ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 190 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 59 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
15.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 190/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1149
tal-15 ta' April 2016
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jirrigwarda l-programmi ta' appoġġ nazzjonali fis-settur tal-inbid u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 63(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1308/2013 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (3). It-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fiha regoli dwar il-programmi ta' appoġġ nazzjonali fis-settur tal-inbid u tagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti delegati u ta' implimentazzjoni f'dan ir-rigward. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-programmi ta' appoġġ fis-settur tal-inbid fil-qafas ġuridiku l-ġdid, ċerti regoli jridu jiġu adottati permezz ta' atti ta' dan it-tip. Dawk l-atti għandhom jissostitwixxu r-regoli ta' implimentazzjoni rilevanti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 (4). |
(2) |
Minbarra l-adattament tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 555/2008 għat-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dan ir-Regolament għandu l-għan li jissimplifika u jiċċara ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 555/2008 bil-għan li jnaqqas ir-rata ta' żbalji u biex jaddattahom għar-realtà tal-proċeduri u l-operazzjonijiet fis-seħħ. Fl-istess ħin, dan ir-Regolament ġie maħsub biex jillimita l-piż amministrattiv għall-operaturi u l-amministrazzjonijiet nazzjonali sal-livell massimu possibbli. |
(3) |
It-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jistabbilixxi regoli dwar sistemi ta' kontroll u penali u jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati li jistabbilixxu regoli dwar il-kundizzjonijiet ta' rtirar totali jew parzjali tal-appoġġ mogħti jew biex ma jitħallasx l-appoġġ sħiħ jew parti minnu meta l-benefiċjarju ma jikkonformax mal-kriterji ta' eliġibbiltà, mal-impenji jew ma' obbligi oħrajn relatati mal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna jew appoġġ. Sabiex jiġi ċċarat il-ħlas li jrid jitwettaq fil-każijiet ta' implimentazzjoni parzjali ta' operazzjoni approvata, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi f'dan ir-Regolament. |
(4) |
Fl-interess taċ-ċertezza legali, ċerti termini użati f'dan ir-Regolament u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1150 (5) għandhom jiġu definiti. B'mod partikolari, huwa xieraq li jiġi stabbilit min huwa eliġibbli għall-appoġġ taħt kull miżura individwali. Sabiex jinbnew sinerġiji, l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi li mhumiex rikonoxxuti formalment jistgħu jkunu benefiċjarji eliġibbli anke jekk dawn jistabbilixxu assoċjazzjoni ta' tip temporanju f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli. |
(5) |
Sabiex jiġi garantit li l-miżuri ta' appoġġ ikunu implimentati b'mod effiċjenti u effettiv, għandhom ikunu stabbiliti kriterji ta' eliġibbiltà għal kull miżura, filwaqt li għandhom jiġu stabbiliti wkoll kriterji ta' prijorità biex tingħata preferenza lil benefiċjarji jew operazzjonijiet speċifiċi li bħala għan għandhom il-ksib tal-għanijiet ewlenin ta' kull miżura. |
(6) |
L-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistipula li għandu jkun hemm appoġġ għall-promozzjoni. Fl-interess taċ-ċertezza legali, l-operazzjonijiet ta' informazzjoni u promozzjoni u l-azzjonijiet eliġibbli rispettivi għandhom jiġu definiti. Fi kwalunkwe każ, dawn ma għandhomx imorru kontra l-pożizzjoni tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika tal-Istati Membri u għandhom ikunu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiż terz fejn jiġu implimentati. |
(7) |
Bil-għan li tiġi żgurata l-effettività massima tal-operazzjonijiet ta' informazzjoni u promozzjoni, dawn għandhom ikunu miftuħin għall-operaturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom fil-forom kollha tagħhom. Il-korpi rregolati mil-liġi pubblika ma għandhomx ikunu l-uniċi benefiċjarji fi Stat Membru speċifiku. Sabiex tiġi evitata l-promozzjoni ta' marki kummerċjali individwali fl-Unjoni, l-operaturi individwali ma għandhomx jibbenefikaw mill-appoġġ għal miżuri ta' informazzjoni fl-Istati Membri. |
(8) |
Sabiex jiġi żgurat li l-ikbar numru ta' operaturi jkun jista' jibbenefika mill-appoġġ u li l-operazzjonijiet ta' informazzjoni u promozzjoni jkunu kemm jista' jkun diversifikati, dan l-appoġġ għandu jkun limitat għal perjodu massimu ta' tliet snin għall-istess benefiċjarji fl-istess pajjiż terz jew suq ta' pajjiż terz. Fejn jintwera li hija meħtieġa estensjoni f'termini tal-konsolidazzjoni tal-operazzjoni ta' informazzjoni u tal-penetrazzjoni f'dak is-suq, l-Istati Membri għandhom ikunu permessi jawtorizzaw estensjoni għal perjodu massimu totali ta' sentejn. |
(9) |
Bil-għan li jiġu mħeġġa sinerġiji, fir-rigward tal-appoġġ għall-informazzjoni fl-Istati Membri, għandha tingħata preferenza lill-operazzjonijiet li jinkludu diversi Stati Membri jew reġjuni jew diversi denominazzjonijiet ta' oriġini protetti jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti. |
(10) |
Rigward l-appoġġ għall-promozzjoni f'pajjiżi terzi, għandha tingħata prijorità lill-operazzjonijiet ta' promozzjoni ġodda, sabiex jingħata appoġġ lill-operaturi li ma bbenefikawx mill-iskema qabel, jew lil operaturi li jixtiequ jiftħu swieq ġodda f'pajjiżi terzi. Sabiex jingħata appoġġ lill-penetrazzjoni f'pajjiżi terzi fejn l-importazzjonijiet tal-inbid tal-Unjoni għadhom mhux ikkonsolidati, l-Istati Membri għandhom jitħallew jagħtu prijorità lill-operaturi li jimmiraw lejn swieq ta' pajjiżi terzi emerġenti. |
(11) |
L-ispejjeż li ma jistgħux jitqiesu eliġibbli għall-appoġġ għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji għandhom ikunu speċifikati, inkluż l-ispejjeż għall-qlugħ tad-dwieli u għall-kumpens tat-telf tad-dħul fil-qafas tal-appoġġ għat-tħawwil mill-ġdid jew raġunijiet ta' saħħa tal-pjanti, li bħala għan għandu biss li jappoġġja l-ispejjeż għat-tħawwil mill-ġdid wara miżuri fitosanitarji obbligatorji taħt ċerti kundizzjonijiet. |
(12) |
Rigward l-appoġġ għall-ħsad bikri, l-Istati Membri għandhom ikunu permessi japplikaw restrizzjonijiet rigward varjetajiet, riskji speċifiċi ambjentali u fitosanitarji u l-metodu li għandu jintuża biex titwettaq dik il-miżura sabiex l-implimentazzjoni tagħha tkun tista' tiġi adattata għall-ħtiġijiet speċifiċi li jirriżultaw mis-sitwazzjoni tas-suq tagħhom u għall-kundizzjonijiet taż-żoni bil-vinji mħawla, filwaqt li jitqies l-impatt tal-metodi differenti ta' ħsad bikri. Madankollu, għandhom jiġu stabbiliti ċerti kundizzjonijiet għall-funzjonament tajjeb tal-miżura. Barra minn hekk, għandu jiġi ffissat perjodu ta' dewmien massimu tal-appoġġ biex ikun żgurat li l-miżura ma tisfax mezz ta' bejgħ permanenti alternattiv għal prodotti meta mqabbel mat-tqegħid tagħhom fis-suq. |
(13) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli li jikkonċernaw l-appoġġ għal fondi mutwi. Ir-regoli għandu jkollhom bħala għan li jipprevjenu abbużi u li jistipulaw limiti ta' żmien u limiti f'termini finanzjarji. Barra minn hekk, sabiex jiġi mħeġġeġ l-użu tal-miżura ta' appoġġ, huwa xieraq li jingħata l-istess livell ta' kontribuzzjoni għall-Istati Membri kollha. |
(14) |
Għandhom jiġu stabbiliti ċerti kundizzjonijiet għall-appoġġ għall-assigurazzjoni fuq il-ħsad. B'mod partikolari, huwa xieraq li jkun hemm deroga mir-regola li tistipula li l-ħlasijiet għandhom isiru bis-sħiħ lill-benefiċjarji u li jkun permess, taħt ċerti kundizzjonijiet, li l-appoġġ jitħallas lill-intermedjarji sabiex jiġi evitat piż amministrattiv mhux dovut, sakemm dan ma jfixkilx il-kompetizzjoni fis-suq tal-assigurazzjoni. |
(15) |
Għandhom jiġu stabbiliti l-azzjonijiet eliġibbli u l-ispejjeż eliġibbli għall-appoġġ għall-investimenti u l-innovazzjoni. B'mod partikolari, huwa xieraq li tkun permessal-parteċipazzjoni taċ-ċentri ta' riċerka u żvilupp fl-operazzjoni tal-innovazzjoni u li tingħata prijorità lill-operazzjonijiet li fihom jipparteċipaw iċ-ċentri ta' riċerka u żvilupp. Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet interprofessjonali għandhom ikunu permessi jkunu kobenefiċjarji tal-operazzjonijiet ta' innovazzjoni. Barra minn hekk, rigward l-appoġġ għall-investiment u għall-innovazzjoni fis-settur tal-inbid, huwa importanti li jiġi speċifikat, għal raġunijiet ta' ċarezza, li l-investimenti sempliċi ta' sostituzzjoni m'għandhomx jitqiesu bħala spejjeż eliġibbli, biex ikun żgurat li l-għan tal-miżura, fost affarijiet oħra t-titjib f'dak li hu aġġustament għad-domanda tas-suq u kompetittività akbar, jintlaħaq b'dan l-appoġġ. |
(16) |
Ir-rimi ta' prodotti sekondarji tal-inbid huwa soġġett għar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 21, 22 u 23(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 555/2008. Fejn ir-rimi jitwettaq bid-distilazzjoni tal-prodotti sekondarji, distillaturi ċċertifikati jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. F'dan ir-rigward huwa xieraq li tiġi ċċarata t-tifsira ta' “alkoħol mhux ipproċessat” u li jiġi eskluż l-użu ta' alkoħol miksub għall-finijiet tal-industrija tal-ikel u tax-xorb sabiex jiġi evitat it-tfixkil tal-kompetizzjoni. |
(17) |
Għandhom jiġu stabbiliti regoli għall-miżuri kollha rilevanti sabiex jiġi żgurat li jiġu introdotti kriterji ta' demarkazzjoni ċari fil-programmi ta' appoġġ biex evitat li azzjonijiet jew operazzjonijiet iffinanzjati taħt l-organizzazzjoni komuni tas-suq jiġu ffinanzjati wkoll taħt Fondi oħrajn. Dawk ir-regoli għandhom jippermettu lill-Istati Membri jistabbilixxu fil-livell tal-programm ta' appoġġ kull tip ta' demarkazzjoni li jqisu bħala l-aktar xierqa, sakemm din tippermetti definizzjoni ċara a priori ta' liema Fond għandu jiffinanzja kwalunkwe azzjoni jew operazzjoni speċifika li ssir applikazzjoni għaliha minn operatur speċifiku. |
(18) |
Fir-rigward tal-appoġġ għar-ristrutturar u l-ħsad bikri, l-Istati Membri għandu jkollhom marġni ta' diskrezzjoni meta jiddeċiedu dwar id-dettalji tal-kamp ta' applikazzjoni u l-livelli ta' appoġġ, inkluż b'mod partikolari l-metodi ssimplifikati ta' rimborż tal-ispejjeż, il-kontribuzzjonijiet in natura u l-livelli massimi ta' appoġġ, skont il-limitazzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u d-dispożizzjonijiet adottati għall-osservanza tagħhom. Għandhom jiġu stabbiliti regoli komuni f'dan ir-rigward. |
(19) |
Rigward l-appoġġ għall-promozzjoni u l-innovazzjoni, huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar l-eliġibbiltà u l-kalkolu tal-ispejjeż tal-personal u amministrattivi, sabiex jiġi żgurat li dawn jiġu applikati b'mod uniformi fil-livell tal-Unjoni. |
(20) |
Sabiex titqies it-totalità tal-ispejjeż imġarrba u mħallsa b'mod definittiv mill-benefiċjarju fl-implimentazzjoni ta' operazzjoni eliġibbli, u f'konformità mar-regola li tikkonċerna l-għoti ta' għotjiet applikabbli għal Fondi oħrajn tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 69(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), it-taxxa fuq il-valur miżjud mhux rekuperabbli għandha tkun eliġibbli għall-appoġġ, sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikunu speċifikati. |
(21) |
Sabiex jiġi żgurat li jintnefqu l-fondi riżervati għall-programmi ta' appoġġ, huwa xieraq li jsir provvediment għal ħlasijiet bil-quddiem. B'mod partikolari, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit f'liema każijiet jistgħu jsiru ħlasijiet bil-quddiem u li l-ħlasijiet bil-quddiem isiru soġġetti għal depożiti ta' garanzija. |
(22) |
Huwa xieraq li jiġi speċifikat li l-ebda appoġġ ma għandu jitħallas lill-produtturi bi tħawwil illegali jew b'żoni mħawwla bil-vinji mingħajr awtorizzazzjoni. |
(23) |
Sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, għandu jkun speċifikat li l-appoġġ jista' jitħallas lill-benefiċjarji biss wara l-konklużjoni tal-kontrolli kollha finali dovuti, minbarra għall-ħlasijiet bil-quddiem, li huma soġġetti għad-depożitu ta' garanzija. |
(24) |
Skont ċerti kundizzjonijiet, għandhom ikunu permessi bidliet fl-operazzjonijiet sottomessi mill-benefiċjarji u dawn għandhom ikunu approvati mill-awtorità kompetenti. Għandha tingħata flessibbiltà sħiħa għal bidliet żgħar, kif stipulat mill-Istat Membru. Fi kwalunkwe każ, it-trasferimenti finanzjarji bejn l-azzjonijiet koperti minn operazzjoni approvata għandhom ikunu permessi f'ċerti limiti mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti. |
(25) |
Bħala regola ġenerali, il-ħlas tal-appoġġ għandu jingħata wara l-implimentazzjoni sħiħa tal-operazzjonijiet approvati. Madankollu, huwa xieraq li jkun hemm deroga mir-regola ġenerali għar-ristrutturar u l-ħsad bikri, li huma miżuri bbażati fuq iż-żona. Għal dawk il-miżuri, għandhom jiġu stabbiliti regoli bbażati fuq il-kalkolu tal-ammont li jrid jitħallas jew l-ammont li jrid jiġi rkuprat mill-ammont imħallas diġà fir-rigward tal-parti li ma tkunx ġiet implimentata. |
(26) |
Rigward ir-ristrutturar u l-ħsad bikri, għandu jkun iċċarat f'liema każijiet il-kejl tal-wiċċ għandu jikkonforma ma' rekwiżiti speċifiċi. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jiffissaw metodi ta' kontroll xierqa sabiex jistabbilixxu l-limitu reali tal-implimentazzjoni tal-operazzjoni. |
(27) |
Għandhom isiru dispożizzjonijiet għas-soluzzjoni ta' każijiet ta' force majeure u ta' ċirkostanzi eċċezzjonali oħra biex ikun żgurat trattament ġust tal-produtturi. |
(28) |
Fl-interess taċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 555/2008 li huma mibdula b'dan ir-Regolament u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1150 għandhom jitħassru. Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 555/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(29) |
Għandu jsir provvediment għal tranżizzjoni mingħajr xkiel mir-regoli rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 555/2008 għar-regoli ġodda stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1150, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni u użu tat-termini
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet li jissupplimentaw it-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 dwar programmi ta' appoġġ fis-settur tal-inbid.
2. Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-applikazzjoni ta':
(a) |
dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw relazzjonijiet bejn Stati Membri fil-ġlieda kontra l-frodi fis-settur tal-inbid sakemm ikunu tax-xorta li jiffaċilitaw l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament; |
(b) |
regoli relatati ma':
|
3. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “operazzjoni” tfisser l-azzjoni jew il-grupp ta' azzjonijiet li huma inklużi fi proġett jew kuntratt sottomess minn applikant u magħżul mill-awtoritajiet nazzjonali skont programm ta' appoġġ speċifiku, li jikkorrispondi għal kwalunkwe mill-attivitajiet taħt il-miżuri msemmija fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Artikolu 2
Responsabbiltà għall-infiq
L-Istati Membri għandhom iġorru r-responsabbiltà għal kull infiq li jseħħ bħala parti mill-programm ta' appoġġ tagħhom jew bħala parti minn kull bidla fil-programm sottomessa lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1150 f'każ li ma jkunux applikabbli skont l-Artikolu 41(4) jew (5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
KAPITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR MIŻURI TA' APPOĠĠ SPEĊIFIĊI
TAQSIMA 1
Promozzjoni
Artikolu 3
Benefiċjarji
Il-benefiċjarji tal-appoġġ imsemmija fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu organizzazzjonijiet professjonali, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi tal-inbid, assoċjazzjonijiet temporanji jew permanenti ta' żewġ produtturi jew iżjed, organizzazzjonijiet interprofessjonali jew, fejn Stat Membru jiddeċiedi hekk, korpi kkontrollati mil-liġi pubblika skont it-tifsira tal-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).
Il-kumpaniji privati jistgħu jkunu benefiċjarji tal-miżura msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
L-Istati Membri m'għandhomx jagħmlu lil korp irregolat bil-liġi pubblika l-benefiċjarju uniku tal-appoġġ.
Artikolu 4
It-tul taż-żmien tal-appoġġ
L-appoġġ għal kull operazzjoni ta' informazzjoni u promozzjoni għandu jdum mhux iżjed minn tliet snin għal benefiċjarju speċifiku fi Stat Membru speċifiku għall-miżura msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u għal benefiċjarju speċifiku f'pajjiż terz jew suq ta' pajjiż terz speċifiku għall-miżura msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Madankollu, jekk dan huwa ġġustifikat minħabba l-effetti tal-operazzjoni, l-appoġġ għal operazzjoni jista' jiġi estiż darba għal mhux iżjed minn sentejn jew darbtejn għal mhux iżjed minn sena għal kull estensjoni.
Artikolu 5
Spejjeż eliġibbli u regoli tar-rimborż għal operazzjonijiet ta' informazzjoni u promozzjoni
Soġġett għall-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-Artikoli 6 u 9 ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiffissaw regoli li jistabbilixxu l-azzjonijiet eliġibbli u l-ispejjeż eliġibbli rispettivi tagħhom. Dawk ir-regoli għandhom jitfasslu b'mod li jkun żgurat li l-għanijiet tal-iskemi stabbiliti fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jintlaħqu.
Dawn ir-regoli għandhom jipprovdu b'mod partikolari għall-ħlas jew fuq il-bażi ta' skali standard ta' spejjeż għal kull unità kkalkulati skont l-Artikolu 24 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1150 jew fuq il-bażi tad-dokumenti ta' appoġġ li jridu jiġu sottomessi mill-benefiċjarji.
Artikolu 6
Operazzjonijiet eliġibbli
1. L-operazzjonijiet u l-azzjonijiet sottostanti tagħhom li għalihom huwa applikat l-appoġġ imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jikkonsistu minn informazzjoni għall-konsumaturi fl-Istati Membri dwar il-konsum responsabbli tal-inbid u r-riskju assoċjat mal-konsum tal-alkoħol li jikkawża ħsara u mill-iskema tal-Unjoni għad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti fir-rigward tal-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn tal-inbid minħabba l-ambjent ġeografiku jew l-oriġini partikolari tiegħu.
2. L-attivitajiet ta' informazzjoni li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1 jistgħu jitwettqu permezz ta' kampanji ta' informazzjoni u permezz ta' parteċipazzjoni f'avvenimenti, fieri u wirjiet ta' importanza f'livell nazzjonali jew tal-Unjoni.
3. L-informazzjoni li tiġi mxerrda għandha tkun ibbażata fuq il-kwalitajiet intrinsiċi tal-inbid jew fuq il-karatteristiċi tiegħu, u ma għandhiex tkun orjentata favur xi marki kummerċjali u lanqas ma għandha tħajjar il-konsum tal-inbid fuq il-bażi tal-oriġini speċifiku tiegħu. Madankollu, l-oriġini tal-inbid tista' tkun indikata bħala parti mill-attività ta' informazzjoni.
4. L-informazzjoni kollha dwar l-effetti tal-konsum tal-inbid fuq is-saħħa u l-imġiba għandha tkun ibbażata fuq dejta xjentifika aċċettata b'mod ġenerali u għandha tkun kompatibbli mal-approċċ tal-awtorità nazzjonali responsabbli mis-saħħa pubblika fl-Istat Membru fejn jitwettqu l-operazzjonijiet.
Artikolu 7
Kriterji ta' eliġibbiltà
L-Istati Membri għandhom jeżaminaw applikazzjoni skont il-kriterji li ġejjin:
(a) |
l-operazzjonijiet u l-azzjonijiet sottostanti tagħhom huma definiti b'mod ċar, u jiddeskrivu l-attivitajiet ta' informazzjoni u jinkludu stima tal-kostijiet; |
(b) |
l-assigurazzjoni li l-ispejjeż proposti tal-operazzjoni ma jaqbżux ir-rati normali tas-suq; |
(c) |
l-assigurazzjoni li l-benefiċjarji għandhom aċċess għal riżorsi tekniċi u finanzjarji biżżejjed biex jiżguraw li l-operazzjoni tiġi implimentata b'mod effettiv; |
(d) |
il-konsistenza mal-istrateġiji proposti u l-għanijiet stabbiliti u l-impatti u s-suċċess probabbli fis-sensibilizzazzjoni tal-konsumatur dwar il-konsum responsabbli tal-inbid u r-riskju assoċjat mal-konsum tal-alkoħol li jikkawża ħsara jew dwar is-sistema tal-Unjoni tad-denominazzjoni protetta ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti. |
Artikolu 8
Kriterji ta' prijorità
1. Wara li jeżaminaw l-applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jagħtu preferenza lill-operazzjonijiet li:
(a) |
jikkonċernaw kemm il-konsum responsabbli tal-inbid kif ukoll is-sistemi tal-Unjoni li jkopru d-denominazzjonijiet protetti ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti; |
(b) |
li jikkonċernaw diversi Stati Membri; |
(c) |
li jikkonċernaw diversi reġjuni amministrattivi jew tal-inbid; |
(d) |
li jikkonċernaw diversi denominazzjonijiet tal-oriġini protetti jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti tal-Unjoni. |
2. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kriterji oħrajn ta' prijorità billi jindikawhom fil-programm ta' appoġġ. Kriterji ta' prijorità oħrajn bħal dawn għandhom ikunu bbażati fuq l-istrateġija u l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-programm ta' appoġġ u għandhom ikunu oġġettivi u nondiskriminatorji.
Artikolu 9
Operazzjonijiet eliġibbli
L-operazzjonijiet u l-azzjonijiet sottostanti li għalihom huwa applikat l-appoġġ imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu konsistenti mal-promozzjoni tal-inbejjed tal-Unjoni fi swieq ta' pajjiżi terzi sakemm:
(a) |
il-prodotti jkunu maħsubin għal konsum dirett u opportunitajiet ta' esportazzjoni, jew potenzjalment ikunu jeżistu għalihom postijiet ta' bejgħ fi swieq ġodda fil-pajjiżi terzi mmirati; |
(b) |
l-oriġini tal-prodott ikun indikat bħala parti minn operazzjoni ta' informazzjoni jew promozzjoni fil-każ ta' nbid b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta; |
(c) |
l-operazzjoni appoġġjata tkun definita b'mod ċar, inkluża l-ispeċifikazzjoni ta' liema prodotti jkunu jistgħu jitqiesu, l-azzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni u l-istima tal-kostijiet; |
(d) |
il-messaġġi tal-informazzjoni jew tal-promozzjoni jkunu msejsa fuq il-kwalitajiet intrinsiċi tal-inbid, u jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-pajjiżi terzi li fihom ikunu mmirati. |
Artikolu 10
Kriterji ta' eliġibbiltà
L-Istati Membri għandhom jeżaminaw applikazzjoni skont il-kriterji li ġejjin:
(a) |
l-operazzjonijiet u l-azzjonijiet sottostanti tagħhom huma definiti b'mod ċar, u jiddeskrivu l-attivitajiet ta' informazjzoni u jinkludu l-istima tal-kostijiet; |
(b) |
l-assigurazzjoni li l-ispejjeż proposti tal-operazzjoni ma jaqbżux ir-rati normali tas-suq; |
(c) |
l-assigurazzjoni li l-benefiċjarji għandhom aċċess għal biżżejjed kapaċità teknika biex jiffaċċjaw il-limitazzjonijiet speċifiċi tal-kummerċ ma' pajjiżi terzi u jkollhom riżorsi biżżejjed biex jiżguraw li l-operazzjoni tkun implimentata b'mod effettiv kemm jista' jkun; |
(d) |
evidenza sottomessa mill-benefiċjarji li se jkunu disponibbli prodotti biżżejjed fir-rigward ta' kwalità u kwantità biex ikun żgurat li d-domanda tas-suq tintlaqa' għal tul ta' żmien wara l-operazzjoni ta' promozzjoni; |
(e) |
il-konsistenza bejn l-istrateġiji proposti u l-għanijiet stabbiliti u l-impatt u s-suċċess potenzjali li għalihom twassal żieda fid-domanda għall-prodotti konċernati. |
Artikolu 11
Kriterji ta' prijorità
1. Wara li jeżaminaw l-applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jagħtu preferenza lil:
(a) |
benefiċjarji ġodda li ma rċevewx l-appoġġ imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fil-passat; |
(b) |
benefiċjarji li jimmiraw pajjiż terz ġdid jew suq ta' pajjiż terz ġdid li għalihom ma rċevewx l-appoġġ imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fil-passat. |
2. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kriterji oħrajn ta' prijorità billi jindikawhom fil-programm ta' appoġġ. Kriterji ta' prijorità oħrajn bħal dawn għandhom ikunu bbażati fuq l-istrateġija u l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-programm ta' appoġġ u għandhom ikunu oġġettivi u nondiskriminatorji.
TAQSIMA 2
Ristrutturar u konverżjoni ta' vinji
Artikolu 12
Benefiċjarji
Il-benefiċjarji tal-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu produtturi tal-inbid kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 (8).
Artikolu 13
Kriterji ta' eliġibbiltà
L-Istati Membri għandhom jeżaminaw applikazzjoni skont il-kriterji li ġejjin:
(a) |
id-deskrizzjoni dettaljata tal-azzjonijiet proposti u l-iskadenzi proposti għall-implimentazzjoni tagħhom; |
(b) |
l-azzjonijiet li jridu jiġu implimentati f'kull sena finanzjarja u ż-żona kkonċernata minn kull operazzjoni. |
Artikolu 14
Spejjeż mhux eliġibbli
L-ispejjeż tal-azzjonijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli:
(a) |
il-ġestjoni ta' kuljum ta' vinja; |
(b) |
il-protezzjoni kontra ħsara minn annimali li jiġu kkaċċjati, għasafar jew silġ; |
(c) |
it-twaqqif ta' lqugħ kontra r-riħ u ħitan ta' protezzjoni kontra r-riħ; |
(d) |
toroq privati u liftijiet; |
(e) |
l-akkwist ta' vetturi agrikoli. |
Artikolu 15
Tħawwil mill-ġdid għal raġunijiet ta' saħħa jew fitosanitarji
1. It-tħawwil mill-ġdid ta' vinja wara qlugħ obbligatorju għal raġunijiet ta' saħħa jew fitosanitarji skont l-istruzzjoni ta' awtorità kompetenti ta' Stat Membru msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 46(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jkun eliġibbli għall-appoġġ sakemm l-Istat Membru:
(a) |
jikkomunika lill-Kummissjoni fil-qafas tas-sottomissjoni tal-programm nazzjonali ta' appoġġ jew tal-modifikazzjoni tiegħu, il-lista ta' organiżmi ta' ħsara koperti minn dik il-miżura kif ukoll sommarju ta' pjan strateġiku relatat stabbilit mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat; |
(b) |
huwa konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE (9). |
2. Matul sena finanzjarja speċifika, l-infiq għat-tħawwil mill-ġdid għal raġunijiet ta' saħħa jew fitosanitarji ma għandux jaqbeż il-15 % tal-infiq annwali totali fuq ristrutturar u konverżjoni ta' vinji fl-Istat Membru konċernat matul l-istess sena finanzjarja.
3. L-ispejjeż tal-qlugħ ta' vinji infettati u l-kumpens għat-telf tal-qligħ ma għandhomx jikkostitwixxu nfiq eliġibbli.
Artikolu 16
Kriterji ta' prijorità
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kriterji ta' prijorità billi jindikawhom fil-programm ta' appoġġ. Kriterji ta' prijorità bħal dawn għandhom ikunu bbażati fuq l-istrateġija u l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-programm ta' appoġġ u għandhom ikunu oġġettivi u nondiskriminatorji.
TAQSIMA 3
Ħsad bikri
Artikolu 17
Benefiċjarji
Il-benefiċjarji tal-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu produtturi tal-inbid kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009.
Artikolu 18
Kundizzjonijiet għall-funzjonament tajjeb
Għall-finijiet tal-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jadottaw regoli biex ikun żgurat li ż-żoni konċernati jinżammu f'kundizzjonijiet veġetattivi tajbin u li ebda impatt negattiv fuq l-ambjent, u ebda konsegwenza fitosanitarja, ma jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-miżura msemmija f'dak l-Artikolu u biex ikun żgurat li jkun possibbli li ssir verifika li l-operazzjonijiet u l-azzjonijiet jitwettqu b'mod korrett.
Fir-rigward ta' dawn l-għanijiet, l-Istati Membri jistgħu japplikaw restrizzjonijiet għall-miżura abbażi ta' kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, inkluż iż-żmien meta jitkabbru varjetajiet differenti, riskji ambjentali jew fitosanitarji jew il-metodu li jintuża biex titwettaq il-miżura.
L-Istati Membri jistgħu jadottaw kundizzjonijiet oħrajn għall-funzjonament tajjeb tal-miżura msemmija fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Artikolu 19
Kriterji ta' eliġibbiltà
L-Istati Membri għandhom jeżaminaw applikazzjoni fuq il-bażi tad-dettalji dwar iż-żona konċernata, ir-rendiment medju, il-metodu ta' ħsad bikri li jkun se jintuża, kif ukoll il-varjetà ta' għeneb u t-tip ta' nbid prodott minnha.
Artikolu 20
Azzjonijiet mhux eliġibbli
1. F'każ ta' ħsara totali jew parzjali lil għelejjel minħabba, b'mod partikolari, diżastru naturali skont it-tifsira tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 (10) jew avveniment klimatiku avvers li jista' jiġi assimilat għal diżastru naturali skont it-tifsira tal-Artikolu 2(16) ta' dak ir-Regolament, qabel id-data tal-ħsad bikri, m'għandu jingħata l-ebda appoġġ għall-ħsad bikri.
2. F'każ ta' ħsara totali jew parzjali li sseħħ bejn il-ħlas għall-appoġġ tal-ħsad bikri u l-perjodu tal-ħsad, jista' ma jingħata l-ebda kumpens finanzjarju mill-assigurazzjoni tal-ħsad għal telf ta' dħul finanzjarju għaż-żona li tkun diġà ngħatat appoġġ.
Artikolu 21
Ħsad bikri f'roqgħat raba' għall-produzzjoni tal-inbejjed b'indikazzjonijiet ġeografiċi
Iż-żona ta' kull roqgħa raba' li tingħata appoġġ għal ħsad bikri ma għandhiex tingħadd meta jiġu kkalkulati l-limiti ta' rendiment stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta' nbejjed b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta.
Artikolu 22
It-tul taż-żmien tal-appoġġ
Sabiex ikun eliġibbli għall-appoġġ, il-ħsad bikri m'għandux ikun applikat fuq l-istess roqgħa għal sentejn konsekuttivi.
Artikolu 23
Kriterji ta' prijorità
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kriterji ta' prijorità billi jindikawhom fil-programm ta' appoġġ. Kriterji ta' prijorità bħal dawn għandhom ikunu bbażati fuq l-istrateġija u l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-programm ta' appoġġ u għandhom ikunu oġġettivi u nondiskriminatorji.
TAQSIMA 4
Fondi mutwi
Artikolu 24
Benefiċjarji
Il-benefiċjarji tal-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu produtturi tal-inbid kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 jew produtturi tal-prodotti msemmija fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Artikolu 25
Il-kundizzjonijiet għall-appoġġ
1. Fejn l-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jintuża għall-finanzjament tal-ispiża amministrattiva biex jiġu stabbiliti fondi mutwi, dan għandu jkun limitat għall-proporzjon li ġej tal-kontribuzzjoni tal-produtturi għall-fond reċiproku fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet sena ta' implimentazzjoni tiegħu: 10 %, 8 % u 4 %.
2. L-Istati Membri jistgħu jiffissaw l-ogħla limiti għall-ammonti ta' appoġġ li jista' jkun riċevut għall-finanzjament tal-ispejjeż amministrattivi għat-twaqqif ta' fondi mutwi.
Artikolu 26
It-tul taż-żmien tal-appoġġ
Dan il-perjodu ta' appoġġ ma għandux jaqbeż it-tliet snin.
TAQSIMA 5
Assigurazzjoni tal-ħsad
Artikolu 27
Benefiċjarji
1. Il-benefiċjarji tal-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu produtturi tal-inbid kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009.
2. Produtturi tal-inbid li japplikaw għall-appoġġ għandhom jagħmlu l-polza tal-assigurazzjoni tagħhom disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali biex jippermettu lill-Istati Membri jkunu konformi mal-kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 49(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Artikolu 28
Ħlasijiet lill-benefiċjarji
1. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jħallsu l-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 permezz ta' kumpaniji ta' assigurazzjoni li jaġixxu bħala intermedjarji, bil-kundizzjoni li:
(a) |
il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 49(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jiġu rispettati; |
(b) |
l-ammont tal-appoġġ ikun trasferit kollu lill-produttur; |
(c) |
il-kumpanija ta' assigurazzjoni tħallas l-appoġġ lill-produttur jew bil-quddiem, permezz ta' tnaqqis tal-primjum tal-assigurazzjoni, jew permezz ta' trasferiment bankarju jew postali fi żmien ħmistax-il jum wara li tirċievi l-ħlas mingħand l-Istat Membru. |
2. L-użu ta' intermedjarji għandu jkun wieħed li ma jġibx distorsjoni tal-kundizzjonijiet kompetittivi fis-suq tal-assigurazzjoni.
Artikolu 29
Kundizzjonijiet għall-funzjonament tajjeb
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jadottaw kundizzjonijiet għall-funzjonament tajjeb tal-miżura msemmija f'dak l-Artikolu, li jinkludu dawk meħtieġa biex jiġi żgurat li l-appoġġ ma joħloqx distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq tal-assigurazzjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jiffissaw l-ogħla limiti għall-ammonti li jistgħu jiġu riċevuti għall-appoġġ biex ikunu rrispettati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. L-Istati Membri jistgħu jiffissaw il-livell abbażi tar-rati normali tas-suq u tas-suppożizzjonijiet standard dwar telf ta' dħul. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kalkoli:
(a) |
jinkludu biss elementi li jkunu verifikabbli; |
(b) |
ikunu bbażati fuq ċifri stabbiliti permezz tal-kompetenzi xierqa; |
(c) |
ikunu jindikaw biċ-ċar is-sors taċ-ċifri; |
(d) |
jikkunsidraw il-kundizzjoni ta' siti reġjonali jew lokali kif ikun xieraq. |
Artikolu 30
Użu ta' termini
Għall-finijiet tal-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, “diżastri naturali” tfisser diżastri naturali kif definit fl-Artikolu 2(9) tar-Regolament (UE) Nru 702/2014 u “avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jkunu assimilati ma' diżastru naturali” tfisser avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jkunu assimilati ma' diżastru naturali kif definit fl-Artikolu 2(16) ta' dak ir-Regolament.
Artikolu 31
Kriterji ta' prijorità
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kriterji ta' prijorità billi jindikawhom fil-programm ta' appoġġ. Kriterji ta' prijorità bħal dawn għandhom ikunu bbażati fuq l-istrateġija u l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-programm ta' appoġġ u għandhom ikunu oġġettivi u nondiskriminatorji.
TAQSIMA 6
Investimenti
Artikolu 32
Benefiċjarji
Il-benefiċjarji tal-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu intrapriżi tal-inbid li jipproduċu jew jikkumerċjalizzaw il-prodotti msemmija fil-Parti II tal-Anness VII ta' dak ir-Regolament, organizzazzjonijiet ta' produtturi tal-inbid, assoċjazzjonijiet ta' żewġ produtturi jew iżjed jew organizzazzjonijiet interprofessjonali.
Artikolu 33
Azzjonijiet eliġibbli u spejjeż eliġibbli
1. Huma biss l-ispejjeż tal-azzjonijiet li ġejjin li għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ:
(a) |
il-kostruzzjoni, l-akkwiżizzjoni, il-lokazzjoni jew it-titjib tal-proprjetà immobbli; |
(b) |
ix-xiri jew il-lokazzjoni b'opzjoni ta' xiri ta' makkinarju u tagħmir ġdid sal-valur fis-suq tal-assi; |
(c) |
l-ispejjeż ġenerali b'rabta ma' nfiq imsemmi fil-punti (a) u (b), b'mod partikolari t-tariffi ta' arkitetti, inġiniera u għall-konsulenza, kif ukoll spejjeż relatati ma' studji ta' fattibbiltà; |
(d) |
l-akkwist jew l-iżvilupp ta' softwer tal-kompjuter u l-akkwiżizzjoni ta' privattivi, liċenzji u drittijiet tal-awtur u r-reġistrazzjoni ta' marki kollettivi. |
L-istudji ta' fattibbiltà msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom jibqgħu jitqiesu bħala nfiq eliġibbli anke meta, abbażi tar-riżultati tagħhom, ma jsir l-ebda nfiq skont il-punti (a) u (b) ta' dak is-subparagrafu.
2. Spejjeż oħrajn b'rabta ma' kuntratt ta' lokazzjoni minbarra dawk imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, b'mod partikolari l-marġni tal-lokatur, spejjeż ta' ffinanzjar mill-ġdid ta' imgħaxijiet, spejjeż indiretti u ħlasijiet ta' assigurazzjoni, m'għandhomx jitqiesu bħala spejjeż eliġibbli.
3. B'deroga mill-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, għal intrapriżi mikro, żgħar u medji skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (11), l-Istati Membri jistgħu, f'każijiet sustanzjati kif imiss mill-programm ta' appoġġ tagħhom, jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li bihom ix-xiri ta' tagħmir użat jista' jitqies bħala nfiq eliġibbli.
4. Investimenti ta' sostituzzjoni sempliċi ma għandhomx jikkostitwixxu spejjeż eliġibbli.
Artikolu 34
Kompatibbiltà u konsistenza
Ma għandux jingħata appoġġ skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għal operazzjonijiet tas-suq li jkunu rċevew appoġġ skont l-Artikolu 45 ta' dak ir-Regolament.
Artikolu 35
Kriterji ta' eliġibbiltà
L-Istati Membri għandhom jeżaminaw applikazzjoni skont il-kriterji li ġejjin:
(a) |
l-operazzjonijiet u l-azzjonijiet sottostanti tagħhom għandhom ikunu definiti b'mod ċar, għandhom jiddeskrivu l-azzjonijiet ta' investiment u għandhom jinkludu l-istima tal-kostijiet; |
(b) |
għandu jkun hemm assigurazzjoni li l-ispejjeż proposti tal-operazzjoni ma jaqbżux ir-rati normali tas-suq; |
(c) |
għandu jkun hemm assigurazzjoni li l-benefiċjarji għandhom aċċess għal riżorsi tekniċi u finanzjarji biżżejjed biex jiżguraw li l-operazzjoni tiġi implimentata b'mod effettiv u li l-intrapriża li qed tapplika mhijiex f'diffikultà kif imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; |
(d) |
il-konsistenza bejn l-istrateġiji proposti u l-għanijiet stabbiliti u l-impatt u s-suċċess probabbli fit-titjib tal-prestazzjoni globali tal-faċilitajiet tal-ipproċessar jew tal-kummerċjalizzazzjoni u l-adattament tagħhom għad-domandi tas-suq, kif ukoll iż-żieda fil-kompetittività tagħhom. |
Artikolu 36
Kriterji ta' prijorità
1. Wara li jeżaminaw l-applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jagħtu preferenza lill-operazzjonijiet li probabbliment se jkollhom effetti pożittivi f'termini ta' ffrankar ta' enerġija, effiċjenza globali tal-enerġija u proċessi ambjentalment sostenibbli.
2. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kriterji oħrajn ta' prijorità billi jindikawhom fil-programm ta' appoġġ. Kriterji ta' prijorità oħrajn bħal dawn għandhom ikunu bbażati fuq l-istrateġija u l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-programm ta' appoġġ u għandhom ikunu oġġettivi u nondiskriminatorji.
TAQSIMA 7
Innovazzjoni fis-settur tal-inbid
Artikolu 37
Benefiċjarji
1. Il-benefiċjarji tal-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu intrapriżi tal-inbid li jipproduċu jew jikkumerċjalizzaw il-prodotti msemmija fil-Parti II tal-Anness VII ta' dak ir-Regolament, organizzazzjonijiet ta' produtturi tal-inbid u assoċjazzjonijiet temporanji jew permanenti ta' żewġ produtturi jew aktar.
2. Ċentri ta' riċerka u żvilupp jistgħu jipparteċipaw fl-operazzjoni segwita mill-benefiċjarji. Organizzazzjonijiet interprofessjonali jistgħu jkunu assoċjati mal-operazzjoni.
Artikolu 38
Azzjonijiet eliġibbli u spejjeż eliġibbli
1. L-operazzjonijiet u l-azzjonijiet sottostanti tagħhom li għalihom huwa applikat l-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu konsistenti mal-investimenti tanġibbli u intanġibbli inkluż it-trasferiment tal-għerf għall-iżvilupp li ġej:
(a) |
prodotti ġodda marbuta mas-settur tal-inbid jew mal-prodotti sekondarji tal-inbid; |
(b) |
proċessi u teknoloġiji ġodda meħtieġa għall-iżvilupp tal-prodotti tal-vinja; |
(c) |
investimenti oħrajn li jżidu l-valur fi kwalunkwe stadju tal-katina tal-provvista. |
2. L-ispejjeż eliġibbli għandhom jinkludu dawk fir-rigward ta' proġetti pilota, azzjonijiet preparatorji fil-forma ta' żvilupp ta' disinn, prodott, proċess jew teknoloġija u testijiet u kull investiment tanġibbli u/jew intanġibbli relatat magħhom, qabel l-użu tal-prodotti, il-proċessi u t-teknoloġiji li jkunu għadhom kemm ġew żviluppati għal skopijiet kummerċjali.
3. Investimenti ta' sostituzzjoni sempliċi ma għandhomx jikkostitwixxu spejjeż eliġibbli.
Artikolu 39
Kriterji ta' eliġibbiltà
L-Istati Membri għandhom jeżaminaw applikazzjoni skont il-kriterji li ġejjin:
(a) |
l-operazzjonijiet u l-azzjonijiet sottostanti tagħhom għandhom ikunu definiti b'mod ċar, għandhom jiddeskrivu l-azzjonijiet ta' investiment u għandhom jinkludu l-istima tal-kostijiet; |
(b) |
għandu jkun hemm assigurazzjoni li l-ispejjeż proposti tal-operazzjoni ma jaqbżux ir-rati normali tas-suq; |
(c) |
l-assigurazzjoni li l-benefiċjarji għandhom aċċess għal riżorsi tekniċi u finanzjarji biżżejjed biex jiżguraw li l-operazzjoni tiġi implimentata b'mod effettiv; |
(d) |
il-konsistenza bejn l-istrateġiji proposti u l-għanijiet stabbiliti u l-impatt u s-suċċess probabbli fit-titjib tal-prestazzjoni globali tal-faċilitajiet tal-ipproċessar jew tal-kummerċjalizzazzjoni u l-adattament tagħhom għad-domandi tas-suq, kif ukoll iż-żieda fil-kompetittività tagħhom. |
Artikolu 40
Kriterji ta' prijorità
1. Wara li jeżaminaw l-applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jagħtu preferenza lill-operazzjonijiet li:
(a) |
probabbliment se jkollhom effetti pożittivi f'termini ta' ffrankar ta' enerġija, effiċjenza globali fl-użu tal-enerġija u proċessi ambjentalment sostenibbli; |
(b) |
jinkludu element ta' trasferiment ta' għarfien; |
(c) |
jiżguraw il-parteċipazzjoni taċ-ċentri ta' riċerka u żvilupp. |
2. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kriterji oħrajn ta' prijorità billi jindikawhom fil-programm ta' appoġġ. Kriterji ta' prijorità oħrajn bħal dawn għandhom ikunu bbażati fuq l-istrateġija u l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-programm ta' appoġġ u għandhom ikunu oġġettivi u nondiskriminatorji.
TAQSIMA 8
Distillazzjoni ta' prodotti sekondarji
Artikolu 41
Benefiċjarji
Il-benefiċjarji tal-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu distillaturi ta' prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid.
L-Istati Membri rilevanti jistgħu jintroduċu sistema ta' ċertifikazzjoni volontarja tad-distillaturi skont proċedura li jistabbilixxu huma stess.
Artikolu 42
L-iskop tal-appoġġ
1. L-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jitħallas lid-distillaturi li jipproċessaw il-prodotti sekondarji kkonsenjati għal distillazzjoni f'alkoħol b'volum ta' qawwa alkoħolika ta' mill-inqas 92 %, maħsub biex jintuża esklussivament għal għanijiet relatati mal-industrija jew mal-enerġija.
L-ewwel subparagrafu ma għandux jipprevjeni l-ipproċessar ulterjuri tal-alkoħol miksub, li fuq il-bażi tiegħu l-ammont ta' appoġġ huwa kkalkulat skont l-Artikolu 18 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1150, sabiex jissodisfa r-rekwiżit tal-Artikolu 52(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 rigward l-użu esklussiv għal skopijiet industrijali jew ta' enerġija.
2. L-appoġġ rilevanti għandu jinkludi ammont maħsub bħala kumpens għall-ispejjeż tal-ġarr tal-prodotti kkonċernati, li għandhom ikunu ttrasferiti mingħand id-distillatur lill-produttur, jekk l-ispejjeż rilevanti jitħallsu minn dan tal-aħħar.
KAPITOLU III
REGOLI KOMUNI
Artikolu 43
Projbizzjoni ta' finanzjament doppju
L-Istati Membri għandhom jintroduċu kriterji ta' demarkazzjoni ċari fil-programmi ta' appoġġ nazzjonali tagħhom sabiex jiżguraw li ma jingħata l-ebda appoġġ taħt l-Artikoli 45, 46, 48, 49, 50 u 51 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 rispettivament, għal operazzjonijiet jew azzjonijiet li huma appoġġjati taħt kwalunkwe strument ieħor tal-Unjoni.
Artikolu 44
Spejjeż eliġibbli u regoli ta' rimborż għal ristrutturar u konverżjoni ta' vinji u ħsad bikri
1. L-Istati Membri għandhom jiffissaw regoli li jistabbilixxu l-operazzjonijiet jew l-azzjonijiet eliġibbli ta' ristrutturar u konverżjoni u ta' ħsad bikri jew l-ispejjeż eliġibbli rispettivi tagħhom. Dawk ir-regoli għandhom jitfasslu b'mod li jkun żgurat li l-għanijiet tal-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 46(1) u 47(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jintlaħqu.
Dawn ir-regoli għandhom, b'mod partikolari, jistipulaw li jsir ħlas tal-appoġġ jew fuq il-bażi ta' skali standard ta' spejjeż għal kull unità kkalkulati skont l-Artikolu 24 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1150 jew fuq il-bażi tal-evidenza dokumentata li trid tiġi sottomessa mill-benefiċjarji.
Fil-każ ta' dan tal-aħħar, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu livelli massimi ta' appoġġ b'parametri fissi għal kull azzjoni. Dawn il-livelli għandhom ikunu applikati għat-termini tal-applikazzjoni sabiex jiddeterminaw l-ammont massimu eliġibbli għal kull waħda mill-azzjonijiet li hija parti mill-operazzjoni li qed issir applikazzjoni għaliha. L-appoġġ mogħti għandu jkun ibbażat fuq l-ammont l-iżjed baxx tat-tnejn li jirriżultaw, jiġifieri l-ammont massimu eliġibbli u l-ammont li jirriżulta mill-evidenza dokumentata.
Il-livell massimu ta' appoġġ għandu jkun ibbażat fuq rati tas-suq normali.
Il-kalkolu tal-ispejjeż li jirriżultaw mill-evidenza dokumentata għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji, ir-regoli u l-metodi tal-kontabbiltà użati fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit il-benefiċjarju.
2. L-Istati Membri għandhom jiffissaw il-livell ta' kumpens għat-telf ta' dħul stipulat fl-Artikoli 46(4)(a) u 47(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 abbażi ta' suppożizzjonijiet standard ta' telf ta' dħul finanzjarju, soġġett għall-Artikoli 46(5) u 47(4) ta' dak ir-Regolament.
3. Jekk l-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità jkunu ddeterminati fuq il-bażi taż-żona miżrugħa, dik iż-żona għandha titkejjel skont l-Artikolu 44 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1150.
Artikolu 45
Kontribuzzjonijiet in natura għal ristrutturar u konverżjoni ta' vinji u ħsad bikri
1. Il-kontribuzzjonijiet in natura fil-forma ta' provvista ta' xogħol li għalihom ma sar l-ebda ħlas bil-flus appoġġjat minn fatturi jew dokument ta' valur probattiv ekwivalenti, jistgħu jkunu eliġibbli għall-appoġġ skont l-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 rispettivament, sakemm dak il-programm ta' appoġġ jipprovdi għal dan.
2. Għall-fini tal-kalkolu tal-ammont ta' appoġġ li jikkorrispondi għall-kontribuzzjonijiet in natura:
(a) |
dawk il-kontribuzzjonijiet in natura għandhom jiġu inklużi fl-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità kkalkulati skont l-Artikolu 24 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1150, fejn Stat Membru jagħżel li juża l-għażla ta' rimborż tal-ispejjeż simplifikata; jew |
(b) |
il-valur tax-xogħol ipprovdut huwa ddeterminat filwaqt li jiżdied iż-żmien iddedikat u r-rata ta' remunerazzjoni għal xogħol ekwivalenti fejn Stat Membru jagħżel il-ħlas tal-appoġġ għal operazzjonijiet ta' ristrutturar u ħsad bikri fuq il-bażi tal-evidenza dokumentata li trid tiġi sottomessa mill-benefiċjarji. |
3. Meta l-ammont ta' appoġġ li jikkorrispondi għall-kontribuzzjonijiet in natura huwa kkalkulat skont il-punt (b) tal-paragrafu 2, il-kriterji li ġejjin iridu jkunu sodisfatti:
(a) |
l-appoġġ imħallas għall-operazzjoni li jinkludi kontribuzzjonijiet in natura ma jaqbiżx in-nefqa totali eliġibbli, minbarra l-kontribuzzjonijiet in natura, fl-aħħar tal-operazzjoni; |
(b) |
il-valur attribwit lill-kontribuzzjonijiet in natura ma jaqbiżx l-ispejjeż aċċettati ġeneralment fis-suq inkwistjoni; |
(c) |
il-valur u t-twassil tal-kontribuzzjoni in natura jistgħu jiġu vvalutati u vverifikati b'mod indipendenti. |
Il-kriterju msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ma japplikax għall-operazzjonijiet appoġġjati skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li għandhom biss bħala spiża x-xogħol pprovdut bħala kontribuzzjoni in natura.
Artikolu 46
Eliġibbiltà tal-ispejjeż tal-personal
1. L-ispejjeż fuq il-persunal imħallsa mill-benefiċjarju tal-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew mill-benefiċjarju tal-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 51 ta' dak ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala eliġibbli għall-appoġġ jekk dawn jitħallsu fir-rigward tal-preparazzjoni, l-implimentazzjoni jew is-segwitu ta' dik l-operazzjoni appoġġjata partikolari, inkluż l-evalwazzjoni.
Spejjeż fuq il-persunal bħal dawn jinkludu, fost affarijiet oħra, l-ispejjeż fuq il-persunal ikkuntrattat mill-benefiċjarju speċifikament għall-operazzjoni ta' promozzjoni jew innovazzjoni u l-ispejjeż li jikkorrispondu għas-sehem tas-sigħat ta' xogħol investiti fl-operazzjoni ta' promozzjoni jew innovazzjoni mill-personal permanenti tal-benefiċjarju.
2. Il-benefiċjarju għandu jissottometti l-evidenza dokumentata li tistabbilixxi d-dettalji tax-xogħol tabilħaqq imwettaq fir-rigward tal-operazzjoni partikolari jew ta' kull azzjoni sottostanti, jekk rilevanti.
3. Sabiex jiġu ddeterminati l-ispejjeż tal-persunal relatati mal-implimentazzjoni ta' operazzjoni mill-personal permanenti tal-benefiċjarju, ir-rata fis-siegħa applikabbli għandha tkun ikkalkulata bid-diviżjoni tal-kostijiet ta' impjieg gross annwali ddokumentati l-aħħar tal-impjegati speċifiċi li ħaddmu fl-implimentazzjoni tal-operazzjoni b'1 720 siegħa.
Artikolu 47
Eliġibbiltà tal-ispejjeż amministrattivi
1. L-ispejjeż amministrattivi mħallsa mill-benefiċjarju tal-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew mill-benefiċjarju tal-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 51 ta' dak ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala eliġibbli għall-appoġġ jekk dawn jitħallsu fir-rigward tal-preparazzjoni, l-implimentazzjoni jew is-segwitu ta' dik l-operazzjoni appoġġjata partikolari jew azzjoni sottostanti.
Għall-finijiet tal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-ispejjeż tal-awditjar estern għandhom jitqiesu eliġibbli għall-appoġġ fejn tali awditjar jitwettaq minn korp estern indipendenti u kwalifikat.
2. L-ispejjeż amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu eliġibbli jekk dawn ma jaqbżux l-4 % tat-total tal-ispejjeż eliġibbli tal-implimentazzjoni tal-operazzjoni.
3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk l-ispejjeż amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1 humiex eliġibbli fuq il-bażi ta' ammont b'rata fissa jew tal-ispejjeż reali stabbiliti fuq il-bażi tal-evidenza dokumentata li trid tiġi sottomessa mill-benefiċjarji. Fil-każ tal-aħħar, il-kalkolu ta' dawk l-ispejjeż għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji, ir-regoli u l-metodi tal-kontabbiltà użati fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit il-benefiċjaru.
Artikolu 48
Eliġibbiltà tat-taxxa fuq il-valur miżjud
1. It-taxxa fuq il-valur miżjud ma għandhiex tkun eliġibbli għall-appoġġ, ħlief fejn din ma tistax tiġi rkuprata skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-VAT meta tkun imġarrba ġenwinament u definittivament mill-benefiċjarji għajr il-persuni mhux intaxxabbli msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (12).
2. Sabiex il-VAT li mhijiex rekuperabbli tkun eliġibbli, kontabilist iċċertifikat jew awditur statutorju tal-benefiċjarju jrid juri li l-ammont imħallas ma ġiex irkuprat u li dan iddaħħal fil-kontijiet tal-benefiċjaru bħala imposta.
Artikolu 49
Ħlasijiet bil-quddiem
L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li jkun hemm appoġġ għal operazzjoni partikolari jew għal kwalunkwe azzjoni unika koperta mill-applikazzjoni għal appoġġ skont l-Artikoli 45, 46, 50, 51 u 52 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li għandu jingħata bil-quddiem lill-benefiċjarji, sakemm il-benefiċjarju jkun iddepożita garanzija xierqa.
Artikolu 50
Esklużjoni
Ma għandu jingħata ebda appoġġ lil produtturi li jkunu qed iwettqu tħawwil illegali u jaħdmu żoni mħawwlin bil-vinji mingħajr l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikoli 85a u 85b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 rispettivament.
Artikolu 51
Notifiki
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-Kummissjoni bl-implimentazzjoni tal-programmi ta' appoġġ tagħhom, l-għajnuna mill-Istat mogħtija u l-appoġġ mogħti bil-quddiem lill-benefiċjarji skont il-kundizzjonijiet dettaljati stabbiliti fil-Kapitolu III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1150.
Jekk Stat Membru jonqos milli jagħmel notifika kif mitlub skont dan ir-Regolament jew jekk jagħmel notifika li tidher li ma tkunx korretta fid-dawl tal-fatti oġġettivi li jkollha f'idejha l-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista' tissospendi l-ħlasijiet kollha li jsiru kull xahar imsemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1306/2013 għas-setturi tal-inbid sa ma n-notifika ssir kif suppost.
KAPITOLU IV
ĠESTJONI FINANZJARJA
Artikolu 52
Ħlas lill-benefiċjarji
1. Il-ħlasijiet skont it-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom isiru fit-totalità tagħhom lill-benefiċjarji, mingħajr ħsara għall-Artikolu 28 ta' dan ir-Regolament.
2. Minkejja l-Artikolu 49, il-ħlasijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli preċedenti kif stipulat fl-Artikolu 54(1).
Artikolu 53
Bidliet fl-operazzjonijiet tal-benefiċjarji
1. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli dwar bidliet fl-operazzjonijiet sottomessi mill-benefiċjarji u approvati mill-awtoritajiet kompetenti.
Qabel is-sottomissjoni tat-talba għal ħlas finali, u fi kwalunkwe każ qabel il-kontroll fuq il-post qabel il-ħlas finali, benefiċjarju għandu jkun permess jissottometti bidliet għall-operazzjoni approvata fil-bidu sakemm dawn ma jostakolawx l-għanijiet tal-operazzjoni globali, huma ġġustifikati kif suppost, ikkommunikati fil-limiti ta' żmien stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali u approvati minnhom.
2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li bidliet żgħar fl-ammont approvat fil-bidu tal-appoġġ eliġibbli jiġu implimentati mingħajr l-approvazzjoni minn qabel, sakemm dawn ma jaffettwawx l-eliġibbiltà ta' kwalunkwe parti tal-operazzjoni u l-għanijiet globali tagħha.
B'mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jippermettu trasferimenti finanzjarji bejn l-azzjonijiet koperti minn operazzjoni diġà approvata sa massimu ta' 20 % tal-ammonti approvati fil-bidu għal kull azzjoni, sakemm l-ammont totali tal-appoġġ approvat għall-operazzjoni ma jinqabiżx.
Fil-programmi ta' appoġġ tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu provvediment għal bidliet żgħar oħrajn li jistgħu jiġu implimentati mingħajr approvazzjoni minn qabel.
Artikolu 54
Prinċipji ġenerali
1. Minkejja l-Artikolu 49, l-appoġġ għandu jitħallas ġaladarba jkun ġie aċċertat li jew operazzjoni komprensiva jew l-operazzjonijiet kollha individwali koperti mill-applikazzjoni għall-appoġġ, skont l-għażla li jagħmel l-Istat Membru għall-ġestjoni tal-miżura ta' appoġġ konċernata, jkunu ġew implimentati bis-sħiħ u soġġetti għal kontrolli amministrattivi u, fejn applikabbli, fil-post skont it-Taqsima 1 tal-Kapitolu IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1150.
2. Meta l-appoġġ normalment ikun jista' jitħallas biss wara l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet kollha, l-appoġġ għandu xorta waħda jitħallas għall-azzjonijiet singoli implimentati, jekk il-kontrolli juru li l-bqija tal-azzjonijiet ma setgħux jitwettqu minħabba force majeure jew ċirkustanzi eċċezzjonali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
3. Jekk mill-kontrolli jirriżulta li operazzjoni komprensiva koperta mill-applikazzjoni għall-appoġġ ma tkunx ġiet implimentata għal raġunijiet għajr force majeure jew ċirkustanzi eċċezzjonali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, u fejn l-appoġġ ikun tħallas wara azzjonijiet singoli li jkunu parti mill-operazzjoni komprensiva koperta mill-applikazzjoni għall-appoġġ, l-Istati Membri għandhom jirkupraw l-appoġġ li jkun tħallas.
F'każijiet bħal dawn, jekk ikun sar ħlas bil-quddiem, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw penali.
4. Il-paragrafi 1 u 3 ma għandhomx japplikaw fejn l-operazzjonijiet appoġġati skont l-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 rispettivament ma jiġux implimentati fuq is-superfiċje totali li għaliha jkun intalab l-appoġġ.
F'każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom iħallsu l-ammont li jikkorrispondi għall-parti tal-operazzjoni li tkun ġiet implimentata jew, fil-każ ta' ħlas bil-quddiem, jirkupraw l-ammont imħallas fir-rigward tal-parti li ma tkunx ġiet implimentata.
L-ammont tal-appoġġ għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi tad-differenza bejn iż-żona approvata wara l-kontrolli amministrattivi fuq l-applikazzjoni tal-appoġġ jew immodifikata skont l-Artikolu 53 ta' dan ir-Regolament u ż-żona fejn l-operazzjoni tkun ġiet implimentata tabilħaqq, u din għandha tiġi ddeterminata mill-kontrolli fuq il-post wara l-implimentazzjoni.
Meta d-differenza ma taqbiżx l-20 %, l-appoġġ għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi taż-żona ddeterminata mill-kontrolli fuq il-post wara l-implimentazzjoni.
Meta d-differenza taqbeż l-20 % iżda ma tkunx aktar minn 50 %, l-appoġġ għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi taż-żona ddeterminata mill-kontrolli fuq il-post wara l-implimentazzjoni u għandu jitnaqqas b'darbtejn id-differenza li tinstab.
Meta d-differenza taqbeż il-50 %, ma għandu jingħata l-ebda appoġġ għall-operazzjoni konċernata.
Artikolu 55
Skali standard tal-ispejjeż għal kull unità u l-metodi ta' kontroll
Għall-finijiet tal-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:
(a) |
jekk l-ammont tal-appoġġ huwa kkalkulat fuq il-bażi ta' skali standard ta' spejjeż għal kull unità bbażati fuq unità ta' kejl tal-wiċċ, l-ammont għandu jikkorrispondi għas-superfiċje attwali mkejla skont l-Artikolu 44 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1150; |
(b) |
jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li jikkalkulaw l-ammont tal-appoġġ fuq il-bażi tal-iskali standard tal-ispejjeż għal kull unità bbażati fuq unitajiet oħrajn ta' kejl jew fuq il-bażi tal-ispejjeż attwali li jirriżultaw mill-evidenza dokumentata sottomessa mill-benefiċjarji skont l-Artikolu 44(1) ta' dan ir-Regolament, dawn għandhom jistabbilixxu regoli dwar metodi ta' kontroll xierqa biex jistabbilixxu l-limitu attwali tal-implimentazzjoni tal-operazzjoni. |
Artikolu 56
Force majeure u ċirkostanzi ta' eċċezzjoni
Fejn, skont it-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew dan ir-Regolament, għandha tkun imposta sanzjoni, din m'għandhiex tkun imposta f'każijiet ta' force majeure jew f'ċirkustanzi eċċezzjonali u każijiet oħrajn kif stabbilit fl-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
KAPITOLU V
EMENDI U DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
Artikolu 57
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 555/2008
Ir-Regolament (KE) Nru 555/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
jitħassru l-Artikoli 2 sa 20c; |
(3) |
fl-Artikolu 23, jitħassar il-paragrafu 3; |
(4) |
jitħassru l-Artikoli 24 sa 37b; |
(5) |
jitħassar l-Artikolu 60; |
(6) |
jitħassru l-Artikoli 62, 63 u 64; |
(7) |
fl-Artikolu 65, jitħassru l-paragrafi 1 sa 4; |
(8) |
jitħassar l-Artikolu 66; |
(9) |
jitħassru l-Artikoli 75 sa 82; |
(10) |
jitħassru l-Artikoli 96 u 97; |
(11) |
jitħassru l-Annessi I sa VIIIc. |
Artikolu 58
Dispożizzjonijiet tranżitorji
1. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 555/2008 li huma mħassrin skont l-Artikolu 57 ta' dan ir-Regolament għandhom ikomplu japplikaw għal dawk l-operazzjonijiet li ġew sottomessi lill-awtoritajiet kompetenti qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet li għalihom ikomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 555/2008 skont il-paragrafu 1 huma identifikati b'mod ċar permezz tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll tagħhom.
Artikolu 59
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' April 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 tas-27 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward ta' programmi ta' appoġġ, kummerċ ma' pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur tal-inbid (ĠU L 170, 30.6.2008, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1150 tal-15 ta' April 2016 li jistabbilixxi r-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-każ ta' programmi nazzjonali ta' appoġġ fis-settur tal-inbid (Ara l-paġna 23 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
(7) Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 tas-26 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 f'dak li jirrigwarda r-reġistru tal-vinji, il-prospetti obbligatorji u l-istabbiliment ta' tagħrif għall-monitoraġġ tas-suq, id-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr tal-prodotti u r-reġistri li għandhom jinżammu fis-settur tal-vinji tal-inbid (ĠU L 128, 27.5.2009, p. 15).
(9) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1).
(10) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 tal-25 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara ċerti kategoriji ta' għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f'żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 193, 1.7.2014, p. 1).
(11) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/EC tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(12) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
15.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 190/23 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1150
tal-15 ta' April 2016
li jistabbilixxi r-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-każ ta' programmi nazzjonali ta' appoġġ fis-settur tal-inbid
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 54 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 62(2)(a) sa (d) u l-Artikolu 63(5)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (3). It-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fiha regoli dwar il-programmi nazzjonali ta' appoġġ fis-settur tal-inbid u tagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti delegati u ta' implimentazzjoni f'dan ir-rigward. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-programmi ta' appoġġ tal-inbid fil-qafas legali l-ġdid, għandhom jiġu adottati ċerti regoli permezz ta' tali atti. Dawn l-atti għandhom jissostitwixxu r-regoli ta' implimentazzjoni rilevanti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 (4), li huma mħassra mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1149 (5). |
(2) |
Għandu jkun hemm proċedura għas-sottomissjoni tal-programmi nazzjonali ta' appoġġ. Għandu jkun hemm ukoll proċedura biex isir tibdil fil-programmi ta' appoġġ, sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiġi notifikata bil-programmi aġġustati li jqisu kwalunkwe ċirkostanza ġdida li ma setgħetx tiġi prevista qabel. Kull tibdil bħal dan għandu jkun soġġett għal ċerti limiti u kundizzjonijiet biex ikun żgurat li l-programmi ta' appoġġ approvati jżommu l-għanijiet globali tagħhom u jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
(3) |
Għall-fini ta' konsistenza u l-ġestjoni bla xkiel tal-miżuri ta' appoġġ differenti, għandhom jiġu previsti regoli dwar il-kontenut u l-format minimu tal-programm ta' appoġġ. Skont l-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu l-iktar livell ġeografiku adegwat biex ifasslu l-programm ta' appoġġ. Peress li l-Istati Membri huma responsabbli mis-sottomissjoni tal-programm u mit-tibdil ta' dak il-programm, għandhom jiżguraw li l-programmi nazzjonali jikkonformaw mal-kontenut minimu u jistgħu jiġu sottomessi fl-iskadenzi mogħtija. |
(4) |
Il-kriterji li jirregolaw il-proċedura tal-applikazzjoni fl-Istati Membri għandhom jiġu stabbiliti bil-ħsieb li tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tal-miżuri u tal-iskrutinju ta' kull applikazzjoni għall-appoġġ f'kull programm ta' appoġġ u madwar l-Unjoni. |
(5) |
Sabiex jinbnew is-sinerġiji, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu kampanji ta' promozzjoni u informazzjoni konġunti. |
(6) |
L-Istati Membri jeħtieġu li jadottaw regoli dwar l-implimentazzjoni tal-miżura tal-ħsad bikri u dwar il-kalkolu tal-kumpens għall-benefiċjarji b'tali mod biex jiżguraw li l-appoġġ ma jsirx żblokk alternattiv permanenti għal prodotti meta mqabbel mat-tqegħid tagħhom fis-suq. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jiddeterminaw sa liema data jkunu jistgħu jitolbu lill-produtturi jlestu l-operazzjonijiet, b'tali mod li jkollhom żmien biżżejjed, fid-dawl tar-restrizzjonijiet u l-prossimità tal-perjodu tal-ħsad, biex il-kontrolli meħtieġa jitwettqu qabel il-ħlas u biex jiżguraw il-qerda totali jew it-tneħħija tal-għenieqed tal-għeneb waqt li jkunu għadhom fl-istadju immatur tagħhom, u b'hekk jeliminaw għalkollox il-produzzjoni tal-medda rilevanti. |
(7) |
Għall-fini ta' monitoraġġ tal-implimentazzjoni tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, id-dejta adegwata li tikkonċerna l-previżjoni u l-eżekuzzjoni tal-programmi ta' appoġġ trid titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni kull sena. F'dan il-kuntest, jeħtieġ li jkunu stabbiliti d-dettalji tal-informazzjoni li għandha tingħata għar-rapportar u l-evalwazzjoni ta' programmi ta' appoġġ sabiex tiġi vvalutata l-effiċjenza u l-effettività tagħhom. |
(8) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tissorvelja l-għajnuna mill-Istat u l-ħlasijiet bil-quddiem possibbli mogħtija lill-benefiċjarji għal operazzjonijiet implimentati taħt ċerti miżuri tal-programmi ta' appoġġ, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti d-dettalji tal-informazzjoni li l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni f'dan ir-rigward. Madankollu, għal raġunijiet ta' kosteffiċjenza, huwa xieraq li jiġi stabbilit limitu li bih l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-benefiċjarji mill-obbligu li jinnotifikaw annwalment l-informazzjoni dwar l-użu u l-bilanċ tal-ħlasijiet bil-quddiem riċevuti. |
(9) |
Għall-funzjonament kif suppost tal-miżuri ta' appoġġ, huwa xieraq li jiġi stabbilit li n-notifiki kollha mill-Istati Membri lill-Kummissjoni jsiru f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 792/2009 (6). Biex jiġi żgurat użu ġust u verifikabbli tal-baġit tal-Unjoni, nuqqas ta' konformità mal-obbligi tan-notifika għandu jkollu konsegwenzi finanzjarji. Ir-regoli ġenerali dwar id-dixxiplina tal-baġit, u b'mod partikolari dawk relatati ma' dikjarazzjonijiet inkompleti jew skorretti min-naħa tal-Istati Membri, għandhom japplikaw flimkien mar-regoli speċifiċi stabbiliti b'dan ir-Regolament. |
(10) |
Bi ħsieb li jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-miżuri kollha f'kull Stat Membru, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet rigward il-proċedura tal-għażla, inkluż l-applikazzjoni tal-kriteriji tal-eliġibbiltà u l-prijorità, kif ukoll il-metodoloġija għall-esklużjoni tal-applikazzjonijiet mhux eliġibbli jew applikazzjonijiet li ma jilħqux ċertu limitu, speċjalment fil-każ ta' limitazzjonijiet baġitarji. L-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jiddeterminaw il-ponderazzjoni li għandha tiġi attribwita għal kull kriterju ta' prijorità u jekk huwiex adegwat li jistabbilixxu limitu, anke jekk ikun hemm biżżejjed riżorsi baġitarji. |
(11) |
Fl-interess taċ-ċertezza legali, dan ir-Regolament għandu jipprovdi lill-Istati Membri b'qafas għall-applikazzjoni tar-rimborżi tal-ispejjeż simplifikati. Dan il-qafas għandu jinkludi regoli dwar il-kalkolu tal-iskali standard tal-kostijiet unitarji u tal-kontribuzzjonijiet in natura u dwar l-eżaminazzjoni mill-ġdid perjodika u l-aġġustament possibbli ta' dawn l-iskali standard. Dawn ir-regoli għandhom jiżguraw li l-iskali standard tal-kostijiet unitarji jiġu ikkalkulati oġġettivament u jinżammew aġġornati. |
(12) |
Sabiex jiġu protetti l-interessi tal-benefiċjarji, b'mod partikolari fejn iħallsu miżati biex iżommu sigurtà u bil-ħsieb ta' ġestjoni finanzjarja b'saħħitha, għandha tiġi stabbilita skadenza raġonevoli għall-verifika tat-talbiet għall-ħlas u għad-determinazzjoni tal-ammont ta' appoġġ attwali, li huwa prekondizzjoni għar-rilaxx tas-sigurtà f'każ ta' ħlas bil-quddiem. |
(13) |
Biex tiġi implimentata b'mod effettiv il-projbizzjoni dwar il-finanzjament doppju, għandha tiġi stabbilita sistema ta' kontroll effiċjenti biex jiġi żgurat li kwalunkwe azzjoni jew operazzjoni li hija ffinanzjata għal xi benefiċjarju mill-programmi ta' appoġġ, ma tkunx iffinanzjata wkoll b'xi Fond ieħor. |
(14) |
Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għar-riżoluzzjoni ta' każijiet ta' żbalji ovvji biex jiġi żgurat it-trattament ġust tal-produtturi. |
(15) |
Għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar il-kontrolli meħtieġa biex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tal-programmi ta' appoġġ u dwar il-multi xierqa applikabbli għal kwalunkwe irregolarità misjuba. Dawn ir-regoli għandhom ikopru kemm verifiki kif ukoll multi speċifiċi stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, kif ukoll verifiki u multi nazzjonali addizzjonali. Il-verifiki u l-penali għandhom ikunu dissważivi, effettivi u proporzjonati. |
(16) |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-effettività tax-xogħol tal-korpi responsabbli mill-verifiki li għandhom x'jaqsmu mal-miżuri ta' appoġġ fis-settur tal-inbid. Għal dan il-għan, għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet ġenerali fejn huma kompetenti diversi korpi u jaħtru korp responsabbli għal kollaborazzjoni bejniethom u mal-Kummissjoni. |
(17) |
Sabiex jagħmlu l-verifiki meħtieġa effettivi, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-persunal tal-korpi kompetenti jkollu setgħat ta' investigazzjoni adegwati biex tkun garantita l-konformità mar-regoli u li l-persuni soġġetti għall-verifiki ma jostakolawx it-twettiq ta' dawn il-verifiki. |
(18) |
Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat li l-ħlasijiet mhux dovuti jiġu rkuprati bl-interessi u li l-irregolaritajiet jiġu notifikati lill-Kummissjoni. |
(19) |
Rigward il-miżura tal-informazzjoni u l-promozzjoni, l-esperjenza uriet li n-numru ta' operazzjonijiet magħżula u li għandhom jiġu verifikati mill-awtoritajiet kompetenti qed jiżdied b'mod konsiderevoli, li jwassal għal piż amministrattiv importanti. Sabiex jiġu simplifikati dawn il-verifiki, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu sistema li tippermetti s-sottomissjoni taċ-ċertifikati tal-awditjar li jappoġġjaw it-talbiet għall-ħlas għal proġetti ikbar, sabiex il-verifiki amministrattivi u ta' fuq il-post li għandhom jitwettqu ikunu jistgħu jiġu bbażati fuq dawn iċ-ċertifikati. Barra minn hekk, għandu jiġi ċċarat li l-verifiki ta' fuq il-post m'hemmx bżonn li jitwettqu barra mill-pajjiż u li jistgħu jiġu limitati għall-verifika tal-kampjuni tad-dokumenti sottomessi jew elenkati fiċ-ċertifikati tal-awditjar kontra r-reġistri tal-kontabbiltà u fejn possibbli, dokumenti oħra ta' sostenn. |
(20) |
Fir-rigward tal-operazzjonijiet għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji, huwa xieraq li jiġu previsti kontrolli sistematiċi qabel u wara l-implimentazzjoni ta' kull operazzjoni waħdanija u li jiġi stabbilit meta u taħt liema kundizzjonijiet għandhom jitwettqu dawn il-verifiki permezz tat-telerilevament jew fuq bażi tal-ikkampjunar. |
(21) |
Fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-ħsad bikri, għandha tiġi prevista verifika fuq il-post taż-żoni kkonċernati wara l-eżekuzzjoni, u dan b'mod sistematiku, sabiex jiġi żgurat li l-qerda totali jew it-tneħħija tal-għeneb tkun twettqet meta jkunu għadhom fl-istadju immatur tagħhom, u b'hekk il-produzzjoni tal-medda rilevanti tiġi eliminata għalkollox. Din il-verifika għandha tiżgura wkoll li r-rekwiżiti fitosanitarji u ambjentali jitħarsu kif xieraq. Fl-interess ta' implimentazzjoni effettiva, il-ħlas tal-kumpens għandu jsir wara li jkun ġie kkontrollat jekk sarx ħsad bikri u ma għandhomx jingħataw ħlasijiet bil-quddiem. |
(22) |
Biex tinħoloq bażi iktar uniformi għall-ħlasijiet tal-appoġġ fil-miżuri tar-ristrutturar u l-ħsad bikri, huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar il-kejl taż-żoni, b'mod partikolari biex jiġi determinat x'jikkorrispondi mal-erja mħawla bid-dwieli fejn l-appoġġ qiegħed jitħallas fuq il-bażi ta' skali standard ta' kostijiet unitarji abbażi tal-wiċċ. |
(23) |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-miżura ta' prodotti ta' distillazzjoni sekondarji, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jivverifikaw li jkunu tħarsu l-kundizzjonijiet u l-limiti għall-ħlas tal-appoġġ. |
(24) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
PROĊEDURA GĦAS-SOTTOMISSJONI U L-EMENDA TAL-PROGRAMMI TA' APPOĠĠ
Artikolu 1
Perjodu ta' programmazzjoni u n-notifika tal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti
1. L-abbozz ta' programm ta' appoġġ imsemmi fl-Artikolu 41(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jirreferi għall-ħames snin finanzjarji 2014-2018.
2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-leġiżlazzjoni tagħhom b'rabta mal-programmi ta' appoġġ imsemmija fil-paragrafu 1 ladarba tiġi adottata jew emendata.
Artikolu 2
Bidliet fil-programmi ta' appoġġ
1. Il-bidliet fir-rigward tal-programmi ta' appoġġ applikabbli kif imsemmi fl-Artikolu 41(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma għandhomx jiġu sottomessi iktar minn darbtejn kull sena finanzjarja, sal-1 ta' Marzu u t-30 ta' Ġunju ta' kull sena rispettivament.
Madankollu, dawn l-iskadenzi ma għandhomx japplikaw f'każ ta' miżuri ta' emerġenza minħabba diżastri naturali fit-tifsira tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 702/2014 (7) jew avveniment klimatiku ħażin li jista' jiġi assimilat ma' diżastru naturali fit-tifsira tal-Artikolu 2(16) ta' dan ir-Regolament jew ċirkostanzi eċċezzjonali oħra.
2. Il-bidliet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu indikati fil-programm ta' appoġġ li għandu jintbagħat lill-Kummissjoni bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness I u għandu jinkludi:
(a) |
ir-raġunijiet għall-bidliet proposti; |
(b) |
verżjoni aġġornata tat-tabella finanzjarja permezz tal-mudell stabbilit fl-Anness II fejn il-bidliet fil-programm ta' appoġġ jinvolvu reviżjoni tal-allokazzjoni finanzjarja. |
Artikolu 3
Kontenut tal-programmi ta' appoġġ
Programm ta' appoġġ għandu jinkludi:
(a) |
għal kull waħda mill-miżuri speċifiċi ta' appoġġ stabbiliti fl-Artikoli 45 sa 52 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:
|
(b) |
ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet li jkunu saru; |
(c) |
l-istrateġija globali; |
(d) |
evalwazzjoni li turi l-impatt tekniku, ekonomiku, ambjentali u soċjali mistenni; |
(e) |
skeda għall-implimentazzjoni tal-miżuri; |
(f) |
tabella tal-finanzjament ġenerali kif stabbilita fl-Anness II għal dan ir-Regolament; |
(g) |
il-kriterji u indikaturi kwantitattivi oħra li għandhom jintużaw għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni; |
(h) |
il-passi meħudin biex ikun żgurat li l-programm ikun implimentati kif xieraq u b'mod effettiv; |
(i) |
l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet u l-korpi kompetenti responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm; |
(j) |
is-sit web fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali relatata mal-programm ta' appoġġ huwa disponibbli pubblikament. |
KAPITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR MIŻURI TA' APPOĠĠ SPEĊIFIĊI
TAQSIMA 1
Promozzjoni
Artikolu 4
Proċedura ta' applikazzjoni
1. Għall-appoġġ imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-proċedura tal-applikazzjoni u l-proċedura għall-estensjoni possibbli tal-appoġġ, kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149, li għandu jinkludi regoli dwar:
(a) |
il-persuni ġuridiċi li jistgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(b) |
is-sottomissjoni u l-għażla tal-applikazzjonijiet, li għandhom jinkludu tal-inqas l-iskadenzi għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, għall-eżaminazzjoni tagħhom u għan-notifika tar-riżultati tal-proċedura tal-għażla għall-operaturi; |
(c) |
il-verifika tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-operazzjonijiet eliġibbli rilevanti, il-kriterji tal-eliġibbiltà, il-kriterji ta' prijorità u kriterji oġġettivi oħra stabbiliti fis-Subtaqsima 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(d) |
l-għażla tal-applikazzjonijiet, li mill-inqas għandha tinkludi l-ponderazzjoni attribwita għal kull kriterju ta' prijorità; |
(e) |
il-konklużjoni tal-kuntratti inkluż forom standard possibbli; |
(f) |
arranġamenti għall-ħlas tal-ħlasijiet bil-quddiem u l-għoti ta' titoli ta' sigurtà; |
(g) |
l-evalwazzjoni ta' kwalunkwe operazzjoni appoġġjata fuq il-bażi ta' indikaturi xierqa. |
2. F'każ ta' estensjoni tal-appoġġ f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149, ir-riżultati tal-operazzjoni appoġġjata għandhom jiġu evalwati qabel l-estensjoni u jitqiesu fid-deċiżjoni tal-estensjoni.
3. Il-benefiċjarji li għandhom il-ħsieb li jipproduċu ċertifikati dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji biex jakkumpanjaw it-talbiet għall-ħlasijiet tagħhom f'konformità mal-Artikolu 41 għandhom jikkomunikaw l-intenzjoni tagħhom lill-awtorità kompetenti fil-mument tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni tagħhom.
Artikolu 5
Proċedura ta' applikazzjoni
1. Għall-appoġġ imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-proċedura tal-applikazzjoni u l-proċedura għall-estensjoni possibbli tal-appoġġ, kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149, li għandu jinkludi regoli dwar:
(a) |
il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jistgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(b) |
is-sottomissjoni u l-għażla tal-applikazzjonijiet, li għandhom jinkludu tal-inqas l-iskadenzi għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, għall-eżaminazzjoni tagħhom u għan-notifika tar-riżultati tal-proċedura tal-għażla għall-operaturi; |
(c) |
il-verifika tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-operazzjonijiet eliġibbli rilevanti, il-kriterji tal-eliġibbiltà, il-kriterji ta' prijorità u kriterji oġġettivi oħra stabbiliti fis-Subtaqsima 3 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(d) |
il-prodotti kkonċernati u l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, id-dispożizzjonijiet nazzjonali u l-ispeċifikazzjoni rilevanti; |
(e) |
l-għażla tal-applikazzjonijiet, li mill-inqas għandha tinkludi l-ponderazzjoni attribwita għal kull kriterju ta' prijorità; |
(f) |
il-konklużjoni tal-kuntratti, inkluż forom standard possibbli; |
(e) |
arranġamenti għall-ħlas tal-ħlasijiet bil-quddiem u l-għoti ta' titoli ta' sigurtà; |
(h) |
l-evalwazzjoni ta' kwalunkwe operazzjoni appoġġjata fuq il-bażi ta' indikaturi xierqa. |
2. F'każ ta' estensjoni tal-appoġġ f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149, ir-riżultati tal-operazzjoni appoġġjata għandhom jiġu evalwati qabel l-estensjoni tal-appoġġ u jitqiesu fid-deċiżjoni tal-estensjoni.
3. Il-benefiċjarji li għandhom il-ħsieb li jipproduċu ċertifikati dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji biex jakkumpanjaw it-talbiet għall-ħlasijiet tagħhom f'konformità mal-Artikolu 41 għandhom jikkomunikaw l-intenzjoni tagħhom lill-awtorità kompetenti fil-mument tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni tagħhom.
Artikolu 6
Operazzjoni ta' promozzjoni konġunta
Żewġ Stati Membri jew iktar jistgħu jiddeċiedu li jagħżlu operazzjoni ta' informazzjoni jew promozzjoni konġunta. Dawn jimpenjaw ruħhom li jikkontribwixxu għall-iffinanzjar u jaqblu dwar proċeduri ta' kollaborazzjoni amministrattiva biex jiffaċilitaw il-monitoraġġ, l-implimentazzjoni u l-verifika tal-operazzjoni tal-operazzjoni konġunta.
TAQSIMA 2
Ristrutturar u konverżjoni ta' vinji
Artikolu 7
Proċedura ta' applikazzjoni
1. Għall-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-proċedura tal-applikazzjoni, li għandha tinkludi regoli dwar:
(a) |
il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jistgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(b) |
il-kontenut tal-applikazzjoni; |
(c) |
is-sottomissjoni u l-għażla tal-applikazzjonijiet, li għandhom jinkludu tal-inqas l-iskadenzi għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, għall-eżaminazzjoni tal-adegwatezza ta' kull azzjoni proposta u għan-notifika tar-riżultati tal-proċedura tal-għażla għall-operaturi; |
(d) |
il-proċeduri biex tiġi żgurata l-eliġibbiltà tal-applikazzjoni u l-konsistenza tagħha mar-regoli u s-sistema ta' kontroll stabbiliti għall-iskema tal-awtorizzazzjonijiet tat-taħwil tad-dwieli, f'konformità mal-Artikoli 66 u 68 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; |
(e) |
il-verifika tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-kriterji tal-eliġibbiltà, l-ispejjeż ineliġibbli, il-kriterji ta' prijorità u kriterji oġġettivi oħra stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(f) |
l-għażla tal-applikazzjonijiet, li mill-inqas għandha tinkludi l-ponderazzjoni attribwita għal kull kriterju ta' prijorità, fejn jiġu applikati l-kriterji ta' prijorità; |
(g) |
arranġamenti għall-ħlas tal-ħlasijiet bil-quddiem u l-għoti ta' titoli ta' sigurtà. |
2. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu d-daqs minimu tal-erja li tkun tista' tikkwalifika għall-appoġġ għar-ristrutturar u l-konverżjoni, u d-daqs minimu tal-erja li jirriżulta mir-ristrutturar u l-konverżjoni u kull deroga minn dan ir-rekwiżit li għandha tkun iġġustifikata kif xieraq u bbażata fuq kriterji oġġettivi.
TAQSIMA 3
Ħsad bikri
Artikolu 8
L-applikazzjoni tal-miżura ta' appoġġ
Għall-fini tal-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom:
(a) |
jadottaw dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-miżura ta' appoġġ, li għandhom jinkludu:
|
(b) |
jistabbilixxu l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-appoġġ għal ħsad bikri bejn il-15 ta' April u l-10 ta' Ġunju ta' kull sena; |
(c) |
sal-10 ta' Ġunju ta' kull sena jistabbilixxu sitwazzjoni tas-suq mistennija li tiġġustifika l-applikazzjoni tal-ħsad bikri biex jitreġġa' lura l-bilanċ tas-suq u tiġi evitata l-kriżi u l-iskadenza għat-twettiq tal-operazzjoni tal-ħsad bikri kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 43(1) ta' dan ir-Regolament; |
(d) |
kull sena jistabbilixxu skadenza f'data wara l-istabbiliment tas-sitwazzjoni tas-suq mistennija kif previst fil-punt (c) għat-twettiq tal-operazzjonijiet tal-ħsad bikri, f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
Artikolu 9
Kalkolu tal-kumpens
1. Kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkalkulaw l-ispejjeż diretti tal-ħsad bikri skont il-metodi differenti (manwali, mekkaniċi u kimiċi) li jikkunsidraw bħala eliġibbli għall-iskopijiet tal-kundizzjonijiet adottati minnhom skont l-Artikolu 18 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149.
F'każ li jintuża iktar minn metodu wieħed ta' ħsad bikri fl-istess medda partikolari, il-kumpens għandu jkun ibbażat fuq l-irħas metodu.
2. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu t-telf ta' dħul finanzjarju ikkawżat mill-ħsad bikri fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, billi jqisu l-iffrankar tal-ispejjeż.
Artikolu 10
Proċedura ta' applikazzjoni
1. Għall-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-proċedura tal-applikazzjoni, li għandha tinkludi regoli dwar:
(a) |
il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jistgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(b) |
il-kumpens applikabbli għall-produttur ikkonċernat; |
(c) |
il-kontenut tal-applikazzjoni; |
(d) |
is-sottomissjoni u l-għażla tal-applikazzjonijiet, li għandhom jinkludu mill-inqas l-iskadenzi għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, għall-eżaminazzjoni tal-adegwatezza ta' kull azzjoni proposta u għan-notifika tar-riżultati tal-proċedura tal-għażla għall-operaturi; |
(e) |
il-verifika tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet għall-funzjonament kif suppost, il-kriterji tal-eliġibbiltà, l-azzjonijiet ineliġibbli u kriterji oġġettivi oħra stabbiliti fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(f) |
l-għażla tal-applikazzjonijiet, li tal-inqas għandha tinkludi l-ponderazzjoni attribwita għal kull kriterju ta' prijorità, fejn jiġu applikati l-kriterji ta' prijorità. |
2. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li f'każ li l-applikazzjoni tiġi rtirata mingħajr raġuni ġustifikata tajjeb, il-produttur ikkonċernat għandu jġarrab l-ispejjeż li jkunu saru biex tiġi ttrattata l-applikazzjoni tiegħu.
TAQSIMA 4
Fondi reċiproki
Artikolu 11
L-applikazzjoni tal-miżura ta' appoġġ
Għall-fini tal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-miżura ta' appoġġ.
Artikolu 12
Proċedura ta' applikazzjoni
Għall-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-proċedura tal-applikazzjoni, li għandha tinkludi regoli dwar:
(a) |
il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jistgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(b) |
is-sottomissjoni u l-għażla tal-applikazzjonijiet, li għandhom jinkludu tal-inqas l-iskadenzi għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, għall-eżaminazzjoni tagħhom u għan-notifika tar-riżultati tal-proċedura tal-għażla għall-operaturi; |
(c) |
il-verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet għall-appoġġ u kriterji oġġettivi oħra stabbiliti fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(d) |
l-għażla tal-applikazzjonijiet, li tal-inqas għandha tinkludi l-ponderazzjoni attribwita għal kull kriterju ta' prijorità, fejn jiġu applikati l-kriterji ta' prijorità; |
(e) |
il-konklużjoni tal-kuntratti inkluż forom standard possibbli; |
TAQSIMA 5
Assigurazzjoni tal-ħsad
Artikolu 13
Proċedura ta' applikazzjoni
Għall-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-proċedura tal-applikazzjoni, li għandha tinkludi regoli dwar:
(a) |
il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jistgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(b) |
is-sottomissjoni u l-għażla tal-applikazzjonijiet, li għandhom jinkludu tal-inqas l-iskadenzi għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, għall-eżaminazzjoni tagħhom u għan-notifika tar-riżultati tal-proċedura tal-għażla għall-operaturi; |
(c) |
il-verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet għall-funzjonament kif suppost, adottati skont l-Artikolu 29 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149 u kriterji oġġettivi oħra stabbiliti fit-Taqsima 5 tal-Kapitolu II ta' dak ir-Regolament; |
(d) |
l-għażla tal-applikazzjonijiet, li mill-inqas għandha tinkludi l-ponderazzjoni attribwita għal kull kriterju ta' prijorità, fejn jiġu applikati l-kriterji ta' prijorità; |
(e) |
il-konklużjoni tal-kuntratti inkluż forom standard possibbli; |
(f) |
il-ħlasijiet lill-benefiċjarji, inkluż permezz tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni, f'konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149. |
TAQSIMA 6
Investimenti
Artikolu 14
Proċedura ta' applikazzjoni
Għall-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-proċedura tal-applikazzjoni, li għandha tinkludi regoli dwar:
(a) |
il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jistgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(b) |
is-sottomissjoni u l-għażla tal-applikazzjonijiet, li għandhom jinkludu mill-inqas l-iskadenzi għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, għall-eżaminazzjoni tal-adegwatezza ta' kull azzjoni proposta u għan-notifika tar-riżultati tal-proċedura tal-għażla għall-operaturi; |
(c) |
il-verifika tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-azzjonijiet u l-ispejjeż eliġibbli, il-kriterji tal-eliġibbiltà, il-kriterji ta' prijorità u kriterji oġġettivi oħra stabbiliti fit-Taqsima 6 tal-Kapitolu II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(d) |
l-għażla tal-applikazzjonijiet, li mill-inqas għandha tinkludi l-ponderazzjoni attribwita għal kull kriterju ta' prijorità; |
(e) |
arranġamenti għall-ħlasijiet bil-quddiem u l-provvista ta' titoli ta' sigurtà. |
TAQSIMA 7
Innovazzjoni fis-settur tal-inbid
Artikolu 15
Proċedura ta' applikazzjoni
Għall-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-proċedura tal-applikazzjoni, li għandha tinkludi regoli dwar:
(a) |
il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jistgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(b) |
is-sottomissjoni u l-għażla tal-applikazzjonijiet, li għandhom jinkludu mill-inqas l-iskadenzi għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, għall-eżaminazzjoni tal-adegwatezza ta' kull azzjoni proposta u għan-notifika tar-riżultati tal-proċedura tal-għażla għall-operaturi; |
(c) |
il-verifika tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-azzjonijiet u l-ispejjeż eliġibbli, il-kriterji tal-eliġibbiltà, il-kriterji ta' prijorità u kriterji oġġettivi oħra stabbiliti fit-Taqsima 7 tal-Kapitolu II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(d) |
l-għażla tal-applikazzjonijiet, li mill-inqas għandha tinkludi l-ponderazzjoni attribwita għal kull kriterju ta' prijorità; |
(e) |
arranġamenti għall-ħlasijiet bil-quddiem u l-provvista ta' titoli ta' sigurtà. |
TAQSIMA 8
Distillazzjoni ta' prodotti sekondarji
Artikolu 16
L-applikazzjoni tal-miżura ta' appoġġ
Għall-fini tal-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-miżura ta' appoġġ.
Artikolu 17
Proċedura ta' applikazzjoni
Għall-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-proċedura tal-applikazzjoni, li għandha tinkludi regoli dwar:
(a) |
il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jistgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 41 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(b) |
il-verifika tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-iskop tal-appoġġ stabbiliti fit-Taqsima 8 tal-Kapitolu II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(c) |
il-ħlas tal-appoġġ, f'konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149 u l-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 18
Ammont tal-appoġġ
1. L-ammont massimu ta' appoġġ imsemmi fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jkollu jitħallas lid-distillaturi huwa stabbilit b' % ta' volum ta' alkoħol u ta' ettolitru kif ġej:
(a) |
għal alkoħol mhux raffinat miksub minn qxur u fdal ieħor tal-għeneb: EUR 1,1/ %vol./hl; |
(b) |
għal alkoħol mhux raffinat miksub mill-inbid u mis-sediment tiegħu: EUR 0,5/ %vol./hl. |
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammont ta' appoġġ u l-ammont ta' kumpens għall-ispejjeż tal-ġbir imsemmija fl-Artikolu 52(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fil-limiti previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji. Għandhom jindikaw iż-żewġ ammonti fil-punti rilevanti meta jintużaw il-mudelli stabbiliti fl-Annessi I, III u IV għal dan ir-Regolament.
L-Istati Membri jistgħu jaġġustaw dawn l-ammonti skont tipoloġiji differenti ta' produzzjoni, abbażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.
KAPITOLU III
RAPPORTAR, EVALWAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 19
Rapportar u valutazzjoni
1. Sal-1 ta' Marzu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fil-programmi ta' appoġġ tagħhom imsemmija fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 matul is-sena finanzjarja ta' qabel.
Dan ir-rapport għandu jelenka u jiddeskrivi l-miżuri li għalihom ingħata l-appoġġ tal-Unjoni skont dik it-Taqsima.
Dan ir-rapport għandu jiġi notifikat permezz tal-mudell stabbilit fl-Anness III għal dan ir-Regolament.
2. Fl-istess żmien tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dejta finanzjarja u teknika li għandha x'taqsam mal-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fil-programm ta' appoġġ tagħhom, permezz tal-mudell stabbilit fl-Anness IV.
Għal kull sena finanzjarja u fir-rigward ta' kull miżura, dik id-dejta għandha tirreferi għal dan li ġej:
(a) |
għas-snin finanzjarji tal-perjodu ta' ħames snin li għalihom tkun diġà ġġarbet in-nefqa: dejta teknika attwali u dikjarazzjoni tan-nefqa, li fl-ebda każ ma għandha taqbeż il-limitu baġitarju għall-Istat Membru kif stabbilit fl-Anness VI għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; |
(b) |
għas-snin finanzjarji sussegwenti sal-aħħar tal-perjodu ta' implimentazzjoni ppjanat tal-programm ta' appoġġ: dejta teknika prevista u previżjonijiet tan-nefqa, sal-limitu baġitarju għall-Istat Membru kif stabbilit fl-Anness VI għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u f'koerenza mal-iktar verżjoni riċenti tat-tabella finanzjarja mibgħuta permezz tal-mudell stabbilit fl-Anness II għal dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament. |
3. L-Istati Membri għandhom ifasslu tabella li tinkludi d-dettalji dwar l-implimentazzjoni tal-appoġġ għall-miżuri ta' informazzjoni u promozzjoni msemmija fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fil-limitu tal-fondi disponibbli. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dik it-tabella sal-1 ta' Marzu kull sena, billi jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness V għal dan ir-Regolament.
4. Sal-1 ta' Marzu 2017 u l-1 ta' Marzu 2019, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lil-Kummissjoni b'evalwazzjoni tal-kosteffettività u l-benefiċċji tal-programm ta' appoġġ tagħhom, kif ukoll indikazzjoni ta' kif iżidu l-effiċjenza tiegħu.
Dawn l-evalwazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi permezz tal-mudell stabbilit fl-Anness III, jiġu akkumpanjati mill-informazzjoni finanzjarja u teknika, f'konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness IV u jikkonċernaw is-snin preċedenti kollha tal-perjodu ta' ħames snin rilevanti. Barra minn hekk, għandhom jiddaħħlu l-punti li ġejjin fil-konklużjonijiet:
(a) C1: Evalwazzjoni tal-kosteffettività u tal-benefiċċji tal-programm ta' appoġġ;
(b) C2: Modi biex tiżdied l-effiċjenza tal-programm ta' appoġġ.
5. Sal-1 ta' Marzu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'rapport annwali dwar il-verifiki mwettqa waqt is-sena finanzjarja preċedenti biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu IV fir-rigward ta' kull miżura tal-programm ta' appoġġ tagħhom. Dan ir-rapport annwali għandu jintbagħat permezz tal-mudell stabbilit fl-Anness VI.
6. Ir-referenzi għal ħlasijiet f'sena finanzjarja partikolari għandhom jirreferu għal ħlasijiet attwalment magħmula mill-Istati Membri bejn is-16 ta' Ottubru tas-sena kalendarja preċedenti u l-15 ta' Ottubru tas-sena kalendarja rilevanti.
7. L-Istati Membri għandhom jirreġistraw id-dettalji tal-programm ta' appoġġ tagħhom, kemm jekk emendati kif ukoll jekk le, u tal-miżuri kollha mwettqa skont dak il-programm.
Artikolu 20
Notifiki relatati mal-għajnuna mill-Istat
1. Meta l-Istati Membri jagħtu għajnuna mill-Istat f'konformità mal-Artikolu 212 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 45, 49 u 50 ta' dak ir-Regolament, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dan billi jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness VII għal dan ir-Regolament u jagħtu l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
jekk hux sejjer jingħata appoġġ f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 (8) jew ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 (9); jew |
(b) |
in-numru tal-kawża li l-miżura ġiet eżentata taħtu minn notifika f'konformità ma' Regolament ta' eżenzjoni adottat fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 (10); jew |
(c) |
in-numru tal-kawża li taħtu l-miżura ġiet iddikjarata kompatibbli mas-suq intern mill-Kummissjoni wara notifika li saret f'konformità mal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. |
2. L-informazzjoni mogħtija għandha tkun valida tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-programm nazzjonali ta' appoġġ, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe bidla sussegwenti f'dan il-programm.
F'każ ta' xi bidla, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw din l-informazzjoni sal-1 ta' Marzu permezz tal-mudell stabbilit fl-Anness VII.
3. L-Istati Membri għandhom jindikaw jekk hux sejra tingħata l-għajnuna mill-Istat u l-ammont korrispondenti fil-punti rilevanti meta jużaw il-mudelli stabbiliti fl-Annessi I, III, IV u V.
Artikolu 21
Notifiki relatati mal-ħlasijiet bil-quddiem
1. Fejn il-ħlasijiet bil-quddiem jingħataw f'konformità mal-Artikolu 49 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149, l-Istati Membri, fil-kontijiet annwali kurrenti tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 7(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għandhom jinkludu informazzjoni li għandha x'taqsam mal-użu tal-ħlasijiet bil-quddiem fl-iskadenza stabbilita f'dak l-Artikolu. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu data sa meta l-benefiċjarji għandhom jipprovdu lill-aġenziji tal-pagamenti kull sena bl-informazzjoni li jmiss għal kull operazzjoni:
(a) |
dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż, skont il-miżura, li jiġġustifikaw l-użu tal-ħlasijiet bil-quddiem sal-15 ta' Ottubru; kif ukoll; |
(b) |
konferma, għal kull miżura, tal-bilanċ ta' ħlasijiet bil-quddiem mhux użati li jifdal fil-15 ta' Ottubru. |
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu biex jeżentaw minn dan l-obbligu lill-benefiċjarji tal-operazzjonijiet li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni eliġibbli għalihom tkun inqas minn EUR 5 000 000.
2. Għall-fini tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (11), l-evidenza tal-intitolament finali li għandu jiġi prodott għandha tkun l-aħħar dikjarazzjoni tal-ispejjeż u konferma tal-bilanċ imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Fir-rigward tal-ħlasijiet bil-quddiem mogħtija għall-operazzjonijiet magħżula skont l-Artikoli 46, 50 u 51 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, rispettivament, l-aħħar dikjarazzjoni tal-ispejjeż u l-konferma tal-bilanċ imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jingħataw sal-aħħar tat-tieni sena finanzjarja wara l-ħlas tagħhom.
Artikolu 22
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar notifiki
1. In-notifiki lill-Kummissjoni msemmija f'dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009.
2. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li huma jkunu jistgħu jħarsu d-dati ta' skadenza għan-notifiki stabbiliti f'dan ir-Regolament.
3. L-Istati Membri għandhom iżommu kopja tal-informazzjoni notifikata skont dan l-Artikolu għal tal-inqas għaxar snin tal-għasra mis-sena tal-għasra li fiha jkunu ressquha.
4. L-obbligi stipulati f'dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1337/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) dwar stħarriġ statistiku ta' meded tad-dwieli.
Artikolu 23
Proċedura tal-għażla
1. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-applikazzjonijiet ikunu ġew ippreżentati sal-iskadenza, jeżaminaw kull applikazzjoni u jivvalutawha fir-rigward tal-konformità tagħha mar-regoli dwar il-kontenut tal-applikazzjoni u mal-kriterji tal-eliġibbiltà u l-ispejjeż eliġibbli stabbiliti għal kull miżura prevista fil-programm ta' appoġġ tagħhom. Jekk l-applikazzjonijiet ma jkunux jikkonformaw ma' dawn ir-rekwiżiti jew mal-kriterji tal-eliġibbiltà u l-ispejjeż eliġibbli, għandhom jiġu esklużi bħala mhux eliġibbli.
2. Meta l-kriterji ta' prijorità japplikaw għal miżura, l-Istati Membri għandhom jeżaminaw l-applikazzjonijiet kollha kkunsidrati bħala eliġibbli skont dik il-miżura, wara l-valutazzjoni prevista fil-paragrafu 1 u jagħtu punteġġ lil kull waħda minnhom.
Il-punteġġ għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-kriterji ta' prijorità sodisfatti mill-applikazzjoni u l-ponderazzjoni speċifika attribwita għal kull kriterju stabbilit għal kull miżura.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu klassifikazzjoni tal-applikazzjoni eliġibbli fuq il-bażi tal-punteġġi li jkunu kisbu.
3. Meta l-valur totali tal-applikazzjonijiet eliġibbli ta' miżura ta' appoġġ jaqbeż il-baġit allokat għal dik il-miżura f'sena finanzjarja partikolari, l-Istati Membri għandhom jagħżlu l-applikazzjonijiet f'ordni dixxendenti tal-klassifikazzjoni stabbilita f'konformità mal-paragrafu 2 sal-eżawriment tal-baġit disponibbli.
Inkella, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu punteġġ minimu bħala limitu u jagħżlu l-applikazzjonijiet kollha li jilħqu l-punteġġ minimu. F'dan il-każ, meta l-valur totali tal-applikazzjonijiet eliġibbli li jilħaq il-limitu jaqbeż il-baġit disponibbli għal miżura ta' appoġġ, l-Istati Membri jistgħu japplikaw ħlasijiet prorata għal dawk l-applikazzjonijiet.
4. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limitu u jiddeċiedu li jeskludu l-applikazzjonijiet eliġibbli li ma jilħqux dak il-limitu, anke jekk il-valur tal-applikazzjonijiet eliġibbli ma jaqbiżx il-baġit disponibbli.
5. Għal kull miżura rilevanti, l-Istati Membri jistgħu jerġgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet eliġibbli għall-proċedura tal-għażla li ġew esklużi fis-sena preċedenti, f'konformità mal-paragrafi 3 u 4 jekk jintlaħaq ftehim mal-applikant.
6. Meta l-applikazzjonijiet ikunu ġew esklużi skont dan l-Artikolu, l-applikanti għandhom jiġu infurmati bir-raġunijiet għal dan.
Artikolu 24
Rimborż simplifikat tal-ispejjeż
1. Meta l-Istati Membri jagħżlu li jużaw skali standard ta' kostijiet unitarji, f'konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 u l-Artikolu 44(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149, għandhom:
(a) |
jistabbilixxu dawk l-iskali qabel kwalunkwe sottomissjoni tal-applikazzjonijiet; |
(b) |
jistabbilixxu dawk l-iskali permezz ta' metodu ta' kalkolu ġust, ekwitabbli u verifikabbli bbażat fuq:
|
Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li korp li huwa funzjonalment indipendenti mill-awtoritajiet responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm ta' appoġġ u li għandu l-kompetenza xierqa jwettaq il-kalkoli jew jikkonferma l-adegwatezza u l-preċiżjoni tal-kalkoli.
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw skali differenzjati biex iqisu l-ispeċifiċitajiet reġjonali jew lokali.
3. L-Istati Membri għandhom jerġgħu jeżaminaw il-kalkoli previsti fil-paragrafu 1 kull tieni sena u jekk ikun meħtieġ, għandhom jaġġustaw l-iskali standard ta' kostijiet unitarji inizjalment stabbiliti.
4. L-Istati Membri għandhom iżommu l-evidenza dokumentarja kollha dwar l-istabbiliment tal-iskali standard ta' kostijiet unitarji u l-eżaminazzjoni mill-ġdid tagħhom li tippermetti l-verifika tar-raġonevolezza tal-metodu segwit biex jiġu stabbiliti f'konformità mal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.
Artikolu 25
Skadenzi għall-ħlasijiet lill-benefiċjarji
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-iskadenza għat-tressiq tat-talba għall-ħlasijiet għal kull miżura ta' appoġġ.
L-Istati Membri għandhom iħallsu lill-benefiċjarji fi żmien tnax-il xahar wara d-data tat-tressiq ta' talba għal ħlas finali jew proviżorja kompluta u valida.
Artikolu 26
Ħlasijiet bil-quddiem
1. Il-benefiċjarji tal-appoġġ skont l-Artikoli 45, 46, 50, 51 u 52 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, rispettivament, jistgħu jitolbu l-ħlas ta' ħlasijiet bil-quddiem mill-aġenziji tal-pagamenti kompetenti, jekk din l-għażla tkun inkluża fil-programm nazzjonali ta' appoġġ f'konformità mal-Artikolu 49 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149.
2. L-ammont ta' ħlasijiet bil-quddiem ma għandux jaqbeż it-80 % tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni.
3. L-avvanz għandu jitħallas bil-kundizzjoni li l-benefiċjarju jkun ippreżenta garanzija bankarja jew garanzija tal-inqas ekwivalenti għall-ammont ta' dan l-avvanz favur l-Istat Membru skont il-Kapitolu IV tar-Regolament Delegat (UE) Nru 907/2014.
4. Għall-fini tal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 907/2014, l-obbligu għandu jkun li jintefaq l-ammont totali avvanzat fl-implimentazzjoni tal-operazzjoni kkonċernata sal-aħħar tat-tieni senza finanzjarja wara s-sena finanzjarja li matulha tħallas l-avvanz, ħlief f'każijiet ta' force majeure u ċirkostanzi eċċezzjonali oħra.
5. Fir-rigward tar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji, il-perjodu msemmi fil-paragrafu 4 jista' jiġi aġġustat mill-Istat Membru f'każijiet fejn:
(a) |
is-superfiċji kkonċernati jkunu parti minn medda li soffriet diżastru naturali fit-tifsira tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament (UE) Nru 702/2014 jew avveniment klimatiku ħażin li jista' jiġi assimilat ma' diżastru naturali fit-tifsira tal-Artikolu 2(16) ta' dan ir-Regolament rikonoxxut mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati; |
(b) |
operazzjonijiet ippjanati ma jkunux jistgħu jiġu implimentati minħabba li l-materjal tal-pjanti jkun ibati minn problemi ta' saħħa li jkunu ċċertifikati minn korp rikonoxxut mill-Istat Membru konċernat. |
Biex appoġġ jitħallas bil-quddiem, kull azzjoni preċedenti mwettqa fl-istess medda, li għaliha l-produttur ikun irċieva appoġġ bil-quddiem, ikollha tkun twettqet kollha.
6. It-titolu ta' sigurtà għandu jiġi rilaxxat meta l-aġenzija tal-pagamenti kompetenti tistabbilixxi li l-ammont ta' nefqa proprja korrispondenti għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni marbuta mal-operazzjonijiet ikkonċernati jaqbeż l-ammont tal-avvanz.
Artikolu 27
Verifika tal-projbizzjoni dwar il-finanzjament doppju
Għall-appoġġ skont l-Artikoli 45, 46, 48, 49, 50 u 51 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, fil-punt rilevanti tal-programm ta' appoġġ, id-dispożizzjonijiet li adottaw biex jiżguraw li hija fis-seħħ sistema effiċjenti ta' kontroll biex jiġi evitat il-finanzjament doppju, kif previst fl-Artikolu 43 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149.
Artikolu 28
Żball ovvju
Kull komunikazzjoni, pretensjoni jew talba magħmula lil Stat Membru skont it-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew dan ir-Regolament, inkluża applikazzjoni għal għajnuna, jistgħu jkunu aġġornati f'kull żmien wara li jintbagħtu f'każijiet ta' żbalji ċari rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti.
KAPITOLU IV
DISPOSIZZJONIJIET TA' KONTROLL
TAQSIMA 1
Prinċipji ta' kontroll
Artikolu 29
Verifiki
1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' dan ir-Regolament jew għal leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jintroduċu verifiku u miżuri, sakemm ikunu meħtieġa, biex jiżguraw l-applikazzjoni kif suppost tar-regoli għall-programmi ta' appoġġ fis-settur tal-inbid stabbiliti fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ir-Regolament Delegat (UE) 2016/1149 u dan ir-Regolament. Dawn għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi sabiex jagħtu protezzjoni adegwata lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
2. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a) |
il-kriterji kollha ta' eliġibbiltà stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali jew il-qafas nazzjonali jiġu verifikati; |
(b) |
jintgħażlu biss l-operazzjonijiet li huma verifikabbli u kontrollabbli; |
(c) |
l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għat-twettiq ta' verifiki jkollhom numru suffiċjenti ta' persunal kwalifikat u esperjenzat kif xieraq sabiex iwettaq il-verifiki effettivament; |
(d) |
issir dispożizzjoni għall-verifiki biex tevita il-finanzjament doppju irregolari tal-miżuri skont it-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u skemi nazzjonali jew tal-Unjoni oħra; |
(e) |
id-definizzjoni tal-metodi u l-mezzi ta' verifika li huma konformi man-natura tal-miżura ta' appoġġ ikkonċernata u jiġi speċifikat min għandu jkun soġġett għall-verifiki; |
(f) |
fil-każ ta' teħid ta' kampjun, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, bin-numru, in-natura u l-frekwenza tagħhom, il-verifiki fuq il-post ikunu rappreżentattivi tat-territorju tagħhom kollu kemm hu u jkunu jikkorrispondu, fejn japplika, mal-volum ta' prodotti tal-inbid ikkummerċjalizzat jew miżmum biex ikun ikkummerċjalizzati; |
Artikolu 30
Verifiki amministrattivi
1. Il-verifiki amministrattivi għandhom jitwettqu fuq kull applikazzjoni għall-appoġġ, talba għall-ħlas jew dikjarazzjonijiet u talbiet ta' emenda oħra li benefiċjarju jew parti terza tissottometti u għandhom ikopru l-elementi kollha li jistgħu jiġu ċċekkjati permezz tal-verifiki amministrattivi u li huwa xieraq li jiġu ċċekkjati b'dan il-mod.
Meta jkun rilevanti, il-verifiki amministrattivi għandhom jinkludu kontroverifiki ma', inter alia, dejta mis-sistema tal-amministrazzjoni u tal-kontroll integrata stipulata fil-Kapitolu 2 tat-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
Il-proċeduri għandhom jeżiġu r-reġistrazzjoni tax-xogħol ta' kontroll li jkun sar, tar-riżultati tal-verifika u tal-miżuri meħudin f'każ ta' xi diskrepanza.
2. Il-verifiki amministrattivi fuq l-applikazzjonijiet għall-appoġġ għandhom jiżguraw il-konformità tal-operazzjoni b'obbligi applikabbli stabbiliti mil-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni jew mill-programm ta' appoġġ. Il-verifiki għandhom jinkludu verifika:
(a) |
tal-eliġibbiltà tal-benefiċjarju; |
(b) |
il-kriterji tal-eliġibbiltà, l-impenji u obbligi oħra tal-operazzjoni li għalihom tiġi sottomessa applikazzjoni għall-appoġġ; |
(c) |
l-eliġibbiltà tal-ispejjeż tal-operazzjoni u l-konformità mal-kategorija tal-ispejjeż jew il-metodu tal-kalkolu li għandu jintuża fejn l-appoġġ jitħallas fuq il-bażi tal-iskali standard ta' kostijiet unitarji jew tad-dokumenti ta' appoġġ li għandhom jintbagħtu mill-benefiċjarju, kif ukoll, fejn ikun applikabbli, il-kontribuzzjonijiet in natura, l-ispejjeż amministrattivi u tal-persunal imsemmija fl-Artikoli 45, 46 u 47 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149 rispettivament; |
(d) |
meta l-appoġġ jitħallas fuq il-bażi tad-dokumenti ta' sostenn li għandhom jintbagħtu mill-benefiċjarju, ir-raġonevolezza tal-ispejjeż sottomesi, li għandha tiġi evalwata billi tintuża mill-inqas waħda minn dawn is-sistemi ta' evalwazzjoni li ġejjin:
|
(e) |
fejn ikun applikabbli, il-konformità mal-kriterji ta' prijorità u l-attribuzzjoni tal-ponderazzjoni għall-fini tal-proċedura tal-għażla msemmija fl-Artikolu 23 ta' dan ir-Regolament. |
3. Il-verifiki amministrattivi fuq it-talbiet għall-ħlas għandhom ikunu sistematiċi u jinkludu, fejn ikun xieraq għat-talba kkonċernata:
(a) |
operazzjoni kompluta mqabbla mal-operazzjoni li għaliha tkun tressqet u ngħatat l-applikazzjoni għall-appoġġ; |
(b) |
l-ispejjeż imġarrba u l-ħlasijiet li saru mill-benefiċjarju. |
4. Il-verifiki amministrattivi għandhom jinkludu proċeduri biex jevitaw il-finanzjament doppju rregolari ma' skemi nazzjonali jew tal-Unjoni oħra.
Artikolu 31
Verifiki fuq il-post
1. L-Istati Membri għandhom jorganizza verifiki fuq il-post fuq operazzjonijiet magħżula permezz ta' bażi ta' kampjunar xierqa fejn kontroll ibbażat fuq il-kampjuni huwa previst f'dan il-Kapitolu.
Dawn il-verifiki għanhom jitwettqu qabel iseħħ l-aħħar ħlas għal operazzjoni.
2. Il-verifiki fuq il-post jistgħu jitħabbru minn qabel, dejjem jekk in-notifika minn qabel ma xxekkilx l-iskop jew l-effettività tagħhom. Kwalunkwe tħabbira minn qabel għandha tkun strettament limitata għall-perjodu minimu taż-żmien meħtieġ u ma għandhiex issir iktar minn 14-il jum qabel.
3. Fejn applikabbli, il-verifiki fuq il-post previsti f'dan ir-Regolament għandhom jitwettqu flimkien ma' kull verifika oħra prevista fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
Artikolu 32
Rata ta' kontroll u kampjunar tal-verifiki fuq il-post
1. Il-verifiki fuq il-post wara l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet għandhom ikunu sistematiċi għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 46, 47, 50, 51 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 rispettivament.
Fir-rigward tal-miżuri msemmija fl-Artikoli 45, 48, 49 u 52 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 rispettivament, jiġi permess kontroll fuq bażi ta' kampjuni wara l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet. Id-daqs tal-kampjun għandu jkun mill-inqas 5 % tal-applikazzjonijiet, magħżul f'konformità mal-Artikolu 34 ta' dan ir-Regolament. Dan il-kampjun għandu jirrappreżenta wkoll mill-inqas 5 % tal-ammonti koperti mill-appoġġ.
Madankollu, fir-rigward tal-miżura msemmija fl-Artikoli 45 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-operazzjonijiet li għalihom il-benefiċjarji kkomunikaw l-intenzjoni tagħhom biex jipproduċu ċertifikat fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji f'konformità mal-Artikolu 41 ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu verifikati b'mod sistematiku tal-inqas darba qabel il-ħlas finali.
2. Meta l-verifiki fuq il-post jiżvelaw xi nuqqas ta' konformità sinifikanti fil-kuntest ta' miżura ta' appoġġ partikolari fil-livell nazzjonali jew f'reġjun jew parti minn reġjun, l-awtorità kompetenti għandha żżid kif xieraq il-perċentwal tal-benefiċjarji li jridu jsirulhom verifiki fuq il-post fis-sena ta' wara.
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-livell minimu tal-verifiki fuq il-post fejn is-sistemi ta' kontroll u ġestjoni jaħdmu kif suppost u r-rati ta' żbalji jibqgħu f'livell aċċettabbli.
Artikolu 33
Kontenut tal-verifiki fuq il-post
1. L-Artikolu 51(1), (2) u (3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 (13) għandu japplika mutatis mutandis għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 45 sa 52 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
2. Fil-każijiet xierqa kollha, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu mis-sistema tal-amministrazzjoni u tal-kontroll integrata stipulata fil-Kapitolu 2 tat-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
Artikolu 34
L-għażla tal-kampjun ta' kontroll
1. Il-kampjuni tal-kontroll għall-verifiki fuq il-post permessi skont dan il-Kapitolu għandhom jintgħażlu kull sena mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskju u tar-rappreżentanza tal-applikazzjonijiet għall-appoġġ sottomessi. L-effettività tal-valutazzjoni tar-riskju għandha tkun evalwata u aġġornata fuq bażi annwali:
(a) |
billi tiġi stabbilita r-rilevanza ta' kull fattur ta' riskju; |
(b) |
billi jsir paragun tar-riżultati tal-kampjun ibbażat fuq ir-riskju u magħżul b'mod każwali kif imsemmi fil-paragrafu 2; |
(c) |
billi titqies is-sitwazzjoni speċifika fl-Istat Membru. |
2. Biex jiġi pprovdut l-element ta' rappreżentattività, l-Istati Membri għandhom jagħżlu b'mod każwali bejn 20 u 25 % tal-għadd minimu ta' benefiċjarji biex ikunu soġġetti għall-verifiki fuq il-post.
3. L-awtorità kompetenti għandha żżomm dokumenti dwar ir-raġunijiet għaliex benefiċjarji speċifiċi ntgħażlu għal kontrolli fuq il-post. L-ispettur li jwettaq il-verifika fuq il-post għandu jiġi infurmat b'dawk ir-raġunijiet qabel ma jibda l-verifika.
Artikolu 35
Rapport ta' kontroll
1. Kull verifika fuq il-post għandha tkun is-soġġett ta' rapport ta' kontroll li jippermetti r-reviżjoni tad-dettalji tal-verifiki mwettqa.
Sa fejn il-verifiki jkollhom x'jaqsmu ma' ffinanzjar tal-Unjoni, ir-rapport għandu jindika b'mod partikolari:
(a) |
il-miżuri ta' appoġġ u l-operazzjonijiet verifikati; |
(b) |
il-persuni preżenti; |
(c) |
fejn applikabbli, il-meded agrikoli ssorveljati, il-meded agrikoli mkejla, ir-riżultati tal-qisien għal kull roqgħa raba' mkejla u l-metodi ta' kejl użati; |
(d) |
il-kwantitajiet li huma koperti mill-verifika u r-riżultati tagħhom; |
(e) |
jekk ingħatax avviż bil-quddiem lill-benefiċjarju dwar iż-żjara u, jekk iva, kemm; |
(f) |
kwalunkwe miżura ta' kontroll ulterjuri mwettqa. |
2. Fejn jinstabu diskrepanzi bejn l-informazzjoni fl-applikazzjoni u s-sitwazzjoni attwali misjuba matul il-verifika mwettqa fil-post jew b'telerilevament, il-benefiċjarju għandu jirċievi kopja tar-rapport ta' kontroll u għandu jkollu l-opportunità li jiffirmah qabel mal-awtorità kompetenti tiġbed il-konklużjonijiet tagħha mis-sejbiet fir-rigward ta' kull tnaqqis jew esklużjonijiet li jirriżultaw.
Artikolu 36
Korpi tal-kontroll
1. Fejn Stat Membru jaħtar diversi korpi kompetenti biex jissorveljaw il-konformità mar-regoli li jiġġestixxu l-miżuri ta' appoġġ fis-settur tal-inbid, huwa għandu jikkoordina x-xogħol ta' dawk il-korpi.
2. Kull Stat Membru għandu jaħtar korp wieħed ta' kollegament responsabbli minn kuntatti mal-korpi ta' kollegament ta' Stati Membri oħra u mal-Kummissjoni. B'mod partikolari, il-korp ta' kollegament għandu jirċievi u jressaq talbiet għal kooperazzjoni bil-għan li jkun implimentat dan il-Kapitolu u għandu jirrappreżenta lill-Istat Membru tiegħu vis-à-vis Stati Membri oħra jew il-Kummissjoni.
Artikolu 37
Setgħat ta' uffiċjali ta' kontroll
Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jiffaċilita x-xogħol tal-uffiċjali tal-korpi kompetenti tiegħu. Huwa għandu jiżgura b'mod partikolari li uffiċjali bħal dawn, flimkien, skont il-każ, ma' uffiċjali ta' dipartimenti oħra li huwa jawtorizza għal hekk:
(a) |
ikollhom aċċess għal vinji, vitikoltura u installazzjonijiet ta' ħażna, installazzjonijiet għall-ipproċessar ta' prodotti fis-settur tal-inbid u għal vetturi għat-trasport ta' dawk il-prodotti; |
(b) |
ikollhom aċċess għal bini kummerċjali jew imħażen u vetturi ta' kull azjenda bil-ħsieb li jbigħu, iqiegħdu fis-suq jew iġorru prodotti tas-settur tal-inbid jew prodotti li jistgħu jkunu maħsubin biex jintużaw fis-settur tal-inbid; |
(c) |
ikunu jistgħu jieħdu kampjuni ta' prodotti tas-settur tal-inbid, sustanzi jew prodotti li jistgħu jintużaw għat-tħejjija ta' prodotti bħal dawn u ta' prodotti miżmumin bil-ħsieb li jinbiegħu, jitqiegħdu fis-suq jew jinġarru; |
(d) |
ikollhom aċċess għad-dejta taż-żamma tal-kotba u dokumenti oħra ta' użu fi proċeduri ta' kontroll, u jagħmlu kopji u estratti tagħhom. |
Artikolu 38
Assistenza fuq talba
1. Fejn korp kompetenti ta' Stat Membru jidħol biex iwettaq attivitajiet ta' kontroll fit-territorju tiegħu, huwa jista' jitlob għal informazzjoni mingħand korp kompetenti ta' kull Stat Membru ieħor li jista' jintlaqat direttament jew indirettament. Fejn issir talba bħal din, l-għajnuna għandha tingħata f'waqtha.
Il-korp li jsirlu talba għandu jagħti dik l-informazzjoni kollha li tista' tgħin lill-korp li jitlob biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu.
2. Fejn issir talba motivata mill-korp li jitlob, il-korp mitlub għandu jwettaq superviżjoni jew sorveljanza speċjali biex jikseb l-għanijiet segwiti, jew għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li superviżjoni jew sorveljanza bħal dawn jitwettqu.
3. Il-Korp mitlub jaġixxi bħallikieku f'ismu.
4. Bi qbil mal-korp mitlub, il-korp li jitlob jista' jaħtar uffiċjali:
(a) |
jew biex jiksbu, fil-postijiet tal-awtoritajiet amministrattivi li jiġu taħt l-Istat Membru li fihom huwa stabbilit il-korp mitlub, l-informazzjoni jew id-dokumenti li għandhom x'jaqsmu mal-applikazzjoni tar-regoli fis-settur tal-inbid jew biex jiġu kkontrollati l-attivitajiet; |
(b) |
jew biex ikunu preżenti matul l-operazzjonijiet mitluba skont il-paragrafu 2, wara li jgħarraf lill-korp mitlub f'waqtu qabel ma jibdew dawk l-operazzjonijiet. |
Il-kopji msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu jistgħu jsiru biss bi qbil mal-korp mitlub.
5. L-uffiċjali tal-korp mitlub għandhom jibqgħu jieħdu ħsieb l-operazzjonijiet ta' kontroll f'kull żmien.
6. L-uffiċjali tal-korp li jitlob għandhom:
(a) |
jipproduċu ordni bil-miktub li turi l-identità u l-kariga uffiċjali tagħhom; |
(b) |
jingħataw, mingħajr preġudizzju għal-limiti imposti mill-Istat Membru tal-korp mitlub fuq l-uffiċjali tiegħu stess fit-twettiq tal-kontrolli inkwistjoni:
|
(c) |
waqt li jkunu qed isiru l-kontrolli, iġibu ruħhom b'mod kompatibbli mar-regoli u prattika professjonali li uffiċjali tal-Istat Membru huma mistennija li jsegwu u jħarsu l-kunfidenzjalità professjonali. |
7. It-talbiet imsemmija f'dan l-Artikolu għandhom jintbagħtu lill-korp mitlub fl-Istat Membru inkwistjoni permezz tal-korp ta' kollegament ta' dak l-Istat Membru. L-istess proċedura għandha tapplika:
(a) |
tweġibiet għal talbiet bħal dawn; |
(b) |
komunikazzjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 4. |
8. Minkejja l-paragrafu 7 u fl-interess ta' kooperazzjoni aktar malajr u effikaċi bejniethom, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lil korp kompetenti biex:
(a) |
jagħmel it-talba jew il-komunikazzjoni tiegħu direttament lil korp kompetenti ta' Stat Membru ieħor; |
(b) |
iwieġeb direttament għal talbiet u komunikazzjonijiet li jaslu mingħand korp kompetenti ta' Stat Membru ieħor. |
Artikolu 39
Il-persuni soġġetti għall-verifiki
Persuni fiżiċi jew ġuridiċi u gruppi ta' persuni bħal dawn li l-attivitajiet professjonali tagħhom jistgħu jkunu s-suġġett tal-verifiki msemmija f'dan il-Kapitolu ma għandhomx ifixklu verifiki bħal dawn u jkun jeħtiġilhom jiffaċilitawhom f'kull żmien.
Artikolu 40
Irkupru ta' pagamenti indebiti
1. L-Artikolu 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 għandu japplika mutatis mutandis.
2. L-implimentazzjoni tal-penali u l-irkupru ta' ammonti mħallsin indebitament għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għan-notifika ta' irregolaritajiet lill-Kummissjoni skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1848/2006 (14).
TAQSIMA 2
Kontroll ta' miżuri speċifiċi
Artikolu 41
Verifiki relatati mal-operazzjonijiet ta' informazzjoni u promozzjoni
1. Għall-operazzjonijiet implimentati skont il-miżuri previsti fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li għalihom ammont totali ta' kontribuzzjoni tal-Unjoni ta' EUR 300 000 jew iktar kien ikkunsidrat eliġibbli wara l-verifiki amministrattivi fuq l-applikazzjoni inizjali għall-appoġġ, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-benefiċjarji jissottomettu ċertifikat dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji li jakkumpanjaw talbiet għall-ħlasijiet finali jew interim li jkopru ammont mill-kontribut tal-Unjoni ta' EUR 150 000 jew iktar.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti iktar baxxi fejn ikun hemm evidenza li dan il-metodu ta' kontroll ma jżidx ir-riskju għall-fondi tal-Unjoni.
Iċ-ċertifikat għandu jiġi prodott minn awditur estern approvat u għandu jipprovdi evidenza xierqa dwar l-eliġibbiltà u r-realtà tal-ispejjeż proposti, skont il-kriterji li ġejjin:
(a) |
ikunu effettivament iġġarbu mill-benefiċjarju jew mill-korp organizzattiv li l-benefiċjarju jkun fdalu l-implimentazzjoni tal-operazzjoni tal-informazzjoni jew tal-promozzjoni jew partijiet minnha; |
(b) |
jikkorrispondu għall-ispejjeż ikkunsidrati bħala eliġibbli mill-awtorità kompetenti wara l-verifiki amministrattivi dwar l-applikazzjoni inizjali għall-appoġġ; |
(c) |
ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-operazzjoni kif approvata mill-awtorità kompetenti; |
(d) |
ikunu identifikabbli u verifikabbli, pereżempju jiġu rreġistrati fir-rekords tal-kontabbiltà tal-benefiċjarju jew tal-korp organizzattiv u determinati skont l-istandards tal-kontabbiltà applikabbli tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit il-benefiċjarju jew il-korp tal-organizzazzjoni; |
(e) |
jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-taxxa u l-leġiżlazzjoni soċjali applikabbli; |
(f) |
ikunu raġonevoli, ġustifikati, u jikkonformaw mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, b'mod partikolari rigward l-ekonomija u effiċjenza. |
2. Il-benefiċjarji għandhom jissottomettu kopji tal-fatturi u d-dokumenti ta' sostenn kollha li japprovaw l-eliġibbiltà u r-realtà tal-ispejjeż meta ma jiġix prodott iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1.
3. Waqt il-verifiki amministrattivi fuq it-talbiet għall-ħlas, l-Istati Membri għandhom sistematikament jivverifikaw id-dokumenti sottomessi kontra l-ispejjeż ikkunsidrati bħala eliġibbli wara l-verifiki amministrattivi fuq l-applikazzjoni inizjali għall-appoġġ u kriterji oħra elenkati fil-paragrafu 1.
Meta l-benefiċjarji jipproduċu ċertifikat fuq id-dikjarazzjoni finanzjarja, il-verifiki amministrattivi jistgħu jitwettqu fuq dak iċ-ċertifikat. Madankollu, meta r-reviżjoni amministrattiva taċ-ċertifikat fuq id-dikjarazzjoni finanzjarja ma tipprovdix evidenza adegwata dwar l-eliġibbiltà u r-realtà tal-ispejjeż u l-ħarsien tal-kriterji elenkati fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jitolbu kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meqjusa meħtieġa u jwettqu iktar verifiki jekk ikun meħtieġ.
4. Il-verifiki fuq il-post fuq l-operazzjonijiet tal-promozzjoni u l-informazzjoni jistgħu jitwettqu fil-post tal-benefiċjarju jew tal-korp organizzattiv li jkun fdalu l-implimentazzjoni tal-operazzjoni tal-informazzjoni jew tal-promozzjoni jew partijiet minnha.
Il-verifiki fuq il-post għandu jkollhom l-għan li jivverifikaw ir-realtà u l-eliġibbiltà tan-nefqa u għandhom jikkonsistu fl-eżaminazzjoni tal-fatturi u d-dokumenti ta' sostenn sottomessi kontra r-reġistri tal-kontabbiltà u fejn ikun rilevanti, dokumenti ta' sostenn oħra.
Waqt il-verifiki fuq il-post, l-ispetturi jistgħu jivverifikaw kampjun li jkopri tal-inqas 30 % tal-ammont tal-appoġġ mitlub u tal-inqas 5 % tal-fatturi kollha jew dokumenti ta' sostenn oħra sottomessi jew koperti minn ċertifikat fuq id-dikjarazzjoni finanzjarja prodotta sa meta titwettaq il-verifika fuq il-post.
Artikolu 42
Verifiki relatati mal-operazzjonijiet għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji
1. Sabiex jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-appoġġ għall-operazzjonijiet għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vini previsti fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu mir-reġistru tal-vinji.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-proċeduri għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' kull azzjoni fis-sena finanzjarja u l-medda msemmija fl-applikazzjoni għall-appoġġ fl-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149.
2. Il-verifika li l-qlugħ tad-dwieli bħala azzjoni għar-ristrutturar u l-konverżjoni ta' vinja, ikun seħħ tassew, għandha titwettaq permezz ta' verifika fuq il-post. Fil-każ tal-qlugħ tad-dwieli tar-roqgħa sħiħa ta' vinja jew jekk ir-riżoluzzjoni tat-telerilevament hija ugwali għal jew iktar minn 1 m2, il-verifika tista' ssir bit-telerilevament.
3. Meded li qegħdin jirċievu appoġġ għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji għandhom jiġu kkontrollati, b'mod sistematiku, qabel u wara l-eżekuzzjoni tal-operazzjonijiet. L-irqajja' ta' raba' li għandhom jiġu vverifikati huma dawk li għalihom ġiet sottomessa applikazzjoni għall-appoġġ.
Il-verifika ta' qabel l-operazzjonijiet għandha tkopri wkoll il-verifika tal-eżistenza tal-vinja kkonċernata, il-medda mħawla determinata f'konformità mal-Artikolu 44 ta' dan ir-Regolament u l-esklużjoni tat-tiġdid normali tal-vinji kif previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 46(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Il-verifika msemmija fit-tieni subparagrafu għandha titwettaq permezz ta' verifika fuq il-post. Madankollu, jekk l-Istat Membru jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu għodda ġeografika jew strument ekwivalenti li jippermetti l-kejl tal-medda mħawla f'konformità mal-Artikolu 44 ta' dan ir-Regolament fir-reġistru tal-vinji kompjuterizzat u informazzjoni aġġornata affidabbli dwar il-varjetajiet tal-inbid tal-għeneb imħawwel, il-verifika tista' titwettaq mill-verifiki amministrattivi u konsegwentament, l-obbligu li titwettaq verifika fuq il-post qabel it-twettiq tal-operazzjonijiet jista' jkun limitat għal 5 % tal-applikazzjonijiet, magħżula f'konformità mal-Artikolu 34 ta' dan ir-Regolament, sabiex tkun ikkonfermata l-affidabbiltà tas-sistema amministrattiva ta' kontroll.
Jekk kontrolli fuq il-post jiżvelaw irregolaritajiet jew diskrepanzi sinifikanti f'reġjun jew f'parti ta' reġjun, l-awtorità kompetenti għandha żżid kif imiss l-għadd ta' kontrolli fuq il-post matul is-sena konċernata.
Artikolu 43
Verifiki relatati mal-operazzjonijiet tal-ħsad bikri
1. Fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-ħsad bikri skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a) |
il-meded li jirċievu appoġġ għall-ħsad bikri jiġu sistematikament verifikati fuq il-post wara t-twettiq; |
(b) |
l-irqajja' agrikoli verifikati għandhom ikunu dawk li jkunu s-suġġett ta' applikazzjoni għall-appoġġ. |
(c) |
l-iskadenza għat-twettiq tal-operazzjonijiet tal-ħsad bikri kif imsemmija fl-Artikolu 8(d) ta' dan ir-Regolament tkun ġiet rispettata; |
(d) |
il-miżura tal-ħsad bikri titwettaq b'mod korrett billi jivverifikaw jekk operazzjoni titwettaqx b'suċċess. |
2. Bil-verifiki msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw:
(a) |
l-eżistenza tal-vinja konċernata u jekk il-medda partikolari kinitx ikkultivata kif suppost; |
(b) |
li l-għenieqed kollha jkunu tneħħew jew inqerdu għal kollox; |
(c) |
liema metodu ntuża; |
3. Biex ikun żgurat li fir-roqgħa raba' sostnuta ma jkunx fadal għeneb biex ikun kummerċjalizzat, il-verifiki kollha għandhom isiru sal-31 ta' Lulju ta' kull sena u, f'kull każ, huma għandhom ikunu tlestew saż-żmien normali ta' Veraison (l-istadju Baggiolini M, BBCH stadju 83) f'kull medda partikolari.
4. Għall-fini tal-verifiki previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3, kull applikant għall-appoġġ għall-ħsad bikri għandu jżomm evidenza tal-ispejjeż tal-operazzjoni rilevanti jew ta' kwalunkwe attivitajiet imwettqa.
Artikolu 44
Il-medda mħawla
1. Għall-fini tal-miżuri previsti fl-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 rispettivament, medda mħawla bi dwieli hija definita skont il-perimetru estern tal-istokkijiet tad-dwieli biż-żieda ta' lqugħ li l-wisa' tiegħu tkun tikkorrispondi għal nofs id-distanza bejn ir-ringieli. Il-medda mħawla għandha tkun determinata f'konformità mal-Artikolu 38(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014.
2. Meta Stat Membru jiddeċiedi li jivverifika l-ispejjeż eliġibbli tal-operazzjonijiet għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji u l-ħsad bikri esklussivament fuq il-bażi tal-iskali standard tal-kostijiet unitarji bbażati fuq unitajiet ta' kejl differenti mis-superfiċje jew mid-dokumenti ta' sostenn li għandhom jiġu sottomessi mill-benefiċjarji f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li ma jkejlux il-medda mħawla kif stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 45
Verifika tal-kundizzjonijiet għad-distillazzjoni tal-prodotti sekondarji
B'rabta mal-miżura prevista fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iwettqu l-verifiki kollha meħtieġa biex jivverifikaw il-ħarsien tal-kundizzjonijiet u l-limitu previst fl-Artikolu 42 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149 flimkien mal-Artikolu 52(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. L-Istati Membri jistgħu jivverifikaw il-ħarsien ta' dan il-limitu fil-livell ta' kull produttur jew fil-livell nazzjonali.
L-Istati Membri li jagħżlu l-verifika fil-livell nazzjonali, fil-bilanċ tal-alkoħol ma għandhomx jinkludu l-kwantitajiet li mhumiex maħsuba għad-distillazzjoni u lanqas dawk li huma maħsuba għall-iżvilupp tal-prodotti oħrajn minbarra tal-alkoħol għal skopijiet industrijali jew ta' enerġija.
Artikolu 46
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika b'mod dirett fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' April 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 tas-27 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward ta' programmi ta' appoġġ, kummerċ ma' pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur tal-inbid (ĠU L 170, 30.6.2008, p. 1).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1149 tal-15 ta' April 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-programmi nazzjonali ta' appoġġ fis-settur tal-inbid u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 (Ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 tal-25 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara ċerti kategoriji ta' għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f'żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 193, 1.7.2014, p. 1).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1).
(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 9)
(10) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 tat-13 ta' Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta' għajnuna mill-Istat orizzontali (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 1).
(11) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).
(12) Ir-Regolament (UE) Nru 1337/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 rigward l-istatistika Ewropea dwar għelejjel permanenti u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 357/79 u d-Direttiva 2001/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 7).
(13) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69).
(14) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1848/2006 tal-14 ta' Diċembru 2006 dwar l-irregolaritajiet u l-irkupru ta' somom ta' flus imħallsa bi żball b'konnessjoni mal-finanzjament tal-politika agrikola komuni kif ukoll l-organizzazzjoni ta' sistema ta' informazzjoni f'dan il-qasam u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 595/91 (ĠU L 355, 15.12.2006, p. 56).
ANNESS I
Programmi nazzjonali ta' appoġġ
Snin finanzjarji 2014-2018 |
Stat Membru (1) : |
Data tan-notifika (2) : |
Numru tar-reviżjoni: |
Raġuni: emenda mitluba mill-Kummissjoni/emenda mitluba mill-Istat Membru (3) |
A. Deskrizzjoni tal-miżuri proposti kif ukoll l-għanijiet kwantifikati tagħhom
(1) |
|
(2) |
|
(3) |
Ħsad bikri f'konformità mal-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:
Introdott fil-programm ta' appoġġ: iva/le, jekk iva: Deskrizzjoni tal-miżuri proposti: Strateġija proposta: Għanijiet kwantifikati: Benefiċjarji: Proċedura ta' applikazzjoni: Kriterji ta' eliġibbiltà: Spejjeż eliġibbli/mhux eliġibbli: Applikazzjoni tal-iskala standard ta' spejjeż għal kull unità/kontribuzzjonijiet in natura: iva/le
Kriterji ta' prijorità u ponderazzjoni rispettiva: Proċedura tal-għażla: Skadenzi għall-ħlasijiet lill-benefiċjarji: |
(4) |
Fondi reċiproki f'konformità mal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:
Introdott fil-programm ta' appoġġ: iva/le, jekk iva: Deskrizzjoni tal-miżuri proposti: Strateġija proposta: Għanijiet kwantifikati: Benefiċjarji: Proċedura ta' applikazzjoni: Kriterji ta' eliġibbiltà: Spejjeż eliġibbli/mhux eliġibbli: Kriterji ta' prijorità u ponderazzjoni rispettiva: Proċedura tal-għażla: Skadenzi għall-ħlasijiet lill-benefiċjarji: Demarkazzjoni ma' skemi oħra nazzjonali jew tal-Unjoni u sistema ta' verifika implimentata biex jiġi evitat il-finanzjament doppju: |
(5) |
Assigurazzjoni tal-ħsad f'konformità mal-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:
Introdott fil-programm ta' appoġġ: iva/le, jekk iva: Deskrizzjoni tal-miżuri proposti: Strateġija proposta: Għanijiet kwantifikati: Benefiċjarji: Proċedura ta' applikazzjoni: Kriterji ta' eliġibbiltà: Spejjeż eliġibbli/mhux eliġibbli: Kriterji ta' prijorità u ponderazzjoni rispettiva: Proċedura tal-għażla: Skadenzi għall-ħlasijiet lill-benefiċjarji: Demarkazzjoni ma' skemi oħra nazzjonali jew tal-Unjoni u sistema ta' verifika implimentata biex jiġi evitat il-finanzjament doppju: Għajnuna mill-Istat: iva/le, jekk iva: rata massima u kondizzjonijiet: |
(6) |
Investimenti f'intrapriżi skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013:
Introdott fil-programm ta' appoġġ: iva/le, jekk iva: Deskrizzjoni tal-miżuri proposti: Strateġija proposta: Għanijiet kwantifikati: Benefiċjarji: Proċedura ta' applikazzjoni: Kriterji ta' eliġibbiltà: Spejjeż eliġibbli/mhux eliġibbli: Kriterji ta' prijorità u ponderazzjoni rispettiva: Proċedura tal-għażla: Skadenzi għall-ħlasijiet lill-benefiċjarji: Pagamenti bil-quddiem: iva/le, jekk iva: rata massima u kondizzjonijiet: Demarkazzjoni ma' skemi oħra nazzjonali jew tal-Unjoni u sistema ta' verifika implimentata biex jiġi evitat il-finanzjament doppju: Għajnuna mill-Istat: iva/le, jekk iva: rata massima u kondizzjonijiet: |
(7) |
Innovazzjoni fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:
Introdott fil-programm ta' appoġġ: iva/le, jekk iva: Deskrizzjoni tal-miżuri proposti: Strateġija proposta: Għanijiet kwantifikati: Benefiċjarji: Proċedura ta' applikazzjoni: Kriterji ta' eliġibbiltà: Spejjeż eliġibbli/mhux eliġibbli: Kriterji ta' prijorità u ponderazzjoni rispettiva: Proċedura tal-għażla: Skadenzi għall-ħlasijiet lill-benefiċjarji: Pagamenti bil-quddiem: iva/le, jekk iva: rata massima u kondizzjonijiet: Demarkazzjoni ma' skemi oħra nazzjonali jew tal-Unjoni u sistema ta' verifika implimentata biex jiġi evitat il-finanzjament doppju: |
(8) |
Distillazzjoni ta' prodott sekondarju f'konformità mal-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:
Introdott fil-programm ta' appoġġ: iva/le, jekk iva: Deskrizzjoni tal-miżuri proposti (inkluż il-livell tal-appoġġ): Strateġija proposta: Għanijiet kwantifikati: Benefiċjarji: Proċedura ta' applikazzjoni: Kriterji ta' eliġibbiltà: Spejjeż eliġibbli/mhux eliġibbli: Proċedura tal-għażla: Skadenzi għall-ħlasijiet lill-benefiċjarji: Pagamenti bil-quddiem: iva/le, jekk iva: rata massima u kondizzjonijiet: |
B. Riżultati ta' konsultazzjonijiet li saru:
C. Strateġija globali:
D. Stima li turi l-impatt tekniku, ekonomiku, ambjentali u soċjali mistenni:
E. Skeda għall-implimentazzjoni tal-miżuri:
F. Tabella ġenerali ta' ffinanzjar mogħtija fil-format tal-Anness II (in-numru ta' reviżjoni għandu jkun speċifikat):
G. Kriterji u indikaturi kwantitattivi oħrajn li għandhom jintużaw għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni:
H. Passi meħudin biex ikun żgurat li l-programmi jkunu implimentati kif xieraq u b'mod effettiv:
I. Ħatra ta' awtoritajiet u korpi kompetenti responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm:
J. Sit web fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali relatata mal-programm ta' appoġġ hija pubblikament disponibbli:
(1) Għandu jintuża l-akronimu tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.
(2) Skadenza tan-notifika: L-1 ta' Marzu u t-30 ta' Ġunju.
(3) Ingassal-element li ma jkunx applikabbli.
ANNESS II
Allokazzjoni finanzjarja tal-programm nazzjonali ta' appoġġ (1)
(f'EUR 1000) |
||||||||||
Stat Membru (*) : |
||||||||||
Data tan-notifika (**) : |
Id-data tan-notifika ta' qabel: |
|||||||||
Numru ta' din it-tabella emendata: Raġuni: emenda mitluba mill-Kummissjoni/emenda mitluba mill-Istat Membru (***) |
||||||||||
|
|
Sena finanzjarja |
|
|||||||
Miżuri |
Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 |
|
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
Total |
||
(l) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
(6) |
(7) |
(8) |
(9) |
||
|
Artikolu 45 |
Notifika ta' qabel |
|
|
|
|
|
|
||
Ammont emendat |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 46(3)(a),(b),(d) |
Notifika ta' qabel |
|
|
|
|
|
|
||
Ammont emendat |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 46(3)(c) |
Notifika ta' qabel |
|
|
|
|
|
|
||
Ammont emendat |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 47 |
Notifika ta' qabel |
|
|
|
|
|
|
||
Ammont emendat |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 48 |
Notifika ta' qabel |
|
|
|
|
|
|
||
Ammont emendat |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 49 |
Notifika ta' qabel |
|
|
|
|
|
|
||
Ammont emendat |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 50 |
Notifika ta' qabel |
|
|
|
|
|
|
||
Ammont emendat |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 51 |
Notifika ta' qabel |
|
|
|
|
|
|
||
Ammont emendat |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 52 |
Notifika ta' qabel |
|
|
|
|
|
|
||
Ammont emendat |
|
|
|
|
|
|
||||
TOTALI |
Notifika ta' qabel |
|
|
|
|
|
|
|||
Ammont emendat |
|
|
|
|
|
|
(1) L-ammonti jinkludu wkoll l-ispejjeż ta' operazzjonijiet imnedija fil-qafas tal-ewwel programm ta' ħames snin 2009-2013 u li l-pagament tagħhom se jsir fit-tieni programm ta' ħames snin 2014-2018.
(*) Għandu jintuża l-akronimu tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.
(**) Skadenza tan-notifika: 30 ta' Ġunju.
(***) Ingassal-element li ma jkunx applikabbli.
ANNESS III
Ir-rapportar dwar l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali ta' appoġġ
Sena finanzjarja: |
||
Data tan-notifika: |
Numru tar-reviżjoni: |
Stat Membru (1) : |
A. Valutazzjoni globali:
B. Kundizzjonijiet u riżultati tal-implimentazzjoni tal-miżuri proposti (2)
(1) |
|
(2) |
|
(3) |
Ħsad bikri f'konformità mal-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:
Kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni: Riżultati, inkluż l-evoluzzjoni tal-istokkijiet: It-twettiq tal-għanijiet stabbiliti fil-programm ta' appoġġ: |
(4) |
Fondi reċiproki f'konformità mal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:
Kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni: Riżultati: It-twettiq tal-għanijiet stabbiliti fil-programm ta' appoġġ: |
(5) |
Assigurazzjoni tal-ħsad f'konformità mal-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:
Kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni: Riżultati: Numru ta' ettari assigurati fis-settur tal-inbid meta mqabbel ma' artijiet agrikoli oħra: Tip ta' assigurazzjoni ffinanzjata: Spiża skont it-tip ta' assigurazzjoni: Numru ta' benefiċjarji skont it-tip ta' assigurazzjoni: It-twettiq tal-għanijiet stabbiliti fil-programm ta' appoġġ: Għajnuna mill-Istat: |
(6) |
Investimenti f'intrapriżi skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013:
Kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni: Riżultati: It-twettiq tal-għanijiet stabbiliti fil-programm ta' appoġġ: Għajnuna mill-Istat: |
(7) |
Innovazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni: Riżultati: It-twettiq tal-għanijiet stabbiliti fil-programm ta' appoġġ: |
(8) |
Distillazzjoni ta' prodott sekondarju f'konformità mal-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:
Kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni (inkluż il-livell ta' appoġġ): Riżultati: It-twettiq tal-għanijiet stabbiliti fil-programm ta' appoġġ: |
C. Konklużjonijiet (u, jekk meħtieġ, modifiki ppjanati)
(1) Għandu jintuża l-akronimu tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.
(2) Iridu jimtlew biss il-punti li għandhom x'jaqsmu mal-miżuri li ġew introdotti fil-programm ta' appoġġ.
(3) Stima tal-impatt tekniku, ekonomiku, ambjentali u soċjali msejsa fuq kriterji u indikaturi kwantittativi definiti għal monitoraġġ u evalwazzjoni fil-programm notifikat.
ANNESS IV
Dejta teknika dwar il-programm nazzjonali ta' appoġġ (1)
(ammonti finanzjarji f'EUR 1000) |
||||||||||
Stat Membru (*) : |
||||||||||
Data tan-notifika (**) : |
Id-data tan-notifika ta' qabel: |
|||||||||
Numru ta' din it-tabella emendata: |
||||||||||
|
|
|
Sena Finanzjarja |
|
||||||
Miżuri |
Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 |
|
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2014-2018 |
||
|
Eżekuzzjoni/Previżjoni |
Eżekuzzjoni/Previżjoni |
Eżekuzzjoni/Previżjoni |
Eżekuzzjoni/Previżjoni |
Eżekuzzjoni/Previżjoni |
Eżekuzzjoni + Previżjoni Totali |
||||
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
(6) |
(7) |
(8) |
(9) |
||
|
Artikolu 45(1)(a) |
Nefqa totali tal-Unjoni |
|
|
|
|
|
|
||
Spejjeż totali tal-benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull benefiċjarju |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' operazzjonijiet |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull operazzjoni |
|
|
|
|
|
|
||||
Ammont totali ta' Għajnuna mill-Istat |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 45(1)(b) |
Nefqa totali tal-Unjoni |
|
|
|
|
|
|
||
Spejjeż totali tal-benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull benefiċjarju |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' operazzjonijiet |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull operazzjoni |
|
|
|
|
|
|
||||
Ammont totali ta' Għajnuna mill-Istat |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 46 |
Nefqa totali tal-Unjoni |
|
|
|
|
|
|
||
Nefqa totali tal-benefiċjarji, meta jkun applikabbli |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull benefiċjarju |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' operazzjonijiet |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull operazzjoni |
|
|
|
|
|
|
||||
Żona totali koperta (ettari) |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni (EUR/ettari) |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 46(3)(c) |
Nefqa totali tal-Unjoni |
|
|
|
|
|
|
||
Nefqa totali tal-benefiċjarji, meta jkun applikabbli |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull benefiċjarju |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' operazzjonijiet |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull operazzjoni |
|
|
|
|
|
|
||||
Żona totali koperta (ettari) |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni (EUR/ettari) |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 47 |
Nefqa totali tal-Unjoni |
|
|
|
|
|
|
||
Nefqa totali tal-benefiċjarji, meta jkun applikabbli |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull benefiċjarju |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' operazzjonijiet |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull operazzjoni |
|
|
|
|
|
|
||||
Żona totali koperta (ettari) |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni Annwali mill-Unjoni (EUR/ettari) |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 48 |
Nefqa totali tal-Unjoni |
|
|
|
|
|
|
||
Għadd ta' Fondi ġodda |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull Fond |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 49 |
Nefqa totali tal-Unjoni |
|
|
|
|
|
|
||
Spejjeż totali tal-benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull benefiċjarju |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' polzi ta' assigurazzjoni ffinanzjati |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull polza tal-assigurazzjoni |
|
|
|
|
|
|
||||
Ammont totali ta' Għajnuna mill-Istat |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 50 |
Nefqa totali tal-Unjoni |
|
|
|
|
|
|
||
Spejjeż totali tal-benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull benefiċjarju |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' operazzjonijiet |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull operazzjoni |
|
|
|
|
|
|
||||
Ammont totali ta' għajnuna mill-Istat |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 50(4)(a) |
Nefqa totali tal-Unjoni |
|
|
|
|
|
|
||
Spejjeż totali tal-benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull benefiċjarju |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' operazzjonijiet |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull operazzjoni |
|
|
|
|
|
|
||||
Ammont totali ta' għajnuna mill-Istat |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 50(4)(b) |
Nefqa totali tal-Unjoni |
|
|
|
|
|
|
||
Spejjeż totali tal-benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull benefiċjarju |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' operazzjonijiet |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull operazzjoni |
|
|
|
|
|
|
||||
Ammont totali ta' għajnuna mill-Istat |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 50(4)(c) |
Nefqa totali tal-Unjoni |
|
|
|
|
|
|
||
Spejjeż totali tal-benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull benefiċjarju |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' operazzjonijiet |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull operazzjoni |
|
|
|
|
|
|
||||
Ammont totali ta' għajnuna mill-Istat |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 50(4)(d) |
Nefqa totali tal-Unjoni |
|
|
|
|
|
|
||
Spejjeż totali tal-benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull benefiċjarju |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' operazzjonijiet |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull operazzjoni |
|
|
|
|
|
|
||||
Ammont totali ta' għajnuna mill-Istat |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 51 |
Nefqa totali tal-Unjoni |
|
|
|
|
|
|
||
Spejjeż totali tal-benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull benefiċjarju |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' operazzjonijiet |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull operazzjoni |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 52 |
Nefqa totali tal-Unjoni |
|
|
|
|
|
|
||
Numru ta' benefiċjarji (distilleriji) |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull benefiċjarju |
|
|
|
|
|
|
||||
Karfa tal-inbid: Firxa ta' appoġġ massimu (EUR/%vol/hl) |
|
|
|
|
|
|
||||
Karfa tal-għeneb: Firxa ta' appoġġ massima (EUR/%vol/Tun) |
|
|
|
|
|
|
||||
Hl ta' karfa tal-inbid distillati |
|
|
|
|
|
|
||||
Tun ta' karfa tal-għeneb distillati |
|
|
|
|
|
|
||||
Mio hl alkoħol miksub |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni Medja tal-Unjoni/Hl alk miksub |
|
|
|
|
|
|
(1) Daħħal id-dejta tal-eżekuzzjoni għas-snin finanzjarji diġà mġarrba u d-dejta ta' previżjoni għas-sena finanzjarja attwali u dawk li ġejjin.
(*) Għandu jintuża l-akronimu tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.
(**) Skadenza tan-notifika: L-1 ta' Marzu.
ANNESS V
Notifika dwar il-miżura ta' promozzjoni
Snin finanzjarji 2014-2018:
1. Informazzjoni fl-Istati Membri
Stat Membru: |
|||||||
Previżjonijiet/eżekuzzjoni (*) |
|||||||
Data tan-notifika (**) : |
Id-data tan-notifika ta' qabel: |
||||||
Numru ta' din it-tabella emendata: |
|||||||
Benefiċjarji |
Miżura eliġibbli (l-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013) |
Deskrizzjoni (***) |
Suq immirat |
Perjodu |
Nefqa eliġibbli (EUR) |
li minnha l-kontribuzzjoni tal-Unjoni (EUR) |
li minnha appoġġ pubbliku ieħor, jekk ikun hemm (EUR) |
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
(6) |
(7) |
(8) |
… |
|
|
|
|
|
|
|
2. Promozzjoni f'pajjiżi terzi
Stat Membru: |
|||||||
Previżjonijiet/eżekuzzjoni (****) |
|||||||
Data tan-notifika (*****) : |
Id-data tan-notifika ta' qabel: |
||||||
Numru ta' din it-tabella emendata: |
|||||||
Benefiċjarji |
Miżura eliġibbli (l-Artikolu 45(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013) |
Deskrizzjoni (******) |
Suq immirat |
Perjodu |
Nefqa eliġibbli (EUR) |
li minnha l-kontribuzzjoni tal-Unjoni (EUR) |
li minnha appoġġ pubbliku ieħor, jekk ikun hemm (EUR) |
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
(6) |
(7) |
(8) |
… |
|
|
|
|
|
|
|
(*) Ingassal-element li ma jkunx applikabbli.
(**) Skadenza tan-notifika: kull l-1 ta' Marzu.
(***) Inkluż jekk il-miżura ta' promozzjoni tkun organizzata b'kooperazzjoni ma' Stat Membru wieħed jew aktar.
(****) Ingassal-element li ma jkunx applikabbli.
(*****) Skadenza tan-notifika: kull l-1 ta' Marzu.
(******) Inkluż jekk il-miżura ta' promozzjoni tkun organizzata b'kooperazzjoni ma' Stat Membru wieħed jew aktar.
ANNESS VI
Rapport annwali dwar verifiki mwettqa
Sena finanzjarja: |
Stat Membru (1) : |
Data tan-notifika (2) : |
Miżura (3) : |
1. Numru ta' verifiki
Aġenzija tal-pagamenti |
L-isem tal-unità (4) |
Ammont totali ta' appoġġ allokat (Baġit) |
Ammont totali ta' appoġġ mitlub |
Ammont totali ta' appoġġ imħallas |
Numru ta' unitajiet imħallsa (4) |
In-numru totali ta' applikazzjonijiet ta' appoġġ sottomessi |
In-numru totali ta' applikazzjonijiet ta' appoġġ imħallsa |
Għadd totali ta' benefiċjarji |
VERIFIKI Regolament (UE) Nru 1306/2013 u dan ir-Regolament |
||||||
Verifiki amministrattivi Art 59(1) |
Verifiki fuq il-post (OTSC) (5) skont l-Art 59(2) |
||||||||||||||
(Ħlasijiet bil-quddiem) |
(Pagamenti finali) |
In-numru totali ta' applikazzjonijiet ta' appoġġ verifikati |
L-ammont totali ta' applikazzjonijiet ta' appoġġ verifikati |
Kampjun: għażla tar-riskju (5) |
Kampjun: għażla aleatorja (5) |
||||||||||
Numru ta' applikazzjonijiet ta' appoġġ soġġetti għal OTSC ibbażata fuq ir-riskju |
Ammont ta' appoġġ mitlub u soġġett għal OTSC ibbażata fuq ir-riskju |
Numru ta' applikazzjonijiet ta' appoġġ soġġetti għal OTSC aleatorja |
Ammont ta' appoġġ mitlub u soġġett għal OTSC aleatorja |
||||||||||||
EUR |
EUR |
EUR |
EUR |
numru |
numru |
numru |
numru |
numru |
EUR |
numru |
EUR |
numru |
EUR |
||
A |
B |
C |
D |
E |
F |
G |
H |
I |
J |
K |
L |
M |
N |
||
PA_1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
PA_2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
… |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2. Riżultati ta' verifiki
Aġenzija tal-pagamenti |
IR-RIŻULTATI TAL-VERIFIKI |
Ammont ta' tnaqqis ta' appoġġ Regolament (UE) Nru 1306/2013 Art 64 |
||||||||||
Verifiki amministrattivi |
Verifiki fuq il-post |
|||||||||||
Numru ta' applikazzjonijiet ta' għajnuna b'irregolaritajiet (6) skoperti minn verifika amministrattiva |
Ammont ta' irregolaritajiet skoperti minn verifika amministrattiva (7) |
Rata ta' erruri skont l-ammont |
Numru ta' applikazzjonijiet ta' għajnuna b'irregolaritajiet |
Ammont ta' irregolaritajiet |
Rata ta' erruri |
|||||||
Skoperti bil-kampjun fuq bażi tar-riskju |
Skoperti bil-kampjun fuq bażi aleatorja |
Skoperti bil-kampjun fuq bażi tar-riskju |
Skoperti bil-kampjun fuq bażi aleatorja |
Riskju |
Aleatorju |
Minn verifiki amministrattivi |
Minn verifiki fuq il-post |
Tnaqqis ta' appoġġ totali minn verifiki amministrattivi u fuq il-post |
||||
numru |
EUR |
% |
numru |
numru |
EUR |
EUR |
% |
% |
EUR |
EUR |
EUR |
|
O |
P |
Q = P/J |
R |
S |
T |
U |
V = T/L |
W = U/N |
X = P |
Y = T + U |
α = X + Y |
|
PA_1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
PA_2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
… |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Għandu jintuża l-akronimu tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.
(2) Skadenza tan-notifika: l-1 ta' Marzu.
(3) Għandha timtela notifika waħda għal kull miżura tal-programm ta' appoġġ.
(4) It-terminu “unitajiet” huwa maħsub biex jirreferi għan-numru ta' operazzjonijiet, ettari, tunnellati, litri, eċċ. skont il-miżura/l-operazzjoni/l-azzjoni kif ikun xieraq.
(5) F'każ ta' verifiki 100 % jekk jogħġbok irrapporta kollox taħt OTSC “ibbażata fuq ir-riskju”.
(6) F'dan il-kuntest, it-terminu “irregolarità” huwa maħsub biex jinkludi kwalunkwe sejba, anomalija jew diverġenza li twassal għal bidla fl-ammont imħallat, jew li jkun diġà tħallas qabel l-applikazzjoni tal-multi.
— |
Jekk il-verifika amministrattiva tiskopri irregolarità u l-istess talba għall-appoġġ tkun is-suġġett ukoll ta' OTSC li ma ssibx iktar irregolarità, l-irregolarità trid tkun attribwita għall-verifika amministrattiva. |
— |
Jekk il-verifika amministrattiva tiskopri irregolarità u l-istess talba għall-appoġġ tkun is-suġġett ukoll ta' OTSC li ma ssibx iktar irregolarità, l-irregolarità trid tkun attribwita għall-verifika amministrattiva. |
— |
Jekk verifika amministrattiva tiskopri irregolarità suspettata, imbagħad tiġi skedata OTSC biex issir investigazzjoni ulterjuri, u l-OTSC tikkonferma l-irregolarità suspettata, din għandha tiġi attribwita għall-verifika amministrattiva. |
— |
Jekk il-verifika amministrattiva tiskopri irregolarità u l-istess talba għall-appoġġ tkun is-suġġett ukoll ta' OTSC li ma ssibx iktar irregolarità, l-irregolarità trid tkun attribwita għall-verifika amministrattiva. |
— |
Jekk verifika amministrattiva tiskopri irregolarità suspettata, imbagħad tiġi skedata OTSC biex issir investigazzjoni ulterjuri, u l-OTSC tikkonferma l-irregolarità suspettata, din għandha tiġi attribwita għall-verifika amministrattiva. |
— |
Jekk il-verifika amministrattiva tiskopri irregolarità u l-istess talba għall-appoġġ tkun is-suġġett ukoll ta' OTSC li ma ssibx iktar irregolarità, l-irregolarità trid tkun attribwita għall-verifika amministrattiva. |
— |
Jekk verifika amministrattiva tiskopri irregolarità suspettata, imbagħad tiġi skedata OTSC biex issir investigazzjoni ulterjuri, u l-OTSC tikkonferma l-irregolarità suspettata, din għandha tiġi attribwita għall-verifika amministrattiva. |
— |
Jekk verifika amministrattiva tiskopri irregolarità, u OTSC dwar l-istess talba għall-appoġġ issib irregolarità addizzjonali, iż-żewġ irregolaritajiet għandhom jingħaddu separatament. |
— |
Jekk il-verifika amministrattiva tiskopri irregolarità u l-istess talba għall-appoġġ tkun is-suġġett ukoll ta' OTSC li ma ssibx iktar irregolarità, l-irregolarità trid tkun attribwita għall-verifika amministrattiva. |
— |
Jekk verifika amministrattiva tiskopri irregolarità suspettata, imbagħad tiġi skedata OTSC biex issir investigazzjoni ulterjuri, u l-OTSC tikkonferma l-irregolarità suspettata, din għandha tiġi attribwita għall-verifika amministrattiva. |
— |
Jekk verifika amministrattiva tiskopri irregolarità, u OTSC dwar l-istess talba għall-appoġġ issib irregolarità addizzjonali, iż-żewġ irregolaritajiet għandhom jingħaddu separatament. |
ANNESS VII
Informazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat
dwar għajnuna mill-Istat diġà awtorizzata skont l-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat, dwar għajnuna mill-Istat li hija eżentata minn kwalunkwe obbligu ta' notifika jew dwar l-użu ta' skema de minimis (1)
Stat Membru (*) : |
|||
Reġjun(i) konċernat(i) (fejn applikabbli): |
|||
Data tan-notifika (**) : |
|||
Kodiċi tal-miżura |
Isem il-miżura ta' għajnuna |
Il-bażi legali tal-miżura |
It-tul tal-miżura ta' għajnuna |
|
|
|
|
|
|
|
|
Indika, skont il-każ:
— |
għall-miżuri koperti mir-Regolament de minimis: “Kwalunkwe għajnuna mogħtija b'din il-miżura tkun f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1407/2013 (l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli) jew ir-Regolament (UE) Nru 1408/2013 (produzzjoni primarja)” (2); |
— |
għal għajnuna li hija eżentata minn notifika: referenza għan-numru ta' reġistrazzjoni (numru tal-għajnuna mill-Istat); |
— |
għal għajnuna awtorizzata: referenza għad-deċiżjoni ta' approvazzjoni ta' għajnuna mill-Istat tal-Kummissjoni, inkluż in-numru tal-għajnuna mill-Istat u r-referenzi tal-ittra ta' approvazzjoni. |
(1) Notifika msemmija fl-Artikolu 20(1) (Notifika relatata mal-għajnuna mill-Istat).
(*) Għandu jintuża l-akronimu OP.
(**) Skadenza tan-notifika: kull l-1 ta' Marzu.
(2) Jekk jogħġbok indika liema Regolament japplika.
15.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 190/72 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1151
tat-12 ta' Lulju 2016
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-redfish fl-ilmijiet ta' Greenland taż-żona NAFO 1F u fl-ilmijiet ta' Greenland taż-żoni V u XIV kif ukoll fl-ilmijiet internazzjonali taż-Żona ta' Konservazzjoni tar-Redfish minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Latvja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2016. |
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2016. |
(3) |
Għaldaqstant jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2016 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 tat-22 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/104 (ĠU L 22, 28.1.2016, p. 1).
ANNESS
Nru |
13/TQ72 |
Stat Membru |
Il-Latvja |
Stokk |
RED/N1G14P u RED/*5-14P |
Speċi |
Redfish (Sebastes spp.) |
Żona |
L-ilmijiet ta' Greenland taż-żona NAFO 1F u l-ilmijiet ta' Greenland taż-żoni V u XIV kif ukoll l-ilmijiet internazzjonali taż-Żona ta' Konservazzjoni tar-Redfish |
Data tal-Għeluq |
9.6.2016 |
15.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 190/74 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1152
tat-12 ta' Lulju 2016
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-redfish fl-ilmijiet ta' Greenland taż-żona NAFO 1F u fl-ilmijiet ta' Greenland taż-żoni V u XIV kif ukoll fl-ilmijiet internazzjonali taż-Żona ta' Konservazzjoni tar-Redfish minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2016. |
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2016. |
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2016 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 tat-22 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/104 (ĠU L 22, 28.1.2016, p. 1).
ANNESS
Nru |
14/TQ72 |
Stat Membru |
Il-Ġermanja |
Stokk |
RED/N1G14P u RED/*5-14P |
Speċi |
Redfish (Sebastes spp.) |
Żona |
L-ilmijiet ta' Greenland taż-żona NAFO 1F u l-ilmijiet ta' Greenland taż-żoni V u XIV kif ukoll l-ilmijiet internazzjonali taż-Żona ta' Konservazzjoni tar-Redfish |
Data tal-għeluq |
11.6.2016 |
15.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 190/76 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1153
tal-14 ta' Lulju 2016
li jiffissa r-rata ta' aġġustament għall-pagamenti diretti skont ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sena kalendarja 2016
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(3) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għandha tiġi stabbilita riżerva maħsuba biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għas-settur agrikolu f'każ ta' kriżijiet kbar li jolqtu l-produzzjoni jew id-distribuzzjoni agrikola, billi, fil-bidu ta' kull sena, jiġi applikat tnaqqis fil-pagamenti diretti permezz tal-mekkaniżmu tad-dixxiplina finanzjarja msemmi fl-Artikolu 26 ta' dak ir-Regolament. |
(2) |
L-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fih previst li sabiex jiġi żgurat li jitħarsu l-limiti massimi annwali stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (2) għall-finanzjament tan-nefqa relatata mas-suq u tal-pagamenti diretti, trid tiġi determinata rata ta' aġġustament għall-pagamenti diretti meta t-tbassir tal-finanzjament tal-miżuri ffinanzjati skont dak is-sottolimitu għal sena finanzjarja partikulari jindika li jkunu se jinqabżu l-limiti massimi annwali applikabbli. |
(3) |
L-ammont tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu, inkluż fl-Abbozz tal-Baġit tal-Kummissjoni għall-2017, jammonta għal EUR 450,5 miljun fi prezzijiet attwali. Biex jiġi kopert dak l-ammont, il-mekkaniżmu tad-dixxiplina finanzjarja jrid japplika għall-pagamenti diretti fil-qafas tal-iskemi ta' appoġġ elenkati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) fir-rigward tas-sena kalendarja 2016. |
(4) |
It-tbassir għall-pagamenti diretti u n-nefqa relatata mas-suq iddeterminati fl-Abbozz tal-Baġit 2017 tal-Kummissjoni jindika li ma hemmx bżonn ta' aktar dixxiplina finanzjarja. |
(5) |
Filwaqt li taġixxi f'konformità mal-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jiffissa r-rata ta' aġġustament prevista fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għall-pagamenti diretti fir-rigward tas-sena kalendarja 2016 (4) fit-22 ta' Marzu 2016. |
(6) |
Sat-30 ta' Ġunju 2016 il-Parlament Ewropew u l-Kunsill kienu għadhom ma ddeterminawx dik ir-rata ta' aġġustament. Għaldaqstant, f'konformità mal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-Kummissjoni għandha tiffissa r-rata ta' aġġustament permezz ta' att ta' implimentazzjoni u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill immedjatament dwar dan. |
(7) |
F'konformità mal-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, ir-rata ta' aġġustament tista' tiġi adattata mill-Kummissjoni sal-1 ta' Diċembru 2016, abbażi ta' informazzjoni ġdida fil-pussess tagħha. Fil-każ ta' informazzjoni ġdida, il-Kummissjoni se tqisha u se tadotta Regolament ta' Implimentazzjoni li jadatta r-rata ta' aġġustament sal-1 ta' Diċembru 2016, fil-kuntest tal-Ittra Emendatorja għall-Abbozz tal-Baġit tal-2017. |
(8) |
Bħala regola ġenerali, il-bdiewa li jressqu applikazzjoni għall-għajnuna għall-pagamenti diretti għal sena kalendarja waħda (N) jitħallsu f'perjodu tal-pagamenti fiss li jkun fis-sena finanzjarja (N+1). Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu pagamenti tardivi lill-bdiewa wara dak il-perjodu tal-pagament, sa ċertu limitu taż-żmien. Dawn il-pagamenti tardivi jistgħu jsiru f'sena finanzjarja sussegwenti. Meta d-dixxiplina finanzjarja tiġi applikata għal sena kalendarja partikolari, ir-rata ta' aġġustament ma għandhiex tiġi applikata għal pagamenti li għalihom l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jkunu tressqu fi snin kalendarji li mhumiex is-sena kalendarja li għaliha tapplika d-dixxiplina finanzjarja. Għalhekk, biex jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-bdiewa, huwa xieraq li jiġi previst li r-rata ta' aġġustament tiġi applikata biss għal pagamenti li għalihom l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jkunu tressqu fis-sena kalendarja li għaliha tapplika d-dixxiplina finanzjarja, irrispettivament minn meta jsir il-pagament lill-bdiewa. |
(9) |
L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fih previst li r-rata ta' aġġustament applikabbli għall-pagamenti diretti determinati f'konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għandha tapplika biss għal pagamenti diretti li jkunu ta' iktar minn EUR 2 000 u li għandhom jingħataw lill-bdiewa fis-sena kalendarja korrispondenti. Barra minn hekk, l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fih previst li, b'riżultat tal-introduzzjoni gradwali tal-pagamenti diretti, ir-rata ta' aġġustament għandha tibda tapplika għall-Kroazja biss mill-1 ta' Jannar 2022. B'hekk, ir-rata ta' aġġustament li għandha tiġi ddeterminata permezz ta' dan ir-Regolament ma għandhiex tapplika għal pagamenti lill-bdiewa f'dak l-Istat Membru, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Għall-fini li tiġi ffissata r-rata ta' aġġustament f'konformità mal-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, u f'konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-ammonti tal-pagamenti diretti taħt l-iskemi ta' appoġġ elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, li jkunu ta' iktar minn EUR 2 000 u li għandhom jingħataw lill-bdiewa għal applikazzjoni għall-għajnuna mressqa fir-rigward tas-sena kalendarja 2016, għandhom jitnaqqsu b'rata ta' aġġustament ta' 1,366744 %.
2. It-tnaqqis previst fil-paragrafu 1 ma għandux japplika fil-Kroazja.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).
(4) COM(2016) 159.
15.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 190/78 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1154
tal-14 ta' Lulju 2016
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
166,2 |
ZZ |
166,2 |
|
0709 93 10 |
TR |
134,4 |
ZZ |
134,4 |
|
0805 50 10 |
AR |
190,6 |
BO |
217,8 |
|
CL |
114,2 |
|
UY |
200,2 |
|
ZA |
175,8 |
|
ZZ |
179,7 |
|
0808 10 80 |
AR |
162,1 |
BR |
91,4 |
|
CL |
133,9 |
|
CN |
102,6 |
|
NZ |
144,3 |
|
US |
184,2 |
|
ZA |
109,9 |
|
ZZ |
132,6 |
|
0808 30 90 |
AR |
178,2 |
CL |
126,3 |
|
NZ |
249,7 |
|
ZA |
133,2 |
|
ZZ |
171,9 |
|
0809 10 00 |
TR |
194,0 |
ZZ |
194,0 |
|
0809 29 00 |
TR |
279,5 |
ZZ |
279,5 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
15.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 190/80 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1155
tal-14 ta' Lulju 2016
dwar l-ekwivalenza tas-sistema tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità, tal-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar tal-Istati Uniti tal-Amerika skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2016) 4363)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar l-awditi statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 46(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 45(1) tad-Direttiva 2006/43/KE l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru huma meħtieġa jirreġistraw lill-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar kollha ta' pajjiżi terzi li jipprovdu rapporti tal-awditjar dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati ta' kumpaniji inkorporati barra l-Unjoni li t-titoli trasferibbli tagħhom huma ammessi għan-negozju f'suq regolat f'dak l-Istat Membru. L-Artikolu 45(3) tad-Direttiva 2006/43/KE jeħtieġ li l-Istati Membri jippreżentaw lil dawn l-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar għas-sistemi tagħhom ta' sorveljanza pubblika, aċċertament tal-kwalità, investigazzjonijiet u penalitajiet. |
(2) |
L-Istati Membri jistgħu ma japplikawx jew jimmodifikaw abbażi tar-reċiproċità r-rekwiżiti tal-Artikolu 45(1) u (3) tad-Direttiva 2006/43/KE fir-rigward tal-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar ta' pajjiż terz sakemm is-sistemi tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità, u s-sistemi tal-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar ta' dak il-pajjiż terz għandhom jitqiesu ekwivalenti għar-rekwiżiti taħt id-Direttiva. Il-kundizzjonijiet skont liema r-rekwiżiti tal-Artikolu 45(1) u (3) tad-Direttiva 2006/43/KE ma jiġux applikati jew jiġu mmodifikati bħala konsegwenza tad-determinazzjoni tal-ekwivalenza jridu jkunu stipulati, bħala regola ġenerali, f'arranġament ta' kooperazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2006/43/KE bejn l-Istat Membru u s-sistema ta' sorveljanza pubblika, aċċertament tal-kwalità u investigazzjonijiet u penali tal-pajjiż terz rilevanti, u kkomunikati lill-Kummissjoni. |
(3) |
Bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/281/UE (2), il-Kummissjoni kkunsidrat li s-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità, u s-sistemi tal-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti, jiġifieri s-Securities and Exchange Commission tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Public Company Accounting Oversight Board tal-Istati Uniti tal-Amerika, kienu ekwivalenti għas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità, u s-sistemi tal-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u d-ditti tal-awditjar tal-Istati Membri. Din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni ma tibqax tapplika mill-31 ta' Lulju 2016. Għalhekk, l-ekwivalenza ta' dawn is-sistemi għandhom jiġu rivalutati. |
(4) |
Il-limitazzjoni taż-żmien tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/281/UE kienet minħabba n-nuqqas ta' fiduċja reċiproka fis-sistemi ta' sorveljanza ta' xulxin. Għalhekk, il-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti ġie rivedut sabiex issir valutazzjoni tal-progress li sar lejn il-kisba ta' dipendenza reċiproka. Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2013/281/UE, ċerti forom ta' dipendenza ġew stabbiliti, inkluż impenn biex tiġi evitata duplikazzjoni tax-xogħol bla bżonn u sabiex jiġu definiti approċċi għal kooperazzjoni li twassal għal livell ogħla ta' fiduċja fil-futur. |
(5) |
Fil-każ ta' kumpanija inkorporata fl-Istati Uniti u li t-titoli trasferibbli tagħha jkunu ammessi għan-negozju f'suq regolat ta' Stat Membru, iżda li ma tkunx ammessa għan-negozju fl-Istati Uniti tal-Amerika, l-Istati Membri jinħtieġ jiżguraw li kull inkarigu tal-awditjar relatat mar-rapporti finanzjarji ta' din il-kumpanija jkun kopert mill-arranġamenti ta' kooperazzjoni konklużi mal-Istati Uniti tal-Amerika biex ikun determinat liema sistema ta' sorveljanza pubblika, aċċertament tal-kwalità, investigazzjoni u penali se tapplika għall-awdituri ta' dawn il-kumpaniji. F'każ li dawn l-inkarigi tal-awditjar isiru minn awditur jew entità tal-awditjar ta' Stat Membru ieħor, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw biex jiżguraw li l-inkarigu tal-awditjar ikun inkluż fl-ambitu ta' waħda mis-sistemi tagħhom ta' sorveljanza pubblika, aċċertament tal-kwalità u investigazzjoni u penali. Dawk l-arranġament ma jimpedixxux lill-Istati Membri milli jistabbilixxu arranġamenti ta' kooperazzjoni dwar analiżi individwali tal-aċċertament tal-kwalità bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti. |
(6) |
Kull konklużjoni dwar l-ekwivalenza tas-sistemi ta' sorveljanza pubblika, aċċertament tal-kwalità u investigazzjonijiet u penali ta' pajjiż terz skont l-Artikolu 46(2) tad-Direttiva 2006/43/KE ma jippreġudikax xi deċiżjoni li l-Kummissjoni tista' tadotta dwar l-adegwatezza tar-rekwiżiti milħuqa mill-awtoritajiet kompetenti ta' dak il-pajjiż terz skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 47(3) ta' din id-Direttiva. |
(7) |
L-għan aħħari tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u dawk tal-Istati Uniti fil-qasam tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità, is-sistemi tal-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u d-ditti tal-awditjar huwa li tintlaħaq fiduċja reċiproka fis-sistemi ta' sorveljanza ta' xulxin abbażi tal-ekwivalenza tagħhom. |
(8) |
Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-ekwivalenza tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità, is-sistemi tal-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar tas-Securities and Exchange Commission tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Public Company Accounting Oversight Board tal-Istati Uniti tal-Amerika, bl-assistenza tal-Grupp Ewropew tal-Korp ta' Sorveljanza tal-Awdituri. Il-valutazzjoni saret fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 29, 30 u 32 tad-Direttiva 2006/43/KE li jirregolaw is-sistemi tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità, l-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u d-ditti tal-awditjar tal-Istati Membri. Is-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità, is-sistemi tal-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar tas-Securities and Exchange Commission tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Public Company Accounting Oversight Board tal-Istati Uniti tal-Amerika jissodisfaw ir-rekwiżiti li huma ekwivalenti għal dawk tal-Artikoli 29, 30 u 32 ta' din id-Direttiva. |
(9) |
Il-Public Company Accounting Oversight Board tal-Istati Uniti tal-Amerika għandu kompetenza fis-sorveljanza pubblika, fl-aċċertament estern tal-kwalità u fl-investigazzjoni ta' awdituri u ditti tal-awditjar. Is-Securities and Exchange Commission tal-Istati Uniti tal-Amerika għandha kompetenza biex tissorvelja l-operazzjonijiet tal-Public Company Accounting Oversight Board. |
(10) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti beħsiebhom ikomplu jevalwaw is-sistemi ta' sorveljanza pubblika, aċċertament tal-kwalità u investigazzjonijiet u penali fl-Istati Membri qabel jiddeċiedu li jafdaw is-sorveljanza li ssir mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom. Għaldaqstant, meta wieħed iqis li d-deroga prevista fl-Artikolu 46 tad-Direttiva 2006/43/KE hija bbażata fuq il-prinċipju ta' reċiproċità, il-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti tal-Amerika għandu jiġi analizzat sabiex jiġi vvalutat il-progress li sar lejn il-kisba ta' fiduċja reċiproka fis-sistemi ta' sorveljanza ta' xulxin. Dan ir-rieżami għandu jqis ukoll jekk l-Istati Membri sabux diffikultajiet biex jiksbu rikonoxximent tal-ekwivalenza fir-rigward tas-sorveljanza pubblika tagħhom, aċċertament tal-kwalità, sistemi tal-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u d-ditti tal-awditjar mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti. Għal din ir-raġuni, din id-Deċiżjoni għandha tkun applikabbli għal perjodu ta' żmien limitat. |
(11) |
Minkejja l-limitazzjoni taż-żmien, il-Kummissjoni se timmonitorja l-iżviluppi fis-sistemi ta' sorveljanza u kooperazzjoni regolatorja fuq bażi regolari. Din id-Deċiżjoni se tiġi rieżaminata bħala adegwati fid-dawl tal-bidliet regolatorji u ta' sorveljanza fl-Unjoni u fl-Istati Uniti, filwaqt li tqis is-sorsi disponibbli ta' informazzjoni rilevanti. Dak ir-rieżami jista' twassal għall-irtirar tad-dikjarazzjoni ta' ekwivalenza. |
(12) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 48(1) tad-Direttiva 2006/43/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-fini tal-Artikolu 46(1) tad-Direttiva 2006/43/KE, is-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità, is-sistemi tal-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar tas- Securities and Exchange Commission tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Public Company Accounting Oversight Board tal-Istati Uniti tal-Amerika għandhom jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti li huma ekwivalenti għal dawk tal-Artikoli 29, 30 u 32 ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
L-Artikolu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti kooperattivi dwar ir-rieżamijiet tal-aċċertament tal-kwalità individwali bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Awwissu 2016 sal-31 ta' Lulju 2022.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
Jonathan HILL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/281/UE tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar l-ekwivalenza tas-sistema tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità, tal-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar tal-Istati Uniti tal-Amerika skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ĠU L 161, 13.6.2013, p. 8).
15.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 190/83 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1156
tal-14 ta' Lulju 2016
dwar l-adegwatezza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Unit tal-Amerka skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2016) 4364)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 47(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 47(1) tad-Direttiva 2006/43/KE, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri jistgħu jippermettu t-trasferiment ta' dokumenti ta' ħidma tal-awditjar jew ta' dokumenti oħrajn li jinżammu mill-awdituri statutorji jew mid-ditti tal-awditjar approvati minnhom, kif ukoll ta' rapporti dwar spezzjonijiet jew investigazzjonijiet li jirrigwardaw l-awditi inkwistjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż terz, dment li dawn l-awtoritajiet ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti li jkunu ġew ddikjarati adegwati mill-Kummissjoni u jkunu jeżistu arranġamenti reċiproċi ta' ħidma bejniethom u bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. |
(2) |
Bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/280/UE (2), il-Kummissjoni kkunsidrat li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti, jiġifieri l-“Public Company Accounting Oversight Board” tal-Istati Uniti tal-Amerka u s-“Securities and Exchange Commission” tal-Istati Uniti tal-Amerka, jissodisfaw ir-rekwiżiti li huma adegwati għall-finijiet tal-Artikolu 47(1)(c) tad-Direttiva 2006/43/KE. Dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni hija applikabbli mill-1 ta' Awwissu 2013 u se tieqaf tapplika mill-31 ta' Lulju 2016. Għalhekk jeħtieġ li jiġi stabbilit jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti tal-Amerka jissodisfawx ir-rekwiżiti li huma adegwati sabiex id-dokumenti ta' ħidma tal-awditjar jew dokumenti oħra miżmuma mill-awdituri statutorji jew mid-ditti tal-awditjar kif ukoll ir-rapporti dwar spezzjonijiet jew investigazzjonijiet jiġu ttrasferiti lilhom. |
(3) |
Il-limitazzjoni temporali tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/280/UE kienet minħabba n-nuqqas ta' dipendenza reċiproka fis-sistemi ta' sorveljanza ta' xulxin. Għalhekk, b'mod partikolari, il-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti ġie rivedut sabiex isir rieżami tal-progress li sar lejn il-kisba ta' dipendenza reċiproka. Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/280/UE, ċerti forom ta' dipendenza ġew stabbiliti, inkluż impenn biex tiġi evitata duplikazzjoni tax-xogħol bla bżonn u sabiex jiddefinixxu approċċi għal koperazzjoni li twassal għal livell ogħla ta' fiduċja fil-futur. |
(4) |
Id-Deċiżjoni dwar l-adegwatezza skont l-Artikolu 47(3) tad-Direttiva 2006/43/KE ma tindirizzax rekwiżiti speċifiċi oħra għat-trasferiment ta' dokumenti ta' ħidma tal-awditjar jew ta' dokumenti oħra miżmuma minn awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar kif ukoll tar-rapporti dwar spezzjonijiet jew investigazzjonijiet, bħalma huma l-ftehimiet dwar arranġamenti reċiproki għal ħidma bejn l-awtoritajiet kompetenti stabbiliti fl-Artikolu 47(1)(d) ta' din id-Direttiva, jew ir-rekwiżiti għat-trasferiment ta' dejta personali stabbiliti fl-Artikolu 47(1)(e) ta' din id-Direttiva. |
(5) |
It-trasferiment ta' dokumenti ta' ħidma tal-awditjar jew dokumenti oħra miżmuma minn awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar kif ukoll tar-rapporti dwar spezzjonijiet jew investigazzjonijiet lill-awtorità kompetenti ta' pajjiż terz huwa rifless tal-interess pubbliku sostanzjali relatat mat-twettiq ta' sorveljanza pubblika indipendenti. Għaldaqstant, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom, fil-qafas tal-arranġamenti ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 47(2) tad-Direttiva 2006/43/KE, jiżguraw li l-awtoritàjiet kompetenti tal-Istati Uniti tal-Amerka jużaw kull dokument ittrasferit lilhom skont l-Artikolu 47(1) ta' din id-Direttiva biex jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom għas-sorveljanza pubblika, għall-garanzija tal-kwalità u għall-investigazzjonijiet fuq l-awdituri u d-ditti tal-awditjar biss. |
(6) |
It-trasferiment, ta' dokumenti ta' ħidma tal-awditjar jew ta' dokumenti oħra miżmumin minn awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar, lil awtorità kompetenti ta' pajjiż terz jinkludi l-għoti ta' aċċess għal dawn id-dokumenti jew it-trażmissjoni tagħhom lil tali awtorità mill-awditur statutorju jew mid-ditta tal-awditjar li jkollhom id-dokument li jsir bi ftehim minn qabel tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew ta' din l-awtorità stess. |
(7) |
Meta jitwettqu kontrolli jew investigazzjonijiet, l-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar m'għandhomx jitħallew jagħtu aċċess, jew jittrażmettu dokumenti ta' ħidma tal-awditjar jew dokumenti oħra lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti tal-Amerka taħt xi kundizzjoni oħra li mhix stipulata fl-Artikolu 47 tad-Direttiva 2006/43/KE u f'din id-Deċiżjoni. |
(8) |
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 47(4) tad-Direttiva 2006/43/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-iskop ta' sorveljanza pubblika, għall-garanzija tal-kwalità u għall-investigazzjonijiet fuq l-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar, il-kuntatti bejn l-awdituri statutorji jew id-ditti tal-awditjar approvati minnhom u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti tal-Amerka jseħħu permezz tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat. |
(9) |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti ta' ħidma stabbiliti mid-Direttiva 2006/43/KE li jiġu ttrasferiti d-dokumenti ta' ħidma tal-awditjar jew dokumenti oħra miżmumin mill-awdituri statutorji jew mid-ditti tal-awditjar kif ukoll ir-rapporti dwar spezzjonijiet jew investigazzjonijiet bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti tal-Amerka jiġu miftiehma abbażi ta' reċiproċità, u jinkludu l-protezzjoni ta' kull sigriet professjonali u informazzjoni kummerċjali sensittiva li tinsab f'dawn id-dokumenti li jikkonċernaw lill-entitajiet awditjati, inkluża l-proprjetà industrijali u intellettwali, jew tal-awdituri statutorji u tad-ditti tal-awditjar li jkunu awditjaw dawk l-entitajiet. |
(10) |
Meta t-trasferiment ta' dokumenti ta' ħidma tal-awditjar jew ta' dokumenti oħra miżmumin minn awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar, u ta' rapporti dwar spezzjonijiet jew investigazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti jinvolvi d-divulgazzjoni ta' dejta personali, din id-divulgazzjoni tkun skont il-liġi biss jekk tikkonforma wkoll mar-rekwiżiti għat-trasferiment internazzjonali tad-dejta stabbilit fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). L-Artikolu 47(1)(e) tad-Direttiva 2006/43/KE għalhekk jimponi li l-Istati Membri jiżguraw li t-trasferiment tad-dejta personali bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u l-awtorità kompetenti tal-Istati Uniti tal-Amerka ikun konformi mal-Kapitolu IV tad-Direttiva 95/46/KE. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm salvagwardji adegwati għall-protezzjoni tad-dejta personali ttrasferita, b'mod partikolari permezz ta' ftehimiet vinkolanti bejn l-awtoritàjiet kompetenti tagħhom u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti tal-Amerka, u li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti tal-Amerka ma jkomplux jiżvelaw id-dejta personali li tinsab fid-dokumenti ttrasferiti mingħajr ftehim minn qabel mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. |
(11) |
L-Istati Membri jistgħu jiddeċidu li jaċċettaw li f'ċirkustanzi eċċezzjonalil-ispezzjonijiet isiru mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom b'mod konġunt mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti fejn dan huwa meħtieġ biex jiżguraw superviżjoni effettiva. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li sseħħ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti tal-Amerka fil-forma ta' spezzjonijiet konġunti jew permezz ta' osservaturi mingħajr poteri ta' spezzjoni jew ta' investigazzjoni u mingħajr aċċess għad-dokumenti ta' ħidma tal-awditjar kunfidenzjali, jew għal dokumenti oħra li jkunu għand awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar, jew li jispezzjonaw jew jinvestigaw ir-rapporti. Din il-kooperazzjoni għandha dejjem isseħħ skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 47(2) tad-Direttiva 2006/43/KE u f'din id-Deċiżjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħtieġa li jiġu rrispettati s-sovranità, il-kunfidenzjalità u r-reċiproċità. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe spezzjonijiet konġunti li jsiru fl-Unjoni mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti tal-Amerka skont l-Artikolu 47 tad-Direttiva 2006/43/KE, bħala regola ġeenrali jkunu mmexxija mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru konċernat. |
(12) |
Is-“Securities and Exchange Commission” tal-Istati Uniti tal-Amerka għandha kompetenza tinvestiga awdituri u ditti tal-awditjar; din id-Deċiżjoni għandha tkopri biss il-kompetenzi tas-“Securities and Exchange Commission” tal-Istati Uniti tal-Amerka biex tinvestiga awdituri u ditti tal-awdituri. Is-“Securities and Exchange Commission” tal-Istati Uniti tal-Amerka timplimenta salvagwardji adegwati li jipprojbixxu u jissanzjonaw id-divulgazzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali mill-impjegati attwali jew ta' qabel tagħha lil kwalunkwe persuna jew awtorità terza. Skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Uniti tal-Amerka, is-“Securities and Exhange Commission” tista' tittrasferixxi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri dokumenti ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 47(1) tad-Direttiva 2006/43/KE li għandhom x'jaqsmu ma' investigazzjonijiet li hija tista' tagħmel fuq awdituri u ditti tal-awdituri bħal dawn. Fuq dik il-bażi, is-“Securities and Exchange Commission” tal-Istati Uniti tal-Amerka tissodisfa rekwiżiti li għandhom jiġu ddikjarati adegwati għall-iskopijiet tal-Artikolu 47(1)(c) tad-Direttiva 2006/43/KE. |
(13) |
Il-“Public Company Accounting Oversight Board” tal-Istati Uniti tal-Amerka għandu kompetenza fis-sorveljanza pubblika, fl-aċċertament estern tal-kwalità u fl-investigazzjoni ta' awdituri u ditti tal-awditjar. Dan jimplimenta salvagwardji adegwati li jipprojbixxu u jissanzjonaw id-divulgazzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali mill-impjegati attwali u ta' qabel lil kwalunkwe persuna jew awtorità terza. Skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Uniti tal-Amerka, il-“Public Company Accounting Oversight Board” jista' tittrasferixxi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri dokumenti ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 47(1) tad-Direttiva 2006/43/KE. Fuq dik il-bażi, il-“Public Company Accounting Oversight Board” tal-Istati Uniti tal-Amerka tissodisfa rekwiżiti li għandhom jiġu ddikjarati adegwati għall-iskopijiet tal-Artikolu 47(1)(c) tad-Direttiva 2006/43/KE. |
(14) |
Din id-Deċiżjoni ma taffettwax l-arranġamenti ta' kooperazzjoni msemmijin fl-Artikolu 25(4) tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
(15) |
Kwalunkwe konklużjoni dwar l-adegwatezza tar-rekwiżiti milħuqa mill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż terz skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 47(3) tad-Direttiva 2006/43/KE ma jippreġudikax kwalunkwe deċiżjoni li l-Kummissjoni tista' tadotta dwar l-ekwivalenza tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità, l-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar ta' dak il-pajjiż terz skont l-Artikolu 46(2) ta' dik id-Direttiva. |
(16) |
Din id-Deċiżjoni għandha l-għan li tiffaċilita l-kooperazzjoni effikaċi bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u dawk tal-Istati Uniti. L-għan tagħha huwa li tippermetti lil dawn l-awtoritajiet biex jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom għas-sorveljanza pubblika, għall-garanzija tal-kwalità u għall-investigazzjonijiet, u fl-istess waqt, sabiex tħares id-drittijiet tal-partijiet konċernati. L-Istati Membri huma taħt l-obbligu li jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-arranġamenti ta' ħidma reċiproċi konklużi mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Unit tal-Amerka, sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tivvaluta jekk il-kooperazzjoni sseħħx f'konformità mal-Artikolu 47 tad-Direttiva 2006/43/KE. |
(17) |
L-għan aħħari tal-kooperazzjoni dwar is-sorveljanza tal-awditjar bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti tal-Amerka huwa li tinkiseb fiduċja reċiproka fis-sistemi ta' sorveljanza ta' xulxin. B'dan il-mod, it-trasferimenti tad-dokumenti ta' ħidma tal-awditjar jew ta' dokumenti oħra miżmuma minn awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar kif ukoll ta' rapporti dwar spezzjonijiet jew investigazzjonijiet għandhom ikunu eċċezzjoni. Il-fiduċja reċiproka tkun ibbażata fuq l-ekwivalenza tas-sistemi ta' sorveljanza tal-awdituri tal-Unjoni u tal-Istati Uniti. |
(18) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti tal-Amerka għandhom il-ħsieb jevalwaw ulterjorment is-sistemi tas-sorveljanza tal-awditjar tal-Istati Membri qabel ma jiddeċiedu li jafdaw kompletament is-sorveljanza li ssir mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom. Għalhekk, il-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti ġie rivedut biex isir rieżami tal-progress li sar lejn il-kisba ta' dipendenza reċiproka dwar is-sistemi ta' sorveljanza ta' xulxin. Għal dawk ir-raġunijiet, din id-Deċiżjoni għandha tkun applikabbli għal perjodu ta' żmien limitat. |
(19) |
Minkejja l-limitazzjoni taż-żmien, il-Kummissjoni se timmonitorja l-iżviluppi fil-kooperazzjoni superviżorja u regolatorja fuq bażi regolari. Din id-Deċiżjoni se tiġi rieżaminata kif meħtieġ fid-dawl tal-bidliet superviżorji u regolatorji fl-Unjoni u fl-Istati Uniti tal-Amerka filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni s-sorsi disponibbli ta' informazzjoni rilevanti. Dan ir-rieżami jista' jwassal għall-irtirar tad-dikjarazzjoni ta' adegwatezza tagħha. |
(20) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta ta l-opinjoni tiegħu fis-27 ta' Mejju 2016. |
(21) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 48(1) tad-Direttiva 2006/43/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-“Public Company Accounting Oversight Board” tal-Istati Uniti tal-Amerka u s-“Securities and Exchange Commission” tal-Istati Uniti tal-Amerka jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom jiġu kkunsidrati bħala adegwati skont l-Artikolu 47(1)(c) tad-Direttiva 2006/43/KE għall-finijiet ta' trasferiment ta' dokumenti ta' ħidma tal-awditjar jew ta' dokumenti oħrajn kif ukoll tar-rapporti dwar spezzjonijiet jew investigazzjonijiet skont l-Artikolu 47(1) tad-Direttiva 2006/43/KE.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta d-dokumenti ta' ħidma tal-awditjar jew dokumenti oħra li jkunu għand awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar jinżammu esklussivament minn awditur statutorju jew ditta tal-awdituri rreġistrata fi Stat Membru ieħor barra l-Istat Membru fejn huwa rreġistrat l-awditur tal-grupp u li l-awtorità kompetenti tiegħu tkun irċeviet talba mingħand kwalunkwe awtorità msemmija fl-Artikolu 1, dawn il-karti jew id-dokumenti għandhom jiġu ttrasferiti lill-awtorità kompetenti tat-talba f'każ biss li l-awtorità kompetenti tal-ewwel Stat Membru tkun qablet espliċitament mat-trasferiment.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe spezzjonjieti konġunti li jsiru fl-Unjoni mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti tal-Amerka jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47 tad-Direttiva 2006/43/KE, u li bħala regola ġenerali jkunu mmexxija mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru konċernat.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe arranġamenti ta' ħidma bilaterali bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti tal-Amerka jkunu konformi mal-kundizzjonijiet għall-kooperazzjoni stipulati f'dan l-Artikolu.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Awwissu 2016 sal-31 ta' Lulju 2022.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
Jonathan HILL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/280/UE tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar l-adegwatezza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti tal-Amerka skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 161, 13.6.2013, p. 4).
(3) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(4) Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).