ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 182

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
7 ta' Lulju 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1093 tas-6 ta' Lulju 2016 li japprova l-Propjonat tad-dideċilmetilpoli(ossietil)ammonju bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8 ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1094 tas-6 ta' Lulju 2016 li japprova r-ram, f'għamla ta' granuli, bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8 ( 1 )

4

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1095 tas-6 ta' Lulju 2016 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Aċetat diidrat taż-żingu, il-Klorur taż-żingu anidru, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi, il-Kelat taż-żingu ta' idrolisati tal-proteina, il-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina (solidu) u l-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina (likwidu) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1334/2003, (KE) Nru 479/2006, (UE) Nru 335/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012 u (UE) Nru 636/2013 ( 1 )

7

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1096 tas-6 ta' Lulju 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1251/2008 rigward ir-rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq ta' kunsinni ta' ċerti speċijiet ta' ħut maħsuba għall-Istati Membri jew għal partijiet tagħhom li għandhom miżuri nazzjonali rigward l-alfavirus tas-salmonidi (SAV) approvati bid-Deċiżjoni 2010/221/UE ( 1 )

28

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1097 tas-6 ta' Lulju 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

37

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1098 tal-4 ta' Lulju 2016 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE fir-rigward tar-reviżjoni tal-Anness III tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE

39

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1099 tal-5 ta' Lulju 2016 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tieni ħlas parzjali għall-2016

44

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1100 tal-5 ta' Lulju 2016 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE fir-rigward tal-istatus tal-BSE tal-Costa Rica, tal-Ġermanja, tal-Litwanja, tan-Namibja u ta' Spanja (innotifikata bid-dokument C(2016) 4134)  ( 1 )

47

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1101 tal-5 ta' Lulju 2016 li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE rigward l-istat ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva tal-Istati Federali ta' Rhineland-Palatinate, Saarland u tar-Regierungsbezirke Arnsberg, Detmold u Münster fil-Ġermanja (innotifikata bid-dokument C(2016) 4135)  ( 1 )

51

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1102 tal-5 ta' Lulju 2016 li tapprova l-programmi nazzjonali għat-titjib tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-apikultura ppreżentati mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (innotifikata bid-dokument C(2016) 4133)

55

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/175 tat-8 ta' Frar 2016 dwar miżura meħuda minn Spanja skont id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' tip ta' apparat għall-ħasil bil-pressa ( ĠU L 33, 10.2.2016 )

58

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

7.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1093

tas-6 ta' Lulju 2016

li japprova l-Propjonat tad-dideċilmetilpoli(ossietil)ammonju bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi eżistenti li għandhom jiġu evalwati biex possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi l-Propjonat tad-dideċilmetilpoli(ossietil)ammonju.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-Propjonat tad-dideċilmetilpoli(ossietil)ammonju ġie evalwat għall-użu fil-prodotti tat-tip 8, bħalma huma l-preservattivi tal-injam, kif iddefinit fl-Anness V ta' dik id-Direttiva, li jikkorrispondu għall-prodotti tat-tip 8 ddefiniti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

L-Italja ġiet maħtura bħala l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni u fl-20 ta' Novembru 2007 ressqet ir-rapporti tal-valutazzjoni flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014, fit-8 ta' Diċembru 2015 il-Kumitat tal-Prodotti Bijoċidali fformula l-opinjoni tal-Aġenżija Ewropea, filwaqt li qies il-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni.

(5)

Skont dik l-opinjoni, il-prodotti bijoċidali għall-prodott tat-tip 8 u li fihom il-Propjonat tad-dideċilmetilpoli(ossietil)ammonju jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE, sakemm ikun hemm konformità ma' ċerti kundizzjonijiet dwar l-użu tiegħu.

(6)

Għalhekk, huwa xieraq li l-użu tal-Propjonat tad-dideċilmetilpoli(ossietil)ammonju fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8 jiġi approvat, soġġett għall-konformità ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet.

(7)

Qabel ma tiġi approvata sustanza attiva għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri ta' tħejjija meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Propjonat tad-dideċilmetilpoli(ossietil)ammonju huwa approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għal prodotti tat-tip 8, soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).


ANNESS

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri ta' Identifikazzjoni

Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1)

Data tal-approvazzjoni

Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni

Tip ta' prodott

Kundizzjonijiet speċifiċi

Propjonat tad-dideċilmetilpoli(ossietil)ammonju

Isem tal-IUPAC:

Propjonat tal-alfa-[2-(dideċilmetilammonju)etil]-.omega.-idrossi-poli(ossi-1,2-etanediil)

Nru tal-KE: Xejn assenjat

Nru tas-CAS: 94667-33-1

86,1 % w/w (piż xott)

L-1 ta' Jannar 2018

Il-31 ta' Diċembru 2027

8

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kull użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

2.

Fid-dawl tar-riskji identifikati għall-użu vvalutati, fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari:

(a)

għall-utenti industrijali u professjonali;

(b)

għall-ilma tal-pjan għal injam fis-servizz li se jkun espost ta' spiss għall-elementi.

3.

Fid-dawl tar-riskji identifikati għall-ilma tal-wiċċ u għall-ilma tal-pjan, it-tikketti u, fejn ipprovduti, l-iskedi tad-data tas-sikurezza tal-prodotti awtorizzati għandhom jindikaw li l-applikazzjoni industrijali jew professjonali għandha titwettaq f'żona iżolata jew fuq bażi iebsa u impermeabbli, u li l-injam li jkun għadu kemm ġie ttrattat għandu jinħażen wara t-trattament taħt għata jew fuq bażi iebsa impermeabbli, jew it-tnejn, biex jiġu evitati rilaxxi diretti fil-ħamrija jew fl-ilma, u li kull rilaxx mill-applikazzjoni tal-prodott għandu jinġabar għall-użu mill-ġdid jew għar-rimi.


(1)  Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva użata għall-evalwazzjoni li saret f'konformità mal-Artikolu 89(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq tista' tkun tal-istess purità jew ta' purità differenti jekk ikun intwera li hija teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.


7.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1094

tas-6 ta' Lulju 2016

li japprova r-ram, f'għamla ta' granuli, bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 90(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-30 ta' Awwissu 2013, Franza rċeviet applikazzjoni, skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), għall-inklużjoni tas-sustanza attiva ram, f'għamla ta' granuli, fl-Anness I tagħha, għall-użu fi prodotti tat-tip 8, preżervattivi tal-injam, kif definiti fl-Anness V ta' dik id-Direttiva, li jikkorrispondu għall-prodotti tat-tip 8 kif deskritti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(2)

Fit-3 ta' April 2015, f'konformità mal-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, Franza ressqet rapport ta' valutazzjoni, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha.

(3)

L-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ġiet ifformulata fid-9 ta' Diċembru 2015 mill-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali, fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-valutazzjoni.

(4)

Skont dik l-opinjoni, il-prodotti bijoċidali li huma fil-kategorija tal-prodotti tat-tip 8 u li fihom ir-ram, f'għamla ta' granuli, jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, diment li jkun hemm konformità ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu tagħhom.

(5)

Għaldaqstant, jixraq li l-użu tar-ram, f'għamla ta' granuli, għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8 jiġi approvat, soġġett għall-konformità ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet.

(6)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma tiġi approvata sustanza attiva, biex il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri preparatorji meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-ram, f'għamla ta' granuli, huwa approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8, soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).


ANNESS

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri ta' Identifikazzjoni

Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1)

Data tal-approvazzjoni

Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni

Tip ta' prodott

Kundizzjonijiet speċifiċi

Ram, f'għamla ta' granuli

Isem tal-IUPAC:

Ram

Nru tal-KE: 231-159-6

Nru tal-CAS: 7440-50-8

99 % w/w

fl-1 ta' Jannar 2017.

fil-31 ta' Diċembru 2026.

8

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-esponimenti, lir-riskji u lill-effikaċja marbutin ma' kull użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda li jkunx indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

2.

Fid-dawl tar-riskji identifikati għall-użi vvalutati, il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari lil:

(a)

l-utenti industrijali u professjonali;

(b)

l-ilma tal-wiċċ u s-sediment meta jkun hemm rilaxx dirett tul il-ħajja tas-servizz tal-injam ittrattat.

3.

Fid-dawl tar-riskji identifikati għall-ilma tal-wiċċ u l-ilma ta' taħt l-art, it-tikketti u, fejn ipprovduti, l-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-prodotti awtorizzati għandhom jindikaw li l-applikazzjoni industrijali jew professjonali għandha ssir f'żona iżolata jew fuq bażi iebsa impermeabbli b'ħitan ta' protezzjoni, u li l-injam li jkun għadu kemm ġie ttrattat għandu jinħażen wara t-trattament taħt għata jew fuq bażi iebsa impermeabbli, jew it-tnejn, biex jiġu evitati r-rilaxxi diretti fil-ħamrija jew fl-ilma, u li kwalunkwe rilaxx mill-applikazzjoni tal-prodott għandu jinġabar għall-użu mill-ġdid jew għar-rimi.


(1)  Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva li ntuża għall-valutazzjoni li saret b'konformità mal-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq jista' jkollha l-istess purità jew purità differenti jekk ikun ġie ppruvat teknikament li din hija ekwivalenti għas-sustanza attiva vvalutata.


7.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1095

tas-6 ta' Lulju 2016

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Aċetat diidrat taż-żingu, il-Klorur taż-żingu anidru, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi, il-Kelat taż-żingu ta' idrolisati tal-proteina, il-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina (solidu) u l-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina (likwidu) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1334/2003, (KE) Nru 479/2006, (UE) Nru 335/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012 u (UE) Nru 636/2013

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 fih previst l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Il-komposti taż-żingu Aċetat diidrat taż-żingu, Ossidu taż-żingu, Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi, Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina kienu awtorizzati mingħajr limitu ta' żmien b'konformità mar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2003 (3) u (KE) Nru 479/2006 (4) b'konformità mad-Direttiva 70/524/KEE. Dawn il-prodotti mbagħad ġew irreġistrati fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti, b'konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

B'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, ġew ippreżentati applikazzjonijiet għal evalwazzjoni mill-ġdid tal-Aċetat diidrat taż-żingu, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi u l-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-gliċina bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Barra minn hekk, b'konformità mal-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-Klorur taż-żingu anidru bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-applikanti talbu li dawk l-addittivi jitniżżlu fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”. Mal-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tal-1 ta' Frar 2012 (5), it-8 ta' Marzu 2012 (6), it-23 ta' Mejju 2012 (7), il-15 ta' Novembru 2012 (8), it-12 ta' Settembru 2013 (9) u t-12 ta' Marzu 2015 (10) li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-Aċetat diidrat taż-żingu, il-Klorur taż-żingu anidru, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi u l-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-gliċina ma għandhom l-ebda effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali u tal-bniedem u, sakemm jittieħdu l-miżuri protettivi xierqa, m'għandu jkun hemm l-ebda tħassib dwar is-sigurtà fost l-utenti.

(5)

Fir-rigward tal-impatti fuq l-ambjent, b'mod partikolari d-drenaġġ u ż-żingu li jiskula fl-ilma tal-wiċċ, l-Awtorità rrakkomandat fl-opinjoni tagħha tat-8 ta' April 2014 (11) li jitnaqqas b'mod sinifikanti l-kontenut massimu ta' żingu fl-għalf komplet għal diversi speċijiet fil-mira. Madankollu, sabiex ma jkunx hemm riskju li ma jiġux issodisfati l-bżonnijiet fiżjoloġiċi tal-annimali anki f'perjodi speċjali ta' ħajjithom jew kwalunkwe impatt negattiv ieħor fuq is-saħħa tal-annimali, it-tnaqqis tal-kontenut ta' żingu rrakkomandat mill-Awtorità, ma jenħtieġx li jiġi introdott fi stadju wieħed. Sabiex jiżguraw tnaqqis ulterjuri, l-operaturi tan-negozju tal-għalf u l-istituti tar-riċerka għandhom jitħeġġu jiġbru dejta xjentifika ġdida dwar il-bżonnijiet fiżjoloġiċi tal-ispeċijiet differenti tal-annimali.

(6)

L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-Aċetat diidrat taż-żingu, il-Klorur taż-żingu anidru, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi, u l-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-gliċina huma sorsi effettivi ta' żingu. Meta wieħed iqis il-karatteristiċi kimiċi tal-Kelat taż-żingu tal-aċidi amminiċi, l-Awtorità tirrakkomanda d-diviżjoni ta' dan fiż-żewġ gruppi li ġejjin: il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi u l-Kelat taż-żingu tal-idrolisati tal-proteina. Barra minn hekk, fil-każ tal-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-gliċina ġew ivvalutati żewġ forom differenti, dik solida u l-oħra likwida. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(7)

Il-valutazzjoni tal-Aċetat diidrat taż-żingu, il-Klorur taż-żingu anidru, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi, il-Kelat taż-żingu ta' idrolisati tal-proteina, il-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina (solidu) u l-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina (likwidu) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjon, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dawn is-sustanzi għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(8)

Bħala konsegwenza tal-għoti ta' awtorizzazzjoni għall-“Aċetat diidrat taż-żingu”, l-“Ossidu taż-żingu”, l-“Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu”, il-“Monoidrat tas-sulfat taż-żingu”, il-“Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi” u l-“Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina” permezz ta' dan ir-Regolament, l-entrati dwar dawn is-sustanzi fir-Regolamenti (KE) Nru 479/2006 u (KE) Nru 1334/2003 m'għadhomx jgħoddu u għalhekk għandhom jitħassru.

(9)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 335/2010 (12) u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 991/2012 (13) u (UE) Nru 636/2013 (14) awtorizzaw għadd ta' komposti taż-żingu bħala addittivi nutrittivi tal-għalf. Sabiex jitqiesu l-konklużjonijiet tal-Awtorità fl-opinjoni tagħha tat-8 ta' April 2014, li kienu wkoll il-bażi xjentifika għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw it-total tal-kontenut ta' żingu f'għalf kompost għall-addittivi awtorizzati minn dan ir-Regolament u li jirreferu l-aktar għall-impatt ambjentali tas-supplimentazzjoni tal-għalf biż-żingu, jixraq li jiġu allinjati il-kontenuti massimi taż-żingu fir-Regolament (UE) Nru 335/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012 u (UE) Nru 636/2013 mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-kontenut taż-żingu f'għalf kompost. Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 335/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012 u (UE) Nru 636/2013 għandhom jiġu emendati skont dan.

(10)

Peress li r-raġunijiet ta' sikurezza ma jeżiġux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għall-Aċetat diidrat taż-żingu, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi, il-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina u l-komposti taż-żingu awtorizzati bir-Regolament (UE) Nru 335/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012 u (UE) Nru 636/2013, huwa xieraq li jkun permess perjodu tranżitorju għall-partijiet interessati biex iħejju lilhom infushom ħalli jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jifformaw parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi nutrittivi” u mill-grupp funzjonali “komposti ta' mikronutrijenti”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali, suġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1334/2003

Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1334/2003, mill-entrata E6 dwar l-element Żingu-Zn l-addittivi li ġejjin: l-“Aċetat diidrat taż-żingu”, l-“Ossidu taż-żingu”, l-“Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu”, il-“Monoidrat tas-sulfat taż-żingu”, il-“Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi” u l-formoli u d-deskrizzjonijiet kimiċi jitħassru.

Artikolu 3

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 479/2006

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 479/2006, l-entrata E6 dwar l-addittiv “Kelat taż-żingu tal-idrat tal-gliċina” titħassar.

Artikolu 4

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 335/2010

Fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 335/2010, fil-linja 3b6.10 it-tmien kolonna tinbidel b'dan li ġej:

“Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut tal-ispeċijiet kollha għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)”.

Artikolu 5

Emenda għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012

Fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012, fil-linja 3b609 it-tmien kolonna tinbidel b'dan li ġej:

“Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut tal-ispeċijiet kollha għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)”.

Artikolu 6

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 636/2013

Fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 636/2013, fil-linja 3b611 it-tmien kolonna tinbidel b'dan li ġej:

“Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut tal-ispeċijiet kollha għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)”.

Artikolu 7

Miżuri tranżizzjonali

1.   L-Aċetat diidrat taż-żingu, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi u l-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina u l-komposti taż-żingu awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 335/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012 u (UE) Nru 636/2013 u t-taħlitiet lesti minn qabel li fihom hemm dawn is-sustanzi, li huma prodotti u ttikkettati qabel is-27 ta' Jannar 2017 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel is-27 ta' Lulju 2016 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

2.   Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 li huma prodotti u ttikkettati qabel is-27 ta' Lulju 2017 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel is-27 ta' Lulju 2016 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk huma maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

3.   Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 li huma prodotti u ttikkettati qabel is-27 ta' Lulju 2018 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel is-27 ta' Lulju 2016 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk huma maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-6 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda adittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2003 tal-25 ta' Lulju 2003 li jemenda l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' numru ta' addittivi fi ħwejjeġ tal-ikel li jappartjenu għall-grupp ta' oligoelementi (ĠU L 187, 26.7.2003, p. 11).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 479/2006 tat-23 ta' Marzu 2006 fir-rigward ta' ċerti addittivi li jagħmlu parti mill-grupp tal-komposti tal-oligoelementi (ĠU L 86, 24.3.2006, p. 4).

(5)  EFSA Journal 2012;10(2):2572.

(6)  EFSA Journal 2012;10(3):2621.

(7)  EFSA Journal 2012;10(6):2734.

(8)  EFSA Journal 2012;10(11):2970.

(9)  EFSA Journal 2013;11(10):3369.

(10)  EFSA Journal 2015;13(4):4058.

(11)  EFSA Journal 2014;12(5):3668.

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 335/2010 tat-22 ta' April 2010 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 102, 23.4.2010, p. 22).

(13)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 991/2012 tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-awtorizzazzjoni tal-idrossiklorur taż-żingu monoidrat bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 297, 26.10.2012, p. 18).

(14)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 636/2013 tal-1 ta' Lulju 2013 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tal-metijonina (1:2) bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 183, 2.7.2013, p. 3).


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

Kontenut tal-element (Zn) f'mg/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti ta' mikroelementi

3b601

Diidrat tal-aċetat taż-żingu

Kompożizzjoni tal-addittiv

Aċetat diidrat taż-żingu, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 29,6 %.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: Zn(CH3COO)2 · 2H2O

Numru CAS: 5970-45-6

Metodi analitiċi  (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-aċetat diidrat taż-żingu fl-addittiv tal-għalf:

titrazzjoni bl-edetat tas-sodju (European Pharmacopoeia Monograph 1482).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

EN 15510: Plażma Akkoppjata Induttivament — Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika (ICP-AES), jew

EN 15621: Plażma Akkoppjata Induttivament — Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (2) — Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS); jew

EN 15510: Plażma Akkoppjata Induttivament — Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika (ICP-AES); jew

EN 15621: Plażma Akkoppjata Induttivament — Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Għal min juża l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-inalazzjoni, il-kuntatt mal-ġilda jew il-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu użati b'tagħmir protettiv personali adatt.

Is-27 ta' Lulju 2026

3b602

Klorur taż-żingu anidru

Kompożizzjoni tal-addittiv

Klorur taż-żingu anidru, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 46,1 %.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: ZnCl2

Numru CAS: 7646-85-7

Metodi analitiċi  (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-klorur taż-żingu anidru fl-addittiv tal-għalf:

titrazzjoni bl-edetat tas-sodju (European Pharmacopoeia Monograph 0110).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), jew

EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni;

Metodu ICP-AES CEN (EN ISO 11885); mhux għat-taħlitiet preparati minn qabel.

Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 — Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS); jew

EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES); jew

EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel likwida.

2.

Għal min juża l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-inalazzjoni, il-kuntatt mal-ġilda jew il-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu użati b'tagħmir protettiv personali adatt.

Is-27 ta' Lulju 2026

3b603

Ossidu taż-żingu

Kompożizzjoni tal-addittiv

Ossidu taż-żingu, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 72 %

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: ZnO

Numru CAS: 1314-13-2

Metodi analitiċi  (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-ossidu taż-żingu fl-addittiv tal-għalf:

titrazzjoni bl-edetat tas-sodju (European Pharmacopoeia Monograph 0252).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), jew

EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 — Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS); jew

EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES); jew

EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Għal min juża l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-inalazzjoni, il-kuntatt mal-ġilda jew il-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu użati b'tagħmir protettiv personali adatt.

Is-27 ta' Lulju 2026

3b604

Sulfat taż-żingu ettaidrat

Kompożizzjoni tal-addittiv

Sulfat taż-żingu ettaidrat, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 22 %.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: ZnSO4 · 7H2O

Numru CAS: 7446-20-0

Metodi analitiċi  (1)

Għall-kwantifikazzjoni tas-sulfat taż-żingu ettaidrat fl-addittiv tal-għalf:

titrazzjoni bl-edetat tas-sodju (European Pharmacopoeia Monograph 0111).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), jew

EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 — Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS); jew

EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES); jew

EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Għal min juża l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-inalazzjoni, il-kuntatt mal-ġilda jew il-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu użati b'tagħmir protettiv personali adatt.

Is-27 ta' Lulju 2026

3b605

Sulfat taż-żingu monoidrat

Kompożizzjoni tal-addittiv

Sulfat taż-żingu monoidrat, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 34 %.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: ZnSO4 · H2O

Numru CAS: 7446-19-7

Metodi analitiċi  (1)

Għall-kwantifikazzjoni tas-Sulfat taż-żingu monoidrat fl-addittiv tal-għalf:

titrazzjoni bl-edetat tas-sodju (European Pharmacopoeia Monograph 2159).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), jew

EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 — Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS); jew

EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES); jew

EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Għal min juża l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-inalazzjoni, il-kuntatt mal-ġilda jew il-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu użati b'tagħmir protettiv personali adatt.

Is-27 ta' Lulju 2026

3b606

Kelat taż-żingu tal-idrat tal-amino aċidi

Kompożizzjoni tal-addittiv

Kumpless taż-żingu tal-aċidi amminiċi li fih iż-żingu u l-aċidi, li huma derivati mill-proteina tas-sojja, jiġu kelati permezz ta' rabtiet kovalenti koordinati, bħala trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 10 %.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: Zn(x)1–3 · nH2O, x = anjonu ta' kwalunkwe aċidu amminiku minn idrolisat tal-proteina tas-sojja.

Mhux aktar minn 10 % tal-molekuli jaqbżu 1 500 Da.

Metodi analitiċi  (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut tal-aċidu amminiku fl-addittiv tal-għalf:

metodu kromatografiku tal-iskambju tal-joni bid-derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fluworoxxenti jew bl-UV: Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 (l-Anness III, F).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), jew

EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 — Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS); jew

EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES); jew

EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Il-kelat taż-żingu tal-aċidi amminiċi jista' jitqiegħed fis-suq u jintuża bħala addittiv f'għamla ta' preparazzjoni.

3.

Għal min juża l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-inalazzjoni, il-kuntatt mal-ġilda jew il-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu użati b'tagħmir protettiv personali adatt.

Is-27 ta' Lulju 2026

3b612

Kelat taż-żingu ta' mill-idrolisati tal-proteina

Kompożizzjoni tal-addittiv

Kelat taż-żingu ta' mill-idrolisati tal-proteina, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 10 %

Minimu ta' 85 % kelat taż-żingu.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: Zn(x)1–3 · nH2O, x = anjonu ta' idrolisati tal-proteina li fihom kwalunkwe aċidu amminiku minn idrolisat tal-proteina tas-sojja.

Metodi analitiċi  (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut tal-idrolisati tal-proteina fl-addittiv tal-għalf:

metodu kromatografiku tal-iskambju tal-joni bid-derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fluworoxxenti jew bl-UV: Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 (l-Anness III, F).

Għad-determinazzjoni tal-kontenut taż-Żingu kelat fl-addittiv tal-għalf:

Spettroskopija tat-tip Fourier Transformed Infrared (FTIR) segwita minn metodi ta' rigressjoni multivarjata.

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), jew

EN/TS 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 — Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS); jew

EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES); jew

EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Il-kelat taż-żingu tal-idrolisati tal-proteina jista' jitqiegħed fis-suq u jintuża bħala addittiv f'għamla ta' preparazzjoni.

3.

Għal min juża l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-inalazzjoni, il-kuntatt mal-ġilda jew il-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu użati b'tagħmir protettiv personali adatt.

Is-27 ta' Lulju 2026

3b607

Kelat taż-żingu tal-idrat tal-gliċina (solidu)

Kompożizzjoni tal-addittiv

Kelat taż-żingu tal-gliċina, idrat, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 15 %.

Umidità: massimu ta' 10 %.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: Zn(x)1-3 · nH2O, x = anjonu ta' gliċina.

Metodi analitiċi  (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut tal-gliċina fl-addittiv tal-għalf:

metodu kromatografiku tal-iskambju tal-joni bid-derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fluworoxxenti jew bl-UV: Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 (l-Anness III, F).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), jew

EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 — Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS); jew

EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES); jew

EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Għal min juża l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-inalazzjoni, il-kuntatt mal-ġilda jew il-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu użati b'tagħmir protettiv personali adatt.

Is-27 ta' Lulju 2026

3b608

Kelat taż-żingu tal-idrat tal-gliċina (likwidu)

Kompożizzjoni tal-addittiv

Kelat taż-żingu tal-gliċina likwidu, idrat, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 7 %.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: Zn(x)1-3 · nH2O, x = anjonu ta' gliċina.

Metodi analitiċi  (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut tal-gliċina fl-addittiv tal-għalf:

metodu kromatografiku tal-iskambju tal-joni bid-derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fluworoxxenti jew bl-UV: Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 (l-Anness III, F).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), jew

EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 — Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS); jew

EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES); jew

EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Il-kelat taż-żingu tal-gliċina (likwidu) jista' jitqiegħed fis-suq u jintuża bħala addittiv f'għamla ta' preparazzjoni.

3.

Għal min juża l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-inalazzjoni, il-kuntatt mal-ġilda jew il-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu użati b'tagħmir protettiv personali adatt.

Is-27 ta' Lulju 2026


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).


7.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/28


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1096

tas-6 ta' Lulju 2016

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1251/2008 rigward ir-rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq ta' kunsinni ta' ċerti speċijiet ta' ħut maħsuba għall-Istati Membri jew għal partijiet tagħhom li għandhom miżuri nazzjonali rigward l-alfavirus tas-salmonidi (SAV) approvati bid-Deċiżjoni 2010/221/UE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard f'annimali akkwatiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 43 u 61(3) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 (2) jistipula l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni tal-annimali tal-akkwakultura fl-Istati Membri jew f'partijiet tagħhom li huma suġġetti għal miżuri nazzjonali approvati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE (3).

(2)

Id-Deċiżjoni 2010/221/UE tippermetti lill-Istati Membri li huma elenkati fl-Anness I jew fl-Anness II li jimponu l-kundizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u fuq l-importazzjoni ta' speċijiet ta' ħut li huma suxxettibbli għall-alfavirus tas-salmonidi (SAV) f'żoni li huma meqjusa ħielsa minn dik il-marda jew li huma koperti minn programm ta' sorveljanza approvat. Il-konsenji tal-ispeċijiet ta' ħut li huma suxxettibbli għall-SAV maħsubin għat-trobbija, għal żoni ta' żamma, għal meded ta' ilma għas-sajd ripopolati artifiċjalment, għal faċilitajiet ornamentali miftuħa u għall-istokkjar mill-ġdid, għandhom joriġinaw minn żoni fejn l-istatus tas-saħħa huwa ekwivalenti, u għandhom ikollhom magħhom ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jiċċertifika l-konformità ma' dawn ir-rekwiżiti.

(3)

Biex ikun aċċertat li dawn ir-rekwiżiti jkunu rispettati, jixraq li fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-Parti A tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 ikun hemm referenza għall-SAV.

(4)

Il-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 telenka l-ispeċijiet suxxettibbli għall-mard li dwaru ġew approvati l-miżuri nazzjonali skont id-Deċiżjoni 2010/221/UE. Il-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Akwatiċi (il-Kodiċi Akwatiku) u l-Manwal għat-Testijiet Dijanjostiċi tal-Annimali Akwatiċi (il-Manwal Akwatiku) adottati mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) preżentament jelenkaw is-Salamun tal-Atlantiku (Salmo salar), it-trota qawsalla (Oncorynchus mykiss) u t-trota kannella (Salmo trutta) bħala speċijiet li huma suxxettibbli għall-SAV. Għall-fini taċ-ċarezza legali dwar il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008, għandha tiddaħħal referenza għall-SAV u għall-ispeċijiet tal-ħut li huma suxxettibbli għal dan il-virus fil-Parti C tal-Anness II ta' dak ir-Regolament.

(5)

Għaldaqstant ir-Regolment (KE) Nru 1251/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Jixraq li l-Istati Membri u l-industrija jingħataw biżżejjed żmien biex jattwaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Partijiet A u C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 qed jinbidlu bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2016.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 tat-12 ta' Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta' speċi li jgħaddu l-mard (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 41).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE tal-15 ta' April 2010 li tapprova miżuri nazzjonali biex jiġi limitat l-impatt ta' ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u annimali akkwatiċi selvaġġi f'konformità mal-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (ĠU L 98, 20.4.2010, p. 7).


ANNESS

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti A tinbidel b'dan li ġej:

“PARTI A

Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għat-tqegħid fis-suq ta' annimali tal-akkwakultura għat-trobbija, għaż-żoni ta' żamma, għal meded ta' ilma għas-sajd ripopolati artifiċjalment, għal faċilitajiet ornamentali miftuħa u għall-istokkjar mill-ġdid

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

(2)

Il-parti C tinbidel b'dan li ġej:

“PARTI C

Lista ta' speċijiet suxxettibbli għall-mard li għalih il-miżuri nazzjonali huma approvati skont id-Deċiżjoni 2010/221/UE

Marda

Speċijiet suxxettibbli

Il-Viremija tar-Rebbiegħa tal-Karpjun (SVC)

Il-karpjun ta' rasu kbira (Aristichthys nobilis), il-ħuta l-ħamra (Carassius auratus), il-karassju (Carassius carassius), il-karpjun erbivoru (Ctenopharyngodon idellus), il-karpjun komuni u l-karpjun koi (Cyprinus carpio), il-karpjun fiddieni (Hypophthalmichthys molitrix), ix-sheatfish (Silurus glanis) it-tinka (Tinca tinca) u l-Orf (Leuciscus idus)

Il-mard batteriku tal-kliewi (BKD)

Familja: Salmonidae

Il-vajrus infettiv tan-nekrożi pankreatika (IPN)

It-trota tal-Paċifiku (Oncorhynchus mykiss), it-trota tax-xmajjar (Salvelinus fontinalis), it-trota kannella (Salmo trutta), is-Salamun tal-Atlantiku (Salmo salar), u s-Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus spp.), u l-whitefish (Coregonus lavaretus)

L-infezzjoni bl-alfavirus tas-salmonidi (SAV)

Is-salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) it-trota tal-Paċifiku (Oncorhynchus mykiss), it-trota kannella (Salmo trutta).

Infezzjoni bil-Gyrodactylus salaris

Is-salamun tal-Atlantiku (Salmo salar), it-trota tal-Paċifiku (Oncorhynchus mykiss), it-trota tal-Artiku (Salvelinus alpinus), it-trota tax-xmajjar tal-Amerika ta' Fuq (Salvelinus fontinalis), il-grayling (Thymallus thymallus), it-trota tal-għadajjar tal-Amerika ta' Fuq (Salvelinus namaycush) u t-trota kannella (Salmo trutta).

L-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar)

Gajdra tal-Paċifiku (Crassostrea gigas)”


7.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/37


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1097

tas-6 ta' Lulju 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

136,2

ZZ

136,2

0709 93 10

TR

136,6

ZZ

136,6

0805 50 10

AR

153,4

BO

231,1

CL

185,5

UY

183,3

ZA

182,0

ZZ

187,1

0808 10 80

AR

180,7

BR

99,6

CL

126,6

CN

116,1

NZ

135,5

US

149,7

UY

67,7

ZA

110,8

ZZ

123,3

0808 30 90

AR

197,6

CL

125,3

CN

91,9

ZA

132,2

ZZ

136,8

0809 10 00

TR

209,4

ZZ

209,4

0809 29 00

TR

326,2

ZZ

326,2

0809 30 10 , 0809 30 90

TR

126,8

ZZ

126,8

0809 40 05

TR

160,5

ZZ

160,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

7.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/39


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1098

tal-4 ta' Lulju 2016

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE fir-rigward tar-reviżjoni tal-Anness III tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 209(2) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 100 tal-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (“Ftehim ta' Sħubija AKP-UE”) jistipula li l-Annessi Ia, Ib, II, III, IV u VI tiegħu jistgħu jiġu riveduti, rieżaminati u/jew emendati mill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni min-naħa tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni AKP-UE għall-Finanzjament tal-Iżvilupp.

(2)

L-Artikolu 15(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jistipula li l-Kunsill tal-Ministri AKP-UE jista' jiddelega setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE.

(3)

Fid-39 sessjoni tiegħu li saret fid-19 u l-20 ta' Ġunju 2014 f'Nairobi, il-Kenya, il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE qabel, f'Dikjarazzjoni Konġunta, li jipproċedi bl-għeluq ordnat taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (“ĊŻI”) u għall-emendar tal-Anness III tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u għal dan il-għan, li jagħti delega ta' setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE biex imexxi l-materja 'l quddiem bil-ħsieb li jiġu adottati d-deċiżjonijiet neċessarji, inkluża l-emenda rilevanti f'dak l-Anness III.

(4)

L-Anness III tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE għandu jiġi emendat sabiex jiġi stabbilit il-qafas legali ġdid taċ-ĊŻI biex jeżisti biss għall-finijiet tal-likwidazzjoni tiegħu.

(5)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE fir-rigward tar-rieżami tal-Anness III tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE fir-rigward tar-reviżjoni tal-Anness III tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

2.   Bidliet tekniċi żgħar għall-abbozz ta' Deċiżjoni jistgħu jiġu miftiehma mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Wara l-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE għandha tiġi ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Lulju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LAJČÁK


(1)  Ftehim iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3), kif emendat bil-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27) u bil-Ftehim iffirmat f'Ouagadougou fit-22 ta' Ġunju 2010 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru … /2016 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE

ta' …

fir-rigward tar-reviżjoni tal-Anness III tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE

Il-KUMITATTAL-AMBAXXATURI AKP-UE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE”), u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 100 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jistipula li l-Annessi Ia, Ib, II, III, IV u VI tiegħu jistgħu jiġu riveduti, rieżaminati u/jew emendati mill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni min-naħa tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni AKP-UE għall-Finanzjament tal-Iżvilupp.

(2)

L-Artikolu 15(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jistipula li l-Kunsill tal-Ministri AKP-UE jista' jiddelega setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE.

(3)

L-Artikolu 2 tal-Anness III tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jikkonċerna ċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (“ĊŻI”). Taħt il-punt (a) tal-Artikolu 2(6) ta' dak l-Anness III, il-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE jinħatar bħala l-awtorità superviżorja taċ-ĊŻI bi, fost affarijiet oħrajn, ir-responsabbiltà li jistabbilixxi l-istatuti taċ-ĊŻI, li kienu ġew adottati permezz tad-Deċiżjoni Nru 8/2005 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE (2) (“l-Istatuti taċ-ĊŻI”). Taħt il-punt (a) tal-Artikolu 2(7) tal-Anness III, il-Bord Eżekuttiv taċ-ĊŻI jkun, fost affarjiet oħrajn, responsabbli għall-adozzjoni tar-regolament finanzjarju u r-regolamenti tal-persunal taċ-ĊŻI.

(4)

L-Artikolu 1 tal-Istatuti taċ-ĊŻI jiddefinixxi l-prinċipju tal-personalità ġuridika taċ-ĊŻI.

(5)

L-Artikoli 9 u 10 tal-Istatuti taċ-ĊŻI jiddefinixxu l-mandat u l-kompożizzjoni tal-Bord Eżekuttiv taċ-ĊŻI.

(6)

Fid-39 sessjoni tiegħu li saret fid-19 u l-20 ta' Ġunju 2014 f'Nairobi, il-Kenya, il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE qabel, f'Dikjarazzjoni Konġunta, li jipproċedi bl-għeluq ordnat taċ-ĊŻI u għall-emendar tal-Anness III tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u għal dan il-għan, li jagħti delega ta' setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE bil-ħsieb li jiġu adottati d-deċiżjonijiet neċessarji, inkluża l-emenda rilevanti f'dak l-Anness III.

(7)

Dik id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE stabbilixxiet il-Grupp ta' Ħidma Konġunt AKP-UE biex jiżgura li ċ-ĊŻI jingħalaq taħt l-aħjar kondizzjonijiet possibbli.

(8)

Il-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE, fid-Deċiżjoni Nru 4/2014 (3) tiegħu awtorizza lill-Bord Eżekuttiv taċ-ĊŻI biex jieħu kull miżura xierqa biex iħejji għall-għeluq taċ-ĊŻI. Sussegwentement, il-Bord Eżekuttiv taċ-ĊŻI iffirma kuntratt ma' Kuratur sal-31 ta' Diċembru 2016.

(9)

F'konformità mal-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni Nru 4/2014, il-pjan tal-għeluq jipprevedi l-finalizzazzjoni tal-għeluq sal-31 ta' Diċembru 2016 (“il-fażi tal-għeluq”). Bl-approvazzjoni li tal-Bord Eżekuttiv taċ-ĊŻI tal-pjan tal-għeluq definittiv bejn id-29 u t-30 ta' Ġunju 2015, iċ-ĊŻI daħal fil-fażi tal-għeluq tiegħu.

(10)

Il-fażi tal-għeluq għandha tiġi segwita minn “fażi passiva” li fiha ċ-ĊŻI ser jeżisti biss għall-finijiet tal-likwidazzjoni tiegħu. Din il-fażi passiva, li ser tiġi ġestita minn Kuratur, tista' tinkludi kompiti amministrattivi, fost affarijiet oħrajn, iż-żamma tal-arkivji taċ-ĊŻI, ir-rispons għal kull formalità amministrattiva, jew il-ġestjoni ta' litigazzjonijiet residwi li ma setgħux jingħalqu waqt il-fażi tal-għeluq. Il-fażi passiva għandha tibda fil-jum wara l-fażi tal-għeluq, jiġifieri fl-1 ta' Jannar 2017. Il-fażi passiva għandha tintemm wara perijodu ta' erba' snin, jew meta ċ-ĊŻI jkun salda l-obbligazzjonijiet tiegħu kollha u rrealizza l-assi kollha tiegħu, skont liema jseħħ l-ewwel.

(11)

Taħt l-Artikolu 26(1) tar-Regolament Finanzjarju taċ-ĊŻI, adottat permezz tad-Deċiżjoni Nru 5/2004 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE (4), il-kontijiet taċ-ĊŻI għandhom jingħalqu fi tmiem is-sena finanzjarja sabiex jitfasslu d-dikjarazzjonijiet finanzjarji taċ-ĊŻI. Għalhekk, l-awditu statutorju tas-sena 2016 relatat mal-fażi tal-għeluq jinħtieġ li jiġi ffinalizzat sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2017.

(12)

L-emendi fl-Anness III tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jikkonċernaw it-tneħħija tar-referenzi għaċ-ĊŻI. Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi l-qafas legali l-ġdid taċ-ĊŻI mill-bidu tal-fażi passiva, jiġifieri mill-1 ta' Jannar 2017.

(13)

Skont l-Artikolu 95(1) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, il-Ftehim ser jiskadi fl-2020. L-istrutturi ta' governanza applikabbli għall-funzjonament taċ-ĊŻI fil-fażi passiva għalhekk għandhom ikunu determinati wkoll għall-perijodu wara d-29 ta' Frar 2020,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Sabiex jiġi rifless il-waqfien mill-attivitajiet taċ-ĊŻI sal-31 ta' Diċembru 2016, l-Anness III tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE huwa emendat kif ġej:

(1)

it-titolu tal-Anness III huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Appoġġ Istituzzjonali”

(2)

l-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Il-kooperazzjoni għandha tappoġġa l-mekkaniżmu istituzzjonali għall-promozzjoni tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali. F'dan il-kuntest, il-kooperazzjoni għandha tgħin fit-tisħiħ u r-rafforzar tar-rwol taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA) fl-iżvilupp tal-kapaċità istituzzjonali tal-AKP, partikolarment l-amministrazzjoni tal-informazzjoni, sabiex jittejjeb l-aċċess għal teknoloġiji għaż-żieda fil-produttività agrikola, il-kummerċjalizzazzjoni, is-sigurtà tal-ikel u l-iżvilupp rurali.”.

(3)

l-Artikolu 2 jitħassar.

(4)

l-Artikolu 3 huwa rinumerat bħala l-Artikolu 2.

Artikolu 2

1.   Qabel tmiem il-fażi tal-għeluq, jiġifieri fil-31 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni Ewropea għandha tikkuntratta Kuratur biex jiżgura l-implimentazzjoni tal-fażi passiva mill-1 ta' Jannar 2017 għal perijodu ta' erba' snin, jew sa meta ċ-ĊŻI jkun salda l-obbligazzjonijiet kollha tiegħu u rrealizza l-assi kollha tiegħu, skont liema jseħħ l-ewwel.

2.   Ir-responsabbiltà tal-implimentazzjoni tal-fażi passiva għandha tkun f'idejn il-Kuratur. Il-Kuratur għandu jipprovdi rapporti annwali lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-fażi passiva.

Artikolu 3

1.   L-Istatuti taċ-ĊŻI, ir-Regolament Finanzjarju taċ-ĊŻI u r-Regolament tal-Persunal taċ-ĊŻI għandhom jibqgħu fis-seħħ sa tmiem il-fażi tal-għeluq.

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi l-qafas legali ġdid taċ-ĊŻI mill-1 ta' Jannar 2017.

2.   Mill-1 ta' Jannar 2017 il-personalità ġuridika taċ-ĊŻI, kif definita fl-Artikolu 1 tal-Istatuti taċ-ĊŻI, għandha tinżamm biss għall-finijiet tal-likwidazzjoni taċ-ĊŻI.

3.   Waqt il-fażi passiva, il-Bord Eżekuttiv taċ-ĊŻI, kif stabbilit fl-Artikoli 9 u 10 tal-Istatuti taċ-ĊŻI, ser ikompli jeżisti sad-data tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE dwar il-proposta għall-kwittanza skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 4/2014.

Mill-fażi passiva 'l quddiem, il-kompiti tal-Bord Eżekuttiv taċ-ĊŻI għandhom ikunu limitati għall-approvazzjoni tar-rapport tal-għeluq, l-adozzjoni tal-kontijiet relatati mal-fażi tal-għeluq u t-trażmissjoni ta' proposta ta' kwittanza lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE għal deċiżjoni. Mill-1 ta' Jannar 2017, huwa ma għandux ikollu iktar minn laqgħa waħda fis-sena. Dan ma jeskludix il-possibbiltà għall-Bord Eżekuttiv taċ-ĊŻI li jiddeċiedi permezz ta' proċedura bil-miktub.

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE, il-kwittanza titqies li ġiet approvata tliet xhur wara d-data tat-trażmissjoni tal-proposta ta' kwittanza, jew sal-31 ta' Diċembru 2017, skont liema taħbat l-ewwel.

4.   Il-kosti relatati mal-fażi passiva għandhom jiġu ffinanzjati taħt il-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp.

5.   L-intitolamenti taċ-ĊŻI fir-rigward ta' partijiet terzi u l-intitolament ta' partijiet terzi fir-rigward taċ-ĊŻI għandhom ikunu soġġetti għal perijodu ta' limitazzjoni ta' tliet snin mill-1 ta' Jannar 2017.

Artikolu 4

L-inkarigu tal-Grupp Konġunt ta' Ħidma AKP-UE dwar l-għeluq taċ-ĊŻI, kif stabbilit mid-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE tad-19-20 ta' Ġunju 2014, għandu jintemm mad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE dwar il-proposta ta' kwittanza skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 4/2014.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ hekk kif tiġi adottata, ħlief l-Artikolu 1 li jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2017.

Magħmul fi …,

Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE

Il-President


(1)  Ftehim iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3), kif emendat bil-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27) u bil-Ftehim iffirmat f'Ouagadougou fit-22 ta' Ġunju 2010 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).

(2)  Deċiżjoni Nru 8/2005 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tal-20 ta' Lulju 2005 dwar l-Istatuti u r-regoli ta' proċedura taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (ĠU L 66, 8.3.2006, p. 16).

(3)  Deċiżjoni Nru 4/2014 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tat-23 ta' Ottubru 2014 rigward il-mandat li għandu jingħata lill-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (ĊŻI) (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 61).

(4)  Deċiżjoni Nru 5/2004 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tas-17 ta' Diċembru 2004 dwar ir-Regolament Finanzjarju għaċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 52).


7.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/44


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1099

tal-5 ta' Lulju 2016

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tieni ħlas parzjali għall-2016

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1), kif l-aħħar emendat (“il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE”),

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar l-iffinanzjar tal-għajnuna tal-Unjoni Ewropea fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (2) (“il-Ftehim Intern”) u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (3) (“ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ”), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 21 sa 24 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Kummissjoni għandha sal-15 ta' Ġunju 2016 tressaq proposta li tispeċifika (a) l-ammont tat-tieni ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2016, u (b) ammont annwali rivedut tal-kontribuzzjoni għall-2016, f'każijiet fejn l-ammont ivarja mill-bżonnijiet reali.

(2)

Skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, fit-28 ta' April 2016, il-Bank Ewropew tal-Investiment bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu tal-impenji u l-pagamenti skont l-istrumenti li jiġġestixxi.

(3)

L-Artikolu 22(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) jistipula li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw l-ammonti stipulati fil-FEŻ preċedenti. Għaldaqstant, għandha ssir sejħa għall-fondi fil-qafas tal-10 FEŻ

(4)

Il-Kunsill adotta fl-24 ta' Novembru 2015, fuq proposta mill-Kummissjoni, id-Deċiżjoni li jistabbilixxi li l-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ tal-Istati Membri għall-2016 ikun ta' EUR 3 450 000 000 għall-Kummissjoni, u ta' EUR 150 000 000 għall-Bank Ewropew tal-Investiment.

(5)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/759/UE (4), il-Kunsill adotta l-ħolqien tal-Faċilità Tranżitorja fit-12 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' tranżizzjoni tal-ġestjoni tal-FEŻ mill-1 ta' Jannar 2014 sad-dħul fis-seħħ tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp li jridu jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment bħala t-tieni ħlas parzjali għall-2016 huma stabbiliti fit-tabella fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Il-ħlasijiet ta' dawk il-kontribuzzjonijiet jistgħu jiġu kkombinati ma' aġġustamenti fl-ambitu tal-implimentazzjoni tat-tnaqqis tal-fondi impenjati skont il-Faċilità Tranżitorja, konsegwentement għal pjan ta' aġġustament ikkomunikat minn kull Stat Membru lill-Kummissjoni mal-adozzjoni tat-tielet ħlas parzjali tal-2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Lulju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LAJČÁK


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

(3)  ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/759/UE tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' tranżizzjoni tal-ġestjoni tal-FEŻ mill-1 ta' Jannar 2014 sad-dħul fis-seħħ tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 335, 14.12.2013, p. 48).


ANNESS

STATI MEMBRI

Taqsim tal-10 FEŻ %

It-tieni ħlas parzjali tal-2016 (EUR)

imħallas lill-BEI l-10 FEŻ

imħallas lill-Kummissjoni l-10 FEŻ

Total

IL-BELĠJU

3,53

3 530 000,00

35 300 000,00

38 830 000,00

IL-BULGARIJA

0,14

140 000,00

1 400 000,00

1 540 000,00

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

0,51

510 000,00

5 100 000,00

5 610 000,00

ID-DANIMARKA

2,00

2 000 000,00

20 000 000,00

22 000 000,00

IL-ĠERMANJA

20,50

20 500 000,00

205 000 000,00

225 500 000,00

L-ESTONJA

0,05

50 000,00

500 000,00

550 000,00

L-IRLANDA

0,91

910 000,00

9 100 000,00

10 010 000,00

IL-GREĊJA

1,47

1 470 000,00

14 700 000,00

16 170 000,00

SPANJA

7,85

7 850 000,00

78 500 000,00

86 350 000,00

FRANZA

19,55

19 550 000,00

195 500 000,00

215 050 000,00

L-ITALJA

12,86

12 860 000,00

128 600 000,00

141 460 000,00

ĊIPRU

0,09

90 000,00

900 000,00

990 000,00

IL-LATVJA

0,07

70 000,00

700 000,00

770 000,00

IL-LITWANJA

0,12

120 000,00

1 200 000,00

1 320 000,00

IL-LUSSEMBURGU

0,27

270 000,00

2 700 000,00

2 970 000,00

L-UNGERIJA

0,55

550 000,00

5 500 000,00

6 050 000,00

MALTA

0,03

30 000,00

300 000,00

330 000,00

IN-NETHERLANDS

4,85

4 850 000,00

48 500 000,00

53 350 000,00

L-AWSTRIJA

2,41

2 410 000,00

24 100 000,00

26 510 000,00

IL-POLONJA

1,30

1 300 000,00

13 000 000,00

14 300 000,00

IL-PORTUGALL

1,15

1 150 000,00

11 500 000,00

12 650 000,00

IR-RUMANIJA

0,37

370 000,00

3 700 000,00

4 070 000,00

IS-SLOVENJA

0,18

180 000,00

1 800 000,00

1 980 000,00

IS-SLOVAKKJA

0,21

210 000,00

2 100 000,00

2 310 000,00

IL-FINLANDJA

1,47

1 470 000,00

14 700 000,00

16 170 000,00

L-IŻVEZJA

2,74

2 740 000,00

27 400 000,00

30 140 000,00

IR-RENJU UNIT

14,82

14 820 000,00

148 200 000,00

163 020 000,00

TOTAL UE-27

100,00

100 000 000,00

1 000 000 000,00

1 100 000 000,00


7.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/47


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1100

tal-5 ta' Lulju 2016

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE fir-rigward tal-istatus tal-BSE tal-Costa Rica, tal-Ġermanja, tal-Litwanja, tan-Namibja u ta' Spanja

(innotifikata bid-dokument C(2016) 4134)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula li l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom (“il-pajjiżi jew ir-reġjuni”) għandhom jiġu kklassifikati skont l-istatus tagħhom tal-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) f'waħda minn tliet kategoriji: riskju negliġibbli tal-BSE, riskju kkontrollat tal-BSE, u riskju indeterminat tal-BSE.

(2)

L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE (2) jelenka l-istatus tal-BSE ta' pajjiżi jew ta' reġjuni skont ir-riskju tal-BSE tagħhom.

(3)

L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) għandha rwol ewlieni fil-kategorizzazzjoni ta' Pajjiżi Membri u żoni tal-OIE skont ir-riskju tal-BSE tagħhom, skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri (il-Kodiċi Terrestri (3)).

(4)

Fis-27 ta' Mejju 2016, l-Assemblea Dinjija tal-OIE adottat ir-Riżoluzzjoni Nru 20 bit-titolu “Ir-Rikonoxximent tal-Istatus ta' Riskju tal-Enċefalopatija Sponġiformi Bovina tal-Pajjiżi Membri” (4). Minbarra dawk il-pajjiżi li qabel kienu rikonoxxuti bħala pajjiżi li għandhom status ta' riskju negliġibbli tal-BSE, dik ir-Riżoluzzjoni rrikonoxxiet il-Costa Rika, il-Ġermanja, il-Litwanja, in-Namibja u Spanja bħala pajjiżi li għandhom riskju negliġibbli tal-BSE.

(5)

Il-lista ta' pajjiżi jew reġjuni fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata biex tirrikonoxxi l-istatus tar-riskju tal-BSE negliġibbli ta' dawn il-pajjiżi.

(6)

L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84).

(3)  http://www.oie.int/international-standard-setting/terrestrial-code/access-online/

(4)  http://www.oie.int/fileadmin/Home/eng/Animal_Health_in_the_World/docs/pdf/2016_A20_RESO_BSE.pdf


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS

LISTA TA' PAJJIŻI JEW REĠJUNI

A.   Il-pajjiżi jew ir-reġjuni b'riskju negliġibbli tal-BSE

Stati Membri

Il-Belġju

Il-Bulgarija

Ir-Repubblika Ċeka

Id-Danimarka

Il-Ġermanja

L-Estonja

Il-Kroazja

L-Italja

Ċipru

Il-Latvja

Il-Litwanja

Il-Lussemburgu

L-Ungerija

Malta

In-Netherlands

L-Awstrija

Il-Portugall

Ir-Rumanija

Is-Slovenja

Is-Slovakkja

Spanja

Il-Finlandja

L-Iżvezja

Pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles

L-Iżlanda

Il-Liechtenstein

In-Norveġja

L-Iżvizzera

Pajjiżi terzi

L-Arġentina

L-Awstralja

Il-Brażil

Iċ-Ċilì

Il-Kolombja

Il-Costa Rica

L-Indja

L-Iżrael

Il-Ġappun

In-Namibja

New Zealand

Il-Panama

Il-Paragwaj

Il-Perù

Singapore

L-Istati Uniti

L-Urugwaj

B.   Il-pajjiżi jew ir-reġjuni b'riskju kkontrollat tal-BSE

Stati Membri

L-Irlanda

Il-Greċja

Franza

Il-Polonja

Ir-Renju Unit

Pajjiżi terzi

Il-Kanada

Il-Messiku

In-Nikaragwa

Il-Korea t'Isfel

It-Tajwan

C.   Il-pajjiżi jew ir-reġjuni b'riskju indeterminat tal-BSE

Il-pajjiżi jew ir-reġjuni li mhumiex elenkati fil-punti A jew B.”


7.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/51


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1101

tal-5 ta' Lulju 2016

li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE rigward l-istat ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva tal-Istati Federali ta' Rhineland-Palatinate, Saarland u tar-Regierungsbezirke Arnsberg, Detmold u Münster fil-Ġermanja

(innotifikata bid-dokument C(2016) 4135)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964, dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) u (3) u l-Artikolu 10(2) u (3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tistabbilixxi r-regoli għall-kummerċ fl-Unjoni tal-annimali bovini. L-Artikolu 9 ta' dik id-Direttiva jipprevedi li Stat Membru li għandu programm nazzjonali obbligatorju ta' kontroll għar-rinotrakeite bovina infettiva jista' jippreżenta l-programm tiegħu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. L-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE jipprevedi wkoll id-definizzjoni tal-garanziji addizzjonali li jistgħu jkunu meħtieġa għall-kummerċ fl-Unjoni.

(2)

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE jipprevedi li meta Stat Membru jqis li t-territorju tiegħu, jew parti minnu, jkun ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva, dan għandu jippreżenta d-dokumentazzjoni ta' sostenn xierqa lill-Kummissjoni. Dak l-Artikolu jipprevedi wkoll id-definizzjoni tal-garanziji addizzjonali li jistgħu jkunu meħtieġa għall-kummerċ fl-Unjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE (2) tapprova l-programmi għall-kontroll u l-qerda tal-infezzjoni bil-herpesvirus bovin tat-tip 1 (BHV1) ippreżentati mill-Istati Membri elenkati fl-Anness I tagħha għar-reġjuni elenkati f'dak l-Anness u li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE. Barra minn hekk, l-Anness II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE jelenka r-reġjuni tal-Istati Membri li huma meqjusa bħala ħielsa mill-BHV1 u li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE.

(4)

L-Istati Federali ta' Hamburg, it-Tramuntana tar-Renu-Westfalja, Rhineland-Palatinate, Saarland u Schleswig-Holstein tal-Ġermanja fil-preżent huma elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE.

(5)

Il-Ġermanja ppreżentat id-dokumentazzjoni ta' sostenn lill-Kummissjoni biex l-Istati Federali ta' Rhineland-Palatinate, Saarland u r-Regierungsbezirke Arnsberg, Detmold u Münster fl-Istat Federali tat-Tramuntana tar-Renu-Westfalja jiġu meqjusa bħala ħielsa mill-BHV1 u biex il-garanziji addizzjonali previsti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE japplikaw għal dawn l-istati.

(6)

Wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni ta' sostenn ippreżentata mill-Ġermanja, l-Istati Federali ta' Rhineland-Palatinate, Saarland u r-Regierungsbezirke Arnsberg, Detmold u Münster fl-Istat Federali tat-Tramuntana tar-Renu-Westfalja ma għandhomx jibqgħu elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE, iżda minflok għandhom jiġu elenkati fl-Anness II tal-istess Deċiżjoni u l-applikazzjoni tal-garanziji addizzjonali previsti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE għandha tiġi estiża biex tinkludihom. L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(7)

Id-Deċiżjoni 2004/558/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE jinbidlu bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE tal-15 ta' Lulju 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE li tirrigwarda garanziji addizzjonali għan-negozju intra-Komunitarju ta' annimali bovini relatati mar-rinotrakeite bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta' qerda ppreżentati minn ċerti Stati Membri (ĠU L 249, 23.7.2004, p. 20).


ANNESS

ANNESS I

Stati Membri

Ir-reġjuni tal-Istati Membri li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE

Il-Belġju

Ir-reġjuni kollha

Ir-Repubblika Ċeka

Ir-reġjuni kollha

Il-Ġermanja

L-Istati Federali ta':

 

Hamburg

 

Schleswig-Holstein

Dawn ir-Regierungsbezirke fit-Tramuntana tar-Renu-Westfalja:

 

Düsseldorf

 

Cologne

L-Italja

Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia

Il-Provinċja Awtonoma ta' Trento

ANNESS II

Stati Membri

Ir-reġjuni tal-Istati Membri li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE

Id-Danimarka

Ir-reġjuni kollha

Il-Ġermanja

L-Istati Federali ta':

 

Baden-Württemberg

 

Il-Bavarja

 

Berlin

 

Brandenburg

 

Bremen

 

Hesse

 

Is-Sassonja t'Isfel

 

Mecklenburg- Pomeranja tal-Punent

 

Rhineland-Palatinate

 

Saarland

 

Is-Sassonja

 

Is-Sassonja-Anhalt

 

Thüringen

Dawn ir-Regierungsbezirke fit-Tramuntana tar-Renu-Westfalja

 

Arnsberg

 

Detmold

 

Münster

L-Italja

Ir-Reġjun tal-Valle d'Aosta

Il-Provinċja Awtonoma ta' Bolzano

L-Awstrija

Ir-reġjuni kollha

Il-Finlandja

Ir-reġjuni kollha

L-Iżvezja

Ir-reġjuni kollha


7.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/55


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1102

tal-5 ta' Lulju 2016

li tapprova l-programmi nazzjonali għat-titjib tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-apikultura ppreżentati mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(innotifikata bid-dokument C(2016) 4133)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri kollha bagħtu lill-Kummissjoni l-programmi trijennali nazzjonali tagħhom għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-apikultura għas-snin tal-apikultura 2017, 2018 u 2019.

(2)

It-28 programm jissodisfaw l-għanijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u fihom l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1368 (2).

(3)

Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni lil kull programm nazzjonali għandha tiġi deċiża f'konformità mal-Artikolu 55(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u mal-Artikolu 4 u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1366 (3).

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-programmi nazzjonali għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-apikultura għas-snin tal-apikultura 2017, 2018 u 2019 ippreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Kroazja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit huma b'dan approvati.

Artikolu 2

Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-programmi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun limitata għall-ammonti massimi kif stipulati fl-Anness għas-snin tal-apikultura 2017, 2018 u 2019.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1368 tas-6 ta' Awwissu 2015 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-għajnuna lis-settur tal-apikultura (ĠU L 211, 8.8.2015, p. 9).

(3)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1366 tal-11 ta' Mejju 2015 l li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-għajnuna lis-settur tal-apikultura (ĠU L 211, 8.8.2015, p. 3).


ANNESS

Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programmi nazzjonali tal-apikultura għas-snin tal-apikultura 2017, 2018 u 2019

(f'EUR)

 

Is-sena tal-apikultura 2017

Is-sena tal-apikultura 2018

Is-sena tal-apikultura 2019

Il-Belġju

249 313

249 313

249 313

Il-Bulgarija

1 216 533

1 216 534

1 216 533

Ir-Repubblika Ċeka

1 250 510

1 250 511

1 250 509

Id-Danimarka

174 202

174 202

174 202

Il-Ġermanja

1 645 049

1 645 050

1 645 048

L-Estonja

82 800

82 800

82 800

L-Irlanda

36 333

36 333

36 333

Il-Greċja

3 632 500

3 632 500

3 632 500

Spanja

5 634 999

5 635 001

5 634 999

Franza

3 783 641

3 783 645

3 783 640

Il-Kroazja

1 127 767

1 127 767

1 127 767

L-Italja

3 045 356

3 045 357

3 045 354

Ċipru

100 000

100 000

100 000

Il-Latvja

193 810

193 810

193 810

Il-Litwanja

324 090

324 090

324 090

Il-Lussemburgu

18 049

18 049

18 049

L-Ungerija

2 517 625

2 517 627

2 517 624

Malta

8 333

8 333

8 333

In-Netherlands

173 986

173 971

174 000

L-Awstrija

870 712

870 712

870 711

Il-Polonja

2 961 910

2 961 911

2 961 908

Il-Portugall

1 299 259

1 299 259

1 299 259

Ir-Rumanija

3 584 747

3 584 749

3 584 744

Is-Slovenja

382 814

382 814

382 814

Is-Slovakkja

589 423

589 423

589 422

Il-Finlandja

115 637

115 637

115 637

L-Iżvezja

346 911

346 911

346 911

Ir-Renju Unit

633 691

633 691

633 690

UE-28

36 000 000

36 000 000

36 000 000


Rettifika

7.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/58


Rettifika għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/175 tat-8 ta' Frar 2016 dwar miżura meħuda minn Spanja skont id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' tip ta' apparat għall-ħasil bil-pressa

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 33 tal-10 ta' Frar 2016 )

F'paġna 12, fil-premessa 4,

minflok:

“(4)

Id-Dikjarazzjoni ta' Konformità tal-KE maħruġa mill-mannifattur għall-apparat tal-ħasil bil-pressa għamlet referenza, fost l-oħrajn, għall-istandard armonizzat EN 60335-2-67:2009 ‘Household and similar electrical appliances — Safety — Part 2-67: Particular requirements for floor treatment and floor cleaning machines for commercial use (IEC 60335-2-67:2002 (Modified) + A1:2005 (Modified))’.”,

aqra:

“(4)

Id-Dikjarazzjoni ta' Konformità tal-KE maħruġa mill-manifattur għall-apparat tal-ħasil bil-pressa għamlet referenza, fost l-oħrajn, għall-istandard armonizzat EN 60335-2-79:2009 ‘Household and similar electrical appliances — Safety — Part 2-79: Particular requirements for high pressure cleaners and steam cleaners (IEC 60335-2-79:2002 + A1:2004 + A2:2007, modified)’.”.

F'paġna 12, fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet inċiż tal-premessa (5),

minflok:

“EN 60335-2-67:2009”,

aqra:

“EN 60335-2-79:2009”.

F'paġna 13, fil-premessa (8):

minflok:

“EN 60335-2-67”,

aqra:

“EN 60335-2-79”.