servizz tekniku jista' biss iwettaq l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 47(1) f'isem l-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina responsabbli fil-każ li dak is-servizz tekniku jkun ġie nnotifikat minn qabel lill-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.   L-istess servizz tekniku jista' jiġi nnominat minn diversi awtoritajiet tal-approvazzjoni li jinnominaw u jiġi nnotifikat mill-Istati Membri ta' dawk l-awtoritajiet tal-approvazzjoni li jinnominaw, irrispettivament mill-kategorija jew kategoriji ta' attivitajiet li jkun ser iwettaq f'konformità mal-Artikolu 47(1).

4.   Meta organizzazzjoni speċifika jew korp kompetenti li jwettqu attività mhux inkluża fl-Artikolu 47(1) ikun meħtieġ li jiġu nnominati fl-applikazzjoni ta' att delegat, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu.

5.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha lista, flimkien mad-dettalji, tas-servizzi tekniċi li kienu s-suġġett tan-notifika f'konformità ma' dan l-Artikolu.

Artikolu 51

Tibdil fin-nomini

1.   Meta awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina tkun aċċertat jew tkun ġiet informata li servizz tekniku nnominat minnha ma għadux jissodisfa r-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament jew inkella li mhux qiegħed jonora l-obbligi tiegħu, hija għandha tirrestrinġi, tissospendi jew tirrevoka n-nomina, kif xieraq, skont is-serjetà tan-nuqqas li jiġu ssodisfati dawk ir-rekwiżiti jew li jiġu onorati dawk l-obbligi.

L-Istat Membru li jipprovdi lill-Kummissjoni b'notifika ta' dak is-servizz tekniku skont l-Artikolu 50(1) għandu jinforma lill-Kummissjoni minnufih dwar tali restrizzjoni, sospensjoni jew revoka.

Il-Kummissjoni għandha timmodifika l-informazzjoni ppubblikata msemmija fl-Artikolu 50(5) skont dan.

2.   Fil-każ tar-restrizzjoni, sospensjoni jew revoka tan-nomina msemmija fil-paragrafu 1, jew meta s-servizz tekniku jkun temm l-attività tiegħu, l-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina għandha tieħu passi xierqa sabiex tiżgura li l-fajls ta' dak is-servizz tekniku jew jiġu pproċessati minn servizz tekniku ieħor jew inkella jinżammu disponibbli għall-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina jew għall-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq, fuq talba tagħhom.

Artikolu 52

Kontestazzjoni tal-kompetenza tas-servizzi tekniċi

1.   Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn ikollha dubji, jew fejn jinġiebu dubji għall-attenzjoni tagħha, rigward il-kompetenza ta' servizz tekniku jew l-issodisfar kontinwu minn servizz tekniku tar-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li għalihom huwa soġġett.

2.   L-Istat Membru tal-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina għandu, fuq talba, jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha relatata mal-bażi għan-nomina jew maż-żamma tan-nomina tas-servizz tekniku kkonċernat.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni sensittiva kollha miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha tiġi ttrattata b'mod kunfidenzjali.

4.   Meta l-Kummissjoni taċċerta li servizz tekniku ma jissodisfax jew ma għadux jissodisfa r-rekwiżiti għan-nomina tiegħu, hija għandha tinforma lill-Istat Membru tal-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina b'dan bil-għan li tistabbilixxi, b'kooperazzjoni ma' dak l-Istat Membru, il-miżuri korrettivi meħtieġa u għandha titlob li dak l-Istat Membru jieħu dawk il-miżuri korrettivi, inkluż ir-revoka tan-nomina jekk ikun meħtieġ.

Artikolu 53

Obbligi operazzjonali tas-servizzi tekniċi

1.   Is-servizzi tekniċi għandhom iwettqu l-kategoriji ta' attivitajiet li għalihom ikunu ġew innominati f'isem l-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina u f'konformità mal-proċeduri tal-ittestjar u tal-valutazzjoni previsti f'dan ir-Regolament u fl-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.

Is-servizzi tekniċi għandhom jissorveljaw jew inkella jwettqu huma stess it-testijiet meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE jew l-ispezzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament jew f'wieħed mill-atti delegati jew ta' implimentazzjoni tiegħu, sakemm ma jkunux permessi proċeduri alternattivi.

Is-servizzi tekniċi m'għandhomx iwettqu testijiet, valutazzjonijiet jew spezzjonijiet li ma ġewx nominati għalihom.

2.   Is-servizzi tekniċi għandhom f'kull ħin:

(a)

jippermettu lill-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina biex tosservahom fit-twettiq tal-valutazzjonijiet tagħhom, jekk jitqies xieraq minn dik l-awtorità; u

(b)

mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 45(9) u għall-Artikolu 54, jipprovdu lill-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina b'dik l-informazzjoni li tista' tintalab dwar il-kategoriji ta' attivitajiet li huma jwettqu u li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

3.   Meta servizz tekniku jsib li r-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament ma ġewx issodisfati minn fabbrikant, huwa għandu jirrapporta dak il-fatt lill-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina, li, mill-parti tagħha, għandha tobbliga lill-fabbrikant jieħu miżuri korrettivi xierqa.

L-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina m'għandhiex toħroġ ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE qabel ma l-fabbrikant ikun ħa l-miżuri korrettivi xierqa għas-sodisfazzjon ta' dik l-awtorità tal-approvazzjoni.

4.   Meta, matul il-monitoraġġ tal-konformità tal-produzzjoni wara l-ħruġ ta' ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, servizz tekniku li jaġixxi f'isem l-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina jsib li tip ta' magna jew familja ta' magni ma għadhiex konformi ma' dan ir-Regolament, huwa għandu jirrapporta dak il-fatt lill-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina.

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tieħu l-miżuri xierqa kif previsti fl-Artikolu 26.

Artikolu 54

Obbligi ta' informazzjoni tas-servizzi tekniċi

1.   Is-servizzi tekniċi għandhom jinformaw lill-awtorità tal-approvazzjoni li tinnominahom bi kwalunkwe:

(a)

nonkonformità li tista' tirrikjedi rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE;

(b)

ċirkostanzi li jaffettwaw il-kamp ta' applikazzjoni ta', jew il-kondizzjonijiet, għan-nomina tagħhom;

(c)

talba għall-informazzjoni minn awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq rigward l-attivitajiet tagħhom.

2.   Fuq talba mill-awtorità tal-approvazzjoni li tinnominahom, is-servizzi tekniċi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tan-nomina tagħhom u dwar kwalunkwe attività oħra mwettqa, inklużi attivitajiet transkonfinali u subkuntrattar.

KAPITOLU XIII

ATTI DELEGATI U ATTI TA ' IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 55

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa li tadotta l-atti delegati hija konferita fuq il-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 19(2), l-Artikolu 24(11), l-Artikolu 25(4), l-Artikolu 26(6), l-Artikolu 34(9), l-Artikolu 42(4), l-Artikolu 43(5) u l-Artikolu 48 għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin minn … 6 ta' Ottubru 2016.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 19(2), l-Artikolu 24(11), l-Artikolu 25(4), l-Artikolu 26(6), l-Artikolu 34(9), l-Artikolu 42(4), l-Artikolu 43(5) u l-Artikolu 48 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta ' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Hija ma għandha taffettwa l-validità ta ' ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 24(11), l-Artikolu 25(4), l-Artikolu 26(6), l-Artikolu 34(9), l-Artikolu 42(4), l-Artikolu 43(5) u l-Artikolu 48 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 56

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-“Kumitat Tekniku — Vetturi bil-Mutur” (TCMV) stabbilit bl-Artikolu 40(1) tad-Direttiva 2007/46/KE. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Meta l-Kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni m'għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

KAPITOLU XIV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 57

Penali

1.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu penali għall-ksur ta' dan ir-Regolament, u tal-atti delegati jew ta' implimentazzjoni adottati bis-saħħa ta' dan ir-Regolament, mill-operaturi ekonomiċi jew l-OEMs. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijiet sas-7 ta' Ottubru 2018 u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiżguraw li l-penali jiġu implimentati.

2.   Ksur soġġett għal penali għandu jinkludi:

(a)

dikjarazzjonijiet foloz, b'mod partikolari matul il-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, il-proċeduri li jwasslu għal sejħa lura jew il-proċeduri relatati mal-eżenzjonijiet;

(b)

il-falsifikazzjoni tar-riżultati tat-testijiet relatati ma' approvazzjoni tat-tip tal-UE jew il-monitoraġġ ta' magni fis-servizz;

(c)

iż-żamma lura ta' data jew speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu jwasslu għas-sejħa lura ta' magni, jew għar-rifjut jew l-irtirar ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE;

(d)

l-użu ta' strateġiji ta' invalidazzjoni;

(e)

ir-rifjut li jingħata aċċess għall-informazzjoni;

(f)

it-tqegħid fis-suq ta' magni soġġetti għal approvazzjoni tat-tip tal-UE mingħajr approvazzjoni tat-tip tal-UE, jew il-falsifikazzjoni ta' dokumenti jew marki statutorji bl-intenzjoni li jagħmlu dan;

(g)

it-tqegħid fis-suq ta' magni ta' transizzjoni u l-makkinarju mobbli mhux tat-triq fejn jiġu installati tali magni bi ksur tad-dispożizzjonijiet dwar l-eżenzjoni;

(h)

il-ksur tar-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 35(3) u (4);

(i)

it-tqegħid fis-suq ta' magna modifikata b'tali mod li din ma tibqax f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE tagħha;

(j)

l-installazzjoni ta' magna f'makkinarju mobbli mhux tat-triq għal użu differenti mill-użu esklużiv previst fl-Artikolu 4;

(k)

it-tqegħid fis-suq ta' magna bi skop speċjali skont l-Artikolu 34(5) jew (6) għall-użu f'makkinarju mobbli mhux tat-triq għajr dak previst f'dawk il-paragrafi;

(l)

it-tqegħid fis-suq ta' magna skont l-Artikolu 34(7) jew (8) u l-Artikolu 58(9), (10) jew (11) għall-użu f'makkinarju għajr dak previst f'dawk il-paragrafi;

(m)

it-tqegħid fis-suq ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq li fih magni soġġetti għal approvazzjoni tat-tip tal-UE skont dan ir-Regolament huma installati, mingħajr tali approvazzjoni;

(n)

it-tqegħid fis-suq ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq bi ksur ta' xi restrizzjoni dwar makkinarju mobbli mhux tat-triq stipulati fl-Artikoli 34(8).

Artikolu 58

Dispożizzjonijiet transitorji

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Kapitoli II u III, dan ir-Regolament ma għandux jinvalida, qabel id-dati għat-tqegħid fis-suq tal-magni stabbiliti fl-Anness III, kwalunkwe approvazzjoni tat-tip tal-UE jew eżenzjoni.

2.   L-awtoritajiet tal-approvazzjoni jistgħu, f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti applikabbli fil-5 ta' Ottubru 2016 jkomplu jagħtu approvazzjonijiet tat-tip tal-UE sad-dati obbligatorji stabbiliti fl-Anness III għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-magni u jkomplu jagħtu eżenzjonijiet f'konformità ma' dik il-leġiżlazzjonisad-dati obbligatorji stabbiliti fl-Anness III għat-tqegħid fis-suq tal-magni.

L-Istati Membri jistgħu, f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti applikabbli fil-5 ta' Ottubru 2016 jkomplu jippermettu t-tqegħid fis-suq ta' magni sad-dati obbligatorji stabbiliti fl-Anness III għat-tqegħid fis-suq tal-magni.

3.   B'deroga minn dan ir-Regolament, il-magni li rċevew approvazzjoni tat-tip tal-UE skont il-leġiżlazzjoni rilevanti applikabbli fil-5 ta' Ottubru 2016, jew li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti mill-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu (CCNR) u adottati bħala l-Istadju II tas-CCNR, fil-qafas tal-Konvenzjoni Riveduta għal Navigazzjoni fuq ir-Renu, jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq sad-dati għat-tqegħid fis-suq tal-magni stabbiliti fl-Anness III.

F'tali każijiet, l-awtoritajiet nazzjonali ma għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq ta' magni li jikkonformaw mat-tip approvat.

4.   Il-magni li fil-5 ta' Ottubru 2016 ma kinux jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 97/68/KE jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq fuq il-bażi tar-regoli nazzjonali fis-seħħ, jekk ikun hemm, sad-dati għat-tqegħid fis-suq tal-magni stabbiliti fl-Anness III.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(3), l-Artikolu 18(2) u, fejn applikabbli, id-Direttiva 2008/57/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 (22), il-magni ta' transizzjoni u, fejn applikabbli, il-makkinarju mobbli mhux tat-triq fejn jiġu installati dawk il-magni ta' transizzjoni jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq matul il-perijodu ta' transizzjoni, sakemm il-makkinarju fejn tiġi installata l-magna ta' transizzjoni jkollu data tal-produzzjoni li ma tkun aktar tard minn 18-il xahar wara l-bidu tal-perijodu ta' transizzjoni.

Għall-magni tal-kategorija NRE, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-estensjoni tal-perijodu ta' transizzjoni u tal-perijodu ta' 18-il xahar imsemmijin fl-ewwel subparagrafu b'perijodu addizzjonali ta' 12-il xahar għall-OEMs bi produzzjoni annwali totali ta' inqas minn 100 unità ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq mgħammra b'magni b'kombustjoni interna. Għall-finijiet tal-kalkolu ta' dik il-produzzjoni annwali totali, l-OEMs kollha taħt il-kontroll tal-istess persuna fiżika jew ġuridika għandhom jitqiesu bħala OEM wieħed.

Għall-magni tal-kategorija NRE użati fi krejnijiet mobbli, il-perijodu ta' transizzjoni u l-perijodu ta' 18-il xahar imsemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu estiżi bi 12-il xahar.

Għall-magni tal-kategorija NRS b'potenza tal-magna ta' inqas minn 19 KW użati fil-magni għat-tneħħija tas-silġ (snow throwers), il-perijodu ta' transizzjoni u l-perijodu ta' 18-il xahar imsemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu estiżi b'24 xahar.

6.   Soġġett għall-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, il-magni ta' transizzjoni għandhom jissodisfaw mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikunu konformi mat-tipi ta' magni jew familji ta' magni li l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tagħhom m'għadhiex valida skont il-punt (a) tal-Artikolu 30(2), u jkunu, fid-dati tal-produzzjoni tal-magni, koperti minn approvazzjoni tat-tip tal-UE valida li tkun f'konformità mal-aħħar limiti tal-emissjonijiet applikabbli definiti fil-leġiżlazzjoni rilevanti applikabbli fil-5 ta' Ottubru 2016;

(b)

jappartjenu għal medda tal-potenza li ma kinitx soġġetta għal approvazzjoni tat-tip ta' emissjonijiet ta' inkwinanti fil-livell tal-Unjoni fil-5 ta' Ottubru 2016; jew

(c)

jintużaw jew maħsuba biex jintużaw f'applikazzjoni li ma kinitx soġġetta għal approvazzjoni tat-tip relatata ma' emissjonijiet ta' inkwinanti fil-livell tal-Unjoni fil-5 ta' Ottubru 2016.

7.   Il-perijodu għat-tqegħid fis-suq ta' magni ta' transizzjoni għandu jkun limitat għal:

(a)

24 xahar mid-data applikabbli għat-tqegħid fis-suq tal-magni stabbilita fl-Anness III, fil-każ previst fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5;

(b)

36 xahar mid-data applikabbli għat-tqegħid fis-suq tal-magni stabbilita fl-Anness III, fil-każ previst fit-tieni u t-tielet subparagrafi tal-paragrafu 5;

(c)

48 xahar mid-data applikabbli għat-tqegħid fis-suq tal-magni stabbilita fl-Anness III, fil-każ previst fir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 5.

8.   Il-fabbrikanti għandhom jiżguraw li l-magni ta' transizzjoni li jitqiegħdu fis-suq matul il-perijodu ta' transizzjoni jikkonformaw mal-marka msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 32(2).

9.   Minkejja l-Artikolu 5(3), l-Artikolu 18(2) u l-Artikolu 22, l-Istati Membri jistgħu, għal perijodu li jintemm mhux aktar tard mis-17 ta' Settembru 2026, jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' magni tal-kategorija RLL b'potenza netta massima ta' aktar minn 2 000 kW li ma jikkonformawx mal-limiti tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II biex jiġu installati f'lokomottivi li jistgħu jaħdmu biss fuq netwerk ferrovjarja teknikament iżolata ta' 1 520 mm. Matul dak il-perijodu, il-magni li jitqiegħdu fis-suq għandhom, bħala minimu, jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet li l-magni kellhom jissodisfaw sabiex jitqiegħdu fis-suq fil-31 ta' Diċembru 2011. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri għandhom jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-UE u għandhom jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' dawn il-magni.

10.   Minkejja l-Artikoli 5(3) u 18(2), l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' magni ta' sostituzzjoni, għal perijodu mhux itwal minn 15-il sena, li jibda mid-dati applikabbli għat-tqegħid fis-suq ta' magni ta' Stadju V stabbiliti fl-Anness III, sakemm dawn il-magni jappartjenu għal kategorija ekwivalenti għal NRE jew NRS, ikollhom potenza referenzjarja ta' mhux inqas minn 19 kW, jew jappartjenu għal kategorija ekwivalenti għal NRG, fejn il-magna ta' sostituzzjoni u l-magna oriġinali jappartjenu għal kategorija ta' magna jew medda tal-potenza li ma kinitx soġġetta għall-approvazzjoni tat-tip fil-livell tal-Unjoni fil-31 ta' Diċembru 2016.

11.   Minkejja l-Artikoli 5(3) u 18(2), l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' magni ta' sostituzzjoni, għal perijodu mhux itwal minn 20 sena, li jibda mid-dati applikabbli għat-tqegħid fis-suq ta' magni ta' Stadju V stabbiliti fl-Anness III, sakemm dawn il-magni:

(a)

jappartjenu għall-kategorija NRE b'potenza referenzjarja ta' mhux inqas minn 19 kW u mhux aktar minn 560 kW, u jkunu konformi ma' stadju ta' emissjonijiet li jkun skada mhux aktar minn 20 sena qabel it-tqegħid fis-suq ta' dawk il-magni u li jkun rigoruż tal-inqas daqs il-limiti ta' emissjonijiet li l-magna li ser tiġi sostitwita kellha tissodisfa meta tqiegħdet fis-suq oriġinarjament;

(b)

jappartjenu għal kategorija ekwivalenti għal NRE u b'potenza referenzjarja akbar minn 560 kW, fejn il-magna ta' sostituzzjoni u l-magna oriġinali jappartjenu għal kategorija ta' magni jew medda tal-potenza li ma kinitx soġġetta għall-approvazzjoni tat-tip fil-livell tal-Unjoni fil-31 ta' Diċembru 2016;

12.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan ir-Regolament, għal perijodu li jintemm mhux aktar tard mis-17 ta' Settembru 2026, għal magni installati f'makkinarju għall-ħsad tal-qoton.

13.   Il-fabbrikanti għandhom jiżguraw li l-magni ta' sostituzzjoni jikkonformaw mal-marka msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 32(2).

Artikolu 59

Rapport

1.   Sal-31 ta' Diċembru 2021, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE stipulati f'dan ir-Regolament.

2.   Sal-31 ta' Diċembru 2022, abbażi tal-informazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 60

Reviżjoni

1.   Sal-31 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-valutazzjoni tal-possibbiltà li jiġu stabbiliti miżuri armonizzati għall-installazzjoni ta' tagħmir modifikat għall-kontroll tal-emissjonijiet fil-magni f'makkinarju mobbli mhux tat-triq li diġà tqiegħed fis-suq tal-Unjoni. Dak ir-rapport għandu jindirizza wkoll miżuri tekniċi u skemi ta' inċentivi finanzjarji bħala mezz biex jgħin lill-Istati Membru jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja, billi tiġi vvalutata l-azzjoni possibbli kontra t-tniġġis tal-arja f'żoni ta' popolazzjoni densa, u bir-rispett dovut għar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

2.   Sal-31 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward:

(a)

il-valutazzjoni tal-potenzjal għal tnaqqis ulterjuri ta' emissjonijiet ta' inkwinanti, abbażi tat-teknoloġiji disponibbli u analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji.

B'mod partikolari, għal magni tal-kategoriji IWP u IWA, il-valutazzjoni tal-fattibbiltà teknoloġika u ekonomika ta':

(i)

tnaqqis ulterjuri fil-valur ta' limitu tal-emissjonijiet għall-emissjonijiet tal-PN u l-NOx;

(ii)

tnaqqis ulterjuri fil-fattur A għal magni li jaħdmu bi fjuwils kompletament jew parzjalment gassużi fil-qafas ta' operazzjoni newtrali għall-klima meta mqabbel mal-magni li jaħdmu bid-diżil; u

(iii)

l-addizzjoni ta' valuri limitu tal-PN għal dawk il-kategoriji ta' magni li għalihom tali valuri ma ġewx imniżżla fl-Anness II ta' dan ir-Regolament;

(b)

l-identifikazzjoni tat-tipi ta' inkwinanti potenzjalment rilevanti li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

3.   Sal-31 ta' Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward l-użu tal-klawżoli ta' eżenzjoni previsti fl-Artikolu 34(4) u (5), u l-monitoraġġ tar-riżultati tat-testijiet tal-emissjonijiet previst fl-Artikolu 19 u l-konklużjonijiet minnu.

Barra dan, ir-rapport għandu jevalwa it-testijiet meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE kif stabbiliti fl-Artikoli 24 u 25, b'enfasi partikolari fuq kemm dawk it-testijiet jikkorrispondu għal kondizzjonijiet reali tal-operazzjoni tal-magna, u għandu jevalwa wkoll il-fattibbiltà li jiġu introdotti testijiet għall-emissjonijiet ta' partikolati inkwinanti bħala parti mill-ittestjar waqt is-servizz stabbilit fl-Artikolu 19.

4.   Ir-rapporti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom:

(a)

ikunu bbażati fuq konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti;

(b)

jieħdu kont tal-istandards relatati eżistenti tal-Unjoni u dawk internazzjonali; u

(c)

ikunu akkumpanjati, fejn xieraq, minn proposti leġiżlattivi.

Artikolu 61

Emendi tad-Direttiva 97/68/KE

Id-Direttiva 97/68/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 9(4a), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, fuq talba ta' OEM, it-tqegħid fis-suq ta' magni li jissodisfaw l-Istadju III A tal-valuri tal-limiti tal-emissjonijiet, sakemm dawk il-magni jkunu intenzjonati għal installazzjoni f'makkinarju mobbli mhux tat-triq li jintuża f'atmosferi potenzjalment esplożivi, kif definiti fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).

Il-fabbrikanti għandhom jipprovdu lill-awtorità tal-approvazzjoni bl-evidenza li l-magni huma installati esklużivament f'makkinarju mobbli mhux tat-triq ċertifikat li jissodisfa dawk ir-rekwiżiti. Tikketta bit-test “Magna għal użu ristrett f'makkinarju ffabbrikat minn”, segwit mill-isem tal-OEM u r-referenza unika tad-deroga assoċjata għandha titwaħħal ma' kull magna bħal din, maġenb il-marka statutorja tal-magna stabbilita fit-taqsima 3 tal-Anness I.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-UE u jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' magni tal-kategorija RLL b'potenza netta massima aktar minn 2 000 kW li ma jikkonformax mal-limiti tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II, biex jiġu installati f'lokomottivi li jaħdmu biss fuq netwerk ferrovjarju teknikament iżolat ta' 1 520 mm. Dawk il-magni għandhom, bħala minimu, jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet li l-magni kellhom jissodisfaw sabiex jitqiegħdu fis-suq fil-31 ta' Diċembru 2011.

(*)  Id-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal tagħmir u sistemi ta' protezzjoni maħsuba għall-użu f'atmosferi potenzjalment esplużivi (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 309.”;"

(2)

fl-Artikolu 10, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“8.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx din id-Direttiva għal magni installati f'makkinarju tal-ħsad tal-qoton.”.

Artikolu 62

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 1024/2012

Fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1024/2012, jiżdied il-punt li ġej:

“9.

Ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti ta' emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) Nru 167/2013, u li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 97/68/KE (**): Artikolu 44.

Artikolu 63

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 167/2013

L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar il-kategoriji tal-magni, il-limiti tal-emissjonijiet tal-egżost, iċ-ċikli tat-test, il-perijodi ta' durabbiltà tal-emissjonijiet, ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet tal-egżost, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' magni fis-servizz u t-twettiq ta' kejl u testijiet, kif ukoll id-dispożizzjonijiet transitorji u d-dispożizzjonijiet li jippermettu l-approvazzjoni bikrija tat-tip tal-UE u t-tqegħid fis-suq ta' magni ta' Stadju V stipulat għal makkinarju mobbli mhux tat-triq fir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***) u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati bis-saħħa tiegħu.

Għall-finijiet tat-tqegħid fis-suq, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz ta' tratturi tal-kategoriji T2, T4.1 u C2, il-magni fil-medda tal-potenza 56 — 130 kW li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istadju IIIB għandhom jitqiesu bħala magni ta' transizzjoni kif definiti fil-punt (32) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2016/1628.

(***)  Ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti ta' emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) Nru 167/2013, u li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 97/68/KE (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 53).”;"

(2)

fil-paragrafu 6, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“B'deroga mill-prinċipju stipulat fit-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li, sal-31 ta' Diċembru 2016, temenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/96 (****), sabiex:

(a)

għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tratturi tal-kategoriji T2, T4.1 u C2, il-perijodu ta' posponiment stipulat fl-Artikolu 11(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/96 huwa ta' erba' snin; u

(b)

taħt l-iskema ta' flessibbiltà msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/96, il-flessibbiltà permessa skont il-punt 1.1.1 tal-Anness V għal dak ir-Regolament Delegat jiżdied għal 150 % għal tratturi tal-kategoriji T2, T4.1 u C2.

(****)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/96 tal-1 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ambjentali u tar-rendiment tal-unità tal-propulsjoni tal-vetturi agrikoli u forestali (ĠU L 16, 23.1.2015, p. 1).”."

Artikolu 64

Revoka

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 58(1) sa (4) ta' dan ir-Regolament, id-Direttiva 97/68/KE hija rrevokata b'effett mill-1 ta' Jannar 2017.

2.   Ir-referenzi għad-Direttiva rrevokata għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 65

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 61, li għandu japplika mis-6 ta' Ottubru 2016.

Mis-6 ta' Ottubru 2016, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tip ġdid ta' magna jew familja ta' magni, u lanqas jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tiegħu fejn dak it-tip ta' magna jew familja ta' magni ikun konformi mal-Kapitoli II, III, IV u VIII u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta' Settembru 2016.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

I. KORČOK


(1)  L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Frar 2015 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2016 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2016.

(3)  Id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-ligijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta' inkwinanti ta' gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq (ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24).

(6)  Id-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna” (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171).

(7)  Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 li tniżżel is-Sitt Programm ta' Azzjoni tal-Komunità Ambjentali (ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1); Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).

(8)  Id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati ma' u/jew ikunu użati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet reċiproċi tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet (Ftehim Rivedut tal-1958) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).

(11)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(13)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/96 tal-1 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ambjentali u tar-rendiment tal-unità tal-propulsjoni tal-vetturi agrikoli u forestali (ĠU L 16, 23.1.2015, p. 1).

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1).

(15)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p.1).

(16)  Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).

(17)  Id-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li temenda d-Direttiva 2009/100/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE (ara l-paġna 118 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(18)  Id-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali u li tħassar id-Direttiva 94/25/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 90).

(19)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).

(20)  Standard Ewropew EN-14466+A1: 2009 (Pompi tat-tifi tan-nar — Pompi portabbli — Rekwiżiti tas-sikurezza u l-prestazzjoni, testijiet).

(21)  Id-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal tagħmir u sistemi ta' protezzjoni maħsuba għall-użu f'atmosferi potenzjalment esplożivi (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 309).

(22)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema tal-“Vetturi ferrovjarji — lokomottivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 228).


ANNESS I

Definizzjoni tas-subkategoriji tal-magni msemmija fl-Artikolu 4

Tabella I-1: Is-subkategoriji tal-kategorija ta' magni NRE definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1)

Kategorija

Tip ta' ignixin

Operazzjoni tal-veloċità

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

Potenza referenzjarja

NRE

CI

varjabbli

0 < P < 8

NRE-v-1

Potenza netta massima

CI

8 ≤ P < 19

NRE-v-2

CI

19 ≤ P < 37

NRE-v-3

CI

37 ≤ P < 56

NRE-v-4

kollha

56 ≤ P < 130

NRE-v-5

130 ≤ P ≤ 560

NRE-v-6

P > 560

NRE-v-7

CI

kostanti

0 < P < 8

NRE-c-1

Potenza netta nominali

CI

8 ≤ P < 19

NRE-c-2

CI

19 ≤ P < 37

NRE-c-3

CI

37 ≤ P < 56

NRE-c-4

kollha

56 ≤ P < 130

NRE-c-5

130 ≤ P ≤ 560

NRE-c-6

P > 560

NRE-c-7


Tabella I-2: Is-subkategoriji tal-kategorija ta' magni NRG definita fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1)

Kategorija

Tip ta' ignixin

Operazzjoni tal-veloċità

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

Potenza referenzjarja

NRG

kollha

varjabbli

P > 560

NRG-v-1

Potenza netta massima

kostanti

P > 560

NRG-c-1

Potenza netta nominali


Tabella I-3: Is-subkategoriji tal-kategorija ta' magni NRSh definita fil-punt (3) tal-Artikolu 4(1)

Kategorija

Tip ta' ignixin

Operazzjoni tal-veloċità

Medda tal-potenza (kW)

Ċilindrata (cm3)

Subkategorija

Potenza referenzjarja

NRSh

SI

varjabbli jew kostanti

0 < P < 19

SV < 50

NRSh-v-1a

Potenza netta massima

SV ≥ 50

NRSh-v-1b


Tabella I-4: Is-subkategoriji tal-kategorija ta' magni NRS definita fil-punt (4) tal-Artikolu 4(1)

Kategorija

Tip ta' ignixin

Operazzjoni tal-veloċità

Medda tal-potenza (kW)

Ċilindrata (cm3)

Subkategorija

Potenza referenzjarja

NRS

SI

varjabbli, ≥ 3 600 rpm; jew kostanti

0 < P < 19

80 ≤ SV < 225

NRS-vr-1a

Potenza netta massima

SV ≥ 225

NRS-vr-1b

varjabbli, < 3 600 rpm

80 ≤ SV < 225

NRS-vi-1a

SV ≥ 225

NRS-vi-1b

varjabbli jew kostanti

19 ≤ P < 30

SV ≤ 1 000

NRS-v-2a

Potenza netta massima

SV > 1 000

NRS-v-2b

30 ≤ P < 56

kwalunkwe

NRS-v-3

Potenza netta massima

Għall-magni < 19 kW b'SV < 80 cm3 f'makkinarju għajr makkinarju li jinżamm fl-idejn, għandhom jintużaw magni tal-kategorija NRSh.

Tabella I-5: Is-subkategoriji tal-kategorija ta' magni IWP definita fil-punt (5) tal-Artikolu 4(1)

Kategorija

Tip ta' ignixin

Operazzjoni tal-veloċità

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

Potenza referenzjarja

IWP

kollha

varjabbli

19 ≤ P < 75

IWP-v-1

Potenza netta massima

75 ≤ P < 130

IWP-v-2

130 ≤ P < 300

IWP-v-3

P ≥ 300

IWP-v-4

kostanti

19 ≤ P < 75

IWP-c-1

Potenza netta nominali

75 ≤ P < 130

IWP-c-2

130 ≤ P < 300

IWP-c-3

P ≥ 300

IWP-c-4


Tabella I-6: Is-subkategoriji tal-kategorija ta' magni IWA definita fil-punt (6) tal-Artikolu 4(1)

Kategorija

Tip ta' ignixin

Operazzjoni tal-veloċità

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

Potenza referenzjarja

IWA

kollha

varjabbli

19 ≤ P < 75

IWA-v-1

Potenza netta massima

75 ≤ P < 130

IWA-v-2

130≤P<300

IWA-v-3

P ≥ 300

IWA-v-4

kostanti

19 ≤ P < 75

IWA-c-1

Potenza netta nominali

75 ≤ P < 130

IWA-c-2

130 ≤ P < 300

IWA-c-3

P ≥ 300

IWA-c-4


Tabella I-7: Is-subkategoriji tal-kategorija ta' magni RLL definita fil-punt (7) tal-Artikolu 4(1)

Kategorija

Tip ta' ignixin

Operazzjoni tal-veloċità

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

Potenza referenzjarja

RLL

kollha

varjabbli

P > 0

RLL-v-1

Potenza netta massima

kostanti

P > 0

RLL-c-1

Potenza netta nominali


Tabella I-8: Is-subkategoriji tal-kategorija ta' magni RLR definita fil-punt (8) tal-Artikolu 4(1)

Kategorija

Tip ta' ignixin

Operazzjoni tal-veloċità

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

Potenza referenzjarja

RLR

kollha

varjabbli

P > 0

RLR-v-1

Potenza netta massima

kostanti

P > 0

RLR-c-1

Potenza netta nominali


Tabella I-9: Is-subkategoriji tal-kategorija ta' magni SMB definita fil-punt (9) tal-Artikolu 4(1)

Kategorija

Tip ta' ignixin

Operazzjoni tal-veloċità

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

Potenza referenzjarja

SMB

SI

varjabbli jew kostanti

P > 0

SMB-v-1

Potenza netta massima


Tabella I-10: Is-subkategoriji tal-kategorija ta' magni ATS definita fil-punt (10) tal-Artikolu 4(1)

Kategorija

Tip ta' ignixin

Operazzjoni tal-veloċità

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

Potenza referenzjarja

ATS

SI

varjabbli jew kostanti

P > 0

ATS-v-1

Potenza netta massima


ANNESS II

Il-limiti tal-emissjonijiet tal-egżost imsemmija fl-Artikolu 18(2)

Tabella II-1: Il-limiti tal-emissjonijiet tal-Istadju V għall-kategorija ta' magni NRE definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1)

Stadju tal-emissjonijiet

Subkategorija tal-magna

Medda tal-potenza

Tip ta' ignixin

CO

HC

NOx

Massa ta' PM

PN

A

 

 

kW

 

g/kWh

g/kWh

g/kWh

g/kWh

#/kWh

 

Stadju V

NRE-v-1

NRE-c-1

0 < P < 8

CI

8,00

(HC + NOx ≤ 7,50)

0,40 (1)

1,10

Stadju V

NRE-v-2

NRE-c-2

8 ≤ P < 19

CI

6,60

(HC + NOx ≤ 7,50)

0,40

1,10

Stadju V

NRE-v-3

NRE-c-3

19 ≤ P < 37

CI

5,00

(HC + NOx ≤ 4,70)

0,015

1 × 1012

1,10

Stadju V

NRE-v-4

NRE-c-4

37 ≤ P < 56

CI

5,00

(HC + NOx ≤ 4,70)

0,015

1 × 1012

1,10

Stadju V

NRE-v-5

NRE-c-5

56 ≤ P < 130

kollha

5,00

0,19

0,40

0,015

1 × 1012

1,10

Stadju V

NRE-v-6

NRE-c-6

130 ≤ P ≤ 560

kollha

3,50

0,19

0,40

0,015

1 × 1012

1,10

Stadju V

NRE-v-7

NRE-c-7

P > 560

kollha

3,50

0,19

3,50

0,045

6,00


Tabella II-2: Il-limiti tal-emissjonijiet tal-Istadju V għall-kategorija ta' magni NRG definita fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1)

Stadju tal-emissjonijiet

Subkategorija tal-magna

Medda tal-potenza

Tip ta' ignixin

CO

HC

NOx

Massa ta' PM

PN

A

 

 

kW

 

g/kWh

g/kWh

g/kWh

g/kWh

#/kWh

 

Stadju V

NRG-v-1

NRG-c-1

P > 560

kollha

3,50

0,19

0,67

0,035

6,00


Tabella II-3: Il-limiti tal-emissjonijiet tal-Istadju V għall-kategorija ta' magni NRSh definita fil-punt (3) tal-Artikolu 4(1)

Stadju tal-emissjonijiet

Subkategorija tal-magna

Medda tal-potenza

Tip ta' ignixin

CO

HC + NOx

 

 

kW

 

g/kWh

g/kWh

Stadju V

NRSh-v-1a

0 < P < 19

SI

805

50

Stadju V

NRSh-v-1b

603

72


Tabella II-4: Il-limiti tal-emissjonijiet tal-Istadju V għall-kategorija ta' magni NRS definita fil-punt (4) tal-Artikolu 4(1)

Stadju tal-emissjonijiet

Subkategorija tal-magna

Medda tal-potenza

Tip ta' ignixin

CO

HC + NOx

 

 

kW

 

g/kWh

g/kWh

Stadju V

NRS-vr-1a

NRS-vi-1a

0 < P < 19

SI

610

10

Stadju V

NRS-vr-1b

NRS-vi-1b

610

8

Stadju V

NRS-v-2a

19 ≤ P ≤ 30

610

8

Stadju V

NRS-v-2b

NRS-v-3

19 ≤ P < 56

4,40 (*)

2,70 (*)


Tabella II-5: Il-limiti tal-emissjonijiet tal-Istadju V għall-kategorija ta' magni IWP definita fil-punt (5) tal-Artikolu 4(1)

Stadju tal-emissjonijiet

Subkategorija tal-magna

Medda tal-potenza

Tip ta' ignixin

CO

HC

NOx

Massa ta' PM

PN

A

 

 

kW

 

g/kWh

g/kWh

g/kWh

g/kWh

#/kWh

 

Stadju V

IWP-v-1

IWP-c-1

19 ≤ P < 75

kollha

5,00

(HC + NOx ≤ 4,70)

0,30

6,00

Stadju V

IWP-v-2

IWP-c-2

75 ≤ P < 130

kollha

5,00

(HC + NOx ≤ 5,40)

0,14

6,00

Stadju V

IWP-v-3

IWP-c-3

130 ≤ P < 300

kollha

3,50

1,00

2,10

0,10

6,00

Stadju V

IWP-v-4

IWP-c-4

P ≥ 300

kollha

3,50

0,19

1,80

0,015

1 × 1012

6,00


Tabella II-6: Il-limiti tal-emissjonijiet tal-Istadju V għall-kategorija ta' magni IWA definita fil-punt (6) tal-Artikolu 4(1)

Stadju tal-emissjonijiet

Subkategorija tal-magna

Medda tal-potenza

Tip ta' ignixin

CO

HC

NOx

Massa ta' PM

PN

A

 

 

kW

 

g/kWh

g/kWh

g/kWh

g/kWh

#/kWh

 

Stadju V

IWA-v-1

IWA-c-1

19 ≤ P < 75

kollha

5,00

(HC + NOx ≤ 4,70)

0,30

6,00

Stadju V

IWA-v-2

IWA-c-2

75 ≤ P < 130

kollha

5,00

(HC + NOx ≤ 5,40)

0,14

6,00

Stadju V

IWA-v-3

IWA-c-3

130 ≤ P < 300

kollha

3,50

1,00

2,10

0,10

6,00

Stadju V

IWA-v-4

IWA-c-4

P ≥ 300

kollha

3,50

0,19

1,80

0,015

1 × 1012

6,00


Tabella II-7: Il-limiti tal-emissjonijiet tal-Istadju V għall-kategorija ta' magni RLL definita fil-punt (7) tal-Artikolu 4(1)

Stadju tal-emissjonijiet

Subkategorija tal-magna

Medda tal-potenza

Tip ta' ignixin

CO

HC

NOx

Massa ta' PM

PN

A

 

 

kW

 

g/kWh

g/kWh

g/kWh

g/kWh

#/kWh

 

Stadju V

RLL-c-1

RLL-v-1

P > 0

kollha

3,50

(HC + NOx ≤ 4,00)

0,025

6,00


Tabella II-8: Il-limiti tal-emissjonijiet tal-Istadju V għall-kategorija ta' magni RLR definita fil-punt (8) tal-Artikolu 4(1)

Stadju tal-emissjonijiet

Subkategorija tal-magna

Medda tal-potenza

Tip ta' ignixin tal-magna

CO

HC

NOx

Massa ta' PM

PN

A

 

 

kW

 

g/kWh

g/kWh

g/kWh

g/kWh

#/kWh

 

Stadju V

RLR-c-1

RLR-v-1

P > 0

kollha

3,50

0,19

2,00

0,015

1 × 1012

6,00


Tabella II-9: Il-limiti tal-emissjonijiet tal-Istadju V għall-kategorija ta' magni SMB definita fil-punt (9) tal-Artikolu 4(1)

Stadju tal-emissjonijiet

Subkategorija tal-magna

Medda tal-potenza

Tip ta' ignixin

CO

NOx

HC

 

 

kW

 

g/kWh

g/kWh

g/kWh

Stadju V

SMB-v-1

P > 0

SI

275

75


Tabella II-10: Il-limiti tal-emissjonijiet tal-Istadju V għall-kategorija ta' magni ATS definita fil-punt (10) tal-Artikolu 4(1)

Stadju tal-emissjonijiet

Subkategorija tal-magna

Medda tal-potenza

Tip ta' ignixin

CO

HC + NOx

 

 

kW

 

g/kWh

g/kWh

Stadju V

ATS-v-1

P > 0

SI

400

8

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-limiti totali tal-idrokarburi (HC) għall-magni li jaħdmu bi fjuwils kompletament jew parzjalment gassużi

1.

Għas-subkategoriji fejn huwa definit fattur A, il-limitu tal-HC għall-magni li jaħdmu bi fjuwils kompletament jew parzjalment gassużi indikati fit-Tabelli II-1 sa II-10 jiġi sostitwit b'limitu kkalkolat bl-użu tal-formula li ġejja:

HC = 0,19 + (1,5 × A × GER)

fejn GER huwa l-proporzjon enerġetiku tal-gass medju fuq iċ-ċiklu tat-test xieraq. Meta japplikaw kemm iċ-ċiklu tat-test f'qagħda statika kif ukoll iċ-ċiklu tat-test transitorju, il-GER għandu jiġi determinat miċ-ċiklu tat-test transitorju bi startjar sħun. Meta japplika aktar minn ċiklu wieħed tat-test f'qagħda statika, il-proporzjon GER għandu jiġi determinat għal kull ċiklu individwalment.

Jekk il-limitu kkalkolat għall-HC jaqbeż il-valur ta' 0,19 + A, il-limitu għall-HC għandu jiġi stabbilit għal 0,19 + A.

Image

2.

Għas-subkategoriji b'limitu kkombinat ta' HC u NOx, il-valur tal-limitu kkombinat għall-HC u l-NOx għandu jitnaqqas b'0,19 g/kWh u japplika biss għall-NOx.

3.

Il-formula ma tapplikax għall-magni li jaħdmu bi fjuwils mhux gassużi.


(1)  0,60 għall-magni ta' injezzjoni diretta mkessħa bl-arja li jistartjaw bl-idejn

(*)  B'mod fakultattiv, bħala alternattiva, kwalunkwe kombinazzjoni ta' valuri li tissodisfa l-ekwazzjoni (HC + NOX) × CO0,784 ≤ 8,57 kif ukoll il-kondizzjonijiet li ġejjin: CO ≤ 20,6 g/kWh u (HC + NOX) ≤ 2,7 g/kWh.


ANNESS III

Skeda taż-żmien għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE u t-tqegħid fis-suq

Tabella III-1: Id-dati tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-kategorija ta' magni NRE

Kategorija

Tip ta' ignixin

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

Data obbligatorja tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal

approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-magni

Tqegħid fis-suq tal-magni

NRE

CI

0 < P < 8

NRE-v-1

NRE-c-1

l-1 ta' Jannar 2018

l-1 ta' Jannar 2019

CI

8 ≤ P < 19

NRE-v-2

NRE-c-2

CI

19 ≤ P < 37

NRE-v-3

NRE-c-3

l-1 ta' Jannar 2018

l-1 ta' Jannar 2019

37 ≤ P < 56

NRE-v-4

NRE-c-4

kollha

56≤P<130

NRE-v-5

NRE-c-5

l-1 ta' Jannar 2019

l-1 ta' Jannar 2020

130 ≤ P ≤ 560

NRE-v-6

NRE-c-6

l-1 ta' Jannar 2018

l-1 ta' Jannar 2019

P > 560

NRE-v-7

NRE-c-7

l-1 ta' Jannar 2018

l-1 ta' Jannar 2019


Tabella III-2: Id-dati tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-kategorija ta' magni NRG

Kategorija

Tip ta' ignixin

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

Data obbligatorja tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal

 

 

 

 

approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-magni

Tqegħid fis-suq tal-magni

NRG

kollha

P > 560

NRG-v-1

NRG-c-1

l-1 ta' Jannar 2018

l-1 ta' Jannar 2019


Tabella III-3: Id-dati tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-kategorija ta' magni NRSh

Kategorija

Tip ta' ignixin

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

Data obbligatorja tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal

 

 

 

 

approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-magni

Tqegħid fis-suq tal-magni

NRSh

SI

0 < P < 19

NRSh-v-1a

NRSh-v-1b

l-1 ta' Jannar 2018

l-1 ta' Jannar 2019


Tabella III-4: Id-dati tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-kategorija ta' magni NRS

Kategorija

Tip ta' ignixin

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

Data obbligatorja tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal

 

 

 

 

approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-magni

Tqegħid fis-suq tal-magni

NRS

SI

0 < P < 56

NRS-vr-1a

NRS-vi-1a

NRS-vr-1b

NRS-vi-1b

NRS-v-2a

NRS-v-2b

NRS-v-3

l-1 ta' Jannar 2018

l-1 ta' Jannar 2019


Tabella III-5: Id-dati tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-kategorija ta' magni IWP

Kategorija

Tip ta' ignixin

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

Data obbligatorja tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal

 

 

 

 

approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-magni

Tqegħid fis-suq tal-magni

IWP

kollha

19 ≤ P < 300

IWP-v-1

IWP-c-1

IWP-v-2

IWP-c-2

IWP-v-3

IWP-c-3

l-1 ta' Jannar 2018

l-1 ta' Jannar 2019

P ≥ 300

IWP-v-4

IWP-c-4

l-1 ta' Jannar 2019

l-1 ta' Jannar 2020


Tabella III-6: Id-dati tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-kategorija ta' magni IWA

Kategorija

Tip ta' ignixin

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

Data obbligatorja tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal

 

 

 

 

approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-magni

Tqegħid fis-suq tal-magni

IWA

kollha

19 ≤ P < 300

IWA-v-1

IWA-c-1

IWA-v-2

IWA-c-2

IWA-v-3

IWA-c-3

l-1 ta' Jannar 2018

l-1 ta' Jannar 2019

P ≥ 300

IWA-v-4

IWA-c-4

l-1 ta' Jannar 2019

l-1 ta' Jannar 2020


Tabella III-7: Id-dati tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-kategorija ta' magni RLL

Kategorija

Tip ta' ignixin

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

Data obbligatorja tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal

 

 

 

 

approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-magni

Tqegħid fis-suq tal-magni

RLL

kollha

P > 0

RLL-v-1

RLL-c-1

l-1 ta' Jannar 2020

l-1 ta' Jannar 2021


Tabella III-8: Id-dati tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-kategorija ta' magni RLR

Kategorija

Tip ta' ignixin

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

Data obbligatorja tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal

 

 

 

 

approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-magni

Tqegħid fis-suq tal-magni

RLR

kollha

P > 0

RLR-v-1

RLR-c-1

l-1 ta' Jannar 2020

l-1 ta' Jannar 2021


Tabella III-9: Id-dati tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-kategorija ta' magni SMB

Kategorija

Tip ta' ignixin

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

Data obbligatorja tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal

 

 

 

 

approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-magni

Tqegħid fis-suq tal-magni

SMB

SI

P > 0

SMB-v-1

l-1 ta' Jannar 2018

l-1 ta' Jannar 2019


Tabella III-10: Id-dati tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-kategorija ta' magni ATS

Kategorija

Tip ta' ignixin

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

Data obbligatorja tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal

 

 

 

 

approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-magni

Tqegħid fis-suq tal-magni

ATS

SI

P>0

ATS-v-1

l-1 ta' Jannar 2018

l-1 ta' Jannar 2019


ANNESS IV

Ċikli tat-test f'qagħda statika mhux fit-triq (NRSC)

Tabella IV-1: Ċikli tat-test tal-NRSC għall-magni tal-kategorija NRE

Kategorija

Operazzjoni tal-veloċità

Għan

Subkategorija

NRSC

NRE

varjabbli

Magna b'veloċità varjabbli b'potenza referenzjarja ta' inqas minn 19 kW

NRE-v-1

NRE-v-2

G2 jew C1

Magna b'veloċità varjabbli b'potenza referenzjarja akbar minn jew ugwali għal 19 kW, iżda mhux aktar minn 560 kW

NRE-v-3

NRE-v-4

NRE-v-5

NRE-v-6

C1

Magna b'veloċità varjabbli li għandha potenza referenzjarja akbar minn 560 kW

NRE-v-7

C1

kostanti

Magna b'veloċità kostanti

NRE-c-1

NRE-c-2

NRE-c-3

NRE-c-4

NRE-c-5

NRE-c-6

NRE-c-7

D2


Tabella IV-2: Ċikli tat-test tal-NRSC għall-magni tal-kategorija NRG

Kategorija

Operazzjoni tal-veloċità

Għan

Subkategorija

NRSC

NRG

varjabbli

Magna b'veloċità varjabbli għal sett ta' ġenerazzjoni

NRG-v-1

C1

kostanti

Magna b'veloċità kostanti għal sett ta' ġenerazzjoni

NRG-c-1

D2


Tabella IV-3: Ċikli tat-test tal-NRSC għall-magni tal-kategorija NRSh

Kategorija

Operazzjoni tal-veloċità

Għan

Subkategorija

NRSC

NRSh

varjabbli jew kostanti

Magna b'potenza referenzjarja ta' mhux aktar minn 19 kW, għal użu f'makkinarju li jinżamm fl-idejn

NRSh-v-1a

NRSh-v-1b

G3


Tabella IV-4: Ċikli tat-test tal-NRSC għall-magni tal-kategorija NRS

Kategorija

Operazzjoni tal-veloċità

Għan

Subkategorija

NRSC

NRS

varjabbli < 3 600 rpm

Magna b'veloċità varjabbli b'potenza referenzjarja ta' mhux aktar minn 19 kW, intenzjonata għal operazzjoni < 3 600  rpm

NRS-vi-1a

NRS-vi-1b

G1

varjabbli, ≥ 3 600 rpm; jew kostanti

Magna b'veloċità varjabbli b'potenza referenzjarja ta' mhux aktar minn 19 kW, intenzjonata għal operazzjoni ≥ 3 600  rpm; magna b'veloċità kostanti b'potenza referenzjarja ta' mhux aktar minn 19 kW

NRS-vr-1a

NRS-vr-1b

G2

varjabbli jew kostanti

Magna b'potenza referenzjarja ta' bejn 19 kW u 30 kW u b'ċilindrata totali ta' inqas minn litru

NRS-v-2a

G2

Magna b'potenza referenzjarja ta' aktar minn 19 kW, għajr magna li jkollha kemm potenza referenzjarja ta' bejn 19 kW u 30 kW kif ukoll ċilindrata totali ta' inqas minn litru

NRS-v-2b

NRS-v-3

C2


Tabella IV-5: Ċikli tat-test tal-NRSC għall-magni tal-kategorija IWP

Kategorija

Operazzjoni tal-veloċità

Għan

Subkategorija

NRSC

IWP

varjabbli

Magna b'veloċità varjabbli intenzjonata għal propulsjoni li topera fuq kurva ta' skrun bix-xfafar fissi

IWP-v-1

IWP-v-2

IWP-v-3

IWP-v-4

E3

kostanti

Magna b'veloċità kostanti intenzjonata għal propulsjoni li topera bi skrun bix-xfafar kontrollabbli jew b'akkoppjament elettriku

IWP-c-1

IWP-c-2

IWP-c-3

IWP-c-4

E2


Tabella IV-6: Ċikli tat-test tal-NRSC għall-magni tal-kategorija IWA

Kategorija

Operazzjoni tal-veloċità

Għan

Subkategorija

NRSC

IWA

varjabbli

Magna b'veloċità varjabbli intenzjonata għal użu awżiljarju fuq bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni

IWA-v-1

IWA-v-2

IWA-v-3

IWA-v-4

C1

kostanti

Magna b'veloċità kostanti intenzjonata għal użu awżiljarju fuq bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni

IWA-c-1

IWA-c-2

IWA-c-3

IWA-c-4

D2


Tabella IV-7: Ċikli tat-test tal-NRSC għall-magni tal-kategorija RLL

Kategorija

Operazzjoni tal-veloċità

Għan

Subkategorija

NRSC

RLL

varjabbli

Magna b'veloċità varjabbli għall-propulsjoni ta' lokomottivi

RLL-v-1

F

kostanti

Magna b'veloċità kostanti għall-propulsjoni ta' lokomottivi

RLL-c-1

D2


Tabella IV-8: Ċikli tat-test tal-NRSC għall-magni tal-kategorija RLR

Kategorija

Operazzjoni tal-veloċità

Għan

Subkategorija

NRSC

RLR

varjabbli

Magna b'veloċità varjabbli għall-propulsjoni ta' awtovaguni

RLR-v-1

C1

kostanti

Magna b'veloċità kostanti għall-propulsjoni ta' awtovaguni

RLR-c-1

D2


Tabella IV-9: Ċikli tat-test tal-NRSC għall-magni tal-kategorija SMB

Kategorija

Operazzjoni tal-veloċità

Għan

Subkategorija

NRSC

SMB

varjabbli jew kostanti

Magni għall-propulsjoni ta' motoslitti

SMB-v-1

H


Tabella IV-10: Ċikli tat-test tal-NRSC għall-magni tal-kategorija ATS

Kategorija

Operazzjoni tal-veloċità

Għan

Subkategorija

NRSC

ATS

varjabbli jew kostanti

Magni għall-propulsjoni ta' ATVs jew SbS

ATS-v-1

G1

Ċikli tat-test transitorju mhux fit-triq

Tabella IV-11: Ċiklu tat-test transitorju mhux fit-triq għall-magni tal-kategorija NRE

Kategorija

Operazzjoni tal-veloċità

Għan

Subkategorija

 

NRE

varjabbli

Magna b'veloċità varjabbli b'potenza referenzjarja akbar minn jew ugwali għal 19 kW, iżda mhux aktar minn 560 kW

NRE-v-3

NRE-v-4

NRE-v-5

NRE-v-6

NRTC


Tabella IV-12: Ċiklu tat-test transitorju mhux fit-triq għall-magni tal-kategorija NRS (1)

Kategorija

Operazzjoni tal-veloċità

Għan

Subkategorija

 

NRS

varjabbli jew kostanti

Magna b'potenza referenzjarja ta' aktar minn 19 kW, għajr magna li jkollha kemm potenza referenzjarja ta' bejn 19 kW u 30 kW kif ukoll ċilindrata totali ta' inqas minn litru

NRS-v-2b

NRS-v-3

LSI-NRTC


(1)  Applikabbli biss għal magni b'veloċità tat-test massima ≤ 3 400 rpm.


ANNESS V

Il-perijodi ta' durabbiltà tal-emissjonijiet (EDP) imsemmija fl-Artikolu 25(1)

Tabella V-1: EDP għal magna tal-kategorija NRE

Kategorija

Tip ta' ignixin

Operazzjoni tal-veloċità

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

EDP (sigħat)

NRE

CI

varjabbli

0 < P < 8

NRE-v-1

3 000

CI

8 ≤ P < 19

NRE-v-2

CI

19 ≤ P < 37

NRE-v-3

5 000

CI

37 ≤ P < 56

NRE-v-4

8 000

kollha

56 ≤ P < 130

NRE-v-5

130 ≤ P ≤ 560

NRE-v-6

P > 560

NRE-v-7

CI

kostanti

0 < P < 8

NRE-c-1

3 000

CI

8 ≤ P < 19

NRE-c-2

CI

19 ≤ P < 37

NRE-c-3

CI

37 ≤ P < 56

NRE-c-4

8 000

kollha

56 ≤ P < 130

NRE-c-5

130 ≤ P ≤ 560

NRE-c-6

P > 560

NRE-c-7


Tabella V-2: EDP għal magna tal-kategorija NRG

Kategorija

Tip ta' ignixin

Operazzjoni tal-veloċità

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

EDP (sigħat)

NRG

kollha

kostanti

P > 560

NRG-v-1

8 000

varjabbli

NRG-c-1


Tabella V-3: EDP għal magna tal-kategorija NRSh

Kategorija

Tip ta' ignixin

Operazzjoni tal-veloċità

Medda tal-potenza (kW)

Ċilindrata (cm3)

Subkategorija

EDP (sigħat)

NRSh

SI

varjabbli jew kostanti

0 < P < 19

SV < 50

NRSh-v-1a

50/125/300 (1)

SV ≥ 50

NRSh-v-1b


Tabella V-4: EDP għal magna tal-kategorija NRS

Kategorija

Tip ta' ignixin

Operazzjoni tal-veloċità

Medda tal-potenza (kW)

Ċilindrata (cm3)

Subkategorija

EDP (sigħat)

NRS

SI

varjabbli, ≥ 3 600  rpm; jew kostanti

0 < P < 19

80 ≤ SV < 225

NRS-vr-1a

125/250/500 (2)

varjabbli < 3 600  rpm

NRS-vi-1a

varjabbli, ≥ 3 600  rpm; jew kostanti

SV ≥ 225

NRS-vr-1b

250/500/1 000  (2)

varjabbli < 3 600  rpm

NRS-vi-1b

varjabbli jew kostanti

19 ≤ P < 30

SV ≤ 1 000

NRS-v-2a

1 000

SV > 1 000

NRS-v-2b

5 000

30 ≤ P < 56

kwalunkwe

NRS-v-3

5 000


Tabella V-5: EDP għal magna tal-kategorija IWP

Kategorija

Tip ta' ignixin

Operazzjoni tal-veloċità

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

EDP (sigħat)

IWP

kollha

varjabbli

19 ≤ P < 75

IWP-v-1

10 000

75 ≤ P < 130

IWP -v-2

130 ≤ P < 300

IWP -v-3

P ≥ 300

IWP -v-4

kostanti

19 ≤ P < 75

IWP -c-1

10 000

75 ≤ P < 130

IWP -c-2

130 ≤ P < 300

IWP -c-3

P ≥ 300

IWP -c-4


Tabella V-6: EDP għal magna tal-kategorija IWA

Kategorija

Tip ta' ignixin

Operazzjoni tal-veloċità

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

EDP (sigħat)

IWA

kollha

varjabbli

19 ≤ P < 75

IWA-v-1

10 000

75 ≤ P < 130

IWA -v-2

130 ≤ P < 300

IWA -v-3

P ≥ 300

IWA -v-4

kostanti

19 ≤ P < 75

IWA -c-1

10 000

75 ≤ P < 130

IWA -c-2

130 ≤ P < 300

IWA -c-3

P ≥ 300

IWA -c-4


Tabella V-7: EDP għal magna tal-kategorija RLL

Kategorija

Tip ta' ignixin

Operazzjoni tal-veloċità

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

EDP (sigħat)

RLL

kollha

varjabbli

P > 0

RLL-v-1

10 000

kostanti

P > 0

RLL-c-1


Tabella V-8: EDP għal magna tal-kategorija RLR

Kategorija

Tip ta' ignixin

Operazzjoni tal-veloċità

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

EDP (sigħat)

RLR

kollha

varjabbli

P > 0

RLR-v-1

10 000

kostanti

P > 0

RLR-c-1


Tabella V-9: EDP għal magna tal-kategorija SMB

Kategorija

Tip ta' ignixin

Operazzjoni tal-veloċità

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

EDP (sigħat)

SMB

SI

varjabbli jew kostanti

P > 0

SMB-v-1

400 (3)


Tabella V-10: EDP għal magna tal-kategorija ATS

Kategorija

Tip ta' ignixin

Operazzjoni tal-veloċità

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

EDP (sigħat)

ATS

SI

varjabbli jew kostanti

P > 0

ATS-v-1

500/1 000  (4)


(1)  Is-sigħat tal-EDP jikkorrispondu għall-kategoriji Cat 1/Cat 2/Cat 3 tal-EDP kif definiti fl-atti delegati adottati bis-saħħa ta' dan ir-Regolament.

(2)  Is-sigħat tal-EDP jikkorrispondu għall-kategoriji Cat 1/Cat 2/Cat 3 tal-EDP kif definiti fl-atti delegati adottati bis-saħħa ta' dan ir-Regolament.

(3)  Alternattivament, huwa permess perijodu ta' durabbiltà tal-emissjonijiet ta' 8 000 km

(4)  Is-sigħat tal-EDP jikkorrispondu għaċ-ċilindrati totali tal-magna li ġejjin: < 100 cm3 / ≥ 100 cm3.


ANNESS VI

Il-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet ta' magni bi skop speċjali (SPE) imsemmija fl-Artikolu 34(5)

Tabella VI-1: Il-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet għal magna SPE tal-kategorija NRE

Stadju tal-emissjonijiet

Subkategorija tal-magna

Medda tal-potenza

Tip ta' ignixin

CO

HC

NOx

Massa ta' PM

A

 

 

kW

 

g/kWh

g/kWh

g/kWh

g/kWh

 

SPE

NRE-v-1

NRE-c-1

0 < P < 8

CI

8

7,5

0,4

6,0

SPE

NRE-v-2

NRE-c-2

8 ≤ P < 19

CI

6,6

7,5

0,4

6,0

SPE

NRE-v-3

NRE-c-3

19 ≤ P < 37

CI

5,5

7,5

0,6

6,0

SPE

NRE-v-4

NRE-c-4

37 ≤ P < 56

CI

5,0

4,7

0,4

6,0

SPE

NRE-v-5

NRE-c-5

56 ≤ P < 130

kollha

5,0

4,0

0,3

6,0

SPE

NRE-v-6

NRE-c-6

130 ≤ P ≤ 560

kollha

3,5

4,0

0,2

6,0

SPE

NRE-v-7

NRE-c-7

P > 560

kollha

3,5

6,4

0,2

6,0


Tabella VI-2: Il-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet għal magna SPE tal-kategorija NRG

Stadju tal-emissjonijiet

Subkategorija tal-magna

Medda tal-potenza

Tip ta' ignixin

CO

HC

NOx

Massa ta' PM

A

 

 

kW

 

g/kWh

g/kWh

g/kWh

g/kWh

 

SPE

NRG-c-1

P > 560

kollha

3,5

6,4

0,2

6,0

NRG-v-1


Tabella VI-3: Il-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet għal magna SPE tal-kategorija RLL

Stadju tal-emissjonijiet

Subkategorija tal-magna

Medda tal-potenza

Tip ta' ignixin

CO

HC

NOx

Massa ta' PM

A

 

 

kW

 

g/kWh

g/kWh

g/kWh

g/kWh

 

SPE

RLL-v-1

RLL-c-1

P ≤ 560

kollha

3,5

(HC + NOx ≤ 4,0)

0,2

6,0

SPE

RLL-v-1

RLL-c-1

P > 560 kW

kollha

3,5

0,5

6,0

0,2

6,0

SPE

RLL-v-1

RLL-c-1

P > 2 000 kW u SVc (1) > 5 litri

kollha

3,5

0,4

7,4

0,2

6,0


(1)  Ċilindrata għal kull ċilindru.


DIRETTIVI

16.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/118


DIRETTIVA (UE) 2016/1629 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Settembru 2016

li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li temenda d-Direttiva 2009/100/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) tistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-ħruġ ta' ċertifikati tekniċi għal bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni fil-passaġġi fuq l-ilma interni kollha tal-Unjoni.

(2)

Ir-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti li jkunu qed jinnavigaw fuq ix-xmara Renu huma stabbiliti mill-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu (CCNR).

(3)

Ir-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Annessi għad-Direttiva 2006/87/KE jiġbru fihom il-parti l-kbira tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti dwar l-Ispezzjoni ta' Bastiment fuq ir-Renu, fil-verżjoni approvata fl-2004 mis-CCNR. Il-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti tekniċi għall-ħruġ ta' ċertifikati għan-navigazzjoni interna skont l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu huma aġġornati regolarment u huma rikonoxxuti li jirriflettu l-iżviluppi tekniċi attwali.

(4)

Minħabba l-oqfsa legali u l-iskedi taż-żmien differenti għall-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet, huwa diffiċli li tinżamm l-ekwivalenza bejn iċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna maħruġa skont id-Direttiva 2006/87/KE u ċ-ċertifikati maħruġa skont l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu. Dan jirriżulta f'nuqqas ta' ċertezza legali li għandu impatt potenzjalment negattiv fuq is-sikurezza tan-navigazzjoni.

(5)

Sabiex tinkiseb armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni, u biex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u livelli differenti ta' sikurezza, għandhom jiġu applikati l-istess rekwiżiti tekniċi għall-passaġġi fuq l-ilma interni kollha tal-Unjoni, u għandhom jiġu aġġornati regolarment.

(6)

Peress li s-CCNR akkumulat kompetenza esperta sinifikanti fl-iżvilupp u l-aġġornament ta' rekwiżiti tekniċi għal bastimenti li jinnavigaw fuq passaġġi fuq l-ilma interni, dik il-kompetenza esperta għandha tintuża bis-sħiħ għall-benefiċċju tal-passaġġi fuq l-ilma interni fl-Unjoni. Kumitat Ewropew għat-tfassil ta' Standards fin-Navigazzjoni Interna (CESNI), li jaġixxi taħt l-awspiċji tas-CCNR u miftuħ għal esperti mill-Istati Membri kollha,huwa responsabbli għat-tfassil tal-istandards tekniċi fil-qasam tan-navigazzjoni interna li għalihom l-Unjoni għandha tirreferi.

(7)

Iċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna li jiċċertifikaw il-konformità sħiħa tal-inġenji mar-rekwiżiti tekniċi għandhom ikunu validi għall-passaġġi fuq l-ilma interni kollha tal-Unjoni.

(8)

Għandu jkun hemm armonizzazzjoni akbar tal-kondizzjonijiet għall-ħruġ, mill-Istati Membri, ta' ċertifikati supplimentari tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għal operazzjonijiet fuq passaġġi fuq l-ilma taż-Żoni 1 u 2 (l-estwarji) u għal operazzjonijiet fuq passaġġi fuq l-ilma taż-Żona 4.

(9)

Fl-interess tas-sikurezza, l-istandards għandhom ikunu armonizzati fi grad għoli u b'tali mod li ma jkun hemm l-ebda tnaqqis fl-istandards ta' sikurezza fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, wara li jikkonsultaw lill-Kummissjoni, jistabbilixxu dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw rekwiżiti tekniċi addizzjonali jew imnaqqsa għal ċerti żoni sakemm tali miżuri huma limitati għas-suġġetti speċifiċi stipulati fl-Annessi III u IV.

(10)

L-Istati Membri, filwaqt li jżommu livell adegwat ta' sikurezza, għandu jkollhom il-possibbiltà li jidderogaw minn din id-Direttiva f'ċerti każijiet relatati mal-passaġġi fuq l-ilma navigabbli relatati li mhumiex konnessi mal-passaġġi fuq l-ilma interni ta' Stati Membri oħra jew ma' ċerti inġenji li joperaw esklussivament fuq passaġġ nazzjonali fuq l-ilma. Meta derogi bħal dawn ikopru l-inġenji tal-baħar kollha li jinnavigaw fi Stat Membru, ikun obbligu sproporzjonat u mhux meħtieġ għal dak l-Istat Membru biex jittrasponu l-obbligi kollha stabbiliti f'din id-Direttiva. L-Istati Membri ma jistgħux joħorġu ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna sakemm huma ma jkunux ittrasponew l-obbligi rilevanti skont din id-Direttiva.

(11)

Għandhom ikunu possibbli derogi minn din id-Direttiva u rikonoxximent ta' ekwivalenzi għal inġenji speċifiċi sabiex jiġu akkomodati approċċi alternattivi jew tiġi promossa l-innovazzjoni jew għall-prevenzjoni ta' spejjeż mhux raġonevoli, dment li tiġi żgurata sikurezza ekwivalenti jew adegwata. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward ta' tali derogi u rikonoxximent ta' ekwivalenzii. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-possibbiltà li tirreferi għal rakkomandazzjonijiet mis-CESNI dwar dawn id-derogi u r-rikonoxximent ta' ekwivalenzi. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(12)

Għal raġunijiet ta' effiċjenza amministrattiva, teknika u ekonomika, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jaħtru awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-konformità ma' din id-Direttiva u l-applikazzjoni korretta tagħha skont il-prassi nazzjonali tagħhom.

(13)

Ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jinħareġ għal inġenju li jgħaddi spezzjoni teknika mwettqa qabel ma dak l-inġenju jitqiegħed fis-servizz. Din l-ispezzjoni teknika għandha tintuża biex tikkontrolla jekk l-inġenju jikkonformax mar-rekwiżiti tekniċi stabbiliti f'din id-Direttiva. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom f'kull ħin ikunu intitolati jikkontrollaw din il-konformità u d-disponibbiltà abbord ta' ċertifikat validu għan-navigazzjoni interna.

(14)

Huwa xieraq, fi ħdan ċerti limiti ta' żmien u skont il-kategorija ta' inġenji kkonċernati, li jiġi ddeterminat il-perjodu ta' validità taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna skont il-każ.

(15)

Sabiex jinżamm livell għoli ta' sikurezza fin-navigazzjoni interna, hemm bżonn li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dettaljati dwar is-sostituzzjoni, it-tiġdid, l-estensjoni tal-validità u l-ħruġ ta' ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna ġodda.

(16)

Biex jiġi żgurat li din id-Direttiva tiġi implimentata b'mod effiċjenti, l-informazzjoni dwar inġenji tal-passaġġi fuq l-ilma interni għandha tiddaħħal fil-Bażi tad-Data Ewropea dwar il-Buq (EHDB) biex tintuża mill-awtoritajiet kompetenti. L-EHDB għandha b'mod partikolari tipprovdi l-għażla li wieħed jivverifika l-istorja ta' kwalunkwe applikazzjoni pendenti għal ċertifikati u informazzjoni dwar iċ-ċertifikati validi kollha diġà maħruġa għall-inġenju inkwistjoni. Il-Kummissjoni għandha żżomm u tadatta l-EHDB sabiex tkun tista' sservi bis-sħiħ l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(17)

Il-miżuri stabbiliti fid-Direttiva 2009/100/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jeħtieġ li jibqgħu fis-seħħ għal bastimenti mhux koperti minn din id-Direttiva.

(18)

Sabiex tiġi ċċarata l-leġislazzjoni tal-Unjoni, l-ambitu tad-Direttiva 2009/100/KE għandu jiġi adattat biex jitqies l-ambitu komplementari ta' din id-Direttiva u l-iżviluppi fir-rigward ta' ftehimiet internazzjonali. Id-Direttiva 2009/100/KE għandha għalhekk tiġi emendata.

(19)

Għandha tiġi applikata sistema transitorja għal inġenji li jkunu qed joperaw iżda li għad m'għandhomx ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna meta ssirilhom l-ewwel spezzjoni teknika taħt ir-rekwiżiti tekniċi riveduti stabbiliti minn din id-Direttiva.

(20)

Għall-finijiet ta' regolamentazzjoni aħjar u simplifikazzjoni, għandu jkun possibbli li din id-Direttiva tagħmel referenza għal standards internazzjonali mingħajr ma jkun hemm duplikazzjoni tagħhom fil-qafas legali tal-Unjoni.

(21)

Is-CESNI ġiet stabbilita biex tiffaċilita l-armonizzazzjoni ta' standards tekniċi applikati fis-settur tal-passaġġi fuq l-ilma interni fl-Ewropa kollha. Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' sikurezza u effiċjenza fin-navigazzjoni interna, biex tinżamm l-ekwivalenza taċ-ċertifikati tan-navigazzjoni interna u sabiex jittieħed kont tal-progress xjentifiku u tekniku u ta' żviluppi oħra fis-settur, ir-referenza għall-Istandard Ewropew li jistabbilixxi r-Rekwiżiti Tekniċi għal Bastimenti tal-Passaġġi fuq l-Ilma Interni (l-istandard ES-TRIN) applikabbli f'din id-Direttiva għandha tinżamm aġġornata. Għalhekk, is-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-aġġornament tar-referenza għall-verżjoni l-aktar reċenti tal-istandard ES-TRIN u fir-rigward tal-iffissar tad-data tal-applikazzjoni tiegħu.

(22)

Fejn ikun debitament ġustifikat minn analiżi adatta u fin-nuqqas ta' standards internazzjonali rilevanti u aġġornati biex tiġi żgurata s-sikurezza tan-navigazzjoni, jew fejn bidliet fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tas-CESNI ikunu jikkompromettu l-interessi tal-Unjoni, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar, sabiex jiġu ssalvagwardati l-interessi tal-Unjoni, tal-Anness II għal din id-Direttiva billi jiġu pprovduti rekwiżiti tekniċi adatti.

(23)

Sabiex jiġu emendati jew issupplimentati ċerti elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-klassifikazzjoni ta' passaġġ fuq l-ilma; l-ispeċifikazzjoni ulterjuri tad-data li għandha tiddaħħal fl-EHDB, it-tipi ta' aċċess kif ukoll l-istruzzjonijiet rigward l-użu u t-tħaddim ta' dik il-bażi tad-data; l-aġġornament tar-rekwiżiti tekniċi minimi tal-inġenji tal-passaġġi fuq l-ilma interni, u l-emendar tal-Annessi III u IV biex jieħdu kont tal-progress xjentifiku u tekniku, tal-Anness V biex jiġu aġġornati u razzjonalizzati d-dispożizzjonijiet proċedurali tagħha u tal-Anness VI biex jiġu mmodifikati l-kriterji għar-rikonoxximent tas-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tan-navigazzjoni, kif ukoll l-emendar ta' kwalunkwe referenza f'din id-Direttiva għall-Annessi II u V li jkunu meħtieġa minħabba l-adozzjoni ta' atti delegati.

(24)

Meta taddotta atti delegati, huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (7). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom għandhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(25)

Sabiex jiġu akkomodati approċċi alternattivi, tiġi promossa l-innovazzjoni, jiġu evitati spejjeż mhux raġonevoli, jiġi pprovdut proċess effiċjenti għall-ħruġ ta' ċertifikati jew biex jittieħed kont ta' ċirkostanzi reġjonali, għandhom jiġu kkonferiti fuq il-Kummissjoni setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għal ċerti derogi għar-rekwiżiti tekniċi għal inġenji speċifiċi, ir-rikonoxximent ta' soċjetajiet ta' klassifikazzjoni u l-approvazzjoni ta' rekwiżiti tekniċi addizzjonali jew imnaqqsa għal bastimenti li joperaw f'ċerti żoni li mhumiex konnessi mal-passaġġi fuq l-ilma interni navigabbli ta' Stat Membru ieħor. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(26)

Sabiex ikun żgurat qafas xieraq għall-koordinazzjoni u kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti għan-navigazzjoni tal-passaġġi fuq l-ilma interni, partikolarment is-CCNR, u l-iżvilupp ta' standards tekniċi uniformi għan-navigazzjoni interna li għalihom jistgħu jirreferu l-Unjoni u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, din id-Direttiva għandha tkun soġġetta għal reviżjoni, partikolarment fir-rigward tal-effikaċja tal-miżuri li hi tintroduċi, kif ukoll il-mekkaniżmi għal kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali li huma kompetenti għan-navigazzjoni interna, bil-għan li jinkiseb sett uniku u uniformi ta' standards tekniċi.

(27)

Fid-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Ċipru, il-Latvja, Malta, il-Portugall, is-Slovenja u l-Finlandja, ma hemmx passaġġi fuq l-ilma interni, jew ma tintużax in-navigazzjoni interna b'mod sinifikanti. Għalhekk ikun obbligu sproporzjonat u mhux meħtieġ li dawk l-Istati Membri jittrasponu u jimplimentaw din id-Direttiva.

(28)

Peress li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-istabbiliment tar-rekwiżiti tekniċi neċessarji biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-inġenji li jinnavigaw fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda, minħabba l-iskala u l-effetti tagħha, jista' jintlaħaq aktar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(29)

Għalhekk, id-Direttiva 2006/87/KE għandha titħassar,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU 1

KAMP TA' APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET U ŻONI TA' PASSAĠĠI FUQ L-ILMA

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi:

(a)

ir-rekwiżiti tekniċi neċessarji biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-inġenji li jinnavigaw fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni msemmija fl-Artikolu 4; u

(b)

il-klassifikazzjoni ta' dawk il-passaġġi fuq l-ilma interni.

Artikolu 2

Ambitu tal-applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva tapplika għall-inġenji li ġejjin:

(a)

bastimenti b'tul (L) ta' 20 metru jew aktar;

(b)

bastimenti li għalihom il-prodott tat-tul (L), il-wisa' (B) u l-fundar (T) huwa volum ta' 100 metru kubu jew aktar;

(c)

rimonkjaturi u rimonkjaturi li jimbottaw maħsuba biex jirmunkaw jew jimbottaw, jew lill-inġenji msemmija fil-punti (a) u (b) jew lit-tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma, jew maħsuba biex imexxu tali inġenji jew tali tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma ma' ġenbhom;

(d)

bastimenti tal-passiġġieri;

(e)

tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma.

2.   Din id-Direttiva ma tapplikax għal:

(a)

tragetti;

(b)

bastimenti navali;

(c)

bastimenti tat-tbaħħir, inklużi rimonkjaturi u rimonkjaturi tat-tbaħħir li jimbottaw, li:

(i)

joperaw jew huma bbażati f'ilmijiet ta' marea; jew

(ii)

joperaw temporanjament fuq passaġġi fuq l-ilma interni,

dment li jkollhom mill-inqas:

ċertifikat li juri l-konformità mal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar (SOLAS) tal-1974, jew ċertifikat ekwivalenti; ċertifikat li juri konformità mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija tal-1966, jew l-ekwivalenti, u ċertifikat internazzjonali għall-prevenzjoni tat-tniġġiż miż-żejt (IOPP) li juri l-konformità mal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri (MARPOL) tal-1973/78;

fil-każ ta' bastimenti tat-tbaħħir li mhumiex koperti minn SOLAS, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija tal-1966 jew MARPOL, iċ-ċertifikati rilevanti u l-marki tal-freeboard meħtieġa mil-liġijiet tal-istati tal-bandiera tagħhom;

fil-każ ta' bastimenti tal-passiġġieri mhux koperti mill-ebda Konvenzjoni msemmija fl-ewwel inċiż, ċertifikat dwar ir-regoli u l-istandards ta' sikurezza għall-bastimenti tal-passiġġieri maħruġ skont id-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8); jew

fil-każ ta' inġenji rikreattivi li mhumiex koperti mill-ebda Konvenzjoni kollha msemmija fl-ewwel inċiż, ċertifikat tal-pajjiż tal-bandiera tiegħu li juri livell adegwat ta' sikurezza.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“inġenju” tfisser bastiment jew oġġett ta' tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma;

(b)

“bastiment” tfisser bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni jew bastiment tat-tbaħħir;

(c)

“bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni” tfisser bastiment maħsub biss jew prinċipalment għan-navigazzjoni fuq passaġġi fuq l-ilma interni;

(d)

“rimonkjatur” tfisser bastiment mibni apposta biex iwettaq operazzjonijiet ta' rmonk;

(e)

“rimonkjatur li jimbotta” tfisser bastiment mibni apposta biex jimbotta konvoj 'il quddiem;

(f)

“bastiment tal-passiġġieri” tfisser bastiment ta' vjaġġi ta' ġurnata jew bil-kabini, mibni u mgħammar biex iġorr iktar minn 12-il passiġġier;

(g)

“tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma” tfisser installazzjoni li żżomm f'wiċċ l-ilma li ġġorr tagħmir tax-xogħol bħal krejnijiet, tagħmir għat-tħammil, tagħmir li jwaħħal il-puntali jew elevaturi;

(h)

“stabbiliment li jżomm f'wiċċ l-ilma” tfisser kwalunkwe installazzjoni li normalment mhix maħsuba biex titmexxa, bħal pixxina, baċir, moll jew kamra għaż-żamma tad-dgħajjes;

(i)

“oġġett li jżomm f'wiċċ l-ilma” tfisser ċattra jew struttura, oġġett, assemblaġġ ieħor tajjeb għan-navigazzjoni, li mhuwiex bastiment jew tagħmir jew stabbiliment li jista' jżomm f'wiċċ l-ilma;

(j)

“inġenji rikreattivi” tfisser bastiment għajr bastiment tal-passiġġieri, maħsub għall-isport jew għad-divertiment;

(k)

“bastiment b'veloċità għolja” tfisser inġenju bil-magna li kapaċi jilħaq veloċità ta' aktar minn 40 km fis-siegħa b'relazzjoni mal-ilma;

(l)

“spostament tal-ilma” tfisser il-volum mgħarraq tal-bastiment, f'metri kubi;

(m)

“tul (L)” tfisser it-tul massimu tal-buq f'metri, minbarra t-tmun u l-pupress;

(n)

“wisa' (B)” tfisser il-wisa' massima tal-buq f'metri, imkejla sat-tarf ta' barra tal-pjanċi tal-qoxra (minbarra r-roti tal-palella, il-parabordi, u affarijiet simili);

(o)

“fundar (T)” tfisser id-distanza vertikali f'metri bejn il-punt l-aktar baxx tal-buq mingħajr ma jkun ikkunsidrat il-prim jew aċċessorji oħra fissi u l-linja ta' fundar massima;

(p)

“passaġġi fuq l-ilma interni kollegati” tfisser passaġġi fuq l-ilma ta' Stat Membru li huma kollegati, permezz ta' passaġġi fuq l-ilma interni li jistgħu jiġu nnavigati taħt il-liġi nazzjonali jew internazzjonali minn inġenji li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, mal-passaġġi fuq l-ilma interni ta' Stat Membru ieħor.

Artikolu 4

Klassifikazzjoni tal-passaġġi fuq l-ilma interni

1.   Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, il-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni għandhom jiġu klassifikati kif ġej:

(a)

Iż-żoni 1, 2, 3 u 4:

(i)

Iż-żoni 1 u 2: il-passaġġi fuq l-ilma elenkati fil-Kapitolu 1 tal-Anness I;

(ii)

Iż-żona 3: il-passaġġi fuq l-ilma elenkati fil-Kapitolu 2 tal-Anness I;

(iii)

Iż-żona 4: il-passaġġi fuq l-ilma interni l-oħrajn kollha li jistgħu jiġu nnavigati skont il-liġi nazzjonali minn inġenji li jaqgħu fl-ambitu ta' din id-Direttiva.

(b)

Iż-żona R: dawk il-passaġġi fuq l-ilma msemmija fil-punt (a) li għalihom iridu jinħarġu ċertifikati skont l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu skont kif dak l-Artikolu hu fformulat fis-6 ta' Ottubru 2016.

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 rigward emendi għall-Anness I sabiex timmodifika l-klassifikazzjoni ta' passaġġi fuq l-ilma, inkluż ż-żieda u t-tħassir ta' passaġġi fuq l-ilma. Tali emendi għall-Anness I jistgħu jsiru biss fuq talba mill-Istat Membru kkonċernat, għal passaġġi fuq l-ilma fit-territorju tiegħu.

KAPITOLU 2

ĊERTIFIKATI TAN-NAVIGAZZJONI

Artikolu 5

Konformità mar-rekwiżiti tekniċi u ta' sikurezza

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-inġenji msemmija fl-Artikolu 2(1) li joperaw fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4 jinbnew u jinżammu f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva.

2.   Konformità ta' inġenju mal-paragrafu 1 għandha tkun attestata permezz ta' ċertifikat maħruġ skont din id-Direttiva.

Artikolu 6

Ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.   Iċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont din id-Direttiva. Malli jinħareġ ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-inġenju inkwistjoni ma jkunx diġà nħariġlu ċertifikat validu kif jissemma fl-Artikolu 7.

2.   Iċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jitfassal skont il-mudell previst fl-Anness II.

3.   Kull Stat Membru għandu jfassal lista li tindika l-awtoritajiet kompetenti għall-ħruġ ta' ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna u għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b'dan, inkluża kwalunkwe bidla fil-lista. Il-Kummissjoni għandha żżomm lista aġġornata tal-awtoritajiet kompetenti fuq sit elettroniku adatt.

4.   Iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jinħareġ għal inġenji wara li tkun saret spezzjoni teknika, imwettqa qabel ma l-inġenju jitpoġġa fis-servizz u bl-intenzjoni li jsir kontroll ta' jekk l-inġenju jikkonformax mar-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V.

5.   Il-konformità ta' inġenju mar-rekwiżiti addizzjonali msemmija fl-Artikolu 23(1) u (2) għandha, fejn xieraq, tiġi kkontrollata matul l-ispezzjonijiet tekniċi previsti fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 29, jew waqt spezzjoni teknika mwettqa fuq talba ta' sid l-inġenju jew ir-rappreżentant tiegħu.

6.   Il-proċeduri biex issir talba għal spezzjoni u biex jiġu stabbiliti l-post u l-ħin ta' dik l-ispezzjoni, għandha taqa' taħt is-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti li joħorġu ċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna. L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina liema dokumenti għandhom jiġu sottomessi. Il-proċedura għandha ssir b'tali mod li jkun żgurat li l-ispezzjoni tista' ssir fi żmien raġonevoli wara li tkun tressqet it-talba.

7.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom, fuq talba tas-sid tal-inġenju jew tar-rappreżentant tiegħu, joħorġu ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għal inġenju li mhuwiex soġġett għal din id-Direttiva, jekk dak l-inġenju jissodisfa r-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva.

Artikolu 7

L-obbligu tal-ġarr ta' ċertifikat

L-inġenji li joperaw fil-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4 għandu jkollhom id-dokumenti oriġinali li ġejjin:

(a)

meta jkunu qed joperaw fuq passaġġ fuq l-ilma taż-Żona R:

ċertifikat maħruġ skont l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu; jew inkella

ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna li jattesta l-konformità sħiħa tal-inġenju, fejn ikun applikabbli skont id-dispożizzjonijiet transizzjonali taħt l-Anness II għal din id-Direttiva għal inġenji li jinnavigaw fuq ir-Renu (Żona R), mar-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V għal din id-Direttiva li għalihom tkun ġiet stabbilita l-ekwivalenza mar-rekwiżiti tekniċi stipulati b'applikazzjoni tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu skont ir-regoli u l-proċeduri applikabbli;

(b)

meta jkunu qed joperaw fuq passaġġi fuq l-ilma oħrajn, ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jew ċertifikat maħruġ skont l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu, inkluż, fejn applikabbli, kwalunkwe ċertifikat supplimentari tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna skont l-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva.

Artikolu 8

Iċ-ċertifikati supplementari tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.   L-inġenji li jkollhom ċertifikat validu tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jew ċertifikat maħruġ skont l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu għandhom jiġu pprovduti b'ċertifikat supplementari tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna skont l-Artikolu 23 ta' din id-Direttiva.

2.   Iċ-ċertifikat supplementari tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jitfassal skont il-mudell previst fl-Anness II u għandu jinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti taħt il-kondizzjonijiet stipulati għall-passaġġi fuq l-ilma kkonċernati.

Artikolu 9

Ċertifikati proviżorji tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu joħorġu ċertifikat proviżorju tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna:

(a)

għal inġenji li biħsiebhom jivvjaġġaw lejn ċertu post bil-permess tal-awtorità kompetenti sabiex jinkiseb ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna;

(b)

għal inġenji li ċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna tagħhom jkun intilef, saritlu ħsara jew ġie temporanjament irtirat kif imsemmi fl-Artikoli 13 u 15 jew fl-Annessi II u V;

(c)

għal inġenji li ċ-ċertifikat tal-Unjoni tagħhom għan-navigazzjoni interna jkun qed jitħejja wara spezzjoni b'suċċess;

(d)

għal inġenji li ma ma jkunux ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha meħtieġa biex jinkiseb ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna f'konformità mal-Annessi II u V;

(e)

għal inġenji li tant għandhom ħsara li ma għadhomx aktar konformi maċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna tagħhom;

(f)

għal stabbilimenti jew oġġetti li jżommu f'wiċċ l-ilma f'każijiet fejn l-awtoritajiet responsabbli għal operazzjonijiet speċjali ta' trasport taw l-awtorizzazzjoni biex titwettaq operazzjoni ta' trasport speċjali soġġetta għall-kisba ta' ċertifikatproviżorju tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna bħal dan, kif previst fir-regolamenti applikabbli tal-awtorità tan-navigazzjoni tal-Istati Membri;

(g)

għal inġenju li jibbenefikaw minn deroga mill-Annessi II u V, skont l-Artikoli 25 u 26 ta' din id-Direttiva, sakemm jiġu adottati l-atti ta' implimentazzjoni rilevanti.

2.   Iċ-ċertifikat proviżorju tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jinħareġ biss fejn in-navigabbiltà tal-inġenju, tal-istabbiliment li jżomm f'wiċċ l-ilma jew tal-oġġett li jżomm f'wiċċ l-ilma tkun tidher li ġiet adegwatament żgurata. Ghandu jitfassal skond il-mudell previst fl-Anness II.

3.   Iċ-ċertifikat proviżorju tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jinkludi l-kondizzjonijiet meqjusa neċessarji mill-awtorità kompetenti u għandu jkun validu:

(a)

fil-każijiet imsemmija fil-punti (a), (d), (e) u (f) tal-paragrafu 1, għal vjaġġ speċifiku wieħed li jrid isir f'perjodu xieraq li ma għandux ikun iktar minn xahar;

(b)

fil-każijiet imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1, għal tul ta' żmien xieraq;

(c)

fil-każijiet imsemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 1, għal sitt xhur; iċ-ċertifikat proviżorju tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jista' jiġi estiż b'sitt xhur kull darba sakemm jiġi adottat l-att ta' implimentazzjoni rilevanti.

Artikolu 10

Il-validità taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.   Il-perjodu ta' validità taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna li jinħarġu għal inġenji li jkunu għadhom kemm inbnew għandu jiġi determinat mill-awtorità kompetenti u ma għandux jeċċedi:

(a)

ħames snin fil-każ ta' bastimenti tal-passiġġieri u b'veloċità għolja;

(b)

għaxar snin fil-każ tal-inġenji l-oħra kollha.

Il-perjodu ta' validità għandu jkun iddikjarat fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

2.   Fil-każ ta' inġenji li jkunu diġà joperaw qabel ma tkun saret l-ispezzjoni teknika, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-perjodu ta' validità taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna skont il-każ, fid-dawl tar-riżultati tal-ispezzjoni. Madankollu, il-perjodu ta' validità ma għandux jeċċedi l-perjodi stipulati fil-paragrafu 1.

Artikolu 11

Estensjoni eċċezzjonali tal-validità taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

Il-validità ta' ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna tista' tiġi estiża eċċezzjonalment mingħajr spezzjoni teknika għal mhux aktar minn sitt xhur skont l-Annessi II u V, mill-awtorità kompetenti li ħarġet jew ġeddet iċ-ċertifikat. L-estensjoni għandha tiġi indikata f'dak iċ-ċertifikat.

Artikolu 12

It-tiġdid taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.   Iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jiġġedded malli jiskadi l-perjodu ta' validità tiegħu skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6, wara spezzjoni teknika maħsuba biex tikkontrolla jekk l-inġenju jikkonformax mar-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V. Iċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jistgħu jiġġeddu minn kwalunkwe awtorità kompetenti li tkun ġiet innotifikata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 6(3).

2.   Fejn ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jkunu mġedda, id-dispożizzjonijiet transitorji previsti fl-Anness II għandhom japplikaw għall-inġenji skont il-kondizzjonijiet speċifikati f'dak l-Anness.

Artikolu 13

Il-bdil taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li bihom jista' jiġi sostitwit ċertifikat validu tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna li jkun intilef jew li tkun saritlu xi ħsara. Dawk il-kondizzjonijiet għandhom jirrikjedu lill-inġenji li japplikaw għas-sostituzzjoni, fil-każ ta' telf, biex jipprovdudikjarazzjoni rigward it-telf taċ-ċertifikat jew fil-każ ta' ħsara, li jirritorna ċ-ċertifikat li tkun saritlu l-ħsara. Iċ-ċertifikat sostitwit għandu jiddikjara li dan hu duplikat.

Artikolu 14

Alterazzjonijiet kbar jew tiswijiet kbar għall-inġenju

Fil-każ ta' alterazzjonijiet kbar jew tiswijiet kbar li jaffettwaw il-konformità tal-inġenju mar-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V li jikkonċernaw is-solidità strutturali, in-navigazzjoni, il-manuvrabbiltà jew il-karatteristiċi speċjali tiegħu, dak l-inġenju għandha ssirlu, qabel kwalunkwe vjaġġ ieħor, l-ispezzjoni teknika prevista fl-Artikolu 6.

Wara dik l-ispezzjoni, iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna eżistenti għandu jiġi emendat biex jirrifletti l-karatteristiċi tekniċi mibdula tal-inġenju jew dak iċ-ċertifikat għandu jiġi rtirat u jinħareġ wieħed ġdid. Jekk iċ-ċertifikat il-ġdid jinħareġ fi Stat Membru differenti minn dak li ħareġ jew ġedded iċ-ċertifikat inizjali, l-awtorità kompetenti li ħarġet jew ġeddet iċ-ċertifikat għandha tiġi informata skont dan fi żmien 30 jum mid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat il-ġdid.

Artikolu 15

Rifjut għall-ħruġ jew it-tiġdid, u l-irtirar ta', ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.   Kwalunkwe deċiżjoni li ma jiġix maħruġ jew imġedded ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata. Is-sid tal-inġenju jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jiġi nnotifikat b'dan u għandu jiġi infurmat dwar il-proċedura ta' appell u l-limiti ta' żmien applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat.

2.   Kwalunkwe ċertifikat validu tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jista' jiġi irtirat mill-awtorità kompetenti li ħarġitu jew ġedditu jekk l-inġenju ma jibqax konformi mar-rekwiżiti tekniċi stipulati fiċ-ċertifikat tiegħu.

Artikolu 16

Rikonoxximent ta' ċertifikati tan-navigazzjoni ta' inġenji minn pajjiżi terzi

Sakemm jidħlu fis-seħħ il-ftehimiet dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati tan-navigazzjoni bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jirrikonoxxu ċ-ċertifikati tan-navigazzjoni ta' inġenji minn pajjiżi terzi għan-navigazzjoni fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.

Artikolu 17

Reġistri taċ-ċertifikati

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom iżommu reġistru taċ-ċertifikati kollha li jkunu ħarġu jew ġeddew skont l-Artikoli 6, 8, 9 u 12. Dak ir-reġistru għandu jinkludi l-informazzjoni li tinsab fil-mudell previst fl-Anness II

KAPITOLU 3

IDENTIFIKAZZJONI, SPEZZJONIJIET U REKWIŻITI TEKNIĊI ALTERATI TA' BASTIMENTI

Artikolu 18

Numru Uniku Ewropew ta' Identifikazzjoni tal-Bastiment

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull inġenju jkun assenjat Numru Uniku Ewropew ta' Identifikazzjoni tal-Bastiment (ENI), skont l-Annessi II u V.

2.   Kull inġenju għandu jkollu ENI, wieħed biss li għandu jibqa' l-istess tul il-ħajja kollha tiegħu.

3.   Meta jinħareġċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi l-ENI fih.

4.   Kull Stat Membru għandu jfassal lista li tindika l-awtoritajiet kompetenti responsabbli li jassenjaw ENI u għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b'dan,kif ukoll kwalunkwe bidla fil-lista. Il-Kummissjoni għandha żżomm lista aġġornata tal-awtoritajiet kompetenti fuq sit elettroniku adatt.

Artikolu 19

Bażi tad-Data Ewropea dwar il-Buq

1.   Il-Kummissjoni għandha żżomm l-EHDB sabiex tappoġġa l-miżuri amministrattivi biex jinżammu s-sikurezza u navigazzjoni bla xkiel u biex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Kwalunkwe pproċessar ta' data personali mill-Istati Membri għandu jitwettaq f'konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

Kwalunkwe pproċessar ta' data personali mill-Kummissjoni għandu jitwettaq f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għal kull inġenju, l-awtoritajiet kompetenti jdaħħlu, mingħajr dewmien, fl-EHDB:

(a)

id-data li tidentifika u tiddeskrivi l-inġenju skont din id-Direttiva;

(b)

id-data relatata maċ-ċertifikati maħruġin, imġedda, sostitwiti u rtirati, kif ukoll dik relatata mal-awtorità kompetenti li ħarġet iċ-ċertifikat, skont din id-Direttiva;

(c)

kopja diġitali taċ-ċertifikati kollha maħruġin mill-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva;

(d)

id-data dwar kwalunkwe applikazzjoni rifjutata jew pendenti għal ċertifikati skont din id-Direttiva; u

(e)

kwalunkwe bidla fid-data msemmija fil-punti (a) sa (d).

3.   Id-data msemmija fil-paragrafu 2 tista' tiġi pproċessata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu u pajjiżi terzi li huma fdati b'kompiti relatati mal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tad-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), għall-finijiet li ġejjin:

(a)

l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tad-Direttiva 2005/44/KE;

(b)

l-iżgurar tal-ġestjoni kemm tat-traffiku tal-passaġġi fuq l-ilma kif ukoll tal-infrastruttura;

(c)

iż-żamma jew l-infurzar tas-sikurezza tan-navigazzjoni;

(d)

il-ġbir ta' data statistika.

4.   L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tittrasferixxi data personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali dment li hi tagħmel dan skont il-każ biss u li r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2016/679, u b'mod partikolari dawk stipulati fil-Kapitolu V tiegħu, jiġu ssodisfati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trasferiment ikun neċessarju għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali ma jittrasferixxux id-data lil pajjiż terz ieħor jew organizzazzjoni internazzjonali oħra sakemm ma jingħatawx espressament awtorizzazzjoni bil-miktub biex jagħmlu dan u jikkonformaw mal-kondizzjonijiet speċifikati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

5.   Il-Kummissjoni tista', skont il-każ, tittrasferixxi data personali jew tagħti aċċess għall-EHDB lil awtorità ta' pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali dment li t-trasferiment jew l-aċċess huwa neċessarju għall-finijiet imsemmijin fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, u dment li r-rekwiżiti tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 jiġu ssodisfati. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li t-trasferiment jew l-aċċess ikun neċessarju għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali ma jittrasferixxux id-data lil pajjiż terz ieħor jew organizzazzjoni internazzjonali oħra sakemm ma jingħatawx espressament awtorizzazzjoni bil-miktub u jikkonformaw mal-kondizzjonijiet speċifikati mill-Kummissjoni.

6.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li d-data relatata ma' inġenju titħassar mill-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 1 meta dan l-inġenju jiġi ruttamat.

7.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 li jispeċifikaw ulterjorment:

(a)

id-data li għandha tiddaħħal fil-bażi tad-data mill-Istati Membri;

(b)

it-tipi ta' aċċess permessi, b'kont meħud tal-kategoriji ta' riċevituri tad-data u l-finijiet li għalihom tali data hija pproċessata msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu;

(c)

l-istruzzjonijiet rigward l-użu u t-tħaddim tal-bażi tad-data, b'mod partikolari fir-rigward ta' miżuri ta' sigurtà tad-data, il-kodifikazzjoni u l-ipproċessar ta' data u l-interkonnessjoni tal-bażi tad-data mar-reġistri msemmija fl-Artikolu 17.

Artikolu 20

Twettiq ta' spezzjonijiet tekniċi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 3 jwettqu l-ispezzjonijiet inizjali, perjodiċi, speċjali u volontarji msemmija f'din id-Direttiva.

2.   Dawk l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrifjutaw li l-inġenju jew parti minnu jiġi sottomess għal spezzjoni teknika fejn ikun evidenti minn attestazzjoni valida, maħruġa minn soċjetà rikonoxxuta għall-klassifikazzjoni skont l-Artikolu 21, li l-inġenju jissodisfa bis-sħiħ jew parzjalment ir-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V.

3.   Kull Stat Membru għandu jfassal lista li tindika l-awtoritajiet kompetenti tiegħu li huma responsabbli biex iwettqu l-ispezzjonijiet tekniċi u għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b'dan, inkluż kwalunkwe bidla fil-lista. Il-Kummissjoni għandha żżomm lista aġġornata tal-awtoritajiet kompetenti u tal-korpi ta' spezzjoni fuq sit elettroniku adatt.

4.   Kull Stat Membru għandu jikkonforma mar-rekwiżiti speċifiċi fir-rigward tal-korpi ta' spezzjoni u t-talba għal spezzjoni, previst fl-Annessi II u V.

Artikolu 21

Rikonoxximent tas-soċjetajiet tal-klassifikazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tirrikonoxxi soċjetà tal-klassifikazzjoni li tissodisfa l-kriterji elenkati fl-Anness VI, jew li tirtira r-rikonoxximent, skont il-proċedura prevista fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 33(2).

2.   Applikazzjoni għal rikonoxximent għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni mill-Istat Membru li fih is-soċjetà tal-klassifikazzjoni għandha l-kwartieri ġenerali tagħha jew minn sussidjarja awtorizzati biex joħorġu attestazzjonijiet li inġenju jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Annessi II u V skont din id-Direttiva. Din l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi vverifikat li l-kriterji għal rikonoxximent huma ssodisfati.

3.   Kwalunkwe Stat Membru jista' jippreżenta talba lill-Kummissjoni biex jirtira r-rikonoxximent jekk iqis li soċjetà tal-klassifikazzjoni ma tkunx aktar tissodisfa l-kriterji stipulati fl-Anness VI. It-talba għall-irtirar għandha tkun akkumpanjata minn evidenza dokumentata.

4.   Is-soċjetajiet tal-klassifikazzjoni li, sas-6 ta' Ottubru 2016, ikunu ngħataw ir-rikonoxximent skont id-Direttiva 2006/87/KE għandhom iżommu r-rikonoxximent tagħhom.

5.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika għall-ewwel darba sas-7 ta' Ottubru 2017, u għandha żżomm aġġornata f'sit elettroniku adatt, lista tas-soċjetajiet tal-klassifikazzjoni rikonoxxuti skont dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe bidla li għandha x'taqsam mal-ismijiet jew l-indirizzi tas-soċjetajiet tal-klassifikazzjoni fejn ikunu applikaw għar-rikonoxximent.

Artikolu 22

Kontroll tal-konformità

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu fi kwalunkwe ħin jikkontrollaw jekk inġenju jkollux ċertifikat validu skont l-Artikolu 7 u jekk jissodisfax ir-rekwiżiti għall-ħruġ ta' tali ċertifikat.

F'każ ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu miżuri adatti skont il-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu. Għandhom ukoll jitolbu li s-sid tal-inġenju jew ir-rappreżentant tiegħu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jirrimedja s-sitwazzjoni fi żmien skadenza stipulata mill-awtoritajiet kompetenti.

L-awtorità kompetenti li ħarġet iċ-ċertifikat li jkollu l-inġenju għandha tiġi infurmata b'tali nuqqasijiet fi żmien sebat ijiem mill-kontroll.

2.   Fejn l-inġenju ma jkollux ċertifikat validu, l-inġenju jista' jinżamm milli jkompli bil-vjaġġ tiegħu.

3.   Jekk, waqt il-kontroll, l-awtoritajiet isibu li l-inġenju jikkostitwixxi periklu ċar għall-persuni abbord, l-ambjent jew is-sikurezza tan-navigazzjoni, dawn jistgħu jwaqqfu l-inġenju milli jkompli bil-vjaġġ tiegħu sakemm jittieħdu l-passi neċessarji biex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jippreskrivu miżuri proporzjonati li jippermettu lill-inġenju jipproċedi bla periklu, fejn ikun il-każ wara tmiem l-operazzjonijiet tiegħu ta' trasport, lejn post fejn jew issirlu spezzjoni jew tiswijiet.

4.   Stat Membru li jkun impedixxa inġenju milli jipproċedi bil-vjaġġ tiegħu, jew li jkun innotifika lis-sid tal-inġenju jew ir-rappreżentant tiegħu bl-intenzjoni tiegħu li jiġi impedit dan jekk id-difetti misjuba ma jiġux rimedjati, għandu jinforma lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li ħarġet jew ġeddet l-aħħar iċ-ċertifikat tal-inġenju, fi żmien sebat ijiem bid-deċiżjoni li ħa jew li beħsiebu jieħu.

5.   Kwalunkwe deċiżjoni meħuda biex jiġi interrott il-passaġġ ta' inġenju fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tindika fid-dettall ir-raġunijiet li fuqhom din hija bbażata. Tali deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata mingħajr dewmien lill-parti kkonċernata, li għandha fl-istess ħin tiġi informata bil-proċeduri ta' appell disponibbli taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat u bl-iskadenzi tagħhom.

Artikolu 23

Rekwiżiti tekniċi alterati għal ċerti żoni

1.   L-Istati Membri jistgħu, fejn applikabbli u soġġett għar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu, jadottaw rekwiżiti tekniċi addizzjonali ma' dawk imsemmija fl-Annessi II u V għal inġenji li joperaw fuq passaġġi fuq l-ilma taż-Żoni 1 u 2 fit-territorju tagħhom. Tali rekwiżiti addizzjonali għandhom jkopru biss l-elementi elenkati fl-Anness III.

2.   Fir-rigward ta' bastimenti tal-passiġġieri li joperaw fuq passaġġi fuq l-ilma interni mhux konnessi taż-Żona 3, kull Stat Membru jista' jżomm rekwiżiti tekniċi addizzjonali għal dawk imsemmija fl-Annessi II u V. Tali rekwiżiti addizzjonali għandhom jkopru biss l-elementi elenkati fl-Anness III.

3.   Fejn l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tranżitorji imsemmija fl-Anness II tkun tirriżulta fi tnaqqis tal-istandards eżistenti nazzjonali ta' sikurezza, Stat Membru jista' ma japplikax dawk id-dispożizzjonijiet tranżitorji fir-rigward ta' bastimenti tal-passiġġieri li joperaw fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni tiegħu li mhumiex konnessi. F'tali ċirkostanzi, l-Istat Membru kkonċernat jista' jeħtieġ li, mit-30 ta' Diċembru 2008, tali bastimenti tal-passiġġieri li joperaw fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni mhux konnessi tiegħu jikkonformaw bis-sħiħ mar-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V.

4.   Stat Membru jista' jippermetti applikazzjoni parzjali tar-rekwiżiti tekniċi jew jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi li jkunu inqas stretti minn dawk imsemmija fl-Annessi II u V fir-rigward ta' inġenji li joperaw esklussivament fuq il-passaġġi fuq l-ilma taż-Żoni 3 u 4 fit-territorju tiegħu. Ir-rekwiżiti tekniċi inqas stretti jew l-applikazzjoni parzjali tar-rekwiżiti tekniċi għandhom ikopru biss l-elementi elenkati fl-Anness IV.

5.   Fejn Stat Membru japplika l-paragrafu 1, 2, 3 jew 4, hu għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b'dan mill-inqas sitt xhur qabel id-data maħsuba ta' applikazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra kif meħtieġ.

Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tapprova r-rekwiżiti tekniċi addizzjonali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 33(2).

6.   Il-konformità mar-rekwiżiti tekniċi alterati skont il-paragrafi 1, 2, 3 u 4 għandha tiġi speċifikata fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jew fiċ-ċertifikat supplimentari tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

Artikolu 24

Derogi għal ċerti kategoriji ta' inġenji

1.   Filwaqt li jżommu livell adegwat ta' sikurezza, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw derogi minn din id-Direttiva kollha jew minn partijiet minnha għal:

(a)

inġenji li joperaw fuq passaġġi fuq l-ilma interni mhux konnessi;

(b)

inġenji li għandhom piż li ma jaqbiżx it-350 tunnellata jew inġenji mhux maħsuba għat-trasport ta' merkanzija u li għandhom spostament tal-ilma ta' inqas minn 100 metru kubu, li kienu varati qabel l-1 ta' Jannar 1950 u li joperaw esklussivament fit-territorju tagħhom.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, fir-rigward tan-navigazzjoni fit-territorju tagħhom, derogi minn din id-Direttiva għal inġenji li jagħmlu vjaġġi limitati ta' interess lokali jew f'żoni portwarji. Id-derogi u l-vjaġġi jew iż-żoni li għalihom ikunu validi għandhom jiġu speċifikati fiċ-ċertifikat tal-inġenju.

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-derogi awtorizzati skont il-paragrafi 1 u 2. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra kif meħtieġ.

Artikolu 25

Użu ta' teknoloġiji ġodda u derogi għal inġenji speċifiċi

1.   Sabiex jiġu mħeġġa l-innovazzjoni u l-użu ta' teknoloġiji ġodda fin-navigazzjoni interna. il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ta' implimentazzjoni li jippermettu derogi jew li jirrikonoxxu l-ekwivalenza ta' speċifikazzjonijiet tekniċi għal inġenji speċifiċi fir-rigward ta':

(a)

il-ħruġ ta' ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna li jirrikonoxxi l-użu, jew il-preżenza, abbord inġenju ta' materjali, installazzjonijiet jew oġġetti ta' tagħmir oħrajn, jew l-adozzjoni ta' arranġamenti jew aspetti ta' disinn minbarra dawk inklużi fl-Annessi II u V, dment li jiġi żgurat livell ekwivalenti ta' sikurezza;

(b)

il-ħruġ ta' ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għal skopijiet ta' prova għal perjodu limitat li jinkorpora speċifikazzjonijiet tekniċi ġodda li jidderogaw mir-rekwiżiti tal-Annessi II u V, dment li jiġi żgurat livell adegwat ta' sikurezza.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 33(2).

2.   L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru għandhom jispeċifikaw kwalunkwe deroga u rikonoxximenti ta' ekwivalenzi msemmija fil-paragrafu 1 fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

Artikolu 26

Diffikultà

1.   Wara l-iskadenza tad-dispożizzjonijiet tranżitorji għal rekwiżiti tekniċi stipulati fl-Anness II, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jippermettu derogi mir-rekwiżiti tekniċi stipulati f'dak l-Anness li kienu soġġetti għal dispożizzjonijiet tranżitorji, fejn dawk ir-rekwiżiti jkunu teknikament diffiċli biex jiġu applikati jew fejn l-applikazzjoni tagħhom tista' tinvolvi spejjeż sproporzjonati.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 33(2).

2.   L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru għandhom jispeċifikaw kwalunkwe derogi applikabbli msemmija fil-paragrafu 1 fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

Artikolu 27

Reġistru ta' tagħmir approvat skont it-tip

Il-Kummissjoni għandha tippubblika f'sit elettroniku adatt reġistru ta' tagħmir li jkun ġie approvat skont it-tip f'konformità mal-Annessi II u V.

KAPITOLU 4

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 28

Dispożizzjonijiet transitorji dwar l-użu ta' dokumenti

Id-dokumenti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u li jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2006/87/KE qabel is-6 ta' Ottubru 2016 għandhom jibqgħu validi sakemm jiskadu.

Artikolu 29

Inġenji esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 82/714/KEE

1.   Iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jinħareġ għal inġenji esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE (12), iżda għandu jkun kopert minn din id-Direttiva skont l-Artikolu 2(1) ta' din id-Direttiva, wara spezzjoni teknika biex jiġi kkontrollat jekk l-inġenju jikkonformax mar-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V ta' din id-Direttiva. Dik l-ispezzjoni teknika għandha ssir meta jiskadi ċ-ċertifikat attwali tal-inġenju, fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mit-30 ta' Diċembru 2018.

2.   Kwalunkwe nuqqas biex jintlaħqu r-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V għandu jiġi speċifikat fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna. Sakemm l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li dawn in-nuqqasijiet ma jikkostitwixxux periklu ċar, l-inġenji msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jkomplu joperaw sa meta dawk il-komponenti jew partijiet tal-inġenju li kienu ġew iċċertifikati bħala li ma jissodisfawx dawk ir-rekwiżiti jiġu sostitwiti jew alterati, u wara dan dawk il-komponenti jew partijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V.

3.   Is-sostituzzjoni tal-partijiet eżistenti ma' partijiet identiċi jew partijiet ta' teknoloġija u disinn ekwivalenti waqt tiswijiet u manutenzjoni ta' rutina ma għandhiex titqies bħala sostituzzjoni jew alterazzjoni skont it-tifsira tal-paragrafu 2.

4.   Periklu ċar skont it-tifsira tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jkun preżunt b'mod partikolari meta jiġu affettwati r-rekwiżiti rigward is-solidità strutturali,in-navigazzjoni jew il-manuvrabbiltà jew il-karatteristiċi speċjali tal-inġenju skont ir-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V. Id-derogi li huma previsti fir-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V ma għandhomx jiġu identifikati bħala nuqqasijiet li jikkostitwixxu periklu ċar.

Artikolu 30

Dispożizzjonijiet transitorji li jikkonċernaw ir-rekwiżiti temporanji skont id-Direttiva 2006/87/KE

Ir-rekwiżiti temporanji adottati skont l-Artikolu 1.06 tal-Anness II għad-Direttiva 2006/87/KE għandhom jibqgħu validi sakemm jiskadu.

Artikolu 31

Adattament tal-Annessi

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 biex tadatta l-Anness II, biex taġġorna, mingħajr dewmien żejjed, ir-referenza għall-aktar verżjoni reċenti tal-istandard ES-TRIN u biex tistabbilixxi d-data ta' applikazzjoni tiegħu.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, fejn ikun debitament ġustifikat minn analiżi adatta u fin-nuqqas ta' standards internazzjonali rilevanti u aġġornati biex tiġi żgurata s-sikurezza tan-navigazzjoni jew fejn bidliet fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tas-CESNI ikunu jikkompromettu l-interessi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 biex temenda l-Anness II biex tipprovdi rekwiżiti tekniċi adatti.

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 dwar l-adattamenti tal-Annessi III u IV minħabba progress xjentifiku u tekniku.

4.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 dwar l-adattamenti tal-Anness V biex taġġorna u tirrazzjonalizza dispożizzjonijiet amministrattivi.

5.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 dwar l-adattamenti tal-Anness VI biex temenda l-kriterji għar-rikonoxximent ta' soċjetajiet ta' klassifikazzjoni biex tiġi żgurata s-sikurezza tan-navigazzjoni.

6.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 sabiex taġġorna r-referenzi f'din id-Direttiva għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Annessi II u V biex jitqiesu l-emendi li jkunu saru f'dawn l-Annessi.

Artikolu 32

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 4, 19 u 31 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mis-6 ta' Ottubru 2016. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix din l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 4, 19 u 31 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ il-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar 'il quddiem speċifikata fid-deċiżjoni. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 4, 19 u 31 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn minn meta l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu ġew avżati dwar dak l-att jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 33

Proċedura tal-kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit mill-Artiklu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE (13) (minn hawn 'il quddiem “il-Kumitat”). Il-Kumitat huwa kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn ikun meħtieġ li l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, sal-iskadenza għall-ħruġ tal-opinjoni, il-presidenza tal-kumitat tiddeċiedi hekk.

Artikolu 34

Rieżami

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, qabel is-7 ta' Ottubru 2021, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jeżamina l-effettività tal-miżuri introdotti minn din id-Direttiva, partikolarment fir-rigward tal-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi u l-iżvilupp ta' standards tekniċi għan-navigazzjoni interna. Ir-rapport għandu jirrevedi wkoll il-mekkaniżmi għall-kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti għan-navigazzjoni interna. Ir-rapport għandu, jekk xieraq, jiġi akkumpanjat minn proposta leġislattiva biex jissimplifika iżjed il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fil-ħolqien ta' standards li tkun tista' ssir referenza għalihom fl-atti legali tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħti rapport simili wara kull żvilupp kbir fit-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni.

Artikolu 35

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u diżważivi.

Artikolu 36

Emenda għad-Direttiva 2009/100/KE

Id-Direttiva 2009/100/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Din id-Direttiva tapplika għal bastimenti użati għat-trasport tal-merkanzija bil-passaġġi fuq l-ilma interni u li jkollhom piż totali ta' 20 tunnellata metrika jew aktar:

(a)

b'tul ta' inqas minn 20 metru; u

(b)

li għalihom il-prodott tat-tul (L), il-wisa' (B) u l-fundar (T) huwa anqas minn 100 metru kubu.

Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għar-Regolament ta' Spezzjoni ta' Bastiment tar-Renu u għall-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġi tal-Ilma Interni (ADN).”.

(2)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu l-bastimenti li jġorru oġġetti perikolużi kif imfisser fl-ADN biex iħarsu r-rekwiżiti stabbiliti f'dak il-Ftehim. Bħala evidenza ta' dan, jistgħu jeħtieġu illi l-awtorizzazzjoni prevista f'dak il-Ftehim tiġi prodotta.”;

(b)

it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Kondizzjonijiet speċjali għat-trasport ta' oġġetti perikolużi għandhom jiġu kkunsidrati ssodisfati fil-kanali tal-ilma navigabbli tal-Komunità kollha jekk il-bastimenti jħarsu r-rekwiżiti tal-ADN. L-evidenza ta' konformità ma' dawk ir-rekwiżiti tista' tiġi pprovduta permezz tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.”.

Artikolu 37

Traspożizzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 40, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mis-7 ta' Ottubru 2018 u li għandhom japplikaw minn din id-data. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw miżuri bħal dawn, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

3.   Kwalunkwe Stat Membru li, minħabba derogi awtorizzati skont l-Artikolu 24(1) u (2), ma jkollu l-ebda inġenju soġġett għal din id-Direttiva li jkun qed jopera fuq il-passaġġi fuq l-ilma tiegħu ma għandux jintalab jittrasponi l-Kapitolu 2, l-Artikolu 18(3) u l-Artikoli 20 u 21.

Artikolu 38

Revoka

Id-Direttiva 2006/87/KE titħassar b'effett mis-7 ta' Ottubru 2018.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni li tinsab fl-Anness VII.

Artikolu 39

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 40

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri minbarra d-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Ċipru, il-Latvja, Malta, il-Portugall, is-Slovenja u l-Finlandja.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta' Settembru 2016.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

I. KORČOK


(1)  ĠU C 177, 11.6.2014, p. 58.

(2)  ĠU C 126, 26.4.2014, p. 48.

(3)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-pożiżżjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tas-16 ta' Ġunju 2016 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2016.

(4)  Id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE (ĠU L 389, 30.12.2006, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(6)  Id-Direttiva 2009/100/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' liċenzji ta' navigabbiltà għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 259, 2.10.2009, p. 8).

(7)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(8)  Id-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (ĠU L 163, 25.6.2009, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(11)  Id-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar is-Servizzi Armonizzati ta' Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f'passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 152).

(12)  Id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE tal-4 ta' Ottubru 1982 li tistabbilixxi ħtiġijiet tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 301, 28.10.1982, p. 1).

(13)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta' merkanzija u ta' passiġġieri permezz ta' passaġġi interni fuq l-ilma (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 29).


LISTA TA' ANNESSI

Anness I:

Lista ta' passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni maqsuma ġeografikament f'Żoni 1, 2 u3

Anness II:

Rekwiżiti tekniċi minimi applikabbli għal inġenji fil-passaġġi fuq l-ilma interni ta' Żoni 1, 2, 3 u 4

Anness III:

Suġġetti għal rekwiżiti tekniċi addizzjonali possibbli applikabbli għal inġenji fil-passaġġi fuq l-ilma interni ta' Żoni 1, 2u 3 mhux konnessi

Anness IV:

Suġġetti għal tnaqqis possibbli tar-rekwiżiti tekniċi applikabbli għal inġenji fil-passaġġi fuq l-ilma interni ta' Żoni 3 u 4

Anness V:

Dispożizzjonijiet proċedurali dettaljati

Anness VI:

Soċjetajiet ta' klassifikazzjoni

Anness VII:

Tabella ta' korrelazzjoni


ANNESS I

LISTA TA' PASSAĠĠI FUQ L-ILMA INTERNI TAL-UNJONI MAQSUMA ĠEOGRAFIKAMENT F'ŻONI 1, 2, U 3

KAPITOLU 1

Żona 1

Il-Ġermanja

Ems

minn linja li tgħaqqad dak li qabel kien il-fanal ta' Greetsiel u l-moll tal-Punent tad-daħla tal-port f'Eemshaven fid-direzzjoni tal-baħar sal-latitudni 53° 30′ N u l-lonġitudni 6° 45′ E, jiġifieri kemxejn lejn il-baħar miż-żona tal-ħatt għat-trasportaturi ta' tagħbija xotta f'Alte Ems (1)

Il-Polonja

Il-parti tal-Bajja ta' Pomorska lejn in-Nofsinhar tal-linja li tgħaqqad NordPerd fuq Rugen Island u l-fanal ta' Niechorze.

Il-parti tal-Bajja ta' Gdańska lejn in-Nofsinhar tal-linja li tgħaqqad il-fanal ta' Hel u l-baga tad-daħla tal-port ta' Baltijsk.

L-Iżvezja

Il-Lag Vänern, li jmiss fin-Nofsinhar mal-parallel tal-latitudni mill-fanal ta' Bastugrunds

Göta älv u Rivöfjorden, li jmissu fil-Lvant mal-pont ta' Älvsborg, fil-Punent mal-parallel tal-lonġitudni mill-fanal ta' Gäveskär, u fin-Nofsinhar mal-parallel tal-latitudni mill-fanal ta' Smörbådan

Ir-Renju Unit

L-ISKOZJA

Blue Mull Sound

Bejn Gutcher u Belmont

Yell Sound

Bejn Tofts Voe u Ulsta

Sullom Voe

'Il ġewwa minn linja mill-ponta tal-Grigal tal-Gżira ta' Gluss sal-ponta tat-Tramuntana ta' Calback Ness

Dales Voe

Fix-xitwa:

'Il ġewwa minn linja mill-ponta tat-Tramuntana ta' Kebister Ness sax-Xatt ta' Breiwick fuq il-lonġitudni 1° 10,8′ W

Dales Voe

Fis-sajf:

l-istess bħal Lerwick

Lerwick

Fix-xitwa:

'il ġewwa miż-żona li tmiss man-naħa tat-Tramuntana b'linja minn Scottle Holm sa Scarfi Taing fuq Bressay u n-naħa tan-Nofsinhar b'linja mill-Fanal ta' Twageos Point sa Whalpa Taing fuq Bressay

Lerwick

Fis-sajf:

fiż-żona li tmiss man-naħa tat-Tramuntana b'linja minn Brim Ness sar-rokna tal-Grigal ta' Inner Score u san-naħa tan-Nofsinhar b'linja mit-tarf tan-Nofsinhar ta' Ness of Sound sa Kirkabisterness

Kirkwall

Bejn Kirkwall u Rousay mhux fil-Lvant ta' linja bejn il-Ponta ta' Graand (Egilsay) u Galt Nes (Shapinsay) jew bejn Head of Work (l-art kontinentali) u li tgħaddi minn Helliar Holm light sax-xatt ta' Shapinsay; mhux fil-Majjistral tat-tarf tax-Xlokk tal-Gżira ta' Eynhallow, mhux lejn in-naħa tal-baħar u linja bejn ix-xatt ta' Rousay 59° 10,5′ N 002° 57,1′ W u x-xatt f'Egilsay 59° 10′ N 002° 56,4° W

Stromness

Lejn Scapa iżda mhux 'il barra minn Scapa Flow

Scapa Flow

F'żona mdawra b'linji li jibdew mill-Ponta ta' Cletts fuq il-gżira ta' Hoy sal-punt ta' triangolazzjoni ta' Thomson's Hill fuq il-gżira ta' Fara u b'hekk sa Gibraltar Pier fuq il-gżira ta' Flotta; minn St Vincent Pier fuq il-gżira ta' Flotta sal-punt l-aktar fil-Punent ta' Claf of Flotta; mill-punt l-aktar fil-Lvant ta' Calf of Flotta sa' Needle Point fuq il-gżira ta' South Ronaldsay u min-Ness fuq l-art kontinentali sal-fanal tal-Ponta ta' Oxan fuq il-gżira ta' Graemsay u b'hekk sal-Ponta ta' Bu fuq il-gżira ta' Hoy; u lejn in-naħa tal-baħar tal-ilmijiet ta' Żona 2

Balnakiel Bay

Bejn Eilean Dubh u A'Chleit

Cromarty Firth

'Il ġewwa minn linja minn North Sutor sa Nairn Breakwater u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

Inverness

'Il ġewwa minn linja minn North Sutor sa Nairn Breakwater u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

Ix-Xmara Tay — Dundee

'Il ġewwa minn linja minn Broughty Castle sa Tayport u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

Firth of Forth u x-Xmara Forth

'Il ġewwa minn linja minn Kirkcaldy sax-Xmara Portobello u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

Solway Firth

'Il ġewwa minn linja minn Southerness Point sa Silloth

Loch Ryan

'Il ġewwa minn linja minn Finnart's Point sa Milleur Point u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

The Clyde

Il-limitu ta' barra:

linja minn Skipness sa pożizzjoni mil fin-Nofsinhar ta' Garroch Head u minn hemm sa Farland Head

Il-limitu ta' ġewwa fix-xitwa:

linja mill-Fanal ta' Cloch Lighthouse sa Dunoon Pier

Il-limitu ta' ġewwa fis-sajf:

linja minn Bogany Point, Isle of Bute sa Skelmorlie Castle u linja minn Ardlamont Point sa l-estremità tan-Nofsinhar ta' Ettrick Bay ġewwa Kyles of Bute

Nota: Il-limitu ta' ġewwa tas-sajf ta' hawn fuq huwa estiż bejn il-5 ta' Ġunju u l-5 ta' Settembru (iż-żewġ dati inklużi) b'linja minn punt żewġ mili 'l bogħod mix-xatt ta' Ayrshire fi Skelmorlie Castle sa Tomont End, Cumbrae, u linja minn Portachur Point, Cumbrae sa Inner Brigurd Point Ayrshire

Oban

F'żona mdawra fit-Tramuntana b'linja minn Dunollie Point Light sa Ard na Chruidh u fin-Nofsinhar b'linja minn Rudha Seanach sa Ard na Cuile

Kyle of Lochalsh

Minn Loch Alsh sal-ponta ta' Loch Duich

Loch Gairloch

Fix-xitwa:

xejn

Fis-sajf:

Fin-Nofsinhar ta' linja li tmur lejn il-Lvant minn Rubha na Moine sa Eilan Horrisdale u minn hemm sa Rubha nan Eanntag

L-IRLANDA TA' FUQ

Belfast Lough

Fix-xitwa:

xejn

Fis-sajf:

'il ġewwa minn linja minn Carrickfergus sa Bangor

u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

Loch Neagh

F'distanza ta' aktar minn 2 mili mix-xatt

IX-XATT TAL-LVANT TAL-INGILTERRA

Ix-Xmara Humber

Fix-xitwa:

'il ġewwa minn linja minn New Holland sa Paull

Fis-sajf:

'il ġewwa minn linja minn Cleethorpes Pier sa Patrington Church

u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

WALES U X-XATT TAL-PUNENT TAL-INGILTERRA

Ix-Xmara Severn

Fix-xitwa:

'il ġewwa minn linja minn Blacknore Point sa Caldicot Pill, Portskewett

Fis-sajf:

'il ġewwa minn linja minn Barry Dock Pier sa Steepholm u minn hemm sa Brean Down

u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

Ix-Xmara Wye

Fix-xitwa:

'il ġewwa minn linja minn Blacknore Point sa Caldicot Pill, Portskewett

Fis-sajf:

'il ġewwa minn linja minn Barry Dock Pier sa Steepholm u minn hemm sa Brean Down

u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

Newport

Fix-xitwa:

xejn

Fis-sajf:

'il ġewwa minn linja minn Barry Dock Pier sa Steepholm u minn hemm sa Brean Down

u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

Cardiff

Fix-xitwa:

xejn

Fis-sajf:

'il ġewwa minn linja minn Barry Dock Pier sa Steepholm u minn hemm sa Brean Down

u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

Barry

Fix-xitwa:

Xejn

Fis-sajf:

'il ġewwa minn linja minn Barry Dock Pier sa Steepholm u minn hemm sa Brean Down

u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

Swansea

'Il ġewwa minn linja li tgħaqqad it-trufijiet tan-naħa tal-baħar tal-breakwaters

Menai Straits

Ġewwa l-Menai Straits minn linja li tgħaqqad lil Llanddwyn Island Light ma' Dinas Dinlleu u linji li jgħaqqdu t-tarf t'isfel tal-Gżira ta' Puffin ma' Trwyn DuPoint u l-Istazzjon tal-Ferrovija ta' Llanfairfechan, u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

Ix-Xmara Dee

Fix-xitwa:

'il ġewwa minn linja minn Hilbre Point sa Point of Air

Fis-sajf:

'il ġewwa minn linja minn Formby Point sa Point of Air

u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

Ix-Xmara Mersey

Fix-xitwa:

Xejn

Fis-sajf:

'il ġewwa minn linja minn Formby Point sa Point of Air

u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

Preston u Southport

'Il ġewwa minn linja minn Southport sa Blackpool ġewwa x-xtut

u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

Fleetwood

Fix-xitwa:

Xejn

Fis-sajf:

'il ġewwa minn linja minn Rossal Point sa Humphrey Head

u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

Ix-Xmara Lune

Fix-xitwa:

Xejn

Fis-sajf:

'il ġewwa minn linja minn Rossal Point sa Humphrey Head

u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

Heysham

Fix-xitwa:

Xejn

Fis-sajf:

'il ġewwa minn linja minn Rossal Point sa Humphrey Head

Morecambe

Fix-xitwa:

Xejn

Fis-sajf:

'il ġewwa minn linja minn Rossal Point sa Humphrey Head

Workington

'Il ġewwa minn linja minn Southerness Point sa Silloth

u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

IN-NOFSINHAR TAL-INGILTERRA

Ix-Xmara Colne, Colchester

Fix-xitwa:

'il ġewwa minn linja minn Colne Point sa Whitstable

Fis-sajf:

'il ġewwa minn linja minn Clacton Pier sa Reculvers

Ix-Xmara Blackwater

Fix-xitwa:

'il ġewwa minn linja minn Colne Point sa Whitstable

Fis-sajf:

'il ġewwa minn linja minn Clacton Pier sa Reculvers

u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

Ix-Xmara Crouch u x-Xmara Roach

Fix-xitwa:

'il ġewwa minn linja minn Colne Point sa Whitstable

Fis-sajf:

'il ġewwa minn linja minn Clacton Pier sa Reculvers

u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

Ix-Xmara Thames u t-tributarji tagħha

Fix-xitwa:

'il ġewwa minn linja minn Colne Point sa Whitstable

Fis-sajf:

'il ġewwa minn linja minn Clacton Pier sa Reculvers

u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

Ix-Xmara Medway u s-Swale

Fix-xitwa:

'il ġewwa minn linja minn Colne Point sa Whitstable

Fis-sajf:

'il ġewwa minn linja minn Clacton Pier sa Reculvers

u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

Chichester

Ġewwa l-Isle of Wight f'żona mdawra b'linji mpinġija bejn il-kampnar tal-knisja, West Wittering, sa Trinity Church, Bembridge, lejn il-Lvant, u n-Needles u Hurst Point lejn il-Punent

u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

Langstone Harbour

Ġewwa l-Isle of Wight f'żona mdawra b'linji mpinġija bejn il-kampnar tal-knisja, West Wittering, sa Trinity Church, Bembridge, lejn il-Lvant, u n-Needles u Hurst Point lejn il-Punent

u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

Portsmouth

Ġewwa l-Isle of Wight f'żona mdawra b'linji mpinġija bejn il-kampnar tal-knisja, West Wittering, sa Trinity Church, Bembridge, lejn il-Lvant, u n-Needles u Hurst Point lejn il-Punent

u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

Bembridge, Isle of Wight

Ġewwa l-Isle of Wight f'żona mdawra b'linji mpinġija bejn il-kampnar tal-knisja, West Wittering, sa Trinity Church, Bembridge, lejn il-Lvant, u n-Needles u Hurst Point lejn il-Punent

u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

Cowes, Isle of Wight

Ġewwa l-Isle of Wight f'żona mdawra b'linji mpinġija bejn il-kampnar tal-knisja, West Wittering, sa Trinity Church, Bembridge, lejn il-Lvant, u n-Needles u Hurst Point lejn il-Punent

u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

Southampton

Ġewwa l-Isle of Wight f'żona mdawra b'linji mpinġija bejn il-kampnar tal-knisja, West Wittering, sa Trinity Church, Bembridge, lejn il-Lvant, u n-Needles u Hurst Point lejn il-Punent

u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

Ix-Xmara Beaulieu

Ġewwa l-Isle of Wight f'żona mdawra b'linji mpinġija bejn il-kampnar tal-knisja, West Wittering, sa Trinity Church, Bembridge, lejn il-Lvant, u n-Needles u Hurst Point lejn il-Punent

u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

Keyhaven Lake

Ġewwa l-Isle of Wight f'żona mdawra b'linji mpinġija bejn il-kampnar tal-knisja, West Wittering, sa Trinity Church, Bembridge, lejn il-Lvant, u n-Needles u Hurst Point lejn il-Punent

u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

Weymouth

Ġewwa Portland Harbour u bejn ix-Xmara Wey u Portland Harbour

Plymouth

'il ġewwa minn linja minn Cawsand sa Breakwater sa Staddon

u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

Falmouth

Fix-xitwa:

'il ġewwa minn linja minn St. Anthony Head sa Rosemullion

Fis-sajf:

'il ġewwa minn linja minn St. Anthony Head sa Nare Point

u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

Ix-Xmara Camel

'Il ġewwa minn linja minn Stepper Point sa Trebetherick Point

u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

Bridgewater

'Il ġewwa mill-barriera u n-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

Ix-Xmara Avon (Avon)

Fix-xitwa:

'il ġewwa minn linja minn Blacknore Point sa Caldicot Pill, Portskewett

Fis-sajf:

'il ġewwa minn linja minn Barry Pier sa Steepholm u minn hemm sa Brean Down

u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 2

Żona 2

Ir-Repubblika Ċeka

Il-lag artifiċjali Lipno

Il-Ġermanja

Ems

Minn linja mal-Ems qrib id-daħla tal-port ta' Papenburg bejn dak li qabel kien l-istazzjon tal-ippumpjar ta' Diemen u l-fetħa tad-diga f'Halte sa linja li tgħaqqad dak li qabel kien il-fanal ta' Greetsiel u l-moll tal-Punent tad-daħla tal-port f'Eemshaven

Jade

'Il ġewwa minn linja li tgħaqqad dak li kien is-salib tad-dawl ta' Schillig u t-torri tal-knisja ta' Langwarden

Weser

Mit-tarf tal-Majjistral tal-pont tal-ferrovija fi Bremen sa linja li tgħaqqad il-kampnari ta' Langwarden u Cappel, inklużi l-fergħat laterali ta' Westergate, Rekumer Loch, Rechter Nebenarm u Schweiburg

Elbe ma' Bütztflether

Süderelbe (minn 0,69 km sal-bokka fl-Elbe), Ruthenstrom (minn 3,75 km sal-bokka fl-Elbe),

Wischhafener Süderelbe (minn 8,03 km sal-ħalq fl-Elbe)

Mill-aktar limitu baxx tal-port ta' Hamburg sa linja li tgħaqqad il-fanal ta' Döse u t-tarf tal-Punent tad-diga ta' Friedrichskoog (Dieksand), inklużi n-Nebenelbe u t-tributarji ta' Este, Lühe, Schwinge, Oste, Pinnau, Krückau u Stör (f'kull każ mill-ħalq sad-diga mobbli)

Meldorfer Bucht

'Il ġewwa minn linja li tgħaqqad it-tarf tal-Punent tad-diga ta' Friedrichskoog (Dieksand) u ras il-moll tan-naħa tal-Punent f'Büsum

Eider

Minn ħalq il-Kanal Gieselau (22,64 km) sal-linja bejn in-nofs tal-fortizza (Tränke) u l-kampnar ta' Vollerwiek

Il-Kanal Gieslau

Mill-ħalq fl-Eider sal-ħalq fil-Kanal ta' Nord-Ostsee

Flensburger Förde

'Il ġewwa minn linja li tgħaqqad il-fanal ta' Kegnäs u Birknack u t-Tramuntana mill-fruntiera bejn il-Ġermaniżau d-Danimarka fil-Flensburger Förde

Schlei

'Il ġewwa minn linja bejn irjus il-moll ta' Schleimünde

Eckernförder Bucht

'Il ġewwa minn linja li tgħaqqad il-Boknis-Eck u l-ponta tal-Grigal tal-art kontinentali ħdejn Dänisch Nienhof

Kieler Förde

'Il ġewwa minn linja li tgħaqqad il-fanal ta' Bülk u l-monument navali ta' Laboe

Nord-Ostsee-Kanal inkluż Audorfer See u Schirnauer See

Minn linja li tgħaqqad irjus il-moll fi Brunsbüttel sa linja li tgħaqqad id-dwal tad-dħul f'Kiel-Holtenau, inklużi Obereidersee u Enge, Audorfer See, Borgstedter See u Enge, Schirnauer See, Flemhuder See u l-Achterwehrer Canal

Trave

Mit-tarf tal-Majjistral tal-pont tal-lift tal-ferrovija f'Lübeck mal-Pötenitzer Wiek, u d-Dassower See sa linja li tgħaqqad l-irjus tal-moll tan-Nofsinhar ta' ġewwa u tat-Tramuntana ta' barra fi Travemünde

Leda

Mid-daħla tal-port ta' barra tal-magħluq tal-baħar ta' Leer sal-ħalq fl-Eems

Hunte

Mill-port ta' Oldenburg u minn 140 m fid-direzzjoni tax-xmara mill-Amalienbrücke f'Oldenburg sal-ħalq fil-Weser

Lesum

Mill-konfluenza tal-Hamme u l-Wümme (0,00 km) sal-ħalq fil-Weser

Este

Mill-ilma taħt il-magħluq ta' Buxtehude (0,25 km) sal-ħalq fl-Elbe

Lühe

Mill-ilma taħt id-diga tal-Au-Mühle f'Horneburg (0,00 km) sal-ħalq fl-Elbe

Schwinge

Mit-tarf tat-Tramuntana tal-magħluq ta' Salztor fi Stade sal-ħalq fl-Elbe

Oste

Minn 210 m 'il fuq mil-linja tan-nofs tal-pont tat-traffiku fuq id-diga mobbli ta' Oste (69,360 km) sal-ħalq fl-Elbe

Pinnau

Mit-tarf tal-Lbiċ tal-pont tal-ferrovija f'Pinneberg sal-ħalq fl-Elbe

Krückau

Mit-tarf tal-Lbiċ tal-pont li jwassal minn/lejn il-Wedenkamp f'Elmshorn sal-ħalq fl-Elbe

Stör

Mill-kejl tal-marea ta' Rensing sal-ħalq fl-Elbe

Freiburger Hafenpriel

Mit-tarf tal-Lvant tal-magħluq fi Freiburg an der Elbe sal-ħalq fl-Elbe

Wismarbucht, Kirchsee, Breitling, Salzhaff u ż-żona tal-port ta' Wismar

Lejn in-naħa tal-baħar sa linja bejn Hoher Wieschendorf Huk u l-fanal ta' Timmendorf u linja li tgħaqqad il-fanal ta' Gollwitz fuq il-gżira ta' Poel u l-ponta tan-Nofsinhar tal-peniżola ta' Wustrow

Warnow, inkluż il-Breitling u l-fergħat laterali

Fid-direzzjoni tal-Mühlendamm mit-tarf tat-Tramuntana tal-Geinitzbrücke f'Rostock lejn il-baħar sa linja li tgħaqqad il-ponot tat-Tramuntana tal-mollijiet tal-Punent u tal-Lvant f'Warnemünde

Ilmijiet imdawra mill-art kontinentali u l-peniżoli ta' Darß u Zingst u l-gżejjer ta' Hiddensee u Rügen (inkluża ż-żona tal-port ta' Stralsund)

Lejn in-naħa tal-baħar bejn

il-peniżola ta' Zingst u l-gżira ta' Bock: sal-latitudni 54° 26′ 42′ N

il-gżejjer ta' Bock u Hiddensee: sa linja li tgħaqqad il-ponta tat-Tramuntana tal-gżira ta' Bock u l-ponta tan-Nofsinhar tal-gżira ta' Hiddensee

il-gżira ta' Hiddensee u l-gżira ta' Rügen (Bug): sa linja li tgħaqqad il-pont tax-Xlokk ta' Neubessin u Buger Haken

Kleine Jasmunder Bodden

 

Greifswalder Bodden

Bodden, in-naħa tal-baħar sa linja mill-ponta tal-Lvant ta' Thiessower Haken (Südperd) sal-ponta tal-Lvant tal-gżira ta' Ruden u tibqa' sejjer sal-ponta tat-Tramuntana tal-gżira ta' Usedom (54° 10′ 37′ N, 13° 47′ 51′ E)

Ryck

Lvant mill-pont ta' Steinbecker fi Greifwald sal-linja li tgħaqqad fuq irjus il-mollijiet

Ilmijiet imdawra mill-art kontinentali u l-gżira ta' Usedom (il-Peenestrom, inkluża ż-żona tal-port ta' Wolgast u Achterwasser, u Oder Haff)

Lvant sal-fruntiera mar-Repubblika tal-Polonja fl-iStettiner Haff

Uecker

Mit-tarf tal-Lbiċ tal-pont tat-traffiku fil-Uekermünde tal-linja li tgħaqqad fuq irjus il-mollijiet

Nota: Fil-każ ta' bastimenti li l-port ta' domiċilju tagħhom huwa Stat ieħor, għandu jitqies l-Artikolu 32 tat-Trattat ta' Ems-Dollart tat-8 ta' April 1960 (BGBl. 1963 II p. 602).

Franza

il-Gironde mill-punt tal-kilometru (PK 48,50) sal-parti tan-naħa tad-direzzjoni tax-xmara tal-punt tal-Ile de Patiras, sal-limitu trasversali tal-baħar definit mil-linja li tgħaqqad il-Pointe de Grave mal-Pointe de Suzac;

il-Loire minn Cordemais (PK 25) sal-limitu trasversali tal-baħar definit mil-linja li tgħaqqad il-Pointe de Mindin mal-Pointe de Penhoët;

Is-Seine mill-bidu tat-Tancarville Canal sal-limitu trasversali tal-baħar definit mil-linja minn Cape Hode, fuq in-naħa tal-lemin tax-xmara, sal-punt, fuq in-naħa tax-xellug tax-xmara, fejn id-diga ppjanata tiltaqa' max-xatt taħt Berville;

Il-Vilaine mill-Arzal Dam sal-limitu trasversali tal-baħar definit mil-linja li tgħaqqad il-Pointe du Scal mal-Pointe du Moustoir;

Il-Lag ta' Ġinevra.

L-Ungerija

Il-Lag Balaton

In-Netherlands

Dollard

Eems

Waddenzee: inklużi l-konnessjonijiet mal-Baħar tat-Tramuntana

IJsselmeer: inluż il-Markermeer u l-Ijmeer iżda mhux il-Gouwzee

Nieuwe Waterweg u x-Scheur

Caland Kanaal lejn in-naħa tal-Punent mill-port ta' Benelux

Hollands Diep

Breeddiep, Beerkanaal u l-portijiet konnessi tiegħu

Haringvliet and Vuile Gat: inklużi l-passaġġi fuq l-ilma bejn Goeree-Overflakkee minn naħa u Voorne-Putten u Hoeksche Waard mill-oħra

Hellegat

Volkerak

Krammer

Grevelingenmeer and Brouwerschavensche Gat: inklużi l-passaġġi kollha fuq l-ilma bejn Schouwen-Duiveland u Goeree-Overflakkee

Keten, Mastgat, Zijpe, Krabbenkreek, Eastern Scheldt and Roompot: inklużi l-passaġġi fuq l-ilma bejn Walcheren, Noord-Beveland u Zuid-Beveland minn naħa u Schouwen-Duiveland u Tholen fuq in-naħa l-oħra, minbarra x-Scheldt-Rhine Canal

Scheldt and Western Scheldt and its mouth on the sea: inklużi l-passaġġi fuq l-ilma bejn Zeeland Flanders, fuq naħa, u Walcheren u Zuid-Beveland, fuq l-oħra, minbarra x-Scheldt-Rhine anal

Il-Polonja

Il-Laguna ta' Szczecin

Il-Laguna ta' Kamień

Il-Laguna ta' Wisła

Il-Bajja ta' Puck

Il-Ġibjun ta' Włocławski

Il-Lag Śniardwy

Il-Lag Niegocin

Il-Lag Mamry

L-Iżvezja

Göta älv, li tmiss fil-Lvant mal-pont ta' Göta älv u fil-Punent mal-pont ta' Älvsborg

Ir-Renju Unit

L-ISKOZJA

Scapa Flow

F'żona mdawra b'linji mpinġija minn Wharth fuq il-gżira ta' Flotta sa Martello Tower fuq South Walls, u minn Cletts Point fuq il-gżira ta' Hoy sal-ponta tat-triangulazzjoni ta' Thomson's Hill fuq il-gżira ta' Fara u minn hemm sa Gibraltar Pier fuq il-gżira ta' Flotta

Kyle of Durness

Fin-Nofsinhar ta' Eilean Dubh

Cromarty Firth

'Il ġewwa minn linja bejn North Sutor u South Sutor

Inverness

'Il ġewwa minn linja minn Fort George sa Chanonry Point

il-Bajja ta' Findhorn

'Il ġewwa mill-ponta tal-art

Aberdeen

'Il ġewwa minn linja minn South Jetty sa Abercromby Jetty

Montrose Basin

Lejn il-Punent minn linja li tmur mit-Tramuntana għan-Nofsinhar tul id-daħla tal-port fil-Fanal ta' Scurdie Ness

Ix-Xmara Tay — Dundee

'Il ġewwa minn linja mill-baċir tal-marea (baċir tal-ħut), Dundee sa Craig Head, East Newport

Firth of Forth u x-Xmara Forth

'Il ġewwa minn Firth of Forth iżda mhux fil-Lvant tal-pont tal-ferrovija ta' Forth

Dumfries

'Il ġewwa minn linja minn Airds Point sa Scar Point

Loch Ryan

'Il ġewwa minn linja minn Cairn Point sa Kircolm Point

Ayr Harbour

'Il ġewwa mill-Barriera

The Clyde

'Il fuq mill-ilmijiet ta' Żona 1

Kyles of Bute

Bejn Colintraive u Rhubodach

Campbeltown Harbour

'Il ġewwa minn linja minn Macringan's Point sa Ottercharach Point

Loch Etive

'Il ġewwa minn Loch Etive 'il fuq mill-Falls of Lora

Loch Leven

'Il fuq mill-pont f'Ballachulish

Loch Linnhe

Fit-Tramuntana tal-fanal ta' Corran Point

Loch Eil

Il-lag kollu

Caledonian Canal

Lochs Lochy, Oich u Ness

Kyle of Lochalsh

'Il ġewwa minn Kyle Akin mhux lejn in-naħa tal-Punent ta' Eilean Ban Light jew in-naħa tal-Lvant ta' Eileanan Dubha

Loch Carron

Bejn Stromemore u Strome Ferry

Loch Broom, Ullapool

'Il ġewwa minn linja minn Ullapool Pool Light sa Aultnaharrie

Kylesku

Tul Loch Cairnbawn fiż-żona bejn il-ponta l-aktar fil-Lvant ta' Garbh Eilean u l-ponta l-aktar fil-Punent ta' Eilean na Rainich

Stornoway Harbour

'Il ġewwa minn linja minn Arnish Point sal-Fanal tal-Bajja ta' Sandwick, in-naħa tal-Majjistral

Is-Sound of Scalpay

Mhux lejn il-Lvant ta' Berry Cove (Scalpay) u mhux lejn il-Punent ta' Croc a Loin (Harris)

North Harbour, Scalpay u Tarbert Harbour

Mil 'il bogħod mix-xatt tal-Gżira ta' Harris

Loch Awe

Il-lag kollu

Loch Katrine

Il-lag kollu

Loch Lomond

Il-lag kollu

Loch Tay

Il-lag kollu

Loch Loyal

Il-lag kollu

Loch Hope

Il-lag kollu

Loch Shin

Il-lag kollu

Loch Assynt

Il-lag kollu

Loch Glascarnoch

Il-lag kollu

Loch Fannich

Il-lag kollu

Loch Maree

Il-lag kollu

Loch Gairloch

Il-lag kollu

Loch Monar

Il-lag kollu

Loch Mullardach

Il-lag kollu

Loch Cluanie

Il-lag kollu

Loch Loyne

Il-lag kollu

Loch Garry

Il-lag kollu

Loch Quoich

Il-lag kollu

Loch Arkaig

Il-lag kollu

Loch Morar

Il-lag kollu

Loch Shiel

Il-lag kollu

Loch Earn

Il-lag kollu

Loch Rannoch

Il-lag kollu

Loch Tummel

Il-lag kollu

Loch Ericht

Il-lag kollu

Loch Fionn

Il-lag kollu

Loch Glass

Il-lag kollu

Loch Rimsdale/nan Clar

Il-lag kollu

L-IRLANDA TA' FUQ

Strangford Lough

'Il ġewwa minn linja minn Cloghy Point sa Dogtail Point

Belfast Lough

'Il ġewwa minn linja minn Holywood sa Macedon Point

Larne

'Il ġewwa minn linja minn Larne Pier sal-moll tat-tragetti fuq Island Magee

Ix-Xmara Bann

Mit-trufijiet tan-naħa tal-baħar tal-breakwaters sa Toome Bridge

Lough Erne

Upper u Lower Lough Erne

Lough Neagh

Żewġ mili 'l bogħod mix-xatt

IX-XATT TAL-LVANT TAL-INGILTERRA

Berwick

'Il ġewwa mill-breakwaters

Warkworth

'Il ġewwa mill-breakwaters

Blyth

'Il ġewwa minn Outer Pier Heads

Ix-Xmara Tyne

Dunston Staithes sa Tyne Pier Heads

Ix-Xmara Wear

Fatfield sa Sunderland Pier Heads

Seaham

'Il ġewwa mill-breakwaters

Hartlepool

'Il ġewwa minn linja minn Middleton Jetty sa Old Pier Head

'Il ġewwa minn linja li tgħaqqad North Pier Head ma' South Pier Head

Ix-Xmara Tees

'Il ġewwa minn linja li testendi lejn il-Punent minn Government Jetty sa Tees Barrage

Whitby

'Il ġewwa minn Whitby Pier Heads

Ix-Xmara Humber

'Il ġewwa minn linja minn North Ferriby sa South Ferriby

Grimsby Dock

'Il ġewwa minn linja mill-West Pier tat-Tidal Basin sal-East Pier tal-Baċiri tal-Ħut, North Quay

Boston

'Il ġewwa minn New Cut

Ix-Xmara Dutch

Il-kanal kollu

Ix-Xmara Hull

Beverley Beck sax-Xmara Humber

Kielder Water

Il-lag kollu

Ix-Xmara Ouse

Taħt Naburn Lock

Ix-Xmara Trent

Taħt Cromwell Lock

Ix-Xmara Wharfe

Minn fejn tiltaqa' max-Xmara Ouse sa Tadcaster Bridge

Scarborough

'Il ġewwa minn Scarborough Pier Heads

WALES U X-XATT TAL-PUNENT TAL-INGILTERRA

Ix-Xmara Severn

Fit-Tramuntana ta' linja li tmur lejn il-Punent minn Sharpness Point (51° 43,4′ N) sa Llanthony u Maisemore Weirs u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 3

Ix-Xmara Wye

F'Chepstow, fit-Tramuntana tal-latitudni (51° 38,0′ N) sa Monmouth

Newport

Fit-Tramuntana tal-kejbils tad-dawl li jaqsmu f'Fifoots Points

Cardiff

'Il ġewwa minn linja minn South Jetty sa Penarth Head

u l-ilmijiet magħluqa lejn il-Punent ta' Cardiff Bay Barrage

Barry

'Il ġewwa minn linja li tgħaqqad it-trufijiet tan-naħa tal-baħar tal-breakwaters

Port Talbot

'Il ġewwa minn linja li tgħaqqad it-trufijiet tan-naħa tal-baħar tal-breakwaters fuq ix-Xmara Afran barra mill-baċiri magħluqa

Neath

'Il ġewwa minn linja li tgħaddi lejn it-Tramuntana mit-tarf tan-naħa tal-baħar ta' Baglan Bay Tanker Jetty (51° 37,2′ N, 3° 50,5′ W)

Llanelli u Burry Port

F'żona magħluqa b'linja mpinġija minn Burry Port Western Pier sa Whiteford Point

Milford Haven

'Il ġewwa minn linja minn South Hook Point sa Thorn Point

Fishguard

'Il ġewwa minn linja li tgħaqqad it-trufijiet tan-naħa tal-baħar tal-breakwaters tat-Tramuntana u tal-Lvant

Cardigan

'Il ġewwa minn Narrows f'Pen-Yr-Ergyd

Aberystwyth

'Il ġewwa mit-trufijiet tan-naħa tal-baħar tal-breakwaters

Aberdyfi

'Il ġewwa minn linja minn Aberdyfi Railway Station sa Twyni Bach Beacon

Barmouth

'Il ġewwa minn linja minn Barmouth Railway Station sa Penrhyn Point

Portmadoc

'Il ġewwa minn linja minn Harlech Point sa Graig Ddu

Holyhead

F'żona magħluqa mill-breakwater ewlieni u linja mpinġija minn ras il-breakwater sa Brynglas Point, il-Bajja ta' Towyn

Menai Straits

'Il ġewwa minn Menai Straits bejn linja li tgħaqqad Aber Menai Point ma' Belan Point u linja li tgħaqqad Beaumaris Pier ma' Pen-y-Coed Point

Conway

'Il ġewwa minn linja minn Mussel Hill sa Tremlyd Point

Llandudno

'Il ġewwa mill-breakwater

Rhyl

'Il ġewwa mill-breakwater

Ix-Xmara Dee

'Il fuq minn Connah's Quay sal-punt tal-estrazzjoni tal-ilma f'Barrelwell Hill

Ix-Xmara Mersey

'Il ġewwa minn linja bejn il-Fanal ta' Rock u l-baċir tal-Majjistral ta' Seaforth minbarra l-baċiri oħra

Preston u Southport

'Il ġewwa minn linja minn Lytham sa Southport u fil-baċiri ta' Preston

Fleetwood

'Il ġewwa minn linja minn Low Light sa Knott

Ix-Xmara Lune

'Il ġewwa minn linja minn Sunderland Point sa Chapel Hill sa u inkluż il-Baċir ta' Glasson

Barrow

'Il ġewwa minn linja li tgħaqqad Haws Point, l-Isle of Walney ma' Roa Island Slipway

Whitehaven

'Il ġewwa mill-breakwater

Workington

'Il ġewwa mill-breakwater

Maryport

'Il ġewwa mill-breakwater

Carlisle

'Il ġewwa minn linja li tgħaqqad Carlisle Point ma' Torduff

Coniston Water

Il-lag kollu

Derwentwater

Il-lag kollu

Ullswater

Il-lag kollu

Windermere

Il-lag kollu

IN-NOFSINHAR TAL-INGILTERRA

Blakeney u Morston Harbour u d-daħliet għalihom

Lejn il-Lvant ta' linja li tmur lejn in-Nofsinhar minn Blakeney Point sad-daħla tax-Xmara Stiffkey

Ix-Xmara Orwell u x-Xmara Stour

Ix-Xmara Orwell 'il ġewwa minn linja mill-breakwater ta' Blackmanshead sa Landguard Point u lejn in-naħa tal-baħar tal-ilmijiet ta' Żona 3

Ix-Xmara Blackwater

Il-passaġġi fuq l-ilma kollha 'il ġewwa minn linja mill-estremità tal-Lbiċ ta' Mersea Island sa Sales Point

Ix-Xmara Crouch u x-Xmara Roach

Ix-Xmara Crouch 'il ġewwa minn linja minn Holliwell Point sa Foulness Point, inkluża x-Xmara Roach

Ix-Xmara Thames u t-tributarji tagħha

Ix-Xmara Thames 'il fuq minn linja mpinġija lejn it-Tramuntana/Nofsinhar mill-estremità tal-Lvant ta' Denton Wharf Pier, Gravesend sa Teddington Lock

Ix-Xmara Medway u s-Swale

Ix-Xmara Medway minn linja mpinġija minn Garrison Point sat-Torri Grain, sa Allington Lock; u s-Swale minn Whitstable sal-Medway

Ix-Xmara Stour (Kent)

Ix-Xmara Stour 'il fuq mill-ħalq sal-punt ta' nżul f'Flagstaff Reach

Il-Port ta' Dover

'Il ġewwa minn linji mpinġija tul id-daħliet tal-Lvant u tal-Punent tal-Port

Ix-Xmara Rother

Ix-Xmara Rother 'il fuq minn Tidal Signal Station f'Camber sa Scots Float Sluice u lejn il-magħluq tad-daħla fuq ix-Xmara Brede

Ix-Xmara Adur u Southwick Canal

'Il ġewwa minn linja mpinġija tul id-daħla ta' Shoreham Harbour sa Southwick Canal Lock u sat-tarf tal-Punent ta' Tarmac Wharf

Ix-Xmara Arun

Ix-Xmara Arun 'il fuq minn Littlehampton Pier sa Littlehampton Marina

Ix-Xmara Ouse (Sussex) Newhaven

Ix-Xmara Ouse minn linja mpinġija tul il-mollijiet tad-daħla tal-Port ta' Newhaven sat-tarf tat-Tramuntana ta' North Quay

Brighton

Il-port fuq in-naħa ta' barra ta' Brighton Marina 'il ġewwa minn linja mit-tarf tan-Nofsinhar ta' West Quay sat-tarf tat-Tramuntana ta' South Quay

Chichester

'Il ġewwa minn linja mpinġija bejn il-ponta ta' Eastoke u l-kampnar tal-knisja, West Wittering u lejn in-naħa tal-baħar mill-ilmijiet ta' Żona 3

Langstone Harbour

'Il ġewwa minn linja mpinġija bejn Eastney Point u Gunner Point

Portsmouth

'Il ġewwa minn linja mpinġija tul id-daħla tal-port mill- Port ta' Blockhouse sar-Round Tower

Bembridge, Isle of Wight

'Il ġewwa mill-Port ta' Brading

Cowes, Isle of Wight

Ix-Xmara Medina 'l ġewwa minn linja mill-Breakwater Light fuq ix-xatt tal-Lvant sal-House Light fuq ix-xatt tal-Punent

Southampton

'Il ġewwa minn linja minn Calshot Castle sa Hook Beacon

Ix-Xmara Beaulieu

'Il ġewwa mix-Xmara Beaulieu mhux in-naħa tal-Lvant ta' linja Tramuntana/Nofsinhar li tgħaddi minn Inchmery House

Keyhaven Lake

'Il ġewwa minn linja mpinġija lejn it-Tramuntana minn Hurst Point Low Light sa Keyhaven Marshes

Christchurch

The Run

Poole

'Il ġewwa mil-linja taċ-Chain Ferry bejn Sandbanks u South Haven Point

Exeter

'Il ġewwa minn linja Lvant-Punent minn Warren Point sal-Inshore Lifeboat Station faċċata ta' Checkstone Ledge

Teignmouth

'Il ġewwa mill-port

Ix-Xmara Dart

'Il ġewwa minn linja minn Kettle Point sa Battery Point

Ix-Xmara Salcombe

'Il ġewwa minn linja minn Splat Point sa Limebury Point

Plymouth

'Il ġewwa minn linja minn Mount Batten Pier sa Raveness Point li tgħaddi minn Drake's Island; ix-Xmara Yealm 'il ġewwa minn linja minn Warren Point sa Misery Point

Fowey

'Il ġewwa mill-Port

Falmouth

'Il ġewwa minn linja minn St Anthony Head sa Pendennis Point

Ix-Xmara Camel

'Il ġewwa minn linja minn Gun Point sa Brea Hill

Ix-Xmajjar Taw u Torridge

'Il ġewwa minn linja ta' 200° mill-fanal fuq Crow Point sax-xatt fi Skern Point

Bridgewater

Fin-Nofsinhar ta' linja li tmur lejn il-Lvant minn Stert Point (51° 13,0′ N)

Ix-Xmara Avon (Avon)

'Il ġewwa minn linja minn Avonmouth Pier sa Wharf Point, sa Netham Dam

KAPITOLU 2

Żona 3

Il-Belġju

Maritime Scheldt (fid-direzzjoni tax-xmara mill-ankoraġġ miftuħ ta' Antwerp)

Il-Bulgarija

id-Danubju: minn rkm 845,650 sa rkm 374,100

Ir-Repubblika Ċeka

Lagi artifiċjali: Brněnská (Kníničky), Jesenice, Nechranice, Orlík, Rozkoš, Slapy, Těrlicko, Žermanice u Nové Mlýny III

Lagi tat-tħaffir ta' żrar ramli: Ostrožná Nová Ves u Tovačov

Il-Ġermanja

Id-Danubju

Minn Kelheim (2 414,72  km) sal-fruntiera Ġermaniża-Awstrijaka

Ir-Renu b'Lampertheimer Altrhein (minn 4,75 km sar-Rijn), Altrhein Stockstadt-Erfelden (minn 9,80 km sar-Rijn)

Mill-fruntiera Ġermaniża-Żvizzera sal-fruntiera Ġermaniża-Netherlandiża

Elbe (Norderelbe) inkluż Süderelbe en Köhlbrand

Minn ħalq il-kanal Elbe-Seiten sal-limitu inferjuri tal-port ta' Hamburg

Müritz

 

Franza

l-Adour mill-Bec du Gave sal-baħar;

l-Aulne mill-magħluq f'Châteaulin sal-limitu trasversali tal-baħar definit mill-Passage de Rosnoën;

il-Blavet minn Pontivy sal-Pont du Bonhomme;

il-Calais Canal;

il-Charente mill-pont f'Tonnay-Charente sal-limitu trasversali tal-baħar definit mil-linja li tgħaddi miċ-ċentru tad-dawl fid-direzzjoni tax-xmara fuq ix-xatt tax-xellug tax-xmara u miċ-ċentru tal-Fort de la Pointe;

id-Dordogne mill-konfluwenza mal-Lidoire sal-Bec d'Ambès;

il-Garonne mill-pont f'Castet en Dorthe sal-Bec d'Ambès;

il-Gironde mill-Bec d'Ambès sal-linja trasversali fi 48,50 PK u jgħaddi mill-punt lejn id-direzzjoni tax-xmara tal-Ile de Patiras;

il-Hérault mill-port ta' Bessan sal-baħar, sal-limitu ta' fuq tal-parti tax-xatt li tinkesa mill-marea;

l-Isle mill-konfluwenza mad-Dronne sal-konfluwenza mad-Dordogne;

il-Loire mill-konfluwenza mal-Maine sa Cordemais (25 PK);

il-Marne mill-pont f'Bonneuil (169bis900 PK) u l-magħluq f'St Maur sal-konfluwenza mas-Seine;

ir-Renu

in-Nive mid-diga ta' Haïtze f'Ustaritz sal-konfluwenza mal-Adour;

l-Oise mill-magħluq ta' Janville sal-konfluwenza mas-Seine;

l-Orb minn Sérignan sal-baħar, sal-limitu ta' fuq tal-parti tax-xatt li tinkesa mill-marea;

ir-Rhône mill-fruntiera mal-Isvizzera sal-baħar, minbarra l-Petit Rhône;

is-Saône mill-pont tal-Pont de Bourgogne sa Chalon-sur-Saône sal-konfluwenza mar-Rhône;

is-Seine mill-magħluq f'Nogen-sur-Seine sal-bidu tat-Tancarville Canal;

is-Sèvre Niortaise mill-magħluq f'Marans fil-limitu trasversali tal-baħar faċċata tad-dar tal-għassa sal-ħalq;

is-Somme min-naħa tad-direzzjoni tax-xmara tal-pont tal-Pont de la Portelette f'Abbeville sal-vjadott tan-Noyelles sal-istazzjon ferrovjarju ta' Saint-Valéry-sur-Somme;

il-Vilaine minn Redon (89,345 PK) sad-Diga Arzal;

Il-Lag Amance;

Il-Lag Annecy;

Il-Lag Biscarosse;

Il-Lag Bourget;

Il-Lag Carcans;

Il-Lag Cazaux;

Il-Lag Der-Chantecoq;

Il-Lag Guerlédan;

Il-Lag Hourtin;

Il-Lag Lacanau;

Il-Lag Orient;

Il-Lag Pareloup;

Il-Lag Parentis;

Il-Lag Sanguinet;

Il-Lag Serre-Ponçon;

Il-Lag Temple.

Il-Kroazja

Id-Danubju: minn rkm 1 295 + 500 sa rkm 1 433 + 100

Ix-Xmara Drava: minn rkm 0 sa rkm 198 + 600

Ix-Xmara Sava: minn rkm 210 + 800 sa rkm 594 + 000

Ix-Xmara Kupa: minn rkm 0 sa rkm 5 + 900

Ix-Xmara Una: minn rkm 0 sa rkm 15

L-Ungerija

Id-Danubju: minn rkm 1 812 sa rkm 1 433

Danube Moson: minn rkm 14 sa rkm 0

Danube Szentendre: minn rkm 32 sa rkm 0

Danube Ráckeve: minn rkm 58 sa rkm 0

Ix-Xmara Tisza: minn rkm 685 sa rkm 160

Ix-Xmara Dráva: minn rkm 198 sa rkm 70

Ix-Xmara Bodrog: minn rkm 51 sa rkm 0

Ix-Xmara Kettős-Körös: minn rkm 23 sa rkm 0

Ix-Xmara Hármas-Körös: minn rkm 91 sa rkm 0

Il-Kanal Sió: minn rkm 23 sa rkm 0

Il-Lag Velence

Il-Lag Fertő

In-Netherlands

Ir-Renu

Sneekermeer, Koevordermeer, Heegermeer, Fluessen, Slotermeer, Tjeukemeer, Beulakkerwijde, Belterwijde, Ramsdiep, Ketelmeer, Zwartemeer, Veluwemeer, Eemmeer, Alkmaardermeer, Gouwzee, Buiten IJ, Afgesloten IJ, Noordzeekanaal, il-port ta' IJmuiden, iż-żona tal-port ta' Rotterdam, Nieuwe Maas, Noord, Oude Maas, Beneden Merwede, Nieuwe Merwede, Dordische Kil, Boven Merwede, Waal, Kanal Bijlandsch, Boven Rijn, Pannersdensch Canal, Geldersche IJssel, Neder Rijn, Lek, Amsterdam-Rhine-Canal, Veerse Meer, Kanal-Schelde-Rhine sal-ħalq fil-Volkerak, Amer, Bergsche Maas, il-Meuse taħt Venlo, Gooimeer, Europort, Calandkanaal (lejn il-lvant mill-port ta' Benelux), Hartelkanaal

L-Awstrija

Id-Danubju: mill-fruntiera mal-Ġermanja sal-fruntiera mas-Slovakkja

Inn: mill-ħalq sal-Impjant tal-Enerġija ta' Passau-Ingling

Traun: mill-ħalq sa 1,80 km

Enns: mill-ħalq sa 2,70 km

March: sa 6,00 km

Il-Polonja

Ix-Xmara Biebrza mill-estwarju tal-Kanal Augustowski sal-estwarju tax-xmara Narwia

Ix-Xmara Brda mill-konnessjoni mal-Kanal Bydgoski f'Bydgoszcz sal-estwarju tax-xmara Wisła

Ix-Xmara Bug mill-estwarju tax-xmara Muchawiec sal-estwarju tax-Xmara Narwia

Il-Lag Dąbie sal-fruntiera mal-ilmijiet tal-baħar interni

Il-Kanal Augustowski mill-konnessjoni max-xmara Biebrza sal-fruntiera tal-Istat, flimkien mal-lagi li jinsabu tul ir-rotta ta' dan il-Kanal

Il-Kanal Bartnicki mil-Lag Ruda Woda sal-Lag Bartężek, flimkien mal-Lag Bartężek

Il-Kanal Bydgoski

Il-Kanal Elbląski mil-Lag Druzno sal-Lag Jeziorak u l-Lag Szeląg Wielki, flimkien ma' dawn il-lagi u l-lagi fuq ir-rotta tal-Kanal, u passaġġ sekondarju fid-direzzjoni ta' Zalewo mill-Lag Jeziorak sal-Lag Ewingi, inklużi

Il-Kanal Gliwicki flimkien mal-Kanal Kędzierzyński

Il-Kanal Jagielloński mill-konnessjoni max-Xmara Elbląg sax-xmara Nogat

Il-Kanal Łączański

Il-Kanal Ślesiński mal-lagi li jinsabu tul ir-rotta ta' dan il-Kanal u l-Lag Gopło

Il-Kanal Żerański

Ix-Xmara Martwa Wisła mix-xmara Wisła fi Przegalina sal-fruntiera mal-ilmijiet tal-baħar interni

Ix-Xmara Narew mill-estwarju tax-xmara Biebrza sal-estwarju tax-xmara Wisła, flimkien mal-Lag Zegrzyński

Ix-Xmara Nogat mix-xmara Wisła sal-estwarju tal-Laguna ta' Wisła

Ix-Xmara Noteć (in-naħa ta' fuq) mil-Lag Gopło sal-konnessjoni mal-Kanal Górnonotecki u l-Kanal Górnonotecki u x-xmara Noteć (in-naħa ta' isfel) mill-konnessjoni tal-Kanal ta' Bydgoski mal-estwarju tax-Xmara Warta

Ix-Xmara Nysa Łużycka minn Gubin sal-estwarju għax-Xmara Odra

Ix-Xmara Odra mill-belt ta' Racibórz sal-konnessjoni max-Xmara Odra tal-Lvant li ddur fix-Xmara Regalica mill-Klucz-Ustowo Piercing, flimkien ma' dik ix-xmara u l-fergħat tagħha sal-Lag Dąbie kif ukoll passaġġ sekondarju tax-Xmara Odra mill-magħluq ta' Opatowice sal-magħluq fil-belt ta' Wrocław

Ix-Xmara Odra tal-Punent minn diga f'Widuchowa (704,1 km tax-Xmara Odra) sa fruntiera mal-ilmijiet tal-baħar interni, flimkien mal-fergħat laterali kif ukoll il-Klucz-Ustowo Piercing li tgħaqqad ix-Xmara Odra tal-Lvant max-Xmara Odra tal-Punent

Ix-Xmara Parnica u l-Parnicki Piercing mix-Xmara Odra tal-Punent sa fruntiera mal-ilmijiet tal-baħar interni

Ix-Xmara Pisa mil-Lag Roś sal-estwarju tax-Xmara Narew

Ix-Xmara Szkarpawa mix-Xmara Wisła sal-estwarju tal-Laguna ta' Wisła

Ix-Xmara Warta mil-Lag ta' Ślesiński sal-estwarju tax-Xmara Odra

Is-Sistema ta' Wielkie Jeziora Mazurskie li tinkludi l-lagi marbuta ma' xulxin bix-xmajjar u l-kanali li jiffurmaw rotta ewlenija mil-Lag Roś (inkluż) f'Pisz sal-Kanal Węgorzewski (inklużiv) f'Węgorzewo, flimkien mal-Lagi Seksty, Mikołajskie, Tałty, Tałtowisko, Kotek, Szymon, Szymoneckie, Jagodne, Boczne, Tajty, Kisajno, Dargin, Łabap, Kirsajty u Święcajty, flimkien mal-Kanal Giżycki u l-Kanal Niegociński u l-Kanal Piękna Góra, u passaġġ sekondarju tal-Lag Ryńskie (inkluż) f'Ryn sal-Lag Nidzkie (sa 3 km, li jifforma fruntiera mar-riżerva naturali tal-“Lag Nidzkie”), flimkien mal-lagi Bełdany, Guzianka Mała u Guzianka Wielka

Ix-Xmara Wisła mill-estwarju tax-Xmara Przemsza sal-konnessjoni mal-Kanal Łączański kif ukoll mill-estwarju ta' dak il-Kanal fi Skawina sal-estwarju tax-Xmara Wisła sal-Bajja ta' Gdańsk, minbarra l-Ġibjun ta' Włocławski

Ir-Rumanija

Id-Danubju: mill-fruntiera bejn is-Serbja u r-Rumanija (1 075 km) sal-Baħar l-Iswed fuq il-fergħa tal-Kanal ta' Sulina

Il-Kanal tad-Danubju-il-Baħar l-Iswed (twil 64,410 km): minn fejn jingħaqad max-xmara Danubju, 299,300 km 'il bogħod mid-Danubju f'Cernavodă (64,410 km 'il bogħod mill-Kanal rispettivament), sal-Port ta' Constanta South — Agigega (“0” km 'il bogħod mill-Kanal)

Il-Kanal ta' Poarta Albă–Midia Năvodari (twil 34,600 km): minn fejn jagħqad mal-Kanal bejn id-Danubju u l-Baħar l-Iswed 29,410 km f'Poarta Albă (27,500 km 'il bogħod mill-Kanal rispettivament) sal-Port ta' Midia (“0” km 'il bogħod mill-Kanal)

Is-Slovakkja

Id-Danubju: minn rkm 1 880,26 sa rkm 1 708,20

Il-Kanal tad-Danubju: minn rkm 1 851,75 sa rkm 1 811,00

Ix-Xmara Váh: minn rkm 0,00 sa rkm 70,00

Ix-Xmara Morava: minn rkm 0,00 sa rkm 6,00

Ix-Xmara Bodrog: minn rkm 49,68 sa rkm 64,85

Lagi artifiċjali: Oravská Priehrada, Liptovská Mara, Zemplínska Šírava

L-Iżvezja

Il-kanal ta' Trollhätte u Göta älv, mill-parallel tal-latitudni mill-fanal ta' Bastugrunds sal-pont ta' Göta älv

Il-Lag Mälaren

Il-portijiet ta' Stokkolma, li jmissu fil-Majjistral mal-pont ta' Lidingö, fil-Grigal mil-linja li tgħaddi mill-fanal ta' Elfviksgrund f'135-315 gradi, u fin-Nofsinhar mal-pont ta' Skuru

Il-kanal Södertälje u l-portijiet ta' Södertälje, li jmissu fit-Tramuntana mal-magħluq ta' Södertälje u fin-Nofsinhar mal-parallel tal-latitudni N 59° 09′ 00″

Ir-Renju Unit

L-ISKOZJA

Leith (Edinburgu)

'Il ġewwa mill-breakwaters

Glasgow

Strathclyde Loch

Crinan Canal

Crinan sa Ardrishaig

Caledonian Canal

Is-sezzjonijiet tal-kanal

L-IRLANDA TA' FUQ

Ix-Xmara Lagan

Lagan Weir sa Stranmillis

IL-LVANT TAL-INGILTERRA

Ix-Xmara Wear (mhux tal-marea)

Old Railway Bridge, Durham sa Prebends Bridge, Durham

Ix-Xmara Tees

'Il fuq mix-xmara minn Tees Barrage

Grimsby Dock

'Il ġewwa mill-magħluq

Immingham Dock

'Il ġewwa mill-magħluq

Hull Docks

'Il ġewwa mill-magħluq

Boston Dock

'Il ġewwa mill-kanċelli tal-magħluq

Aire u Calder Navigation

Goole Docks sa Leeds; il-konnessjoni ma' Leeds u Liverpool Canal; Bank Dole Junction sa Selby (River Ouse Lock); Castleford Junction sa Wakefield (Falling Lock)

Ix-Xmara Ancholme

Ferriby Sluice sa Brigg

Calder u Hebble Canal

Wakefield (Falling Lock) sa Broadcut Top Lock

Ix-Xmara Foss

Fejn tiltaqa' (Blue Bridge) max-Xmara Ouse sa Monk Bridge

Fossdyke Canal

Fejn jiltaqa' max-Xmara Trent sa Brayford Pool

Goole Dock

'Il ġewwa mill-kanċelli tal-magħluq

Hornsea Mere

Il-kanal kollu

Ix-Xmara Hull

Minn Struncheon Hill Lock sa Beverley Beck

Market Weighton Canal

River Humber Lock sa Sod Houses Lock

New Junction Canal

Il-kanal kollu

Ix-Xmara Ouse

Minn Naburn Lock sa Nun Monkton

Sheffield u South Yorkshire Canal

Keadby Lock sa Tinsley Lock

Ix-Xmara Trent

Cromwell Lock sa Shardlow

Ix-Xmara Witham

Boston Sluice sa Brayford Poole (Lincoln)

WALES U L-PUNENT TAL-INGILTERRA

Ix-Xmara Severn

'Il fuq minn Llanthony u Maisemore Weirs

Ix-Xmara Wye

'Il fuq minn Monmouth

Cardiff

Il-Lag Roath Park

Port Talbot

'Il ġewwa mill-baċiri magħluqa

Swansea

'Il ġewwa mill-baċiri magħluqa

Ix-Xmara Dee

'Il fuq mill-punt tal-estrazzjoni tal-ilma ta' Barrelwell Hill

Ix-Xmara Mersey

Il-baċiri (minbarra Seaforth Dock)

Ix-Xmara Lune

'Il fuq minn Glasson Dock

Ix-Xmara Avon (Midland)

Tewkesbury Lock sa Evesham

Gloucester

Gloucester City Docks Gloucester/Sharpness Canal

Il-Lag Hollingworth

Il-lag kollu

Manchester Ship Canal

Il-kanal kollu u Salford Docks inkluża x-Xmara Irwell

Il-Lag Pickmere

Il-lag kollu

Ix-Xmara Tawe

Bejn Sea Barrage/Marina u l-Morfa Athletics Stadium

Il-Lag Rudyard

Il-lag kollu

Ix-Xmara Weaver

'L isfel minn Northwich

IN-NOFSINHAR TAL-INGILTERRA

Ix-Xmara Nene

Wisbech Cut u x-Xmara Nene sa Dog-in-a-Doublet Lock

Ix-Xmara Great Ouse

Kings Lynn Cut u x-Xmara Great Ouse taħt il-Pont ta' West Lynn Road

Yarmouth

L-Estwarju tax-Xmara Yare minn linja mpinġija tul it-trufijiet tal-mollijiet tad-daħla tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar, inkluż Breydon Water

Lowestoft

Il-Port ta' Lowestoft taħt Mutford Lock sa linja mpinġija tul il-mollijiet tad-daħla tal-port ta' barra

Ix-Xmajjar Alde u Ore

'Il fuq mid-daħla tax-Xmara Ore sa Westrow Point

Ix-Xmara Deben

'Il fuq mid-daħla tax-Xmara Deben sa Felixstowe Ferry

Ix-Xmara Orwell u x-Xmara Stour

Minn linja mpinġija minn Fagbury Point sa Shotley Point fuq ix-Xmara Orwell sa Ipswich Dock; and minn linja mpinġija mit-Tramuntana san-Nofsinhar li tgħaddi minn Erwarton Ness fuq ix-Xmara Stour sa Manningtree

Chelmer & Blackwater Canal

Lejn in-naħa tal-Lvant ta' Beeleigh Lock

Ix-Xmara Thames u t-tributarji tagħha

Ix-Xmara Thames 'il fuq minn Teddington Lock sa Oxford

Ix-Xmara Adur u Southwick Canal

Ix-Xmara Adur 'il fuq mit-tarf tal-Punent ta' Tarmac Wharf, u ġewwa Southwick Canal

Ix-Xmara Arun

Ix-Xmara Arun 'il fuq minn Littlehampton Marina

Ix-Xmara Ouse (Sussex), Newhaven

Ix-Xmara Ouse 'il fuq mit-tarf tat-Tramuntana ta' North Quay

Bewl Water

Il-lag kollu

Grafham Water

Il-lag kollu

Rutland Water

Il-lag kollu

Il-Lag Thorpe Park

Il-lag kollu

Chichester

In-naħa tal-Lvant ta' linja li tgħaqqad lil Cobnor Point u Chalkdock Point

Christchurch

'Il ġewwa mill-Port ta' Christchurch iżda mhux ir-Run

Exeter Canal

Il-kanal kollu

Ix-Xmara Avon (Avon)

Bristol City Docks

Netham Dam sa Pulteney Weir


(1)  Fil-każ ta' bastimenti li l-port ta' domiċilju tagħhom ikun xi mkien ieħor, għandu jitqies l-Artikolu 32 tat-Trattat ta' Ems-Dollart tat-8 ta' April 1960 (BGBl. 1963 II p. 602).


ANNESS II

REKWIŻITI MINIMI TEKNIĊI APPLIKABBLI GĦAL INĠENJI FIL-PASSAĠĠI FUQ L-ILMA INTERNI TAŻ-ŻONI 1, 2, 3 U 4

Ir-rekwiżiti tekniċi applikabbli għall-inġenji huma dawk stipulati fl-istandard 2015/1 tal-ES-TRIN.


ANNESS III

SUĠĠETTI GĦAL REKWIŻITI TEKNIĊI ADDIZZJONALI POSSIBBLI APPLIKABBLI GĦAL INĠENJI FIL-PASSAĠĠI FUQ L-ILMA INTERNI TA' ŻONI 1, 2 U 3 MHUX KONNESSI

Kull rekwiżit tekniku addizzjonali adottat minn Stat Membru skont l-Artikolu 23(1) u (2) ta' din id-Direttiva għal inġenji li jkunu qed joperaw f'dak l-Istat Membru huwa limitat għas-suġġetti li ġejjin:

1.

Definizzjonijiet

Meħtieġa għall-fehim tar-rekwiżiti addizzjonali

2.

Stabbiltà

It-tisħiħ tal-istruttura

Iċ-ċertifikat/l-attestazzjoni minn Soċjetà ta' Klassifikazzjoni rikonoxxuta

3.

Distanza ta' sikurezza u freeboard

Freeboard

Distanza ta' sikurezza

4.

Kemm il-fetħiet tal-buq u s-sovrastrutturi huma mqalfta

Is-sovrastrutturi

Bibien

It-twieqi u t-tamboċċi

L-isportelli tal-istiva

Fetħiet oħra (il-pajpijiet tal-ventilazzjoni, il-pajpijiet tal-egżost, eċċ.)

5.

Tagħmir

L-ankri u l-ktajjen tal-ankri

Dwal ta' navigazzjoni

Is-sinjali tal-ħoss

Il-boxxla

Ir-radar

L-installazzjonijiet ta' trażmettituri u riċevituri

Tagħmir ta' salvataġġ

Id-disponibbiltà ta' mapep nawtiċi

6.

Id-dispożizzjonijiet oħra għall-bastimenti tal-passiġġieri

L-istabilità (il-qawwa tar-riħ, il-kriterji)

Tagħmir ta' salvataġġ

Freeboard

Distanza ta' sikurezza

Il-viżibilità mill-kabina tat-tmunier

7.

Il-konvojs u t-trasport ta' kontejners

Il-konnessjoni bejn rimonkjatur li jimbotta u ċ-ċattra-inġenju

L-istabilità tal-inġenji jew taċ-ċattri li jkunu qed iġorru kontejners


ANNESS IV

SUĠĠETTI GĦAL TNAQQIS POSSIBBLI TAR-REKWIŻITI TEKNIĊI ADDIZZJONALI POSSIBBLI APPLIKABBLI GĦAL INĠENJI FIL-PASSAĠĠI FUQ L-ILMA INTERNI TA' ŻONI 3 U 4

Kull rekwiżit tekniku mnaqqas permess minn Stat Membru skont l-Artikolu 23(4) ta' din id-Direttiva għal bastimenti li joperaw esklussivament fil-passaġġi fuq l-ilma taż-Żona 3 jew taż-Żona 4 fit-territorju ta' dak l-Istat Membru huwa ristrett għas-suġġetti li ġejjin:

 

Żona 3

It-tagħmir tal-ankra, inkluż it-tul tal-ktajjen tal-ankra

Il-veloċità ('il quddiem)

It-tagħmir għas-salvataġġ kollettiv

Status ta' kompartiment tnejn

Il-viżibilità mill-kabina tat-tmunier

 

Żona 4

It-tagħmir tal-ankra, inkluż it-tul tal-ktajjen tal-ankra

Il-veloċità ('il quddiem)

Tagħmir ta' salvataġġ

Status ta' kompartiment tnejn

Il-viżibilità mill-kabina tat-tmunier

It-tieni sistema indipendenti ta' propulsjoni


ANNESS V

DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI DETTALJATI

Artikolu 2.01

Il-korpi ta' spezzjoni

1.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu korpi ta' spezzjoni.

2.

Il-korpi ta' spezzjoni għandhom jikkonsistu minn president u esperti.

Tal-inqas dawn li ġejjin għandhom jifformaw parti minn kull korp bħala esperti:

(a)

uffiċjal mill-amministrazzjoni li hi responsabbli għan-navigazzjoni interna;

(b)

espert fuq id-disinn ta' bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u l-magni tagħhom;

(c)

espert nawtiku li jkollu liċenzja tas-sewqan għal bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni li tawtorizza lid-detentur biex ibaħħar il-bastiment li għandu jiġi spezzjonat.

3.

Il-President u l-esperti f'kull korp għandhom jiġu nnominati mill-awtoritajiet fl-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-korp. Meta jibdew jaqdu d-dmirijiet tagħhom, il-President u l-esperti għandhom jissottomettu dikjarazzjoni bil-miktub li huma ser iwettqu dmirijiethom b'mod kompletament indipendenti. Ma għandha tkun meħtieġa l-ebda dikjarazzjoni mill-uffiċjali.

4.

Il-korpi ta' spezzjoni jistgħu jkunu megħjuna minn esperti speċjalisti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li japplikaw.

Artikolu 2.02

(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.03

Il-preżentazzjoni tal-inġenju għall-ispezzjoni

1.

Is-sid, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jippreżenta l-inġenju fi stat mhux mgħobbi, imnaddaf u mgħammar. Huwa għandu jipprovdi kull għajnuna meħtieġa għall-ispezzjoni, billi per eżempju jipprovdi dingi adatt u persunal, u billi jikxef il-partijiet tal-buq jew it-tagħmir li ma jidhirx jew mhux aċċessibbli direttament.

2.

L-ewwel darba, il-korp ta' spezzjoni għandu jirrikjedi spezzjoni fix-xott. Dik l-ispezzjoni fix-xott tista' tiġi eżentata jekk jiġi ppreżentat ċertifikat tal-klassifikazzjoni jew ċertifikat minn soċjetà ta' klassifikazzjoni rikonoxxuta li juri li l-kostruzzjoni tissodisfa r-rekwiżiti meħtieġa, jew jekk jiġi ppreżentat ċertifikat li juri li diġà twettqet spezzjoni fix-xott għal skopijiet oħra minn awtorità kompetenti. Fejn issir spezzjoni perjodika jew spezzjoni, kif previst fl-Artikolu 14 ta' din id-Direttiva, il-korp ta' spezzjoni jista' jeżiġi spezzjoni barra mill-ilma.

Il-korp ta' spezzjoni għandu jwettaq provi tan-navigazzjoni waqt spezzjoni tal-bidu fuq bastimenti bil-magna jew konvojs jew fejn isiru modifiki kbar fit-tagħmir tal-propulsjoni jew tal-kontroll tad-direzzjoni.

3.

Il-korp ta' spezzjoni jista' jeżiġi aktar testijiet operazzjonali u dokumenti oħra ta' sostenn. Dik id-dispożizzjoni għandha tapplika wkoll matul il-bini tal-inġenju.

Artikolu 2.04

(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.05

(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.06

(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.07

Id-dettalji fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna u l-emendi għalih

1.

Is-sid ta' inġenju, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jiġbed l-attenzjoni tal-awtorità kompetenti rigward kwalunkwe bidla fl-isem jew is-sjieda ta' inġenju, kwalunkwe teħid ta' kejl mill-ġdid, u kwalunkwe bidla fir-reġistrazzjoni jew fil-port ta' domiċilju, u għandu jibgħat iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna lil dik l-awtorità għal emenda.

2.

Kull awtorità kompetenti tista' żżid kwalunkwe informazzjoni jew bidla fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

3.

Fejn awtorità kompetenti żżid kwalunkwe bidla jew informazzjoni f'ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna, hija għandha tinforma dwar dan lill-awtorità kompetenti li tkun ħarġet iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

Artikolu 2.08

(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.09

L-ispezzjoni perjodika

1.

Inġenju għandu jkun soġġett għal spezzjoni perjodika qabel ma jiskadi ċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna tiegħu.

2.

L-awtorità kompetenti għandha terġa' tistabbilixxi l-perijodu tal-validità taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna skont ir-riżultati ta' dik l-ispezzjoni.

3.

Il-perjodu tal-validità għandu jitniżżel fuq iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna u jinġieb għall-attenzjoni tal-awtorità li tkun ħarġet dak iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

4.

Jekk, minflok ma jiġi estiż il-perjodu tal-validità tiegħu, ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jiġi sostitwit b'verżjoni ġdida, iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna ta' qabel għandu jingħata lura lill-awtorità kompetenti li tkun ħarġitu.

Artikolu 2.10

L-ispezzjoni volontarja

Is-sid ta' inġenju, jew ir-rappreżentant tiegħu, jista' volontarjament jitlob li ssir spezzjoni fi kwalunkwe mument.

Għandha tittieħed azzjoni għal dik it-talba għal spezzjoni.

Artikolu 2.11

(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.12

(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.13

(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.14

(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.15

L-ispejjeż

Is-sid ta' inġenju, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jħallas l-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-ispezzjoni tal-inġenju u l-ħruġ taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna skont lista speċjali ta' tariffi mfassla minn kull wieħed mill-Istati Membri.

Artikolu 2.16

Informazzjoni

L-awtorità kompetenti tista' tippermetti li persuni li juru interess ġustifikat jiġu mgħarrfa dwar il-kontenut ta' ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna u tista' tipprovdi lil dawk il-persuni estratti jew kopji taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna ċċertifikati bħala awtentiċi u approvati bħala tali.

Artikolu 2.17

Reġistru taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu l-oriġinal, jew kopja taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna maħruġa minnhom, u fuq dawn għandhom idaħħlu kull informazzjoni jew modifika, kif ukoll kull kanċellazzjoni jew sostituzzjoni ta' ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna. Huma għandhom jaġġornaw ir-reġistru msemmi fl-Artikolu 17 ta' din id-Direttiva skont dan.

2.

Sabiex jitwettqu miżuri amministrattivi għaż-żamma tas-sikurezza u tan-navigazzjoni mingħajr xkiel u għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 2.02 sa 2.15 ta' dan l-Anness kif ukoll l-Artikoli 6, 9, 10, 13, 14, 15, 20, 21 u 22 ta' din id-Direttiva se jingħata biss aċċess għall-qari (read only) għar-reġistru skont il-mudell stabbilit fl-Anness II lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, l-Istati Kontraenti tal-Konvenzjoni ta' Mannheim u, sa fejn jiġi garantit livell ekwivalenti ta' privatezza, lil pajjiżi terzi abbażi ta' ftehimiet amministrattivi.

Artikolu 2.18

Numru Uniku Ewropew ta' Identifikazzjoni tal-Bastiment

1.

In-Numru Uniku Ewropew ta' Identifikazzjoni tal-Bastimenti (ENI) jikkonsisti fi tmien figuri numeriċi Għarab skont l-Anness II għal din id-Direttiva.

2.

Sakemm l-inġenju ma jkollux ENI meta jinħariġlu ċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna, dan għandu jingħata lill-inġenju mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-inġenju jkun ġie rreġistrat jew ikollu l-port ta' domiċilju tiegħu.

Fir-rigward ta' inġenji minn pajjiżi li ma jkunux jistgħu jingħataw ENI, ENI li għandu jitniżżel fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jiġi assenjat mill-awtorità kompetenti li toħroġ iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

3.

Sid l-inġenju, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu japplika għand l-awtorità kompetenti biex jiġi assenjat l-ENI. Is-sid, jew ir-rappreżentant tiegħu, huwa wkoll responsabbli biex iwwaħħal mal-inġenju l-ENI li jitniżżel fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

Artikolu 2.19

(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.20

Notifiki

Kull Stat Membru, jew l-awtoritajiet kompetenti tiegħu, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra jew lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra:

(a)

rigward l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi li, flimkien mal-awtorità nazzjonali kompetenti tagħhom huma responsabbli għall-applikazzjoni tal-Anness II;

(b)

rigward il-folja tad-dejta murija fl-Anness II dwar it-tipi ta' impjanti għat-trattament tad-dranaġġ abbord li tkun ħarġet l-approvazzjoni tagħha mill-aħħar notifika;

(c)

rigward l-approvazzjonijiet tat-tip rikonoxxuti għas-sistemi tat-trattament tad-dranaġġ abbord abbażi ta' standards differenti minn dawk stipulati fl-Anness II, għall-użu tal-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Istati Membri;

(d)

rigward kull irtirar ta' approvazzjoni tat-tip fi żmien xahar kif ukoll rigward ir-raġunijiet għal dan l-irtirar għas-sistemi tat-trattament tad-dranaġġ abbord;

(e)

rigward kull ankra speċjali awtorizzata wara l-applikazzjoni biex titnaqqas il-massa tal-ankra, filwaqt li jiġu speċifikati d-deżinjazzjoni tat-tip u t-tnaqqis awtorizzat tal-massa tal-ankra. L-awtorità kompetenti toħroġ awtorizzazzjoni lill-applikant mhux qabel tliet xhur minn meta tkun avżat lill-Kummissjoni sakemm din tal-aħħar ma ssib l-ebda oġġezzjoni;

(f)

rigward it-tagħmir għan-navigazzjoni bir-radar u l-indikaturi tar-rata tad-dawran li għalihom ikunu ħarġu approvazzjoni tat-tip. L-avviż rilevanti għandu jinkludi n-numru tal-approvazzjoni tat-tip assenjat, kif ukoll id-deżinjazzjoni tat-tip, l-isem tal-manifattur, l-isem tad-detentur tal-approvazzjoni tat-tip u d-data tal-approvazzjoni tat-tip;

(g)

rigward l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-approvazzjoni ta' ditti speċjalizzati li jistgħu jwettqu l-installazzjoni, is-sostituzzjoni, it-tiswija jew il-manutenzjoni tat-tagħmir tan-navigazzjoni bir-radar u tal-indikaturi tar-rata tad-dawran.


ANNESS VI

SOĊJETAJIET TA' KLASSIFIKAZZJONI

Kriterji għar-rikonoxximent tas-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni

Is-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni li jfittxu rikonoxximent skont l-Artikolu 21 ta' din id-Direttiva għandhom jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(1)

is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha tkun tista' tiddokumenta esperjenza estensiva fil-valutazzjoni tad-disinn u l-kostruzzjoni ta' bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni. Is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandu jkollha regoli u regolamenti komprensivi għad-disinn, il-kostruzzjoni u l-ispezzjoni perjodika ta' bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, b'mod partikolari għall-kalkolu tal-istabilità skont il-Parti 9 tar-Regolamenti annessi mal-ADN kif imsemmi fl-Anness II. Dawk ir-regoli u regolamenti għandhom jiġu ppubblikati mill-inqas bin-Netherlandiż, bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż, u għandhom jiġu aġġornati u mtejba kontinwament permezz ta' riċerka u programmi ta' żvilupp. Ir-regoli u r-regolamenti ma għandhomx jiġu f'konflitt mad-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni tal-Unjoni jew ma' ftehimiet internazzjonali fis-seħħ;

(2)

is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha tippubblika r-reġistru tagħha ta' bastimenti kull sena;

(3)

is-soċjetà ta' klassifikazzjoni ma għandhiex tkun ikkontrollata minn propjetarji ta' bastimenti jew tarznara jew minn oħrajn involuti b'mod kummerċjali fid-disinn, il-manifattura, it-tagħmir, it-tiswija, it-tħaddim jew l-assigurazzjoni tal-bastimenti. Is-soċjetà ta' klassifikazzjoni ma għandhiex tkun dipendenti għad-dħul tagħha minn intrapriża kummerċjali waħda;

(4)

il-kwartieri ġenerali tas-soċjetà ta' klassifikazzjoni jew xi sussidjarja awtorizzata biex tagħti sentenza u biex taġixxi fl-oqsma kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha skont ir-regolamenti li jirregolaw it-trasport f'passaġġi fuq l-ilma interni, għandhom ikunu f'wieħed mill-Istati Membri;

(5)

is-soċjetà ta' klassifikazzjoni u l-esperti tagħha għandu jkollhom reputazzjoni tajba fil-qasam tat-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni; l-esperti għandhom ikunu kapaċi jagħtu prova tal-kapaċitajiet professjonali tagħhom. Huma għandhom jaġixxu taħt ir-responsabbiltà tas-soċjetà ta' klassifikazzjoni;

(6)

is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandu jkollha b'mod sinifikanti persunal tekniku, amministrattiv, ta' appoġġ, ta' spezzjoni u ta' riċerka, bi proporzjon mal-kompiti u l-bastimenti klassifikati u tieħu ħsieb ukoll tiżviluppa l-kapaċitajiet u l-aġġornament tar-regolamenti. Hija għandu jkollha spetturi f'tal-inqas Stat Membru wieħed;

(7)

is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha tkun irregolata b'kodiċi ta' etika;

(8)

is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha tkun immexxija u amministrata b'tali mod li tkun żgurata l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni meħtieġa minn Stat Membru;

(9)

is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha tkun ippreparata li tipprovdi informazzjoni rilevanti lil Stat Membru;

(10)

il-maniġment tas-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandu jiddefinixxi u jiddokumenta l-politika u l-objettivi tiegħu għal, u l-impenn tiegħu favur, il-kwalità u jiżgura li din il-politika tkun mifhuma, implimentata u miżmuma fil-livelli kollha tas-soċjetà ta' klassifikazzjoni;

(11)

is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha tħejji u timplimenta u għandha żżomm sistema ta' kwalità interna effettiva bbażata fuq il-partijiet rilevanti tal-istandards tal-kwalità rikonoxxuti internazzjonalment u tkun konformi mal-EN ISO/IEC 17020 2004, kif interpretat mir-Rekwiżiti tal-Iskema ta' Ċertifikazzjoni tas-Sistemi ta' Kwalità tal-IACS. Is-sistema ta' kwalità għandha tkun iċċertifikata minn korp indipendenti ta' awdituri rikonoxxuti mill-amministrazzjoni tal-Istat fejn is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha l-kwartieri ġenerali tagħha jew fergħa, kif previst fil-punt (4), u li, fost oħrajn, tiżgura li:

(a)

ir-regoli u r-regolamenti tas-soċjetà ta' klassifikazzjoni jkunu stabbiliti u miżmuma b'mod sistematiku;

(b)

ir-regoli u r-regolamenti tas-soċjetà ta' klassifikazzjoni jiġu rispettati;

(c)

ikunu ssodisfati r-rekwiżiti tal-ħidma statutorja li għaliha tkun awtorizzata s-soċjetà ta' klassifikazzjoni;

(d)

ir-responsabbiltajiet, is-setgħat u l-interrelazzjoni tal-persunal li xogħlu jaffettwa l-kwalità tas-servizzi tas-soċjetà ta' klassifikazzjoni jkunu definiti u dokumentati;

(e)

ix-xogħol kollu jitwettaq f'kundizzjonijiet ikkontrollati;

(f)

ikun hemm sistema ta' superviżjoni li timmonitorja l-azzjonijiet u x-xogħol imwettaq mis-servejers u mill-persunal tekniku u amministrattiv impjegati direttament mis-soċjetà ta' klassifikazzjoni;

(g)

ir-rekwiżiti tal-ħidma statutorja prinċipali li hija awtorizzata għaliha s-soċjetà ta' klassifikazzjoni huma mwettqa biss jew direttament sorveljati mis-servejers esklussivi tagħha jew minn servejers esklussivi ta' soċjetajiet ta' klassifikazzjoni rikonoxxuti oħra;

(h)

tiġi implimentata sistema għall-kwalifikazzjoni tas-servejers u l-aġġornament kontinwu tal-għarfien tagħhom;

(i)

jinżammu reġistri, li juru l-kisbiet tal-istandards meħtieġa fil-punti koperti mis-servizzi mwettqa, kif ukoll il-ħidma effettiva tas-sistema ta' kwalità; u

(j)

teżisti fil-postijiet kollha sistema komprensiva ta' awditjar intern ippjanata u ddokumentata tal-attivitajiet relatati mal-kwalità;

(12)

is-sistema ta' kwalità għandha tkun iċċertifikata minn korp indipendenti ta' awdituri rikonoxxuti mill-amministrazzjoni tal-Istat Membru fejn is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha l-kwartieri ġenerali tagħha jew fergħa, kif previst fil-punt (4);

(13)

is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha timpenja ruħha li ġġib ir-rekwiżiti tagħha f'konformità mad-direttivi xierqa tal-Unjoni u li tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha rilevanti fi żmien debitu;

(14)

is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha timpenja ruħha li perjodikament tikkonsulta mas-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni li diġà huma rikonoxxuti sabiex tiggarantixxi l-ekwivalenza tal-istandards tekniċi tagħhom u tal-implimentazzjoni tagħhom, u li tippermetti l-parteċipazzjoni fl-iżvilupp tar-regoli u r-regolamenti tagħha minn rappreżentanti ta' Stat Membru u partijiet oħra kkonċernati.


ANNESS VII

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Direttiva 2006/87/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 1

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 9

Artikolu 6(1) u (3)

Artikolu 8(1)

Artikolu 6(2) u (4)

Artikolu 8(4)

Artikolu 6(5)

Artikolu 3

Artikolu 7

Artikolu 4

Artikolu 8

Artikolu 11(2)

Artikolu 9

Artikolu 11(1)

Artikolu 10

Artikolu 14

Artikolu 11

Artikolu 13

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 15

Artikolu 14

Artikolu 16

Artikolu 15

Artikolu 18

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 10

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 17

Artikolu 22

Artikolu 5

Artikolu 23

Artikolu 6 tħassar bid-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)

Artikolu 7(1) sa (3)

Artikolu 24

Artikolu 25

Artikolu 26

Artikolu 27

Artikolu 28

Artikolu 8(2) u(3)

Artikolu 29

Artikolu 30

Artikolu 20(1)

Artikolu 31

Artikolu 20(2)

Artikolu 22

Artikolu 32

Artikolu 19

Artikolu 33

Artikolu 34

Artikolu 24

Artikolu 35

Artikolu 21

Artikolu 36

Artikolu 23

Artikolu 37(1) u (2)

Artikolu 7(4)

Artikolu 37(3)

Artikolu 38

Artikolu 39

Artikolu 25

Artikolu 26

Artikolu 27

Artikolu 40


(1)  Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).