ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 228

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
23 ta' Awwissu 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1400 tal-10 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-elementi minimi ta' pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju u l-kontenut minimu tar-rapporti dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ( 1 )

1

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1401 tat-23 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għal metodoloġiji u prinċipji dwar il-valwazzjoni tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi ( 1 )

7

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1402 tat-22 ta' Awwissu 2016 li jirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal tliet produtturi esportaturi skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi

16

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1403 tat-22 ta' Awwissu 2016 li jeskludi s-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 tal-ICES mill-kamp ta' applikazzjoni tal-għeluq tas-sajd fl-2016

30

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1404 tat-22 ta' Awwissu 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

31

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1405 tat-22 ta' Awwissu 2016 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2016) 5466)  ( 1 )

33

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1406 tat-22 ta' Awwissu 2016 li tikkonċerna ċerti miżuri ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1367 (notifikata bid-dokument C(2016) 5467)  ( 1 )

46

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

23.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1400

tal-10 ta' Mejju 2016

li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-elementi minimi ta' pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju u l-kontenut minimu tar-rapporti dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 52(12) tagħhom,

Billi:

(1)

Huwa essenzjali li jiġu stabbiliti regoli dwar l-elementi minimi li għandhom jiġu inklużi fi pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju għall-approvazzjoni tiegħu u dwar il-kontenut minimu tar-rapporti mfassla fil-każ ta' riorganizzazzjoni tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet soġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/59/UE.

(2)

Il-linji gwida u l-komunikazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konformità mal-qafas ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni li jirrigwarda r-ristrutturar tad-ditti f'diffikultajiet fis-settur finanzjarju, skont l-Artikolu 107(3) tat-Trattat, jista' jipprovdi referenza utli għall-elaborazzjoni tal-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju anki meta ma tkun ingħatat ebda għajnuna mill-Istat, peress li huma jaqsmu mal-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju l-objettiv li jirrestawraw il-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni jew tal-entità.

(3)

Il-pjanijiet ta' riorganizzazzjoni tan-negozju għandhom ikunu jistgħu jużaw l-informazzjoni li tinsab fil-pjan ta' rkupru u fil-pjan ta' riżoluzzjoni, sal-punt li tali informazzjoni tkun rilevanti għar-restawr tal-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE u filwaqt li tiġi kkunsidrata l-applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna.

(4)

Ir-ristrutturar tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmi fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE u tal-attivitajiet tagħha wara l-applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna għandu jindirizza r-raġunijiet għall-falliment tagħha. Il-bażi tal-istrateġija ta' riorganizzazzjoni għandha, għalhekk, tkun il-fatturi li wasslu biex kwalunkwe istituzzjoni jew entità tidħol fi proċedura ta' riżoluzzjoni. Din l-istrateġija tista' wkoll tikkunsidra l-prevenzjoni tal-kriżijiet u l-miżuri ta' maniġment li ttieħdu u li ġew implimentati mill-awtorità kompetenti jew mill-awtorità ta' riżoluzzjoni rispettivament. Is-sors u l-kobor tad-diffikultajiet li ltaqgħet magħhom tali istituzzjoni jew entità jistgħu jintwerew billi tiġi inkluża informazzjoni dwar l-issodisfar tar-rekwiżiti regolatorji u prudenzjali rilevanti qabel ir-riżoluzzjoni.

(5)

Għalkemm il-falliment tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE seta' ġie kkawżat minn sett partikolari ta' raġunijiet, tali istituzzjoni jew entità setgħu sofrew minn nuqqasijiet oħra li ma kkawżawx il-falliment, iżda li jistgħu jdgħajfu l-vijabbiltà fit-tul tagħhom. Ir-riorganizzazzjoni għandha tindirizza kull nuqqas. Strateġija ta' riorganizzazzjoni b'suċċess għandha ssegwi analiżi komprensiva kemm tal-istituzzjoni jew l-entità sottoposti għal riorganizzazzjoni u tal-punti b'saħħithom u n-nuqqasijiet tagħhom, kif ukoll tas-swieq rilevanti fejn topera dik l-istituzzjoni jew entità u tar-riskji u tal-opportunitajiet ippreżentati minn tali swieq. Sabiex pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju jiġi kkunsidrat kredibbli mill-awtorità ta' riżoluzzjoni u mill-awtorità kompetenti, dan għandu jirrestawra l-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni abbażi ta' assunzjonijiet prudenti.

(6)

Ir-restawr tal-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE wara r-riżoluzzjoni jfisser li, mhux aktar tard minn tmiem il-perjodu ta' riorganizzazzjoni, l-istituzzjoni jew l-entità tkun tista' tissodisfa l-proċess intern ta' valutazzjoni tal-adegwatezza kapitali tagħha, u r-rekwiżiti rilevanti kollha kemm prudenzjali kif ukoll rekwiżiti regolatorji oħra fuq bażi progressiva, u li jkollha mudell ta' negozju vijabbli li huwa wkoll sostenibbli fit-tul.

(7)

L-awtorità ta' riżoluzzjoni u l-awtorità kompetenti għandhom jiġu pprovduti b'informazzjoni dettaljata biżżejjed biex jivvalutaw il-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju u jimmoniterjaw l-implimentazzjoni tiegħu. Ir-rekwiżit li jipprovdi tali informazzjoni għandu jikkunsidra r-rilevanza tagħha għall-istruttura korporattiva tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, u r-rilevanza tagħha għar-riorganizzazzjoni u l-affidabbiltà tagħhom, speċjalment fil-każ ta' kriżi sistemika.

(8)

Il-fluttwazzjonijiet huma parti inerenti miċ-ċiklu ekonomiku. Kwalunkwe pjan ta' negozju għandu għalhekk ikun soġġett għal analiżijiet ta' xenarji alternattivi, b'tibdiliet adegwati fl-assunzjonijiet sottostanti prinċipali. Għalkemm il-vijabbiltà fit-tul għandha tiġi restawrata taħt kull xenarju, l-iżvilupp ta' strateġiji ta' riorganizzazzjoni jista' jwassal għal spejjeż sproporzjonati għall-istituzzjoni jew għall-entità msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, filwaqt li x-xenarji alternattivi għandhom bi prinċipju jkunu anqas probabbli milli dak tax-xenarju bażi.

(9)

Il-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jippermetti lill-awtorità ta' riżoluzzjoni u lill-awtorità kompetenti jivvalutaw l-impatt tiegħu fuq il-kisba tal-objettivi ta' riżoluzzjoni, u b'mod partikolari jiżguraw il-kontinwità ta' funzjonijiet kritiċi u jevitaw effett negattiv sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja.

(10)

Il-frekwenza u d-dettall tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju għandhom jippermettu identifikazzjoni bikrija ta' kull devjazzjoni jew ta' diffikultajiet oħra. Ir-rapportar trimestrali tad-dejta u tal-prestazzjoni huwa metodoloġija komuni fis-settur finanzjarju u jippermetti tali osservazzjoni fi żmien debitu. Il-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jippermetti wkoll aġġustamenti fl-istadji importanti jew fil-miżuri ppjanati fih oriġinarjament, meta dan ikun iġġustifikat miċ-ċirkostanzi.

(11)

Dan ir-Regolament huwa msejjes fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Bankarja Ewropea (“EBA”) lill-Kummissjoni.

(12)

L-EBA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“perjodu ta' riorganizzazzjoni” jfisser il-perjodu, li għandu jkun ta' durata raġonevoli, bejn l-applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna u l-mument meta l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE soġġetti għal riżoluzzjoni huma mistennija li jkunu rrestawraw il-vijabbiltà fit-tul tagħhom, u li matulu jiġu implimentati l-miżuri previsti fil-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju;

(2)

“xenarju bażi” jfisser ix-xenarju ta' negozju li l-korp maniġjerali jew il-persuna jew persuni maħtura biex joperaw l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE jikkunsidraw bħala l-aktar probabbli li jimmaterjalizza fil-proċess ta' restawr tal-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni jew tal-entità.

Artikolu 2

Strateġiji u miżuri

1.   Il-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jinkludi dan kollu li ġej:

(a)

rendikont storiku u finanzjarju tal-fatturi li kkontribwew għad-diffikultajiet tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, li jinkludi l-indikaturi tal-prestazzjoni rilevanti li ddeterjoraw fil-perjodu qabel ir-riżoluzzjoni u r-raġuni għad-deterjorament tagħhom;

(b)

deskrizzjoni qasira tal-miżuri ta' prevenzjoni u ta' ġestjoni ta' kriżijiet, fejn tali miżuri ġew applikati mill-awtorità kompetenti, l-awtorità ta' riżoluzzjoni jew l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE qabel il-preżentazzjoni tal-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju;

(c)

deskrizzjoni tal-istrateġija ta' riorganizzazzjoni tan-negozju u l-miżuri intiżi biex jirrestawraw il-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni jew tal-entità tul il-perjodu ta' riorganizzazzjoni, inkluża deskrizzjoni ta' kull wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

il-mudell ta' negozju riorganizzat;

(ii)

il-miżuri li jimplimentaw l-istrateġija ta' riorganizzazzjoni tan-negozju fil-livell tal-grupp, tal-entità u tal-linja operatorja;

(iii)

id-durata prestabbilita tal-perjodu ta' riorganizzazzjoni u stadji importanti;

(iv)

l-interazzjoni mal-awtorità ta' riżoluzzjoni u mal-awtorità kompetenti;

(v)

l-istrateġija rigward l-involviment ta' azzjonisti esterni rilevanti bħal trejdjunjins jew organizzazzjonijiet;

(vi)

l-istrateġija ta' komunikazzjoni interna u esterna għall-miżuri ta' riorganizzazzjoni tan-negozju.

2.   Meta partijiet tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE jkunu se jiġu stralċati jew jinbiegħu, l-istrateġija ta' riorganizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(c) ta' dan l-Artikolu għandha tidentifika dan kollu li ġej:

(a)

l-entità jew il-linja operatorja rilevanti, il-metodu ta' stralċ jew tal-bejgħ, inkluż l-assunzjonijiet sottostanti u kwalunkwe telf possibbli mistenni;

(b)

id-durata mistennija;

(c)

kull finanzjament jew servizz ipprovduti minn jew lill-istituzzjoni jew entità li tibqa'.

3.   Kull rikavat minn ċessjoni ta' assi, ta' entitajiet jew ta' linji operatorji ppjanati mill-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jiġu kkalkolat b'mod prudenti u b'referenza għal punt ta riferiment jew valutazzjoni affidabbli, bħal valutazzjoni esperta, eżerċizzju ta' sondaġġ tas-suq, jew il-valur ta' linji operatorji jew entitajiet simili. Il-kalkolu għandu jikkunsidra l-probabbiltà tar-realizzazzjoni tat-telf.

4.   Għall-partijiet tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE li mhux se jiġu stralċati jew jinbiegħu, il-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jindika modi biex jiġi rimedjat kull nuqqas fl-operat jew fil-prestazzjoni tagħhom li jista' jkollu impatt fuq il-vijabbiltà fit-tul tagħhom, anki jekk dawn in-nuqqasijiet ma jkunux relatati direttament man-nuqqas ta' dik l-istituzzjoni jew entità.

5.   Il-miżuri stabbiliti fil-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju għandhom jikkunsidraw il-punti b'saħħithom u d-dgħufijiet tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE u l-mudell ta' negozju riorganizzat permezz ta' referenza għall-ambjent ekonomiku u tas-suq li jopera fih.

6.   L-istrateġija ta' riorganizzazzjoni tista' tinkludi miżuri identifikati preċedentement fil-pjan ta' rkupru jew fil-pjan ta' riżoluzzjoni, sakemm il-pjan ta' riżoluzzjoni jkun aċċessibbli għall-istituzzjoni jew għall-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE u meta tali miżuri jibqgħu validi wara r-riżoluzzjoni. Din l-għażla ma timplika ebda obbligu fuq l-awtorità ta' riżoluzzjoni biex taqsam il-pjan ta' riżoluzzjoni mal-korp ta' ġestjoni jew mal-persuna jew persuni maħtura skont l-Artikolu 72(1) tad-Direttiva 2014/59/UE.

Artikolu 3

Prestazzjoni finanzjarja — Rekwiżiti regolatorji

1.   Il-pjan ta' riorganizzazzjoni għandu jinkludi l-prestazzjoni finanzjarja prevista tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE tul il-perjodu ta' riorganizzazzjoni u juri kif tista' tiġi restawrata l-vijabbiltà fit-tul. B'mod partikolari, għandha tistabbilixxi:

(a)

l-ispejjeż u l-impatt tar-riorganizzazzjoni fuq il-profitt u d-dikjarazzjoni ta' telf u l-karta bilanċjali tal-istituzzjoni jew tal-entità;

(b)

deskrizzjoni tar-rekwiżiti ta' finanzjament tul il-perjodu ta' riorganizzazzjoni u s-sorsi potenzjali ta' finanzjament;

(c)

il-mod li l-istituzzjoni jew l-entità jkunu jistgħu joperaw li jkopri l-ispejjeż kollha tagħha, inkluż id-deprezzament u l-ispejjeż finanzjarji u jipprovdi rendiment finanzjarju aċċettabbli sa tmiem il-perjodu ta' riorganizzazzjoni;

(d)

karta bilanċjali ta' wara r-riżoluzzjoni li tirrifletti l-istruttura ta' dejn u kapitali l-ġdida u t-tniżżil fil-valur tal-assi abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2014/59/UE jew il-valutazzjoni definittiva ex-post msemmija fl-Artikolu 36(10) tagħha;

(e)

projezzjoni tal-metrika finanzjarja ewlenija fil-livell tal-gruppi, tal-entità u tal-linja operatorja, li tirrelata b'mod partikolari, mal-likwidità, il-prestazzjoni tas-self, il-profil ta' finanzjament, il-profittabbiltà u l-effiċjenza.

2.   Il-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jistabbilixxi l-azzjonijiet li se tieħu l-istituzzjoni jew l-entità biex tiżgura li tkun tista' tissodisfa r-rekwiżiti prudenzjali applikabbli u rekwiżiti regolatorji oħra fuq bażi progressiva mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn tmiem il-perjodu ta' riorganizzazzjoni, inklużi r-rekwiżiti minimi għall-fondi proprji u responsabbiltajiet eliġibbli fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE.

Artikolu 4

Valutazzjoni tal-vijabbiltà

1.   Il-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jinkludi informazzjoni biżżejjed biex tippermetti lill-awtorità ta' riżoluzzjoni u lill-awtorità kompetenti jivvalutaw il-fattibbiltà tal-miżuri proposti. Il-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jistabbilixxi tal-anqas:

(a)

l-assunzjonijiet rigward l-iżviluppi makroekonomiċi u tas-suq mistennija fix-xenarju bażi, meta mqabbla ma' punti ta' riferiment adegwati fis-setturi kollha;

(b)

preżentazzjoni konċiża ta' strateġiji ta' riorganizzazzjoni alternattivi jew sett ta' miżuri u ġustifikazzjoni dwar ir-raġuni għaliex intgħażlu l-miżuri fil-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju biex jirrestawraw vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, filwaqt li jirrispettaw l-objettivi u l-prinċipji tar-riżoluzzjoni.

2.   Il-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jinkludi l-informazzjoni meħtieġa biex jiffaċilita li l-awtorità ta' riżoluzzjoni jew l-awtorità kompetenti twettaq analiżi dettaljata tal-impatt ta' riorganizzazzjoni tan-negozju fuq il-funzjonijiet kritiċi tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE u dwar l-istabbiltà finanzjarja.

3.   Il-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jinkludi analiżi ta' sett alternattiv ta' assunzjonijiet sottostanti prinċipali, li fih jiġu kkunsidrati l-aħjar xenarji possibbli u l-agħar xenarji possibbli. Ir-restawr tal-vijabbiltà fit-tul għandu jkun possibbli fix-xenarji kollha, għalkemm il-perjodu, il-miżuri u l-prestazzjoni finanzjarja jistgħu jvarjaw.

4.   Fir-rigward tal-aħjar u tal-agħar xenarji possibbli msemmija fil-paragrafu 3, il-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jinkludi sommarju tal-informazzjoni ewlenija użata biex jiżviluppa kull xenarju u l-prestazzjoni tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE taħt kull xenarju. Tali sommarju għandu jinkludi b'mod partikolari:

(a)

l-assunzjonijiet sottostanti, bħall-elementi varjabbli makroekonomiċi ewlenin;

(b)

il-projezzjoni tad-dikjarazzjoni tal-profitt u tat-telf u l-karti bilanċjali;

(c)

il-metrika finanzjarja ewlenija fil-livell tal-grupp, tal-entità u tal-linja operatorja.

Artikolu 5

Implimentazzjoni u aġġustamenti

1.   Il-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jinkludi stadji importanti ta' implimentazzjoni u indikaturi tal-prestazzjoni speċifiċi, adegwati u tal-anqas kull trimestru. Dawn l-istadji importanti u l-indikaturi jistgħu jiġu aġġustati, konformi mal-proċess stabbilit fil-paragrafu 2.

2.   Il-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jipprevedi l-possibbiltà għall-korp maniġerjali jew għal kull persuna jew persuni maħtura skont l-Artikolu 72(1) tad-Direttiva 2014/59/UE biex jaġġustaw l-istrateġija ta' riorganizzazzjoni jew miżuri individwali li l-implimentazzjoni tagħhom m'għadhiex mistennija tikkontribwixxi għar-restawr tal-vijabbiltà fit-tul fi ħdan id-durata maħsuba. Tali aġġustamenti għandhom jiġu kkomunikati lill-awtorità ta' riżoluzzjoni u lill-awtorità kompetenti fir-rapport ta' progress dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju msemmi fl-Artikolu 6. Fejn ikun meħtieġ għal raġunijiet ta' urġenza, tali aġġustamenti jistgħu jiġu kkomunikati wkoll permezz ta' rapporti straordinarji.

3.   Il-korp maniġerjali jew il-persuna jew persuni maħtura skont l-Artikolu 72(1) tad-Direttiva 2014/59/UE m'għandhomx jiddevjaw mill-implimentazzjoni tal-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju qabel jakkwistaw l-approvazzjoni għall-aġġustament skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi (7), (8) u (9) tal-Artikolu 52 tad-Direttiva 2014/59/UE.

Artikolu 6

Rapport ta' progress

1.   Ir-rapport ta' progress li għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 52(10) tad-Direttiva 2014/59/UE għandu jinkludi rieżami u valutazzjoni tal-progress tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju, li jkopri tal-anqas dan li ġej:

(a)

l-istadji importanti li huma ssodisfati, il-miżuri li jiġu realizzati u kif l-impatt tagħhom jitqabbel ma' dak previst fil-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju;

(b)

il-prestazzjoni tal-istituzzjoni jew tal-entità u tqabbil mal-previżjonijiet tal-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju u rapporti ta' progress preċedenti;

(c)

ir-raġunijiet għaliex kull stadju importanti jew indikaturi tal-prestazzjoni ma ġewx miksuba u proposti biex jirrimedjaw id-dewmien jew in-nuqqasijiet;

(d)

kull kwistjoni oħra li tirriżulta mill-eżekuzzjoni tal-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju li tista' tipprevjeni r-restawr tal-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(e)

il-miżuri u l-istadji importanti futuri u valutazzjoni tal-probabbiltà li jiġu ssodisfati;

(f)

projezzjonijiet ta' prestazzjoni finanzjarja aġġornati;

(g)

fejn hu meħtieġ u ġġustifikat, proposta għal aġġustamenti ta' miżuri individwali, stadji importanti jew indikaturi tal-prestazzjoni, skont l-Artikolu 5(2).

2.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jirrikjedu f'kull ħin lill-korp maniġerjali jew lill-persuna jew persuni maħtura skont l-Artikolu 72(1) tad-Direttiva 2014/59/UE li jipprovdu informazzjoni relatata mal-implimentazzjoni tal-pjan ta' organizzazzjoni tan-negozju.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 173,12.6.2014, p. 190.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


23.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/7


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1401

tat-23 ta' Mejju 2016

li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għal metodoloġiji u prinċipji dwar il-valwazzjoni tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE, u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikulari, l-Artikolu 49(5) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2014/59/UE tagħti s-setgħa lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jnaqqsu l-valur u jikkonvertu l-obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

(2)

Il-kuntratti tad-derivattivi jistgħu jirrappreżentaw sehem sinifikanti mill-istruttura tal-obbligazzjonijiet ta' ċertu istituzzjonijiet ta' kreditu. Madankollu, il-valwazzjoni ta' tali kuntratti hija proċess kumpless minħabba li l-valur tagħhom huwa marbut mal-valur tal-istrumenti, l-assi jew l-entitajiet sottostanti, li jevolvi tul iż-żmien u li jikkristallizza biss fil-maturità jew mal-close-out.

(3)

L-esperjenza tal-passat turi li l-kumplessità tal-valwazzjoni tal-obbligazzjonijiet derivattivi malli tfalli waħda mill-kontropartijiet tista' tagħmel il-proċess ta' valwazzjoni wieħed li jieħu l-ħin, li jinvolvi kostijiet enormi u li jwassal għal litigazzjoni.

(4)

Barra minn hekk, il-prattika turi li l-kuntratti tad-derivattivi jista' jkun fihom metodoloġiji differenti biex jiġi ddeterminat l-ammont dovut bejn il-kontropartijiet mal-close-out, fejn xi wħud minnhom iħallu d-determinazzjoni tal-ammont tal-close-out jew id-data tal-close-out, jew it-tnejn li huma, għal kollox f'idejn il-kontroparti mhux inadempjenti.

(5)

B'dan il-mod, sabiex jiġi evitat periklu morali u tiġi żgurata l-effiċjenza tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jadottaw u jimplimentaw metodi adegwati biex ivalwaw l-obbligazzjonijiet li joriġinaw minn kuntratti tad-derivattivi f'qafas ta' żmien kompatibbli mal-ħeffa tal-proċess ta' riżoluzzjoni u abbażi ta' informazzjoni oġġettiva u, fejn prattikabbli, disponibbli mill-ewwel. Huwa importanti li l-metodu ta' valwazzjoni jistabbilixxi xi dispożizzjonijiet proċedurali dwar il-komunikazzjoni ta' deċiżjonijiet tal-close-out mill-awtorità ta' riżoluzzjoni, kif ukoll dwar kif jinkisbu tranżazzjonijiet ta' sostituzzjoni mill-kontropartijiet magħluqa (closed-out).

(6)

Il-kuntratti tad-derivattivi soġġetti għal ftehim ta' netting iwasslu għal ammont wieħed ta' close-out fil-każ ta' terminazzjoni kuntrattwali bikrija. L-Artikolu 49 tad-Direttiva 2014/59/UE jipprevedi li l-valur ta' tali kuntratti jiġi ddeterminat fuq bażi netta skont it-termini tal-ftehim. L-awtorità ta' riżoluzzjoni jew valwatur indipendenti għandhom, għalhekk, jirrispettaw is-settijiet tan-netting iddefiniti fl-arranġamenti ta' netting mingħajr ma jkunu jistgħu jagħżlu ċertu kuntratti u jeżentaw oħrajn.

(7)

Skont l-Artikolu 49 tad-Direttiva 2014/59/UE, il-valur tal-kuntratti tad-derivattivi huwa ddeterminat mill-awtorità ta' riżoluzzjoni jew minn valwatur indipendenti bħala parti mill-proċess ta' valwazzjoni mwettaq skont l-Artikolu 36 ta' dik id-Direttiva. Fir-rigward tal-obbligazzjonijiet ta' derivattivi, il-proċess ta' valwazzjoni għandu jimmira li jiddetermina valwazzjoni veloċi u ex ante għal skopijiet ta' rikapitalizzazzjoni interna, u fl-istess ħin jippermetti lill-awtorità ta' riżoluzzjoni flessibilità xierqa għal aġġustament ex post tal-ammonti ta' pretensjoni.

(8)

Il-valutazzjoni dwar jekk obbligazzjonijiet ta' derivattivi għandhomx jiġu rikapitalizzati internament jew jekk għandhomx jiġu esklużi mill-ambitu ta' rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 44(3) tad-Direttiva 2014/59/UE għandha ssir qabel id-deċiżjoni ta' close-out bħala parti mill-proċess ta' valwazzjoni skont l-Artikolu 36 ta' din id-Direttiva.

(9)

Il-valwazzjoni ta' obbligazzjonijiet tad-derivattivi għandha tippermetti lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jivvalutaw, qabel ma tittieħed deċiżjoni ta' close-out, l-ammont potenzjali li bih tali obbligazzjonijiet jiġu soġġetti għal rikapitalizzazzjoni interna wara l-close-out, kif ukoll id-distruzzjoni potenzjali fil-valur li tista' tirriżulta mill-close-out.

(10)

Il-close-out ta' kuntratti tad-derivattivi jista' jikkristalizza f'telf addizzjonali li mhuwiex rifless fil-valwazzjoni ta' negozju avvjat, li joriġina pereżempju mill-kostijiet reali ta' sostituzzjoni sostnuti mill-kontroparti, li jżidu l-kostijiet tal-close-out li dovuti mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, jew li joriġina mill-kostijiet ssostni mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni biex tistabbilixxi mill-ġdid tranżazzjonijiet dwar l-iskoperturi soġġetti għar-riskju tas-suq miftuħ li jirriżultaw mill-close-out. Jekk it-telf sostnut jew it-telf mistenni li jirriżulta minn close-out ta' derivattivi jaqbeż is-sehem tal-obbligazzjonijiet korrispondenti li jkun disponibbli effettivament għar-rikapitalizzazzjoni interna, it-telf eċċessiv jista' jżid il-piż ta' rikapitalizzazzjoni interna għal kredituri oħra tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni. F'tali każijiet, l-ammont ta' telf li jiġġarrab mill-obbligazzjonijiet li ma jirriżultawx minn kuntratti tad-derivattivi f'rikapitalizzazzjoni interna jkun ogħla milli mingħajr il-close-out u r-rikapitalizzazjoni interna ta' kuntratti tad-derivattivi, u għalhekk l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tikkunsidra li teżenta l-kuntratti tad-derivattivi minn rikapitalizzazzjoni interna f'konformità mal-Artikolu 44(3)(d) tad-Direttiva 2014/59/UE u mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/860 (2) adottat skont l-Artikolu 44(11) ta' din id-Direttiva. Kwalunkwe eżerċizzju ta' setgħa ta' rikapitalizzazzjoni interna fir-rigward ta' tali obbligazzjonijiet għandu jkun soġġett għall-eżenzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2014/59/UE u għall-eżenzjonijiet diskrezzjonali stabbiliti fl-Artikolu 44(3) ta' din id-Direttiva kif speċifikat fir-Regolament Delegat (UE) 2016/860.

(11)

Peress li hemm ħtieġa għal interpretazzjoni konsistenti tal-paragrafi (3) u (4) tal-Artikolu 49 tad-Direttiva 2014/59/UE, għandhom jiġu speċifikati l-metodoloġiji u l-prinċipji għall-valwazzjoni tad-derivattivi li jagħmlu l-valwaturi indipendenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni.

(12)

Metodoloġija ta' valwazzjoni li tiddependi fuq kostijiet ta' sostituzzjoni reali jew ipotetiċi għall-obbligazzjonijiet magħluqa (closed-out) tista' takkwista riżultati simili għall-prattika tas-suq predominanti u tkun konsistenti mal-prinċipji li jirregolaw il-valwazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 74 tad-Direttiva 2014/59/UE, li hija mmirata biex tistabbilixxi jekk l-azzjonisti u l-kredituri kinux jirċievu trattament aħjar li kieku l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni daħlet fi proċedimenti ta' insolvenza normali (il-prinċipju “l-ebda kreditur ma jmur agħar”).

(13)

Fl-applikazzjoni tal-metodu ta' valwazzjoni, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tkun tista' tiddependi fuq diversi sorsi ta' dejta, inklużi sorsi ta' dejta pprovduti mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, mill-kontropartijiet jew minn partijiet terzi. Madankollu, ikun adegwat li jiġu stabbiliti prinċipji dwar it-tipi ta' dejta li għandhom jiġu kkunsidrati fil-kors tal-valwazzjoni sabiex tiġi żgurata determinazzjoni objettiva tal-valur.

(14)

Il-kontropartijiet ta' kuntratti tad-derivattivi magħluqa (closed-out) minn awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jagħżlu li jikkonkludu tranżazzjoni ta' sostituzzjoni waħda jew aktar biex jissostitwixxu l-iskopertura tagħhom mal-close-out. Tali tranżazzjoni ta' sostituzzjoni għandha tikkostitwixxi sors ta' dejta privileġġat għall-valwazzjoni sakemm tiġi konkluża f'termini kummerċjalment raġonevoli sad-data tal-close-out jew appena jkun raġonevolment prattikabbli wara. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom, għalhekk, meta jikkomunikaw deċiżjoni ta' close-out, jagħtu lill-kontropartijiet il-possibiltà li jipprovdu evidenza ta' tranżazzjonijiet ta' sostituzzjoni kummerċjalment raġonevoli fi żmien skadenza konsistenti mal-waqt ta' referenza mistenni qabel il-valwazzjoni. Meta l-kontropartijiet ikunu pprovdew tali evidenza sal-iskadenza, il-valwatur għandu jiddetermina l-ammont ta' close-out bil-prezzijiet ta' dawk it-tranżazzjonijiet ta' sostituzzjoni. Jekk il-kontropartijiet ma jkunux ipprovdew evidenza ta' tranżazzjonijiet ta' sostituzzjoni kommerċjalment raġonevoli sal-iskadenza, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom ikunu jistgħu iwettqu l-valwazzjoni abbażi ta' informazzjoni disponibbli tas-suq, bħal firxiet tal-prezz ta' nofs is-suq u firxiet bejn it-talba u l-offerta, sabiex jiġu vvalutati l-kostijiet ta' sostituzzjoni ipotetiċi, jiġifieri t-telf jew il-kostijiet li kienu jiġġarrbu riżultat tal-istabbiliment mill-ġdid ta' ħeġġ jew ta' pożizzjoni ta' negozjar relatata fuq bażi ta' skopertura tar-riskju nett.

(15)

Il-prodotti u s-swieq derivattivi huma eteroġeni ħafna u mhuwiex possibbli li tiġi identifikata prattika waħda tas-suq għad-dħul fi tranżazzjonijiet ta' sostituzzjoni. Għalhekk, il-kunċett ta' “tranżazzjonijiet ta' sostituzzjoni kommerċjalment raġonevoli” għandu jkun iddefinit b'mod wiesa' sabiex il-valwatur ikun jista' jwettaq il-valutazzjoni rikjesta fil-kuntesti kollha tas-suq. Dan il-kunċett għandu jiftiehem bħala tranżazzjoni ta' sostituzzjoni li wieħed jidħol fiha fuq bażi ta' skopertura għar-riskju nnettjata (netted), f'termini konsistenti mal-prattika komuni tas-suq u fejn isiru sforzi raġonevoli sabiex jinkiseb l-aħjar valur għall-flus. B'mod partikolari, il-valwatur għandu jikkonsidra, fost elementi oħrajn, l-għadd ta' negozjanti li ġew ikkontattjati mill-kontroparti, l-għadd miksub ta' kwoti ta' ditti, u jekk ingħażlitx il-kwota li toffri l-aħjar prezz. L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tkun tista' tispeċifika fl-avviż tal-close-out il-kriterji li se tapplika fil-valutazzjoni tagħha.

(16)

Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni adottata fis-snin riċenti fittxet, skont l-istandards internazzjonali, li żżid it-trasparenza u l-mitigazzjoni tar-riskju fis-suq għal kuntratti tad-derivatativi billi tipprevedi kklerjar mandatorju permezz ta' kontropartijiet ċentrali (“CCP”) għal derivattivi barra l-Borża standardizzati (“OTC”), rekwiżi ta' valwazzjoni u marġinazzjoni għal derivattivi kklerjati minn CCP u għal firxa wiesgħa ta' derivattivi OTC, u rapportar mandatorju għal depożitorji tat-tranżazzjonijiet għad-derivattivi OTC kollha.

(17)

F'każ li membru tal-ikklerjar tas-CCP jitqiegħed taħt riżoluzzjoni, u l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun għalqet kuntratti tad-derivattivi qabel ir-rikapitalizzazzjoni interna, dan il-membru tal-ikklerjar ikun jikkwalifika bħala membru tal-ikklerjar f'inadempjenza fir-rigward tas-CCP f'relazzjoni mas-sett/ijiet ta' netting partikolari. Il-proċeduri interni u l-mekkaniżmi li jirregolaw l-inadempjenza ta' membru tal-ikklerjar (“proċeduri ta' inadempjenza tas-CCP”) implimentati minn CCPs fid-dawl tar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), joffru bażi affidabbli biex jiġi ddeterminat il-valur tal-obbligazzjoni tad-derivattiv li jinħoloq fis-sett tan-netting kollu mill-close-out, anki fil-kuntest tar-rikapitalizzazzjoni interna fi proċess ta' riżoluzzjoni.

(18)

It-twettiq ta' proċeduri ta' inadempjenza tas-CCP jistgħu jieħdu diversi jiem jew aktar wara l-event skattatur. Fil-każ partikolari tar-riżoluzzjoni, li wieħed jistenna li jitlestew il-proċeduri ta' inadempjenza fuq perjodu twil ħafna sabiex jiġi stabbilit il-valur tad-derivattivi jista' jdgħajjef l-iskeda ta' żmien u l-objettivi tar-riżoluzzjoni u jista' jirriżulta fi tfixkil mhux meħtieġ fis-swieq finanzjarji. Huwa meħtieġ, għalhekk, li l-awtorità ta' riżoluzzjoni taqbel mas-CCP u mal-awtorità kompetenti tas-CCP dwar l-iskadenza sa meta jrid jiġi ddeterminat l-ammont ta' terminazzjoni bikrija, filwaqt li jitqiesu kemm il-limitazzjoni tas-CCP, kif ukoll dawk tal-awtorità ta' riżoluzzjoni.

(19)

L-ammont ta' terminazzjoni bikrija ddeterminat mis-CCP skont il-proċeduri ta' ġestjoni ta' inadempjenza sal-iskadenza miftiehma għandu jkun appoġġat mill-valwatur. Meta s-CCP tonqos milli tiddetermina l-ammont ta' terminazzjoni bikrija sal-iskadenza miftiehma jew ma tapplikax il-proċeduri tagħha ta' inadempjenza, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandu jkollha l-possibiltà li tiddependi fuq l-istimi tagħha stess biex tiddetermina l-ammont ta' terminazzjoni bikrija. L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tkun tista' tapplika determinazzjoni proviżorja abbażi tal-istimi tagħha stess meta tali azzjoni tkun iġġustifikata skont l-urġenza tal-proċess ta' riżoluzzjoni u sakemm tiġi aġġornata l-valwazzjoni tagħha hekk kif titlesta l-proċedura ta' inadempjenza tas-CCP fl-għeluq tal-iskadenza. L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tkun tista' tikkonsidra informazzjoni pprovduta mis-CCP wara l-iskadenza tal-valwazzjoni definittiva ex post, jekk tkun disponibbli f'dak iż-żmien, u fi kwalunkwe każ meta twettaq il-valwazzjoni tad-differenza fit-trattament skont l-Artikolu 74 tad-Direttiva 2014/59/UE. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-proċeduri ta' ġestjoni ta' inadempjenza magħmula mis-CCPs skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012.

(20)

Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament m'għandhomx jaffettwaw il-proċeduri interni tas-CCP għat-trasferiment tal-assi u tal-pożizzjonijiet stabbiliti bejn membru tal-ikklerjar inadempjenti u l-klijenti tiegħu, adottati skont l-Artikolu 48(4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, u għandu jkun konsistenti ma' kwalunkwe dispożizzjoni jew kundizzjoni rilevanti oħra ta' awtorizzazzjoni li tista' taffettwa l-close-out tal-kuntratti tad-derivattivi rilevanti.

(21)

Il-punt ta' żmien għall-valwazzjoni tal-kuntratti tad-derivattivi għandu jirrifletti l-prinċipju ta' valwazzjoni li jikkunsidra l-kostijiet ta' sostituzzjoni reali jew ipotetiċi li jsostnu l-kontropartijiet. Sabiex il-valwazzjoni tkun kemm jista' jkun preċiża, il-valwazzjoni għandha titwettaq fid-data tal-close-out jew, jekk dan ma jkunx kommerċjalment raġonevoli, fl-ewwel jum u fil-ħin li fih ikun disponibbli prezz tas-suq għall-ass sottostanti. F'dawk il-każijiet fejn l-ammont ta' terminazzjoni bikrija jiġi ddeterminat mis-CCP jew bil-prezz tat-tranżazzjonijiet ta' sostituzzjoni, il-punt ta' referenza fiż-żmien għandu jkun dak tad-determinazzjoni tas-CCP jew dak tat-tranżazzjonijiet ta' sostituzzjoni.

(22)

Jekk l-awtorità ta' riżoluzzjoni, minħabba urġenza, tiddeċiedi li twettaq valwazzjoni proviżorja skont l-Artikolu 36(9) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-awtorità ta' riżoluzzjoni jew il-valwatur għandhom ikunu jistgħu, bħala parti mill-valwazzjoni proviżorja, jipproduċu determinazzjoni proviżorja tal-valur tal-obbligazzjonijiet tad-derivattivi qabel dak il-punt ta' referenza ta' żmien, abbażi ta' stimi tal-valur u ta' dejta disponibbli f'dak il-ħin. Meta l-awtorità ta' riżoluzzjoni tieħu azzjoni ta' riżoluzzjoni abbażi tal-valwazzjoni proviżorja skont l-Artikolu 36(12) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-żviluppi tas-suq rilevanti osservati jew l-evidenza ta' tranżazzjonijiet ta' sostituzzjoni reali fil-punt ta' żmien ta' referenza jkunu riflessi fil-valwazzjoni proviżorja sussegwenti jew, fil-valwazzjoni finali mwettqa skont l-Artikolu 36(10) ta' dik id-Direttiva.

(23)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni.

(24)

L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, ikkonsultat l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati Bankarji stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“sett tan-netting” tfisser grupp ta' kuntratti soġġetti għal arranġament ta' netting kif iddefinit fl-Artikolu 2(1)(98) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(2)

“valwatur” tfisser espert indipendenti maħtur biex iwettaq il-valwazzjoni f'konformità mar-rekwiżiti u mal-kriterji stabbiliti fil-Parti Erbgħa tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1075 (5) jew l-awtorità ta' riżoluzzjoni meta titwettaq valwazzjoni skont il-paragrafi (2) u (9) tal-Artikolu 36 tad-Direttiva 2014/59/UE;

(3)

“kontroparti ċentrali”, jew “CCP” tfisser CCP kif iddefinita fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, sakemm tkun jew;

(a)

stabbilita fl-Unjoni u awtorizzata skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 14 sa 21 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(b)

jew stabbilita f'pajjiż terz u rikonoxxuta skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(4)

“membru tal-ikklerjar” tfisser membru tal-ikklerjar kif iddefinit fl-Artikolu 2(14) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(5)

“data tal-close-out” tfisser il-jum u l-ħin tal-close-out speċifikat fil-komunikazzjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tad-deċiżjoni ta' close-out;

(6)

“tranżazzjoni ta' sostituzzjoni” tfisser tranżazzjoni li wieħed jidħol fiha fid-data tal-close-out jew wara din id-data, ta' kuntratt tad-derivattivi biex jiġi stabbilit mill-ġdid, fuq bażi ta' skopertura għar-riskju nett, kwalunkwe ħeġġ jew pożizzjoni ta' negozjar relatata li ġew terminati fuq termini ekonomiċi ekwivalenti bħal tat-tranżazzjoni magħluqa (closed-out);

(7)

“tranżazzjoni ta' sostituzzjoni kummerċjalment raġonevoli” tfisser tranżazzjoni ta' sostituzzjoni li wieħed daħal fiha fuq bażi ta' skopertura għar-riskju innettjat, fuq termini konsistenti mal-prattika komuni tas-suq u billi jsiru sforzi raġonevoli biex jiġi akkwistat l-aħjar valur għall-flus.

Artikolu 2

Tqabbil bejn id-distruzzjoni tal-valur li tista' toriġina mill-close-out u mill-potenzjal ta' rikapitalizzazzjoni interna ta' kuntratti tad-derivattivi

1.   Għall-fini tal-Artikolu 49(4)(c) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tqabbel dan li ġej:

(a)

l-ammont ta' telf li jiġġarrab mill-kuntratti tad-derivattivi f'rikapitalizzazzjoni interna, ikkalkulat billi jiġu mmultiplikati:

(i)

is-sehem, fi ħdan l-obbligazzjonijiet kollha tal-istess klassifikazzjoni, ta' obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn kuntratti tad-derivattivi ddeterminati bħala parti mill-valwazzjoni skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2014/59/UE u li ma jaqgħux fi ħdan l-esklużjonijiet minn rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 44(2) ta' din id-Direttiva; bit-

(ii)

total tat-telf mistenni li jiġġarrab mill-obbligazzjonijiet kollha tal-istess klassifikazzjoni, inkluż l-obbligazzjonijiet tad-derivattivi li joriġinaw mill-close-out;

fejn

(b)

id-distruzzjoni fil-valur abbażi ta' valutazzjoni tal-ammont ta' kostijiet, spejjeż, jew indebboliment ieħor fil-valur li hu mistenni li jiġġarrab riżultat ta' close-out tal-kuntratti tad-derivattivi, u li jinkiseb billi jiġi kkalkolat it-total tal-elementi li ġejjin:

(i)

ir-riskju ta' żieda fil-pretensjoni tal-kontroparti għal close-out li toriġina minn kostijiet ta' iħħeġġjar mill-ġdid li mistennija jiġu sostnuti minnha, billi jiġu kkunsidrati l-firxiet bejn it-talba u l-offerta, mid-to-bid, jew mid-to-offer skont l-Artikolu 6 (2)(b);

(ii)

il-kost li mistenni li jiġi sostnut mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni meta tistabbilixxi kwalunkwe tranżazzjoni ta' derivattivi komparabbli kkunsidrata meħtieġa sabiex jiġi stabbilit mill-ġdid ħeġġ għal kwalunkwe skopertura miftuħa jew biex jinżamm profil ta' riskju aċċettabbli skont l-istrateġija ta' riżoluzzjoni. L-istabbiliment ta' tranżazzjoni ta' derivattivi komparabbli jista' jinkiseb billi jiġu kkunsidrati r-rekwiżi ta' marġini inizjali u l-firxiet bejn it-talba u l-offerta prevalenti;

(iii)

kwalunkwe tnaqqis fil-valur ta' frankiġja li joriġina mill-close-out ta' kuntratti tad-derivattivi, inkluż kwalunkwe indebboliment ta' valwazzjoni għal assi oħra jew assi sottostanti li huma marbuta mal-kuntratti tad-derivattivi li qed jingħalqu (close-out), u kwalunkwe impatt fuq il-kostijiet ta' finanzjament jew il-livelli ta' introjtu;

(iv)

kwalunkwe bafer ta' prekawzjoni kontra l-implikazzjonijiet ħżiena possibbli tal-close-out, bħal żbalji u tilwim fir-rigward tat-tranżazzjonijiet jew tal-iskambju tal-kollateral.

2.   It-tqabbil skont paragrafu 1 għandu jsir qabel tittieħed deċiżjoni ta' close-out, bħala parti mill-valwazzjoni biex tinforma deċiżjonijiet dwar azzjonijiet ta' riżoluzzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2014/59/UE. Ladarba jidħol fis-seħħ att delegat adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 36(15) ta' din id-Direttiva, it-tqabbil għandu jsegwi r-rekwiżit stabbiliti f'dak l-att delegat.

Artikolu 3

Komunikazzjoni tad-deċiżjoni ta' close-out

1.   Qabel l-eżerċitar tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni fir-rigward tal-obbligazzjonijiet li joriġinaw minn kuntratti tad-derivattivi, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tikkomunika d-deċiżjoni li tagħlaq (close-out) kuntratti skont l-Artikolu 63(1)(k) tad-Direttiva 2014/59/UE lill-kontropartijiet ta' dawk il-kuntratti.

2.   Id-deċiżjoni ta' close-out issir effettiva immedjatament, jew f'data u ħin ta' close-out aktar tard kif speċifikat fil-komunikazzjoni.

3.   Fid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità ta' riżoluzzjoni, filwaqt li tikkunsidra r-rekwiżiti fl-Artikolu 8(1)(c), tispeċifika d-data u l-ħin sa meta l-kontropartijiet jistgħu jipprovdu evidenza lill-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' sostituzzjoni kommerċjalment raġonevoli għall-fini tad-determinazzjoni tal-ammont ta' close-out skont l-Artikolu 6(1). Il-kontroparti tipprovdi wkoll lill-awtorità ta' riżoluzzjoni sommarju ta' kwalunkwe tranżazzjoni ta' sostituzzjoni kommerċjalment raġonevoli.

4.   L-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tibdel id-data u l-ħin li fihom il-kontropartijiet jistgħu jipprovdu evidenza ta' tranżazzjonijiet ta' sostituzzjoni kommerċjalment raġonevoli, fejn tali tibdil ikun konsistenti mal-Artikolu 8(1)(c).

Kwalunkwe deċiżjoni biex jinbidlu d-data u l-ħin sa meta l-kontropartijiet jistgħu jipprovdu evidenza ta' tranżazzjonijiet ta' sostituzzjoni kummerjalment raġonevoli għandha tiġi kkomunikata lill-kontroparti.

5.   Fid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tispeċifika l-kriterji li biħsiebha tapplika meta tivvaluta jekk tranzazzjonijiet ta' sostituzzjoni humiex kummerċjalment raġonevoli.

6.   Dan l-Artikolu m'għandux japplika għall-close-out u għall-valwazzjoni ta' kuntratti ta' derivattivi kklerjati ċentralment li jkunu ġew stipulati bejn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, li taġixxi bħala membru tal-ikklirjar, u CCP.

Artikolu 4

Ir-rwol tal-ftehim ta' netting

Għal kuntratti soġġetti għal ftehim ta' netting, il-valwatur jistabbilixxi, skont l-Artikoli 2, 5, 6 u 7, ammont wieħed li l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jkollha d-dritt legali li tirċievi jew l-obbligu legali li tħallas b'riżultat tal-close-out tal-kuntratti kollha tad-derivattivi fis-sett tan-netting, kif iddefinit fil-ftehim ta' netting.

Artikolu 5

Prinċipju ta' valwazzjoni għal ammont ta' terminazzjoni bikrija

1.   Il-valwatur jiddetermina l-valur tal-obbligazzjonijiet li joriġinaw minn kuntratti tad-derivattivi bħala ammont ta' terminazzjoni bikrija, ikkalkulat bħala t-total tal-ammonti li ġejjin:

(a)

ammonti mhux imħallsa, kollaterali jew ammonti oħra dovuti mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lill-kontroparti, bit-tnaqqis tal-ammonti mhux imħallsa, ammonti kollaterali u ammonti oħra dovuti mill-kontraparti lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fid-data tal-close-out;

(b)

ammont ta' close-out li jkopri l-ammont ta' telf jew kostijiet minn kontropartijiet ta' derivattivi, jew qligħ realizzat minnhom, billi jiġu sostitwiti jew miksuba l-ekwivalenti ekonomiċi ta' termini materjali tal-kuntratti tterminati u d-drittijiet ta' opzjoni tal-partijiet fir-rigward ta' dawk il-kuntratti.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, ammonti mhux imħallsa tfisser, fir-rigward ta' kuntratti tad-derivattivi magħluqa (closed-out), it-total ta' dan li ġej:

(a)

ammonti li saru pagabbli fid-data tal-close-out jew qabilha u li għadhom ma tħallsux sa dik id-data;

(b)

ammont daqs il-valur ġust tas-suq tal-ass li kien meħtieġ li jiġi fornut għal kull obbligu tal-kuntratti tad-derivattivi li meħtieġ li jiġi saldat sal-konsenja jew qabel id-data tal-close-out u li jkun għadu ma ġiex saldat sad-data tal-close-out;

(c)

ammonti fir-rigward tal-imgħax jew il-kumpens akkumulat waqt il-perjodu mid-data li fiha l-pagament rilevanti jew l-obbligi ta' forniment saru dovuti sad-data tal-close-out.

Artikolu 6

Determinazzjoni tal-ammont ta' close-out

1.   Meta kontroparti tkun ipprovdiet evidenza ta' tranżazzjonijiet ta' sostituzzjoni kommerċjalment raġonevoli fi żmien l-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 3(3), il-valwatur jiddetermina l-ammont tal-close-out bil-prezzijiet ta' dawk it-tranżazzjonijiet ta' sostituzzjoni.

2.   Meta kontroparti ma tkun ipprovdiet ebda evidenza ta' xi tranżazzjoni ta' sostituzzjoni fi żmien l-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 3(3), meta l-valwatur jikkonkludi li t-tranżazzjonijiet ta' sostituzzjoni kkomunikati ma ġewx konklużi fuq termini kommerċjalment raġonevoli, jew meta japplikaw l-Artikoli 7(7) jew 8(2), il-valwatur jiddetermina l-ammont tal-close-out abbażi ta' dan li ġej:

(a)

il-prezzijiet ta' nofs is-suq ta' tmiem il-jum skont il-proċessi business-as-usual fi ħdan l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fid-data ddeterminata skont l-Artikolu 8;

(b)

il-firxa mid-to-bid jew mid-to-offer, skont id-direzzjoni tal-pożizzjoni ta' riskju innettjat (netted);

(c)

aġġustamenti għall-prezzijiet u l-firxiet imsemmija fil-punti (a) u (b) fejn neċessarju biex tiġi riflessal-likwidità tas-suq tar-riskji jew l-istrumenti sottostanti u d-daqs tal-iskopertura fir-rigward tal-kobor tas-suq, kif ukoll ir-riskji possibbli tal-mudell.

3.   Fir-rigward tal-obbligazzjonijiet intragrupp, il-valwatur jista' jistabbilixxi l-valur tal-prezzijiet ta' nofs is-suq, tmiem il-jum kif imsemmi fil-paragrafu 2(a), mingħajr ma jiġu kkunsidrat il-paragrafu 2(b) u (c), fejn l-istrateġija ta' riżoluzzjoni tkun timplika l-iħħeġġjar mill-ġdid tat-tranżazzjonijiet terminati permezz ta' tranżazzjoni ta' derivivattivi intragrupp jew grupp ta' tranżazzjonijiet oħra.

4.   Għad-determinazzjoni tal-valur tal-ammont ta' close-out skont il-paragrafu 2, il-valwatur għandu jikkunsidra firxa sħiħa ta' sorsi ta' dejta disponibbli u affidabbli u jista' joqgħod fuq dejta osservabbli tas-swieq jew prezzijiet teoretiċi ġġenerati minn mudelli ta' valwazzjoni mmirati biex jagħmlu stima ta' valuri, inkluż is-sorsi tad-dejta li ġejjin:

(a)

dejta pprovduta minn partijiet terzi, bħal dejta osservabbli tas-swieq jew dejta tal-parametri ta' valwazzjoni u kwotazzjonijiet mingħand ġeneraturi tas-suq, meta kuntratt ikun ikklerjat ċentralment, b'valuri jew stimi miksuba minn CCPs.

(b)

għal prodotti standardizzati, valwazzjonijiet iġġenerati mis-sistemi proprji tal-valwatur;

(c)

dejta disponibbli fi ħdan l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, bħal mudelli interni u valwazzjonijiet inklużi verifiki tal-prezzijiet indipendenti mwettqa skont l-Artikolu 105(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

(d)

dejta pprovduta mill-kontropartijiet, minbarra evidenza ta' tranżazzjonijiet ta' sostituzzjoni kkomunikata skont l-Artikolu 3(3), inkluż dejta dwar valwazzjoni attwali jew preċedenti fir-rigward ta' tranżazzjonijiet u kwotazzjonijiet simili jew relatati;

(e)

kwalunkwe dejta rilevanti oħra.

5.   Għall-fini tal-paragrafu 2(b), l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tagħti struzzjonijiet lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni biex twettaq verifika indipendenti tal-prezzijiet aġġornata fil-punt ta' referenza ta' żmien stabbilit skont l-Artikolu 8, bl-użu ta' informazzjoni fi tmiem il-jum disponibbli fid-data tal-close-out.

6.   Dan l-Artikolu ma japplikax għad-determinazzjoni tal-ammont tal-close-out għal kuntratti tad-derivattivi kklerjati li jkunu daħlu fihom l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u CCP, minbarra fiċ-ċirkostanzi ta' eċċezzjoni stabbiliti fl-Artikolu 7(7).

Artikolu 7

Valwazzjoni ta' kuntratti tad-derivattivi kklerjati li daħlu fihom istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u CCP

1.   Il-valwatur jistabbilixxi l-valur tal-obbligazzjonijiet li joriġinaw minn kuntratti tad-derivattivi li saru bejn, min-naħa l-waħda, istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar u, min-naħa l-oħra, CCP, abbażi tal-prinċipju ta' valwazzjoni speċifikat fl-Artikolu 5. L-ammont ta' terminazzjoni bikrija jiġi ddeterminat mis-CCP, fi ħdan l-iskadenza speċifikata fil-paragrafu 5, skont il-proċeduri ta' inadempjenza tas-CCP, wara li jitnaqqas il-kollateral pprovdut mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, inkluż il-marġni inizjali, il-marġni ta' varjazzjoni u l-kontribuzzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lill-fond ta' inadempjenza tas-CCP.

2.   L-awtorità ta' riżoluzzjoni tikkomunika lis-CCP u lill-awtorità kompetenti tas-CCP id-deċiżjoni tagħha li tagħlaq il-kuntratti tad-derivattivi skont l-Artikolu 63(1)(k) tad-Direttiva 2014/59/UE. Id-deċiżjoni għal close out għandha ssir effettiva immedjatament, jew fid-data u l-ħin speċifikati fil-komunikazzjoni.

3.   L-awtorità ta' riżoluzzjoni tagħti struzzjonijiet lis-CCP biex tipprovdi l-valwazzjoni tagħha tal-ammont ta' terminazzjoni bikrija għall-kuntratti tad-derivattivi kollha fis-sett tan-netting rilevanti, skont il-proċedura ta' inadempjenza tas-CCP.

4.   Is-CCP tipprovdi lill-awtorità ta' riżoluzzjoni bid-dokumenti tal-proċedura ta' inadempjenza tas-CCP u tirrapporta l-passi ta' ġestjoni ta' inadempjenza li jittieħdu.

5.   L-awtorità ta' riżoluzzjoni, bi ftehim mas-CCP u mal-awtorità kompetenti tas-CCP, tistabbilixxi l-iskadenza sa meta s-CCP trid tipprovdi l-valwazzjoni tal-ammont ta' terminazzjoni bikrija. Għal dan il-għan, l-awtorità ta' riżoluzzjoni, is-CCP u l-awtorità kompetenti tas-CCP għandhom jikkunsidraw dawn li ġejjin:

(a)

il-proċedura ta' inadempjenza, kif stabbilita mir-regoli ta' governanza tas-CCP f'konformità mal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(b)

l-iskeda tar-riżoluzzjoni.

6.   L-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tibdel l-iskadenza stabbilita skont il-paragrafu 5 wara ftehim mas-CCP u mal-awtorità kompetenti tas-CCP.

7.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tiddeċiedi li tapplika l-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 6, wara konsulazzjoni mal-awtorità kompetenti tas-CCP, f'wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

is-CCP ma tipprovdix il-valwazzjoni tal-ammont ta' terminazzjoni bikrija sal-iskadenza stabbilita mill-awtorità ta' riżoluzzjoni skont il-paragrafu 5; jew

(b)

il-valwazzjoni tas-CCP tal-ammont ta' terminazzjoni bikrija ma tkunx konformi mal-proċeduri ta' inadempjenza tas-CCP stabbiliti fl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Artikolu 8

Punt ta' żmien biex jiġi stabbilit il-valur tal-obbligazzjonijiet derivattivi u d-determinazzjoni bikrija

1.   Il-valwatur jiddetermina l-valur tal-obbligazzjonijiet derivattivi fil-punt ta' żmien li ġej:

(a)

meta l-valwatur jiddetermina l-ammont ta' terminazzjoni bikrija bil-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet ta' sostituzzjoni skont l-Artikolu 6(1), il-jum u l-ħin tal-konklużjoni tat-tranżazzjonijiet ta' sostituzzjoni;

(b)

f'każ fejn il-valwatur jiddetermina l-ammont ta' terminazzjoni bikrija f'konformità mal-proċeduri ta' inadempjenza skont l-Artikolu 7(1), il-jum u l-ħin meta ġie ddeterminat l-ammont ta' terminazzjoni bikrija mis-CCP;

(c)

fil-każijiet l-oħra kollha, id-data ta' close-out jew, meta din ma tkunx kummerċjalment raġonevoli, il-jum u l-ħin li fihom prezz tas-suq ikun disponibbli għall-ass sottostanti.

2.   Il-valwatur jista', bħala parti minn valwazzjoni proviżorja mwettqa skont l-Artikolu 36(9) tad-Direttiva 2014/59/UE, jiddetermina l-valur ta' obbligazzjonijiet li joriġinaw minn direttivi iktar kmieni mill-punt ta' żmien iddeterminat skont il-paragrafu 1. Tali determinazzjoni bikrija ssir abbażi ta' stimi, li jiddependu fuq il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 5 u l-Artikolu 6(2) sa (5) u fuq dejta disponibbli fiż-żmien tad-determinazzjoni.

3.   Meta l-valwatur iwettaq determinazzjoni bikrija skont il-paragrafu 2, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' f'kull ħin titlob lill-valwatur jaġġorna l-valwazzjoni proviżorja biex jitqiesu l-iżviluppi osservabbli tas-swieq jew l-evidenza ta' tranżazzjonijiet ta' sostituzzjoni kummerċjalment raġonevoli konklużi rilevanti fil-punt ta' żmien ddeterminat skont il-paragrafu 1. Dawn l-iżviluppi jew l-evidenza, meta disponibbli sad-data u l-ħin speċifikati skont l-Artikolu 3(2), jiġu kkunsidrati fil-valwazzjoni definittiva ex post imwettqa skont l-Artikolu 36(10) tad-Direttiva 2014/59/UE.

4.   Meta l-valwatur iwettaq determinazzjoni bikrija, f'konformità mal-paragrafu 2, fir-rigward ta' kuntratti tad-derivattivi bejn istituzzjoni ta' riżoluzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar u CCP, il-valwatur jikkunsidra kif dovut kwalunkwe stima ta' kostijiet ta' close-out previsti pprovduta mis-CCP.

Meta s-CCP tipprovdi valwazzjoni ta' ammont ta' terminazzjoni bikrija skont il-proċeduri ta' inadempjenza tas-CCP sal-iskadenza stabbilita skont l-Artikolu 7(5) u (6), din il-valwazzjoni għandha tiġi kkonsidrata fil-valwazzjoni definittiva ex post imwettqa skont l-Artikolu 36(10) tad-Direttiva 2014/59/UE.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, it-23 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/860 tal-4 ta' Frar 2016 li jkompli jispeċifika ċ-ċirkostanzi meta l-esklużjoni mill-applikazzjoni ta' setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni hija meħtieġa skont l-Artikolu 44(3) tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment (ĠU L 144, 1.6.2016, p. 11).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1075 tat-23 ta' Marzu 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut tal-pjanijiet ta' rkupru, il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni tal-grupp, il-kriterji minimi li l-awtorità kompetenti trid tivvaluta fir-rigward tal-pjanijiet ta' rkupru u pjanijiet ta' rkupru tal-grupp, il-kundizzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju tal-grupp, ir-rekwiżiti għall-valwaturi indipendenti, ir-rikonoxximent kuntrattwali tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u konverżjoni, il-proċeduri u l-kontenut tar-rekwiżiti ta' notifika u tal-avviż ta' sospensjoni u l-funzjonament operazzjonali tal-kulleġġi ta' riżoluzzjoni (ĠU L 184, 8.7.2016, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1)


23.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1402

tat-22 ta' Awwissu 2016

li jirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal tliet produtturi esportaturi skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament antidumping bażiku”), u b'mod partikulari l-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament antisussidji bażiku”), u b'mod partikulari l-Artikolu 13 tiegħu,

Infurmat lill-Istati Membri,

Billi:

A.   IMPENN U MIŻURI EŻISTENTI OĦRAJN

(1)

Permezz tar-Regolament (UE) Nru 513/2013 (3), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin (“moduli”) u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jiġu kkunsinjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”).

(2)

Grupp ta' produtturi esportaturi ta mandat lill-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u għall-Esportazzjoni ta' Makkinarju u ta' Prodotti Elettroniċi (China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products, “CCCME”) sabiex tippreżenta impenn fuq il-prezz f'isimhom lill-Kummissjoni, kif fil-fatt għamlet. Huwa ċar mit-termini ta' dan l-impenn fuq il-prezz li huwa jikkostitwixxi ġabra ta' impenji individwali fuq il-prezz għal kull produttur esportatur, li hija, għal raġunijiet ta' prattiċità tal-amministrazzjoni, ikkoordinata mis-CCCME.

(3)

Permezz tad-Deċiżjoni 2013/423/UE (4), il-Kummissjoni aċċettat dan l-impenn fuq il-prezz fir-rigward tad-dazju antidumping proviżorju. Permezz tar-Regolament (UE) Nru 748/2013 (5), il-Kummissjoni emendat ir-Regolament (UE) Nru 513/2013 sabiex tintroduċi l-bidliet tekniċi meħtieġa minħabba l-aċċettazzjoni tal-impenn fir-rigward tad-dazju antidumping proviżorju.

(4)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 (6), il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' moduli u ta' ċelloli fl-Unjoni li joriġinaw jew li jiġu kkunsinjati mir-RPĊ (“il-prodotti kkonċernati”). Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 (7), il-Kunsill impona wkoll dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodotti kkonċernati.

(5)

Wara n-notifika ta' verżjoni emendata tal-impenn fuq il-prezz minn grupp ta' produtturi esportaturi (“il-produtturi esportaturi”) flimkien mas-CCCME, il-Kummissjoni kkonfermat, permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE (8), li aċċettat l-impenn fuq il-prezz kif emendat (“l-impenn”) għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi. L-Anness ta' din id-Deċiżjoni jelenka b'mod partikolari il-produtturi esportaturi li għalihom ġie aċċettat l-impenn, fost l-oħrajn:

(a)

Ningbo Osda Solar Co. Ltd, koperta mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B859 (“Osda Solar”);

(b)

Ningbo Qixin Solar Electrical Appliance Co. Ltd flimkien mal-kumpanija relatata tagħha fl-Unjoni, koperti b'mod konġunt mill-kodiċijiet addizzjonali TARIC: B860 (“Qixin Solar”);

(c)

SHANDONG LINUO PHOTOVOLTAIC HI-TECH CO. LTD flimkien mal-kumpanija relatata tagħha fl-Unjoni, koperti b'mod konġunt mill-kodiċijiet addizzjonali TARIC: B869 (“Linuo”).

(6)

Permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/657/UE (9), il-Kummissjoni aċċettat proposta mill-produtturi esportaturi flimkien mas-CCCME għal kjarifiki rigward l-implimentazzjoni tal-impenn għall-prodotti kkonċernati koperti mill-impenn, jiġifieri l-moduli u ċ-ċelloli li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-RPĊ u li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8541 40 90 (il-kodiċijiet TARIC 8541409021, 8541409029, 8541409031 u 8541409039) magħmula mill-produtturi esportaturi (“il-prodott kopert”). Id-dazji antidumping u kumpensatorji msemmija fil-premessa (4) hawn fuq, flimkien mal-impenn, huma flimkien imsejħa “miżuri”.

(7)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/866 (10) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal tliet produtturi esportaturi.

(8)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1403 (11) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor.

(9)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2018 (12) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi esportaturi.

(10)

Il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni ta' rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament antidumping bażiku, permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (13) fil-5 ta' Diċembru 2015.

(11)

Il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni ta' reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku ta' kontra s-sussidji, permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (14) fil-5 ta' Diċembru 2015.

(12)

Il-Kummissjoni bdiet ukoll rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku tal-antidumping u l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku ta' kontra s-sussidji, permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (15) fil-5 ta' Diċembru 2015.

(13)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/115 (16) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor.

(14)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/185 (17), il-Kummissjoni estendiet id-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament (UE) Nru 1238/2013 fuq importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew imwassla minnha għal importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li jaslu mill-Malasja u mit-Tajwan, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u mit-Tajwan kif ukoll jekk le.

(15)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/184 (18), il-Kummissjoni estendiet id-dazju kontrovalenti definittiv impost bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 fuq importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew imwassla minnha għal importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li jaslu mill-Malasja u mit-Tajwan, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u mit-Tajwan kif ukoll jekk le.

(16)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1045 (19) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor.

(17)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1382 (20), il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal ħames produtturi esportaturi oħra.

B.   TERMINI TAL-IMPENN

(18)

Il-produtturi esportaturi qablu, fost l-oħrajn, li ma jbigħux il-prodott kopert lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni inqas minn ċertu prezz minimu tal-importazzjoni (minimum import price, “l-MIP”), sal-limitu tal-livell annwali assoċjat tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni (“il-livell annwali”) stipulat fl-impenn.

(19)

Il-produtturi esportaturi qablu wkoll li jbigħu l-prodott kopert biss permezz ta' bejgħ dirett. Għall-fini tal-impenn, bejgħ dirett huwa ddefinit bħala bejgħ jew lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni jew permezz ta' parti relatata fl-Unjoni elenkati fl-impenn.

(20)

L-impenn jistabbilixxi, f'lista mhux eżawrjenti, il-ksur tal-impenn. Il-lista tinkludi, b'mod partikolari, il-ħruġ ta' fattura kummerċjali (“fattura tal-impenn” kif definita fir-Regolament ta' Implimentazzjoni msemmi fil-premessa (4)) jew fattura tal-bejgħ mill-ġdid li t-tranżazzjoni finanzjarja li tkun ibbażata fuqha (pereżempju l-ammont ta' flus li x-xerrej effettivament jirċievi wara l-aġġustamenti għal noti ta' kreditu/ta' debitu jew simili) ma tkunx konformi mal-valur nominali tal-fattura kummerċjali.

(21)

Il-lista ta' ksur jinkludi wkoll bejgħ indirett lejn l-Unjoni minn kumpaniji li mhumiex elenkati fl-impenn u li jieħdu sehem f'sistema ta' kummerċ li tista' twassal għal riskju ta' evażjoni.

(22)

L-impenn jobbliga wkoll lill-produtturi esportaturi sabiex jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni dettaljata dwar il-bejgħ kollu tal-esportazzjoni tagħhom lejn l-Unjoni, u l-bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni, fuq bażi trimestrali (“ir-rapporti trimestrali”). Dan ifisser li d-dejta ppreżentata f'dawn ir-rapporti trimestrali trid tkun kompluta u korretta u li t-tranżazzjonijiet irrappurtati jkunu totalment konformi mat-termini tal-impenn.

(23)

Il-produttur esportatur huwa responsabbli għall-ksur ta' kwalunkwe parti relatata, sew jekk tkun elenkata fl-impenn kif ukoll jekk le.

C.   MONITORAĠĠ TAL-PRODUTTURI ESPORTATURI

(24)

Waqt il-monitoraġġ fuq il-konformità mal-impenn, il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni ppreżentata minn Osda Solar, Qixin Solar, u Linuo li kienet rilevanti għall-impenn. Il-Kummissjoni rċeviet ukoll assistenza mill-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru wieħed fuq il-bażi tal-Artikolu 8(9) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament antisussidji bażiku.

(25)

Il-kostatazzjonijiet stipulati fil-premessi minn (26) sa (34) jindirizzaw il-problemi identifikati għal Osda Solar, Qixin Solar u Linuo li jobbligaw lill-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal dawn il-produtturi esportaturi.

D.   RAĠUNIJIET GĦALL-IRTIRAR TAL-AĊĊETTAZZJONI TAL-IMPENN

(a)   Bejgħ minn Osda Solar

(26)

Fir-rapporti tagħha ta' kull tliet xhur, Osda Solar kienet irrapurtat tranżazzjoni ta' bejgħ tal-prodott kopert lil importatur allegatament mhux relatat fl-Unjoni u ħarġet fattura ta' impenn. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, l-importatur involuti fit-tranżazzjoni msemmija hawn fuq kien relatat ma' Osda Solar. Billi dan l-importatur mhuwiex elenkat bħala parti relatata fl-impenn, Osda Solar kisret it-termini tal-impenn kif deskritt fil-premessi (19) u (21).

(27)

Barra minn hekk, dan l-importatur relatat ħareġ mill-inqas fattura waħda ta' bejgħ mill-ġdid lill-klijent finali fl-Unjoni li għaliha l-MIP ma ġiex irrispettat. Għalhekk, Osda Solar kisret it-termini tal-impenn kif deskritt fil-premessi (18) u (23).

(b)   Bejgħ minn Qixin Solar

(28)

Fir-rapporti tagħha ta' kull tliet xhur, Qixin Solar kienet rappurtata tranżazzjoni ta' bejgħ tal-prodott kopert lil importatur li allegatament mhux relatat fl-Unjoni u ħarġet fattura ta' impenn. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, l-importatur involut fit-tranżazzjoni msemmija hawn fuq kien relatat ma' Qixin Solar. Billi dan l-importatur mhuwiex elenkat bħala parti relatata fl-impenn, Qixin Solar kisret it-termini tal-impenn kif deskritt fil-premessi (19) u (21).

(29)

Barra minn hekk, l-importatur relatat ħareġ mill-inqas fattura waħda ta' bejgħ mill-ġdid lill-klijent finali fl-Unjoni li għaliha l-MIP ma ġiex irrispettat. Għalhekk, Qixin Solar kisret it-termini tal-impenn kif deskritt fil-premessi (18) u (23).

(30)

Barra minn hekk, fix-xahar li fih saret it-transazzjoni msemmija fil-premessa (29), Qixin Solar għamlet bejgħ dirett tal-prodott kopert lill-istess klijent, u b'hekk daħlet f'sistema ta' kummerċ li twassal għal kumpens doppju. Għalhekk, Qixin Solar kisret it-termini tal-impenn kif deskritt fil-premessa (21).

(c)   Bejgħ minn Linuo

(31)

Fir-rapporti tagħha ta' kull tliet xhur, Linuo rrappurtat tranżazzjoni ta' bejgħ tal-prodott kopert lil importatur li allegatament mhuwiex relatat fl-Unjoni u ħarġet fattura ta' impenn. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, l-importatur involut fit-tranżazzjoni msemmija hawn fuq kien relatat ma' Linuo. Billi dan l-importatur mhuwiex elenkat bħala parti relatata fl-impenn, Linuo kiser it-termini tal-impenn kif deskritt fil-premessi (19) u (21).

(32)

Barra minn hekk, dan l-importatur relatat ħareġ mill-inqas fattura waħda ta' bejgħ mill-ġdid lill-klijent finali fl-Unjoni li għaliha l-MIP ma ġiex irrispettat. Għalhekk, Linuo kisret it-termini tal-impenn kif deskritt fil-premessi (18) u (23).

E.   INVALIDAZZJONI TAL-FATTURI TAL-IMPENN

(33)

L-informazzjoni li tinsab fir-rapporti ta' kull tliet xhur u l-evidenza li daħlet turi li l-fatturi tal-bejgħ mill-ġdid imsemmija fil-premessi (27), (29) u (32) u l-fatturi tal-impenn imsemmija fil-premessa (30) huma marbuta ma' dawn it-tranżazzjonijiet.

Numru tal-Fattura kummerċjali li takkumpanja l-oġġetti soġġetti għal impenn

Data

Maħruġ minn

Maħruġ lil

ODAEU150006

23.12.2015

Ningbo Osda Solar Co., Ltd

Triple Shine B.V.

QXC150051

20.6.2015

Ningbo Qixin Solar Electrical Appliance Co., Ltd

Energy Plus B.V

QXC150040

2.6.2015

Ningbo Qixin Solar Electrical Appliance Co., Ltd

München Solarenergie GmbH

QXC150046

10.6.2015

Ningbo Qixin Solar Electrical Appliance Co., Ltd

München Solarenergie GmbH

QXC150049

17.6.2015

Ningbo Qixin Solar Electrical Appliance Co., Ltd

München Solarenergie GmbH

QXC150052

23.6.2015

Ningbo Qixin Solar Electrical Appliance Co., Ltd

München Solarenergie GmbH

LNPV-058 A-1502-017-1

6.2.2015

SHANDONG LINUO PHOTOVOLTAIC HI-TECH CO. LTD

Lion Sun B.V.

Għaldaqtstant, f'konformità mal-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013, l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013, dawn il-fatturi huma ddikjarati invalidi. Id-dejn doganali mġarrab fiż-żmien tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera għandu jiġi rkuprat mill-awtoritajiet doganali nazzjonali skont l-Artikolu 105(3) sa (6) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) meta jidħol fis-seħħ l-irtirar tal-impenn fir-rigward tat-tliet produtturi esportaturi flimkien mal-kumpaniji relatati tagħhom fl-Unjoni. L-awtoritajiet doganali nazzjonali responsabbli għall-ġbir tad-dazji se jiġu infurmati kif xieraq.

F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tfakkar li skont l-Artikolu 3(1)(b) moqri flimkien mal-Anness III, Nru 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u skont l-Artikolu 2(1)(b) moqri flimkien mal-Anness 2, Nru 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013, l-importazzjonijiet huma eżenti mid-dazji biss jekk il-fattura tindika l-prezz u tnaqqis possibbli. Meta ma jinżammux dawn il-kundizzjonijiet, id-dazji huma dovuti, anki meta l-fattura kummerċjali li takkumpanja l-prodotti ma tkunx ġiet invalidata mill-Kummissjoni.

F.   VALUTAZZJONI ĠENERALI TA' PRATTIKABILITÀ TAL-IMPENN ĠENERALI

(34)

L-impenn jistipula li ksur minn produttur esportatur individwali ma jwassalx awtomatikament għal irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn għall-produtturi esportaturi kollha. F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatt ta' dak il-ksur partikolari fuq il-prattikabbiltà tal-impenn bl-effett għall-produtturi esportaturi kollha u s-CCCME.

(35)

Għalhekk il-Kummissjoni vvalutat l-impatt ta' ksur minn Osda Solar, Qixin Solar, u Linuo dwar il-prattikabbiltà tal-impenn bl-effett għall-produtturi esportaturi kollha u s-CCCME.

(36)

Għalkemm il-ksur mit-tliet produtturi esportaturi wrew xejra simili, il-Kummissjoni tqis li r-responsabbiltà għall-ksur hija tal-produtturi esportaturi inkwistjoni; s'issa, il-monitoraġġ ma żvela l-ebda ksur sistematiku ta' dan il-mudell minn għadd kbir ta' produtturi esportaturi jew mis-CCCME. Fil-preżent, il-Kummissjoni tqis li l-funzjonament ġenerali tal-impenn mhuwiex affettwat u li ma hemm l-ebda raġuni għall-irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn għall-produtturi esportaturi kollha u s-CCCME.

(37)

Madankollu, permezz tal-ittra tal-11 ta' Lulju 2016 il-Kummissjoni infurmat lis-CCCME dwar il-ksur ta' hawn fuq minn tliet produtturi esportaturi li juru xejra simili u fl-istess ħin iddikjaraw li jekk fil-futur jibqa' jseħħ ksur ta' xejra simili, il-Kummissjoni tista' tivvaluta mill-ġdid il-prattikabbiltà ġenerali tal-impenn.

G.   SOTTOMISSJONIJIET BIL-MIKTUB U SEDUTI TA' SMIGĦ

(38)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jinstemgħu u li jippreżentaw kummenti skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament antisussidji bażiku.

(39)

Żewġ produtturi esportaturi ssottomettew kummenti wara d-divulgazzjoni limitata dwar il-kanali tal-bejgħ jew dwar il-konformità mal-MIP. Madankollu, il-kummenti kienu ta' natura kunfidenzjali u minkejja t-talba tal-Kummissjoni l-ebda sommarji mhux kunfidenzjali ma kienu ġew ipprovduti fi żmien l-iskadenza stipulata għal dan l-għan. Skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament bażiku antidumping u l-Artikolu 29(3) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji, dawn il-kummenti jistgħu jiġu injorati. Fi kwalunkwe każ, il-kummenti li waslu ma kinux tali li jibdlu l-valutazzjoni tal-Kummissjoni rigward ksur imsemmi fil-premessi (26) sa (32) u l-annullament ta' fattura tal-impenn imsemmija fil-premessa (33).

H.   RTIRAR TAL-AĊĊETTAZZJONI TAL-IMPENN U IMPOŻIZZJONIJIET TA' DAZJI DEFINITTIVI

(40)

Għaldaqstant, skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament antidumping bażiku, l-Artikolu 13(9) tar-Regolament antisussidji bażiku, kif ukoll skont it-termini tal-impenn, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-aċċettazzjoni tal-impenn għal Osda Solar, Qixin Solar u Linuo flimkien mal-kumpaniji relatati magħhom fl-Unjoni, tiġi rtirata.

(41)

Għaldaqstant, skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku antidumping u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament bażiku antisussidji, id-dazju antidumping definittiv impost minn Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u d-dazju kumpensatorju definittiv impost mill-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 japplikaw awtomatikament għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw jew jintbagħat mir-RPĊ u magħmul minn Osda Solar (kodiċi addizzjonali TARIC B859), Qixin Solar (kodiċi addizzjonali TARIC B860), u Linuo (kodiċi addizzjonali TARIC B869) mill-ġurnata tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(42)

Għal skopijiet ta' informazzjoni, it-tabella fl-Anness ta' dan ir-Regolament telenka lill-produtturi esportaturi li għalihom l-aċċettazzjoni tal-impenn mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE mhijiex affettwata,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Aċċettazzjoni tal-impenn fir-rigward ta' Ningbo Osda Solar Co. Ltd, koperta mill-kodiċi TARIC addizzjonali B859, Ningbo Qixin Solar Electrical Appliance Co. Ltd flimkien mal-kumpaniji relatata tagħha fl-Union, koperti b'mod konġunt mill-kodiċi addizzjonali TARIC B860 u SHANDONG LINUO PHOTOVOLTAIC HI-TECH CO. LTD flimkien mal-kumpanija relatata tagħha fl-Unjoni, koperti b'mod konġunt mill-kodiċi addizzjonali TARIC B869 hija b'dan irtirata.

Artikolu 2

1.   Dawn il-fatturi tal-impenn huma ddikjarati invalidi:

Numru tal-Fattura kummerċjali li takkumpanja l-oġġetti soġġetti għal impenn

Data

Maħruġ minn

Maħruġ lil

ODAEU150006

23.12.2015

Ningbo Osda Solar Co., Ltd

Triple Shine B.V.

QXC150051

20.6.2015

Ningbo Qixin Solar Electrical Appliance Co., Ltd

Energy Plus B.V

QXC150040

2.6.2015

Ningbo Qixin Solar Electrical Appliance Co., Ltd

München Solarenergie GmbH

QXC150046

10.6.2015

Ningbo Qixin Solar Electrical Appliance Co., Ltd

München Solarenergie GmbH

QXC150049

17.6.2015

Ningbo Qixin Solar Electrical Appliance Co., Ltd

München Solarenergie GmbH

QXC150052

23.6.2015

Ningbo Qixin Solar Electrical Appliance Co., Ltd

München Solarenergie GmbH

LNPV-058 A-1502-017-1

6.2.2015

SHANDONG LINUO PHOTOVOLTAIC HI-TECH CO. LTD

Lion Sun B.V.

2.   L-awtoritajiet doganali nazzjonali huma b'dan diretti biex jirkupraw id-dejn doganali mġarrab fil-ħin tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera skont l-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

(3)  ĠU L 152, 5.6.2013, p. 5.

(4)  ĠU L 209, 3.8.2013, p. 26.

(5)  ĠU L 209, 3.8.2013, p. 1.

(6)  ĠU L 325, 5.12.2013, p. 1.

(7)  ĠU L 325, 5.12.2013, p. 66.

(8)  ĠU L 325, 5.12.2013, p. 214.

(9)  ĠU L 270, 11.9.2014, p. 6.

(10)  ĠU L 139, 5.6.2015, p. 30.

(11)  ĠU L 218, 19.8.2015, p. 1.

(12)  ĠU L 295, 12.11.2015, p. 23.

(13)  ĠU C 405, 5.12.2015, p. 8.

(14)  ĠU C 405, 5.12.2015, p. 20.

(15)  ĠU C 405, 5.12.2015, p. 33.

(16)  ĠU L 23, 29.1.2016, p. 47.

(17)  ĠU L 37, 12.2.2016, p. 76.

(18)  ĠU L 37, 12.2.2016, p. 56.

(19)  ĠU L 170, 29.6.2016, p. 5.

(20)  ĠU L 222, 17.8.2016, p. 10.

(21)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.


ANNESS

Lista ta' kumpaniji

Isem tal-kumpanija

Kodiċi TARIC addizzjonali

Jiangsu Aide Solar Energy Technology Co. Ltd

B798

Alternative Energy (AE) Solar Co. Ltd

B799

Anhui Chaoqun Power Co. Ltd

B800

Anji DaSol Solar Energy Science & Technology Co. Ltd

B802

Anhui Schutten Solar Energy Co. Ltd

Quanjiao Jingkun Trade Co. Ltd

B801

Anhui Titan PV Co. Ltd

B803

Xi'an SunOasis (Prime) Company Limited

TBEA SOLAR CO. LTD

XINJIANG SANG'O SOLAR EQUIPMENT

B804

Changzhou NESL Solartech Co. Ltd

B806

Changzhou Shangyou Lianyi Electronic Co. Ltd

B807

CHINALAND SOLAR ENERGY CO. LTD

B808

ChangZhou EGing Photovoltaic Technology Co. Ltd

B811

CIXI CITY RIXING ELECTRONICS CO. LTD

ANHUI RINENG ZHONGTIAN SEMICONDUCTOR DEVELOPMENT CO. LTD

HUOSHAN KEBO ENERGY & TECHNOLOGY CO. LTD

B812

CSG PVtech Co. Ltd

B814

China Sunergy (Nanjing) Co. Ltd

CEEG Nanjing Renewable Energy Co. Ltd

CEEG (Shanghai) Solar Science Technology Co. Ltd

China Sunergy (Yangzhou) Co. Ltd

China Sunergy (Shanghai) Co. Ltd

B809

Dongfang Electric (Yixing) MAGI Solar Power Technology Co. Ltd

B816

EOPLLY New Energy Technology Co. Ltd

SHANGHAI EBEST SOLAR ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD

JIANGSU EOPLLY IMPORT & EXPORT CO. LTD

B817

Era Solar Co. Ltd

B818

GD Solar Co. Ltd

B820

Greenway Solar-Tech (Shanghai) Co. Ltd

Greenway Solar-Tech (Huaian) Co. Ltd

B821

Konca Solar Cell Co. Ltd

Suzhou GCL Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jiangsu GCL Silicon Material Technology Development Co. Ltd

Jiangsu Zhongneng Polysilicon Technology Development Co. Ltd

GCL-Poly (Suzhou) Energy Limited

GCL-Poly Solar Power System Integration (Taicang) Co. Ltd

GCL SOLAR POWER (SUZHOU) LIMITED

B850

Guodian Jintech Solar Energy Co. Ltd

B822

Hangzhou Bluesun New Material Co. Ltd

B824

Hanwha SolarOne (Qidong) Co. Ltd

B826

Hengdian Group DMEGC Magnetics Co. Ltd

B827

HENGJI PV-TECH ENERGY CO. LTD

B828

Himin Clean Energy Holdings Co. Ltd

B829

Jetion Solar (China) Co. Ltd

Junfeng Solar (Jiangsu) Co. Ltd

Jetion Solar (Jiangyin) Co. Ltd

B830

Jiangsu Green Power PV Co. Ltd

B831

Jiangsu Hosun Solar Power Co. Ltd

B832

Jiangsu Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd

B833

Jiangsu Runda PV Co. Ltd

B834

Jiangsu Sainty Photovoltaic Systems Co. Ltd

Jiangsu Sainty Machinery Imp. And Exp. Corp. Ltd

B835

Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd

B836

Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Technology Co. Ltd

Changzhou Shunfeng Photovoltaic Materials Co. Ltd

Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Electronic Power Co. Ltd

B837

Jiangsu Sinski PV Co. Ltd

B838

Jiangsu Sunlink PV Technology Co. Ltd

B839

Jiangsu Zhongchao Solar Technology Co. Ltd

B840

Jiangxi Risun Solar Energy Co. Ltd

B841

Jiangxi LDK Solar Hi-Tech Co. Ltd

LDK Solar Hi-Tech (Nanchang) Co. Ltd

LDK Solar Hi-Tech (Suzhou) Co. Ltd

B793

Jiangyin Hareon Power Co. Ltd

Hareon Solar Technology Co. Ltd

Taicang Hareon Solar Co. Ltd

Hefei Hareon Solar Technology Co. Ltd

Jiangyin Xinhui Solar Energy Co. Ltd

Altusvia Energy (Taicang) Co. Ltd

B842

Jiangyin Shine Science and Technology Co. Ltd

B843

JingAo Solar Co. Ltd

Shanghai JA Solar Technology Co. Ltd

JA Solar Technology Yangzhou Co. Ltd

Hefei JA Solar Technology Co. Ltd

Shanghai JA Solar PV Technology Co. Ltd

B794

Jinko Solar Co. Ltd

Jinko Solar Import and Export Co. Ltd

ZHEJIANG JINKO SOLAR CO. LTD

ZHEJIANG JINKO SOLAR TRADING CO. LTD

B845

Jinzhou Yangguang Energy Co. Ltd

Jinzhou Huachang Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jinzhou Jinmao Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jinzhou Rixin Silicon Materials Co. Ltd

Jinzhou Youhua Silicon Materials Co. Ltd

B795

Juli New Energy Co. Ltd

B846

Jumao Photonic (Xiamen) Co. Ltd

B847

King-PV Technology Co. Ltd

B848

Kinve Solar Power Co. Ltd (Maanshan)

B849

Lightway Green New Energy Co. Ltd

Lightway Green New Energy(Zhuozhou) Co. Ltd

B851

Nanjing Daqo New Energy Co. Ltd

B853

NICE SUN PV CO. LTD

LEVO SOLAR TECHNOLOGY CO. LTD

B854

Ningbo Huashun Solar Energy Technology Co. Ltd

B856

Ningbo Jinshi Solar Electrical Science & Technology Co. Ltd

B857

Ningbo Komaes Solar Technology Co. Ltd

B858

Ningbo South New Energy Technology Co. Ltd

B861

Ningbo Sunbe Electric Ind Co. Ltd

B862

Ningbo Ulica Solar Science & Technology Co. Ltd

B863

Perfectenergy (Shanghai) Co. Ltd

B864

Perlight Solar Co. Ltd

B865

Phono Solar Technology Co. Ltd

Sumec Hardware & Tools Co. Ltd

B866

RISEN ENERGY CO. LTD

B868

SHANGHAI ALEX SOLAR ENERGY SCIENCE & TECHNOLOGY CO. LTD

SHANGHAI ALEX NEW ENERGY CO. LTD

B870

Shanghai BYD Co. Ltd

BYD(Shangluo)Industrial Co. Ltd

B871

Shanghai Chaori Solar Energy Science & Technology Co. Ltd

Shanghai Chaori International Trading Co. Ltd

B872

Propsolar (Zhejiang) New Energy Technology Co. Ltd

Shanghai Propsolar New Energy Co. Ltd

B873

SHANGHAI SHANGHONG ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD

B874

SHANGHAI SOLAR ENERGY S&T CO. LTD

Shanghai Shenzhou New Energy Development Co. Ltd

Lianyungang Shenzhou New Energy Co. Ltd

B875

Shanghai ST Solar Co. Ltd

Jiangsu ST Solar Co. Ltd

B876

Shenzhen Sacred Industry Co. Ltd

B878

Shenzhen Topray Solar Co. Ltd

Shanxi Topray Solar Co. Ltd

Leshan Topray Cell Co. Ltd

B880

Sopray Energy Co. Ltd

Shanghai Sopray New Energy Co. Ltd

B881

SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD

NINGBO SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD

Ningbo Sun Earth Solar Energy Co. Ltd

B882

SUZHOU SHENGLONG PV-TECH CO. LTD

B883

TDG Holding Co. Ltd

B884

Tianwei New Energy Holdings Co. Ltd

Tianwei New Energy (Chengdu) PV Module Co. Ltd

Tianwei New Energy (Yangzhou) Co. Ltd

B885

Wenzhou Jingri Electrical and Mechanical Co. Ltd

B886

Shanghai Topsolar Green Energy Co. Ltd

B877

Shenzhen Sungold Solar Co. Ltd

B879

Wuhu Zhongfu PV Co. Ltd

B889

Wuxi Saijing Solar Co. Ltd

B890

Wuxi Shangpin Solar Energy Science and Technology Co. Ltd

B891

Wuxi Solar Innova PV Co. Ltd

B892

Wuxi Suntech Power Co. Ltd

Suntech Power Co. Ltd

Wuxi Sunshine Power Co. Ltd

Luoyang Suntech Power Co. Ltd

Zhenjiang Rietech New Energy Science Technology Co. Ltd

Zhenjiang Ren De New Energy Science Technology Co. Ltd

B796

Wuxi Taichang Electronic Co. Ltd

Wuxi Machinery & Equipment Import & Export Co. Ltd

Wuxi Taichen Machinery & Equipment Co. Ltd

B893

Xi'an Huanghe Photovoltaic Technology Co. Ltd

State-run Huanghe Machine-Building Factory Import and Export Corporation

Shanghai Huanghe Fengjia Photovoltaic Technology Co. Ltd

B896

Yingli Energy (China) Co. Ltd

Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Hainan Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Hengshui Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Tianjin Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Lixian Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Baoding Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd

Beijing Tianneng Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Yingli Energy (Beijing) Co. Ltd

B797

Yuhuan BLD Solar Technology Co. Ltd

Zhejiang BLD Solar Technology Co. Ltd

B899

Yuhuan Sinosola Science & Technology Co. Ltd

B900

Zhangjiagang City SEG PV Co. Ltd

B902

Zhejiang Fengsheng Electrical Co. Ltd

B903

Zhejiang Global Photovoltaic Technology Co. Ltd

B904

Zhejiang Heda Solar Technology Co. Ltd

B905

Zhejiang Jiutai New Energy Co. Ltd

Zhejiang Topoint Photovoltaic Co. Ltd

B906

Zhejiang Kingdom Solar Energy Technic Co. Ltd

B907

Zhejiang Koly Energy Co. Ltd

B908

Zhejiang Mega Solar Energy Co. Ltd

Zhejiang Fortune Photovoltaic Co. Ltd

B910

Zhejiang Shuqimeng Photovoltaic Technology Co. Ltd

B911

Zhejiang Shinew Photoelectronic Technology Co. Ltd

B912

Zhejiang Sunflower Light Energy Science & Technology Limited Liability Company

Zhejiang Yauchong Light Energy Science & Technology Co. Ltd

B914

Zhejiang Sunrupu New Energy Co. Ltd

B915

Zhejiang Tianming Solar Technology Co. Ltd

B916

Zhejiang Trunsun Solar Co. Ltd

Zhejiang Beyondsun PV Co. Ltd

B917

Zhejiang Wanxiang Solar Co. Ltd

WANXIANG IMPORT & EXPORT CO LTD

B918

ZHEJIANG YUANZHONG SOLAR CO. LTD

B920

Zhongli Talesun Solar Co. Ltd

B922


23.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/30


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1403

tat-22 ta' Awwissu 2016

li jeskludi s-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 tal-ICES mill-kamp ta' applikazzjoni tal-għeluq tas-sajd fl-2016

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta' Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 (1) u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 779/97, u b'mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 jistipula dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-perjodi tal-għeluq tas-sajd għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku.

(2)

Skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007, il-Kummissjoni tista' teskludi s-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 tal-ICES mill-kamp ta' applikazzjoni tal-għeluq tas-sajd jekk l-ammont ta' merluzz maqbud fis-Subdiviżjonijiet tal-ICES 27 u 28.2 matul il-perjodu ta' rappurtar l-aktar reċenti kien taħt ċertu livell.

(3)

Fid-dawl tar-rapporti mressqa mill-Istati Membri rilevanti u tal-parir tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku, u Ekonomiku għas-Sajd, fl-2016, is-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 tal-ICES għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-perjodu tal-għeluq tas-sajd imsemmi.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 ma għandux japplika għas-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 tal-ICES għas-sena 2016.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Caude JUNCKER


(1)  ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1.


23.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/31


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1404

tat-22 ta' Awwissu 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

165,4

ZZ

165,4

0707 00 05

TR

137,2

ZZ

137,2

0709 93 10

TR

141,6

ZZ

141,6

0805 50 10

AR

151,1

CL

144,0

MA

95,0

TR

154,0

UY

194,6

ZA

173,8

ZZ

152,1

0806 10 10

EG

222,7

TR

135,0

ZZ

178,9

0808 10 80

AR

110,6

BR

102,1

CL

125,0

CN

160,3

NZ

137,6

US

141,5

ZA

97,0

ZZ

124,9

0808 30 90

AR

93,2

CL

123,4

TR

141,2

ZA

101,3

ZZ

114,8

0809 30 10 , 0809 30 90

TR

130,7

ZZ

130,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

23.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/33


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1405

tat-22 ta' Awwissu 2016

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2016) 5466)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri. L-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jiddemarka u jelenka ċertu żoni ta' dawk l-Istati Membri fil-Partijiet I, II, III u IV tiegħu, differenzjati permezz tal-livell tar-riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika. Dik il-lista tinkludi ċerti żoni fil-Polonja.

(2)

F'Awwissu tal-2016, seħħew żewġ tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi fil-powiat bialski fil-Polonja, f'żona li hija attwalment elenkata fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Din it-tifqigħa flimkien mal-bidla reċenti fis-sitwazzjoni epidemjoloġika tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju li jeħtieġ li jitqies. Għaldaqstant, ċerti żoni tal-Polonja elenkati fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandhom issa jiġu elenkati fil-Parti III ta' dak l-Anness.

(3)

Il-Kummissjoni tinnota li hemm bosta tifqigħat oħra fil-ħnieżer domestiċi li, abbażi ta' evidenza preliminari, jistgħu jiġu attribwiti għall-attività tal-bniedem minflok għall-ħnieżer selvaġġi u li għalhekk qed jiġu koperti minn Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni. Ġaladarba l-evidenza korroborattiva mill-Polonja tinkiseb b'rabta ma' dawn it-tifqigħat, il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni għandhom jiġu riveduti biex jiġi eskluż ir-riskju tat-tixrid tal-marda fil-ħnieżer selvaġġi.

(4)

L-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-popolazzjonijiet tal-ħnieżer selvaġġi affettwati fl-Unjoni għandha titqies fil-valutazzjoni tar-riskju tas-saħħa tal-annimali rrappreżentat f'dik is-sitwazzjoni fir-rigward ta' dik il-marda fil-Polonja. Biex jiġu ffukati l-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali previsti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE u biex jiġi evitat aktar tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, kif ukoll biex jiġi evitat kull xkiel mhux meħtieġ għall-kummerċ fl-Unjoni u jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, il-lista tal-Unjoni taż-żoni soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali stabbilita fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni għandha tiġi emendata biex jitqiesu l-bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward ta' dik il-marda fil-Polonja.

(5)

Għaldaqstant, l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implementazzjoni 2014/709/UE jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).


ANNESS

“ANNESS

PARTI I

1.   Il-Latvja

Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:

fin-novads ta' Bauskas, il-pagasti ta' Īslīces, Gailīšu, Brunavas u Ceraukstes,

fin-novads ta' Dobeles, il-pagasti ta' Bikstu, Zebrenes, Annenieku, Naudītes, Penkules, Auru u Krimūnu, Dobeles, Berzes, il-parti tal-pagasts ta' Jaunbērzes li tinsab fil-Punent tat-triq P98, u l-pilsēta ta' Dobele,

fin-novads of Jelgavas, il-pagasti ta' Glūdas, Svētes, Platones, Vircavas, Jaunsvirlaukas, Zaļenieku, Vilces, Lielplatones, Elejas u Sesavas,

fin-novads ta' Kandavas, il-pagasti ta' Vānes u Matkules,

fin-novads ta' Talsu, il-pagasti ta' Lubes, Īves, Valdgales, Ģibuļu, Lībagu, Laidzes, Ārlavas, Abavas, il-pilsētas ta' Sabile, Talsi, Stende u Valdemārpils,

in-novads ta' Brocēnu,

in-novads ta' Dundagas,

in-novads ta' Jaunpils,

in-novads ta' Rojas,

in-novads ta' Rundāles,

in-novads ta' Stopiņu,

in-novads ta' Tērvetes,

il-pilsēta ta' Bauska.

ir-republikas pilsēta ta' Jelgava,

ir-republikas pilsēta ta' Jūrmala.

2.   Il-Litwanja

Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė ta' Jurbarkas, is-seniūnijos ta' Raudonės, Veliuonos, Seredžiaus u Juodaičių,

fir-rajono savivaldybė ta' Pakruojis, is-seniūnijos ta' Klovainių, Rozalimo u Pakruojo,

fir-rajono savivaldybė ta' Panevežys, il-parti tal-Krekenavos seniūnija li tinsab fil-Punent tax-xmara Nevėžis,

fir-rajono savivaldybė ta' Raseiniai, is-seniūnijos ta' Ariogalos, il-miestas ta' Ariogalos, Betygalos, Pagojukų u Šiluvos,

fir-rajono savivaldybė ta' Šakiai, is-seniūnijos ta' Plokščių, Kriūkų, Lekėčių, Lukšių, Griškabūdžio, Barzdų, Žvirgždaičių, Sintautų, Kudirkos Naumiesčio, Slavikų, Šakių,

ir-rajono savivaldybė ta' Pasvalys,

ir-rajono savivaldybė ta' Vilkaviškis,

ir-rajono savivaldybė ta' Radviliškis,

is-savivaldybė ta' Kalvarija,

is-savivaldybė ta' Kazlų Rūda,

is-savivaldybė ta' Marijampolė.

3.   Il-Polonja

Dawn iż-żoni fil-Polonja:

Fil-województwo podlaskie:

il-gminy ta' Augustów bil-belt ta' Augustów, Nowinka, Płaska, Sztabin u Bargłów Kościelny fil-powiat augustowski,

il-gminy ta' Brańsk bil-belt ta' Brańsk, Boćki, Rudka, Wyszki, il-parti tal-gmina ta' Bielsk Podlaski li tinsab fil-Punent tal-linja maħluqa mit-triq numru 19 (li tmur lejn it-Tramuntana mill-belt ta' Bielsk Podlaski) u mtawla bil-fruntiera tal-Lvant tal-belt ta' Bielsk Podlaski u t-triq numru 66 (fid-direzzjoni tan-Nofsinhar mill-belt ta' Bielsk Podlaski), il-belt ta' Bielsk Podlaski, il-parti tal-gmina ta' Orla li tinsab fil-Punent tat-triq numru 66, fil-powiat bielski,

il-gminy ta' Choroszcz, Juchnowiec Kościelny, Suraż, Turośń Kościelna, Tykocin, Łapy, Poświętne, Zawady u Dobrzyniewo Duże fil-powiat białostocki,

il-gminy ta' Drohiczyn, Dziadkowice, Grodzisk, Milejczyce u Perlejewo fil-powiat siemiatycki,

il-gminy ta' Rutka-Tartak, Szypliszki, Suwałki, Raczki fil-powiat suwalski,

il-gminy ta' Suchowola u Korycin fil-powiat sokólski,

il-partijiet tal-gminy ta' Kleszczele u Czeremcha li jinsabu fil-Punent tat-triq numru 66, fil-powiat hajnowski,

il-powiat łomżyński,

il-powiat M. Białystok,

il-powiat M. Łomża,

il-powiat M. Suwałki,

il-powiat moniecki,

il-powiat sejneński,

il-powiat wysokomazowiecki,

il-powiat zambrowski.

Fil-województwo mazowieckie:

il-gminy ta' Ceranów, Jabłonna Lacka, Sterdyń u Repki fil-powiat sokołowski,

il-gminy ta' Korczew, Przesmyki, Paprotnia, Suchożebry, Mordy, Siedlce u Zbuczyn fil-powiat siedlecki,

il-powiat M. Siedlce,

il-gminy ta' Rzekuń, Troszyn, Czerwin u Goworowo fil-powiat ostrołęcki,

il-gminy ta' Olszanka, Łosice u Platerów fil-powiat łosicki,

il-powiat ostrowski.

Fil-województwo lubelskie:

il-gmina ta' Hanna fil-powiat włodawski,

il-gminy ta' Międzyrzec Podlaski bil-belt ta' Międzyrzec Podlaski, Drelów, Lomazy, Rossosz, Piszczac, Kodeń, Tuczna, Sławatycze, Wisznice u Sosnówka fil-powiat bialski.

il-gmina ta' Kąkolewnica Wschodnia u Komarówka Podlaska fil-powiat radzyński.

PARTI II

1.   L-Estonja

Dawn iż-żoni fl-Estonja:

il-linn ta' Kallaste,

il-linn ta' Rakvere,

il-linn ta' Tartu,

il-linn ta' Viljandi,

il-maakond ta' Harjumaa (eskluża l-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq numru 1 (E20), il-vald ta' Aegviidu u l-vald ta' Anija),

il-maakond ta' Ida-Virumaa,

il-maakond ta' Läänemaa,

il-maakond ta' Pärnumaa,

il-maakond ta' Põlvamaa,

il-maakond ta' Raplamaa,

il-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fit-Tramuntana tat-triq numru 1 (E20),

il-parti tal-vald ta' Pärsti li tinsab fil-Punent tat-triq numru 24126,

il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Punent tat-triq numru 49,

il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Grigal tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Tartu li tinsab fil-Lvant tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Punent tal-linja ddefinita mill-parti tal-Punent tat-triq numru 92 sal-ġunzjoni li tagħti għat-triq numru 155, u mbagħad it-triq numru 155 sal-ġunzjoni li tagħti għat-triq numru 24156, u t-triq numru 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, u mbagħad ix-xmara Verilaske sakemm tilħaq il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-vald,

il-vald ta' Abja,

il-vald ta' Alatskivi,

il-vald ta' Avanduse,

il-vald ta' Haaslava,

il-vald ta' Haljala,

il-vald ta' Halliste,

il-vald ta' Kambja,

il-vald ta' Karksi,

il-vald ta' Koonga,

il-vald ta' Kõpu,

il-vald ta' Laekvere,

il-vald ta' Luunja,

il-vald ta' Mäksa,

il-vald ta' Märjamaa,

il-vald ta' Meeksi,

il-vald ta' Peipsiääre,

il-vald ta' Piirissaare,

il-vald ta' Rägavere,

il-vald ta' Rakvere,

il-vald ta' Saksi,

il-vald ta' Sõmeru,

il-vald ta' Vara,

il-vald ta' Vihula,

il-vald ta' Võnnu.

2.   Il-Latvja

Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:

fin-novads ta' Balvu, il-pagsti ta' Vīksnas, Bērzkalnes, Vectilžas, Lazdulejas, Briežuciema, Tilžas, Bērzpils u Krišjāņu,

fin-novads ta' Bauskas, il-pagasti ta' Mežotnes, Codes, Dāviņu u Vecsaules,

fin-novads ta' Dobeles, il-parti tal-pagasts ta' Jaunbērzes li tinsab fil-Lvant tat-triq P98,

fin-novads ta' Gulbenes il-pagasti ta' Lejasciema, Lizuma, Rankas, Druvienas, Tirzas u Līgo,

fin-novads ta' Jelgavas il-pagasti ta' Kalnciema, Līvbērzes u Valgundes,

fin-novads ta' Kandavas, il-pagasti ta' Cēres, Kandavas, Zemītes u Zantes, il-pilsēta ta' Kandava,

fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Skultes, Vidridžu, Limbažu u Umurgas,

fin-novads ta' Rugāju il-pagsts ta' Lazdukalna,

fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasts ta' Liepupes,

fin-novads ta' Talsu, il-pagasti ta' Ķūļciema, Balgales, Vandzenes, Laucienes, Virbu u Strazdes,

in-novads ta' Ādažu,

in-novads ta' Aizkraukles,

in-novads ta' Aknīstes,

in-novads ta' Alūksnes,

in-novads ta' Amatas,

in-novads ta' Apes,

in-novads ta' Babītes,

in-novads ta' Baldones,

in-novads ta' Baltinavas,

in-novads ta' Carnikavas,

in-novads ta' Cēsu,

in-novads ta' Cesvaines,

in-novads ta' Engures,

in-novads ta' Ērgļu,

in-novads ta' Garkalnes,

in-novads ta' Iecavas,

in-novads ta' Ikšķiles,

in-novads ta' Ilūkstes,

in-novads ta' Inčukalna,

in-novads ta' Jaunjelgavas,

in-novads ta' Jaunpiebalgas,

in-novads ta' Jēkabpils,

in-novads ta' Ķeguma,

in-novads ta' Ķekavas,

in-novads ta' Kocēnu,

in-novads ta' Kokneses,

in-novads ta' Krimuldas,

in-novads ta' Krustpils,

in-novads ta' Lielvārdes,

in-novads ta' Līgatnes,

in-novads ta' Līvānu,

in-novads ta' Lubānas,

in-novads ta' Madonas,

in-novads ta' Mālpils,

in-novads ta' Mārupes,

in-novads ta' Preiļu,

in-novads ta' Neretas,

in-novads ta' Ogres,

in-novads ta' Olaines,

in-novads ta' Ozolnieki,

in-novads ta' Pārgaujas,

in-novads ta' Pļaviņu,

in-novads ta' Priekuļu,

in-novads ta' Raunas,

in-novads ta' Ropažu,

in-novads ta' Salas,

in-novads ta' Salaspils

in-novads ta' Saulkrastu,

in-novads ta' Sējas,

in-novads ta' Siguldas,

in-novads ta' Skrīveru,

in-novads ta' Smiltenes,

in-novads ta' Tukuma,

in-novads ta' Varakļānu,

in-novads ta' Vecpiebalgas,

in-novads ta' Vecumnieku,

in-novads ta' Viesītes,

in-novads ta' Viļakas,

il-pilsēta ta' Limbaži.

ir-republikas pilsēta ta' Jēkabpils;

ir-republikas pilsēta ta' Valmiera,

3.   Il-Litwanja

Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnijos ta' Kavarskas, Kurkliai u l-parti ta' Anykščiai li tinsab fil-Lbiċ tat-triq Nru 121 u Nru 119,

fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnijos ta' Šilų, Bukonių u, fis-seniūnija ta' Žeimių, il-kaimai ta' Biliuškiai, Drobiškiai, Normainiai II, Normainėliai, Juškonys, Pauliukai, Mitėniškiai, Zofijauka, Naujokai,

fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnijos ta' Akademijos, Alšėnų, Babtų, Batniavos, Čekiškės, Domeikavos, Ežerėlio, Garliavos, l-apylinkių ta' Garliavos, Kačerginės, Kulautuvos, Linksmakalnio, Raudondvario, Ringaudų, Rokų, Samylų, Taurakiemio, Užliedžių, Vilkijos, l-apylinkių ta' Vilkijos u Zapyškio,

fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnijos ta' Josvainių, Pernaravos, Krakių, Dotnuvos, Gudžiūnų, Surviliškio, Vilainių, Truskavos, Šėtos, il-miesto ta' Kėdainių,

fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys is-seniūnijos ta' Karsakiškio, Naujamiesčio, Paįstrio, Panevėžio, Ramygalos, Smilgių, Upytės, Vadoklių,Velžio u l-parti ta' Krekenavos seniūnija li tinsab fil-Lvant tax-xmara Nevėžis,

fir-rajono savivaldybė ta' Prienai, is-seniūnijos Veiverių, Šilavoto, Naujosios Ūtos, Balbieriškio, Ašmintos, Išlaužo, Pakuonių,

fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnijos ta' Jašiūnų, Turgelių, Akmenynės, Šalčininkų, Gerviškių, Butrimonių, Eišiškių, Poškonių, Dieveniškių,

fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnijos ta' Kaniavos, Marcinkonių, Merkinės,

fir-rajono savivaldybė ta' Vilnius il-partijiet tas-seniūnija ta' Sudervė u Dūkštai li jinsabu fil-Grigal tat-triq Nru. 171, is-seniūnijos ta' Maišiagala, Zujūnų, Avižienių, Riešės, Paberžės, Nemenčinės, Nemenčinės miesto, Sužionių, Buivydžių, Bezdonių, Lavoriškių, Mickūnų, Šatrininkų, Kalvelių, Nemėžių, Rudaminos, Rūkainių, Medininkų, Marijampolio, Pagirių u Juodšilių,

il-miesto savivaldybė ta' Alytus,

fir-rajono savivaldybė ta' Utena, is-seniūnijos ta' Sudeikių, Utenos, Utenos miesto, Kuktiškių, Daugailių, Tauragnų, Saldutiškio,

fil-miesto savivaldybė ta' Alytus, is-seniūnijos ta' Pivašiūnų, Punios, Daugų, Alovės, Nemunaičio, Raitininkų, Miroslavo, Krokialaukio, Simno, Alytaus,

il-miesto savivaldybė ta' Kaunas,

il-miesto savivaldybė ta' Panevėžys,

il-miesto savivaldybė ta' Prienai,

il-miesto savivaldybė ta' Vilnius,

ir-rajono savivaldybė ta' Biržai,

is-savivaldybė ta' Druskininkai,

ir-rajono savivaldybė ta' Ignalina,

ir-rajono savivaldybė ta' Lazdijai,

ir-rajono savivaldybė ta' Molėtai,

ir-rajono savivaldybė ta' Rokiškis,

ir-rajono savivaldybė ta' Širvintos,

ir-rajono savivaldybė ta' Švenčionys,

ir-rajono savivaldybė ta' Ukmergė,

ir-rajono savivaldybė ta' Zarasai,

is-savivaldybė ta' Birštonas,

is-savivaldybė ta' Visaginas.

4.   Il-Polonja

Dawn iż-żoni fil-Polonja:

Fil-podlaskie województwo:

il-gminy ta' Czarna Białostocka, Gródek, Michałowo, Supraśl, Wasilków u Zabłudów fil-powiat białostocki,

il-gminy ta' Dąbrowa Białostocka, Janów, Krynki, Kuźnica, Nowy Dwór, Sidra, Sokółka u Szudziałowo fil-powiat sokólski,

il-gmina ta' Lipsk fil-powiat augustowski,

il-gmina ta' Dubicze Cerkiewne, il-partijiet tal-gminy ta' Kleszczele u Czeremcha li jinsabu fil-Lvant tat-triq numru 66, fil-powiat hajnowski,

il-parti tal-gmina ta' Bielsk Podlaski li tinsab fil-Lvant tal-linja maħluqa mit-triq numru 19 (fid-direzzjoni tat-Tramuntana mill-belt ta' Bielsk Podlaski) u mtawla bil-fruntiera tal-Lvant tal-belt ta' Bielsk Podlaski u t-triq numru 66 (fid-direzzjoni tan-Nofsinhar mill-belt ta' Bielsk Podlaski), il-parti tal-gmina ta' Orla li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 66, fil-powiat bielski.

PARTI III

1.   L-Estonja

Dawn iż-żoni fl-Estonja:

il-linn ta' Elva,

il-linn ta' Võhma,

il-maakond ta' Jõgevamaa,

il-maakond ta' Järvamaa,

il-maakond ta' Valgamaa,

il-maakond ta' Võrumaa,

il-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq numru 1 (E20),

il-parti tal-vald ta' Pärsti li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 24126,

il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 49,

il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Lbiċ tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Tartu li tinsab fil-Punent tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Lvant tal-linja ddefinita mill-parti tal-Punent tat-triq numru 92 sal-ġunzjoni li tagħti għat-triq numru 155, u mbagħad it-triq numru 155 sal-ġunzjoni li tagħti għat-triq numru 24156, u mbagħad it-triq numru 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, u mbagħad ix-xmara Verilaske sakemm tilħaq il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-vald,

il-vald ta' Aegviidu,

il-vald ta' Anija,

il-vald ta' Kadrina,

il-vald ta' Kolga-Jaani,

il-vald ta' Konguta,

il-vald ta' Kõo,

il-vald ta' Laeva,

il-vald ta' Nõo,

il-vald ta' Paistu,

il-vald ta' Puhja,

il-vald ta' Rakke,

il-vald ta' Rannu,

il-vald ta' Rõngu,

il-vald ta' Saarepeedi,

il-vald ta' Tapa,

il-vald ta' Tähtvere,

il-vald ta' Tarvastu,

il-vald ta' Ülenurme,

il-vald ta' Väike-Maarja.

2.   Il-Latvja

Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:

fin-novads ta' Balvu, il-pagasti ta' Kubuļu u Balvu,

fin-novads ta' Gulbenes, il-pagasti ta' Beļavas, Galgauskas, Jaungulbenes, Daukstu, Stradu, Litenes u Stāmerienas,

fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Viļķenes, Pāles u Katvaru,

fin-novads ta' Rugāju il-pagasts ta' Rugāju,

fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasti ta' Ainažu u Salacgrīvas,

in-novads ta' Aglonas,

in-novads ta' Alojas,

in-novads ta' Beverīnas,

in-novads ta' Burtnieku,

in-novads ta' Ciblas,

in-novads ta' Dagdas,

in-novads ta' Daugavpils,

in-novads ta' Kārsavas,

in-novads ta' Krāslavas,

in-novads ta' Ludzas,

in-novads ta' Mazsalacas,

in-novads ta' Naukšēnu,

in-novads ta' Preiļu,

in-novads ta' Rēzeknes,

in-novads ta' Riebiņu,

in-novads ta' Rūjienas,

in-novads ta' Strenču,

in-novads ta' Valkas,

in-novads ta' Vārkavas,

in-novads ta' Viļānu,

in-novads ta' Zilupes,

il-pilsēta ta' Ainaži,

il-pilsēta ta' Salacgrīva.

ir-republikas pilsēta ta' Daugavpils;

ir-republikas pilsēta ta' Rēzekne.

3.   Il-Litwanja

Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnijos ta' Debeikių, Skiemonių, Viešintų, Andrioniškio, Svėdasų, Troškūnų, Traupio u l-parti tas-seniūnija ta' Anykščių li tinsab fil-Grigal tat-triq Nru 121 u Nru 119,

fir-rajono savivaldybė ta' Alytus, is-seniūnija ta' Butrimonių,

fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnijos ta' Upninkų, Ruklos, Dumsių, Užusalių, Kulvos u, fis-seniūnija ta' Žeimiai, il-kaimai Akliai, Akmeniai, Barsukinė, Blauzdžiai, Gireliai, Jagėlava, Juljanava, Kuigaliai, Liepkalniai, Martyniškiai, Milašiškiai, Mimaliai, Naujasodis, Normainiai I, Paduobiai, Palankesiai, Pamelnytėlė, Pėdžiai, Skrynės, Svalkeniai, Terespolis, Varpėnai, Žeimių gst., Žieveliškiai u l-miestelis ta' Žeimių,

ir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys,

fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnijos ta' Vandžiogalos, Lapių, Karmėlavos u Neveronių,

fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnija ta' Pelėdnagių,

fir-rajono savivaldybė ta' Prienai, is-seniūnijos ta' Jiezno u Stakliškių,

fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys, is-seniūnijos ta' Miežiškių u Raguvos,

fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnijos ta' Baltosios Vokės, Pabarės, Dainavos u Kalesninkų,

fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnijos ta' Valkininkų, Jakėnų, Matuizų, Varėnos u Vydenių,

fir-rajono savivaldybė ta' Vilnius il-partijiet tas-seniūnija ta' Sudervė u Dūkštai li jinsabu fil-Lbiċ mit-triq Nru 171,

fir-rajono savivaldybė ta' Utena, is-seniūnijos ta' Užpalių, Vyžuonų u Leliūnų,

is-savivaldybė ta' Elektrėnai,

il-miesto savivaldybė ta' Jonava,

il-miesto savivaldybė ta' Kaišiadorys,

ir-rajono savivaldybe ta' Kupiškis,

ir-rajono savivaldybė ta' Trakai,

4.   Il-Polonja

Dawn iż-żoni fil-Polonja:

il-gminy ta' Czyże, Białowieża, Hajnówka mal-belt ta' Hajnówka, Narew, Narewka fil-powiat hajnowski,

il-gminy ta' Mielnik, Nurzec-Stacja, Siemiatycze mal-belt ta' Siemiatycze fil-powiat siemiatycki,

Fil-województwo mazowieckie:

il-gminy ta' Sarnaki, Stara Kornica u Huszlew fil-powiat łosicki.

Fil-województwo lubelskie:

il-gminy ta' Konstantynów, Janów Podlaski, Leśna Podlaska, Rokitno, Biała Podlaska, Zalesie u Terespol bil-belt ta' Terespol fil-powiat bialski,

il-powiat M. Biała Podlaska.

PARTI IV

L-Italja

Dawn iż-żoni fl-Italja:

iż-żoni kollha ta' Sardenja.”


23.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/46


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1406

tat-22 ta' Awwissu 2016

li tikkonċerna ċerti miżuri ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1367

(notifikata bid-dokument C(2016) 5467)

(It-test bil-Pollakk biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali infettiva li taffettwa l-popolazzjonijiet tal-ħnieżer domestiċi u selvaġġi u jista' jkollha impatt serju fuq il-profitti tan-negozji tat-trobbija tal-ħnieżer li jisfratta l-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.

(2)

F'każ ta' tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, hemm ir-riskju li l-aġent patoġeniku jista' jinxtered ma' rziezet oħra u mal-ħnieżer salvaġġi. B'hekk, jista' jinxtered minn Stat Membru għall-ieħor u għall-pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ tal-ħnieżer ħajjin jew tal-prodotti tagħhom.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (3) tistabbilixxi l-miżuri minimi li għandhom jiġu applikati fl-Unjoni għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE jipprevedi t-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni u sorveljanza fil-każ ta' tifqigħat ta' dik il-marda, fejn għandhom japplikaw il-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 10 u 11 ta' dik id-Direttiva.

(4)

Il-Polonja għarrfet lill-Kummissjoni bis-sitwazzjoni preżenti fit-territorju tagħha fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u, b'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE, stabbiliet żoni ta' protezzjoni u sorveljanza fejn japplikaw il-miżuri msemmija fl-Artikoli 10 u 11 ta' dik id-Direttiva.

(5)

Sabiex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u biex jiġu evitati ostakoli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jinħtieġ li jiġu deskritti fuq il-livell tal-Unjoni ż-żoni stabbiliti bħala żoni ta' protezzjoni u sorveljanza għad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja, f'kollaborazzjoni ma' dak l-Istat Membru.

(6)

Għaldaqstant, iż-żoni identifikati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fil-Polonja għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni u għandu jiġi ffissat it-tul taż-żmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni.

(7)

F'Awwissu 2016 okkorrew sitt tifqigħat fil-ħnieżer domestiċi f'powiat wysokomazowiecki, zambrowski, białostocki u bielski. Sakemm il-Polonja tipprovdi evidenza preliminari li dawn it-tifqigħat huma marbutin mal-attivitajiet tal-bniedem u li hemm evidenza li d-deni Afrikan tal-ħnieżer ma jiċċirkolax fil-popolazzjoni tal-ħnieżer selvaġġi fiż-żoni kkonċernati, huma meħtieġa miżuri speċifiċi u proporzjonati, waqt li jiġi kkunsidrat ukoll il-fatt li l-Polonja timpenja ruħha li tapplika miżuri nazzjonali għall-kontroll tal-movimenti tal-annimali u s-swieq. Dawn il-miżuri għandhom jikkonsistu fl-applikazzjoni tal-miżuri previsti mid-Direttiva 2002/60/KE, b'mod partikolari fir-rigward ta' limitazzjonijiet stretti dwar il-moviment u t-trasport tal-ħnieżer kif stipulat fl-Artikoli 10 u 11 ta' din id-Direttiva f'żoni li huma miġbura f'żewġ żoni koerenti kif deskritt fl-Anness.

(8)

B'qies tas-sitwazzjoni epidemjoloġika ġenerali u biex jiġu applikati l-miżuri adegwati, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) għandha tiġi riveduta wkoll. Hekk kif tinkiseb evidenza korroborattiva mill-Polonja fir-rigward tat-tifqigħat deskritti hawn fuq, il-miżuri previsti f'dik id-deċiżjoni ta' implimentazzjoni għandhom jiġu riveduti wkoll sabiex jiġi eskluż ir-riskju tat-tixrid tal-marda fil-ħnieżer selvaġġi.

(9)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1367 (5) tistabbilixxi ċerti miżuri ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja. Sa mill-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni s-sitwazzjoni epidemjoloġika ta' din il-marda nbidlet, u jeħtieġ li l-miżuri jiġu adattati. Għaldaqstant, għal finijiet ta' ċarezza, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1367 għandha titħassar u tinbidel b'din id-Deċiżjoni.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Polonja għandha tiżgura li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti b'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-15 ta' Ottubru 2016.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1367 titħassar.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda id-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1367 tal-10 ta' Awwissu 2016 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja (ĠU L 216, 11.8.2016, p. 26).


ANNESS

Il-Polonja

Żoni kif imsemmija fl-Artikolu 1

Data sa meta japplikaw

Żona ta' protezzjoni

Il-konfini ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:

(a)

mil-Lvant — mill-fruntiera tat-Tramuntana tal-villaġġ Sanie Dąb lejn in-Nofsinhar fit-triq li tgħaqqad il-villaġġ Sanie Dąb mal-villaġġ Kołaki Kościelne sa fejn taqsam ix-Xmara Dąb, u jkomplu tul ix-Xmara Dąb lejn ix-Xlokk, imbagħad tul ix-xifer tal-foresta fuq il-fruntiera tal-Punent tal-villaġġ Tybory-Olszewo, imbagħad tul it-triq li tgħaqqad il-villaġġ Tybory-Olszewo mal-villaġġ Tybory-Kamianka, imbagħad tul in-naħa tal-Punent tal-villaġġ Tybory-Kamianka sat-triq li tgħaqqad il-villaġġ Tybory-Kamianka mal-villaġġ Jabłonka Kościelna, imbagħad lejn in-Nofsinhar sal-kanal tal-ilma li jgħaqqad l-Għadira Kamianka max-Xmara Jabłonka, imbagħad tul il-kanal tal-ilma sal-estwarju tiegħu għax-Xmara Jabłonka, imbagħad f'linja dritta lejn in-Nofsinhar sal-konnessjoni tat-triq nru 66 mat-triq li tgħaqqad il-villaġġ Jabłonka Kościelna mal-villaġġ Miodusy-Litwa;

(b)

min-Nofsinhar — tul it-triq nru 66 fid-direzzjoni lejn il-Punent sa fejn ix-Xmara Jabłonka taqsam it-triq Nru. 66, imbagħad tul il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-villaġġ Faszcze sax-Xmara Jabłonka, aktar lejn il-Punent tul ix-Xmara Jabłonka sal-fruntiera bejn il-villaġġ Wdziękoń Pierwszy u l-villaġġ Wdziękoń Drugi, u mbagħad f'linja dritta lejn it-Tramuntana sat-triq nru 66, imbagħad tul it-triq nru 66 fil-Punent ta' fejn il-kanal tal-ilma jaqsam it-triq nru 66 fil-linja tal-villaġġ Wdziękoń Pierwszy;

(c)

mill-Punent — lejn it-Tramuntana tul il-kanal tal-ilma sa tarf il-foresta, ikomplu tul il-fruntiera tal-Lvant tar-riżerva “Grabówka” u mbagħad tul il-fruntiera tal-Lvant tal-foresta sat-triq li tgħaqqad il-villaġġ Grabówka mal-villaġġ Wróble-Arciszewo;

(d)

mit-Tramuntana — f'linja dritta lejn il-Lvant sax-Xmara Dąb 'l isfel mill-villaġġ Czarnowo Dąb, imbagħad tul linja dritta lejn il-Lvant tul il-konfini tat-Tramuntana tal-villaġġ Sanie Dąb, sat-triq li tgħaqqad il-villaġġ Sanie Dąb mal-villaġġ Kołaki Kościelne.

Il-konfini ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:

(a)

mit-Tramuntana — mill-villaġġ Konowały tul it-triq muniċipali sa fejn din taqsam it-triq Szosa Kruszewska, imbagħad mat-triq Szosa Kruszewska tul il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-foresta sal-ħruġ lejn il-villaġġ Kruszewo;

(b)

mill-Punent — madwar il-villaġġ Kruszewo tul il-fruntiera tal-Lvant tal-wied tax-Xmara Narew f'linja mill-villaġġ Waniewo sal-fruntiera mal-powiat wysokomazowiecki;

(c)

min-Nofsinhar — mill-fruntiera tal-powiat wysokomazowiecki tul ix-xatt tal-Punent tal-wied tax-Xmara Narew;

(d)

mil-Lvant — mix-xatt tal-Punent tal-wied tax-Xmara Narew f'linja dritta sa Topilec-Kolonia, u mbagħad f'linja dritta sal-villaġġ Konowały.

Il-konfini ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:

(a)

mit-Tramuntana — minn fejn taqsam it-triq nru 63 mat-triq li twassal sal-ħabs f'Czerwony Bór, f'liwja fid-direzzjoni tal-villaġġ Polki Teklin u mbagħad 'il fuq minn dan il-villaġġ sa fejn taqsam ix-Xmara Gać lejn il-fruntiera tal-Lvant tal-għadajjar bil-ħut madwar il-villaġġ Poryte Jabłoń;

(b)

mil-Lvant — tul il-fruntiera tal-Lvant tal-għadajjar bil-ħut madwar il-villaġġ Poryte Jabłoń fid-direzzjoni tat-triq li tgħaqqad il-villaġġ Poryte Jabłoń mat-triq nru 66, tul il-fruntiera tal-Punent ta' dan il-villaġġ fid-direzzjoni tat-triq nru 63;

(c)

min-Nofsinhar — fuq it-triq nru 63 'il fuq mill-villaġġ ta' Stare Zakrzewo tul it-triq li tgħaqqad dan il-villaġġ mal-villaġġ Tabędz, imbagħad matul il-fruntieri tal-Punent u tat-Tramuntana ta' dan il-villaġġ;

(d)

mill-Punent — f'linja dritta lejn it-Tramuntana sal-fruntiera tal-Punent tal-villaġġ Bacze Mokre, imbagħad mill-fruntiera tal-Punent tal-villaġġ Bacze Mokre f'linja dritta lejn il-Grigal sa fejn tintlaħaq it-triq li twassal sal-ħabs f'Czerwony Bór, imbagħad tul din it-triq sat-triq nru 63.

Il-konfini ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:

(a)

mit-Tramuntana — sal-fruntiera tal-powiat wysokomazowiecki, tul il-kanal tal-ilma Brok Mały sal-villaġġ Miodusy Litwa, tul in-naħa tal-Lbiċ tiegħu; imbagħad mill-fruntiera tal-powiat zambrowski fid-direzzjoni tal-villaġġ Krajewo Białe, tul il-fruntiera tan-Nofsinhar ta' dan il-villaġġ, imbagħad tul it-triq fid-direzzjoni tal-villaġġ Stary Skarżyn;

(b)

mill-Punent — tul il-fruntiera tal-Punent tal-villaġġ Stary Skarżyn sa fejn din taqsam il-kanal tal-ilma Brok Mały, fid-direzzjoni tax-xlokk 'l isfel mill-villaġġ Zaręby Krztęki sal-fruntieri tal-powiat zambrowski;

(c)

min-Nofsinhar — mill-fruntieri tal-powiat zambrowski tul il-kanal tal-ilma li jagħti lejn il-villaġġ Kaczyn Herbasy;

(d)

mil-Lvant — tul it-triq li mill-villaġġ Miodusy Litwa tgħaddi mill-villaġġ Święck Nowiny.

Il-konfini ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:

(a)

mit-Tramuntana — min-naħa tan-Nofsinhar tal-villaġġ Kierzki fid-direzzjoni tal-Lvant sat-triq nru 671 'il fuq mill-fruntiera tat-Tramuntana tal-villaġġ Czajki;

(b)

mil-Lvant — mit-triq nru 671 sal-villaġġ Jabłonowo Kąty, imbagħad fid-direzzjoni tan-Nofsinhar tul ix-xatt tal-Punent tax-Xmara Awissa; imbagħad lejn it-triq Idźki Średnie — Kruszewo Brodowo minn naħa tal-Punent tal-villaġġ Kruszewo Brodowo;

(c)

min-Nofsinhar — mit-triq nru 671 fil-linja tal-villaġġ Idźki-Wykno tul it-triq li tgħaqqad il-villaġġ Sokoły mal-villaġġ Jamiołki-Godzieby;

(d)

mill-Punent — mill-villaġġ Jamiołki-Godzieby tul ix-xatt tal-Lvant tax-Xmara Ślina sal-villaġġ Jamiołki Kowale, imbagħad lejn it-tramuntana mill-villaġġ Stypułki Borki sat-triq Kierzki — Czajki fin-naħa tal-Lvant tal-villaġġ Kierzki.

Il-konfini ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:

(a)

Mil-Lvant — mill-fruntiera tal-belt ta' Bielsk Podlaski, Triq Adam Mickiewicz, tul il-periferija tal-Lvant tal-belt Bielsk Podlaski;

(b)

min-Nofsinhar — tul il-periferija tan-Nofsinhar tal-belt Bielsk Podlaski sal-villaġġ Piliki, inkluż il-villaġġ Piliki, u jkomplu f'linja dritta sat-triq nru 66;

(c)

mill-Punent — mit-triq nru 66 fid-direzzjoni tal-periferija tal-Punent tal-villaġġ Augustowo, inkluż il-villaġġ Augustowo, mill-villaġġ Augustowo f'linja dritta mill-intersezzjoni ferrovjarja mat-triq lokali nru 1575B;

(d)

mit-Tramuntana — mill-intersezzjoni tal-linja ferrovjarja mat-triq lokali nru 1575B tul il-periferija tat-Tramuntana tal-belt Bielsk Podlaski sal-fruntiera tal-belt Bielsk Podlaski, Triq Adam Mickiewicz.

Il-15 ta' Ottubru 2016

Żona ta' sorveljanza

Iż-żona indikata hawn taħt minbarra ż-żona ta' protezzjoni deskritti hawn fuq:

Id-distrett ta' Łomża — il-muniċipalità ta' Łomża;

Id-distrett ta' Zambrowski — il-belt Zambrów, il-muniċipalitajiet ta' Zambrów u Kołaki Kościelne;

Id-distrett ta' Wysokomazowiecki — il-muniċipalitajiet ta' Kulesze Kościelne, Wysokie Mazowieckie u l-belt Wysokie Mazowieckie, Kobylin Borzymy, Sokoły u Czyżew;

Id-distrett ta' Białystok –il-muniċipalitajiet ta' Choroszcz, Turośń Kościelna u Łapy

Id-distrett ta' Bielski — il-belt Bielsk Podlaski, il-muniċipalitajiet ta' Bielsk Podlaski u Orla.

Il-15 ta' Ottubru 2016