ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 232

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
27 ta' Awwissu 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1429 tas-26 ta' Awwissu 2016 li japprova s-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens — ir-razza MBI 600 skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1430 tas-26 ta' Awwissu 2016 li jemenda għall-251 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

6

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1431 tas-26 ta' Awwissu 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

8

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2016/1432 tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tad-19 ta' Awwissu 2016 li taħtar id-Direttur tal-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

10

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1433 tas-26 ta' Awwissu 2016 dwar ir-rikonoxximent tal-Biomass Biofuels Sustainability voluntary scheme biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà skont id-Direttiva 98/70/KE u fid-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

13

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

27.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 232/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1429

tas-26 ta' Awwissu 2016

li japprova s-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens — ir-razza MBI 600 skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-28 ta' Ġunju 2013, Franza rċeviet applikazzjoni mingħand il-kumpanija BASF Agricultural Specialities Ltd għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens — ir-razza MBI 600 skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Skont l-Artikolu 9(3) ta' dak ir-Regolament, fl-4 ta' Settembru 2013 Franza, bħala l-Istat Membru relatur, għarrfet lill-applikant, lill-Istati Membri l-oħrajn, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”) bl-ammissibbiltà tal-applikazzjoni.

(3)

Fil-5 ta' Jannar 2015, l-Istat Membru relatur ippreżenta abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni lill-Kummissjoni u bagħat kopja tiegħu lill-Awtorità, u fih ivvaluta jekk jistax jiġi mistenni li dik is-sustanza attiva tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jew le.

(4)

L-Awtorità kkonformat mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-applikant qed jintalab jibgħat iktar informazzjoni lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. L-Istat Membru relatur bagħat il-valutazzjoni tiegħu tal-informazzjoni addizzjonali lill-Awtorità bħala abbozz aġġornat tar-rapport ta' valutazzjoni fil-21 ta' Settembru 2015.

(5)

Fl-4 ta' Diċembru 2015 l-Awtorità bagħtet lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha (2) dwar jekk jistax jiġi mistenni li s-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens — ir-razza MBI 600 tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jew le. L-Awtorità qiegħdet il-konklużjoni tagħha għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(6)

Fit-8 ta' Marzu 2016 il-Kummissjoni ressqet ir-rapport ta' reviżjoni għas-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens — ir-razza MBI 600 lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, kif ukoll l-abbozz ta' dan ir-Regolament li jipprevedi l-approvazzjoni tas-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens — ir-razza MBI 600.

(7)

L-applikant ingħata ċ-ċans jibgħat il-kummenti tiegħu dwar ir-rapport ta' reviżjoni.

(8)

Ġie stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati għal wieħed jew aktar mill-użijiet rappreżentattivi ta' mill-inqas prodott għall-protezzjoni tal-pjanti wieħed li fih is-sustanza attiva u b'mod partikulari għall-użijiet li ġew analizzati u spjegati fid-dettall fir-rapport ta' reviżjoni.

(9)

Għalhekk huwa xieraq li tiġi approvata s-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens — ir-razza MBI 600.

(10)

Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet.

(11)

Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3) għandu jiġi emendat kif xieraq.

(12)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni tas-sustanza attiva

Is-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens — ir-razza MBI 600, kif speċifikata fl-Anness I, qed tiġi approvata bil-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Emendi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 qed jiġi emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  L-EFSA (l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), l-2016. Il-konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens — ir-razza MBI 600. The EFSA Journal tal-2016 bin-numru ta' referenza 14(1):4359, 37 paġna, doi:10.2903/j.efsa.2016.4359.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem komuni, numri ta' identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Bacillus amyloliquefaciens — ir-razza MBI 600.

Numru tal-adeżjoni fil-ġabra ta' batterji tal-kumpanija National Collection of Industrial, Marine and Food Bacteria Ltd (NCIMB) tal-Iskozja: NCIMB 12376

Numru tad-depożitu fil-ġabra ta' organiżmi tal-organizzazzjoni American Type Culture Collection (ATCC): SD-1414

Mhux applikabbli

Konċentrazzjoni minima:

5,0 × 1014 CFU/kg

Is-16 ta' Settembru 2016

Is-16 ta' Settembru 2026

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar is-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens — ir-razza MBI 600, u b'mod partikulari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom joqogħdu attenti b'mod partikulari għall-affarijiet li ġejjin:

(a)

l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku kif immanifatturat mil-lat kummerċjali, inkluża karatterizzazzjoni sħiħa tal-impuritajiet u tal-metaboliti;

(b)

il-ħarsien tal-operaturi u tal-ħaddiema, meta wieħed iqis li s-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens — ir-razza MBI 600 għandha titqies bħala sensitizzatur potenzjali.

Meta jkun xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju.

Il-produttur għandu jiżgura li jinżammu strettament il-kundizzjonijiet ambjentali u li ssir analiżi tal-kontroll tal-kwalità matul il-proċess tal-manifattura.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 qed tiżdied l-entrata li ġejja:

 

Isem komuni, numri ta' identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (*)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“101

Bacillus amyloliquefaciens — ir-razza MBI 600.

Numru tal-adeżjoni fil-ġabra ta' batterji tal-kumpanija National Collection of Industrial, Marine and Food Bacteria Ltd (NCIMB) tal-Iskozja: NCIMB 12376

Numru tad-depożitu fil-ġabra ta' organiżmi tal-organizzazzjoni American Type Culture Collection (ATCC): SD-1414

Mhux applikabbli

Konċentrazzjoni minima:

5,0 × 1014 CFU/kg

Is-16 ta' Settembru 2016

Is-16 ta' Settembru 2026

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar is-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens — ir-razza MBI 600, u b'mod partikulari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom joqogħdu attenti b'mod partikulari għall-affarijiet li ġejjin:

(b)

l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku kif immanifatturat mil-lat kummerċjali, inkluża karatterizzazzjoni sħiħa tal-impuritajiet u tal-metaboliti;

(b)

il-ħarsien tal-operaturi u tal-ħaddiema, meta wieħed iqis li s-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens — ir-razza MBI 600 għandha titqies bħala sensitizzatur potenzjali.

Meta jkun xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju.

Il-produttur għandu jiżgura li jinżammu strettament il-kundizzjonijiet ambjentali u li ssir analiżi tal-kontroll tal-kwalità matul il-proċess tal-manifattura.”


(*)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.


27.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 232/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1430

tas-26 ta' Awwissu 2016

li jemenda għall-251 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fit-22 ta' Awwissu 2016, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda entrata waħda fil-lista tiegħu tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz għall-Istrumenti ta' Politika Barranija


(1)  ĠU L 139 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-entrata “Dawood Ibrahim Kaskar (alias (a) Dawood Ebrahim, (b) Sheikh Dawood Hassan, (c) Abdul Hamid Abdul Aziz, (d) Anis Ibrahim, (e) Aziz Dilip, (f) Daud Hasan Shaikh Ibrahim Kaskar, (g) Daud Ibrahim Memon Kaskar, (h) Dawood Hasan Ibrahim Kaskar, (i) Dawood Ibrahim Memon, (j) Dawood Sabri, (k) Kaskar Dawood Hasan, (l) Shaikh Mohd Ismail Abdul Rehman, (m) Dowood Hassan Shaikh Ibrahim, (n) Ibrahim Shaikh Mohd Anis, (o) Shaikh Ismail Abdul, (p) Hizrat). Titlu: (a) Sheikh, (b) Shaikh. Indirizz: (a) White House, Near Saudi Mosque, Clifton, Karachi, il-Pakistan, (b) House Nu 37 — 30th Street — defence, Housing Authority, Karachi il-Pakistan. Data tat-twelid: 26.12.1955. Post tat-twelid: (a) Bombay, (b) Ratnagiri, l-Indja. Ċittadinanza: Indjana. Numru tal-passaport: (a) A-333602 (passaport Indjan maħruġ fl-4.6.1985 f'Bombay, l-Indja), (b) M110522 (passaport Indjan maħruġ fit-13.11.1978 f'Bombay, l-Indja), (c) R841697 (passaport Indjan maħruġ fis-26.11.1981 f'Bombay), (d) F823692 (JEDDAH) (passaport Indjan maħruġ minn CGI f'Jeddah, fit-2.9.1989), (e) A501801 (BOMBAY) (passaport Indjan maħruġ fis-26.7.1985), (f) K560098 (BOMBAY) (passaport Indjan maħruġ fit-30.7.1975), (g) V57865 (BOMBAY) (maħruġ fit-3.10.1983), (h) P537849 (BOMBAY) (maħruġ fit-30.7.1979), (i) A717288 (MISUSE) (maħruġ fit-18.8.1985 f'Dubai, (j) G866537 (MISUSE) (passaport Pakistani maħruġ fit-12.8.1991 f'Rawalpindi), (k) C-267185 (maħruġ f'Karachi f'Lulju 1996), (l) H-123259 (maħruġ f'Rawalpindi f'Lulju 2001), (m) G-869537 (maħruġ f'Rawalpindi), (n) KC-285901. Tagħrif ieħor: Passaport Nru A-333602 ġie rrevokat mill-Gvern tal-Indja. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.11.2003” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”, tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Dawood Ibrahim Kaskar (alias (a) Dawood Ebrahim, (b) Sheikh Dawood Hassan, (c) Abdul Hamid Abdul Aziz, (d) Anis Ibrahim, (e) Aziz Dilip, (f) Daud Hasan Shaikh Ibrahim Kaskar, (g) Daud Ibrahim Memon Kaskar, (h) Dawood Hasan Ibrahim Kaskar, (i) Dawood Ibrahim Memon, (j) Dawood Sabri, (k) Kaskar Dawood Hasan, (l) Shaikh Mohd Ismail Abdul Rehman, (m) Dowood Hassan Shaikh Ibrahim, (n) Ibrahim Shaikh Mohd Anis, (o) Shaikh Ismail Abdul, (p) Hizrat, (q) Dawood Bhai, (r) Sheikh Farooqi, (s) Bada Seth, (t) Bada Bhai, (u) Iqbal Bhai, (v) Mucchad, (w) Haji Sahab). Titlu: Sheikh. Indirizz: (a) White House, Near Saudi Mosque, Clifton, Karachi, il-Pakistan, (b) House Nu 37 — 30th Street — defence, Housing Authority, Karachi il-Pakistan, (c) bungalow kbira fiż-żona kollha għoljiet f'Noorabad f'Karachi. Data tat-twelid: 26.12.1955. Post tat-twelid: Kher, Ratnagiri, Maharashtra, l-Indja. Ċittadinanza: Indjana. Numru tal-passaport: (a) A-333602 (passaport Indjan maħruġ fl-4.6.1985 f'Bombay, l-Indja), (b) M110522 (passaport Indjan maħruġ fit-13.11.1978 f'Bombay, l-Indja), (c) R841697 (passaport Indjan maħruġ fis-26.11.1981 f'Bombay), (d) F823692 (JEDDAH) (passaport Indjan maħruġ minn CGI f'Jeddah, fit-2.9.1989), (e) A501801 (BOMBAY) (passaport Indjan maħruġ fis-26.7.1985), (f) K560098 (BOMBAY) (passaport Indjan maħruġ fit-30.7.1975), (g) V57865 (BOMBAY) (maħruġ fit-3.10.1983), (h) P537849 (BOMBAY) (maħruġ fit-30.7.1979), (i) A717288 (MISUSE) (maħruġ fit-18.8.1985 f'Dubai, (j) G866537 (MISUSE) (passaport Pakistani maħruġ fit-12.8.1991 f'Rawalpindi), (k) C-267185 (maħruġ f'Karachi f'Lulju 1996), (l) H-123259 (maħruġ f'Rawalpindi f'Lulju 2001), (m) G-869537 (maħruġ f'Rawalpindi), (n) KC-285901. Tagħrif ieħor: (a) Il-Passaport Nru A-333602 ġie revokat mill-Gvern tal-Indja, (b) Isem il-missier huwa Sheikh Ibrahim Ali Kaskar, isem l-omm huwa Amina Bi, isem martu hija Mehjabeen Shaikh. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 3.11.2003.”


27.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 232/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1431

tas-26 ta' Awwissu 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AR

186,0

MA

149,7

ZZ

167,9

0707 00 05

TR

179,1

ZZ

179,1

0709 93 10

TR

138,8

ZZ

138,8

0805 50 10

AR

186,9

CL

141,0

MA

95,0

TR

156,0

UY

140,6

ZA

182,5

ZZ

150,3

0806 10 10

EG

224,7

TR

130,8

ZZ

177,8

0808 10 80

AR

120,9

BR

106,9

CL

145,7

CN

160,3

NZ

158,5

UY

93,1

ZA

91,8

ZZ

125,3

0808 30 90

AR

93,2

CL

107,6

TR

143,2

ZA

109,5

ZZ

113,4

0809 30 10 , 0809 30 90

TR

130,5

ZZ

130,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

27.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 232/10


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2016/1432 TAL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL U L-KUMMISSJONI

tad-19 ta' Awwissu 2016

li taħtar id-Direttur tal-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U L-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 6(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-lista ta' kandidati stabbilita fl-14 ta' Lulju 2016 minn kumitat ta' selezzjoni magħmul mis-Segretarji Ġenerali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni wara sejħa miftuħa għal kandidati, bil-ħsieb tal-ħatra tad-Direttur tal-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej,

Billi:

(1)

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jistabbilixxi Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej-.

(2)

L-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jipprevedi li d-Direttur tal-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandu jinħatar għal terminu li ma jiġġeddidx ta' ħames snin bi qbil komuni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Is-Sur Michael ADAM huwa b'dan maħtur bħala Direttur tal-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2016 sal-31 ta' Awwissu 2021.

2.   Id-Direttur għandu jinħatar bħala aġent temporanju fil-grad AD 12, skala 1.

3.   Il-ħatra hija soġġetta għall-iffirmar mid-Direttur nnominat tad-dikjarazzjoni ta' indipendenza u nuqqas ta' konflitt ta' interessi li hija annessa ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Awwissu 2016.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

M. LAJČÁK

Għall-Kummissjoni

L-Ewwel Viċi President

F. TIMMERMANS


(1)  ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1.


ANNESS

Jiena, is-sottoskritt, …, niddikjara li ħadt nota tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u ser neżerċita l-funzjonijiet tiegħi ta' Direttur tal-Awtorità b'mod kompletament indipendenti u f'konformità totali mar-regoli ta' dak ir-Regolament. Meta nkun qed naġixxi f'isem l-Awtorità, jien mhux ser nitlob jew nieħu struzzjonijiet minn xi istituzzjoni jew gvern, jew minn xi entità, uffiċċju jew aġenzija oħra. Jien ser nastjeni minn kwalunkwe att li huwa inkompatibbli man-natura tad-dmirijiet tiegħi.

Niddikjara li, sa fejn naf jien, ma ninsabx f'sitwazzjoni ta' konflitt ta' interessi. Jeżisti konflitt ta' interessi fejn l-eżerċizzju imparzjali u oġġettiv tal-funzjonijiet ta' Direttur tal-Awtorità jkun kompromess minħabba raġunijiet li jinvolvu l-familja, il-ħajja personali, l-affinità politika, nazzjonali, filosofika jew reliġjuża, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess ieħor kondiviż ma' riċevitur. B'mod partikolari, niddikjara li m'iniex membru tal-Parlament Ewropew, ma għandi l-ebda mandat elettorali u m'iniex, u qatt ma kont, impjegat ta' xi partit politiku Ewropew jew ta' xi fondazzjoni politika Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

[DATA + FIRMA

tad-Direttur nominat]


27.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 232/13


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1433

tas-26 ta' Awwissu 2016

dwar ir-rikonoxximent tal-“Biomass Biofuels Sustainability voluntary scheme” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà skont id-Direttiva 98/70/KE u fid-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7c(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (2), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(4) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikoli 7b u 7c u l-Anness IV tad-Direttiva 98/70/KE u l-Artikoli 17 u 18 u l-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE jistipulaw kriterji simili għas-sostenibbiltà tal-bijofjuwils u tal-bijolikwidi, u proċeduri simili għall-verifika tal-konformità ma' dawk il-kriterji.

(2)

Meta l-bijofjuwils u l-bijolikwidi jkunu jridu jitqiesu għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 17(1)(a), (b) u (c) tad-Direttiva 2009/28/KE, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi juru l-konformità tal-bijofjuwils u tal-bijolikwidi mal-kriterji tas-sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(2) sa (5) tad-Direttiva 2009/28/KE.

(3)

Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li l-iskemi volontarji nazzjonali jew internazzjonali li jistabbilixxu l-istandards għall-produzzjoni tal-prodotti tal-bijomassa fihom dejta preċiża għall-iskopijiet tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE, u/jew juru li l-konsenji tal-bijofjuwils jew tal-bijolikwidi jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibbiltà stipulati fl-Artikolu 17(3), (4) u (5), u/jew li ebda materjal ma ġie modifikat jew imwarrab intenzjonalment sabiex il-konsenja jew parti minnha tkun tista' taqa' taħt l-Anness IX. Meta operatur ekonomiku jagħti provi jew jipprovdi dejta miksuba skont skema volontarja rikonoxxuta mill-Kummissjoni, safejn ikun kopert bid-deċiżjoni tar-rikonoxximent, Stat Membru ma jistax jitlob lill-fornitur jipprovdi aktar evidenza ta' konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà.

(4)

It-talba biex ikun rikonoxxut li l-“Biomass Biofuels Sustainability voluntary scheme” bbażata f'11 rue de Monceau, 75008 Pariġi, Franza, turi li l-konsenji tal-bijofjuwil jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibbiltà stabbiliti fid-Direttiva 98/70/KE u fid-Direttiva 2009/28/KE, tressqet quddiem il-Kummissjoni fil-25 ta' Lulju 2016. L-iskema tkopri firxa wiesgħa ta' materji primi inkluż skart u residwi u l-katina kollha tal-kustodja. Id-dokumenti tal-iskema rikonoxxuta jeħtieġ li jkunu disponibbli fil-pjattaforma tat-trasparenza stabbilita skont id-Direttiva 2009/28/KE.

(5)

Il-valutazzjoni tal-“Biomass Biofuels Sustainability voluntary scheme” sabet li din tkopri kif jixraq il-kriterji tas-sostenibbiltà tad-Direttiva 98/70/KE u tad-Direttiva 2009/28/KE, u tapplika wkoll metodoloġija ta' bilanċ tal-massa konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 7c(1) tad-Direttiva 98/70/KE u l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/28/KE.

(6)

L-evalwazzjoni tal-“Biomass Biofuels Sustainability voluntary scheme” sabet li din tissodisfa standards xierqa ta' affidabbiltà, tat-trasparenza u tal-awditjar indipendenti u li tikkonforma wkoll mar-rekwiżiti metodoloġiċi tal-Anness IV tad-Direttiva 98/70/KE u tal-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijofjuwils u tal-Bijolikwidi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-“Biomass Biofuels Sustainability voluntary scheme” (minn hawn 'il quddiem, “l-iskema”) li tressqet quddiem il-Kummissjoni għar-rikonoxximent fil-25 ta' Lulju 2016, turi li l-konsenji tal-bijofjuwils u tal-bijolikwidi prodotti skont l-istandards għall-produzzjoni tal-bijofjuwils u tal-bijolikwidi stabbiliti fl-iskema jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibbiltà kif stabbiliti fl-Artikolu 7b(3), (4) u (5) tad-Direttiva 98/70/KE u fl-Artikolu 17(3), (4) u (5) tad-Direttiva 2009/28/KE.

L-iskema fiha wkoll dejta preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE u tal-Artikolu 7b(2) tad-Direttiva 98/70/KE.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni hija valida għal perjodu ta' ħames (5) snin wara li tidħol fis-seħħ. Jekk il-kontenut tal-iskema, kif imressaq quddiem il-Kummissjoni għar-rikonoxximent fil-25 ta' Lulju 2016, jinbidel b'tali mod li jista' jaffettwa l-bażi ta' din id-Deċiżjoni, dan it-tibdil għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni minnufih. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-tibdil innotifikat biex tistabbilixxi jekk l-iskema tkunx għadha qed tkopri kif jixraq il-kriterji ta' sostenibbiltà li għalihom ġiet rikonoxxuta.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tirrevoka din id-Deċiżjoni, fost l-oħrajn, fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

jekk ikun intwera biċ-ċar li l-iskema ma tkunx implimentat elementi meqjusa bħala deċiżivi għal din id-Deċiżjoni jew jekk ikun twettaq ksur serju u strutturali ta' dawk l-elementi;

(b)

jekk l-iskema ma tibgħatx rapporti annwali lill-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 7c(6) tad-Direttiva 98/70/KE u fl-Artikolu 18(6) tad-Direttiva 2009/28/KE;

(c)

jekk l-iskema ma timplimentax l-istandards tal-awditjar indipendenti speċifikati fl-atti ta' implimentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7c(5) tad-Direttiva 98/70/KE u fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 18(5) tad-Direttiva 2009/28/KE jew ma jkunx twettaq titjib lill-elementi l-oħrajn tal-iskema meqjusa bħala deċiżivi għall-issuktar tar-rikonoxximent.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.

(2)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.