ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 201

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
27 ta' Lulju 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1218 tat-18 ta' Lulju 2016 dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika Libaniża, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1219 tas-26 ta' Lulju 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 499/96 rigward il-kwoti tat-tariffi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tal-ħut u tas-sajd li joriġinaw fl-Iżlanda

2

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1220 tas-26 ta' Lulju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni ta' L-treonina prodotta mill-Escherichia coli bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali ( 1 )

11

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1221 tas-26 ta' Lulju 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

16

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1222 tat-12 ta' Lulju 2016 li tistabbilixxi li ma ttieħdet ebda azzjoni effettiva minn Spanja b'reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013

19

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1223 tal-25 ta' Lulju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2011/30/UE dwar l-ekwivalenza tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità u s-sistemi ta' investigazzjoni u penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar ta' ċerti pajjiżi terzi kif ukoll dwar perjodu tranżizzjonali għall-attivitajiet tal-awditjar ta' awdituri u entitajiet tal-awditjar ta' ċerti pajjiżi terzi fl-Unjoni Ewropea (notifikata bid-dokument C(2016) 4637)  ( 1 )

23

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

27.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1218

tat-18 ta' Lulju 2016

dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika Libaniża, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u l-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-2005, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika Libaniża, fuq in-naħa l-oħra (minn hawn il-quddiem “il-Protokoll”) ġie ffirmat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha fit-18 ta' Ġunju 2015.

(2)

Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika Libaniża, min-naħa l-oħra, huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha biex titqies l-adeżjoni mal-Unjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija (1).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Il-Protokoll jinsab mehmuż mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar.


REGOLAMENTI

27.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/2


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1219

tas-26 ta' Lulju 2016

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 499/96 rigward il-kwoti tat-tariffi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tal-ħut u tas-sajd li joriġinaw fl-Iżlanda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 499/96 tad-19 ta' Marzu 1996 li jintroduċi u li jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tal-ħut u tas-sajd li joriġinaw fl-Islanda (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) u (d) tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/837 (2), il-Kunsill awtorizza l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014-2021, il-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu 2014-2021, il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, u l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda

(2)

It-test tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda (“il-Protokoll Addizzjonali”) li hu mehmuż mad-Deċiżjoni (UE) 2016/837 jipprevedi t-tiġdid ta' tliet kwoti tariffarji ħielsa mid-dazju li ttemmew fit-30 ta' April 2014, u kwota tariffarja ħielsa mid-dazju ġdida għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea ta' ċerti prodotti tal-ħut u tas sajd li joriġinaw mill-Iżlanda.

(3)

B'konformità mal-Protokoll Addizzjonali, il-volumi tal-kwoti tariffarji li jkopru l-perjodu mill-1 ta' Mejju 2014 sad-data ta' meta tibda sseħħ l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll Addizzjonali, għandhom ikunu allokati b'mod proporzjonat u jkunu disponibbli għall-perjodu bejn id-data tal-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll Addizzjonali sat-30 ta' April 2021. Il-Protokoll Addizzjonali ma jipprevedi ebda riport tal-volumi li jifdal fi kwota tariffarja għal-perjodu ta' applikazzjoni sussegwenti.

(4)

Jeħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 499/96 biex jiġu implimentati l-kwoti tariffarji stipulati fil-Protokoll Addizzjonali.

(5)

Il-kwoti tariffarji għandhom japplikaw mid-data li fiha l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll Addizzjonali tibda sseħħ sat-30 ta' April 2021. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu japplika mid-data tal-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll Addizzjonali stipulata fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE) 2016/837.

(6)

Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (4) u temm is-sistema ta' prezzijiet ta' referenza għall-prodotti tas-sajd. Għalhekk jeħtieġ li titħassar il-kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 499/96 dwar il-konformità mal-prezzijiet ta' referenza.

(7)

Il-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda, li jiddefinixxi l-kunċett tal-prodotti tal-oriġini u li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-kooperazzjoni amministrattiva, ġie emendat bid-Deċiżjoni Nru 1/2016 tal-Kumitat Konġunt tal-UE u l-Iżlanda tas-17 ta' Frar 2016 (5). Għaldaqstant jeħtieġ li jkun stipulat li għandu japplika l-Protokoll 3 kif emendat.

(8)

Ir-regoli dwar l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji huma stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (6) li jieħu post ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (7) mill-1 ta' Mejju 2016. Jeħtieġ li l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 499/96 jiġi emendat biex ikopri r-regoli l-ġodda.

(9)

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 499/96 għandu jiġi emendat biex jitqiesu l-emendi tal-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (“il-kodiċijiet NM”) stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (8) u tas-sottotaqsimiet tat-Taric. Għall-għanijiet ta' ċarezza, jixraq li jinbidel l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 499/96 kollu kemm hu.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 499/96 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

Jitħassar il-paragrafu 2,

(b)

Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Għandu japplika l-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt UE-Iżlanda Nru 1/2016 (*).

(*)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Iżlanda Nru 1/2016 tas-17 ta' Frar 2016 li temenda l-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' ‘prodotti oriġinarji’ u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva (ĠU L 72, 17.3.2016, p. 66).”;"

(2)

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Il-kwoti tariffarji stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom jiġu amministrati bi qbil mal-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (**).

(**)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).”;"

(3)

Jitħassar l-Artikolu 3;

(4)

L-Anness huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Awwissu 2016.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 75, 23.3.1996, p. 8.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/837 tal-21 ta' April 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014-2021, il-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perijodu 2014-2021, il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, u l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22).

(5)  ĠU L 72, 17.3.2016, p. 66.

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS

“ANNESS

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies biss bħala kliem ta' valur indikattiv, l-iskema preferenzjali tkun deċiża, fil-kuntest ta' dan l-Anness, permezz tal-kopertura tal-kodiċijiet tan-NM kif ikunu meta jiġi adottat dan ir-Regolament. Fejn ikunu indikati ex kodiċijiet tan-NM, l-iskema preferenzjali għandha tiġi ddeterminata permezz tal-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti flimkien.

In-Numru tal-Ordni

Il-Kodiċi tan-NM

Is-Sottotaqsima tat-TARIC

Deskrizzjoni tal-prodotti

Il-perjodu tal-kwota

Il-volum tal-kwota (piż nett f'tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

Il-kwota tad-dazji (%)

09.0792

ex 0303 51 00

10

20

Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati, mingħajr il-fwied u l-bajd, għall-manifattura industrijali (1)  (2)

Mill-1.1 sal-31.12

950

0

09.0812

0303 51 00

 

Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati, mingħajr il-fwied u l-bajd (2)

Mill-1.8.2016 sat-30.4.2017

1 050

0

Mill-1.5.2017 sat-30.4.2018

1 400

Mill-1.5.2018 sat-30.4.2019

1 400

Mill-1.5.2019 sat-30.4.2020

1 400

Mill-1.5.2020 sat-30.4.2021

1 400

09.0793

0302 13 00

0302 14 00

0304 41 00

0304 81 00

 

Ħut frisk jew imkessaħ (mingħajr il-fwied u l-bajd) u flettijiet friski, imkessħin jew iffriżati ta':

Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho)

Mill-1.1 sal-31.12

50

0

09.0794

 

 

Frisk jew imkessaħ:

Mill-1.1 sal-31.12

250

0

0302 23 00

 

Lingwata (Solea spp.)

0302 24 00

0302 29

 

Barbun imperjali (Psetta maxima), megrim (Lepidorhombus spp.) u ħut tal-qiegħ ieħor

ex 0302 56 00

10

Merlangu ikħal (Micromesistius poutassou)

 

 

Iffriżat:

0303 32 00

 

Barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa)

0303 55 30

 

Sawrell taċ-Ċile (Trachurus murphyi)

ex 0303 55 90

90

Ħut ieħor, minbarra s-sawrell (Caranx trachurus)

0303 56 00

 

Cobia (Rachycentron canadum)

0303 69 90

0303 89 90

 

Ħut ieħor

0303 82 00

 

Raj (Rajidae)

0303 83 00

 

Ħuta tas-sinna (Dissostichus spp.)

0303 84 90

 

Spnott, minbarra l-ispnott Ewropew (Dicentrarchus labrax)

0303 89 55

 

Awrat (Sparus aurata)

 

 

Flettijiet friski jew imkessħa ta':

0304 31 00

 

Tilapja (Oreochromis spp.)

0304 32 00

 

Lupu tal-baħar (Pangasius spp., Silurus spp., Clarias spp., Ictalurus spp.)

0304 33 00

 

Burqax tan-Nil (Lates niloticus)

0304 39 00

 

Karpjun (Cyprinus carpio, Carassius carassius, Ctenopharyngodon idellus, Hypophthalmichthys spp., Cirrhinus spp., Mylopharyngodon piceus), sallur (Anguilla spp.) u rjus is-serp (Channa spp.)

0304 42 50

 

Troti tal-ispeċi Oncorhynchus apache jew Oncorhynchus chrysogaster

0304 49 10

 

Ħut ieħor tal-ilma ħelu

0304 43 00

 

Ħut ċatt (Pleuronectidae, Bothidae, Cynoglossidae, Soleidae, Scophthalmidae u Citharidae)

0304 44 30

 

Merlangu (Pollachius virens)

0304 44 90

 

Ħut ieħor tal-familji Bregmacerotidae, Euclichthyidae, Gadidae, Macrouridae, Melanonidae, Merlucciidae, Moridae u Muraenolepididae, minbarra l-bakkaljaw (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus) u l-ħut tal-ispeċi Boreogadus saida

0304 45 00

 

Pixxispad (Xiphias gladius)

0304 46 00

 

Ħuta tas-sinna (Dissostichus spp.)

0304 49 50

 

Ħut aħmar (Sebastes spp.)

ex 0304 49 90

30

40

50

60

70

90

Ħut ieħor, minbarra l-aringi u l-kavalli

 

 

Laħam ieħor tal-ħut (ikkapuljat jew le), frisk jew imkessaħ:

0304 53 00

 

Ħut tal-familji Bregmacerotidae, Euclichthyidae, Gadidae, Macrouridae, Melanonidae, Merlucciidae, Moridae u Muraenolepididae

0304 54 00

 

Pixxispad (Xiphias gladius)

0304 55 00

 

Ħuta tas-sinna (Dissostichus spp.)

0304 59 90

 

Ħut ieħor minbarra l-ħut tal-ilma ħelu u aringi mnaddfa miftuħin ċatti

 

 

Flettijiet iffriżati ta':

0304 61 00

 

Tilapja (Oreochromis spp.)

0304 62 00

 

Lupu tal-baħar (Pangasius spp., Silurus spp., Clarias spp., Ictalurus spp.)

0304 63 00

 

Burqax tan-Nil (Lates niloticus)

0304 69 00

 

Karpjun (Cyprinus carpio, Carassius carassius, Ctenopharyngodon idellus, Hypophthalmichthys spp., Cirrhinus spp., Mylopharyngodon piceus), sallur (Anguilla spp.) u rjus is-serp (Channa spp.)

0304 82 50

 

Troti tal-ispeċi Oncorhynchus apache jew Oncorhynchus chrysogaster

0304 89 10

 

Ħut ieħor tal-ilma ħelu

 

 

Il-laħam iffriżat ta:

0304 95 21

 

Merluzz tal-ispeċi Gadus macrocephalus

0304 95 25

 

Merluzz tal-ispeċi Gadus morhua

0304 95 29

 

Merluzz tal-ispeċi Gadus ogac u ħut tal-ispeċi Boreogadus saida

0304 95 40

 

Merlangu (Pollachius virens)

0304 95 50

 

Marlozz tal-ġeneru Merluccius

0304 95 60

 

Merlangu ikħal (Micromesistius poutassou, Gadus poutassou)

ex 0304 95 90

11

13

17

19

90

Ħut ieħor minbarra l-merluzz tal-ġeneru Urophycis spp.

ex 0304 99 99

20

25

30

40

50

65

69

70

90

Ħut ieħor minbarra l-kavalli (Scomber scombrus, Scomber australasicus, Scomber japonicus)

09.0811

0304 49 50

 

Flettijiet tal-ħut aħmar (Sebastes spp), friski jew imkessħin

Mill-1.8.2016 sat-30.4.2017

2 211

0

Mill-1.5.2017 sat-30.4.2018

2 948

Mill-1.5.2018 sat-30.4.2019

2 948

Mill-1.5.2019 sat-30.4.2020

2 948

Mill-1.5.2020 sat-30.4.2021

2 948

09.0795

0305 61 00

 

Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), immelħin iżda mhux imnixxfin jew iffumigati, u aringi fis-salmura

Mill-1.1 sal-31.12

1 750

0

09.0796

0306 15 90

 

Awwista tan-Norveġja (Nephrops norvegicus) iffriżata, minbarra l-awwista tan-Norveġja affumikata

Mill-1.1 sal-31.12

50

0

09.0810

0306 15 90

 

Awwista tan-Norveġja (Nephrops norvegicus) iffriżata, minbarra l-awwista tan-Norveġja affumikata

Mill-1.8.2016 sat-30.4.2017

1 106

0

Mill-1.5.2017 sat-30.4.2018

1 474

Mill-1.5.2018 sat-30.4.2019

1 474

Mill-1.5.2019 sat-30.4.2020

1 474

Mill-1.5.2020 sat-30.4.2021

1 474

09.0797

1604 12 91

1604 12 99

 

Aringi ppreparati jew ippriżervati, sħaħ jew f'biċċiet, iżda mhux mitħuna, minbarra l-flettijiet tal-aringi, mhux imsajra, miksijin bil-batter jew bil-frak tal-ħobż biss, moqlija minn qabel fiż-żejt jew le, iffriżati

Mill-1.1 sal-31.12

2 400

0

09.0798

1604 17 00

1604 19 97

 

Sallur u ħut ieħor ippreparat jew ippreservat, sħiħ jew f'biċċiet, iżda mhux ikkapuljat

Mill-1.1 sal-31.12

50

0

ex 1604 20 90

20

30

35

50

60

90

Ħut ieħor ippreparat jew ippriservat, minbarra l-aringi u l-kavalli

09.0700

1604 20 90

 

Ħut ieħor ippreparat jew ippriservat

Mill-1.8.2016 sat-30.4.2017

2 764

0

Mill-1.5.2017 sat-30.4.2018

3 685

Mill-1.5.2018 sat-30.4.2019

3 685

Mill-1.5.2019 sat-30.4.2020

3 685

Mill-1.5.2020 sat-30.4.2021

3 685


(1)  L-entrata taħt din is-sottointestatura hija soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni Ewropea [ara l-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1)].

(2)  Għan-nazzjon l-aktar iffavorit (MFN) ma hemmx dazju bejn il-15 ta' Frar u l-15 ta' Ġunju, ma jingħatax il-benefiċċju tal-kwota tariffarja għall-oġġetti li jiġu ddikjarati li jistgħu jinħarġu għaċ-ċirkolazzjoni libera tul dan il-perjodu.”


27.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1220

tas-26 ta' Lulju 2016

dwar l-awtorizzazzjoni ta' L-treonina prodotta mill-Escherichia coli bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE (2).

(2)

Is-sustanza L-treonina kienet awtorizzata mingħajr limitu ta' żmien skont id-Direttiva 82/471/KEE mid-Direttiva tal-Kummissjoni 88/485/KEE (3) u kienet sussegwentement iddaħħlet fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqu applikazzjonijiet għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-L-treonina bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Ġew sottomessi wkoll applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-L-treonina għall-ispeċijiet kollha tal-annimali skont l-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament. Mal-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

L-applikazzjonijiet jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni tal-L-treonina prodotta bl-Escherichia coli DSM 25086, Escherichia coli FERM BP-11383, Escherichia coli FERM BP-10942, Escherichia coli NRRL B-30843, Escherichia coli KCCM11133P, Escherichia coli DSM 25085, Escherichia coli CGMCC 3703 jew Escherichia coli CGMCC 7.58 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, li għandu jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”.

(5)

Fl-opinjonijiet tagħha tad-9 ta' Lulju 2013 (4), id-29 ta' Jannar 2014 (5), id-9 ta' Settembru 2014 (6), id-9 ta' Settembru 2015 (7), l-1 ta' Diċembru 2015 (8) u d-19 ta' April 2016 (9) l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, L-treonina prodotta bl-Escherichia coli DSM 25086, Escherichia coli FERM BP-11383, Escherichia coli FERM BP-10942, Escherichia coli NRRL B-30843, Escherichia coli KCCM11133P, Escherichia coli DSM 25085, Escherichia coli CGMCC 3703 u Escherichia coli CGMCC 7.58 ma għandhiex effett ħażin fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjuent, u titqies bħala sors effikaċi tal-amminoaċidu treonina għan-nutrizzjoni tal-annimali; sabiex l-L-treonina supplimentari tkun effikaċi għalkollox fir-ruminanti, jenħtieġilha li tiġi protetta mid-degradazzjoni fil-kirxa. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li ressaq il-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità esprimiet it-tħassib tagħha rigward is-sikurezza tal-L-treonina għall-ispeċijiet fil-mira meta tingħata permezz tal-ilma għax-xorb. Madankollu, ma ġie propost l-ebda kontenut massimu għal-L-treonina mill-Awtorità. Għalhekk, f'każ ta' amministrazzjoni ta' L-treonina permezz tal-ilma tax-xorb jixraq li l-utenti jiġu infurmati biex iqisu l-provvista alimentari tal-amminoaċidi essenzjali kollha.

(7)

Il-valutazzjoni tal-L-treonina turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dik is-sustanza għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(8)

Billi għal raġunijiet ta' sikurezza ma hemmx bżonn li jiġu applikati minnufih il-modifiki fil-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-L-treonina, jixraq li jingħata perjodu ta' tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li ġġib magħha l-awtorizzazzjoni.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali” u mill-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imluħ u l-analogi tagħhom”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri tranżizzjonali

1.   Is-sustanza L-treonina awtorizzata mid-Direttiva 88/485/KEE u t-taħlitiet imħejjija minn qabel li tkun inkluża fihom jistgħu jiġu kkumerċjalizzati sas-16 ta' Mejju 2017 skont ir-regoli applikabbli qabel is-16 ta' Awwissu 2016 u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

2.   Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu kkumerċjalizzati sas-16 ta' Awwissu 2017 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel is-16 ta' Awwissu 2016 u jistgħu jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk huma maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

3.   Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu kkumerċjalizzati sas-16 ta' Awwissu 2018 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel is-16 ta' Awwissu 2016 u jistgħu jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk huma maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta' Ġunju 1982 li tikkonċerna ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni tal-annimali (ĠU L 213, 21.7.1982, p. 8).

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 88/485/KEE tas-26 ta' Lulju 1988 li temenda l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE li tikkonċerna ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni tal-annimali (ĠU L 239, 30.8.1988, p. 36).

(4)  EFSA Journal 2013;11(7):3319.

(5)  EFSA Journal 2014;12(2):3564.

(6)  EFSA Journal 2014;12(10):3825.

(7)  EFSA Journal 2015;13(9):4236.

(8)  EFSA Journal 2016;14(1):4344.

(9)  EFSA Journal 2016;14(5):4470.


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

mg/kg tal-għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi nutrittiv. Grupp funzjonali: amminoaċidi, l-imluħa u l-analogi tagħhom.

3c410

L-treonina

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Trab b'minimu ta' 98 % L-treonina (abbażi ta' materja niexfa).

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

L-treonina prodotta permezz tal-fermentazzjoni bl-Escherichia coli DSM 25086 jew

Escherichia coli FERM BP-11383 jew

Escherichia coli FERM BP-10942 jew

Escherichia coli NRRL B-30843 jew

Escherichia coli KCCM 11133P jew

Escherichia coli DSM 25085 jew

Escherichia coli CGMCC 3703 jew

Escherichia coli CGMCC 7.58.

Formula kimika: C4H9NO3

Numru tal-CAS: 72-19-5

Metodi analitiċi  (1):

Għad-determinazzjoni tal-L-treonina fl-addittiv tal-għalf:

Il-Codex tal-Kimiċi tal-Ikel “Monografija tal-L-treonina” u

Il-metodu tal-kromatografija bi skambju tal-joni b'derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-UV/FD) — EN ISO 17180.

Għad-determinazzjoni tat-treonina fit-taħlitiet imħejjija minn qabel:

il-kromatografija bi skambju tal-joni flimkien ma' derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-UV/FD) — EN ISO 17180 u

il-kromotografija bi skambju tal-joni flimkien ma' derivatizzazzjoni postkolonna u individwazzjoni fotometrika (IEC-UV) — ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (2) (Anness III, F)

Għad-determinazzjoni tat-treonina f'taħlitiet imħejjija minn qabel, f'għalf kompost, f'materjali tal-għalf u fl-ilma:

Il-metodu tal-kromatografija ta' skambju tal-joni b'derivatizzazzjoni post-kolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-UV): Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 (Anness III, F).

L-ispeċijiet kollha

1.

Is-sustanza L-treonina tista' tiġi kkummerċjalizzata u tintuża bħala addittiv li jikkonsisti minn preparazzjoni.

2.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet imħejjija minn qabel, l-operaturi ta' negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji li jistgħu jirriżultaw mill-inalazzjoni. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa għall-minimu bi proċeduri u miżuri ta' dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet imħejjija minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir ta' protezzjoni personali, inkluża l-protezzjoni tan-nifs.

3.

Is-sustanza L-treonina tista' tintuża wkoll permezz tal-ilma għax-xorb.

4.

Dikjarazzjonijiet li jridu jsiru fuq it-tikkettar tal-addittiv:

Kontenut ta' umdità

5.

Id-dikjarazzjonijiet iridu jsiru fuq l-ittikkettar tal-addittivi u tat-taħlitiet minn qabel:

“Jekk l-addittiv jiġi amministrat permezz tal-ilma tajjeb għax-xorb għandu jiġi evitat l-eċċess ta' proteini.”

is-16 ta' Awwissu 2026


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas- 27 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf


27.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1221

tas-26 ta' Lulju 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

177,7

ZZ

177,7

0707 00 05

TR

116,3

ZZ

116,3

0709 93 10

TR

142,8

ZZ

142,8

0805 50 10

AR

171,4

AU

158,0

CL

158,6

MA

157,0

TR

164,0

UY

131,7

ZA

176,2

ZZ

159,6

0806 10 10

BR

269,1

EG

241,5

MA

243,6

ZZ

251,4

0808 10 80

AR

142,4

BR

103,7

CL

127,8

CN

74,5

NZ

141,7

US

157,1

ZA

102,8

ZZ

121,4

0808 30 90

AR

106,7

CL

121,5

NZ

171,3

TR

177,8

ZA

106,7

ZZ

136,8

0809 10 00

TR

198,2

ZZ

198,2

0809 29 00

TR

258,6

US

535,2

ZA

271,2

ZZ

355,0

0809 30 10 , 0809 30 90

TR

120,5

ZZ

120,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

27.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1222

tat-12 ta' Lulju 2016

li tistabbilixxi li ma ttieħdet ebda azzjoni effettiva minn Spanja b'reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 126(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 126 tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jevitaw defiċits pubbliċi eċċessivi.

(2)

Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir huwa bbażat fuq l-objettiv ta' finanzi pubbliċi sodi bħala mezz biex jissaħħu l-kundizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli u b'saħħtu li jwassal għall-ħolqien tal-impjiegi. Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir jinkludi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 (1), li ġie adottat sabiex jiffavorixxi l-korrezzjoni fil-pront tad-defiċits pubbliċi eċċessivi.

(3)

Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, iddeċieda fis-27 ta' April 2009, f'konformità mal-Artikolu 104(6) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li kien jeżisti defiċit eċċessiv fi Spanja u ħareġ rakkomandazzjoni biex dan id-defiċit eċċessiv jiġi kkoreġut sa mhux aktar tard mill-2012, skont l-Artikolu 104(7) ta' dak it-Trattat. Minn dak iż-żmien, il-Kunsill ħareġ tliet Rakkomandazzjonijiet ġodda lil Spanja (fit-2 ta' Diċembru 2009, fl-10 ta' Lulju 2012 u fil-21 ta' Ġunju 2013) abbażi tal-Artikolu 126(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li estendew l-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv sal-2013, l-2014 u l-2016 rispettivament. F'kull waħda mit-tliet Rakkomandazzjonijiet il-Kunsill ikkunsidra li Spanja kienet ħadet azzjoni effettiva iżda li kienu ġraw avvenimenti ekonomiċi negattivi mhux mistennija li kellhom konsegwenzi sfavorevoli kbar għall-finanzi pubbliċi (2).

(4)

Fir-Rakkomandazzjoni tiegħu tal-21 ta' Ġunju 2013, il-Kunsill irrakkomanda li Spanja tilħaq mira ta' defiċit nominali ta' 6,5 % tal-PDG fl-2013, 5,8 % tal-PDG fl-2014, 4,2 % tal-PDG fl-2015, u 2,8 % tal-PDG fl-2016, li kien konsistenti ma' titjib fil-bilanċ strutturali ta' 1,1 %, 0,8 %, 0,8 %, u 1,2 % tal-PDG fis-snin 2013-2016 rispettivament, abbażi tal-previżjoni tar-rebbiegħa 2013 tal-Kummissjoni estiża sal-2016. Biex tikseb dan it-titjib, Spanja ntalbet timplimenta miżuri addizzjonali li jammontaw għal 2 %, 1 % u 1,5 % tal-PDG fl-2014, 2015 u 2016 rispettivament. Barra minn hekk, Spanja ntalbet (i) isaħħaħ l-effettività tal-qafas istituzzjonali billi żżid iktar it-trasparenza fl-implimentazzjoni tal-Liġi dwar l-Istabbiltà Baġitarja kif ukoll billi tistabbilixxi kunsill fiskali indipendenti biex jipprovdi analiżi, konsulenza u monitoraġġ tal-konformità tal-politika fiskali mar-regoli fiskali nazzjonali u tal-Unjoni, (ii) tieħu passi konkreti biex trażżan iż-żieda fid-defiċit strutturali fis-sistema tas-sigurtà soċjali, u (iii) tagħmel enfasi akbar biex il-konsolidazzjoni tkun tiffavorixxi t-tkabbir, inkluż billi twettaq reviżjonijiet sistematiċi tan-nefqa u tas-sistema tat-taxxa. Finalment, sabiex jiġi żgurat is-suċċess tal-istrateġija tal-konsolidazzjoni fiskali, ir-Rakkomandazzjoni enfasizzat ukoll li kien importanti li l-konsolidazzjoni fiskali tkun sostnuta minn riformi strutturali komprensivi, f'konformità mar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill indirizzati lil Spanja fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u tal-Proċedura tal-Iżbilanċi Makroekonomiċi.

(5)

Skont il-previżjoni tar-rebbiegħa 2013 tal-Kummissjoni, estiża sal-2016, li fuqha kienet ibbażata r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013, l-ekonomija Spanjola kienet prevista li tiċkien b'1,5 % fl-2013 qabel ma tikber b'0,9 %, 1,4 % u 1,9 % rispettivament fit-tliet snin ta' wara. It-tkabbir fil-PDG nominali kien previst li jkun 0,1 % u 2,0 % fl-2013 u fl-2014 rispettivament, u 2,6 % u 3,2 % fis-sentejn ta' wara.

(6)

Fir-Rakkomandazzjonijiet tiegħu tal-21 ta' Ġunju 2013, il-Kunsill stabbilixxa l-1 ta' Ottubru 2013 bħala d-data ta' skadenza għall-adozzjoni ta' azzjoni effettiva f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97. Fil-15 ta' Novembru 2013, fuq il-bażi tal-previżjoni tal-ħarifa 2013 tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li Spanja kienet ħadet azzjoni effettiva biex tikkonforma ma' dik ir-Rakkomandazzjoni, għalkemm indikat li kien hemm riskji ta' nonkonformità fl-2014. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkunsidrat li ma kinux neċessarji passi ulterjuri fil-proċedura ta' defiċit eċċessiv f'dak il-mument. Minn dak iż-żmien, il-proċedura ta' defiċit eċċessiv inżammet sospiża.

(7)

Ir-riskji ta' nonkonformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013 reġgħu ġew enfasizzati f'valutazzjonijiet sussegwenti. F'Lulju 2014, il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri li jsostnu l-istrateġija baġitarja stipulata fil-Programm ta' Stabbiltà tal-2014 kien jeħtieġ li jiġu speċifikati ulterjorment u li sforzi addizzjonali kienu meħtieġa biex ikun hemm konformità sħiħa ma' dik ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Abbażi tal-valutazzjoni tiegħu tal-Programm ta' Stabbiltà tal-2015, il-Kunsill ikkonkluda f'Lulju 2015 li kien hemm ir-riskju li Spanja ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. Bl-istess mod, l-Opinjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-Abbozz tal-Pjanijiet Baġitarji ta' Spanja għall-2014, l-2015 u l-2016, kollha kkonkludew li Spanja kienet f'riskju li ma tikkonformax mar-regoli tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. B'mod partikolari, il-Kummissjoni enfasizzat li kien hemm riskji marbuta mal-fatt li l-isforz strutturali fil-pjanijiet kien inqas minn dak irrakkomandat mill-Kunsill. Barra minn hekk, il-Kummissjoni indikat riskji li l-miri tad-defiċit nominali ma jintlaħqux.

(8)

Fid-9 ta' Marzu 2016, abbażi tal-previżjoni tax-xitwa 2016 tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li kien hemm riskju ta' nonkonformità mal-iskadenza biex jiġi kkoreġut id-defiċit eċċessiv, fid-dawl tal-previżjoni li l-mira intermedja ta' defiċit nominali għall-2015 ta' 4,2 % tal-PDG setgħet tinqabeż b'mod sinifikanti u fid-dawl tal-fatt li l-isforz fiskali milħuq sa dak iż-żmien kien sew inqas minn dak li kien irrakkomandat. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni ħarġet rakkomandazzjoni lil Spanja biex iżżid l-isforzi biex tiżgura l-konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013. Għal dak il-fini, Spanja ġiet rakkomandata (i) biex tieħu miżuri li jiżguraw korrezzjoni f'waqtha u duratura tad-defiċit eċċessiv, inkluż bl-użu sħiħ kif xieraq tal-istrumenti preventivi u korrettivi stipulati fil-Liġi tal-Istabbiltà ta' Spanja biex jikkontrollaw l-iżvijar fil-livell governattiv subċentrali mill-miri rispettivi tad-defiċit, id-dejn u r-regoli dwar in-nefqa; u (ii) biex tirrapporta lill-Kummissjoni dwar il-miżuri b'reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni fl-abbozz aġġornat tagħha tal-pjan baġitarju tal-2016 jew, l-aktar tard, f'sezzjoni dedikata tal-Programm ta' Stabbiltà 2016 tagħha li jmiss.

(9)

Valutazzjoni ġdida tal-azzjoni meħuda minn Spanja biex tikkoreġi d-defiċit eċċessiv sal-2016 b'reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013 twassal għall-konklużjonijiet li ġejjin:

Abbażi tad-data nnotifikata minn Spanja fir-rebbiegħa 2016 u validata mill-Kummissjoni (Eurostat) fil-21 ta' April 2016, id-defiċit pubbliku kien ta' 5,9 % tal-PDG fl-2014 u 5,1 % tal-PDG fl-2015, ogħla mill-miri intermedji stabbiliti mill-Kunsill ta' 5,8 % u 4,2 % tal-PDG rispettivament. Ir-riżultat tad-defiċit tal-2014 sofra minn reviżjoni 'l isfel tal-PDG nominali mwettqa fil-mument tat-tieni notifika tal-PDE f'Ottubru 2015 kif ukoll minn operazzjonijiet fis-settur finanzjarju li żiedu d-defiċit li ammontaw għal 0,1 % tal-PDG. Il-politika fiskali espansiva fl-2015 kellha impatt kbir fuq ir-riżultat fiskali.

Fuq il-bażi tal-previżjoni tar-rebbiegħa 2016 tal-Kummissjoni, il-bidla fil-bilanċ strutturali fl-2015 hija stmata għal – 1,0 % tal-PDG, sinifikattivament inqas minn 0,8 % tal-PDG irrakkomandat mill-Kunsill. Il-bidla kumulattiva fil-bilanċ strutturali matul il-perjodu 2013–2015 ammontat għal 0,6 % tal-PDG, u b'hekk hija sinifikattivament anqas mill-isforz ta' 2,7 % tal-PDG irrakkomandat mill-Kunsill. Barra minn hekk, meta aġġustat għall-effetti tat-tkabbir rivedut potenzjali fil-produzzjoni u tad-dħul imprevist jew in-nuqqas fid-dħul meta mqabbel max-xenarju bażi li fuqu r-Rakkomandazzjoni hija bbażata, l-isforz strutturali jammonta għal – 0,7 % tal-PDG fl-2015 u għal – 0,2 % tal-PDG matul l-2013–2015, li huwa inqas sew mill-isforz rakkomandat. Meta mkejjel skont il-metodu minn isfel għal fuq, l-isforz fiskali jammonta – 0,5 % tal-PDG fl-2015 u ma jidhirx li kien hemm xi sforz matul il-perjodu 2013–2015, bil-kontra għall-isforzi rakkomandati ta' 1 % u 3 % tal-PDG, rispettivament. Il-miżuri ta' konsolidazzjoni, pereżempju fil-kuntest tar-riformi tal-amministrazzjoni pubblika u s-sistema tal-pensjonijiet, ma kinux biżżejjed biex jikkumpensaw għall-impatt ta' xi miżuri espansivi implimentati fl-2015, bħat-tnaqqis tat-taxxa fuq l-introjtu personali u korporattiv u ħlas lura parzjali tal-bonus tal-Milied li ma kienx ingħata preċedentiment.

Matul l-2013–2015, l-inflazzjoni Spanjola (kif imkejla mid-deflatur tal-PDG) kienet sew inqas minn dik tax-xenarju makroekonomiku bażi li fuqu r-rakkomandazzjoni hija bbażata (li fil-fatt kienet negattiva fl-2014, – 0,4 %), u b'hekk kien aktar diffiċli li jintlaħqu l-miri fiskali. Madankollu, l-impatt negattiv ta' inflazzjoni baxxa jew anki negattiva fuq ir-riżultati fiskali ta' Spanja kien fil-biċċa l-kbira kkumpensat mit-tkabbir reali tal-PDG ogħla milli mistenni, dovut ukoll għar-riformi li saru b'reazzjoni għall-kriżi u għall-kompletament b'suċċess tal-programm ta' assistenza finanzjarja. Minkejja evoluzzjoni inqas dinamika tad-deflatur tal-PDG, il-livell tal-PDG nominali fl-2015 kien biss ta' 1 % inqas milli previst fix-xenarju bażi, għar-raġuni li l-PDG reali kiber b'pass ħafna aktar mgħaġġel tul l-istess perjodu. Barra minn hekk, il-ħolqien veloċi tal-impjiegi u kompożizzjoni tat-tkabbir li ffavoriet dħul ogħla mit-taxxi kienu ta' benefiċċju ulterjuri għat-tnaqqis tad-defiċit.

Kumplessivament, matul l-2014 u l-2015, kuntest ta' rati ta' interessi baxxi u rkupru ekonomiku aktar b'saħħtu milli mistenni, anki grazzi għar-riformi li saru b'reazzjoni għall-kriżi, il-kompletament b'suċċess tal-programm ta' assistenza finanzjarja u l-iżviluppi favorevoli fis-suq tax-xogħol, għenu lil Spanja biex tnaqqas id-defiċit pubbliku tagħha. Fl-istess ħin, il-proċess ta' konsolidazzjoni fiskali kien imxekkel minn inflazzjoni negattiva mhux mistennija meta mqabbla max-xenarju makroekonomiku li fuqu r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013 hija bbażata. Madankollu, il-qligħ mhux mistenni, speċjalment fl-2015, ma ntużax biex jitħaffef it-tnaqqis tad-defiċit. Minflok, il-politika fiskali saret inqas rigoruża, b'mod partikolari permezz tar-riforma tat-taxxa u tkabbir dinamiku tan-nefqa.

(10)

Skont il-previżjoni tar-rebbiegħa 2016 tal-Kummissjoni, id-defiċit pubbliku huwa previst li jkun 3,9 % tal-PDG fl-2016 u 3,1 % tal-PDG fl-2017. Il-Programm ta' Stabbiltà tal-2016 għandu fil-mira defiċit ta' 3,6 % u 2,9 % tal-PDG fl-2016 u l-2017 rispettivament. Għalhekk Spanja ma tidhirx li se tkun tista' tikseb korrezzjoni f'waqtha u duratura tad-defiċit eċċessiv tagħha fl-2016. Il-proporzjon tad-dejn pubbliku mal-PDG naqas bi ftit minn 99,3 % fl-2014 għal 99,2 % fl-2015, bis-saħħa ta' bejgħ nett ta' assi finanzjarji li aktar milli kkumpensa għall-impatt tat-tkabbir tad-defiċit b'rata aktar mgħaġġla mit-tkabbir tal-PDG nominali. Skont il-previżjoni tar-rebbiegħa 2016 tal-Kummissjoni, il-proporzjon tad-dejn huwa mistenni li jerġa' jiżdied għal 100,3 % fl-2016 u li jonqos wara dan.

(11)

Mill-2012, Spanja saħħet il-qafas fiskali sabiex, fost affarijiet oħra, jiġu evitati devjazzjonijiet u tiġi żgurata l-konformità mil-livelli kollha tal-gvern mal-miri rispettivi tagħhom għad-defiċit, id-dejn u r-regoli dwar in-nefqa. Mir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju tal-2013, Spanja saħħet ulterjornament il-qafas fiskali domestiku tagħha, billi emendat il-Liġi ta' Stabbiltà tal-2012 biex tipprovdi inċentivi biex l-amministrazzjonijiet pubbliċi jnaqqsu l-arretrati tas-settur pubbliku lill-fornituri kummerċjali u billi ħolqot f'Novembru 2013 istituzzjoni fiskali indipendenti (AIReF). Madankollu, filwaqt li l-Liġi ta' Stabbiltà ta' Spanja tinkludi strumenti li jipprevjenu u jikkoreġu d-devjazzjonijiet mill-miri fiskali nazzjonali, l-esperjenza matul l-2014 u l-2015 turi li dawn setgħu ntużaw b'mod aktar estiż. Wara r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Marzu 2016, il-gvern Spanjol beda jinforza d-dispożizzjonijiet korrettivi fil-Liġi ta' Stabbiltà fuq il-gvern reġjonali li ma kinux implimentati qabel. Barra dan, il-Gvern Ċentrali adotta riduzzjonijiet fin-nefqa li jammontaw għal EUR 2 biljuni.

(12)

F'Diċembru 2013, Spanja adottat riforma li rrevediet l-indiċjar tal-pensjonijiet u introduċiet mill-2019 aġġustament awtomatiku tal-pensjonijiet ġodda tal-pensjonanti futuri sabiex jitqiesu l-bidliet fl-istennija tal-ħajja. Barra minn hekk, minn Ġunju 2013, bdiet timplimentata riforma tal-amministrazzjoni pubblika, bil-ħsieb li tikseb żidiet fl-effiċjenza. Fl-istess ħin, fl-2014 Spanja adottat riforma tat-taxxa fuq l-introjtu personali u korporattiv, li kellha xi karatteristiċi pożittivi, pereżempju ir-riduzzjoni tal-pressjoni fiskali, iżda li ma kinitx iffinanzjata għalkollox.

(13)

Dan iwassal għall-konklużjoni li r-reazzjoni ta' Spanja għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013 ma kinitx suffiċjenti. Spanja ma laħqitx il-mira intermedja tad-defiċit nominali fl-2015 u mhuwiex previst li se telimina d-defiċit eċċessiv tagħha sal-2016. L-isforz fiskali huwa sostanzjalment inqas minn dak li kien ġie rrakkomandat mill-Kunsill, u l-pożizzjoni fiskali kienet espansiva fl-2015,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Spanja ma ħaditx azzjoni effettiva b'rispons għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta' Spanja.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Lulju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

P. KAŽIMÍR


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6).

(2)  Id-dokumenti kollha relatati mal-proċedura tad-defiċit eċċessiv ta' Spanja jinsabu hawn: http://ec.europa.eu/economy_finance/economic_governance/sgp/deficit/countries/spain_en.htm


27.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/23


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1223

tal-25 ta' Lulju 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2011/30/UE dwar l-ekwivalenza tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità u s-sistemi ta' investigazzjoni u penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar ta' ċerti pajjiżi terzi kif ukoll dwar perjodu tranżizzjonali għall-attivitajiet tal-awditjar ta' awdituri u entitajiet tal-awditjar ta' ċerti pajjiżi terzi fl-Unjoni Ewropea

(notifikata bid-dokument C(2016) 4637)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 46(2) tagħha,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/30/UE (2), l-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar li jipprovdu rapporti tal-awditjar rigward il-kontijiet annwali jew konsolidati ta' kumpaniji inkorporati fil-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II ta' dik id-Deċiżjoni u li t-titoli trasferibbli tagħhom huma ammessi għal negozjar fuq suq regolat ta' Stat Membru, ġew eżentati mir-rekwiżiti tal-Artikolu 45 tad-Direttiva 2006/43/KE għal ċerti snin finanzjarji ladarba huma jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru b'ċertu sett ta' informazzjoni.

(2)

Il-Kummissjoni wettqet valutazzjonijiet tas-sistemi tas-sorveljanza pubblika, tal-aċċertament tal-kwalità, tal-investigazzjoni u s-sistemi ta' penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar tal-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2011/30/UE. Il-valutazzjonijiet twettqu bl-assistenza tal-Grupp Ewropew tal-Korpi tas-Sorveljanza tal-Awdituri fid-dawl tal-kriterji stipulati fl-Artikoli 29, 30 u 32 tad-Direttiva 2006/43/KE li jirregolaw is-sistemi tas-sorveljanza pubblika, tal-aċċertament tal-kwalità, tal-investigazzjoni u s-sistemi ta' penali għall-awdituri u d-ditti tal-awditjar tal-Istati Membri. Skont dawn il-valutazzjonijiet, jidher li Mauritius, New Zealand u t-Turkija għandhom sistemi tas-sorveljanza pubblika, tal-aċċertament tal-kwalità, tal-investigazzjoni u tal-penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar li jaħdmu skont regoli simili għal dawk stabbiliti fl-Artikoli 29, 30 u 32 tad-Direttiva 2006/43/KE. Ikun xieraq, għalhekk, li jiġu kkunsidrati dawk is-sistemi ekwivalenti għas-sistemi tas-sorveljanza pubblika, tal-assigurazzjoni tal-kwalità, tal-investigazzjoni u penali tal-awdituri u tad-ditti tal-awditjar tal-Istati Membri.

(3)

L-għan aħħari tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fir-rigward ta' sistemi tas-sorveljanza pubblika, tal-aċċertament tal-kwalità, tal-investigazzjoni u s-sistemi ta' penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar tal-Istati Membri u pajjiżi terzi għandu jkun li tinkiseb fiduċja reċiproka fis-sistemi tas-sorveljanza tax-xulxin abbażi tal-ekwivalenza tagħhom.

(4)

Il-Bermuda, il-Gżejjer Cayman, l-Eġittu u r-Russja stabbilew jew jinsabu fil-proċess li jistabbilixxu sistemi tas-sorveljanza pubblika, tal-aċċertament tal-kwalità, tal-investigazzjoni u ta' penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar. Madankollu, minħabba li dawn is-sistemi ġew stabbiliti reċentement, ċertu informazzjoni hija nieqsa, ir-regoli ma ġewx implimentati bis-sħiħ, l-ispezzjonijiet ma sarux jew is-sanzjonijiet ma ġewx imposti. Sabiex titwettaq aktar valutazzjoni bl-iskop li tittieħed deċiżjoni finali dwar l-ekwivalenza ta' dawn is-sistemi, jenħtieġ tinkiseb aktar informazzjoni mingħand dawn il-pajjiżi terzi sabiex ikun hemm fehim aħjar tas-sistemi tagħhom. Ikun xieraq, għalhekk, li l-perjodu tranżizzjonali mogħti mid-Deċiżjoni 2011/30/UE jittawwal fir-rigward tal-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar li jipprovdu rapporti tal-awditjar dwar il-kontijiet annwali jew konsolidati ta' kumpaniji inkorporati f'dawn il-pajjiżi terzi u li t-titoli trasferibbli tagħhom jiġu ammessi għan-negozjar f'suq regolat ta' Stat Membru.

(5)

Sabiex jiġu protetti l-investituri, l-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar li jipprovdu rapporti tal-awditjar rigward il-kontijiet annwali jew konsolidati ta' kumpaniji li huma inkorporati fil-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2011/30/UE, u li t-titoli trasferibbli tagħhom huma ammessi għal negozjar f'suq regolat ta' Stat Membru, dawn għandhom ikunu jistgħu ikomplu l-attivitajiet tal-awditjar tagħhom fl-Unjoni mingħajr ma jiġu rreġistrati skont l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2006/43/KE tul perjodu addizzjonali mill-1 ta' Awwissu 2016 sal-31 ta' Lulju 2018 bil-kundizzjoni li huma jipprovdu l-informazzjoni rikjesta. F'każ bħal dan, dawk l-awdituri u l-entitajiet ta' awditjar għandhom ikunu jistgħu jkomplu bl-attivitajiet tagħhom konformi mar-rekwiżiti tal-Istat Membru rilevanti fir-rigward ta' rapporti ta' awditjar dwar il-kontijiet annwali jew konsolidati għas-snin finanzjarji li jibdew matul il-perjodu bejn l-1 ta' Awwissu 2016 u l-31 ta' Lulju 2018. Din id-Deċiżjoni ma taffettwax is-setgħa tal-Istati Membri li japplikaw is-sistemi ta' investigazzjoni u penali tagħhom fir-rigward ta' dawn l-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar.

(6)

Il-Kummissjoni se tissorvelja l-iżviluppi fil-kooperazzjoni superviżorja u regolatorja ma' pajjiżi terzi fuq bażi regolari. Id-Deċiżjoni li tingħta ekwivalenza jew li jiġi estiż il-perjodu ta' tranżizzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-possibiltà tal-Kummissjoni li tagħmel rieżami tad-Deċiżjoni fi kwalunkwe ħin. Dak ir-rieżami jista' jwassal għall-irtirar tar-rikonoxximent tal-ekwivalenza jew għat-tmiem prematur tal-perjodu ta' tranżizzjoni. Id-Deċiżjoni 2011/30/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 48(1) tad-Direttiva 2006/43/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2011/30/UE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, jiżdied it-tielet paragrafu kif ġej:

“Għall-finijiet tal-Artikolu 46(1) tad-Direttiva 2006/43/KE, is-sistemi tas-sorveljanza pubblika, tal-aċċertament tal-kwalità, tal-investigazzjoni u penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar tal-pajjiżi terzi li ġejjin jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk tal-Artikoli 29, 30 u 32 ta' dik id-Direttiva fir-rigward tal-attivitajiet tal-awditjar marbuta mal-kontijiet annwali jew konsolidati għas-snin finanzjarji li jibdew mill-1 ta' Awwissu 2016:

(1)

Mauritius

(2)

New Zealand

(3)

it-Turkija.”;

(2)

L-Artikolu 2(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Stat Membru ma għandux japplika l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2006/43/KE fir-rigward tal-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar li jipprovdu rapporti tal-awditjar dwar il-kontijiet annwali jew konsolidati ta' kumpaniji inkorporati fil-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni u li t-titoli transferibbli tagħhom huma ammessi għan-negozjar fuq is-suq regolat ta' dak l-Istat Membru fl-ambitu tat-tifsira tal-punt 14 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), għas-snin finanzjarji li jibdew matul il-perjodu bejn it-2 ta' Lulju 2010 u l-31 ta' Lulju 2018, ladarba l-awditur jew l-entità tal-awditjar ikkonċernata tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru b'dan kollu li ġej:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-awditur jew l-entità tal-awditjar kkonċernata u l-informazzjoni dwar l-istruttura legali tagħha;

(b)

meta l-awditur jew l-entità tal-awditjar tkun tagħmel parti minn xi netwerk, deskrizzjoni tan-netwerk;

(c)

l-istandards tal-awditjar u r-rekwiżiti tal-indipendenza li ġew applikati għall-awditu konċernat;

(d)

deskrizzjoni tas-sistema interna ta' kontroll tal-kwalità tal-entità tal-awditjar;

(e)

indikazzjoni ta' jekk u meta sar l-aħħar eżami tal-aċċertament tal-kwalità tal-awditur jew tal-entità tal-awditjar u, sakemm din l-informazzjoni ma tkunx qiegħda tingħata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz, l-informazzjoni meħtieġa dwar l-eżitu tal-eżami. Meta l-informazzjoni meħtieġa dwar l-eżitu tal-aħħar eżami tal-aċċertament tal-kwalità ma tkunx pubblika, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jittrattaw din l-informazzjoni fuq bażi kunfidenzjali.

(*)  Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).”;"

(3)

L-Anness II jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Valdis DOMBROVSKIS

Viċi President


(1)  ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87.

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/30/UE tad-19 ta' Jannar 2011 dwar l-ekwivalenza tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità u s-sistemi ta' investigazzjoni u penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar ta' ċerti pajjiżi terzi kif ukoll dwar perjodu tranżizzjonali għall-attivitajiet tal-awditjar ta' awdituri u entitajiet tal-awditjar minn ċerti pajjiżi terzi fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 15, 20.1.2011, p. 12).


ANNESS

“ANNESS II

LISTA TA' PAJJIŻI TERZI

Il-Bermuda

Il-Gżejjer Cayman

L-Eġittu

Ir-Russja.”