ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 206

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
30 ta' Lulju 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 tat-18 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar ir-rilaxx u t-telf ta' garanziji ppreżentati għal tali liċenzji, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 2336/2003, (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 341/2007 u (KE) Nru 382/2008 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/98, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 507/2008 ( 1 )

1

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1238 tat-18 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-intervent pubbliku u l-għajnuna għall-ħżin privat ( 1 )

15

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1239 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni ( 1 )

44

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat ( 1 )

71

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

30.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1237

tat-18 ta' Mejju 2016

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar ir-rilaxx u t-telf ta' garanziji ppreżentati għal tali liċenzji, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 2336/2003, (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 341/2007 u (KE) Nru 382/2008 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/98, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 507/2008

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 177 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 66(3)(c) u (e) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (3) u jistabbilixxi regoli dwar il-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli. Jagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati u ta' implimentazzjoni f'dak ir-rigward. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fil-qafas legali l-ġdid, ċerti regoli jridu jiġu adottati permezz ta' tali atti.

(2)

L-Artikolu 176 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprovdi li l-importazzjoni għal rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera jew l-esportazzjoni ta' prodott wieħed jew iktar tas-setturi stabbiliti f'dak l-Artikolu jistgħu jkunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenzja. Għandha tiġi stabbilita l-lista tal-prodotti ta' dawk is-setturi soġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni.

(3)

Il-monitoraġġ tal-flussi kummerċjali permezz ta' liċenzji għandu jiġi indirizzat b'mod flessibbli. Meta jiġu ddefiniti l-każijiet fejn tkun meħtieġa liċenzja, għandhom jitqiesu sorsi ta' informazzjoni possibbli oħrajn, bħas-sistema ta' sorveljanza doganali, u l-ħtieġa għal liċenzji jew iż-żmien meħtieġ biex tinġabar l-informazzjoni permezz ta' liċenzji. Il-każijiet speċifiċi fejn liċenzja mhijiex meħtieġa għandhom jiġu ddefiniti.

(4)

Huwa meħtieġ li jiġi pprovdut li l-liċenzji għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' garanzija, biex b'hekk jiġi ggarantit li l-prodotti jiġu importati jew esportati matul il-perjodu ta' validità tal-liċenzja. Huwa meħtieġ ukoll li jiġi stabbilit meta huwa ssodisfat l-obbligu ta' importazzjoni jew esportazzjoni.

(5)

Liċenzja tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni tagħti d-dritt li timporta jew tesporta u, għalhekk, sabiex dan id-dritt ikun effettiv, għandha tiġi ppreżentata liċenzja fil-mument li fih issir is-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni ta' importazzjoni jew esportazzjoni.

(6)

Peress li l-persuna li tkun qiegħda tuża l-liċenzja jaf ma tkunx detentur titolari jew iċ-ċessjonarju, għandu jiġi speċifikat, fl-interess taċ-ċertezza legali u l-effiċjenza amministrattiva, liema persuni huma awtorizzati li jużaw il-liċenzja, inkluż rappreżentant doganali li jaġixxi f'isem id-detentur titolari jew iċ-ċessjonarju.

(7)

Fid-dawl tal-prattika ta' kummerċ internazzjonali fir-rigward tal-prodotti agrikoli kkonċernati, għandha tkun permessa ċerta tollerenza fir-rigward tal-kwantità ta' prodotti importati jew esportati meta mqabbel mal-kwantità indikata fuq il-liċenzja.

(8)

Meta liċenzja tal-importazzjoni tintuża wkoll biex tiġi amministrata kwota tariffarja li għaliha għandhom japplikaw arranġamenti preferenzjali, dawn l-arranġamenti preferenzjali għandhom japplikaw għall-importaturi bis-saħħa tal-liċenzja li f'xi każijiet għandha tiġi akkumpanjata minn dokument minn pajjiż terz. Biex jiġi evitat li tinqabeż il-kwota, għandu japplika l-arranġament preferenzjali sal-kwantità għal liema nħarġet il-liċenzja. F'każijiet bħal dawn, għandha tkun permessa tollerenza, sakemm il-parti tal-kwantità li taqbeż il-kwantità indikata fuq il-liċenzja iżda fi ħdan it-tolleranza ma tibbenefikax mill-arranġament preferenzjali u d-dazju doganali konvenzjonali jkun pagabbli.

(9)

Huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi fir-rigward tat-trasferibbiltà ta' liċenzja.

(10)

Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar ir-rilaxx u t-telf tal-garanzija ppreżentata għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni.

(11)

Minħabba l-ispeċifiċità tas-settur, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti xi kundizzjonijiet addizzjonali għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-qanneb u għat-tewm.

(12)

Għall-finijiet ta' ċarezza, huwa xieraq li jiġu stabbiliti r-regoli li jikkonċernaw il-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni maħruġin għall-prodotti, li għalihom, l-obbligu ta' liċenzja tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni huwa abolit jew affettwat minn dan ir-Regolament u li għadhom validi fid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(13)

Billi l-għan ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1239 (4) huwa li jissimplifikaw u jadattaw id-dispożizzjonijiet applikabbli għas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-qafas legali l-ġdid stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, id-dispożizzjonijiet applikabbli bħalissa għandhom jiġu ssostitwiti. Għall-fini ta' ċarezza, ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (5), (KE) Nru 1342/2003 (6), (KE) Nru 2336/2003 (7), (KE) Nru 951/2006 (8), (KE) Nru 341/2007 (9) u (KE) Nru 382/2008 (10) għandhom jitħassru u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/98 (11), (KE) Nru 1345/2005 (12), (KE) Nru 376/2008 (13) u (KE) Nru 507/2008 (14) għandhom jitħassru.

(14)

It-tranżizzjoni mill-arranġamenti stipulati fid-dispożizzjonijiet imħassrin u r-Regolamenti mħassra għal dawk stipulati f'dan ir-Regolament jaf ikollhom konsegwenzi prattiċi. Għaldaqstant, huwa xieraq li tiġi ddifferita l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“liċenzja” tfisser dokument elettroniku jew stampat b'perjodu speċifiku ta' validità, li jesprimi d-dritt u l-obbligu li jimporta jew jesporta prodotti;

(b)

“avviż dwar il-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli” tfisser id-dispożizzjonijiet dettaljati għal-liċenzja tal-importazzjoni jew għal-liċenzja tal-esportazzjoni u s-sett ta' informazzjoni li għandu jsir referenza għalih f'applikazzjoni għal liċenzja u f'liċenzja kif ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C (15).

Artikolu 2

Każijiet meta tkun meħtieġa liċenzja

1.   Liċenzja tal-importazzjoni għandha tiġi ppreżentata għall-prodotti li ġejjin:

(a)

prodotti elenkati fil-Parti I tal-Anness, meta jiġu ddikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera taħt il-kundizzjonijiet kollha, minbarra l-kwoti tariffarji, ħlief kif previst mod ieħor fil-Parti I;

(b)

prodotti ddikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera taħt il-kwoti tariffarji amministrati mill-metodu ta' eżaminazzjoni simultanja jew mill-metodu tradizzjonali/ġdid kif imsemmi fl-Artikolu 184(2)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 rispettivament, jew kombinazzjoni tagħhom jew b'metodu xieraq ieħor;

(c)

prodotti li għalihom, il-Parti I tal-Anness tirreferi għal din id-dispożizzjoni meta ddikjarati għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera taħt il-kwoti tariffarji amministrati mill-metodu tal-prinċipju ta' “min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel” imsemmi fl-Artikolu 184(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(d)

prodotti msemmija fil-Parti I tal-Anness meta ddikjarati għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera taħt arranġament preferenzjali li għandu jiġi amministrat mil-liċenzji;

(e)

prodotti li huma koperti minn proċedura ta' pproċessar passiv permezz ta' liċenzja tal-esportazzjoni u li jirritornaw għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera bħala prodott elenkat fit-Taqsima A jew B tal-Parti I tal-Anness;

(f)

prodotti ddikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont l-Artikolu 185 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 f'każ li japplika tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni.

2.   Liċenzja tal-esportazzjoni għandha tiġi ppreżentata għall-prodotti li ġejjin:

(a)

prodotti elenkati fil-Parti II tal-Anness;

(b)

Prodotti tal-Unjoni li għalihom trid tiġi ppreżentata liċenzja tal-esportazzjoni għall-ammissjoni taħt kwota li hija amministrata mill-Unjoni jew minn pajjiż terz u li nfetħet f'dak il-pajjiż għal dawk il-prodotti;

(c)

il-prodotti tal-Unjoni li ġejjin imsemmija fil-Parti II tal-Anness li jridu jiġu esportati:

(i)

prodotti li huma taħt il-proċedura doganali ta' pproċessar attiv;

(ii)

prodotti li huma prodotti bażiċi kif elenkat fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) u li huma taħt il-proċedura doganali ta' pproċessar passiv;

(iii)

prodotti li huma soġġetti għall-irkupru jew għar-remissjoni tal-ammont tad-dazju tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni kif stabbilit fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), li fir-rigward tagħhom tkun għadha ma tteħditx deċiżjoni finali.

Artikolu 3

Każijiet fejn mhijiex meħtieġa liċenzja

1.   Ma għandhiex tkun meħtieġa, tinħareġ jew tiġi ppreżentata liċenzja għall-finijiet ta':

(a)

rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jew l-esportazzjoni ta' prodotti ta' natura mhux kummerċjali kif stabbilit fit-Taqsima II(D)(2) tal-Ewwel Parti tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (18);

(b)

każijiet fejn trid tingħata eżenzjoni mid-dazji tal-importazzjoni, dazji tal-esportazzjoni u miżuri adottati abbażi tal-Artikolu 207 tat-Trattat skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 (19);

(c)

kwantitajiet tal-prodotti li għandhom jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera jew esportazzjoni li ma jaqbżux dawk stabbiliti fl-Anness;

(d)

prodotti li għandhom jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera bħala prodotti rritornati skont it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(e)

prodotti li għalihom, fi żmien l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni mill-ġdid, id-dikjarant jipprovdi prova li ttieħdet deċiżjoni favorevoli għal ħlas lura jew għal remissjoni ta' dazji tal-importazzjoni fir-rigward ta' tali prodotti skont it-Taqsima 3 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

Permezz ta' deroga mill-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, għandha tkun meħtieġa liċenzja fejn ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jew esportazzjoni tkun qiegħda ssir taħt arranġamenti preferenzjali li jingħataw permezz tal-liċenzja.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, il-kwantità li għandha tiġi koperta b'liċenzja waħda għandha tiġi kkalkolata bħala li tinkludi l-kwantitajiet li għandhom jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera jew li jridu jiġu esportati li huma koperti mill-istess operazzjoni loġistika.

2.   Liċenzja tal-esportazzjoni ma għandhiex tkun meħtieġa u ma għandhiex tinħareġ jew tiġi ppreżentata fir-rigward ta' prodotti kkunsinjati minn individwi privati jew gruppi ta' individwi privati bil-għan li jitqassmu b'xejn għal skopijiet ta' għajnuna umanitarja f'pajjiżi terzi fejn kunsinni bħal dawn huma okkażjonali fin-natura tagħhom, jinkludu prodotti varji u ma jaqbżux total ta' 30 000 kg għal kull mezz ta' trasport. Operazzjonijiet ta' għajnuna għall-ikel li ma jissodisfawx dawn il-kundizzjonijiet huma soġġetti għal liċenzja skont dan ir-Regolament u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239.

Artikolu 4

Garanzija

1.   Il-liċenzji huma soġġetti għal garanzija, ħlief fil-każijiet stipulati fl-Anness.

2.   Meta jissottometti applikazzjoni għal liċenzja, l-applikant għandu jippreżenta garanzija, li għandha tkun disponibbli għand l-awtorità li toħroġ il-liċenzji mhux iktar tard mis-13.00 ħin ta' Brussell fil-jum li fih tiġi sottomessal-applikazzjoni.

3.   Ma għandha tkun meħtieġa l-ebda garanzija meta l-garanzija tilħaq livell limitu ta' EUR 100 jew inqas.

Għal dak il-għan, l-ammont ta' garanzija għandu jkun ikkalkolat bħala li jinkludi l-kwantitajiet kollha li jirriżultaw mill-obbligi koperti mill-istess operazzjoni loġistika.

4.   Ma għandha tkun meħtieġa l-ebda garanzija meta l-applikant huwa:

(a)

korp pubbliku responsabbli mit-twettiq tad-dmirijiet ta' awtorità pubblika; jew

(b)

korp privat li jwettaq id-dmirijiet imsemmija fil-punt (a) taħt is-superviżjoni ta' Stat Membru.

5.   Il-garanzija ppreżentata fir-rigward ta' kwantità li għaliha ma tkunx ġiet ippreżentata liċenzja, għandha tiġi rilaxxata minnufih.

Artikolu 5

Drittijiet u obbligi, tolleranza

1.   Il-liċenzja tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni għandha tikkostitwixxi dritt u toħloq obbligu għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jew għal esportazzjoni, rispettivament, il-kwantità ta' prodotti koperti mil-liċenzja matul il-perjodu ta' validità tagħha skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239.

2.   Id-dikjarazzjoni doganali għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jew għal esportazzjoni għandha tiġi ppreżentata minn:

(a)

id-detentur titolari tal-liċenzja msemmija fit-taqsima 4 tal-liċenzja li l-mudell tagħha huwa stabbilit fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239 (“id-detentur titolari”);

(b)

iċ-ċessjonarju msemmi fit-Taqsima 6 tal-liċenzja msemmija fil-punt (a); jew

(c)

rappreżentant doganali maħtur biex jaġixxi f'isem id-detentur titolari jew iċ-ċessjonarju kif stipulat fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, li fid-dikjarazzjoni doganali jispeċifika li d-detentur titolari jew iċ-ċessjonarju huwa l-persuna li f'isimha jitwettaq l-obbligu msemmi fil-paragrafu 1.

3.   Jekk leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni tistiupla dan, l-obbligu ta' rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jew ta' esportazzjoni jista' jinkludi l-obbligu ta' rilaxx minn jew ta' esportazzjoni lejn il-pajjiż jew il-grupp ta' pajjiżi speċifikati fil-liċenzja.

4.   L-obbligu ta' rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jew ta' esportazzjoni għandu jitqies issodisfat jekk il-kwantità totali speċifikata fuq il-liċenzja tkun ġiet żdoganata skont il-proċedura rilevanti. Għal dak il-għan għandha tapplika tollerenza pożittiva jew negattiva fuq il-kwantità speċifikata fuq il-liċenzja skont l-Artikolu 8 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239.

5.   Tolleranza pożittiva ma għandhiex tapplika meta l-kwantità speċifikata fil-liċenzja tal-importazzjoni hija ekwivalenti għall-kwantità speċifikata f'dokument tal-esportazzjoni, peress li huwa element ta' prova li l-prodott huwa eliġibbli għal trattament preferenzjali minħabba l-kwalità, il-varjetà, jew il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu, kif meħtieġ fil-ftehim internazzjonali rilevanti.

Meta l-liċenzja tal-importazzjoni hija meħtieġa għal kwota tariffarja, il-kwantità żejda mill-kwantità speċifikata fuq il-liċenzja tal-importazzjoni fil-limiti tat-tolleranza pożittiva, għandha tinġieb f'ċirkolazzjoni libera taħt l-istess liċenzja soġġetta għar-rata ta' dazju konvenzjonali.

Artikolu 6

Trasferiment

1.   L-obbligi li jirriżultaw mil-liċenzji ma jistgħux jiġu ttrasferiti. Ħlief meta stipulat mod ieħor, id-drittijiet li jirriżultaw mil-liċenzji għandhom ikunu jistgħu jiġu trasferiti mid-detentur titolari tagħhom matul il-perjodu tal-validità tal-liċenzja.

2.   Trasferiment ta' drittijiet li jirriżulta minn liċenzja jew silta tagħha jista' jsir favur ċessjonarju wieħed biss u għandu jkopri l-kwantitajiet li għadhom ma ġewx attribwiti lil-liċenzja jew lil estratt tagħha.

3.   Id-detentur titolari għandu jitlob trasferiment mal-awtorità li toħroġ il-liċenzji li ħarġet il-liċenzja oriġinali.

4.   Iċ-ċessjonarji ma għandhomx jittrasferixxu d-drittijiet tagħhom iktar iżda jistgħu jittrasferuhom lura lid-detentur titolari. It-trasferimenti lura lid-detentur titolari għandhom ikopru l-kwantitajiet li jkunu għadhom ma ġewx attribwiti lil-liċenzja jew lil estratt tagħha. L-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tinnota t-trasferiment lura skont in-notifika dwar il-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli.

5.   It-trasferiment jew it-trasferiment lura lid-detentur titolari għandu jseħħ mid-data kif ivvalidat mill-awtorità li toħroġ il-liċenzji.

Artikolu 7

Rilaxx u telf ta' garanziji

1.   Ir-rilaxx tal-garanzija stipulat fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (20) jaf ikun parzjali bi proporzjon mal-kwantità ta' prodotti li għalihom tkun ingħatat l-evidenza tal-issodisfar tal-obbligu ta' importazzjoni jew esportazzjoni. Din il-kwantità ma għandhiex tkun inqas minn 5 % tal-kwantità totali speċifikata fil-liċenzja.

Madankollu, jekk il-kwantità importata jew esportata tammonta għal inqas minn 5 % tal-kwantità speċifikata fil-liċenzja, il-garanzija kollha għandha tintilef.

2.   Meta tiġi kkalkolata l-parti tal-garanzija li għandha tintilef, fejn ikun applikabbli, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tnaqqas ammont li jikkorrispondi għat-tolleranza kwantitattiva msemmija fl-Artikolu 5(4).

3.   Meta l-awtorità li toħroġ il-liċenzji tirrinunzja għar-rekwiżit ta' garanzija fejn il-valur tas-somma assigurata huwa inqas minn EUR 500, kif stipulat fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 907/2014, l-ammont tas-somma ugwali għall-garanzija li għandha tintilef għandu jitħallas mill-parti kkonċernata qabel ma jgħaddu 60 jum mid-data li fiha tiskadi l-validità tal-liċenzja.

4.   Jekk l-ammont totali tal-garanzija li tintilef ikun EUR 100 jew inqas għal liċenzja partikolari, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tirrilaxxa l-garanzija kollha.

Artikolu 8

Notifiki

F'konformità mal-kundizzjonijiet iddettaljati stabbiliti fl-att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 223(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dan li ġej:

(a)

il-liċenzji sostituttivi maħruġa msemmija fl-Artikolu 15(5) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239;

(b)

każijiet ta' force majeure msemmija fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239;

(c)

fir-rigward tal-qanneb, id-dispożizzjonijiet adottati, il-penali imposti, u l-awtoritajiet kompetenti għall-kontrolli msemmija fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239;

(d)

fir-rigward tat-tewm, il-kwantitajiet koperti mil-liċenzji “B” imsemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239;

(e)

fir-rigward tal-etanol, il-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239;

(f)

l-irregolaritajiet imsemmija fl-Artikolu 20(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239;

(g)

l-awtoritajiet kompetenti li jirċievu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji u li joħorġu l-liċenzji jew il-liċenzji sostituttivi msemmija fl-Artikolu 20(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239;

(h)

it-timbri uffiċjali u, fejn xieraq, it-timbri b'imbuzzar imsemmija fl-Artikolu 20(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239.

KAPITOLU II

DISPOŻIZZONIJIET SETTORJALI SPEĊIFIĊI

Artikolu 9

Qanneb

1.   Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera tal-prodotti tal-qanneb elenkati fit-Taqsimiet C, D, u G tal-Parti I tal-Anness ta' dan ir-Regolament għandu jkun soġġett għal liċenzja tal-importazzjoni skont il-mudell stabbilit fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239 (“il-liċenzja tal-importazzjoni AGRIM”).

Il-liċenzja għandha tinħareġ biss fejn ikun intwera għas-sodisfazzjon tal-Istat Membru fejn għandhom jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera l-prodotti tal-qanneb, li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 189(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u f'dan ir-Regolament u r-rekwiżiti stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 189(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ġew issodisfati.

2.   L-applikazzjoni għal liċenzja għandha tinkludi l-informazzjoni f'konformità mal-istruzzjonijiet għall-prodotti tal-qanneb fin-notifika dwar il-liċenzji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti addizzjonali relatati mal-applikazzjoni għal liċenzja u l-ħruġ u l-użu tal-liċenzja, kif imsemmi fl-Artikolu 189(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

3.   Għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 189(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu arranġamenti għall-awtorizzazzjoni taż-żerriegħa tal-qanneb minbarra għaż-żrigħ. Dawk l-arranġamenti għandhom jinkludu d-definizzjoni tal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, iċċekkjar, u l-penali li għandhom jiġu applikati f'każ ta' irregolarità.

4.   Fil-każ tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera taż-żrieragħ tal-qanneb minbarra għaż-żrigħ kif imsemmi fit-Taqsima G tal-Parti I tal-Anness, il-liċenzja tal-importazzjoni għandha tinħareġ biss meta l-importatur awtorizzat jimpenja ruħu li l-awtoritajiet kompetenti għal verifiki li jikkonċernaw l-operazzjonijiet rilevanti fl-Istat Membru fejn l-importatur huwa awtorizzat sejrin jiġu pprovduti, fi żmien il-perjodi ta' żmien u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru, b'dokumenti li juru li ż-żerriegħa tal-qanneb koperta bil-liċenzja tkun għaddiet, fi żmien perjodu ta' inqas minn 12-il xahar mid-data li fiha nħarġet il-liċenzja, minn waħda mill-operazzjonijiet li ġejjin:

(a)

titqiegħed f'kundizzjoni li teskludi l-użu għaż-żrigħ;

(b)

tħalltet ma' żerriegħa oħra li mhijiex żerriegħa tal-qanneb għall-finijiet tan-nutriment tal-annimali, ma' żerriegħa tal-qanneb li tlaħħaq għall-massimu ta' 15 % tat-taħlita totali, u, f'każijiet eċċezzjonali, massimu ta' 25 % fuq it-talba tal-importatur awtorizzat akkumpanjata b'ġustifikazzjoni;

(c)

ġiet esportata lejn pajjiż terz.

Madankollu, jekk parti miż-żerriegħa tal-qanneb li hija mħarsa mil-liċenzja ma għaddietx minn waħda mill-operazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu fil-limitu ta' żmien ta' 12-il xahar, l-Istat Membru jista', fuq talba tal-importatur awtorizzat akkumpanjat minn ġustifikazzjoni, jestendi l-limitu ta' żmien b'perjodu wieħed jew tnejn ta' sitt xhur.

Id-dokumenti msemmija fl-ewwel subparagafu għandhom jitfasslu mill-operaturi li jkunu wettqu l-operazzjonijiet u għandhom jinkludu tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem, l-indirizz sħiħ, l-Istat Membru u l-firma tal-operatur;

(b)

deskrizzjoni tal-operazzjoni mwettqa li tħares il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu u d-data ta' meta twettqet;

(c)

il-kwantità f'kilogrammi ta' żerriegħa tal-qanneb relatata mal-operazzjoni.

Abbażi ta' analiżi tar-riskju, kull Stat Membru kkonċernat għandu jwettaq kontrolli fuq l-eżattezza tad-dokumenti relatati mal-operazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu mwettqa fuq it-territorju tagħhom.

5.   B'deroga mill-Artikolu 6(1), id-drittijiet li jirriżultaw mil-liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti tal-qanneb ma għandhomx ikunu trasferibbli.

Artikolu 10

Tewm

1.   Il-liċenzji tal-importazzjoni għat-tewm kif elenkat fit-Taqsimiet E u F tal-Parti I tal-Anness għandha ssir referenza għalihom bħala liċenzji “B”.

2.   L-applikanti jistgħu jressqu biss applikazzjonijiet għal-liċenzji “B” mal-awtorità li toħroġ il-liċenzji tal-Istat Membru li fih huma stabbiliti u li fih huma rreġistrati għal finijiet ta' VAT.

3.   B'deroga mill-Artikolu 6(1), id-drittijiet li jirriżultaw mil-liċenzji “B” ma għandhomx ikunu trasferibbli.

KAPITOLU III

EMENDI, TĦASSIR, DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 11

Emenda tar-Regolamenti (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 2336/2003, (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 341/2007 u (KE) Nru 382/2008

1.   Id-dispożizzjonijiet li ġejjin huma mħassra:

(a)

fir-Regolament (KE) Nru 2535/2001, l-Artikoli 20, 21 u 22;

(b)

fir-Regolament (KE) Nru 1342/2003, l-Artikoli 6(1)(a), 8(2), 9(1) u (2), 12(a) u 16;

(c)

fir-Regolament (KE) Nru 2336/2003, l-Artikoli 5 u 7;

(d)

fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, l-Artikoli 4c, 4d, 4e, 5(1), 7 sa 7f, 8a, 9, 10, 11(1)(a) u (2), 12a, 17(1) u 18(1);

(e)

fir-Regolament (KE) Nru 341/2007, l-Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) u l-Artikoli 13 u 14;

(f)

fir-Regolament (KE) Nru 382/2008, l-Artikoli 2, 5(1) u (2), 6(1) u (2), 7 u 8(1) u (2);

2.   Id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikomplu japplikaw għal-liċenzji maħruġa skont ir-Regolamenti rilevanti.

Artikolu 12

Tħassir

Ir-Regolamenti (KE) Nru 2390/98, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 507/2008 għandhom jitħassru.

Madankollu,

dawk ir-Regolamenti għandhom ikomplu japplikaw għal-liċenzji maħruġa skont dawk ir-Regolamenti; u

l-Artikolu 34(10) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 għandu jkompli japplika sakemm ikunu bdew japplikaw ir-regoli rilevanti fir-rigward tal-kwoti tariffarji adottati abbażi tal-Artikoli 186 u 187 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Artikolu 13

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Dan ir-Regolament ma jaffettwax il-perjodu applikabbli ta' validità u l-ammont tal-garanzija ppreżentat għal-liċenzji li ma jkunux skadew fis-6 ta' Novembru 2016.

2.   Fuq talba tad-detentur titolari, il-garanzija ppreżentata għal liċenzja għandha tiġi rilaxxata meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-validità tal-liċenzja ma skadietx fid-data msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

il-liċenzja ma għadhiex meħtieġa għall-prodotti kkonċernati mid-data msemmija fil-paragrafu 1;

(c)

il-liċenzja ntużat biss parzjalment jew xejn fuq id-data msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mis-6 ta' Novembru 2016.

Madankollu, l-Artikolu 11(1)(d) japplika mill-1 ta' Ottubru 2017.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1239 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni (ara l-paġna 44 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta' Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta' Lulju 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' ċereali u ross (ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12.).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2336/2003 tat-30 ta' Diċembru 2003 li jintroduċi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 670/2003 li jippreskrivi miżuri speċifiċi rigward is-suq fl-etil-alkol ta' oriġini agrikola (ĠU L 346, 31.12.2003, p. 19).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24).

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 tad-29 ta' Marzu 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema għal liċenzji tal-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 tal-21 ta' April 2008 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/98 tal-5 ta' Novembru 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1706/98 dwar l-arranġamenti biex jiġu importati ċerti prodotti ċereali sostituti u ċereali proċessati u prodotti tar-ross ġejjin mill-Afrika, il-Karibew u Stati tal-Paċifiku jew mill-pajjiżi u territorji tagħhom u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2245/90 (ĠU L 297, 6.11.1998, p. 7).

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1345/2005 tas-16 ta' Awwissu 2005 li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar is-sistema tal-liċenzji ta' importazzjoni fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa (ĠU L 212, 17.8.2005, p. 13).

(13)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3).

(14)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 507/2008 tas-6 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u l-qanneb ikkoltivati għall-fibra (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 38).

(15)  Avviż dwar il-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni (ĠU C 278, 30.7.2016).

(16)  Ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1).

(17)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(18)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(19)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' eżenzjonijiet mid-dazju doganali (ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23).

(20)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).


ANNESS

PARTI I

OBBLIGU TA' LIĊENZJA TAL-IMPORTAZZJONIJIET

Lista ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 2(1)(a)

A.   Ross (l-Artikolu 1(2)(b) u l-Parti II tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwantitjiet netti (1)

1006 20

Ross (ismar) bla ħliefa, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c)

1 000  kg

1006 30

Ross mitħun kollu jew nofsu mitħun, sew jekk illustrat jew igglejżjat sew jekk le, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c)

1 000  kg

1006 40 00

Ross imfarrak, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c)

1 000  kg


B.   Zokkor (l-Artikolu 1(2)(c) u l-Parti III tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwantitjiet netti (2)

1701

Il-prodotti kollha importati b'kundizzjonijiet preferenzjali li mhumiex kwoti tariffarji (3)  (4)

(—)


C.   Żrieragħ (l-Artikolu 1(2)(e) u l-Parti V tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Garanzija

Kwantitjiet netti (5)

ex 1207 99 20

Żrieragħ ta' varjetajiet tal-qanneb, għaż-żriegħ

 (6)

(—)


D.   Kittien u qanneb (l-Artikolu 1(2)(h) u l-Parti VIII tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Garanzija

Kwantitjiet netti (7)

5302 10 00

Qanneb veru, mhux maħdum jew imrattab

 (8)

(—)


E.   Frott u ħxejjex (l-Artikolu 1(2)(i) u l-Parti IX tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwantitjiet netti (9)

0703 20 00

Tewm, frisk jew imkessaħ, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) (10)

(—)

ex 0703 90 00

Ħxejjex ta' ġenus it-tewm ieħor, frisk jew imkessaħ, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) (10)

(—)


F.   Prodotti ta' frott u ħxejjex ipproċessati (l-Artikolu 1(2)(j) u l-Parti X tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwantitjiet netti (11)

ex 0710 80 95

Tewm (12) u Allium ampeloprasum (mhux imsajrin jew imsajrin bil-fwar jew mgħollijin fl-ilma), iffriżati, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(c) (13)

(—)

ex 0710 90 00

Taħlitet ta' ħxejjex li fihom it-tewm (12) u/jew Allium ampeloprasum (mhux imsajrin jew imsajrin bil-fwar jew mgħollijin fl-ilma), iffriżati, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(c) (13)

(—)

ex 0711 90 80

Tewm (12) u Allium ampeloprasum ippreservati b'mod proviżorju (pereżempju, bil-gass tad-diossidu tas-sulfat, fl-ilma mielaħ, fl-ilma tas-sulfat jew f'soluzzjonijiet ippreservattivi oħrajn), iżda li mhumiex adattati f'dak l-istat għall-konsum immedjat, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji kif isemmija fl-Artikolu 2(1)(c) (13)

(—)

ex 0711 90 90

Taħlitiet ta' ħxejjex li fihom it-tewm (12) u/jew Allium ampeloprasum ippreservati b'mod proviżorju (pereżempju, bil-gass tad-diossidu tas-sulfat, fl-ilma mielaħ, fl-ilma tas-sulfat jew f'soluzzjonijiet ippreservattivi oħrajn), iżda li mhumiex adattati f'dak l-istat għall-konsum immedjat, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji kif isemmija fl-Artikolu 2(1)(c) (13)

(—)

ex 0712 90 90

Tewm imnixxef (12) u Allium ampeloprasum u taħlitiet ta' ħxejjex imnixxfin li fihom it-tewm (12) u/jew Allium ampeloprasum, sħaħ, imqattgħin, flieli, biċċiet jew trab, iżda mhux ippreparati aktar minn hekk, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(c) (13)

(—)


G.   Prodotti oħra (l-Artikolu 1(2)(x) u t-Taqsima 1 tal-Parti XXIV tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Garanzija

Kwantitjiet netti (14)

1207 99 91

Żrieragħ tal-qanneb, minbarra għaż-żriegħ

 (15)

(—)


H.   Alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola (l-Artikolu 1(2)(u) u l-Parti XXI tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwantitjiet netti (16)

ex 2207 10 00

Etanol mhux żnaturat b'saħħa alkoħolika bil-volum ta' 80 % vol jew aktar, miksub mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat

100 hl

ex 2207 20 00

Etanol u spirti oħrajn, żnaturati, ta' kwalunkwe saħħa, miksuba mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat

100 hl

ex 2208 90 91

Etanol mhux żnaturat b'saħħa alkoħolika bil-volum ta' inqas minn 80 % vol., miksub mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat

100 hl

ex 2208 90 99

Etanol mhux żnaturat b'saħħa alkoħolika bil-volum ta' inqas minn 80 % vol., miksub mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat

100 hl

PARTI II

OBBLIGU TA' LIĊENZJA TAL-ESPORTAZZJONIJIET

Lista ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 2(2)(a)

A.   Ross (l-Artikolu 1(2)(b) u l-Parti II tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwantitjiet netti (17)

1006 20

Ross bla ħliefa (ismar)

500 kg

1006 30

Ross mitħun jew nofsu mitħun, kemm jekk illustrat jew igglejżjat jew le

500 kg


B.   Zokkor (l-Artikolu 1(2)(c) u l-Parti III tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwantitjiet netti (18)

1701

Zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi u sukrożju kimikament pur, f'forma solida (19)

2 000  kg

1702 60 95

1702 90 95

Zokkrijiet oħrajn f'forma solida u ġuleppijiet taz-zokkor, li ma fihomx ħwawar jew materjal li jagħti l-kulur miżjudin, iżda mhux inkluż lattożju, glukożju, maltodestrina u isoglukożju (19)

2 000  kg

2106 90 59

Ġuleppijiet taz-zokkor imħawrin jew kuluriti, minbarra isoglukożju, lattożju, glukożju u ġuleppijiet tal-maltodestrina (19)

2 000  kg


(1)  Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta' liċenzja, skont l-Artikolu 3(1)(c). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b'kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja amministrata mil-liċenzji.

(2)  Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta' liċenzja, skont l-Artikolu 3(1)(c). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b'kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja amministrata mil-liċenzji.

(3)  L-obbligu ta' liċenzja tal-importazzjoni japplika sat-30 ta' Settembru 2017.

(4)  Bl-eċċezzjoni tal-importazzjonijiet taz-zokkor preferenzjali tal-kodiċi NM 1701 99 10 li joriġinaw mill-Moldova msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/492/UE tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (ĠU L 260, 30.8.2014, p. 1) u ta' importazzjonijiet preferenzjali ta' zokkor tal-kodiċi NM 1701 li joriġinaw mill-Ġeorġja msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/494/UE tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (ĠU L 261, 30.8.2014, p. 1).

(—)

Liċenzja meħtieġa għal kwalunkwe kwantità.

(5)  Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta' liċenzja, skont l-Artikolu 3(1)(c). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b'kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja amministrata mil-liċenzji.

(6)  M'hemm bżonn l-ebda garanzija.

(—)

Liċenzja meħtieġa għal kwalunkwe kwantità.

(7)  Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta' liċenzja, skont l-Artikolu 3(1)(c). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b'kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja amministrata mil-liċenzji.

(8)  M'hemm bżonn l-ebda garanzija.

(—)

Liċenzja meħtieġa għal kwalunkwe kwantità.

(9)  Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta' liċenzja, skont l-Artikolu 3(1)(c). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b'kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja amministrata mil-liċenzji.

(10)  L-obbligu ta' liċenzja tal-importazzjoni japplika sat-30 ta' Settembru 2017.

(—)

Liċenzja meħtieġa għal kwalunkwe kwantità.

(11)  Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta' liċenzja, skont l-Artikolu 3(1)(c). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b'kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja amministrata mil-liċenzji.

(12)  Dan għandu jinkludi wkoll prodotti fejn il-kelma “tewm” tagħmel biss parti mid-deskrizzjoni. Termini bħal dawn jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal “tewm solo”, “tewm elephant”, “tewm single clove” jew “tewm great-headed”.

(13)  L-obbligu ta' liċenzja tal-importazzjoni japplika sat-30 ta' Settembru 2017.

(—)

Liċenzja meħtieġa għal kwalunkwe kwantità.

(14)  Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta' liċenzja, skont l-Artikolu 3(1)(c). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b'kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja amministrata mil-liċenzji.

(15)  M'hemm bżonn l-ebda garanzija.

(—)

Liċenzja meħtieġa għal kwalunkwe kwantità.

(16)  Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta' liċenzja, skont l-Artikolu 3(1)(c). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b'kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja amministrata mil-liċenzji.

(17)  Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta' liċenzja, skont l-Artikolu 3(1)(c). Mhux applikabbli għall-esportazzjonijiet b'kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja amministrata mil-liċenzji.

(18)  Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta' liċenzja, skont l-Artikolu 3(1)(c). Mhux applikabbli għall-esportazzjonijiet b'kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja amministrata mil-liċenzji.

(19)  L-obbligu ta' liċenzja tal-esportazzjoni japplika sat-30 ta' Settembru 2017.


30.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/15


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1238

tat-18 ta' Mejju 2016

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-intervent pubbliku u l-għajnuna għall-ħżin privat

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikoli 19(1), (2), (3), (4)(a) u (5) u 223(2)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b'mod partikulari l-Artikoli 64(6) u 66(3)(c) u (e) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 issostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (3) u jistipula regoli ġodda fir-rigward tal-intervent pubbliku u tal-għajnuna għall-ħżin privat. Jagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati u ta' implimentazzjoni f'dak ir-rigward. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-intervent pubbliku u tal-iskemi tal-għajnuna għall-ħżin privat fil-qafas legali l-ġdid, ċerti regoli jridu jkunu adottati permezz ta' tali atti.

(2)

L-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprovdi li l-intervent pubbliku japplika fir-rigward tal-qamħ komuni, tal-qamħ durum, tax-xgħir, tal-qamħirrum, tar-ross fil-fosdqa, tal-laħam frisk jew imkessaħ tas-settur taċ-ċanga u tal-vitella, tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat, skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dak ir-Regolament, kif ukoll rekwiżiti addizzjonali ddeterminati mill-Kummissjoni.

(3)

L-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprovdi li l-għajnuna għall-ħżin pubbliku tista' tingħata għaz-zokkor abjad, għaż-żejt taż-żebbuġa, għall-fibra tal-kittieb, għal-laħam frisk jew imkessaħ tal-annimali bovini b'età ta' tmien xhur jew ikbar, għall-butir, għall-ġobon, għat-trab tal-ħalib xkumat, għal-laħam tal-majjal, għal-laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dak ir-Regolament, kif ukoll rekwiżiti addizzjonali ddeterminati mill-Kummissjoni.

(4)

Sabiex tkun issimplifikata u tittejjeb l-effettività tal-mekkaniżmi ta' ġestjoni u ta' kontroll marbutin mal-iskemi tal-intervent pubbliku u tal-għajnuna għall-ħżin privat, għandhom jiġu stabbiliti regoli komuni għall-prodotti eliġibbli kollha.

(5)

Bħala regola ġenerali, biex jiġu ffaċilitati l-ġestjoni u l-kontroll, il-parteċipazzjoni fl-iskemi ta' intervent pubbliku u tal-għajnuna għall-ħżin privat għandha tkun permessa biss lil operaturi stabbiliti u rreġistrati fi Stat Membru għall-finijiet tal-VAT.

(6)

Biex ikun ipprovdut kontroll effettiv tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u tal-produzzjoni taz-zokkor, l-operaturi eliġibbli għall-għajnuna għall-ħżin privat għandhom jilħqu kundizzjonijiet addizzjonali.

(7)

Billi l-prodotti li huma koperti mill-intervent pubbliku u mill-għajnuna għall-ħżin privat għandhom natura li tvarja f'dak li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni, maż-żmien tal-ħsad u mar-rekwiżiti tal-ħżin, għandhom jiġu stipulati kundizzjonijiet speċifiċi għal kull prodott. Sabiex l-operaturi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw ruħhom għas-sistema l-ġdida, ċerti kundizzjonijiet għandhom jibdew japplikaw biss mill-kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni 2017/18 fir-rigward taċ-ċereali u tar-ross.

(8)

Sabiex tiġi ggarantita s-serjetà tal-offerta, tas-sejħa għall-offerti jew tal-applikazzjoni, u sabiex jiġi żgurat li l-miżura jkollha l-effett mixtieq fis-suq, kemm fil-każ tax-xiri ta' intervent, ta' bejgħ u ta' rimi fil-qafas tal-iskema għall-iktar żvantaġġati fl-Unjoni, u kemm fir-rigward tal-għajnuna għall-ħżin privat, għandhom jiġu stipulati rekwiżiti marbutin mad-depożitu ta' garanzija.

(9)

Għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet għar-rilaxx u għat-telf tal-garanzija għax-xiri ta' intervent, għall-bejgħ jew għar-rimi fil-qafas tal-iskema għall-iktar żvantaġġati fl-Unjoni, u fir-rigward tal-għajnuna għall-ħżin privat.

(10)

Fejn jidħlu l-bejgħ ta' intervent, il-proċedura ta' sejħa għall-offerti tista' ssir sew biss jekk jitressqu applikazzjonijiet ġenwini. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, għandu jkun rekwiżit li l-garanzija tiġi rilaxxata soġġett għall-pagament tal-prezz tal-bejgħ qabel l-iskadenza stipulata.

(11)

Sabiex ikun żgurat li l-iskema ta' intervent pubbliku taħdem bl-iktar mod sempliċi u effiċjenti possibbli mal-Unjoni kollha, fir-rigward tax-xiri ta' prodotti eleġibbli fuq naħa, u l-bejgħ mill-ġdid tal-prodotti meħudin mill-aġenziji tal-intervent fuq in-naħa l-oħra, il-postijiet ta' ħżin għandhom jilħqu ċerti kundizzjonijiet.

(12)

Jeħtieġ li jiġi pprovdut li l-aġenziji ta' pagament responsabbli mill-intervent pubbliku fl-Istati Membri, skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (4), jiżguraw li dawk il-kundizzjonijiet marbutin mal-postijiet ta' ħżin jiġu rrispettati.

(13)

F'każ li l-allokazzjoni taċ-ċanga għax-xiri ta' intervent taqbeż il-kapaċità ta' ħżin fil-kiesaħ disponibbli fi Stat Membru, jeħtieġ li tkun prevista l-possibbiltà li Stat Membru juża l-kapaċità ta' ħżin fil-kiesaħ fi Stat Membru ieħor.

(14)

Sabiex jiġi żgurat li l-għajnuna għall-ħżin privat tiġi ġġestita b'mod effiċjenti, għandhom jiġu stipulati regoli speċifiċi relatati mal-pagament tal-għajnuna għall-ħżin privat.

(15)

Billi l-għan ta' dan ir-Regolament u tal-att ta' implimentazzjoni li għandu jiġi adottat fir-rigward tal-intervent pubbliku u tal-ħżin privat huwa li jissemplifika d-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti koperti mill-intervent pubbliku u l-għajnuna għall-ħżin privat, kif ukoll li jadattahom għall-qafas legali l-ġdid stipulat bir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 (5), għandu jissostitwixxi d-dispożizzjonijiet inklużi fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3427/87 (6), (KEE) Nru 2351/91 (7), (KE) Nru 720/2008 (8), (KE) Nru 826/2008 (9), (KE) Nru 1130/2009 (10), (UE) Nru 1272/2009 (11) u (UE) Nru 807/2010 (12). Għall-finijiet ta' ċarezza, dawn ir-Regolamenti għandhom jitħassru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONI PRELIMINARI

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistipula regoli li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif ġej:

(a)

ix-xiri u l-bejgħ, mill-intervent pubbliku, ta' prodotti elenkati fl-Artikolu 11 ta' dak ir-Regolament; kif ukoll

(b)

l-għoti ta' għajnuna għall-ħżin privat għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 17 ta' dak ir-Regolament.

KAPITOLU II

REGOLI ĠENERALI

Artikolu 2

L-eliġibbiltà tal-operaturi

1.   L-operaturi għandhom ikunu stabbiliti u rreġistrati fl-Unjoni għall-finijiet tal-VAT sabiex ikunu jistgħu jressqu:

(a)

offerta jew applikazzjoni għax-xiri, jew applikazzjoni għall-bejgħ, ta' prodotti taħt intervent pubbliku; jew

(b)

applikazzjoni għall-għajnuna għall-ħżin privat jew applikazzjoni għall-għajnuna għall-ħżin privat iffissit bil-quddiem.

2.   Fil-każ tax-xiri ta' ċanga, l-operaturi li ġejjin biss, imsemmija fil-paragrafu 1, jistgħu jressqu applikazzjonijiet:

(a)

biċċeriji tal-annimali bovini approvati skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13);

(b)

negozjanti tal-bhejjem jew tal-laħam li jsir il-qtil tal-bhejjem għandhom jew f'isimhom.

3.   Fil-każ tal-għajnuna għall-ħżin privat, l-operaturi li ġejjin biss, imsemmija fil-paragrafu 1, jistgħu jressqu offerti jew applikazzjonijiet:

(a)

fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa, operaturi li jilħqu r-rekwiżiti stipulati fl-Anness VII;

(b)

fis-settur taz-zokkor, operaturi li huma manifatturi taz-zokkor.

Artikolu 3

Eliġibbiltà tal-prodotti

1.   Il-prodotti għandhom ikunu ta' kwalità soda, ġusta u kummerċjabbli, u għandhom jilħqu r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.   Fil-każ tax-xiri, il-prodotti għandhom jilħqu r-rekwiżiti stipulati kif ġej:

(a)

għaċ-ċereali: fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(b)

għar-ross: fl-Anness II ta' dan ir-Regolament;

(c)

għaċ-ċanga: fl-Anness III ta' dan ir-Regolament;

(d)

għall-butir: fil-Partijiet I u II tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament, u fl-Artikolu 21 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Regolament 2016/1240 (14);

(e)

għat-trab tal-ħalib xkumat: fil-Partijiet I u II tal-Anness V ta' dan ir-Regolament, u fl-Artikolu 21 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240.

Barra minn hekk, il-butir u t-trab tal-ħalib xkumat iridu jkunu ġew ipproċessati f'impriża approvata skont il-Parti III tal-Anness IV jew skont il-Parti III tal-Anness V ta' dan ir-Regolament, rispettivament.

3.   Fil-każ tal-għajnuna għall-ħżin privat, il-prodotti għandhom jilħqu r-rekwiżiti stipulati fl-Anness VI ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Garanzija

L-operaturi għandhom jiddepożitaw garanzija favur l-aġenzija ta' pagament rilevanti, skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV tar-Regolament Delegat (UE) Nru 907/2014, meta:

(a)

iressqu offerta jew applikazzjoni għax-xiri jew għall-bejgħ ta' prodotti ta' intervent, jew għar-rimi ta' tali prodotti fi ħdan l-iskema għat-tqassim tal-ikel lill-persuni l-iktar fil-bżonn, skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(b)

iressqu offerta jew applikazzjoni għall-għajnuna għall-ħżin privat, sakemm ma jistipulax mod ieħor xi Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura tas-sejħa għall-offerti jew li jiffissal-ammont tal-għajnuna bil-quddiem, kif imsemmi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240.

Artikolu 5

Ir-rilaxx u t-telf tal-garanzija

1.   Il-garanzija prevista fl-Artikolu 4 għandha tiġi rrilaxxata meta applikazzjoni jew offerta ma tkunx ammissibbli jew ma tkunx ġiet aċċettata.

2.   F'każ ta' xiri ta' intervent, il-garanzija tiġi rrilaxxata meta:

(a)

l-operatur ikun wassal il-kwantità indikata sad-data finali tat-twassil stipulata fl-ordni ta' kunsinna msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240; u

(b)

tkun ġiet stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti ta' eliġibbiltà tal-prodotti, imsemmija fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament; jew

(c)

jiġi applikat koeffiċjent tal-allokazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240. F'dak il-każ, l-ammont tal-garanzija rrilaxxata għandu jikkorrispondi għall-kwantità li ma tkunx ġiet aċċettata; jew

(d)

l-offerta tiġi rtirata minn operatur li għalih ikun japplika koeffiċjent tal-allokazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240.

3.   F'każ ta' bejgħ ta' prodotti ta' intervent, il-garanzija għandha tiġi rrilaxxata:

(a)

għall-operaturi li ma jirnexxilhomx, wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 32(1) jew 36(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240;

(b)

għall-operaturi li jirnexxilhom, fir-rigward tal-kwantitajiet li għalihom ikun sar pagament skont l-Artikolu 35 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240;

(c)

fejn ikunu nqdew l-obbligi marbutin mar-rimi ta' prodotti taħt l-iskema għad-distribuzzjoni tal-ikel lill-iktar żvantaġġati.

4.   F'każ tal-għajnuna għall-ħżin privat, il-garanzija għandha tiġi rrilaxxata meta:

(a)

jiġi applikat koeffiċjent tal-allokazzjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 43(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240. F'dak il-każ, l-ammont tal-garanzija rrilaxxata għandu jikkorrispondi għall-kwantità li ma tkunx ġiet aċċettata;

(b)

l-offerta tiġi rtirata minħabba li jkun ġie ffissat koeffiċjent tal-allokazzjoni kif jissemma fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240;

(c)

ikunu nqdew l-obbligi kuntrattwali fir-rigward tal-kwantità kuntrattwali.

5.   Il-garanzija msemmija għandha tintilef fejn l-offerta jew l-applikazzjoni tkun:

(a)

irtirata minħabba raġunijiet minbarra l-iffissar ta' koeffiċjent skont l-Artikolu 11(1)(b) jew l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 43(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240; jew

(b)

emendata wara t-tressiq tagħha.

6.   F'każ ta' xiri ta' intervent, il-garanzija għandha tintilef meta:

(a)

il-prodotti ma jkunux konformi mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 3 fir-rigward tal-kwantitajiet mhux aċċettati;

(b)

ħlief għal każijiet ta' forza maġġuri, l-operatur jonqos milli jwassal il-prodotti sad-data aħħarija stipulata fl-ordni tal-kunsinna, proporzjonalment mal-kwantitajiet mhux imwassla, u x-xiri għandu jitħassar fir-rigward ta' dawk il-kwantitajiet.

Madankollu, fil-każ taċ-ċereali, tar-ross u taċ-ċanga, jekk il-kwantità li tkun fil-fatt twasslet u ġiet aċċettata tkun anqas mill-kwantità speċifikata fl-ordni tal-kunsinna, il-garanzija għandha tiġi rrilaxxata bis-sħiħ jekk id-differenza ma tkunx ta' aktar minn 5 %.

7.   F'każ ta' bejgħ ta' prodotti ta' intervent, ħlief f'każijiet ta' forza maġġuri, il-garanzija tintilef:

(a)

fir-rigward ta' kwantitajiet li għalihom ma jkunx sar pagament skont l-Artikolu 35 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240, u l-bejgħ għandu jitħassar fir-rigward ta' dawk il-kwantitajiet;

(b)

fejn ma jkunux inqdew l-obbligi marbutin mar-rimi ta' prodotti taħt l-iskema għad-distribuzzjoni tal-ikel lill-iktar żvantaġġati.

8.   F'każ ta' għajnuna għall-ħżin privat, il-garanzija tintilef meta:

(a)

inqas minn 95 % tal-kwantitajiet speċifikati fl-offerta jew fl-applikazzjoni jitqiegħdu fi ħżin skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240;

(b)

jinżamm maħżun ammont inqas mill-perċentwal tal-kwantità kuntrattwali msemmi fl-Artikolu 8(1), inkluż fil-każ ta' zokkor maħżun bl-ingrossa fis-silo magħżul mill-operatur, għall-perjodu stipulat fir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura ta' sejħa għall-offerti jew li jiffissal-ammont tal-għajnuna għall-ħżin privat bil-quddiem;

(c)

ma tiġix osservata l-iskadenza għat-tqegħid tal-prodott fi ħżin kif imsemmi fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240;

(d)

il-verifiki stipulati fil-Kapitolu I tat-Titolu IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240 juru li l-prodotti maħżuna ma jikkorrispondux għar-rekwiżiti ta' kwalità msemmija fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.

(e)

ma jiġix osservat ir-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 53(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240.

KAPITOLU III

REGOLI SPEĊIFIĊI MARBUTIN MAL-INTERVENT PUBBLIKU

Artikolu 6

Postijiet tal-ħżin ta' intervent

1.   L-aġenziji tal-pagament għandhom jiżguraw li l-postijiet tal-ħżin ta' intervent (“postijiet tal-ħżin”) ikunu xierqa għall-ħżin u għaż-żamma f'kundizzjoni tajba tal-prodotti mixtrija, inkluż fejn tidħol it-temperatura tal-ħżin, u għandhom jilħqu r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 7.

2.   Matul il-perjodu fejn isir ix-xiri ta' intervent, l-aġenzija tal-pagament għandhom jippubblikaw informazzjoni dwar il-postijiet tal-ħżin disponibbli fit-territorji tagħhom, u għandhom iżommu din l-informazzjoni aġġornata.

Artikolu 7

Rekwiżiti għall-postijiet tal-ħżin

1.   Kull post tal-ħżin għandu jilħaq ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikun mgħammar bit-tagħmir tekniku meħtieġ biex jilqa' u jżomm il-prodotti;

(b)

ikun kapaċi jneħħi kwantitajiet sabiex jikkonforma mal-perjodu ta' tneħħija indikat fl-Artikolu 37(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240;

(c)

f'każ ta' ċereali, ross, butir u trab tal-ħalib xkumat, ikollu kapaċità minima ta' ħżin kif stipulat fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240.

2.   L-aġenziji tal-pagament jistgħu jistipulaw standards tekniċi għall-postijiet tal-ħżin, u għandhom jieħdu kull miżura meħtieġa biex jiżguraw li l-prodotti milqugħa għall-ħżin jiġu ppreżervati tajjeb.

3.   Fil-każ tas-settur taċ-ċanga, il-postijiet tal-ħżin għandhom jippermettu:

(a)

il-ħżin ta' karkassi, nofs karkassi, u karkassi maqtugħin fi kwarti, li jittieħdu u jiġu dissussati;

(b)

li jiġi ffriżat il-laħam kollu dissussat mingħajr aktar ipproċessar.

Madankollu, fejn id-dissussar ma jkunx kundizzjoni tas-sejħa għall-offerti, il-post tal-ħżin għandu jippermetti li jintlaqa' u jinżamm il-laħam bil-għadam.

Fejn l-impjant tat-tqattigħ u l-impjant tat-tkessiħ ta' post tal-ħżin ikunu konnessi mal-biċċerija jew mal-operatur, l-aġenzija tal-pagament għandu jwettaq il-verifiki xierqa sabiex tiżgura li ċ-ċanga soġġetta għall-intervent tiġi ttrattata u tinħażen skont dan ir-Regolament.

Il-ħażniet kesħin li jinsabu fl-Istat Membri li jeżerċita ġuriżdizzjoni fuq l-aġenzija tal-pagament għandhom ikunu kapaċi jżommu ċ-ċanga kollha allokata mill-aġenzija tal-pagament għal mill-inqas tliet xhur taħt kundizzjonijiet teknikament sodisfaċenti.

Madankollu, fejn ma jkunx hemm biżżejjed kapaċità ta' ħżin fil-kiesaħ fi Stat Membru għaċ-ċanga allokata, l-aġenzija tal-pagament ikkonċernat tista' torganizza l-ħżin ta' tali ċanga fi Stat Membru ieħor, u tgħarraf lill-Kummissjoni kif xieraq.

KAPITOLU IV

REGOLI SPEĊIFIĊI MARBUTIN MAL-GĦAJNUNA GĦALL-ĦŻIN PRIVAT

Artikolu 8

Il-pagament tal-għajnuna għall-ħżin privat

1.   L-għajnuna għall-ħżin privat għandha titħallas għall-kwantità kuntrattwali jekk il-kwantità maħżuna matul il-perjodu ta' ħżin kuntrattwali tirrappreżenta tal-anqas 99 % mill-kwantità kuntrattwali.

Madakollu, fir-rigward tal-prodotti li ġejjin, l-għajnuna għandha titħallas għall-kwantità kuntrattwali jekk il-kwantità maħżuna matul il-perjodu ta' ħżin kuntrattwali tirrappreżenta tal-anqas 97 % mill-kwantità kuntrattwali:

(a)

zokkor li jkun maħżun b'mod separat minn zokkor ieħor fis-silo magħżul mill-operatur;

(b)

żejt taż-żebbuġa;

(c)

fibra tal-kittien;

(d)

ċanga, majjal, laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż, bil-kundizzjoni li l-kwantità kuntrattwali tirreferi għal-laħam frisk li jidħol fil-ħżin;

(e)

ġobon;

(f)

trab tal-ħalib xkumat fi “boroż kbar” kif imsemmi fil-punt (c) tal-Parti VI tal-Anness VI.

2.   Għajr f'każijiet ta' forza maġġuri, jekk il-kwantità maħżuna matul il-perjodu ta' ħżin kuntrattwali, inkluż fil-każ ta' zokkor maħżun bl-ingrossa fis-silo magħżul mill-operatur, tkun inqas mill-perċentwal tal-kwantità kuntrattwali msemmi fil-paragrafu 1, ma għandha titħallas l-ebda għajnuna. Madankollu, fil-każ tal-ġobon, jekk l-aġenzija tal-pagament tqis li l-ġobon inkwistjoni kien soġġett għal telf naturali fil-piż matul il-perjodu tal-ħżin, dan it-telf fil-piż ma għandux iwassal għal tnaqqis fl-għajnuna, u lanqas għat-telf tal-garanzija.

3.   L-għajnuna għandha titħallas biss fejn il-perjodu ta' ħżin kuntrattwali jirrispetta l-perjodu ta' ħżin stipulat fir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura ta' sejħa għall-offerti jew li jiffissal-ammont tal-għajnuna bil-quddiem.

4.   Jekk il-verifiki matul il-ħżin jew mat-tneħħija tal-prodotti jikxfu li l-prodotti huma difettużi, ma għandha titħallas l-ebda garanzija għall-kwantitajiet ikkonċernati. Il-bqija tal-lott tal-ħażna eliġibbli għall-għajnuna għandha tkun mhux inqas mill-kwantità minima msemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura tas-sejħa għall-offerti jew li jiffissal-ammont tal-għajnuna bil-quddiem.

L-istess regola għandha tapplika fejn parti minn lott maħżun titneħħa mill-ħżin minħabba difetti qabel tmiem il-perjodu minimu ta' ħżin jew qabel l-ewwel data permessa għall-operati ta' tneħħija, fejn tali data tkun stipulata fir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura ta' sejħa għall-offerti jew li jiffissal-ammont tal-għajnuna bil-quddiem.

Il-prodotti difettużi ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu tal-kwantità maħżuna msemmija fil-paragrafu 1.

5.   Għajr f'każijiet ta' forza maġġuri, fejn, fir-rigward tal-kwantità totali maħżuna, l-operatur ma jirrispettax tmiem il-perjodu ta' ħżin kuntrattwali li jkun ġie ffissat skont l-Artikolu 48(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240, l-għajnuna għall-kuntratt inkwistjoni għandha titnaqqas b'10 % għal kull jum tal-kalendarju tan-nonkonformità.

Madankollu, dan it-tnaqqis ma għandux jaqbeż il-100 % tal-għajnuna.

6.   Jekk ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 53(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240 ma jiġix osservat, ma għandha titħallas ebda għajnuna għall-ħżin b'rabta mal-kuntratt ikkonċernat.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI U FINALI

Artikolu 9

Notifiki

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-aġenziji tal-pagament approvati u bil-kwantitajiet approvati, skont il-kundizzjonijiet iddettaljati stipulati fil-Kapitolu I tat-Titolu V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240.

Artikolu 10

Revoka u dispożizzjonijiet tranżitorji

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 3427/87, (KEE) Nru 2351/91, (KE) Nru 720/2008, (KE) Nru 826/2008, (KE) Nru 1130/2009, (UE) Nru 1272/2009 u (UE) Nru 807/2010 huma mħassra.

L-Artikolu 56(3) u l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 u l-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 jibqgħu japplikaw sakemm jibdew japplikaw l-atti li jieħdu post ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (15).

Il-Parti II, it-Tabella IV tal-Parti IX u l-punt (h) tal-Parti XI tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 għandhom jibqgħu japplikaw sat-30 ta' Ġunju 2017.

Ir-Regolament (UE) Nru 1272/2009 għandu jibqa' japplika fir-rigward ta' offerti rċevuti skont dak ir-Regolament qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Ir-Regolament (KE) Nru 826/2008 għandu jibqa' japplika fir-rigward tal-offerti jew applikazzjonijiet li jaslu skont dak ir-Regolament qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' Ottubru 2016. Madankollu, rigward ix-xiri ta' intervent pubbliku, tapplika l-Parti II tal-Anness I mill-1 ta' Lulju 2017.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).

(5)  ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta' Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12).

(6)  ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3427/87 tas-16 ta' Novembru 1987 li jistipula r-regoli dettaljati għall-intervent fis-suq tar-ross (ĠU L 326, 17.11.1987, p. 25).

(7)  ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2351/91 tat-30 ta' Lulju 1991 li jistabbilixxi regoli dettaljati applikabbli għax-xiri ta' ross miżmum minn aġenzija ta' intervent għall-provvista ta' għajnuna alimentarja (ĠU L 214, 2.8.1991, p. 51).

(8)  ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 720/2008 tal-25 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 rigward il-ħażna u l-moviment ta' prodotti mixtrija minn aġenzija li tħallas jew minn aġenzija ta' intervent (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 198, 26.7.2008, p. 17).

(9)  ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 tal-20 ta' Awwissu 2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta' għajnuna għall-ħażna privata ta' ċerti prodotti agrikoli (ĠU L 223, 21.8.2008, p. 3).

(10)  ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1130/2009 tal-24 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-verifika tal-użu u/jew destinazzjoni ta' prodotti minn intervent (ĠU L 310, 25.11.2009, p. 5).

(11)  ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1).

(12)  ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2010 tal-14 ta' Settembru 2010 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-forniment ta' ikel mill-ħażniet ta' intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni (ĠU L 242, 15.9.2010, p. 9).

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

(14)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistipula r-regoli għal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-intervent pubbliku u l-għajnuna għall-ħżin privat (Ara paġna 71 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(15)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).


ANNESS I

XIRI TA' ĊEREALI

PARTI I

Kriterji tal-eliġibbiltà għaċ-ċereali

1.

Ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 3 fir-rigward taċ-ċereali għandhom ikunu, partikolarment, dawn li ġejjin:

(a)

iċ-ċereali għandhom il-kulur tipiku taċ-ċereali inkwistjoni;

(b)

iċ-ċereali ma għandhom l-ebda riħa stramba u organiżmi li jagħmlu l-ħsara ħajjin (fosthom id-dud irqiq) fi kwalunkwe stadju tal-iżvilupp tagħhom;

(c)

iċ-ċereali jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi ta' kwalità stipulati fil-Parti II; kif ukoll

(d)

il-livell ta' sustanzi li jniġġsu, fosthom ir-radjuattività, ma jaqbiżx il-livelli massimi permessi mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

2.

Il-livell massimu ta' sustanzi li jniġġsu, kif imsemmi fil-punt 1(d), għandu jkun kif ġej:

(a)

għall-qamħ komuni u għall-qamħ durum, il-livelli permessi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 (1), inklużi r-rekwiżiti f'dak li għandu x'jaqsam mal-livell tat-tossina Fusarium fil-qamħ komuni u fil-qamħ durum stabbiliti fil-punti 2.4 sa 2.7 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2);

(b)

għax-xgħir u għall-qamħirrum, il-livelli stipulati bid-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

3.

L-Istati Membri għandhom jiċċekkjaw il-livelli tas-sustanzi li jniġġsu, inkluża tar-radjuattività, abbażi ta' analiżi tar-riskju, filwaqt li jqisu b'mod partikulari t-tagħrif li jkun tahom l-applikant u l-impenji ta' dan tal-aħħar f'dak li għandu x'jaqsam mal-konformità mal-istandards stabbiliti, speċjalment fid-dawl tar-riżultati tal-analiżi.

Barra minn hekk, f'każ fejn l-analiżi jindikaw li l-indiċi Zeleny ta' lott tal-qamħ komuni jkun ta' bejn 22 u 30, sabiex dan il-qamħ jitqies tajjeb, ġust u ta' kwalità li tista' tinbiegħ fis-suq, l-għaġina miksuba minnu trid titqies li ma twaħħalx u li hi tajba biex tinħadem mill-magni.

PARTI II

Rekwiżiti minimi tal-kwalità msemmija fil-Parti I

 

Qamħ durum

Qamħ komuni

Xgħir

Qamħirrun

A.

Kontenut massimu tal-umdità

14,5 %

14,5 %

14,5 %

13,5 %

B.

Perċentwali massimu tal-elementi li mhumiex ċereali bażiċi ta' kwalità mhix mittiefsa:

12 %

12 %

12 %

12 %

1.

Ħbub miksura

6 %

5 %

5 %

5 %

2.

Impuritajiet tal-ħbub

8,5 %

7 %

12 %

5 %

2.1.

Impuritajiet oħrajn għajr ħbub imtebbgħin

5 %

7 %

12 %

5 %

(a)

ħbub nexfin

X

X

X

m.a.

(b)

ċereali oħrajn

3 %

X

5 %

X

(c)

ħbub milquta minn organiżmi li jagħmlu l-ħsara

X

X

X

X

(d)

ħbub li n-nebbieta tagħhom tkun tilfet il-kulur

X

X

m.a.

m.a.

(e)

ħbub li jkunu ssaħħnu wisq waqt it-tnixxif

0,50 %

0,50 %

3 %

0,50 %

2.2.

Ħbub imtebbgħin

3,5 %

m.a.

m.a.

m.a.

3.

Ħbub bin-nebbieta

4 %

4 %

6 %

6 %

4.

Impuritajiet varji

4,5 % (*)

3 %

3 %

3 %

li minnhom:

 

 

 

 

(a)

żrieragħ estranji:

 

 

 

 

li jagħmlu l-ħsara

0,10 %

0,10 %

0,10 %

0,10 %

oħrajn

X

X

X

X

(b)

ħbub li saritilhom il-ħsara:

 

 

 

 

ħbub li saritilhom ħsara minn tisħin spontanju jew tisħin estrem wisq waqt it-tnixxif

0,05 %

0,05 %

X

X

ħbub affettwati mill-fusarjożi

1,5 %

X

X

X

oħrajn

X

X

X

X

(c)

materjal estranju

X

X

X

X

(d)

ħliefa (biċċiet taċ-ċifċiegħa għall-qamħirrun)

X

X

X

X

(e)

is-sadid (il-mard tar-rmied li jmiss lill-qamħ)

0,05 %

0,05 %

m.a.

m.a.

(f)

ħbub imħassrin

X

X

m.a.

m.a.

(g)

impuritajiet li joriġinaw mill-annimali

X

X

X

X

C.

Perċentwal massimu ta' ħbub li tilfu l-aspett żġieġi tagħhom kompletament jew parzjalment

27 %

m.a.

m.a.

m.a.

D.

Piż speċifiku minimu (kg/hl

78

73

62

m.a.

E.

Kontenut minimu ta' proteini (**)

11,5 %

11,0 %

m.a.

m.a.

F.

Ħin minimu tal-waqgħa skont Hagberg (f'sekondi)

220

220

m.a.

m.a.

G.

Indiċi Zeleny minimu (ml)

m.a.

22

m.a.

m.a.

X

Tindika l-ħtieġa ta' analiżi mingħajr limitu speċifiku, iżda l-kontenut tagħha għandu jitqies skont il-limiti massimi ffissati fil-punti 2 u 4 tat-tabella.

“m.a.”

Mhux applikabbli, m'hemmx għalfejn issir analiżi.

Elementi minbarra ċ-ċereali baċiżi ta' kwalità mhix mittiefsa, kif definit fil-Parti I tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240.

Il-ħbub taċ-ċereali bażiċi u ta' ċereali oħrajn li jkunu bil-ħsara jew imħassrin għandhom jiġu kklassifikati fil-kategorija ta' “impuritajiet varji” anki jekk ikollhom difetti li jaqgħu taħt kategoriji oħrajn.


(1)  Ir-Regolament (KEE) Nru 315/93 tal-Kunsill, tat-8 ta' Frar 1993, li jistabblixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).

(3)  Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10).

(*)  Li minnhom massimu ta' 3 % għal impuritajiet varji minbarra ħbub affettwati mill-fusarjożi.

(**)  Bħala perċentwal tal-materja niexfa.


ANNESS II

XIRI TA' ROSS

PARTI I

Kriterji tal-eliġibbiltà għar-ross bil-ħliefa

1.

Ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 3 fir-rigward tar-ross għandhom ikunu, partikolarment, dawn li ġejjin:

(a)

ir-ross bil-ħliefa huwa ħieles mill-irwejjaħ u ma fihx insetti ħajjin;

(b)

il-kontenut ta' ndewwa li ma jkunx jaqbeż l-14,5 %;

(c)

il-produzzjoni mit-tħin mhix iktar minn ħames punti taħt il-livelli ta' produzzjoni bażika stipulati fil-Parti II;

(d)

il-perċentwal tal-impuritajiet varji, il-perċentwal ta' ħbub tar-ross ta' varjetajiet oħra, u l-perċentwali ta' ħbub li mhumiex konformi mal-kwalità standard kif iddefinita fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ma jaqbżux il-perċentwali massimi stabbiliti fil-Parti III ta' dan l-Anness, skont it-tip ta' ross;

(e)

il-livell ta' radjuattività ma jaqbiżx il-livelli massimi permessi mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

2.

Għall-għanijiet ta' dan l-Anness, “impuritajiet varji” tfisser elementi oħra minbarra r-ross.

PARTI II

Il-kriterji għar-rendiment mit-tħin

Ir-rendiment bażiku mit-tħin

Deskrizzjoni tal-varjetà

Rendiment fi ħbub sħaħ (%)

Rendiment totali (%)

Argo, Selenio, Couachi

66

73

Alpe, Arco, Balilla, Balilla Sollana, Bomba, Elio, Flipper, Lido, Sara, Thainato, Thaiperla, Veta, Guadiamar

65

73

Ispaniki A, Makedonia

64

73

Bravo, Europa, Loto, Riva, Rosa Marchetti, Savio, Veneria

63

72

Ariete, Bahia, Carola, Cigalon, Cripto, Drago, Eolo, Gladio, Graldo, Koral, Mercurio, Niva, Onda, Padano, Panda, Ribe, S. Andrea, Saturno, Senia, Smeraldo, Dion, Zeus

62

72

Strymonas

62

71

Baldo, Redi, Roma, Tebre, Volano

61

72

Thaibonnet, Puntal

60

72

Evropi

60

70

Arborio, Rea

58

72

Carnaroli, Elba, Vialone Nano

57

72

Axios

57

67

Roxani

57

66

Varjetajiet mingħajr isem

64

72

PARTI III

Il-perċentwali massimi

Difetti tal-ħbub

Ross tal-ħabba tonda

Kodiċi tan-NM 1006 10 92

Ross tal-ħabba mezzana u tal-ħabba twila A

Kodiċijiet tan-NM 1006 10 94 u 1006 10 96

Ross tal-ħabba twila B

Kodiċi tan-NM 1006 10 98

Ħbub immermra

6

4

4

Qamħ b'vini ħomor

10

5

5

Ħbub imtebbgħa u bit-tikek

4

2,75

2,75

Ħbub kulur l-ambra

1

0,50

0,50

Ħbub sofor

0,175

0,175

0,175

Impuritajiet varji

1

1

1

Ħbub tar-ross ta' varjetajiet oħra

5

5

5


ANNESS III

XIRI TA' ĊANGA

PARTI I

Il-kriterji tal-eliġibbiltà għaċ-ċanga

1.

Jistgħu jinxtraw karkassi, nofs karkassi u karkassi mqattgħa fi kwarti, friski jew imkessħa (kodiċi tan-NM 0201) kif elenkati fil-Parti II ta' dan l-Anness li jaqgħu taħt il-kategoriji li ġejjin iddefiniti fil-Parti A tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:

(a)

il-laħam tal-bhejjem maskili mhux imsewwija li għandhom minn 12-il xahar sa inqas minn 24 xahar (kategorija A);

(b)

il-laħam tal-bhejjem maskili msewwija li għandhom 12-il xahar jew aktar (kategorija C);

(c)

il-laħam tal-bhejjem maskili li għandhom minn tmien xhur (8) sa inqas minn 12-il xahar (kategorija Z).

2.

Jistgħu jinxtraw il-prodotti msemmija fil-punt 1 biss skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-annimali jkunu ġew maqtula skont ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 u r-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);

(b)

l-annimali jkunu ġew ikklassifikati, ippreżentati u identifikati skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 (2);

(c)

l-annimali ikunu ġew tikkettati skont ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3);

(d)

il-karkassi u n-nofs karkassi jkunu ġejjin minn bhejjem maqtulin mhux iżjed minn sitt ijiem u mhux anqas minn jumejn qabel.

PARTI II

Il-klassifikazzjoni tal-prodotti

Għall-finijiet ta' din il-Parti, il-kategorija Z tirreferi biss għall-bhejjem maskili deskritti fil-punt 1(c) tal-Parti I.

BELGIQUE/BELGIË

Carcasses, demi-carcasses:

Hele dieren, halve dieren:

 

Catégorie A, classe S2/Categorie A, klasse S2

 

Catégorie A, classe S3/Categorie A, klasse S3

 

Catégorie A, classe E2/Categorie A, klasse E2

 

Catégorie A, classe E3/Categorie A, klasse E3

 

Catégorie A, classe U2/Categorie A, klasse U2

 

Catégorie A, classe U3/Categorie A, klasse U3

 

Catégorie A, classe R2/Categorie A, klasse R2

 

Catégorie A, classe R3/Categorie A, klasse R3

 

Catégorie Z, classe S2/Categorie Z, klasse S2

 

Catégorie Z, classe S3/Categorie Z, klasse S3

 

Catégorie Z, classe E2/Categorie Z, klasse E2

 

Catégorie Z, classe U2/Categorie Z, klasse U2

 

Catégorie Z, classe U3/Categorie Z, klasse U3

 

Catégorie Z, classe R2/Categorie Z, klasse R2

 

Catégorie Z, classe R3/Categorie Z, klasse R3

БЪЛГАРИЯ

Tрупове, половинки трупове:

 

категория А, клас R2

 

категория А, клас R3

 

категория Z, клас R2

 

категория Z, клас R3

ČESKÁ REPUBLIKA

Jatečně upravená těla, půlky jatečně upravených těl:

 

Kategorie A, třída R2

 

Kategorie A, třída R3

 

Kategorie A, třídaO2

 

Kategorie A, třída U2

 

Kategorie Z, třída R2

 

Kategorie Z, třída R3

 

Kategorie Z, třída O2

DANMARK

Hele og halve kroppe:

 

Kategori A, klasse R2

 

Kategori A, klasse R3

 

Kategori A, klasse O2

 

Kategori A, klasse O3

 

Kategori Z, klasse R2

 

Kategori Z, klasse R3

 

Kategori Z, klasse O2

 

Kategori Z, klasse O3

DEUTSCHLAND

Ganze oder halbe Tierkörper:

 

Kategorie A, Klasse U2

 

Kategorie A, Klasse U3

 

Kategorie A, Klasse R2

 

Kategorie A, Klasse R3

 

Kategorie Z, Klasse U2

 

Kategorie Z, Klasse U3

 

Kategorie Z, Klasse R2

 

Kategorie Z, Klasse R3

EESTI

Rümbad, poolrümbad:

 

Kategooria A, klass R2

 

Kategooria A, klass R3

 

Kategorie Z, Klasse R2

 

Kategorie Z, Klasse R2

EIRE/IRELAND

Carcases, half-carcases:

 

Category C, class U3

 

Category C, class U4

 

Category C, class R3

 

Category C, class R4

 

Category C, class O3

 

Category C, class O4

ΕΛΛΑΔΑ

Ολόκληρα ή μισά σφάγια:

 

Κατηγορία A, κλάση R2

 

Κατηγορία A, κλάση R3

 

Κατηγορία A, κλάση O2

 

Κατηγορία A, κλάση O3

 

Κατηγορία Z, κλάση R2

 

Κατηγορία Z, κλάση R3

 

Κατηγορία Z, κλάση O2

 

Κατηγορία Z, κλάση O3

ESPAÑA

Canales o medias canales:

 

Categoría A, clase U2

 

Categoría A, clase U3

 

Categoría A, clase R2

 

Categoría A, clase R3

 

Categoría Z, clase U2

 

Categoría Z, clase U3

 

Categoría Z, clase R2

 

Categoría Z, clase R3

FRANCE

Carcasses, demi-carcasses:

 

Catégorie A, classe U2

 

Catégorie A, classe U3

 

Catégorie A, classe R2

 

Catégorie A, classe R3

 

Catégorie A, classe O2

 

Catégorie A, classe O3

 

Catégorie Z, classe U2

 

Catégorie Z, classe U3

 

Catégorie Z, classe R2

 

Catégorie Z, classe R3

 

Catégorie C, classe U2

 

Catégorie C, classe U3

 

Catégorie C, classe U4

 

Catégorie C, classe R3

 

Catégorie C, classe R4

 

Catégorie C, classe O3

REPUBLIKA HRVATSKA

Trupovi, polovice trupova:

 

Kategorija A, klasa U2

 

Kategorija A, klasa U3

 

Kategorija A, klasa R2

 

Kategorija A, klasa R3

 

Kategorija Z, klasa U2

 

Kategorija Z, klasa U3

 

Kategorija Z, klasa R2

 

Kategorija Z, klasa R3

 

Kategorija Z, klasa O2

ITALIA

Carcasse e mezzene:

 

Categoria A, classe U2

 

Categoria A, classe U3

 

Categoria A, classe R2

 

Categoria A, classe R3

 

Categoria A, classe O2

 

Categoria A, classe O3

 

Categoria Z, classe U2

 

Categoria Z, classe U3

 

Categoria Z, classe R2

 

Categoria Z, classe R3

 

Categoria Z, classe O2

 

Categoria Z, classe O3

ΚΥΠΡΟΣ

Ολόκληρα ή μισά σφάγια:

 

Κατηγορία A, κλάση R2

 

Κατηγορία Z, κλάση R2

LATVIJA

Liemeņi, pusliemeņi:

 

A kategorija, R2 klase

 

A kategorija, R3 klase

 

Z kategorija, R2 klase

 

Z kategorija, R3 klase

LIETUVA

Skerdenos ir skerdenų pusės:

 

A kategorija, R2 klasė

 

A kategorija, R3 klasė

 

A kategorija, O2 klasė

 

A kategorija, O3 klasė

 

Z kategorija, R2 klasė

 

Z kategorija, R3 klasė

LUXEMBOURG

Carcasses, demi-carcasses:

 

Catégorie A, classe U2

 

Catégorie A, classe U3

 

Catégorie A, classe R2

 

Catégorie A, classe R3

MAGYARORSZÁG

Hasított test vagy hasított féltest:

 

A kategória, R2 osztály

 

A kategória, R3 osztály

 

Z kategória, R2 osztály

 

Z kategória, R3 osztály

MALTA

Karkassi, nofs karkassi:

 

Kategorija A, klassi R3

 

Kategorija Z, klassi R3

NEDERLAND

Hele dieren, halve dieren:

 

Categorie A, klasse R2

 

Categorie A, klasse R3

 

Categorie A, klasse O2

 

Categorie A, klasse O3

 

Categorie Z, klasse R2

 

Categorie Z, klasse R3

 

Categorie Z, klasse O2

 

Categorie Z, klasse O3

ÖSTERREICH

Ganze oder halbe Tierkörper:

 

Kategorie A, Klasse U2

 

Kategorie A, Klasse U3

 

Kategorie A, Klasse R2

 

Kategorie A, Klasse R3

 

Kategorie Z, Klasse U2

 

Kategorie Z, Klasse U3

 

Kategorie Z, Klasse R2

 

Kategorie Z, Klasse R3

POLSKA

Tusze, półtusze:

 

Kategoria A, klasa R2

 

Kategoria A, klasa R3

 

Kategoria A, klasa O2

 

Kategoria A, klasa O3

 

Kategoria Z, klasa R2

 

Kategoria Z, klasa R3

 

Kategoria Z, klasa O2

 

Kategoria Z, klasa O3

PORTUGAL

Carcaças ou meias-carcaças:

 

Categoria A, classe U2

 

Categoria A, classe U3

 

Categoria A, classe R2

 

Categoria A, classe R3

 

Categoria Z, classe U2

 

Categoria Z, classe U3

 

Categoria Z, classe R2

 

Categoria Z, classe R3

ROMÂNIA

Carcase, jumătăți de carcase

 

Categoria A, clasa U2

 

Categoria A, clasa U3

 

Categoria A, clasa R2

 

Categoria A, clasa R3

 

Categoria A, clasa O2

 

Categoria A, clasa O3

 

Categoria Z, clasa U2

 

Categoria Z, clasa U3

 

Categoria Z, clasa R2

 

Categoria Z, clasa R3

 

Categoria Z, clasa O2

 

Categoria Z, clasa O3

SLOVENIJA

Trupi, polovice trupov:

 

Kategorija A, razred U2

 

Kategorija A, razred U3

 

Kategorija A, razred R2

 

Kategorija A, razred R3

 

Kategorija A, razred O2

 

Kategorija Z, razred U2

 

Kategorija Z, razred R2

 

Kategorija Z, razred R3

 

Kategorija Z, razred O2

SLOVENSKO

Jatočné telá, jatočné polovice:

 

kategória A, trieda kvality R2

 

kategória A, trieda kvality R3

 

kategória A, trieda kvality O2

 

kategória A, trieda kvality O3

 

kategória Z, trieda kvality R2

 

kategória Z, trieda kvality R3

 

kategória Z, trieda kvality O2

 

kategória Z, trieda kvality O3

SUOMI/FINLAND

Ruhot, puoliruhot/Slaktkroppar, halva slaktkroppar:

 

Kategoria A, luokka R2/Kategori A, klass R2

 

Kategoria A, luokka R3/Kategori A, klass R3

 

Kategoria A, luokka O2/Kategori A, klass O2

 

Kategoria A, luokka O3/Kategori A, klass O3

 

Kategoria Z, luokka R2/Kategori Z, klass R2

 

Kategoria Z, luokka R3/Kategori Z, klass R3

SVERIGE

Slaktkroppar, halva slaktkroppar:

 

Kategori A, klass R2

 

Kategori A, klass R3

 

Kategori A, klass O2

 

Kategori A, klass O3

 

Kategori Z, klass R2

 

Kategori Z, klass R3

UNITED KINGDOM

I.   Great Britain

Carcases, half-carcases:

 

Category C, class U3

 

Category C, class U4

 

Category C, class R3

 

Category C, class R4

 

Category C, class O3

 

Category C, class O4

 

Category A, class U2

 

Category A, class U3

 

Category A, class R2

 

Category A, class R3

 

Category A, class O2

 

Category A, class O3

 

Category Z, class U2

 

Category Z, class U3

 

Category Z, class R2

 

Category Z, class R3

 

Category Z, class O2

 

Category Z, class O3

II.   L-Irlanda ta' Fuq

Carcases, half-carcases:

 

Category C, class U3

 

Category C, class U4

 

Category C, class R3

 

Category C, class R4

 

Category C, class O3

 

Category C, class O4

 

Category A, class U2

 

Category A, class U3

 

Category A, class R2

 

Category A, class R3

 

Category A, class O2

 

Category A, class O3

 

Category Z, class U2

 

Category Z, class U3

 

Category Z, class R2

 

Category Z, class R3

 

Category Z, class O2

 

Category Z, class O3


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206).

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta' karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzijiet tagħhom (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-ifrat u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).


ANNESS IV

XIRI TA' BUTIR

PARTI I

Il-kriterji tal-eliġibbiltà għall-butir

1.

L-aġenzija tal-pagament għandha tixtri biss butir konformi mal-Artikolu 11(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, bil-punti 2 sa 6 ta' din il-Parti ta' dan l-Anness u bil-Parti Ia tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240.

2.

L-aġenzija tal-pagament għandha tivverifika l-kwalità tal-butir billi tuża l-metodi deskritti fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240, u abbażi ta' kampjuni meħudin skont ir-regoli stipulati fil-Parti I tal-Anness IV ta' dan l-istess Regolament. Madanakollu, l-aġenziji tal-pagament, soġġett għal ftehim bil-miktub mal-Kummissjoni, jistgħu jistabbilixxu sistema fejn wieħed iwettaq verifika fuqu nnifsu taħt is-sorveljanza tagħhom stess, għal ċerti rekwiżiti tal-kwalità u fil-każ ta' ċerti impriżi approvati.

3.

Il-livelli ta' radjuattività fil-butir ma jistgħux jaqbżu l-livelli massimi permessi skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u għandhom ikunu mmonitorjati biss jekk is-sitwazzjoni tirrikjedi dan.

4.

Il-butir għandu jkun inħadem fil-31 ġurnata qabel il-jum li fih l-aġenzija tal-pagament tkun irċeviet l-offerta għall-bejgħ bi prezz fiss, jew inkella, fil-każ tal-offerti, fil-31 ġurnata qabel id-data tal-għeluq tas-subperjodu tas-sejħa għall-offerti.

5.

Fejn il-butir ikun offrut għall-intervent fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn ġie prodott, ix-xiri għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat maħruġ mill-entità kompetenti tal-Istat Membru ta' produzzjoni.

Iċ-ċertifikat għandu jitressaq lill-entità kompetenti tal-Istat Membru xerrej sa mhux aktar tard minn 35 ġurnata wara l-jum li fih tkun waslet l-offerta ta' xiri jew wara d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-offerti, u għandu jkun fih it-tagħrif imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2 tal-Parti II tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240, kif ukoll konferma li l-butir ikun ġie prodott direttament u esklussivament minn krema pasturizzata skont it-tifsira tal-Artikolu 11(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, f'impriża approvata fl-Unjoni.

6.

Fejn l-Istat Membru ta' produzzjoni jkun wettaq il-verifiki msemmija fil-punt 2, iċ-ċertifikat imsemmi fil-punt 5 għandu jkun fih ukoll ir-riżultati ta' dawk il-verifiki, u għandu jikkonferma li l-prodott ikkonċernat huwa butir li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 11(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. F'dak il-każ, l-ippakkjar għandu jkun issiġillat permezz ta' tikketta nnumerata maħruġa mill-entità kompetenti tal-Istat Membru ta' produzzjoni. Iċ-ċertifikat għandu jinkludi n-numru tat-tikketta.

PARTI II

Rekwiżiti ta' kompożizzjoni u karatteristiċi tal-kwalità

Il-butir huwa emulsjoni solida, l-aktar tat-tip ta' ilma fiż-żejt, bil-karatteristiċi tal-kompożizzjoni u tal-kwalità li ġejjin:

Parametri

Karatteristiċi ta' kontenut u kwalità

Xaħam

Minimu ta' 82 %

Ilma

Massimu ta' 16 %

Solidi bla xaħam

Massimu ta' 2 %

Aċidi grassi ħielsa

Massimu ta' 1,2 mmole/100 g xaħam

Valur tal-perossidu

Massimu ta' 0,3 meq ossiġenu/1 000  g xaħam

Koliformi

Mhux traċċabbli f'1 g

Xaħam bla ħalib

Mhux traċċabbli b'analiżi ta' trigliċeride

Karatteristiċi sensorjali

Mill-anqas erbgħa minn ħames punti għal dehra, togħma u konsistenza

Tixrid tal-ilma

Mill-anqas erba' punti

PARTI III

Kriterji għall-approvazzjoni ta' impriżi msemmija fl-Artikolu 11(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

1.

L-impriżi msemmija fl-Artikolu 11(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu approvati biss jekk:

(a)

huma approvati skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u għandhom it-tagħmir tekniku xieraq;

(b)

jintrabtu li jżommu dokumentazzjoni permanenti fil-forma stabbilita mill-korp kompetenti ta' kull Stat Membru, u jkollhom lista tal-fornitur u tal-oriġini tal-materja prima, il-kwantitajiet ta' butir miksub u l-ippakkjar, l-identifikazzjoni u d-data ta' ħruġ ta' kull lott ta' produzzjoni maħsub għal intervent pubbliku;

(c)

jiftiehmu li jibagħtu l-produzzjoni tagħhom tal-butir li jista' jkun offrut għal intervent għal spezzjoni uffiċjali speċifika;

(d)

jintrabtu li jgħarrfu lill-korp kompetenti, mill-anqas jumejn tax-xogħol minn qabel, bl-intenzjoni tagħhom li jipproduċu butir għal intervent pubbliku; madankollu, l-Istat Membru jista' jistabbilixxi terminu ta' żmien iqsar.

2.

Biex tkun żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament, l-entitajiet kompetenti għandhom iwettqu spezzjonijiet fuq il-post mingħajr avviż, abbażi tal-iskeda ta' intervent tal-produzzjoni tal-butir tal-impriżi kkonċernati.

Huma għandhom jagħmlu mill-anqas:

(a)

spezzjoni waħda għal kull perjodu ta' 28 ġurnata ta' produzzjoni għall-intervent b'mill-anqas spezzjoni waħda kull sena, biex jeżaminaw ir-reġistri msemmija fil-punt 1(b);

(b)

spezzjoni waħda kull sena, biex tkun ivverifikata l-konformità mal-kundizzjonijiet l-oħra għall-approvazzjoni msemmija fil-punt 1.

3.

L-approvazzjoni għandha tkun irtirata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1(a) ma jibqgħux jitħarsu. L-approvazzjoni tista' terġa' tingħata wara talba tal-impriża kkonċernata wara perjodu ta' mill-anqas sitt xhur, wara spezzjoni fil-fond.

Ħlief f'każijiet ta' forza maġġuri, meta impriża tinstab li ma kinitx konformi ma' xi wieħed mill-impenji tagħha msemmija fil-punt 1(b), (c) u (d), l-approvazzjoni għandha tkun sospiża għal perjodu ta' bejn xahar u 12-il xahar, skont kemm tkun gravi l-irregolarità.

L-Istat Membru m'għandux jimponi s-sospensjoni msemmija fejn jinstab li l-irregolarità ma twettqitx apposta jew b'riżultat ta' negliġenza serja u jekk ma tkunx importanti wisq fir-rigward tal-effettività tal-ispezzjonijiet li dwarhom hemm dispożizzjoni fil-punt 2.

4.

Għandu jsir rapport dwar l-ispezzjonijiet imwettqa skont il-punti 2 u 3, li jispeċifika:

(a)

id-data tal-ispezzjoni;

(b)

kemm tkun damet l-ispezzjoni;

(c)

l-operazzjonijiet imwettqa.

Ir-rapport għandu jkun iffirmat mill-ispettur responsabbli.


ANNESS V

XIRI TAT-TRAB TAL-ĦALIB XKUMAT

PARTI I

Il-kriterji tal-eliġibbiltà għat-trab tal-ħalib xkumat

1.

L-aġenzija tal-pagament għandha tixtri biss butir konformi mal-Artikolu 11(e) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, mal-punti 2 sa 6 ta' din il-Parti ta' dan l-Anness u mal-Parti II tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240.

2.

L-aġenzija tal-pagament għandha tivverifika l-kwalità tal-butir billi tuża l-metodi deskritti fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240, u abbażi ta' kampjuni meħudin skont ir-regoli stipulati fil-Parti I tal-Anness V ta' dan l-istess Regolament. Il-verifiki għandhom jistabbilixxu li, ħlief għall-materja prima awtorizzata użata għall-aġġustament tal-proteina kif imsemmi fil-punt (4)(b) tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/114/KE (1), it-trab tal-ħalib xkumat ma jkunx fih prodotti oħra, b'mod partikulari x-xorrox tal-butir jew ix-xorrox, kif iddefinit fil-Parti II ta' dan l-Anness.

L-aġġustament tal-proteina, jekk applikabbli, għandu jsir fil-fażi likwida. Il-materjal użat għall-aġġustament tal-proteina għandu joriġina mill-Unjoni.

Madanakollu, l-aġenziji tal-pagament, soġġett għal ftehim bil-miktub mal-Kummissjoni, jistgħu jistabbilixxu sistema fejn wieħed iwettaq verifika fuqu nnifsu taħt is-sorveljanza tagħhom stess, għal ċerti rekwiżiti tal-kwalità u fil-każ ta' ċerti impriżi approvati.

3.

Il-livelli ta' radjuattività fit-trab tal-ħalib xkumat ma jistgħux jaqbżu l-livelli massimi permessi skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u għandhom ikunu mmonitorjati biss jekk is-sitwazzjoni tirrikjedi dan.

4.

It-trab tal-ħalib xkumat għandu jkun ġie prodott fil-31 ġurnata qabel il-jum li fih l-aġenzija tal-pagament tkun irċeviet l-offerta għall-bejgħ bi prezz fiss, jew inkella, fil-każ tal-offerti, fil-31 ġurnata qabel id-data tal-għeluq tas-subperjodu tas-sejħa għall-offerti. Jekk it-trab tal-ħalib xkumat jinħażen f'silos li jkun fihom iktar minn ġurnata waħda ta' produzzjoni, irid ikun ġie mmanifatturat matul it-tliet ġimgħat ta' qabel il-ġimgħa li fiha tkun waslet l-offerta għall-bejgħ bi prezz fiss, jew inkella, fil-każ tal-offerti, fl-erba' ġimgħat ta' qabel id-data tal-għeluq tas-subperjodu tas-sejħa għall-offerti.

5.

Fejn it-trab tal-ħalib xkumat ikun offrut għall-intervent fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn ġie prodott, ix-xiri għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat maħruġ mill-entità kompetenti tal-Istat Membru ta' produzzjoni.

Iċ-ċertifikat għandu jitressaq lill-entità kompetenti tal-Istat Membru xerrej sa mhux aktar tard minn 35 ġurnata wara l-jum li fih tkun waslet l-offerta ta' xiri jew wara d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-offerti, u għandu jkun fih it-tagħrif imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240, kif ukoll konferma li t-trab tal-ħalib xkumat ikun ġie prodott minn ħalib minn impriża approvata fl-Unjoni skont l-Artikolu 11(e) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u li l-aġġustament tal-proteina, jekk seħħ, ġara fil-fażi likwida.

6.

Fejn l-Istat Membru ta' produzzjoni jkun wettaq il-verifiki msemmija fil-punt 2, iċ-ċertifikat imsemmi fil-punt 5 għandu jkun fih ukoll ir-riżultati ta' dawk il-verifiki, u għandu jikkonferma li l-prodott ikkonċernat huwa trab tal-ħalib xkumat li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 11(e) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. F'dak il-każ, il-boroż imsemmija fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240 għandhom ikun issiġillati b'tikketta nnumerata maħruġa mill-entità kompetenti tal-Istat Membru ta' produzzjoni. Iċ-ċertifikat għandu jinkludi n-numru tat-tikketta.

PARTI II

Rekwiżiti ta' kompożizzjoni u karatteristiċi tal-kwalità

Parametri

Karatteristiċi ta' kontenut u kwalità

Kontenut tal-proteina

Minimu ta' 34,0 % tal-materja niexfa bla xaħam

Kontenut ta' xaħam

Massimu ta' 1,00 %

Kontenut ta' ilma

Massimu ta' 3,5 %

aċidità titrattabbli espressa f'ml ta' soluzzjoni tas-sodju idrossidu deċinormali

Massimu ta' 19,5 ml

Kontenut ta' ħalib

Massimu 150 mg/100 g

Addittivi

Xejn

Test tal-fosfatażi

Negattiv, i.e., mhux aktar minn 350 mU ta' attività fosfatika għal kull litru ta' ħalib rikostitwit

Indiċi ta' solubilità

Massimu ta' 0,5 ml (24 °C)

Indiċi ta' partiċelli maħruqa

Massimu ta' 15,0 milligramma, jiġifieri minimu ta' diska B

Kontenut ta' mikroorganiżmi

Massimu ta' 40 000 kull gramma

Sejbien tal-koliformi

Negattivi fi 0,1 g

Sejbien ta' xorrox tal-butir (2)

Negattiv (3)

Sejbien tat-tames tax-xorrox (4)

Xejn

Sejbien ta' xorrox aċiduż (5)

Xejn

Togħma u riħa

Nadif

Dehra

Kulur abjad jew ftit fl-isfar, mingħajr impuritajiet u partiċelli kkuluriti

Sustanzi antimikrobiċi

Negattiv (6)

PARTI III

Kriterji għall-approvazzjoni ta' impriżi msemmija fl-Artikolu 11(e) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

1.

L-impriżi msemmija fl-Artikolu 11(e) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu approvati biss jekk:

(a)

huma approvati skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u għandhom it-tagħmir tekniku xieraq;

(b)

jintrabtu li jżommu dokumentazzjoni permanenti fil-forma stabbilita mill-entità kompetenti ta' kull Stat Membru, u jkollhom lista tal-fornitur u tal-oriġini tal-materja prima, il-kwantitajiet ta' trab tal-ħalib xkumat, tax-xorrox tal-butir u tax-xorrox miksuba, u l-ippakkjar, l-identifikazzjoni u d-data ta' ħruġ ta' kull lott ta' produzzjoni maħsub għal intervent pubbliku;

(c)

jaqblu li jibagħtu l-produzzjoni tagħhom tat-trab tal-ħalib xkumat li jista' jkun offrut għall-intervent għal spezzjoni uffiċjali speċifika;

(d)

jintrabtu li jgħarrfu lill-entità kompetenti, mill-anqas jumejn tax-xogħol minn qabel, li jkun beħsiebhom jipproduċu t-trab tal-ħalib xkumat għall-intervent pubbliku; madankollu, l-Istat Membru jista' jistabbilixxi terminu ta' żmien iqsar.

2.

Sabiex tkun żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament, l-entitajiet kompetenti għandhom iwettqu spezzjonijiet fuq il-post għall-għarrieda, abbażi tal-iskeda tal-produzzjoni tat-trab tal-ħalib xkumat għall-intervent tal-impriżi konċernati.

Huma għandhom jagħmlu mill-anqas:

(a)

spezzjoni waħda għal kull perjodu ta' 28 ġurnata ta' produzzjoni għall-intervent b'mill-anqas spezzjoni waħda kull sena, biex jeżaminaw ir-reġistri msemmija fil-punt 1(b);

(b)

spezzjoni waħda kull sena, meta t-trab tal-ħalib xkumat jiġi prodott għall-intervent, biex tkun ivverifikata l-konformità mal-kundizzjonijiet l-oħra għall-approvazzjoni msemmija fil-punt 1.

3.

L-approvazzjoni għandha tkun irtirata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1(a) ma jibqgħux jitħarsu. L-approvazzjoni tista' terġa' tingħata wara talba tal-impriża kkonċernata wara perjodu ta' mill-anqas sitt xhur, wara spezzjoni fil-fond.

Ħlief f'każijiet ta' forza maġġuri, meta impriża tinstab li ma kinitx konformi ma' xi wieħed mill-impenji tagħha msemmija fil-punt 1(b), (c) u (d), l-approvazzjoni għandha tkun sospiża għal perjodu ta' bejn xahar u 12-il xahar, skont kemm tkun gravi l-irregolarità.

L-Istat Membru m'għandux jimponi s-sospensjoni msemmija fejn jinstab li l-irregolarità ma twettqitx apposta jew b'riżultat ta' negliġenza serja u jekk ma tkunx importanti wisq fir-rigward tal-effettività tal-ispezzjonijiet li dwarhom hemm dispożizzjoni fil-punt 2.

4.

Għandu jsir rapport dwar l-ispezzjonijiet imwettqa skont il-punti 2 u 3, li jispeċifika:

(a)

id-data tal-ispezzjoni;

(b)

kemm tkun damet l-ispezzjoni;

(c)

l-operazzjonijiet imwettqa.

Ir-rapport għandu jkun iffirmat mill-ispettur responsabbli.


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/114/KEE tal-20 ta' Diċembru 2001 dwar xi ħalib parzjalment jew totalment de-idratat u preservat għall-konsum tal-bniedem (ĠU L 15, 17.1.2002, p. 19).

(2)  “Xorrox tal-butir” tfisser il-prodott sekondarju tal-manifattura tal-butir li jinkiseb wara li titħawwad il-krema u jinfired ix-xaħam solidu.

(3)  In-nuqqas ta' xorrox tal-butir jista' jiġi stabbilit jew permezz ta' spezzjoni fuq il-post tal-impjant tal-produzzjoni mwettqa mingħajr avviż minn qabel u mill-inqas darba fil-ġimgħa, jew permezz ta' analiżi fil-laboratorju tal-prodott aħħari li jindika massimu ta' 69,31 mg ta' PEDP għal kull 100 g.

(4)  “Xorrox” tfisser il-prodott sekondarju tal-manifattura tal-ġobon jew tal-kaseina li jinkiseb permezz tal-azzjoni tal-aċidi, tat-tames u/jew ta' proċessi kimiċi u fiżiċi.

(5)  “Xorrox” tfisser il-prodott sekondarju tal-manifattura tal-ġobon jew tal-kaseina li jinkiseb permezz tal-azzjoni tal-aċidi, tat-tames u/jew ta' proċessi kimiċi u fiżiċi. Il-metodu li għandu jiġi applikat għandu jkun approvat mill-aġenzija tal-intervent.

(6)  Il-ħalib mhux ipproċessat użat għall-produzzjoni tat-trab tal-ħalib xkumat għandu jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.


ANNESS VI

REKWIŻITI TA' KWALITÀ GĦALL-GĦAJNUNA GĦALL-ĦŻIN PRIVAT

Il-livelli ta' radjuattività fil-prodotti eliġibbli għall-għajnuna għall-ħżin privat m'għandhomx jaqbżu l-livelli massimi permessi, fejn applikabbli, skont ir-regoli tal-Unjoni. Il-livell ta' kontaminazzjoni radjuattiva tal-prodotti għandu jiġi mmonitorjat biss jekk is-sitwazzjoni tkun teħtieġ dan, u matul il-perjodu rekwiżit.

I.   Zokkor

Iz-zokkor li għalih titressaq offerta jew applikazzjoni għandu jkun:

(a)

zokkor abjad f'forma kristallina, bl-ingrossa jew f'boroż kbar ta' 800 kg jew aktar b'indikazzjoni tal-piż nett;

(b)

b'kontenut tal-umdità li ma jaqbiżx 0,06 %.

Sa tmiem il-kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni 2016/17, għandu jkun ġie prodott fi ħdan kwota tal-kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni li fiha tkun saret l-offerta jew l-applikazzjoni, għajr għaz-zokkor abjad irtirat jew riżervat għall-kampanja ta' wara.

II.   Fibra tal-kittien

L-għajnuna għall-ħżin privat għandha tingħata biss għal fibra twila tal-kittien li tinkiseb b'separazzjoni sħiħa tal-fibri u tal-partijiet tal-għuda taz-zokk li jkollhom tul medju ta' mill-anqas 50 ċm, wara li jiġu mimxuta u rranġati f'fili paralleli f'munzelli, folji jew filaturi, u li għaliha l-kwantità minima għall-applikazzjonijiet jew għall-offerti għal għajnuna tkun ta' 2 000 kg.

Il-fibra twila tal-kittien għandha tinħażen f'balal li fuqhom jista' jkollhom kodiċi, fejn xieraq:

(a)

in-numru li jidentifika l-fabbrika u l-Istat Membru ta' produzzjoni;

(b)

id-data tad-dħul fil-ħażna;

(c)

il-piż nett.

III.   Laħam

L-għajnuna għandha tingħata biss għal:

(a)

ċanga kklassifkata skont l-iskala tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi, kif stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1249/2008 (1), u identifikata skont l-Artioklu 6(3) tal-istess Regolament;

(b)

karkassi tal-ħrief ta' inqas minn 12-il xahar, u qatgħat tagħhom;

(c)

laħam minn bhejjem imrobbija fl-Unjoni għal perjodu minimu tal-aħħar tliet xhur fil-każ taċ-ċanga, xahrejn fil-każ tal-majjal, tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż, u maqtula mhux iktar 10 jum qabel ma tqiegħdu fil-ħżin. Fil-każ ta' qżieqeż maqtula qabel l-età ta' xahrejn, il-laħam għandu jkun ġej minn annimali mrobbija fl-Unjoni sa minn twelidhom;

(d)

laħam minn annimali jkunu ġew maqtula skont ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 u r-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(e)

laħam minn bhejjem li ma jkollhom l-ebda karatteristika li trendihom mhux tajba għall-ħażna jew għal użu sussegwenti;

(f)

laħam minn bhejjem mhux maqtula b'riżultat ta' miżuri ta' emerġenza;

(g)

laħam fl-istat frisk, maħżun iffriżat.

IV.   Butir

L-għajnuna għandha tingħata biss għall-butir:

(a)

b'kontenut minimu ta' xaħam tal-ħalib, bil-piż, ta' 80 %, b'kontenut massimu ta' solidi tal-ħalib iżda mhux xaħam, bil-piż, ta' 2 %, u b'kontenut massumu tal-ilma ta' 16 %;

(b)

li jkun ġie prodott fis-60 jum qabel il-jum tal-applikazzjoni jew il-jum tat-tressiq tal-offerta.

L-ippakkjar tal-butir għandu juri l-piż nett. Barra minn hekk, japplikaw ir-regoli dwar l-ippakkjar tal-butir fil-Parti II tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240, u dan bl-eċċezzjoni tal-obbligu li jiġi indikat it-terminu “butir ħelu” meta l-butir għandu pH ta' 6,2 jew aktar.

Il-konformità mar-rekwiżit dwar l-oriġini tista' tiġi ssustanzjata b'evidenza li l-butir ikun ġie prodott f'impriża approvata skont il-punt 1(a), (b) u (c) tal-Parti III tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament, jew b'evidenza xierqa oħra maħruġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' produzzjoni li tixhed il-konformità ma' dak ir-rekwiżit.

Fejn il-butir ikun ġie prodott fi Stat Membru differenti minn dak fejn ikun ġie konkluż il-kuntratt tal-ħżin, l-Istat Membru ta' produzzjoni għandu jipprovdi kull assistenza mitluba mill-Istat Membru li fih il-kuntratt ikun ġie konkluż, sabiex tiġi vverifikata l-oriġini tal-prodott.

V.   Ġobon

L-għajnuna għall-ħżin privat għandha tingħata biss għall-ġobon li jkollu denominazzjoni tal-oriġini protetta (DOP) jew indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP), li meta jibda l-kuntratt tal-ħżin ikollu età minima li tikkorrispondi għall-perjodu ta' maturazzjoni stabbilit fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għal dak il-ġobon kif se jiġi kummerċjalizzat wara l-ħżin skont il-kuntratt, u miżjud bil-perjodu ta' maturazzjoni lil hinn minn dan il-perjodu li jikkontribwixxi biex jiżdied il-valur tal-ġobon.

Meta perjodu ta' maturazzjoni ma jkunx stabbilit fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, meta jibda l-kuntratt tal-ħżin, il-ġobon għandu jkollu età minima li tikkorrispondi għall-perjodu ta' maturazzjoni li jikkontribwixxi biex jiżdied il-valur tal-ġobon.

Barra minn hekk, il-ġobon għandu jkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikun immarkat b'indikazzjoni, li tista' tkun ikkodifikata, tal-impriża li tkun immanifatturatu u bid-data tal-manifattura;

(b)

ikun maħżun bħala ġobon sħiħ fl-Istat Membru fejn jiġi prodott il-ġobon u li fih jikkwalifika biex iġorr id-DOP jew l-IĠP skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012; kif ukoll

(c)

ma jkunx soġġett għal xi kuntratt ta' ħżin qabel dan.

Min jieħu ħsieb il-ħżin għandu jżomm reġistru li fih idaħħal id-dettalji msemmija fil-punt (a) tat-tielet paragrafu, fid-data tad-dħul fil-ħżin.

VI.   Trab tal-ħalib xkumat

L-għajnuna għandha tingħata biss għat-trab tal-ħalib xkumat:

(a)

li ma jkunx fih aktar minn 1,5 % xaħam u 5 % ilma, u b'kontenut ta' proteina ta' materja xotta bla xaħam ta' mill-anqas 34 %;

(b)

li jkun ġie prodott matul is-60 jum qabel il-jum tal-applikazzjoni jew il-jum tat-tressiq tal-offerta;

(c)

li jkun maħżun ġo boroż b'piż nett ta' 25 kg, jew f'“boroż kbar” li ma jiżnux aktar minn 1 500 kg.

Il-boroż għandhom juru l-piż nett. Barra minn hekk, japplikaw ir-regoli fil-punt 2 u 3 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni 2016/1240 dwar it-twassil u l-ippakkjar tat-trab tal-ħalib xkumat, bl-eċċezzjoni tal-obbligu li fuq il-boroż jiġi indikat it-terminu “trab tal-ħalib xkumat bl-isprej”.

Il-konformità mar-rekwiżit dwar l-oriġini tista' tiġi ssustanzjata b'evidenza li t-trab tal-ħalib xkumat ikun ġie prodott f'impriża approvata skont il-punt 1(a), (b) u (c) tal-Parti III tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament, jew b'evidenza xierqa oħra maħruġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' produzzjoni li tixhed il-konformità ma' dak ir-rekwiżit.

Fejn it-trab tal-ħalib xkumat ikun ġie prodott fi Stat Membru differenti minn dak fejn ikun ġie konkluż il-kuntratt tal-ħżin, l-Istat Membru ta' produzzjoni għandu jipprovdi kull assistenza mitluba mill-Istat Membru li fih il-kuntratt ikun ġie konkluż, sabiex tiġi vverifikata l-oriġini tal-prodott.


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta' karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzijiet tagħhom (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3).

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).


ANNESS VII

KUNDIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦALL-OPERATURI LI JRESSQU OFFERTA GĦALL-GĦAJNUNA GĦALL-ĦŻIN PRIVAT JEW APPLIKAZZJONI GĦALL-GĦAJNUNA GĦALL-ĦŻIN PRIVAT FIS-SETTUR TAŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA

L-operaturi taż-żejt taż-żebbuġa għandhom jaqgħu f'waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin:

(a)

organizzazzjoni ta' produtturi, jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi, li tkun ġiet rikonoxxuta skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat;

(b)

mitħna li jislet iż-żejt taż-żebbuġa li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati mill-Istat Membru kkonċernat;

(c)

impriża tal-ippakkjar taż-żejt taż-żebbuġa li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati mill-Istat Membru kkonċernat.

Jekk operatur taż-żejt taż-żebbuġa ma jikkonformax mal-obbligi stipulati f'dan ir-Regolament jew fir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew (UE) Nru 1308/2013, ma għandux ikun eliġibbli biex iressaq offerta jew applikazzjoni għall-għajnuna għall-ħżin privat fi żmien tnax-il xahar mid-data li fiha jkunu ġew rimedjati r-raġunijiet għal tali nonkonformità.

Tali azzjoni ma għandhiex tittieħed fil-każijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, jew jekk in-nonkonformità kienet ta' natura minuri.


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).


30.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/44


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1239

tat-18 ta' Mejju 2016

li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 178 u l-Artikolu 223(3) (a), (b) u (c) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2) u jistabbilixxi regoli dwar il-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli. Jagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati u ta' implimentazzjoni f'dak ir-rigward. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fil-qafas legali l-ġdid, ċerti regoli jridu jiġu adottati permezz ta' atti bħal dawn. Peress li l-għan ta' dawn l-atti huwa li jissimplifikaw u jadattaw id-dispożizzjonijiet applikabbli għas-sistema tal-liċenzji ta' importazzjoni u esportazzjoni għall-qafas legali l-ġdid stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 (3) li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (4), (KE) Nru 1342/2003 (5), (KE) Nru 2336/2003 (6), (KE) Nru 951/2006 (7), (KE) Nru 341/2007 (8) u (KE) Nru 382/2008 (9) u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/98 (10), (KE) Nru 1345/2005 (11), (KE) Nru 376/2008 (12) u (KE) Nru 507/2008 (13).

(2)

Għall-għanijiet ta' amministrazzjoni soda u uniformi tas-sistema ta' liċenzjar huwa xieraq li jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet komuni fir-rigward tal-applikazzjoni għal-liċenzji u l-ħruġ tagħhom.

(3)

Sabiex applikant għal liċenzja u detentur titulari ta' liċenzja jiġu identifikati mingħajr ambigwità, in-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (Economic Operators Registration and Identification (EORI)) għandu jintuża għal dan l-iskop.

(4)

Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit il-livell xieraq tal-garanzija għal-liċenzji li għandhom jinħarġu, sabiex jiġi garantit li l-prodotti jiġu impurtati jew esportati matul il-perjodu ta' validità tal-liċenzja.

(5)

Għandu jkun possibbli li jinħarġu estratti ta' liċenzji li jkollhom l-istess effett bħal-liċenzji li minnhom ikunu ġew estratti, sabiex ikunu jistgħu jitwettqu diversi operazzjonijiet fl-istess ħin taħt liċenzja waħda.

(6)

Huwa neċessarju li jiġu stabbiliti l-perjodi ta' validità tal-liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni. Din il-validità tista' tvarja għal prodotti speċifiċi u għandha tiġi ffissata sabiex tiddefinixxi meta l-obbligu għall-esportazzjoni u għall-importazzjoni għandu jiġi ssodisfat.

(7)

Fid-dawl tal-prattika tal-kummerċ internazzjonali fir-rigward tal-prodotti agrikoli kkonċernati, il-livell ta' tolleranzi għandu jiġi definit fir-rigward tal-kwantità tal-prodotti importati jew esportati meta mqabbla mal-kwantità indikata fuq il-liċenzja.

(8)

Il-liċenzja ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni tikkostitwixxi dritt u tagħti lok għall-obbligu għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni. Jeħtieġ li jiġi definit meta l-impriża għall-esportazzjoni jew għall-importazzjoni hija ssodisfata u kif jingħata prova ta' dan.

(9)

Huwa xieraq li jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita meta tinqered jew tintilef liċenzja.

(10)

Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv f'dawk il-każijiet fejn l-ammont ta' garanzija meħtieġa għal liċenzja huwa relattivament żgħir, għandu jiġi ffissat livell limitu li taħtu ma tkun meħtieġa l-ebda garanzija.

(11)

Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet massimi għall-prodotti speċifiċi li għalihom mhijiex meħtieġa liċenzja.

(12)

Għandha tittieħed azzjoni f'każijiet fejn l-obbligu għall-importazzjoni jew għall-esportazzjoni ma jkunx ġie ssodisfat, speċjalment f'każijiet ta' force majeure rikonoxxuta. F'każijiet bħal dawn dak l-obbligu jista' jiġi kkunsidrat ikkanċellat jew il-perjodu ta' validità tal-liċenzja jista' jiġi estiż.

(13)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti xi rekwiżiti ta' notifika addizzjonali għal-liċenzji ta' importazzjoni għall-qanneb, għat-tewm u għall-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola sabiex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' dawk is-setturi.

(14)

Meta titqies il-ħtieġa ta' transizzjoni bla xkiel mir-regoli attwali għal dawk li qed jiġu introdotti b'dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati xi dispożizzjonijiet ta' tranżizzjoni.

(15)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta' “dikjarant” kif stabbilita fl-Artikolu 5(15), u ta' “ġestjoni tar-riskju” kif stabbilita fl-Artikolu 5(25) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14); u ta' “Esportatur” kif stabbilita fl-Artikolu 1(19) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (15). Barra minn hekk, id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 għandhom japplikaw.

Artikolu 2

Applikazzjoni għal, u ħruġ ta', liċenzji

1.   L-applikazzjoni għal-liċenzji u l-ħruġ tagħhom għandhom isiru permezz ta' applikazzjoni tat-Teknoliġija tal-Informatika (“applikazzjonijiet tal-IT”) b'rispett għall-istandards ta' integrità u ta' kwalità kif stabblit fit-Taqsima 3B tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (16).

Fejn applikazzjonijiet tal-IT bħal dawn mhumiex disponibbli jew effettivi, u bħala alternattiva għan-nuqqas tal-applikazzjonijiet tal-IT, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-ħruġ tagħhom jistgħu jsiru, bl-użu tal-mudell stampat kif stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, u filwaqt li jitqiesu l-istruzzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

2.   L-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti biex jirċievu l-applikazzjoni u biex joħorġu l-liċenzja għandhom jiġu ppublikati fuq is-sit web uffiċjali ta' dawk l-awtoritajiet jew fuq is-sit web uffiċjali li għandu x'jaqsam mal-kummerċ agrikolu ta' kull Stat Membru.

3.   L-applikazzjonijiet u l-liċenzji għandhom jimtlew u jinħarġu f'format ittajpjat f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, kif speċifikat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru emittenti.

4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu, fejn meħtieġ, jitolbu li t-testi mhux armonizzati fl-applikazzjonijiet għal-liċenzji u d-dokumenti li jakkumpanjawhom jiġu tradotti bi spejjeż għall-applikant fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

5.   L-applikazzjoni għal-liċenzja għandha timtela b'mod konformi mal-għan tal-liċenzja u kif stabbilit fl-avviż dwar il-liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni għall-prodotti agrikoli (17).

6.   L-awtortità li toħroġ il-liċenzja m'għandhiex taċċetta applikazzjonijiet li mhumiex konformi mar-regoli tal-Unjoni rilevanti. Hi għandha toħroġ il-liċenzja mingħajr dewmien, bl-użu tal-informazzjoni aċċettata kif tkun imtliet mill-applikant, u timla l-informazzjoni kif inhu stabbilit fl-avviż dwar il-liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni għall-prodotti agrikoli. Fuq il-kopji stampati l-awtoritajiet li joħorġu l-liċenzja għandhom jivvalidaw il-ħruġ tagħhom b'firma u permezz ta' timbru, jew bi stampar b'tipi mqabbża. Il-kopji elettroniċi għandhom jiġu vvalidati skont l-istandards li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1.

Artikolu 3

Skadenzi

1.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 (18) il-jum li fih tintbagħat applikazzjoni għal-liċenzja għandu jitqies li huwa l-jum ta' xogħol li fih l-awtorità li toħroġ il-liċenzji tirċeviha, bil-kondizzjoni li din tkun waslet mhux iktar tard mis-13.00 ħin ta' Brussell.

Applikazzjoni li tasal wara s-13.00 ħin ta' Brussell f'jum ta' xogħol għandha titqies li tkun intbagħtet fl-ewwel jum ta' ħidma ta' wara l-jum li fih tkun attwalment waslet.

2.   Talba għall-kanċellazzjoni ta' applikazzjoni għal-liċenzja tista' ssir biss f'forma elettronika jew bil-miktub, li għandha tasal għand l-awtorità li toħorġ il-liċenzja sas- 13.00 ħin ta' Brussell fil-jum li fih tasal l-applikazzjoni.

3.   Fejn jiġi stabbilit f'dan ir-Regolament perjodu għall-proċeduri, u d-data tal-ftuħ u tal-għeluq tkun is-Sibt, il-Ħadd, jew festa pubblika kif definit fir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71:

(a)

id-data tal-ftuħ applikabbli għandha tkun il-jum ta' xogħol ta' wara u għandha tibda f'00.00, filwaqt li jitqiesu l-ħinijiet tal-ftuħ tal-uffiċċju uffiċjali;

(b)

permezz ta' deroga mill-Artikolu 3(2)(b) u 4 ta' dak ir-Regolament, id-data tal-għeluq applikabbli għandha tkun il-jum ta' xogħol ta' wara u għandha tintemm fis-13.00 ħin ta' Brussell.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika għall-festi nazzjonali u reġjonali ppubblikati kif xieraq mill-Istat Membru, skont il-każ

Artikolu 4

In-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi

1.   In-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (“numru EORI”) assenjat lill-applikant, lid-detentur titulari jew liċ-ċessjonarju skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għandu jiġi inserit fit-taqsima 4 jew, fejn applikabbli, fit-taqsima 6 tal-applikazzjoni u tal-liċenzja.

L-applikanti jew l-awtoritajiet li joħorġu l-liċenzja jistgħu, fuq il-bażi tal-istruzzjonijiet nazzjonali, jindikaw in-numru EORI tal-applikant, tad-detentur titulari jew taċ-ċessjonarju fit-taqsima 20, sakemm l-isem jew in-numru ta' identità fit-taqsima 4 jew 6 jkunu relatati man-numru EORI fit-taqsima 20.

2.   Fejn il-prodotti huma ddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għal esportazzjoni minn rappreżentant doganali kif imsemmi fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, in-numru EORI tad-detentur titulari jew taċ-ċessjonarji għandu jiġi indikat fl-element tad-data xieraq tad-dikjarazzjonai doganali elettronika.

Artikolu 5

L-ammont tal-garanzija

1.   Fejn hija meħtieġa garanzija skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237, l-ammont tal-garanzija għandu jkun kif stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

2.   Fejn l-ammonti li jirriżultaw mill-konverżjoni tal-ewro f'somom fil-munita nazzjonali li għandhom jinkitbu fil-liċenzji jkun fihom pożizzjonijiet deċimali, l-ammont ta' garanzija għandu jiġi aġġustat għall-ewwel ammont iktar baxx fil-munita nazzjonali kollha.

Artikolu 6

Estratti

1.   Fejn il-kwantità indikata fuq liċenzja għandha tiġi suddiviża minħabba raġunijiet proċedurali jew loġistiċi, jew jekk id-detentur titulari jew iċ-ċessjonarju jeħtieġu li jużaw liċenzja maħruġa f'format elettroniku fi Stat Membru wieħed, fi Stat Membru ieħor mhux relatat mal-applikazzjonijiet tal-IT tal-Istat Membru li joħroġhom, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji tista', fuq talba tad-detentur titulari jew taċ-ċessjonarju, toħroġ estratti mil-liċenzji (“estratti”).

2.   L-estratti għandu jkollhom l-istess effetti legali bħal-liċenzji li minnhom huma estratti, fi ħdan il-limiti tal-kwantità li għalihom ikunu nħarġu dawn l-estratti.

3.   Il-proċeduri għall-applikazzjoni għal-liċenzji u l-ħruġ u r-ritorn tagħhom għandhom ukoll japplikaw għall-estratti. L-awtorità li toħroġ il-liċenzji tista' tipprovdi għal proċeduri ta' applikazzjoni ssimplifikati.

4.   L-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tnaqqas il-kwantità indikata fl-estratt mill-kwantità tal-liċenzja oriġinali, fejn applikabbli miżjuda bit-tolleranza, u l-kelma “estratt” għandha titniżżel fuq il-liċenzja oriġinali ħdejn dik il-kwantità mnaqqsa.

5.   L-estratti għandhom jinħarġu mingħajr dewmien u mingħajr l-ebda spiża addizzjonali, jew f'format elettroniku, jew f'format stampat bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness I.

6.   Ma jistax isir estratt ieħor minn estratt.

7.   Id-detentur titulari għandu jirritorna l-kopja tal-estratt tad-detentur li tkun intużat jew li tkun skadiet lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji, flimkien mal-kopja tal-liċenzja oriġinali tad-detentur titulari.

Artikolu 7

Il-perjodu ta' validità

1.   Għall-prodotti elenkati fl-Anness II, il-perjodu ta' validità tal-liċenzji għandu jkun kif stabbilit f'dan l-Anness.

2.   Liċenzja għandha tkun valida mill-jum tal-ħruġ attwali tagħha kif indikat fit-taqsima 25 tal-liċenzja ta' importazzjoni jew fit-taqsima 23 tal-liċenzja ta' esportazzjoni kif ivvalidat mill-kodiċi jew mit-timbru tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji. Dak il-jum għandu jiġi inkluż fil-kalkolu tal-perjodu ta' validità tal-liċenzja.

Jekk skont leġiżlazzjoni speċifika tapplika data oħra ta' bidu tal-perjodu ta' validità, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tindika b'mod addizzjonali dik id-data preċeduta bil-kliem “valida minn” fil-kaxxi tal-liċenzji msemmijin fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 8

Tolleranza u arrotondament

1.   It-tolleranza pożittiva jew negattiva msemmija fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 m'għandhiex tkun iżjed minn 5 %.

2.   Meta jiġu kkalkolati l-kwantitajiet, għandhom japplikaw ir-regoli ta' arrotondament li ġejjin:

(a)

fejn l-ewwel deċimal huwa ħamsa jew iżjed, il-kwantità għandha tkun arrotondata għall-ewwel unità ogħla tal-kejl imsemmija fit-taqsima 17 tal-liċenzja. Fejn l-ewwel deċimal huwa inqas minn ħamsa, il-kwantità deċimali għandha titħassar;

(b)

għall-kwantitajiet ibbażati għal kull ras, il-kwantitajiet għandhom ikunu arrotondati lejn in-numru sħiħ akbar li jmiss tar-ras.

Artikolu 9

Dikjarazzjoni doganali

1.   Id-dikjarazzjoni doganali għandha tirreferi għal-liċenzja jew għall-estratt bl-użu ta' kodiċi speċifiku jew tan-numru tal-ħruġ tal-liċenzja indikat fit-taqsima 25 tal-liċenzja ta' importazzjoni jew fit-taqsima 23 tal-liċenzja ta' esportazzjoni, kif stabbilit fit-Titolu II tal-Anness B għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (19), jew, fejn huwa applikabbli, skont l-Anness I, punt 4, fit-taqsima 2.

2.   L-applikazzjonijiet tal-IT tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji jistgħu jipprovdu aċċess dirett għall-uffiċċju doganali għal-liċenzja elettronika jew għall-estratt elettroniku. Jekk l-aċċess dirett ma jkunx disponibbli, id-dikjarant jew l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandhom jibagħtu l-liċenzja jew l-estratt lill-uffiċċju dognali f'format elettroniku.

Jekk l-applikazzjonijiet tal-IT tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji jew tal-uffiċċju doganali mhumiex adatti għall-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu, il-liċenzji jew l-estratti jistgħu jintbagħtu f'format stampat.

3.   Id-dikjarant għandu jissottometti l-kopja tal-liċenzja stampata jew tal-estratt tad-detentur titulari lill-uffiċċju doganali, jew għandu jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 163 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

Artikolu 10

Attribuzzjoni u approvazzjonijiet

1.   Ir-regoli dwar il-proċedura għall-ħruġ tal-liċenzji elettroniċi għandhom jinnominaw lill-awtorità li għandha tindika l-kwantità maħruġa għaċ-ċirkolazzjoni libera jew esportata fuq il-liċenzja, u għandhom jispeċifikaw kif id-dikjarant u l-awtorità li toħroġ il-liċenzji jiksbu aċċess għal dik l-informazzjoni.

2.   Fuq il-liċenzja stampata, l-uffiċċju doganali għandu jindika u jivvalida l-kwantità maħruġa għaċ-ċirkolazzjonli libera jew esportata, jew jekk ipprovduta mir-regoli amministrattivi nazzjonali, jivvalida l-kwantità indikata mid-dikjarant, fit-taqsimiet 29 u 30 tal-kopja tad-detentur titulari, japprovaha, u jirritorna dik il-kopja lid-dikjarant, jew, jekk leġiżlazzjoni speċifika titlob dan, jirritorna dik il-kopja lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji.

3.   Fejn il-kwantità maħruġa għaċ-ċirkolazzjoni libera jew esportata ma tikkorrispondix għall-kwantità indikata fuq il-liċenzja, id-dwana għandha tikkoreġi l-entrata fuq il-liċenzja billi tindika l-kwantità attwali fi ħdan il-limiti tal-kwantità disponibbli fuq il-liċenzja.

4.   Jekk l-ispazju biex isiru l-attribuzzjonijiet fuq il-liċenzji stampati jew fuq l-estratti mhuwiex biżżejjed, l-awtoritajiet jistgħu jehmżu l-paġni ta' estensjoni, ivvalidati permezz tat-timbru tal-estensjoni.

5.   Id-data ta' attribuzzjoni għandha tkun id-data ta' aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni.

6.   L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu fuq liema awtorità twettaq il-funzjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu għal-liċenzji elettroniċi, u għandhom jippubblikaw dik l-informazzjoni fuq is-sit web pubbliku tagħhom.

Artikolu 11

Trasferiment

Fil-każ ta' talba għal trasferiment minn detentur titulari, id-data taċ-ċessjonarju u d-data tal-entrata rilevanti għandhom jiddaħħlu fil-liċenzja skont l-avviż għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli. It-trasferiment għandu jiġi vvalidat mill-awtorità li toħroġ il-liċenzji.

Fil-każ ta' trasferiment lura għad-detentur titulari, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tivvalida t-trasferiment lura u d-data tiegħu fuq il-liċenzja skont l-avviż dwar il-liċenzji tal-importazzjoni u ta' esportazzjoni għall-prodotti agrikoli.

It-trasferiment jew it-trasferiment lura għandhom jidħlu fis-seħħ mid-data tal-validazzjoni mill-awtorità li toħroġ il-liċenzji.

Artikolu 12

Depożitu

1.   L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li l-liċenzja tinżamm f'depożitu għand l-awtorità li toħroġ il-liċenzji, għand l-aġenzija tal-pagamenti jew għand id-dwana, jew li tibqa' dipsonibbli fl-applikazzjonijiet tal-IT.

2.   L-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tiddetermina l-każijiet li fihom id-depożitar ta' liċenzja għand l-awtoritajiet involuti fil-proċedura għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni għandu japplika, u l-kondizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati mid-detentur titulari jew miċ-ċessjonarju.

3.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtorità involuta fis-sistema ta' depożitu li għandha twettaq il-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10, u għandhom jippubblikaw dik l-informazzjoni fuq is-sit web pubblika tagħhom.

4.   F'kaxxa 44 tad-dikjarazzjoni doganali stampata jew fl-element tad-data xieraq tad-dikjarazzjoni dogonali elettronika, id-dikjarant għandu jżid il-kliem “f'depożitu” man-numru ta' ħruġ tal-liċenzja. Għal-liċenzji elettroniċi, l-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw għal dan l-obbligu jew japplikaw kodiċi speċjali għal dan l-iskop.

Artikolu 13

Integrità u kontroll tal-liċenzja, assistenza reċiproka

1.   L-entrati magħmula fuq il-liċenzji jew fuq l-estratti ma jistgħux jinbidlu wara l-ħruġ tagħhom.

2.   Fejn awtorità doganali kompetenti jkollha dubju dwar il-preċiżjoni tal-entrati fuq il-liċenzji jew fuq l-estratt, din għandha tirritorna l-liċenzja jew l-estratt lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji. Fejn awtorità li toħroġ il-liċenzji jkollha dubju dwar il-preċiżjoni tal-entrati fuq il-liċenzji jew fuq l-estratt, din għandha tirritorna l-liċenzja jew l-estratt lill-awtorità doganali kompetenti.

L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika fejn ikunu kkonċernati żbalji minuri jew evidenti li l-awtorità li toħroġ il-liċenzji jew l-awtorità doganali kompetenti tkun tista' tirrimedja billi tapplika l-leġiżlazzjoni b'mod korrett.

3.   Jekk l-awtorità li toħroġ il-liċenzji tqis li hija meħtieġa korrezzjoni, din għandha tirtira l-liċenzja jew l-estratt u għandha toħroġ liċenzja jew estratt ikkoreġuti kif suppost bla telf ta' żmien.

4.   Għal-liċenzji jew għall-estratti elettronċi, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tivvalida l-verżjoni korretta, li għandha tieħu post il-verżjoni oriġinali. Fuq il-liċenzji jew fuq l-estratti, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tinkludi l-entrata “liċenzja kkoreġuta nhar…” jew “estratt ikkoreġut nhar…” L-entrati kollha preċedenti għandhom jiġu riprodotti fuq kull kopja.

5.   Fejn l-awtorità li toħroġ il-liċenzji ma tikkunsidrax li korrezzjoni hija meħtieġa, din għandha tikkonferma dan fl-applikazzjonijiet tal-IT. Għal-liċenzji jew għall-estratti stampati, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha timmarka l-konferma tal-korrettezza tagħha fuq il-liċenzja jew fuq l-estratt bl-approvazzjoni tagħha “verifikata fid-data ….” u tpoġġi t-timbru tagħha, l-inizjali u d-data jew tapplika metodu simili.

6.   Fuq it-talba tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji, id-detentur titulari jew iċ-ċessjonarju għandhom jirritornaw il-liċenzja jew l-astratt.

Fejn fuq il-bażi ta' ġestjoni ta' riskju jkun hemm bżonn ta' verifika, jew dubju dwar l-awtentiċità tal-liċenzja jew tal-estratt stampati, jew dwar l-entrati jew l-approvazzjonijiet, l-awtorità kkonċernata għandha tirritorna l-liċenzja jew l-estratt, jew fotokopja tagħhom, lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-verifika.

It-talba għall-verifika u t-tweġiba tar-riżultat għandhom jiġu kkomunikati b'mezz elettroniku skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 (20) bl-użu ta' formola standard kif stabbilit fl-avviż dwar il-liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni għall-prodotti agrikoli. L-Awtoritajiet jistgħu jaqblu dwar aktar simplifikazzjoni inklużi konsultazzjonijiet diretti bl-użu tal-lista tal-uffiċċju doganali (customs office list) (COL) ippublikata fuq is-sit web uffiċjali tal-Kummissjoni (21).

L-awtorità li ssirilha talba għandha tiżgura li tintbagħat tweġiba lill-awtorità rikjedenti fi żmien 20 jum kalendarju meta l-awtoritajiet huma stabbiliti fl-istess Stat Membru. Fejn huma involuti Stati Membri differenti, it-tweġiba għandha tintbagħat fi żmien 60 jum kalendarju.

7.   Fejn liċenzja jew estratt jiġu rritornati, l-awtorità kompetenti għandha, meta mitluba, tagħti riċevuta lill-parti kkonċernata, jew nota u tittimbra data tal-wasla fuq fotokopja magħmula mill-parti kkonċernata.

Artikolu 14

L-issodisfar tal-obbligu u l-prova

1.   Il-garanzija għal liċenzja għandha tinħareġ jekk l-obbligi msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 907/2014 u ta' dan l-Artikolu jkunu ġew issodisfati.

2.   Id-dritt li wieħed jinħarġulu l-prodotti għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni għandu jitqies li jkun ġie eżerċitat, u l-obbligu korrispondenti għandu jitqies li jkun ġie ssodisfat, fil-jum li d-dikjarazzjoni doganali rilevanti tiġi aċċettata fil-perjodu ta' validità tal-liċenzja u sakemm:

(a)

fil-każ tal-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni libera, il-prodotti huma attwalment maħruġin għaċ-ċirkolazzjoni libera;

(b)

fil-każ ta' esportazzjoni, il-prodotti jkunu ħallew it-territorju tal-Unjoni fi żmien 150 jum kalendarju mill-jum ta' aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali.

3.   Il-prova tal-issodisfar tal-obbligu li wieħed ikollu l-prodotti maħruġin għaċ-ċirkolazzjoni libera għandha tkun il-kopja tal-liċenzja jew tal-estratt tad-detentur titulari jew taċ-ċessjonarju, debitament approvata mid-dwana, jew l-ekwivalenti elettroniku tagħha.

4.   Il-prova tat-twettiq tal-obbligu ta' esportazzjoni għandha tkun:

(a)

il-kopja tal-liċenzja jew tal-estratt tad-detentur titulari jew taċ-ċessjonarju, debitament approvata mid-dwana, jew l-ekwivalenti elettroniku tagħha, u

(b)

ċ-ċertifikazzjoni tal-ħruġ mill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni lill-esportatur jew lid-dikjarant imsemmi fl-Artikolu 334 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

5.   Il-prova msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 4 għandha tiġi pprovduta u vvalutata kif ġej:

(a)

l-esportatur jew id-dikjarant imsemmi f'punt (b) tal-paragrafu 4 għandu jittrasferixxi ċ-ċertifikazzjoni tal-ħruġ lid-detentur titulari, u d-detentur titulari għandu jissottometti l-prova f'format elettroniku lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji. Jekk iċ-ċertifikazzjoni tal-ħruġ tiġi annullata minħabba korrezzjonijiet mill-uffiċċju doganali tal-ħruġ, l-uffiċċju dognali tal-esportazzjoni għandu jinforma lill-esportatur jew lir-rappreżentant doganali tiegħu, u l-esportatur jew ir-rappreżentant dognali tiegħu għandu jinforma lid-detentur titulari, li għandu jinforma lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji kif meħtieġ.;

(b)

il-proċedura stabbilita f'punt (a) għandha tinkludi s-sottomissjoni tan-Numru ta' Referenza Ewlieni (Master Reference Number) (MRN) kif definit fl-Artikolu 1(22) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji

jekk ikun hemm iktar minn Stat Membru wieħed involut fil-proċedura ta' esportazzjoni, jew

jekk l-uffiċċju doganali ta' esportazzjoni jinsab fi Stat Membru ieħor minn dak tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji, jew

jekk l-MRN jintuża fil-proċedura ta' esportazzjoni kompletata fi ħdan l-Istat Membru fejn id-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni tkun ġiet ippreżentata;

(c)

l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tivverifika l-informazzjoni rċevuta, inkluża l-korrettezza tad-data tal-ħruġ tat-territorju doganali tal-Unjoni, fuq il-bażi tal-ġestjoni tar-riskju. Jekk l-MRN u l-bank tad-data tal-MRN (22) ma jippermettux verifiki xierqa, id-dwana għandha, fuq talba tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji u fuq il-bażi tal-MRN ikkonċernat, jew tikkonferma jew tikkoreġi d-data tal-ħruġ.

Jekk l-uffiċċju doganali ta' esportazzjoni jkun stabbilit fi Stat Membru ieħor minn dak tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji, il-proċeduri stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(6) għandhom japplikaw mutatis mutandis.

L-awtoritajiet jistgħu jaqblu li l-proċeduri stabbiliti fl-ewwel subparagrafu huma mwettqa b'mod dirett bejn l-awtoritajiet konċernati. L-awtoritajiet li joħorġu l-liċenzja jistgħu jorganizzaw proċeduri ssimplifikati għall-finijiet ta' punt (a).

6.   Il-prova li wieħed ikollu l-prodotti maħruġin għaċ-ċirkolazzjoni libera għandha tasal għand l-awtorità li toħroġ il-liċenzji fi żmien 60 jum kalendarju minn meta jiskadi l-perjodu ta' validità tal-liċenzja.

Il-prova ta' esportazzjoni u tal-ħruġ tat-territorju doganali tal-Unjoni għandha tasal għand l-awtorità li toħroġ il-liċenzji fi żmien 180 jum kalendarju wara l-iskadenza tal-liċenzja.

Jekk il-perjodi previsti fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi ma jkunux jistgħu jiġu rispettati minħabba problemi tekniċi, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji tista', fuq talba u fuq prova tad-detentur titulari, testendi dawk il-perjodi, jekk meħtieġ ex post, sal-massimu ta' 730 jum kalendarju, filwaqt li jitqies l-Artikolu 23(4) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 907/2014.

7.   L-awtoritajiet li joħorġu l-liċenzji jistgħu jirrinunzjaw l-obbligu li jipprovdu l-prova msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 jekk diġà jkunu fil-pussess tal-informazzjoni meħtieġa.

Artikolu 15

Liċenzji jew estratti ta' sostituzzjoni jew duplikati

1.   Fejn liċenzja stampata jew estratt stampat maħruġin għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) jew (2)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 ikunu parzjalment jew totalment meqrudin, jew jintilfu, id-detentur titulari jew iċ-ċessjonarju jista' jitlob lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji biex toħroġ liċenzja jew estratt ta' sostituzzjoni. Il-liċenzja jew l-estratt ta' sostituzzjoni jissostitwixxu l-liċenzja jew l-estratt oriġinali, inklużi d-drittijiet u l-obbligi kollha kkonċernati.

Għal-liċenzji ta' sostituzzjoni taħt dan il-paragarfu għandha tiġi ppreżentata garanzija kif stabbilit fl-Artikolu 5.

Jekk tinstab il-liċenzja oriġinali mitlufa jew dik li hija parzjalment meqruda, id-detentur titulari għandu jirritorna l-liċenzja oriġinali lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji, li għandha toħroġ il-bqija tal-garanzija għal-liċenzja oriġinali minnufih.

2.   Il-liċenzja jew l-estratt ta' sostituzzjoni jistgħu jinħarġu darba biss u għall-perjodu ta' validità u għall-bilanċ tal-kwantità li jibqa' disponibbli għal-liċenzja jew għall-estratt oriġinali.

Il-liċenzja jew l-estratt ta' sostituzzjoni ma jistgħux jinħarġu meta l-ħruġ tal-liċenzji jew tal-estratti għall-prodott inkwistjoni jiġi sospiż jew meta jkollu x'jaqsam ma' kwota tar-rata tariffarja ta' importazzjoni jew ta' esportazzjoni.

3.   Il-garanzija għal-liċenzja ta' sostituzzjoni, flimkien mal-garanzija għal-liċenzja oriġinali jekk ma tkunx instabet, għandha toħroġ skont l-Artikolu 14.

4.   Fejn it-talba tikkonċerna liċenzja jew estratt meqrudin parzjalment jew totalment, maħruġin għall-prodotti ħlief dawk msemmijin fl-Artikolu 2(1)(a) jew (2)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-detentur titulari jew iċ-ċessjonarju għandhom jagħtu prova tal-qerda totali jew parzjali għas-sodisfazzjon tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji;

(b)

il-liċenzja jew l-estratt ta' sostituzzjoni m'għandhomx jinħarġu jekk id-detentur titulari jew iċ-ċessjonarju jkunu naqsu milli juru li huma jkunu ħadu prekawzjonijiet raġonevoli sabiex jipprevjenu l-qerda tal-liċenzja jew tal-estratt, jew fejn l-evidenza pprovduta mid-detentur titulari mhijiex sodisfaċenti;

(c)

il-garanzija li għandha tiġi ppreżentata għal-liċenzja jew għall-estratt ta' sostituzzjoni għandha tkun 150 % tal-garanzija għal-liċenzja oriġinali, b'minimu ta' EUR 3 għal kull 100 kilogramm jew għal kull ettolitru jew ras, filwaqt li jitqies il-bilanċ tal-kwantità li tibqa' disponibbli fil-mument tal-qerda, u tat-tolleranza pożittiva, jekk applikabbli. Il-bilanċ tal-garanzija disponibbli għal-liċenzja oriġinali jista' jintuża meta tiġi ppreżentata l-garanzija għal-liċenzja ta' sostituzzjoni. Kwalunkwe eċċess tal-garanzija għal-liċenzja oriġinali mqabbel mal-garanzija għal-liċenzja ta' sostituzzjoni, filwaqt li titqies il-kwantità disponibbli li fadal, għandu jiġi rilaxxat minnufih.

5.   Meta jinħarġu l-liċenzji jew l-estratti ta' sostituzzjoni, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tinnotifika minnufih lill-Kummissjoni:

(a)

bin-numru ta' ħruġ tal-liċenzja tal-liċenzji jew tal-estratti ta' sostituzzjoni maħruġin u n-numru tal-ħruġ tal-liċenzji jew tal-estratti ssostitwiti;

(b)

bil-prodotti kkonċernati bil-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (“Kodiċi NM”) tagħhom u bil-kwantità tagħhom.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri b'dan.

6.   Fejn il-liċenzji jew l-estratti stampati huma mitlufin jew meqrudin, u d-dokument mitluf jew meqrud ikun intuża kollu kemm hu jew b'mod parzjali, għall-iskop uniku tal-ħruġ tal-garanzija li tkun għadha pendenti, li tikkonċerna l-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni li kienet diġà rreġistrata fuq il-liċenzja oriġinali, għandu japplika dan li ġej:

(a)

id-detentur titulari jew iċ-ċessjonarju jistgħu jitolbu lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji biex toħroġ liċenzja jew estratt duplikat li għandu jitfassal u jkun approvat bl-istess mod bħad-dokument oriġinali. Il-liċenzja jew l-estratt duplikati jistgħu jinħarġu darba biss;

(b)

l-awtorità li toħroġ il-liċenzji tista' tipprovdi lid-detentur titulari jew liċ-ċessjonarji b'liċenzja jew b'estratt duplikati, mmarkati b'mod ċar “duplikat” fuq kull kopja;

(c)

il-liċenzja jew l-estratt duplikati għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità doganali kompetenti għad-dikjarazzjoni għall-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni libera, jew għall-esportazzjoni, fejn dik id-dikjarazzjoni tkun ġiet aċċettata taħt il-liċenzja jew l-estratt mitlufin. Dik l-awtorità doganali għandha tagħmel entrati fuq u tapprova d-duplikat dwar il-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni mwettqa taħt il-liċenzja jew l-estratt oriġinali.

Artikolu 16

Force majeure

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li tkun ħarġet il-liċenzja jew l-estratt tista' tirrikonoxxi każ ta' force majeure filwaqt li tqis l-Artikolu 50 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (23) u tiddeċiedi li:

(a)

jew tikkanċella l-obbligu li l-prodotti u l-kwantità indikati fuq il-liċenzja jinħarġu għaċ-ċirkolazzjoni libera jew jiġu esportati matul il-perjodu ta' validità tal-liċenzja, kif imsemmi fl-Artikolu 14(1) ta' dan ir-Regolament, u toħroġ il-garanzija, jew testendi l-perjodu ta' validità tal-liċenzja b'perjodu massimu ta' 180 jum wara l-iskadenza tal-perjodu oriġinali tal-validità tal-liċenzja, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi tal-każ; jew

(b)

li testendi l-perjodu għas-sottomissjoni tal-prova tal-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 14(6) ta' dan ir-Regolament, fi ħdan il-limiti stabbiliti minn dik id-dispożizzjoni, mingħajr konfiska parzjali tal-garanzija.

Deċiżjoni meħuda skont il-punt (a) għandha tirrelata biss mal-kwantità tal-prodotti li ma jistgħux jinħarġu għaċ-ċirkolazzjoni libera jew ma jistgħux jiġu esportati minħabba force majeure.

2.   Fin-notifika tagħhom skont l-Artikolu 50(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-prodotti kkonċernati bil-kodiċi NM tagħhom u bil-kwantitajiet involuti u għandhom jindikaw jekk dan jikkonċernax il-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni libera u għall-esportazzjoni u jekk dan jikkonċernax il-kanċellazzjoni tal-liċenzja jew ta' estensjoni jew tal-perjodu tal-validità jew tal-perjodu għas-sottomissjoni tal-prova tal-ħruġ taċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni, u għandhom jispeċifikaw il-perjodu l-ġdid. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn b'dan permezz tas-sit web iddedikat tagħha aċċessibbli għall-awtoritajiet li joħorġu l-liċenzja u għal dawk doganali.

3.   Jekk sakemm tittieħed deċiżjoni dwar force majeure d-detentur titulari jew iċ-ċessjonarju jesprimu l-bżonn li jkomplu jużaw il-liċenzja fir-rigward tal-kwantità li għaliha l-force majeure mhijiex mitluba, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha toħroġ estratt għal dak il-bilanċ, immarkat bl-informazzjoni kif stabbilit fl-avviż dwar il-liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni għall-prodotti agrikoli.

Dan l-estratt m'għandux ikun trasferibbli

Artikolu 17

Informazzjoni u notifiki relatati mal-qanneb.

1.   Għall-finijiet ta' kontroll rigward l-operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237, fejn l-operazzjonijiet jitwettqu fi Stat Membru differenti minn dak fejn l-importatur ikun awtorizzat biex jimporta żrieragħ tal-qanneb minbarra dawk għaż-żriegħ, l-awtorità li tkun tat l-awtorizzazzjoni għandha tibgħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ieħor kopji tad-dokumenti dwar l-operazzjonijiet imwettqin fit-territorju ta' dan tal-aħħar u sottomessi minn importaturi awtorizzati.

Fejn jiġu skoperti irregolaritajiet matul il-kontrolli msemmijin fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjoni fl-Istat Membru fejn l-importatur konċernat huwa awtorizzat.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummisssjoni bid-dispożizzjonijiet adottati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 9(1), (2), u (3), tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 u bl-ewwel, bit-tieni, u bit-tielet subparagrafi ta' paragrafu 4 ta' dak l-Artikolu.

Mhux iktar tard mill-31 ta' Jannar ta' kull sena l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjonijiet bil-penali imposti jew bil-passi meħudin bħala riżultat ta' irregolaritajiet skoperti matul il-kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni preċedenti.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet responsabbli għall-kontrolli msemmijin fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawk l-ismijiet u l-indirizzi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn.

Artikolu 18

Notifiki relatati mat-tewm

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet totali koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji “B” sal-Erbgħa ta' kull ġimgħa fir-rigward tal-applikazzjonijiet riċevuti l-ġimgħa ta' qabel.

Il-kwantitajiet ikkonċernati għandhom jinqasmu skont il-jum tal-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni, l-oriġini u l-kodiċi NM. Għall-prodotti għajr it-tewm kif stabbilit fit-Taqsimiet E u F tal-Anness II, l-isem tal-prodott, kif muri fit-taqsima 14 tal-applikazzjoni għal-liċenzja ta' importazzjoni, għandu jiġi kkomunikat ukoll.

Artikolu 19

Notifiki relatati mal-liċenzji ta' importazzjoni għall-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull nhar ta' Ħamis, jew fl-ewwel jum ta' xogħol ta' wara jekk il-Ħamis tkun festa pubblika, bil-kwantitajiet tal-prodotti li hemm referenza għalihom fit-Taqsima H ta' Parti I tal-Anness II, li għalihom, il-liċenzji ta' importazzjoni jkunu nħarġu matul il-ġimgħa ta' qabel, imqassma skont il-kodiċi NM u skont il-pajjiż ta' oriġini.

2.   Jekk Stat Membru jqis li l-kwantitajiet li għalihom ikunu ntalbu il-liċenzji ta' importazzjoni f'dak l-Istat Membru jirriskjaw li jfixklu s-suq, dak l-Istat Membru għandu jinforma immedjatament lill-Kummissjjoni filwaqt li għandu jispeċifika l-kwantitajiet skont it-tipi tal-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni għandha teżamina s-sitwazzjoni u għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra biha.

Artikolu 20

Skambju ta' informazzjoni u notifiki lill-Kummissjoni

1.   Fejn meħtieġ għall-applikazzjoni xierqa ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar il-liċenzji u l-estratti u dwar l-irregolaritajiet u l-ksur relatati magħhom.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-Kummissjoni malli jkunu jafu bl-irregolaritajiet u bil-ksur fir-rigward ta' dan ir-Regolament.

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-informazzjoni fuq il-Lokalizattur tar-Riżorsi Uniformi (Uniform Resource Locator) (URL) tal-indirizz tal-web tal-awtoritajiet kompetenti għar-riċeviment tal-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzji u l-estratti kif hemm referenza għal dan fl-Artikolu 2(2) lill-Kummissjoni, u għandhom iżommu dik l-informazzjoni aġġornata u jerġgħu jibagħtuha meta jkun meħtieġ. Il-Kummissjoni għandha tippublika l-URLs ikkonċernati fuq is-sit web pubbliku tagħha.

4.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-istampar tat-timbri uffiċjali u, fejn hu xieraq, bl-istampi b'tipa mqabbża użati mill-awtoritajiet. Il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-Istati Membri l-oħrajn b'dan fuq sit web sigur aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tal-Istati Membri.

5.   In-notifiki lill-Kummissjoni msemmija f'dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (24).

Artikolu 21

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jkomplu jużaw verżjonijiet stampati tal-mudelli previsti fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 kif stabbilit fl-Anness I għal dak ir-Regolament għall-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzji sakemm l-istokks eżistenti jkunu ġew eżawriti. Fi kwalunkwe każ, l-applikazzjonijiet u l-liċenzji ġġenerati skont l-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament fi Stat Membru ieħor skont il-mudell stabbilit f'Anness I għal dan ir-Regolament għandhom ikunu aċċettabbli fi kwalunkwe fażi tal-proċedura.

2.   Il-prova tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni prevista fl-Artikolu 14(4)(b) u (5) għandha tiġi aċċettata fil-każijiet kollha fejn it-tali prova kellha tingħata bl-użu tal-kopja ta' kontroll T5 kif imsemmi fl-Artikolu 912a-912 g tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (25).

Artikolu 22

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jibda japplika mis-6 ta' Novembru 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 tat-18 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta' importazzjoni u esportazzjoni u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar ir-rilaxx u s-sekwestru tal-garanziji ppreżentati għal liċenzji bħal dawn li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 2336/2003, (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 341/2007 u (KE) Nru 382/2008 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/98, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 507/2008 (Ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta' Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu l-kwoti tariffarji (ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta' Lulju 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' ċereali u ross (ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12.).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2336/2003 tat-30 ta' Diċembru 2003 li jintroduċi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 670/2003 li jippreskrivi miżuri speċifiċi rigward is-suq fl-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola (ĠU L 346, 31.12.2003, p. 19).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 tad-29 ta' Marzu 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema għal liċenzji tal-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12).

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 tal-21 ta' April 2008 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/98 tal-5 ta' Novembru 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1706/98 dwar l-arranġamenti biex jiġu importati ċerti prodotti ċereali sostituti u ċereali proċessati u prodotti tar-ross ġejjin mill-Afrika, il-Karibew u Stati tal-Paċifiku jew mill-pajjiżi u territorji tagħhom u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2245/90 (ĠU L 297, 6.11.1998, p. 7).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1345/2005 tas-16 ta' Awwissu 2005 li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar is-sistema tal-liċenzji ta' importazzjoni fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa (ĠU L 212, 17.8.2005, p. 13).

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3).

(13)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 507/2008 tas-6 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u l-qanneb ikkoltivati għall-fibra (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 38).

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(15)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).

(16)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).

(17)  Avviż dwar il-liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni (ĠU C 278, 30.7.2016).

(18)  Ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta' żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).

(19)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

(20)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1).

(21)  http://ec.europa.eu/taxation_customs/dds2/col/col_home.jsp?Lang=en&Screen=0

(22)  http://ec.europa.eu/taxation_customs/dds2/ecs/ecs_home.jsp?Lang=en

(23)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta' kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59).

(24)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).

(25)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).


ANNESS I

MUDELL IMSEMMI FL-ARTIKOLU 2(1)

STRUZZJONIJIET GĦALL-UŻU

1.

Il-formoli tal-liċenzji għandhom ikunu magħmulin minn settijiet li jkun fihom il-kopja Nru 1, il-kopja Nru 2 u l-applikazzjoni, flimkien ma' kopji addizzjonali tal-liċenzja, f'dik l-ordni.

Madankollu, l-awtorità li toħroġ il-liċenzja tista' titlob lill-applikanti jimlew formola ta' applikazzjoni biss, minflok is-settijiet ipprovduti fl-ewwel sottoparagrafu.

2.

Meta, bħala riżultat ta' miżura tal-Unjoni, il-kwantità li għaliha tkun inħarġet liċenzja jista' jkun li tkun anqas mill-kwantità li għaliha inizjalment kienet saret l-applikazzjoni għal-liċenzja, il-kwantità li għaliha tkun saret l-applikazzjoni u l-ammont ta' garanzija li għandu x'jaqsam magħha għandhom jinkitbu biss fuq il-formola tal-applikazzjoni.

3.

Il-formoli għall-estratti tal-liċenzji għandhom ikunu magħmulin f'settijiet li jkun fihom il-kopja Nru 1 u l-kopja Nru 2, f'dik l-ordni.

4.

Fit-taqsima 2, l-Istat Membru li joħroġ id-dokument għandu jiġi indikat permezz tal-kodiċi tal-pajjiż korrispondenti. L-awtorità li toħroġ il-liċenzja tista' żżid numri li jidentifikaw id-dokument.

Stat Membru

Kodiċi tal-pajjiż

Il-Belġju

BE

Il-Bulgarija

BG

Ir-Repubblika Ċeka

CZ

Id-Danimarka

DK

Il-Ġermanja

DE

L-Estonja

EE

L-Irlanda

IE

Il-Greċja

EL

Spanja

ES

Franza

FR

Il-Kroazja

HR

L-Italja

IT

Ċipru

CY

Il-Latvja

LV

Il-Litwanja

LT

Il-Lussemburgu

LU

L-Ungerija

HU

Malta

MT

In-Netherlands

NL

L-Awstrija

AT

Il-Polonja

PL

Il-Portugall

PT

Ir-Rumanija

RO

Is-Slovenja

SI

Is-Slovakkja

SK

Il-Finlandja

FI

L-Iżvezja

SE

Ir-Renju Unit

UK

5.

Meta jinħarġu, il-liċenzji u l-estratti jista' jkollhom numru tal-ħruġ fit-taqsima 23 (liċenzja tal-esportazzjoni) jew fit-taqsima 25 (liċenzja tal-importazzjoni) allokata mill-awtorità li toħroġ il-liċenzja.

6.

L-applikazzjonijiet, il-liċenzji u l-estratti għandhom jimtlew b'test ittajpjat jew b'mezz kompjuterizzat.

7.

L-awtorità li toħroġ il-liċenzja tista' tippermetti li l-applikazzjonijiet jinkitbu bl-idejn, bil-linka u b'ittri kbar.

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

PARTI I

OBBLIGU TA' LIĊENZJA — GĦALL-IMPORTAZZJONIJIET

Lista ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237

A.   Ross (l-Artikolu 1(2)(b) u l-Parti II tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Ammont tal-garanzija

Perjodu ta' validità

1006 20

Ross (ismar) bla ħliefa, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237

EUR 30/t

sa tmiem it-tieni xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)

1006 30

Ross nofsu mitħun jew mitħun kollu, kemm jekk illustrat jew igglejżjat jew le, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237

EUR 30/t

sa tmiem it-tieni xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)

1006 40 00

Ross imfarrak, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237

EUR 1/t

sa tmiem it-tieni xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)


B.   Zokkor (l-Artikolu 1(2)(c) u l-Parti III tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Ammont tal-garanzija

Perjodu ta' validità

1701

Il-prodotti kollha importati b'kundizzjonijiet preferenzjali li mhumiex kwoti tariffarji (1)  (2)

EUR 20/t

sa tmiem it-tielet xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)


C.   Żrieragħ (l-Artikolu 1(2)(e) u l-Parti V tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Ammont tal-garanzija

Perjodu ta' validità

ex 1207 99 20

Żerriegħa ta' varjetajiet tal-qanneb, għaż-żriegħ

 (3)

sa tmiem is-sitt xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2), sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni mod ieħor mill-Istati Membri


D.   Kittien u qanneb (l-Artikolu 1(2)(h) u l-Parti VIII tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Ammont tal-garanzija

Perjodu ta' validità

5302 10 00

Qanneb veru, mhux maħdum jew imrattab

 (4)

sa tmiem is-sitt xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2), sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni mod ieħor mill-Istati Membri


E.   Frott u ħaxix (l-Artikolu 1(2)(i) u l-Parti IX tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Ammont tal-garanzija

Perjodu ta' validità

0703 20 00

Tewm, frisk jew imkessaħ, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 (5)

EUR 50/t

3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)

ex 0703 90 00

Ħaxix ieħor tal-ġens tat-tewm, frisk jew imkessaħ, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 (5)

EUR 50/t

3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)


F.   Prodotti tal-ħaxix u l-frott ipproċessat (l-Artikolu 1(2)(j) u l-Parti X tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Ammont tal-garanzija

Perjodu ta' validità

ex 0710 80 95

Tewm (6) u Allium ampeloprasum (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew fil-misħun jagħli), iffriżat, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 (7)

EUR 50/t

3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)

ex 0710 90 00

Taħlita ta' ħaxix li fih it-tewm (6) u/jew Allium ampeloprasum (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew fil-misħun jagħli), iffriżat, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 (7)

EUR 50/t

3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)

ex 0711 90 80

Tewm (6) u Allium ampeloprasum ippreservati provviżorjament (pereżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma tal-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajbin għall-konsum immedjat f'dak l-istat, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 (7)

EUR 50/t

3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)

ex 0711 90 90

Taħlitiet ta' ħaxix li fih it-tewm (6) u/jew Allium ampeloprasum, ippreservati provviżorjament (pereżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma tal-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajbin għall-konsum immedjat f'dak l-istat, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 (7)

EUR 50/t

3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)

ex 0712 90 90

Tewm imnixxef (6) u Allium ampeloprasum u taħlitiet ta' ħaxix imnixxef li jkun fihom it-tewm (6) u/jew Allium ampeloprasum, sħiħ, imqatta', imqatta' flieli, imkisser jew mitħun, iżda mhux ippreparat aktar minn hekk, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 (7)

EUR 50/t

3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)


G.   Prodotti oħra (l-Artikolu 1(2)(x) u t-Taqsima 1 tal-Parti XXIV tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Ammont tal-garanzija

Perjodu ta' validità

1207 99 91

Żrieragħ tal-qanneb, minbarra għaż-żriegħ

 (8)

sa tmiem is-sitt xahar ta' wara x-xahar tal-jum tal-ħruġ f'konformità mal-Artikolu 7(2), sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni mod ieħor mill-Istati Membri


H.   Etanol ta' oriġini agrikola (l-Artikolu 1(2)(u) u l-Parti XXI tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Ammont tal-garanzija

Perjodu ta' validità

ex 2207 10 00

Etanol mhux żnaturat b'saħħa alkoħolika bil-volum ta' 80 % vol jew aktar, miksub mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat

EUR 1 għal kull ettolitru

sa tmiem ir-raba' xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)

ex 2207 20 00

Etanol u spirti oħrajn, żnaturati, ta' kwalunkwe saħħa, miksuba mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat

EUR 1 għal kull ettolitru

sa tmiem ir-raba' xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)

ex 2208 90 91

Etanol mhux żnaturat b'saħħa alkoħolika bil-volum ta' anqas minn 80 % vol., miksub mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat

EUR 1 għal kull ettolitru

sa tmiem ir-raba' xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)

ex 2208 90 99

Etanol mhux żnaturat b'saħħa alkoħolika bil-volum ta' anqas minn 80 % vol., miksub mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat

EUR 1 għal kull ettolitru

sa tmiem ir-raba' xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)

PARTI II

OBBLIGU TA' LIĊENZJA GĦALL-ESPORTAZZJONIJIET

Lista ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237

A.   Ross (l-Artikolu 1(2)(b) u l-Parti II tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Ammont tal-garanzija

Perjodu ta' validità

1006 20

Ross bla ħliefa (ismar)

EUR 3/t

sa tmiem ir-raba' xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)

1006 30

Ross mitħun jew nofsu mitħun, kemm jekk illustrat jew igglejżjat jew le

EUR 3/t

sa tmiem ir-raba' xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)


B.   Zokkor (l-Artikolu 1(2)(c) u l-Parti III tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Ammont tal-garanzija

Perjodu ta' validità

1701

Zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi u sukrożju kimikament pur, f'forma solida (9)

EUR 11/100 kg

sa tmiem it-tielet xahar ta' wara x-xahar tal-jum tal-ħruġ, f'konformità mal-Artikolu 7(2) (10)

1702 60 95

1702 90 95

Zokkrijiet oħrajn f'forma solida u ġuleppijiet taz-zokkor, li ma fihomx ħwawar jew materjal li jagħti l-kulur miżjudin, iżda mhux inkluż il-lattożju, il-glukożju, il-maltodestrina u l-isoglukożju (9)

EUR 4,2/100 kg

sa tmiem it-tielet xahar ta' wara x-xahar tal-jum tal-ħruġ, f'konformità mal-Artikolu 7(2) (10)

2106 90 59

Ġuleppijiet taz-zokkor imħawrin jew kuluriti, minbarra l-isoglukożju,il-lattożju, il-glukożju u l-ġuleppijiet tal-maltodestrina (9)

EUR 4,2/100 kg

sa tmiem it-tielet xahar ta' wara x-xahar tal-jum tal-ħruġ, f'konformità mal-Artikolu 7(2) (10)


(1)  L-obbligu ta' liċenzja għall-importazzjoni japplika sat-30 ta' Settembru 2017.

(2)  Bl-eċċezzjoni tal-importazzjonijiet taz-zokkor preferenzjali tal-kodiċi NM 1701 99 10 li joriġinaw mill-Moldova msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/492/UE tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (ĠU L 260, 30.8.2014, p. 1) u ta' importazzjonijiet preferenzjali ta' zokkor tal-kodiċi NM 1701 li joriġinaw mill-Ġeorġja msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/494/UE tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (ĠU L 261, 30.8.2014, p. 1).

(3)  M'hemm bżonn l-ebda garanzija.

(4)  M'hemm bżonn l-ebda garanzija.

(5)  L-obbligu ta' liċenzja għall-importazzjoni japplika sat-30 ta' Settembru 2017.

(6)  Dan għandu jinkludi wkoll prodotti li fihom il-kelma “tewm” hija biss parti mid-deskrizzjoni. Termini bħal dawn jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal “tewm “solo””, “tewm “elephant””, “tewm “single clove”” jew “tewm “great-headed””.

(7)  L-obbligu ta' liċenzja għall-importazzjoni japplika sat-30 ta' Settembru 2017.

(8)  M'hemm bżonn l-ebda garanzija.

(9)  L-obbligu ta' liċenzja għall-esportazzjoni japplika sat-30 ta' Settembru 2017.

(10)  Għal kwantitajiet ta' anqas minn 10 t, il-parti kkonċernata ma tistax tuża aktar minn liċenzja waħda ta' dan it-tip għall-istess esportazzjoni.


30.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/71


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1240

tat-18 ta' Mejju 2016

li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1) u, b'mod partikolari, l-Artikolu 20(a), (b), (d), (e), (i), (j), (k), (l), (m), (n) u (o) u l-Artikolu 223(3)(a), (b) u (c) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2) u, b'mod partikolari, l-Artikolu 62(2)(a), (b), (c) u (i), u l-Artikolu 64(7)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta' Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (3) u, b'mod partikolari, l-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 issostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (4) u jistabbilixxi regoli ġodda dwar l-intervent pubbliku u l-għajnuna għall-ħżin privat. Dan jagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati u ta' implimentazzjoni f'dak ir-rigward. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament mingħajr intoppi tal-iskemi ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat fil-qafas ġuridiku l-ġdid, ċertu regoli jridu jiġu adottati permezz ta' dawn l-atti. Dawk l-atti għandhom jissostitwixxu r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3427/87 (5), (KEE) Nru 2351/91 (6), (KE) Nru 720/2008 (7), (KE) Nru 826/2008 (8), (KE) Nru 1130/2009 (9) u (UE) Nru 1272/2009 (10). Dawk ir-Regolamenti huma sostitwiti mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1238 (11).

(2)

L-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi li l-intervent pubbliku japplika fir-rigward tal-qamħ komuni, il-qamħ durum, ix-xgħir, il-qamħirrum, ir-ross li għadu fil-ħliefa, il-laħam frisk jew imkessaħ tas-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella, il-butir u t-trab tal-ħalib xkumat skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak ir-Regolament.

(3)

L-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi li l-għajnuna għall-ħżin privat tista' tingħata fir-rigward taz-zokkor abjad, iż-żejt taż-żebbuġa, il-fibra tal-kittien, il-laħam frisk jew imkessaħ ta' annimali tal-ifrat ta' tmien xhur jew iktar, il-butir, il-ġobon, it-trab tal-ħalib xkumat, il-laħam tal-majjal, il-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak ir-Regolament.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 1370/2013 jistabbilixxi regoli dwar il-prezzijiet ta' intervent pubbliku, il-limitazzjonijiet kwantitattivi għax-xiri sfurzat ta' intervent pubbliku u l-istabbiliment tal-ammont ta' għajnuna għall-ħżin privat.

(5)

Sabiex tiġi ssimplifikata u mtejba l-effettività tal-mekkaniżmi ta' ġestjoni u ta' kontroll relatati mal-iskemi ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat, għandhom jiġu stipulati rispettivament, regoli komuni għall-prodotti kollha elenkati fl-Artikoli 11 u 17 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(6)

F'konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li x-xiri sfurzat tal-qamħ durum, tax-xgħir, tal-qamħirrum u tar-ross li għadu fil-ħliefa jrid iseħħ jekk is-sitwazzjoni tas-suq titlob dan. L-intervent pubbliku jista' jinfetaħ ukoll għaċ-ċanga jekk fuq perjodu rappreżentattiv il-prezz tas-suq medju jkun taħt il-85 % tal-livell limitu ta' referenza stabbilit fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. F'każijiet bħal dawn, ix-xiri sfurzat iseħħ permezz ta' proċeduri tal-offerti.

(7)

F'konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1370/2013, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi l-ammont ta' għajnuna għall-ħżin privat għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 permezz ta' proċedura tal-offerti jew permezz tal-iffissar tal-għajnuna bil-quddiem.

(8)

Sabiex l-iskemi ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat jaħdmu b'mod effiċjenti, l-operaturi għandhom jużaw il-metodu disponibbli tal-aġenzija tal-pagamenti fir-rigward tal-proċedura biex jiġu ppreżentati l-offerti, l-offerti tal-prezzijiet u l-applikazzjonijiet.

(9)

Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni tal-iskemi kif suppost, għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar l-intervent bi prezz fiss, il-proċeduri tal-offerti għal xiri sfurzat ta' intervent, il-bejgħ minn intervent jew l-istabbiliment tal-ammont massimu ta' għajnuna għall-ħżin privat, u l-għajnuna għall-ħżin privat iffissata bil-quddiem, kif ukoll il-preżentazzjoni u l-ammissibbiltà tal-offerti, tal-offerti tal-prezzijiet u tal-applikazzjonijiet.

(10)

Sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-mod kif jaħdem l-intervent pubbliku, billi jitwaqqaf l-użu ta' faċilitajiet żgħar ta' ħżin li jistgħu jkunu mifruxa madwar reġjun sħiħ, għandha tiġi ffissata kapaċità minima ta' ħżin għall-postijiet tal-intervent f'forma ta' ħżin, iżda din ma għandhiex tkun applikabbli f'każ meta post tal-ħżin ikollu aċċess faċli għal xmara, għall-baħar jew għal konnessjoni ferrovjarja.

(11)

Billi l-prodotti koperti mill-iskemi ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat huma ta' natura differenti fir-rigward taż-żmien tal-produzzjoni jew tal-ħsad u tar-rekwiżiti tal-ħżin għandhom jkunu previsti kundizzjonijiet speċifiċi dwar l-eliġibbiltà tagħhom.

(12)

Għal ġestjoni tajba tal-iskemi ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat, jeħtieġ li tiġi ffissata kwantità minima li tkun l-inqas offerta ta' xiri jew offerta tal-prezzijiet li tkun tista' taċċetta l-aġenzija tal-pagamenti, kemm għax-xiri sfurzat kif ukoll għall-bejgħ, jew li jiġi deċiż jekk jiġix iffissat jew le l-ammont massimu ta' għajnuna għall-ħżin privat. Madankollu, jekk il-kundizzjonijiet u l-prattiki tal-bejgħ bl-ingrossa jew ir-regoli ambjentali fis-seħħ fi Stat Membru jiġġustifikaw l-applikazzjoni ta' kwantitajiet minimi li jkunu ikbar minn dawk stipulati f'dan ir-Regolament, l-aġenzija tal-pagamenti kkonċernata għandha tkun intitolata li titlob dawn il-kwantitajiet minimi li jkunu ikbar għax-xiri sfurzat bi prezz fiss.

(13)

Sabiex tiġi ggarantita s-serjetà tal-offerta ta' xiri jew tal-offerta tal-prezzijiet u sabiex jiġi żgurat li dik il-miżura jkollha l-effett mixtieq fis-suq, kemm fil-każ ta' intervent bi prezz fiss kif ukoll fil-każ ta' proċedura tal-offerti, għandu jiġi stabbilit il-livell tal-garanzija.

(14)

Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effettiva tal-iskema ta' intervent pubbliku, bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiġu previsti notifiki dwar l-offerti ta' xiri u l-offerti tal-prezzijiet li jkun tressqu. Għandhom jiġu introdotti miżuri sabiex jiġu rrispettati l-limitazzjonijiet kwantitattivi stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1370/2013.

(15)

Abbażi tal-offerti ta' xiri u l-offerti tal-prezzijiet li jaslu, jista' jiġi ffissat prezz massimu għax-xiri sfurzat jew ammont massimu ta' għajnuna għall-ħżin privat. Madankollu, jistgħu jinqalgħu sitwazzjonijiet fis-suq li fihom l-aspetti ekonomiċi jew aspetti oħra jkunu jeħtieġu li ma jiġux iffissati dawn il-prezzijiet jew din l-għajnuna u li jiġu rrifjutati l-offerti kollha li jaslu.

(16)

Sabiex jiġi ggarantit funzjonament ċar u effettiv tal-iskema ta' intervent pubbliku, jeħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli ġenerali dwar il-ħruġ tal-ordni tal-kunsinna u l-kunsinna tal-prodotti sal-post tal-ħżin magħżul mill-aġenzija tal-pagamenti. Barra minn hekk, minħabba l-ispeċifiċitajiet tas-setturi taċ-ċereali u tar-ross, kif ukoll taċ-ċanga, tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għal dawk is-setturi.

(17)

Bl-għan li jiġu ġestiti kif suppost il-ħażniet ta' intervent maħżuna u minħabba l-ispeċifiċitajiet tas-setturi taċ-ċereali u tar-ross, għandhom jiġu speċifikati l-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tad-distanza massima sal-post tal-ħżin u l-ispejjeż li jridu jiġġarbu meta din id-distanza tinqabeż.

(18)

Sabiex jiġu applikati r-regoli komuni tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 907/2014 (12), huwa xieraq li jkun hemm dispożizzjoni li tipprevedi li l-kontrolli tal-prodotti matul il-ħżin iridu jitwettqu kif stipulat fl-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament. Abbażi ta' dawk il-kontrolli u l-analiżi, għandu jinħareġ reġistru tal-akkwist tal-prodotti.

(19)

Sabiex tiġi żgurata l-kwalità tajba tal-prodotti maħżuna b'intervent pubbliku, f'każ li l-prodotti ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà applikabbli, għandu jkun previst obbligu li l-operatur jieħu l-prodotti lura u jġarrab l-ispejjeż kollha matul il-perjodu li fih il-prodotti jkunu nħażnu fil-postijiet tal-ħżin.

(20)

Meta jkun meħtieġ id-dissussar għaċ-ċanga, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċjali għal dak is-settur sabiex jikkumplimentaw ir-regoli ġenerali.

(21)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli għall-pagamenti, soġġetti għal aġġustament tal-prezzijiet b'rabta mal-kwalità tal-prodott jew mal-post li fih ikun jinsab il-post tal-ħżin. Bl-għan li l-operaturi jingħataw biżżejjed żmien sabiex jadattaw għall-iskema l-ġdida ta' intervent pubbliku, xi kundizzjonijiet marbuta mal-aġġustament tal-prezzijiet fir-rigward taċ-ċereali għandhom ikunu applikabbli biss mill-bidu tas-sena tal-kummerċjalizzazzjoni 2017/18.

(22)

Sabiex tingħata l-informazzjoni neċessarja dwar il-karatteristiċi tal-prodotti u dwar il-post li fih jinħażnu, l-avviżi ta' stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti għandhom jitfasslu u jiġu ppubblikati mill-aġenzija tal-pagamenti li jkollha ħażniet ta' intervent disponibbli għall-bejgħ. Għal dan l-għan, għandu jkun previst li jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli mid-data ta' din il-pubblikazzjoni u l-ewwel data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-offerti tal-prezzijiet.

(23)

Abbażi tal-offerti tal-prezzijiet u tas-sitwazzjoni fis-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tiffissax prezz tal-bejgħ minimu ta' intervent jew le. Skont dik id-deċiżjoni, l-aġenziji tal-pagamenti jaċċettaw jew jirrifjutaw l-offerti tal-prezzijiet fuq il-prodotti disponibbli għall-bejgħ. Għandhom jiġu adottati regoli speċifiċi għall-allokazzjoni tal-laħam taċ-ċanga, tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat.

(24)

Sabiex jiġi ffaċilitat il-bejgħ ta' kwantitajiet żgħar li jkun fadal fil-postijiet tal-ħżin fi Stat Membru u sabiex tiġi żgurata ġestjoni tajba tas-sistema, huwa xieraq li jkun previst li l-aġenzija tal-pagamenti, taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, tkun intitolata li tiftaħ il-proċedura tal-offerti għall-bejgħ mill-ġdid ta' dawn il-kwantitajiet ta' prodotti ta' intervent, billi tapplika mutatis mutandis ir-regoli stabbiliti fir-rigward tal-proċeduri tal-offerti li tkun fetħet l-Unjoni, bl-għan li jiġi żgurat aċċess indaqs għall-partijiet kollha kkonċernati. Għall-istess raġunijiet, l-aġenzija tal-pagamenti għandha tkun awtorizzata li tpoġġi għall-bejgħ dirett dawk il-kwantitajiet li wara li jiġu kkontrollati permezz ta' eżaminazzjoni viżiva fil-kuntest tal-inventarju annwali jew matul l-ispezzjoni wara t-teħid tal-intervent, ma jkunux jistgħu jerġgħu jiġu ppakkjati jew ikunu ddeterjoraw.

(25)

Sabiex jiġi żgurat li l-iskema ta' għajnuna għall-ħżin privat tkun tista' tiġi ssorveljata kif suppost, l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi konkluż il-kuntratt tal-ħżin kif ukoll l-obbligi tal-partijiet kontraenti u l-kundizzjonijiet għat-tqegħid għall-ħżin għandhom jiġu speċifikati, b'mod partikolari dawk li jippermettu lill-awtorità kompetenti li tkun responsabbli mill-kontroll tal-operazzjonijiet tal-ħżin tagħmel spezzjoni effettiva tal-kundizzjonijiet tal-ħżin. Għandhom jiġu ddefiniti wkoll ir-regoli dwar il-perjodu ta' ħżin kuntrattwali.

(26)

Sabiex jiġi żgurat li l-iskema ta' għajnuna għall-ħżin privat tiffunzjona b'mod effiċjenti, jeħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli ġenerali li jikkonċernaw it-tneħħija tal-prodotti mill-ħżin u l-ħlas tal-għajnuna għall-ħżin privat. Għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat, minħabba n-natura speċifika ta' dawn il-prodotti, jeħtieġ li jkun hemm regoli speċjali li jikkumplimentaw ir-regoli ġenerali.

(27)

Meta l-ammont ta' għajnuna għall-ħżin privat jiġi ffissat bil-quddiem, huwa xieraq li jiġi previst perjodu ta' riflessjoni sabiex tkun tista' tiġi vvalutata s-sitwazzjoni tas-suq qabel ma jiġu nnotifikati deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għall-għajnuna. Barra minn hekk, meta dan ikun xieraq, għandhom isiru dispożizzjonijiet għal miżuri speċjali, li japplikaw b'mod partikolari għal applikazzjonijiet pendenti, sabiex jiġi evitat l-użu eċċessiv jew spekulattiv tal-iskema tal-ħżin privat. Miżuri bħal dawn jirrikjedu li tittieħed azzjoni malajr u l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa taġixxi mingħajr ma jkollha bżonn tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u tieħu l-miżuri kollha meħtieġa mingħajr dewmien.

(28)

Sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, għandhom jiġu adottati miżuri ta' kontroll adegwati li jiġġieldu l-irregolaritajiet u l-frodi. Dawn il-miżuri ta' kontroll għandhom jinvolvu kontrolli amministrattivi sħaħ flimkien ma' kontrolli fuq il-post. Il-kamp ta' applikazzjoni, il-kontenut, it-twaqqit u r-rapportar ta' dawn il-miżuri ta' kontroll għandhom jiġu speċifikati sabiex ikun żgurat approċċ uniformi u ġust bejn l-Istati Membri.

(29)

L-ammonti mħallsa bla bżonn għandhom jiġu rkuprati skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (13).

(30)

Għal ġestjoni effettiva tal-iskemi ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat, jeħtieġ li jkun previst li l-Istati Membri jgħarrfu lill-Kummissjoni perjodikament dwar is-sitwazzjoni tal-ħażniet, dwar il-prodotti li jidħlu u joħorġu mill-postijiet tal-ħżin u dwar is-sitwazzjoni li tirrigwarda l-prezzijiet u l-produzzjoni tal-prodotti elenkati fl-Artikoli 11 u 17 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(31)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

KAPITOLU I

Dispożizzjoni introduttorja

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u tar-Regolament (UE) Nru 1370/2013 rigward:

(a)

ix-xiri sfurzat u l-bejgħ minn intervent pubbliku tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(b)

l-għoti tal-għajnuna għall-ħżin privat tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.   Dan ir-Regolament japplika mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stipulati fir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni:

(a)

il-ftuħ ta' proċedura tal-offerti għax-xiri sfurzat ta' prodotti jew il-ftuħ tal-bejgħ ta' prodotti minn intervent; jew

(b)

il-ftuħ ta' proċedura tal-offerti jew l-iffissar tal-ammont ta' għajnuna bil-quddiem għall-ħżin privat.

KAPITOLU II

Regoli ġenerali komuni

Artikolu 2

Preżentazzjoni u ammissibbiltà ta' offerti ta' xiri, ta' offerti tal-prezzijiet u ta' applikazzjonijiet

1.   L-operaturi għandhom jippreżentaw offerti għax-xiri u offerti tal-prezzijiet għal intervent pubbliku, kif ukoll offerti tal-prezzijiet u applikazzjonijiet għal għajnuna għall-ħżin privat billi jintuża l-metodu disponibbli tal-aġenzija tal-pagamenti tal-Istat Membru kkonċernat.

2.   Offerta ta' xiri, offerta tal-prezzijiet jew applikazzjoni tkun ammissibbli jekk tiġi ppreżentata bil-lingwa uffiċjali jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih tiġi ppreżentata l-offerta ta' xiri, l-offerta tal-prezzijiet jew l-applikazzjoni, u għandha tinkludi, fuq formola disponibbli tal-aġenzija tal-pagamenti, minn tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem, l-indirizz u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-VAT tal-operatur fl-Istat Membru li fih l-operatur iwettaq l-attività ewlenija tiegħu;

(b)

il-prodott, jew it-tip ta' prodott, kopert bil-kodiċi CN rilevanti tiegħu, jekk ikun applikabbli;

(c)

il-kwantità li għaliha ġiet ippreżentata offerta ta' xiri, offerta tal-prezzijiet jew applikazzjoni, soġġetta għall-kwantitajiet minimi stipulati fl-Artikolu 5, jekk ikun applikabbli.

3.   L-offerta ta' xiri, l-offerta tal-prezzijiet jew l-applikazzjoni ma għandhiex tinkludi kundizzjonijiet addizzjonali introdotti mill-operatur għajr dawk stipulati f'dan ir-Regolament jew fir-Regolament ta' Implimentazzjoni rilevanti li jiftaħ il-proċedura tal-offerti jew li jiffissal-ammont ta' għajnuna bil-quddiem għall-ħżin privat.

4.   Meta l-limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni tal-offerti għax-xiri, tal-offerti tal-prezzijiet jew tal-applikazzjonijiet jinzerta fi btala pubblika, l-offerti għax-xiri, l-offerti tal-prezzijiet jew l-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati sa mhux iktar tard mill-aħħar jum tax-xogħol qabel dik il-btala pubblika.

5.   L-offerti għax-xiri, l-offerti tal-prezzijiet jew l-applikazzjonijiet li jiġu ppreżentati nhar ta' Sibt, nhar ta' Ħadd jew fi btala pubblika għandhom jitqiesu li ġew riċevuti mill-aġenzija tal-pagamenti fl-ewwel jum tax-xogħol wara dakinhar li jkunu ġew ippreżentati.

6.   L-offerti għax-xiri, l-offerti tal-prezzijiet jew l-applikazzjonijiet ma għandhomx jiġu rtirati jew emendati wara li jkunu ġew ippreżentati.

7.   L-aġenzija tal-pagamenti għandha tirreġistra l-offerti għax-xiri, l-offerti tal-prezzijiet jew l-applikazzjonijiet li jkunu ammissibbli, flimkien mal-kwantitajiet ikkonċernati, dakinhar li tirċevihom.

8.   Id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-aċċettazzjoni tal-offerta ta' xiri, tal-offerta tal-prezzijiet jew tal-applikazzjoni ma għandhomx ikunu trasferibbli.

TITOLU II

INTERVENT PUBBLIKU

KAPITOLU I

Regoli speċifiċi relatati mal-intervent pubbliku

Artikolu 3

Postijiet tal-intervent f'forma ta' ħżin

1.   Kull post tal-intervent f'forma ta' ħżin (“post tal-ħżin”) għandu jkollu kapaċità minima tal-ħżin ta':

(a)

għaċ-ċereali: 5 000 tunnellata, 7 500 tunnellata mill-perjodu tal-intervent pubbliku tal-2017/18, 10 000 tunnellata mill-perjodu tal-2018/19, 15 000 tunnellata mill-perjodu tal-2019/20

(b)

għar-ross: 5 000 tunnellata, 7 500 tunnellata mill-perjodu tal-intervent pubbliku tal-2017/18, 10 000 tunnellata mill-perjodu tal-2018/19

(c)

għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat: 400 tunnellata, 600 tunnellata mill-perjodu tal-2017, 800 tunnellata mill-perjodu tal-2018

L-Istati Membri bi produzzjoni annwali medja ta' ċereali ta' inqas minn 20 miljun tunnellata jistgħu jkomplu japplikaw mill-2019/20 għal kapaċità minima tal-ħżin ta' 10 000 tunnellata.

2.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-“kapaċità minima tal-ħżin” tfisser kapaċità minima li tista' ma tkunx disponibbli b'mod permanenti, iżda li tista' tinkiseb faċilment matul il-perjodu meta jista' jsir ix-xiri sfurzat.

3.   Aġenzija tal-pagamenti tista' tidderoga mill-paragrafu 1 biss meta turi li l-kapaċità minima tal-ħżin speċifikata f'dak il-paragrafu ma tkunx disponibbli u meta l-postijiet tal-ħżin ta' minflok ikollhom aċċess faċli għal xmara, għall-baħar jew għal konnessjoni ferrovjarja.

Artikolu 4

L-istabbiliment tal-eliġibbiltà tal-prodotti

1.   L-eliġibbiltà tal-prodotti għal intervent pubbliku għandha tiġi stabbilita f'konformità mal-metodi stipulati fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

għaċ-ċereali: fil-Partijiet I, II, III u IV tal-Anness I;

(b)

għar-ross: fil-Parti I tal-Anness II;

(c)

għaċ-ċanga: fil-Parti I tal-Anness III;

(d)

għall-butir: fil-Parti I tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 273/2008 (14);

(e)

għat-trab tal-ħalib xkumat: fil-Parti I tal-Anness V ta' dan ir-Regolament u fir-Regolament (KE) Nru 273/2008.

2.   Il-metodi li jridu jintużaw sabiex tiġi stabbilita l-kwalità taċ-ċereali għal intervent pubbliku kif imsemmi fl-Anness I għandhom ikunu dawk stabbiliti mill-aħħar verżjonijiet tal-istandards Ewropej jew internazzjonali rilevanti, skont il-każ, fis-seħħ fl-ewwel jum ta' kull sena ta' kummerċjalizzazzjoni.

KAPITOLU II

Xiri sfurzat ta' prodotti f'intervent

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 5

Kwantitajiet minimi ta' prodotti offruti għax-xiri jew ippreżentati għal offerta tal-prezzijiet

1.   Il-kwantità minima tal-prodotti offruti għax-xiri jew ippreżentati għal offerta tal-prezzijiet għax-xiri sfurzat għandha tkun:

(a)

għall-qamħ komuni, għax-xgħir u għall-qamħirrum: 160 tunnellata;

(b)

għall-qamħ durum: 20 tunnellata;

(c)

għar-ross: 40 tunnellata;

(d)

għaċ-ċanga: 20 tunnellata;

(e)

għall-butir: 30 tunnellata;

(f)

għat-trab tal-ħalib xkumat: 30 tunnellata.

L-Istati Membri bi produzzjoni annwali medja ta' ċereali ta' inqas minn 20 miljun tunnellata jistgħu jiddeċiedu japplikaw kwantità minima ta' 120 tunnellata għall-qamħ komuni, għax-xgħir u għall-qamħirrum.

2.   Aġenzija tal-pagamenti tista' tistabbilixxi kwantità minima ogħla minn dik prevista fil-paragrafu 1 jekk din tkun iġġustifikata mill-kundizzjonijiet u mill-prassi tal-kummerċ bl-ingrossa jew mir-regoli ambjentali fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 6

Livell tal-garanzija għax-xiri sfurzat tal-prodotti

Il-livell tal-garanzija meħtieġa skont l-Artikolu 4(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238 meta titressaq offerta ta' xiri jew offerta tal-prezzijiet għax-xiri sfurzat ta' prodotti f'intervent pubbliku għandu jkun:

(a)

għaċ-ċereali: EUR 20/tunnellata;

(b)

għar-ross: EUR 30/tunnellata;

(c)

għaċ-ċanga: EUR 300/tunnellata;

(d)

għall-butir: EUR 50/tunnellata;

(e)

għat-trab tal-ħalib xkumat: EUR 50/tunnellata.

Artikolu 7

Preżentazzjoni u ammissibbiltà ta' offerti ta' xiri u ta' offerti tal-prezzijiet

1.   Offerta ta' xiri jew offerta tal-prezzijiet għandha tkun ammissibbli jekk tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 2 u, fil-każ ta' proċedura tal-offerti, fir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura tal-offerti msemmija fl-Artikolu 12. Għandha tissodisfa wkoll il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tinkludi minn tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(i)

għar-ross, indikazzjoni tat-tip u tal-varjetà;

(ii)

ħlief għaċ-ċanga, il-post li fih ikun qiegħed jinżamm il-prodott meta ssir l-offerta ta' xiri jew l-offerta tal-prezzijiet;

(iii)

għaċ-ċereali u għar-ross, il-post tal-ħżin li għalih issir l-offerta ta' xiri jew l-offerta tal-prezzijiet;

(iv)

għaċ-ċereali u għar-ross, is-sena tal-ħsad u ż-żona jew ż-żoni tal-produzzjoni fl-Unjoni;

(v)

għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat, id-data tal-produzzjoni;

(vi)

għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat, l-isem u n-numru tal-approvazzjoni tal-impriża approvata li fiha jkun ġie prodott;

(b)

l-operatur ikun ippreżenta garanzija f'konformità mal-Artikolu 4(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238;

(c)

għaċ-ċereali u għar-ross, l-operatur ikun iddikjara:

(i)

li l-prodotti joriġinaw mill-Unjoni;

(ii)

li l-offerta ta' xiri jew l-offerta tal-prezzijiet tirreferi għal lott omoġenju li, għar-ross, irid jinkludi r-ross li għadu fil-ħliefa tal-istess varjetà;

(iii)

jekk ikunx sar jew le xi trattament wara l-ħsad u, meta jkun xieraq, l-isem tal-prodott li ntuża, li dan ġie applikat f'konformità mal-kundizzjonijiet tal-użu u li l-prodott huwa awtorizzat skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).

2.   Għal prodotti oħra għajr iċ-ċanga, l-operatur jista' jitlob, fuq il-formola msemmija fl-Artikolu 2(2), li l-prodott jiġi akkwistat mill-post tal-ħżin li jkun qiegħed fih meta tiġi ppreżentata l-offerta ta' xiri jew l-offerta tal-prezzijiet, diment li l-post tal-ħżin ikun jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238 u fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Verifika tal-offerti ta' xiri u tal-offerti tal-prezzijiet mill-aġenzija tal-pagamenti

1.   L-aġenziji tal-pagamenti għandhom jiddeċiedu dwar l-ammissibbiltà tal-offerti ta' xiri u tal-offerti tal-prezzijiet abbażi tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 2 u 7.

Meta l-aġenzija tal-pagamenti tiddeċiedi li offerta ta' xiri jew offerta tal-prezzijiet ma tkunx ammissibbli, għandha tgħarraf lill-operatur ikkonċernat fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mill-wasla tal-offerta ta' xiri jew tal-offerta tal-prezzijiet. Għall-offerti ta' xiri, jekk l-operatur ma jirċevix dan it-tagħrif, l-offerta ta' xiri titqies li hija ammissibbli.

2.   Fir-rigward taċ-ċereali u tar-ross, id-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7(1)(c) jistgħu jiġu kkontrollati għall-konformità b'mezzi amministrattivi wara li l-aġenzija tal-pagamenti tkun ivverifikat li l-offerti ta' xiri jew l-offerti tal-prezzijiet ikunu ammissibbli, jekk ikun meħtieġ bl-assistenza tal-aġenzija tal-pagamenti kompetenti għall-post tal-ħżin indikat mill-operatur, f'konformità mal-Artikolu 57(2).

Artikolu 9

Notifiki tal-offerti ta' xiri u tal-offerti tal-prezzijiet lill-Kummissjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-offerti ta' xiri u bl-offerti tal-prezzijiet kollha li jkunu ammissibbli fil-limiti ta' żmien li ġejjin:

(a)

fil-każ tal-offerti ta' xiri, in-notifiki għandhom jintbagħtu sa mhux iktar tard minn 12:00 (ħin ta' Brussell) kull nhar ta' Tlieta u għandhom ikunu marbuta mal-kwantitajiet tal-prodotti li, matul il-ġimgħa ta' qabel, ikunu s-suġġett ta' offerta ammissibbli, u tat-tagħrif relatat.

Meta l-kwantitajiet offruti joqorbu l-limiti ffissati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1370/2013, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri mil-liema data għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni f'kull jum tax-xogħol.

Minn dik id-data, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sa mhux iktar tard mis-14:00 (ħin ta' Brussell) ta' kull jum tax-xogħol, dwar il-kwantitajiet offruti għal intervent matul il-jum tax-xogħol ta' qabel.

(b)

fil-każ tal-offerti tal-prezzijiet, għandhom japplikaw il-limiti ta' żmien stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura tal-offerti.

2.   In-notifiki previsti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ma għandhomx jinkludu l-isem, l-indirizz u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-VAT tal-operatur u, fil-każ tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat, l-isem u n-numru tal-approvazzjoni tal-impriża approvata.

3.   Meta Stat Membru ma jinnotifikax lill-Kummissjoni b'offerta ta' xiri jew b'offerta tal-prezzijiet li tkun ammissibbli fil-limiti ta' żmien imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, dawn għandhom jitqiesu li ġew nnotifikati lill-Kummissjoni bi prospett null.

Taqsima 2

Xiri sfurzat bi prezz fiss

Artikolu 10

Preżentazzjoni ta' offerti għax-xiri sfurzat ta' qamħ komuni, ta' butir u ta' trab tal-ħalib xkumat bi prezz fiss

L-offerti jistgħu jiġu ppreżentati lill-aġenzija tal-pagamenti mill-bidu tal-perjodi ta' intervent pubbliku stipulati fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Artikolu 11

Miżuri sabiex jiġu rrispettati l-limitazzjonijiet kwantitattivi

1.   Sabiex tinkiseb konformità mal-limitazzjonijiet kwantitattivi ffissati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1370/2013, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi kif previst fl-Artikolu 3(6) (a) ta' dak ir-Regolament:

(a)

li tagħlaq ix-xiri sfurzat b'intervent bi prezz fiss;

(b)

meta l-aċċettazzjoni tal-kwantità sħiħa offruta twassal biex tinqabeż il-kwantità massima, li tistabbilixxi koeffiċjent ta' allokazzjoni applikabbli għall-kwantità totali fl-offerti riċevuti u nnotifikati lill-Kummissjoni minn kull operatur dakinhar li tittieħed id-deċiżjoni;

(c)

meta dan ikun xieraq, li tirrifjuta l-offerti pendenti mressqa lill-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien jumejn tax-xogħol min-notifika msemmija fl-ewwel sottoparagrafu tal-punt (a) tal-Artikolu 9(1) u fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol min-notifika msemmija fit-tielet sottoparagrafu tal-punt (a) tal-Artikolu 9(1).

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, meta data ta' notifika tinzerta fi btala pubblika, il-Kummissjoni għandha tibda tgħodd l-iskadenza mill-ewwel jum tax-xogħol wara dik il-btala pubblika. Jekk dawn il-btajjel pubbliċi jiġu inklużi fil-perjodu ta' żmien għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, għandhom jingħaddu biss il-jiem tax-xogħol.

2.   B'deroga mill-Artikolu 2(6), operatur li għalih japplika l-koeffiċjent ta' allokazzjoni msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jista' jirtira l-offerta tiegħu fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-koeffiċjent tal-allokazzjoni.

Taqsima 3

Xiri sfurzat permezz ta' proċedura tal-offerti

Artikolu 12

Proċedura tal-offerti

1.   Proċedura tal-offerti għax-xiri sfurzat tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tinfetaħ permezz ta' Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura tal-offerti, li għandha tinkludi, b'mod partikolari, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-prodotti koperti, u:

(i)

għar-ross, indikazzjoni tat-tip u tal-varjetà;

(ii)

għaċ-ċanga, jekk l-offerti tal-prezzijiet hijiex għall-karkassi li nxtraw bix-xiri sfurzat u li jridu jiġu dissussati jew għall-ħżin mingħajr dissussar;

(b)

il-perjodu kopert (“il-perjodu tal-offerti”) u, jekk ikun meħtieġ, is-sottoperjodi differenti li matulhom jistgħu jitressqu l-offerti tal-prezzijiet.

2.   Il-Kummissjoni tista' tiftaħ proċedura tal-offerti għax-xiri sfurzat taċ-ċanga skont il-kategorija u l-Istat Membru, jew reġjun tiegħu, kif previst fl-Artikolu 13(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, abbażi tal-iktar żewġ prezzijiet tas-suq riċenti rreġistrati kull ġimgħa. Il-Kummissjoni tista' tagħlaq il-proċedura tal-offerti, kif previst fl-Artikolu 13(2) ta' dak ir-Regolament, abbażi tal-iktar żewġ prezzijiet tas-suq riċenti rreġistrati kull ġimgħa.

3.   Jekk il-Kummissjoni tiftaħ proċedura tal-offerti ristretta kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 1370/2013, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ dik il-proċedura għandu jirreferi għall-Istat Membru speċifiku jew għar-reġjun/i ta' Stat Membru kopert mill-proċedura tal-offerti.

4.   Fir-rigward tar-ross, il-proċedura tal-offerti tista' tkun ristretta għal varjetajiet speċifiċi jew għal tip wieħed jew iktar ta' ross li għadu fil-ħliefa, jiġifieri “ross bil-ħabba tonda”, “ross bil-ħabba medja”, “ross bil-ħabba twila A” jew “ross bil-ħabba twila B”, kif definit fil-punti (a), (b) jew (c) tal-punt I.2 tal-Parti I tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

5.   Fir-rigward taċ-ċanga, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)

il-prezz tas-suq medju skont il-kategorija eliġibbli fi Stat Membru jew f'reġjun tiegħu għandu jqis il-prezzijiet għall-kwalitajiet U, R u O, espressi fil-kwalità R3 billi jintużaw il-koeffiċjenti ta' konverżjoni stabbiliti fil-Parti II tal-Anness III fl-Istat Membru jew fir-reġjun ta' intervent ikkonċernat;

(b)

il-prezzijiet tas-suq medji għandhom jiġu rreġistrati f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 (16);

(c)

il-prezz tas-suq medju skont il-kategorija eliġibbli fi Stat Membru jew f'reġjun tiegħu għandu jkun il-medja tal-prezzijiet tas-suq għall-kwalitajiet kollha msemmija fil-punt (b), ippeżati skont il-proporzjon li kull kwalità tirrappreżenta fin-numru totali ta' qatliet f'dak l-Istat Membru jew f'dak ir-reġjun.

Ir-Renju Unit għandu jikkonsisti minn żewġ reġjuni ta' intervent, kif ġej:

(i)

ir-reġjun I: Il-Gran Brittanja;

(ii)

ir-reġjun II: L-Irlanda ta' Fuq.

Artikolu 13

Preżentazzjoni u ammissibbiltà tal-offerti tal-prezzijiet

1.   Minbarra l-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fl-Artikoli 2 u 7, offerta tal-prezzijiet għandha tkun ammissibbli biss jekk tindika prezz propost f'euro għal kull unità ta' kejl tal-prodott arrotondat għal mhux iktar minn żewġ pożizzjonijiet deċimali, mingħajr il-VAT.

Fil-każ taċ-ċereali u tar-ross, il-prezz offrut għal kull tunnellata ta' prodotti għandu jkun prezz li jikkorrispondi għall-kwalità minima għaċ-ċereali definiti fil-Parti II tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238 jew għall-kwalità standard għal ross definit fit-Taqsima A tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ikkunsinnati sal-post tal-ħżin, iżda mingħajr ma nħattu.

Fil-każ tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat, il-prezz offrut għandu jkun il-prezz għal kull 100 kg ta' prodotti kkunsinnati fiż-żona tat-tagħbija tal-post tal-ħżin.

Fil-każ taċ-ċanga, l-offerti tal-prezzijiet għandhom jiddikjaraw il-prezz ikkwotat skont l-Artikolu 12(5)(a), espress għal kull tunnellata ta' prodotti tal-kwalità R3, u jekk ikun relatat ma' laħam bl-għadam maħsub għal dissussar, jew għal ħżin mingħajr dissussar.

2.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament, il-prezz offrut ma għandux jaqbeż il-livell tal-prezz ta' intervent pubbliku stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1370/2013.

Artikolu 14

Deċiżjonijiet dwar il-prezz tax-xiri sfurzat

1.   Abbażi tal-offerti tal-prezzijiet innotifikati skont l-Artikolu 9, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi:

(a)

li ma tiffissax prezz massimu tax-xiri sfurzat; jew

(b)

li tiffissa prezz massimu tax-xiri sfurzat.

2.   Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 15

Deċiżjonijiet individwali dwar l-offerti tal-prezzijiet

1.   Meta ma jkun ġie stabbilit l-ebda prezz massimu għax-xiri sfurzat, għandhom jiġu rrifjutati l-offerti kollha tal-prezzijiet.

2.   Meta jkun ġie stabbilit prezz massimu għax-xiri sfurzat, l-aġenzija tal-pagamenti għandha taċċetta offerti tal-prezzijiet li jkunu daqs dak l-ammont jew inqas minnu. L-offerti l-oħra kollha għandhom jiġu rrifjutati.

L-aġenzija tal-pagamenti għandha taċċetta biss dawk l-offerti tal-prezzijiet li jkunu ġew innotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9.

3.   L-aġenzija tal-pagamenti għandha tieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 14(1).

L-aġenzija tal-pagamenti għandha tinnotifika lill-operaturi bl-eżitu tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċedura tal-offerti fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ ta' dik id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Din in-notifika ma tkunx meħtieġa meta l-offerta tal-prezzijiet tiġi aċċettata, jekk l-aġenzija tal-pagamenti toħroġ ordni tal-kunsinna kif imsemmi fl-Artikolu 17 fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ ta' dik id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Fil-każ ta' aċċettazzjoni bħal din, ma tista' tingħata l-ebda estensjoni oħra tal-limitu ta' żmien għall-ħruġ tal-ordni tal-kunsinna, kif imsemmi fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 17(1).

Artikolu 16

Limitazzjoni tax-xiri sfurzat għaċ-ċanga

Meta l-aġenziji tal-pagamenti jiġu offruti ċanga fi kwantitajiet li jkun ikbar minn dawk li jistgħu jakkwistaw, dawn jistgħu jillimitaw ix-xiri sfurzat għall-kwantitajiet li jistgħu jakkwistaw fit-territorju tagħhom jew f'wieħed mir-reġjuni ta' intervent tagħhom imsemmija fl-Artikolu 12(5).

L-aġenziji tal-pagamenti għandhom jiżguraw aċċess indaqs għall-partijiet kollha kkonċernati fil-każ ta' limitazzjoni bħal din.

Taqsima 4

Kunsinni u spejjeż tat-trasport

Artikolu 17

Ordni tal-kunsinna

1.   Wara li l-aġenzija tal-pagamenti tkun ikkontrollat l-ammissibbiltà tal-offerta ta' xiri jew tal-offerta tal-prezzijiet skont l-Artikoli 8 u 13, din għandha toħroġ l-ordni tal-kunsinna fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data tal-iskadenza msemmija fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 11(1) jew mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 14(1).

L-aġenzija tal-pagamenti tista' tiddeċiedi li testendi l-limitu ta' żmien għall-ħruġ tal-ordni tal-kunsinna meta dan ikun neċessarju minħabba l-kwantitajiet kbar aċċettati ta' ċereali jew ta' ross. Madankollu, id-data finali għall-kunsinna tal-prodotti ma għandhiex tkun iktar tard minn 65 jum wara d-data tal-iskadenza jew tad-dħul fis-seħħ imsemmija fl-ewwel sottoparagrafu. F'każijiet bħal dawn, l-aġenzija tal-pagamenti għandha tgħarraf lill-operaturi affettwati.

2.   L-ordni tal-kunsinna għandha tiġi datata u numerata u għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-kwantità li trid tiġi kkunsinnata;

(b)

id-data finali għall-kunsinna tal-prodotti;

(c)

il-post tal-ħżin li fih għandhom jiġu kkunsinnati l-prodotti;

(d)

il-prezz li bih tkun ġiet aċċettata l-offerta ta' xiri jew l-offerta tal-prezzijiet.

3.   L-ordni tal-kunsinna għandha tinħareġ biss għall-kwantitajiet innotifikati lill-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 9.

Artikolu 18

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kunsinna taċ-ċereali u tar-ross

1.   L-aġenzija tal-pagamenti għandha tagħżel il-post tal-ħżin li fih għandhom jiġu kkunsinnati ċ-ċereali jew ir-ross bl-iktar prezz baxx.

2.   Il-kunsinna sal-post tal-ħżin għandha sseħħ mhux iktar tard minn 60 jum wara d-data tal-ħruġ tal-ordni tal-kunsinna. Madankollu, skont il-kwantitajiet li jiġu aċċettati, l-aġenzija tal-pagamenti tista' testendi dak il-perjodu b'mhux iktar minn 14-il jum. F'każijiet bħal dawn, il-perjodu tal-kunsinna msemmi fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 17(1) jista' jiġi estiż kif ikun xieraq. L-aġenzija tal-pagamenti għandha tgħarraf lill-operaturi affettwati.

3.   L-operatur għandu jġarrab l-ispejjeż marbuta mat-testijiet li ġejjin imwettqa għaċ-ċereali f'konformità mal-metodoloġija msemmija fil-Parti IV tal-Anness I:

(i)

it-test għall-attività tal-amilażi (Hagberg);

(ii)

it-test biex jiġi stabbilit il-kontenut ta' proteini tal-qamħ durum u tal-qamħ komuni;

(iii)

it-test ta' Zeleny;

(iv)

it-test dwar kemm l-għaġina tkun tista' tinħadem bil-magni;

(v)

l-analiżi tal-kontaminanti.

Artikolu 19

Spejjeż tat-trasport għaċ-ċereali u għar-ross

1.   L-ispiża tat-trasport taċ-ċereali jew tar-ross mill-post li fih inħażen il-prodott fil-mument tal-offerta ta' xiri jew tal-offerta tal-prezzijiet sal-post tal-ħżin speċifikat fl-ordni tal-kunsinna għandha tiġġarrab mill-operatur, meta d-distanza involuta tkun daqs jew inqas minn 50 km.

Lil hinn minn dik id-distanza massima, l-ispejjeż tat-trasport addizzjonali għandhom jiġġarrbu mill-aġenzija tal-pagamenti u għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni b'rata ta' EUR 0,05 għal kull tunnellata u għal kull kilometru.

2.   Meta l-aġenzija tal-pagamenti li tixtri b'mod sfurzat iċ-ċereali jew ir-ross fi Stat Membru għajr dak li fit-territorju tiegħu nħażen il-prodott, fil-kalkolu tad-distanza massima msemmija fil-paragrafu 1, ma għandhiex titqies id-distanza bejn il-maħżen tal-operatur u l-fruntiera tal-Istat Membru tal-aġenzija tal-pagamenti li tkun qiegħda tixtri.

Artikolu 20

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kunsinna taċ-ċanga

1.   Il-prezz tax-xiri sfurzat għaċ-ċanga għandu jkun il-prezz taċ-ċanga kkunsinnata sad-dħul fil-punt tal-użin tal-post tal-ħżin jew, meta l-laħam ikun irid jiġi dissussat, fl-impjant tat-tqattigħ.

2.   L-ispejjeż tal-ħatt għandhom jiġġarrbu mill-operatur.

3.   L-operaturi għandhom jikkunsinnaw il-prodotti sa mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-ħruġ tal-ordni tal-kunsinna. Madankollu, skont il-kwantitajiet li jkunu ngħataw, l-aġenzija tal-pagamenti tista' testendi dak il-perjodu b'mhux iktar minn sebat ijiem. F'każijiet bħal dawn, l-aġenzija tal-pagamenti għandha tgħarraf lill-operaturi affettwati.

Artikolu 21

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ippakkjar, għall-kunsinna u għall-ħżin tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat

1.   Il-butir għandu jiġi ppakkjat u kkunsinnat fi blokok ta' 25 kilogramma netti skont ir-rekwiżiti stipulati fil-Parti II tal-Anness IV.

2.   It-trab tal-ħalib xkumat għandu jiġi ppakkjat u kkunsinnat f'boroż b'piż nett ta' 25 kilogramma skont ir-rekwiżiti stipulati fil-Parti II tal-Anness V.

3.   L-operatur għandu jikkunsinna l-butir jew it-trab tal-ħalib xkumat saż-żona tat-tagħbija tal-post tal-ħżin fi żmien 21 jum mid-data tal-ħruġ tal-ordni tal-kunsinna. Madankollu, skont il-kwantitajiet li jiġu aċċettati, l-aġenzija tal-pagamenti tista' testendi dak il-perjodu b'mhux iktar minn sebat ijiem. F'każijiet bħal dawn, l-aġenzija tal-pagamenti għandha tgħarraf lill-operaturi affettwati.

Il-butir u t-trab tal-ħalib xkumat għandhom jiġu kkunsinnati fuq paliti ta' kwalità adattata għal ħżin fit-tul, li jridu jiġu skambjati għal paliti ekwivalenti. B'mod alternattiv, tista' tiġi approvata sistema ekwivalenti mill-aġenzija tal-pagamenti.

L-ispejjeż imġarrba fil-ħatt tal-butir jew tat-trab tal-ħalib xkumat fiż-żona tat-tagħbija tal-post tal-ħżin għandhom jiġġarbu mill-aġenzija tal-pagamenti.

4.   L-aġenzija tal-pagamenti għandha titlob li l-butir u t-trab tal-ħalib xkumat jitqiegħdu u jinħażnu fuq paliti b'tali mod li jinħolqu lottijiet li jkunu identifikabbli u aċċessibbli faċilment.

Artikolu 22

Kunsinna

1.   Id-data tal-kunsinna għandha tkun:

(a)

għaċ-ċereali, għar-ross, għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat: id-data li fiha jiġi kkonfermat li l-kwantità kollha msemmija fl-ordni tal-kunsinna tkun daħlet fil-post tal-ħżin magħżul. Din id-data ma tistax tkun qabel il-jum ta' wara d-data tal-ħruġ tal-ordni tal-kunsinna;

(b)

għal kull konsenja ta' ċanga: id-data tad-dħul fil-punt tal-użin tal-post tal-intervent f'forma ta' ħżin jew, meta l-laħam ikun irid jiġi dissussat, fl-impjant tat-tqattigħ.

2.   L-aġenzija tal-pagamenti tista' tiddeċiedi li l-akkwist taċ-ċereali, tar-ross, tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat jista' jseħħ fil-post tal-ħżin li fih ikunu qed jinżammu l-prodotti meta tiġi ppreżentata l-offerta ta' xiri jew l-offerta tal-prezzijiet, diment li l-post tal-ħżin jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238 u fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament. F'dak il-każ, id-data tal-kunsinna għandha tkun il-jum ta' wara d-data tal-ħruġ tal-ordni tal-kunsinna u għandha sservi bħala d-data rilevanti għall-finijiet tal-Artikolu 18(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014.

3.   Il-prodotti għandhom jiġu akkwistati mill-aġenzija tal-pagamenti jew mir-rappreżentant tagħha, li għandu jkun indipendenti mill-operatur.

Taqsima 5

Kontroll u akkwist

Artikolu 23

Ir-reġistru tal-akkwist tal-prodotti

1.   Ir-reġistru tal-akkwist tal-prodotti għandu jinħareġ mill-aġenzija tal-pagamenti wara li jkun ġie stabbilit, permezz tal-kontrolli u tal-analiżi meħtieġa, li ġew issodisfati r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238. Dan għandu jindika minn tal-inqas:

(a)

il-kwantitajiet ikkunsinnati u, għar-ross, il-varjetà;

(b)

il-karatteristiċi tal-prodotti kif jirriżultaw mill-analiżi jekk dan ikun rilevanti għall-kalkolazzjoni tal-prezz;

(c)

il-kwantitajiet li ma jkunux ġew akkwistati, jekk dan ikun applikabbli. F'dan il-każ, l-operatur għandu jiġi nnotifikat kif xieraq.

2.   Ir-reġistru tal-akkwist tal-prodotti għandu jkun bid-data u għandu jintbagħat lill-operatur u lill-persuna responsabbli mill-maħżen.

Artikolu 24

Obbligi tal-operatur

Il-prodotti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238. Meta l-kontrolli meħtieġa juru li l-prodotti ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà, l-operatur għandu:

(a)

jieħu lura l-prodotti kkonċernati, għas-spejjeż tiegħu;

(b)

iħallas l-ispejjeż assoċjati minn meta l-prodotti jidħlu fil-post tal-ħżin sad-data meta jitneħħew mill-post tal-ħżin.

L-ispejjeż li jridu jiġġarrbu mill-operatur għandhom jiġu stabbiliti abbażi ta' ammonti standard għall-ispejjeż tad-dħul, tat-tneħħija u tal-ħżin skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 906/2014 (17).

Artikolu 25

Rekwiżit tad-dissussar għaċ-ċanga

Meta d-dissussar ikun meħtieġ bħala kundizzjoni tal-proċedura tal-offerti, l-aġenzija tal-pagamenti għandu jkollha l-laħam taċ-ċanga kollu li jkun ġie mixtri dissussat skont il-Parti III tal-Anness III.

Taqsima 6

Aġġustamenti tal-prezzijiet u pagamenti

Artikolu 26

Aġġustamenti tal-prezzijiet għaċ-ċereali u għar-ross

1.   L-aġġustament tal-prezz kif previst fl-Artikoli 2(2) u 3(4) tar-Regolament (UE) Nru 1370/2013 għandu jsir skont:

(a)

il-Partijiet V u VI tal-Anness I ta' dan ir-Regolament fil-każ taċ-ċereali;

(b)

il-Parti II tal-Anness II ta' dan ir-Regolament fil-każ tar-ross.

2.   Jekk l-aġenzija tal-pagamenti takkwista u taħżen iċ-ċereali u r-ross fil-post tal-ħażna skont l-Artikolu 22(2), għandu jsir tnaqqis ta' EUR 5 għal kull tunnellata fil-prezz tax-xiri sfurzat.

Artikolu 27

Pagamenti

1.   Il-pagamenti għall-kwantitajiet iddikjarati fir-reġistru tal-akkwist tal-prodotti għandhom isiru sa mhux iktar tard mill-65 jum wara d-data tal-kunsinna msemmija fl-Artikolu 22, sakemm ma tkunx qed issir inkjesta amministrattiva.

2.   Għandha titħallas biss il-kwantità li effettivament tkun ġiet ikkunsinnata u aċċettata. Madankollu, jekk dik il-kwantità tkun ikbar mill-kwantità ddikjarata fl-ordni tal-kunsinna, għandha titħallas biss il-kwantità speċifikata fl-ordni tal-kunsinna.

KAPITOLU III

Bejgħ ta' prodotti minn intervent

Artikolu 28

Ftuħ tal-proċedura tal-offerti

1.   Il-prodotti akkwistati f'intervent pubbliku u disponibbli għall-bejgħ għandhom jinbiegħu permezz ta' proċedura tal-offerti.

2.   Il-proċedura tal-offerti għandha tinfetaħ permezz ta' Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-bejgħ.

L-ewwel data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-offerti tal-prezzijiet għandha tiġi ffissata għal mhux qabel sitt ijiem wara l-pubblikazzjoni ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.   Jistgħu jinfetħu proċeduri tal-offerti għall-bejgħ tal-prodotti li jkunu maħżuna f'reġjun wieħed jew f'bosta reġjuni tal-Unjoni jew fi Stat Membru.

4.   Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-bejgħ għandu jinkludi, b'mod partikolari, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-prodotti koperti u, b'mod partikolari:

(i)

għar-ross, indikazzjoni tat-tip u tal-varjetà,

(ii)

għaċ-ċanga, il-qatgħat rilevanti;

(b)

il-perjodu kopert (“il-perjodu tal-offerti”) u s-sottoperjodi differenti li matulhom jistgħu jiġu ppreżentati l-offerti tal-prezzijiet;

(c)

għaċ-ċanga, għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat, il-kwantità minima li għaliha tista' tiġi ppreżentata offerta tal-prezzijiet;

(d)

l-ammont tal-garanzija li għandha tiġi ppreżentata meta titressaq offerta tal-prezzijiet.

Barra minn hekk, dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni jista' jkun fih:

(a)

il-kwantitajiet globali koperti mill-proċedura tal-offerti;

(b)

jekk applikabbli, dispożizzjonijiet dwar l-ispejjeż tat-trasport għaċ-ċereali u għar-ross.

5.   Il-proċeduri tal-offerti jistgħu jkunu ristretti għal użijiet jew għal destinazzjonijiet speċifikati u jinkludu dispożizzjonijiet għall-verifika tal-użu jew tad-destinazzjoni.

Artikolu 29

Avviż ta' stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti u arranġamenti relatati mal-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti

1.   Kull aġenzija tal-pagamenti li żżomm ħażniet ta' intervent disponibbli għall-bejgħ għandha tfassal avviż ta' stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti u tippubblikah minn tal-inqas erbat ijiem qabel l-ewwel data għall-preżentazzjoni tal-offerti tal-prezzijiet.

2.   L-avviż ta' stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti għandu jindika b'mod partikolari:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-aġenzija tal-pagamenti li toħroġ l-avviż ta' stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti;

(b)

ir-referenza għar-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-bejgħ;

(c)

id-dati tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-offerti għal kull stedina parzjali għall-preżentazzjoni tal-offerti;

(d)

għal kull post tal-ħżin, l-isem u l-indirizz tal-persuna responsabbli mill-maħżen u, kif xieraq:

(i)

għaċ-ċereali u għar-ross, il-kwantitajiet disponibbli ppreżentati f'lottijiet tal-bejgħ stabbiliti b'tali mod li jiżgura li l-operaturi jkollhom aċċess indaqs għalihom, flimkien ma' deskrizzjoni tal-kwalità ta' kull lott tal-bejgħ;

(ii)

għaċ-ċanga, il-kwantitajiet disponibbli skont il-qatgħa tal-laħam, f'konformità mal-Parti IV tal-Anness III u d-data tal-kunsinna;

(iii)

għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat, il-kwantitajiet disponibbli u d-data tal-kunsinna;

(e)

il-fażi tal-kunsinna, kif imsemmi fl-Artikolu 30(1)(d) u, jekk ikun applikabbli, it-tip ta' ppakkjar;

(f)

kwalunkwe faċilità li jkun hemm fil-post tal-ħżin għat-tagħbija fuq mezz tat-trasport;

(g)

għall-butir, meta jkun xieraq, il-kwantità disponibbli ta' butir ħelu għal kull post tal-ħżin, kif imsemmi fil-punt 2(d) tal-Parti II tal-Anness IV.

3.   L-aġenzija tal-pagamenti għandha tiżgura li l-avviżi ta' stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti jiġu rreklamati kif suppost.

4.   L-aġenzija tal-pagamenti għandha tagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex tippermetti lill-partijiet interessati:

(a)

jispezzjonaw, jieħdu u jeżaminaw kampjuni ta' ċereali u ta' ross li jkunu tpoġġew għall-bejgħ għas-spejjeż tagħhom stess qabel ma tkun ġiet ippreżentata offerta tal-prezzijiet;

(b)

jikkonsultaw ir-riżultati tal-analiżi msemmija fil-Parti IV tal-Anness I, fil-Parti I tal-Anness II, fil-Parti I tal-Anness IV jew fil-Parti I tal-Anness V, kif ikun xieraq.

Artikolu 30

Preżentazzjoni u ammissibbiltà tal-offerti tal-prezzijiet

1.   Offerta tal-prezzijiet għandha tkun ammissibbli jekk tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 2 u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-bejgħ. Għandha tissodisfa wkoll il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tindika referenza għar-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-bejgħ u d-data tal-iskadenza għas-sottoperjodu tal-preżentazzjoni tal-offerti tal-prezzijiet;

(b)

għaċ-ċanga, tindika l-qatgħat rilevanti;

(c)

għaċ-ċereali u għar-ross, tindika l-kwantità totali tal-lott tal-bejgħ;

(d)

tindika l-prezz f'euro offrut għal kull unità ta' kejl, arrotondat għal mhux iktar minn żewġ pożizzjonijiet deċimali, mingħajr il-VAT, kif ġej:

(i)

fil-każ taċ-ċereali u tar-ross, għall-prodott li jitgħabba fuq il-mezz tat-trasport;

(ii)

fil-każ tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat, għall-prodott fornut fuq il-paliti fiż-żona tat-tagħbija tal-post tal-ħżin jew, jekk ikun meħtieġ, fornut fuq paliti mgħobbija fuq il-mezz tat-trasport meta jkun trakk jew vagun tal-ferrovija;

(iii)

fil-każ taċ-ċanga, għall-prodott ikkunsinnat saż-żona tat-tagħbija tal-post tal-ħżin.

(e)

għaċ-ċanga, għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat, li minn tal-inqas tkun relatata mal-kwantità minima msemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-bejgħ;

(f)

tindika l-post tal-ħżin li fih ikun qed jinżamm il-prodott u, għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat, jista' jiġi speċifikat post tal-ħżin alternattiv;

(g)

l-operatur ikun ippreżenta l-ammont tal-garanzija previst fir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-bejgħ.

2.   Għaċ-ċereali, il-prezz offrut għandu jirreferi għall-kwalità minima definita fil-Parti II tal-I tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238 jew, għar-ross, għandu jirreferi għall-kwalità standard definita fit-Taqsima A tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

3.   Għaċ-ċanga, għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat, il-prezz offrut għandu japplika għall-piż nett.

Għall-butir, meta dan ikun xieraq, l-offerta tal-prezzijiet tista' tispeċifika li ġiet ippreżentata esklużivament għall-butir ħelu kif imsemmi fl-Artikolu 29(2)(g).

Artikolu 31

Notifika tal-offerti lill-Kummissjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-offerti ammissibbli kollha fil-limiti ta' żmien stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-bejgħ.

2.   In-notifiki previsti fil-paragrafu 1 ma għandhomx jinkludu l-isem, l-indirizz u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-VAT tal-operatur.

3.   Meta Stat Membru ma jinnotifikax lill-Kummissjoni b'offerta ammissibbli fil-limiti ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 1, dan għandu jitqies bħala li nnotifika lill-Kummissjoni bi prospett null.

Artikolu 32

Deċiżjonijiet dwar il-prezz tal-bejgħ

1.   Abbażi tal-offerti tal-prezzijiet nnotifikati f'konformità mal-Artikolu 31, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:

(a)

li ma tiffissax prezz tal-bejgħ minimu; jew

(b)

li tiffissa prezz tal-bejgħ minimu.

Għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat, il-prezz tal-bejgħ minimu jista' jvarja skont il-post li fih ikunu jinsabu l-prodotti offruti għall-bejgħ.

2.   Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 33

Deċiżjonijiet individwali dwar l-offerti tal-prezzijiet

1.   Meta ma jkun ġie ffissat l-ebda prezz tal-bejgħ minimu, għandhom jiġu rrifjutati l-offerti tal-prezzijiet kollha.

2.   Meta jkun ġie ffissat prezz tal-bejgħ minimu, l-aġenziji tal-pagamenti għandhom jirrifjutaw kwalunkwe offerta li tkun iktar baxxa mill-prezz tal-bejgħ minimu.

L-aġenziji tal-pagamenti għandhom jaċċettaw biss offerti li jkunu ġew innotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 31.

3.   L-aġenziji tal-pagamenti għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 32.

L-aġenzija tal-pagamenti għandha tinnotifika lill-operaturi bl-eżitu tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċedura tal-offerti fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ ta' dik id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Artikolu 34

Regoli speċifiċi għall-allokazzjoni tal-laħam taċ-ċanga, tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat

1.   Għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat, l-operatur li jintgħażel għandu jkun l-operatur li joffri l-ogħla prezz. Jekk ma tiġix allokata l-kwantità kollha li tkun disponibbli, il-bqija għandha tingħata lill-operaturi l-oħra abbażi tal-prezzijiet offruti, b'min ikun offra l-ogħla prezz jingħata l-ewwel kwantitajiet.

2.   Meta l-aċċettazzjoni ta' offerta tal-prezzijiet tista' twassal biex jingħataw kuntratti li jaqbżu l-kwantità taċ-ċanga, tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat disponibbli f'post tal-ħżin partikolari, l-operatur inkwistjoni għandu jingħata l-kwantità disponibbli biss. Madankollu, bil-qbil tal-operatur, l-aġenzija tal-pagamenti tista' talloka prodott minn postijiet tal-ħżin oħra sabiex tintlaħaq il-kwantità speċifikata fl-offerta tal-prezzijiet.

3.   Meta l-aċċettazzjoni ta' żewġ offerti tal-prezzijiet jew iktar li jkunu qed joffru l-istess prezz f'post tal-ħżin partikolari tista' twassal biex jingħataw kuntratti li jaqbżu l-kwantità disponibbli ta' ċanga, ta' butir jew ta' trab tal-ħalib xkumat, l-għoti għandu jsir billi l-kwantità disponibbli tiġi allokata b'mod li jkun proporzjonat mal-kwantitajiet li għalihom tkun saret l-offerta tal-prezzijiet. Madanakollu, jekk din l-allokazzjoni twassal għall-għoti ta' kwantitajiet li jkunu inqas mill-kwantità minima msemmija fl-Artikolu 28(4)(c), l-għotja għandha tittella' bix-xorti.

4.   Meta, wara l-aċċettazzjoni tal-offerti rebbieħa kollha, il-kwantità ta' ċanga, ta' butir jew ta' trab tal-ħalib xkumat li jkun għad fadal fil-post tal-ħżin tkun inqas mill-kwantità minima msemmija fl-Artikolu 28(4)(c), il-kwantità li jkun għad fadal għandha tiġi offruta mill-aġenzija tal-pagamenti lill-operaturi li jintgħażlu, skont min ikun offra l-ogħla prezz. L-operaturi li jintgħażlu għandhom jiġu offruti l-għażla li jixtru l-kwantità li jkun għad fadal bil-prezz tal-bejgħ minimu.

5.   L-aġenzija tal-pagamenti għandha talloka l-prodott abbażi tad-data tad-dħul tiegħu fil-post tal-ħżin, billi tibda mill-eqdem prodott mill-kwantità totali disponibbli fil-post tal-ħżin magħżul mill-operatur jew, kif skont il-każ, mill-eqdem kwantità ta' butir jew ta' butir ħelu jew ta' qatgħa taċ-ċanga disponibbli fil-post tal-ħżin imkessaħ magħżul mill-operatur.

Artikolu 35

Pagamenti

Qabel ma jitneħħa l-prodott u fil-perjodu speċifikat fl-Artikolu 37(2), l-operaturi għandhom iħallsu lill-aġenzija tal-pagamenti l-ammont li jikkorrispondi għall-offerta tagħhom għal kull kwantità li joħorġu mill-post tal-ħżin, kif ikun ġie nnotifikat mill-aġenzija tal-pagamenti f'konformità mal-Artikolu 33(3).

Artikolu 36

Bejgħ mill-Istati Membri

1.   Fi Stat Membru li fih ma jkun hemm l-ebda proċedura tal-offerti miftuħa skont l-Artikolu 28, l-aġenzija tal-pagamenti tista' tiftaħ proċedura tal-offerti hi stess għall-bejgħ ta' prodotti ta' intervent meta l-kwantità totali li jkun għad fadal fil-postijiet tal-ħżin kollha tagħha tkun inqas minn:

(a)

għal kull ċereali: 10 000 tunnellata;

(b)

għar-ross: 2 000 tunnellata;

(c)

għaċ-ċanga, għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat: 200 tunnellata.

2.   Il-Kapitolu II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238 u dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għal proċedura tal-offerti li tinfetaħ minn aġenzija tal-pagamenti skont il-paragrafu 1, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 28(2), 29(2)(b), 30(1)(a) u (e), 31 u 32(2) ta' dan ir-Regolament. L-Artikolu 32(1) għandu japplika mutatis mutandis għal deċiżjoni rispettiva tal-Istat Membru.

3.   Fi ħdan il-kwantitajiet iffissati fil-paragrafu 1, l-aġenziji tal-pagamenti jistgħu jpoġġu għal bejgħ dirett dawk il-prodotti li, wara eżaminazzjoni viżiva fil-kuntest tal-inventarju annwali skont il-punt (g) tal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 3(3) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 907/2014 jew matul l-ispezzjoni wara t-teħid f'intervent, ma jkunux jistgħu jerġgħu jiġu ppakkjati jew ikunu ddeterjoraw.

4.   L-aġenziji tal-pagamenti għandhom jiżguraw l-ugwaljanza fl-aċċess għall-partijiet kollha kkonċernati.

Artikolu 37

Ordni tat-tneħħija

1.   Mal-ħlas tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 35, l-aġenzija tal-pagamenti għandha toħroġ ordni tat-tneħħija li tindika:

(a)

il-kwantità li għaliha jkun tħallas l-ammont korrispondenti;

(b)

il-post tal-ħżin li fih jinħażen il-prodott;

(c)

id-data finali għat-tneħħija tal-prodott.

2.   L-operaturi għandhom ineħħu l-prodott mogħti lilhom fi żmien 30 jum min-notifika msemmija fl-Artikolu 33(3). Wara dak il-perjodu ta' żmien, l-ispejjeż u r-riskji għandhom jiġġarrbu mill-operatur.

Artikolu 38

Tneħħija tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat

1.   Fil-mument tat-tneħħija mill-post tal-ħżin u fil-każ ta' kunsinna 'l barra mill-post tal-ħżin, l-aġenzija tal-pagamenti għandha tagħmel il-butir u t-trab tal-ħalib xkumat disponibbli fuq paliti fiż-żona tat-tagħbija tal-post tal-ħżin u tgħabbihom fuq il-mezz tat-trasport, meta dan ikun trakk jew vagun tal-ferrovija. L-ispejjeż involuti għandhom jiġġarrbu mill-aġenzija tal-pagamenti.

2.   L-operatur għandu jirritorna l-paliti ta' kwalità ekwivalenti lill-aġenzija tal-pagamenti mat-tneħħija mill-post tal-ħżin. B'mod alternattiv, jista' jiġi maqbul arranġament ekwivalenti mal-aġenzija tal-pagamenti.

3.   Kwalunkwe spejjeż tat-tagħbija u tat-tneħħija minn fuq il-paliti għandhom jiġġarrbu mill-operatur tal-butir jew tat-trab tal-ħalib xkumat.

TITOLU III

GĦAJNUNA GĦALL-ĦŻIN PRIVAT

KAPITOLU I

Regoli speċifiċi għall-għajnuna għall-ħżin privat

Taqsima I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 39

Ftuħ tal-proċeduri tal-offerti u ffissar tal-għajnuna bil-quddiem

1.   Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura tal-offerti jew li jiffissal-ammont ta' għajnuna bil-quddiem jista' jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-prodotti, jew it-tipi ta' prodotti, koperti bil-kodiċi CN rilevanti tagħhom, jekk ikun applikabbli;

(b)

fil-każ tal-għajnuna ffissata bil-quddiem, l-ammont ta' għajnuna għall-ħżin għal kull unità ta' kejl għall-prodotti koperti;

(c)

l-unità ta' kejl tal-kwantitajiet;

(d)

jekk l-offerta tal-prezzijiet jew l-għajnuna ffissata bil-quddiem tkun relatata ma' prodotti li jkunu diġà nħażnu;

(e)

fil-każ tal-offerti tal-prezzijiet, il-perjodu kopert (“il-perjodu tal-offerti”) u, jekk ikunu meħtieġa, is-sottoperjodi differenti li matulhom jistgħu jiġu ppreżentati l-offerti u, fil-każ ta' għajnuna ffissata bil-quddiem, il-perjodu għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni;

(f)

il-perjodu tal-ħżin;

(g)

il-kwantità globali, jekk applikabbli;

(h)

il-kwantità minima għal kull offerta tal-prezzijiet jew għal kull applikazzjoni;

(i)

l-ammont tal-garanzija għal kull unità ta' kejl fil-każ tal-offerti tal-prezzijiet u, meta dan ikun applikabbli, għall-applikazzjonijiet;

(j)

il-perjodu tat-tqegħid fil-maħżen u tat-tneħħija mill-maħżen;

(k)

l-ispeċifikazzjonijiet li għandhom jidhru fuq l-ippakkjar, jekk applikabbli.

2.   Meta l-għoti tal-għajnuna għall-ħżin privat ikun ristrett għal ċerti Stati Membri jew reġjuni ta' Stat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 18(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-offerti tal-prezzijiet u l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati biss fl-Istat/i Membru/i kkonċernat/i.

3.   Fil-każ tal-offerti tal-prezzijiet, għandhom jgħaddu minn tal-inqas sitt ijiem bejn id-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura tal-offerti u l-ewwel data għall-preżentazzjoni tal-offerti.

Artikolu 40

Preżentazzjoni u ammissibbiltà tal-offerti tal-prezzijiet u tal-applikazzjonijiet għal għajnuna għall-ħżin privat

Offerta tal-prezzijiet jew applikazzjoni għal għajnuna għall-ħżin privat għandha tkun ammissibbli jekk tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 2 u jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

minn tal-inqas tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(i)

referenza għar-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura tal-offerti jew li jiffissal-ammont ta' għajnuna għall-ħżin privat bil-quddiem;

(ii)

il-perjodu tal-ħżin, meta dan ikun meħtieġ, fir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura tal-offerti jew li jiffissal-ammont ta' għajnuna għall-ħżin privat bil-quddiem;

(iii)

il-kwantità ta' prodotti koperti mill-offerta tal-prezzijiet jew mill-applikazzjoni;

(iv)

meta l-prodotti jkunu diġà nħażnu, l-isem u l-indirizz ta' kull post tal-ħżin privat, il-post tal-lottijiet/tal-għadd/tal-btieti/tas-sajlos tal-ħżin bil-kwantitajiet korrispondenti u, meta dan ikun xieraq, in-numru li jidentifika l-impriża approvata;

(v)

fil-każ tal-offerti tal-prezzijiet, id-data tal-iskadenza għas-sottoperjodu tal-preżentazzjoni;

(vi)

fil-każ tal-offerti tal-prezzijiet, l-ammont ta' għajnuna f'euro propost għal kull unità ta' kejl arrotondat għal mhux iktar minn żewġ pożizzjonijiet deċimali, mingħajr il-VAT;

(b)

l-operatur ikun ippreżenta l-ammont tal-garanzija msemmi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura tal-offerti jew li jiffissal-ammont ta' għajnuna għall-ħżin privat bil-quddiem.

Artikolu 41

Verifika tal-offerti tal-prezzijiet u tal-applikazzjonijiet mill-aġenzija tal-pagamenti

1.   L-aġenzija tal-pagamenti għandha tiddeċiedi fuq l-ammissibbiltà tal-offerti tal-prezzijiet u tal-applikazzjonijiet abbażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 40.

2.   Meta l-aġenzija tal-pagamenti tiddeċiedi li offerta tal-prezzijiet jew applikazzjoni ma tkunx ammissibbli, din għandha tgħarraf lill-operatur ikkonċernat fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mir-riċevuta tal-offerta tal-prezzijiet jew tal-applikazzjoni.

Artikolu 42

Notifika tal-offerti tal-prezzijiet u tal-applikazzjonijiet lill-Kummissjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-offerti tal-prezzijiet u l-applikazzjonijiet ammissibbli kollha fil-limiti ta' żmien li ġejjin:

(a)

fil-każ tal-offerti tal-prezzijiet, għandhom japplikaw il-limiti ta' żmien stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura tal-offerti;

(b)

fil-każ tal-applikazzjonijiet, in-notifiki għandhom jiġu ppreżentati sa mhux iktar tard minn 12.00 (ħin ta' Brussell) kull nhar ta' Tlieta u għandhom ikunu relatati mal-kwantitajiet tal-prodotti li, matul il-ġimgħa ta' qabel, ikunu is-suġġett ta' applikazzjoni ammissibbli, u tal-informazzjoni relatata. Il-Kummissjoni tista' titlob li notifiki bħal dawn isiru iktar ta' spiss meta informazzjoni bħal din tkun meħtieġa għall-finijiet ta' ġestjoni tal-iskema.

2.   In-notifiki previsti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ma għandhomx ikun fihom l-isem, l-indirizz u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-VAT tal-operaturi.

3.   Meta Stat Membru ma jinnotifikax lill-Kummissjoni b'offerta jew b'applikazzjoni ammissibbli fil-limiti ta' żmien imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, dan għandu jitqies li nnotifika lill-Kummissjoni bi prospett null.

Taqsima II

L-iffissar tal-ammont ta' għajnuna għall-ħżin privat permezz ta' proċedura tal-offerti

Artikolu 43

Deċiżjonijiet dwar l-ammont massimu ta' għajnuna għall-ħżin privat

1.   Abbażi tal-offerti tal-prezzijiet innotifikati skont l-Artikolu 42, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, kif previst fl-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1370/2013:

(a)

li ma tiffissax ammont massimu ta' għajnuna; jew

(b)

li tiffissa ammont massimu ta' għajnuna.

2.   Meta l-offerta tkun soġġetta għal kwantità globali kif imsemmi fl-Artikolu 39(1)(g), u jekk l-għoti tal-kwantitajiet totali li għalihom ikun ġie offrut dak l-ammont jista' jwassal biex tinqabeż il-kwantità globali, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li tiffissa koeffiċjent tal-allokazzjoni, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Il-koeffiċjent għandu japplika għall-offerti tal-prezzijiet li jkunu ġew riċevuti fil-livell tal-ammont massimu ta' għajnuna.

B'deroga mill-Artikolu 2(6), operatur li għalih japplika koeffiċjent tal-allokazzjoni jista' jirtira l-offerta tiegħu fi żmien għaxart (10) ijiem tax-xogħol mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni li tiffissal-koeffiċjent tal-allokazzjoni.

3.   Id-deċiżjonijiet dwar l-għajnuna msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 44

Deċiżjonijiet individwali dwar l-offerti tal-prezzijiet

1.   Meta ma jkun ġie ffissat l-ebda ammont massimu ta' għajnuna għall-ħżin privat, għandhom jiġu rrifjutati l-offerti kollha.

2.   Meta jkun ġie ffissat ammont massimu ta' għajnuna, l-aġenzija tal-pagamenti għandha taċċetta l-offerti li jkunu jiswew daqs jew inqas minn dak l-ammont, mingħajr ħsara għall-Artikolu 43(2). L-offerti l-oħra kollha għandhom jiġu rrifjutati.

L-aġenzija tal-pagamenti għandha taċċetta biss offerti li jkunu ġew innotifikati f'konformità mal-Artikolu 42.

3.   L-aġenzija tal-pagamenti għandha tieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 43(1).

L-aġenzija tal-pagamenti għandha tinnotifika lill-operaturi bl-eżitu tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċedura tal-offerti fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ ta' dik id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Taqsima III

L-iffissar bil-quddiem tal-ammont ta' għajnuna għall-ħżin privat

Artikolu 45

Deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għal għajnuna għall-ħżin privat iffissata bil-quddiem

1.   Għall-prodotti li jkunu diġà nħażnu, applikazzjoni ammissibbli għandha titqies li ġiet aċċettata fit-tmien jum tax-xogħol wara d-data tar-riċevuta ta' dik l-applikazzjoni, diment li sadanittant il-Kummissjoni ma tadotta l-ebda deċiżjoni f'konformità mal-paragrafu 3.

2.   Għall-prodotti li ma jkunux diġà nħażnu, id-deċiżjonijiet dwar l-aċċettazzjoni ta' applikazzjoni ammissibbli għandha tiġi nnotifikata mill-aġenzija tal-pagamenti lill-operatur fit-tmien jum tax-xogħol wara d-data tar-riċevuta ta' dik l-applikazzjoni, diment li sadanittant il-Kummissjoni ma tadotta l-ebda deċiżjoni f'konformità mal-paragrafu 3.

3.   Meta eżaminazzjoni tas-sitwazzjoni tiżvela li sar użu eċċessiv mill-iskema ta' għajnuna għall-ħżin privat, jew li hemm riskju ta' spekulazzjoni jew ta' użu eċċessiv, il-Kummissjoni tista', mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, tiddeċiedi li:

(a)

tissospendi l-applikazzjoni tal-iskema għal mhux iktar minn ħamest ijiem tax-xogħol; l-applikazzjonijiet li jiġu ppreżentati matul dak il-perjodu ma għandhomx jiġu aċċettati;

(b)

tistabbilixxi persentaġġ uniku li bih jitnaqqsu l-kwantitajiet fl-applikazzjonijiet, soġġett li tiġi osservata l-kwantità kuntrattwali minima, meta dan ikun xieraq;

(c)

tirrifjuta l-applikazzjonijiet li jkunu saru qabel il-perjodu ta' sospensjoni, li l-aċċettazzjoni tagħhom tkun ġiet deċiża matul il-perjodu ta' sospensjoni.

B'deroga mill-Artikolu 2(6), operatur li għalih japplika l-punt (b) tal-ewwel sottoparagrafu jista' jirtira l-applikazzjoni tiegħu fi żmien għaxart (10) ijiem tax-xogħol mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni li tistabbilixxi t-tnaqqis tal-persentaġġ.

Taqsima IV

Tqegħid tal-prodotti fi ħżin privat

Artikolu 46

Informazzjoni relatata mal-post tal-ħżin privat għal prodotti li jkunu għadhom ma nħażnux

Wara r-riċevuta tan-notifika msemmija fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 44(3) jew tan-notifika tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 45(2), l-operatur għandu jinnotifika lill-aġenzija tal-pagamenti bil-limitu ta' żmien għad-dħul tal-prodotti f'post tal-ħżin, l-isem u l-indirizz ta' kull post tal-ħżin privat u l-kwantitajiet korrispondenti. In-notifika għandha tiġi pprovduta lill-aġenzija tal-pagamenti minn tal-inqas ħamest ijiem tax-xogħol qabel il-bidu tat-tqegħid tal-lottijiet f'post tal-ħżin. L-aġenzija tal-pagamenti tista' tiddeċiedi li taċċetta perjodu iqsar minn ħamest ijiem tax-xogħol.

Artikolu 47

Tqegħid f'post tal-ħżin ta' prodotti li jkunu għadhom ma nħażnux

1.   Il-prodotti għandhom jitqiegħdu f'post tal-ħżin fi żmien 28 jum wara n-notifika msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 44(3) fil-każ tal-offerti tal-prezzijiet, jew in-notifika tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 45(2) fil-każ tal-applikazzjonijiet.

2.   Għal-laħam, it-tqegħid f'post tal-ħżin għandu jibda, għal kull lott individwali tal-kwantità koperta mill-offerta tal-prezzijiet jew mill-applikazzjoni, minn dak il-jum li fih il-lott jaqa' taħt il-kontroll tal-awtorità kompetenti. Dak il-jum għandu jkun il-jum li fih jiġi stabbilit il-piż nett tal-prodott frisk jew mkessaħ:

(a)

fil-post tal-ħżin privat, meta l-prodott jiġi ffriżat fl-istabbiliment;

(b)

fil-post tal-iffriżar, meta l-prodott jiġi ffriżat f'faċilitajiet adattati 'l barra mill-post tal-ħżin privat.

3.   It-tqegħid f'post tal-ħżin għandu jitqies li tlesta dakinhar li jinħażen l-aħħar lott individwali tal-kwantità koperta mill-offerta tal-prezzijiet jew mill-applikazzjoni.

KAPITOLU II

Kuntratti ta' ħżin

Taqsima I

Konklużjoni ta' kuntratti

Artikolu 48

Perjodu ta' ħżin kuntrattwali

1.   Il-perjodu ta' ħżin kuntrattwali jibda l-għada:

(a)

tad-data tan-notifika msemmija fl-Artikolu 44(3), jew tad-data tar-riċevuta ta' applikazzjoni ammissibbli mingħajr ħsara għall-Artikolu 45(1), għall-prodotti li diġà jkunu nħażnu;

(b)

tad-data meta t-tqegħid fil-post tal-ħżin jitqies li tlesta skont l-Artikolu 47(3) għall-prodotti li jkunu għadhom ma nħażnux.

2.   L-aħħar jum tal-perjodu ta' ħżin kuntrattwali jista' jiġi ffissat fir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura tal-offerti jew li jiffissal-ammont ta' għajnuna għall-ħżin privat bil-quddiem, kif imsemmi fl-Artikolu 39(1)(f).

B'deroga mill-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 (18), meta l-aħħar jum tal-perjodu ta' ħżin kuntrattwali jinzerta nhar ta' s-Sibt, nhar ta' Ħadd jew fi btala pubblika, il-perjodu ta' ħżin kuntrattwali għandu jintemm malli tiskadi l-aħħar siegħa ta' dak il-jum.

Artikolu 49

Konklużjoni ta' kuntratti

Il-kuntratti għandhom jiġu konklużi bejn l-aġenzija tal-pagamenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu maħżuna jew ikunu se jinħażnu l-prodotti u l-operaturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238 u li minnhom tkun ġiet aċċettata offerta tal-prezzijiet jew applikazzjoni.

Il-kuntratti għandhom jiġu konklużi għall-kwantità li effettivament tkun inħażnet (il-“kwantità kuntrattwali”), li ma għandhiex taqbeż il-kwantità msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 44(3) fil-każ tal-offerti tal-prezzijiet, jew il-kwantità fl-applikazzjoni fir-rigward ta' prodotti li diġà jkunu maħżuna, jew in-notifika tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 45(2) fil-każ ta' applikazzjonijiet għal prodotti li jkunu għadhom ma nħażnux.

Meta l-kwantità li effettivament tinħażen tkun inqas minn 95 % tal-kwantità speċifikata fl-offerta tal-prezzijiet jew fl-applikazzjoni, jew tal-kwantità li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 45(3)(b), ma għandu jiġi konkluż l-ebda kuntratt.

Meta l-eliġibbiltà tal-prodotti ma tkunx ġiet ikkonfermata, ma għandhomx jiġu konklużi kuntratti.

Artikolu 50

Notifika tal-konklużjoni ta' kuntratti

L-aġenzija tal-pagamenti għandha tinnotifika lill-operatur rebbieħ dwar kuntratt li jitqies konkluż, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data tal-ħruġ tar-rapport ta' kontroll imsemmi fl-Artikolu 61(1), diment li tirċievi d-dokumenti kollha meħtieġa għall-konklużjoni tal-kuntratt.

Id-data tal-konklużjoni tal-kuntratt għandha tkun dik li fiha l-aġenzija tal-pagamenti tinnotifika lill-operatur.

Taqsima II

Elementi tal-kuntratt u obbligi tal-operatur

Artikolu 51

Elementi tal-kuntratt

Il-kuntratt għandu jitqies li jinkludi, meta dan ikun xieraq, l-elementi previsti fl-Artikolu 52, kif ukoll dawk previsti:

(a)

fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura tal-offerti u fl-offerta tal-prezzijiet; jew

(b)

fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiffissal-ammont ta' għajnuna għall-ħżin privat bil-quddiem u fl-applikazzjoni.

Artikolu 52

Obbligi tal-operatur

1.   Minn tal-inqas il-kuntratti għandhom ikopru l-obbligi li ġejjin għall-operatur:

(a)

it-tqegħid u ż-żamma tal-kwantità kuntrattwali fil-post tal-ħżin, matul il-perjodu tal-ħżin kuntrattwali, għar-riskju u għas-spejjeż tiegħu, skont kundizzjonijiet li jiżguraw li jinżammu l-karatteristiċi tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238, mingħajr ma:

(i)

jiġu sostitwiti l-prodotti maħżuna, għajr fil-każ taz-zokkor f'konformità mal-paragrafu 3;

(ii)

jew mingħajr ma jiġu trasferiti f'post ieħor ta' ħżin privat jew, fil-każ taz-zokkor, f'sajlo ieħor;

(b)

iż-żamma tad-dokumenti tal-użin stabbiliti fil-ħin tad-dħul fil-post tal-ħżin privat;

(c)

il-preżentazzjoni tad-dokumenti marbuta mal-operazzjonijiet tat-tqegħid fil-post tal-ħżin, inkluż il-post li fih jinsabu l-lottijiet/l-għadd/il-btieti/is-sajlos tal-ħżin bil-kwantitajiet korrispondenti, lill-aġenzija tal-pagamenti mhux iktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara d-data tat-tqegħid f'post tal-ħżin imsemmija fl-Artikolu 47(3);

(d)

li l-aġenzija tal-pagamenti titħalla tikkontrolla fi kwalunkwe ħin li l-obbligi kollha stipulati fil-kuntratt ikunu qegħdin jiġu rrispettati;

(e)

li l-prodotti maħżuna jkunu aċċessibbli u identifikabbli faċilment u individwalment skont il-lott/l-għadd/il-bittija/is-sajlo tal-ħżin.

2.   B'deroga mill-punt (a)(ii) tal-paragrafu 1, l-aġenzija tal-pagamenti tista' tawtorizza rilokazzjoni tal-prodotti maħżuna skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

għall-ġobnijiet li jibbenifikaw minn denominazzjoni ta' oriġini protetta (DOP) jew minn indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP), meta l-operatur jippreżenta talba motivata;

(ii)

għal prodotti oħra, f'każijiet eċċezzjonali, meta l-operatur jippreżenta talba motivata.

3.   B'deroga mill-punt (e) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, iz-zokkor soġġett għal kuntratt jista' jinħażen f'sajlo magħżul mill-operatur flimkien ma' zokkor ieħor, diment li l-kwantità kuntrattwali tinżamm maħżuna fis-sajlo magħżul, matul il-perjodu kuntrattwali f'konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238.

4.   Fuq talba, l-operatur għandu jlesti d-dokumentazzjoni kollha, għal kull kuntratt, sabiex l-aġenzija tal-pagamenti responsabbli għall-kontrolli tkun tista' tivverifika, b'mod partikolari, l-informazzjoni li ġejja dwar il-prodotti maħżuna:

(a)

in-numru li jidentifika l-impriża approvata u, jekk ikun meħtieġ, l-Istat Membru tal-produzzjoni;

(b)

l-oriġini u d-data tal-produzzjoni tal-prodotti jew, għaz-zokkor, is-sena tal-kummerċjalizzazzjoni tal-produzzjoni u, għal-laħam, il-jum tal-qatla;

(c)

id-data tat-tqegħid fil-post tal-ħżin;

(d)

il-piż u, fil-każ tal-laħam, in-numru ta' qatgħat ippakkjati;

(e)

l-indirizz tal-post tal-ħżin privata u l-mezz li jippermetti l-identifikazzjoni faċli tal-prodott fil-post tal-ħżin privat jew, għaz-zokkor f'ammonti kbar, l-identifikazzjoni tas-sajlo magħżul mill-operatur;

(f)

id-data tat-tmiem tal-perjodu tal-ħżin kuntrattwali u d-data reali tat-tneħħija mill-ħżin kuntrattwali.

5.   L-operatur jew, meta jkun applikabbli, il-persuna responsabbli mill-maħżen, għandhom iżommu reġistru fil-maħżen li jkopri, skont in-numru tal-kuntratt:

(a)

l-identifikazzjoni tal-prodotti mqiegħda fil-post tal-ħżin skont il-lott/l-għadd/il-bittija/is-sajlo;

(b)

id-dati tat-tqegħid fil-post tal-ħżin u tat-tneħħija minnu;

(c)

il-kwantità ta' prodotti maħżuna skont il-lott/l-għadd/il-bittija/is-sajlo;

(d)

il-post li fih ikunu jinsabu l-prodotti skont il-lott/l-għadd/il-bittija/is-sajlo tal-post tal-ħżin fil-maħżen.

KAPITOLU III

Tneħħija tal-prodotti u ħlas tal-għajnuna għall-ħżin privat

Taqsima I

Tneħħija tal-prodotti mill-post tal-ħżin

Artikolu 53

Tneħħija mill-post tal-ħżin

1.   It-tneħħija mill-post tal-ħżin tista' tibda fil-jum ta' wara l-aħħar jum tal-perjodu kuntrattwali jew, kif jista' jkun il-każ, mid-data speċifikata fir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura tal-offerti jew li jiffissal-ammont ta' għajnuna għall-ħżin privat bil-quddiem.

2.   It-tneħħija mill-post tal-ħżin għandha tkun f'lottijiet sħaħ tal-ħżin, sakemm l-aġenzija tal-pagamenti ma tawtorizzax it-tneħħija fi kwantitajiet iżgħar.

Madankollu, fil-każ ta' prodotti ssiġillati kif imsemmi fl-Artikolu 60, tista' titneħħa biss kwantità ssiġillata mill-maħżen.

3.   Meta fir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura tal-offerti jew li jiffissal-ammont ta' għajnuna għall-ħżin privat bil-quddiem, il-perjodu tal-ħżin kuntrattwali jiġi speċifikat li huwa bejn perjodu ta' jiem, l-operatur għandu jinnotifika lill-aġenzija tal-pagamenti li jkun biħsiebu jibda jneħħi l-prodotti mill-post tal-ħżin, billi jindika l-lottijiet/l-għadd/il-btieti/is-sajlos involuti tal-post tal-ħżin, minn tal-inqas ħamest ijiem tax-xogħol qabel il-bidu tal-operazzjonijiet tat-tneħħija.

L-aġenzija tal-pagamenti tista' tiddeċiedi li taċċetta perjodu iqsar minn ħamest ijiem tax-xogħol.

Taqsima II

Ħlas

Artikolu 54

Applikazzjoni għal ħlas tal-għajnuna għall-ħżin privat

L-operatur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-ħlas fi żmien tliet xhur minn tmiem il-perjodu tal-ħżin kuntrattwali.

Artikolu 55

Ħlas tal-għajnuna għall-ħżin privat

Il-ħlas tal-għajnuna għandu jsir sa mhux iktar tard minn 120 jum wara d-data li fiha tiġi ppreżentata applikazzjoni għall-ħlas, diment li jkunu ġew issodisfati l-obbligi tal-kuntratt.

Madanakollu, jekk tkun qed issir inkjesta amministrattiva, il-ħlas ma għandux isir qabel ma jiġi rikonoxxut l-intitolament.

TITOLU IV

KONTROLLI U PENALI

KAPITOLU I

Kontrolli

Artikolu 56

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar kontrolli marbuta ma' intervent pubbliku u ma' għajnuna għall-ħżin privat

1.   L-aġenziji tal-pagamenti għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti marbuta mal-intervent pubbliku u mal-għoti ta' għajnuna għall-ħżin privat stipulati fir-Regolament Delegat (UE) 2016/1238, f'dan ir-Regolament u fir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 1(2)(a) u (b) ta' dan ir-Regolament.

Il-miżuri għandhom jinkludu kontrolli amministrattivi sħaħ tal-offerti ta' xiri u tal-offerti tal-prezzijiet għal intervent pubbliku, għall-offerti tal-prezzijiet u għall-applikazzjonijiet għal għajnuna għall-ħżin privat, flimkien ma' kontrolli tad-dokumentazzjoni fuq il-post i kontrolli fiżiċi kif speċifikat f'dan it-Titolu.

2.   Il-verifika tal-piż tal-prodotti kkunsinnati għal intervent pubbliku u, fil-każ tal-għajnuna għall-ħżin privat, tal-kwantità kuntrattwali, għandha titwettaq fil-preżenza tal-uffiċjali tal-aġenzija tal-pagamenti.

3.   Il-kampjuni fiżiċi li jittieħdu għall-finijiet ta' verifika tal-kwalità u tal-kompożizzjoni tal-prodotti għal intervent pubbliku u għall-għajnuna għall-ħżin privat għandhom jittieħdu mill-uffiċjali tal-aġenzija tal-pagamenti jew fil-preżenza tagħhom.

4.   Għall-finijiet ta' verifika tal-awditjar, ir-rekords finanzjarji kollha u dawk kollha marbuta mal-ħażniet kif ukoll id-dokumenti kkontrollati mill-aġenzija tal-pagamenti għandhom jiġu ttimbrati jew inizjalati matul iż-żjara ta' kontroll. Meta jiġu vverifikati r-rekords tal-kompjuter, fil-fajl tal-ispezzjoni għandu jiġi inkluż rekord tal-kontroll li jkun twettaq, f'forma stampata jew elettronika. Rekords bħal dawn għandhom ikunu disponibbli għall-Kummissjoni, fuq talba tagħha.

Artikolu 57

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kontrolli marbuta ma' intervent pubbliku

1.   Mingħajr ħsara għall-kontrolli mitluba minn dan ir-Regolament għall-akkwist ta' prodotti, il-kontrolli tal-ħażniet tal-intervent għandhom jitwettqu f'konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 907/2014.

2.   Meta l-post tal-ħżin imsemmi fl-Artikolu 7(1)(a)(ii) ikun fi Stat Membru għajr dak li fih titressaq l-offerta tax-xiri jew l-offerta tal-prezzijiet, l-aġenzija tal-pagamenti li tkun irċeviet l-offerta tax-xiri jew l-offerta tal-prezzijiet tista' titlob assistenza mill-aġenzija tal-pagamenti responsabbli għal dak il-post tal-ħżin, inkluż kontroll fuq il-post. L-assistenza għandha tiġi pprovduta fil-perjodu mitlub mill-aġenzija tal-pagamenti li tkun irċeviet l-offerta tax-xiri jew l-offerta tal-prezzijiet.

3.   Għaċ-ċanga, il-kontrolli għandhom jitwettqu f'konformità mal-Partijiet I u III tal-Anness III.

Artikolu 58

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kontrolli marbuta ma' intervent pubbliku għaċ-ċereali u għar-ross

1.   Minkejja l-Artikolu 56(2), il-kwantità kkunsinnata għandha tintiżen fil-preżenza tal-operatur u ta' rappreżentant tal-aġenzija tal-pagamenti li jkun indipendenti mill-operatur.

Madankollu, jekk ir-rappreżentant tal-aġenzija tal-pagamenti jkun ukoll il-persuna responsabbli mill-maħżen, fi żmien 30 jum mid-data tal-kunsinna, l-aġenzija tal-pagamenti għandha twettaq spezzjoni li minn tal-inqas tkun tinvolvi kontroll volumetriku. Kwalunkwe differenza bejn il-kwantità stabbilita bl-użin u l-kwantità stmata skont il-metodu volumetriku ma għandhiex taqbeż il-5 %.

Meta t-tolleranza ta' 5 % ma tinqabiżx, il-persuna responsabbli mill-maħżen għandha ġġarrab l-ispejjeż kollha relatati ma' kwalunkwe differenza li tiġi osservata, waqt verifika tal-piż li ssir iktar tard, meta imqabbel mal-piż imdaħħal fil-kontijiet waqt l-akkwist.

Meta t-tolleranza ta' 5 % tinqabeż, iċ-ċereali jew ir-ross għandhom jintiżnu minnufih. Meta l-piż stabbilit ikun inqas minn dak irreġistrat, l-ispejjeż tal-użin għandhom jiġġarrbu mill-persuna responsabbli mill-maħżen. Inkella, l-ispejjeż tal-użin għandhom jiġġarrbu mill-aġenzija tal-pagamenti.

2.   Meta l-livell ta' kontaminanti fiċ-ċereali jkun irid jiġi kkontrollat abbażi tal-analiżi tar-riskji msemmija fil-punt 3 tal-Parti I tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238, l-aġenzija tal-pagamenti għandha tinżamm responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji ta' kwalunkwe nuqqas ta' konformità mal-livelli massimi ta' kontaminanti skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 907/2014.

Madankollu, fil-każ tal-okratossina A u tal-aflatossina, jekk l-aġenzija tal-pagamenti kkonċernata tkun tista' tagħti prova li tissodisfa l-Kummissjoni li l-istandards ġew issodisfati mad-dħul, li l-kundizzjonijiet normali tal-ħżin ġew irrispettati u li l-impenji l-oħra tal-persuna responsabbli mill-maħżen ġew irrispettati, l-obbligazzjoni finanzjarja tiġġarrab mill-baġit tal-Unjoni.

Artikolu 59

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-akkwist fil-post tal-ħżin tal-persuna responsabbli mill-maħżen għaċ-ċereali u għar-ross

1.   Jekk l-akkwist taċ-ċereali u tar-ross iseħħ fil-post tal-ħżin li fih ikunu qegħdin jinżammu l-prodotti meta tiġi ppreżentata l-offerta ta' xiri jew l-offerta tal-prezzijiet, il-kwantità li tiġi akkwistata għandha tiġi stabbilita abbażi tar-reġistru tal-maħżen, li għandu jissodisfa l-istandards professjonali li jippermettu li tiġi żgurata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-Anness III tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 907/2014, u diment li:

(a)

ir-reġistru tal-maħżen juri:

(i)

il-piż irreġistrat waqt użin li jkun twettaq f'perjodu ta' mhux iktar minn għaxar (10) xhur qabel l-akkwist;

(ii)

il-karatteristiċi fiżiċi tal-kwalità waqt l-użin u, b'mod partikolari, il-kontenut ta' ndewwa;

(iii)

it-trasferimenti li jista' jkun hemm bejn il-ħażniet fis-sajlos, jekk ikun hemm, u t-trattamenti li jitwettqu;

(b)

il-persuna responsabbli mill-maħżen tiddikjara li l-lott offrut jikkorrispondi għalkollox mad-dettalji li jkun hemm fir-reġistru tal-maħżen;

(c)

il-karatteristiċi tal-kwalità stabbiliti waqt l-użin ikunu l-istess bħal dawk tal-kampjun rappreżentattiv li jkun magħmul mill-kampjuni meħudin mill-aġenzija tal-pagamenti jew mir-rappreżentant tagħha b'rata ta' kampjun wieħed għal kull 60 tunnellata.

2.   Jekk japplika l-paragrafu 1, il-piż li għandu jiġi rreġistrat fir-reġistru tal-maħżen u fil-kontijiet finanzjarji previsti fil-punt (a) tal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 907/2014 għandu jkun dak li ddaħħal fir-reġistru tal-maħżen u li ġie aġġustat, meta dan ikun xieraq, sabiex titqies kwalunkwe differenza bejn il-kontenut ta' ndewwa jew il-persentaġġ ta' impuritajiet mixxellanji (Schwarzbesatz) irreġistrati waqt l-użin u dawk stabbiliti abbażi tal-kampjun rappreżentattiv. Differenza bejn il-persentaġġi ta' impuritajiet mixxellanji tista' titqies biss biex jitnaqqas il-piż li ddaħħal fir-reġistru tal-maħżen.

L-aġenzija tal-pagamenti għandha twettaq kontroll volumetriku fi żmien 30 jum mill-akkwist. Kwalunkwe differenza bejn il-kwantità stabbilita bl-użin u l-kwantità stmata skont il-metodu volumetriku ma għandhiex taqbeż il-5 %.

Meta t-tolleranza ta' 5 % ma tinqabiżx, il-persuna responsabbli mill-maħżen għandha ġġarrab l-ispejjeż kollha relatati ma' kwalunkwe differenza li tiġi osservata, waqt verifika tal-piż li ssir iktar tard, meta imqabbel mal-piż imdaħħal fil-kontijiet waqt l-akkwist.

Meta t-tolleranza ta' 5 % tinqabeż, iċ-ċereali jew ir-ross għandhom jintiżnu minnufih. Meta l-piż stabbilit ikun inqas minn dak irreġistrat, filwaqt li jitqiesu l-limiti ta' tolleranza previsti fil-punt 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 907/2014, l-ispejjeż tal-użin għandhom jiġġarbu mill-persuna responsabbli mill-maħżen. Inkella, l-ispejjeż tal-użin għandhom jiġġarbu mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija.

Artikolu 60

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kontrolli marbuta mal-għajnuna għall-ħżin privat

1.   Għal-lottijiet kollha mqiegħda f'post tal-ħżin, l-aġenzija tal-pagamenti għandha twettaq kontrolli tad-dokumenti fuq il-post fi żmien 30 jum mill-bidu tal-perjodu tal-ħżin kuntrattwali msemmi fl-Artikolu 48(1) sabiex tiġi vverifikata l-kwantità kuntrattwali msemmija fl-Artikolu 49. Dawn il-kontrolli għandhom jinkludu eżaminazzjoni tar-reġistru tal-maħżen imsemmi fl-Artikolu 52(5) u tad-dokumenti ta' prova, bħal biljetti tal-użin u dokumenti tal-kunsinna, kif ukoll verifika fiżika tal-preżenza tal-lottijiet u tal-identità tal-prodotti fil-post tal-ħżin privat.

Fil-każ tal-laħam, il-kontrolli għandhom iseħħu fil-waqt tat-tqegħid f'post tal-ħżin privat u, għaż-żejt taż-żebbuġa, qabel l-issiġillar uffiċjali tal-btieti.

F'ċirkostanzi ġġustifikati kif imiss, l-aġenzija tal-pagamenti tista' testendi l-perjodu msemmi fl-ewwel sottoparagrafu sa massimu ta' 15-il jum. F'każijiet bħal dawn, l-aġenzija tal-pagamenti għandha tgħarraf lill-operaturi affettwati.

2.   Minbarra il-kontrolli meħtieġa skont il-paragrafu 1, għandu jiġi kkontrollat fiżikament kampjun statistiku rappreżentattiv ta' minn tal-inqas 5 % tal-lottijiet li jkopru minn tal-inqas 5 % tal-kwantitajiet totali maħżuna bl-għan li jiġi żgurat li l-kwantità, in-natura u l-kompożizzjoni, l-ippakkjar u l-immarkar tal-prodotti u tal-lottijiet maħżuna jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-ħżin privat u mad-dettalji speċifikati mill-operatur fl-offerta tal-prezzijiet jew fl-applikazzjoni tiegħu.

Fil-każ tal-ġobon, għandhom isiru kontrolli fiżiċi fuq il-lottijiet kollha sabiex tiġi vverifikata l-kwantità kuntrattwali.

3.   Matul il-perjodu tal-ħżin, l-aġenzija tal-pagamenti għandha twettaq ukoll kontrolli fuq il-post għal għarrieda sabiex tiġi żgurata l-preżenza u l-identità tal-kwantità kuntrattwali fil-post tal-ħżin privat, u li z-zokkor maħżun f'ammonti kbar ikun preżenti fis-sajlo magħżul mill-operatur. Il-kontroll għandu jsir abbażi ta' kampjun statistiku aleatorju ta' minn tal-inqas 5 % tal-lottijiet li jkopru minn tal-inqas 5 % tal-kwantitajiet totali li għalihom ikunu ġew konklużi l-kuntratti. Dan il-kampjun ma għandux jinkludi iktar minn 25 % tal-lottijiet li diġà jkunu ġew ikkontrollati skont il-paragrafu 2, sakemm ma jkunx possibbli li jitwettaq kontroll fuq il-post ta' minn tal-inqas 5 % tal-lottijiet li jkopru minn tal-inqas 5 % tal-kwantitajiet totali li għalihom ikunu ġew konklużi l-kuntratti.

Il-kontroll għal għarrieda msemmi fl-ewwel sottoparagrafu ma għandhiex tkun meħtieġa meta l-aġenzija tal-pagamenti, bi qbil mal-operatur, tkun issiġillat il-prodotti b'tali mod li l-kwantitajiet kuntrattwali ma jkunux jistgħu jitneħħew mill-post tal-ħżin mingħajr ma jinkiser is-siġill.

4.   Fi tmiem il-perjodu tal-ħżin kuntrattwali, jew qabel il-bidu tat-tneħħija tal-prodotti skont l-Artikolu 53(3), l-aġenzija tal-pagamenti għandha twettaq kontrolli fuq il-post sabiex tivverifika li l-impenn kuntrattwali jkun qed jiġi ssodisfat abbażi ta' kontroll tad-dokument tar-reġistru tal-maħżen u tad-dokumenti ta' prova, kif ukoll verifika tal-preżenza tal-lottijiet u tal-identità tal-prodotti fil-post tal-ħżin privat.

Minbarra l-kontrolli msemmija fl-ewwel sottoparagrafu, għandu jiġi kkontrollat fiżikament kampjun statistiku rappreżentattiv ta' minn tal-inqas 5 % tal-lottijiet li jkopru minn tal-inqas 5 % tal-kwantitajiet totali li għalihom ikunu ġew konklużi l-kuntratti, sabiex jiġu vverifikati l-kwantità, it-tip, l-ippakkjar, l-immarkar u l-identità tal-prodotti fil-post tal-ħżin privat.

5.   Meta l-aġenzija tal-pagamenti, bil-qbil tal-operatur, tkun issiġillat il-prodotti b'tali mod li l-kwantità maħżuna ma tkunx tista' titneħħa mil-lott individwali mingħajr ma jinkiser is-siġill, il-kontrolli msemmija fil-paragrafi 3 u 4 jistgħu jiġu limitati għall-verifika tal-preżenza u tal-integrità tas-siġilli.

Artikolu 61

Rapportar tal-kontrolli

1.   L-aġenzija tal-pagamenti għandha tfassal rapport ta' kontroll fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mit-tlestija ta' kull kontroll fuq il-post li jitwettaq u, jekk ikun xieraq, tal-kontrolli msemmija fl-Artikolu 56(3). Ir-rapport għandu jiddeskrivi preċiżament l-oġġetti differenti li ġew ikkontrollati u għandu jistabbilixxi:

(a)

id-data u l-ħin tal-bidu tal-kontroll;

(b)

id-dettalji ta' kwalunkwe notifika bil-quddiem li tkun ingħatat;

(c)

it-tul ta' żmien tal-kontroll;

(d)

il-persuni responsabbli preżenti;

(e)

in-natura u l-firxa tal-kontrolli imwettqa, bl-għoti, b'mod partikolari, tad-dettalji tad-dokumenti u tal-prodotti li ġew eżaminati;

(f)

is-sejbiet u l-konklużjonijiet;

(g)

jekk ikunx hemm bżonn ta' segwitu.

Ir-rapport għandu jiġi ffirmat mill-uffiċjal responsabbli tal-aġenzija tal-pagamenti u għandu jiġi kontroiffirmat mill-operatur jew, meta jkun applikabbli, mill-persuna responsabbli mill-maħżen, jew inkella jintbagħat lill-operatur b'mezzi li jistgħu jiġu rreġistrati. Ir-rapport għandu jiġi inkluż fil-fajl tal-pagamenti.

2.   F'każ ta' nuqqas ta' konformità tal-prodotti soġġetti għall-kontroll, il-verifika għandha tiġi estiża għal kampjun statistiku ikbar, li jkun irid jiġi stabbilit mill-aġenzija tal-pagamenti.

3.   L-aġenzija tal-pagamenti għandha tirreġistra kull każ ta' nuqqas ta' konformità abbażi tal-kriterji tal-gravità, tal-firxa, tat-tul ta' żmien u tar-ripetizzjoni li tista' tirriżulta fl-esklużjoni skont l-Artikolu 62(1), jew fil-ħlas lura ta' għajnuna għall-ħżin privat, li tkun tħallset bla bżonn, inkluż l-imgħax meta dan ikun applikabbli, skont l-Artikolu 62(4).

KAPITOLU II

Penali u miżuri amministrattivi

Artikolu 62

Penali u miżuri amministrattivi b'rabta mal-għajnuna għall-ħżin privat

1.   Meta l-aġenzija tal-pagamenti ssib li dokument ippreżentat minn operatur, li jkun meħtieġ skont ir-Regolament Delegat (UE) 2016/1238, dan ir-Regolament jew Regolament ta' Implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 1(2)(b) ta' dan ir-Regolament, ikollu informazzjoni mhux korretta, u meta din l-informazzjoni mhux korretta tkun deċiżiva għall-għoti ta' għajnuna għall-ħżin privat, l-aġenzija tal-pagamenti għandha teskludi lill-operatur mill-proċedura tal-għoti ta' għajnuna għall-prodott li għalih tkun ingħatat informazzjoni mhux korretta għal perjodu ta' sena mid-data tal-adozzjoni ta' deċiżjoni amministrattiva finali li tistabbilixxi l-irregolarità.

2.   L-esklużjoni prevista fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika jekk l-applikant jagħti prova li tissodisfa lill-aġenzija tal-pagamenti, li s-sitwazzjoni msemmija f'dak il-paragrafu tkun minħabba force majeure jew minħabba żball ovvju.

3.   Il-ħlas bla bżonn għandu jiġi rkuprat, bl-imgħax, mingħand l-operaturi kkonċernati. Ir-regoli stipulati fl-Artikolu 27 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

4.   L-implimentazzjoni ta' penali amministrattivi u l-irkupru ta' ammonti mħallsa bla bżonn, kif stipulat f'dan l-Artikolu, huma mingħajr ħsara għall-komunikazzjoni tal-irregolaritajiet lill-Kummissjoni skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1848/2006 (19).

TITOLU V

NOTIFIKI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

KAPITOLU I

Notifiki

Taqsima I

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar notifiki

Artikolu 63

Metodu ta' notifika

In-notifiki msemmija f'dan ir-Regolament, kif ukoll fir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 1, għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (20).

Artikolu 64

Notifiki dwar l-aġenziji tal-pagamenti

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-aġenziji tal-pagamenti approvati li jkunu responsabbli għal xiri sfurzat b'intervent, għal bejgħ u għal għajnuna għall-ħżin privat.

2.   Il-lista tal-aġenziji tal-pagamenti approvati għandha tkun disponibbli għall-Istati Membri bis-saħħa tal-Kummissjoni, inkluż permezz ta' pubblikazzjoni fuq l-Internet.

Taqsima II

Notifiki fir-rigward tal-intervent pubbliku

Artikolu 65

Notifiki ta' informazzjoni dwar il-ħażniet ta' intervent

1.   L-Istati Membri li l-aġenziji tal-pagamenti tagħhom ikollhom ħażniet ta' intervent għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sa mhux iktar tard mill-15-il jum ta' kull xahar, b'dawn il-punti li ġejjin:

(a)

għaċ-ċereali u għar-ross:

(i)

il-kwantitajiet maħżuna mill-bidu tas-sena tal-kummerċjalizzazzjoni;

(ii)

il-kwantitajiet kumulattivi li jkunu ġew akkwistati mill-bidu tas-sena tal-kummerċjalizzazzjoni;

(iii)

il-kwantitajiet kumulattivi li jkunu nħarġu mill-postijiet tal-ħżin mill-bidu tas-sena tal-kummerċjalizzazzjoni, identifikati meta dan ikun xieraq skont it-tip ta' użu jew id-destinazzjoni, u l-kwantitajiet kumulattivi li jkunu ntilfu;

(iv)

il-kwantitajiet kumulattivi impenjati, identifikati meta dan ikun xieraq skont it-tip ta' użu jew id-destinazzjoni;

(v)

il-kwantitajiet li jkunu qegħdin jiġu offruti fi tmiem il-perjodu ta' rappurtar ta' kull xahar.

(b)

għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat:

(i)

il-kwantitajiet ta' kull prodott maħżun fl-aħħar tax-xahar ta' qabel u l-kwantitajiet li jkunu ddaħħlu u nħarġu mill-postijiet tal-ħżin matul dak ix-xahar;

(ii)

lista tal-kwantitajiet ta' kull prodott li jkun inħareġ mill-postijiet tal-ħżin matul ix-xahar ta' qabel, skont ir-Regolament li jiftaħ il-proċedura tal-offerti għall-bejgħ tal-prodotti kkonċernati;

(iii)

lista skont l-età tal-kwantitajiet maħżuna fi tmiem ix-xahar ta' qabel;

(c)

għaċ-ċanga:

(i)

il-kwantitajiet ta' kull prodott maħżun fl-aħħar tax-xahar ta' qabel u l-kwantitajiet li jkunu ddaħħlu u nħarġu mill-postijiet tal-ħżin matul dak ix-xahar;

(ii)

lista tal-kwantitajiet ta' kull prodott li jkun inħareġ mill-postijiet tal-ħżin matul ix-xahar ta' qabel, skont ir-Regolament li jiftaħ il-proċedura tal-offerti għall-bejgħ tal-prodotti kkonċernati;

(iii)

il-kwantitajiet ta' kull qatgħa koperta b'kuntratti ta' bejgħ konklużi fix-xahar ta' qabel;

(iv)

il-kwantitajiet ta' kull qatgħa koperta b'ordnijiet ta' tneħħija maħruġa fix-xahar ta' qabel;

(v)

il-kwantitajiet ta' kull qatgħa li nxtrat fix-xahar ta' qabel;

(vi)

il-ħażniet mhux impenjati u l-ħażniet fiżiċi ta' kull qatgħa fi tmiem ix-xahar ta' qabel, flimkien mad-dettalji dwar kemm ikunu ilhom maħżuna l-ħażniet mhux impenjati;

(d)

għall-prodotti kollha:

(i)

il-ftuħ ta' proċedura tal-offerti, il-kwantitajiet li ngħataw u l-prezzijiet tal-bejgħ minimi ffissati fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 36;

(ii)

informazzjoni relatata mad-disponimenti għall-iskema ta' dawk li huma l-iktar fil-bżonn.

2   Il-Kummissjoni tista' titlob li n-notifiki previsti fil-paragrafu 1 isiru iktar ta' sikwit meta dan ikun meħtieġ għall-finijiet tal-ġestjoni effiċjenti tas-sistema ta' intervent.

3.   Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1:

(a)

“il-kwantitajiet li jkunu ddaħħlu” tfisser il-kwantitajiet li jkunu nħażnu fiżikament, kemm jekk ikunu ġew akkwistati mill-aġenzija tal-pagamenti kif ukoll jekk le;

(b)

“il-kwantitajiet li jkunu nħarġu” tfisser il-kwantitajiet li jkunu tneħħew jew, jekk ikunu ġew akkwistati mix-xerrej qabel ma tneħħew, il-kwantitajiet li jkunu ġew akkwistati.

4.   Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1:

(a)

“il-ħażniet mhux impenjati” tfisser il-ħażniet li jkunu għadhom mhumiex koperti b'kuntratt ta' bejgħ;

(b)

“il-ħażniet fiżiċi” tfisser il-ħażniet mhux impenjati flimkien mal-ħażniet li jkunu koperti b'kuntratt ta' bejgħ iżda li jkunu għadhom ma ġewx akkwistati.

Taqsima III

Notifiki fir-rigward tal-għajnuna għall-ħżin privat

Artikolu 66

Notifika ta' informazzjoni dwar il-ħżin privat

L-Istati Membri li fihom tkun intużat l-iskema ta' għajnuna għall-ħżin privat għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

minn tal-inqas darba fil-ġimgħa dwar il-prodotti u l-kwantitajiet li għalihom ikunu ġew konklużi kuntratti matul il-ġimgħa ta' qabel, maqsuma skont il-perjodu tal-ħżin;

(b)

mhux aktar tard mill-15-il jum ta' kull xahar għax-xahar preċedenti:

(i)

dwar il-kwantitajiet tal-prodotti li jitqiegħdu f'post tal-ħżin privat u li jinħarġu minnu matul ix-xahar ikkonċernat, u meta dan ikun applikabbli maqsuma skont il-kategoriji;

(ii)

dwar il-kwantitajiet ta' prodotti f'post tal-ħżin privat fi tmiem ix-xahar ikkonċernat, u meta dan ikun applikabbli maqsuma skont il-kategoriji;

(iii)

dwar il-kwantitajiet ta' prodotti li fir-rigward tagħhom ikun intemm il-perjodu tal-ħżin kuntrattwali;

(iv)

jekk il-perjodu tal-ħżin ikun tnaqqas jew ikun ġie estiż, kif imsemmi fl-Artikolu 20(m) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dwar il-prodotti u l-kwantitajiet li fir-rigward tagħhom ikun ġie revedut il-perjodu tal-ħżin, u dwar id-dati inizjali u reveduti għat-tneħħija mill-post tal-ħżin;

(c)

sal-31 ta' Marzu ta' kull sena għas-sena kalendarja ta' qabel, dwar ir-riżultati tal-kontrolli fuq il-post imwettqa skont it-Titolu IV.

KAPITOLU II

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 67

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan jibda japplika mill-1 ta' Ottubru 2016. Madankollu, fir-rigward tax-xiri sfurzat b'intervent pubbliku, it-Tabelli III u IV tal-Parti V u l-punt (b) tal-Parti VI tal-Anness I japplikaw mill-1 ta' Lulju 2017.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(3)  ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12.

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3427/87 tas-16 ta' Novembru 1987 li jistipula r-regoli dettaljati għall-intervent fis-suq tar-ross (ĠU L 326, 17.11.1987, p. 25).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2351/91 tat-30 ta' Lulju 1991 li jistabbilixxi regoli dettaljati applikabbli għax-xiri ta' ross miżmum minn aġenzija ta' intervent għall-provvista ta' għajnuna alimentarja (ĠU L 214, 2.8.1991, p. 51).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 720/2008 tal-25 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 rigward il-ħażna u l-moviment ta' prodotti mixtrija minn aġenzija li tħallas jew minn aġenzija ta' intervent (verżjoni kodifikata) (ĠU L 198, 26.7.2008, p. 17).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 tal-20 ta' Awwissu 2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta' għajnuna għall-ħażna privata ta' ċerti prodotti agrikoli (ĠU L 223, 21.8.2008, p. 3).

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1130/2009 tal-24 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-verifika tal-użu u/jew destinazzjoni ta' prodotti minn intervent (ĠU L 310, 25.11.2009, p. 5).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1).

(11)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1238 tat-18 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u għajnuna għal ħażna privata (Ara paġna 15 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(12)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).

(13)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta' kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59).

(14)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 273/2008 tal-5 ta' Marzu 2008 li jistipula r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta' metodi għall-analiżi u għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 88, 29.3.2008, p. 1).

(15)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1107/2009 tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(16)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta' karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzijiet tagħhom (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3).

(17)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 906/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-infiq b'intervent pubbliku (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 1).

(18)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tat-3 ta' Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta' żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).

(19)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1848/2006 tal-14 ta' Diċembru 2006 dwar l-irregolaritajiet u l-irkupru ta' somom ta' flus imħallsa bi żball b'konnessjoni mal-finanzjament tal-politika agrikola komuni kif ukoll l-organizzazzjoni ta' sistema ta' informazzjoni f'dan il-qasam u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 595/91 (ĠU L 355, 15.12.2006, p. 56).

(20)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).


ANNESS I

ĊEREALI

PARTI I

1.   DEFINIZZJONI TA' MATERJA OĦRA GĦAJR IĊ-ĊEREALI BAŻIĊI TA' KWALITÀ MHUX MITTIEFSA

1.1.   Ħbub imfarrka

Għall-qamħ durum, għall-qamħ komuni u għax-xgħir, id-definizzjoni ta' “ħbub imfarrka” hija dik inkluża fl-istandard EN 15587.

Għall-qamħirrum, id-definizzjoni ta' “ħbub imfarrka” hija dik inkluża fl-istandard EN 16378.

1.2.   Impuritajiet tal-ħbub

(a)   Ħbub nexfin

Għall-qamħ durum, għall-qamħ komuni u għax-xgħir, id-definizzjoni ta' “ħbub nexfin” hija dik inkluża fl-istandard EN 15587. Madankollu, għax-xgħir mill-Estonja, mil-Latvja, mill-Finlandja u mill-Iżvezja, “ħbub nexfin” tfisser ħbub b'piż speċifiku ta' minn tal-inqas 64 kilogramma għal kull ettolitru offrut jew li ssir offerta tal-prezzijiet għalihom, jew li jitqiegħdu f'intervent f'dawk l-Istati Membri; ħbub li, wara l-eliminazzjoni tal-materja l-oħra kollha msemmija f'dan l-Anness, jgħaddu minn għeriebel b'aperturi ta' 2,0 mm.

“Ħbub nexfin” ma tapplikax għall-qamħirrum.

(b)   Ċereali oħra

Għall-qamħ durum, għall-qamħ komuni u għax-xgħir, id-definizzjoni ta' “ċereali oħra” hija dik inkluża fl-istandard EN 15587.

Għall-qamħirrum, id-definizzjoni ta' “ċereali oħra” hija dik inkluża fl-istandard EN 16378.

(c)   Ħbub li għamlulhom il-ħsara l-organiżmi ta' ħsara

Għall-qamħ durum, għall-qamħ komuni u għax-xgħir, id-definizzjoni ta' “ħbub li għamlulhom l-organiżmi ta' ħsara” hija dik inkluża fl-istandard EN 15587.

Għall-qamħirrum, id-definizzjoni ta' “ħbub li għamlulhom il-ħsara l-organiżmi ta' ħsara” hija dik inkluża fl-istandard EN 16378.

(d)   Ħbub li n-nibbieta tagħhom tkun tilfet il-kulur

Għall-qamħ durum u għall-qamħ komuni, id-definizzjoni hija dik inkluża fl-istandard EN 15587.

Id-definizzjoni ta' “ħbub li n-nibbieta tagħhom tkun tilfet il-kulur” ma tapplikax għax-xgħir jew għall-qamħirrum.

(e)   Ħbub li jkunu ssaħħnu wisq waqt it-tnixxif

Għall-qamħ durum, għall-qamħ komuni u għax-xgħir, id-definizzjoni ta' “ħbub li jkunu ssaħħnu wisq waqt it-tnixxif” hija dik inkluża fl-istandard EN 15587.

Għall-qamħirrum, id-definizzjoni ta' “ħbub li jkunu ssaħħnu wisq waqt it-tnixxif” hija dik inkluża fl-istandard EN 16378.

(f)   Ħbub imtebbgħin

Għall-qamħ durum, id-definizzjoni ta' “ħbub imtebbgħin” hija dik inkluża fl-istandard EN 15587.

Id-definizzjoni ta' “ħbub imtebbgħin” ma tapplikax għall-qamħ komuni, għax-xgħir jew għall-qamħirrum.

1.3.   Ħbub li nibtu

Għall-qamħ durum, għall-qamħ komuni u għax-xgħir, id-definizzjoni ta' “ħbub li nibtu” hija inkluża fl-istandard EN 15587.

Għall-qamħirrum, id-definizzjoni ta' “ħbub li nibtu” hija dik inkluża fl-istandard EN 16378.

1.4.   Impuritajiet mixxellanji

(a)   Żrieragħ estranji

Għall-qamħ durum, għall-qamħ komuni u għax-xgħir, id-definizzjoni ta' “żrieragħ estranji” hija inkluża fl-istandard EN 15587.

Għall-qamħirrum, id-definizzjoni ta' “żrieragħ estranji” hija dik inkluża fl-istandard EN 16378.

“Żrieragħ li jagħmlu l-ħsara” tfisser żrieragħ li huma velenużi għall-bniedem u għall-annimali, żrieragħ li jfixklu jew jikkumplikaw il-proċessi tat-tindif u tat-tħin taċ-ċereali u żrieragħ li jaffettwaw il-kwalità tal-prodotti pproċessati miċ-ċereali.

(b)   Ħbub danneġġati

Għall-qamħ durum, għall-qamħ komuni u għax-xgħir, id-definizzjoni ta' “ħbub danneġġati” hija inkluża fl-istandard EN 15587.

Għall-qamħirrum, id-definizzjoni ta' “ħbub danneġġati” hija dik inkluża fl-istandard EN 16378.

Fl-istandard EN 15587, għall-qamħ durum, il-qamħ komuni u x-xgħir, id-definizzjoni ta' “ħbub affettwati mill-fusarjożi” hija inkluża f'dik ta' “ħbub danneġġati”.

(c)   Materjal estranju

Għall-qamħ durum, għall-qamħ komuni u għax-xgħir, id-definizzjoni ta' “materjal estranju” hija inkluża fl-istandard EN 15587.

Għall-qamħirrum, id-definizzjoni ta' “materjal estranju” hija dik inkluża fl-istandard EN 16378.

(d)   Ħliefa (biċċiet taċ-ċifċiegħa fil-każ tal-qamħirrum)

(e)   Sadid tal-ħbub

(f)   Ħbub imħassrin

Għall-qamħ durum u għall-qamħ komuni, id-definizzjoni ta' “ħbub imħassrin” hija inkluża fl-istandard EN 15587.

Id-definizzjoni ta' “ħbub imħassrin” ma tapplikax għax-xgħir jew għall-qamħirrum.

(g)   Impuritajiet li joriġinaw mill-annimali.

1.5.   Organiżmi ta' ħsara ħajjin

1.6.   Ħbub mitadiné

Il-ħbub mitadiné tal-qamħ durum huma ħbub li l-qalba tagħhom ma tistax titqies li hija kollha kemm hi żġiġija. Dawn huma definiti fl-istandard EN 15585.

2.   FATTURI SPEĊIFIĊI LI JRIDU JITQIESU GĦAL KULL TIP TA' ĊEREALI GĦAD-DEFINIZZJONI TAL-IMPURITAJIET

2.1.   Qamħ durum

“Impuritajiet tal-ħbub” tfisser il-ħbub nexfin, il-ħbub ta' ċereali oħra, il-ħbub li għamlulhom il-ħsara l-organiżmi ta' ħsara, il-ħbub li n-nibbieta tagħhom tkun tilfet il-kulur, il-ħbub imtebbgħin u l-ħbub li jkunu ssaħħnu wisq waqt it-tnixxif.

“Impuritajiet mixxellanji” tfisser iż-żrieragħ estranji, il-ħbub danneġġati (fosthom il-ħbub affettwati mill-fusarjożi), il-materjal estranju, il-ħliefa, is-sadid tal-ħbub, il-ħbub imħassrin u l-impuritajiet li joriġinaw mill-annimali.

2.2.   Qamħ komuni

“Impuritajiet tal-ħbub” tfisser il-ħbub nexfin, il-ħbub ta' ċereali oħra, il-ħbub li għamlulhom il-ħsara l-annimali l-organiżmi ta' ħsara, il-ħbub li n-nibbieta tagħhom tkun tilfet il-kulur (meta l-kontenut tagħhom jaqbeż it-8 % biss) u l-ħbub li jkunu ssaħħnu wisq waqt it-tnixxif.

“Impuritajiet mixxellanji” tfisser iż-żrieragħ estranji, il-ħbub danneġġati (fosthom il-ħbub affettwati mill-fusarjożi), il-materjal estranju, il-ħliefa, is-sadid tal-ħbub, il-ħbub imħassrin u l-impuritajiet li joriġinaw mill-annimali.

2.3.   Xgħir

“Impuritajiet tal-ħbub” tfisser il-ħbub nexfin, il-ħbub ta' ċereali oħra, il-ħbub li għamlulhom il-ħsara l-organiżmi ta' ħsara u l-ħbub li jkunu ssaħħnu wisq waqt it-tnixxif.

“Impuritajiet varji” tfisser żrieragħ estranji, ħbub danneġġati (fosthom il-ħbub affettwati mill-fusarjożi), materjal estranju, ħliefa u impuritajiet li joriġinaw mill-annimali.

2.4.   Qamħirrum

“Impuritajiet tal-ħbub” tfisser il-ħbub ta' ċereali oħra, il-ħbub li għamlulhom il-ħsara l-organiżmi ta' ħsara u l-ħbub li jkunu ssaħħnu wisq waqt it-tnixxif.

“Impuritajiet varji” tfisser żrieragħ estranji, ħbub danneġġati, materjal estranju, biċċiet taċ-ċifċiegħa u impuritajiet li joriġinaw mill-annimali.

PARTI II

Metodi li jintużaw biex tiġi stabbilita l-kwalità taċ-ċereali offruti jew li ssir offerta tal-prezzijiet għalihom, jew li jitqiegħdu f'intervent

Skont l-Artikolu 4, iridu jintużaw il-metodi li ġejjin biex tiġi stabbilita l-kwalità taċ-ċereali offruti jew li ssir offerta tal-prezzijiet għalihom, jew li jitqiegħdu f'intervent:

(a)

il-metodu ta' referenza biex tiġi stabbilita materja oħra għajr iċ-ċereali bażiċi ta' kwalità mhux mittiefsa:

(i)

għall-qamħ komuni, għall-qamħ durum u għax-xgħir: l-istandard EN 15587,

(ii)

għall-qamħirrum: l-istandard EN 16378;

(b)

il-metodu ta' referenza biex jiġi stabbilit il-kontenut ta' ndewwa:

(i)

għall-qamħirrum: l-istandard EN ISO 6540,

(ii)

għaċ-ċereali għajr il-qamħirrum: l-istandard EN ISO 712, jew metodu bbażat fuq it-teknoloġija infraaħmar li jkun konformi mal-istandard EN 15948.

Fil-każ ta' tilwima, iridu jitqiesu bħala validi dawk ir-riżultati biss li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-istandard EN ISO 6540 għall-qamħirrum u tal-istandard EN ISO 712 għal ċereali oħra għajr il-qamħirrum;

(c)

il-metodu ta' referenza biex jiġi stabbilit kemm l-għaġina miksuba minn qamħ komuni ma twaħħalx u kemm hi tajba biex tinħadem mill-magni: dak stabbilit fil-Parti III ta' dan l-Anness;

(d)

il-metodu ta' referenza biex jiġi stabbilit il-kontenut ta' proteini fil-qamħ durum u fil-qamħ komuni mitħun: dak stabbilit:

(i)

fl-istandard EN ISO 20483, jew

(ii)

fl-istandard CEN ISO/TS 16634-2.

Fil-każ ta' tilwima, iridu jitqiesu bħala validi dawk ir-riżultati biss li jinkisbu mill-applikazzjoni tal-istandard EN ISO 20483;

(e)

l-metodu ta' referenza biex jiġi stabbilit l-indiċi Zeleny għall-qamħ komuni mitħun: dak stabbilit fl-istandard EN ISO 5529;

(f)

il-metodu ta' referenza biex jiġi stabbilit in-numru tal-waqgħa skont Hagberg (it-test tal-attività tal-amilażi): dak stabbilit fl-istandard EN ISO 3093;

(g)

il-metodu ta' referenza biex tiġi stabbilita r-rata ta' telf tal-aspett żġieġi tal-qamħ durum: dak stabbilit fl-istandard EN 15585;

(h)

il-metodu ta' referenza biex jiġi stabbilit il-piż speċifiku: dak stabbilit fl-istandard EN ISO 7971/3;

(i)

il-metodi tat-teħid tal-kampjuni u tal-analiżi biex tiġi stabbilita r-rata tal-mikotossini: dawk imsemmija fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (1) u stabbiliti fl-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 (2).

PARTI III

Metodu biex jiġi stabbilit kemm l-għaġina miksuba minn qamħ komuni ma twaħħalx u kemm hi tajba biex tinħadem mill-magni

1.   Titolu

Metodu għat-test tal-ħami tad-dqiq tal-qamħ.

2.   Kamp ta' applikazzjoni

Il-metodu japplika għad-dqiq, mitħun b'mod sperimentali mill-qamħ għall-produzzjoni tal-ħobż bil-ħmira.

3.   Prinċipju

L-għaġina ssir mid-dqiq, l-ilma, il-ħmira, il-melħ u s-sukrożju, f'tagħmir tat-taħlit speċifikat. Wara li l-għaġina tinqasam u tiġi rrumblata, il-biċċiet jitħallew joqogħdu għal 30 minuta; imbagħad jingħataw il-forma, jitqiegħdu fuq il-pjanċi tal-ħami u jinħmew wara perjodu fiss li fih jitħallew joqogħdu għall-aħħar darba. Tittieħed nota tal-karatteristiċi tal-għaġina. Il-ħobżiet jiġu ġġudikati skont il-volum u l-għoli tagħhom.

4.   Ingredjenti

4.1.   Ħmira

Ħmira niexfa attiva tat-tip Saccharomyces cerevisiae DHW-Hamburg-Wansbeck jew prodott li jkollu l-istess karatteristiċi tagħha.

4.2.   Ilma tal-vit

4.3.   Soluzzjoni ta' zokkor, melħ u aċidu askorbiku

Ħoll 30 ± 0,5 g ta' klorur tas-sodju (ta' grad kummerċjali), 30 ± 0,5 g ta' sukrożju (ta' grad kummerċjali) u 0,040 ± 0,001 g ta' aċidu askorbiku fi 800 ± 5 g ta' ilma. Ħejji soluzzjoni friska kuljum.

4.4.   Soluzzjoni ta' żokkor

Ħoll 5 ± 0,1 g ta' sukrożju (ta' grad kummerċjali) f'95 ± 1 g ta' ilma. Ħejji soluzzjoni friska kuljum.

4.5.   Dqiq tal-malt b'enzimi attivi

Grad kummerċjali.

5.   Tagħmir u apparat

5.1.   Kamra tal-ħami

Ikkontrollata biex tinżamm temperatura ta' 22 sa 25 °C ġo fiha.

5.2.   Refriġeratur

Biex tinżamm temperatura ta' 4 ± 2 °C ġo fiha.

5.3.   Miżien

Li jiflaħ tagħbija massima ta' 2 kg u bi preċiżjoni ta' 2 g.

5.4.   Miżien

Li jiflaħ tagħbija massima ta' 0,5 kg u bi preċiżjoni ta' 0,1 g.

5.5.   Miżien analitiku

Bi preċiżjoni ta' 0,1 × 10– 3 g.

5.6.   Tagħmir tat-taħlit

Stephan UMTA 10, b'apparat tat-taħlit tal-mudell “Detmold” (Stephan Soehne GmbH) jew tagħmir simili li jkollu l-istess karatteristiċi.

5.7.   Post li fih l-għaġina titħalla toqgħod

Ikkontrollat biex tinżamm temperatura ta' 30 ± 1 °C.

5.8.   Kaxxi tal-plastik miftuħin

Magħmula mill-polimetilmetakrilat (Plexiglas, Perspex). Dimensjonijiet ta' ġewwa: 25 × 25 × għoli ta' 15-il cm u bi ħxuna ta' 0,5 ± 0,05 cm.

5.9.   Folji kwadri tal-plastik

Magħmula mill-polimetilmetakrilat (Plexiglas, Perspex). Minn tal-inqas 30 × 30 cm u bi ħxuna ta' 0,5 ± 0,05 cm.

5.10.   Tagħmir li bih tingħata l-forma

Omoġenizzatur tal-boċċa tad-ditta Brabender (Brabender OHG) jew tagħmir simili li jkollu l-istess karatteristiċi.

6.   Teħid tal-kampjuni

Skont l-istandard EN ISO 24333.

7.   Proċedura

7.1.   Kalkolu ta' kemm jinxtorob ilma

Ikkalkula kemm jinxtorob ilma skont l-Istandard Nru 115/1 tal-ICC.

7.2.   Kalkolu taż-żieda tad-dqiq tal-malt

Ikkalkula n-“numru tal-waqgħa” tad-dqiq skont l-istandard EN ISO 3093. Jekk in-“numru tal-waqgħa” jkun iktar minn 250, ikkalkula kemm ikun meħtieġ li jiżdied dqiq tal-malt biex dan in-numru jinġieb fil-medda ta' bejn 200 u 250, billi tintuża serje ta' taħlitiet tad-dqiq flimkien ma' kwantitajiet dejjem ikbar ta' dqiq tal-malt (il-punt 4.5). Jekk in-“numru tal-waqgħa” jkun inqas minn 250, ma jkun meħtieġ l-ebda dqiq tal-malt.

7.3.   Riattivazzjoni tal-ħmira niexfa attiva

Aġġusta t-temperatura tas-soluzzjoni taz-zokkor (il-punt 4.4) biex din tkun ta' 35 ± 1 °C. Ferra' parti waħda, skont il-piż, tal-ħmira niexfa attiva f'erba' partijiet, skont il-piż, ta' din is-soluzzjoni taz-zokkor moderata. Tħawwadhiex. Dawwarha fuq fuq jekk ikun hemm bżonn.

Ħalliha toqgħod għal 10 minuti ± minuta (1), imbagħad ħawwadha sakemm tinkiseb sospensjoni omoġenja. Uża din is-sospensjoni fi żmien 10 minuti.

7.4.   Aġġustament tat-temperatura tad-dqiq u tal-likwidu tal-għaġina

It-temperatura tad-dqiq u tal-ilma trid tiġi aġġustata biex, wara t-taħlit, l-għaġina jkollha temperatura ta' 27 ± 1 °C.

7.5.   Kompożizzjoni tal-għaġina

Bi preċiżjoni ta' 2 g, iżen 10 y/3 g dqiq fuq bażi ta' ndewwa eżistenti (korrispondenti għal kilogramma (1 kg) dqiq fuq bażi ta' ndewwa ta' 14 %), fejn “y” hija l-kwantità ta' dqiq li ntużat fit-test bil-farinografu (ara l-Istandard Nru 115/1 tal-ICC).

Bi preċiżjoni ta' 0,2 g, iżen il-kwantità ta' dqiq tal-malt meħtieġa biex in-“numru tal-waqgħa” jinġieb f'medda ta' bejn 200 u 250 (il-punt 7.2).

Iżen 430 ± 5 g ta' soluzzjoni ta' zokkor, melħ u aċidu askorbiku (il-punt 4.3) u żid l-ilma għal massa totali (x – 9) 10 y/3 g (ara l-punt 10.2), fejn “x” hija l-kwantità ta' ilma li ntużat fit-test bil-farinografu (ara l-Istandard Nru 115/1 tal-ICC). Din il-massa totali (li s-soltu tkun bejn 450 u 650 g) trid tintlaħaq bi preċiżjoni ta' 1,5 g.

Iżen 90 ± 1 g ta' sospensjoni tal-ħmira (ara l-punt 7.3).

Ħu nota tal-massa totali tal-għaġina (P), li hija s-somma tal-mases tad-dqiq, is-soluzzjoni ta' zokkor, melħ u aċidu askorbiku flimkien mal-ilma, is-sospensjoni tal-ħmira u d-dqiq tal-malt.

7.6.   Taħlit

Qabel tibda, it-temperatura tat-tagħmir tat-taħlit trid tkun ta' 27 ± 1 °C billi tintuża kwantità xierqa ta' ilma b'temperatura moderata.

Qiegħed l-ingredjenti likwidi tal-għaġina fit-tagħmir tat-taħlit u fil-wiċċ poġġi d-dqiq u d-dqiq tal-malt.

Ixgħel it-tagħmir tat-taħlit (b'veloċità ta' 1, 1 400 rev/min) u ħallih jaħdem għal 60 sekonda. Għoxrin sekonda wara li jinbeda t-taħlit, dawwar żewġ dawriet il-barraxa mwaħħla mal-għatu taż-żinġla tat-taħlit.

Kejjel it-temperatura tal-għaġina. Jekk l-għaġina ma tkunx fil-medda ta' bejn 26 u 28 °C, armiha u ħallat waħda ġdida wara li jiġu aġġustati t-temperaturi tal-ingredjenti.

Ħu nota tal-karatteristiċi tal-għaġina billi tuża wieħed mit-termini li ġejjin:

-ma twaħħalx u tista' tinħadem mill-magni, jew

-twaħħal u ma tistax tinħadem mill-magni.

Sabiex titqies bħala “għaġina li ma twaħħalx u li tista' tinħadem mill-magni” fi tmiem it-taħlit, l-għaġina għandha tifforma massa koerenti li bilkemm teħel mal-ġnub taż-żinġla u mal-fus tat-tagħmir tat-taħlit. Għandek tkun tista' tiġbor l-għaġina bl-idejn u tneħħiha miż-żinġla tat-taħlit b'moviment wieħed u mingħajr wisq telf.

7.7.   Qsim u rrumblar

Bi preċiżjoni ta' 2 g, iżen tliet biċċiet ta' għaġina skont il-formula:

p

=

0,25 P, fejn:

p

=

il-massa tal-biċċa għaġina li tkun intiżnet,

P

=

il-massa totali tal-għaġina.

Irrombla l-biċċiet tal-għaġina mill-ewwel għal 15-il sekonda fit-tagħmir li bih tingħat il-forma (il-punt 5.10) u poġġihom għal 30 ± 2 minuti fuq il-folji kwadri tal-plastik (il-punt 5.9), mgħottijin bil-kaxxi tal-plastik maqlubin rashom 'l isfel (il-punt 5.8) fil-post li fih l-għaġina titħalla toqgħod (il-punt 5.7).

Traxxaxx dqiq f'forma ta' trab fuq l-għaġina.

7.8.   Għoti tal-forma

Poġġi l-biċċiet tal-għaġina fuq il-folji tal-plastik mgħottijin bil-kaxxi maqlubin rashom 'l isfel fit-tagħmir li bih tingħata l-forma (il-punt 5.10) u erġa' rrombla kull biċċa għal 15-il sekonda. Tneħħix l-għatu minn fuq il-biċċiet tal-għaġina qabel ma tkun se tibda tirrumblahom. Ħu nota mill-ġdid tal-karatteristiċi tal-għaġina billi tuża wieħed mit-termini li ġejjin:

(a)

ma twaħħalx u tista' tinħadem mill-magni, jew

(b)

twaħħal u ma tistax tinħadem mill-magni.

Sabiex titqies bħala “għaġina li ma twaħħalx u li tista' tinħadem mill-magni”, l-għaġina bilkemm għandha teħel mal-ġnub tar-reċipjent, jew ma għandha teħel xejn miegħu, b'tali mod li tkun tista' ddur b'mod ħieles fuqha nnifisha u tifforma ballun regolari hija u titħaddem il-magna. Fi tmiem il-ħidma, l-għaġina ma għandhiex teħel mal-ġnub tar-reċipjent li fih tkun qed tingħata l-forma meta jitneħħielu l-għatu.

8.   Rapport tat-test

Ir-rapport tat-test għandu jsemmi:

(a)

il-karatteristiċi tal-għaġina fi tmiem it-taħlit u meta tkun qed tingħata l-forma,

(b)

in-“numru tal-waqgħa” tad-dqiq mingħajr ma jiġi miżjud id-dqiq tal-malt,

(c)

kwalunkwe anomalija li tkun ġiet osservata.

(d)

il-metodu li jkun intuża,

(e)

id-dettalji kollha meħtieġa biex jiġi identifikat il-kampjun.

9.   Rimarki ġenerali

9.1.

Il-formula biex wieħed jikkalkula l-kwantità ta' ingredjenti likwidi tal-għaġina hija bbażata fuq il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:

Iż-żieda ta' “x” millilitri ta' ilma ma' ekwivalenti ta' 300 g dqiq bi ndewwa ta' 14 % tipproduċi l-konsistenza meħtieġa. Minħabba li fit-test tal-ħami tintuża kilogramma (1 kg) dqiq (abbażi ta' ndewwa ta' 14 %), filwaqt li “x” huwa bbażat fuq 300 g dqiq, għat-test tal-ħami jeħtieġ li “x” jiġi diviż bi tlieta u mmultiplikat b'10 g ilma, b'hekk 10 x/3 g.

Is-soluzzjoni ta' 430 g ta' zokkor, melħ u aċidu askorbiku fiha 15-il gramma melħ u 15-il gramma zokkor. Din is-soluzzjoni ta' 430 g tiġi inkluża fl-ingredjenti likwidi tal-għaġina. B'hekk, biex iżżid 10 x/3 g ta' ilma mal-għaġina, iridu jiġu miżjuda (10 x/3 + 30) gramma ta' ingredjenti likwidi tal-għaġina magħmulin mis-soluzzjoni ta' 430 gramma ta' zokkor, melħ u aċidu askorbiku flimkien ma' kwantità addizzjonali ta' ilma.

Għalkemm parti mill-ilma miżjud mas-sospensjoni tal-ħmira jinxtorob mill-ħmira, din is-sospensjoni jkun fiha wkoll ilma “ħieles”. Wieħed jissupponi, b'mod arbitrarju, li 90 g ta' sospensjoni tal-ħmira fiha 60 g ta' ilma “ħieles”. Il-kwantità tal-ingredjenti likwidi tal-għaġina trid tiġi kkoreġuta għal dawn is-60 g ta' ilma “ħieles” fis-sospensjoni tal-ħmira, allura finalment jeħtieġ li jiġu miżjuda 10 x/3 flimkien ma' 30 g u minnhom jitnaqqsu 60 g. Dan jista' jsir kif ġej: (10 x/3 + 30) – 60 = 10 x/3 – 30 = (x/3 – 3) 10 = (x – 9) 10/3, il-formula mogħtija fil-punt 7.5. Jekk, pereżempju, fit-test bil-farinografu tkun instabet żieda tal-ilma “x” ta' 165 ml, dan il-valur irid jiġi sostitwit f'din il-formula, sabiex is-soluzzjoni ta' 430 g ta' zokkor, melħ u aċidu askorbiku tiġi miżjuda mal-ilma biex ikun hemm massa totali ta':

(165 – 9) 10/3 = 156 × 10/3 = 520 g.

9.2.

Il-metodu mhuwiex direttament applikabbli għall-qamħ. Il-proċedura li trid tiġi segwita biex jiġu stabbiliti l-karattersitiċi tal-ħami tal-qamħ hija kif ġej:

Naddaf il-kampjun tal-qamħ u kkalkula l-kontenut ta' ndewwa tal-qamħ imnaddaf. Jekk il-kotenut ta' ndewwa jkun fil-medda ta' bejn 15,0 % u 16,0 %, il-qamħ ma għandux jintmess. Jekk il-kontenut ta' ndewwa jkun barra minn din il-medda, aġġusta l-kontenut ta' ndewwa għal 15,5 % ± 0,5 % minn tal-inqas tliet sigħat qabel it-tħin.

Itħan il-qamħ fi dqiq billi tuża mitħna tal-laboratorju tat-tip Buehler MLU 202 jew mitħna tat-tip Brabender Quadrumat Senior jew billi tuża tagħmir simili li jkollu l-istess karatteristiċi.

Agħżel proċedura tat-tħin li, b'rata minima ta' estrazzjoni ta' 72 %, twassal biex jinkiseb dqiq b'kontenut ta' rmied ta' bejn 0,50 u 0,60 % fuq bażi ta' materja niexfa.

Ikkalkula l-kontenut ta' rmied tad-dqiq skont l-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 234/2010 (3) u l-kontenut ta' ndewwa skont dan ir-Regolament. Ikkalkula r-rata tal-estrazzjoni permezz tal-ekwazzjoni:

E = (((100 – f) F)/(100 – w) W) × 100 %

fejn:

E

=

ir-rata tal-estrazzjoni,

f

=

l-indewwa tad-dqiq,

w

=

il-kontenut ta' ndewwa tal-qamħ,

F

=

il-massa tad-dqiq prodott bil-kontenut ta' ndewwa f,

W

=

il-massa ta' dqiq mitħun bil-kontenut ta' ndewwa w.

Nota: It-tagħrif dwar l-ingredjenti u t-tagħmir li jridu jintużaw huwa ppubblikat fid-Dokument T/77 300 tal-31 ta' Marzu 1977 mill-Instituut voor Graan, Meel en Brood, TNO — Postbus 15, Wageningen, in-Netherlands.

PARTI IV

Metodoloġija tat-teħid tal-kampjuni u tal-analiżi għaċ-ċereali

1.

Għal kull lott ta' ċereali, il-karatteristiċi tal-kwalità għandhom jiġu stabbiliti abbażi ta' kampjun rappreżentattiv tal-lott offrut, li jkun magħmul minn kampjuni meħudin bir-rata ta' darba kull kunsinna, għal minn tal-inqas kull 60 tunnellata.

2.

Il-metodi ta' referenza li jridu jintużaw sabiex tiġi stabbilita l-kwalità taċ-ċereali offruti jew li ssir offerta tal-prezzijiet għalihom, jew li jitqiegħdu f'intervent, huma dawk stabbiliti fil-Partijiet I, II u III ta' dan l-Anness.

3.

F'każijiet ta' tilwima, l-aġenzija tal-pagamenti għandha twettaq mill-ġdid it-testijiet meħtieġa fuq iċ-ċereali kkonċernati, u l-ispejjeż jiġġarrbu mill-parti li titlef it-tilwima.

PARTI V

Żidiet u tnaqqis fil-prezz

Tabella I

Żidiet fil-prezz għall-kontenut ta' ndewwa għal ċereali oħra għajr il-qamħirrum

Kontenut ta' ndewwa

(%)

Żidiet

(EUR/tunnellata)

Inqas minn 12,5 sa 12

0,5

Inqas minn 12 sa 11,5

1

Inqas minn 11,5

1,5


Żidiet fil-prezz għall-kontenut ta' ndewwa għall-qamħirrum

Kontenut ta' ndewwa

(%)

Żidiet

(EUR/tunnellata)

Inqas minn 12 sa 11,5

0,5

Inqas minn 11,5

1

Tabella II

Tnaqqis fil-prezz għall-kontenut ta' ndewwa għal ċereali oħra għajr il-qamħirrum

Kontenut ta' ndewwa

(%)

Tnaqqis

(EUR/tunnellata)

Iktar minn 13,0 sa 13,5

0,5

Iktar minn 13,5 sa 14,0

1,0

Iktar minn 14,0 sa 14,5

1,5


Tnaqqis fil-prezz għall-kontenut ta' ndewwa għall-qamħirrum

Kontenut ta' ndewwa

(%)

Tnaqqis

(EUR/tunnellata)

Iktar minn 12,5 sa 13,0

0,5

Iktar minn 13,0 sa 13,5

1,0

Tabella III

Żidiet fil-prezz għall-kontenut ta' proteini tal-qamħ komuni

Kontenut ta' proteini (4)

(N × 5,7)

Żieda fil-prezz

(EUR/tunnellata)

Iktar minn 12,0

2,5


Tabella IV

Tnaqqis fil-prezz għall-kontenut ta' proteini tal-qamħ komuni

Kontenut ta' proteini (5)

(N × 5,7)

Tnaqqis fil-prezz

(EUR/tunnellata)

Inqas minn 11,5 sa 11,0

2,5

PARTI VI

Kalkolu taż-żidiet u tat-tnaqqis fil-prezz

L-aġġustamenti fil-prezzijiet previsti fl-Artikolu 26(1) għandhom jiġu espressi f'euro għal kull tunnellata għall-offerti ta' xiri u għall-offerti tal-prezzijiet għall-intervent permezz tal-multiplikazzjoni tal-prezz imsemmi f'dak l-Artikolu bis-somma taż-żidiet jew tat-tnaqqis fil-persentaġġ stabbilit, kif ġej:

(a)

meta l-kontenut ta' ndewwa taċ-ċereali offruti jew li ssir offerta tal-prezzijiet għalihom għall-intervent ikun inqas minn 12,0 % għall-qamħirrum u 12,5 % għaċ-ċereali l-oħra, iż-żidiet fil-prezz li jridu jiġu applikati għandhom ikunu dawk elenkati fit-Tabella I tal-Parti V ta' dan l-Anness. Meta l-kontenut ta' ndewwa ta' dawn iċ-ċereali offruti jew li ssir offerta tal-prezzijiet għalihom għall-intervent ikun ogħla minn 12,5 % għall-qamħirrum u 13,0 % għaċ-ċereali l-oħra, it-tnaqqis fil-prezz li jrid jiġi applikat għandu jkun dak elenkat fit-Tabella II tal-Parti V ta' dan l-Anness;

(b)

meta l-kontenut ta' proteini tal-qamħ komuni jkun ogħla minn 12,0 %, iż-żidiet li jridu jiġu applikati għandhom ikunu dawk elenkati fit-Tabella III tal-Parti V ta' dan l-Anness. Meta l-kontenut ta' proteini tal-qamħ komuni jkun inqas minn 11,5 %, it-tnaqqis li jrid jiġi applikat għandu jkun dak elenkat fit-Tabella IV tal-Parti V ta' dan l-Anness.


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 tat-23 ta' Frar 2006 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u l-metodi ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' mikotossini fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 12).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 234/2010 tad-19 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar l-għotja ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' ċereali u l-miżuri li għandhom jittieħdu f'każ ta' disturb fis-suq taċ-ċereali (ĠU L 72, 20.3.2010, p. 3).

(4)  Bħala persentaġġ (%) tal-materja niexfa.

(5)  Bħala persentaġġ (%) tal-materja niexfa.


ANNESS II

ROSS

PARTI I

Metodoloġija tat-teħid tal-kampjuni u tal-analiżi għar-ross li jkun għadu fil-ħliefa

1.

Bil-għan li jiġu vverifikati r-rekwiżiti tal-kwalità stipulati fil-Parti I tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238, il-kampjuni għandhom jittieħdu mill-aġenzija tal-pagamenti fil-preżenza tal-operatur jew tal-aġent debitament awtorizzat tiegħu.

Għandhom jinġabru tliet kampjuni rappreżentattivi, li kull wieħed minnhom għandu jiżen minn tal-inqas kilogramma. Dawn għandhom jingħataw, wieħed kull wieħed, għand:

(a)

l-operatur;

(b)

il-post tal-ħżin li fih irid iseħħ l-akkwist;

(c)

l-aġenzija tal-pagamenti.

Sabiex jinġabru l-kampjuni rappreżentattivi, l-għadd ta' kampjuni individwali li jridu jittieħdu għandu jinkiseb billi l-kwantità tal-lott tiġi diviża b'10 tunnellati. Kull kampjun individwali għandu jiżen l-istess. Il-kampjuni rappreżentattivi għandhom ikunu magħmula mit-total tal-kampjuni individwali, diviż bi tlieta.

Ir-rekwiżiti tal-kwalità għandhom jiġu vverifikati billi jintuża l-kampjun rappreżentattiv maħsub għall-maħżen li fih irid iseħħ l-akkwist.

2.

Għandhom jittieħdu kampjuni rappreżentattivi għal kull kunsinna parzjali (bit-trakk, bil-barkun, bil-vagun tal-ferrovija), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1.

Qabel id-dħul fil-maħżen tal-intervent, l-eżaminazzjoni ta' kull kunsinna parzjali tista' tiġi limitata għal kontroll tal-kontenut ta' ndewwa u tal-livell ta' impurità u għal verifika li ma jkunux preżenti insetti ħajjin. Madankollu, jekk iktar tard meta l-verifika tiġi ffinalizzata, jirriżulta li l-kunsinna parzjali ma tkunx tissodisfa r-rekwiżiti minimi tal-kwalità, l-akkwist tal-kwantità kkonċernata għandu jiġi rrifjutat. Jekk l-aġenzija tal-pagamenti tkun tista' tivverifika r-rekwiżiti minimi kollha tal-kwalità għal kull kunsinna parzjali qabel ma tiddaħħal fil-maħżen, din għandha tirrifjuta li tieħu kwalunkwe kunsinna parzjali li ma tkunx tissodisfa dawn ir-rekwiżiti.

3.

Il-kontroll tal-livell tar-radjoattività jsir biss jekk is-sitwazzjoni titlob dan u għal perjodu ta' żmien limitat.

4.

F'każijiet ta' tilwima, l-aġenzija tal-pagamenti għandha twettaq mill-ġdid it-testijiet meħtieġa fuq ir-ross li għadu fil-ħliefa kkonċernat, u l-ispejjeż jiġġarrbu mill-parti li titlef it-tilwima.

Issir analiżi ġdida minn laboratorju rikonoxxut mill-aġenzija tal-pagamenti abbażi ta' kampjun rappreżentattiv ġdid li jkun magħmul minn kampjuni tal-istess daqs miżmuma mill-operatur u mill-aġenzija tal-pagamenti. F'każijiet li fihom il-lott offrut kien twassal f'kunsinni parzjali, ir-riżultat jingħata bil-medja pponderata tar-riżultati tal-analiżi ta' kampjuni rappreżentattivi ġodda meħuda għall kull waħda mill-kunsinni parzjali.

PARTI II

Żidiet u tnaqqis fil-prezzijiet

1.

L-aġġustamenti fil-prezz previsti fl-Artikolu 26(1) għandhom jiġu espressi f'euro għal kull tunnellata u japplikaw għall-offerti tal-prezzijiet għall-intervent billi l-prezz imsemmi f'dak l-Artikolu jiġi mmultiplikat bis-somma taż-żidiet fil-persentaġġ stabbiliti fit-Tabelli I, II u III ta' din il-Parti.

2.

Iż-żidiet u t-tnaqqis fil-prezz għandhom japplikaw abbażi tal-medja pponderata tar-riżultati tat-test fuq il-kampjuni rappreżentattivi kif definit fil-Parti I ta' dan l-Anness.

Tabella I

Żidiet fil-prezz għall-kontenut ta' ndewwa

Kontenut ta' ndewwa

(%)

Żidiet

(EUR/tunnellata)

Inqas minn 12,5 sa 12

0,75

Inqas minn 12 sa 11,5

1,5


Tabella II

Tnaqqis fil-prezz għall-kontenut ta' ndewwa

Kontenut ta' ndewwa

(%)

Tnaqqis

(EUR/tunnellata)

Iktar minn 13,5 sa 14,0

0,75

Iktar minn 14,0 sa 14,5

1,5


Tabella III

Żidiet fil-prezz b'rabta mar-rendiment mit-tħin

Rendiment mit-tħin ta' ħbub sħaħ tar-ross li jkun għadu fil-ħliefa

Żidiet fil-prezz għal kull punt ta' rendiment (1)

Ogħla mir-rendiment bażiku

Żieda ta' 0,75 %

Rendiment ġenerali mit-tħin tar-ross li jkun għadu fil-ħliefa

Żidiet fil-prezz għal kull punt ta' rendiment

Ogħla mir-rendiment bażiku

Żieda ta' 0,60 %


(1)  Iridu jiġu applikati meta r-rendiment mit-tħin tar-ross ikun differenti mir-rendiment mit-tħin bażiku għall-varjetà kkonċernata kif stabbilit fil-Parti II tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238.


ANNESS III

ĊANGA

PARTI I

Kundizzjonijiet u kontrolli għall-akkwist

1.

Il-prodotti kkunsinnati għandhom jiġu akkwistati soġġett għal verifika mill-aġenzija tal-pagamenti li tikkonferma li huma konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti I tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238. B'mod partikolari, għandha titwettaq kontroll sistematiku tal-preżentazzjoni, tal-klassifikazzjoni, tal-piż u tat-tikkettar ta' kull karkassa, nofs karkassa u kwart ta' karkassa kkunsinnati.

2.

In-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-Parti I tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238 għandu jirriżulta fir-rifjut tal-prodotti. Il-prodotti rrifjutati ma għandhomx jerġgħu jiġu ppreżentati għal aċċettazzjoni.

3.

L-eżitu tal-kontrolli deskritti fil-punt 1 għandu jiġi rreġistrat b'mod sistematiku mill-aġenzija tal-pagamenti.

PARTI II

Koeffiċjenti ta' konverżjoni

Klassi ta' konformazzjoni/kisja ta' xaħam

Koeffiċjent

U2

1,058

U3

1,044

U4

1,015

R2

1,015

R3

1,000

R4

0,971

O2

0,956

O3

0,942

O4

0,914

PARTI III

Dissussar

I.   Kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw id-dissussar

1.

Id-dissussar jista' jitwettaq biss fl-impjanti tat-tqattigħ approvati u li joperaw skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

2.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “operazzjonijiet ta' dissussar” tfisser l-operazzjonijiet fiżiċi għaċ-ċanga/għall-vitella msemmija fl-Anness II tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 906/2014.

3.

Il-qatgħat bl-għadam għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-Parti IV ta' dan l-Anness.

II.   Kuntratti u speċifikazzjonijiet

1.

Id-dissussar għandu jitwettaq b'kuntratt skont it-termini stabbiliti mill-aġenziji tal-pagamenti, f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tagħhom u mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

2.

L-ispeċifikazzjonijiet tal-aġenziji tal-pagamenti għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-impjanti tat-tqattigħ, għandhom jispeċifikaw l-impjant u t-tagħmir meħtieġa u għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet dettaljati li jkopru l-operazzjonijiet ta' dissussar.

B'mod partikolari, dawn għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet dettaljati li jispeċifikaw il-metodu tat-tħejjija, tat-tirqim, tal-ippakkjar, tal-iffriżar u tal-konservazzjoni tal-qatgħat tal-laħam bl-għan li dawn jiġu akkwistati mill-aġenzija tal-pagamenti.

III.   Kontroll u monitoraġġ tal-operazzjonijiet ta' dissussar

L-aġenziji tal-pagamenti għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-operazzjonijiet ta' dissussar jitwettqu f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u mal-kuntratti u mal-ispeċifikazzjonijiet deskritti fit-Taqsima II ta' din il-Parti.

B'mod partikolari, l-aġenziji tal-pagamenti għandhom jimplimentaw sistema li permezz tagħha jiġu żgurati l-monitoraġġ u l-verifika kontinwi tal-operazzjonijiet kollha ta' dissussar. L-eżitu ta' monitoraġġ u ta' verifika bħal dawn għandu jiġi rreġistrat.

IV.   Ħżin tal-qatgħat

Il-qatgħat għandhom jinħażnu f'imħażen kesħin fit-territorju tal-Istat Membru li jeżerċita ġuriżdizzjoni fuq l-aġenzija tal-pagamenti.

V.   Spejjeż tal-operazzjonijiet ta' dissussar

Il-kuntratti msemmija fit-Taqsima II ta' din il-Parti u l-pagamenti li jsiru skonthom għandhom ikopru l-ispejjeż tal-operazzjonijiet ta' dissussar imsemmija fil-punt 2 tat-Taqsima I ta' din il-Parti.

VI.   Limiti ta' żmien għall-operazzjonijiet ta' dissussar

Id-dissussar, it-tirqim, l-użin, l-ippakkjar u l-iffriżar malajr iridu jitlestew fi żmien 10 ijiem kalendarji mill-qatla. Madankollu, l-aġenzija tal-pagamenti tista' tistabbilixxi limiti ta' żmien iqsar.

VII.   Kontrolli u rifjut tal-prodotti

1.

Meta, bħala riżultat tal-kontrolli previsti fit-Taqsima III ta' din il-Parti, jinstab li l-prodotti mhumiex konformi mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament u mal-kuntratti u mal-ispeċifikazzjonijiet deskritti fit-Taqsima II ta' din il-Parti, dawn għandhom jiġu rrifjutati.

2.

Mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tal-penali, l-aġenziji tal-pagamenti għandhom jirkupraw il-ħlasijiet mill-partijiet responsabbli għal ammont ugwali għall-prezz muri fil-Parti V ta' dan l-Anness għall-qatgħat li jkunu ġew irrifjutati.

PARTI IV

Speċifikazzjonijiet għall-intervent ta' dissussar

1.   QATGĦAT TAL-KWARTI TA' WARA

1.1.   Deskrizzjoni tal-qatgħat

1.1.1.   Xikel tal-intervent (il-kodiċi INT 11)

Tqattigħ u dissussar: neħħi b'qatgħa li tgħaddi mill-ġog tar-riġel u li tissepara n-naħa l-għolja tal-koxxa u l-kustilja tal-flett billi ssegwi l-qasma naturali, filwaqt li tħalli l-muskolu tal-għarqub imwaħħal max-xikel. Neħħi l-għadam tax-xikel (it-tibja u l-għaksa bejn id-difer u l-qasba tas-sieq fir-riġel warrani tal-bhima).

Tirqim: orqom it-truf tal-għeruq lura sal-laħam.

Tqartis u ppakkjar: dawn il-qatgħat iridu jiġu mqartsin individwalment qabel jiġu ppakkjati fil-kaxxi tal-kartun.

1.1.2.   Il-falda l-ħoxna tal-intervent (il-kodiċi INT 12)

Tqattigħ u dissussar: issepara min-naħa l-għolja tal-koxxa b'qatgħa dritta 'l isfel u sal-linja tal-wirk u mill-kustilja tal-flett billi tkompli l-qatgħa 'l isfel tul il-linja tal-qasma naturali; il-kappell irid jitħalla mwaħħal b'mod naturali.

Tirqim: neħħi l-galletta tal-irkoppa, il-kapsula tal-ġog u l-għerq; il-kisja xaħam ta' barra f'ebda punt ma trid tkun ta' iktar minn ċentimetru.

1.1.3.   In-naħa l-għolja tal-koxxa tal-intervent (il-kodiċi INT 13)

Tqattigħ u dissussar: issepara mill-kustilja tal-flett u mix-xikel b'qatgħa li ssegwi l-linja tal-qasma naturali u aqla' minn mal-wirk; neħħi l-għadma tal-koxxa warranija ta' fejn denb il-bhima.

Tirqim: neħħi t-tarf ta' wara l-organu ġenitali, il-kartilaġni li jmiss miegħu u l-glandola tal-iskrotu (l-ingwinal superfiċjali); neħħi l-qarquċa u t-tessuti konnettivi assoċjati mal-għadma pelvika; il-kisja xaħam ta' barra f'ebda punt ma trid tkun ta' iktar minn ċentimetru.

1.1.4.   Kustilja tal-flett tal-intervent (il-kodiċi INT 14)

Tqattigħ u dissussar: issepara min-naħa l-għolja tal-koxxa u mix-xikel b'qatgħa li ssegwi l-linja tal-qasma naturali; neħħi l-wirk.

Tirqim: neħħi l-qarquċa t-tqila li tmiss mal-ġog tal-għadma, in-nodulu limfatiku tal-fieragħ ta' wara l-irkoppa, u x-xaħam u l-għerq ta' magħha; il-kisja xaħam ta' barra f'ebda punt ma trid tkun ta' iktar minn ċentimetru.

1.1.5.   Flett tal-intervent (il-kodiċi INT 15)

Tqattigħ: neħħi t-tul kollu tal-flett billi tħoll ir-ras (it-tarf) mill-għadma tal-ġenbejn (l-ilju) u billi timxi mal-flett li jmiss mal-vertebri, biex b'hekk teħles il-flett mil-lonża.

Tirqim: neħħi l-glandola u x-xaħam. Ħalli l-ħjut u l-muskolu l-kbir intatti u mqabbda għalkollox.

1.1.6.   Ramp tal-intervent (il-kodiċi INT 16)

Tqattigħ u dissussar: issepara minn mal-kustilja tal-flett/mal-falda l-ħoxna b'qatgħa dritta minn punt li jkun bejn wieħed u ieħor ħames ċentimetri mit-tarf ta' wara tal-ħames vertebra tal-ossusagru, billi tgħaddi bejn wieħed u ieħor ħames ċentimetri mit-tarf ta' quddiem tal-għadma tal-koxxa warranija ta' fejn denb il-bhima, filwaqt li toqgħod attent li ma taqtax mill-falda l-ħoxna.

Issepara mil-lonża b'qatgħa bejn l-aħħar vertebra lombari u l-ewwel vertebra tal-ossusagru, u b'hekk teħles it-tarf ta' quddiem tal-għadma pelvika. Neħħi l-għadam u l-qarquċa.

Tirqim: neħħi r-roqgħa tax-xaħam fuq in-naħa ta' ġewwa taħt il-muskolu tari. Il-kisja xaħam ta' barra f'ebda punt ma trid tkun ta' iktar minn ċentimetru.

1.1.7.   Lonża tal-intervent (il-kodiċi INT 17)

Tqattigħ u dissussar: issepara mir-ramp b'qatgħa dritta bejn l-aħħar vertebra lombari u l-ewwel vertebra tal-ossusagru. Issepara mill-kustilja ta' quddiem (ta' ħames għadmiet) b'qatgħa dritta bejn il-ħdax u l-għaxar kustilja. Neħħi għalkollox l-għadam tas-sinsla. Neħħi l-kustilji u l-għadam vertebrali billi tneħħihom waħda waħda.

Tirqim: neħħi kwalunkwe speċi ta' qarquċa li jkun għad baqa' wara d-dissussar. L-għerq irid jitneħħa. Il-kisja xaħam ta' barra f'ebda punt ma trid tkun ta' iktar minn ċentimetru.

1.1.8.   Falda tal-intervent (il-kodiċi INT 18)

Tqattigħ u dissussar: neħħi l-falda kollha minn mal-qatgħa dritta tal-kwart ta' wara li fiha tmien kustilji b'qatgħa mill-punt fejn il-falda tkun intefgħet lura, billi ssegwi l-qasma naturali 'l isfel madwar il-wiċċ tal-muskoli ta' wara sa punt li jkun orizzontali ma' nofs l-aħħar vertebra lombari.

Kompli l-qatgħa 'l isfel f'linja dritta parallela mal-flett, tul it-tlettax u s-sitt kustilja, it-tnejn inklużi, matul linja li tgħaddi b'mod parallel mat-tarf dorsali tas-sinsla, sabiex il-qatgħa 'l isfel kollha ma tkunx iżjed minn ħames ċentimetri mit-tarf laterali tal-muskolu tari.

Neħħi l-għadam u l-qarquċa kollha billi tneħħihom waħda waħda. Il-falda kollha trid tibqa' f'biċċa waħda.

Tirqim: neħħi t-tessuti konnettivi l-ħorox li jgħattu l-goose skirt, filwaqt li tħalli l-goose skirt intatt. Orqom ix-xaħam sabiex il-persentaġġ totali ta' xaħam (ta' barra u interstizzjali) viżibbli ma jaqbiżx it-30 %.

1.1.9.   Kustilja ta' quddiem (ta' ħames għadmiet) tal-intervent (il-kodiċi INT 19)

Tqattigħ u dissussar: din il-qatgħa trid tiġi sseparata minn mal-lonża b'qatgħa dritta bejn il-ħdax u l-għaxar kustilja u trid tinkludi mis-sitt sal-għaxar kustilji, it-tnejn inklużi. Neħħi l-muskoli ta' bejn il-kustilji u l-plewra f'folja rqiqa flimkien mal-għadam tal-kustilji. Neħħi s-sinsla u l-qarquċa, inkluż it-tarf tal-iskapula (l-għadma tal-ispalla).

Tirqim: neħħi l-faxxa tad-dahar (ligamentum nuchae). Il-kisja xaħam ta' barra f'ebda punt ma trid tkun ta' iktar minn ċentimetru. Il-kappell irid jitħalla mqabbad.

2.   QATGĦAT TAL-KWARTI TA' QUDDIEM

2.1.   Deskrizzjoni tal-qatgħat

2.1.1.   Qasba tas-sieq tal-intervent (il-kodiċi INT 21)

Tqattigħ u dissussar: neħħi b'qatgħa madwar il-ġog li jissepara l-għadma tal-qasba tas-sieq (ir-radjus) u l-umeru. Neħħi l-għadma tal-qasba tas-sieq (ir-radjus).

Tirqim: orqom it-truf tal-għeruq lura sal-laħam.

Il-qasab tas-saqajn ma jridux jiġu ppakkjati mal-ixkla.

2.1.2.   Spalla tal-intervent (il-kodiċi INT 22)

Tqattigħ u dissussar: issepara l-ispalla minn mal-kwart ta' quddiem billi taqta' linja li ssegwi l-qasma naturali madwar it-tarf tal-ispalla u l-qarquċa fit-tarf tal-iskapula (l-għadma tal-ispalla), filwaqt li tkompli taqta' madwar il-qasma sabiex l-ispalla tintrefa' mir-roqgħa naturali tagħha. Neħħi l-iskapula (l-għadma tal-ispalla). Il-muskolu ta' taħt l-iskapula (l-għadma tal-ispalla) irid jintefa' lura iżda jrid jitħalla mqabbad sabiex l-għadma tkun tista' titneħħa mingħajr xkiel. Neħħi l-umeru.

Tirqim: neħħi l-qarquċa, l-għeruq u l-kapsuli tal-ġogi; orqom ix-xaħam sabiex il-persentaġġ totali ta' xaħam (ta' barra u interstizzjali) viżibbli ma jaqbiżx l-10 %.

2.1.3.   Sidra tal-intervent (il-kodiċi INT 23)

Tqattigħ u dissussar: issepara mill-kwart ta' quddiem billi taqta' linja dritta perpendikulari ma' nofs l-ewwel kustilja. Neħħi l-muskoli ta' bejn il-kustilji u l-plewra billi tneħħihom għalkollox waħda waħda, bil-kustilji, l-għadma tas-sider u l-qarquċa. L-għata trid titħalla mwaħħla mas-sidra. Ix-xaħam ta' taħt l-għata u l-isternu jrid jitneħħa.

Tirqim: orqom ix-xaħam sabiex il-persentaġġ totali ta' xaħam (ta' barra u interstizzjali) viżibbli ma jaqbiżx l-30 %.

2.1.4.   Kwart ta' quddiem tal-intervent (il-kodiċi INT 24)

Tqattigħ u dissussar: il-qatgħa li tibqa' wara li jitneħħew is-sidra, l-ispalla u l-qasba tas-sieq hija kklassifikata bħala l-kwart ta' quddiem.

Neħħi l-għadam tal-kustilji billi tneħħihom waħda waħda. L-għadam tal-għonq iridu jitneħħew sewwa.

Il-muskolu l-kbir irid jitħalla mqabbad ma' din il-qatgħa.

Tirqim: l-għeruq, il-kapsuli tal-ġogi u l-qarquċa li jridu jitneħħew. Orqom ix-xaħam sabiex il-perċentwali totali ta' xaħam (ta' barra u interstizzjali) viżibbli ma jaqbiżx l-10 %.

PARTI V

Prezzijiet individwali tal-qatgħat tal-intervent irrifjutati

(EUR/tunnellata)

Flett tal-intervent

22 000

Lonża tal-intervent

14 000

In-naħa l-għolja tal-koxxa tal-laħam tal-intervent, ir-ramp tal-intervent

10 000

Il-kustilja tal-flett tal-intervent, il-falda l-ħoxna tal-intervent, il-kustilja ta' quddiem tal-intervent (b'ħames kustilji)

8 000

L-ispalla tal-intervent, il-kwart ta' quddiem tal-intervent

6 000

Is-sidra tal-intervent, ix-xikel tal-intervent, il-qasba tas-sieq tal-intervent

5 000

Falda tal-intervent

4 000


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).


ANNESS IV

BUTIR

PARTI I

Teħid ta' kampjuni għal analiżi kimika u mikrobijoloġika u għal evalwazzjoni sensorja

1.   Analiżi kimika u mikrobijoloġika

Kwantità ta' butir

(kg)

Għadd minimu ta' kampjuni

(> 100 g)

≤ 1 000

2

> 1 000 ≤ 5 000

3

> 5 000 ≤ 10 000

4

> 10 000 ≤ 15 000

5

> 15 000 ≤ 20 000

6

> 20 000 ≤ 25 000

7

> 25 000

7 + 1 għal kull 25 000  kg jew parti minnhom

It-teħid ta' kampjuni għall-analiżi mikrobijoloġika jrid jsir b'mod asettiku.

Jistgħu jiġu kkombinati sa ħames kampjuni ta' 100 g kull wieħed f'kampjun wieħed għall-analiżi wara li jitħalltu sew.

Il-kampjuni jridu jittieħdu b'mod aleatorju minn partijiet differenti ta' kull lott qabel jew fil-mument tad-dħul fil-maħżen kiesaħ magħżul mill-aġenzija tal-pagamenti.

It-tħejjija ta' kampjun aggregat tal-butir (għal analiżi kimika):

(a)

billi tuża dewwieq nadif u xott tal-butir jew strument simili adattat, ħu estratt tal-butir ta' minn tal-inqas 30 g u poġġih f'kontenitur tal-kampjuni. Imbagħad, il-kampjun aggregat għandu jiġi ssiġillat u jintbagħat fil-laboratorju għall-analiżi;

(b)

fil-laboratorju, il-kampjun aggregat irid jissaħħan fil-kontenitur oriġinali mhux miftuħ għal temperatura ta' 30 °C u jrid jitħawwad ta' sikwit sakemm tinkiseb emulsjoni fluwida omoġenja li tkun ħielsa minn biċċiet mhux imrattba. Il-kontenitur għandu jkun mimli sa nofsu jew sa żewġ terzi minnu.

Għal kull produttur li joffri l-butir għall-intervent, iridu jiġu analizzati żewġ kampjuni kull sena għall-ħalib mingħajr xaħam.

2.   Evalwazzjoni sensorja

Kwantità ta' butir

(kg)

Għadd minimu ta' kampjuni

1 000 ≤ 5 000

2

> 5 000 ≤ 25 000

3

> 25 000

3 + 1 għal kull 25 000  kg jew parti minnhom

Wara perjodu ta' ħżin ta' 30 jum bi prova, iridu jittieħdu kampjuni b'mod aleatorju minn partijiet differenti ta' kull lott bejn it-30 u l-45 jum wara l-kunsinna tal-butir u jridu jiġu kklassifikati.

Kull kampjun irid jiġi vvalutat individwalment skont l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 273/2008. Mhuwiex permess li jittieħdu kampjuni mill-ġdid jew li ssir evalwazzjoni mill-ġdid.

3.   Linji gwida li jridu jiġu segwiti meta l-kampjuni jkun fihom xi difetti

(a)

analiżi kimika u mikrobijoloġika:

(i)

meta jiġu analizzati kampjuni individwali, jista' jkun permess kampjun wieħed li jkun fih difett wieħed minn fost ħames sa 10 kampjuni jew żewġ kampjuni li kull wieħed minnhom ikun fih difett wieħed biss minn fost 11-il kampjun sa 15-il kampjun. Meta kampjun ikun fih xi difett, iridu jittieħdu żewġ kampjuni ġodda minn waħda miż-żewġ naħat tal-kampjun li jkun fih id-difett u dawn iridu jiġu kkontrollati għall-parametru kkonċernat. F'każ li l-ebda wieħed miż-żewġ kampjuni ma jkun jissodisfa l-ispeċifikazzjoni, il-kwantità ta' butir bejn iż-żewġ kampjuni oriġinali fuq kull naħa tal-kampjun li jkun fih id-difett trid tiġi rrifjutata mill-kwantità offruta.

Il-kwantità li trid tiġi rrifjutata meta l-kampjun il-ġdid ikun fih xi difett:

Image

(ii)

meta jiġu analizzati kampjuni aggregati u dawn jinstabu li jkun fihom xi difetti fir-rigward ta' parametru wieħed, il-kwantità rrappreżentata mill-kampjun aggregat ikkonċernat trid tiġi rrifjutata mill-kwantità offruta. Il-kwantità rrappreżentata minn kampjun aggregat wieħed tista' tiġi stabbilita permezz tas-sottodiviżjoni tal-kwantità qabel ma jittieħdu kampjuni b'mod aleatorju minn kull parti minnhom;

(b)

evalwazzjoni sensorja: meta kampjun ma jgħaddix mill-evalwazzjoni sensorja, il-kwantità ta' butir bejn żewġ kampjuni li jkunu qrib xulxin fuq kull naħa tal-kampjun li ma jkunx għadda trid tiġi rrifjutata mill-kwantità tal-lott,

(c)

meta l-kampjuni jkun fihom difett sensorju u jkun fihom jew difett kimiku jew inkella difett mikrobijoloġiku, il-kwantità kollha trid tiġi rrifjutata.

PARTI II

Kunsinna u ppakkjar tal-butir

1.

Il-butir għandu jiġi kkunsinnat fi blokok u għandu jiġi ppakkjat f'materjal ġdid u b'saħħtu, b'tali mod li tkun żgurata l-protezzjoni tiegħu matul it-trasport, id-dħul fil-post tal-ħżin, il-ħżin u t-tneħħija mill-post tal-ħżin.

2.

Fuq il-pakkett għandu jkun hemm minn tal-inqas id-dettalji li ġejjin, meta dan ikun xieraq permezz ta' kodiċi:

(a)

in-numru ta' approvazzjoni li jidentifika l-fabbrika u l-Istat Membru tal-produzzjoni;

(b)

id-data tal-produzzjoni;

(c)

in-numru tal-produzzjoni tal-għadd u n-numru tal-pakkett; in-numru tal-pakkett jista' jiġi sostitwit bin-numru tal-palit immarkat fuq il-palit;

(d)

il-kliem “ħelu” jekk il-butir ikollu pH ta' 6,2 jew ogħla.

3.

Il-persuna responsabbli mill-maħżen għandha żżomm reġistru li fih jiġu rreġistrati d-dettalji msemmija fil-punt 2 fid-data tad-dħul fil-post tal-ħżin.


ANNESS V

TRAB TAL-ĦALIB XKUMAT

PARTI I

Teħid ta' kampjuni u analiżi tat-trab tal-ħalib xkumat offrut għall-intervent

1.

Għandhom jittieħdu kampjuni għal kull lott skont il-proċedura stabbilita fl-Istandard Internazzjonali ISO 707. Madankollu, l-aġenziji tal-pagamenti jistgħu jużaw metodu ieħor għat-teħid tal-kampjuni, diment li dan ikun konformi mal-prinċipji ta' dak l-istandard.

2.

L-għadd ta' pakketti li jridu jintgħażlu għat-teħid ta' kampjuni għall-analiżi:

(a)

lottijiet li jkun fihom sa 800 borża ta' 25 kg kull waħda: minn tal-inqas tmienja;

(b)

lottijiet li jkun fihom iżjed minn 800 borża ta' 25 kg kull waħda: minn tal-inqas tmienja u waħda għal kull 800 borża addizzjonali jew parti minnhom.

3.

Piż tal-kampjun: minn kull pakkett iridu jittieħdu kampjuni ta' minn tal-inqas 200 g.

4.

Raggruppar tal-kampjuni: ma jridux jiġu kkombinati iżjed minn disa' kampjuni f'kampjun globali.

5.

Analiżi tal-kampjuni: kull kampjun globali jrid jgħaddi minn analiżi sabiex jiġu vverifikati l-karatteristiċi tal-kwalità kollha stipulati fil-Parti II tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238.

6.

Meta l-kampjuni jkun fihom xi difetti:

(a)

meta kampjun aggregat ikun fih difett fir-rigward ta' parametru wieħed, il-kwantità mnejn ikun ittieħed il-kampjun tiġi rrifjutata;

(b)

meta kampjun kompost ikun fih xi difett fir-rigward ta' iżjed minn parametru wieħed, il-kwantità mnejn ikun ittieħed il-kampjun tiġi rrifjutata u jittieħdu kampjuni mill-kwantitajiet li jkun għad baqa mill-istess impjant; l-analiżi ta' dawk il-kampjuni għandha tkun deċiżiva. F'dak il-każ:

l-għadd ta' kampjuni msemmi fil-punt 2 jiġi rduppjat,

meta kampjun aggregat ikun fih xi difett fir-rigward ta' parametru wieħed jew iktar, il-kwantità mnejn ikun ittieħed il-kampjun tiġi rrifjutata.

PARTI II

Kunsinna u ppakkjar tat-trab tal-ħalib xkumat

1.

It-trab tal-ħalib xkumat għandu jiġi ppakkjat f'boroż ġodda, nodfa, nexfin u sħaħ li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-boroż irid ikollhom minn tal-inqas tliet saffi, li flimkien jikkorrispondu għal medja ta' TEA ta' minn tal-inqas 420 J/m2;

(b)

it-tieni saff għandu jkun miksi b'saff ta' polietilene ta' minn tal-inqas 15 g/m2;

(c)

fis-saffi tal-karti, borża tal-polietilene li tkun ħoxna minn tal-inqas 0,08 mm għandha tkun mgħaqqda mal-qiegħ;

(d)

il-boroż għandhom ikunu konformi mal-istandard EN 770;

(e)

waqt il-mili, it-trab għandu jiġi ppressat sew 'l isfel. Trab waħdu mhux ippressat għall-ebda raġuni ma jrid jitħalla jidħol bejn is-saffi differenti.

2.

Fuq il-boroż għandu jkun hemm id-dettalji li ġejjin, meta dan ikun xieraq f'kodiċi:

(a)

in-numru ta' approvazzjoni li jidentifika l-fabbrika u l-Istat Membru tal-produzzjoni;

(b)

id-data jew, meta dan ikun xieraq, il-ġimgħa tal-produzzjoni;

(c)

in-numru tal-għadd tal-produzzjoni;

(d)

id-deskrizzjoni “trab tal-ħalib xkumat f'forma ta' sprej”.

3.

Il-persuna responsabbli mill-maħżen għandha żżomm reġistru li fih jiġu rreġistrati d-dettalji msemmija fil-punt 2 fid-data tad-dħul fil-post tal-ħżin.