ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 219

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
12 ta' Awwissu 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1351 tal-4 ta' Awwissu 2016 dwar ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, u li tħassar id-Deċiżjoni 2004/676/KE

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1352 tal-4 ta' Awwissu 2016 dwar ir-Regoli applikabbli għall-esperti nazzjonali ssekondati għall-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, u li tħassar id-Deċiżjoni 2004/677/KE

82

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1353 tal-4 ta' Awwissu 2016 dwar ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/643/PESK

98

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

12.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 219/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1351

tal-4 ta' Awwissu 2016

dwar ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, u li tħassar id-Deċiżjoni 2004/676/KE

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1835 tat-12 ta' Ottubru 2015 li tiddefinixxi l-istatut, is-sede u r-regoli operazzjonali tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (1), u partikolarment l-Artikolu 11(3)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'unanimità, għandu jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-persunal reklutat direttament mill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Aġenzija”) b'kuntratti għal żmien fiss, magħżula fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri parteċipanti.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Persunal għandhom ikunu tali li jiżguraw għall-Aġenzija s-servizzi ta' persunal tal-ogħla standard ta' abbiltà u effiċjenza, reklutati minn fost kandidati mill-Istati Membri parteċipanti fuq l-usa' bażi ġeografika possibbli, u mill-Istituzzjonijiet tal-Unjoni.

(3)

Minħabba li r-regoli stabbiliti b'din id-Deċiżjoni għandhom jissostitwixxu lil dawk stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/676/KE (2), dik id-Deċiżjoni għandha titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

1.   Dawn ir-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw għall-persunal ingaġġat b'kuntratt mill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (minn hawn 'il quddiem imsejħa “membru tal-persunal”).

Tali persunal għandu jkun:

persunal temporanju,

persunal kuntrattwali,

konsulenti speċjali.

2.   Għall-finijiet ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, l-awtorità awtorizzata biex tikkonkludi kuntratti (minn hawn 'il quddiem imsejħa “AATK”) għandha tiġi determinata skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1835.

3.   Kwalunkwe referenza f'dawn ir-Regolamenti tal-Persunal għal persuna tas-sess maskili għandha tiġi kkunsidrata wkoll bħala referenza għal persuna tas-sess femminili, u viċi versa, sakemm il-kuntest ma jindikax biċ-ċar mod ieħor.

Artikolu 2

Membru tal-persunal li l-kuntratt tiegħu jkun għal perijodu ta' aktar minn sena għandu jkun intitolat biex jivvota f'elezzjonijiet u joħroġ għall-elezzjoni tal-Kumitat tal-Persunal previsti fl-Artikolu 138.

Membru tal-persunal li l-kuntratt tiegħu jkun għal perijodu ta' inqas minn sena għandu jkun intitolat li jivvota jekk ikun ilu impjegat għal mill-inqas sitt xhur.

TITOLU II

PERSUNAL TEMPORANJU

KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 3

Għall-finijiet ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, “persunal temporanju” ifisser persunal ingaġġat sabiex jokkupa temporanjament pożizzjoni fi ħdan l-għadd massimu ta' pożizzjonijiet awtorizzat fil-baġit tal-Aġenzija.

Għall-finijiet ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, “konsulent speċjali” ifisser persuna li, minħabba l-kwalifiki speċjali tagħha u minkejja impieg bi qligħ f'xi kapaċità oħra, hija ingaġġata biex tassisti lill-Aġenzija regolarment jew għal perijodu speċifikat u li titħallas mill-approprjazzjonijiet totali għall-fini taħt it-taqsima rilevanti tal-baġit.

Artikolu 4

Bl-eċċezzjoni tal-Kap Eżekuttiv u d-Deputat Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija li huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1835, il-persunal temporanju ma għandux jiġi ingaġġat għal aktar minn erba' snin, iżda l-impjieg tagħhom jista' jkun limitat għal kwalunkwe perijodu iqsar.

Il-kuntratti tagħhom jistgħu jiġu mġedda biss darba għal perijodu massimu ta' erba' snin. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta dispożizzjonijiet ġenerali biex jagħmlu dan l-Artikolu effettiv.

Artikolu 5

Il-persunal temporanju ma għandux jiġi ingaġġat għal xi fini differenti minn dak li jokkupa, f'konformità ma' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, il-pożizzjonijiet vakanti fi ħdan l-għadd massimu ta' pożizzjonijiet temporanji awtorizzat fil-baġit tal-Aġenzija.

Artikolu 6

1.   Fl-applikazzjoni ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, għandha tkun projbita kull diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi bħal sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, appartenenza għal xi minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità, età, jew orjentazzjoni sesswali.

Għall-finijiet ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, is-sħubija mhux matrimonjali għandha tiġi trattata bħala żwieġ sakemm ikunu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha elenkati fl-Artikolu 1(2)(c) tal-Anness IV.

2.   Bil-ħsieb li tiġi żgurata fil-prattika ugwaljanza sħiħa bejn irġiel u nisa fil-ħajja tax-xogħol, li għandha tikkostitwixxi element essenzjali li jkun ikkunsidrat fl-implimentazzjoni tal-aspetti kollha ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, il-prinċipju ta' trattament indaqs ma għandux jimpedixxi lill-Aġenzija milli żżomm jew tadotta miżuri li jipprevedu vantaġġi speċifiċi sabiex tkun aktar faċli għas-sess l-anqas rappreżentat li jwettaq attività vokazzjonali jew miżuri li jimpedixxu jew li jikkumpensaw għal żvantaġġi f'karrieri professjonali.

3.   L-Aġenzija għandha, wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Persunal, tiddetermina l-miżuri u l-azzjonijiet sabiex tippromwovi opportunitajiet indaqs għal irġiel u nisa fl-oqsma koperti minn dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, u għandha tadotta d-dispożizzjonijiet adegwati partikolarment sabiex tirrimedja tali diżugwaljanzi de facto bħal dawk li jfixklu l-opportunitajiet għan-nisa f'dawk l-oqsma.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, persuna jkollha diżabilità meta jkollha indeboliment fiżiku, mentali, intellettwali jew sensorjali fit-tul li, f'interazzjoni ma' ostakli varji, jista' jxekkel il-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħha fis-soċjetà fuq bażi ugwali ma' ħaddieħor. L-indeboliment għandu jiġi ddeterminat skont il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 38.

Persuna b'diżabilità tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 37(2)(d) jekk hija tista' twettaq il-funzjonijiet essenzjali tal-impjieg meta tkun saret akkomodazzjoni raġonevoli.

“Akkomodazzjoni raġonevoli”, b'rabta mal-funzjonijiet essenzjali tal-impjieg, għandha tfisser miżuri adegwati, fejn meħtieġ, li jgħinu persuna b'diżabilità ikollha aċċess għal impjieg jew tipparteċipa jew tavvanza fih, jew sabiex titħarreġ, sakemm tali miżuri ma jimponux piż sproporzjonat fuq l-impjegatur.

Il-prinċipju ta' trattament ugwali ma għandux iwaqqaf lill-AATK milli żżomm jew tadotta miżuri li jipprevedu vantaġġi speċifiċi sabiex tagħmilha eħfef għall-persuni b'diżabilità li jwettqu attività vokazzjonali jew sabiex tipprevjeni żvantaġġi jew tikkumpensa għalihom fil-karrieri professjonali tagħhom.

5.   Fejn persuni koperti b'dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, li jikkunsidraw lilhom infushom bħala li ġew ittrattati b'mod inġust minħabba n-nuqqas ta' applikazzjoni fir-rigward tagħhom tal-prinċipju ta' trattament indaqs kif stipulat f'dan l-Artikolu, jistabbilixxu fatti li minnhom jista' jiġi preżunt li saret diskriminazzjoni diretta jew indiretta, l-oneru tal-provi li ma kien hemm l-ebda ksur tal-prinċipju ta' trattament indaqs jaqa' fuq l-Aġenzija. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika fi proċedimenti dixxiplinari.

6.   Filwaqt li għandhom jiġu rispettati il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni u l-prinċipju ta' proporzjonalità, kull limitazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom għandha tkun ġustifikata abbażi ta' raġunijiet oġġettivi u raġonevoli u għandha jkollha għanijiet leġittimi fl-interess ġenerali fil-qafas tal-politika dwar il-persunal. Tali għanijiet jistgħu partikolarment jiġġustifikaw li tkun stipulata età mandatorja ta' rtirar u età minima biex tittieħed pensjoni ta' rtirar.

Artikolu 7

1.   Membri tal-persunal temporanju f'servizz attiv għandhom ikollhom aċċess għal miżuri ta' natura soċjali, inklużi miżuri speċifiċi biex jirrikonċiljaw il-ħajja tax-xogħol mal-ħajja tal-familja, adottati mill-Aġenzija u għal servizzi provduti mill-Kumitat tal-Persunal. Eks-membri tal-persunal temporanju jista' jkollhom aċċess għal miżuri speċifiċi limitati ta' natura soċjali.

2.   Membri tal-persunal temporanju f'impjieg attiv għandhom ikollhom kondizzjonijiet tax-xogħol konformi ma' standards adegwati ta' saħħa u ta' sigurtà li jkunu ekwivalenti, tal-anqas, għar-rekwiżiti minimi applikabbli taħt il-miżuri adottati f'dawn l-oqsma skont it-Trattati.

Artikolu 8

1.   Il-pożizzjonijiet koperti minn dawn ir-Regolamenti tal-Persunal għandhom ikunu kklassifikati, skont in-natura u l-importanza tad-dmirijiet li jirrelataw magħhom, fi grupp ta' funzjoni tal-amministraturi (minn issa 'l quddiem “AD”), grupp ta' funzjoni tal-assistenti (minn issa 'l quddiem “AST”) u grupp ta' funzjoni tas-segretarji u l-iskrivani (minn issa 'l quddiem “AST/SC”).

2.   Il-grupp ta' funzjoni AD għandu jkun fih tnax-il grad, li jikkorrispondu għal dmirijiet amministrattivi, konsultattivi, lingwistiċi u xjentifiċi. Il-grupp ta' funzjoni AST għandu jinkludi ħdax-il grad, li jikkorrispondu għal dmirijiet eżekuttivi, tekniċi u klerikali. Il-grupp ta' funzjoni AST għandu jkun fih sitt gradi, li jikkorrispondu għal dmirijiet klerikali u segretarjali.

3.   Kull ħatra tirrikjedi, tal-anqas:

(a)

fil-gruppi ta' funzjoni AST u AST/SC:

(i)

livell ta' edukazzjoni post-sekondarja attestat permezz ta' diploma,

(ii)

livell ta' edukazzjoni sekondarja attestat permezz ta' diploma li tagħti aċċess għal edukazzjoni postsekondarja, u esperjenza professjonali adegwata ta' mhux anqas minn tliet snin, jew

(iii)

fejn ikun ġustifikat fl-interessi tas-servizz, taħriġ professjonali jew esperjenza professjonali ta' livell ekwivalenti;

(b)

fil-grupp ta' funzjoni AD għall-gradi 5 u 6:

(i)

livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti ta' mhux anqas minn tliet snin attestat permezz ta' diploma, jew

(ii)

fejn ikun ġustifikat fl-interessi tas-servizz, taħriġ professjonali ta' livell ekwivalenti;

(c)

fil-grupp ta' funzjoni AD għall-gradi 7 sa 16:

(i)

livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti attestat permezz ta' diploma fejn il-perijodu normali ta' edukazzjoni universitarja huwa ta' erba' snin jew iżjed,

(ii)

livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti attestat permezz ta' diploma u esperjenza professjonali adegwata ta' mhux anqas minn sena fejn il-perijodu normali ta' edukazzjoni universitarja huwa ta' mhux anqas minn tliet snin, jew

(iii)

fejn ikun ġustifikat fl-interessi tas-servizz, taħriġ professjonali ta' livell ekwivalenti.

4.   L-Anness VI jinkludi tabella li turi t-tipi ta' pożizzjonijiet. B'referenza għal dik it-tabella, l-AATK tista' tiddefinixxi d-dmirijiet u s-setgħat marbuta ma' kull tip ta' pożizzjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Persunal.

Artikolu 9

1.   L-AATK għandha, filwaqt li taġixxi biss fl-interessi tas-servizz u mingħajr ma tieħu kont tan-nazzjonalità, tassenja, permezz ta' ħatra jew ta' trasferiment, lil kull membru tal-persunal temporanju, pożizzjoni fil-grupp ta' funzjoni tiegħu li jikkorrispondi għall-grad tiegħu.

Membru tal-persunal temporanju jista' japplika għal trasferiment fi ħdan l-Aġenzija.

2.   Membru tal-persunal temporanju jista' jintalab sabiex jokkupa temporanjament pożizzjoni fi grad fil-grupp ta' funzjoni tiegħu li hija ogħla mill-grad sostantiv tiegħu. Mill-bidu tar-raba' xahar f'tali pożizzjoni temporanja, huwa għandu jirċievi allowance differenzjali daqs id-differenza bejn ir-rimunerazzjoni marbuta mal-grad sostantiv u skala tiegħu, u r-rimunerazzjoni li huwa kien jirċievi fir-rigward tal-iskala li fiha huwa kien ikun klassifikat kieku kien maħtur fil-grad tal-pożizzjoni temporanja tiegħu.

Il-perijodu ta' pożizzjoni temporanja ma għandux jeċċedi sena, ħlief fejn, direttament jew indirettament, il-pożizzjoni tingħata sabiex jiġi sostitwit membru tal-persunal temporanju li huwa sekondat f'pożizzjoni oħra fl-interessi tas-servizz, jew li ġie mgħajjat biex jagħmel servizz militari jew li huwa assenti fuq leave tal-mard fit-tul.

Artikolu 10

1.   Il-grad u l-iskala li fihom jiġi ngaġġat il-persunal temporanju għandhom jiġu stipulati fil-kuntratt tagħhom.

2.   L-assenjazzjoni lill-persunal temporanju ta' pożizzjoni fi grad ogħla minn dak li fih huwa kien ingaġġat għandu jiġi dikjarat fi ftehim supplimentari għall-kuntratt tiegħu tas-servizz.

KAPITOLU 2

Drittijiet u obbligi

Artikolu 11

1.   Membru tal-persunal temporanju għandu jeżegwixxi d-dmirijiet tiegħu u jġib ruħu biss fl-interessi tal-Aġenzija; huwa la għandu jfittex u lanqas għandu jieħu struzzjonijiet minn xi gvern, awtorità, organizzazzjoni jew persuna barra l-Aġenzija. Huwa għandu jeżegwixxi d-dmirijiet assenjati lilu b'mod oġġettiv, imparzjali u b'mod konformi mal-obbligu tiegħu ta' lealtà lejn l-Aġenzija.

2.   Membru tal-persunal temporanju ma għandu, mingħajr il-permess tal-AATK, jaċċetta mingħand ebda gvern jew sors ieħor barra l-Aġenzija xi unur, dekorazzjoni, favur, rigal jew ħlas ta' kwalunkwe xorta, ħlief għal servizzi mogħtija jew qabel il-ħatra tiegħu jew matul leave speċjali għal servizz militari jew nazzjonali u fir-rigward ta' tali servizz.

Qabel ma tirrekluta membru tal-persunal temporanju, l-AATK għandha teżamina jekk il-kandidat għandux xi interess personali li jikkomprometti l-indipendenza tiegħu jew xi kunflitt ta' interess ieħor. Għal dak l-għan, il-kandidat għandu jinforma lill-AATK, billi juża formola speċifika, dwar kwalunkwe kunflitt ta' interess attwali jew potenzjali. F'tali każijiet, l-AATK għandha tieħu kont ta' dan f'opinjoni debitament motivata. Jekk meħtieġ, l-AATK għandha tieħu l-miżuri msemmija fl-Artikolu 12(2).

Dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis għal membri tal-persunal temporanju li jirritornaw mil-leave għal raġunijiet personali.

Artikolu 12

1.   Membru tal-persunal temporanju ma għandux, fl-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tiegħu u ħlief kif previst minn hawn 'il quddiem, jittratta kwistjoni li fiha huwa, direttament jew indirettament, għandu xi interess personali tant li jikkomprometti l-indipendenza tiegħu, u, b'mod partikolari, xi interessi familjari u finanzjarji.

2.   Kull membru tal-persunal temporanju li, fl-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tiegħu, ikollu jittratta kwistjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu immedjatament jinforma lill-AATK. L-AATK għandha tieħu kull miżura adegwata, u tista' partikolarment teżonera l-membru tal-persunal temporanju mir-responsabbiltà f'din il-kwistjoni.

3.   Membru tal-persunal temporanju la jista' jżomm u lanqas jakkwista, direttament jew indirettament, f'intrapriżi li huma soġġetti għall-awtorità tal-Aġenzija jew li għandhom relazzjonijiet mal-Aġenzija, kwalunkwe interess ta' dan it-tip jew daqs li jista' jikkomprometti l-indipendenza tiegħu fl-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tiegħu.

Artikolu 13

Membru tal-persunal temporanju għandu jżomm lura minn kwalunkwe azzjoni jew imġiba li jistgħu jirriflettu ħażin fuq il-pożizzjoni tiegħu.

Artikolu 14

1.   Membri tal-persunal temporanju għandhom iżommu lura minn kwalunkwe forma ta' fastidju psikoloġiku jew sesswali.

2.   Membru tal-persunal temporanju li kien il-vittma ta' fastidju psikoloġiku jew sesswali ma għandu jbati l-ebda effett preġudizzjali min-naħa tal-Aġenzija. Membru tal-persunal temporanju li jkun ta xhieda dwar fastidju psikoloġiku jew sesswali ma għandu jbati l-ebda effett preġudizzjali min-naħa tal-Aġenzija, sakemm il-membru tal-persunal temporanju aġixxa onestament.

3.   “Fastidju psikoloġiku” ifisser kwalunkwe kondotta mhux xierqa li sseħħ matul xi perijodu, li tkun ripetittiva jew sistematika u li tinvolvi imġiba fiżika, jew lingwaġġ mitkellem jew miktub, ġesti jew atti oħra li huma intenzjonali u li jistgħu jimminaw il-personalità, id-dinjità jew l-integrità fiżika jew psikoloġika ta' kwalunkwe persuna.

4.   “Fastidju sesswali” ifisser kondotta relatata mas-sess li mhijiex mixtieqa mill-persuna li lejha hija indirizzata u li għandha l-għan jew l-effett li toffendi dik il-persuna jew li toħloq ambjent intimidanti, ostili, jew offensiv jew disturbanti. Il-fastidju sesswali għandu jiġi ttrattat bħala diskriminazzjoni sesswali.

Artikolu 15

1.   Soġġett għall-Artikolu 17, membru tal-persunal temporanju li jixtieq jagħmel xi attività esterna, kemm jekk hija mħallsa jew mhux imħallsa, jew jeżegwixxi xi inkarigu barra l-Aġenzija, għandu l-ewwel jikseb l-permess tal-AATK. Il-permess għandu jiġi rifjutat biss jekk l-attività jew l-inkarigu inkwistjoni huma tali li jfixklu l-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tal-membru tal-persunal temporanju jew huma inkompatibbli mal-interessi tal-Aġenzija.

2.   Membru tal-persunal temporanju għandu jinnotifika lill-AATK bi kwalunkwe bidla f'attività jew inkarigu permessi barra l-Aġenzija, li sseħħ wara li l-membru tal-persunal temporanju ikun talab il-permess tal-AATK skont il-paragrafu 1. Il-permess jista' jiġi rtirat jekk l-attività jew l-inkarigu ma jibqgħux jissodisfaw il-kondizzjonijiet imsemmija fl-aħħar sentenza tal-paragrafu 1.

Artikolu 16

Jekk il-konjuġi ta' membru tal-persunal temporanju għandu impjieg bi ħlas, il-membru tal-persunal temporanju għandu jinforma lill-AATK b'dan. Jekk in-natura tal-impjieg tirriżulta inkompatibbli ma' dik tal-membru tal-persunal temporanju u jekk il-membru tal-persunal temporanju ma jistax jagħti garanzija li dan jintemm fi żmien speċifikat, l-AATK għandha, wara li tikkonsulta mal-Kumitat tal-Persunal, tiddeċiedi jekk il-membru tal-persunal temporanju għandux ikompli fil-pożizzjoni tiegħu jew jiġix ittrasferit f'post ieħor.

Artikolu 17

1.   Membru tal-persunal temporanju li biħsiebu jkun kandidat għal xi kariga pubblika għandu jinnotifika lill-AATK b'dan. L-AATK għandha tiddeċiedi, fid-dawl tal-interessi tas-servizz, jekk il-membru tal-persunal temporanju kkonċernat:

(a)

għandux jintalab japplika għal leave għal raġunijiet personali, jew

(b)

għandux jingħata leave annwali, jew

(c)

jistax jiġi awtorizzat li jeżegwixxi d-dmirijiet tiegħu fuq bażi part-time, jew

(d)

jistax ikompli jeżegwixxi d-dmirijiet tiegħu bħal qabel.

2.   Membru tal-persunal temporanju li jiġi elett jew maħtur f'xi kariga pubblika għandu jinnotifika immedjatament lill-AATK b'dan. L-AATK, b'kont meħud tal-interessi tas-servizz, l-importanza tal-pożizzjoni, id-dmirijiet li hija tinvolvi u r-rimunerazzjoni u r-rimborż tal-ispejjeż imġarrba fl-eżekuzzjoni ta' dawk id-dmirijiet, għandha tieħu waħda mid-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Jekk il-membru tal-persunal temporanju jkun jeħtieġ li joħroġ fuq leave għal raġunijiet personali jew jiġi awtorizzat li jeżegwixxi d-dmirijiet tiegħu fuq bażi part-time, il-perijodu ta' tali leave jew ta' xogħol part-time għandu jikkorrispondi għall-perijodu tal-mandat tal-membru tal-persunal temporanju.

Artikolu 18

Membru tal-persunal temporanju għandu, wara li jispiċċa mis-servizz, jibqa' marbut bid-dmir li jġib ruħu b'integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta' ċerti ħatriet jew benefiċċji.

Membri tal-persunal temporanju bil-ħsieb li jibdew xi attività okkupazzjonali, kemm jekk bi ħlas jew mingħajr, fi żmien sentejn minn meta jispiċċaw mis-servizz għandhom jinformaw lill-Aġenzija b'dan bl-użu ta' formola speċifika. Jekk dik l-attività hija relatata max-xogħol imwettaq mill-membru tal-persunal temporanju matul l-aħħar tliet snin ta' servizz u tista' toħloq kunflitt mal-interessi leġittimi tal-Aġenzija, l-AATK tista', b'kont meħud tal-interessi tas-servizz, jew tipprojbixxih milli jibdiha jew tagħti l-approvazzjoni tagħha soġġett għal kwalunkwe kondizzjoni li jidhrilha xierqa. L-AATK għandha, wara li tikkonsulta mal-Kumitat tal-Persunal, tinnotifika d-deċiżjoni tagħha fi żmien 30 jum ta' xogħol minn meta tkun ġiet informata b'dan. Jekk sat-tmiem ta' dak il-perijodu ma tkun saret l-ebda notifika bħal din, dan għandu jiġi kkunsidrat bħala aċċettazzjoni impliċita.

Fil-każ ta' eks-membri anzjani tal-persunal temporanju, l-AATK għandha, fil-prinċipju, tipprojbixxihom, matul it-tnax-il xahar wara li jitilqu mis-servizz, milli jinvolvu ruħhom f'lobbying jew f'difiża, fil-konfront tal-persunal tal-Aġenzija, għan-negozju, il-klijenti jew l-impjegaturi tagħhom dwar kwistjonijiet li għalihom kienu responsabbli matul l-aħħar tliet snin tagħhom fis-servizz.

F'konformità mal-Artikolu 31 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1835, l-Aġenzija għandha tippubblika kull sena l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tas-subparagrafu preċedenti, inkluża lista tal-każijiet ivvalutati.

Artikolu 19

1.   Membru tal-persunal temporanju għandu jżomm lura milli jagħmel kwalunkwe rivelazzjoni mhux awtorizzata ta' informazzjoni li tkun riċevuta fil-qadi ta' dmirijietu, sakemm dik l-informazzjoni ma saritx diġà pubblika jew aċċessibbli għall-pubbliku.

2.   Membru tal-persunal temporanju għandu jibqa' marbut b'dan l-obbligu wara li jitlaq mis-servizz.

Artikolu 20

1.   Membru tal-persunal temporanju għandu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, fir-rispett dovut tal-prinċipji ta' lealtà u ta' imparzjalità.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 13 u 19, membru tal-persunal temporanju li biħsiebu jippubblika jew jwassal għall-pubblikazzjoni, kemm jekk waħdu jew ma' oħrajn, kwalunkwe materjal li jittratta ix-xogħol tal-Aġenzija għandu jinforma lill-AATK b'dan minn quddiem.

Fejn l-AATK tkun tista' turi li l-materjal jista' serjament jippreġudika l-interessi leġittimi tal-Aġenzija, l-AATK għandha tinforma lill-membru tal-persunal temporanju bid-deċiżjoni tagħha bil-miktub fi żmien 30 jum tax-xogħol minn meta tirċievi l-informazzjoni. Jekk sat-tmiem tal-perijodu speċifikat ma tkun ġiet notifikata l-ebda deċiżjoni bħal din, għandu jiġi kkunsidrat li l-AATK ma kellha l-ebda oġġezzjoni.

Artikolu 21

1.   Id-drittijiet kollha relatati ma' kwalunkwe kitba jew xogħol ieħor minn kwalunkwe membru tal-persunal temporanju fl-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tiegħu għandhom ikunu l-proprjetà tal-Aġenzija li l-attivitajiet tagħha huma ttrattati f'tali kitba jew xogħol. L-Aġenzija għandha jkollha d-dritt li takkwista b'obbligu d-drittijiet tal-awtur ta' tali xogħlijiet.

2.   Kwalunkwe invenzjoni magħmula minn membru tal-persunal temporanju matul jew b'rabta mal-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tiegħu għandha tkun il-proprjetà mhux ikkontestata tal-Aġenzija. L-Aġenzija tista', bi spejjeż tagħha, tapplika għal u tikseb privattivi ta' dan fil-pajjiżi kollha. Kwalunkwe invenzjoni relatata max-xogħol tal-Aġenzija magħmula minn membru tal-persunal temporanju matul is-sena ta' wara t-tmiem tal-perijodu tas-servizz tiegħu għandha, sakemm ma jiġix ippruvat mod ieħor, tiġi kkunsidrata bħala magħmula matul jew b'rabta mal-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tiegħu. Fejn invenzjonijiet jiġu mogħtija privattivi għandu jiġi dikjarat l-isem tal-inventur jew tal-inventuri.

3.   L-Aġenzija tista', f'każijiet fejn ikun xieraq, tagħti bonus, li l-ammont tiegħu jiġi ddeterminat mill-Aġenzija, lil membru tal-persunal temporanju li jkun l-awtur ta' invenzjoni li ġiet mogħtija privattiva.

Artikolu 22

1.   Membru tal-persunal temporanju ma għandux, mingħajr il-permess tal-AATK, jiżvela, għal ebda raġuni, fl-ebda proċediment legali, informazzjoni li huwa jkollu permezz tad-dmirijiet tiegħu. Il-permess għandu jiġi rifjutat biss fejn l-interessi tal-Aġenzija jeħtieġu hekk u fejn tali rifjut ma jġibx konsegwenzi kriminali fir-rigward tal-membru tal-persunal temporanju. Membru tal-persunal temporanju għandu jibqa' marbut b'dan l-obbligu wara li jitlaq mis-servizz.

2.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal membru jew eks-membru tal-persunal temporanju li jixhed quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew quddiem il-Bord tad-Dixxiplina tal-Aġenzija fuq kwistjoni li tikkonċerna uffiċjal jew eks-uffiċjal tal-Aġenzija u/jew tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 23

Membru tal-persunal temporanju għandu jirrisjedi jew fil-post fejn ikun impjegat jew f'post li mhuwiex aktar imbiegħed mid-distanza li hija kompatibbli mal-eżekuzzjoni adegwata tad-dmirijiet tiegħu. Il-membru tal-persunal temporanju għandu jinnotifika l-AATK bl-indirizz tiegħu u jinformaha immedjatament bi kwalunkwe bidla fl-indirizz.

Artikolu 24

Membru tal-persunal temporanju, hu x'inhu l-grad tiegħu, għandu jassisti u jagħti pariri lis-superjuri tiegħu; għandu jkun responsabbli għall-eżekuzzjoni tad-dmirijiet assenjati lilu.

Membru tal-persunal temporanju li jkun responsabbli għal xi fergħa tas-servizz għandu jkun responsabbli lejn is-superjuri tiegħu fir-rigward tal-awtorità mogħtija lilu u għall-eżekuzzjoni tal-istruzzjonijiet mogħtija minnu. Ir-responsabbiltà tas-subordinati tiegħu ma għandha bl-ebda mod tilliberah mir-responsabbiltà proprja tiegħu.

Artikolu 25

1.   Membru tal-persunal temporanju li jirċievi ordnijiet li jikkunsidra irregolari jew li probabbilment sejrin joħolqu diffikultajiet serji għandu jinforma lis-superjur immedjat, li għandu, jekk l-informazzjoni tiġi mogħtija bil-miktub, jirrispondi bil-miktub. Soġġett għall-paragrafu 2, jekk is-superjur immedjat jikkonferma l-ordnijiet u l-membru tal-persunal temporanju jemmen li tali konferma ma tikkostitwixxix risposta raġonevoli għar-raġunijiet tat-tħassib tiegħu, il-membru tal-persunal temporanju għandu jirriferi l-kwistjoni bil-miktub lill-awtorità ġerarkika immedjatament fuqu. Jekk din tal-aħħar tikkonferma l-ordnijiet bil-miktub, il-membru tal-persunal temporanju għandu jeżegwihom sakemm huma mhumiex manifestament illegali jew ma jikkostitwixxux ksur tal-istandards tas-sikurezza rilevanti.

2.   Jekk is-superjur immedjat jikkunsidra li l-ordnijiet għandhom jiġu eżegwiti fil-pront, il-membru tal-persunal temporanju għandu jeżegwihom sakemm huma mhumiex manifestament illegali jew ma jikkostitwixxux ksur tal-istandards tas-sikurezza rilevanti. Fuq talba tal-membru tal-persunal temporanju, is-superjur immedjat għandu jkun obbligat li jagħti tali ordnijiet bil-miktub.

3.   Membru tal-persunal temporanju li jinforma lis-superjuri tiegħu dwar ordnijiet li kkunsidra li huma irregolari jew li x'aktarx iwasslu għal diffikultajiet serji ma għandu jsofri l-ebda preġudizzju f'dan ir-rigward.

Artikolu 26

Membru tal-persunal temporanju jista' jintalab li jagħmel tajjeb, kompletament jew parzjalment, għal kwalunkwe dannu mġarrab mill-Aġenzija bħala riżultat ta' kondotta serjament skorretta min-naħa tiegħu matul jew konness mal-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tiegħu.

Għandha tingħata deċiżjoni raġunata mill-AATK skont il-proċedura stabbilita fir-rigward ta' materji dixxiplinari.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni bla limitu f'tilwim li jaqa' taħt din id-dispożizzjoni.

Artikolu 27

1.   Kwalunkwe membru tal-persunal temporanju li, matul jew inkonnessjoni mal-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tiegħu, isir jaf b'fatti li jipprovdu bażi għal preżunzjoni tal-eżistenza ta' attività illegali possibbli, inkluża l-frodi jew il-korruzzjoni, li hija dannuża għall-interessi tal-Aġenzija, jew b'kondotta konnessa mal-qadi ta' dmirijiet professjonali li tista' tikkostitwixxi nuqqas serju fil-konformità mal-obbligi li għandhom il-membri tal-persunal temporanju tal-Aġenzija għandu mingħajr dewmien jinforma lis-superjur immedjat tiegħu, lill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija, jew, jekk iqisha bħala utli, lill-Kap tal-Aġenzija.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tingħata bil-miktub.

Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll fil-każ ta' nuqqas serju li jitħares obbligu simili min-naħa ta' kwalunkwe persuna oħra fis-servizz ta' jew li tkun qed twettaq xogħol għall-Aġenzija.

2.   Membru tal-persunal temporanju ma għandu jsofri l-ebda effett preġudizzjali min-naħa tal-Aġenzija bħala riżultat tal-komunikazzjoni tiegħu tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, sakemm huwa jkun aġixxa raġonevolment u onestament.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal dokumenti, atti, rapporti, noti jew informazzjoni fi kwalunkwe forma li jkunu qegħdin jinżammu għall-finijiet ta' proċedimenti f'kawżi legali jew li jiġu prodotti jew żvelati lill-membru tal-persunal temporanju matulhom, kemm jekk tali kawżi jkunu pendenti jew ikunu nqatgħu.

Artikolu 28

1.   Membru tal-persunal temporanju li ulterjorment jiżvela informazzjoni kif definita fl-Artikolu 27 lill-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew tal-Parlament Ewropew, jew lill-Ombudsman Ewropew, ma għandu jsofri l-ebda effett preġudizzjali min-naħa tal-Aġenzija sakemm ikunu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-membru tal-persunal temporanju onestament u raġonevolment jemmen li l-informazzjoni żvelata, u kwalunkwe allegazzjoni inkluża fiha, huma sostanzjalment veri; u

(b)

il-membru tal-persunal temporanju jkun żvela preċedentement l-istess informazzjoni lill-Aġenzija u ta lill-Aġenzija l-perijodu ta' żmien stabbilit minnha, minħabba l-kumplessità tal-każ, sabiex tieħu azzjoni xierqa. Il-membru tal-persunal temporanju għandu jiġi nfurmat b'mod debitu dwar dak il-perijodu ta' żmien fi żmien 60 ġurnata.

2.   Il-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn il-membru tal-persunal temporanju jista' juri li mhuwiex raġonevoli fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha tal-każ.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal dokumenti, atti, rapporti, noti jew informazzjoni fi kwalunkwe forma li jkunu qegħdin jinżammu għall-finijiet ta' proċedimenti f'kawżi legali jew li jiġu prodotti jew żvelati lill-membru tal-persunal temporanju matulhom, kemm jekk tali kawżi jkunu pendenti jew ikunu nqatgħu.

4.   F'konformità mal-Artikoli 29 u 168, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi proċedura għall-ġestjoni tal-ilmenti mingħand membri tal-persunal temporanju rigward il-mod li bih ġew trattati wara jew bħala konsegwenza tal-qadi tal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 27 jew skont dan l-Artikolu. L-Aġenzija kkonċernata għandha tiżgura li tali lmenti jiġu ttrattati b'mod kunfidenzjali u, meta jitolbu ċ-ċirkostanzi, qabel jiskadu l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 168.

L-AATK għandha tistipula regoli interni dwar, fost l-oħrajn:

l-għoti lill-membri tal-persunal temporanju msemmija fl-Artikolu 27(1) jew f'dan l-Artikolu ta' informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-kwistjonijiet irrappurtati minnhom,

il-ħarsien tal-interessi leġittimi ta' dawk il-membri tal-persunal u tal-privatezza tagħhom, u

il-proċedura għall-ġestjoni tal-ilmenti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Artikolu 29

L-Aġenzija għandha tassisti kwalunkwe membru tal-persunal temporanju, partikolarment fi proċedimenti kontra kwalunkwe persuna li tkun qiegħda tagħmel theddid, jew atti jew rimarki offensivi jew diffamatorji, jew kwalunkwe attakk fuq il-persuna jew kontra l-proprjetà li għalihom huwa jew xi membru tal-familja tiegħu jiġi soġġett minħabba l-pożizzjoni jew id-dmirijiet tiegħu.

Hija għandha tikkumpensa lill-membru tal-persunal temporanju għad-dannu li jkun imġarrab f'tali każijiet, sakemm il-membru tal-persunal temporanju ma kkawżax id-dannu intenzjonalment jew bi traskuraġni gravi u ma setax jikseb kumpens mill-persuna li fil-fatt ikkaġunatu.

Artikolu 30

L-Aġenzija għandha tiffaċilita għall-membri tal-persunal temporanju tali taħriġ u istruzzjoni li huma kompatibbli mal-funzjonament xieraq tas-servizz u li huma konformi mal-interessi tagħha.

Tali taħriġ u istruzzjoni għandhom jiġu kkunsidrati għall-finijiet ta' promozzjoni fil-karrieri tagħhom.

Artikolu 31

Il-membri tal-persunal temporanju għandhom id-dritt li jeżerċitaw il-libertà ta' assoċjazzjoni; jistgħu partikolarment ikunu membri ta' trade unions jew ta' assoċjazzjonijiet tal-persunal.

Artikolu 32

Il-membri tal-persunal temporanju jistgħu jippreżentaw talbiet li jikkonċernaw kwistjonijiet koperti minn dawn ir-Regolamenti tal-Persunal lill-AATK.

Kwalunkwe deċiżjoni konnessa ma' xi individwu speċifiku li tittieħed taħt dawn ir-Regolamenti tal-Persunal għandha tiġi immedjatament komunikata bil-miktub lill-membru kkonċernat tal-persunal temporanju. Kwalunkwe deċiżjoni li taffettwa negattivament lil xi membru tal-persunal temporanju għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata.

Deċiżjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw il-ħatra, l-istabbiliment, il-promozzjoni, it-trasferiment, id-determinazzjoni tal-istatus amministrattiv u t-terminazzjoni tas-servizz ta' xi membru tal-persunal temporanju għandhom jiġu ppubblikati fl-Aġenzija. Il-pubblikazzjoni għandha tkun aċċessibbli għall-persunal kollu għal perijodu ta' żmien adegwat.

Artikolu 33

Il-fajl personali ta' membru tal-persunal temporanju għandu jinkludi:

(a)

id-dokumenti kollha li jikkonċernaw l-istatus amministrattiv tiegħu u r-rapporti kollha konnessi mal-ħila, l-effiċjenza u l-kondotta tiegħu;

(b)

kwalunkwe kumment mill-membru tal-persunal temporanju dwar tali dokumenti.

Id-dokumenti għandhom ikunu rreġistrati, numerati u skedati f'serje; id-dokumenti msemmija fis-subparagrafu (a) ma jistgħux jiġu użati jew ċitati mill-Aġenzija kontra xi membru tal-persunal temporanju ħlief jekk huma ġew komunikati lilu qabel ma' ġew skedati.

Il-komunikazzjoni ta' kwalunkwe dokument lil xi membru tal-persunal temporanju għandha tiġi ċertifikata bil-firma tiegħu jew, jekk ma tingħatax firma, għandha tiġi mwettqa permezz ta' ittra reġistrata mibgħuta fl-indirizz li kien l-aħħar komunikat mill-membru tal-persunal temporanju.

Il-fajl personali ta' membru tal-persunal temporanju ma għandu jinkludi l-ebda riferiment għall-attivitajiet jew opinjonijiet politiċi, trejdunjonistiċi, filosofiċi jew reliġjużi tiegħu, jew għall-oriġini razzjali jew etnika jew għall-orjentazzjoni sesswali tiegħu.

Ir-raba' paragrafu madankollu ma għandux jipprojbixxi l-inseriment fil-fajl ta' atti u dokumenti amministrattivi magħrufa lill-membru tal-persunal temporanju li huma meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal.

Għandu jkun hemm fajl personali wieħed biss għal kull membru tal-persunal temporanju.

Membru tal-persunal temporanju għandu jkollu d-dritt, anke wara li jitlaq mis-servizz, li jsir jaf id-dokumenti kollha fil-fajl tiegħu u li jieħu kopji tagħhom.

Il-fajl personali għandu jkun kunfidenzjali u jista' jiġi kkonsultat biss fl-uffiċċji tal-amministrazzjoni jew b'mezz elettroniku protett. Huwa għandu madankollu jiġi mgħoddi lill-Bord ta' Appell jekk tiġi istitwita azzjoni li tikkonċerna l-membru tal-persunal temporanju.

Artikolu 34

Il-membri tal-persunal temporanju għandhom ikollhom id-dritt li jsiru jafu l-fajls mediċi tagħhom, skont l-arranġamenti li għandhom jiġu stabbiliti mill-Aġenzija.

Artikolu 35

Kwalunkwe deċiżjoni li tirrikjedi l-għoti ta' kumpens għal dannu mġarrab mill-Aġenzija bħala riżultat ta' kondotta serjament skorretta, kif previst fl-Artikolu 26, għandha tittieħed mill-AATK wara li din tosserva l-formalitajiet previsti f'każijiet ta' tkeċċija fuq kondotta serjament skorretta.

Deċiżjonijiet konnessi ma' membri individwali tal-persunal temporanju għandhom jiġu ppubblikati kif previst fl-Artikolu 32.

Artikolu 36

Il-privileġġi u l-immunitajiet li jgawdu minnhom il-membri tal-persunal temporanju huma mogħtija biss fl-interess tal-Aġenzija. Il-membri tal-persunal temporanju ma għandhomx ikunu eżenti milli jissodisfaw l-obbligi privati tagħhom jew milli josservaw il-liġijiet u r-regolamenti tal-pulizija li jkunu fis-seħħ.

Fejn ikun hemm tilwima dwar il-privileġġi u l-immunitajiet, il-membru tal-persunal temporanju kkonċernat għandu jinforma immedjatament lill-Aġenzija.

Il-laissez-passer previst fil-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu jinħareġ għall-membri tal-persunal temporanju li għalihom huwa meħtieġ fl-interessi tas-servizz.

KAPITOLU 3

Kondizzjonijiet tal-ingaġġ

Artikolu 37

1.   L-ingaġġ tal-persunal temporanju għandu jkollu l-għan li jikseb għall-Aġenzija s-servizzi ta' persuni tal-ogħla livell ta' ħila, effiċjenza u integrità, reklutati fuq il-bażi ġeografika l-aktar estiża possibbli minn fost ċittadini tal-Istati Membri li jipparteċipaw fl-Aġenzija.

Il-persunal temporanju għandu jiġi magħżul mingħajr distinzjoni rigward razza, twemmin politiku, filosofiku jew reliġjuż, sess jew orjentazzjoni sesswali u bla ebda riferiment għall-istat ċivili jew għas-sitwazzjoni familjari tiegħu.

L-ebda pożizzjoni ma għandha tkunu riżervata għal ċittadini ta' xi Stat Membru speċifiku. Madankollu, jekk jiġi osservat żbilanċ sinifikanti bejn in-nazzjonalitajiet fost il-persunal temporanju li ma jkunx ġustifikat minn kriterji oġġettivi, il-prinċipju tal-ugwaljanza taċ-ċittadini tal-Unjoni għandu jippermetti lill-Aġenzija tadotta miżuri opportunie. Dawk il-miżuri xierqa għandhom ikunu ġustifikati u qatt ma għandhom jirriżultaw fi kriterji ta' reklutaġġ għajr dawk imsejsa fuq il-mertu. Qabel ma jiġu adottati dawn il-miżuri xierqa mill-AATK, il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta dispożizzjonijiet ġenerali għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-paragrafu.

2.   Membru tal-persunal temporanju jista' jiġi ngaġġat biss bil-kondizzjoni li:

(a)

ikun ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri parteċipanti u jgawdi minn drittijiet sħaħ bħala ċittadin;

(b)

ikun wettaq kwalunkwe obbligu impost fuqu mil-liġijiet li jikkonċernaw is-servizz militari;

(c)

jippreżenta r-referenzi għall-karattru adegwati dwar l-idoneità tiegħu għall-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tiegħu;

(d)

huwa fiżikament tajjeb sabiex jaqdi d-dmirijiet tiegħu; u

(e)

jipproduċi evidenza ta' għarfien fil-fond ta' waħda mil-lingwi tal-Istati Membri parteċipanti u ta' għarfien sodisfaċenti ta' lingwa oħra tal-Istati Membri parteċipanti sal-livell meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet tiegħu.

3.   L-AATK għandha tadotta dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-proċeduri għar-reklutaġġ tal-persunal temporanju, skont kif ikun meħtieġ, fil-qafas tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1835.

Artikolu 38

Qabel ma jiġi ngaġġat, membru tal-persunal temporanju għandu jiġi eżaminat medikament minn uffiċjal mediku awtorizzat mill-Aġenzija sabiex l-Aġenzija tista' tkun konvinta li huwa jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 37(2)(d).

Fejn tingħata opinjoni medika negattiva bħala riżultat tal-eżami mediku previst fl-ewwel subparagrafu, il-kandidat jista', fi żmien 20 jum minn meta jiġi notifikat mill-Aġenzija b'din l-opinjoni, jitlob li l-każ tiegħu jiġi preżentat għall-opinjoni ta' kumitat mediku kompost minn tliet tobba magħżula mill-AATK minn fost l-uffiċjali mediċi tal-Aġenzija. L-uffiċjal mediku responsabbli mill-opinjoni negattiva inizjali għandu jinstema' mill-kumitat mediku. Il-kandidat jista' jirriferi l-opinjoni ta' tabib tal-għażla tiegħu lill-kumitat mediku. Fejn l-opinjoni tal-kumitat mediku tikkonferma l-konklużjonijiet tal-eżami mediku previst fl-ewwel paragrafu, il-kandidat għandu jħallas 50 % tal-miżati u tal-ispejjeż sekondarji.

Artikolu 39

1.   Membru tal-persunal temporanju jista' jkun meħtieġ li jservi perijodu ta' prova ta' mhux itwal minn disa' xhur.

Fejn, waqt il-perijodu ta' prova tiegħu, xi membru tal-persunal temporanju jkun miżmum, minħabba mard, leave tal-maternità skont l-Artikolu 52, jew aċċident, milli jeżegwixxi d-dmirijiet tiegħu għal tal-anqas xahar, l-AATK tista' testendi l-perijodu ta' prova tiegħu bil-perijodu taż-żmien korrispondenti. It-tul totali tal-perijodu ta' prova fl-ebda ċirkostanza ma għandu jaqbeż 15-il xahar.

2.   Rapport dwar il-membru tal-persunal temporanju bi prova jista' isir fi kwalunkwe żmien waqt il-perijodu ta' prova jekk ikun ċar li x-xogħol tiegħu mhuwiex adegwat.

Ir-rapport għandu jiġi kkomunikat lill-persuna konċernata, li għandha jkollha d-dritt li tippreżenta l-kummenti tagħha bil-miktub fi żmien tmint ijiem ta' xogħol. Ir-rapport u l-kummenti għandhom jintbagħtu immedjatament mis-superjur immedjat tal-membru tal-persunal temporanju lill-AATK. Abbażi ta' dak ir-rapport, l-AATK tista' tiddeċiedi li tkeċċi lil dak il-membru tal-persunal temporanju qabel it-tmiem tal-perijodu ta' prova, billi tavżah minn xahar qabel, jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali, testendi l-perijodu ta' prova għal massimu ta' sitt xhur u possibbilment tassenja lil dak il-membru tal-persunal temporanju lil dipartiment ieħor għall-bqija tal- perijodu ta' prova.

3.   Mhux inqas minn xahar qabel l-iskadenza tal-perijodu ta' prova, għandu jsir rapport dwar il-ħila tal-membru tal-persunal temporanju li jeżegwixxi d-dmirijiet marbuta mal-pożizzjoni tiegħu kif ukoll dwar il-kondotta u l-effiċjenza tiegħu fis-servizz. Ir-rapport għandu jiġi kkomunikat lill-persuna konċernata, li għandha jkollha d-dritt li tippreżenta l-kummenti tagħha bil-miktub fi żmien tmint ijiem ta' xogħol.

Jekk ir-rapport jirrakkomanda t-tkeċċija jew, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, l-estensjoni tal-perijodu ta' prova, ir-rapport u l-kummenti għandhom jintbagħtu immedjatament lis-superjur dirett tal-membru tal-persunal temporanju lill-AATK.

Membru tal-persunal temporanju li x-xogħol tiegħu ma jkunx instab bħala adegwat biex jiġġustifika ż-żamma tiegħu fil-kariga għandu jitkeċċa.

Id-deċiżjoni finali għandha tittieħed abbażi tar-rapport imsemmi f'dan il-paragrafu, kif ukoll abbażi ta' elementi disponibbli għall-AATK marbutin mal-kondotta tal-membru tal-persunal temporanju fir-rigward il-Kapitolu 2 tat-Titolu II.

Artikolu 40

1.   Membru tal-persunal temporanju għandu jiġi reklutat fl-ewwel skala tal-grad tiegħu.

L-AATK tista' tippermetti anzjanità addizzjonali sa massimu ta' 24 xahar sabiex jittieħed kont tal-esperjenza professjonali tiegħu. Għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet implimentattivi ġenerali sabiex jiġi implimentat dan l-Artikolu.

2.   Membru tal-persunal temporanju li kien fi skala waħda fil-grad tiegħu għal sentejn għandu awtomatikament javvanza għall-iskala li jmiss f'dak il-grad, sakemm il-prestazzjoni tiegħu ma tkunx ġiet evalwata bħala insodisfaċenti skont l-aħħar rapport annwali msemmi fl-Artikolu 41. Membru tal-persunal temporanju għandu javvanza għall-iskala li jmiss fil-grad tiegħu wara mhux iktar minn erba' snin.

Jekk membru tal-persunal temporanju jinħatar bħala kap ta' unità, direttur jew direttur ġenerali u dment li hu jkun wettaq id-dmirijiet ġodda tiegħu b'mod sodisfaċenti matul l-ewwel disa' xhur, hu għandu jibbenefika retroattivament minn avvanz ta' skala fil-grad tiegħu fil-mument li fih tidħol fis-seħħ il-ħatra. Dan l-avvanz għandu jwassal għal żieda fis-salarju bażiku ta' kull xahar tiegħu li tikkorrispondi għall-perċentwal bejn l-ewwel u t-tieni skala ta' kull grad.

3.   Meta membru tal-persunal temporanju jiġi assenjat pożizzjoni li tikkorrispondi għal grad ogħla, kif previst fl-Artikolu 10(2), dan għandu jitqiegħed fl-ewwel skala ta' dak il-grad. Madankollu, il-membri tal-persunal temporanju fil-gradi AD 9 sa AD 13 li jkunu qed iwettqu d-dmirijiet ta' kap ta' unità u li jieħdu ħatra fi grad ogħla għandhom jitqiegħdu fit-tieni skala tal-grad il-ġdid. L-istess arranġament għandu japplika għal kull membru tal-persunal temporanju li meta jieħu l-promozzjoni jiġi maħtur direttur jew livell ogħla.

Artikolu 41

Il-ħila, l-effiċjenza u l-kondotta fis-servizz ta' kull membru tal-persunal temporanju għandu jkun is-suġġett ta' rapport annwali. Dak ir-rapport għandu jiddikjara jekk il-livell ta' prestazzjoni tal-membru tal-persunal kienx sodisfaċenti. L-AATK għandha tistabbilixxi dispożizzjonijiet li jagħtu d-dritt sabiex ikun jista' jsir appell fi ħdan il-proċedura ta' rapportar, li għandu jiġi eżerċitat qabel ma jitressaq ilment kif imsemmi fl-Artikolu 168(2).

Ir-rapport għandu jiġi kkomunikat lill-membru tal-persunal temporanju. Għandu jkollu d-dritt jagħmel kwalunkwe kumment dwaru li jikkunsidra rilevanti.

KAPITOLU 4

Kondizzjonijiet tax-xogħol

Taqsima A

Leave tal-ġenitur u tal-familja

Artikolu 42

Membru tal-persunal temporanju għandu jkun intitolat għal mhux aktar minn sitt xhur ta' leave tal-ġenitur mingħajr is-salarju bażiku għal kull wild, li għandu jittieħed matul l-ewwel tnax-il sena wara t-twelid jew adozzjoni tal-wild. It-tul ta' żmien tal-leave jista' jirdoppja għal ġenituri weħidhom, rikonoxxuti taħt id-dispożizzjonijiet implimentattivi ġenerali adottati mill-AATK u għal ġenituri ta' tfal dipendenti b'diżabilità jew mard serju rikonoxxut mill-uffiċjal mediku. Il-leave minimu li jista' jittieħed f'xi ħin ma għandux ikun inqas minn xahar.

Matul il-leave tal-ġenitur, l-isħubija tal-membru tal-persunal temporanju fl-iskema tas-sigurtà soċjali għandha tkompli; il-kisba ta' drittijiet għall-pensjoni, l-allowance tat-tfal dipendenti u l-allowance għall-edukazzjoni għandhom jibqgħu fis-seħħ. Il-membru tal-persunal temporanju għandu jibqa' jżomm il-kariga, u jibqa' intitolat għal avvanz fi skala ogħla jew għal promozzjoni fil-grad. Il-leave jista' jittieħed bħala full-time jew half-time. Meta l-leave tal-ġenitur jittieħed bħala half-time, il-perijodu massimu previst fl-ewwel paragrafu għandu jiġi rdoppjat. Matul il-leave tal-ġenitur, membru tal-persunal temporanju għandu jkun intitolat għal allowance ta' EUR 919,02 fix-xahar jew 50 % ta' tali somma jekk il-leave jkun half-time iżda ma jkunx jista' jwettaq ebda xogħol ieħor bi ħlas. Il-kontribuzzjoni kollha għall-iskema tas-sigurtà soċjali prevista fl-Artikoli 68 u 69 għandha ssir mill-Aġenzija u kkalkulata abbażi tas-salarju bażiku tal-membru tal-persunal temporanju.

Madankollu, fil-każ ta' leave half-time, din id-dispożizzjoni għandha tapplika biss għad-differenza bejn is-salarju bażiku sħiħ u s-salarju bażiku li jkun ġie mnaqqas proporzjonalment. Fir-rigward ta' dik il-parti tas-salarju bażiku li tkun attwalment tħallset lilu, il-kontribuzzjoni tal-membru tal-persunal temporanju għandha tiġi kkalkulata billi jintużaw l-istess perċentwali daqslikieku kellu mpjieg full-time.

L-allowance għandha tkun ta' EUR 1 225,36 fix-xahar, jew 50 % ta' tali somma jekk il-membru tal-persunal temporanju jkun fuq leave half-time, għal ġenituri waħedhom u ġenituri bi tfal dipendenti b'diżabilità jew mard serju rikonoxxut mill-uffiċjal mediku kif imsemmi fl-ewwel paragrafu u matul l-ewwel tliet xhur tal-leave tal-ġenitur meta tali leave jittieħed mill-missier matul il-leave ta' maternità jew minn wieħed mill-ġenituri immedjatament wara l-leave ta' maternità jew matul jew immedjatament wara l-leave ta' adozzjoni.

Il-leave tal-ġenituri jista' jiġi estiż għal sitt xhur oħra bi allowance limitata għal 50 % tal-ammont imsemmi fit-tieni paragrafu. Għal ġenituri waħedhom li ssir referenza għalihom fl-ewwel paragrafu, il-leave tal-ġenituri jista' jiġi estiż għal tnax-il xahar ieħor bi allowance limitata għal 50 % tal-ammont li ssir referenza għalih fir-raba' paragrafu.

L-ammonti msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiġu aġġornati f'konformità mar-rimunerazzjoni.

Artikolu 43

Meta jkun hemm mard serju jew diżabilità li jkunu ġew iċċertifikati medikament fil-każ ta' konjuġi ta' membru tal-persunal temporanju, qraba fil-linja axxendenti, qraba fil-linja dixxendenti, aħwa, il-membru tal-persunal temporanju għandu jkun intitolat għal perijodu ta' leave tal-familja mingħajr is-salarju bażiku. Il-perijodu totali ta' dan il-leave ma għandux ikun iżjed minn disa' xhur matul il-karriera kollha tal-membru tal-persunal temporanju.

Għandu japplika t-tieni paragrafu tal-Artikolu 42.

Taqsima B

Sigħat ta' xogħol

Artikolu 44

1.   Membri tal-persunal temporanju f'impjieg attiv għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija f'kull waqt.

2.   Madankollu, il-ġimgħa ta' xogħol normali tvarja bejn 40 u 42 siegħa, u s-sigħat ta' ġurnata ta' xogħol jiġu ddeterminati mill-AATK. Fl-istess limiti, l-AATK tista', wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Persunal, tiddeċiedi dwar is-sigħat ta' xogħol ta' ċerti gruppi tal-membri tal-persunal temporanju li jkollhom dmirijiet partikolari.

3.   Barra minn hekk, membru tal-persunal temporanju jista' jiġi mitlub biex jibqa' disponibbli għal li jista' jinqala' minħabba l-esiġenzi tas-servizz jew ir-regoli ta' sigurtà fuq il-post tax-xogħol jew id-dar barra mill-ħinijiet normali ta' xogħol. L-AATK għandha tistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Persunal.

4.   L-AATK tista' tintroduċi arranġamenti ta' ħinijiet flessibbli tax-xogħol. Skont dawk l-arranġamenti, ma għandhomx jingħataw ġranet sħaħ ta' xogħol għal membri tal-persunal temporanju fil-grad AD/AST 9 jew ogħla. Dawk l-arranġamenti ma għandhomx ikunu applikabbli għal membri tal-persunal temporanju li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiettal-Artikolu 40(2). Dawk il-membri tal-persunal temporanju għandhom jamministraw il-ħin tax-xogħol tagħhom bi qbil mas-superjuri tagħhom.

Artikolu 45

1.   Membru tal-persunal temporanju jista' jitlob awtorizzazzjoni sabiex jaħdem part-time. L-AATK tista' tagħti tali awtorizzazzjoni jekk din tkun kompatibbli mal-interessi tas-servizz.

2.   Il-membru tal-persunal temporanju għandu jkun intitolat għall-awtorizzazzjoni fil-każijiet li ġejjin:

(a)

għall-indukrar ta' wild dipendenti taħt id-9 snin,

(b)

għall-indukrar ta' wild dipendenti bejn id-9 snin u t-12-il sena, jekk it-tnaqqis fil-ħin ta' xogħol ma jkunx aktar minn 20 % tal-ħin tax-xogħol normali,

(c)

għall-indukrar ta' wild dipendenti meta dan jagħlaq l-età ta' 14-il sena meta l-membru tal-persunal temporanju jkun ġenitur waħdu,

(d)

f'każijiet ta' diffikultà serja, għall-indukrar ta' wild dipendenti sakemm jilħaq l-età ta' 14-il sena jekk it-tnaqqis fil-ħin tax-xogħol ma jkunx aktar minn 5 % tal-ħin tax-xogħol normali. F'dan il-każ, l-ewwel żewġ paragrafi tal-Artikolu 3 tal-Anness I ma għandhomx japplikaw. F'każ li ż-żewġ ġenituri huma impjegati fis-servizz tal-Unjoni, wieħed minnhom biss huwa intitolat għal tali tnaqqis,

(e)

għall-indukrar ta' konjuġi, qraba fil-linja axxendenti, qraba fil-linja dixxendenti, aħwa b'mard serju jew b'diżabilità,

(f)

għall-parteċipazzjoni f'taħriġ ulterjuri, jew

(g)

matul l-aħħar tliet snin qabel ma jilħaq l-età tal-pensjoni, iżda mhux qabel l-età ta' 58 sena.

Meta jintalab xogħol part-time sabiex jieħu sehem f'taħriġ ulterjuri, jew matul l-aħħar tliet snin qabel ma jilħaq l-età tal-pensjoni, iżda mhux qabel l-età ta' 58 sena, l-AATK tista' tirrifjuta l-awtorizzazzjoni jew tipposponi d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha f'ċirkostanzi eċċezzjonali u għal raġunijiet prevalenti relatati mas-servizz biss.

Meta tali dritt għal awtorizzazzjoni jiġi eżerċitat għall-indukrat ta' konjuġi, qraba fil-linja axxendenti, qraba fil-linja dixxendenti, aħwa b'mard serju jew b'diżabilità jew biex jieħu sehem f'taħriġ ulterjuri, it-total ta' dawn il-perjodi kollha ma għandux ikun iżjed minn ħames snin matul il-karriera kollha tal-membru tal-persunal temporanju.

3.   L-AATK għandha twieġeb għat-talba tal-membru tal-persunal temporanju fi żmien 60 jum.

4.   Ir-regoli li jirregolaw ix-xogħol part-time u l-proċedura sabiex tingħata l-awtorizzazzjoni huma stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 46

Membru tal-persunal temporanju jista' jitlob awtorizzazzjoni biex jaħdem half-time f'forma ta' kondiviżjoni ta' impjieg f'pożizzjoni identifikata mill-AATK bħala adatta għal dak il-fini. L-awtorizzazzjoni għal xogħol half-time fil-forma ta' kondiviżjoni ta' impjieg ma għandhiex tkun limitata biż-żmien. Tista', madankollu, tiġi rtirata mill-AATK fl-interessi tas-servizz billi jingħata avviż ta' sitt xhur lill-membru tal-persunal temporanju. Bl-istess mod, l-AATK tista', fuq applikazzjoni tal-membru tal-persunal temporanju kkonċernat u b'avviż ta' mhux inqas minn sitt xhur, tirtira l-applikazzjoni. F'dan il-każ, il-membru tal-persunal temporanju jista' jiġi trasferit f'kariga oħra.

Għandhom japplikaw l-Artikolu 54 u, għajr għat-tielet sentenza tat-tieni paragrafu l-Artikolu 3 tal-Anness I.

L-AATK tista' tistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 47

Membru tal-persunal temporanju ma għandux jiġi mitlub jaħdem bis-sahra ħlief f'każijiet ta' urġenza jew ta' pressjoni eċċezzjonali ta' xogħol; xogħol billejl u kwalunkwe xogħol fil-Ħdud jew festi pubbliċi jista' jiġi awtorizzat biss skont il-proċedura stabbilita mill-AATK. It-total tas-sahra li membru tal-persunal temporanju jista' jiġi mitlub jagħmel ma għandux ikun aktar minn 150 siegħa fi kwalunkwe sitt xhur.

Is-sahra li ssir minn membri tal-persunal temporanju fil-grupp ta' funzjoni AD, u fil-grupp ta' funzjoni AST 5 sa 11 ma tikkwalifikax għal drittijiet għal kumpens jew rimunerazzjoni.

Kif previst fl-Anness III, is-sahra li ssir minn membri tal-persunal temporanju fi grad AST 1 sa AST 4 tintitolahom jew għal-leave kumpensatorju jew għal rimunerazzjoni meta il-ħtiġijiet tas-servizz ma jippermettux leave kumpensatorju matul ix-xahar ta' wara dak meta tkun saret is-sahra.

Artikolu 48

Membru tal-persunal temporanju li hu mistenni jaħdem regolarment billejl, is-Sibtijiet, il-Ħdud jew fil-festi pubbliċi għandu jkun intitolat għal allowances speċjali meta jkun qed jagħmel xogħol bix-xift li jkun meħtieġ mill-Aġenzija minħabba l-esiġenzi tas-servizz jew ir-regoli ta' sikurezza u li hija tqis bħala ħaġa regolari u permanenti.

L-AATK għandha tiddetermina l-kategoriji tal-membri tal-persunal temporanju li huma ntitolati għal dawn l-allowances, u r-rati u kondizzjonijiet tagħhom.

Is-sigħat normali ta' xogħol ta' membru tal-persunal temporanju li jaħdem bix-xift ma jistgħux jaqbżu t-total annwali tas-sigħat normali ta' xogħol.

Artikolu 49

Membru tal-persunal temporanju għandu jkun intitolat għal allowances speċjali fejn meħtieġ skont deċiżjoni meħuda mill-AATK minħabba l-esiġenzi tas-servizz jew ir-regoli ta' sikurezza biex jibqa' disponibbli għal li jista' jinqala' fuq il-post tax-xogħol tiegħu jew id-dar barra mill-ħinijiet normali ta' xogħol.

L-AATK għandha tiddetermina l-kategoriji tal-membri tal-persunal temporanju li huma ntitolati għal dawn l-allowances, il-kondizzjonijiet sabiex jingħataw l-allowances kif ukoll r-rati tagħhom.

Artikolu 50

Allowances speċjali jistgħu jingħataw lil ċerti membri tal-persunal temporanju sabiex jiġu kumpensati għall-kondizzjonijiet ta' xogħol partikolarment iebsa.

L-Aġenzija għandha tiddetermina l-kategoriji tal-benefiċjarji, kif ukoll ir-rati u kondizzjonijiet ta' tali allowances speċjali.

Taqsima C

Leave

Artikolu 51

Il-membri tal-persunal temporanju għandhom ikunu ntitolati għal leave annwali ta' mhux inqas minn 24 jum ta' xogħol iżda mhux iktar minn 30 jum ta' xogħol għal kull sena kalendarja, skont l-istess regoli bħal dawk stabbiliti bi qbil komuni bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Barra minn dan il-leave annwali, membru tal-persunal temporanju jista', eċċezzjonalment fuq applikazzjoni, jingħata leave speċjali. Ir-regoli dwar tali leave huma stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 52

Barra mil-leave previst fl-Artikolu 51, nisa tqal għandhom ikunu ntitolati għal leave ta' għoxrin ġimgħa wara li jkunu ppreżentaw ċertifikat mediku. Il-leave għandu jibda mhux qabel sitt ġimgħat mid-data ta' ħlas mistennija kif tidher fiċ-ċertifikat u jintemm mhux qabel 14-il ġimgħa wara d-data tal-ħlas. Fil-każ ta' twelid multiplu jew prematur jew ta' twelid ta' tarbija diżabbli, l-perijodu għandu jkun ta' 24 ġimgħa. Għall-finijiet ta' din id-dispożizzjoni, twelid prematur huwa twelid li jseħħ qabel it-tmiem tal-34 ġimgħa ta' tqala.

Artikolu 53

1.   Membru tal-persunal temporanju li jġib prova li ma jistax jaqdi dmirijietu minħabba mard jew aċċident għandu jkun intitolat għal leave tal-mard.

Il-membru tal-persunal temporanju kkonċernat għandu jinnotifika l-Aġenzija bl-inkapaċità tiegħu malajr kemm jista' jkun u fl-istess ħin jagħti l-indirizz attwali tiegħu. Għandu jipproduċi ċertifikat mediku jekk ikun assenti għal aktar minn tlitt ijiem. Dan iċ-ċertifikat għandu jintbagħat mhux aktar tard mill-ħames jum ta' assenza, kif evidenzjat mid-data tat-timbru tal-posta. Fin-nuqqas ta' dan, u ħlief jekk dan in-nuqqas li jintbagħat iċ-ċertifikat ikun minħabba raġunijiet li fuqhom ma jkollux kontroll, l-assenza tal-membru tal-persunal temporanju għandha tiġi kkunsidrata bħala waħda mhux awtorizzata.

Il-membru tal-persunal temporanju jista' fi kwalunkwe ħin jiġi mitlub jagħmel eżami mediku organizzat mill-Aġenzija. Jekk l-eżami ma jistax isir minħabba raġunijiet attribwiti lill-membru tal-persunal temporanju, l-assenza tiegħu għandha tiġi kkunsidrata bħala waħda mhux awtorizzata sa mid-data li fiha l-eżami jkun irid isir.

Jekk ir-riżultat tal-eżami juri li l-membru tal-persunal temporanju jkun jista' jwettaq dmirijietu, l-assenza tiegħu għandha, soġġett għall-ħames subparagrafu, tiġi meqjusa bħala waħda mhux ġustifikata mid-data tal-eżami.

Jekk il-membru tal-persunal temporanju jikkunsidra li l-konklużjonijiet tal-eżami mediku organizzat mill-AATK mhumiex ġustifikabbli fuq bażi medika, hu stess jew tabib li jaġixxi f'ismu jista' fi żmien jumejn jippreżenta talba lill-Aġenzija sabiex il-kwistjoni tiġi riferita lil tabib indipendenti għal opinjoni.

L-Aġenzija għandha tittrasmetti t-talba lil tabib ieħor li dwaru jkunu qablu t-tabib tal-membru tal-persunal temporanju u l-uffiċjal mediku tal-Aġenzija. Jekk ma jintlaħaqx tali ftehim fi żmien ħamest ijiem mit-talba, l-Aġenzija għandha tagħżel persuna minn lista ta' tobba indipendenti li għandha tiġi stabbilita kull sena għal dan l-iskop b'kunsens komuni tal-AATK u l-Kumitat tal-Persunal. Il-membru tal-persunal temporanju jista' fi żmien jumejn ta' xogħol joġġezzjona għall-għażla tal-Aġenzija, u mbagħad l-Aġenzija għandha tagħżel persuna oħra mil-lista, liema għażla għandha tkun finali.

L-opinjoni tat-tabib indipendenti li tkun ingħatat wara konsultazzjoni mat-tabib tal-membru tal-persunal temporanju u l-uffiċjal mediku tal-Aġenzija għandha tkun vinkolanti. Fejn l-opinjoni tat-tabib indipendenti tkun tikkonferma l-konklużjoni tal-eżami organizzat mill-Aġenzija, l-assenza għandha tiġi trattata bħala waħda mhux ġustifikata mid-data ta' dak l-eżami. Fejn l-opinjoni tat-tabib indipendenti ma tkunx tikkonferma l-konklużjoni ta' dak l-eżami, l-assenza għandha tiġi trattata għall-finijiet kollha bħala waħda ġustifikata.

2.   Jekk, matul perijodu ta' 12-il xahar, membru tal-persunal temporanju jkun assenti sa mhux aktar minn tlitt ijiem minħabba mard għal total ta' aktar minn 12-il jum, għandu jipproduċi ċertifikat mediku għal kwalunkwe assenza oħra minħabba mard. L-assenza tiegħu għandha tiġi kkunsidrata bħala waħda mhux ġustifikata sa mit-tlettax-il jum ta' assenza minħabba mard bla ċertifikat mediku.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar proċedimenti dixxiplinari, fejn xieraq, kwalunkwe assenza li tkun ikkunsidrata bħala waħda mhux ġustifikata taħt il-paragrafi 1 u 2 għandha titnaqqas mil-leave annwali tal-membru tal-persunal temporanju kkonċernat. F'każ li l-membru tal-persunal temporanju ma jkunx intitolat għal aktar leave, għandu jitlef il-benefiċċju tar-rimunerazzjoni tiegħu għall-perijodu korrispondenti.

4.   L-AATK tista' tirreferi lill-Kumitat tal-Invalidità l-każ ta' kull membru tal-persunal temporanju li t-total tal-leave tal-mard tiegħu jkun aktar minn 12-il xahar matul kwalunkwe perijodu ta' tliet snin.

5.   Membru tal-persunal temporanju jista' jiġi mitlub jieħu leave wara eżami mill-uffiċjal mediku tal-Aġenzija jekk l-istat ta' saħħtu jkun jeħtieġ hekk jew jekk membru tal-unità domestika tiegħu jkun qed isofri minn mard kontaġjuż.

F'każijiet ta' tilwim, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fis-subparagrafi 5 sa 7 tal-paragrafu 1.

6.   Membri tal-persunal temporanju għandu jsirilhom ta' kull sena eżami mediku tas-saħħa jew mill-uffiċjal mediku tal-Aġenzija jew minn tabib tal-familja li jagħżlu huma.

Fil-każ tal-aħħar, il-kont tat-tabib għandu jitħallas mill-Aġenzija sa ammont massimu ffissat mill-AATK għal perijodu ta' mhux aktar minn tliet snin.

Artikolu 54

Il-leave annwali ta' membru tal-persunal temporanju li jkun awtorizzat li jaħdem part-time għandu, għat-tul ta' żmien li jkun hekk awtorizzat, jitnaqqas proporzjonalment.

Artikolu 55

Ħlief f'każ ta' mard jew aċċident, membru tal-persunal temporanju ma jistax ikun assenti mingħajr permess bil-quddiem mis-superjur immedjat tiegħu. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura dixxiplinarja li tista' tapplika, kull assenza mhux awtorizzata li tkun ġiet debitament stabbilita, għandha titnaqqas mil-leave annwali tal-membru tal-persunal temporanju kkonċernat. Jekk ikun uża l-leave annwali tiegħu kollu, għandu jitlef ir-rimunerazzjoni tiegħu għal perijodu ekwivalenti.

Jekk membru tal-persunal temporanju jixtieq iqatta l-leave tal-mard mhux fil-post fejn ikun impjegat għandu jikseb permess bil-quddiem mill-AATK.

Il-leave speċjali u dak tal-ġenitur u tal-familja ma għandux jaqbeż it-terminu tal-kuntratt.

Madankollu, il-leave ta' mard bi ħlas previst fl-Artikolu 53 ma għandux jeċċedi t-tliet xhur jew it-tul ta' żmien li fih il-membru tal-persunal temporanju jkun ħadem, meta dan tal-aħħar ikun itwal. Il-leave ma għandux jaqbeż it-terminu tal-kuntratt.

Meta jiskadu dawn il-limiti ta' żmien, membru tal-persunal temporanju li l-kuntratt tiegħu ma jkunx terminat, minkejja li ma jkunx jista' jerġa' jidħol għad-dmirijiet tiegħu, għandu jitqiegħed fuq leave bla ħlas.

Madankollu, meta membru tal-persunal temporanju jimrad b'mard konness max-xogħol jew ikorri fit-twettiq ta' dmirijietu, għandu jibqa' jirċievi r-rimunerazzjoni sħiħa tiegħu tul il-perijodu li fih ma jkunx jista' jaħdem sa dak iż-żmien meta tingħatalu allowance tal-invalidità skont l-Artikolu 77.

Taqsima D

Festi pubbliċi

Artikolu 56

L-Aġenzija għandha tagħmel lista tal-festi pubbliċi.

Artikolu 57

F'ċirkostanzi eċċezzjonali membru tal-persunal temporanju jista' fuq talba tiegħu stess jingħata leave bla ħlas abbażi ta' raġunijiet personali serji. L-Artikolu 15 għandu jibqa' japplika matul il-perijodu tal-leave bla ħlas għal raġunijiet personali.

Il-permess skont l-Artikolu 15 ma jistax jingħata lil membru tal-persunal temporanju għall-fini tal-involviment tiegħu f'attività professjonali, sew bi ħlas u sew mingħajr, li tinvolvi lobbying jew difiża fir-rigward tal-Aġenzija u li tista' twassal għall-eżistenza jew il-possibbiltà ta' kunflitt mal-interessi leġittimi tal-Aġenzija.

L-ACCA għandha tiddetermina l-perijodu ta' tali leave, li ma għandux jeċċedi kwart tal-perijodu li fih il-membru tal-persunal temporanju jkun diġà ħadem jew:

tliet xhur jekk l-anzjanità tal-membru tal-persunal temporanju tkun inqas minn erba' snin;

tnax-il xahar fil-każijiet l-oħra kollha.

Kwalunkwe perijodu ta' leave li jingħata skont it-tielet paragrafu ma għandux jgħodd għall-finijiet tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 40(2).

Waqt li membru tal-persunal temporanju jkun fuq leave bla ħlas is-sħubija tiegħu fl-iskema tas-sigurtà soċjali prevista fl-Artikolu 68 għandha tiġi sospiża.

Madankollu, membru tal-persunal temporanju li ma jkunx impjegat bi qligħ jista', sa mhux aktar tard minn xahar wara dak ta' meta jkun beda l-leave bla ħlas, japplika sabiex jibqa' jiġi kopert kontra r-riskji msemmija fl-Artikolu 68, sakemm hu stess jagħmel tajjeb għal nofs l-ispejjeż tal-kontribuzzjonijiet previsti f'dak l-Artikolu għall-perijodu tal-leave tiegħu; il-kontribuzzjoni għandha tiġi kkalkulata b'referenza għall-aħħar salarju bażiku tiegħu.

Barra minn hekk, membru tal-persunal temporanju li jagħti prova li ma jistax jikseb id-drittijiet tal-pensjoni taħt skema oħra tal-pensjoni jista' japplika biex ikompli jikseb drittijiet tal-pensjoni ulterjuri matul il-perijodu kollu ta' leave bla ħlas, sakemm iħallas l-ispiża ta' kontribuzzjoni li hi daqs tlett darbiet ir-rata stabbilita fl-Artikolu 90; il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu kalkulati b'referenza għas-salarju bażiku għall-grad u l-iskala tiegħu.

In-nisa li l-leave tal-maternità tagħhom jibda qabel ma jintemm il-kuntratt tagħhom għandhom ikunu intitolati għal leave tal-maternità u paga tal-maternità.

Artikolu 58

Membru tal-persunal temporanju li jissejjaħ għas-servizz militari, servizzi alternattivi jew taħriġ għar-riżervi jew li jissejjaħ mill-ġdid sabiex iservi fil-forzi armati għandu jiġi assenjat leave għal servizz nazzjonali; fl-ebda ċirkostanza ma jista' tali leave jeċċedi l-perijodu tal-kuntratt.

Membru tal-persunal temporanju li jissejjaħ għas-servizz militari jew servizz alternattiv għandu jieqaf milli jirċievi r-rimunerazzjoni tiegħu iżda għandu jibqa' jżomm d-dritt taħt dawn ir-Regolamenti tal-Persunal sabiex javvanza għal skala ogħla. Għandu wkoll jibqa' jżomm id-dritt għal għotja għat-tmiem tal-impjieg jekk, wara li jkun spiċċa s-servizz militari tiegħu jew servizz alternattiv, iħallas il-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni b'mod retroattiv.

Membru tal-persunal temporanju li jiġi msejjaħ għal taħriġ tar-riżervi jew li jissejjaħ mill-ġdid biex iservi fis-servizzi armati għandu, matul il-perijodu ta' taħriġ jew sejħa mill-ġdid, jibqa' jirċievi r-rimunerazzjoni tiegħu soġġett għal tnaqqis ta' ammont ekwivalenti għall-paga tas-servizz.

KAPITOLU 5

Rimunerazzjoni u spejjeż

Artikolu 59

Ir-rimunerazzjoni tal-persunal temporanju għandha tinkludi salarju bażiku, allowances tal-familja u allowances oħrajn.

Artikolu 60

1.   Ir-rimunerazzjoni tal-membri tal-persunal temporanju għandha tiġi espressa f'euro. Il-koeffiċjenti, it-tnaqqis, ir-reviżjoni annwali u l-aġġustamenti għandhom jiġu ddeterminati skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 63, 64, 65, 65a u 66a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (3) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “ir-Regolamenti tal-Persunal tal-UE”). It-tnaqqis stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal tal-UE għandu jkun għall-benefiċċju tal-baġit tal-Aġenzija ħlief għall-kontribuzzjonijiet għall-skemi ta' assigurazzjoni kontra l-mard, l-aċċidenti u l-qgħad.

2.   Is-salarji bażiċi għandhom jiġu ddeterminati skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE.

3.   L-allowances tal-familja għandhom jinkludu:

(a)

allowance tal-unità domestika;

(b)

allowance tat-tfal dipendenti;

(c)

allowance għall-edukazzjoni.

4.   Membri tal-persunal temporanju li jirċievu allowances tal-familja speċifikati f'dan l-Artikolu għandhom jiddikjaraw allowances simili li jirċievu minn sorsi oħrajn; dawn l-allowances tal-aħħar għandhom jitnaqqsu minn dawk imħallsa taħt l-Artikoli 1, 2 u 3 tal-Anness IV.

5.   L-allowance tat-tfal dipendenti jista' jiġi rdoppjat b'deċiżjoni raġunata speċjali tal-AATK abbażi ta' dokumenti mediċi li jistabbilixxu li l-wild ikkonċernat ibati minn diżabilità mentali jew fiżika li tinvolvi lill-membru tal-persunal temporanju fi spejjeż kbar.

6.   Fejn, bis-saħħa tal-Artikoli 1, 2 u 3 tal-Anness IV, tali allowances tal-familja jitħallsu lil persuna għajr il-membru tal-persunal temporanju, dawn l-allowances għandhom jitħallsu fil-munita tal-pajjiż fejn dik il-persuna tkun residenti, ikkalkulati fejn applikabbli abbażi tar-rati ta' kambju msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE. Għandhom ikunu soġġetti għall-koeffiċjenti għall-pajjiż inkwistjoni jekk jinsab fl-Unjoni jew għal koeffiċjenti ekwivalenti għal 100 jekk il-pajjiż ta' residenza jinsab barra mill-Unjoni.

Il-paragrafi 4 u 5 għandhom japplikaw fejn allowances tal-familja jitħallsu lil tali persuna.

7.   L-allowance tal-espatrijazzjoni għandha tkun ugwali għal 16 % tal-ammont totali tas-salarju bażiku, allowance tal-unità domestika u l-allowance tal-wild dipendenti li għalihom il-membru tal-persunal temporanju jkun intitolat. L-allowance tal-espatrijazzjoni ma għandhiex tkun ta' inqas minn EUR 509,43 fix-xahar.

8.   F'każ ta' mewt ta' membru tal-persunal temporanju, il-konjuġi li jibqgħu ħajjin jew it-tfal dipendenti jirċievu r-rimunerazzjoni sħiħa tal-mejjet sal-aħħar tat-tielet xahar wara ix-xahar ta' meta seħħ il-mewt.

F'każ ta' mewt ta' persuna li tkun intitolata għal allowance tal-invalidità, id-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq għandhom japplikaw fir-rigward tal-allowance tal-mejjet.

Artikolu 61

Il-ħlas ta' allowances tal-familja u allowance tal-espatrijazzjoni għandhom jiġu ddeterminati skont l-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tal-Anness IV.

Artikolu 62

Soġġett għall-Artikoli 63 sa 66, membru tal-persunal temporanju għandu jkollu d-dritt, skont l-Artikoli 5 sa 16 tal-Anness IV, għal rimborż ta' spejjeż li jsiru minnu meta jibda x-xogħol, meta jiġi trasferit jew meta jitlaq mis-servizz, kif ukoll ir-rimborż ta' spejjeż li jsiru matul it-twettiq ta' dmirijietu jew inkonnessjoni magħhom.

Artikolu 63

Membru tal-persunal temporanju li jiġi ngaġġat għal perijodu ta' mhux anqas minn 12-il xahar għandu, kif previst fl-Artikolu 9 tal-Anness IV, ikun intitolat għal rimborż tal-ispejjeż ta' ġarr.

Artikolu 64

1.   Membru tal-persunal temporanju li jiġi ngaġġat għal perijodu ta' mhux anqas minn sena għandu jirċievi allowance ta' installazzjoni kif previst fl-Artikolu 5 tal-Anness IV, li jammonta, għal perijodu ta' servizz mistenni ta':

hux inqas minn sena iżda inqas minn sentejn

għal terz

tar-rata stabbilita fl-Artikolu 5 tal-Anness IV

mhux inqas minn sentejn iżda inqas minn tliet snin,

għal żewġ terzi

tliet snin jew aktar,

għal tliet terzi

2.   L-allowance tar-risistemazzjoni prevista fl-Artikolu 6 tal-Anness IV għandha tingħata lill-persunal temporanju li jkun temm erba' snin ta' servizz. Membru tal-persunal temporanju li jkun temm aktar minn sena ta' servizz iżda inqas minn erba' snin għandu jirċievi allowance tar-risistemazzjoni b'mod proporzjonat għat-tul ta' servizz tiegħu, bis-snin mhux sħaħ ma jittieħdux f'konsiderazzjoni.

3.   Madankollu, l-allowance tal-installazzjoni prevista fil-paragrafu 1 u l-allowance tar-risistemazzjoni prevista fil-paragrafu 2 ma għandhomx ikunu anqas minn:

(a)

EUR 1 123,91 għal membru tal-persunal temporanju li hu ntitolat għall-allowance tal-unità domestika; u

(b)

EUR 668,27 għal membru tal-persunal temporanju li mhux intitolat għal allowance tal-unità domestika.

F'każijiet fejn il-konjuġi huma t-tnejn membri tal-persunal temporanju tal-Aġenzija u t-tnejn huma intitolati għall-allowance tal-installazzjoni, din għandha titħallas biss lil dik il-persuna li għandha l-iżjed salarju bażiku għoli.

F'każijiet fejn ir-raġel jew il-mara ta' membru tal-persunal temporanju tal-Aġenzija j/tkun uffiċjal jew impjegat/a ieħor/oħra tal-Unjoni li j/tkun intitolat/a għall-allowance tal-installazzjoni jew tar-risistemazzjoni u j/taqla' salarju bażiku ogħla, tali allowance ma għandhiex titħallas lill-membru tal-persunal temporanju.

Artikolu 65

L-allowance għas-sussistenza għal kull jum għandha tkun kif stabbilit fl-Artikolu 10 tal-Anness IV. Madankollu, membru tal-persunal temporanju li jkun ingaġġat għal perijodu fiss ta' inqas minn 12-il-xahar u li jkun jista' jagħti prova li hu impossibbli għalih li jibqa' jgħix fil-post tiegħu ta' residenza għandu jkun intitolat għal allowance għas-sussistenza għal kull jum għall-perijodu tal-kuntratt tiegħu jew għal massimu ta' sena.

Artikolu 66

L-Artikolu 8 tal-Anness IV dwar il-ħlas annwali ta' spejjeż ta' vjaġġar mill-post tal-impjieg għall-post tal-oriġini għandu japplika biss għall-persunal temporanju li jkun temm mhux inqas minn disa' xhur ta' servizz.

Artikolu 67

Il-ħlas ta' somom dovuti għandu jkun kif stabbilit fl-Artikoli 17 u 18 tal-Anness IV.

KAPITOLU 6

Benefiċċji tas-sigurtà soċjali

Taqsima A

Assigurazzjoni kontra l-mard u l-aċċidenti, benefiċċji tas-sigurtà soċjali

Artikolu 68

Membru tal-persunal temporanju matul il-perijodu ta' impjieg, matul il-leave tal-mard u matul il-perjodi ta' leave bla ħlas imsemmija fl-Artikoli 17 u 57 skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fihom, jew meta jkun qed jirċievi allowance tal-invalidità, il-konjuġi tiegħu, fejn tali konjuġi ma jkunx eliġibbli għal benefiċċji tal-istess natura u tal-istess livell minħabba kwalunkwe dispożizzjoni legali jew regolamenti oħra, it-tfal tiegħu u dipendenti oħra fit-tifsira tal-Artikolu 2 tal-Anness IV, u l-benefiċjarji tal-pensjoni tas-superstiti huma assigurati kontra l-mard soġġett għall-istess regoli bħal dawk imfassla bi ftehim komuni bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni skont l-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE.

Artikolu 69

Membru tal-persunal temporanju, matul il-perijodu tal-impjieg, matul il-leave tal-mard u matul il-perijodi ta' leave mhux imħallsa msemmija fl-Artikoli 17 u 57 skont il-kondizzjonijiet stabbiliti hawnhekk huwa assigurat, mid-data minn meta jidħol fis-servizz, kontra r-riskju ta' mard marbut max-xogħol u kontra r-riskju ta' aċċidenti soġġett għall-istess regoli bħal dawk imfassla bi ftehim komuni bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE. Hu għandu jikkontribwixxi għall-ispiża ta' assigurazzjoni kontra riskji mhux marbuta max-xogħol sa 0,1 % tas-salarju bażiku tiegħu.

Artikolu 70

1.   Il-kontribuzzjonijiet tal-persunal temporanju u tal-Aġenzija għall-iskema ta' assigurazzjoni kontra l-mard u l-aċċidenti għandhom jiġu mħallsa kompletament lill-iskema ta' assigurazzjoni kontra l-mard u l-aċċidenti stabbilita fir-Regolamenti tal-Persunal tal-UE.

2.   Jekk, madankollu, l-eżami mediku previst fl-Artikolu 37 juri li l-membru tal-persunal temporanju qed isofri minn mard jew minn invalidità, l-AATK tista' tiddeċiedi li l-ispejjeż li jirriżultaw minn tali mard jew invalidità għandhom jiġu esklużi mir-rimborż tal-ispiża prevista fl-Artikolu 68.

Jekk membru tal-persunal temporanju jagħti prova li ma jistax jikseb kopertura taħt kwalunkwe skema oħra ta' assigurazzjoni kontra l-mard prevista bil-liġi jew b'regolament, hu jista', b'applikazzjoni magħmula sa mhux aktar tard minn xahar wara li jiskadi l-kuntratt tiegħu, ikompli jibbenefika mill-kopertura kontra l-mard prevista fl-Artikoli 68 u 69, għal perijodu ta' mhux aktar minn sitt xhur wara li jiskdadi l-kuntratt tiegħu.

Il-kontribuzzjonijiet previsti fl-Artikolu 68(2) għandhom ikunu ibbażati fuq l-aħħar salarju bażiku tiegħu u għalhekk nofshom għandhom jitħallsu minnu.

3.   L-AATK tista', wara li tikseb il-parir tal-uffiċjal mediku awtorizzat mill-Aġenzija, tiddeċiedi li l-limitu ta' żmien ta' xahar li fih trid issir l-applikazzjoni u l-limitu ta' sitt xhur previsti fil-paragrafu 2 ma għandhomx japplikaw fejn il-persuna konċernata tkun qed issofri minn marda serja jew fit-tul li qabdet lill-persuna matul l-impjieg tagħha, li hi tkun irrappurtat lill-Aġenzija qabel it-tmiem tal-perijodu ta' sitt xhur previst fil-paragrafu 2, bil-kondizzjoni li l-persuna konċernata tagħmel eżami mediku organizzat mill-Aġenzija.

Artikolu 71

1.   Eks-membru tal-persunal temporanju li hu qiegħed meta s-servizz tiegħu mal-Aġenzija jkun ġie mitmum:

li mhux qed jirċievi allowance tal-invalidità mill-Aġenzija,

li s-servizz tiegħu mhux mitmum b'riżenja jew bi tħassir tal-kuntratt għal raġunijiet dixxiplinari,

li temm minimu ta' sitt xhur ta' servizz,

u li hu residenti fi Stat Membru,

għandu jkun eliġibbli għall-allowance tal-qgħad fix-xahar taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

Fejn għandu d-dritt għall-benefiċċji tal-qgħad taħt skema nazzjonali, għandu jkun obbligat li jiddikjara dan lill-Aġenzija. F'tali każijiet, l-ammont ta' dawk il-benefiċċji jiġi mnaqqas mill-allowance mħallsa taħt il-paragrafu 3.

2.   Biex ikun eliġibbli għall-allowance tal-qgħad, l-eks-membru tal-persunal temporanju għandu:

(a)

jkun reġistrat, fuq talba tiegħu stess, mal-awtoritajiet tal-impjieg tal-Istat Membru fejn jistabbilixxi r-residenza tiegħu, bħala li qed ifittex impjieg;

(b)

jissodisfa l-obbligi stabbiliti bil-liġi ta' dak l-Istat Membru għal persuni li qed jirċievu benefiċċji tal-qgħad taħt dik il-liġi;

(c)

kull xahar jibgħat lill-Aġenzija ċertifikat maħruġ mill-awtorità tal-impjieg nazzjonali kompetenti li jiddikjara jekk ikunx issodisfa l-obbligi u l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b).

L-allowance tista' tingħata jew tinżamm mill-Aġenzija, anki fejn l-obbligi nazzjonali msemmija taħt il-punt (b) ma jkunux ġew ssodisfati, f'każijiet ta' mard, ta' aċċidenti, ta' maternità, ta' invalidità jew f'każ ta' sitwazzjoni rikonoxxuta bħala li hi simili jew fejn l-awtorità nazzjonali, responsabbli biex twettaq dawk l-obbligi, tkun tat dispensa.

L-AATK għandha tistabbilixxi tali dispożizzjonijiet kif hi tikkunsidra meħtieġa biex jiġi applikat dan l-Artikolu.

3.   L-allowance tal-qgħad għandu jkun stabbilit b'referenza għas-salarju bażiku miksub mill-eks-membru tal-persunal temporanju fil-ħin tat-tmiem tas-servizz tiegħu. L-allowance għandha tkun stabbilita għal:

(a)

60 % tas-salarju bażiku għal perijodu inizjali ta' 12-il xahar,

(b)

45 % tas-salarju bażiku mit-13-il xahar sal-24 xahar.

Ħlief matul perijodu inizjali ta' sitt xhur, li fih l-iktar limitu baxx speċifikat f'dan is-subparagrafu huwa applikabbli imma l-limitu l-għoli mhuwiex, l-ammonti hekk kkalkulati ma jistgħux ikunu la inqas minn EUR 1 347,89 u lanqas ma jistgħu jaqbżu l-EUR 2 695,79. Dawn il-limiti għandhom jiġu aġġustati skont l-istess regoli bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE, skont l-Artikolu 65 ta' dawk ir-Regolamenti.

4.   Il-perijodu li matulu l-allowance tal-qgħad trid tiġi mħallsa lil eks-membru tal-persunal temporanju ma jistax tkun iktar minn 24 xahar mid-data tat-tmiem ta' servizz u fl-ebda każ ma għandu jaqbeż l-ekwivalenti ta' terz tat-tul attwali tas-servizz imwettaq. Madankollu, jekk, matul dak il-perijodu, l-eks-membru tal-persunal temporanju ma jibqax jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, il-ħlas tal-allowance tal-qgħad għandu jiġi sospiż. Il-ħlas jerġa' jibda' jekk, qabel it-tmiem ta' dak il-perijodu, l-eks-membru tal-persunal temporanju jerġa' jibda jissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija u ma jkunx intitolat għall-benefiċċju nazzjonali tal-qgħad.

5.   Eks-membru tal-persunal temporanju li hu eliġibbli għall-allowance tal-qgħad għandu jkollu d-dritt għall-allowances tal-familja skont l-istess regoli bħal dawk previsti fl-Artikolu 67 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE. L-allowance tal-unità domestika għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-allowance tal-qgħad taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tal-Anness IV.

Il-persuna konċernata għandha tkun obbligata li tiddikjara kwalunkwe allowance tal-istess tip imħallsa lilha jew lill-konjuġi tagħha minn fonti oħra; tali allowances għandhom jitnaqqsu minn dawk imħallsa abbażi ta' dan l-Artikolu.

Eks-membru tal-persunal temporanju li huwa eliġibbli għall-allowance tal-qgħad għandu jkun intitolat, kif previst fl-Artikolu 68 għall-kopertura ta' assigurazzjoni kontra l-mard mingħajr ma jkollu għalfejn jagħti ebda kontribuzzjoni.

6.   L-allowance tal-qgħad u l-allowances tal-familja għandhom jiġu mħallsa mill-Fond Speċjali tal-Qgħad f'euro. L-ebda koeffiċjent ta' korrezzjoni ma għandu jkun applikabbli.

7.   Membri tal-persunal temporanju għandhom jikkontribwixxu terz tal-finanzjament tal-iskema ta' assigurazzjoni kontra l-qgħad. Dik il-kontribuzzjoni għandha tkun stabbilita għal 0,81 % tas-salarju bażiku tal-persuna konċernata wara li tiġi mnaqqsa allowance standard ta' EUR 1 225,36 u mingħajr ma jittieħed kont tal-koeffiċjenti ta' korrezzjoni previsti fl-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE.

Il-kontribuzzjoni għandha titnaqqas kull xahar mis-salarju tal-persuna konċernata u mqiegħda, flimkien maż-żewġ terzi li jkun baqa' li jaqgħu fuq l-Aġenzija, fil-Fond Speċjali tal-Qgħad stabbilit skont l-Artikolu 28a tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti bir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (minn hawn 'il quddiem imsejħa “KIAO tal-UE”).

8.   L-allowances tal-qgħad imħallsa lil eks-membru tal-persunal temporanju li huwa qiegħed għandhom ikunu soġġetti għall-istess regoli bħal dawk previsti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 (4).

9.   Id-dipartimenti nazzjonali b'responsabbiltà għall-impjiegi u l-qgħad, filwaqt li jaġixxu skont il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, u l-Aġenzija għandhom jikkooperaw ma' xulxin b'mod effettiv sabiex jiżguraw li dan l-Artikolu huwa applikat sew.

10.   L-arranġamenti dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għall-istess regoli bħal dawk stabbiliti bi ftehim reċiproku bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2.

Artikolu 72

1.   Meta jitwieled wild ta' membru tal-persunal temporanju, il-persuna li għandha l-kura attwali tal-wild għandha tirċievi għotja ta' EUR 198,31.

L-istess għotja għandha tiġi mħallsa lil membru tal-persunal temporanju li jadotta wild li għandu inqas minn ħames snin u huwa dipendenti fit-tifsira tal-Artikolu 2(2) tal-Anness IV.

2.   L-għotja għandha tkun ukoll pagabbli fil-każ ta' tmiem ta' tqala wara mhux inqas minn seba' xhur.

3.   Il-persuna li tirċievi l-għotja fl-okkażjoni tat-twelid ta' wild għandha tiddikjara kwalunkwe għotja tal-istess natura li rċeviet minn sorsi oħra; tali għotjiet għandhom jitnaqqsu mill-għotja prevista fil-paragrafu 1. Fejn iż-żewġ ġenituri huma membri tal-persunal temporanju tal-Aġenzija, l-għotja għandha tiġi mħallsa darba biss.

Artikolu 73

Fil-każ tal-mewt ta' membru tal-persunal temporanju, il-konjuġi ta' membru tal-persunal temporanju jew il-wild dipendenti, jew kwalunkwe persuna dipendenti oħra fit-tifsira tal-Artikolu 2 tal-Anness IV li għex(et) bħala parti mill-familja tal-membru tal-persunal temporanju, l-Aġenzija għandha tirrimborża l-ispejjeż involuti fit-trasportazzjoni tal-ġisem mill-post tal-impjieg tal-membru tal-persunal temporanju għall-post tal-oriġini tiegħu.

Madankollu, fil-każ tal-mewt ta' membru tal-persunal temporanju waqt missjoni, l-Aġenzija għandha tħallas l-ispejjeż involuti fit-trasportazzjoni tal-ġisem mill-post fejn isseħħ il-mewt għall-post tal-oriġini tal-membru tal-persunal temporanju.

Artikolu 74

Jistgħu jingħataw rigali, self jew avvanzi lil membru tal-persunal temporanju matul il-validità tal-kuntratt tiegħu jew wara li jiskadi l-kuntratt meta, bħala riżultat ta' marda serja fit-tul jew ta' diżabilità, jew aċċident li kellu matul l-impjieg tiegħu, jew fil-każ ta' aċċident li seħħ matul l-impjieg tiegħu, il-membru tal-persunal temporanju mhux kapaċi jaħdem u jagħti prova li tali marda jew aċċident mhumiex koperti bi skema oħra ta' sigurtà soċjali.

Taqsima B

Assigurazzjoni kontra invalidità u mewt

Artikolu 75

Membri tal-persunal temporanju huma assigurati skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin kontra r-riskju ta' mewt u ta' invalidità li jseħħu matul l-impjieg tagħhom.

Il-ħlasijiet u l-benefiċċji previsti f'din it-Taqsima għandhom jiġu sospiżi jekk skont dawn ir-Regolamenti tal-Persunal ir-rimunerazzjoni li membru tal-persunal temporanju jirċievi fir-rigward tal-impjieg tiegħu hija sospiża.

Artikolu 76

Fejn l-eżami mediku magħmul qabel membru tal-persunal temporanju jiġi ngaġġat juri li jsofri minn mard jew invalidità, l-AATK tista', sa fejn jikkonċernaw riskji li jirriżultaw minn tali mard jew invalidità, tiddeċiedi li tagħtih dritt għall-benefiċċji garantiti fir-rigward ta' invalidità jew mewt biss wara perijodu ta' ħames snin mid-data ta' meta jidħol fis-servizz tal-Aġenzija.

Il-membru tal-persunal temporanju jista' jappella kontra dik id-deċiżjoni quddiem il-Kumitat tal-Invalidità li għandu jiġi stabbilit mill-Aġenzija. Skont ftehim bejn l-Aġenzija u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, l-Aġenzija tista' tagħmel użu mill-Kumitat tal-Invalidità tal-Kunsill.

Artikolu 77

1.   Membru tal-persunal temporanju li qed isofri minn invalidità totali u li, minħabba dik ir-raġuni, huwa obbligat jissospendi l-impjieg mal-Aġenzija għandu jkollu d-dritt, għal kemm iddum l-invalidità, għal allowance tal-invalidità, li l-ammont tagħha għandu jiġi determinat kif ġej.

Jekk membru tal-persunal temporanju li jkun qed jirċievi allowance tal-invalidità, jilħaq is-66 sena, ir-regoli ġenerali dwar għotja ta' tmiem ta' impjieg għandhom jiġu applikati. L-ammont tal-għotja ta' tmiem ta' impjieg għandu jiġi bbażat fuq is-salarju għall-grad u l-iskala okkupati mill-membru tal-persunal temporanju meta sar invalidu.

2.   L-allowance tal-invalidità għandha tkun 70 % tas-salarju bażiku finali tal-membru tal-persunal temporanju. Madankollu, ma għandhiex tkun inqas mill-figura minima ta' sussistenza, jiġifieri, is-salarju bażiku ta' membru tal-persunal temporanju tal-Unjoni fl-ewwel skala tal-Grad 1. L-allowance tal-invalidità għandha tkun soġġeatt għal kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-pensjoni, ikkalkulata abbażi ta' dik l-allowance.

3.   Fejn l-invalidità tal-membru tal-persunal temporanju tirriżulta minn aċċident li jseħħ fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu jew b'konnessjoni ma' dan, jew tirriżulta minn marda marbuta max-xogħol, minn att ta' spirtu pubbliku jew milli wieħed ipoġġi ħajtu f'riskju biex isalva bniedem ieħor, l-allowance tal-invalidità għandha tkun ta' mhux inqas minn 120 % tal-figura minima ta' sussistenza. F'tali każijiet il-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni għandhom jitħallsu mill-baġit tal-Aġenzija.

4.   Fil-każ ta' invalidità miġjuba deliberatament mill-membru tal-persunal temporanju, l-AATK tista' tiddeċiedi li hu għandu jirċievi biss l-għotja prevista fl-Artikolu 86.

5.   Persuni li għandhom id-dritt għall-allowance tal-invalidità għandhom ikollhom id-dritt ukoll għall-allowances tal-familja determinati skont l-Artikolu 60(3); skont l-Anness IV, l-allowance tal-unità domestika għandha tiġi determinata abbażi tal-allowance ta' dak li jkun qed jirċievih.

Artikolu 78

1.   L-invalidità għandha tiġi stabbilita mill-Kumitat tal-Invalidità msemmi fl-Artikolu 76.

2.   L-Aġenzija tista' tirrikjedi eżamijiet perjodiċi ta' dak li jkun qed jirċievi allowance tal-invalidità biex tistabbilixxi li hu għadu jissodisfa l-kondizzjonijiet għall-ħlas ta' dik l-allowance. Jekk il-Kumitat tal-Invalidità jsib li dawn il-kondizzjonijiet ma għadhomx jiġu ssodisfati, il-membru tal-persunal temporanju għandu jerġa' jibda s-servizz mal-Aġenzija, sakemm il-kuntratt tiegħu ma jkunx skada.

Madankollu, jekk jirriżulta li hu impossibbli li l-persuna konċernata tiġi impjegata fis-servizz tal-Aġenzija, il-kuntratt jista' jiġi mitmum soġġett għall-ħlas ta' ammont li jikkorrispondi għar-rimunerazzjoni li kieku kienet tiġi mħallsa matul il-perijodu ta' avviż u, fejn applikabbli, għall-kumpens għat-tmiem tal-kuntratt previst fl-Artikolu 96. L-Artikolu 86 għandu japplika wkoll.

Artikolu 79

Il-persuni intitolati taħt membru mejjet tal-persunal temporanju, kif determinat skont l-istess regoli bħal dawk stabbiliti fil-Kapitolu 3 tal-Anness V, għandhom ikunu intitolati għall-pensjoni tas-superstiti kif previst fl-Artikoli 80 sa 83.

Fejn eks-membru tal-persunal temporanju li jkun qed jirċievi allowance tal-invalidità jmut, il-persuni intitolati taħt il-membru l-mejjet tal-persunal temporanju, kif definit fil-Kapitolu 3 tal-Anness V, għandhom ikunu intitolati għall-pensjoni tas-superstiti kif previst f'dak l-Anness.

Jekk għal iktar minn sena ma jkunx magħruf il-post fejn ikun jinsab membru tal-persunal temporanju, jew eks-membru tal-persunal temporanju li jkun qed jirċievi allowance tal-invalidità, il-pensjonijiet proviżorji lill-konjuġi tiegħu jew lill-persuni oħra rikonoxxuti bħala d-dipendenti tiegħu għandhom jiġu determinati skont l-istess regoli bħal dawk stabbiliti fil-Kapitoli 5 u 6 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE.

Artikolu 80

Id-dritt li wieħed jirċievi ħlas ta' pensjoni għandu jkollu effett mill-ewwel jum tax-xahar wara dak li fih iseħħ il-mewt jew, fejn applikabbli, fl-ewwel jum tax-xahar wara l-perijodu li matulu l-armla/armel tal-mejjet, l-orfni jew id-dipendenti ħajjin, jirċievu l-emolumenti tiegħu taħt l-Artikolu 60(8).

Artikolu 81

L-armla/armel ta' membru tal-persunal temporanju għandu/ha jkollu/ha d-dritt għall-pensjoni tas-superstiti skont il-Kapitolu 3 tal-Anness V. Il-pensjoni għandha tkun mhux inqas minn 35 % tas-salarju bażiku finali fix-xahar li kien jaqla' l-membru tal-persunal temporanju, u lanqas inqas mis-salarju bażiku ta' membru tal-persunal temporanju tal-Unjoni fl-ewwel skala tal-grad 1.

Persuna li tkun qed tieħu l-pensjoni tas-superstiti għandha jkollha tkun intitolata, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV għall-allowances tal-familja speċifikati fl-Artikolu 60(3). Madankollu, l-allowance tat-tfal dipendenti għandha tkun daqs id-doppju tal-ammont tal-allowance prevista fl-Artikolu 60(3)(b).

Artikolu 82

Fejn membru tal-persunal temporanju jew persuna li għandha dritt għall-allowance tal-invalidità i/tmut imma l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel paragrafu mhumiex issodisfati, it-tfal dipendenti fit-tifsira tal-Artikolu 2 tal-Anness IV għandhom ikunu intitolati għall-pensjoni tal-orfni skont l-Artikolu 7 tal-Anness V.

L-istess intitolament għall-pensjoni għandu japplika għal tfal li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' hawn fuq f'każ li l-konjuġi li j/tkun qed j/tirċievi l-pensjoni ta' min jibqa' ħaj j/tmut jew j/tiżżewweġ mill-ġdid.

Fejn membru tal-persunal temporanju jew persuna intitolati għall-allowance tal-invalidità j/tmut imma l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu mhumiex issodisfati, it-tfal dipendenti fit-tifsira tal-Artikolu 2 tal-Anness IV għandhom ikunu intitolati għall-pensjoni tal-orfni skont l-Artikolu 10 tal-Anness V; il-pensjoni għandha, madankollu, tkun daqs nofs il-pensjoni kkalkulata skont dak l-Artikolu.

Għal persuni meqjusa bħala tfal dipendenti fit-tifsira tal-Artikolu 2(4) tal-Anness IV, il-pensjoni għall-orfni ma għandhiex teċċedi ammont ekwivalenti għad-doppju tal-allowance tat-tfal dipendenti.

Ma għandha titħallas ebda pensjoni tal-orfni fejn ġenitur naturali li ġie sostitwit minn ġenitur adottiv imut.

L-orfni għandhom ikunu intitolati għall-allowance għal-edukazzjoni skont l-Artikolu 3 tal-Anness IV.

Artikolu 83

Fil-każ ta' divorzju jew fejn hemm iktar minn kategorija waħda ta' persuni li jibqgħu ħajjin li jikkwalifikaw biex jieħdu pensjoni tas-superstiti, tali pensjoni għandha tiġi mqassma fil-mod previst fl-Anness V.

Artikolu 84

1.   Minkejja kwalunkwe dispożizzjonijiet oħra, b'mod partikolari dawk dwar l-ammonti minimi li jridu jiġu mħallsa lil persuni intitolati għall-pensjoni tas-superstiti, l-ammont totali li għandu jiġi mħallas lill-armla/armel u lill-persuni oħra intitolati, f'pensjoni tas-superstiti miżjuda b'allowances tal-familja mnaqqsa t-taxxa u tnaqqis obbligatorju ieħor ma jistax jaqbeż dan li ġej:

(a)

fil-każ tal-mewt ta' membru tal-persunal temporanju li jkun f'impjieg attiv, fuq leave għal raġunijiet personali, fuq leave minħabba servizz militari, fuq leave tal-ġenituri jew fuq leave tal-familja, l-ammont tar-rimunerazzjoni li l-membru tal-persunal temporanju kien jirċievi fl-istess grad u skala li kieku kien għadu fis-servizz, flimkien ma' kwalunkwe allowances tal-familja li rċieva f'dak il-każ u mnaqqsa t-taxxa u tnaqqis ieħor obbligatorju;

(b)

għall-perijodu wara d-data li fiha l-membru tal-persunal temporanju msemmi fil-punt (a) hawn fuq kien jagħlaq is-66 sena, l-ammont tal-għotja għat-tmiem ta' impjieg li kien ikollu dritt għalih wara dan, li kieku kien ħaj, ibbażat fuq l-istess grad u skala fil-ħin tal-mewt, flimkien ma' kwalunkwe allowances tal-familja li kieku kien jirċievi, imnaqqsa t-taxxa u tnaqqis ieħor obbligatorju;

(c)

fil-każ tal-mewt ta' eks-membru tal-persunal temporanju li għandu d-dritt għall-allowance tal-invalidità, l-ammont tal-pensjoni li kien kieku jkun intitolati għalih, li kieku kien ħaj, soġġett għall-allowances u t-tnaqqis imsemmija fil-punt (b).

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, ma għandux jingħata każ ta' koeffiċjenti li jistgħu jaffettwaw l-ammonti varji inkwistjoni.

3.   L-ammont massimu kif stabbilit fil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 1 għandu jitqassam fost il-persuni intitolati għall-pensjoni tas-superstiti fi proporzjon mad-drittijiet rispettivi tagħhom, mingħajr ma jingħata każ tal-paragrafu 1 għal dan il-fini.

It-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 85(1) għandhom japplikaw għall-ammonti hekk imqassma.

Artikolu 85

1.   Il-pensjonijiet previsti f'dawn ir-Regolamenti tal-Persunal għandhom jiġu kkalkulati b'referenza għall-iskali tas-salarji fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li fih jibda l-intitolament.

L-ebda koeffiċjent ta' korrezzjoni ma għandu jkun applikabbli għall-pensjonijiet.

Pensjonijiet espressi f'euro għandhom jiġu mħallsa f'waħda mill-muniti msemmija fl-Artikolu 29 tal-Anness V.

2.   Fejn, skont l-Artikolu 60, ir-rimunerazzjonijiet huma adattati, l-istess aġġornament għandu

3.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw b'analoġija għal dawk li jkunu qed jirċievu l-allowance tal-invalidità.

Taqsima C

Għotja ta' tmiem ta' impjieg

Artikolu 86

Meta jkun ser jitlaq is-servizz, membru tal-persunal temporanju għandu jkun intitolat għall-ħlas tal-għotja ta' tmiem ta' impjieg jew għat-trasferiment tal-attwarji ekwivalenti tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni tal-irtirar skont l-Artikolu 1 tal-Anness V.

Artikolu 87

Fejn membru tal-persunal temporanju jkun eżerċita l-għażla prevista fl-Artikolu 91, l-għotja ta' tmiem ta' impjieg tiegħu għandha tiġi mnaqqsa b'mod proporzjonat fir-rigward tal-perijodu li fihom inġibdu s-somom.

L-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu ma għandux japplika għal membru tal-persunal temporanju li, fit-tliet xhur wara l-applikazzjoni għalih ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, jitlob li jitħalla jħallas lura tali somom flimkien ma' mgħax kompost bir-rata ta' 3,5 % fis-sena, li jista' tiġi rivedut skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88.

Artikolu 88

1.   Ir-rata għall-kalkolu tal-imgħax kompost għandha tkun ir-rata effettiva msemmija fil-paragrafi 2 u 3 u għandha, jekk meħtieġ, tiġi riveduta fl-okkażjoni tal-valutazzjonijiet attwarji ta' kull ħames snin.

2.   Ir-rati tal-imgħax li għandu jittieħed kont tagħhom għall-kalkoli attwarji għandhom ikunu abbażi tar-rati ta' mgħax annwali medji osservati fuq id-dejn pubbliku fit-tul tal-Istati Membri kif pubblikati mill-Kummissjoni Ewropea. Indiċi xierqa tal-prezzijiet tal-konsumatur għandu jintuża biex tiġi kalkulata r-rata netta ta' mgħax korrispondenti ta' inflazzjoni kif meħtieġ għall-kalkoli attwarji.

3.   Ir-rata annwali effettiva li għandu jittieħed kont tagħha għall-kalkoli attwarji għandha tkun l-medja tar-rati ta' mgħax medji reali għat-12-il sena li jippreċedu s-sena kurrenti.

Taqsima D

Finanzjament tal-iskema ta' assigurazzjoni ħall-invalidità u fuq il-ħajja u tal-iskema tal-pensjoni

Artikolu 89

1.   Benefiċċji mħallsa taħt l-iskema tas-sigurtà soċjali prevista fit-Taqsimiet B u C għandhom jitħallsu mill-baġit tal-Aġenzija. L-Istati Membri li qed jipparteċipaw fl-Aġenzija għandhom b'mod konġunt jiggarantixxu ħlas ta' tali benefiċċji skont l-iskala stabbilita għall-finanzjament ta' tali spiża.

2.   Fil-każijiet kollha s-salarji u l-allowances tal-invalidità għandhom ikunu soġġetti għat-tnaqqis tal-kontribuzzjoni tal-iskema tas-sigurtà soċjali prevista fit-Taqsima B.

3.   Il-finanzjament tal-iskema tas-sigurtà soċjali prevista fit-Taqsimiet B u C, għandu jkun kif stabbilit fl-Artikolu 90 u l-Artikoli 21 u 22 tal-Anness V.

4.   Il-kontribuzzjonijiet tal-persunal temporanju u tal-Aġenzija għall-iskema tas-sigurtà soċjali prevista fit-Taqsimiet B u C għandhom jiġu mħallsa kompletament lill-baġit tal-Aġenzija.

Artikolu 90

Il-Membri tal-persunal temporanju għandhom jikkontribwixxu terz tal-ispiża ta' finanzjament tal-iskema tal-pensjoni. Il-kontribuzzjoni għandha tkun ta' 10,3 % tas-salarju bażiku tal-membru tal-persunal temporanju, mingħajr ma jittieħed kont tal-koeffiċjenti previsti fl-Artikolu 60. Din għandha titnaqqas kull xahar mis-salarji tal-membru tal-persunal temporanju. Il-kontribuzzjoni għandha tiġi aġġustata skont l-istess regoli bħal dawk stabbiliti fl-Anness XII tar-Regolament tal-Persunal tal-UE.

Artikolu 91

Skont il-kondizzjonijiet li jridu jiġu stabbiliti mill-Aġenzija, membru tal-persunal temporanju jista' jitlob lill-Aġenzija biex jitwettqu kwalunkwe ħlasijiet li hu mitlub jagħmel biex jikkostitwixxi jew iżomm id-drittijiet għall-pensjoni fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu. L-Aġenzija tista' tiddeċiedi wkoll li tagħmel kwalunkwe ħlasijiet li membru tal-persunal temporanju huwa mitlub li jagħmel sabiex jikkostitwixxi jew iżomm id-drittijiet tiegħu għall-pensjoni fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu, anki fin-nuqqas ta' talba minn tali membru tal-persunal temporanju. F'tali każ, l-Aġenzija għandha debitament tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha.

Tali ħlasijiet ma għandhomx jaqbżu d-doppju tar-rata prevista fl-Artikolu 90 u għandhom jitħallsu mill-baġit tal-Aġenzija.

Taqsima E

Ħlas ta' pretensjonijiet minn persunal temporanju

Artikolu 92

L-iskema tal-invalidità jew l-iskema tal-pensjoni tas-superstiti huma stabbiliti fl-Artikoli 19 sa 23 tal-Anness V.

Taqsima F

Ħlas ta' benefiċċji

Artikolu 93

1.   Il-ħlas ta' benefiċċji għandu jsir skont l-Artikoli 84 u 85 ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal u skont l-Artikolu 28 tal-Anness V.

2.   Kwalunkwe somom dovuti minn membru tal-persunal temporanju lill-Aġenzija taħt din l-iskema ta' assigurazzjoni fid-data meta l-benefiċċji għandhom jiġu mħallsa għandhom jiġu mnaqqsa mill-ammont tal-benefiċċju tiegħu jew mill-benefiċċji li għandhom jiġu mħallsa lil dawk intitolati taħtu. It-tnaqqis jista' jiġi mifrux fuq għadd ta' xhur.

Taqsima G

Surroga favur l-aġenzija

Artikolu 94

1.   Fejn il-mewt, il-korriment aċċidentali jew il-mard ta' persuna koperta minn dawn ir-Regolament tal-Persunal huwa kkawżat minn parti terza, l-Aġenzija għandha, fir-rigward tal-obbligi li jaqgħu fuqha taħt dawn ir-Regolamenti tal-Persunal konsegwenti fuq l-każ li jkun ikkawża tali mewt, korriment jew mard, tkun surrogata għad-drittijiet, inklużi d-drittijiet għal azzjoni, tal-vittma jew ta' dawk intitolati taħtu kontra l-parti terza.

2.   Is-surroga prevista fil-paragrafu 1 għandha testendi, fost oħrajn, għal dawn li ġejjin:

ħlas kontinwu ta' rimunerazzjoni skont l-Artikolu 53 lill-membru tal-persunal temporanju matul il-perijodu meta huwa temporanjament mhux tajjeb għax-xogħol,

ħlasijiet magħmula skont l-Artikolu 60(8) wara l-mewt ta' membru tal-persunal temporanju jew ta' persuna intitolata għal allowance tal-invalidità,

benefiċċji mħallsa taħt l-Artikoli 68 u 69 u r-regoli implimentattivi tagħhom, relatati ma' assigurazzjoni kontra l-mard u l-aċċidenti,

ħlas tal-ispejjeż involuti fit-trasportazzjoni tal-ġisem, kif imsemmi fl-Artikolu 73,

allowances supplementari tal-familja mħallsa skont l-Artikolu 60(5) u skont l-Artikolu 2(3) u (5) tal-Anness IV fir-rigward ta' wild dipendenti li jsofri minn marda serja, minn infermità jew minn diżabilità,

allowances tal-invalidità mħallsa fil-każ ta' aċċident jew mard li jirriżultaw f'invalidità permanenti li ma jħallux lill-membru tal-persunal temporanju jwettaq id-dmirijiet tiegħu,

pensjonijiet tas-superstiti mħallsa fil-każ tal-mewt ta' membru tal-persunal temporanju jew ta' eks-membru tal-persunal temporanju jew il-mewt tal-konjuġi ta' membru tal-persunal temporanju jew ta' eks-membru tal-persunal temporanju li kien intitolat għall-pensjoni, fejn il-konjuġi mhux membru tal-persunal temporanju,

pensjoni tal-orfni mħallsa irrispettivament tal-età lil wild ta' membru tal-persunal temporanju jew eks-membru tal-persunal temporanju meta, wara l-mewt tal-persuna li fuqha kien dipendenti, dak il-wild, minħabba mard serju, infermità jew diżabilità ma jistax jaqla' l-għixien tiegħu.

3.   Madankollu, l-Aġenzija ma għandiex tkun surrogata għal drittijiet ta' kumpens fir-rigward ta' dannu purament personali bħal ma huma l-korriment mhux materjali, id-danni għall-uġiegħ u s-sofferenza jew kumpens għal sfigurament u telf ta' kumdità iktar mill-allowance mogħtija għal dawk it-titoli taħt l-Artikolu 69.

4.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3 ma jistgħux ifixklu azzjoni diretta mill-Aġenzija.

KAPITOLU 7

Rkupru ta' ħlas żejjed

Artikolu 95

Kwalunkwe somma mħallsa żejda għandha tiġi rkuprata jekk dak li jkun rċeviha kien konxju li ma kien hemm l-ebda raġuni dovuta għall-ħlas jew jekk tant kien ovvju li l-ħlas kien żejjed li dak li jkun rċevih ma setax ma jindunax b'dan.

It-talba għall-irkupru għandha ssir sa mhux aktar tard minn ħames snin mid-data li fiha s-somma kienet imħallsa. Fejn l-AATK tista' tistabbilixxi li dak li jkun rċeviha żgwida b'mod deliberat lill-amministrazzjoni bil-ħsieb li jikseb is-somma konċernata, it-talba għall-irkupru ma għandiex tiġi invalidata anki jekk dan il-perijodu jkun għadda.

KAPITOLU 8

Tmiem ta' impjieg

Artikolu 96

Minbarra l-waqfien fil-każ ta' mewt, l-impjieg ta' persunal temporanju għandu jieqaf:

(a)

fl-aħħar tax-xahar li fih il-membru tal-persunal temporanju jilħaq is-66 sena;

(b)

meta l-kuntratt ikun għal perijodu fiss:

(i)

fid-data dikjarata fil-kuntratt;

(ii)

fit-tmiem tal-perijodu ta' avviż speċifikat fil-kuntratt li jagħti lill-membru tal-persunal temporanju jew lill-Aġenzija l-għażla li jtemm l-impjieg qabel. Il-perijodu ta' avviż ma għandux ikun inqas minn xahar għal kull sena ta' servizz, soġġett għal minimu ta' xahar u għal massimu ta' tliet xhur.

Għal persunal temporanju li l-kuntratti tiegħu ġie mġedded il-massimu għandu jkun ta' sitt xhur. Il-perijodu ta' avviż ma għandux, madankollu, jibda' jgħodd matul it-tqala, jekk ikkonfermat minn ċertifikat mediku, il-leave tal-maternità jew leave tal-mard, sakemm tali leave tal-mard ma jaqbiżx it-tliet xhur. Għandu, barra minn hekk, jiġi sospiż matul it-tqala, jekk ikkonfermat minn ċertifikat mediku, il-leave tal-maternità jew tal-mard soġġett għal-limiti msemmija qabel. Jekk l-Aġenzija ttemm il-kuntratt, il-membru tal-persunal temporanju għandu jkun intitolat għal kumpens li jkun daqs terz tas-salarju bażiku tiegħu għall-perijodu bejn id-data meta d-dmirijiet tiegħu jispiċċaw u d-data meta l-kuntratt tiegħu jiskadi;

(iii)

fejn il-membru tal-persunal temporanju ma għadux jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 37(2)(a), soġġett għall-possibilità li tiġi awtorizzata eċċezzjoni taħt din id-dispożizzjoni. Jekk l-eċċezzjoni ma tiġix awtorizzata, il-perijodu ta' avviż imsemmi fis-subpunt (ii) tal-punt (b) ta' dan l-Artikolu għandu japplika.

Artikolu 97

L-impjieg jista' jiġi mitmum mill-Aġenzija mingħajr avviż:

(a)

matul jew fit-tmiem tal-perijodu ta' prova skont l-Artikolu 39;

(b)

jekk il-membru tal-persunal temporanju ma jistax jerġa' jassumi d-dmirijiet tiegħu fit-tmiem ta' perijodu ta' leave tal-mard imħallas kif previst fl-Artikolu 53. F'tali każ, il-membru tal-persunal temporanju għandu jirċievi allowance li hija daqs dan is-salarju bażiku, flimkien ma' allowances tal-familja bir-rata ta' jumejn għal kull xahar ta' servizz konkluż.

Artikolu 98

1.   Wara li l-proċedura dixxiplinarja prevista fit-Titolu V tkun ġiet segwita, l-impjieg jista' jiġi mitmum mingħajr avviż għal raġunijiet dixxiplinarji f'każijiet serji ta' nuqqas intenzjonat jew negliġenti min-naħa tal-persunal temporanju milli jwettqu l-obbligi tagħhom. Deċiżjoni raġunata għandha tittieħed mill-AATK, wara li l-membru tal-persunal temporanju konċernat ikun ġie mogħti opportunità biex jippreżenta d-difiża tiegħu.

Qabel ma jiġi mitmum l-impjieg tiegħu, membru tal-persunal temporanju jista' jiġi sospiż skont l-Artikolu 161.

2.   Fejn impjieg huwa mitmum skont il-paragrafu 1, l-AATK tista' tiddeċiedi:

(a)

li tillimita l-għotja ta' tmiem ta' impjieg prevista fl-Artikolu 86 għall-ħlasijiet mill-ġdid tal-kontribuzzjoni prevista fl-Artikolu 89, flimkien ma' mgħax kompost bir-rata ta' 3,5 % fis-sena;

(b)

li żżomm kompletament jew parzjalment l-allowance tar-risistemazzjoni previst fl-Artikolu 64(2).

Artikolu 99

1.   L-impjieg ta' membru tal-persunal temporanju għandu jiġi mitmum mill-Aġenzija mingħajr avviż jekk l-AATK tiskopri:

(a)

li fiż-żmien tal-ingaġġ tiegħu huwa ta deliberatament ipprovda informazzjoni falza dwar il-kwalifikazzjonijiet professjonali u l-esperjenza tiegħu jew dwar il-ħila tiegħu li jissodisfa l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 37(2), u

(b)

li l-informazzjoni falza mogħtija kienet fattur determinanti fl-ingaġġ tiegħu.

2.   F'tali każijiet l-AATK għandha, wara li tkun semgħat lill-membru tal-persunal temporanju konċernat, u wara li tkun ġiet segwita l-proċedura dixxiplinari prevista fit-Titolu V tiddikjara li l-impjieg tiegħu ġie mitmum.

Qabel ma l-impjieg tiegħu jiġi mitmum, membru tal-persunal temporanju jista' jiġi sospiż skont l-Artikolu 161.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 98(2) għandhom japplikaw.

Artikolu 100

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 98 u 99, azzjoni dixxiplinari skont it-Titolu V tista' tittieħed kontra membru tal-persunal temporanju jew eks-membru tal-persunal temporanju li jonqos b'mod intenzjonali jew bi traskuraġni milli jonora l-obbligi tiegħu skont dawn ir-Regolamenti tal-Persunal.

TITOLU III

PERSUNAL KUNTRATTWALI

KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 101

Għall-finijiet ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, “persunal kuntrattwali” jfisser persunal mhux assenjat għal pożizzjoni inkluża fil-lista ta' pożizzjonijiet allegata mal-baġit tal-Aġenzija u ngaġġat għat-twettiq ta' dmirijiet fuq bażi full-time jew part-time.

Artikolu 102

1.   Il-persunal kuntrattwali għandu jiġi mħallas mill-approprjazzjonijiet totali għall-finijiet taħt il-baġit tal-Aġenzija.

2.   L-AATK għandha tadotta dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw l-użu ta' persunal kuntrattwali.

3.   L-Aġenzija għandha tipprovdi previżjonijiet annwali indikattivi għall-użu ta' persunal kuntrattwali għal kull grupp ta' funzjoni, fil-kuntest tal-proċedura baġitarja.

Artikolu 103

1.   Il-persunal kuntrattwali għandu jiġi diviż f'erba' gruppi ta' funzjoni li jikkorrispondu għad-dmirijiet li għandhom jiġu mwettqa. Kull grupp ta' funzjoni għandu jiġi suddiviż fi gradi u skali.

2.   It-tipi ta' dmirijiet u l-grupp ta' funzjoni korrispondenti huma murija fit-tabella li ġejja:

Grupp ta' funzjoni

Gradi

Dmirijiet

IV

13 sa 18

Dmirijiet amministrattivi, konsultattivi, lingwistiċi u tekniċi ekwivalenti, imwettqa taħt is-superviżjoni tal-persunal temporanju.

III

8 sa 12

Dmirijiet eżekuttivi, tal-abbozzar, tal-kontabilità u dmirijiet tekniċi ekwivalenti, imwettqa taħt is-superviżjoni tal-persunal temporanju.

II

4 sa 7

Dmirijiet klerikali u segretarjali, amministrazzjoni tal-uffiċċju u dmirijiet tekniċi ekwivalenti, imwettqa taħt is-superviżjoni tal-persunal temporanju.

I

1 sa 3

Dmirijiet manwali u ta' servizz ta' sostenn għall-amministrazzjoni, imwettqa taħt is-superviżjoni tal-persunal temporanju.

3.   Abbażi ta' din it-tabella, l-Aġenzija għandha tiddefinixxi s-setgħat annessi ma kull tip ta' dmirijiet.

4.   L-Artikolu 7 japplika b'analoġija.

KAPITOLU 2

Drittijiet u obbligi

Artikolu 104

L-Artikoli 11 sa 35 għandhom japplikaw b'analoġija.

KAPITOLU 3

Kondizzjonijiet tal-ingaġġ

Artikolu 105

1.   Il-persunal kuntrattwali għandu jiġi magħżul fuq l-bażi ġeografika l-iktar wiesgħa possibbli minn fost ċittadini tal-Istati Membri parteċipanti u mingħajr distinzjoni dwar oriġini razzjali jew etnika, twemmin politiku, filosofiku jew reliġjuż, età jew diżabilità, sess jew orjentazzjoni sesswali u mingħajr riferiment għall-istat ċivili jew is-sitwazzjoni familjari tiegħu.

2.   Ir-reklutaġġ bħala membru tal-persunal kuntrattwali għandu jeħtieġ mill-inqas:

(a)

fil-grupp ta' funzjoni I, l-ikkompletar b'suċċess ta' edukazzjoni obbligatorja;

(b)

fil-grupp ta' funzjoni II u III:

(i)

livell ta' edukazzjoni post-sekondarja attestat permezz ta' diploma, jew

(ii)

livell ta' edukazzjoni sekondarja attestat permezz ta' diploma li tagħti aċċess għal edukazzjoni postsekondarja, u esperjenza professjonali adegwata ta' mhux anqas minn tliet snin, jew

(iii)

fejn ikun ġustifikat fl-interessi tas-servizz, taħriġ professjonali jew esperjenza professjonali ta' livell ekwivalenti;

(c)

il-grupp ta' funzjoni IV:

(i)

livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti ta' mhux anqas minn tliet snin attestat permezz ta' diploma, jew

(ii)

fejn ikun ġustifikat fl-interessi tas-servizz, taħriġ professjonali ta' livell ekwivalenti.

3.   Membru tal-persunal kuntrattwali jista' jiġi ngaġġat biss bil-kondizzjoni li:

(a)

huwa ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri parteċipanti fl-Aġenzija u jgawdi d-drittijiet kollha tiegħu bħala ċittadin;

(b)

jkun wettaq kwalunkwe obbligu impost fuqu mil-liġijiet li jikkonċerna s-servizz militari;

(c)

jipproduċi r-referenzi xierqa dwar l-idoneità tiegħu għat-twettiq tad-dmirijiet tiegħu;

(d)

huwa fiżikament f'saħħtu biex jaqdi d-dmirijiet tiegħu; u

(e)

jipproduċi provi ta' għarfien profond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u ta' għarfien sodisfaċenti ta' lingwa oħra uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni safejn meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet tiegħu.

4.   Fil-kuntratt inizjali, l-AATK tista' tirrinunzja r-rekwiżiti li l-persuna konċernata għandha tipproduċi evidenza dokumentata li huwa jissodisfa l-kondizzjonijiet fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafi 2 u 3 fejn l-ingaġġ tiegħu mhuwiex għal iżjed minn tliet xhur.

5.   L-AATK għandha tadotta dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw l-użu ta' persunal kuntrattwali, kif meħtieġ.

Artikolu 106

Qabel ma jiġi ngaġġat, membru tal-persunal kuntrattwali għandu jiġi eżaminat medikament minn uffiċjal mediku awtorizzat mill-Aġenzija sabiex l-Aġenzija tista' tkun konvinta li huwa jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 105(3)(d).

L-Artikolu 38 japplika b'analoġija.

Artikolu 107

1.   Membru tal-persunal kuntrattwali li l-kuntratt tiegħu huwa konkluż għal perijodu ta' mill-inqas sena għandu jservi perijodu ta' prova għall-ewwel sitt xhur tal-perijodu ta' impjieg tiegħu jekk hu qiegħed fil-grupp ta' funzjoni I u għall-ewwel disa' xhur jekk hu qiegħed fi kwalunkwe grupp ta' funzjoni ieħor.

Fejn waqt il-perijodu ta' prova tiegħu membru tal-persunal kuntrattwali ma setax iwettaq id-dmirijiet tiegħu għal xahar jew iżjed minħabba marda jew aċċident, l-AATK tista' testendi l-perijodu ta' prova tiegħu bit-tul ta' żmien korrispondenti.

It-tul totali tal-perijodu ta' prova fl-ebda ċirkostanza ma għandu jaqbeż 15-il xahar.

2.   Rapport dwar il-membru tal-persunal kuntrattwali jista' isir fi kwalunkwe mument qabel tmiem il-perijodu ta' prova jekk ikun ċar li x-xogħol tiegħu mhux adegwat.

Dan ir-rapport għandu jiġi kkomunikat lill-persuna konċernata, li għandha jkollha d-dritt li tippreżenta l-kummenti tagħha bil-miktub fi żmien tmint ijiem ta' xogħol. Ir-rapport u l-kummenti għandhom jintbagħtu immedjatament mis-superjur dirett tal-membru tal-persunal kuntrattwali lill-AATK. Abbażi ta' dak ir-rapport, l-AATK tista' tiddeċiedi li tkeċċi lill-membru tal-persunal kuntrattwali qabel it-tmiem tal-perijodu ta' prova billi tavżah minn xahar qabel, jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali, testendi l-perijodu ta' prova għal massimu ta' sitt xhur u possibbilment tassenja l-membru tal-persunal kuntrattwali lil dipartiment ieħor għall-bqija tal-perijodu ta' prova.

3.   Mhux inqas minn xahar qabel l-iskadenza tal-perijodu ta' prova, għandu jsir rapport dwar il-ħila tal-membru tal-persunal kuntrattwali li jwettaq id-dmirijiet relatati mal-pożizzjoni tiegħu kif ukoll dwar il-kondotta u l-effiċjenza tiegħu fis-servizz. Dak ir-rapport għandu jiġi kkomunikat lill-membru tal-persunal kuntrattwali, li jkollu d-dritt jagħti l-kummenti tiegħu bil-miktub fi żmien tmint ijiem tax-xogħol.

Jekk ir-rapport jirrakkomanda t-tkeċċija jew, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, l-estensjoni tal-perijodu ta' prova, ir-rapport u l-kummenti għandhom jintbagħtu immedjatament lis-superjur dirett tal-membru tal-persunal kuntrattwali lill-AATK.

Membru tal-persunal kuntrattwali li x-xogħol jew il-kondotta tiegħu ma jkunux instabu bħala adegwati biex jiġġustifikaw iż-żamma tiegħu fil-pożizzjoni għandu jitkeċċa.

Id-deċiżjoni finali għandha tittieħed abbażi tar-rapport imsemmi f'dan il-paragrafu kif ukoll abbażi ta' elementi disponibbli għall-AATK marbuta mal-kondotta tal-membru tal-persunal kuntrattwali fir-rigward tal-Kapitolu 2.

4.   Membru tal-persunal kuntrattwali mkeċċi għandu jkun intitolat għal kumpens daqs terz tas-salarju bażiku tiegħu għal kull xahar ta' prova mwettaq.

Artikolu 108

Il-kuntratti tal-persunal kuntrattwali jistgħu jiġu konklużi għal perijodu fiss ta' mill-inqas tliet xhur u mhux iżjed minn erba' snin. Dawn jistgħu jiġu mġedda mhux aktar minn darba għal perijodu fiss ta' mhux aktar minn ħames snin. Il-kuntratt inizjali u l-ewwel tiġdid għandu jkun ta' perijodu totali ta' mhux inqas minn sitt xhur għall-grupp ta' funzjoni I u ta' mhux inqas minn disa' xhur għall-gruppi funzjonali l-oħra.

Artikolu 109

1.   Il-persunal kuntrattwali għandu jiġi reklutat biss:

(a)

fil-gradi 13, 14, jew 16 għall-grupp ta' funzjoni IV,

(b)

fil-gradi 8, 9, jew 10 għall-grupp ta' funzjoni III,

(c)

fil-gradi 4 jew 5 għall-grupp ta' funzjoni II,

(d)

fil-grad 1 għall-grupp ta' funzjoni I.

Il-klassifikazzjoni ta' tali persunal kuntrattwali f'kull grupp ta' funzjoni għandha tqis il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persuni konċernati. Sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tal-Aġenzija, jistgħu jitqiesu wkoll il-kondizzjonijiet tas-suq tax-xogħol kurrenti fl-Unjoni Ewropea. Fil-grad tagħhom, tali persunal kuntrattwali għandu jiġu reklutat fl-ewwel skala.

2.   Fejn membru tal-persunal kuntrattwali jbiddel għal pożizzjoni ġdida fl-istess grupp ta' funzjoni, huwa ma għandux jiġi klassifikat fi grad jew skala aktar baxxa mill-pożizzjoni li kellu qabel.

Fejn membru ta' tali persunal kuntrattwali jbiddel għal grupp ta' funzjoni ogħla, huwa għandu jiġi kklassifikat fi grad u skala tali li r-rimunerazzjoni tiegħu hija mill-inqas daqs dik li kien intitolat għaliha taħt il-kuntratt preċedenti.

Artikolu 110

1.   L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 41 għandu japplika b'analoġija għal persunal kuntrattwali ingaġġat għal perijodu ta' mhux anqas minn sena.

2.   Membru tal-persunal kuntrattwali li kien fi skala fil-grad tiegħu għal sentejn għandu javvanza awtomatikament fl-iskala f'dak il-grad.

3.   Fil-każ ta' persunal kuntrattwali, klassifikazzjoni fil-grad ogħla li jmiss fl-istess grupp ta' funzjoni għandha ssir b'deċiżjoni tal-Aġenzija. Din għandha tiġi effettwata billi tali persunal kuntrattwali jiġi klassifikat fl-ewwel skala tal-grad ogħla li jmiss. Tali promozzjoni għandha ssir esklużivament b'għażla minn fost persunal kuntrattwali b'kuntratt ta' mill-inqas tlett snin li wettqu perijodu minimu ta' sentejn fil-grad tagħhom, wara konsiderazzjoni tal-meriti komparattivi ta' tali persunal kuntrattwali eliġibbli għal promozzjoni għal grad ogħla u tar-rapporti dwaru. Meta tikkunsidra l-meriti komparattivi, l-AATK għandha b'mod partikolari tqis ir-rapporti dwar il-membri tal-persunal kuntrattwali, l-użu tal-lingwi fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom barra mil-lingwa li għaliha pproduċew prova ta' għarfien profond skont l-Artikolu 105(3)(e) u, fejn xieraq, il-livell ta' responsabbiltajiet eżerċitati minnhom.

4.   Membru tal-persunal kuntrattwali jista' jbiddel għal grupp ta' funzjoni ogħla biss permezz ta' parteċipazzjoni f'proċedura ta' selezzjoni ġenerali.

KAPITOLU 4

Kondizzjonijiet tax-xogħol

Artikolu 111

L-Artikoli 42 sa 58 għandhom japplikaw b'analoġija.

Sahra maħduma minn persunal kuntrattwali fil-gruppi ta' funzjoni IV ma ġġorr l-ebda dritt għal kumpens jew remunerazzjoni.

Skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III, sahra maħduma minn persunal kuntrattwali fil-gruppi ta' funzjoni I, II u III għandha tintitolahom jew għal leave kumpensatorju jew għal remunerazzjoni meta l-ħtiġiet tas-servizz ma jippermettux leave kumpensatorju matul ix-xahrejn ta' wara dak li fih tkun inħadmet is-sahra.

KAPITOLU 5

Rimunerazzjoni u spejjeż

Artikolu 112

L-Artikoli 59 sa 67 għandhom japplikaw b'analoġija, soġġett għall-emendi stabbiliti fl-Artikoli 113 u 114.

Artikolu 113

L-iskala tas-salarji bażiċi għandha tkun determinata skont l-istess skala bħal dik stabbilita fl-Artikolu 93 tal-KIAO tal-UE.

Artikolu 114

Minkejja l-Artikolu 64(3), l-allowance għall-installazzjoni prevista fil-paragrafu 1 u l-allowance għal stabbiliment mill-ġdid previst fil-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu, ma għandhomx ikunu inqas minn:

EUR 845,37 għal membru tal-persunal kuntrattwali li għandu d-dritt għall-allowance tal-unità domestika; u

EUR 501,20 għal membru tal-persunal kuntrattwali li ma għandux d-dritt għall-allowance tal-unità domestika.

KAPITOLU 6

Taqsima A

Benefiċċji tas-sigurtà soċjali

Artikolu 115

L-Artikoli 68 sa 70 għandhom japplikaw b'analoġija. Madankollu, l-Artikolu 68(4) u (5) ma għandhomx japplikaw għal membru tal-persunal kuntrattwali li baqa' fis-servizz tal-Aġenzija sal-età ta' 63 sena, dment li ma kienx impjegat għal iżjed minn 3 snin bħala membru ta' tali persunal.

Artikolu 116

1.   Eks-membru tal-persunal kuntrattwali li jkun qiegħed meta s-servizz tiegħu mal-Aġenzija jkun ġie mitmum, u:

(a)

li mhux qed jirċievi allowance għall-invalidità mill-Aġenzija,

(b)

li s-servizz tiegħu mhux mitmum b'riżenja jew bi tħassir tal-kuntratt għal raġunijiet dixxiplinari,

(c)

li temm minimu ta' sitt xhur ta' servizz,

(d)

li hu residenti fi Stat Membru,

għandu jkun eliġibbli għall-allowance tal-qgħad fix-xahar taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti hawn taħt.

Fejn għandu d-dritt għall-benefiċċji tal-qgħad taħt skema nazzjonali, għandu jkun obbligat li jiddikjara dan lill-Aġenzija. F'tali każijiet, l-ammont ta' dawk il-benefiċċji għandu jiġi mnaqqas mill-allowance mħallsa taħt il-paragrafu 3.

2.   Biex ikun eliġibbli għall-allowance tal-qgħad, eks-membru tal-persunal kuntrattwali għandu:

(a)

ikun reġistrat, fuq talba tiegħu stess, mal-awtoritajiet tal-impjieg tal-Istat Membru fejn jistabbilixxi r-residenza tiegħu, bħala li qed ifittex impjieg;

(b)

jissodisfa l-obbligi stabbiliti mil-liġi ta' dak l-Istat Membru għal persuni li qed jirċievu benefiċċji tal-qgħad taħt dik il-liġi;

(c)

kull xahar jibgħat lill-Aġenzija ċertifikat maħruġ mill-awtorità tal-impjieg nazzjonali kompetenti li jiddikjara jekk ikunx issodisfa jew le l-obbligi u l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b).

L-allowance tista' tingħata jew tinżamm mill-Aġenzija, anki fejn l-obbligi nazzjonali msemmija fil-punt (b) ma jkunux ġew issodisfati, f'każijiet ta' mard, ta' aċċidenti, ta' maternità, ta' invalidità jew f'każ ta' sitwazzjoni rikonoxxuta li hi simili, jew fejn l-awtorità nazzjonali responsabbli biex twettaq dawk l-obbligi tkun tat dispensa f'dak ir-rigward.

Il-Bord ta' Tmexxija għandu jistabbilixxi tali dispożizzjonijiet kif hu jikkunsidra meħtieġa biex jiġi applikat dan l-Artikolu.

3.   L-allowance tal-qgħad għandha tkun stabbilita b'referenza għas-salarju bażiku miksub mill-eks-membru tal-persunal kuntrattwali fil-ħin tat-tmiem tas-servizz tiegħu. L-allowance għandha tkun stabbilita għal:

(a)

60 % tas-salarju bażiku għal perijodu inizjali ta' 12-il xahar,

(b)

45 % tas-salarju bażiku mit-13-il xahar sal-24 xahar,

(c)

30 % tas-salarju bażiku mill-25-il xahar sas-36 xahar.

Ħlief matul perijodu inizjali ta' sitt xhur, li fih l-iktar limitu baxx speċifikat hawn taħt huwa applikabbli imma l-limitu l-għoli mhuwiex, l-ammonti hekk kalkolati ma jistgħux ikunu la inqas minn EUR 1 010,92 u lanqas ma jistgħu jaqbżu l-EUR 2 021,83. Dawn il-limiti għandhom jiġu aġġustati, bl-istess mod bħall-iskali salarjali stabbiliti fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE, skont l-istess regoli bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 65 ta' dawk ir-Regolamenti.

4.   Il-perijodu li matulu l-allowance tal-qgħad trid tiġi mħallsa lil eks-membru tal-persunal kuntrattwali ma jistax ikun iktar minn 36 xahar mid-data tat-tmiem ta' servizz u ma għandu fl-ebda każ jaqbeż l-ekwivalenti ta' terz tat-tul attwali tas-servizz imwettaq. Madankollu, jekk, matul dak il-perijodu, l-eks-membru tal-persunal kuntrattwali ma jibqax jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, il-ħlas tal-allowance tal-qgħad għandu jiġi sospiż. Il-ħlas jerġa jibda' jekk, qabel it-tmiem ta' dak il-perijodu, l-eks-membru tal-persunal kuntrattwali jerġa jissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija u ma għandux dritt għall-benefiċċju nazzjonali tal-qgħad.

5.   Eks-membru tal-persunal kuntrattwali li huwa eliġibbli għall-allowance tal-qgħad għandu jkollu d-dritt għall-allowances tal-familja skont l-istess regoli bħal dawk previsti fl-Artikolu 67 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE. L-allowance tal-unità domestika għandha tiġi kalkolata abbażi tal-allowance tal-qgħad taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tal-Anness IV.

Il-persuna konċernata għandha tkun obbligata li tiddikjara kwalunkwe allowance tal-istess tip imħallsa lilha jew lill-konjuġi tagħha minn fonti oħra; tali allowances għandhom jitnaqqsu minn dawk imħallsa abbażi ta' dan l-Artikolu.

Eks-membru tal-persunal kuntrattwali li huwa eliġibbli għall-allowance tal-qgħad għandu jkollu d-dritt, kif previst fl-Artikolu 68, li għandu japplika b'analoġija, għall-kopertura ta' assigurazzjoni kontra l-mard mingħajr ma jkollu għalfejn jagħti kwalunkwe kontribuzzjoni.

6.   L-allowance tal-qgħad u l-allowances tal-familja għandhom jiġu mħallsa mill-Fond Speċjali tal-Qgħad f'euro. L-ebda koeffiċjent ta' korrezzjoni ma għandu jkun applikabbli.

7.   Membri tal-persunal kuntrattwali għandhom jikkontribwixxu terz tal-finanzjament tal-iskema ta' assigurazzjoni kontra l-qgħad. Dik il-kontribuzzjoni għandha tkun stabbilita għal 0,81 % tas-salarju bażiku tal-persuna konċernata wara li jiġi mnaqqas allowance standard ta' EUR 919,02 u mingħajr ma jittieħed kont ta' kwalunkwe koeffiċjenti ta' korrezzjoni bħal dawk previsti fl-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE. Il-kontribuzzjoni għandha tiġi mnaqqsa kull xahar mis-salarju tal-persuna konċernata u mitfugħa, flimkien maż-żewġ terzi li jkun baqa' li jaqgħu fuq l-Aġenzija, fil-Fond Speċjali tal-Qgħad stabbilit skont l-Artikolu 28a tal-KIAO tal-UE. Ir-rata ta' kontribuzzjoni għandha tkun riveduta u adattata mill-Aġenzija kif meħtieġ wara perijodu ta' sitt snin fid-dawl tar-riskju ta' qgħad tal-persunal kuntrattwali tal-Aġenzija.

8.   L-allowances tal-qgħad imħallsa lill-eks-membri tal-persunal kuntrattwali li huma qiegħda għandhom ikunu soġġetti għall-istess regoli bħal dawk previsti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68.

9.   Id-dipartimenti nazzjonali b'responsabbiltà għall-impjiegi u l-qgħad, filwaqt li jaġixxu skont il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, u l-Aġenzija għandhom jikkooperaw ma' xulxin b'mod effettiv sabiex jiżguraw li dan l-Artikolu huwa applikat sew.

10.   L-arranġamenti dettaljati adottati abbażi tal-Artikolu 71(10) għandhom ikunu applikabbli għal dan l-Artikolu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 117

L-Artikoli 72 u 73 għandhom japplikaw b'analoġija.

Artikolu 118

Jistgħu jsiru rigali, self jew avvanzi lill-persunal kuntrattwali matul il-validità tal-kuntratt tiegħu jew wara li jiskadi l-kuntratt meta, bħala riżultat ta' marda serja fit-tul jew ta' diżabilità li kellhom bidu matul l-impjieg tiegħu, jew fil-każ ta' aċċident li seħħ matul l-impjieg tiegħu, il-membru tal-persunal kuntrattwali mhux kapaċi jaħdem u jagħti prova li tali marda jew aċċident ma tkunx kopert(a) bi skema oħra ta' sigurtà soċjali.

Taqsima B

Assigurazzjoni kontra r-riskju ta' invalidità u mewt

Artikolu 119

Il-persunal kuntrattwali għandu jiġi assigurat skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin kontra r-riskju ta' mewt jew ta' invalidità li jseħħu matul l-impjieg tiegħu.

Il-ħlasijiet u l-benefiċċji previsti f'din it-Taqsima għandhom jiġu sospiżi jekk ir-remunerazzjoni li membru ta' tali persunal jirċievi fir-rigward tal-impjieg tiegħu hija sospiża taħt dawn ir-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 120

Fejn l-eżami mediku magħmul qabel ma membru tal-persunal kuntrattwali jiġi ngaġġat juri li jbagħti minn mard jew invalidità, l-AATK tista', sa fejn għandhom x'jaqsmu riskji li jirriżultaw minn tali mard jew invalidità, tiddeċiedi li tagħtih benefiċċji garantiti fir-rigward ta' invalidità jew mewt biss wara perijodu ta' ħames snin mid-data ta' meta jidħol fis-servizz tal-Aġenzija.

Il-membru tal-persunal kuntrattwali jista' jappella kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Kumitat tal-Invalidità previst fl-Artikolu 76.

Artikolu 121

1.   Membru tal-persunal kuntrattwali li qed ibagħti minn invalidità totali u li, minħabba dik ir-raġuni, huwa obbligat jissospendi l-impjieg mal-Aġenzija għandu jkollu d-dritt, għal kemm iddum l-invalidità, għal allowance għall-invalidità, li l-ammont tiegħu għandu jiġi determinat kif ġej.

Jekk membru tal-persunal kuntrattwali li jkun qed jirċievi allowance għall-invalidità jilħaq l-età tal-pensjoni, ir-regoli ġenerali dwar għotja ta' tmiem ta' impjieg għandhom jiġu applikati. L-ammont tal-għotja ta' tmiem ta' impjieg għandha tiġi bbażata fuq is-salarju għall-grad u l-iskala okkupati mill-membru tal-persunal kuntrattwali meta sar invalidu.

2.   L-allowance għall-invalidità għandha tkun 70 % tas-salarju bażiku finali tal-membru tal-persunal kuntrattwali. Madankollu, ma għandiex tkun inqas mis-salarju bażiku fix-xahar għal membru tal-persunal kuntrattwali fil-grupp funzjonali I, grad 1, skala 1. L-allowance għall-invalidità għandha tkun soġġetta għal kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-pensjoni, kalkolata abbażi ta' dik l-allowance.

3.   Fejn l-invalidità tal-membru tal-persunal kuntrattwali tirriżulta minn aċċident li jseħħ fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu jew b'konnessjoni ma' dan, jew tirriżulta minn marda marbuta max-xogħol, minn att ta' spirtu pubbliku jew milli wieħed ipoġġi ħajtu f'riskju biex isalva bniedem ieħor, l-allowance għall-invalidità għandha tkun ta' mhux inqas minn 120 % tas-salarju bażiku ta' kull xahar għal membru tal-persunal kuntrattwali fil-grupp funzjonali I, grad 1, skala 1. F'tali każijiet il-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni għandhom jitħallsu mill-baġit tal-eks-impjegatur.

4.   Fil-każ ta' invalidità miġjuba deliberatament mill-membru tal-persunal kuntrattwali, l-AATK tista' tiddeċiedi li hu għandu jirċievi biss l-għotja prevista fl-Artikolu 129.

5.   Persuni li għandhom id-dritt għall-allowance għall-invalidità għandhom ikollhom id-dritt ukoll għall-allowances tal-familja determinati skont l-Artikolu 60(3); skont l-Anness IV, l-allowance tal-unità domestika għandha tiġi determinata abbażi tal-allowance ta' dak li jkun qed jirċieviha.

Artikolu 122

1.   L-invalidità għandha tiġi stabbilita mill-Kumitat tal-Invalidità previst fl-Artikolu 76.

2.   Id-dritt għal allowance għall-invalidità għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak li fih l-impjieg tal-membru tal-persunal kuntrattwali huwa mitmum skont l-Artikoli 96 u 97, li huma applikabbli b'analoġija.

3.   L-Aġenzija jista' tkun teħtieġ eżamijiet perjodiċi ta' dak li jkun qed jirċievi allowance għall-invalidità biex tistabbilixxi li hu għadu jissodisfa l-kondizzjonijiet għall-ħlas ta' dik l-allowance. Jekk il-Kumitat tal-Invalidità jsib li dawn il-kondizzjonijiet ma għadhomx qed jiġu ssodisfati, il-membru tal-persunal kuntrattwali għandu jerġa jibda s-servizz mal-Aġenzija, sakemm il-kuntratt tiegħu ma jkunx skada.

Madankollu, jekk jirriżulta li hu impossibbli li l-persuna konċernata tiġi impjegata fis-servizz tal-Aġenzija, il-kuntratt jista' jiġi mitmum soġġett għall-ħlas ta' ammont li jikkorrispondi għar-remunerazzjoni li kieku kienet tiġi mħallsa matul il-perijodu ta' avviż u, fejn applikabbli, għall-kumpens għat-tmiem tal-kuntratt previst fl-Artikolu 96. L-Artikolu 129 għandu japplika wkoll.

Artikolu 123

1.   Il-persuni li għandhom dritt minħabba membru mejjet tal-persunal kuntrattwali, kif determinat skont l-istess regoli bħal dawk stabbiliti fil-Kapitolu 3 tal-Anness V għandhom ikollhom id-dritt għall-pensjoni tas-superstiti kif previst fl-Artikoli 124 sa 127.

2.   Fejn eks-membru tal-persunal kuntrattwali li jkun qed jirċievi allowance għall-invalidità jmut, il-persuni li għandhom dritt minħabba l-eks-membru mejjet tal-persunal kuntrattwali, kif definit fil-Kapitolu 3 tal-Anness V, għandhom ikollhom id-dritt għall-pensjoni tas-superstiti kif previst f'dak l-Anness.

3.   Jekk għal iktar minn sena ma jkunx magħruf il-post fejn ikun jinsab membru tal-persunal kuntrattwali, jew eks-membru tal-persunal kuntrattwali li jkun qed jirċievi allowance għall-invalidità, il-pensjonijiet proviżorji lill-konjuġi tiegħu jew lill-persuni oħra rikonoxxuti bħala d-dipendenti tiegħu għandhom jiġu determinati skont l-istess regoli bħal dawk stabbiliti fil-Kapitoli 5 u 6 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE.

Artikolu 124

Id-dritt li jiġi rċevut ħlas ta' pensjoni għandu jkollu effett mill-ewwel jum tax-xahar wara dak li fih isseħħ il-mewt jew, fejn applikabbli, fl-ewwel jum tax-xahar wara l-perijodu li matulu l-armla/armel, l-orfni jew id-dipendenti tal-mejjet, jirċievu l-qliegħ tiegħu taħt l-Artikolu 60(8).

Artikolu 125

L-armla/armel ta' membru tal-persunal kuntrattwali għandu/ha jkollu/ha d-dritt għall-pensjoni tas-superstiti skont il-Kapitolu 3 tal-Anness V. Il-pensjoni għandha tkun mhux inqas minn 35 % tas-salarju bażiku finali fix-xahar li kien jaqla' l-membru tal-persunal temporanju, u lanqas inqas mis-salarju bażiku ta' membru tal-persunal kuntrattwali funzjoni grupp 1, grad 1, skala 1.

Persuna li tkun qed tieħu l-pensjoni tas-superstiti għandu jkollha d-dritt, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV għall-allowances tal-familja speċifikati fl-Artikolu 60(3). Madankollu, l-allowance ta' tfal dipendenti għandha tkun daqs id-doppju tal-ammont tal-allowance previst fl-Artikolu 60(3)(b).

Artikolu 126

1.   Fejn membru tal-persunal kuntrattwali jew eks-membru tal-persunal kuntrattwali li jirċievi l-allowance għall-invalidità jmut mingħajr ma jħalli konjuġi bid-dritt għall-pensjoni tas-superstiti, it-tfal meqjusa dipendenti fuq il-mejjet għandu jkollhom id-dritt għall-pensjoni tal-orfni skont l-Artikolu 82, li għandu japplika b'analoġija.

2.   L-istess dritt għandu japplika għal tfal li jissodisfaw il-kondizzjonijiet preċedenti fil-każ ta' mewt jew żwieġ mill-ġdid ta' armla/armel li jkollu/ha dritt j/tirċievi l-pensjoni tas-superstiti.

3.   Fejn membru tal-persunal kuntrattwali jew eks-membru tal-persunal kuntrattwali li jirċievi l-allowance għall-invalidità jmut iżda l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu mhumiex issodisfati, id-dispożizzjonijiet tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 82 għandhom japplikaw b'analoġija.

4.   Il-pensjoni tal-orfni ta' persuna ttrattata bħala wild dipendenti kif definit fl-Artikolu 2(4) tal-Anness IV, ma tistax taqbeż id-doppju tal-allowance tat-tfal dipendenti. Madankollu, id-dritt għall-pensjoni għandu jieqaf jekk parti terza hija responsabbli għall-manteniment taħt il-liġijiet nazzjonali applikabbli.

5.   Ma għandha titħallas ebda pensjoni tal-orfni fejn ġenitur naturali li ġie sostitwit minn ġenitur adottiv imut.

6.   L-orfni għandhom ikollhom id-dritt għall-allowance għall-edukazzjoni skont l-Artikolu 3 tal-Anness IV.

Artikolu 127

Fil-każ ta' divorzju jew fejn hemm iktar minn kategorija waħda ta' persuni li jibqgħu ħajjin li jikkwalifikaw biex jieħdu pensjoni tas-superstiti, tali pensjoni għandha tiġi mqassma fil-mod previst fil-Kapitolu 3 tal-Anness V.

Artikolu 128

L-Artikoli 84 u 85 għandhom japplikaw b'analoġija.

Taqsima C

Għotja ta' tmiem ta' impjieg

Artikolu 129

Meta jkun ser jitlaq is-servizz, membru tal-persunal kuntrattwali għandu jkollu d-dritt għall-ħlas tal-għotja ta' tmiem ta' impjieg jew għat-trasferiment tal-attwarji ekwivalenti tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni tal-irtirar skont l-Artikolu 1 tal-Anness V.

Artikolu 130

1.   Fejn membru tal-persunal kuntrattwali jkun eżerċita l-għażla prevista fl-Artikolu 132, l-għotja ta' tmiem ta' impjieg tal-membru tal-persunal kuntrattwali għandha tiġi mnaqqsa b'mod proporzjonat fir-rigward tal-perijodu li fihom inġibdu s-somom.

2.   Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandux japplika għal membru tal-persunal kuntrattwali li, fit-tlett xhur wara l-applikazzjoni ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal għalih, jitlob li jitħalla jħallas lura tali somom flimkien ma' imgħax kompost bir-rata ta' 3,5 % fis-sena, li tista' tiġi riveduta skont l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88.

Taqsima D

Finanzjament tal-iskema ta' assigurazzjoni għall-invalidità u fuq il-ħajja u tal-iskema tal-pensjoni

Artikolu 131

L-Artikoli 89 u 90 għandhom japplikaw b'analoġija.

Artikolu 132

Skont il-kondizzjonijiet li jridu jiġu stabbiliti mill-Aġenzija, membru tal-persunal kuntrattwali jista' jitlob lill-Aġenzija biex twettaq kwalunkwe ħlasijiet li hu mitlub jagħmel sabiex jikkostitwixxi jew iżomm id-drittijiet għall-pensjoni, assigurazzjoni kontra l-qgħad, assigurazzjoni kontra l-invalidità, assigurazzjoni fuq il-ħajja u assigurazzjoni kontra l-mard fil-pajjiż fejn l-aħħar kien kopert minn tali skemi. L-Aġenzija tista' tiddeċiedi wkoll li tagħmel kwalunkwe ħlasijiet li membru tal-persunal kuntrattwali huwa mitlub li jagħmel sabiex jikkostitwixxi jew iżomm id-drittijiet tiegħu għall-pensjoni fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu, anki fin-nuqqas ta' talba minn tali membru tal-persunal kuntrattwali. F'tali każ, l-Aġenzija għandha debitament tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha. Waqt il-perijodu ta' dawn il-kontribuzzjonijiet, l-membru tal-persunal kuntrattwali ma għandux jibbenefika mill-iskema ta' assigurazzjoni kontra l-mard tal-Aġenzija. Barra minn hekk, għall-perijodu li jikkorrispondi għal dawn il-kontribuzzjonijiet, il-membru tal-persunal kuntrattwali ma għandux ikun kopert mill-iskemi ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja u assigurazzjoni kontra l-invalidità tal-Aġenzija u ma għandux jikseb drittijiet taħt l-iskemi ta' assigurazzjoni kontra l-qgħad u l-iskemi tal-pensjoni tal-Aġenzija.

Il-perijodu attwali ta' tali ħlasijiet għal kwalunkwe membru tal-persunal kuntrattwali ma għandux jaqbeż is-sitt xhur.

Madankollu, l-Aġenzija tista' tiddeċiedi li testendi dan il-perijodu sa sena. Il-ħlasijiet għandhom jitħallsu mill-baġit tal-Aġenzija. Ħlasijiet biex jiġu kostitwiti jew biex jinżammu d-drittijiet għal pensjoni ma għandhomx jaqbżu d-doppju tar-rata prevista fl-Artikolu 90.

Taqsima E

Ħlas ta' pretensjonijiet minn persunal kuntrattwali

Artikolu 133

L-iskema tal-invalidità jew l-iskema tal-pensjoni tas-superstiti huma stabbiliti fl-Artikoli 19 sa 23 tal-Anness V.

Taqsima F

Ħlas ta' benefiċċji

Artikolu 134

1.   L-Artikoli 84 u 85 għandhom japplikaw b'analoġija, kif ukoll l-Artikolu 29 tal-Anness V.

2.   Kwalunkwe somom dovuti minn membru tal-persunal kuntrattwali lill-Aġenzija taħt din l-iskema ta' assigurazzjoni fid-data meta l-benefiċċji għandhom jiġu mħallsa, għandhom jiġu mnaqqsa mill-ammont tal-benefiċċju tiegħu jew mill-benefiċċji li għandhom jiġu mħallsa lil dawk li għandhom d-dritt għalihom taħtu. It-tnaqqis jista' jiġi mifrux fuq numru ta' xhur.

Taqsima G

Surroga favur l-aġenzija

Artikolu 135

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 94 għandhom japplikaw b'analoġija favur l-Aġenzija.

KAPITOLU 7

Rkupru ta' ħlas eċċessiv

Artikolu 136

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 95 għandhom japplikaw b'analoġija.

KAPITOLU 8

Tmiem ta' impjieg

Artikolu 137

L-Artikoli 96 sa 100 għandhom japplikaw b'analoġija għall-persunal kuntrattwali.

Fil-każ ta' proċedimenti dixxiplinari kontra membru tal-persunal kuntrattwali, il-Bord tad-Dixxiplina msemmi fl-Artikolu 143 għandu jiltaqa' flimkien ma' żewġ membri addizzjonali mill-istess grupp funzjonali u grad bħall-membru tal-persunal kuntrattwali konċernat. Dawn iż-żewġ membri addizzjonali għandhom jiġu maħtura skont proċedura ad hoc miftehma mill-AATK u mill-Kumitat tal-Persunal.

TITOLU IV

RAPPREŻENTAZZJONI TAL-PERSUNAL

Artikolu 138

1.   Kumitat tal-Persunal għandu jiġi ffurmat skont modalitajiet li għandhom jiġu determinati mill-Bord ta' Tmexxija.

2.   Il-Kumitat tal-Persunal għandu jirrappreżenta l-interessi tal-persunal vis-à-vis l-Aġenzija u jżomm kuntatt kontinwu bejn l-Aġenzija u l-persunal. Għandu jikkontribwixxi għall-proċediment bla tfixkil tas-servizz billi jipprovdi kanal għall-espressjoni tal-opinjoni tal-persunal.

Għandu jġib għall-attenzjoni tal-korpi kompetenti tal-Aġenzija kwalunkwe diffikultà li għandha implikazzjonijiet ġenerali li għandhom x'jaqsmu mal-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' dawn ir-regolamenti tal-Persunal. Jista' jiġi kkonsultat dwar kwalunkwe diffikultà ta' dan it-tip.

Il-Kumitat tal-Persunal għandu jġib għall-attenzjoni tal-korpi kompetenti tal-Aġenzija suġġerimenti li għandhom x'jaqsmu mal-organizzazzjoni u l-operazzjoni tas-servizz u proposti għat-titjib tal-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal jew il-kondizzjonijiet tal-ħajja inġenerali.

Il-Kumitat tal-Persunal għandu jipparteċipa fl-amministrazzjoni u s-superviżjoni tal-korpi għall-għajnuna soċjali stabbiliti mill-Aġenzija fl-interessi tal-persunal tagħha. Jista', bil-kunsens tal-Aġenzija, jistabbilixxi tali servizzi ta' għajnuna soċjali.

TITOLU V

PROĊEDURA DIXXIPLINARI

Taqsima A

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 139

1.   Azzjoni tista' tittieħed kontra membru tal-persunal jew eks-membru tal-persunal li jonqos b'mod intenzjonali jew b'traskuraġni milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont dawn ir-Regolamenti tal-Persunal.

2.   Fejn l-AATK issir konxja ta' prova ta' nuqqas fit-tifsira tal-paragrafu 1, l-AATK tista' tibda investigazzjonijiet amministrattivi biex tivverifika jekk seħħx tali nuqqas.

Artikolu 140

1.   Kull darba li investigazzjoni interna tikxef il-possibbiltà tal-involviment personali ta' membru tal-persunal, jew eks-membru tal-persunal, dik il-persuna għandha tiġi infurmata minnufih, sakemm dan mhux ta' ħsara għall-investigazzjoni. F'kwalunkwe każ, ladarba l-investigazzjoni tkun mitmuma, ma jistgħux isiru konklużjonijiet li jirreferu għal membru tal-persunal b'ismu mingħajr ma tingħata l-opportunità lill-membru tal-persunal konċernat li jikkummenta dwar il-fatti li jikkonċernawh. Il-konklużjonijiet għandhom jirreferu għal dawn il-kummenti.

2.   F'każijiet li jirrikjedu segretezza assoluta għall-finijiet tal-investigazzjoni u jeħtieġu l-użu ta' proċeduri investigattivi li jaqgħu taħt il-mandat tal-awtorità ġudizzjarja nazzjonali, konformità mal-obbligu li jiġi mistieden il-membru tal-persunal biex jikkummenta jista' jiġi differit, bi ftehim mal-AATK. F'tali każijiet, ebda proċediment dixxiplinari ma jista' jinfetaħ qabel ma l-membru tal-persunal jkun ġie mogħti opportunità biex jikkummenta.

3.   Jekk, wara investigazzjoni interna, ebda każ ma jkun jista' isir kontra membru tal-persunal li dwaru ġew magħmula allegazzjonijiet, l-investigazzjoni inkwistjoni għandha tiġi magħluqa, mingħajr ma tittieħed ebda azzjoni ulterjuri, b'deċiżjoni tal-AATK, li għandha tinforma bil-miktub lill-membru tal-persunal. Il-membru tal-persunal jista' jitlob li din id-deċiżjoni tiddaħħal fil-fajl personali tiegħu.

4.   L-AATK għandha tinforma lill-persuna konċernata meta tintemm l-investigazzjoni, u għandha tikkomunika lilha l-konklużjonijiet tar-rapport tal-investigazzjoni u, fuq talba u soġġett għall-protezzjoni tal-interessi leġittimi ta' partijiet terzi, id-dokumenti kollha relatati direttament mal-allegazzjonijiet magħmula kontriha.

Artikolu 141

L-AATK, abbażi tar-rapport tal-investigazzjoni, wara li tkun għarrfet lill-membru tal-persunal konċernat dwar il-provi kollha fil-fajls u wara li tkun semgħet lill-membru tal-persunal konċernat, tista':

(a)

tiddeċiedi li ma jista' jsir ebda każ kontra l-membru tal-persunal, f'tali każ huwa għandu jiġi infurmat kif xieraq bil-miktub; jew

(b)

tiddeċiedi, anki jekk hemm jew jidher li kien hemm nuqqas li jikkonforma mal-obbligi, li ma għandha tittieħed ebda miżura dixxiplinari u, jekk xieraq, tindirizza twissija lill-membru tal-persunal, jew

(c)

f'każ ta' nuqqas milli jikkonforma mal-obbligi fit-tifsira tal-Artikolu 139:

(i)

tiddeċiedi li tagħti bidu għall-proċedimenti dixxiplinari previsti fit-Taqsima D ta' dan it-Titolu, jew

(ii)

tiddeċiedi li tagħti bidu għal proċedimenti dixxiplinari quddiem il-Bord tad-Dixxiplina.

Artikolu 142

Membru tal-persunal li, għal raġunijiet oġġettivi, ma jistax jinstema taħt id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu jista' jintalab biex jikkummenta bil-miktub jew jiġi rappreżentat minn persuna magħżula minnu.

Taqsima B

Bord tad-dixxiplina

Artikolu 143

1.   Bord tad-Dixxiplina għandu jiġi stabbilit fl-Aġenzija. Il-Bord tad-Dixxiplina għandu jinkludi mill-inqas membru wieħed, li jista' jkun il-president, magħżul mill-persunal tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

2.   Il-Bord tad-Dixxiplina għandu jkun magħmul minn president u erba' membri sħaħ, li jistgħu jiġu sostitwiti minn supplenti, li minnhom mill-inqas membru wieħed għandu jkollu l-istess grupp funzjonali bħall-membru tal-persunal soġġett għal proċedimenti dixxiplinari.

Artikolu 144

1.   L-AATK u l-Kumitat tal-Persunal imsemmi fl-Artikolu 138 għandhom kull wieħed jaħtru fl-istess ħin żewġ membri u żewġ supplenti.

2.   Il-president u s-supplent għall-president għandhom jiġu maħtura mill-AATK.

3.   Il-president, il-membri u s-supplenti għandhom jiġu maħtura għal perijodu ta' tlett snin.

Madankollu, l-Aġenzija tista' tipprovdi għal perijodu iqsar għal membri u supplenti, soġġett għal minimu ta' sena.

4.   Il-membru tal-persunal konċernat għandu jkollu d-dritt jirrifjuta wieħed mill-membri tal-Bord tad-Dixxiplina fi żmien ħamest ijiem mill-istabbiliment tal-Bord tad-Dixxiplina. L-Aġenzija wkoll għandha jkollha d-dritt tirrifjuta wieħed mill-membri tal-Bord tad-Dixxiplina.

Fl-istess limitu ta' żmien, il-membri tal-Bord tad-Dixxiplina jistgħu jitolbu biex jiġu skużati mis-servizz għal raġunijiet leġittimi u għandhom jirtiraw jekk ikun jeżisti kunflitt ta' interessi.

Artikolu 145

Il-Bord tad-Dixxiplina għandu jkun assistit minn segretarju maħtur mill-AATK.

Artikolu 146

1.   Il-president u l-membri tal-Bord tad-Dixxiplina għandhom ikunu kompletament indipendenti fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.

2.   Id-deliberazzjonijiet u l-proċedimenti tal-Bord tad-Dixxiplina għandhom ikunu sigrieti.

Taqsima C

Miżuri dixxiplinari

Artikolu 147

1.   L-AATK tista' timponi waħda mill-pieni li ġejjin:

(a)

twissija bil-miktub;

(b)

twiddiba;

(c)

differiment ta' promozzjoni għal grad ogħla għal perijodu ta' bejn xahar u 23 xahar;

(d)

relegazzjoni fl-iskala;

(e)

degradazzjoni temporanja għal perijodu ta' bejn 15-il jum u sena;

(f)

degradazzjoni fl-istess grupp funzjonali;

(g)

klassifikazzjoni fi grupp funzjonali iżjed baxx, b'degradazzjoni jew mingħajrha;

(h)

tneħħija mill-pożizzjoni u, fejn xieraq, tnaqqis, għal perijodu fiss, ta' ammont minn sussidju ta' invalidità; l-effetti ta' din il-miżura ma għandhomx ikunu estiżi għad-dipendenti tal-membru tal-persunal. F'każ ta' tali tnaqqis, madankollu, id-dħul tal-eks-membru tal-persunal ma jistax ikun inqas mill-figura minima ta' sussistenza li tikkorrispondi mas-salarju bażiku ta' membru tal-persunal temporanju fl-ewwel skala tal-grad 1, biż-żieda ta' kwalunkwe allowance tal-unità domestika li trid tiġi mħallsa.

2.   Fejn il-membru tal-persunal qed jirċievi allowance għall-invalidità, l-AATK tista' tiddeċiedi li żżomm ammont mill-allowance għall-invalidità għal perijodu stabbilit; l-effetti ta' din il-miżura ma għandhomx ikunu estiżi għad-dipendenti tal-membru tal-persunal. Madankollu, id-dħul tal-membru tal-persunal ma jistax ikun inqas mill-figura minima ta' sussistenza li tikkorrispondi għas-salarju bażiku ta' membru tal-persunal temporanju fl-ewwel skala tal-grad 1, biż-żieda ta' kw

3.   Każ wieħed ta' kondotta ħażina ma għandux jikkawża iżjed minn piena dixxiplinari waħda.

Artikolu 148

Is-severità tal-pieni dixxiplinari imposti għandha tkun proporzjonata mas-serjetà tal-kondotta ħażina. Sabiex tiġi determinata s-serjetà tal-kondotta ħażina u sabiex tiġi deċiża l-piena dixxiplinari li għandha tiġi mposta, b'mod partikolari għandu/ha j/titqies:

(a)

in-natura tal-kondotta ħażina u ċ-ċirkostanzi li din seħħet fihom,

(b)

safejn il-kondotta ħażina tagħmel ħsara lill-integrità, lir-reputazzjoni jew lill-interessi tal-Aġenzija,

(c)

safejn il-kondotta ħażina tinvolvi azzjonijiet intenzjonati jew ta' traskuraġni,

(d)

ir-raġunijiet għall-kondotta ħażina tal-membru tal-persunal,

(e)

il-grad u l-anzjanità tal-membru tal-persunal,

(f)

il-grad ta' responsabbiltà personali tal-membru tal-persunal,

(g)

il-livell tad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-membru tal-persunal,

(h)

jekk il-kondotta ħażina tinvolvix azzjonijiet ripetuti jew imġiba ripetuta,

(i)

il-kondotta tal-membru tal-persunal matul il-karriera tiegħu.

Taqsima D

Proċedimenti dixxiplinari li ma jinvolvux il-bord tad-dixxiplina

Artikolu 149

L-AATK tista' tiddeċiedi dwar il-piena ta' twissija bil-miktub jew twiddiba mingħajr ma tikkonsulta l-Bord tad-Dixxiplina. Il-membru tal-persunal konċernat għandu jinstema qabel ma tali azzjoni tittieħed mill-AATK.

Taqsima E

Proċedimenti dixxiplinari quddiem il-bord tad-dixxiplina

Artikolu 150

1.   L-AATK għandha tippreżenta rapport lill-Bord tad-Dixxiplina, fejn tiddikjara b'mod ċar il-fatti lmentati u, fejn xieraq, iċ-ċirkostanzi fejn seħħew, inklużi kwalunkwe fatti aggravanti jew estenwanti.

2.   Ir-rapport għandu jiġi kkomunikat lill-membru tal-persunal u lill-president tal-Bord tad-Dixxiplina, li għandu jġibu għall-attenzjoni tal-membri tal-Bord tad-Dixxiplina.

Artikolu 151

1.   Meta jirċievi r-rapport, il-membru tal-persunal konċernat għandu jkollu d-dritt jottjeni l-fajl personali komplet tiegħu u li jieħu kopji tad-dokumenti kollha rilevanti għall-proċedimenti, inklużi provi eżoneranti.

2.   Il-membru tal-persunal konċernat għandu jkollu mhux inqas minn 15-il jum mid-data li fiha ikun wasal ir-rapport li jagħti bidu għall-proċedimenti dixxiplinari biex jipprepara difiża.

3.   Il-membru tal-persunal konċernat jista' jiġi megħjun minn persuna magħżula minnu.

Artikolu 152

1.   Jekk, fil-preżenza tal-President tal-Bord tad-Dixxiplina, il-membru tal-persunal konċernat jammetti l-kondotta ħażina min-naħa tiegħu u jaċċetta bla riżerva r-rapport imsemmi fl-Artikolu 149, l-AATK tista', skont il-prinċipju ta' proporzjonalità bejn in-natura tal-kondotta ħażina u l-piena li tkun qed tiġi kkunsidrata, tirtira l-każ mill-Bord tad-Dixxiplina. Fejn każ jiġi rtirat mill-Bord tad-Dixxiplina, l-President għandu jagħti opinjoni dwar il-piena kkunsidrata.

2.   Taħt din il-proċedura l-AATK tista', b'deroga mill-Artikolu 149, timponi waħda mill-pieni previsti fl-Artikolu 147(1) (a) sa (d).

3.   Il-membru tal-persunal konċernat għandu jiġi infurmat, qabel ma tiġi rikonoxxuta l-kondotta ħażina tiegħu, bil-konsegwenzi possibbli ta' tali rikonoxximent.

Artikolu 153

Qabel l-ewwel laqgħa tal-Bord tad-Dixxiplina, il-president għandu jagħti lill-wieħed mill-membri tiegħu l-kompitu li jipprepara rapport ġenerali dwar il-kwistjoni u għandu jinforma lill-membri l-oħra tal-Bord tad-Dixxiplina kif xieraq.

Artikolu 154

1.   Il-membru tal-persunal konċernat għandu jinstema mill-Bord tad-Dixxiplina; waqt is-smigħ, huwa jista' jippreżenta osservazzjonijiet bil-miktub jew oralment, kemm personalment jew permezz ta' rappreżentant. Huwa jista' isejjaħ xhieda.

2.   L-Aġenzija għandha tiġi rappreżentata quddiem il-Bord tad-Dixxiplina minn membru tal-persunal fuq mandat mill-AATK għal dan il-għan u li għandu drittijiet ekwivalenti għal dawk tal-membru tal-persunal konċernat.

Artikolu 155

1.   Jekk il-Bord tad-Dixxiplina jikkunsidra li ma għandux biżżejjed informazzjoni ċara dwar il-fatti ilmentati jew iċ-ċirkostanzi li fihom seħħew, għandha tordna investigazzjoni li fiha kull parti tista' tippreżenta l-każ tagħha u tirrispondi għall-każ tal-parti l-oħra.

2.   Il-President jew membru tal-Bord tad-Dixxiplina għandu jmexxi l-investigazzjoni f'isem il-Bord tad-Dixxiplina. Għall-finijiet tal-investigazzjoni, il-Bord tad-Dixxiplina jista' jitlob għal kwalunkwe dokument relatat mal-kwistjoni quddiemu. L-Aġenzija għandha tikkonforma ma' kwalunkwe tali talba fiż-żmien limitu, jekk applikabbli, stabbilit mill-Bord tad-Dixxiplina. Fejn tali talba hija indirizzata lill-membru tal-persunal, għandha tittieħed nota ta' kwalunkwe rifjut li jikkonforma.

Artikolu 156

Wara li jikkunsidra d-dokumenti preżentati u kwalunkwe dikjarazzjoni magħmula kemm oralment jew bil-miktub kif ukoll ir-riżultati ta' kwalunkwe investigazzjoni magħmula, il-Bord tad-Dixxiplina għandu, b'vot ta' maġġoranza, jagħti opinjoni raġunata dwar jekk il-fatti lmentati humiex stabbiliti u dwar kwalunkwe piena li tirriżulta minn dawk il-fatti. Din l-opinjoni għandha tiġi ffirmata mill-membri kollha tal-Bord tad-Dixxiplina. Kull membru jista' jehmeż fehma diverġenti mal-opinjoni. Il-Bord tad-Dixxiplina għandu jittrasmetti l-opinjoni lill-AATK u lill-membru tal-persunal konċernat fi żmien xahrejn mid-data li fiha jkun wasal ir-rapport tal-AATK, sakemm dan il-limitu ta' żmien huwa proporzjonat mal-grad ta' kumplessità tal-każ. Fejn tkun saret investigazzjoni fuq inizzjattiva tal-Bord tad-Dixxiplina, il-limitu ta' żmien għandu jkun ta' erba' xhur, sakemm dan il-limitu ta' żmien huwa proporzjonat mal-grad ta' kumplessità tal-każ.

Artikolu 157

1.   Il-president tal-Bord tad-Dixxiplina ma għandux jivvota fuq kwistjonijiet quddiem il-Bord, ħlief rigward kwistjonijiet ta' proċedura jew f'każ li l-voti jkunu ndaqs.

2.   Il-president għandu jassigura li d-Deċiżjonijiet tal-Bord tad-Dixxiplina jkunu implimentati u għandu jressaq kull informazzjoni u dokumenti relatati mal-każ għall-attenzjoni ta' kull wieħed mill-membri tiegħu.

Artikolu 158

Is-segretarja għandha tfassal il-minuti tal-laqgħat tal-Bord tad-Dixxiplina. Xhieda għandhom

Artikolu 159

1.   Spejjeż magħmula fuq l-inizjattiva ta' membru tal-persunal konċernat waqt proċedimenti dixxiplinari, u b'mod partikolari kumpensi mħallsa lil persuna magħżula biex tgħin lill-membru tal-persunal jew għad-difiża tiegħu, għandhom jitħallsu mill-membru tal-persunal fejn il-proċedimenti dixxiplinari jirriżultaw fl-impożizzjoni ta' waħda mill-pieni previsti fl-Artikolu 147.

2.   Madankollu, l-AATK tista' tiddeċiedi b'mod ieħor f'każijiet eċċezzjonali fejn il-piż fuq il-membru tal-persunal temporanju kkonċernat ma jkunx ġust.

Artikolu 160

1.   Wara s-smigħ tal-membru tal-persunal, l-AATK għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha, kif previst fl-Artikoli 147 u 148 ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, fi żmien xahrejn minn meta tirċievi l-opinjoni tal-Bord tad-Dixxiplina. Għandhom jingħataw raġunijiet għad-deċiżjoni.

2.   Jekk l-AATK tiddeċiedi li tagħlaq il-każ mingħajr ma timponi kwalunkwe piena dixxiplinari, għandha tinforma lill-membru tal-persunal konċernat b'dan bil-miktub u mingħajr dewmien. Il-membru tal-persunal konċernat jista' jitlob li din id-deċiżjoni tiddaħħal fil-fajl personali tiegħu.

Taqsima F

Sospensjoni

Artikolu 161

1.   Jekk l-AATK takkuża lill-membru tal-persunal b'kondotta ħażina serja, kemm minħabba nuqqas li jonora l-obbligi professjonali tiegħu jew minħabba ksur tal-liġi, tista' tissospendi minnufih lill-persuna akkużata b'dak il-komportament skorrett għal perijodu speċifikat jew indefinit.

2.   L-AATK tista' tieħu din id-deċiżjoni wara li tkun semgħet il-membru tal-persunal konċernat, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali.

Artikolu 162

1.   Id-deċiżjoni li tissospendi membru tal-persunal għandha tiddikjara jekk il-membru tal-persunal għandux ikompli jirċievi r-remunerazzjoni sħiħa tiegħu waqt il-perijodu ta' sospensjoni jew liema parti minnha għandha tinżamm. L-ammont imħallas lill-membru tal-persunal ma għandux taħt l-ebda ċirkostanza jkun inqas mill-figura minima ta' sussistenza li tikkorrispondi għas-salarju bażiku ta' membru tal-persunal temporanju fl-ewwel skala

2.   Is-sitwazzjoni ta' membru tal-persunal sospiż għandha tiġi deċiża fi żmien sitt xhur mid-data li fiha tidħol fis-seħħ is-sospensjoni. Jekk ma tittieħed l-ebda deċiżjoni fi żmien sitt xhur, il-membru tal-persunal konċernat għandu jkollu d-dritt li jirċievi mill-ġdid ir-remunerazzjoni sħiħa, soġġett għall-paragrafu 3.

3.   Parti mir-remunerazzjoni tista' tkompli tinżamm wara l-iskadenza ta' sitt xhur imsemmija fil-paragrafu 2 jekk il-membru tal-persunal konċernat huwa s-suġġett ta' proċedimenti kriminali għall-istess atti u huwa f'kustodja bħala riżultat ta' dawk il-proċedimenti. F'tali każijiet il-membru tal-persunal ma għandux jirċievi r-remunerazzjoni sħiħa sakemm il-qorti kompetenti ma tkunx ordnat il-ħelsien tiegħu.

4.   Somom miżmuma taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jerġgħu jitħallsu lill-membru tal-persunal jekk id-deċiżjoni finali timponi piena dixxiplinari mhux iżjed severa minn twissija bil-miktub, twiddiba jew differiment ta' promozzjoni għal skala ogħla, jew jekk ma tiġi imposta ebda piena dixxiplinari; fil-każ imsemmi l-aħħar, il-ħlas lura għandu jsir b'imgħax kompost bir-rata definita fl-Artikolu 88.

Taqsima G

Prosekuzzjoni kriminali parallela

Artikolu 163

Fejn jittieħdu passi kontra l-membru tal-persunal għal dawk l-istess atti, deċiżjoni finali għandha tittieħed biss wara li ġudizzju finali jkun mogħti mill-qorti li tkun qed tisma' il-każ.

Taqsima H

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 164

Membru tal-persunal li kontrih ġiet ordnata piena dixxiplinari barra minn tneħħija mill-pożizzjoni jista', wara tlett snin fil-każ ta' twissija bil-miktub jew twiddiba jew wara sitt snin fil-każ ta' kwalunkwe piena oħra, jippreżenta talba għat-tħassir ta' kwalunkwe referenza għal tali miżuri mill-fajl personali tiegħu. L-AATK għandha tiddeċiedi jekk tilqax din it-talba.

Artikolu 165

Fejn jitfaċċaw fatti ġodda sostnuti minn provi rilevanti, proċedimenti dixxiplinari jistgħu jerġgħu jinfetħu mill-AATK fuq inizzjattiva tagħha stess jew fuq applikazzjoni tal-membru tal-persunal konċernat.

Artikolu 166

Jekk ma jkun magħmul ebda każ kontra il-membru tal-persunal skont l-Artikolu 160(2), il-membru tal-persunal għandu jkollu d-dritt jitlob indennizz għad-dannu li jkun bata permezz ta' riklamar xieraq tad-deċiżjoni tal-AATK.

Artikolu 167

Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta arranġamenti implimentattivi għal dawn il-proċeduri.

TITOLU VI

APPELLI

Artikolu 168

1.   Kwalunkwe persuna li għaliha japplikaw dawn ir-Regolamenti tal-Persunal tista' tippreżenta lill-AATK talba sabiex tieħu deċiżjoni relatata miegħu. L-AATK għandha tavża lill-persuna konċernata dwar id-deċiżjoni raġunata tagħha fi żmien erba' xhur mid-data li fiha saret it-talba. Jekk fi tmiem ta' dak il-perijodu l-persuna ma tirċievi ebda tweġiba għat-talba, dan għandu jiġi kkunsidrat bħala deċiżjoni impliċita li tirrifjuta t-talba u li kontriha jista' jsir ilment skont il-paragrafu 2.

2.   Kwalunkwe persuna li għaliha japplikaw dawn ir-Regolamenti tal-Persunal tista' tippreżenta lill-AATK ilment kontra att li jagħmillha l-ħsara, jew fejn l-awtorità msemmija tkun ħadet deċiżjoni jew inkella fejn naqset milli tadotta miżura stipulata minn dawn ir-Regolamenti tal-Persunal. L-ilment għandu jkun magħmul fi żmien tlett xhur. Il-perijodu jibda jitqies:

fid-data ta' pubblikazzjoni tal-att jekk hija miżura ta' natura ġenerali;

mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni lill-persuna kkonċernata, iżda fl-ebda każ aktar tard mid-data li fiha din tal-aħħar tkun irċeviet din in-notifika, jekk il-miżura taffettwa persuna speċifikata; jekk, madankollu, att li jaffettwa persuna speċifika jinkludi wkoll ilment kontra persuna oħra, il-perijodu jibda jiddekorri fir-rigward ta' dik il-persuna l-oħra mid-data li fiha hija tirċievi n-notifika dwar dan iżda fl-ebda każ aktar tard mid-data tal-pubblikazzjoni;

fid-data ta' skadenza tal-perijodu stipulat għat-tweġiba fejn l-ilment jikkonċerna deċiżjoni impliċita li tirrifjuta talba kif previst fil-paragrafu 1.

L-AATK għandha tavża lill-persuna konċernata dwar id-deċiżjoni raġunata fi żmien erba' xhur mid-data li fiha sar l-ilment. Jekk, fi tmiem ta' dak il-perijodu, ma tirċievi ebda tweġiba għall-ilment, dan għandu jiġi kkunsidrat bħala deċiżjoni impliċita li tirrifjutah u li kontriha jista' jsir appell skont l-Artikolu 170.

Artikolu 169

1.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni fi kwalunkwe tilwima bejn l-Unjoni u kwalunkwe persuna li għaliha japplikaw dawn ir-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tal-legalità ta' att li jkun jeffettwa b'mod negattiv tali persuna skont it-tifsira tal-Artikolu 168(2). F'tilwim ta' natura finanzjarja l-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni bla limitu.

2.   Appell lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jintlaqa' biss jekk:

ilment ikun ġie preċedentement ippreżentat lill-AATK skont l-Artikolu 168(2) fiż-żmien stipulat hemmhekk, u

l-ilment ikun ġie rifjutat b'deċiżjoni espressa jew b'deċiżjoni implikata.

3.   Appelli taħt il-paragrafu 2 għandhom jiġu ppreżentati fi żmien tlett xhur. Il-perijodu għandu jibda:

fid-data ta' notifika tad-deċiżjoni meħuda b'risposta għall-ilment;

fid-data ta' skadenza tal-perijodu stipulat għat-tweġiba fejn l-appell huwa kontra deċiżjoni impliċita li tirrifjuta lment sottomess skont l-Artikolu 168(2); madankollu, fejn ilment jiġi rifjutat b'deċiżjoni espressa wara li jiġi rifjutat b'deċiżjoni impliċita iżda qabel ma jkun skada l-perijodu biex isir appell, il-perijodu biex isir appell għandu jerġa' jibda jitqies mill-ġdid.

4.   B'deroga mill-paragrafu 2, il-persuna konċernata, wara li tkun ippreżentat ilment lill-AATK skont l-Artikolu 168(2), tista' minnufih tagħmel appell mal-Qorti tal-Ġustizzja, sakemm tali appell jiġi akkumpanjat minn applikazzjoni jew għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-att ikkontestat jew għall-adozzjoni ta' miżuri interim. Il-proċedimenti fl-azzjoni prinċipali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għandhom imbagħad jiġu sospiżi sakemm jittieħed tali żmien bħal dak meħtieġ għal deċiżjoni espressa jew implikata li tirrifjuta l-ilment.

5.   Appelli taħt dan l-Artikolu għandhom jiġu investigati u mismugħa kif previst fir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

TITOLU VII

KONSULENTI SPEĊJALI

Artikolu 170

1.   Ir-remunerazzjoni tal-konsulenti speċjali għandha tiġi determinata bi ftehim dirett bejn il-konsulent ikkonċernat u l-AATK. Il-kuntratt ta' konsulent speċjali għandu jkun għal perijodu li ma jaqbiżx is-sentejn, għal għadd massimu ta' jiem fil-perijodu. Dan għandu jkun jista' jiġi mġedded.

2.   Fejn l-Aġenzija biħsiebha tirrekluta konsulent speċjali jew iġġeddidlu l-kuntratt hija għandha tissottometti l-proposta lill-Bord ta' Tmexxija, u tispeċifika r-remunerazzjoni maħsuba, it-termini ta' referenza, ir-raġunijiet għall-proposta u kull element ieħor rilevanti.

L-Aġenzija tista' tikkonkludi l-kuntratt, sakemm il-Bord ta' Tmexxija ma jiddeċidix mod ieħor fi żmien xahar minn meta jirċievi l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

3.   L-AATK għandha tadotta r-regoli speċifiċi biex timplimenta d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 171

L-Artikoli 1(2), l-Artikoli 6, 11, 12, 13 u 14, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18, l-Artikoli 19, 20, l-Artikolu 21(1), l-Artikoli 22, 27 u 28, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 32, u l-Artikolu 36, dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-membri tal-persunal tal-Aġenzija, u l-Artikoli 168 u 169, dwar l-appelli, għandhom japplikaw b'analoġija.

Artikolu 172

1.   Id-dispożizzjonijiet ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal dwar id-drittijiet u l-obbligi (Artikoli 11 sa 35 u 104), il-kondizzjonijiet ta' reklutaġġ (Artikoli 37, bl-eċċezzjoni tal-punt (a) tal-paragrafu 2, l-Artikoli 38 sa 41 u Artikolu 105, bl-eċċezzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu 105(3), u l-Artikoli 106 sa 110), il-kondizzjonijiet ta' xogħol (Artikoli 42 sa 58 u Artikolu 111), it-tmiem tal-impjieg (Artikoli 96 sa 100 u Artikolu 137) u l-proċedura dixxiplinari (Artikoli 139 sa 167), jistgħu jiġu emendati, sa fejn ikun meħtieġ, mill-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija, li jaġixxi skont l-Artikolu 9(1)(j) u l-Artikolu 11(3)(a) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1835. Kwalunkwe tali emenda proposta għandha tiġi trasmessa lill-Kunsill. Dawk l-emendi għandhom jitqiesu bħala approvati sakemm il-Kunsill, fi żmien xahrejn u b'maġġoranza kwalifikata, ma jiddeċidix li jimmodifikahom.

2.   Emendi għal dispożizzjonijiet oħra ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw ir-remunerazzjoni, l-allowances u l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, għandhom jiġu adottati mill-Kunsill, b'unanimità, fuq proposta mill-Bord ta' Tmexxija.

Artikolu 173

Fi żmien tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jagħmel valutazzjoni u jemenda dawn ir-Regolamenti tal-Persunal jew jieħu deċiżjoni dwar l-iskadenza tagħhom kif xieraq.

Artikolu 174

Id-Deċiżjoni 2004/676/KE hija b'dan imħassra.

Artikolu 175

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol b'effett fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LAJČÁK


(1)  ĠU L 266, 13.10.2015, p. 55.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/676/KE tal-24 ta' Settembru 2004 dwar ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Aġenzija tad-Difiża Ewropea (ĠU L 310, 7.10.2004, p. 9).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).

(4)  Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tal-Kunsill tad-29 ta' Frar 1968, li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 8).


ANNESS I

XOGĦOL PART-TIME

Artikolu 1

It-talba għal awtorizzazzjoni biex wieħed jaħdem part-time għandha tintbagħat mill-membru tal-persunal permezz tas-superjur immedjat ta' dak il-membru tal-persunal mill-inqas xahrejn qabel id-data mitluba, ħlief f'każijiet urġenti ġustifikati b'mod xieraq.

Awtorizzazzjoni tista' tingħata għal minimu ta' xahar u għal massimu ta' tliet snin, mingħajr preġudizzju għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 17 u l-Artikolu 45(2)(e).

L-awtorizzazzjoni tista' tiġġedded fuq l-istess termini. Applikazzjonijiet għal tiġdid għandhom isiru mill-membru tal-persunal ikkonċernat mill-inqas xahrejn qabel l-iskadenza tal-perijodu li għaliħ kienet mogħtija l-awtorizzazzjoni. Xogħol part-time ma jistax ikun ta' inqas min-nofs tal-ħin normali ta' xogħol.

Perijodu ta' xogħol part-time għandu jibda fl-ewwel jum ta' xahar, ħlief f'każijiet ġustifikati b'mod xieraq.

Artikolu 2

Fuq talba tal-membru tal-persunal ikkonċernat, l-AATK tista' tirtira l-awtorizzazzjoni qabel l-iskadenza tal-perijodu li għalih ingħatat. Id-data ta' rtirar ma tistax tkun ta' iżjed minn xahrejn wara d-data proposta mill-membru tal-persunal jew erba' xhur wara dik id-data jekk ix-xogħol part-time kien awtorizzat għal iżjed minn sena.

F'każijiet eċċezzjonali u fl-interess tas-servizz, l-AATK tista' tirtira l-awtorizzazzjoni qabel l-iskadenza tal-perijodu li għalih ingħatat, u tagħti xahrejn notifika ta' dan lill-membru tal-persunal.

Artikolu 3

Matul il-perijodu li fih ġie awtorizzat ix-xogħol part-time, membru tal-persunal huwa ntitolat għal perċentaġġ tar-remunerazzjoni tiegħu li jikkorrispondi għall-perċentaġġ tal-ħin normali maħdum. Madankollu, il-perċentaġġ ma għandux jiġi applikat għall-allowance ta' tfal dipendenti, għall-ammont bażiku tal-allowance tal-unità domestika jew għall-allowance għall-edukazzjoni.

Kontribuzzjonijiet għall-iskema ta' assigurazzjoni kontra l-mard għandha tiġi kkalkolata b'referenza għas-salarju bażiku li jitħallas lill-membru tal-persunal li jaħdem il-ġurnata sħiħa. Kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-pensjoni għandhom jiġu kkalkolati b'referenza għas-salarju bażiku li jirċievi membru tal-persunal li jaħdem part-time. Il-membru tal-persunal jista' jitlob ukoll li l-kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-pensjoni jiġu kkalkolati b'referenza għas-salarju bażiku li għandu jitħallas lil membru tal-persunal li jaħdem il-ġurnata sħiħa, skont l-Artikolu 90. Id-drittijiet miksuba, għall-finijiet tal-Artikolu 1 tal-Anness V, għandhom jiġu kkalkolati skont il-proporzjon tal-perċentaġġ tal-kontribuzzjonijiet imħallsa.

Matul il-perijodu ta' xogħol part-time, il-membru tal-persunal ma jistax jaħdem bis-sahra jew jinvolvi ruħu fi kwalunkwe attività bi qligħ, ħlief f'attività li tkun konformi mal-Artikolu 17.

Artikolu 4

L-AATK tista' tistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet.


ANNESS II

LEAVE

TAQSIMA 1

Leave annwali

Artikolu 1

Fis-sena li fiha membru tal-persunal jidħol fis-servizz jew joħroġ mis-servizz, għandu jkollu d-dritt għal jumejn ta' xogħol leave għal kull xahar sħiħ ta' servizz, għal jumejn ta' xogħol leave għal xahar mhux sħiħ li jikkonsisti minn iżjed minn 15-il ġurnata u għal ġurnata xogħol għal xahar mhux sħiħ ta' 15-il ġurnata jew inqas.

Artikolu 2

Leave annwali jista' jittieħed kollu f'daqqa jew f'numru ta' perijodi kif mixtieq mill-membru tal-persunal u skont il-ħtiġijiet tas-servizz. Għandu madankollu jinkludi tal-inqas perijodu ta' ġimgħatejn konsekuttivi. Membru tal-persunal li jidħol fis-servizz għandu jingħata leave annwali biss wara li jkun ikkompleta tliet xhur ta' dmir; leave jista' jiġi approvat iżjed kmieni minn hekk f'każijiet eċċezzjonali għal raġunijiet iġġustifikati b'mod xieraq.

Artikolu 3

Jekk, matul il-leave annwali, membru tal-persunal jimrad b'marda li ma kienetx tħallih jidħol għax-xogħol kieku ma kienx bil-leave, il-leave annwali tiegħu għandu jiġi estiż biż-żmien tal-inkapaċità tiegħu, soġġett għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat mediku.

Artikolu 4

Fejn membru tal-persunal, għal raġunijiet oħra mill-ħtiġijiet tas-servizz, ma użax il-leave annwali kollu tiegħu qabel it-tmiem tas-sena kalendarja attwali, l-ammont ta' leave li jista' jiġi trasferit għas-sena ta' wara ma għandux jaqbeż 12-il ġurnata.

Fejn membru tal-persunal ma jkunx uża l-leave annwali kollu tiegħu meta jħalli s-servizz, għandu jiġi mħallas kumpens ugwali għal wieħed minn tletin tar-remunerazzjoni tiegħu ta' kull xahar meta jħalli s-servizz għal kull ġurnata leave li kien baqagħlu.

Somma kkalkolata kif previst fit-tieni subparagrafu għandha tiġi mnaqqsa mill-ħlas dovut lil membru tal-persunal li fil-mument li ħalla s-servizz uża iżjed leave annwali minn dak li kellu d-dritt għalih sa dik id-data.

Artikolu 5

Fejn membru tal-persunal huwa msejjaħ mill-ġdid għax-xogħol għal raġunijiet tas-servizz meta jkun fuq leave annwali jew kellu l-leave kanċellat, kwalunkwe spiża li jagħmel għandha tiġi rimborżata, soġġett għall-preżentazzjoni tal-evidenza xierqa, u l-ħin għall-ivvjaġġar għandu jingħata mill-ġdid.

TAQSIMA 2

Leave speċjali

Artikolu 6

Minbarra l-leave annwali, membru tal-persunal jista', fuq applikazzjoni, jingħata leave speċjali. B'mod partikolari, fil-każijiet li ġejjin leave speċjali għandu jingħata kif ġej:

żwieġ ta' membru tal-persunal: erbat ijiem;

bidla tar-residenza tal-membru tal-persunal: sa jumejn;

mard serju tal-konjuġi: sa tlett ijiem;

mewt tal-konjuġi: erbat ijiem;

mard serju ta' qarib fil-linja axxendenti: sa jumejn;

mewt ta' qarib fil-linja axxendenti: jumejn;

żwieġ ta' wild: jumejn;

twelid: 10 ijiem, li għandhom jittieħdu matul l-erbatax-il ġimgħa wara t-twelid;

twelid ta' wild b'diżabilità jew mard serju: 20 jum, li għandhom jittieħdu matul l-erbatax-il ġimgħa wara t-twelid;

mewt tal-mara matul il-leave tal-maternità: għad ta' jiem li jikkorrispondi mal-bqija tal-leave tal-maternità; jekk il-mara deċeduta mhix membru tal-persunal, il-bqija tal-leave tal-maternità hija determinata b'applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 52, b'analoġija;

mard serju ta' wild: sa jumejn;

mard serju ħafna ta' wild, kif iċċertifikat minn tabib, jew ammissjoni fl-isptar ta' wieħed mit-tfal ta' 12-il sena jew inqas: sa ħamest ijiem;

mewt ta' wild: erbat ijiem;

adozzjoni ta' wild: 20 ġimgħa, li jitilgħu sa 24 ġimgħa fil-każ tal-adozzjoni ta' wild b'diżabilità:

Kull wild adottat għandu jagħti d-dritt għal perijodu wieħed biss ta' leave speċjali, li jista' jinqasam bejn il-ġenituri adottivi jekk iż-żewġ ġenituri huma membri tal-persunal. Dan għandu jingħata biss jekk il-konjuġi tal-membru tal-persunal huwa/hija involut(a) f'attività bi qligħ għall-inqas part-time. Jekk il-konjuġi j/taħdem barra mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u j/tibbenefika minn leave komparabbli, numru ta' ġranet korrispondenti għandhom jiġu mnaqqsa minn dak li għandu dritt għalih il-membru tal-persunal.

Jekk ikun hemm il-ħtieġa, l-AATK tista' tagħti leave speċjali addizzjonali f'każijiet fejn il-leġislazzjoni nazzjonali tal-pajjiż li fih isseħħ il-proċedura ta' adozzjoni u li mhux il-pajjiż tal-impjieg tal-membru tal-persunal adottiv teħtieġ li wieħed jew iż-żewġ ġenituri adottivi jagħmlu permanenza.

Leave speċjali ta' 10 t'ijiem għandu jingħata jekk il-membru tal-persunal ma jibbenefikax mill-leave speċjali sħiħ ta' 20 jew 24 ġimgħa bis-saħħa tal-ewwel sentenza ta' dan l-inċiż; dan il-leave speċjali addizzjonali għandu jingħata darba biss għal kull wild adottat.

L-Aġenzija tista' tagħti wkoll leave speċjali fil-każ ta' taħriġ u struzzjoni ulterjuri, fil-limiti stabbiliti fil-programm ta' taħriġ u struzzjoni ulterjuri mfassal mill-Aġenzija skont l-Artikolu 30.

Il-leave speċjali jista' jingħata barra minn hekk lil membri tal-persunal fuq bażi eċċezzjonali f'każ ta' xogħol eċċezzjonali li jmur lil hinn mill-obbligi normali ta' membru tal-persunal. Tali leave speċjali għandu jingħata mhux aktar tard minn tliet xhur wara li l-AATK tkun ħadet id-deċiżjoni dwar in-natura eċċezzjonali tax-xogħol tal-membru tal-persunal.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, is-sieħeb/sieħba mhux miżżewweġ/miżżewġa ta' membru tal-persunal għandu jiġi ttratat bħala l-konjuġi meta jintlaħqu l-ewwel t-tliet kondizzjonijiet fl-Artikolu 1(2)(c) tal-Anness IV.

Fejn jingħata leave speċjali skont din it-Taqsima, kwalunkwe ħin għall-ivvjaġġar għandu jiġi stabbilit permezz ta' deċiżjoni speċjali li tieħu kont ta' ħtiġijiet partikolari.

TAQSIMA 3

Ħin għall-ivvjaġġar

Artikolu 7

Membri tal-persunal li huma intitolati għall-allowance tal-espatrijazzjoni jew tar-residenza barranija għandhom ikunu intitolati għal leave supplimentari ta' jumejn u nofs kull sena, għall-fini li jżuru l-pajjiż tal-oriġini tagħhom.


ANNESS III

LEAVE TA' KUMPENS U REMUNERAZZJONI GĦAS-SAHRA

Artikolu 1

Fil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 48, sahra maħduma minn membru tal-persunal fil-grad AST 1 sa AST 4 għandha ttih id-dritt għal leave ta' kumpens jew għal remunerazzjoni kif ġej:

(a)

Għal kull siegħa sahra, għandu jkollu d-dritt għal siegħa u nofs liberu bħala leave ta' kumpens; jekk is-siegħa ta' sahra tinħadem bejn 22.00 u 7.00 jew nhar ta' Ħadd jew f'festa pubblika, id-dritt għal leave ta' kumpens għandu jkun ta' sagħtejn; fl-għoti ta' leave ta' kumpens, għandu jittieħed kont tal-ħtiġijiet tas-servizz u l-preferenza tal-membru tal-persunal ikkonċernat.

(b)

Fejn il-ħtiġijiet tas-servizz ma jippermettux li l-leave ta' kumpens jittieħed matul ix-xahar wara dak li fih inħadmet is-sahra, l-AATK għandha tawtorizza remunerazzjoni għas-siegħat ta' sahra mhux kumpensati bir-rata ta' 0,56 % tas-salarju bażiku tax-xahar għal kull siegħa ta' sahra fuq il-bażi stabbilita fis-subparagrafu (a).

(c)

Il-ħin żejjed maħdum irid ikun ta' iżjed minn 30 minuta biex jikkwalifika għal leave ta' kumpens jew remunerazzjoni għal siegħa ta' sahra.

Artikolu 2

Jekk membru tal-persunal jivvjaġġa fuq missjoni, il-ħin meħud biex jilħaq il-post ta' assenjazzjoni ma għandux jiġi ttrattat bħala sahra għall-finijiet ta' dan l-Anness. Għal dak li jikkonċerna sigħat maħduma fuq il-post ta' assenjazzjoni iżjed mis-sigħat normali ta' ħidma, il-leave ta' kumpens jew ir-remunerazzjoni, skont kif ikun il-każ, jistgħu jiġu permessi b'deċiżjoni tal-AATK.

Artikolu 3

Minkejja l-Artikoli 1 u 2, ir-remunerazzjoni għal sahra maħduma minn ċerti gruppi ta' membri tal-persunal fil-grad AST 1 sa AST 4 tista', f'kondizzjonijiet speċjali, titħallas fil-forma ta' allowance fissa fejn l-ammont u t-termini għandhom jiġu determinati mill-AATK wara li tikkonsulta mal-Kumitat tal-Persunal.


ANNESS IV

REMUNERAZZJONI U RIMBORŻ TA' SPEJJEŻ

TAQSIMA 1

Allowances tal-familja

Artikolu 1

1.   L-allowance tal-unità domestika għandha tiġi stabbilita għall-ammont bażiku ta' EUR 171,88, flimkien ma' 2 % tas-salarju bażiku ta' membru tal-persunal.

2.   L-allowance tal-unità domestika għandha tingħata lil:

(a)

membru tal-persunal miżżewweġ;

(b)

membru tal-persunal li huwa armel, divorzjat, legalment separat jew mhux miżżewweġ u għandu wild dipendenti jew iżjed fit-tifsira tal-Artikolu 2(2) u (3);

(c)

membru tal-persunal li huwa reġistrat bħala sieħeb stabbli mhux miżżewweġ, sakemm:

(i)

il-koppja tipproduċi dokument legali, rikonoxxut bħala tali minn Stat Membru, jew minn kwalunkwe awtorità kompetenti ta' Stat Membru, li jagħraf l-istatut tagħhom bħala sħab mhux miżżewġa,

(ii)

l-ebda wieħed mis-sħab ma huwa f'relazzjoni ta' żwieġ jew fi sħubija oħra barra ż-żwieġ,

(iii)

is-sħab li ma jiġux minn xulxin bi kwalunkwe mod li ġej: ġenitur, wild, nannu/a, neputi/ija tan-nanniet, ħu, oħt, zija, ziju, neputi, neputija, ħaten, ħtint,

(iv)

il-koppja ma għandhiex aċċess għal żwieġ legali fi Stat Membru; koppja tiġi kkunsidrata li għandha aċċess għal żwieġ legali għall-finijiet ta' dan il-punt unikament jekk il-membri tal-koppja jilħqu l-kondizzjonijiet kollha stipulati mill-leġislazzjoni ta' Stat Membru li jippermetti ż-żwieġ ta' tali koppja;

(d)

permezz ta' deċiżjoni raġunata speċjali tal-AATK ibbażata fuq dokumenti ta' sostenn, membru tal-persunal li, filwaqt li ma' jilħaqx il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c), għandu madankollu responsabbiltajiet ta' familja.

3.   Jekk il-konjuġi ta' membru tal-persunal hu/hi mpjegat/a, bi dħul annwali qabel it-tnaqqis tat-taxxa, ta' iżjed mis-salarju annwali bażiku ta' membru tal-persunal fit-tieni skala tal-grad 3, ippeżat bir-rata tal-pajjiż fejn il-konjuġi jiżvolġi l-okkupazzjoni tiegħu jew tagħha, il-membru tal-persunal li għandu d-dritt għall-allowance tal-unità domestika ma għandux jirċievi din l-allowance ħlief permezz ta' deċiżjoni speċjali tal-AATK. Madankollu, il-membru tal-persunal għandu jkollu d-dritt għall-allowance fejn il-koppja miżżewġa għandhom wild jew iżjed.

4.   F'każijiet fejn, taħt il-paragrafi 1, 2 u 3, konjuġi li huma t-tnejn impjegati fis-servizz tal-Aġenzija għandhom it-tnejn id-dritt għall-allowance tal-unità domestika, din l-allowance għandha tkun pagabbli biss lill-persuna li għandha l-iżjed salarju bażiku għoli.

5.   Jekk il-membru tal-persunal għandu d-dritt għall-allowance tal-unità domestika unikament permezz tal-paragrafu 2(b) u persuna oħra barra l-membru tal-persunal ingħatat, permezz tal-liġi jew permezz ta' ordni tal-qorti jew tal-awtorità amministrattiva kompetenti, il-kustodja tat-tfal dipendenti kollha tiegħu fit-tifsira tal-Artikolu 2(2) u (3), l-allowance tal-unità domestika għandha titħallas lill-persuna l-oħra f'isem u għan-nom tal-membru tal-persunal. Din il-kondizzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala issodisfata fil-każ ta' tfal dipendenti li saru maġġorenni jekk tali tfal għandhom ir-residenza normali tagħhom mal-ġenitur l-ieħor.

Jekk, madankollu, it-tfal tal-membru tal-persunal huma taħt il-kura ta' għadd ta' persuni differenti, l-allowance tal-unità domestika għandha tiġi maqsuma bejniethom skont l-għadd ta' tfal li huma taħt il-kura tagħhom.

Jekk permezz tal-preċedenti, il-persuna eliġibbli biex tirċievi l-allowance tal-unità domestika mħallsa f'isem il-membru tal-persunal hija wkoll eliġibbli li tirċievi din l-allowance minħabba l-istatut tagħha bħala membru tal-persunal, dik il-persuna għandha tirċievi biss l-ogħla wieħed miż-żewġ allowances.

Artikolu 2

1.   Membru tal-persunal li għandu wild dipendenti jew iżjed għandu, skont il-paragrafi 2 u 3, jirċievi allowance ta' EUR 375,59 fix-xahar għal kull wild dipendenti.

2.   “Wild dipendenti” tfisser il-wild leġittimu, naturali jew adottat ta' membru tal-persunal, jew tal-konjuġi tiegħu, li qiegħed jiġi mantnut mill-membru tal-persunal.

L-istess għandu japplika għal wild li saret applikazzjoni għal adozzjoni għalih u fejn il-proċedura ta' adozzjoni nbdiet.

Kwalunkwe wild li membru tal-persunal għandu r-responsabbiltà li jmantni taħt deċiżjoni ġudizzjarja bbażata fuq il-leġislazzjoni ta' Stat Membru dwar il-protezzjoni ta' minuri għandu jiġi ttrattat bħala wild dipendenti.

L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi rivedut kull darba li tiġi riveduta r-remunerazzjoni skont l-Artikolu 60.

3.   L-allowance għandha tingħata:

(a)

awtomatikament għal tfal taħt it-18-il sena;

(b)

fuq applikazzjoni, b'evidenza ta' sostenn, mill-membru tal-persunal għal tfal bejn 18 u 26 li qegħdin jirċievu taħriġ edukattiv jew professjonali.

4.   Kwalunkwe persuna li l-membru tal-persunal għandu r-responsabbiltà legali li jmantni u fejn il-manteniment ta' din il-persuna jinvolvi spiża kbira tista, eċċezzjonalment, tiġi ttrattata bħal li kieku kienet wild dipendenti, permezz ta' deċiżjoni raġunata speċjali tal-AATK, ibbażata fuq dokumenti ta' sostenn.

5.   Il-ħlas tal-allowance għall-wild li ma jistax minħabba mard serju jew invalidità jaqla' l-għajxien tiegħu għandu jitkompla matul il-perijodu kollu ta' dik il-marda jew invalidità, mingħajr rigward għall-età.

6.   Ma għandhiex titħallas iżjed minn allowance tat-tfal dipendenti wieħed għal kwalunkwe wild dipendenti fit-tifsira ta' dan l-Artikolu.

7.   Jekk il-kustodja tal-wild dipendenti fit-tifsira tal-paragrafi 2 u 3 ingħatat lill-persuna oħra permezz tal-liġi jew permezz ta' ordni tal-qorti jew tal-awtorità amministrattiva kompetenti, l-allowance tat-tfal dipendenti għandha titħallas lil dik il-persuna f'isem u għan-nom tal-membru tal-persunal.

Artikolu 3

1.   F'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet ġenerali ta' implimentazzjoni, membru tal-persunal għandu jirċievi allowance għall-edukazzjoni ugwali għall-ispejjeż attwali magħmula minnu għall-edukazzjoni sa massimu ta' EUR 254,83 fix-xahar għal kull wild dipendenti, fit-tifsira tal-Artikolu 2(2) ta' dan l-Anness, li għandu tal-inqas ħames snin u li qiegħed jattendi full-time skola primarja jew sekondarja li timponi l-miżati jew stabbiliment ta' edukazzjoni ogħla. Il-ħtieġa ta' attendenza fi skola li timponi l-miżati ma għandhiex tapplika għar-rimborż tal-ispiża tat-trasport skolari.

Id-dritt għal din l-allowance jibda fl-ewwel jum tax-xahar li fih il-wild jibda jattendi stabbiliment ta' edukazzjoni primarja u għandu jieqaf fl-aħħar tax-xahar li fih il-wild jispiċċa l-edukazzjoni tiegħu jew fl-aħħar tax-xahar li fih jagħlaq 26 sena, skont liema jiġi l-ewwel.

L-allowance mħallsa għandha tkun soġġetta għal limitu ta' darbtejn il-massimu stipulat fl-ewwel subparagrafu għal:

membru tal-persunal li għandu l-post tal-impjieg tiegħu mill-inqas 50 km minn:

skola Ewropea, jew

stabbiliment ta' edukazzjoni li jaħdem fil-lingwa tiegħu li l-wild jattendi għal raġunijiet imperattivi ta' edukazzjoni li jkunu sostnuti b'evidenza xierqa;

membru tal-persunal li għandu l-post tal-impjieg tiegħu mill-inqas 50 km minn stabbiliment ta' edukazzjoni ogħla fil-pajjiż li tiegħu huwa ċittadin jew li jaħdem fil-lingwa tiegħu, sakemm il-wild jattendi attwalment stabbiliment ta' edukazzjoni ogħla mill-inqas 50 km 'l bogħod mill-post tal-impjieg u li l-membru tal-persunal għandu d-dritt għas-sussidju għall-espatrijazzjoni; din il-kondizzjoni tal-aħħar ma għandhiex tapplika jekk m'hemmx tali stabbiliment fil-pajjiż li tiegħu huwa ċittadin il-membru tal-persunal jew fejn il-wild jattedni stabbiliment ta' edukazzjoni ogħla f'pajjiż li mhux dak tal-post tal-impjieg tal-membru tal-persunal;

bl-istess kondizzjoni tal-ewwel u t-tieni inċiż, persuni li għandhom id-dritt għall-allowance li mhumiex f'servizz attiv, b'kont meħud tal-post ta' residenza minflok il-post tal-impjieg.

Il-ħtieġa ta' attendenza fi skola li timponi l-miżati ma għandhiex tapplika għal ħlasijiet taħt it-tielet subparagrafu.

Jekk il-kustodja tal-wild, li għalih/għaliha qegħda titħallas l-allowance għall-edukazzjoni, ingħata lill-persuna oħra permezz tal-liġi jew permezz ta' ordni tal-qorti jew tal-awtorità amministrattiva kompetenti, l-allowance għall-edukazzjoni għandha titħallas lil dik il-persuna f'isem u għan-nom tal-membru tal-persunal. F'tali każ, id-distanza ta' mill-inqas 50 km msemmija fit-tielet subparagrafu għandha tiġi kkalkolata mill-post ta' residenza tal-persuna li għandha l-kustodja tal-wild.

2.   Għal kull wild dipendenti fit-tifsira tal-Artikolu 2(2) ta' dan l-Anness li għandu inqas minn ħames snin jew li għadu mhux jattendi regolarment full-time fi skola primarja jew sekondarja, l-ammont ta' din l-allokazzjoni huwa stabbilit bħala dak ta' EUR 91,75 fix-xahar.

Dak l-ammont għandu jiġi rivedut kull darba li tiġi riveduta r-remunerazzjoni skont l-Artikolu 60.

TAQSIMA 2

Allowance tal-espatrijazzjoni

Artikolu 4

1.   Allowance tal-espatrijazzjoni għandha titħallas, ugwali għal 16 % tal-ammont totali tas-salarju bażiku flimkien mal-allowance tal-unità domestika u l-allowance tat-tfal dipendenti lill-membru tal-persunal:

(a)

lil membri tal-persunal:

li mhumiex u li qatt ma kienu ċittadini tal-Istat li fit-territorju tiegħu huwa lokalizzat il-post tal-impjieg tagħhom, u

li matul il-ħames snin li jintemmu sitt xhur qabel ma daħlu fis-servizz ma għexux regolarment jew ma żvolġewx l-okkupazzjoni primarja tagħhom fit-territorju Ewropew ta' dak l-Istat. Għall-finijiet ta' din id-dispożizzjoni, ma għandux jittieħed kont ta' ċirkostanzi li jseħħu minħabba xogħol imwettaq għal Stat ieħor jew għal organizzazzjoni internazzjonali;

(b)

għal membri tal-persunal li huma jew kienu ċittadini tal-Istat li fit-territorju tiegħu huwa lokalizzat il-post tal-impjieg tagħhom iżda li matul l-għaxar snin li jintemmu fid-data tad-dħul tagħhom fis-servizz għexu regolarment barra t-territorju Ewropew ta' dak l-Istat għal raġunijiet oħra mit-twettieq ta' dmirijiet fis-servizz ta' Stat jew ta' organizzazzjoni internazzjonali.

L-allowance tal-espatrijazzjoni ma għandiex tkun anqas minn EUR 509,43 fix-xahar.

2.   Membru tal-persunal li mhuwiex u li qatt ma kien ċittadin tal-Istat li fit-territorju tiegħu hu mpjegat u li ma jissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandu jkollu d-dritt għal allowance għal residenza barranija ugwali għal kwart tal-allowance tal-espatrijazzjoni.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, membru tal-persunal li permezz taż-żwieġ akkwista awtomatikament, mingħajr il-possibbiltà li jirrinunzja għaliha, iċ-ċittadinanza tal-Istat li fit-territorju tiegħu huwa lokalizzat il-post tal-impjieg tiegħu, għandu jiġi ttrattat bl-istess mod bħal membru tal-persunal kopert mill-ewwel inċiż tal-paragrafu 1(a).

TAQSIMA 3

Rimborż ta' spejjeż

A.   ALLOWANCE GĦALL-INSTALLAZZJONI

Artikolu 5

1.   Allowance għall-installazzjoni ugwali għal xahrejn salarju bażiku fil-każ ta' membru tal-persunal li għandu d-dritt għall-allowance tal-unità domestika, u ugwali għal xahar salarju bażiku f'każijiet oħra, għandha titħallas lil membru tal-persunal stabbilit li jipprovdi l-evidenza li kienet meħtieġa bidla fil-post ta' residenza sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-Artikolu 23.

F'każijiet fejn il-konjuġi huma t-tnejn membri tal-persunal u t-tnejn għandhom id-dritt għall-allowance għall-installazzjoni, dan għandu jitħallas biss lil dik il-persuna li għandha l-iżjed salarju bażiku għoli.

L-allowance għall-installazzjoni għandha tkun ippeżata bir-rata stabbilita għall-post fejn il-membru tal-persunal huwa impjegat.

2.   -allowance għall-installazzjoni tal-istess ammont għandu jitħallas lil kwalunkwe membru tal-persunal li huwa trasferit lejn post ġdid ta' impjieg u għalhekk huwa obbligat li jibdel il-post ta' residenza tiegħu sabiex jikkonforma mal-ħtiġijiet tal-Artikolu 23.

3.   L-allowance għall-installazzjoni għandha tiġi kkalkolata b'referenza għall-istat ċivili tal-membru tal-persunal u għas-salarju fid-data effettiva tal-istabbiliment tiegħu jew fid-data tat-trasferiment tiegħu għal post ġdid ta' impjieg.

L-allowance għall-installazzjoni għandha titħallas fuq il-preżentazzjoni tad-dokumenti li jistabbilixxu l-fatt li l-membru tal-persunal, flimkien mal-familja tiegħu, jekk għandu d-dritt għall-allowance tal-unità domestika, stabbilixxa ruħu fil-post fejn hu mpjegat.

4.   Membru tal-persunal li għandu d-dritt għas-sussidju għall-familja u li ma jistabbilixxix ruħu mal-familja tiegħu fil-post fejn hu impjegat għandu jirċievi nofs is-sussidju biss li kieku kien ikollu d-dritt għalih; in-nofs l-ieħor għandu jitħallas meta l-familja tiegħu tistabbilixxi ruħha fil-post fejn hu mpjegat, sakemm tagħmel hekk fil-perijodi stabbiliti fl-Artikolu 9(3). Fejn il-membru tal-persunal jiġi trasferit għall-post fejn tgħix il-familja tiegħu qabel ma l-familja tkun stabbiliet ruħha fil-post fejn hu mpjegat, ma għandux ikollu d-dritt għal avvanz għall-installazzjoni.

5.   Membru tal-persunal stabbilit li rċieva allowance għall-installazzjoni u li jitlaq is-servizz tal-Aġenzija volontarjament fi żmien sentejn mid-data li fiha daħal għandu, malli jitlaq is-servizz, jagħti lura parti mill-allowance, skont il-proporzjon tal-porzjoni li ma skadietx ta' dak il-perijodu ta' sentejn.

6.   Membru tal-persunal li qiegħed jirċievi sussidju għall-installazzjoni għandu jiddikjara kwalunkwe sussidju ta' natura simili li jirċievi minn għejun oħra; tali sussidji oħra għandhom jiġu mnaqqsa mis-sussidju previst f'dan l-Artikolu.

B.   ALLOWANCE GĦAL STABBILIMENT MILL-ĠDID

Artikolu 6

1.   Membru tal-persunal stabbilit li jipprovdi evidenza ta' bidla fil-post ta' residenza għandu jkollu d-dritt mat-tmiem tas-servizz għal allowance għal stabbiliment mill-ġdid ugwali għal xahrejn salarju bażiku fil-każ ta' membru tal-persunal li għandu d-dritt għall-allowance tal-unità domestika, u ugwali għal xahar salarju bażiku f'każijiet oħra, sakemm ikun għamel erba' snin sħaħ ta' servizz u ma jirċevix allowance simili fl-impjieg il-ġdid tiegħu. F'każijiet fejn konjuġi huma t-tnejn membri tal-persunal u t-tnejn għandhom id-dritt għall-allowance għall-installazzjoni, din l-allowance għandha titħallas biss lil dik il-persuna li għandha l-iżjed salarju bażiku għoli.

Għall-fini tal-kalkolu tas-servizz tiegħu, għandu jittieħed kont tas-snin f'impjieg attiv, tal-leave għas-servizz militari u tal-leave parentali jew leave familjari.

L-allowance għal stabbiliment mill-ġdid għandha tkun ippeżata bir-rata stabbilita għall-post fejn il-membru tal-persunal kien l-aħħar impjegat.

2.   Fil-każ tal-mewt ta' membru tal-persunal stabbilit, l-allowance għal stabbiliment mill-ġdid għandha titħallas lill-armel/la jew, fin-nuqqas ta' tali persuna, lid-dipendenti fit-tifsira tal-Artikolu 2, anke jekk il-ħtieġa tat-tul ta' servizz stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma jkunx issodisfat.

3.   L-allowance għal stabbiliment mill-ġdid għandha tiġi kkalkolata b'referenza għall-istat ċivili tal-membru tal-persunal u għas-salarju fid-data tat-tmiem tas-servizz.

4.   L-allowance għal stabbiliment mill-ġdid għandha titħallas fuq evidenza li l-membru tal-persunal u l-familja tiegħu, jew, fejn membru tal-persunal miet, il-familja tiegħu biss, stabbilixxew ruħhom mill-ġdid f'post lokalizzat mhux inqas minn 70 km mill-post fejn il-membru tal-persunal kien impjegat.

L-istabbiliment mill-ġdid ta' membru tal-persunal jew tal-familja ta' membru tal-persunal mejjet għandu jseħħ fi żmien tliet snin mid-data ta' tmiem tas-servizz tiegħu.

Dan il-limitu ta' żmien ma għandux japplika għal persuni li għandhom id-dritt minnu li jistgħu jippruvaw li ma kienux jafu bid-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq.

C.   SPEJJEŻ GĦALL-IVVJAĠĠAR

Artikolu 7

1.   Membru tal-persunal għandu jkollu d-dritt għal ħlas b'rata fissa li jikkorrispondi għall-ispejjeż għall-ivvjaġġar għalih innifsu, għall-konjuġi u għad-dipendenti tiegħu li attwalment jgħixu f'daru:

(a)

malli jibda x-xogħol li kien assenjat lilu, mill-post minn fejn ġie reklutat sal-post fejn hu mpjegat;

(b)

fit-tmiem tas-servizz fit-tifsira tal-Artikolu 96, mill-post minn fejn hu mpjegat sal-post tal-oriġini kif definit fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu;

(c)

ma' kwalunkwe trasferiment li jinvolvi bidla fil-post fejn hu mpjegat.

Fil-każ tal-mewt ta' membru tal-persunal, il-konjuġi superstiti u d-dipendenti għandu jkollhom id-dritt għall-ħlas b'rata fissa taħt l-istess kondizzjonijiet.

L-ispejjeż għall-ivvjaġġar għal tfal ta' anqas minn sentejn matul is-sena kalendarja kollha ma jiġux rimborżati.

2.   Il-ħlas b'rata fissa għandu jkun ibbażat fuq allowance għal kull kilometru ta' distanza ġeografika bejn il-postijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

L-allowance kilometrika għandha tkun:

EUR 0 għal kull km minn 0 sa 200 km

EUR 0,1895 għal kull km minn 201 sa 1 000 km

EUR 0,3158 għal kull km minn 1 001 sa 2 000 km

EUR 0,1895 għal kull km minn 2 001 sa 3 000 km

EUR 0,0631 għal kull km minn 3 001 sa 4 000 km

EUR 0,0305 għal kull km minn 4 001 sa 10 000 km

EUR 0 għal kull km 'il fuq minn 10 000 km.

Ma' din l-allowance kilometrika għandu jiżdied suppliment b'rata fissa li jammonta għal:

EUR 94,74 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-postijiet imsemmija fil-paragrafu 1 hija bejn 600 km u 1 200 km,

EUR 189,46 jekk id-distanza ġeografika bejn il-postijiet imsemmija fil-paragrafu 1 hija aktar minn 1 200 km.

L-allowances kilometriċi u s-supplimenti b' rata fissa ta' hawn fuq għandhom jiġu aġġornati kull sena bl-istess proporzjon bħar-remunerazzjoni.

Il-post tal-oriġini ta' membru tal-persunal għandu jiġi determinat meta jibda x-xogħol li kien assenjat lilu, b'kont meħud bħala prinċipju ta' minn fejn ġie reklutat, fuq talba espressa jew ġustifikata, jew taċ-ċentru tal-interessi tiegħu. Permezz ta' deċiżjoni speċjali tal-AATK, il-post tal-oriġini hekk definit jista' jinbidel waqt li l-membru tal-persunal qiegħed fis-servizz jew meta jitlaq is-servizz. Tali deċiżjoni madankollu għandha tittieħed eċċezzjonalment biss waqt li qiegħed fis-servizz u fuq il-preżentazzjoni ta' evidenza ta' sostenn xierqa mill-membru tal-persunal. L-effett ta' tali bidla ma għandux, madankollu, ikun tali li jirrikonoxxi bħala ċ-ċentru tal-interessi tal-membru tal-persunal, post li hu barra mit-territorji tal-Istati Membri kif ukoll barra mill-pajjiżi u t-territorji elenkati fl-Anness II għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-territorji tal-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.'

Artikolu 8

1.   Membri tal-persunal li għandhom dritt għall-allowance tal-espatrijazzjoni jew ta' residenza barranija, kull sena kalendarja għandu jkollhom id-dritt, fil-limitu stipulat fil-paragrafu 2, għal ħlas b'rata fissa li jikkorrispondi għall-ispiża għall-ivvjaġġar mill-post tal-impjieg sal-post tal-oriġini kif definit fl-Artikolu 7 għalihom u, jekk għandhom id-dritt għall-allowance tal-unità domestika, għall-konjuġi u għad-dipendenti fit-tifsira tal-Artikolu 2.

Fejn iż-żewġ konjuġi huma membri tal-persunal tal-Aġenzija, kull wieħed għandu d-dritt b'rispett għalih innifsu jew għaliha nnifisha u b'rispett għad-dipendenti, għall-ħlas b'rata fissa tal-ispejjeż għall-ivvjaġġar, skont id-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq; kull dipendenti għandu jkollu d-dritt għal ħlas wieħed biss. Il-ħlas fir-rispett ta' wlied dipendenti huwa stabbilit fuq it-talba tar-raġel jew tal-mara, abbażi tal-post tal-oriġini ta' wieħed minnhom.

Fejn membru tal-persunal jiżżewweġ matul sena speċifika u b'dan jkollu dritt għall-allowance tal-unità domestika, l-ispejjeż għall-ivvjaġġar li għandhom jitħallsu għall-konjuġi għandhom jiġu kkalkolati skont il-proporzjon tal-perijodu mid-data taż-żwieġ sal-aħħar tas-sena.

Kwalunkwe bidla għall-bażi tal-kalkolu li tista' tinqala minn bidliet fl-istatus tal-familja wara d-data tal-ħlas tas-somom inkwistjoni ma għandhiex toħloq responsabbiltà ta' ħlas lura għall-membru tal-persunal ikkonċernat.

L-ispejjeż għall-ivvjaġġar għal tfal ta' anqas minn sentejn matul is-sena kalendarja kollha ma jiġux rimborżati.

2.   Il-ħlas b'rata fissa għandu jkun ibbażat fuq allowance għal kull kilometru ta' distanza ġeografika bejn il-post tal-impjieg u l-post tal-oriġini tal-membru tal-persunal.

Fejn il-post tal-oriġini, kif definit fl-Artikolu 7, jkun barra mit-territorji tal-Istati Membri kif ukoll barra mill-pajjiżi u t-territorji elenkati fl-Anness II għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-territorji tal-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, il-ħlas b'rata fissa għandu jkun ibbażat fuq allowance għal kull kilometru ta' distanza ġeografika bejn il-post tal-impjieg tal-membru tal-persunal u l-belt kapitali tal-Istat Membru li jkun ċittadin tiegħu. Membri tal-persunal li l-post tal-oriġini tagħhom ikun barra mit-territorji tal-Istati Membri kif ukoll barra mill-pajjiżi u territorji elenkati fl-Anness II għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-territorji tal-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles u li ma jkunux ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri, ma għandux ikollhom dritt għall-ħlas b'rata fissa.

L-allowance kilometrika għandha tkun:

EUR 0 għal kull km minn 0 sa 200 km

EUR 0,3820 għal kull km minn 201 sa 1 000 km

EUR 0,6367 għal kull km minn 1 001 sa 2 000 km

EUR 0,3820 għal kull km minn 2 001 sa 3 000 km

EUR 0,1272 għal kull km minn 3 001 sa 4 000 km

EUR 0,0614 għal kull km minn 4 001 sa 10 000 km

EUR 0 għal kull km 'l fuq minn 10 000 km.

Suppliment b' rata fissa għandu jingħadd mal-allowance kilometrika ta' hawn fuq, li jammonta għal:

EUR 191,00 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tal-impjieg u l-post tal-oriġini tkun bejn 725 km u 1 450 km;

EUR 381,96 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tal-impjieg u l-post tal-oriġini tkun iktar minn 1 450 km.

L-allowances kilometriċi u s-supplimenti b'rata fissa ta' hawn fuq għandhom jiġu aġġornati kull sena bl-istess proporzjon bħar-remunerazzjoni.

3.   Membru tal-persunal li jkollu s-servizz tiegħu terminat matul sena kalendarja għal kwalunkwe raġuni oħra minn mewt jew li qiegħed bil-leave fuq raġunijiet personali matul parti mis-sena għandu, jekk huwa f'impjieg attiv fis-servizz ta' istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea għal inqas minn disa' xhur ta' dik is-sena, jkollu d-dritt għal parti biss mill-ħlas b'rata fissa previst fil-paragrafi 1 u 2, ikkalkolat skont il-proporzjon tal-ħin f'impjieg attiv.

4.   Il-paragrafi 1 sa 3 għandhom japplikaw għal membri tal-persunal li l-post tal-impjieg tagħhom huwa fit-territorji tal-Istati Membri. Membri tal-persunal li l-post tal-impjieg tagħhom huwa barra mit-territorju tal-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt, f'kull sena kalendarja, għalihom u, jekk għandhom id-dritt għall-allowance tal-unità domestika, għall-konjuġi u għal dipendenti oħra fit-tifsira tal-Artikolu 2, għal ħlas b'rata fissa tal-ispejjeż għall-ivvjaġġar lejn il-post tal-oriġini tagħhom, jew għal ħlas lura tal-ispejjeż għall-ivvjaġġar lejn post ieħor li ma jaqbżux l-ispiża għall-ivvjaġġar lejn il-post tal-oriġini. Madankollu, jekk il-konjuġi u l-persuni msemmija fl-Artikolu 2(2) ma jgħixux mal-membru tal-persunal fil-post tal-impjieg, għandu jkollhom id-dritt kull sena kalendarja għal ħlas lura tal-ispejjeż għall-ivvjaġġar mill-post tal-oriġini lejn il-post tal-impjieg jew lejn post ieħor li ma jaqbżux l-ispiża għall-ivvjaġġar tal-vjaġġ lejn il-post tal-impjieg.

Il-ħlas b'rata fissa għandu jkun ibbażat fuq il-prezz tal-vjaġġ bl-ajru fi klassi ekonomika.

D.   SPEJJEŻ TA' ĠARR

Artikolu 9

1.   Sal-limiti massimi tal-ispiża, il-membri tal-persunal obbligati li jibdlu l-post ta' residenza sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 23, mad-dħul fis-servizz jew ma' bidla sussegwenti fil-post tal-impjieg waqt li jkunu fis-servizz u li ma jkunux ġew rimborżati fir-rigward tal-istess spejjeż minn sors ieħor, għandhom ikunu intitolati għar-rimborż tal-ispejjeż li jġarrbu fir-rigward tal-ġarr ta' għamara u ta' ħwejjeġ personali, inkluża l-ispiża tal-assigurazzjoni għal riskji ordinarji (jiġifieri tkissir, serq, ħruq).

Il-limiti massimi għandhom iqisu s-sitwazzjoni tal-familja tal-membru tal-persunal fil-mument tal-ġarr, u l-ispejjeż medji tal-ġarr u tal-assigurazzjoni assoċjata miegħu.

Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni ġenerali għandhom jiġu adottati mill-AATK ta' kull istituzzjoni biex dan il-paragrafu jidħol fis-seħħ.

2.   Mat-tmiem tas-servizz jew mal-mewt ta' membru tal-persunal, l-ispejjeż imġarrba b'rabta mal-ġarr mill-post fejn kien impjegat lejn il-post tal-oriġini għandhom jiġu rimborżati fil-limiti definiti fil-paragrafu 1. Fejn il-membru tal-persunal mejjet ma kienx miżżewweġ, l-ispejjeż għandhom jiġu rimborżati lil dawk li għandhom id-dritt minnu.

3.   Fil-każ ta' membru tal-persunal stabbilit, il-ġarr għandu jseħħ fi żmien sena mit-tmiem tal-perijodu ta' prova. Mat-tmiem tas-servizz, il-ġarr għandu jseħħ fi żmien tlett snin kif previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4). Il-ġarr li jsir wara l-iskadenza tal-limiti ta' żmien stipulati hawn fuq għandu jiġu rimborżat biss f'każijiet eċċezzjonali u b'deċiżjoni speċjali tal-AATK.

E.   ALLOWANCE TA' SUSSISTENZA TA' KULJUM

Artikolu 10

1.   Fejn membru tal-persunal jipprovdi evidenza li hija meħtieġa bidla fil-post tar-residenza sabiex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-Artikolu 23, tali membru tal-persunal għandu jkollu d-dritt għal allowance ta' sussistenza, għal perijodu speċifikat fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għal kull ġurnata kalendarja kif ġej:

Membru tal-persunal li għandu d-dritt li jirċievi l-allowance tal-unità domestika: EUR 39,48.

Membru tal-persunal li ma għandux id-dritt li jirċievi l-allowance tal-unità domestika: EUR 31,83.

L-iskala ta' hawn fuq għandha tiġi riveduta kull darba li hija riveduta r-remunerazzjoni skont l-Artikolu 60.

2.   Il-perijodu li għalih hija mogħtija l-allowance ta' sussistenza ta' kuljum għandu jkun kif ġej:

(a)

fil-każ ta' membru tal-persunal li ma għandux id-dritt għall-allowance tal-unità domestika: 120 ġurnata;

(b)

fil-każ ta' membru tal-persunal li għandu d-dritt għall-allowance tal-unità domestika: 180 ġurnata jew, jekk il-membru tal-persunal għadu taħt prova, il-perijodu ta' prova flimkien ma' xahar ieħor.

F'każijiet fejn iż-żewġ konjuġi huma membri tal-persunal u t-tnejn għandhom id-dritt għall-allowance ta' sussistenza bażika, il-perijodu li għalih tiġi mogħtija kif stabbilit f'(b) għandu japplika għall-persuna li għandha s-salarju bażiku l-iżjed għoli. Il-perijodu stabbilit f'(a) għandu japplika għall-persuna l-oħra.

L-allowance ta' sussistenza ta' kuljum ma għandha tingħata fl-ebda każ lil hinn mid-data li fiha l-membru tal-persunal iġorr sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-Artikolu 23.

F.   SPEJJEŻ TA' MISSJONI

Artikolu 11

1.   Membru tal-persunal li jivvjaġġa fuq missjoni u li għandu istruzzjoni xierqa għal ivvjaġġar għandu jkollu d-dritt għal rimborż tal-ispejjeż għall-ivvjaġġar u għal allowance ta' sussistenza ta' kuljum skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin.

2.   L-istruzzjoni għall-ivvjaġġar għandha tiddikjara t-tul probabbli tal-missjoni, u abbażi ta' dan jiġi kkalkolat kwalunkwe avvanz li l-membru tal-persunal ikun jista' jikseb permezz tal-allowance ta' sussistenza ta' kuljum. Ħlief fil-każ li tittieħed deċiżjoni speċjali, l-ebda avvanz ma għandu jitħallas fejn il-missjoni mhix prevista li tinvolvi dewmien ta' iżjed minn 24 siegħa u għandha titwettaq f'pajjiż li għandu l-istess munita ta' dik użata fil-post fejn il-membru tal-persunal huwa mpjegat.

3.   Ħlief f'każijiet speċjali, li għandhom jiġu determinati b'deċiżjoni speċjali u b'mod partikolari fejn membru tal-persunal jissejjaħ lura mill-leave, ir-rimborż tal-ispejjeż tal-missjoni għandhom jiġu limitati għall-ispiża tal-vjaġġ l-iktar ekonomiku bejn il-post tal-impjieg u l-post tal-missjoni li ma titlobx lill-membru tal-persunal fuq missjoni biex jestendi s-soġġorn tiegħu b'mod sinifikattiv.

Artikolu 12

Spejjeż għall-ivvjaġġar għal missjonijiet fejn il-vjaġġ sar bil-ferrovija għandhom jiġu rimborżati fuq il-preżentazzjoni ta' dokumenti ta' sostenn abbażi tal-ispiża tat-trasport fl-ewwel klassi, permezz tal-iqsar rotta bejn il-post tal-impjieg u l-post tal-missjoni.

Membri tal-persunal għandhom ikunu awtorizzati li jivvjaġġaw bl-ajru jekk id-distanza totali tal vjaġġi ta' ħruġ u ta' ritorn bil-ferrovija tkun tal-inqas ta' 800 kilometru.

L-AATK għandha tawtorizza f'kull każ u abbażi tat-tul u tal-ispiża tal-vjaġġ il-klassijiet li għandhom jiġu użati u s-supplimenti fuq il-kabini li jistgħu jiġu rimborżati.

L-ispejjeż għall-ivvjaġġar għandhom jiġu rimborżati fil-forma ta' somma waħda bbażata fuq l-ispiża bil-ferrovija, skont il-paragrafu 1; l-ebda suppliment ieħor ma għandu jitħallas.

Madankollu, fil-każ ta' membru tal-persunal li jivvjaġġa fuq missjoni f'ċirkostanzi speċjali, l-AATK tista' tiddeċiedi li tagħti allowance lill-membru tal-persunal għal kull kilometru kopert minflok ir-rimborż tal-ispejjeż għall-ivvjaġġar previst hawn fuq, jekk l-użu tat-trasport pubbliku jippreżenta żvantaġġi ċari.

Artikolu 13

1.   L-allowance ta' sussistenza ta' kuljum għal missjonijiet għandha tikkonsisti f'somma b'rata fissa biex tkopri l-ispejjeż kollha magħmula mill-persuna fuq il-missjoni: kolazzjon, żewġ ikliet prinċipali u spejjeż inċidentali, inkluż l-ivvjaġġar lokali. Spejjeż ta' akkomodazzjoni, inklużi taxxi lokali, għandhom jiġu rimborżati sa massimu stabbilit għal kull pajjiż, fuq preżentazzjoni ta' dokumenti ta' sostenn.

2.

(a)

L-iskala għall-Istati Membri hija kif ġej:

Destinazzjonijiet

Allowance ta' kuljum

(f'EUR)

Limitu massimu tal-lukanda

(f'EUR)

Awstrija

95

130

Belġju

92

140

Bulgarija

58

169

Kroazja

60

120

Repubblika Ċeka

55

175

Ċipru

93

145

Danimarka

120

150

Estonja

71

110

Finlandja

104

140

Franza

95

150

Ġermanja

93

115

Greċja

82

140

Spanja

87

125

Ungerija

72

150

Irlanda

104

150

Italja

95

135

Latvja

66

145

Litwanja

68

115

Lussemburgu

92

145

Malta

90

115

Netherlands

93

170

Polonja

72

145

Portugall

84

120

Rumanija

52

170

Slovenja

70

110

Slovakkja

80

125

Żvezja

97

160

Renju Unit

101

175

Fejn membru tal-persunal fuq missjoni jirċievi ikla jew akkomodazzjoni b'xejn jew dawn jiġu rimborżati minn wieħed mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, amministrazzjoni jew korp barrani, dan għandu jiġi ddikjarat. B'konsegwenza, għandu jseħħ tnaqqis li jikkorrispondi għal dan.

(b)

L-iskala għall-missjonijiet f'pajjiżi barra mit-territorju Ewropew tal-Istati Membri għandha tiġi stabbilita u aġġustata perjodikament mill-AATK.

3.   Ir-rati stabbiliti fil paragrafu 2(a) ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu riveduti kull sentejn abbażi tar-reviżjoni li sseħħ skont l-Artikolu 13(3) tal-Anness VII għar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE.

Artikolu 14

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikoli 11, 12 u 13 ta' dan l-Anness għandhom jiġu stabbiliti mill-Aġenzija.

G.   RIMBORŻ FISS TAL-ISPEJJEŻ

Artikolu 15

1.   Membri tal-persunal li, minħabba dmirijiethom, jagħmlu spejjeż ta' ospitalità ta' spiss jistgħu jiġu mogħtija allowance b'rata fissa mill-AATK, li għandha tiddetermina dan l-ammont.

F'każijiet speċjali, l-AATK tista' tiddeċiedi wkoll li parti mill-ispiża ta' akkomodazzjoni tal-membru tal-persunal ikkonċernat tista' titħallas ukoll mill-Aġenzija.

2.   Fil-każ ta' membri tal-persunal li, minħabba istruzzjonijiet speċjali, ġieli jagħmlu spejjeż ta' ospitalità għal finijiet uffiċjali, l-ammont tal-allowance għall-ospitalità għandu jiġi determinata f'kull każ abbażi ta' dokumenti ta' sostenn u fuq termini li għandhom jiġu stabbiliti mill-AATK.

Artikolu 16

B'deċiżjoni tal-AATK, persunal amministrattiv għoli (Direttur Ġenerali jew l-ekwivalenti tagħhom fil-grad AD16 jew AD15 u Diretturi jew l-ekwivalenti tagħhom fil-grad AD15 jew AD14) li ma għandhomx karozza uffiċjali għad-dispożizzjoni tagħhom jistgħu jirċievu allowance fissa, li ma taqbiżx EUR 892,42 fis-sena biex tkopri l-ivvjaġġar normali fil-limiti tal-belt fejn huma mpjegati.

Permezz ta' deċiżjoni raġunata tal-AATK, l-allowance tista' tiġi mogħtija lill-membru tal-persunal li dmirijietu jeħtieġu li jagħmel vjaġġi kontinwament li għalihom għandu l-awtorizzazzjoni li juża l-karozza tiegħu.

TAQSIMA 4

Ħlas ta' somom dovuti

Artikolu 17

1.   Il-ħlas ta' remunerazzjoni lil membri tal-persunal għandu jsir fil-15-il jum ta' kull xahar għal dak ix-xahar attwali. L-ammont ta' remunerazzjoni għandu jiġi approssimat għall-eqreb ċenteżmu 'l fuq.

2.   Fejn ir-remunerazzjoni mhix dovuta għal xahar sħiħ, l-ammont għandu jiġi diviż bi tletin, u

(a)

fejn in-numru attwali ta' jiem li għandu jingħata ħlas għalihom huwa ta' 15 jew inqas, in-numru tal-partijiet minn tletin dovuti għandu jkunu ugwali man-numru attwali ta' ġranet li għalihom għandu jingħata ħlas;

(b)

fejn in-numru attwali ta' jiem li għandu jingħata ħlas għalihom huwa iżjed minn 15, in-numru tal-partijiet minn tletin dovut għandu jkunu ugwali mad-differenza bejn in-numru attwali ta' jiem li għalihom ħlas ma għandux jingħata u 30.

3.   Fejn id-dritt għal allowances tal-familja u allowances tal-espatrijazzjoni jibda wara d-data tad-dħul fis-servizz, il-membru tal-persunal għandu jirċievi dawn mill-ewwel jum tax-xahar li fih tali dritt jibda. Mat-tmiem ta' tali dritt, il-membru tal-persunal għandu jirċievi s-somma dovuta sal-aħħar ġurnata tax-xahar li fih tali dritt jintemm.

Artikolu 18

1.   Il-ħlas lil kull membru tal-persunal għandu jsir fil-post u fil-munita tal-pajjiż fejn ikun qed iwettaq dmirijietu jew, fuq it-talba tal-membru tal-persunal, f'euros f'bank fl-Unjoni.

2.   Skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f'regoli stipulati mill-AATK, b'kunsens komuni wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Persunal, il-membri tal-persunal jistgħu japplikaw għal trasferiment regolari speċjali ta' parti mir-remunerazzjoni tagħhom.

Taħt l-ewwel sentenza ta' dan il-paragrafu, dan li ġej jista' jiġi trasferit, separatament jew flimkien:

(a)

għal tfal li jattendu stabbiliment ta' edukazzjoni fi Stat Membru ieħor, ammont massimu għal kull wild dipendenti ugwali għall-ammont tal-allowance għall-edukazzjoni verament irċevut għall-wild;

(b)

fuq preżentazzjoni ta' dokumenti ta' sostenn validi, ħlasijiet regolari lill-persuni l-oħra kollha residenti fl-Istat Membru rilevanti dwar liema l-membru tal-persunal jippreżenta evidenza li għandu obbligazzjoni permezz tal-qrati jew tal-awtorità amministrattiva kompetenti.

It-trasferimenti msemmija fil-punt (b) ma jistgħux jaqbżu 5 % tas-salarju bażiku tal-membru tal-persunal.

3.   It-trasferimenti previsti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom isiru, fil-munita tal-Istat Membru rilevanti, bl-istess rata ta' kambju ta' dawk imsemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE. L-ammonti trasferiti għandhom ikunu multiplikati b'koeffiċjent li jirrappreżenta d-differenza bejn il-koeffiċjent ta' korrezzjoni għall-pajjiż lejn fejn isir it-trasferiment kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 3(5) tal-Anness XI għar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE u l-koeffiċjent ta' korrezzjoni għar-remunerazzjoni tal-membru tal-persunal kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3(5) tal-Anness XI għar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE.

4.   Minbarra t-trasferimenti msemmija fil-paragrafi 1 sa 3, membru tal-persunal jista' jitlob trasferiment regolari lejn Stat Membru ieħor bir-rata tal-kambju ta' dak ix-xahar, mingħajr l-applikazzjoni ta' kwalunkwe koeffiċjent. Dan it-trasferiment ma jistax jaqbeż 25 % tas-salarju bażiku tal-membru tal-persunal.


ANNESS V

GĦOTJA MINĦABBA TMIEM TA' IMPJIEG U PENSJONI

KAPITOLU 1

Għotja ta' tmiem ta' impjieg

Artikolu 1

1.   Membru tal-persunal li jintemmlu s-servizz tiegħu għal kwalunkwe raġuni iżda mhux minħabba mewt jew invalidità għandu jkollu d-dritt mat-tluq mis-servizz:

(a)

fejn hu jkun għamel inqas minn sena servizz, għal ħlas ta' għotja minħabba tmiem ta' impjieg ugwali għal tliet darbiet l-ammonti miżmuma mis-salarju bażiku tiegħu fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni tiegħu, wara li jitnaqqsu kwalunkwe ammonti mħallsa taħt l-Artikoli 91 u 132;

(b)

f'każijiet oħra, hu għandu jkollu d-dritt:

li jkollu l-ekwivalenti attwarjali tad-drittijiet tal-pensjoni tal-irtirar fl-Aġenzija, aġġornati għad-data attwali ta' trasferiment, trasferiti għall-fond tal-pensjoni ta' amministrazzjoni jew organizzazzjoni jew għall-fond tal-pensjoni li taħtu jikseb drittijiet tal-pensjoni tal-irtirar bis-saħħa tal-attività magħmula f'kapaċità ta' impjieg jew ta' xogħol għal rasu, jew

għall-ħlas tal-ekwivalent attwarjali ta' tali benefiċċji lil kumpannija privata tal-assigurazzjoni jew fond tal-pensjoni tal-għażla tiegħu, bil-kondizzjoni li tali kumpannija jew fond jiggarantixxu li:

(i)

il-kapital ma jitħallasx lura;

(ii)

jitħallas dħul fix-xahar mhux qabel l-età ta' 60 sena, u sa mhux aktar tard mill-età ta' 66 sena;

(iii)

huma inklużi dispożizzjonijiet għal pensjonijiet jew riverżjoni ta' min jibqa' ħaj;

(iv)

trasferiment lejn kumpannija ta' assigurazzjoni oħra jew fond ieħor ikun awtorizzat biss jekk tali fond jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (i), (ii) u (iii).

2.   B'deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 1, membru tal-persunal li, minn meta ħa l-kariga tiegħu, sabiex jistabbilixxi jew iżomm id-drittijiet għall-pensjoni, ħallas fi skema nazzjonali tal-pensjoni, skema privata ta' assigurazzjoni jew fond tal-pensjoni tal-għażla tiegħu li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, u li s-servizz tiegħu jintemm minħabba raġunijiet minbarra mewt jew invalidità, għandu jkun intitolat, malli jitlaq mis-servizz, għal għotja ta' tmiem ta' impjieg daqs il-valur attwarjali tad-drittijet tiegħu għal pensjoni akkwistati matul is-servizz fl-Aġenzija. F'dawn il-każijiet, il-ħlasijiet li saru sabiex ikunu stabbiliti jew jinżammu d-drittijiet tiegħu għal pensjoni taħt l-iskema nazzjonali tal-pensjoni f'konformità mal-Artikolu 91 jew 132 għandhom jitnaqqsu mill-għotja minħabba tmiem ta' impjieg.

3.   Fejn is-servizz ta' membru tal-persunal intemm permezz tat-tneħħija mill-pożizzjoni tiegħu, l-għotja minħabba tmiem ta' impjieg jew, skont il-każ, l-ekwivalenti attwarjali li għandha tiġi trasferita għandha tiġi determinata b'referenza għad-Deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 147.

KAPITOLU 2

Allowance għall-invalidità

Artikolu 2

1.   Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 76, membru tal-persunal li għandu inqas minn 65 sena li, fi kwalunkwe ħin matul il-perijodu li fih qiegħed jakkwista d-drittijiet għal pensjoni, huwa rikonoxxut mill-Kumitat tal-Invalidità li qiegħed isofri minn invalidità permanenti u totali li ma tħallihx iwettaq id-dmirijiet li jikkorrispondu ma' pożizzjoni fil-kategorija tiegħu, u li għal dawn ir-raġunijiet huwa għalhekk obbligat li jtemm is-servizz tiegħu mal-Aġenzija għandu jkollu d-dritt, għaż-żmien li fih tippersisti tali inkapaċità, għall-allowance għall-invalidità kif previst fl-Artikolu 77.

2.   Persuni li jirċievu allowance għall-invalidità ma jistgħux jidħlu għal xogħol bi qligħ mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-AATK. Kwalunkwe dħul minn tali impjieg bi qligħ li, flimkien mal-allowance għall-invalidità, jaqbeż ir-remunerazzjoni totali finali li wieħed jirċievi waqt is-servizz attiv kif determinat abbażi tal-iskala tas-salarju fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li fih għandha titħallas l-allowance għandu jiġi mnaqqas mill-allowance għall-invalidità.

Il-persuna li tirċievi l-allowance għandha tkun meħtieġa li tippreżenta, meta din tintalbilha, kwalunkwe prova bil-miktub li tista' tintalab u li tinnotifika lill-Aġenzija dwar kwalunkwe fattur li jista' jaffettwa d-dritt għall-allowance.

Artikolu 3

Sakemm eks-membru tal-persunal li jirċievi l-allowance għall-invalidità għandu inqas mill-età tal-pensjoni, l-Aġenzija tista' perjodikament teżaminah medikament biex taċċerta ruħha li għadu jissodisfa r-rekwiżiti għall-ħlas tal-allowance.

KAPITOLU 3

Pensjoni tas-superstiti

Artikolu 4

Fejn membru tal-persunal imut waqt li qiegħed f'impjieg attiv, fuq leave għal raġunijiet personali, fuq leave għas-servizz militari, fuq leave parentali jew leave familjari, l-armel/la għandu/ha jkollu/ha d-dritt, sakemm il-koppja kienet miżżewġa għall-inqas għal sena qabel il-mewt tiegħu u mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 76 ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal u Artikolu 11 ta' dan l-Anness, għal pensjoni tas-superstiti ugwali għal 60 % tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar miksuba għall-membru tal-persunal fil-mument tal-mewt.

Ma għandux jittieħed kont tat-tul taż-żwieġ jekk hemm wild jew iżjed miż-żwieġ jew minn żwieġ preċedenti tal-membru tal-persunal, sakemm l-armel/la jmantni/tmantni jew mantna/mantniet dawk it-tfal, jew jekk il-mewt tal-membru tal-persunal seħħet minħabba diżabilità fiżika jew mard ikkaġunati fit-twettieq tad-dmirijiet tiegħu jew minn aċċident.

Artikolu 5

Fejn eks-membru tal-persunal kien jirċievi allowance għall-invalidità l-armel/armla għandu/ha jkollu/ha d-dritt, mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8, sakemm il-koppja kienet miżżewġa meta l-membru tal-persunal sar eliġibbli għall-allowance, għal pensjoni tas-superstiti ugwali għal 60 % tal-allowance għall-invalidità li l-armel/armla kien(et) qed j/tirċievi fil-mument tal-mewt.

Il-pensjoni minima tas-superstiti għandha tkun ta' 35 % tas-salarju bażiku finali; madankollu, l-ammont tal-pensjoni tas-superstiti ma għandu fl-ebda każ jaqbeż l-ammont tas-sussidju għall-invalidità riċevut mill-konjuġi fil-mument tal-mewt.

Artikolu 6

Għall-finijiet tal-Artikoli 4 u 5, ma għandux jittieħed kont tat-tul taż-żwieġ fejn iż-żwieġ, allavolja kuntrattat wara t-tmiem tas-servizz tal-membru tal-persunal, dam mill-inqas ħames snin.

Artikolu 7

1.   Il-pensjoni tal-orfni prevista fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet subparagrafi fl-Artikolu 82 ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal għandha, għall-ewwel orfni, tkun ugwali għal tmien partijiet minn għaxra tal-pensjoni tas-superstiti li l-armel/armla tal-membru tal-persunal jew eks-membru tal-persunal li kien jirċievi allowance għall-invalidità kien(et) ikollu/ha dritt għaliha, bit-tnaqqis stabbilit fl-Artikolu 10 ta' dan l-Anness ma jkunx ikkunsidrat.

Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 ta' dan l-Anness, ma għandhiex tkun inqas mill-figura minima ta' sussistenza.

2.   Għal kull wild dipendenti wara l-ewwel wieħed, il-pensjoni għandha tiżdied b'ammont ugwali għal darbtejn l-allowance tat-tfal dipendenti.

L-orfni għandhom ikollhom id-dritt għal allowance għall-edukazzjoni skont l-Artikolu 3 tal-Anness IV.

3.   L-ammont totali ta' pensjoni u allowance kkalkolata b'dan il-mod għandu jkun diviż ugwalment bejn l-orfni li għandhom id-dritt.

Artikolu 8

Fejn membru tal-persunal iħalli armel/armla u orfni wkoll minn żwieġ preċedenti jew minn persuni oħra li għandhom id-dritt minnu, il-pensjoni totali, ikkalkolata bħal li kieku għal armel/armla li għandu/ha dawn il-persuni dipendenti kollha fuqu/ha, għandha tinqasam bejn il-persuni varji ikkonċernati fi proporzjon mal-pensjonijiet li kienu jkunu pagabbli lil kull kategorija tagħhom jekk ittrattati separatament.

Fejn membru tal-persunal iħalli orfni minn żwiġijiet differenti, il-pensjoni totali, ikkalkolata bħal li kieku it-tfal kollha kienu mill-istess żwieġ, għandha tinqasam bejn il-persuni varji ikkonċernati fi proporzjon mal-pensjonijiet li kienu jkunu pagabbli lil kull kategorija tagħhom jekk ittrattati separatament.

Għall-finijiet tal-kalkolu ta' dan it-tqassim, it-tfal minn żwieġ preċedenti ta' kwalunkwe wieħed mill-konjuġi, li huma rikonoxxuti bħala dipendenti fit-tifsira tal-Artikolu 2 tal-Anness IV, għandhom jiġu nklużi fil-kategorija ta' tfal miż-żwieġ mal-membru tal-persunal jew eks-membru tal-persunal li kien jirċievi allowance għall-invalidità.

Fil-każ previst fit-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu, axxendenti li huma rikonoxxuti bħala dipendenti kif previst fl-Artikolu 2 tal-Anness IV, għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħal tfal dipendenti u, għall-finijiet tal-kalkolu tat-tqassim, inklużi fil-kategorija tad-dixxendenti.

Artikolu 9

Id-dritt għall-ħlas ta' pensjoni tas-superstiti għandu jkollu effett mill-ewwel jum tax-xahar kalendarju li jiġi wara dak li fih miet il-membru tal-persunal jew l-eks-membru tal-persunal li kien jirċievi allowance għall-invalidità. Madankollu, fejn il-ħlas previst fl-Artikolu 60(8) jsir mal-mewt tal-membru tal-persunal jew tal-persuna li kellha d-dritt għal pensjoni, tali dritt għandu jkollu effett fl-ewwel jum tar-raba' xahar wara dak li fih seħħet il-mewt.

Id-dritt għall-ħlas ta' pensjoni tas-superstiti għandu jispiċċa fl-aħħar tax-xahar kalendarju li fih il-persuna li tirċievi l-pensjoni tmut jew ma tibqax tissodisfa l-ħtiġijiet għall-ħlas tal-pensjoni.

Bl-istess mod, id-dritt għal pensjoni ta' orfni għandha tispiċċa jekk il-persuna ma tibqax ikkunsidrata bħala wild dipendenti fit-tifsira tal-Artikolu 2 tal-Anness IV.

Artikolu 10

Fejn id-differenza fl-età bejn il-membru mejjet tal-persunal jew l-eks-membru mejjet tal-persunal li kien qed jirċievi allowance għall-invalidità u l-armel/armla tiegħu, bit-tneħħija taż-żmien li kienu miżżewġa, hija iżjed minn 10 snin, il-pensjoni tal-armel/armla, ikkalkolata skont id-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq, għandha tkun soġġetta għal tnaqqis, għal kull sena sħiħa ta' differenza, li jammonta għal:

1 % għas-snin bejn 10 u 20;

2 % għas-snin minn 20 sa, iżda mhux inkluża, il-25 sena;

3 % għas-snin minn 25 sa, iżda mhux inkluża, il-30 sena;

4 % għas-snin minn 30 sa, iżda mhux inkluża, il-35 sena;

5 % għas-snin minn 35 'l fuq.

Artikolu 11

Id-dritt ta' superstiti għal pensjoni tas-superstiti għandu jispiċċa ma' żwieġ mill-ġdid. Hu jew hija għandu/ha jkollu/ha d-dritt għall-ħlas immedjat ta' somma kapitali ugwali għal darbtejn tal-ammont annwali tal-pensjoni tas-superstiti tiegħu/tagħha, sakemm ma japplikax it-tieni paragrafu tal-Artikolu 82.

Artikolu 12

Il-konjuġi divorzjat(a) ta' membru tal-persunal jew ta' eks-membru tal-persunal għandu/ha jkollu/ha d-dritt għal pensjoni tas-superstiti, kif definita f'dan il-Kapitolu, sakemm, mal-mewt tal-eks-konjuġi, j/tista' j/tiġġustifika d-dritt tiegħu/tagħha li j/tirċievi manteniment minnu permezz ta' ordni tal-qorti jew bħala r-riżultat ta' ftehim uffiċjali reġistrat fis-seħħ bejnu/ha u l-eks-konjuġi tiegħu/ha.

Madankollu, il-pensjoni tas-superstiti ma tistax taqbeż l-ammont ta' manteniment mħallas fiż-żmien tal-mewt tal-eks-konjuġi, bl-ammont aġġustat skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 85.

Id-dritt tal-konjuġi divorzjat(a) għandu jispiċċa jekk j/terġa j/tiżżewweġ qabel ma j/tmut l-eks-konjuġi. L-Artikolu 11 ta' dan l-Anness għandu japplika fil-każ ta' żwieġ mill-ġdid wara l-mewt tal-eks-konjuġi.

Artikolu 13

Fejn il-membru mejjet tal-persunal iħalli iżjed minn konjuġi waħda divorzjat(a) li għandu/ha d-dritt għal pensjoni tas-superstiti jew konjuġi waħda divorzjat(a) jew iżjed u armel/armla li għandhom id-dritt għal pensjoni tas-superstiti, dik il-pensjoni għandha tiġi diviża fi proporzjon għaż-żmien rispettiv taż-żwiġijiet. Id-dispożizzjonijiet tat-tieni u tat-tielet paragrafi tal-Artikolu 12 ta' dan l-Anness għandhom japplikaw.

Jekk kwalunkwe mill-persuni li għandhom dritt għal pensjoni tmut jew tirrinunzja għall-parti tiegħu/tagħha, dik il-parti għandha tingħaqad mal-partijiet tal-persuni l-oħra, ħlief fejn hemm drittijiet tal-orfni taħt it-tieni paragrafu tal-Artikolu 82.

Tnaqqis b'rispett għal differenza fl-età, kif previst fl-Artikolu 10 ta' dan l-Anness, għandu jkun applikat separatament għal pensjonijiet diviżi skont dan l-Artikolu.

Artikolu 14

Fejn taħt l-Artikolu 19 ta' dan l-Anness il-konjuġi divorzjat(a) j/titlef id-dritt għal pensjoni, il-pensjoni totali għandha titħallas lis-superstiti, sakemm ma japplikax it-tieni paragrafu tal-Artikolu 82 ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal.

KAPITOLU 4

Pensjonijiet proviżorji

Artikolu 15

Il-konjuġi jew il-persuni rikonoxxuti bħala d-dipendenti ta' membru tal-persunal li qiegħed f'impjieg attiv, fuq leave għal raġunijiet personali, fuq leave għas-servizz militari, fuq leave parentali jew leave familjari, li mhux magħruf fejn qiegħed għal iżjed minn sena, jistgħu jirċievu proviżorjament il-pensjoni tas-superstiti li jkollhom id-dritt għaliha taħt dan l-Anness.

Artikolu 16

Il-konjuġi jew il-persuni rikonoxxuti bħala d-dipendenti ta' eks-membru tal-persunal li jirċievi allowance għall-invalidità, li mhux magħruf fejn qiegħed għal iżjed minn sena jistgħu jirċievu proviżorjament il-pensjoni tas-superstiti li jkollhom id-dritt għalih taħt dan l-Anness.

Artikolu 17

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16 għandhom japplikaw għal persuni rikonoxxuti bħala dipendenti ta' persuna li tirċievi jew li għandha d-dritt għal pensjoni tas-superstiti li mhux magħruf fejn qiegħda għal iżjed minn sena.

Artikolu 18

Pensjonijiet proviżorji taħt l-Artikoli 15, 16 u 17 għandhom jinbidlu f'pensjonijiet definittivi meta l-mewt tal-membru tal-persunal jew tal-eks-membru tal-persunal tiġi konfermata b'mod xieraq jew jiġi legalment dikjarat nieqes, maħsub mejjet.

KAPITOLU 5

Żidiet fil-pensjoni fir-rigward ta' tfal dipendenti

Artikolu 19

Id-dispożizzjonijiet tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 81 ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw għal persuni li jirċievu pensjoni proviżorja.

L-Artikoli 81 u 82 għandhom japplikaw ukoll għal tfal li twieldu inqas minn 300 ġurnata wara l-mewt tal-membru tal-persunal jew tal-eks-membru tal-persunal li kien jirċievi allowance għall-invalidità.

Artikolu 20

L-għoti ta' pensjoni tas-superstiti jew ta' allowance għall-invalidità jew ta' pensjoni proviżorja ma għandux jagħti d-dritt lill-pensjonant għal allowance tal-espatrijazzjoni.

Artikolu 21

Is-salarji u l-allowances għall-invalidità għandhom ikunu dejjem soġġetti għal tnaqqis tal-kontribuzzjoni tal-iskema tal-pensjoni prevista fl-Artikoli 78 sa 88.

Artikolu 22

Membri tal-persunal fuq leave għal raġunijiet personali li qed ikomplu jakkwistaw aktar drittijiet tal-pensjoni skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 57(3) għandhom jibqgħu jħallsu l-kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 21 ta' dan l-Anness abbażi tas-salarju għal dik l-iskala u grad.

Il-benefiċċji kollha li għandu dritt għalihom taħt din l-iskema tal-pensjoni kwalunkwe tali membru tal-persunal jew dawk li għandhom id-dritt minnu, għandhom jiġu kkalkolati abbażi ta' tali salarju.

Artikolu 23

Ma għandhomx jiġu rimborżati l-kontribuzzjonijiet imnaqqsa sew. Kontribuzzjonijiet imnaqqsa ħażin ma għandhomx jagħtu d-dritt għal pensjoni; għandhom jiġu rimborżati mingħajr interessi fuq it-talba tal-membru tal-persunal jew ta' dawk li għandhom id-dritt minnu.

KAPITOLU 6

Kalkolu tal-pensjoni

Artikolu 24

L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-kalkolu tal-ammont tal-pensjoni tas-superstiti jew tal-pensjoni proviżorja u tal-allowance għall-invalidità. Dikjarazzjoni dettaljata tal-kalkolu għandha tiġi komunikata lill-membru tal-persunal jew lil dawk li għandhom d-dritt minnu, fl-istess ħin tad-deċiżjoni li tagħti l-pensjoni.

Allowance għall-invalidità ma għandiex titħallas flimkien mas-salarju li jitħallas mill-baġit ġenerali tal-Aġenzija. Bl-istess mod, għandha tkun inkompatibbli ma' kwalunkwe remunerazzjoni miksuba minn pożizzjoni f'waħda mill-istituzzjonijiet jew aġenziji tal-Unjoni.

Artikolu 25

L-ammont ta' pensjoni tista' tiġi kkalkolata mill-ġdid fi kwalunkwe ħin jekk ikun hemm żball jew ommissjoni ta' kwalunkwe xorta.

Il-pensjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal modifika jew irtirar jekk l-għotja kienet kontra d-dispożizzjonijiet ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal jew ta' dan l-Anness.

Artikolu 26

Fejn membru tal-persunal jew eks-membru tal-persunal li kien qed jirċievi allowance għall-invalidità jmut u dawk li għandhom d-dritt minnu ma japplikawx għall-pensjoni jew l-allowance tagħhom fi żmien sena mid-data tal-mewt tiegħu, għandhom jitilfu d-dritt tagħhom, sakemm mhix stabbilita b'mod xieraq force majeur.

Artikolu 27

Meta jkun hemm benefiċċji taħt din l-iskema tal-pensjoni favur eks-membru tal-persunal jew dawk li għandhom d-dritt minnu, dawn għandhom jippreżentaw tali prova bil-miktub kif jista' jkun mitlub u jinformaw lill-Aġenzija dwar kwalunkwe fatti li probabbilment jistgħu jaffettwaw id-dritt tagħhom.

Artikolu 28

Fejn membru tal-persunal ġie mċaħħad temporanjament mid-drittijiet tiegħu għal pensjoni, kompletament jew parzjalment, hekk kif jidhru taħt l-Artikolu 147, għandu jkollu d-dritt li jitlob rimborż fi proporzjon għall-ammont li bih il-pensjoni tiegħu ġiet imnaqqsa mill-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni li ħallas.

KAPITOLU 7

Ħlas ta' benefiċċji

Artikolu 29

Benefiċċji taħt din l-iskema tal-pensjoni għandhom jitħallsu kull xahar b'lura.

Dawn il-benefiċċji għandhom jiġu pprovduti mill-Aġenzija.

Għal pensjonanti li jgħixu fl-Unjoni Ewropea, il-benefiċċji għandhom jitħallsu f'euro f'bank fl-Istat Membru ta' residenza.

Għal pensjonanti li jgħixu barra mill-Unjoni, il-pensjonijiet għandhom jitħallsu f'euro f'bank fl-Istat ta' residenza. B'eċċezzjoni il-pensjoni tista' titħallas f'euro f'bank fil-pajjiż fejn l-Aġenzija għandha l-kwartieri ġenerali, jew f'munita barranija fil-pajjiż ta' residenza tal-pensjonant, bil-kambju jsir bir-rati ta' kambju l-iżjed aġġornati li huma użati għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija.

Dan l-Artikolu għandu japplika b'analoġija għal dawk li jirċievu allowance għall-invalidità.


ANNESS VI

TIPI TA' POŻIZZJONIJIET F'KULL GRUPP TA' FUNZJONI, KIF PREVIST FL-ARTIKOLU 7(3)

1.   

Grupp ta' funzjoni AD

Kap Eżekuttiv

AD 16

Viċi Kap Eżekuttiv

AD 15

Direttur

AD 14

Viċi Direttur jew ekwivalenti

AD 13

Kap ta' unità jew ekwivalenti

AD 9 — AD 13

Amministratur

AD 5 — AD 12

2.   

Grupp ta' funzjoni AST

Assistent ta' livell għoli AST

Iwettaq attivitajiet amministrattivi, tekniċi jew ta' taħriġ li jirrikjedu livell għoli ta' awtonomija u jġorr responsabbiltajiet sinifikanti f'termini ta' ġestjoni tal-persunal, implimentazzjoni tal-baġit jew koordinazzjoni politika.

AST 10 — AST 11

Assistent

Iwettaq attivitajiet amministrattivi, tekniċi jew ta' taħriġ li jirrikjedu ċertu livell ta' awtonomija, partikolarment fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' regoli u regolamenti jew struzzjonijiet ġenerali jew bħala assistent personali ta' Membru tal-Aġenzija, tal-Kap tal-uffiċċju privat ta' Membru jew ta' (Viċi) Direttur Ġenerali jew maniġer ta' livell għoli ekwivalenti.

AST 1 — AST 9

3.   

Grupp ta' funzjoni AST/SC

Segretarju/Skrivan

Iwettaq kompiti klerikali u segretarjali, ġestjoni tal-uffiċċju u kompiti ekwivalenti oħrajn li jirrikjedu ċertu livell ta' awtonomija

SC 1 — SC 6


12.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 219/82


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1352

tal-4 ta' Awwissu 2016

dwar ir-Regoli applikabbli għall-esperti nazzjonali ssekondati għall-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, u li tħassar id-Deċiżjoni 2004/677/KE

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42 u 45 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1835 tat-12 ta' Ottubru 2015 li tiddefinixxi l-istatut, is-sede u r-regoli operazzjonali tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,

Billi:

(1)

L-issekondar ta' esperti nazzjonali għandu jippermetti lill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) sabiex tibbenefika mil-livell għoli tal-għarfien u l-esperjenza professjonali ta' dawk l-esperti, b'mod partikolari f'oqsma fejn tali għarfien espert mhuwiex disponibbli faċilment fi ħdan l-Aġenzija.

(2)

L-iskambju ta' esperjenza u għarfien professjonali fil-qasam tad-difiża, kif stabbilit fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1835, u l-funzjonijiet ta' appoġġ relatati għandu jkun appoġġat permezz tal-assenjazzjoni temporanja ta' esperti nazzjonali ssekondati (minn hawn 'il quddiem imsejħin “EiNS”) mis-setturi pubbliċi tal-Istati Membri.

(3)

Id-drittijiet u l-obbligi tal-EiNS għandhom jiggarantixxu li huma jwettqu d-dmirijiet tagħhom fl-interess tal-Aġenzija biss.

(4)

It-terminu “sekondar” għandu jinftiehem fil-kuntest ta' din id-Deċiżjoni.

(5)

Ladarba r-regoli stabbiliti b'din id-Deċiżjoni għandhom jissostitwixxu dawk stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/677/KE (2), dik id-Deċiżjoni għandha titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Ir-regoli stabbiliti b'din id-Deċiżjoni japplikaw għall-EiNS li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 issekondati mal-Aġenzija u li huma esperti ssekondati mill-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri parteċipanti, fil-livell nazzjonali jew reġjonali, b'mod partikolari l-Ministeri għad-Difiża u/jew l-aġenziji, il-korpi, il-kulleġġi nazzjonali tad-difiża, l-istituti tar-riċerka tagħhom, inklużi dawk f'konformità mal-Artikolu 11(4)(b) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1835.

F'konformità mal-Artikolu 11(4)(a) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1835, esperti:

minn pajjiż terz li miegħu l-Aġenzija tkun ikkonkludiet arranġament amministrattiv, jew

minn organizzazzjonijiet/entitajiet b'Arranġament Amministrattiv mal-Aġenzija, dment li l-ENS huwa ċittadin minn Stat Membru jew pajjiż terz li miegħu l-Aġenzija tkun ikkonkludiet arranġament amministrattiv,

għandu jiġi ssekondat jew assenjat, skont l-Artikolu 26(1) ta' dik id-Deċiżjoni, lill-Aġenzija bil-qbil tal-Bord ta' Tmexxija, f'konformità mal-kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti f'dawk l-arranġamenti.

Artikolu 2

Kondizzjonijiet għas-sekondar

Sabiex jikkwalifikaw għal sekondar mal-Aġenzija, l-esperti:

1.

iridu jkunu ħadmu għal min iħaddimhom fuq bażi permanenti jew kuntrattwali għal mill-inqas 12-il xahar qabel is-sekondar tagħhom;

2.

għandhom jibqgħu fis-servizz ta' min iħaddimhom matul il-perijodu tas-sekondar u għandhom jibqgħu jitħallsu minn min iħaddem;

3.

għandu jkollhom mill-inqas tliet snin esperjenza full-time f'funzjonijiet ta' difiża, amministrattivi, xjentifiċi, tekniċi, operattivi, konsultattivi jew superviżorji rilevanti għat-twettiq tad-dmirijiet assenjati lilhom. Qabel is-sekondar, min iħaddem għandu jforni lill-Aġenzija b'dikjarazzjoni tal-impjieg tal-espert li tkopri t-tnax-il xahar preċedenti;

4.

ikunu ċittadini ta' Stat Membru parteċipanti jew jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 1;

5.

għandu jkollhom għarfien profond ta' lingwa uffiċjali ta' wieħed mill-Istati Membri parteċipanti u għarfien sodisfaċenti ta' lingwa oħra minn dawn il-lingwi għat-twettiq ta' dmirijiethom.

Artikolu 3

Proċedura tal-għażla

1.   L-EiNS għandhom jintgħażlu skont proċedura miftuħa u trasparenti deċiża f'konformità mal-Artikolu 42.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(4), l-EiNS għandhom jiġu ssekondati biex jiżguraw li l-Aġenzija jkollha s-servizzi ta' persuni tal-ogħla livelli ta' abbiltà, effiċjenza, integrità u mertu. Huma għandhom jiġu ssekondati fuq bażi ġeografika kemm jista' jkun wiesgħa minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri parteċipanti. L-Istati Membri parteċipanti u l-Aġenzija għandhom jikkooperaw biex jiżguraw, sa fejn hu possibbli, bilanċ bejn irġiel u nisa u josservaw il-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali.

3.   Sejħa għall-espressjoni ta' interess għandha tintbagħat lir-Rappreżentanzi Permanenti tal-Istati Membri parteċipanti, lil Missjonijiet ta' pajjiżi terzi, lill-organizzazzjoni jew lill-entità, kif opportun, u ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija. Is-sejħa għandha tagħti d-deskrizzjonijiet tal-karigi, il-kriterji tal-għażla u d-data tal-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet. Kandidati għal kariga ta' ENS jridu jiġu sponsorizzati mill-awtoritajiet, l-organizzazzjoni jew l-entità nazzjonali tagħhom. Hija meħtieġa konferma permezz ta' ittra ta' sponsorizzazzjoni indirizzata lill-Aġenzija, kemm jista' jkun possibbli sad-data tal-għeluq sa meta għandhom jaslu l-applikazzjonijiet u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mid-data tar-reklutaġġ.

4.   Fil-każ ta' EiNS u ta' esperti nazzjonali f'taħriġ professjonali (minn hawn ''il quddiem imsejħin “EiNTP”) mingħajr spejjeż, l-Aġenzija tista' tiddeċiedi li ENS għandu jintgħażel mingħajr ma jiġu segwiti l-proċeduri tal-għażla stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.

5.   Is-sekondar ta' esperti għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti speċifiċi u l-kapaċità baġitarja tal-Aġenzija.

6.   L-Aġenzija għandha toħloq fajl individwali għall-ENS. Dak il-fajl għandu jinkludi informazzjoni amministrattiva rilevanti.

Artikolu 4

Proċedura amministrattiva għas-sekondar

Is-sekondar għandu jiġi implimentat permezz ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija u r-Rappreżentanza Permanenti jew il-Missjoni tal-Istat Membru kkonċernat, l-organizzazzjoni jew l-entità, kif opportun. Il-post ta' ssekondar u l-grupp ta' funzjoni li l-ENS ser ikun qed jagħmel parti minnhom, fil-grupp ta' funzjonijiet ta' amministraturi (minn hawn 'il quddiem “AD”) jew fil-grupp ta' funzjonijiet ta' assistenti (minn hawn 'il quddiem “AST”), għandhom ikunu indikati fl-Iskambju ta' Ittri. Fl-iskambju ta' ittri għandhom jissemmew ukoll id-Direttorat/l-Unità li fiha jkun issekondat l-ENS, u deskrizzjoni dettaljata tal-kompiti li għandu jwettaq l-ENS. Kopja tar-regoli applikabbli għall-EiNS issekondati mal-Aġenzija għandha tiġi mehmuża mal-Iskambju ta' Ittri.

Artikolu 5

Perijodu tas-sekondar

1.   Il-perijodu tas-sekondar għandu jkun minimu ta' xahrejn u massimu ta' tliet snin. Jista' jiġġedded suċċessivament għal perijodu totali ta' mhux aktar minn erba' snin.

Madankollu, f'każijiet eċċezzjonali, fuq talba tad-Direttur rilevanti u wara qbil minn qabel ta' min iħaddem, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija jista' jawtorizza estensjoni waħda jew aktar tas-sekondar lil hinn mill-massimu ta' erba' snin imsemmi fl-ewwel subparagrafu, sa sentejn addizzjonali.

2.   Il-perijodu tas-sekondar għandu jiġi ffissat mill-bidu fl-Iskambju ta' Ittri previst fl-Artikolu 4. L-istess proċedura għandha tapplika fil-każ ta' kwalunkwe tiġdid, estensjoni tal-perijodu tas-sekondar jew it-tibdil tal-kariga.

3.   ENS li jkun diġà ġie ssekondat ma' Aġenzija jista' jerġa' jiġi ssekondat, wara konsultazzjoni mal-amministrazzjoni nazzjonali ta' oriġini, dment li l-ENS ikompli jissodisfa l-kondizzjonijiet għas-sekondar imsemmija fl-Artikolu 2 fil-limitu massimu definit fl-Artikolu 11(5) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1835.

Artikolu 6

L-obbligi ta' min iħaddem

Matul il-perijodu tas-sekondar, min iħaddem l-ENS għandu jkompli:

(a)

iħallas is-salarju tal-ENS;

(b)

ikun responsabbli għad-drittiijiet soċjali kollha tal-ENS, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw is-sigurtà soċjali, l-assigurazzjoni u l-pensjoni; u

(c)

soġġett għall-punt (d) tal-Artikolu 10(2), iżomm l-istatus amministrattiv tal-ENS jew bħala uffiċjal permanenti jew aġent kuntrattwali u jinforma lill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija dwar kwalunkwe bidla fl-istatus amministrattiv tal-ENS jew bħala uffiċjal permanenti jew aġent kuntrattwali tal-persunal.

Artikolu 7

Dmirijiet

1.   L-EiNS għandhom jassistu lill-membri tal-persunal tal-Aġenzija u jwettqu l-kompiti u d-dmirijiet assenjati lilhom mill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija.

2.   Filwaqt li jqis il-kompożizzjoni tal-persunal tal-Aġenzija u, b'mod partikolari, ir-rwol tagħhom bħala kontribut lejn ir-riżultati tal-Aġenzija, il-Kap Eżekuttiv jista' jafda ENS bi dmirijiet maniġerjali jekk hekk ikun meħtieġ fl-interessi tas-servizz.

Fi kwalunkwe każ, ENS m'għandux ikun jista' jorbot legalment lill-Aġenzija.

3.   ENS jista' jieħu sehem f'missjonijiet u laqgħat. Madankollu, il-Kap Eżekuttiv jista' jiddeċiedi li jillimita l-parteċipazzjoni tal-ENS f'missjonijiet u laqgħat biss sabiex:

(a)

jakkumpanja membru tal-persunal tal-Aġenzija; jew

(b)

jekk ikun waħdu, jattendi bħala osservatur jew unikament għal finijiet ta' informazzjoni.

4.   L-Aġenzija għandha żżomm ir-responsabbiltà unika għall-approvazzjoni tar-riżultati ta' kompiti mwettqin mill-ENS.

5.   L-Aġenzija, min iħaddem l-ENS u l-ENS għandhom jagħmlu kull sforz biex jevitaw kwalunkwe konflitt ta' interess attwali jew potenzjali b'rabta mad-dmirijiet tal-ENS matul is-sekondar. Għal dak il-għan, l-Aġenzija għandha tinforma, fi żmien tajjeb, lill-ENS u lil min iħaddem bid-dmirijiet maħsubin u għandha titlob lil kull wieħed minnhom biex jikkonferma bil-miktub li ma jaf bl-ebda raġuni li għaliha l-ENS m'għandux jingħata dawk id-dmirijiet.

L-ENS għandu jintalab b'mod partikolari biex jiddikjara kwalunkwe konflitt potenzjali bejn iċ-ċirkostanzi tal-familja tiegħu (partikolarment l-attivitajiet professjonali ta' membri tal-familja viċini jew estiżi, jew kwalunkwe interess finanzjarju importanti tiegħu stess jew ta' membri tal-familja) u d-dmirijiet proposti waqt is-sekondar.

Min iħaddem u l-ENS għandhom jimpenjaw ruħhom biex jinnotifikaw lill-Aġenzija dwar kwalunkwe tibdil fiċ-ċirkostanzi matul is-sekondar li jista' jagħti lok għal kwalunkwe konflitt ta' interess.

6.   Fejn l-Aġenzija tikkunsidra li n-natura tal-kompiti fdati lill-ENS teħtieġ prekawzjonijiet tas-sigurtà partikolari, għandha tinkiseb approvazzjoni tas-sigurtà qabel l-ENS jiġi ssekondat.

Artikolu 8

Drittijiet u obbligi tal-esperti nazzjonali ssekondati

1.   Matul il-perijodu tas-sekondar, ENS għandu jaġixxi b'integrità. B'mod partikolari:

(a)

l-ENS għandu jaqdi d-dmirijiet assenjati u jaġixxi biss bl-interess tal-Kunsill fi ħsiebu.

B'mod partikolari, fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom, l-ENS ma għandhom jaċċettaw l-ebda struzzjonijiet minn min iħaddimhom, kwalunkwe gvern, kwalunkwe persuna, kumpanija privata jew korp pubbliku oħrajn jew iwettqu xi attività għalihom;

(b)

l-ENS għandu jastjeni minn kwalunkwe azzjoni, u b'mod partikolari kwalunkwe espressjoni pubblika ta' opinjoni, li tista' tirrifletti fuq il-pożizzjoni tagħhom fl-Aġenzija;

(c)

kwalunkwe ENS għandu jinforma lis-superjuri tiegħu fejn l-ENS, fil-prestazzjoni tad-dmirijiet tiegħu, jintalab jagħti deċiżjoni dwar it-trattament jew l-eżitu ta' materja li għandu interess personali fiha l-ENS liema interess jista' jfixkel l-indipendenza tiegħu;

(d)

l-ENS m'għandux, kemm jekk waħdu kif ukoll jekk flimkien ma' oħrajn, jippubblika jew jikkawża li jiġi ppubblikat kwalunkwe test li jittratta x-xogħol tal-Unjoni Ewropea mingħajr ma jkun kiseb permess f'konformità mal-kondizzjonijiet u r-regoli fis-seħħ fl-Aġenzija. Il-permess għandu jiġi miċħud biss fejn il-pubblikazzjoni maħsuba tista' tkun ta' preġudizzju għall-interessi tal-Aġenzija jew tal-Unjoni;

(e)

id-drittijiet kollha fi kwalunkwe xogħol magħmul minn ENS fil-prestazzjoni tad-dmirijiet tiegħu għandhom ikunu l-proprjetà tal-Aġenzija;

(f)

ENS għandu jirresjedi fil-post tas-sekondar jew mhux 'il bogħod aktar minn dak li huwa kompatibbli mal-prestazzjoni xierqa tal-attivitajiet assenjati;

(g)

ENS għandu jassisti u jagħti parir lis-superjur li għalih huwa assenjat u għandu jkun responsabbli lejn is-superjur tiegħu għall-prestazzjoni tal-kompiti fdati lilu;

2.   Kemm matul u wara l-perijodu tas-sekondar, ENS għandu jeżerċita l-ogħla diskrezzjoni fir-rigward tal-fatti u l-informazzjoni kollha li jsir konxju tagħhom matul, jew b'rabta mal-prestazzjoni tad-dmirijiet tiegħu. L-ENS m'għandux jiżvela, fi kwalunkwe forma, lil kwalunkwe persuna mhux awtorizzata kwalunkwe dokument jew informazzjoni li għadhom mhux magħmulin pubbliċi b'mod legali, u l-ENS lanqas m'għandu jużahom għal vantaġġ personali.

3.   Meta jintemm is-sekondar, l-ENS għandu jkompli jkun marbut bl-obbligu li jaġixxi b'integrità u diskrezzjoni fl-eżerċiżju ta' dmirijiet ġodda assenjati lilu u fl-aċċettazzjoni ta' ċerti karigi jew vantaġġi.

Għal dak l-għan, fit-tliet snin wara l-perijodu tas-sekondar, l-ENS għandu jinforma lill-Aġenzija minnufih bi kwalunkwe dmirijiet jew kompiti li x'aktarx jagħtu lok għal konflitt ta' interess marbut mal-kompiti mwettqa mill-ENS matul il-perijodu tas-sekondar.

4.   L-ENS għandu jkun soġġett għar-regoli ta' sigurtà fis-seħħ fl-Aġenzija, inklużi r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u r-regoli tal-protezzjoni tan-netwerk tal-Aġenzija. L-ENS għandu jkun soġġett ukoll għar-regoli li jirregolaw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Aġenzija.

5.   Nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 4 ta' dan l-Artikolu matul il-perijodu tas-sekondar għandu jintitola lill-Aġenzija biex ittemm is-sekondar ta' ENS f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 10(2).

6.   L-ENS għandu jinnotifika minnufih lis-superjur tiegħu bil-miktub jekk matul is-sekondar l-ENS isir jaf dwar fatti li jagħtu lok għal preżunzjoni tal-eżistenza ta':

(a)

attività illegali possibbli, inkluż frodi jew korruzzjoni, li tkun ta' detriment għall-interessi tal-Aġenzija; jew

(b)

imġiba relatata mal-qadi tad-dmirijiet professjonali li tista' tikkostitwixxi nuqqas serju ta' konformità mal-obbligi tal-membri tal-persunal tal-Aġenzija jew tal-EiNS.

Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll fil-każ ta' nuqqas serju ta' konformità ma' obbligu simili min-naħa ta' membru tal-persunal jew kwalunkwe persuna oħra fis-servizz ta' istituzzjoni tal-Unjoni jew li twettaq xogħol għaliha.

7.   Meta s-superjur jirċievi notifika kif imsemmi fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, is-superjur għandu jieħu l-miżuri previsti fl-Artikolu 27 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1351 (3) (minn hawn 'il quddiem imsejħa r-“Regolamenti tal-Persunal tal-Aġenzija”). L-Artikoli 27, 28 u 29 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Aġenzija għandhom japplikaw għas-superjur skont it-termini tal-Artikolu 4 ta' din id-Deċiżjoni. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw ukoll mutatis mutandis għall-ENS ikkonċernat, biex jiġi żgurat li d-drittijiet tal-ENS jiġu rrispettati.

Artikolu 9

Sospensjoni tas-sekondar

1.   Fuq talba bil-miktub tal-ENS jew ta' min iħaddem, u bi qbil ma' dan tal-aħħar, l-Aġenzija tista' tawtorizza sospensjonijiet tas-sekondar u tispeċifika t-termini applikabbli. Matul sospensjoni:

(a)

l-allowances imsemmijin fl-Artikolu 19 ma jkunux jistgħu jitħallsu;

(b)

l-ispejjeż imsemmijin fl-Artikolu 20 għandhom jitħallsu biss jekk is-sospensjoni tkun fuq it-talba tal-Aġenzija;

2.   L-Aġenzija għandha tinforma lil min iħaddem u lir-Rappreżentanza Permanenti jew lill-Missjoni tal-Istat ikkonċernat.

Artikolu 10

Terminazzjoni ta' perijodi ta' sekondar

1.   Soġġett għall-paragrafu 2, is-sekondar jista' jiġi tterminat fuq it-talba tal-Aġenzija jew ta' min iħaddem l-ENS, dment li tingħata notifika ta' tliet xhur. Jista' jiġi terminat ukoll fuq it-talba tal-ENS dment li jingħata l-istess perijodu ta' notifika u soġġett għall-qbil ta' min iħaddem u tal-Aġenzija.

2.   F'ċerti ċirkostanzi eċċezzjonali, is-sekondar jista' jiġi tterminat mingħajr notifika:

(a)

minn min iħaddem l-ENS, jekk l-interessi essenzjali ta' min iħaddem jeħtieġu hekk;

(b)

permezz ta' ftehim reċiproku bejn l-Aġenzija u min iħaddem, fuq it-talba tal-ENS liż-żewġ partijiet, jekk l-interessi essenzjali personali jew professjonali tal-ENS jeħtieġu hekk;

(c)

mill-Aġenzija fil-każ li l-ENS jonqos b'mod gravi milli jħares l-obbligi tiegħu stabbilitif'din id-Deċiżjoni. L-Aġenzija għandha tikkonsulta lir-Rappreżentanza Permanenti jew lill-Missjoni tal-Istat ikkonċernat u tieħu kont ta' kwalunkwe kummenti rċevuti fid-dawl tad-deċiżjoni tagħha;

(d)

mill-Aġenzija fil-każ tat-terminazzjoni tal-istatus amministrattiv tal-ENS jew bidla fih bħala uffiċjal permanenti jew bħala aġent kuntrattwali tal-persunal ta' min iħaddem. L-ENS għandu l-ewwel jingħata l-opportunità biex jippreżenta osservazzjonijiet.

3.   Fil-każ ta' terminazzjoni skont il-punt (c) tal-paragrafu 2, l-Aġenzija għandha tikkonsulta minnufih lil min iħaddem u lir-Rappreżentanza Permanenti jew lill-Missjoni tal-Istat Membru kkonċernat.

KAPITOLU II

Kondizzjonijiet tax-xogħol

Artikolu 11

Sigurtà soċjali

1.   Qabel ma jibda l-perijodu tas-sekondar, min jimpjega għandu jiċċertifika lill-Aġenzija li, matul il-perijodu tas-sekondar, l-ENS ser jibqa' soġġett għal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali applikabbli għall-amministrazzjoni pubblika nazzjonali jew l-organizzazzjoni jew l-entità, li timpjega lill-ENS. Għal dak il-għan, l-amministrazzjoni pubblika rilevanti għandha tipprovdi lill-Aġenzija l-attestazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ id-“Dokument portabbli A1”). L-organizzazzjoni jew l-entità għandha tipprovdi lill-ENS ċertifikat ekwivalenti għad-Dokument portabbli A1 u għandha tagħti prova li l-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali applikabbli tipprevedi l-ħlas tal-ispiża tal-kura tas-saħħa mġarrba barra mill-pajjiż.

2.   Mill-bidu tas-sekondar tiegħu, l-ENS għandu jiġi kopert mill-Aġenzija kontra r-riskju ta' inċident. L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-ENS b'kopja tat-termini ta' din il-kopertura fil-jum li fih l-ENS jirrapporta lill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija biex ilesti l-formalitajiet amministrattivi relatati mas-sekondar.

3.   Meta, fil-kuntest ta' missjoni li fiha jkun qed jipparteċipa l-ENS skont it-termini tal-Artikoli 7(2) u 29 tkun meħtieġa assigurazzjoni addizzjonali jew speċifika, l-ispejjeż rilevanti għandhom jiġġarrbu mill-Aġenzija, jew mill-amministrazzjoni nazzjonali tal-oriġini f'każ ta' ENS u EiNTP mingħajr ħlas, wara li jiġi kkonsultat l-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tal-missjoni.

Artikolu 12

Ħinijiet tax-xogħol

1.   L-ENS għandu jkun soġġett għar-regoli li jkunu fis-seħħ fl-Aġenzija fir-rigward tal-ħinijiet tax-xogħol, skont ir-rekwiżiti tal-kariga li l-ENS jkun ġie assenjat fl-Aġenzija.

2.   L-ENS għandu jaħdem fuq bażi full-time matul il-perijodu tas-sekondar. Fuq talba ġustifikata kif xieraq minn Direttorat u sakemm din tkun kompatibbli mal-interessi tal-Aġenzija, l-Aġenzija tista' tawtorizza ENS jaħdem fuq bażi part-time, wara li jinkiseb il-qbil ta' min iħaddem.

3.   Fejn jiġi awtorizzat xogħol part-time, l-ENS għandu jaħdem għal mill-inqas nofs il-ħin normali tax-xogħol.

Artikolu 13

Assenza għal raġunijiet ta' mard jew inċident

1.   Fil-każ ta' assenza minħabba mard jew inċident, ENS għandu javża lis-superjur tiegħu malajr kemm jista' jkun, filwaqt li jiddikjara l-indirizz preżenti tiegħu. L-ENS għandu jipproduċi ċertifikat mediku jekk ikun assenti għal aktar minn tlett ijiem konsekuttivi u jista' jintalab jagħmel eżami mediku mħejji mill-Aġenzija.

2.   Fejn assenza minħabba mard jew inċident ta' mhux aktar minn tlett ijiem taqbeż total ta' 12-il jum matul perijodu ta' 12-il xahar, ENS għandu jintalab jipproduċi ċertifikat mediku għal kwalunkwe assenza oħra minħabba mard jew inċident.

3.   Fejn assenza minħabba mard jew inċident taqbeż xahar jew il-perijodu tas-servizz imwettaq mill-ENS, skont liema wieħed hu l-itwal, l-allowances imsemmijin fl-Artikolu 19(1) u (2) għandhom jiġu sospiżi awtomatikament. Dan il-paragrafu m'għandux japplika fil-każ ta' mard konness mat-tqala. Assenza minħabba mard jew inċident ma tistax tiġi estiża iktar mit-tul ta' żmien tas-sekondar tal-persuna kkonċernata.

4.   Madankollu, jekk l-ENS ikun vittma ta' korriment relatat max-xogħol li jseħħ matul il-perijodu tas-sekondar l-ENS għandu jkompli jirċievi, b'mod sħiħ, l-allowances previsti fl-Artikolu 19(1) u (2) matul il-perijodu li matulu dak l-ENS ma jkunx fi stat tajjeb għax-xogħol sa tmiem il-perijodu tas-sekondar.

Artikolu 14

Leave annwali, leave speċjali u btajjel

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, l-ENS għandu jkun soġġett għar-regoli fis-seħħ fl-Aġenzija fir-rigward tal-leave annwali, il-leave speċjali u l-btajjel.

2.   Il-leave huwa soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-unità li lilha huwa assenjat l-ENS.

3.   B'applikazzjoni ġustifikata kif xieraq minn min iħaddem, jistgħu jingħataw sa jumejn leave speċjali addizzjonali f'perijodu ta' 12-il xahar mill-Aġenzija. It-talbiet jiġu eżaminati fuq il-bażi tal-każijiet individwali.

4.   Il-jiem ta' leave annwali li ma jittieħdux sa l-aħħar tal-perijodu tas-sekondar għandhom jintilfu.

5.   ENS li l-perijodu tas-sekondar tiegħu jkun inqas minn sitt xhur jista' jingħata leave speċjali, abbażi ta' applikazzjoni motivata u soġġett għal deċiżjoni mill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija. Dak il-leave speċjali ma jistax jaqbeż it-tlett ijiem għall-perijodu kollu tas-sekondar. Qabel jagħti tali leave, id-Direttur ikkonċernat għandu jikkonsulta minn qabel mal-Unità tar-Riżorsi Umani (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Unità tar-RU”) tal-Aġenzija.

Artikolu 15

Leave speċjali għal taħriġ

Minkejja l-Artikolu 14(3), EiNS li l-perijodu tas-sekondar tagħhom ikun ta' sitt xhur jew aktar jistgħu jingħataw mill-Aġenzija leave speċjali addizzjonali għall-finijiet ta' taħriġ minn min iħaddem, soġġett għal applikazzjoni motivata kif xieraq minn min iħaddem bil-ħsieb li l-ENS jiġu integrati mill-ġdid.

Artikolu 16

Leave tal-maternità u tal-paternità

1.   ENS għandu jkun soġġett għar-regoli fis-seħħ fl-Aġenzija fir-rigward tal-leave tal-maternità u tal-paternità.

2.   Fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' min iħaddem tagħti leave tal-maternità itwal, fuq it-talba tal-ENS u wara l-qbil minn qabel ta' min iħaddem, is-sekondar għandu jiġi sospiż għall-perijodu li jaqbeż dak mogħti mill-Aġenzija. F'dak il-każ, għandu jiżdied perijodu ekwivalenti għas-sospensjoni fi tmiem is-sekondar, jekk l-interessi tal-Aġenzija jiġġustifikawh.

3.   Minkejja paragrafu 1, l-ENS jista' japplika għal sospensjoni tas-sekondar biex jiġi kopert il-perijodu kollu permess għal leave tal-maternità, wara qbil minn qabel ma' min iħaddem. F'dak il-każ, għandu jiżdied perijodu ekwivalenti għas-sospensjoni fi tmiem is-sekondar, jekk l-interessi tal-Aġenzija jiġġustifikawh.

4.   Paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll f'każijiet ta' adozzjoni.

5.   ENS li qed tredda' tista' fuq talba, abbażi ta' ċertifikat mediku li jivverifika l-fatt, tingħata leave speċjali għal massimu ta' erba' ġimgħat mit-tmiem tal-leave tal-maternità tagħha, perijodu li matulu għandha tirċievi l-allowances stipulati fl-Artikolu 19.

Artikolu 17

Ġestjoni u kontroll

Il-ġestjoni u l-kontroll tal-ħinijiet tax-xogħol u l-assenzi għandhom ikunu xogħol l-Unità tar-Riżorsi Umani u d-Direttorat jew l-unità li jkun assenjat magħha l-ENS, skont ir-regoli u l-proċeduri fis-seħħ fl-Aġenzija.

KAPITOLU III

Allowances u spejjeż

Artikolu 18

Kalkolu tal-allowances u tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar

1.   Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, il-postijiet ta' reklutaġġ, ta' sekondar u ta' ritorn ta' ENS għandhom jiġu determinati mill-Aġenzija f'termini tal-pożizzjoni ġeografika ta' dawk il-postijiet abbażi tal-latitudni u l-lonġitudni tagħhom, kif ikkalkulati mill-Unità tar-RU.

2.   Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni:

(a)

il-post ta' reklutaġġ għandu jkun il-post fejn l-ENS wettqu d-dmirijiet tagħhom għal min jimpjegahom qabel is-sekondar.

(b)

il-post tas-sekondar għandu jkun Brussell;

(c)

il-post tar-ritorn għandu jkun il-post fejn l-ENS ser iwettaq l-attività ewlenija tiegħu wara tmiem is-sekondar.

Il-post ta' reklutaġġ għandu jiġi determinat fl-Iskambju ta' Ittri msemmi fl-Artikolu 4.

3.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, ċirkostanzi li jirriżultaw minn xogħol magħmul minn EiNS għal Stat barra minn dak tal-post tas-sekondar m'għandhomx jitqiesu.

Artikolu 19

Allowances

1.   L-ENS għandu jkollu dritt, matul iż-żmien tas-sekondar, għal allowance ta' sussistenza ta' kuljum skont l-istess kriterji bħall-allowance ta' espatrijazzjoni għall-Aġenti Temporanji msemmija fl-Artikolu 4 ta' Anness IV tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Aġenzija. Jekk dawk il-kriterji jiġu sodisfatti, l-allowance ta' sussistenza ta' kuljum għandha tkun EUR 128,67. Inkella, tkun ta' EUR 32,18. Għandha tkun ekwivalenti għall-allowance mħallsa lil espert nazzjonali issekondat lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

2.   L-ENS għandu jkollu dritt, matul il-perijodu tas-sekondar tiegħu, għal allowance addizzjonali ta' kull xahar imħallsa skont it-tabella ta' hawn taħt:

Distanza ġeografika bejn il-post ta' reklutaġġ u l-post ta' sekondar (km)

Ammont f'EUR

0-150

0,00

> 150

82,70

> 300

147,03

> 500

238,95

> 800

385,98

> 1 300

606,55

> 2 000

726,04

3.   L-allowances imsemmija f'paragrafi 1 u 2 huma maħsuba biex ikopru wkoll l-ispejjeż imġarrba tat-tneħħija ta' EiNS u kwalunkwe spiża tal-ivvjaġġar annwali mġarrba waqt il-perijodu tas-sekondar. Għandhom jitħallsu għal perijodi ta' missjoni, leave annwali, leave tal-maternità, tal-paternità jew għall-adozzjoni, leave speċjali u btajjel mogħtija mill-Aġenzija, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14, 15 u 16. Fejn ikun awtorizzat xogħol part-time, l-ENS għandu jkun intitolat għal allowances imnaqqsa fuq bażi prorata.

4.   Meta l-ENS jibda l-perijodu tas-sekondar, l-ENS għandu jirċievi ammont minn qabel ekwivalenti għal 75 jum tal-allowance ta' sussistenza, u wara dan għandu jieqaf l-intitolament għal kwalunkwe allowance oħra bħal din matul il-perijodu korrispondenti. Jekk is-sekondar għall-Aġenzija jintemm qabel l-iskadenza tal-perijodu meqjus għall-kalkolu ta' l-ammont mogħti minn qabel, l-ENS għandu jkun obbligat li jrodd lura l-ammont korrispondenti għall-parti li tibqa' ta' dak il-perijodu.

5.   Meta jsir l-Iskambju ta' Ittri previst fl-Artikolu 4, min iħaddem għandu jgħarraf lill-Aġenzija bi kwalunkwe ħlas li jkun irċieva l-ENS simili għal dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. Kwalunkwe ammonti bħal dawn għandhom jitnaqqsu mill-allowances korrispondenti mħallsa mill-Aġenzija lill-ENS.

6.   L-aġġornament tar-remunerazzjoni u l-allowances adottati bl-applikazzjoni tal-Artikolu 60 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Aġenzija għandu japplika awtomatikament għall-allowances ta' kull xahar u ta' sussistenza fix-xahar ta' wara l-adozzjoni tagħhom mingħajr effett retroattiv. Wara l-adattament, l-ammonti l-ġodda ser jiġu ppubblikati fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 20

Spejjeż tal-ivvjaġġar

1.   L-ENS għandu jkollu dritt għal rimborż b'rata fissa għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħu stess fil-bidu tas-sekondar.

2.   Ir-rimborż b'rata fissa għandu jkun ibbażat fuq allowance għal kull kilometru ta' distanza ġeografika bejn il-post ta' reklutaġġ u l-post ta' sekondar. L-allowance kilometrika għandha tiġi ddeterminata skont l-Artikolu 7 ta' Anness IV tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Aġenzija.

3.   L-ENS għandu jkollhom dritt għal rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tagħhom stess għall-post tar-ritorn fi tmiem is-sekondar. Ir-rimborż ma jistax ikun għal somma ogħla minn dik li għaliha l-ENS kien ikun intitolat kieku l-ENS rritorna għall-post tar-residenza tiegħu.

4.   L-ispejjeż tal-ivvjaġġar għall-membri tal-familja tal-EiNS ma jiġux rimborżati.

Artikolu 21

Missjonijiet u spejjeż ta' missjoni

1.   L-ENS jista' jintbagħat fuq missjoni.

2.   L-ispejjeż ta' missjoni għandhom jiġu rimborżati skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Aġenzija.

Artikolu 22

Taħriġ

L-ENS għandu jkun intitolat li jattendi korsijiet ta' taħriġ organizzati mill-Aġenzija, jekk l-interessi tal-Aġenzija jitolbu dan. Filwaqt li tiġi kkunsidrata b'mod partikolari l-karriera professjonali tagħhom wara s-sekondar, l-interessi raġonevoli tal-ENS għandhom jiġu kkunsidrati meta tittieħed deċiżjoni dwar il-permess biex jattendu korsijiet.

Artikolu 23

Dispożizzjonijiet amministrattivi

1.   L-ENS għandu jirrapporta lill-Unità rilevanti tar-Riżorsi Umani fl-ewwel jum tas-sekondar biex ilesti l-formalitajiet amministrattivi meħtieġa. L-ENS għandhom jibdew jassumu d-dmirijiet tagħhom fl-ewwel jew fis-16-il jum tax-xahar.

2.   Il-pagamenti għandhom isiru mill-Aġenzija f'euro.

KAPITOLU IV

Esperti fuq sekondar mingħajr spejjeż

Artikolu 24

Esperti fuq sekondar mingħajr spejjeż

1.   ENS jista' jiġi sekondat mal-Aġenzija bħala ENS mingħajr spejjeż matul il-perijodu tas-sekondar.

Dan is-sekondar ma għandux jinvolvi l-ħlas tal-ebda allowance jew spiża għall-Aġenzija ħlief, fejn xieraq, dawk previsti fl-Artikolu 25.

2.   L-Artikoli 18, 19 u 20 ma għandhomx japplikaw għal EiNS mingħajr spejjeż.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, l-imġiba ta' esperti fuq ENS mingħajr spejjeż għandha dejjem tirrifletti l-fatt li l-ENS mingħajr spejjeż huwa sekondat mal-Aġenzija u ma għandha qatt tirrifletti ħażin fuq il-pożizzjoni tagħhom fl-Aġenzija.

Artikolu 25

Missjonijiet

1   Jekk ENS mingħajr spejjeż jipparteċipa f'missjonijiet f'post minbarra l-post tas-sekondar, l-ENS mingħajr spejjeż għandu jiġi rimborżat skont ir-regoli fis-seħħ għar-rimborż tal-missjonijiet li jinvolvu uffiċjali, ħlief fejn ikun sar arranġament ieħor bejn l-Aġenzija u min iħaddem.

2.   Jekk, b'rabta ma' missjoni, tingħata assigurazzjoni speċjali għal 'riskji kbar' mill-Aġenzija għall-uffiċjali, din il-faċilità għandha tapplika wkoll għal ENS mingħajr spejjeż li jipparteċipa fl-istess missjoni.

3.   ENS mingħajr spejjeż li jipparteċipa f'missjoni barra t-territorju tal-UE għandu jkun soġġett għall-arranġamenti ta' sigurtà fis-seħħ fl-Aġenzija għal missjonijiet bħal dawn.

Artikolu 26

L-EiNS mingħajr spejjeż m'għandhomx jiġu inklużi fil-pjan ta' stabbiliment tal-persunal. Madankollu, għal raġunijiet ta' trasparenza u informazzjoni, in-numru tagħhom għandu jiġi rrappurtat lill-Bord ta' Tmexxija bħala parti mir-Rappurtar Annwali tal-Kap Eżekuttiv.

KAPITOLU V

EiNS imħallsa minn baġits assoċjati ma' proġetti jew programmi ad hoc

Artikolu 27

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika wkoll għal EiNS li l-allowances tagħhom jitħallsu minn baġits assoċjati ma' Proġetti jew Programmi ad hoc tal-Aġenzija, imsemmijin fl-Artikoli 19 u 20 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1835 (minn hawn 'il quddiem imsejħa “EiNS ad hoc”).

Artikolu 28

EiNS ad hoc għandhom jiġu assenjati esklussivament lil Proġetti jew Programmi ad hoc li l-baġit tagħhom jiffinanzja l-allowances u l-ispejjeż tagħhom.

Ir-reklutaġġ ta' EiNS ad hoc għandu jkun soġġett għall-approvazzjoni minn qabel mill-Istati Membri kontribwenti rilevanti, abbażi ta' proposta li tinkludi l-abbozz ta' avviż ta' post battal assoċjat ma' kull kariga, minn wieħed jew iktar mill-Istati Membri kontribwenti jew mill-Aġenzija.

Artikolu 29

L-EiNS ad hoc m'għandhomx jiġu inklużi fil-pjan ta' stabbiliment tal-persunal. Madankollu, għal raġunijiet ta' trasparenza u informazzjoni, in-numru tagħhom għandu jiġi rrappurtat lill-Bord ta' Tmexxija bħala parti mir-Rappurtar Annwali tal-Kap Eżekuttiv.

Artikolu 30

Baġits assoċjati ma' proġetti u programmi ad hoc li jkopru l-allowances u l-ispejjeż ta' EiNS ad hoc jistgħu jkunu magħmula minn kontribuzzjonijiet minn pajjiżi terzi li jieħdu sehem fi proġetti u programmi bħal dawn, skont l-Artikolu 26(5) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1835.

Minkejja d-dispożizzjonijiet tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 1, dawn il-kontribuzzjonijiet m'għandhomx jintitolaw liċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi kkonċernati li jitqiesu bħala eliġibbli fi proċeduri ta' reklutaġġ ta' EiNS ad hoc.

KAPITOLU VI

Esperti nazzjonali f'taħriġ professjonali

Artikolu 31

Dispożizzjonijiet u definizzjoniet ġenerali

EiNTP huma EiNS li jidħlu fl-Aġenzija għal skopijiet ta' taħriġ professjonali.

Artikolu 32

Għan tat-taħriġ professjonali

1.   L-għan tat-taħriġ professjonali huwa:

(a)

biex jagħti esperjenza lill-EiNTP tal-metodi ta' ħidma u l-proġetti tal-Aġenzija;

(b)

biex ikunu jistgħu jiksbu esperjenza prattika u jifhmu l-ħidma ta' kuljum tal-Aġenzija u biex jingħataw l-opportunità li jaħdmu f'ambjent multikulturali u multilingwu;

(c)

biex il-persunal ta' amministrazzjonijiet nazzjonali, b'mod partikolari l-Ministeru tad-Difiża, ikun jista' jpoġġi fil-prattika l-għarfien li kiseb fl-istudji tiegħu, partikolarment fl-oqsma ta' responsabbiltà rispettivi tiegħu.

2.   Min-naħa tagħha, l-Aġenzija tibbenefika mill-kontribut ta' nies li jistgħu joffru perspettiva ġdida u għarfien aġġornat li ser jarrikixxu l-ħidma ta' kuljum tal-istituzzjoni u tibni netwerk ta' nies b'esperjenza diretta tal-proċeduri tagħha.

Artikolu 33

Eliġibbiltà

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2, bl-esklużjoni ta' paragrafu 3, għandhom japplikaw b'analoġija għall-EiNTP.

Artikolu 34

Tul ta' żmien tat-taħriġ professjonali

1.   It-taħriġ professjonali għandhom idumu bejn tliet xhur u 24 xahar. It-tul ta' żmien għandu jiġi stabbilit mill-bidu u jista' jiġi estiż għal raġunijiet ġustifikati kif xieraq fiż-żmien massimu ta' 24 xahar.

2.   ENTP jista' jlesti sessjoni waħda biss ta' taħriġ professjonali.

Artikolu 35

Organizzazzjoni tat-taħriġ professjonali

Matul it-taħriġ professjonali EiNTP għandhom jiġu ssorveljati minn konsulent tat-taħriġ. Il-konsulent tat-taħriġ irid jinforma lill-Unità tar-Riżorsi Umani bi kwalunkwe avveniment sinifikanti matul it-taħriġ professjonali (b'mod partikolari l-assenzi, mard, inċidenti jew interruzzjoni) li jkun jaf jew li jkun ġie infurmat dwaru mill-ENTP.

L-EiNTP iridu jobdu l-istruzzjonijiet mogħtija mill-konsulent tat-taħriġ tagħhom, is-superjuri tagħhom fid-Direttorat jew is-servizz li huma sekondati lilu u l-Unità tar-Riżorsi Umani.

L-EiNTP għandhom jitħallew jattendu laqgħat, sakemm ma jkunux ristretti jew kunfidenzjali u l-ENTP ma jkollux approvazzjoni tas-sigurtà, jirċievu dokumentazzjoni u jieħdu sehem fl-attivitajiet tad-dipartiment li lilu huma ssekondati.

Artikolu 36

Sospensjoni tat-taħriġ professjonali

Fuq it-talba bil-miktub tal-ENTP jew min iħaddmu, u bi qbil minn qabel ta' dan tal-aħħar, il-Kap Eżekuttiv jista' jawtorizza sospensjoni qasira ħafna mit-taħriġ professjonali jew it-tmiem bikri tiegħu. L-ENTP jista' jerġa' lura biex ilesti l-perijodu li jkun fadal tat-taħriġ professjonali, iżda biss sa tmiem dak il-perijodu. It-taħriġ ma jista' jiġi estiż taħt l-ebda ċirkustanza.

Artikolu 37

Kondizzjonijiet tax-xogħol u remunerazzjoni

1.   L-Artikoli 2(3), 3, 5, 18, 19 u 20 m'għandhomx japplikaw għall-EiNTP.

2.   L-EiNTP għandhom jitqiesu bħala EiNS mingħajr spejjeż fit-tifsiratal-Kapitolu IV. Għandhom jibqgħu jitħallsu minn min iħaddimhom mingħajr ma jitħallas l-ebda kumpens finanzjarju mill-Aġenzija.

L-Aġenzija m'għandhiex taċċetta talbiet għal għotjiet jew miżati jew ir-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar jew oħrajn ħlief ir-rimborż tal-ispejjeż ta' missjoni mġarrba bħala parti mit-taħriġ professjonali.

Artikolu 38

Rapporti u ċertifikati ta' attendenza

EiNTP li lestew il-perijodu stipulat ta' taħriġ professjonali għandhom jimlew ir-rapporti ta' evalwazzjoni mitluba mill-Unità tar-Riżorsi Umani fi tmiem it-taħriġ tagħhom. Il-konsulenti tat-taħriġ ukoll għandhom jimlew ir-rapport ta' evalwazzjoni rilevanti.

Soġġett għat-tlestija ta' dawk ir-rapporti, EiNTP li jkunu lestew it-taħriġ professjonali tagħhom għandhom jirċievu ċertifikat li juri d-dati tat-taħriġ professjonali tagħhom u d-dipartiment fejn ikun sar.

Artikolu 39

L-EiNTP m'għandhomx jiġu inklużi fil-pjan ta' stabbiliment tal-persunal. Madankollu, għal raġunijiet ta' trasparenza u informazzjoni, in-numru tagħhom għandu jiġi rrappurtat lill-Bord ta' Tmexxija bħala parti mir-rappurtar annwali tal-Kap Eżekuttiv.

KAPITOLU VII

Ilmenti

Artikolu 40

Ilmenti

Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltajiet li jinbdew proċedimenti wara li jieħu kariga, skont il-kondizzjonijiet u l-limiti ta' żmien stipulati fl-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kull ENS jista' jressaq ilment lill-Awtorità Awtorizzata li Tikkonkludi Kuntratti (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“AATK”) ta' impjieg responsabbli skont ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Aġenzija dwar att mill-AATK skont din id-Deċiżjoni li jaffettwa ħażin lill-ENS, bl-eċċezzjoni ta' atti li jirriżultaw direttament minn deċiżjonijiet meħuda minn min iħaddem.

L-ilment għandu jitressaq fi żmien xahrejn. Il-perijodu għandu jibda mid-data ta' notifika tad-deċiżjoni lill-persuna konċernata, iżda fl-ebda każ aktar tard mid-data meta din tal-aħħar tkun irċeviet tali notifika. L-AATK għandha tavża lill-persuna konċernata b'deċiżjoni motivata fi żmien erba' xhur mid-data meta jkun tressaq l-ilment. Jekk fi tmiem dak il-perijodu l-ENS ma jkunx irċieva risposta għall-ilment, l-ilment għandu jitqies li jkun ġie miċħud b'mod impliċitu.

KAPITOLU VIII

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 41

Dispożizzjoni ta' informazzjoni

Ir-Rappreżentanzi Permanenti tal-Istati Membri kollha għandhom jinżammu infurmati kull sena bl-għadd ta' EiNS fl-Aġenzija. Din l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll:

(a)

iċ-ċittadinanzi tal-EiNS sekondati minn organizzazzjoni jew entità kif imsemmi fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1;

(b)

kwalunkwe eċċezzjoni għall-proċedura ta' selezzjoni skont l-Artikolu 3(3);

(c)

l-assenjazzjoni tal-EiNS kollha;

(d)

kwalunkwe sospensjoni u tmiem bikri ta' sekondar ta' EiNS skont l-Artikoli 9 u 10;

(e)

l-aġġornament annwali tal-allowances tal-EiNS skont l-Artikolu 19.

Artikolu 42

Delegazzjoni ta' setgħat

Is-setgħat kollha mogħtija lill-Aġenzija skont din id-Deċiżjoni għandhom jitħaddmu mill-AATK

Artikolu 43

Tħassir

Id-Deċiżjoni 2004/677/KE hija b'dan imħassra. Madankollu, l-Artikoli 15 sa 19 tagħha għandhom jibqgħu japplikaw għall-EiNS li jitolbu dan għal sekondar li jkun għaddej fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 44.

Artikolu 44

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika għal kull sekondar ġdid, għal kull tiġdid jew estensjoni ta' sekondar mill-ewwel jum tax-xahar wara d-dħul fis-seħħ tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LAJČÁK


(1)  ĠU L 266, 13.10.2015, p. 55.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/677/KE tal-24 ta' Settembru 2004 dwar ir-Regoli applikabbli għall-esperti nazzjonali u l-persunal militari ssekondati lill-Aġenzija tad-Difiża Ewropea (ĠU L 310, 7.10.2004, p. 64).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1351 tal-4 ta' Awwissu dwar ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta' sigurtà soċjali (ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1).


12.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 219/98


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1353

tal-4 ta' Awwissu 2016

dwar ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/643/PESK

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1835 tat-12 ta' Ottubru 2015 li tiddefinixxi l-istatut, is-sede u r-regoli operazzjonali tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18 tagħha,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Settembru 2007, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2007/643/PESK (2) dwar ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija tad-Difiża Ewropea u dwar ir-regoli dwar l-akkwist u r-regoli dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-baġit operattiv tal-Aġenzija tad-Difiża Ewropea.

(2)

Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2015/1835, huwa neċessarju li d-Deċiżjoni 2007/643/PESK titħassar u jiġu stabbiliti regoli finanzjarji ġodda għall-Aġenzija Ewropea għad-Difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

TITOLU I

SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Din id-deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli finanzjarji essenzjali tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“Stat Membru parteċipanti” tfisser Stat Membru li jipparteċipa fl-Aġenzija;

(b)

“Stati membri kontributuri” tfisser l-Istati Membri parteċipanti li jikkontribwixxu għal proġett jew programm partikolari tal-Aġenzija;

(c)

“baġit ġenerali” tfisser il-baġit ġenerali stabbilit skont l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1835;

(d)

“dħul addizzjonali” tirreferi għal dħul addizzjonali, li l-kontenut tiegħu huwa stabbilit fl-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni(PESK) 2015/1835;

(e)

“Uffiċjal Awtorizzanti” huwa l-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija li jeżerċita s-setgħat iddefiniti fl-Artikolu 10(5) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1835;

(f)

“baġit” tfisser l-istrument li, għal kull sena finanzjarja, ibassar u jawtorizza d-dħul u l-infiq kollu meqjus neċessarju għall-Aġenzija;

(g)

“kontroll” tfisser kwalunkwe miżura meħuda biex tingħata garanzija raġonevoli rigward l-effikaċja, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-operazzjonijiet, l-affidabilità tar-rappurtar, is-salvagwardja tal-assi u tal-informazzjoni, il-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-korrezzjoni ta' frodi u irregolaritajiet u s-segwitu tagħhom, u l-ġestjoni adegwata tar-riskji relatati mal-legalità u mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, b'kont meħud tan-natura pluriennali tal-programmi kif ukoll tan-natura tal-ħlasijiet ikkonċernati. Il-kontrolli jistgħu jinvolvu diversi verifiki, kif ukoll l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe politika u proċedura għall-kisba tal-objettivi deskritti fl-ewwel sentenza;

(h)

“verifika” tfisser il-verifika ta' aspett speċifiku ta' operazzjoni ta' dħul jew ta' nfiq.

TITOLU II

BAĠIT TAL-AĠENZIJA

Artikolu 3

Baġit tal-aġenzija

Il-baġit tal-Aġenzija għandu jinkludi l-baġit ġenerali, il-baġits assoċjati mal-attivitajiet relatati ma' proġetti jew programmi ad hoc kif previst fil-Kapitolu IV tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1835 u kwalunkwe baġit li jirriżulta minn dħul addizzjonali.

KAPITOLU 1

Prinċipji baġitarji

Artikolu 4

Rispett għall-prinċipji baġitarji

F'konformità mal-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1835, il-baġit tal-Aġenzija għandu jiġi stabbilit u implimentat skont il-prinċipji baġitarji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Prinċipji tal-unità u tal-preċiżjoni baġitarja

1.   Ma għandu jinġabar ebda dħul u ma għandha ssir ebda nefqa jekk ma jkunux reġistrati f'intestatura fil-baġit tal-Aġenzija.

2.   Ma tista' tiġi impenjata jew awtorizzata ebda nefqa li tkun ogħla mill-approprjazzjonijiet awtorizzati mill-baġit tal-Aġenzija.

3.   Approprjazzjoni tista' tiddaħħal fil-baġit tal-Aġenzija biss jekk din tkun għal element ta' nefqa meqjus bħala meħtieġ.

4.   L-imgħax iġġenerat mill-ħlasijiet ta' prefinanzjament magħmula mill-baġit tal-Aġenzija ma jkunx dovut lill-Aġenzija.

Artikolu 6

Prinċipju tal-annwalità

1.   L-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-Aġenzija għandhom jiġu awtorizzati għal sena finanzjarja li għandha tkun mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru.

2.   L-approprjazzjonijiet ta' impenn għandhom ikopru l-ispiża totali tal-impenji legali li jsiru matul is-sena finanzjarja jew sal-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara għal dawk l-impenji legali li l-parti l-kbira tal-istadji ta' tħejjija tagħhom jkunu twettqu sal-31 ta' Diċembru.

3.   L-approprjazzjonijiet ta' pagament għadhom ikopru l-pagamenti mwettqa biex jiġu rispettati l-impenji legali li jsiru matul is-sena finanzjarja jew fis-snin finanzjarji preċedenti.

4.   Minħabba l-ħtiġijiet tal-Aġenzija u soġġett għall-approvazzjoni mill-Bord ta' Tmexxija skont l-Artikolu 15, l-approprjazzjonijiet mhux użati jistgħu jiddaħħlu fl-estimi tad-dħul u l-infiq tas-sena finanzjarja ta' wara. Dawk l-approprjazzjonijiet għandhom jintużaw l-ewwel.

5.   Il-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx jimpedixxu lil impenji baġitarji għal azzjonijiet estiżi għal aktar minn sena finanzjarja waħda milli jitqassmu fuq diversi snin fi ħlasijiet annwali.

Artikolu 7

Prinċipju tal-ekwilibriju

1.   Id-dħul u l-approprjazzjonijiet ta' pagament għandhom jibbilanċjaw lil xulxin.

2.   L-Aġenzija ma tistax tissellef fil-qafas tal-baġit tal-Aġenzija.

3.   Kwalunkwe bilanċ baġitarju favorevoli li jirriżulta mill-baġit ġenerali tal-Aġenzija f'sena finanzjarja partikolari għandu jitqies bħala kreditu disponibbli għall-Istati Membri parteċipanti u jintradd lilhom bħala tnaqqis mit-tielet kontribuzzjoni tas-sena finanzjarja li jkun imiss.

Artikolu 8

Prinċipju tal-unità tal-kontijiet

Il-baġit tal-Aġenzija għandu jitħejja u jiġi implimentat f'euro u l-kontijiet għandhom jiġu ppreżentati f'euro. Madankollu, minħabba raġunijiet ta' likwidità, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jiġi awtorizzat iwettaq operazzjonijiet f'valuti oħrajn.

Artikolu 9

Prinċipju tal-universalità

Id-dħul totali għandu jkopri l-approprjazzjonijiet ta' pagament totali. Kull dħul u infiq għandu jkun irreġistrat b'mod sħiħ mingħajr l-ebda aġġustament kontra xulxin.

Artikolu 10

Prinċipju tal-ispeċifikazzjoni

1.   L-approprjazzjonijiet għandhom jiġu assenjati għal skopijiet speċifiċi tal-anqas skont it-titolu u l-kapitolu.

2.   L-Uffiċjal Awtorizzanti jista' jittrasferixxi approprjazzjonijiet minn kapitolu għal ieħor mingħajr limitu u minn titolu għal ieħor sa massimu ta' 10 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena murija fil-linja li minnha jsir it-trasferiment.

Lil hinn mil-limitu msemmi fl-ewwel subparagrafu, l-Uffiċjal Awtorizzanti jista' jipproponi lill-Bord ta' Tmexxija trasferimenti ta' approprjazzjonijiet minn titolu għal ieħor. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkollu żmien ta' tliet ġimgħat biex jopponi dawn it-trasferimenti. Wara dan il-limitu ta' żmien, it-trasferimenti għandhom jitqiesu bħala adottati.

L-Uffiċjal Awtorizzanti għandu jinforma lill-Bord ta' Tmexxija bit-trasferimenti kollha mwettqa taħt l-ewwel subparagrafu. Proposti għal trasferimenti u trasferimenti mwettqa għandhom jiġu akkumpanjati minn dokumenti ġustifikattivi xierqa u dettaljati li juru l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet u l-estimi tar-rekwiżiti sat-tmiem tas-sena finanzjarja, kemm għall-intestaturi li għandhom jiġu kkreditati kif ukoll għal dawk li minnhom jittieħdu l-approprjazzjonijiet.

Artikolu 11

Prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba

1.   L-approprjazzjonijiet għandhom jintużaw f'konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, jiġifieri f'konformità mal-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effikaċja.

2.   Il-prinċipju tal-ekonomija jirrikjedi li r-riżorsi użati mill-Aġenzija fit-twettiq tal-attivitajiet tagħha jsiru disponibbli fi żmien dovut, fi kwantitajiet u kwalità xierqa u bl-aħjar prezz.

Il-prinċipju tal-effiċjenza jikkonċerna l-aqwa relazzjoni bejn ir-riżorsi użati u r-riżultati miksuba.

Il-prinċipju tal-effikaċja jikkonċerna l-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti u li jintlaħqu r-riżultati ppjanati.

Artikolu 12

Kontroll intern tal-implimentazzjoni tal-baġit

1.   Il-baġit tal-Aġenzija għandu jiġi implimentat taħt kontroll intern effettiv u effiċjenti.

2.   Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija, il-kontroll intern huwa definit bħala proċess applikabbli fil-livelli kollha tal-ġestjoni u mfassal biex jipprovdi garanzija raġonevoli għall-kisba tal-objettivi li ġejjin:

(a)

l-effikaċja, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-operazzjonijiet;

(b)

l-affidabbiltà tar-rappurtar;

(c)

is-salvagwardja tal-assi u tal-informazzjoni;

(d)

il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u s-segwitu għall-frodi u l-irregolaritajiet;

(e)

ġestjoni xierqa tar-riskji relatati mal-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet sottostanti.

3.   Kontroll intern effettiv u effiċjenti għandu jkun ibbażat fuq l-aħjar prattiki internazzjonali u jinkludi b'mod partikolari, l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 32(3) u (4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), b'kont meħud tal-istruttura u d-daqs tal-Aġenzija, in-natura tal-kompiti fdati lilha u l-ammonti u r-riskji finanzjarji u operazzjonali involuti.

Artikolu 13

Prinċipju tat-trasparenza

1.   Il-baġit tal-Aġenzija għandu jiġi stabbilit u implimentat u l-kontijiet ippreżentati b'konformità mal-prinċipju tat-trasparenza.

2.   Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-baġit tal-Aġenzija, inkluż il-pjan ta' stabbiliment tal-persunal u l-baġits emendatorji, kif adottati, għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit tal-Internet tal-Aġenzija fi żmien erba' ġimgħat minn meta jiġu addottati.

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦALL-BAĠIT ĠENERALI

KAPITOLU 1

Pjanifikazzjoni finanzjarja

Artikolu 14

Il-baġit ġenerali

1.   Sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, il-Kap tal-Aġenzija għandu jipprovdi lill-Bord ta' Tmexxija stima preliminari tal-abbozz tal-baġit ġenerali għas-sena ta' wara.

2.   Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, il-Kap tal-Aġenzija għandu jipproponi stima preliminari riveduta tal-abbozz tal-baġit ġenerali għas-sena ta' wara, flimkien mal-abbozz tal-Qafas ta' Ppjanar ta' tliet snin lill-Bord ta' Tmexxija.

3.   Sat-30 ta' Settembru ta' kull sena, il-Kap tal-Aġenzija għandu jipproponi l-abbozz tal-baġit ġenerali flimkien mal-abbozz tal-Qafas ta' Ppjanar ta' tliet snin lill-Bord ta' Tmexxija. L-abbozz għandu jinkludi:

(a)

l-approprjazzjonijiet meqjusa bħala meħtieġa:

(i)

biex ikopru l-ispejjeż tal-operat, il-persunal u l-laqgħat tal-Aġenzija;

(ii)

biex tagħti parir estern, b'mod partikolari analiżi operazzjonali, essenzjali għall-Aġenzija biex twettaq il-kompiti tagħha, u għal attivitajiet speċifiċi għall-benefiċċju komuni tal-Istati Membri parteċipanti kollha;

(b)

tbassir tad-dħul meħtieġ biex jiġi kopert l-infiq.

4.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jimmira biex jiżgura li l-approprjazzjonijiet imsemmija fil-punt (a)(ii) tal-paragrafu 3 jirrappreżentaw sehem sinifikanti tal-approprjazzjonijiet totali msemmija fil-paragrafu 3. Dawk l-approprjazzjonijiet għandhom jirriflettu ħtiġijiet reali u għandhom jippermettu rwol operazzjonali għall-Aġenzija.

5.   L-abbozz tal-baġit ġenerali għandu jkun sostnut minn ġustifikazzjonijiet dettaljati u pjan ta' stabbiliment tal-persunal.

6.   Il-Bord ta' Tmexxija, li jaġixxi b'unanimità, jista' jiddeċiedi li l-abbozz tal-baġit ġenerali għandu jkopri wkoll proġett jew programm partikolari fejn ikun ċar li dan hu għall-benefiċċju komuni tal-Istati Membri parteċipanti kollha.

7.   L-approprjazzjonijiet għandhom ikunu kklassifikati taħt titoli u kapitoli li jirraggruppaw l-infiq skont it-tip jew il-fini, suddiviżi f'artikoli skont il-ħtieġa.

8.   Kull titolu jista' jinkludi kapitolu intitolat “approprjazzjonijiet proviżorji”. Dawk l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu f'każijiet ta' inċertezza, minħabba raġunijiet serji, dwar l-ammont ta' approprjazzjonijiet meħtieġa jew dwar l-ambitu għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet imdaħħla.

9.   Id-dħul għandu jikkonsisti minn:

(a)

kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri parteċipanti abbażi tal-iskala tad-dħul nazzjonali gross (DNG);

(b)

dħul ieħor, inkluż it-tnaqqis mir-remunerazzjoni tal-persunal u l-imgħax miksub mill-kontijiet bankarji tal-Aġenzija.

L-abbozz tal-baġit ġenerali għandu jinkludi linji li jakkomodaw id-dħul assenjat u kull fejn ikun possibbli għandu jindika l-ammont previst.

10.   Il-Bord ta' Tmexxija, filwaqt li jaġixxi b'unanimità, għandu jadotta l-abbozz tal-baġit ġenerali sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena. Meta jagħmel dan, il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun ippresedut mill-Kap tal-Aġenzija, jew minn rappreżentant maħtur mill-Kap tal-Aġenzija, jew minn membru tal-Bord ta' Tmexxija mistieden mill-Kap tal-Aġenzija biex jagħmel dan. Il-Kap Eżekuttiv għandu jiddikjara li l-baġit ikun ġie adottat u jinnotifika lill-Istati Membri parteċipanti.

11.   Jekk, fil-bidu ta' sena finanzjarja, l-abbozz tal-baġit ġenerali ma jkunx għadu ġie adottat, tista' ssir nefqa kull xahar ta' somma ekwivalenti għal mhux aktar minn wieħed minn kull tnax tal-approprjazzjonijiet tal-baġit għas-sena finanzjarja preċedenti fir-rigward ta' kwalunkwe kapitolu jew suddiviżjoni oħra tal-baġit. Madankollu, dak l-arranġament ma għandux ikollu l-effett li jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija approprjazzjonijiet li jeċċedu wieħed minn kull tnax ta' dawk previsti fl-abbozz tal-baġit ġenerali li jkun qed jitħejja. Il-Bord ta' Tmexxija, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kap Eżekuttiv, jista' jawtorizza nefqa ta' iżjed minn wieħed minn kull tnax, sakemm l-approprjazzjonijiet għal dik is-sena finanzjarja ma jeċċedux dawk tas-sena finanzjarja preċedenti. Il-Kap Eżekuttiv jista' jagħmel sejħa għall-kontribuzzjonijiet meħtieġa biex ikopru l-approprjazzjonijiet awtorizzati taħt din id-dispożizzjoni, li għandhom jitħallsu fi żmien 30 jum minn meta tintbagħat is-sejħa għal kontribuzzjonijiet.

Artikolu 15

Baġit emendatorju

1.   F'każ ta' ċirkostanzi inevitabbli jew imprevisti, il-Kap Eżekuttiv jista' jipproponi abbozz ta' baġit emendatorju lill-Bord ta' Tmexxija.

2.   L-abbozz ta' baġit emendatorju għandu jiġi mfassal, propost, approvat u adottat u tingħata notifika tiegħu f'konformità mal-istess proċedura tal-baġit ġenerali. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jaġixxi billi jqis l-urġenza dovuta f'dawk iċ-ċirkostanzi.

KAPITOLU 2

Atturi finanzjarji u implimentazzjoni tal-baġit f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba

Artikolu 16

Setgħat u dmirijiet tal-uffiċjal awtorizzanti

1.   Il-Kap Eżekuttiv għandu jwettaq id-dmirijiet tal-Uffiċjal Awtorizzanti. L-Uffiċjal Awtorizzanti għandu jimplimenta l-baġit ġenerali f'konformità ma' dawn ir-regoli finanzjarji u l-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, taħt ir-responsabbiltà proprja tiegħu u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati. L-Uffiċjal Awtorizzanti għandu jkun responsabbli biex jiżgura li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti ta' legalità u regolarità.

2.   Il-Kap Eżekuttiv jista' jiddelega s-setgħat tal-implimentazzjoni tal-baġit lil persunal tal-Aġenzija, kopert bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1351 (4) (minn hawn 'il quddiem imsejħa r-“Regolamenti tal-Persunal tal-Aġenzija”), f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dawn ir-regoli finanzjarji. Dawk hekk inkarigati jistgħu jaġixxu biss fil-limiti tas-setgħat mogħtija espressament lilhom.

3.   Kompiti ta' esperjenza teknika u kompiti amministrattivi, preparatorji jew anċillari li la jinvolvu l-eżerċizzju tal-awtorità pubblika u lanqas l-użu tal-poteri diskrezzjonali ta' ġudizzju jistgħu jiġu fdati permezz ta' kuntratt lil entitajiet jew korpi esterni.

4.   Il-Kap Eżekuttiv, b'kont dovut meħud tar-riskji assoċjati mal-ambjent amministrattiv u man-natura tal-azzjonijiet finanzjati, għandu jipproponi lill-Bord ta' Tmexxija u jistabbilixxi l-istruttura organizzattiva u s-sistemi ta' kontroll intern adatti għat-twettiq tad-dmirijiet tiegħu. L-istabbiliment ta' tali struttura u sistemi għandu jkun ġġustifikat b'analiżi tar-riskju li tieħu kont tal-kosteffettività tagħhom.

Il-Bord ta' Tmexxija għandu jagħti l-kunsens tiegħu għal deċiżjonijiet marbuta mal-istruttura organizzazzjonali tal-Aġenzija.

Il-Kap Eżekuttiv jista' jistabbilixxi funzjoni ta' kompetenza u konsulenza maħsuba biex tgħinu jikkontrolla r-riskji involuti fl-attivitajiet tiegħu.

5.   L-Uffiċjal Awtorizzanti għandu jżomm id-dokumenti ġustifikattivi b'rabta mal-operazzjonijiet imwettqa għal perijodu ta' ħames snin mid-data tad-deċiżjoni li tat il-kwittanza lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali għas-sena kkonċernata.

6.   L-Artikolu 31 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1835 għandu japplika għat-trattament ta' data personali.

Artikolu 17

Kontrolli ex ante

1.   Kull operazzjoni għandha tiġi soġġetta mill-anqas għal kontroll ex ante ibbażat fuq eżami dokumentarju u fuq ir-riżultati disponibbli tal-kontrolli diġà mwettqa fir-rigward tal-aspetti operazzjonali u finanzjarji tal-operazzjoni.

Il-kontrolli ex ante għandhom jinkludu l-inizjazzjoni u l-verifika tal-operazzjoni.

L-inizjazzjoni u l-verifika ta' operazzjoni għadhom ikunu funzjonijiet separati.

2.   L-inizjazzjoni ta' operazzjoni għandha tinftiehem bħala l-operazzjonijiet kollha bi tħejjija għall-adozzjoni tal-atti li jimplimentaw il-baġit tal-Aġenzija.

3.   Verifika ex ante ta' operazzjoni għandha tinftiehem bħala l-kontrolli ex ante kollha li jagħmel l-Uffiċjal Awtorizzanti sabiex jivverifika l-aspetti operazzjonali u finanzjarji. Għal transazzjoni speċifika, il-verifika għandha issir minn persunal għajr dak li ta bidu għall-operazzjoni.

4.   Il-kontrolli ex ante għandhom jivverifikaw il-koerenza fost id-dokumenti ġustifikattivi mitluba u kwalunkwe informazzjoni oħra disponibbli.

Il-firxa f'termini tal-frekwenza u l-intensità tal-kontrolli ex ante għandha tiġi ddeterminata mill-Uffiċjal Awtorizzanti filwaqt li jittieħed kont ta' konsiderazzjonijiet ibbażati fuq ir-riskji u l-kosteffettività. F'każ ta' dubju, l-Uffiċjal Awtorizzanti responsabbli għall-validazzjoni tal-ħlas rilevanti għandu jitlob informazzjoni komplementari jew iwettaq kontroll fuq il-post sabiex jikseb garanzija raġonevoli bħala parti mill-kontroll ex ante.

L-għan tal-kontrolli ex ante huwa li jaċċertaw li:

(a)

l-infiq u d-dħul ikunu skont ir-regoli u konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli;

(b)

il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba stabbilit fl-Artikolu 11 ikun ġie applikat.

Għall-iskop tal-kontrolli, serje ta' tranżazzjonijiet individwali simili relatati man-nefqa ta' rutina fuq is-salarji, il-pensjonijiet, ir-rimborż tal-ispejjeż tal-missjonijiet u tal-ispejjeż mediċi jistgħu jiġu kkunsidrati mill-Uffiċjal Awtorizzanti bħala li jagħmlu parti minn operazzjoni waħda.

Artikolu 18

Kontrolli ex post

1.   L-Uffiċjal Awtorizzanti jista' jistabbilixxi kontrolli ex post biex jivverifika operazzjonijiet li jkunu diġà approvati wara l-kontrolli ex ante. Dawn il-kontrolli jistgħu jkunu organizzati fuq bażi ta' kampjun skont ir-riskji.

Il-kontrolli ex post jistgħu jitwettqu abbażi ta' dokumenti u, fejn ikun xieraq, fuq il-post.

2.   Il-kontrolli ex post għandhom jitwettqu minn membri tal-persunal għajr dawk responsabbli għall-kontrolli ex ante. Il-persunal responsabbli għall-kontrolli ex post ma għandhomx ikunux subordinati għall-membri tal-persunal responsabbli għall-kontrolli ex ante.

Il-persunal responsabbli għall-kontroll tal-ġestjoni tal-operazzjonijiet finanzjarji għandu jkollu l-kapaċitajiet professjonali meħtieġa.

Artikolu 19

Rappurtar annwali

Il-Kap Eżekuttiv għandu jagħti rapport kull sena lill-Bord ta' Tmexxija dwar il-qadi tad-dmirijiet tiegħu. Għal dan l-għan, il-Kap Eżekuttiv għadu jippreżenta l-kontijiet annwali tal-Aġenzija waqt li jirrispetta l-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 44.

Il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għandu jkun fihom taqsimiet differenti, b'mod partikolari:

(a)

ir-rapport dwar l-attività, li għandu jiddeskrivi l-aspetti prinċipali tas-sena finanzjarja;

(b)

ir-rendikonti finanzjarji;

(c)

ir-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit.

Il-kontijiet finali għandhom ikollhom magħhom nota mfassla mill-uffiċjal tal-kontabbiltà li fiha dan jiddikjara li l-kontijiet annwali tħejjew skont il-prinċipji, ir-regoli u l-metodi tal-kontabbiltà applikabbli.

Il-kontijiet finali għandu jkun fihom informazzjoni finanzjarja u rigward il-ġestjoni, inklużi r-riżultati tal-kontrolli, li jiddikjaraw li, għajr kif speċifikat mod ieħor f'xi riżerva relatata ma' oqsma definiti ta' dħul u nfiq, l-Kap Eżekuttiv għandu garanzija raġonevoli li:

(a)

l-informazzjoni li hemm fir-rapport tippreżenta stampa vera u ġusta;

(b)

ir-riżorsi assenjati lill-attivitajiet deskritti fir-rapport intużaw għall-għanijiet maħsuba tagħhom u f'konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba;

(c)

il-proċeduri ta' kontroll stabbiliti jagħtu l-garanziji neċessarji fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet sottostanti. Ir-rapport tal-attività għandu jindika r-riżultati tal-operazzjonijiet b'referenza għall-objettivi stabbiliti, ir-riskji assoċjati ma' dawn l-operazzjonijiet, l-użu li jkun sar mir-riżorsi pprovduti u l-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi ta' kontroll intern, fosthom valutazzjoni ġenerali tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-kontrolli.

Artikolu 20

Rendikont finanzjarju

1.   Ir-rendikonti finanzjarji għandhom jiġu ppreżentati f'euro u għandhom jinkludu:

(a)

il-karta tal-bilanċ u r-rendikont tal-prestazzjoni finanzjarja, li jirrappreżentaw l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha, is-sitwazzjoni finanzjarja u r-riżultat ekonomiku fil-31 ta' Diċembru tas-sena preċedenti; dawn għandhom jiġu ppreżentati f'konformità mar-regoli tal-kontabbiltà msemmijin fl-Artikolu 39;

(b)

ir-rendikont tal-fluss tal-flus li juri l-ammonti miġbura u żborżati matul is-sena u l-pożizzjoni finali tal-finanzi;

(c)

ir-rendikont tal-bidliet fl-assi netti li jippreżenta ħarsa ġenerali taċ-ċaqliq matul is-sena fir-riżervi u r-riżultati akkumulati.

2.   In-noti mehmużin mar-rendikonti finanzjarji għandhom jissuplimentaw u jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata fir-rendikonti msemmijin fil-paragrafu 1 u għandhom jagħtu l-informazzjoni addizzjonali kollha preskritta minn prattika kontabilistika aċċettata internazzjonalment meta tali informazzjoni tkun rilevanti għall-attivitajiet tal-Aġenzija.

Artikolu 21

Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit

Ir-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għandu jinkludi l-baġit ġenerali, u baġits assoċjati ma' attivitajiet ad hoc u dħul addizzjonali; u għandu jiġi ppreżentat f'euro. L-istruttura tar-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għandha tkun l-istess bħal dik tal-baġit innifsu.

Din għandha tikkonsisti minn:

(a)

rapport li jiġbor flimkien l-operazzjonijiet baġitarji kollha għas-sena f'termini ta' dħul u nfiq;

(b)

noti ta' spjegazzjoni, li għandhom jissupplimentaw u jikkummentaw dwar l-informazzjoni mogħtija fir-rapporti.

Artikolu 22

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Aġenzija

1.   Jekk membru tal-persunal, involut fil-ġestjoni finanzjarja u fil-kontroll tat-tranżazzjonijiet iqis li deċiżjoni li s-superjur tiegħu jitolbu japplika jew li jaqbel magħha tkun irregolari jew tmur kontra l-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba jew kontra r-regoli professjonali li dak il-membru tal-persunal huwa mitlub josserva, dan għandu jinforma lill-Kap Eżekuttiv bil-miktub li għandu wkoll iwieġeb bil-miktub. Jekk il-Kap Eżekuttiv jonqos milli jieħu azzjoni jew jikkonferma d-deċiżjoni jew l-istruzzjoni inizjali u l-membru tal-persunal iqis li tali konferma ma tikkostitwixxix tweġiba raġonevoli għat-tħassib tiegħu, il-membru tal-persunal għandu jinforma lill-Kap tal-Aġenzija.

2.   Fil-każ ta' kwalunkwe attività illegali, frodi jew korruzzjoni li tista' tippreġudika l-interessi tal-Aġenzija jew tal-membri tagħha, il-membru tal-persunal għandu jinforma lill-awtoritajiet u lill-korpi maħtura skont il-leġislazzjoni applikabbli. Il-Kulleġġ tal-Awdituri kif ukoll kwalunkwe awditur estern li jwettaq l-awditi finanzjarji tal-Aġenzija għandhom jinformaw lill-Uffiċjal Awtorizzanti bi kwalunkwe suspett ta' attività illegali, frodi jew korruzzjoni li tista' tippreġudika l-interessi tal-Aġenzija jew il-membri tagħha.

Artikolu 23

Uffiċjal tal-kontabbiltà

1.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jaħtar uffiċjal tal-kontabbiltà, kopert bir-Regolamenti tal-Persunal tal-Aġenzija, li għandu jkun totalment indipendenti fil-qadi ta' dmirijietu fi ħdan l-Aġenzija u responsabbli quddiem il-Bord ta' Tmexxija. Fl-Aġenzija, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jkun responsabbli minn:

(a)

l-implimentazzjoni adegwata tal-ħlasijiet, il-ġbir tad-dħul u l-irkupru tal-ammonti stabbiliti bħala riċevibbli;

(b)

iż-żamma, it-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet f'konformità mal-Kapitolu 6 ta' dan it-Titolu u mal-Artikoli 19, 20 u 21;

(c)

l-implimentazzjoni, f'konformità mal-Kapitolu 6 ta' dan it-Titolu, ir-regoli tal-kontabbiltà u tat-tabella tal-kontijiet;

(d)

il-valutazzjoni ta' sistemi stabbiliti mill-Uffiċjal Awtorizzanti biex tingħata jew tiġi ġustifikata informazzjoni dwar il-kontijiet; f'dan ir-rigward, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jingħata s-setgħa jivverifika l-konformità mal-kriterji ta' validazzjoni fi kwalunkwe ħin;

(e)

l-amministrazzjoni tal-finanzi.

2.   L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jikseb mingħand l-Uffiċjali Awtorizzanti l-informazzjoni kollha neċessarja għall-produzzjoni ta' kontijiet li jagħtu stampa vera u ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-Aġenzija u tal-implimentazzjoni tal-baġit. L-Uffiċjali Awtorizzanti għandu jiggarantixxi l-affidabbiltà ta' dik l-informazzjoni.

3.   Qabel l-adozzjoni tal-kontijiet mill-Kap Eżekuttiv, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jiffirmahom, biex b'hekk jiċċertifika li għandu garanzija raġonevoli li l-kontijiet jippreżentaw stampa vera u ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-Aġenzija.

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jivverifika li l-kontijiet tħejjew f'konformità mar-regoli tal-kontabbiltà msemmija fl-Artikolu 39 u li d-dħul u l-infiq kollu jkunu ddaħħlu fil-kontijiet.

L-uffiċjal awtorizzanti jew id-delegati tiegħu għandhom jibqgħu totalment responsabbli għall-użu xieraq tal-fondi li jamministraw, il-legalità u r-regolarità tan-nefqa taħt il-kontroll tagħhom u l-kompletezza u l-preċiżjoni tal-informazzjoni mgħoddija lill-uffiċjal tal-kontabbiltà.

L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jingħata s-setgħa jikkontrolla l-informazzjoni li jirċievi kif ukoll li jwettaq kwalunkwe kontroll ieħor li jqis neċessarju sabiex jiffirma l-kontijiet.

L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jagħmel riżervi, jekk ikun meħtieġ, u jispjega eżattament in-natura u l-ambitu ta' tali riżervi.

Soġġett għall-paragrafu 4, l-uffiċjal tal-kontabbiltà biss għandu jkollu s-setgħa jamministra l-flus kontanti u l-ekwivalenti għall-flus kontanti. L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jkun responsabbli għall-kustodja tagħhom.

4.   L-uffiċjal tal-kontabbiltà jista', fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu, jiddelega ċerti kompiti lil membri tal-persunal soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal tal-Aġenzija fejn dan ikun indispensabbli għall-qadi ta' dmirijietu f'konformità mar-regoli finanzjarji tal-Aġenzija.

5.   Mingħajr preġudizzju għal xi azzjoni dixxiplinari, l-uffiċjali tal-kontabbiltà jista' fi kwalunkwe ħin jiġi sospiż b'mod temporanju jew għal kollox milli jaqdi dmirijietu mill-Bord ta' Tmexxija. F'każ bħal dan, il-Bord ta' Tmexxija għandu jaħtar uffiċjal interim tal-kontabbiltà.

Artikolu 24

Responsabbiltà tal-atturi finanzjarji

1.   L-Artikoli 16 sa 26 huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe responsabbiltà taħt il-liġi kriminali, li l-atturi finanzjarji jistgħu iġorru kif previst fid-dritt nazzjonali applikabbli u fid-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Aġenzija u dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Unjoni jew uffiċjali tal-Istati Membri.

2.   Kull Uffiċjal Awtorizzanti u uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jkun espost għal azzjoni dixxiplinarja u għall-ħlas ta' kumpens kif previst fir-Regolamenti tal-Persunal tal-Aġenzija. Fil-każ ta' xi attività illegali, frodi jew korruzzjoni li tista' tagħmel ħsara lill-interessi tal-Aġenzija jew tal-membri tagħha, il-kwistjoni għandha tiġi riferita lill-awtoritajiet u l-korpi indikati mil-leġislazzjoni applikabbli, b'mod partikolari l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

3.   Kull membru tal-persunal jista' jiġi mitlub jagħmel tajjeb, kompletament jew parzjalment, għal kwalunkwe dannu mġarrab mill-Aġenzija bħala riżultat ta' mġieba ħażina serja min-naħa tiegħu matul jew b'rabta mal-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tiegħu. L-awtorità tal-ħatra għandha tieħu deċiżjoni motivata wara li twettaq il-formalitajiet preskritti mil-leġislazzjoni applikabbli rigward kwistjonijiet dixxiplinari.

4.   Fir-rigward tar-responsabbiltà tal-uffiċjali awtorizzanti, għandu japplika l-Artikolu 73(1) u (2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

Artikolu 25

Konflitti ta' interessi

1.   L-atturi finanzjarji fit-tifsira tal-Kapitolu 2 tat-Titolu III u persuni oħra involuti fl-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit, inklużi l-atti preparatorji tagħhom, l-awditu jew il-kontroll ma għandhom jieħdu l-ebda azzjoni li tista' ġġib l-interessi tagħhom f'konflitt ma' dawk tal-Aġenzija.

Fejn jeżisti tali riskju, il-persuna inkwistjoni għandha tieqaf minn tali azzjonijiet u tirreferi l-kwistjoni lill-Kap Eżekuttiv li għandu jikkonferma bil-miktub jekk jeżistix konflitt ta' interess. Il-persuna inkwistjoni għandha tinforma wkoll lis-superjur immedjat tagħha. Jekk l-attur ikun il-Kap Eżekuttiv, dan għandu jirreferi l-kwistjoni lill-Kap tal-Aġenzija.

Meta jinstab li jeżisti konflitt ta' interess, il-persuna inkwistjoni għandha twaqqaf l-attivitajiet kollha fil-kwistjoni. Il-Kap Eżekuttiv, jew il-Kap tal-Aġenzija fil-każ li l-konflitt ta' interessi jikkonċerna lill-Kap Eżekuttiv, għandu jieħu kwalunkwe azzjoni xierqa oħra.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, konflitt ta' interess ikun jeżisti fejn l-eżerċizzju imparzjali u oġġettiv tal-funzjonijiet ta' attur finanzjarju jew ta' persuna oħra, kif jissemma fil-paragrafu 1, ikun kompromess għal raġunijiet li jinvolvu l-familja, il-ħajja emozzjonali, l-affinità politika jew nazzjonali, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess ieħor kondiviż ma' benefiċjarju.

Artikolu 26

Segregazzjoni tad-dmirijiet

Id-dmirijiet tal-Uffiċjal Awtorizzanti u tal-uffiċjal tal-kontabbiltà għandhom ikunu segregati u reċiprokament esklussivi.

KAPITOLU 3

Awditjar intern

Artikolu 27

Ħatra, poteri u dmirijiet tal-awditur intern

1.   L-Aġenzija għandu jkollha funzjoni ta' awditjar intern li għandha titwettaq skont l-istandards internazzjonali rilevanti.

2.   L-awditur intern la jista' jkun l-Uffiċjal Awtorizzanti u lanqas l-uffiċjal tal-kontabbiltà.

3.   L-awdituri interni għandhom jagħtu parir lill-Aġenzija kif tiffaċċja r-riskji, billi joħorġu opinjonijiet indipendenti dwar il-kwalità tas-sistemi ta' amministrazzjoni u kontroll u billi joħorġu rakkomandazzjonijiet li jtejbu l-kondizzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet u jippromwovu amministrazzjoni finanzjarja soda.

L-awditur intern għandu jkun responsabbli b'mod partikolari għall-:

(a)

valutazzjoni tal-idoneità u l-effikaċja tas-sistemi ta' amministrazzjoni interni u l-prestazzjoni tad-dipartimenti fl-implimentazzjoni ta' programmi u azzjonijiet b'referenza għar-riskji assoċjati magħhom;

(b)

valutazzjoni tal-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistemi interni ta' kontroll u ta' awditjar applikabbli għal kull operazzjoni ta' implimentazzjoni tal-baġit.

4.   L-awditur intern għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu fir-rigward tal-attivitajiet u d-dipartimenti kollha tal-Aġenzija. L-awditur intern għandu jgawdi minn aċċess sħiħ u mingħajr limitu għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu. L-awditur intern għandu jieħu nota tar-rapport annwali tal-Kap Eżekuttiv u ta' kwalunkwe biċċa informazzjoni oħra identifikata.

5.   L-awditur intern għandu jfassal pjan tal-awditu annwali u jippreżentah lill-Kap Eżekuttiv.

6.   L-awditur intern għandu jieħu nota tar-rapport tal-Uffiċjal Awtorizzanti skont l-Artikolu 19 u ta' kwalunkwe biċċa informazzjoni oħra identifikata.

7.   L-awditur intern għandu jirrapporta lill-Kap Eżekuttiv dwar ir-riżultati u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu.

L-awditur intern għandu jirrapporta wkoll fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

riskji u rakkomandazzjonijiet kritiċi ma ġewx indirizzati,

hemm dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet magħmula fis-snin ta' qabel.

Il-Kap Eżekuttiv għandu jiżgura s-sorveljanza regolari tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditu.

Kull sena l-Kap Eżekuttiv għandu jippreżenta rapport lill-Bord ta' Tmexxija b'sommarju tal-għadd u t-tip ta' awditi interni mwettqa, ir-rakkomandazzjonijiet magħmula u l-azzjoni meħuda fuq dawk ir-rakkomandazzjonijiet. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jeżamina l-informazzjoni u jekk ir-rakkomandazzjonijiet ġewx implimentati b'mod sħiħ u fil-ħin.

8.   L-Aġenzija għandha tagħmel disponibbli d-dettalji ta' kuntatt tal-awditur intern għal kull persuna fiżika jew ġuridika involuta f'operazzjonijiet ta' nfiq, għall-iskopijiet ta' kuntatt kunfidenzjali mal-awditur intern.

9.   Ir-rapporti u r-riżultati tal-awditur intern għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku biss wara validazzjoni mill-awditur intern tal-azzjoni meħuda għall-implimentazzjoni tagħhom.

Artikolu 28

Indipendenza tal-awditur intern

L-indipendenza tal-awditur intern, ir-responsabbiltà tal-awditur intern għall-azzjoni meħuda fit-twettiq ta' dmirijietu u d-dritt tal-awditur intern li jressaq azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi stabbilita skont l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

KAPITOLU 4

Operazzjonijiet ta' dħul u nfiq

Artikolu 29

Implimentazzjoni tad-dħul

1.   L-implimentazzjoni tad-dħul għandha tinkludi l-preparazzjoni tal-estimi tal-ammonti riċevibbli, l-istabbiliment tal-intitolamenti li għandhom jiġu rkuprati u l-irkupru ta' ammonti mhux dovuti. Għandha tinkludi wkoll il-possibilità ta' rinunzja għal intitolamenti stabbiliti, fejn xieraq.

2.   L-ammonti li jitħallsu bi żball għandhom jiġu rkuprati.

Jekk l-irkupru effettiv ma jseħħx fl-iskadenza prevista fin-nota ta' debitu, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jgħarraf lill-Uffiċjal Awtorizzanti u jniedi minnufih il-proċedura tal-irkupru bi kwalunkwe mezz legali, inkluż, jekk ikun il-każ, permezz ta' kumpens, u jekk dan ma jkunx jistax isir, permezz ta' rkupru nfurzat.

Fejn l-Uffiċjal Awtorizzanti jkun qiegħed jippjana li jirrinunzja għal irkupru sħiħ jew parzjali ta' xi ammont riċevibbli stabbilit, għandu jiżgura li r-rinunzja ssir sewwa u li tkun konformi mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tal-proporzjonalità. Id-deċiżjoni ta' rinunzja għandha tiġi ssostanzjata. Id-deċiżjoni ta' rinunzja għandha tiddikjara li ttieħdet azzjoni biex isir l-irkupru u l-punti ta' dritt u ta' fatt li fuqhom tkun ibbażata.

L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jżomm lista ta' ammonti li għandhom ikunu rkuprati. L-intitolamenti tal-Aġenzija għandhom jinġabru flimkien fil-lista skont id-data tal-ħruġ tal-ordni ta' rkupru. L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jindika wkoll id-deċiżjonijiet li jirrinunzja għall-irkupru sħiħ jew parzjali ta' ammonti stabbiliti. Il-lista għandha tiġi miżjuda mal-kontijiet annwali tal-Aġenzija.

3.   Kwalunkwe debitu mhux mħallas lura sad-data stipulata fin-nota ta' debitu jeħel imgħax skont l-Artikolu 83 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (5).

4.   L-intitolamenti tal-Aġenzija fir-rigward ta' partijiet terzi u l-intitolamenti ta' partijiet terzi fir-rigward tal-Aġenzija għandhom ikunu soġġetti għal terminu ta' limitazzjoni ta' ħames snin.

Artikolu 30

Kontribuzzjoni tal-Istati Membri għall-baġit ġenerali tal-aġenzija

1.   Id-determinazzjoni ta' kontribuzzjonijiet fejn hija applikabbli l-iskala tad-DNG għandha tkun kif ġej:

(a)

fejn tkun applikabbli l-iskala tad-DNG, it-tqassim tal-kontribuzzjonijiet bejn l-Istati Membri li mingħandhom hija dovuta kontribuzzjoni għandu jiġi ddeterminat b'konformità mal-iskala tal-prodott nazzjonali gross kif speċifikat fl-Artikolu 41(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom (6) jew kwalunkwe deċiżjoni oħra li tista' tieħu postha;

(b)

id-data għall-kalkolu ta' kull kontribuzzjoni għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-kolonna tar-'Riżorsi proprji tad-DNG' fit-tabella tas-'Sommarju tal-finanzjament tal-baġit ġenerali skont it-tip tar-riżorsa proprja u skont l-Istat Membru' li hija mehmuża mal-aħħar baġit tal-Unjoni. Il-kontribuzzjoni ta' kull Stat Membru li mingħandu hija dovuta kontribuzzjoni għandha tkun proporzjonali mas-sehem tad-DNG ta' dak l-Istat Membru fit-total tad-DNG aggregat tal-Istati Membri li mingħandhom hija dovuta kontribuzzjoni.

2.   Is-skeda għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet għandha tkun kif ġej:

(a)

il-kontribuzzjonijiet maħsuba biex jiffinanzjaw il-baġit ġenerali tal-Aġenzija għandhom jitħallsu mill-Istati Membri parteċipanti fi tliet pagamenti ndaqs, sal-15 ta' Marzu, il-15 ta' Ġunju u l-15 ta' Ottubru tas-sena finanzjarja kkonċernata. L-Aġenzija għandha tibgħat ittri ta' sejħa għal kontribuzzjonijiet lill-Istati Membri parteċipanti mill-inqas 60 ġurnata qabel id-dati tal-pagament;

(b)

meta jiġi adottat baġit emendatorju, il-kontribuzzjonijiet meħtieġa għandhom jitħallsu mill-Istati Membri parteċipanti fi żmien 60 jum minn meta tintbagħat is-sejħa għall-kontribuzzjonijiet;

(c)

kull Stat Membru għandu jħallas l-ispejjeż bankarji marbuta mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tiegħu;

(d)

jekk il-baġit annwali ma jiġix approvat sat-30 ta' Novembru, l-Aġenzija, fuq talba ta' Stat Membru, tista' toħroġ sejħa proviżorja individwali għall-kontribuzzjonijiet għal dak l-Istat Membru, bil-ħlas irid isir sa 60 jum minn meta tintbagħat is-sejħa għall-kontribuzzjoni.

Meta l-ħlas isir qabel l-iskadenza u jasal għand l-Aġenzija sa mhux aktar tard minn 10 jum li jaqbżu l-iskadenza, ma jkun dovut ebda mgħax lill-Aġenzija kif stipulat fl-Artikolu 29.3. Meta l-ħlas isir iżjed minn għaxart ijiem tard, għandhom jiġu imposti mgħaxijiet għad-dewmien kollu.

Artikolu 31

Implimentazzjoni tan-nefqa

1.   Biex in-nefqa tiġi implimentata, l-Uffiċjal Awtorizzanti għandu jagħmel impenji baġitarji u impenji legali, jivvalida n-nefqa u jawtorizza l-ħlasijiet, u jieħu l-passi preliminari għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet.

2.   Impenn baġitarju huwa l-operazzjoni li biha tiġi rriżervata l-approprjazzjoni meħtieġa sabiex tkopri l-ħlasijiet sussegwenti biex jiġu onorati l-impenji legali. Impenn legali huwa l-att li bih l-Uffiċjal Awtorizzanti jidħol fi, jew jistabbilixxi, obbligu li jirriżulta fi spiża. Impenji baġitarji u impenji legali għandhom jiġu adottati mill-istess Uffiċjal Awtorizzanti, ħlief f'każijiet iġġustifikati kif xieraq.

Impenji baġitarji għandhom jidħlu f'waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin:

(a)

individwali: l-impenn baġitarju huwa individwali meta l-benefiċjarju u l-ammont tan-nefqa huma magħrufa;

(b)

globali: l-impenn baġitarju huwa globali meta għall-anqas wieħed mill-elementi meħtieġa biex ikun identifikat l-impenn individwali jkun għadu mhux magħruf;

(c)

proviżorju: l-impenn baġitarju huwa proviżorju meta jkun maħsub biex ikopri nefqa amministrattiva ta' rutina u jew l-ammont jew il-benefiċjarji finali ma jkunux magħrufa b'mod definittiv.

L-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jestendu għal aktar minn sena finanzjarja jistgħu jitqassmu f'pagamenti annwali fuq diversi snin biss meta l-att bażiku jipprevedi dan jew meta jkunu għan-nefqa amministrattiva.

3.   Kull element tan-nefqa għandu jiġi impenjat, validat, awtorizzat u mħallas.

Il-validazzjoni tan-nefqa hi l-att li bih l-Uffiċjal Awtorizzanti:

(a)

jivverifika l-eżistenza tal-intitolament tal-kreditur;

(b)

jiddetermina jew jivverifika r-realtà u l-ammont tal-pretensjoni;

(c)

jivverifika l-kondizzjonijiet li bihom ikun dovut il-ħlas.

L-awtorizzazzjoni tan-nefqa hija l-att li bih l-Uffiċjal Awtorizzanti, wara li jkun ivverifika li l-approprjazzjonijiet ikunu disponibbli, jagħti struzzjoni lill-uffiċjal tal-kontabbiltà sabiex iħallas in-nefqa vvalidata.

4.   Fir-rigward ta' kwalunkwe miżura li tista' tistabbilixxi nefqa addebitabbli lill-baġit tal-Aġenzija, l-Uffiċjal Awtorizzanti għandu jagħmel impenn baġitarju qabel jidħol għal impenn legali ma' partijiet terzi.

5.   L-ewwel sena tal-Qafas ta' Ppjanar għal tliet Snin tal-Aġenzija għandha tipprovdi l-awtorizzazzjoni mill-Bord ta' Tmexxija għan-nefqa operazzjonali tal-Aġenzija fuq l-attivitajiet li tkopri, sakemm l-elementi stipulati f'dan il-paragrafu huma identifikati b'mod ċar.

Il-Qafas ta' Ppjanar għandu jkun magħmul minn għanijiet fid-dettall u r-riżultati mistennija. Għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-azzjoni(jiet) li jridu jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni.

Kwalunkwe emenda sostanzjali għall-ewwel sena tal-Qafas ta' Ppjanar għal tliet Snin tal-Aġenzija għandha tiġi adottata bl-istess proċedura bħall-Qafas ta' Ppjanar inizjali.

Il-Bord ta' Tmexxija jista' jiddelega s-setgħa li jagħmel emendi mhux sostanzjali għall-Qafas ta' Ppjanar lill-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Aġenzija.

Artikolu 32

limiti ta' żmien

Il-ħlas tan-nefqa jrid jsir fil-limiti ta' żmien speċifikati fl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u l-Artikolu 111 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 u f'konformità magħhom.

KAPITOLU 5

Implimentazzjoni tal-baġit

Artikolu 33

Akkwist pubbliku

1.   Fir-rigward tal-akkwist pubbliku, it-Titolu V tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 għandhom japplikaw soġġetti għall-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.

2.   Għal kuntratti b'valur ta' bejn EUR 60,000 u l-limiti stabbiliti fl-Artikolu 118 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tista' tintuża l-proċedura stipulata fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 għal kuntratti b'valur baxx li ma jaqbżux EUR 60,000.

3.   L-Aġenzija tista' tikkonkludi kuntratt, mingħajr ma tirrikorri għal proċedura ta' akkwist pubbliku, mal-Kummissjoni Ewropea, l-uffiċċji interistituzzjonali, iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 (7) u ma' korpi oħra tal-Unjoni għall-provvista ta' oġġetti jew servizzi jew għat-twettiq ta' xogħol li jipprovdu dawn tal-aħħar.

Artikolu 34

Akkwist konġunt

1.   L-Aġenzija tista' tkun assoċjata, fuq talba tagħha, bħala awtorità kontraenti, fl-għoti ta' kuntratti tal-Kummissjoni jew kuntratti interistituzzjonali u fl-għoti ta' kuntratti ta' korpi jew aġenziji oħra tal-Unjoni.

2.   Fil-kuntest ta' attivitajiet ta' kollaborazzjoni mal-Istati Membri, bħal dawn imsemmija fil-Kapitolu IV tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1835, l-Aġenzija tista' tuża proċeduri ta' akkwist pubbliku konġunt.

3.   Fil-każ ta' proċedura ta' akkwist konġunt bejn l-Aġenzija u l-awtorità kontraenti minn Stat Membru, wieħed jew aktar, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet proċedurali applikabbli għall-Aġenzija.

Fejn is-sehem li jappartjeni lil jew huwa ġestit mill-awtorità kontraenti ta' Stat Membru, wieħed jew aktar, ikun daqs jew aktar minn 50 % tal-istima tal-valur totali tal-kuntratt, jew f'każijiet oħra ġġustifikati kif xieraq, għandhom japplikaw ir-regoli proċedurali tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), tad-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), jew ta' kwalunkwe att legali ieħor tal-UE li jista' jkun applikabbli fid-dawl tas-suġġett inkwistjoni.

4.   L-Aġenzija tista' tuża l-proċeduri ta' akkwist konġunt mal-awtoritajiet kontraenti tal-Istat Membru ospitanti sabiex tkopri l-ħtiġijiet amministrattivi tagħha. F'tali każ, l-Artikolu 133 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 35

Esperti

Għall-għażla ta' esperti, l-Aġenzija tista' tapplika d-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 287 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012, soġġetta għal kwalunkwe proċedura speċifika stipulata fl-att bażiku tal-programm li l-implimentazzjoni tiegħu hija fdata lill-Aġenzija. Tali esperti għandhom jitħallsu fuq il-bażi ta' ammont fiss imħabbar minn qabel u għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tal-kapaċità professjonali tagħhom.

L-esperti esterni għandhom jintgħażlu abbażi tal-ħiliet, l-esperjenza u l-għarfien xierqa biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom u skont il-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni, it-trattament indaqs u l-assenza ta' konflitt ta' interessi.

Artikolu 36

Għotjiet

Fir-rigward ta' għotjiet, it-Titolu VI tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 għandhom japplikaw soġġetti għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika tal-istrument kostitwenti.

Artikolu 37

Premjijiet

1.   Fir-rigward ta' premjijiet, it-Titolu VII tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 għandhom japplikaw soġġetti għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.   Il-kompetizzjonijiet għall-premjijiet b'valur unitarju ta' EUR 10,000 jew aktar jistgħu jkunu ppubblikati biss jekk ikunu ġew previsti fil-Qafas ta' Ppjanar tal-Aġenzija.

Artikolu 38

Indikazzjoni tal-mezzi ta' rimedju

1.   Fejn att proċedurali ta' Uffiċjal Awtorizzanti jolqot b'mod negattiv id-drittijiet ta' applikant jew ta' offerent, benefiċjarju jew kuntrattur, huwa għandu jkun fih indikazzjoni tal-mezzi disponibbli ta' rimedju amministrattiv u/jew ġudizzjarju għall-kontestazzjoni ta' dan l-att.

2.   B'mod partikolari, in-natura tar-rimedju, l-entità jew l-entitajiet quddiem min jista' jitressaq kif ukoll il-limiti taż-żmien għall-eżerċizzju tagħhom għandhom ikunu indikati.

KAPITOLU 6

Kontabbiltà

Artikolu 39

Regoli dwar il-kontijiet

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi sistema ta' kontabbiltà li tipprovdi informazzjoni preċiża, sħiħa u affidabbli f'waqtha.

L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Aġenzija għandu jadotta regoli bbażati fuq standards tal-kontabbiltà aċċettati internazzjonalment għas-settur pubbliku. L-uffiċjal tal-kontabbiltà jista' jiddevja minn dawk l-istandards jekk iqis li dan ikun meħtieġ għal stampa vera u ġusta tal-assi u l-obbligazzjonijiet, l-ispejjeż, id-dħul u l-fluss tal-flus. Fejn l-uffiċjal tal-kontabbiltà jiddevja materjalment minn dawk l-istandards, in-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom jiżvelaw dan il-fatt u r-raġunijiet għalih.

Artikolu 40

Prinċipji tal-kontabbiltà

Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom jippreżentaw l-informazzjoni, inkluża informazzjoni dwar il-politiki tal-kontabbiltà, b'mod li jiġi żgurat li tkun rilevanti, affidabbli, komparabbli u li tista' tinftiehem. Ir-rendikonti finanzjarji għandhom jitfasslu f'konformità mal-Artikolu 39.

Artikolu 41

Sistema ta' kontabbiltà

1.   Is-sistema tal-kontabbiltà għandha tikkonsisti fil-kontijiet ġenerali u l-kontijiet baġitarji. Il-kontijiet għandhom jinżammu f'euro fuq il-bażi tas-sena kalendarja.

2.   Il-kontijiet ġenerali għandhom iżommu f'ordni kronoloġika u bil-metodu tal-kontroentrati, l-eventi u l-operazzjonijiet kollha li jolqtu l-qagħda ekonomika u finanzjarja u l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-Aġenzija.

3.   Il-kontijiet baġitarji għandhom jirreġistraw fid-dettall l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija. Huma għandhom jirreġistraw l-operazzjonijiet baġitarji kollha tad-dħul u n-nefqa.

Artikolu 42

Inventarji

L-Aġenzija għandha żżomm inventarji li juru l-kwantità u l-valur tal-assi kollha tanġibbli, intanġibbli u finanzjarji li jikkostitwixxu l-proprjetà tagħha. L-Aġenzija għandha tivverifika li l-entrati fl-inventarju jaqblu mas-sitwazzjoni attwali.

KAPITOLU 7

Awditjar estern u l-ġlieda kontra l-frodi

Artikolu 43

Awditjar estern

1.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jaħtar Kulleġġ tal-Awdituri biex iwettaq il-funzjoni tal-awditjar estern tal-baġits amministrattivi u operattivi, il-kontijiet finanzjarji u r-rendikonti finanzjarji tal-Aġenzija. L-awditu għandu jsir f'konformità mal-istandards internazzjonali aċċettati għall-awditjar u, bl-approvazzjoni ta-Bord ta' Tmexxija, skont termini ta' referenza addizzjonali.

Mill-anqas darba kull tliet snin, il-Kulleġġ għandu jipprovdi assigurazzjoni indipendenti u pariri lill-Bord ta' Tmexxija li l-attivitajiet tal-Aġenzija jkunu ġew imwettqa f'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba. Sabiex iwettaq dak il-kompitu, il-Kulleġġ jista' jirrikorri għal persunal addizzjonali temporanju, bi qbil mal-Kumitat ta' Tmexxija.

2.   Il-Kulleġġ tal-Awdituri għandu jkun magħmul minn mill-inqas tliet awdituri minn Stati Membri parteċipanti differenti, appoġġati minn persunal innominat mill-Kulleġġ. Dak il-membru tal-persunal jista' jibqa' sakemm il-membru tal-Kulleġġ tal-Awdituri li jkun innominah jibqa' fil-kariga.

3.   Il-membri tal-Kulleġġ tal-Awdituri għandhom jinħatru għal perijodu ta' tliet awditi sussegwenti. Għandha tkun żgurata rotazzjoni ġusta fost l-Istati Membri parteċipanti li jixtiequ jibagħtu awdituri.

4.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jaħtar il-Kulleġġ tal-Awdituri minn kandidati proposti mill-Istati Membri parteċipanti. Preferibbilment, il-kandidati għandhom ikunu membri tal-ogħla istituzzjoni tal-awditur nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti u joffru garanziji adegwati ta' sigurtà u indipendenza. Huma għandhom ikunu disponibbli biex iwettqu kompiti f'isem l-Aġenzija kif meħtieġ. Fit-twettiq ta' dawk il-kompiti:

(a)

il-membri tal-Kulleġġ u l-persunal li jassistihom għandhom jibqgħu jiġu mħallsa mill-istituzzjoni tal-awditur oriġinali tagħhom u għandhom jirċievu biss mill-Aġenzija rimborż tal-ispejjeż tal-missjoni tagħhom fuq l-istess bażi kif previst fir-regoli tal-Aġenzija;

(b)

huma la għandhom jitolbu u lanqas jirċievu istruzzjonijiet ħlief mill-Bord ta' Tmexxija; fil-mandat tiegħu ta' awditjar, il-Kulleġġ tal-Awdituri u l-membri tiegħu għandhom ikunu kompletament indipendenti u responsabbli biss għat-twettiq tal-awditjar estern;

(c)

huma għandhom jirrappurtaw dwar il-kompitu tagħhom lill-Bord ta' Tmexxija biss;

(d)

huma għandhom jivverifikaw li d-dħul u n-nefqa amministrati mill-Aġenzija ġew implimentati b'konformità mal-leġislazzjoni applikabbli u l-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba.

5.   Kull sena, il-Kulleġġ tal-Awdituri għandu jeleġġi l-president tiegħu għas-sena finanzjarja li tkun ġejja. Għandu jadotta r-regoli applikabbli għall-awditjar li jsir mill-membri tiegħu skont l-ogħla standards internazzjonali għall-awditjar. Il-Kulleġġ tal-Awdituri għandu japprova r-rapporti tal-awditu mfassla mill-membri tiegħu qabel ma jintbagħtu lill-Kap Eżekuttiv u lill-Bord ta' Tmexxija.

6.   L-awdituri għandhom jiżguraw li jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u jipproteġu d-data li jsiru jafu biha matul il-kompitu tagħhom ta' awditjar, skont ir-regoli applikabbli għal dik l-informazzjoni u data.

7.   L-awdituri għandu jkollhom aċċess, mingħajr dewmien u mingħajr ma javżaw minn qabel għad-dokumenti u l-kontenut tad-data kollha ta' appoġġ relatati ma' dak id-dħul u n-nefqa u għall-bini fejn huma miżmuma dawk id-dokumenti u d-data ta' appoġġ. Jistgħu jagħmlu kopji. Il-persuni involuti fl-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa tal-Aġenzija għandhom jagħtu lill-Kap Eżekuttiv u lill-persuni responsabbli tal-awditjar ta' dik in-nefqa l-għajnuna meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom. Spejjeż relatati mal-awditu għandhom jiġu ddebitati lill-baġit ġenerali.

8.   Fuq il-proposta tal-Kap Eżekuttiv jew ta' Stat Membru, il-Bord ta' Tmexxija jista' jiddeċiedi skont il-każ li juża korpi esterni oħrajn għal reviżjonijiet speċjali f'koordinazzjoni mal-kompitu mogħti lill-Kulleġġ tal-Awdituri.

9.   F'każijiet speċifiċi, l-awtoritajiet tal-awditjar nazzjonali ta' Stati Membri parteċipanti, bi spiża għalihom u bi qbil mal-Bord ta' Tmexxija, jistgħu jiksbu kwalunkwe informazzjoni u jeżaminaw kwalunkwe dokument li jqisu meħtieġ għall-awditjar tas-sehem nazzjonali rispettiv jew għar-rapport lill-gvern u l-Parlament, mingħajr ma jiksru għall-Istati Membri parteċipanti l-oħra u għar-responsabbiltajiet tal-Kulleġġ tal-Awdituri u f'konformità mar-regoli tal-Aġenzija, speċjalment ir-regoli tal-protezzjoni tad-data.

Artikolu 44

Awditu annwali u kwittanza tal-baġit tal-aġenzija

1.   Sal-31 ta' Marzu wara tmiem is-sena finanzjarja, il-Kap Eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Kulleġġ tal-Awdituri, għal eżami u opinjoni tagħhom, abbozz tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija kif imsemmija fl-Artikolu 19.

2.   Sat-30 ta' Ġunju wara tmiem is-sena finanzjarja, il-Kulleġġ tal-Awdituri għandu jippreżenta lill-Kap Eżekuttiv ir-rapport tal-awditu annwali tiegħu li jkun fih l-opinjoni u l-osservazzjonijiet tal-Kulleġġ dwar l-abbozz tal-kontijiet annwali msemmi fil-paragrafu 1.

3.   Sal-15 ta' Lulju wara tmiem is-sena finanzjarja, il-Kap Eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Bord ta' Tmexxija l-kontijiet annwali finali awditjati u r-rapport tal-awditu flimkien mat-tweġibiet mill-Aġenzija.

4.   Sat-30 ta' Ottubru wara tmiem is-sena finanzjarja, il-Bord ta' Tmexxija għandu japprova l-kontijiet annwali awditjati u jagħti l-kwittanza lill-Kap Eżekuttiv u lill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà għas-sena finanzjarja.

5.   Ladarba approvati mill-Bord ta' Tmexxija, il-kontijiet annwali awditjati għandhom jiġu nnotifikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

6.   Il-kontijiet u l-inventarji kollha għandhom jinżammu mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà għal perijodu ta' ħames snin mid-data li fiha ġiet mogħtija l-kwittanza marbuta magħhom.

Artikolu 45

OLAF

1.   L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (11) bil-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Aġenzija b'rabta ma' għotja jew kuntratt iffinanzjati mill-Aġenzija.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, kuntratti, ftehimiet u deċiżjonijiet tal-Aġenzija għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li espressament jagħtu s-setgħa lill-Kulleġġ tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu awditi u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI APPLIKABBLI GĦAL DĦUL ADDIZZJONALI

Artikolu 46

Dħul addizzjonali

1.   Fil-qafas tal-missjoni tagħha skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1835, l-Aġenzija tista' tirċievi Dħul Addizzjonali għal fini speċifika:

(a)

mill-baġit ġenerali tal-Unjoni skont il-każ, b'rispett sħiħ għar-regoli, il-proċeduri u l-proċessi ta' teħid ta' deċiżjoni applikabbli għalih;

(b)

minn Stati Membri, pajjiżi terzi jew partijiet terzi oħra, sakemm il-Bord ta' Tmexxija ma jiddeċidix mod ieħor fi żmien xahar mill-wasla ta' tali informazzjoni mingħand l-Aġenzija.

2.   Id-dħul imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża biss għall-għan speċifiku li għalih ikun assenjat.

3.   L-ispejjeż amministrattivi addizzjonali marbuta mal-ġestjoni tad-dħul addizzjonali għandhom ikunu koperti, fejn rilevanti, mill-baġit assoċjat mad-Dħul Addizzjonali nnifsu.

4.   Id-dispożizzjonijiet mill-Kapitolu 2 sa 7 tat-Titolu III huma applikabbli għad-dħul addizzjonali sakemm il-ftehim(iet) rilevanti ma jipprevedux regoli differenti, li fi kwalunkwe każ għandhom ikunu konformi mal-prinċipji baġitarji stabbiliti fit-Titolu II.

5.   Kwalunkwe bilanċ baġitarju pożittiv li jirriżulta mid-Dħul Addizzjonali fi tmiem il-perijodu ta' implimentazzjoni għandu jkun ikkunsidrat bħala kreditu disponibbli għall-entitajiet li kkontribwew għalih u jintradd lilhom. Jista' jintuża wkoll għal finijiet speċifiċi oħra kif stabbilit fil-ftehim(iet) rilevanti jew, sakemm il-Bord ta' Tmexxija ma jiddeċidix mod ieħor, fi żmien xahar minn meta tasal tali informazzjoni mill-Aġenzija, kif propost mill-entità kkonċernata.

6.   L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jadotta l-miżuri xierqa sabiex jiżgura li l-użu tad-dħul addizzjonali u tal-approprjazzjonijiet korrispondenti jiġi ssorveljat separatament. Għalhekk, kontribuzzjonijiet li jirriżultaw minn dħul addizzjonali għandhom jiġu kkalkulati separatament u użati skont l-għan speċifiku li għalih kienu assenjati. Għal raġunijiet ta' trasparenza, huma jitqiegħdu wkoll f'kontijiet tal-bank separati. Barra minn hekk, ser ikunu murija separatament fir-rapport ta' implimentazzjoni baġitarja tal-Aġenzija kif stabbilit fl-Artikolu 21.

TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI APPLIKABBLI GĦAL BAĠITS ASSOĊJATI MA' ATTIVITAJIET AD HOC

Artikolu 47

Ġestjoni mill-aġenzija ta' baġits assoċjati ma' attivitajiet ad hoc

1.   Il-Bord ta' Tmexxija, fuq proposta tal-Kap Eżekuttiv jew ta' Stat Membru, jista' jiddeċiedi li l-Aġenzija tista' tiġi fdata mill-Istati Membri bil-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja ta' ċerti attivitajiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħha skont il-Kapitolu IV tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1835.

2.   Il-Bord ta' Tmexxija, fil-kuntest ta' proġetti u programmi ad hoc tal-Aġenzija, jista' jawtorizza lill-Aġenzija, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'arranġamenti li jirregolaw l-attivitajiet inkwistjoni, biex tidħol f'kuntratti u ftehimiet ta' għotja, u tiġbor il-kontribuzzjonijiet meħtieġa minn dawk l-Istati Membri minn qabel, waqt li tqis il-limiti baġitarji tal-Istati Membri, sabiex tonora tali kuntratti u ftehimiet ta' għotja.

3.   Id-dispożizzjonijiet mill-Kapitolu 2 sa 7 tat-Titolu III ta' din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw għall-attivitajiet ad hoc stabbiliti skont l-Artikolu 19 jew 20 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1835, sakemm l-att(i) bażiku/bażiċi tal-programm jew tal-proġett ma jipprevedix/jipprevedux regoli differenti, li fi kwalunkwe każ għandhom ikunu konformi mal-prinċipji tal-baġit stabbiliti fit-Titolu II ta' din id-Deċiżjoni.

4.   Kwalunkwe bilanċ baġitarju pożittiv li jirriżulta minn xi proġett jew programm ad hoc għandu jitqies bħala kreditu disponibbli għall-Istati Membri jew għal kwalunkwe entità oħra li kkontribwiet għalih u jintradd lilhom fi tmiem il-perijodu ta' implimentazzjoni, jew jintuża għall-għanijiet speċifiċi oħra kif stabbilit fil-ftehim(iet) rilevanti jew kif deċiż mill-Istat Membru jew entità kkonċernata.

TITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 48

Emendi

Kwalunkwe referenza għar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandha tinftiehem ukoll li tinkludi l-emendi għalih.

Artikolu 49

Tħassir tad-Deċiżjoni 2007/643/PESK

Id-Deċiżjoni 2007/643/PESK titħassar.

Artikolu 50

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LAJČÁK


(1)  ĠU L 266, 13.10.2015, p. 55.

(2)  ĠU L 269, 12.10.2007, p. 1.

(3)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1351 tal-4 ta' Awwissu 2016 dwar ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u li tħassar id-Deċiżjoni 2004/676/KE (Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17).

(7)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jistabbilixxi ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1).

(8)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(9)  Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta' ċerti kuntratti ta' xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE (ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76).

(10)  Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(11)  Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).