ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 202

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
28 ta' Lulju 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1224 tat-18 ta' Lulju 2016 dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika Libaniża, fuq in-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1225 tat-18 ta' Lulju 2016 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Libanu fil-programmi tal-Unjoni

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1226 tal-4 ta' Mejju 2016 li jemenda l-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-termini riżervati fakultattivi għaż-żejt taż-żebbuġa

5

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1227 tas-27 ta' Lulju 2016 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żejt tal-fdal taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta' analiżi rilevanti

7

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1228 tas-27 ta' Lulju 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

14

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1229 tas-27 ta' Lulju 2016 dwar il-kwistjoni tal-liċenzji għall-importazzjoni tar-ross skont il-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta' Lulju 2016 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

17

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1230 tat-12 ta' Lulju 2016 li tistabbilixxi li ma ttieħdet ebda azzjoni effettiva mill-Portugall b'reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-21 ta' Ġunju 2013

21

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1231 tat-18 ta' Lulju 2016 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji rigward it-talba tal-Georgia biex ssir Parti Kontraenti ta' dik il-Konvenzjoni

24

 

*

Deċiżjoni Tal-Kunsill (UE) 2016/1232 tat-18 ta' Lulju 2016 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo, min-naħa l-oħra, dwar Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni li tadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu ( 1 )

27

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1233 tas-26 ta' Lulju 2016 li taħtar membru u membru supplenti proposti mir-Repubblika ta' Ċipru, fil-Kumitat tar-Reġjuni

41

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1234 tas-26 ta' Lulju 2016 li taħtar żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

42

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1235 tas-26 ta' Lulju 2016 li tawtorizza laboratorju fir-Repubblika tal-Korea jwettaq it-testijiet seroloġiċi biex jissorvelja l-effikaċja tat-tilqim tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa kontra r-rabja (notifikata bid-dokument C(2016) 4665)  ( 2 )

43

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1236 tas-27 ta' Lulju 2016 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri, fir-rigward tal-entrati għall-Estonja, għal-Latvja, għal-Litwanja u għall-Polonja (notifikata bid-dokument C(2016) 4983)  ( 2 )

45

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/973 tas-17 ta' Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni tal-bislisinat taż-żingu bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali ( ĠU L 161, 18.6.2016 )

56

 

*

Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2403 tal-15 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi linji gwida komuni dwar l-istandards u t-tekniki tad-diżattivazzjoni sabiex ikun żgurat li l-armi tan-nar diżattivati jiġu inoperabbli irreversibilment ( ĠU L 333, 19.12.2015 )

56

 


 

(1)   Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

 

(2)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

28.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1224

tat-18 ta' Lulju 2016

dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika Libaniża, fuq in-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217 tiegħu, flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 218(6) u l-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-2003, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Protokoll tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika Libaniża, fuq in-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem “Protokoll”) ġie ffirmat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha fl-1 ta' April 2015.

(2)

Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika Libaniża, fuq in-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea, qed jiġi approvat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha (1).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill, f'isem l-Unjoni ta n-notifika li ġejja:

“Minn meta daħal fis-seħħ it-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, il-Komunità Ewropea ġiet sostitwita u saret l-Unjoni Ewropea, u minn dakinhar, bdiet teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, ir-referenzi kollha għal ‘Komunità Ewropea’ jew għal ‘Komunità’ fit-testi tal-Ftehim Ewro-Mediterranju jew tal-Protokoll huma meqjusa li huma għall-‘Unjoni Ewropea’ jew għall-‘Unjoni’.”

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Il-Protokoll jinsab mehmuż mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar tiegħu.


28.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1225

tat-18 ta' Lulju 2016

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Libanu fil-programmi tal-Unjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 212, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u l-Artikolu 218(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/268 (2), il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, (3) dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Libanu fi programmi tal-Unjoni (“il-Protokoll”) ġie ffirmat f'isem l-Unjoni fid-9 ta' Frar 2015.

(2)

L-objettiv tal-Protokoll huwa li jistabbilixxi r-regoli finanzjarji u tekniċi li jippermettu lir-Repubblika tal-Libanu tipparteċipa f'ċerti programmi tal-Unjoni. Il-qafas orizzontali stabbilit bil-Protokoll jistabbilixxi prinċipji għal kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika u jippermetti lir-Repubblika tal-Libanu tirċievi għajnuna, b'mod partikolari għajnuna finanzjarja, mill-Unjoni Ewropea f'konformità ma' dawk il-programmi. Dak il-qafas japplika biss għal dawk il-programmi tal-Unjoni li għalihom l-atti legali kostituttivi rilevanti jipprovdu għall-possibbiltà tal-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Libanu. Għalhekk, il-konklużjoni tal-Protokoll ma tinvolvix l-eżerċizzju tas-setgħat taħt id-diversi politiki settorjali mogħtija mill-programmi, li huma eżerċitati meta jiġu stabbiliti l-programmi.

(3)

Il-Protokoll għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Libanu f'kull programm tal-Unjoni huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (4).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika provduta fl-Artikolu 10 tal-Protokoll (5).

Artikolu 3

Il-Kummissjoni hija awtorizzata li tistabbilixxi, f'isem l-Unjoni, it-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-parteċipazzjoni tal-Libanu fi kwalunkwe programm partikolari tal-Unjoni, inkluż il-kontribuzzjoni finanzjarja pagabbli. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-grupp ta' ħidma rilevanti tal-Kunsill infurmat.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Kunsent tat-23 ta' Ġunju 2016 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/268 tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Libanu fil-programmi tal-Unjoni (ĠU L 47, 20.2.2015, p. 1).

(3)  ĠU L 143, 30.5.2006, p. 2.

(4)  Il-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 47, 20.2.2015, p. 3 flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar.

(5)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll se tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


REGOLAMENTI

28.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/5


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1226

tal-4 ta' Mejju 2016

li jemenda l-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-termini riżervati fakultattivi għaż-żejt taż-żebbuġa

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 86 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 (2) jiddefinixxi l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żejt mir-residwi taż-żebbuġ u jistabbilixxi l-metodi għall-valutazzjoni ta' dawk il-karatteristiċi. Dawk il-metodi u l-valuri ta' limitu għall-karatteristiċi taż-żjut huma aġġornati regolarment biex jitqiesu l-żviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku skont il-ħidma mwettqa fil-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ.

(2)

Fis-26 ta' Novembru 2015, il-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ adotta metodu ġdid għall-valutazzjoni organolettika taż-żejt taż-żebbuġa verġni li jimmodifika t-terminoloġija fakultattiva għall-finijiet tat-tikkettar.

(3)

It-termini riżervati fakultattivi huma mniżżla fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(4)

L-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Mejju 2016

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 tal-11 ta' Lulju 1991 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta' analiżi rilevanti (ĠU L 248, 5.9.1991, p. 1).


ANNESS

“ANNESS IX

TERMINI RIŻERVATI FAKULTATTIVI

Kategorija ta' prodott

(b'referenza għall-klassifikazzjoni tan-nomenklatura magħquda)

Terminu riżervat fakultattiv

laħam tat-tjur

(kodiċijiet NM 0207 u 0210 )

mitmugħa bi … % ta' …

wiżż mitmugħ bil-ħafur

trobbija fuq ġewwa/sistema intensiva

trobbija fil-beraħ

trobbija fil-beraħ tradizzjonali

trobbija barra — libertà totali

l-età tal-qatla

it-tul tal-perjodu tat-tismin

bajd

(kodiċi NM 0407 )

frisk

aktar min-normal jew frisk aktar min-normal

indikazzjoni dwar il-metodu tal-għalf tat-tiġieġ li jbidu

żejt taż-żebbuġa

(kodiċi NM 1509 )

l-ewwel ippressar kiesaħ

estrazzjoni kiesħa

aċidità

qawwi

it-togħma tal-frott: misjur jew aħdar

qares

b'saħħtu

medju

delikat

ibbilanċjat sew

żejt ta' togħma mmoderata”


28.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1227

tas-27 ta' Lulju 2016

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żejt tal-fdal taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta' analiżi rilevanti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-punt (d) tal-ewwel paragrafu u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 91 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 (2) jiddefinixxi l-karatteristiċi kimiċi u organolettiċi taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żejt mir-residwi taż-żebbuġ u jistabbilixxi l-metodi tal-valutazzjoni ta' dawk il-karatteristiċi. Dawk il-metodi jiġu aġġornati abbażi tal-opinjoni ta' esperti tal-kimiċi u huma konformi mal-ħidma mwettqa mill-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ (minn hawn 'il quddiem l-“IOC”).

(2)

Biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni fil-livell tal-Unjoni tal-aktar standards internazzjonali riċenti li ġew stabbiliti mill-IOC, għandhom jiġu aġġornati l-metodu li bih tiġi determinata l-aċidità libera u l-metodu marbut mal-valutazzjoni organolettika taż-żjut taż-żebbuġa verġni stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 2568/91.

(3)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KEE) Nru 2568/91 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq fi Prodotti Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2568/91 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness II jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(2)

L-Anness XII huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 tal-11 ta' Lulju 1991 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta' analiżi rilevanti (ĠU L 248, 5.9.1991, p. 1).


ANNESS I

“ANNESS II

DETERMINAZZJONI TAL-AĊIDI GRASSI LIBERI, METODU FIL-KIESAĦ

1.   KAMP U QASAM TAL-APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu jiddeskrivi d-determinazzjoni tal-aċidi grassi liberi fiż-żjut taż-żebbuġa u fiż-żjut mir-residwi taż-żebbuġ. Il-kontenut tal-aċidi grassi liberi huwa espress bħala aċidità kkalkolata bħala l-persentaġġ ta' aċidu olejku.

2.   PRINĊIPJU

Jiddewweb kampjun f'taħlita ta' solventi u l-aċidi grassi liberi preżenti jiġu ttitrati billi tintuża soluzzjoni tal-idrossidu tal-potassju jew tal-idrossidu tas-sodju.

3.   REAĠENTI

Ir-reaġenti kollha għandhom ikunu ta' kwalità analitika magħrufa u l-ilma użat għandu jkun distillat jew ta' purità ekwivalenti.

3.1   Etere dietiliku; 95 % etanol (v/v), taħlita ta' partijiet ugwali bil-volum.

Innewtralizza preċiżament fil-mument tal-użu b'soluzzjoni tal-idrossidu tal-potassju (3.2) billi żżid 0,3 ml ta' soluzzjoni ta' fenolftaleina (3.3) għal kull 100 ml ta' taħlita.

Nota 1:

L-etere dietiliku jieħu n-nar malajr ħafna u jista' jifforma perossidi splussivi. Meta jintuża, wieħed irid joqgħod attent ħafna.

Nota 2:

Jekk ma jkunx possibbli li jintuża l-etere dietiliku, tista' tintuża taħlita ta' solventi bl-etanol u t-toluwen. Jekk meħtieġ, l-etanol jista' jiġi sostitwit bil-propanol-2.

3.2   Soluzzjoni etanolika jew milwiema ttitrata tal-idrossidu tal-potassju jew tal-idrossidu tas-sodju, c(KOH) [jew c(NaOH)] madwar 0,1 mol/l jew, jekk meħtieġ, c(KOH) [jew c(NaOH)] madwar 0,5 mol/l. Huma disponibbli soluzzjonijiet kummerċjali.

Il-konċentrazzjoni eżatta tas-soluzzjoni tal-idrossidu tal-potassju (jew tas-soluzzjoni tal-idrossidu tas-sodju) għandha tkun magħrufa u vverifikata immedjatamement qabel tintuża. Uża soluzzjoni li tkun ġiet ippreparata tal-inqas ħamest ijiem qabel l-użu u mferrgħa ġo flixkun kannella tal-ħġieġ b'tapp tal-gomma. Is-soluzzjoni għandha tkun mingħajr kulur jew lewn it-tiben.

Jekk meta tintuża s-soluzzjoni milwiema tal-idrossidu tal-potassju (jew tal-idrossidu tas-sodju) tiġi osservata separazzjoni f'fażijiet, ibdel is-soluzzjoni milwiema b'soluzzjoni etanolika.

Nota 3:

Soluzzjoni stabbli mingħajr kulur tal-idrossidu tal-potassju (jew tal-idrossidu tas-sodju) tista' titħejja kif ġej. Għalli 1 000 ml ta' etanol jew ta' ilma flimkien ma' 8 g tal-idrossidu tal-potassju (jew ta' idrossidu tas-sodju) u 0,5 g ta' ċana tal-aluminju u kompli għalli bir-rifluss għal siegħa. Iddistilla minnufih. Dewweb il-kwantità meħtieġa tal-idrossidu tal-potassju (jew tal-idrossidu tas-sodju) fid-distillat. Ħalli għal diversi jiem u ferra' l-likwidu supernatanti ċar mill-preċipitat tal-karbonat tal-potassju (jew tal-karbonat tas-sodju).

Is-soluzzjoni tista' titħejja wkoll mingħajr distillazzjoni kif ġej: żid 4 ml ta' aluminju ta' butilat tal-aluminju ma' 1 000 ml ta' etanol u ħalli t-taħlita toqgħod għal diversi jiem. Ferra' l-likwidu supernatanti u dewweb il-kwantità meħtieġa tal-idrossidu tal-potassju (jew tal-idrossidu tas-sodju). Is-soluzzjoni hija lesta biex tintuża.

3.3   Soluzzjoni ta' 10 g/l ta' fenolftaleina f'bejn 95 % sa 96 % ta' etanol (v/v) jew blu alkalin 6B, jew soluzzjoni ta' 20 g/l ta' timolftaleina f'bejn 95 % sa 96 % ta' etanol (v/v). Fil-każ ta' żjut li għandhom kulur qawwi, għandu jintuża l-blu alkalin jew it-timolftaleina.

4.   APPARAT

Tagħmir normali tal-laboratorju li jinkludi:

4.1

Miżien analitiku;

4.2

flask koniku ta' 250 ml;

4.3

buretta ta' 10 ml tal-klassi A, gradata f'0,05 ml, jew buretta awtomatika ekwivalenti.

5.   PROĊEDURA

5.1   Tħejjija tal-kampjun għat-test

Il-kampjun għandu jiġi ffiltrat hekk kif jidher imċajpar.

5.2   Porzjon tat-test

Ħu kampjun skont l-aċidità preżunta f'konformità mat-tabella li ġejja:

Aċidità mistennija

Aċidità olejka (g/100 g)

Massa tal-kampjun (g)

Preċiżjoni tal-użin (g)

0 sa 2

10

0,02

> 2 sa 7,5

2,5

0,01

> 7,5

0,5

0,001

Iżen il-kampjun fil-flask koniku (4.2).

5.3   Determinazzjoni

Dewweb il-kampjun (5.2) f'bejn 50 sa 100 ml tat-taħlita nnewtralizzata minn qabel tal-etere dietiliku u l-etanol (3.1).

Ittitra filwaqt li tħawwad ma' soluzzjoni ta' 0,1 mol/l tal-idrossidu tal-potassju (jew tal-idrossidu tas-sodju) (3.2) (ara n-Nota 4) sakemm l-indikatur jinbidel (il-kulur tal-indikatur kulurit jippersisti għal tal-inqas għaxar minuti).

Nota 4:

Jekk il-kwantità tas-soluzzjoni ta' 0,1 mol/l tal-idrossidu tal-potassju (jew tal-idrossidu tas-sodju) meħtieġa taqbeż 10 ml, uża s-soluzzjoni ta' 0,5 mol/l jew ibdel il-massa tal-kampjun skont l-aċidu libera mistennija u t-tabella proposta.

Nota 5:

Jekk is-soluzzjoni ssir imċajpra matul it-titrazzjoni, żid biżżejjed solventi (3.1) biex tikseb soluzzjoni ċara.

Wettaq it-tieni determinazzjoni biss jekk l-ewwel riżultat ikun ogħla mil-limitu speċifikat għall-kategorija taż-żejt.

6.   ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

L-aċidità bħala perċentwali ta' aċidu olejku bil-piż hija ugwali għal:

Formula

fejn:

V

=

il-volum tas-soluzzjoni tal-idrossidu tal-potassju (jew tal-idrossidu tas-sodju) titrata użata, f'millimetri;

c

=

il-konċentrazzjoni eżatta f'moli għal kull litru tas-soluzzjoni ttitrata tal-idrossidu tal-potassju (jew tal-idrossidu tas-sodju) użata;

M

=

282 g/mol, il-piż molari fi grammi għal kull mol ta' aċidu olejku;

m

=

il-massa tal-kampjun fi grammi.

L-aċidità olejka hija rrappurtata kif ġej:

(a)

sa żewġ punti deċimali għall-valuri minn 0 sa 1 (valur inkluż);

(b)

sa punt deċimali wieħed għall-valuri minn 1 sa 100 (valur inkluż).”


ANNESS II

L-Anness XII tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-punt 3.3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.3.   Terminoloġija fakultattiva għall-finijiet tat-tikkettar

Fuq talba, il-kap tal-bord jista' jiċċertifika li ż-żjut li ġew ivvalutati huma konformi mad-definizzjonijiet u mal-gradi li jikkorrispondu biss mat-termini li ġejjin, skont l-intensità u l-perċezzjoni tal-attributi.

Attributi pożittivi (togħma ta' frott, morr u punġenti): Skont l-intensità tal-perċezzjoni:

Qawwija, meta l-valur medjan tal-attribut ikun ta' iktar minn 6;

Medja, meta l-valur medjan tal-attribut ikun ta' bejn 3 u 6;

Ħafifa, meta l-valur medjan tal-attribut ikun ta' inqas minn 3.

Togħma tal-frott

Sett ta' sensazzjonijiet marbutin mas-sens tax-xamm li huma tipiċi għaż-żejt, skont il-varjetà taż-żebbuġ u li jiġu miż-żebbuġ frisk u b'saħħtu, u li fihom la tiddomina t-togħma tal-frott aħdar u lanqas dik tal-frott li jkun sar. Dawn jiġu nnutati direttament u/jew permezz tan-naħa ta' wara tal-imnieħer.

Togħma tal-frott aħdar

Sett ta' sensazzjonijiet marbutin mas-sens tax-xamm li huma tipiċi għaż-żejt u li jfakkru fil-frott aħdar, skont il-varjetà taż-żebbuġ u li jiġu miż-żebbuġ aħdar frisk u b'saħħtu. Dawn jiġu nnutati direttament u/jew permezz tan-naħa ta' wara tal-imnieħer.

Togħma tal-frott misjur

Sett ta' sensazzjonijiet marbutin mas-sens tax-xamm li huma tipiċi għaż-żejt u li jfakkru fil-frott misjur, skont il-varjetà taż-żebbuġ u li jiġu miż-żebbuġ frisk u b'saħħtu. Dawn jiġu nnutati direttament u/jew permezz tan-naħa ta' wara tal-imnieħer.

Togħma bbilanċjata

Żejt li ma jurix nuqqas ta' bilanċ, jiġifieri s-sensazzjoni tattili u marbuta mas-sens tax-xamm u tat-togħma li fiha l-valur medjan tal-attribut tat-togħma morra u l-valur medjan tal-attribut punġenti ma jkunux iktar minn żewġ punti ogħla minn dak tat-togħma tal-frott.

Żejt ta' togħma mmoderata

Żejt li l-valur medjan tal-attributi tat-togħma morra u punġenti jkun ta' 2 jew inqas.

Lista ta' termini skont l-intensità tal-perċezzjoni:

Termini suġġetti għall-produzzjoni ta' ċertifikat tat-test organolettiku

Medjan tal-attribut

Togħma tal-frott

Togħma tal-frott misjur

Togħma tal-frott aħdar

Togħma ħafifa

Inqas minn 3

Medja tat-togħma tal-frott

Bejn 3 u 6

Togħma qawwija

Iktar minn 6

Togħma ħafifa tal-frott misjur

Inqas minn 3

Togħma medja tal-frott misjur

Bejn 3 u 6

Togħma qawwija tal-frott misjur

Iktar minn 6

Togħma ħafifa tal-frott aħdar

Inqas minn 3

Togħma medja tal-frott aħdar

Bejn 3 u 6

Togħma qawwija tal-frott aħdar

Iktar minn 6

Togħma ħafifa morra

Inqas minn 3

Togħma medja morra

Bejn 3 u 6

Togħma qawwija morra

Iktar minn 6

Togħma punġenti ħafifa

Inqas minn 3

Togħma punġenti medja

Bejn 3 u 6

Togħma punġenti qawwija

Iktar minn 6

Żejt ibbilanċjat

Il-valur medjan tal-attribut tat-togħma morra u l-valur medjan tal-attribut tat-togħma punġenti jkunu mhux aktar minn 2 punti ogħla mill-punt medjan tat-togħma tal-frott

Żejt ta' togħma mmoderata

Il-valur medjan tal-attribut tat-togħma morra u l-valur medjan tal-attribut tat-togħma punġenti ma jkunux aktar minn 2”

(2)

il-punt 9.1.1 jinbidel b'dan li ġej:

“9.1.1.

Id-dewwieqa għandhom jaqbdu t-tazza, iżommuha mgħottija bil-watch-glass u jgħawġuha bil-mod; imbagħad għandhom idawru t-tazza kompletament f'din il-pożizzjoni sabiex ixarrbuha kemm jista' jkun minn ġewwa. Ladarba jlestu dan l-istadju, għandhom ineħħu l-watch-glass u jxommu l-kampjun, filwaqt li jieħdu nifsijiet fil-fond bil-mod sabiex jevalwaw iż-żejt. M'għandhomx idumu iktar minn 30 sekonda jxommu ż-żejt. Jekk f'dan il-ħin ma jkun irnexxielhom jaslu għall-ebda konklużjoni, għandhom jieqfu għal waqfa qasira ta' mistrieħ qabel ma jerġgħu jippruvaw.

Meta jsir it-test tax-xamm, id-dewwieqa għandhom jevalwaw is-sensazzjonijiet ta' ġol-ħalq (is-sensazzjonijiet ġenerali retronażali tax-xamm, tat-togħma u dawk tattili). Sabiex jagħmlu dan, għandhom jieħdu bejn wieħed u ieħor 3 ml ta' żejt. Huwa importanti ħafna li ż-żejt jitqassam fil-kavità kollha tal-ħalq, mill-parti ta' quddiem tal-ħalq u tal-ilsien tul il-ġnub għall-parti ta' wara u għall-parti li tappoġġa l-palat u l-gerżuma, minħabba li huwa fatt magħruf li l-perċezzjoni tas-sensazzjonijiet tat-togħma u tattili jvarjaw fl-intensità tagħhom skont iż-żona tal-ilsien, tal-palat u tal-gerżuma.

Għandu jiġi enfasizzat li huwa essenzjali li jinfirex ammont suffiċjenti taż-żejt bil-mod ħafna fuq in-naħa ta' wara tal-ilsien lejn il-parti li tappoġġa l-palat u l-gerżuma waqt li d-dewwieq jikkonċentra fuq l-ordni li fiha jidhru l-istimuli tat-togħma morra u qawwija. Jekk dan ma jsirx, f'ċerti żjut dawn iż-żewġ stimuli jistgħu ma jiġux innutati jew inkella l-istimulu tat-togħma qawwija jista' jgħatti 'l dak tat-togħma morra.

Il-fatt li d-dewwieq jieħu nifsijiet qosra wieħed wara l-ieħor u jiġbed in-nifs mill-ħalq jippermettilu mhux biss li jifrex il-kampjun b'mod estensiv mal-ħalq kollu, iżda wkoll li jinnota l-komposti aromatiċi volatili permezz tan-naħa ta' wara tal-imnieħer billi jġiegħel lill-ġisem juża 'l dan il-kanal.

N.B. Meta d-dewwieqa ma jipperċepixxu l-ebda togħma ta' frott fil-kampjun u l-intensità tal-valur tal-attribut negattiv li jikklassifika tkun ta' 3,5 jew inqas, il-kap tal-bord jista' jiddeċiedi jagħmel arranġamenti biex id-dewwieqa janalizzaw mill-ġdid il-kampjun fit-temperatura ambjentali (COI/T.20/Doc. No 6/Rev. 1, Settembru 2007, it-taqsima 3 — Speċifikazzjonijiet ġenerali għall-installazzjoni ta' kamra tat-testijiet) filwaqt li jispeċifika l-kuntest u l-kunċett tat-temperatura ambjentali. Meta l-kampjun jilħaq temperatura tal-kamra, id-dewwieqa għandhom jivvalutaw mill-ġdid biex jivverifikaw biss jekk ikunx ipperċepit l-attribut tat-togħma tal-frott. Jekk dan ikun il-każ, dawn għandhom jimmarkaw l-intensità tiegħu fuq l-iskala.

Għandha titqies is-sensazzjoni tattili ta' togħma qawwija. Għal dan l-għan huwa rrakkomandat li d-dewwieqa jibilgħu ż-żejt.”

(3)

Il-punt 9.4 jinbidel b'dan li ġej:

“9.4.   Il-klassifika taż-żejt

Iż-żejt għandu jiġi kklassifikat kif ġej, skont il-valur medjan tad-difetti u l-valur medjan tal-attribut tat-togħma tal-frott. Il-valur medjan tad-difetti huwa ddefinit bħala l-valur medjan tad-difett innutat bl-akbar intensità. Il-valur medjan tad-difetti u l-valur medjan tal-attribut tat-togħma tal-frott jingħataw bħala numri b'ċifra waħda wara l-punt deċimali.

Iż-żejt jiġi kklassifikat billi l-valur medjan tad-difetti u l-valur medjan tal-attribut tat-togħma tal-frott jitqabblu mal-firxiet ta' valuri ta' referenza mogħtija hawn taħt. L-iżball tal-metodu tqies meta kienu qed jiġu stabbiliti l-limiti ta' dawn il-firxiet u allura dawn għandhom jitqiesu bħala assoluti. Il-pakketti ta' softwer tal-kompjuter jippermettu li l-klassifika tintwera fil-forma ta' tabella bid-dejta statistika jew fil-forma ta' graff.

(a)

Żejt taż-żebbuġa straverġini il-valur medjan tad-difetti huwa 0 u l-valur medjan tal-attribut tat-togħma ta' frott huwa ta' iktar minn 0;

(b)

Żejt taż-żebbuġa verġni: il-valur medjan tad-difetti huwa ta' iktar minn 0 iżda ta' mhux iktar minn 3,5 u l-valur medjan tal-attribut tat-togħma ta' frott huwa ta' iktar minn 0;

(c)

Żejt taż-żebbuġa lampante: il-valur medjan tad-difetti huwa ta' iktar minn 3,5 jew huwa ta' 3,5 jew inqas, u l-valur medjan tal-attribut tat-togħma ta' frott huwa ta' 0.

Nota 1:

Meta l-valur medjan tal-attribut tat-togħma morra u/jew qawwija jkun ta' iktar minn 5,0, il-kap tal-bord għandu jiddikjara dan fuq iċ-ċertifikat tat-test.

Fil-każ tal-valutazzjonijiet imwettqa għall-kontroll tal-konformità, għandu jsir test wieħed. Fil-każ ta' kontrovalutazzjonijiet, l-analiżi trid titwettaq darbtejn u f'sessjonijiet tad-dewqan differenti; Ir-riżultati tal-analiżi duplikata jridu jkunu omoġenji b'mod sistematiku. (Ara l-punt 9.5). Jekk le, il-kampjun għandu jerġa' jiġi analizzat mill-ġdid darbtejn. Il-valur finali tal-medjan tal-attributi tal-klassifikazzjoni se jkun ikkalkulat billi tintuża l-medja taż-żewġ valuri medjani.”

(4)

Jiżdied il-punt 9.5 li ġej:

“9.5   Kriterji għall-aċċettazzjoni u r-rifjut ta' duplikati

Għandu jintuża l-errur normalizzat, li huwa ddefinit hawn taħt, biex jiġi stabbilit jekk żewġ riżultati ta' analiżi duplikata jkunux omoġenji jew statistikament aċċettabbli:

Formula

Fejn Me1 u Me2 huma l-valuri medjani taż-żewġ duplikati (rispettivament l-ewwel u t-tieni analiżi) u U1 u U2 huma l-inċertezzi estiżi miksuba għal dawn iż-żewġ valuri, ikkalkolati hekk kif speċifikat fl-Appendiċi:

U 1 = c × s* and Formula

Għall-inċertezza estiża, c = 1,96; għalhekk:

U1 = 0,0196 × CVr × Me1

fejn CVr huwa l-koeffiċjent qawwi tal-varjazzjoni.

Biex ikun iddikjarat li ż-żewġ valuri miksuba mhumiex statistikament differenti, En irid tkun ta' 1,0 jew inqas.”


28.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1228

tas-27 ta' Lulju 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

162,7

ZZ

162,7

0707 00 05

TR

116,3

ZZ

116,3

0709 93 10

TR

140,0

ZZ

140,0

0805 50 10

AR

171,7

AU

158,0

CL

204,9

MA

157,0

TR

164,0

UY

138,1

ZA

182,0

ZZ

168,0

0806 10 10

BR

269,1

EG

267,6

MA

244,9

ZZ

260,5

0808 10 80

AR

159,9

BR

106,8

CL

129,2

CN

74,5

NZ

142,7

US

157,1

ZA

97,9

ZZ

124,0

0808 30 90

AR

110,7

CL

132,7

NZ

171,3

TR

175,0

ZA

107,5

ZZ

139,4

0809 10 00

TR

198,1

ZZ

198,1

0809 29 00

TR

259,3

US

535,2

ZA

271,2

ZZ

355,2

0809 30 10 , 0809 30 90

TR

166,5

ZZ

166,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


28.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/17


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1229

tas-27 ta' Lulju 2016

dwar il-kwistjoni tal-liċenzji għall-importazzjoni tar-ross skont il-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta' Lulju 2016 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1273/2011 (2) fetaħ u pprovda għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur, li jinqasam skont il-pajjiż tal-oriġini u f'diversi subperjodi skont l-Anness I ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni.

(2)

Lulju huwa t-tielet subperjodu għall-kwota pprovduta skont l-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 u t-tieni subperjodu għall-kwoti pprovduti skont l-Artikolu 1(1)(b), (c) u (d) ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni.

(3)

In-notifiki mibgħuta skont l-Artikolu 8(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 juru li, għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4154 u 09.4166, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' Lulju 2016, skont l-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni, ikopru kwantità li taqbeż dik disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġu stabbiliti l-koeffiċjenti tal-allokazzjoni li għandhom jiġu applikati għall-kwantitajiet mitluba skont il-kwoti kkonċernati, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3).

(4)

Dawk in-notifiki juru wkoll li, għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4127 — 09.4128 — 09.4129 — 09.4148 — 09.4149 — 09.4150 — 09.4152 u 09.4153, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' Lulju 2016, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, ikopru kwantità li hija inqas minn dik disponibbli.

(5)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita wkoll il-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu sussegwenti għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4127 — 09.4128 — 09.4129 — 09.4130 — 09.4148 — 09.4112 — 09.4116 — 09.4117 — 09.4118 — 09.4119 u 09.4166, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011.

(6)

Sabiex tkun żgurata l-ġestjoni effettiva tal-proċedura tal-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni ta' ross li jaqgħu taħt il-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4154 u 09.4166, imsemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 u mressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' Lulju 2016, jagħtu lok għall-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantità mitluba, immultiplikata bil-koeffiċjent tal-allokazzjoni stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu sussegwenti taħt il-kwoti bin-numri tal-ordni 09.4127 — 09.4128 — 09.4129 — 09.4130 — 09.4148 — 09.4112 — 09.4116 — 09.4117 — 09.4118 — 09.4119 u 09.4166, imsemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, hija stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1273/2011 tas-7 ta' Diċembru 2011 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (ĠU L 325, 8.12.2011, p. 6).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

Kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għas-subperjodu ta' Lulju 2016 u kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu sussegwenti skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

(a)

Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross mitħun parzjalment kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 kif ipprovdut bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

Oriġini

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu ta' Lulju 2016

Kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta' Settembru 2016 (f'kg)

L-Istati Uniti

09.4127

 (1)

18 693 108

It-Tajlandja

09.4128

 (1)

570 921

L-Awstralja

09.4129

 (1)

502 800

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4130

 (2)

0

(b)

Kwota ta' ross imfesdaq kopert bil-kodiċi NM 1006 20 kif ipprovdut bl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

Oriġini

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu ta' Lulju 2016

Kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta' Ottubru 2016 (f'kg)

Il-pajjiżi kollha

09.4148

 (3)

578 000

(c)

Kwota ta' ross miksur kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 40 00 kif ipprovdut bl-Artikolu 1(1)(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

Oriġini

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu ta' Lulju 2016

It-Tajlandja

09.4149

 (4)

L-Awstralja

09.4150

 (5)

Il-Gujana

09.4152

 (5)

L-Istati Uniti

09.4153

 (4)

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4154

8,905159 %

(d)

Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross mitħun parzjalment kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 kif ipprovdut bl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

Oriġini

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu ta' Lulju 2016

Kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta' Settembru 2016 (f'kg)

It-Tajlandja

09.4112

 (6)

7 410

L-Istati Uniti

09.4116

 (6)

0

L-Indja

09.4117

 (6)

23 603

Il-Pakistan

09.4118

 (6)

7 334

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4119

 (6)

5 239

Il-pajjiżi kollha

09.4166

0,597830 %

0


(1)  L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma inqas minn jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: għalhekk, l-applikazzjonijiet kollha huma aċċettabbli.

(2)  L-ebda kwantità disponibbli għal dan is-subperjodu.

(3)  L-ebda koeffiċjent tal-allokazzjoni applikat għal dan is-subperjodu: ma ġiet innotifikata l-ebda applikazzjoni ta' liċenzji lill-Kummissjoni.

(4)  L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma inqas minn jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: għalhekk, l-applikazzjonijiet kollha huma aċċettabbli.

(5)  L-ebda koeffiċjent tal-allokazzjoni applikat għal dan is-subperjodu: ma ġiet innotifikata l-ebda applikazzjoni ta' liċenzji lill-Kummissjoni.

(6)  L-ebda kwantità disponibbli għal dan is-subperjodu.


DEĊIŻJONIJIET

28.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1230

tat-12 ta' Lulju 2016

li tistabbilixxi li ma ttieħdet ebda azzjoni effettiva mill-Portugall b'reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-21 ta' Ġunju 2013

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 126(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 126 tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jevitaw żbilanċi pubbliċi eċċessivi.

(2)

Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir huwa bbażat fuq l-objettiv ta' finanzi pubbliċi sodi bħala mezz biex jissaħħu l-kundizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli b'saħħtu li jwassal għall-ħolqien tal-impiegi. Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir jinkludi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 (1), li kien adottat sabiex jiffavorixxi l-korrezzjoni fil-pront tad-defiċits pubbliċi eċċessivi.

(3)

Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, iddeċieda fit-2 ta' Diċembru 2009, skont l-Artikolu 126(6) tat-Trattat, li kien jeżisti defiċit eċċessiv fil-Portugall u ħareġ rakkomandazzjonijiet biex id-defiċit eċċessiv jiġi kkoreġut mhux aktar tard mill-2013, skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat u l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1467/97 (2). Wara talba mill-awtoritajiet tal-Portugall għal assitenza finanzjarja mill-Unjoni, l-Istati Membri li għandhom il-munita euro u l-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), il-Kunsill ta l-assitenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Portugall (3). Il-Memorandum ta' Ftehim dwar il-Kundizzjonalità Speċifika tal-Politika Ekonomika (il-“Memorandum ta' Ftehim”) bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Portugall ġie ffirmat fis-17 ta' Mejju 2011. Minn dak iż-żmien, il-Kunsill ħareġ żewġ Rakkomandazzjonijiet lill-Portugall (fid-9 ta' Ottubru 2012 u fil-21 ta' Ġunju 2013) abbażi tal-Artikolu 126(7) tat-Trattat, li estendew l-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv għall-2014 u l-2015 rispettivament. Fiż-żewġ Rakkomandazzjonijiet, il-Kunsill qies li l-Portugall kien ħa azzjoni effettiva, iżda li kienu ġraw avvenimenti ekonomiċi negattivi mhux mistennija li kellhom konsegwenzi sfavorevoli kbar għall-finanzi pubbliċi.

(4)

B'mod speċifiku, sabiex id-defiċit pubbliku nominali jitnaqqas għal taħt il-valur referenzjarju ta' anqas minn 3 % tal-PDG sal-2015 b'mod kredibbli u sostenibbli, saret rakkomandazzjoni lill-Portugall li: (a) iniżżel id-defiċit nominali għal 5,5 % tal-PDG fl-2013, 4,0 % tal-PDG fl-2014 u 2,5 % tal-PDG fl-2015, li kien mejqus konsistenti ma' titjib fil-bilanċ strutturali ta' 0,6 % tal-PDG fl-2013, 1,4 % tal-PDG fl-2014 u 0,5 % tal-PDG fl-2015, abbażi tal-aġġornament ta' Mejju 2013 tal-prospettiva ekonomika għall-Portugall imħejji mis-servizzi tal-Kummissjoni; (b) jimplimenta miżuri li jammontaw għal 3,5 % tal-PDG biex id-defiċit tal-2013 jiġi limitat għal 5,5 % tal-PDG, inklużi l-miżuri ddefiniti fil-Liġi tal-Baġit tal-2013 kif ukoll miżuri addizzjonali inklużi fil-Baġit Supplimentari, jiġifieri, tnaqqis fil-kont tal-pagi, aktar effiċjenza fil-funzjonament tal-amministrazzjoni pubblika, anqas konsum pubbliku u użu aħjar tal-fondi tal-Unjoni; (c) abbażi tal-Analiżi tan-Nefqa Pubblika (PER), jadotta miżuri ta' konsolidazzjoni permanenti ekwivalenti għal mill-anqas 2,0 % tal-PDG bil-ħsieb li jinkiseb defiċit nominali ta' 4,0 % tal-PDG fl-2014 u jimmira lejn razzjonalizzazzjoni u modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika, jindirizza l-kwistjoni tal-postijiet mhux produttivi fil-funzjonijiet u l-entitajiet tas-settur pubbliku, itejjeb is-sostenibbiltà tas-sistema tal-pensjonijiet u jikseb nuqqas fl-ispejjeż immirat fil-ministeri kompetenti individwali; (d) jadotta l-miżuri ta' konsolidazzjoni permanenti neċessarji biex jilħaq il-mira ta' defiċit ta' 2,5 % tal-PDG fl-2015. Barra minn hekk, saret rakkomandazzjoni lill-Portugall li jżomm ir-ritmu tar-riforma fil-ġestjoni finanzjarja pubblika billi jirrevedi l-Liġi Qafas tal-Baġit sal-aħħar tal-2013 biex itejjeb aktar il-proċeduri baġitarji u l-prinċipji ta' ġestjoni, responsabbiltà, trasparenza u simplifikazzjoni fil-qasam tal-baġit u biex ikompli l-isforzi biex jillimita l-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw minn impriżi tal-Istat u sħubiji pubbliċi-privati.

(5)

Skont l-aġġornament ta' Mejju 2013 tal-prospettivi ekonomiċi tal-Portugall imħejji mis-servizzi tal-Kummissjoni li fuqu kienet ibbażata r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013, l-ekonomija Portugiża kienet prevista li tiċkien b'2,3 % fl-2013 qabel ma tikber bi 0,6 % u b'1,5 % rispettivament fis-sentejn ta' wara. It-tkabbir fil-PDG nominali kien previst fil-livell ta' – 0,6 % u 1,8 % fl-2013 u l-2014, rispettivament, u fil-livell ta' 2,7 % fis-sena ta' wara.

(6)

Fir-Rakkomandazzjonijiet tiegħu tal-21 ta' Ġunju 2013, il-Kunsill stabbilixxa l-1 ta' Ottubru 2013 bħala d-data ta' skadenza għall-adozzjoni ta' azzjoni effettiva skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97. F'konformità mal-Artikolu 10(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 472/2013, il-Portugall ġie eżentat minn rappurtar separat taħt il-proċedura ta' defiċit eċċessiv u rrapportata fil-qafas tal-programm ta' aġġustament makroekonomiku tiegħu.

(7)

Ir-riskji ta' nonkonformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013 ġew enfasizzati f'valutazzjonijiet sussegwenti. F'Lulju 2015, abbażi tal-valutazzjoni tiegħu tal-Programm ta' Stabbiltà tal-2015, l-ewwel waħda ta' wara l-ħruġ mill-programm ta' aġġustament ekonomiku, il-Kunsill ikkonkluda li kien hemm riskju li l-Portugall ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. Bl-istess mod, l-Opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-Abbozz tal-Pjan Baġitarju tal-Portugall għall-2015 ikkonkluda li l-Portugall kien f'riskju li ma jikkonformax mar-regoli tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. B'mod partikolari, il-Kummissjoni enfasizzat li kien hemm riskju għall-korrezzjoni f'waqtha tad-defiċit eċċessiv sal-2015. Barra minn hekk, il-Kummissjoni rrilevat ukoll in-nuqqas ta' sforz strutturali meta mqabbel ma' dak imsemmi fir-Rakkomandazzjoni, li jindika l-ħtieġa għal miżuri ta' konsolidazzjoni strutturali addizzjonali għall-2015 bħala bażi għal korrezzjoni kredibbli u sostenibbli tad-defiċit eċċessiv.

(8)

Valutazzjoni ġdida tal-azzjoni meħuda mill-Portugall biex jikkoreġi d-defiċit eċċessiv sal-2015 b'reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013, twassal għall-konklużjonijiet li ġejjin:

Wara n-notifika tad-defiċit pubbliku tal-2015 u l-validazzjoni tagħha mill-Kummissjoni (Eurostat), id-defiċit tal-2015 kien ta' 4,4 % tal-PDG, ogħla mill-valur referenzjarju skont it-Trattat ta' 3,0 % tal-PDG. Id-distakk vis-a-vis il-valur referenzjarju kien dovut l-aktar għal miżura ta' sostenn għas-settur finanzjarju fil-kuntest tar-riżoluzzjoni tal-Banif (Banco Internacional do Funchal, S.A.) fi tmiem l-2015, li kellha impatt negattiv ta' 1,4 % tal-PDG fuq id-defiċit pubbliku. Anki meta jitqies dak l-element flimkien mal-elementi ta' dħul ta' darba, id-defiċit mingħajr il-miżuri ta' darba xorta kien ikun bi ftit ogħla mill-valur referenzjarju skont it-Trattat.

It-titjib kumulattiv fil-bilanċ strutturali fil-perjodu bejn l-2013 u l-2015 huwa stmat li hu 1,1 % tal-PDG, sew taħt it – 2,5 % tal-PDG irrakkomandat mill-Kunsill. Meta aġġustat għall-effetti ta' tkabbir rivedut potenzjali fil-produzzjoni u tad-dħul mhux mistenni jew in-nuqqas fid-dħul meta mqabbel max-xenarju bażi li fuqu r-Rakkomandazzjoni hija bbażata, it-titjib kumulattiv jitnaqqas b'mod sinifikanti għal – 0,1 % tal-PDG.

L-ammont ta' miżuri implimentati sa Ġunju 2014 kien konformi mal-miri taħt il-programm ta' aġġustament makroekonomiku. Wara din id-data, l-ammont ta' miżuri ta' konsolidazzjoni permanenti li jirfdu l-miri baġitarji għall-2014 tnaqqas b'mod sinifikanti minn 2,3 % tal-PGD ippjanati fil-baġit tal-2014 għal madwar 1,5 % tal-PDG fil-previżjoni li tirfed il-baġit tal-2015. Għalhekk, l-ammont ta' miżuri meħuda huwa b'mod ċar inferjuri għar-rakkomandazzjoni li jittieħdu miżuri addizzjonali li jammontaw għal mill-anqas 2,0 % tal-PDG fl-2014. Għall-2015, l-ammont ta' miżuri permanenti ta' konsolidazzjoni fiskali tnaqqas ulterjorment għal madwar 0,6 % tal-PGD fil-baġit tal-2015 u l-mira nominali ġiet iffissata għal 2,7 % tal-PDG. Għalhekk, il-miżuri ppjanati ta' konsolidazzjoni strutturali ma kinux suffiċjenti għall-kisba tal-mira tad-defiċit ta' 2,5 % tal-PDG rakkomandata għall-2015. Ir-riżultat tad-defiċit tal-2015 ikkonferma li l-miżuri ppjanati ma kinux suffiċjenti.

B'mod ġenerali, minn Ġunju 2014 it-titjib fid-defiċit nominali kien xprunat mill-irkupru ekonomiku u mit-tnaqqis tan-nefqa fuq l-imgħax f'kuntest ta' rati ta' imgħax baxxi. Il-qligħ mhux mistenni ma ntużax biex jitħaffef it-tnaqqis tad-defiċit u l-volum tal-miżuri ta' konsolidazzjoni strutturali ma kienx biżżejjed biex jintlaħqu l-miri.

Id-dejn pubbliku gross b'mod ġenerali stabbilizza minn wara r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013 u laħaq 129,2 % tal-PDG fi tmiem l-2013, 130,2 % tal-PDG fl-2014 u 129,0 % tal-PDG fl-2015, skont il-previżjoni tar-rebbiegħa 2016 tal-Kummissjoni.

Sar progress fir-riformi fiskali-stutturali fil-biċċa l-kbira tal-oqsma b'pass differenzjat. Il-Liġi Qafas tal-Baġit kienet riveduta u msaħħa u hija prevista li tidħol fis-seħħ f'Settembru 2018. Saru sforzi konsiderevoli biex titnaqqas il-frodi u l-evażjoni tat-taxxa u biex tiġi riformata l-amministrazzjoni tat-taxxa. F'dawn l-aħħar snin, is-sostenibbilta fit-tul tas-sistema tal-pensjonijiet tjiebet, filwaqt li għad hemm sfidi fuq perjodu qasir u medju. Ir-riforma fis-sistema tal-kura tas-saħħa bil-ħsieb li tiġi żgurata s-sostenibbiltà tas-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa (NHS) qiegħda timxi b'ritmu adegwat. Matul dawn l-aħħar snin ġew implimentati riformi fl-amministrazzjoni pubblika biex titjieb il-ġestjoni fiskali fil-livelli reġjonali u lokali kif ukoll riformi fis-sħubiji pubbliċi- privati (PPPs) u fl-impriżi tal-Istat (SOEs), b'mod partikolari għal matul il-perjodu tal-programm ta' aġġustament ekonomiku.

(9)

Dan iwassal għall-konklużjoni lil r-reazzjoni tal-Portugall għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013 ma kinitx suffiċjenti. Il-Portugall ma eliminax is-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv tiegħu sal-2015. L-isforz fiskali huwa sostanzjalment inqas minn dak li kien ġie rrakkomandat mill-Kunsill,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Portugall ma ħax azzjoni effettiva b'reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Portugiża.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Lulju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

P. KAŽIMÍR


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6).

(2)  Id-dokumenti kollha relatati mal-proċedura tad-defiċit eċċessiv tal-Portugall jinsabu hawn: http://ec.europa.eu/economy_finance/economic_governance/sgp/deficit/countries/portugal_en.htm

(3)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/344/UE tas-17 ta' Mejju 2011 dwar l-għoti ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Portugall (ĠU L 159, 17.6.2011, p. 88).


28.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/24


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1231

tat-18 ta' Lulju 2016

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji rigward it-talba tal-Georgia biex ssir Parti Kontraenti ta' dik il-Konvenzjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (1) (il-“Konvenzjoni”) daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2012.

(2)

L-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni jistipula li parti terza tista' ssir Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni, sakemm il-pajjiż jew it-territorju kandidat ikollu fis-seħħ ftehim dwar il-kummerċ ħieles, li jipprevedi regoli preferenzjali tal-oriġini, ma' mill-inqas waħda mill-Partijiet Kontraenti.

(3)

Il-Georgia ppreżentat talba bil-miktub għall-adeżjoni mal-Konvenzjoni lid-depożitarju tal-Konvenzjoni fit-23 ta' Settembru 2015.

(4)

Il-Georgia għandha fis-seħħ ftehim dwar il-kummerċ ħieles ma' żewġ Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni, jiġifieri l-Unjoni u r-Repubblika tat-Turkija, u tikkonforma mal-kondizzjoni stabbilita fl-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni biex issir Parti Kontraenti.

(5)

Il-punt (b) tal-Artikolu 4(3) tal-Konvenzjoni jistipula li l-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Konvenzjoni (il-“Kumitat Konġunt”) għandu jadotta permezz ta' deċiżjoni stediniet lil partijiet terzi biex jaderixxu mal-Konvenzjoni.

(6)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f-isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji, rigward it-talba tal-Georgia biex issir Parti Kontraenti ta' dik il-Konvenzjoni, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Tibdiliet tekniċi minuri għall-abbozz ta' Deċiżjoni jistgħu jiġu miftiehma mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

G. MATEČNÁ


(1)  ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.


ABBOZZ TA'

DEĊIŻJONI Nru … TAL-KUMITAT KONĠUNT TAL-KONVENZJONI REĠJONALI DWAR IR-REGOLI PREFERENZJALI TAL-ORIĠINI PAN-EWRO-MEDITERRANJI

ta' …

rigward it-talba tal-Georgia biex issir Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (1),

Billi:

(1)

L-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (il-“Konvenzjoni”) jistipula li parti terza tista' ssir Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni, sakemm il-pajjiż jew it-territorju kandidat ikollu fis-seħħ ftehim dwar il-kummerċ ħieles, li jipprevedi regoli preferenzjali tal-oriġini, ma' mill-inqas waħda mill-Partijiet Kontraenti.

(2)

Il-Georgia ppreżentat talba bil-miktub għall-adeżjoni mal-Konvenzjoni lid-depożitarju tal-Konvenzjoni fit-23 ta' Settembru 2015.

(3)

Il-Georgia għandha ftehim dwar il-kummerċ ħieles fis-seħħ ma' żewġ Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni, jiġifieri l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija, u tikkonforma mal-kondizzjoni stabbilita fl-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni biex issir Parti Kontraenti.

(4)

Il-punt (b) tal-Artikolu 4(3) tal-Konvenzjoni jistipula li l-Kumitat Konġunt għandu jadotta permezz ta' deċiżjoni stediniet lil partijiet terzi biex jaderixxu mal-Konvenzjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Georgia għandha tiġi mistiedna taderixxi mal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …,

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President


(1)  ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.


28.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/27


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1232

tat-18 ta' Lulju 2016

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo (*), min-naħa l-oħra, dwar Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni li tadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 flimkien mal-Artikolu 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217 flimkien mal-Artikolu 218, il-paragrafu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 126 tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda u l-Kosovo (*), min-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”), jistabbilixxi Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

(2)

L-Artikolu 127(2) tal-Ftehim jistipula li l-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu.

(3)

L-Artikolu 129(1) tal-Ftehim jistipula li l-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jiġi megħjun minn Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (“il-Kumitat”).

(4)

L-Artikolu 129(2) u (3) tal-Ftehim jipprevedi wkoll li l-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu, fir-regoli ta' proċedura tiegħu, jiddetermina d-dmirijiet tal-Kumitat u li l-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista' jiddelega kull wieħed mis-setgħat tiegħu lill-Kumitat.

(5)

L-Artikolu 131 tal-Ftehim jipprevedi li l-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista' jiddeċiedi li jwaqqaf kumitati jew korpi speċjali oħrajn li jistgħu jgħinuh fit-twettiq ta' dmirijietu. Jipprevedi wkoll li l-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, fir-regoli ta' proċedura tiegħu, għandu jiddetermina l-għamla u d-dmirijiet ta' dawn il-kumitati jew korpi u kif għandhom jaħdmu.

(6)

Huwa importanti li ssir konsultazzjoni regolari u formali mal-Istati Membri, u li jitqiesu l-fehmiet tagħhom. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jiġu mistiedna jkunu parti mid-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-laqgħat kollha tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

(7)

Il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (“ir-Rappreżentant Għoli”) ser jissorveljaw mill-qrib u kontinwament l-isforzi tal-Kosovo għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet tiegħu mas-Serbja u jirrappurtaw kif xieraq, u mill-inqas darbtejn fis-sena, dwar dik il-kwistjoni.

(8)

Ir-raba' paragrafu tal-Artikolu 140 tal-Ftehim jistipula li l-Unjoni tista' tieħu miżuri li tqis xierqa, inkluż is-sospensjoni tal-Ftehim kollu jew parti minnu, b'effett immedjat, fil-każ li l-Kosovo ma jikkonformax mal-prinċipji essenzjali kif jinsabu fl-Artikoli 5 u 13 tal-Ftehim. Kull rakkomandazzjoni jew deċiżjoni rilevanti mill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, kif ukoll ir-rapporti li għandhom jiġu ppreżentati mill-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli dwar l-isforzi tal-Kosovo għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet tiegħu mas-Serbja, għandhom jitqiesu għal kwalunkwe proposta eventwali tal-Kummissjoni għas-sospensjoni tal-Ftehim abbażi tar-raba' paragrafu tal-Artikolu 140 tal-Ftehim.

(9)

L-ebda terminu, għażla ta' kliem jew definizzjoni użata f'din id-Deċiżjoni u l-Annessi tagħha, jew fid-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet u dokumenti oħrajn, fosthom il-minuti, li jkunu ser jiġu adottati mill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, ma tikkostitwixxi rikonoxximent tal-Kosovo minn Stati Membri individwali f'dik il-kapaċità fejn ma jkunux ħadu tali pass.

(10)

Il-proċeduri interni tal-Istati Membri jistgħu japplikaw meta jiġu riċevuti dokumenti maħruġin mill-Awtoritajiet tal-Kosovo skont dan il-Ftehim.

(11)

Huwa opportun li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, rigward deċiżjoni tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni li jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

(12)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit mill-Artikolu 126 tal-Ftehim, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Emendi tekniċi għal dak l-abbozz ta' Deċiżjoni jistgħu jiġu aċċettati mingħajr deċiżjoni oħra mill-Kunsill.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jiġu mistiedna jagħmlu parti mid-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-laqgħat kollha tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Għandhom jirċievu wkoll id-dokumentazzjoni kollha mogħtija lill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jew maħruġa minnu.L-Istati Membri għandhom jagħtu lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, f'konformità mar-responsabbiltajiet tiegħu jew tagħha skont it-Trattati u l-kapaċità tiegħu jew tagħha bħala l-President tal-Kunsill Affarijiet Barranin, l-informazzjoni meħtieġa dwar dan.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

G. MATEČNÁ


(*)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(1)  ĠU L 71, 16.3.2016, p. 3.


DEĊIŻJONI Nru 1/2016 TAL-KUNSILL TA' STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U L-KOSOVO (*)

ta' [data]

li biha jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu

IL-KUNSILL TA' STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo (*), min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) u b'mod partikolari l-Artikoli 126, 127, 129 u 131 tiegħu,

Billi l-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2016,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Presidenza

Il-Partijiet għandu jkollhom il-Presidenza tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni b'mod alternat għal perjodu ta' 12-il xahar. L-ewwel perjodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 2

Laqgħat

Il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jiltaqa' darba fis-sena f'konformità mal-prattika stabbilita għall-Kunsilli ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, inkluż b'rabta mal-livell ta' rappreżentanza u l-post. Sessjonijiet speċjali tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jistgħu jsiru fuq talba ta' waħda mill-Partijiet, jekk il-Partijiet jaqblu dwar dan. Il-laqgħat tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandhom jissejħu b'mod konġunt mis-Segretarji tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bi qbil mal-President.

Artikolu 3

Delegazzjonijiet

Qabel kull laqgħa, il-President għandu jiġi mgħarraf dwar l-għamla maħsuba tad-delegazzjoni ta' kull Parti. Rappreżentant tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) għandu jattendi l-laqgħat tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, bħala osservatur, meta fl-aġenda jidhru ħwejjeġ li jikkonċernaw lill-BEI. Il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista' jistieden ukoll lil persuni oħra jattendu l-laqgħat tiegħu sabiex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti partikolari.

Artikolu 4

Segretarjat

Uffiċjal tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea flimkien ma' uffiċjal tar-rappreżentanza tal-Kosovo fil-Belġju għandhom flimkien iservu bħala Segretarji tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

Artikolu 5

Korrispondenza

Il-korrispondenza indirizzata lill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandha tintbagħat lill-President tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fl-indirizz tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Iż-żewġ Segretarji għandhom jiżguraw li l-korrispondenza tgħaddi għand il-President tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u, fejn xieraq, tkun tinxtered mal-membri l-oħra tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Il-korrispondenza li titqassam għandha tintbagħat lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni, is-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna u r-rappreżentanza tal-Kosovo fil-Belġju.

Komunikazzjonijiet mill-President tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandhom jintbagħtu miż-żewġ Segretarji lid-destinatarji u jitqassmu, fejn xieraq, lill-membri l-oħra tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni msemmijin fit-tieni paragrafu.

Artikolu 6

Pubbliku

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ma għandhomx ikunu pubbliċi.

Artikolu 7

Aġendi għal-laqgħat

1.   Il-President għandu jfassal aġenda proviżorja għal kull laqgħa. Din tintbagħat mis-Segretarji tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni lid-destinatarji msemmijin fl-Artikolu 5 mhux aktar tard minn 15-il jum tax-xogħol qabel il-bidu tal-laqgħa. L-aġenda proviżorja għandha tinkludi l-punti li dwarhom il-President ikun irċieva talba biex dawn jinżiedu fl-aġenda mhux aktar tard minn 21 jum tax-xogħol qabel il-bidu tal-laqgħa, għalkemm l-ebda punt ma għandu jitniżżel fl-aġenda proviżorja sakemm ma tkunx intbagħtet id-dokumentazzjoni ta' appoġġ lis-Segretarji mhux aktar tard mid-data li fiha tintbagħat l-aġenda. L-aġenda għandha tiġi adottata mill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-bidu ta' kull laqgħa. Punt ieħor minbarra dawk li jidhru fl-aġenda proviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu dan.

2.   Il-President, bi qbil maż-żewġ Partijiet, jista' jqassar il-limiti ta' żmien speċifikati fil-paragrafu 1 sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet ta' każ partikolari.

Artikolu 8

Minuti

L-abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa għandu jitħejja miż-żewġ Segretarji. Il-minuti għandhom, bħala regola ġenerali, jindikaw fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda:

id-dokumentazzjoni mogħtija lill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni,

id-dikjarazzjonijiet li membru tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jkun talab li jiddaħħlu,

id-deċiżjonijiet meħuda u r-rakkomandazzjonijiet magħmula, id-dikjarazzjonijiet li ntlaħaq qbil dwarhom u l-konklużjonijiet adottati.

L-abbozz tal-minuti għandu jitressaq quddiem il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għall-approvazzjoni. Meta approvati, il-minuti għandhom jiġu ffirmati mill-President u ż-żewġ Segretarji. Il-minuti għandhom jiġu arkivjati fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li jkun depożitarju tad-dokumenti tal-Assoċjazzjoni. Kull wieħed mid-destinatarji msemmijin fl-Artikolu 5 għandu jingħata kopja ċċertifikata.

Artikolu 9

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.   Il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu u jagħmel rakkomandazzjonijiet bi qbil komuni bejn il-Partijiet, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2 u 5 tal-Ftehim. Il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista' jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu dan.

2.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, skont l-Artikolu 128 tal-Ftehim, għandu jkollhom it-titlu ta' “Deċiżjoni” u “Rakkomandazzjoni” rispettivament, segwiti minn numru tas-serje, mid-data ta' meta ġew adottati u minn deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandhom jiġu ffirmati mill-President u awtentikati miż-żewġ Segretarji. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom jintbagħtu lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 5. Kull Parti tista' tiddeċiedi fuq il-pubblikazzjoni ta' deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

Artikolu 10

Lingwi

Il-lingwi uffiċjali tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandhom ikunu l-lingwi awtentiċi tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jsejjes id-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mfassla f'dawn il-lingwi.

Artikolu 11

Spejjeż

L-Unjoni Ewropea u l-Kosovo għandhom it-tnejn iħallsu l-ispejjeż li jġarrbu biex jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, kemm fir-rigward tal-persunal, tal-ispejjeż ta' vjaġġar u ta' sussistenza kif ukoll tal-ispejjeż ta' posta u telekomunikazzjoni. Spejjeż marbutin mal-interpretazzjoni fil-laqgħat, it-traduzzjoni u r-riproduzzjoni tad-dokumenti kif ukoll spejjeż oħra marbutin mal-organizzazzjoni tal-laqgħat għandhom jiġġarrbu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħat.

Artikolu 12

Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni

1.   B'dan huwa stabbilit Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (“il-Kumitat”) sabiex jgħin lill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-qadi ta' dmirijietu. Dan għandu jkun magħmul minn rappreżentati tal-Unjoni Ewropea, minn naħa, u tal-Kosovo min-naħa l-oħra, normalment fuq livell ta' impjegati anzjani taċ-ċivil.

2.   Il-Kumitat għandu jħejji l-laqgħat u d-deliberazzjonijiet tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fejn meħtieġ u, inġenerali, jiżgura l-kontinwità tar-relazzjoni ta' assoċjazzjoni u t-tħaddim xieraq tal-Ftehim. Għandu jqis kull kwistjoni li tiġi riferuta lilu mill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni kif ukoll kull kwistjoni li tista' tqum kuljum matul l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Għandu jressaq proposti jew kull abbozz ta' deċiżjonijiet/rakkomandazzjonijiet għall-adozzjoni quddiem il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

3.   F'każijiet fejn il-Ftehim jirriferi għal obbligu ta' konsultazzjoni jew il-possibilità ta' konsultazzjoni, din il-konsultazzjoni tista' ssir fil-Kumitat. Il-konsultazzjoni tista' tissokta fil-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu dan.

4.   Ir-regoli ta' proċedura tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi

Għall-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni

Il-President


(*)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

ANNESS

għad-

DEĊIŻJONI Nru 1/2016 TAL-KUNSILL TA' STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U L-KOSOVO (*)

ta' [data]

Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni

Artikolu 1

Presidenza

Il-Partijiet għandu jkollhom il-presidenza tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (“il-Kumitat”) b'mod alternat għal perjodu ta' 12-il xahar. L-ewwel perjodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 2

Laqgħat

Il-Kumitat għandu jiltaqa' skont kif jitolbu ċ-ċirkostanzi, bil-qbil taż-żewġ Partijiet. Kull laqgħa tal-Kumitat għandha ssir fi żmien u f'post miftiehma miż-żewġ Partijiet. Il-laqgħat tal-Kumitat għandhom jissejħu mill-President.

Artikolu 3

Delegazzjonijiet

Qabel kull laqgħa, il-President għandu jiġi mgħarraf dwar l-għamla maħsuba tad-delegazzjoni għal kull Parti.

Artikolu 4

Segretarjat

Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u uffiċjal tal-Kosovo għandhom flimkien ikunu Segretarji tal-Kumitat. Il-komunikazzjonijiet kollha previsti f'din id-Deċiżjoni lill-President tal-Kumitat u mingħandu għandhom jgħaddu għand is-Segretarji tal-Kumitat u s-Segretarji u l-President tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

Artikolu 5

Pubbliku

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-Kumitat ma għandhomx ikunu pubbliċi.

Artikolu 6

Aġendi għal-laqgħat

1.   Il-President għandu jfassal aġenda proviżorja għal kull laqgħa. Din għandha tintbagħat mis-Segretarji tal-Kumitat lid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 4 mhux aktar tard minn 30 jum qabel il-bidu tal-laqgħa. L-aġenda proviżorja għandha tinkludi l-punti li dwarhom il-President ikun irċieva talba biex dawn jiddaħħlu fl-aġenda mhux aktar tard minn 35 jum tax-xogħol qabel il-bidu tal-laqgħa, għalkemm ma għandhom jitniżżlu punti fuq l-aġenda proviżorja sakemm ma tkunx intbagħtet id-dokumentazzjoni ta' appoġġ lis-Segretarji mhux aktar tard mid-data li fiha tintbagħat l-aġenda. Il-Kumitat jista' jitlob esperti jattendu l-laqgħat tiegħu sabiex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti partikolari. L-aġenda għandha tiġi adottata mill-Kumitat fil-bidu ta' kull laqgħa. Punt ieħor minbarra dawk li jidhru fl-aġenda proviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu dan.

2.   Il-President, bi qbil maż-żewġ Partijiet, jista' jqassar il-limiti ta' żmien speċifikati fil-paragrafu 1 sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet ta' każ partikolari.

Artikolu 7

Minuti

Għal kull laqgħa għandhom jittieħdu l-minuti, u għandhom jiġu bbażati fuq taqsira mill-President tal-konklużjonijiet li jkun wasal għalihom il-Kumitat. Meta jiġu approvati mill-Kumitat, il-minuti għandhom jiġu ffirmati mill-President u mis-Segretarji u jiġu arkivjati minn kull wieħed miż-żewġ Partijiet. Kopja tal-minuti għandha tingħata lil kull wieħed mid-destinatarji msemmijin fl-Artikolu 4.

Artikolu 8

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Fil-każijiet speċifiċi fejn il-Kumitat jingħata s-setgħa mill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni skont l-Artikolu 128 tal-Ftehim li jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet, dawk l-atti jsiru skont l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

Artikolu 9

Spejjeż

L-Unjoni Ewropea u l-Kosovo għandhom it-tnejn iħallsu l-ispejjeż li jġarrbu għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat tal-Kumitat, kemm f'dak li għandu x'jaqsam man-nefqa tal-persunal, il-vjaġġi u s-sussistenza u n-nefqa għall-posta u t-telekomunikazzjoni. Spejjeż marbutin mal-interpretazzjoni fil-laqgħat, it-traduzzjoni u r-riproduzzjoni tad-dokumenti kif ukoll spejjeż oħra marbutin mal-organizzazzjoni tal-laqgħat għandhom jiġġarrbu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħat.

Artikolu 10

Sottokumitati u gruppi speċjali

Il-Kumitat jista' joħloq sottokumitati u gruppi speċjali biex jaħdmu taħt l-awtorità tiegħu. Huma għandhom jirrappurtaw lill-Kumitat wara kull laqgħa li jagħmlu. Il-Kumitat jista' jiddeċiedi li jneħħi kull sottokumitat jew grupp eżistenti, jistipula jew ibiddel it-termini ta' referenza tagħhom jew iwaqqaf aktar sottokumitati jew gruppi oħra biex jgħinuh fil-qadi ta' dmirijietu. Dawn is-sottokumitati u gruppi ma għandu jkollhom l-ebda setgħa ta' teħid ta' deċiżjonijiet.


(*)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.


ANNESS

 

ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru 1/2016 TAL-KUMITAT TA' STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI UE — KOSOVO (*)

ta' [jum xahar] 2016

li toħloq sottokumitati u gruppi speċjali

IL-KUMITAT TA' STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo (*), min-naħa l-oħra, u b'mod partikolari l-Artikolu 130 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-regoli ta' proċedura tiegħu, u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Uniku

Is-sottokumitati u l-gruppi speċjali mniżżla fl-Anness I huma hawnhekk maħluqa. It-termini ta' referenza tagħhom huma stipulati fl-Anness II.

Magħmul fi …, fi [jum xahar] 2016.

Għall-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni

Il-President


(*)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

ANNESS I

Struttura tas-Sottokumitati Multidixxiplinari

Titolu

Kwistjonijiet

Artikolu tal-Ftehim

1.

Kummerċ, Industrija, Dwana u Tassazzjoni

Moviment Liberu tal-Merkanzija

Art. 20

Prodotti Industrijali

Art. 21-25

Kwistjonijiet kummerċjali

Art. 36-49

Standardizzazzjoni, metroloġija, akkreditazzjoni, ċertifikazzjoni, analiżi tal-konformità u sorveljanza tas-suq

Art. 80

Kooperazzjoni industrijali

Art. 99

SMEs

Art. 100

Turiżmu

Art. 101

Dwana

Art. 104

Tassazzjoni

Art. 105

Regoli ta' oriġini

Protokoll III

Assistenza amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali

Protokoll IV

2.

Agrikoltura u Sajd

Prodotti agrikoli

Art. 26, 28, 29, 33, 34 u 37

Prodotti tas-sajd

Art. 31 u 32, Annessi IV u V

Prodotti agrikoli pproċessati

Art. 27 u Protokoll I

Inbid

Art. 30 u Protokoll II

Il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għal prodotti agrikoli u prodotti tas-sajd, u għall-prodotti tal-ikel li mhumiex inbid u spirti

Art. 35

Is-settur agrikolu u agroindustrijali, kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji

Art. 102

Kooperazzjoni fis-sajd

Art. 103

3.

Suq Intern u Kompetizzjoni

Dritt ta' stabbiliment

Art. 50-54

Għoti ta' servizzi

Art. 55-60

Mistoqsijiet oħrajn relatati mat-Titolu V tal-Ftehim

Art. 61-73

Approssimazzjoni tal-leġislazzjoni u l-infurzar tal-liġi

Art. 74

Kompetizzjoni

Art. 75-76

Il-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali

Art. 77-78

Akkwist pubbliku

Art. 79

Servizzi bankarji, tal-assigurazzjoni u servizzi finanzjarji oħra

Art. 96

Protezzjoni tal-konsumatur

Art. 81

4.

Kwistjonijiet u statistika ekonomiċi u finanzjarji

Pagamenti kurrenti u l-moviment ta' kapital

Art. 64-66

Politika ekonomika

Art. 94

Kooperazzjoni statistika

Art. 95

Promozzjoni u protezzjoni tal-investiment

Art. 98

 

Kooperazzjoni finanzjarja

Art. 121-125

5.

Ġustizzja, libertà u sigurtà

Tisħiħ tal-istituzzjonijiet u l-istat tad-dritt

Art. 83

Id-drittijiet fundamentali, inkluża l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-protezzjoni tad-data

Art. 3, 4 u 84

Il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kriminali

Art. 83

Il-viża, il-kontroll tal-fruntieri/konfini, l-asil u l-migrazzjoni

Art. 85-86

Prevenzjoni u kontroll tal-immigrazzjoni illegali; riammissjoni

Art. 87-88

Ħasil tal-flus

Art. 89

Drogi

Art. 90

Ġlieda kontra t-terroriżmu

Art. 92

Il-prevenzjoni tal-kriminalità organizzata u attivitajiet illegali oħrajn

Art. 91

6.

Innovazzjoni, soċjetà tal-informazzjoni u politika soċjali

 

 

 

Kundizzjonijiet tax-xogħol u opportunitajiet indaqs

Art. 82

Kooperazzjoni soċjali

Art. 106

L-edukazzjoni u t-taħriġ

Art. 107

Kooperazzjoni kulturali

Art. 108

Kooperazzjoni fil-qasam awdjoviżiv

Art. 109

 

Is-soċjetà tal-informazzjoni

Art. 110

 

In-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika

Art. 111

 

L-informazzjoni u l-komunikazzjoni

Art. 112

 

Riċerka u żvilupp teknoloġiku

Art. 118

7.

Trasport, enerġija, ambjent, u żvilupp reġjonali

Trasport

Art. 113

 

Enerġija

Art. 114

 

Ambjent

Art. 115

 

Tibdil fil-klima

Art. 116

 

Protezzjoni ċivili

Art. 117

Żvilupp reġjonali u lokali

Art. 119

L-Istruttura tal-Gruppi Speċjali

Titolu

Kwistjonijiet

Artikolu tal-Ftehim

Grupp Speċjali għar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika

Riforma tal-amministrazzjoni pubblika

Art. 120

Grupp Speċjali dwar in-normalizzazzjoni (1)

Titjib viżibbli u sostenibbli tar-relazzjonijiet tal-Kosovo mas-Serbja, u kooperazzjoni effettiva mal-missjoni tal-PSDK tal-UE filwaqt li tkun fis-seħħ

Art. 5


(1)  Dan il-grupp speċjali ma jiħux post id-djalogu bejn Pristina u Belgrad imwettaq taħt il-patroċinju tar-Rappreżentant Għoli.

ANNESS II

Termini ta' Referenza tas-Sottokumitati u l-Gruppi Speċjali UE — Kosovo  (*)

Għamla u President

Is-sottokumitati u l-gruppi speċjali dwar ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika (RAP) u dwar in-normalizzazzjoni għandhom ikunu magħmula minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna fil-każ tal-grupp speċjali dwar in-normalizzazzjoni, u r-rappreżentanti tal-Kosovo. Dawn għandhom jitmexxew miż-żewġ partijiet b'mod alternat. L-Istati Membri ser jiġu infurmati u mistiedna għal-laqgħat tas-sottokumitati u tal-gruppi speċjali dwar ir-RAP u n-normalizzazzjoni.

Segretarjat

Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea, jew tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna fil-każ tal-grupp speċjali dwar in-normalizzazzjoni, u uffiċjal tal-Kosovo għandhom flimkien ikunu segretarji ta' kull wieħed mis-sottokumitati u l-gruppi speċjali.

Il-komunikazzjonijiet kollha dwar is-sottokumitati u l-gruppi speċjali għandhom jintbagħtu lis-segretarji tas-sottokumitat rilevanti u tal-grupp speċjali.

Laqgħat

Is-sottokumitati u l-gruppi speċjali għandhom jiltaqgħu kull meta ċ-ċirkustanzi jitolbu dan, bil-qbil taż-żewġ partijiet. Kull laqgħa ta' sottokumitat jew grupp speċjali għandha tinżamm f'ħin u post li jaqblu dwarhom iż-żewġ Partijiet.

Jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu, is-sottokumitati u l-gruppi speċjali jistgħu jistiednu esperti għal-laqgħat tagħhom biex jipprovdu l-informazzjoni speċifika mitluba.

Aġenda u dokumenti ta' appoġġ

Il-President u s-Segretarji għandhom ifasslu aġenda proviżorja għal kull laqgħa mhux aktar tard minn 30 jum tax-xogħol qabel il-bidu tal-laqgħa.

L-aġenda proviżorja għandha tinkludi punti li dwarhom is-segretarji jkunu rċevew talba biex jiġu inklużi fl-aġenda mhux aktar tard minn 35 jum qabel il-bidu tal-laqgħa.

Wara l-qbil tal-aġenda proviżorja għal kull laqgħa u mhux aktar tard minn għaxart ijiem tax-xogħol qabel il-bidu tal-laqgħa s-segretarju f'isem il-Kosovo għandu jibgħat lis-segretarju, f'isem il-Kummissjoni Ewropea, jew is-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna fil-każ tal-grupp speċjali dwar in-normalizzazzjoni, id-dokumentazzjoni meħtieġa bil-miktub wara l-punti miftiehma fl-aġenda proviżorja.

Jekk id-data ta' għeluq imsemmija fit-tielet paragrafu ma tiġix irrispettata, il-laqgħa titħassar awtomatikament mingħajr avviż ieħor.

Suġġetti

Is-sottokumitati għandhom jiddiskutu kwistjonijiet marbuta mal-oqsma tal-Ftehim kif imniżżla fl-istruttura tas-sottokumitat multidixxiplinari. Il-progress fl-approssimazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġislazzjoni għandhom jiġi evalwat fis-suġġetti kollha. Is-sottokumitati għandhom jeżaminaw kull problema li tista' tinqala' fl-oqsma rilevanti tagħhom u għandhom jissuġġerixxu passi possibbli li għandhom jittieħdu.

Is-sottokumitati għandhom iservu wkoll ta' fora fejn jiġi ċċarat aktar l-acquis u jeżaminaw il-progress li sar mill-Kosovo biex jikkonforma mal-acquis skont l-impenji li ttieħdu skont il-Ftehim.

Il-grupp speċjali għar-RAP jiddiskuti kwistjonijiet marbuta mar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u jissuġġerixxi passi possibbli li għandhom jittieħdu. Il-grupp speċjali dwar in-normalizzazzjoni għandu jiddiskuti kwistjonijiet marbutin mat-titjib viżibbli u sostenibbli tar-relazzjonijiet tal-Kosovo mas-Serbja, u kooperazzjoni effettiva mal-missjoni tal-Politika Ewropea ta' Sigurtà u Difiża waqt li tkun fis-seħħ, u jissuġġerixxi passi possibbli li għandhom jittieħdu.

Minuti

Wara kull laqgħa għandhom jittieħdu l-minuti u jintlaħaq qbil dwarhom. Kopja tal-minuti għandha tingħata mis-segretarju tas-sottokumitat jew tal-grupp speċjali lis-Segretarju tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

Pubbliku

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-laqgħat tas-sottokumitati u tal-grupp speċjali ma għandhom ikunu pubbliċi.


(*)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.


28.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/41


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1233

tas-26 ta' Lulju 2016

li taħtar membru u membru supplenti proposti mir-Repubblika ta' Ċipru, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ċiprijott,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Georgios GEORGIOU, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Kyriakos CHATZITTOFIS bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2020:

(a)

bħala membru:

Is-Sur Kyriakos CHATZITTOFIS, Mayor of Agios Athanasios,

u

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sur Stavros YEROLATSITES, Municipal Councilor, Strovolos Municipality.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Lulju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LAJČÁK


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


28.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/42


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1234

tas-26 ta' Lulju 2016

li taħtar żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandati saru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta' dan ġew proposti s-Sur Carlo FIDANZA (Assessore di Veleso (CO)) u s-Sur Giuseppe VARACALLI (Sindaco del Comune di Gerace (RC)),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan maħturin membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sur Carlo FIDANZA, Consigliere del Comune di Rosazza (BI) (bidla tal-mandat),

Is-Sur Giuseppe VARACALLI, Consigliere del Comune di Gerace (RC) (bidla tal-mandat).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Lulju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LAJČÁK


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


28.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/43


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1235

tas-26 ta' Lulju 2016

li tawtorizza laboratorju fir-Repubblika tal-Korea jwettaq it-testijiet seroloġiċi biex jissorvelja l-effikaċja tat-tilqim tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa kontra r-rabja

(notifikata bid-dokument C(2016) 4665)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE tal-20 ta' Marzu 2000 li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandardizzazzjoni ta' testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2000/258/KE ħatret lill-Agence française de sécurité sanitaire des aliments (l-AFSSA) f'Nancy, Franza, bħala l-istitut speċifiku responsabbli mill-iffissar tal-kriterji meħtieġa biex jiġu standardizzati t-testijiet seroloġiċi għall-monitoraġġ tal-effikaċja tal-vaċċini kontra r-rabja. L-AFSSA issa ġiet integrata fl-Agence nationale de sécurité sanitaire de l'alimentation, de l'environnement et du travail (l-ANSES) fi Franza.

(2)

Fost l-oħrajn, id-Deċiżjoni 2000/258/KE tipprevedi li l-ANSES għandha tivvaluta l-laboratorji f'pajjiżi terzi li jkunu applikaw għall-approvazzjoni biex iwettqu t-testijiet seroloġiċi għall-monitoraġġ tal-effikaċja tal-vaċċini kontra r-rabja.

(3)

L-awtorizzazzjoni li ngħatat lil Choong Ang Vaccine Laboratory f'Daejeon fid-9 ta' Frar 2007 skont id-Deċiżjoni 2000/258/KE, ġiet irtirata bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/436/UE (2), wara li l-ANSES ippreżenta rapport negattiv dwar dan il-laboratorju bid-data tad-29 ta' Settembru 2015, lill-Kummissjoni.

(4)

L-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Korea ressqet applikazzjoni għall-approvazzjoni mill-ġdid taċ-Choong Ang Vaccine Laboratory f'Daejeon, u l-ANSES stabbilixxiet rapport ta' valutazzjoni favorevoli bid-data tal-21 ta' Marzu 2016 għal dan il-laboratorju, li ssottomettietu lill-Kummissjoni.

(5)

Għaldaqstant, dan il-laboratorju għandu jkun awtorizzat li jwettaq it-testijiet seroloġiċi biex jissorvelja l-effikaċja tat-tilqim tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa kontra r-rabja.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2000/258/KE, il-laboratorju msemmi hawn taħt huwa awtorizzat jwettaq it-testijiet seroloġiċi għall-monitoraġġ tal-effikaċja tal-vaċċini kontra r-rabja fil-klieb, fil-qtates u fl-inmsa:

Choong Ang Vaccine laboratory

1476-37 Yuseong-daero Yuseong-gu

Daejeon, 34055

Ir-Repubblika tal-Korea

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Awwissu 2016.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/436/UE tad-9 ta' Awwissu 2010 li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE fir-rigward tat-testijiet ta' profiċjenza għall-finijiet taż-żamma tal-awtorizzazzjonijiet tal-laboratorji biex iwettqu testijiet seroloġiċi biex jimmonitorizzaw l-effettività tal-vaċċini tal-idrofobija (ĠU L 209, 10.8.2010, p. 19).


28.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/45


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1236

tas-27 ta' Lulju 2016

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri, fir-rigward tal-entrati għall-Estonja, għal-Latvja, għal-Litwanja u għall-Polonja

(notifikata bid-dokument C(2016) 4983)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri. L-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jiddemarka u jelenka ċerti żoni ta' dawk l-Istati Membri fil-Partijiet I, II, III u IV ta' dak l-Anness differenzjati permezz tal-livell tar-riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika. Dik il-lista tinkludi ċerti żoni tal-Estonja, tal-Latvja, tal-Litwanja u tal-Polonja.

(2)

F'Ġunju u f'Lulju 2016, aktar każijiet ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fil-popolazzjonijiet ta' ħnieżer selvaġġi seħħew fiż-żoni tal-Kontea ta' Jekabpils, il-Kontea ta' Baldones u l-Kontea ta' Riga fil-Latvja, aktar każijiet fil-popolazzjonijiet ta' ħnieżer selvaġġi seħħew fiż-żoni tal-Kontea ta' Pärnu, il-Kontea ta' Harju u fil-Kontea ta' Rapla fl-Estonja u każ wieħed fil-popolazzjonijiet ta' ħnieżer selvaġġi seħħ fiż-żona ta' Czyże fil-Polonja. Dawk iż-żoni huma elenkati fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE, qrib ħafna taż-żoni elenkati fil-Parti II ta' dak l-Anness. Għaldaqstant, ċerti żoni tal-Estonja, tal-Latvja u tal-Polonja mniżżla fil-Parti I għandhom issa jitniżżlu fil-Parti II u xi żoni ġodda tal-Latvja għandhom jitniżżlu fil-Parti 1 tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE.

(3)

F'Ġunju u f'Lulju tal-2016, seħħew aktar tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi fil-Kontea ta' Jõgeva u fil-Kontea ta' Lääne-Viru fl-Estonia, ċerti żoni tal-Estonja li attwalment huwa elenkati fil-Parti II għandhom issa jiġu elenkati fil-Parti III tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE.

(4)

F'Ġunju u f'Lulju tal-2016, seħħew aktar tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi fiż-żona ta' Elektrėnai, Anykšciu u Kruonio fil-Litwanja. Dawk iż-żoni huma attwalment imniżżla fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Għaldaqstant, fil-Litwanja, ċerti żoni elenkati fil-Parti II għandhom jiġu elenkati fil-Parti III ta' dak l-Anness.

(5)

F'Ġunju u f'Lulju tal-2016, seħħew aktar tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi fiż-żona ta' Hajnówka fil-Polonja, din iż-żona hija attwalment elenkata fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. B'hekk, fil-Polonja, il-lista eżistenti fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandha tiġi estiża lejn in-nofsinhar u ċerti żoni elenkati fil-Partijiet I u II għandhom jiġu elenkati fil-Parti III ta' dak l-Anness.

(6)

L-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-popolazzjonijiet tal-ħnieżer selvaġġi affettwati fl-Unjoni għandha titqies fil-valutazzjoni tar-riskju tas-saħħa tal-annimali rrappreżentat fis-sitwazzjoni fir-rigward ta' dik il-marda fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja u fil-Polonja. Sabiex jiġu ffukati l-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali, u biex ikun evitat aktar tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, kif ukoll biex jiġi evitat kull xkiel mhux meħtieġ għall-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, għandha tiġi emendata l-lista tal-Unjoni taż-żoni soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali stipulati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE sabiex jitqiesu l-bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward ta' dik il-marda fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja u fil-Polonja.

(7)

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).


ANNESS

“ANNESS

PARTI 1

1.   Il-Latvja

Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:

fin-novads ta' Bauskas, il-pagasti ta' Īslīces, Gailīšu, Brunavas u Ceraukstes,

fin-novads ta' Dobeles, il-pagasti ta' Jaunbērzes, Dobeles u Bērzes,

fin-novads ta' Jelgavas il-pagasti ta' Kalnciema, Līvbērzes, Glūdas, Svētes, Platones, Vircavas, Jaunsvirlaukas, Zaļenieku, Vilces, Lielplatones, Elejas u Sesavas,

fin-novads ta' Tukuma, il-pagasti ta' Slampes u Džūkstes,

in-novads ta' Engures,

in-novads ta' Rundāles,

in-novads ta' Stopiņu,

ir-republikas pilsēta ta' Jelgava,

ir-republikas pilsēta ta' Jūrmala,

il-pilsēta ta' Bauska.

2.   Il-Litwanja

Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė ta' Jurbarkas, is-seniūnijos ta' Raudonės, Veliuonos, Seredžiaus u Juodaičių,

fir-rajono savivaldybė ta' Pakruojis, is-seniūnijos ta' Klovainių, Rozalimo u Pakruojo,

fir-rajono savivaldybė ta' Panevežys, il-parti tas-seniūnijos ta' Krekenavos li tinsab fil-punent tax-xmara Nevėžis,

fir-rajono savivaldybė ta' Raseiniai, is-seniūnijos ta' Ariogalos, il-miestas ta' Ariogalos, Betygalos, Pagojukų u Šiluvos,

fir-rajono savivaldybė ta' Šakiai, is-seniūnijos ta' Plokščių, Kriūkų, Lekėčių, Lukšių, Griškabūdžio, Barzdų, Žvirgždaičių, Sintautų, Kudirkos Naumiesčio, Slavikų, Šakių,

ir-rajono savivaldybė ta' Pasvalys,

ir-rajono savivaldybė ta' Vilkaviškis,

ir-rajono savivaldybė ta' Radviliškis,

is-savivaldybė ta' Kalvarija,

is-savivaldybė ta' Kazlų Rūda,

is-savivaldybė ta' Marijampolė.

3.   Il-Polonja

Dawn iż-żoni fil-Polonja:

Fil-województwo podlaskie:

il-gminy ta' Augustów bil-bliet ta' Augustów, Nowinka, Płaska, Sztabin u Bargłów Kościelny fil-powiat augustowski,

il-gminy ta' Choroszcz, Juchnowiec Kościelny, Suraż, Turośń Kościelna, Tykocin, Łapy, Poświętne, Zawady u Dobrzyniewo Duże fil-powiat białostocki,

il-partijiet tal-gminy ta' Kleszczele u Czeremcha li jinsabu fil-Punent tat-triq numru 66, fil-powiat hajnowski,

il-gminy ta' Kobylin-Borzymy, Kulesze Kościelne, Sokoły, Wysokie Mazowieckie u l-belt ta' Wysokie Mazowieckie, Nowe Piekuty, Szepietowo, Klukowo u Ciechanowiec fil-powiat wysokomazowiecki.

il-powiat sejneński,

il-gminy ta' Rutka-Tartak, Szypliszki, Suwałki, Raczki fil-powiat suwalski,

il-gmina ta' Rutki fil-powiat zambrowski,

il-gminy ta' Suchowola u Korycin fil-powiat sokólski,

il-gminy ta' Brańsk u l-belt ta' Brańsk, Boćki, Rudka, Wyszki, il-parti tal-gmina ta' Bielsk Podlaski li tinsab fil-Punent tal-linja maħluqa mit-triq numru 19 (li tmur lejn it-tramuntana mill-belt ta' Bielsk Podlaski) u mtawwla bil-fruntiera tal-Lvant tal-belt ta' Bielsk Podlaski u t-triq numru 66 (fid-direzzjoni tan-Nofsinhar mill-belt ta' Bielsk Podlaski), il-belt ta' Bielsk Podlaski, il-parti tal-gmina ta' Orla li tinsab fil-Punent tat-triq numru 66, fil-powiat bielski, il-powiat M. Białystok,

il-powiat M. Suwałki,

il-powiat moniecki,

il-powiat siemiatycki.

PARTI II

1.   L-Estonja

Dawn iż-żoni fl-Estonja:

il-linn ta' Kallaste,

il-linn ta' Rakvere,

il-linn ta' Tartu,

il-linn ta' Viljandi,

il-maakond ta' Harjumaa (eskluża l-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq numru 1 (E20), il-vald ta' Aegviidu u l-vald ta' Anija),

il-maakond ta' Ida-Virumaa,

il-maakond ta' Läänemaa,

il-maakond ta' Pärnumaa,

il-maakond ta' Põlvamaa,

il-maakond ta' Raplamaa,

il-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fit-Tramuntana tat-triq numru 1 (E20),

il-parti tal-vald ta' Pärsti li tinsab fil-Punent tat-triq numru 24126,

il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Punent tat-triq numru 49,

il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Grigal tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Tartu li tinsab fil-Lvant tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Punent tal-linja ddefinita mill-parti tal-Punent tat-triq numru 92 sal-ġunzjoni li tagħti għat-triq numru 155, u mbagħad it-triq numru 155 sal-ġunzjoni li tagħti għat-triq numru 24156, u t-triq numru 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, u mbagħad ix-xmara Verilaske sakemm tilħaq il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-vald,

il-vald ta' Abja,

il-vald ta' Alatskivi,

il-vald ta' Avanduse,

il-vald ta' Haaslava,

il-vald ta' Haljala,

il-vald ta' Halliste,

il-vald ta' Kambja,

il-vald ta' Karksi,

il-vald ta' Koonga,

il-vald ta' Kõpu,

il-vald ta' Laekvere,

il-vald ta' Luunja,

il-vald ta' Mäksa,

il-vald ta' Märjamaa,

il-vald ta' Meeksi,

il-vald ta' Peipsiääre,

il-vald ta' Piirissaare,

il-vald ta' Rägavere,

il-vald ta' Rakvere,

il-vald ta' Saksi,

il-vald ta' Sõmeru,

il-vald ta' Vara,

il-vald ta' Vihula,

il-vald ta' Võnnu.

2.   Il-Latvja

Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:

fin-novads ta' Bauskas, il-pagasti ta' Mežotnes, Codes, Dāviņu u Vecsaules,

fin-novads ta' Jelgavas, il-pagasts ta' Valgunde,

fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Skultes, Vidridžu, Limbažu u Umurgas,

fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasts ta' Liepupes,

in-novads ta' Ādažu,

in-novads ta' Aizkraukles, in-novads ta' Aknīstes,

in-novads ta' Alūksnes,

in-novads ta' Amatas,

in-novads ta' Apes,

in-novads ta' Babītes,

in-novads ta' Baldones,

in-novads ta' Baltinavas,

in-novads ta' Balvu,

in-novads ta' Carnikavas,

in-novads ta' Cēsu,

in-novads ta' Cesvaines,

in-novads ta' Ērgļu,

in-novads ta' Garkalnes,

in-novads ta' Gulbenes,

in-novads ta' Iecavas,

in-novads ta' Ikšķiles,

in-novads ta' Ilūkstes,

in-novads ta' Inčukalna, in-novads ta' Jaunjelgavas,

in-novads ta' Jaunpiebalgas,

in-novads ta' Jēkabpils,

in-novads ta' Ķeguma,

in-novads ta' Ķekavas,

in-novads ta' Kocēnu,

in-novads ta' Kokneses,

in-novads ta' Krimuldas,

in-novads ta' Krustpils,

in-novads ta' Lielvārdes,

in-novads ta' Līgatnes, in-novads ta' Līvānu,

in-novads ta' Lubānas,

in-novads ta' Madonas,

in-novads ta' Mālpils,

in-novads ta' Mārupes,

in-novads ta' Neretas,

in-novads ta' Ogres,

in-novads ta' Olaines,

in-novads ta' Ozolnieki,

in-novads ta' Pārgaujas,

in-novads ta' Pļaviņu,

in-novads ta' Priekuļu,

in-novads ta' Raunas,

in-novads ta' Ropažu,

in-novads ta' Rugāju,

in-novads ta' Salas,

in-novads ta' Salaspils

in-novads ta' Saulkrastu,

in-novads ta' Sējas,

in-novads ta' Siguldas,

in-novads ta' Skrīveru,

in-novads ta' Smiltenes,

in-novads ta' Varakļānu,

in-novads ta' Vecpiebalgas,

in-novads ta' Vecumnieku,

in-novads ta' Viesītes,

in-novads ta' Viļakas,

il-pilsēta ta' Limbaži.

ir-republikas pilsēta ta' Jēkabpils,

ir-republikas pilsēta ta' Valmiera.

3.   Il-Litwanja

Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnijos ta' Kavarskas, Kurkliai u l-parti ta' Anykščiai li tinsab fil-Lbiċ tat-triq Nru 121 u Nru 119,

fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnijos ta' Šilų, Bukonių u, fis-seniūnija ta' Žeimių, il-kaimai ta' Biliuškiai, Drobiškiai, Normainiai II, Normainėliai, Juškonys, Pauliukai, Mitėniškiai, Zofijauka, Naujokai,

fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnijos ta' Akademijos, Alšėnų, Babtų, Batniavos, Čekiškės, Domeikavos, Ežerėlio, Garliavos, l-apylinkių ta' Garliavos, Kačerginės, Kulautuvos, Linksmakalnio, Raudondvario, Ringaudų, Rokų, Samylų, Taurakiemio, Užliedžių, Vilkijos, l-apylinkių ta' Vilkijos u Zapyškio,

fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnijos ta' Josvainių, Pernaravos, Krakių, Dotnuvos, Gudžiūnų, Surviliškio, Vilainių, Truskavos, Šėtos, il-miesto ta' Kėdainių,

fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys is-seniūnijos ta' Karsakiškio, Naujamiesčio, Paįstrio, Panevėžio, Ramygalos, Smilgių, Upytės, Vadoklių,Velžio u l-parti ta' Krekenavos seniūnija li tinsab fil-Lvant tax-xmara Nevėžis,

fir-rajono savivaldybė ta' Prienai, is-seniūnijos Veiverių, Šilavoto, Naujosios Ūtos, Balbieriškio, Ašmintos, Išlaužo, Pakuonių,

fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnijos ta' Jašiūnų, Turgelių, Akmenynės, Šalčininkų, Gerviškių, Butrimonių, Eišiškių, Poškonių, Dieveniškių,

fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnijos ta' Kaniavos, Marcinkonių, Merkinės,

fir-rajono savivaldybė ta' Vilnius, is-seniūnijos Maišiagala, Zujūnų, Avižienių, Riešės, Paberžės, Nemenčinės, Nemenčinės Miesto, Sužionių, Buivydžių, Bezdonių, Lavoriškių, Mickūnų, Šatrininkų, Kalvelių, Nemėžių, Rudaminos, Rūkainių, Medininkų, Marijampolio, Pagirių, Kuodiškių,

il-miesto savivaldybė ta' Alytus,

fir-rajono savivaldybė ta' Utena, is-seniūnijos ta' Sudeikių, Utenos, Utenos miesto, Kuktiškių, Daugailių, Tauragnų, Saldutiškio,

fil-miesto savivaldybė ta' Alytus, is-seniūnijos ta' Pivašiūnų, Punios, Daugų, Alovės, Nemunaičio, Raitininkų, Miroslavo, Krokialaukio, Simno, Alytaus,

il-miesto savivaldybė ta' Kaunas,

il-miesto savivaldybė ta' Panevėžys,

il-miesto savivaldybė ta' Prienai,

il-miesto savivaldybė ta' Vilnius,

ir-rajono savivaldybė ta' Biržai,

ir-rajono savivaldybė ta' Druskininkai,

ir-rajono savivaldybė ta' Ignalina,

ir-rajono savivaldybė ta' Lazdijai,

ir-rajono savivaldybė ta' Molėtai,

ir-rajono savivaldybė ta' Rokiškis,

ir-rajono savivaldybė ta' Širvintos,

ir-rajono savivaldybė ta' Švenčionys,

ir-rajono savivaldybė ta' Ukmergė,

ir-rajono savivaldybė ta' Zarasai,

is-savivaldybė ta' Birštonas,

is-savivaldybė ta' Visaginas.

4.   Il-Polonja

Dawn iż-żoni fil-Polonja:

Fil-podlaskie województwo:

il-gminy ta' Czarna Białostocka, Gródek, Michałowo, Supraśl, Wasilków u Zabłudów fil-powiat białostocki,

il-gminy ta' Dąbrowa Białostocka, Janów, Krynki, Kuźnica, Nowy Dwór, Sidra, Sokółka u Szudziałowo fil-powiat sokólski,

il-gmina ta' Lipsk fil-powiat augustowski,

il-gmina ta' Dubicze Cerkiewne, il-partijiet tal-gminy ta' Kleszczele u Czeremcha li jinsabu fil-Punent tat-triq numru 66, fil-powiat hajnowski,

il-parti tal-gmina ta' Bielsk Podlaski li tinsab fil-Lvant tal-linja maħluqa mit-triq numru 19 (fid-direzzjoni tat-tramuntana mill-belt ta' Bielsk Podlaski) u mtawwla bil-fruntiera tal-Lvant tal-belt ta' Bielsk Podlaski u t-triq numru 66 (fid-direzzjoni tan-Nofsinhar mill-belt ta' Bielsk Podlaski), il-parti tal-gmina ta' Orla li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 66, fil-powiat bielski.

PARTI III

1.   L-Estonja

Dawn iż-żoni fl-Estonja:

il-linn ta' Elva,

il-linn ta' Võhma,

il-maakond ta' Jõgevamaa,

il-maakond ta' Järvamaa,

il-maakond ta' Valgamaa,

il-maakond ta' Võrumaa,

il-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq numru 1 (E20),

il-parti tal-vald ta' Pärsti li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 24126,

il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 49,

il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Lbiċ tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Tartu li tinsab fil-Punent tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Lvant tal-linja ddefinita mill-parti tal-Punent tat-triq numru 92 sa salib it-toroq li jagħti għat-triq numru 155, u mbagħad it-triq numru 155 sa salib it-toroq li jagħti għat-triq numru 24156, u mbagħad it-triq numru 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, u mbagħad ix-xmara Verilaske sakemm tilħaq il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-vald,

il-vald ta' Aegviidu,

il-vald ta' Anija,

il-vald ta' Kadrina,

il-vald ta' Kolga-Jaani,

il-vald ta' Konguta,

il-vald ta' Kõo,

il-vald ta' Laeva,

il-vald ta' Nõo,

il-vald ta' Paistu,

il-vald ta' Puhja,

il-vald ta' Rakke,

il-vald ta' Rannu,

il-vald ta' Rõngu,

il-vald ta' Saarepeedi,

il-vald ta' Tapa,

il-vald ta' Tähtvere,

il-vald ta' Tarvastu,

il-vald ta' Ülenurme,

il-vald ta' Väike-Maarja.

2.   Il-Latvja

Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:

fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Viļķenes, Pāles u Katvaru,

fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasti ta' Ainažu u Salacgrīvas,

in-novads ta' Aglonas,

in-novads ta' Alojas,

in-novads ta' Beverīnas,

in-novads ta' Burtnieku,

in-novads ta' Ciblas,

in-novads ta' Dagdas,

in-novads ta' Daugavpils,

in-novads ta' Kārsavas,

in-novads ta' Krāslavas,

in-novads ta' Ludzas,

in-novads ta' Mazsalacas,

in-novads ta' Naukšēnu,

in-novads ta' Preiļu,

in-novads ta' Rēzeknes,

in-novads ta' Riebiņu,

in-novads ta' Rūjienas,

in-novads ta' Strenču,

in-novads ta' Valkas,

in-novads ta' Vārkavas,

in-novads ta' Viļānu,

in-novads ta' Zilupes,

ir-republikas pilsēta ta' Daugavpils;

ir-republikas pilsēta ta' Rēzekne.

il-pilsēta ta' Ainaži,

il-pilsēta ta' Salacgrīva.

3.   Il-Litwanja

Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnijos ta' Debeikių, Skiemonių, Viešintų, Andrioniškio, Svėdasų, Troškūnų, Traupio u l-parti tas-seniūnija ta' Anykščių li tinsab fil-Grigal tat-triq Nru 121 u Nru 119,

fir-rajono savivaldybė ta' Alytus, is-seniūnija ta' Butrimonių,

fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnijos ta' Upninkų, Ruklos, Dumsių, Užusalių, Kulvos u, fis-seniūnija ta' Žeimiai, il-kaimai Akliai, Akmeniai, Barsukinė, Blauzdžiai, Gireliai, Jagėlava, Juljanava, Kuigaliai, Liepkalniai, Martyniškiai, Milašiškiai, Mimaliai, Naujasodis, Normainiai I, Paduobiai, Palankesiai, Pamelnytėlė, Pėdžiai, Skrynės, Svalkeniai, Terespolis, Varpėnai, Žeimių gst., Žieveliškiai u l-miestelis ta' Žeimių,

ir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys,

fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnijos ta' Vandžiogalos, Lapių, Karmėlavos u Neveronių,

fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnija ta' Pelėdnagių,

fir-rajono savivaldybė ta' Prienai, is-seniūnijos ta' Jiezno, Stakliškių,

fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys, is-seniūnijos ta' Miežiškių u Raguvos,

fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnijos ta' Baltosios Vokės, Pabarės, Dainavos, Kalesninkų,

fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnijos ta' Valkininkų, Jakėnų, Matuizų, Varėnos, Vydenių,

fir-rajono savivaldybė ta' Vilnius il-partijiet tas-seniūnija ta' Sudervė u Dūkštai li jinsabu fil-Lbiċ mit-triq Nru 171,

fir-rajono savivaldybė ta' Utena, is-seniūnijos ta' Užpalių, Vyžuonų, Leliūnų,

is-savivaldybė ta' Elektrėnai,

il-miesto savivaldybė ta' Jonava,

il-miesto savivaldybė ta' Kaišiadorys,

ir-rajono savivaldybe ta' Kupiškis,

ir-rajono savivaldybė ta' Trakai,

4.   Il-Polonja

Dawn iż-żoni fil-Polonja:

il-gminy ta' Czyże, Białowieża, Hajnówka u l-belt ta' Hajnówka, Narew, Narewka fil-powiat ta' hajnowski.

PARTI IV

L-Italja

Dawn iż-żoni fl-Italja:

iż-żoni kollha ta' Sardenja.”


Rettifika

28.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/56


Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/973 tas-17 ta' Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni tal-bislisinat taż-żingu bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 161 tat-18 ta' Ġunju 2016 )

F'paġna 23, fl-Anness, fir-raba' linja tar-raba' kolonna “Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku”

minflok:

“…lisina…”,

aqra:

“… lisina-HCl…”.


28.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/56


Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2403 tal-15 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi linji gwida komuni dwar l-istandards u t-tekniki tad-diżattivazzjoni sabiex ikun żgurat li l-armi tan-nar diżattivati jiġu inoperabbli irreversibilment

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 333 tad-19 ta' Diċembru 2015 )

F'paġna 71, fl-Anness II:

minflok:

Image ”,

aqra:

Image ”.