ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 160

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
17 ta' Ġunju 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/957 tad-9 ta' Marzu 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward standards tekniċi regolatorji għall-arranġamenti, is-sistemi u l-proċeduri xierqa, kif ukoll il-mudell ta' notifika li għandhom jintużaw għall-prevenzjoni, il-kostatazzjoni u r-rappurtar ta' prattiċi abbużivi jew ordnijiet jew tranżazzjonijiet suspettużi ( 1 )

1

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/958 tad-9 ta' Marzu 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards tekniċi regolatorji għall-arranġamenti tekniċi għal preżentazzjoni oġġettiva ta' rakkomandazzjonijiet ta' investiment jew informazzjoni oħra li tirrakkomanda jew tissuġġerixxi strateġija ta' investiment, kif ukoll għad-divulgazzjoni ta' interessi partikulari jew indikazzjonijiet ta' kunflitti ta' interess ( 1 )

15

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/959 tas-17 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni għal sondaġġi tas-suq għar-rigward tas-sistemi u l-mudelli ta' notifika li għandhom jintużaw minn parteċipanti fis-suq li jagħmlu żvelar u l-format tar-rekords f'konformita mar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

23

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/960 tas-17 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar arranġamenti, sistemi u proċeduri xierqa għal parteċipanti fis-suq li jiddivulgaw li jwettqu sondaġġi tas-suq ( 1 )

29

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/961 tas-26 ta' Mejju 2016 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Conwy Mussels (DOP))

34

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/962 tas-16 ta' Ġunju 2016 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward formati, mudelli u definizzjonijiet uniformi għall-identifikazzjoni u t-trażmissjoni tal-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni lill-Awtorità Bankarja Ewropea skont id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

35

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/963 tas-16 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni ( 1 )

50

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/964 tas-16 ta' Ġunju 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

79

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/965 tas-16 ta' Ġunju 2016 li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2016 u li jistipula l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 533/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur

81

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/966 tas-16 ta' Ġunju 2016 li jiffissal-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2016 u li jistabbilixxi l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur

84

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/967 tas-16 ta' Ġunju 2016 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandha tapplika għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2078 għal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Ukrajna

87

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/968 tas-6 ta' Ġunju 2016 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet (Programm ISA2)

90

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/969 tal-15 ta' Ġunju 2016 li tistabbilixxi rekwiżiti standard ta' rapportar għal programmi nazzjonali għall-eradikazzjoni, il-kontroll u s-sorveljanza ta' mard tal-annimali u żoonożi kofinanzjati mill-Unjoni u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/288/UE (notifikata bid-dokument C(2016) 3615)  ( 1 )

94

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

17.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/957

tad-9 ta' Marzu 2016

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward standards tekniċi regolatorji għall-arranġamenti, is-sistemi u l-proċeduri xierqa, kif ukoll il-mudell ta' notifika li għandhom jintużaw għall-prevenzjoni, il-kostatazzjoni u r-rappurtar ta' prattiċi abbużivi jew ordnijiet jew tranżazzjonijiet suspettużi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa neċessarju li jiġu speċifikati rekwiżiti xierqa għall-arranġamenti, il-proċeduri u s-sistemi li l-operaturi fis-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar u kull persuna li professjonalment tirranġa jew teżegwixxi tranżazzjonijiet għandu jkollha biex tirrapporta dwar ordnijiet u tranżazzjonijiet li jkunu jistgħu jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew ta' manipulazzjoni tas-suq taħt ir-Regolament (UE) Nru 596/2014. Tali rekwiżiti għandhom jassistu l-prevenzjoni u l-kostatazzjoni tal-abbuż tas-suq. Għandhom ukoll jassisstu fl-assigurazzjoni li n-notifiki ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti jkunu jagħmlu sens, komprensivi u utli. Sabiex jiġi żgurat li l-kostatazzjoni tal-abbuż mis-suq tkun effettiva, għandu jkun hemm sistemi xierqa biex jiġu mmonitorjati l-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet. Tali sistemi għandhom jipprovdu għal analiżi umana magħmula minn persunal imħarreġ kif xieraq. Is-sistemi għall-monitoraġġ tal-abbuż tas-suq għandhom ikunu kapaċi li jipproduċu allerti f'konformita ma' parametri predifiniti sabiex tkun tista' ssir analiżi ulterjuri li ssir fuq abbuż potenzjali minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq. Il-proċess kollu x'aktarx li jkun jirrekjedi xi livell ta' awtomazzjoni.

(2)

Sabiex jiġu ffaċiltati u promossi approċċi u prassi kostanti madwar l-Unjoni f'relazzjoni mal-prevenzjoni u l-kostatazzjoni tal-abbuż tas-suq, huwa xieraq li jiġu stipulati dispożizzjonijiet dettaljati li jarmonizzaw il-kontenut tal-mudell għar-rappurtar ta' ordnijiet u tranżazzjonijiet suspettużi, u meta għandu jsir dan ir-rappurtar.

(3)

Persuni li professjonalment jirranħaw jew jeżegwixxu tranżazzjonijiet involuti f'negozjar algoritmiku u suġġett għad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandhom jistabbilixxu u jmantnu s-sistemi li ssir referenza għalihom f'dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) Nru 596/2014 u għandhom jibqgħu suġġetti għall-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.

(4)

Persuni li jkunu professjonalment impenjati li jirranġaw jew li jeżegwixxu tranżazzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jiddelegaw il-monitoraġġ, il-kostatazzjoni u l-idenfikazzjoni ta' ordnijiet u tranżazzjoniiet suspettużi fi ħdan grupp jew li jiddelegaw l-analiżi tad-dejta u l-ġenerazzjoni ta' allerti, suġġett għall-kundizzjonijiet xierqa. Tali delega għandha tagħmilha possibbli li jiġu skambjati riżorsi, li jiġu żviluppati b'mod ċentrali, u li jinżammu, sistemi ta' monitoraġġ u li jiġi żviluppat l-għarfien espert fil-kuntest tal-monitoraġġ tal-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet. Tali delegar ma għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jevalwaw, f'kull mument, jekk is-sistemi, l-arranġamenti u l-proċeduri tal-persuni li lilha jkunu delegati l-funzjonijiet ikunux effettivi għas-sodisfar tal-obbligu tal-monitoraġġ u l-kostatazzjoni ta' abbuż tas-suq. L-obbligu tar-rappurtar kif ukoll ir-responsabilità tal-konformità ma' dan ir-Regolament u mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 għandhom jibqgħu mal-persuna delegata.

(5)

Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom ikollhom regoli ta' negozjar xierqa li jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-abbuż minn informazzjoni privileġġjata u manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq. Iċ-ċentri tan-negozjar għandu jkollhom ukoll faċilitajiet ta' analiżi tal-ktieb tal-ordnijiet sabiex tkun tista' ssir analiżi tal-attività waqt sessjoni ta' negozjar fil-kuntest ta' neegozjar algoritmiku inkluż negozjar ta' frekwenza qawwija.

(6)

Mudell wieħed u armonizzat għas-sottomissjoni elettronika ta' rapport ta' tranżazzjoni u ordni suspettużi (STOR) għandu jassisti ful-koformità mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament u fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 fi swieq fejn l-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet qegħdin isiru dejjem aktar transfruntiera. Għandu wkoll jiffaċilita l-iskambju effiċjenti tal-informazjoni dwar ordnijiet u tranżazzjonijiet suspettużi bejn l-awtoritajiet kompetenti f'investigazzjonijiet transfruntiera.

(7)

L-oqsma bl-informazzjoni relevanti li hemm fil-mudell, jekk jimtlew b'mod ċar, komprensiv, oġġettiv u preċiż, għandhom jassistu lill-awtoritajiet kompetenti biex ikunu jistgħu jevalwaw bla dewmien is-suspett u jibdew bl-azzjonijiet relevanti. Il-mudell għandu għaldaqstant jippermetti lill-persuni li jippreżentaw ir-rapport li jipprovdu l-informazzjoni meqjusa relevanti dwar l-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet suspettużi u li jispjegaw ir-raġunijiet għas-suspett. Il-mudell għandu wkoll jippermetti li tiġi pprovduta dejta persunali li tagħmilha possibbli li jiġu identifikati l-persuni involuti fl-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet suspettużi u li jassistu lill-awtoritajiet kompetenti fit-tmexxija tal-investigazzjonijiet biex tiġi analizzata malajr l-imġieba fin-negozju tal-persuni suspettati u li jiġu stabbiliti konnessjonijiet ma' persuni involuti f'negozju suspettuż ieħor. Tali informazzjoni għandha tiġi pprovduta mill-bidu, b'mod li l-integrità tal-investigazzjoni ma tkunx kompromessa min-neċessità potenzjali għal awtorità kompetenti li terġa' tirrikorri, matul investigazzjoni, lejn il-persuna li tkun ippreżentat ir-rapport STOR. Għandha tinkludi d-data tat-twelid, l-indirizz, l-informazzjoni dwar l-impjieg u l-kontijiet tal-persuna, u fejn applikabbli, il-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-klijent u n-numru ta' identifikazzjoni nazzjonali tal-individwi kkonċernati.

(8)

Għall-faċilitazzjoni tal-preżentazzjoni ta' rapport STOR, il-mudell għandu jippermetti li jinthemżu dokumenti u materjali li jitqiesu neċessarji biex isostnu n-notifika li tkun saret, inkluż fil-forma ta' anness li jelenka l-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet relevanti għall-istess rapport u bid-dettalji tal-prezzijiet u l-volumi tagħhom.

(9)

L-operaturi fis-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar, u persuni li professjonalment jirranġaw jew jeżegwixxu tranżazzjonijiet ma għandhomx ninnotifikaw l-ordnijiet jew it-tranżazzjonijiet kollha li jsiru li jkunu skattaw allert intern. Tali rekwiżit ikun inkonsistenti mar-rekwiżit li jiġi evalwat, fuq il-bażi ta' każ b'każ, jekk hemmx raġunijiet fondati biex ikun hemm suspett.

(10)

Ir-rapporti ta' ordnijiet u tranżazzjonijiet suspettużi għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità kompetenti relevanti mingħajr dewmien hekk kif jitfaċċa suspett raġjonevoli li dawk l-ordnijiet jew tranżazzjonijiet jistgħu jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq. L-analiżi dwar jekk ordni jew tranżazzjoni għandhiex titqies suspettuża jew le għandha tkun ibbażata fuq fatti, mhux spekulazzjoni jew presuppożizzjoni u għandha ssir malajr kemm jista' jkun. Il-prassi li tiddewwem il-preżentazzjoni ta' rapport sabiex jiġu inkorporati ordnijiet jew tranżazzjonijiet suspettużi ulterjuri hija irrikonċiljabbli mal-obbligu ta' aġir mingħajr dewmien, fejn ikun diġà tfaċċa suspett raġjonevoli. F'kull każ il-preżentazzjoni ta' rapport STOR għandha tiġi evalwata fuq il-bażi ta' każ b'każ sabiex jiġi ddeterminat jekk f'rapport STOR wieħed ikunux jistgħu jiddaħħlu diversi ordnijiet u tranżazzjonijiet. Barra minn dan, il-prassi li l-ewwel ikun irid jidħol numru partikolari ta' rapporti STOR qabel ma dawn jiġu rrappurtati ma għandhiex titqies bħala konsistenti mar-rekwiżit li ssir notifika mingħajr dewmien.

(11)

Jista' jkun hemm ċirkostanzi fejn suspett raġjonevoli ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq jitfaċċa wara li tkun seħħet l-attività suspettuża, minħabba ġrajjiet jew informazzjoni disponibbli sussegwenti. Din ma għandhiex tkun raġuni biex ma tiġix irrappurtata l-attività suspettata lill-awtorita kompetenti. Sabiex tingħata prova ta' konformità mar-rekwiżiti ta' rappurtar f'dawk iċ-ċirkostanzi speċifiċi, il-persuni li tippreżenta r-rapport għandha tkun tista' tiġġustifika d-diskrepanza fil-ħin bejn l-okkorrenza tal-attività ssuspettata u l-formazzjoni tas-suspett raġjonevoli ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjta jew manipulazzjoni tas-suq.

(12)

Iż-żamma tar-rapporti STOR li jkunu ġew ippreżentati kif ukoll tal-analiżi li tkun saret, u l-aċċess għalihom, dwar ordnijiet u tranżazzjonijiet suspettużi li ma jkunux irriżultaw fil-preżentazzjoni ta' rapport STOR jiffurmaw parti importanti mill-proċeduri biex jiġi kostatat abbuż tas-suq. L-abbiltà li tinġabar u tiġi rieżaminata l-analiżi li tkun saret fuq ir-rapporti STOR li jkunu ġew ippreżentati, kif ukoll dawk l-ordnijiet u tranżazzjonijiet suspettużi li jkunu ġew analiżżati, iżda dwarhom kien ġie konkluż li r-raġunijiet għas-suspett ma kinux fondati, jassistu lill-persuni li professjonalment jeżegwixxu jew jirranġaw tranżazzjonijiet u lill-operaturi tas-suq jew ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar fl-eżerċizzju tal-ġudizzju tagħhom meta jikkunsidraw ordnijiet jew tranżazzjonijiet suspettużi sussegwenti. L-analiżi li ssir fuq ordnijiet u tranżazzjonijiet suspettużi li ma tkunx wasslet fl-aħħar mill-aħħar biex jiġi ppreżentat rapport STOR tassisti lil dawk il-persuni meta jkunu qegħdin jirfinaw is-sistemi ta' sorveljanza tagħhom u fil-kostatazzjoni ta' forom ta' mġieba ripetuta li, meħuda flimkien tista', meta titqies fit-totalità tagħha, tirriżulta f'suspett raġjonevoli ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq, jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq. Barra minn dan, ir-rekords imsemmija hawn fuq jassistu wkoll biex jirrelevaw il-konformità mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament u jiffaċiltaw il-prestazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-funzjonijiet superviżorji, investigatorji u ta' nfurżar tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 596/2014.

(13)

Kull ipproċessar ta' dejta personali skont dan ir-Regolament għandu jsir f'konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(14)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-Kummissjoni.

(15)

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(16)

Sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa neċessarju li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b'urġenza u li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament japplikaw mill-istess data bħal dawk stabbiliti fir- Regolament (UE) Nru 596/2014,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“rapport dwar tranżazzjonijiet u ordnijiet suspettużi” (STOR) ifisser ir-rapport dwar ordnijiet u tranżazzjonijiet suspettużi, inkluż kull kanċellazzjoni jew modifika tagħhom, li jistgħu jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq, jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq li għandu jsir skont l-Artikolu 16(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014.

(b)

“mezzi elettroniċi” huma mezzi ta' tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluża l-kompressjoni diġitali), il-ħażna u t-trasmissjoni ta' data, li jkunu jużaw wajers, radju, teknoloġiji ottiċi, jew kull mezz elettromanjetiku ieħor;

(c)

“grupp” ifisser grupp kif definit fl-Artikolu 2(11) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

(d)

“ordni” tfisser kull ordni, inkluż kull kwotazzjoni, irrispettivament minn jekk l-iskop tagħha ikunx is-sottomissjoni inizjali, il-modifika, l-aġġornar jew il-kanċellazzjoni ta' ordni u irrispettivament mit-tip tagħha.

Artikolu 2

Rekwiżiti ġenerali

1.   Il-persuni li professjonalment jirranġaw jew jeżegwixxu tranżazzjonijiet għandhom jistabbilixxu u jmantnu arranġamenti, sistemi u proċeduri li jużguraw li jkun hemm:

(a)

monitoraġġ effettiv u kontinwu, għall-iskopijiet tal-kostatazzjoni u l-identifikazzjoni ta' ordnijiet u tranżazzjonijiet li jistgħu jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq, jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq, tal-ordinijiet kollha riċevuti u trażmessi u t-tranżazzjonijiet kollha eżegwiti;

(b)

it-trażmissjoni tar-rapporti STOR lill-awtoritajiet kompetenti skont ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u bl-użu tal-mudell stipulat fl-Anness.

2.   L-obbligi li ssier referenza għalihom fil-paragrafu 1 japplikaw għal ordnijiet u tranżazzjonijiet li jirrelataw ma' kull strument finanzjarju u japplikaw irrispettivament minn:

(a)

il-kapaċita li fiha tkun ippreżentata l-ordni jew it-tranżazzjoni tkun eżegwita;

(b)

it-tip ta' klijenti kkonċernati;

(c)

jekk l-ordnijiet ġewx ippreżentati, jew it-tranżazzjonijiet ġewx eżegwiti f'ċentru tan-negozjar jew barra minnu.

3.   L-operaturi fis-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jistabbilixxu u jsostnu arranġamenti, sistemi u proċeduri li jiżguraw li jkun hemm:

(a)

monitoraġġ effettiv u kontinwu, għall-iskopijiet tal-prevenzjoni, il-kostatazzjoni u l-identifikazzjoni ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq, u attentati ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq, tal-ordinijiet kollha riċevuti u t-tranżazzjonijiet kollha eżegwiti;

(b)

it-trażmissjoni tar-rapporti STOR lill-awtoritajiet kompetenti skont ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u bl-użu tal-mudell stipulat fl-Anness.

4.   L-obbligi li ssier referenza għalihom fil-paragrafu 3 japplikaw għal ordnijiet u tranżazzjonijiet li jirrelataw ma' kull strument finanzjarju u japplikaw irrispettivament minn:

(a)

il-kapaċita li fiha tkun ippreżentata l-ordni jew it-tranżazzjoni tkun eżegwita;

(b)

it-tip ta' klijenti kkonċernati;

5.   Il-persuni li professjonalment jirranġaw jew jeżegwixxu tranżazzjonijiet, l-operaturi fis-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jiżguraw li l-arranġamenti, is-sistemi u l-proċeduri li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1 u 3:

(a)

ikunu xierqa u proporzjonali f'relazzjoni mal-iskala, id-daqs u n-natura tal-attività tagħhom ta' negozju;

(b)

ikunu evalwati b'mod regolari, mill-anqas permezz ta' eżerċizzju ta' awditjar ta' kull sena kif ukoll b'rieżami intern, u aġġornat fejn ikun hemm bżonn;

(c)

ikunu ddokumentati b'mod ċar bil-miktub, inkluż kull tibdil jew aġġornament li jsirulhom, għall-iskopijiet tal-konformità ma' dan ir-Regolament, u li l-informazzjoni dokumentata tinżamm għal ħames snin.

Il-persuni li ssir referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu għandhom, meta jintalbu jagħmlu hekk, jipprovdu lilll-awtorità kompetenti bl-informazzjoni li ssir referenza għaliha fil-punti (b) u (c) ta' dak is-subparagrafu.

Artikolu 3

Il-prevenzjoni, il-monitorraġġ u l-kostatazzjoni

1.   L-arranġamenti, is-sistemi u l-proċeduri li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 2(1) u (3):

(a)

jippermettu li ssir analiżi, b'mod individwali u komparattiv, ta' kull tranżazzjoni eżegwita u kull ordni ppreżentata, mmodifikata, kkanċellata jew miċħuda fis-sistemi taċ-ċentru tan-negozjar u, fil-każ ta' persuni li professjonalment jirranġaw jew jeżegwixxu t-tranżazzjonijiet, anki barra minn ċentru tan-negozjar;

(b)

jipproduċu allerti li jindikaw attivitajiet li jkunu jeħtieġu analiżi ulterjuri għall-iskopijiet tal-kostatazzjoni ta' abbuż potenzjali minn informazzjoni privileġġjati jew manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq;

(c)

ikunu jkopru l-firxa sħiħa ta' attivitajiet ta' negozjar li jsiru mill-persuni kkonċernati.

2.   Persuni li professjonalment jeżegwixxu jew jirranġaw tranżazzjonijiet u operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentri tan-negozju, meta jintalbu jagħmlu hekk, għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni li tagħti prova ta' kemm is-sistemi tagħhom ikunu xierqa u proporzjonali f'relazzjoni mal-iskala, id-daqs u n-natura tal-attività tagħhom tan-negozju, inkluża l-informazzjoni fuq il-livell ta' awtomatizzazzjoni li hemm f'dawn is-sistemi.

3.   L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentri tan-negozju għandhom, sal-livell li jkun xieraq u proporzjonali f'relazzjoni mal-iskala, id-daqs u n-natura tal-attività tagħhom tan-negozju, jużaw sistemi ta' softwer u jkollhom proċeduri li jassistu fil-prevenzjoni u l-kostatazzjoni tal-abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq.

Is-sistemi u l-proċeduri li ssir referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu jinkludu softwer li bih ikun jista' jsir il-qari, il-preżentazzjoni u l-analiżi tad-dejta fuq il-ktieb tal-ordnijiet anki wara li jkun għadda ċertu żmien, u tali softwer ikollu biżżejjed kapaċità li jopera f'ambjent ta' negozjar algoritmiku.

4.   Persuni li professjonalment jirranġaw jew jeżegwixxu tranżazzjonijiet u l-operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jistabbilixxu u jżommu arranġamenti u proċeduri li jiżguraw livell xieraq ta' analiżi umana fil-monitoraġġ, il-kostatazzjoni u l-identifikazzjoni ta' tranżazzjonijiet u ordnijiet li jistgħu jitqiesu bħala li jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq.

5.   L-operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jistabbilixxu u jżommu arranġamenti u proċeduri li jiżguraw livell xieraq ta' analiżi umana anki fil-prevewnzjoni ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq.

6.   Persuna li professjonalment tirranġa jew teżegwixxi tranżazzjonijiet għandha jkollha d-dritt, permezz ta' ftehim bil-miktub, li tiddelega lil persuna ġuridika li tkun tifforma parti mill-istess grupp il-prestazzjoni tal-funzjonijiet ta' monitoraġġ, kostatazzjoni u identifikazzjoni ta' ordnijiet u tranżazzjonijiet li jistgħu jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq. Il-persuna li tiddelega dawk il-funzjonijiet għandha tibqa' għal kollox responsabbli biex teżegwixxi l-obbligi kollha tagħha skont dan ir-Regolament u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 u għandha tara li l-arranġament ikun dokumentat b'mod ċar u li l-kompiti u r-responsabilitajiet jiġu assenjati u maqbula, inkluż kemm idum id-delegar.

7.   Persuna li professjonalment tirranġa jew teżegwixxi tranżazzjonijiet tista', permezz ta' ftehim bil-miktub, tiddelega l-prestazzjoni tal-analiżi tad-dejta, inkluż id-dejta dwar l-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet, u l-ġenerazzjoni ta' allerti neċessarji biex tali persuna twettaq monitoraġġ, kostatazzjoni u identifikazzjoni ta' ordnijiet u tranżazzjonijiet li jistgħu jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq lil parti terza (“fornitur”). Il-persuna li tiddelega dawk il-funzjonijiet għandha tibqa' responsabbli għal kollox li teżegwixxi l-obbligi kollha tagħha skont dan ir-Regolament u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 u għandha tkun konformi f'kull żmien mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

għandha żżomm il-kompetenza u r-riżorsi meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-kwalità tas-servizzi pprovduti u tal-adegwatezza organizzazzjonali tal-fornituri, għas-superviżjoni tas-servizzi delegati u għall-ġestjoni tar-riskji assoċjati mad-delegazjoni ta' dawk il-funzjonijiet fuq bażi kontinwa;

(b)

għandha jkollha aċċess dirett għall-informazzjoni relevanti kollha rigward l-analiżi tad-dejta u l-ġenerazzjoni tal-allerti.

Il-ftehim bil-miktub ikun fih id-deskrizzjoni tad-drittijiet u l-obbligi tal-persuna li tiddelega l-funzjonijiet li ssir referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu u dawk tal-fornitur. Għandha wkoll tistabbilixxi r-raġunijiet li jippermettu lill-persuna li tiddelega l-funzjonijiet li tittermina tali ftehim.

8.   Bħala parti mill-arranġamenti u proċeduri li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 2(1) u (3), persuni li professjonalment jirranġaw jew jeżegwixxu tranżazzjonijiet u operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozju għandhom iżommu għal ħames snin l-informazzjoni li tiddokumenta l-analiżi li tkun saret fir-rigward ta' ordnijiet u tranżazzjonijiet li jistgħu jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq, li jkunu ġew eżaminati flimkien mar-raġunijiet tal-preżentazzjoni, jew in-nuqqas ta' preżentazzjoni, ta' rapport STOR. Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta lill-awtorità kompetenti meta ssir talba għal dan.

Il-persuni li ssir refernza għalihom fl-ewwel subparagrafu għandhom jaraw li l-arranġamenti u l-proċeduri li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 2(1) u (3) jiggarantixxu u jżommu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li ssir referenza għaliha fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 4

Taħriġ

1.   Persuni li professjonalment jirranġaw jew jeżegwixxu tranżazzjonijiet u operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozju għandhom jorganizzaw u jipprovdu taħriġ effettiv u komprensiv lill-persunal involut fil-monitoraġġ, kostatazzjoni u identifikazzjoni ta' ordnijiet u tranżazzjonijiet li jistgħu jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni, inkluż il-persunal involut fl-ipproċessar ta' ordnijiet u tranżazzjonijiet. Tali taħriġ għandu jsir fuq bażi regolari u jkun xieraq u proporzjonat f'relazzjoni mal-iskala, id-daqs u n-natura tan-negozju.

2.   L-operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom, barra minn dan, jipprovdu t-taħriġ li ssir referenza għalih fil-paragrafu 1 lil persunal involut fil-prevenzjoni ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq.

Artikolu 5

Obbligazzjonijiet ta' rappurtar

1.   Persuni li professjonalment jirranġaw jew jeżegwixxu tranżazzjonijiet u l-operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jistabbilixxu u jżommu arranġamenti, sistemi u proċeduri effettivi li permezz tagħhom ikunu jistgħu jevalwaw, bl-iskop li jippreżentaw rapport STOR, jekk ordni jew tranżazzjoni tistax tikkostitwixxi abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq. Dawk l-arranġamenti, sistemi u proċeduri jieħdu f'kunsiderazzjoni dovuta l-elementi li jikkostitwixxu l-abbuż attwali ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata, jew manipulazzjoni tas-suq, jew tal-attentat tiegħu, skont l-Artikolu 8 u 12 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 u tal-indikaturi mhux eżawrijenti tal-manipulazzjoni tas-suq li ssir referenza għaliha fl-Anness I ta' dak ir-Regolament, kif speċifikat ulterjorment fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/522 (6).

2.   Il-persuni kollha li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1 u li jkunu involuti fl-ipproċessar tal-istess ordni jew tranżazzjoni għandhom ikunu responsabbli li jevalwaw jekk għandux jiġi ppreżentat rapport STOR.

3.   Il-persuni li ssir refeernza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom jaraw li l-informazzjoni ppreżentata bħala parti minn rapport STOR tkun ibbażata fuq fatti u analiżi, li tkun tqis l-informazzjoni kollha disponibbli għalihom.

4.   Il-persuni li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom ikollhom proċeduri biex jiżguraw li l-persuna li fir-rispett tagħha jkun ġie ppreżentat rapport STOR u kull min ma jkunx obbligat li jkun jaf dwar il-preżentazzjoni ta' rapport STOR bis-saħħa tal-funzjoni jew tal-pożizzjoni tiegħu fi ħdan il-persuna li tirrapporta, ma jkunx infurmat bil-fatt li rapport STOR ikun ippreżentat, jew li jkun hemm l-intenzjoni li jiġi ppreżentat, lill-awtorità kompetenti.

5.   Il-persuni li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom ilestu r-rapport STOR mingħajr ma jinfurmaw lill-persuna li fir-rispett tagħha jkun ġie ppreżentat rapport STOR, jew kull min ma jkunx obbligat li jkun jaf li jkun se jiġi ppreżentat rapport STOR, inkluż permezz ta' talbiet għall-informazzjoni marbuta mal-persuna li fir-rispett tagħha jkun ġie ppreżentat rapport STOR sabiex jiġu mimlija ċerti oqsma.

Artikolu 6

Iż-żmien tal-preżentazzjoni ta' rapporti STOR

1.   Il-persuni li professjonalment jirranġaw jew jeżegwixxu tranżazzjonijiet u operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozju għandhom jaraw li jkollhom arranġamenti, sistemi u proċeduri effettivi għall-preżentazzjoni ta' rapport STOR mingħajr dewmien, skont l-Artikolu 16(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014, darba li jitfaċċa suspett raġjonevoli ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq.

2.   L-arranġamenti, is-sistemi u l-proċeduri li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1 jinkludu l-possibiltà li jiġu ppreżentati rapporti STOR f'relazzjoni ma' tranżazzjonijiet u ordnijiet li jkunu seħħew fil-passat, fejn ikun tfaċċa suspett fid-dawl ta' avvenimenti jew informazzjoni sussegwenti.

F'tali każijiet, il-persuna li professjonalment tirranġa jew teżegwixxi tranżazzjonijiet u l-operatur tas-suq u d-ditta tal-investiment li topera ċentru tan-negozjar għandhom jispjegaw fir-rapport STOR lill-awtorità kompetenti d-dewmien bejn il-ksur suspettat u l-preżentazzjoni tar-rapport STOR skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ.

3.   Persuni li professjonalment jirranġaw jew jeżegwixxu tranżazzjonijiet u operaturi fis-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jippreżentaw lill-awtorita kompetenti kull informazzjoni addizzjonali relevanti li jsiru jafu biha wara li jkun ġie ppreżentat rapport STOR fil-bidu, u għandhom jipprovdu kull informazzjoni jew dokument mitlub mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 7

Kontenut tar-rapporti STOR

1.   Persuni li professjonalment jirranġaw jew jeżegwixxu tranżazzjonijiet u operaturi fis-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentri tan-negozjar għandhom jippreżentaw rapport STOR bl-użu tal-mudell kif jidher fl-Anness.

2.   Il-persuni li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1 li jippreżentaw rapport STOR għandhom jimlew l-oqsma ta' informazzjoni relevanti għall-ordnijiet jew tranżazzjonijiet irrappurtati b'mod ċar u preċiż. Ir-rapport STOR ikun fih tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

identifikazzjoni tal-persuna li tkun qegħda tippreżenta r-rapport STOR u, fil-każ ta' persuni li professjonalment jirranġaw jew jeżegwixxu tranżazzjonijiet, anki l-kapaċità li fiha l-persuna li tkun qegħda tippreżenta r-rapport STOR topera, b'mod partikolari meta tkun qed taġixxi f'isimha stess jew tkun qed teżegwixxi ordnijiet f'isem partijiet terzi;

(b)

deskrizzjoni tal-ordni jew tat-tranżazzjoni, li tinkludi:

(i)

it-tip ta' ordni u t-tip ta' negozjar, b'mod partikolari negozjar fi blokki, u fejn tkun seħħet l-attività,

(ii)

il-prezzijiet u l-volum;

(c)

ir-raġunijiet li għalihom l-ordni jew it-tranżazzjoni tkun suspettata li tikkostitwixxi abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq;

(d)

il-mezzi ta' kif tista' tiġi identifikata kull persuna involuta fl-ordni jew it-tranżazzjoni li tista' tikkostitwixxi abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq, inkluż il-persuna li tkun ippreżentat jew eżegwit l-ordni u l-persuna li f'isimha l-ordni jkun ġie ppreżentat jew eżegwit;

(e)

kull informazzjoni u dokumenti ġustifikattivi oħra li jistgħu jitqiesu relevanti mill-awtorità kompetenti għall-iskop tal-kostatazzjoni, l-investigazzjoni u l-infurzar ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq.

Artikolu 8

Mezzi ta' trażmissjoni

1.   Persuni li professjonalment jirranġaw jew jeżegwixxu tranżazzjonijiet u operaturi fis-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentri tan-negozjar għandhom jippreżentaw rapport STOR, inkluż kull dokument ġustifikattiv jew dokumenti mehmuża, lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 16(1) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 bl-użu tal-mezzi elettroniċi speċifikati minn dik l-awtorità kompetenti.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom il-mezzi elettroniċi li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1. Dawk il-mezzi elettroniċi għandhom jiżguraw li jinżammu l-kompletezza, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni matul it-trażmissjoni.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jsegwi dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jibda japplika mit-3 ta' Lulju 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(3)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(5)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/522 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għal ċerti korpi pubbliċi u banek ċentrali ta' pajjiżi terzi, l-indikaturi tal-manipulazzjoni tas-suq, il-limiti għall-iżvelar, l-awtorità kompetenti għan-notifika dwar id-dewmien, il-permess għan-negozjar matul perjodi magħluqa u tipi ta' tranżazzjonijiet maniġerjali notifikabbli (ĠU L 88, 5.4.2016, p. 1).


ANNESSI

Mudell ta' rapport STOR

TAQSIMA 1 —   

IDENTITÀ TAL-ENTITÀ/TAL-PERSUNA LI TIPPREŻENTA R-RAPPORT STOR

Persuni li professjonalment jirranġaw jew jeżegwixxu tranżazzjonijiet/Operaturi fis-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozju — Speċifika f'kull każ:

Isem il-persuna fiżika

[Isem/Ismijiet u kunjom(ijiet) tal-persuna fiżika inkarigata mill-preżentazzjoni tar-rapport STOR fi ħdan l-entità li tippreżenta.]

Pożizzjoni fi ħdan l-entità li tirrapporta

[Pożizzjoni tal-persuna fiżika inkarigata mill-preżentazzjoni tar-rapport STOR fi ħdan l-entita li tippreżenta.]

Isem l-entità li tirrapporta.

[Isem sħiħ tal-entità li tirrapporta, inkluż fil-każ ta' persuni ġuridiċi:

il-forma legali kif ipprovdut fir-reġistru tal-pajjiż skont il-liġi li għaliha hi inkorporata, fejn applikabbli, kif ukoll,

il-kodiċi ta' Identifikatur ta' Entità Legali (LEI) skont ISO 17442 LEI, fejn applikabbli.]

Indirizz tal-entità li tirrapporta

[L-indirizz sħiħ (eż. it-triq, in-numru fit-triq, il-kodiċi postali, il-belt, l-istat/il-provinċja) u l-pajjiż.]

Il-kapaċità tal-aġir tal-entità għar-rigward tal-ordnijiet jew it-tranżazzjonijiet li jistgħu jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq, jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq

[Deskrizzjoni tal-kapaċità li fiha l-entità li tirrapporta kienet qiegħda taġixxi għar-rigward tal-ordni/jiet jew tranżazzjoni/jiet li tista' tikkostitwixxi abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq, jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq, eż. l-eżekuzzjoni ta' ordnijiet f'isem klijenti, li jaġixxu f'isimhom proprju, li joperaw ċentru tan-negozju, internalizzatur sistematiku.]

Tip ta' attività ta' negozju (ġenerazzjoni tas-suq, arbitraġġ, eċċ.) u t-tip ta' strument innegozjat (titoli, derivattivi, eċċ.) mill-entità li tirrapporta

(Jekk disponibbli)

Relazzjoni mal-persuna li għar-rigward tagħha jkun ġie ppreżentat rarpport STOR

[Deskrizzjoni ta' kull arranġament korporattiv, kuntrattwali jew organizzattiv jew ċirkostanzi jew relazzjonijiet]

Kuntatt għal talba addizzjonali għall-informazzjoni

[Persuna li għandha tiġi kkuntattjata fi ħdan l-entità li tirrapporta għal talba addizzjonali għall-informazzjoni relatata ma' dan ir-rapport (eż. uffiċjal tal-konformità) u d-dettalji relevanti tal-kuntatt:

isem/ismijiet u kunjom/ijiet;

pożizzjoni tal-persuna tal-kuntatt fi ħdan l-entità li tirrapporta;

indirizz professjonali tal-posta elettronika.]

TAQSIMA 2 —   

TRANŻAZZJONI/ORDNI

Deskrizzjoni tal-istrument finanzjarju:

[Iddeskrivi l-istrument finanzjarju li jkun is-suġġett ta' rapport STOR, u speċifika:

l-isem sħiħ jew id-deskrizzjoni tal-istrument finanzjarju;

il-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-istrument kif definit f'Regolament Delegat tal-Kummissjoni adottat skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, fejn applikabbli, jew kodiċijiet oħra;

it-tip ta' strument finanzjarju skont it-tassonomija użata għall-klassifikazzjoni tal-istrument finanzjarju u l-kodiċi assoċjat (ISO 10962 CFI).]

[Elementi addizzjonali għall-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet marbuta mad-derivattivi OTC

(Il-lista ta' dejta hawn taħt mhix eżawrjenti)

Identifika t-tip ta' derivattiva OTC (eż. kuntratti għad-differenza (CFD), swaps, swaps ta' inadempjenza ta' kreditu (CDS) u opzjonijiet barra l-borża (OTC)) bl-użu tat-tipi li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 4(3)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1247/2012.

Iddeskrivi l-karatteristiċi tad-derivattiva OTC u inkludi mill-anqas, fejn relevanti għat-tip partikolari ta' derivattiva, dan li ġej:

l-ammont nominali (valur nominali);

il-munita tad-denominazzjoni tal-prezz;

id-data tal-maturità;

il-primjum (il-prezz);

ir-rata tal-imgħax.

Iddeskrivi tal-anqas dawn li ġejjin, fejn ikun relevanti għat-tip partikolari ta' derivattiva OTC:

Marġini, pagament bil-quddiem u d-daqs jew il-valur nominali tal-istrument finanzjarju sottostanti;

Termini tat-tranżazzjoni bħal ma huma l-prezz tal-eżerċitar, it-termini tal-kuntratt (eż. spread bet gain jew loss per tick move).

Iddeskrivi l-istrument finanzjarju sottostanti tad-derivattivi OTC, u speċifika:

L-isem sħiħ tal-istrument finanzjarju sottostanti jew deskrizzjoni tal-istrument finanzjarju;

Il-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-istrument kif definit f'Regolament Delegat tal-Kummissjoni adottat skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, fejn applikabbli, jew kodiċijiet oħra;

It-tip ta' strument finanzjarju skont it-tassonomija użata għall-klassifikazzjoni tal-istrument finanzjarju u l-kodiċi assoċjat (ISO 10962 CFI).]

Id-data u l-ħin tat-tranżazzjonijiet jew ordnijiet li jistgħu jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq, jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq

[Indika d-data(i) u l-ħin/ijiet tal-ordni/jiet jew it-tranżazzjoni/jiet u speċifika ż-żona tal-ħin.]

Is-suq fejn tkun seħħet l-ordni jew it-tranżazzjoni

[Speċifika:

l-isem u l-kodici biex jiġi identifikat iċ-ċentru tan-negozjar, l-internalizzatur sistematiku jew il-pjattaforma ta' negozju organizzata barra mill-Unjoni fejn tkun tqegħdet l-ordni u tkun ġiet eżegwita t-tranżazjoni kif definiti skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni adottat skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jew.

jekk l-ordni ma tkunx tressqet jew l-ebda tranżazzjoni ma tkun ġiet eżegwita f'xi wieħed miċ-ċentri msemmija hawn fuq, jekk jogħġbok semmi “barra ċentru tan-negozju”.]

Post (pajjiż)

[Isem sħiħ tal-pajjiż u l-kodici tal-pajjiż ISO ta' żewġ karattri ISO 3166-1.]

[Speċifika:

fejn tkun ġiet ippreżentata l-ordni (jekk disponibbli);

fejn l-ordni tkun ġiet eżegwita]

Deskrizzjoni tal-ordni jew tat-tranżazzjoni

[Iddeskrivi tal-anqas il-karatteristiċi li ġejjin tal-ordni/jiet jew tat/tranżazzjoni/jiet irrapportati

numru ta' referenza tat-tranżazzjoni/tal-ordni; numru ta' referenza (fejn applikabbli);

id-data u l-ħin tal-ħlas;

il-prezz tax-xiri/il-prezz tal-bejgħ;

il-volum/il-kwantità tal-istrumenti finanzjarji

[Meta jkun hemm ordnijiet jew tranżazzjonijiet multipli li jkunu jistgħu jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq, jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq, id-dettalji dwar il-prezzijiet u l-volumi ta' tali ordnijiet u tranżazzjonijiet jistgħu jingħataw lill-awtorità kompetenti f'Anness għar-rapport STOR.]

informazzjoni dwar is-sottomissjoni tal-ordni, inkluż mill-anqas dan li ġej:

it-tip tal-ordni (eż. “ixtri sa limitu massimu ta' EUR x”);

il-mod li bih l-ordni tkun ġiet ippreżentata (eż. ktieb elettroniku tal-ordnijiet);

iż-żmien meta ġiet ippreżentata l-ordni;

il-persuna li konkretament ippreżentat l-ordni;

il-persuna li konkretament irċeviet l-ordni;

il-mezzi li permezz tagħhom ġiet trażmessal-ordni.

Informazzjoni dwar il-kanċellazzjoni jew l-alterazzjoni tal-ordni (fejn ikun applikabbli):

il-ħin tal-alterazzjoni jew il-kanċellazzjoni;

il-persuna li alterat jew ikkanċellat l-ordni;

in-natura tal-alternazzjoni (eż. bidla fil-prezz jew il-kwantità) u l-livell tal-alterazzjoni;

[Meta jkun hemm ordnijiet jew tranżazzjonijiet multipli li jkunu jistgħu jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq, jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq, id-dettalji dwar il-prezzijiet u l-volumi ta' tali ordnijiet u tranżazzjonijiet jistgħu jingħataw lill-awtorità kompetenti f'Anness għar-rapport STOR.]

il-mezzi li bihom ġiet alterata l-ordni (eż. permezz ta' posta elettronika, telefown, eċċ.).]

TAQSIMA 3 —   

DESKRIZZJONI TAN-NATURA TAS-SUSPETT

Natura tas-suspett

[Speċifika t-tip ta' ksur li jistgħu jikkostitwixxu l-ordnijiet jew it-tranżazzjonijiet:

manipulazzjoni tas-suq;

abbuż minn informazzjoni privileġġata;

attentat ta' manipulazzjoni tas-suq;

attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata.]

Raġunijiet tas-suspett

[Deskrizzjoni tal-attività (tranżazzjonijiet u ordnijiet, mod ta' kif jiġu ppreżentati l-ordnijiet jew jiġu eżegwiti t-tranżazzjoni u l-karatteristiċi tal-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet li jagħmluhom suspettużi) u kif il-każ wasal għall-attenzjoni tal-persuna li tirrapporta, u speċifika r-raġunijiet tas-suspett.

Bħala kriterji mhux eżawrijenti ta' gwida, id-deskrizzjoni tista' tinkludi:

fil-każ ta' strumenti finanzjarji ammessi għan-negozju/innegozjati f'ċentru tan-negozju, deskrizzjoni tan-natura tal-interazzjoni tal-ktieb tal-ordnijiet/it-tranżazzjonijiet li jistgħu jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq, jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq;

fil-każ ta' derivattivi OTC, dettalji dwar tranżazzjonijiet jew ordnijiet ippreżentati fl-assi sottostanti u informazzjoni dwar kull rabta possibbli bejn kummerċ fis-suq tal-kontanti tal-assi sottostanti u l-kummerċ fid-derivattiva OTC.]

TAQSIMA 4 —   

IDENTITÀ TAL-PERSUNA LI L-ORDNIJIET JEW IT-TRANŻAZZJONIJIET TAGĦHA JISTGĦU JIKKOSTITWIXXU ABBUŻ MINN INFORMAZZJONI PRIVILEĠĠJATA, MANIPULAZZJONI TAS-SUQ, JEW ATTENTAT TA' ABBUŻ MINN INFORMAZZJONI PRIVILEĠĠJATA JEW MANIPULAZZJONI TAS-SUQ (“IL-PERSUNA SSUSPETTATA”)

Isem

[Fil-każ ta' persuni fiżiċi: l-ewwel isem/ismijiet u l-kunjon/ijiet.]

[Fil-każ ta' persuni ġuridiċi: isem sħiħ inkluża l-forma legali kif hemm ipprovdut għaliha fir-reġistru tal-pajjiż li skont il-liġijiet tiegħu hija inkorporata, jekk applikabbli, u l-kodiċi LEI (Identifikaur ta' Entità Legali) skont ISO 17442, fejn applikabbli.]

Data tat-twelid

[Fil-każ ta' persuni naturali biss.]

[yyyy-mm-dd]

Numru ta' Identità Nazzjonali (fejn applikabbli)

[Fejn applikabbli fl-Istati Membru kkonċernat.]

[Numru u/jew test]

Indirizz

[L-indirizz sħiħ (eż. it-triq, in-numru tat-triq, il-kodiċi postali, il-belt, l-istat/il-provinċja) u l-pajjiż.]

Informazzjoni dwar l-impjieg:

Post

Pożizzjoni

[Informazzjoni dwar l-impjieg tal-persuna ssuspettata, minn sorsi ta' informazjoni disponibbli internament lill-entità li tirrapporta (eż. dokumentazzjoni dwar kontijiet fil-każ ta' klijenti, sistema ta' informazzjoni dwar il-persuna fil-każ ta' impjegat tal-entità li tirrapporta).]

Numru tal-kont/ijiet

[Numru tal-kont/ijiet ta' flus kontanti u ta' titoli, kull kont konġunt jew kull Prokura fuq il-kont li jkollha l-persuna/l-entità.]

Identifikatur tal-klijent skont ir-rappurtar tat-tranżazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar swieq fi strumenti finanzjarji (jew kull kodiċi ieħor ta' identifikazzjoni)

[Fil-każ li l-perunsa taħt suspett tkun klijent tal-entità li tirrapporta.]

Relazzjoni mal-emittent tal-istrumenti finanzjarji kkonċernati (fejn applikabbli u fejn magħrufa)

[Deskrizzjoni ta' kull arranġament korporattiv, kuntrattwali jew organizzattiv jew ċirkostanzi jew relazzjonijiet]

TAQSIMA 5 —   

INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

Sfond jew kull informazzjoni oħra li titqies bħala relevanti għar-rapport mill-entità li tirrapporta

[Il-lista li ġejja mhix eżawrijenti.

Il-pożizzjoni tal-persuna taħt suspett (eż. klijent mhux korporattiv, istituzzjonijiet);

In-natura tal-intervent tal-entità/tal-persuna taħt suspett (f'isimha stess, f'isem klijent, xi ħadd ieħor);

Id-daqs tal-portafoll tal-entità/tal-persuna taħt suspett;

Id-data li fiha r-relazzjoni ta' negozju mal-klijent tkun bdiet jekk l-entità/il-persuna taħt suspett tkun klijent tal-persuna/l-entità li tirrapporta;

It-tip ta' attività tal-post tan-negozjar, jekk disponibbli, tal-entità taħt suspett;

Xejriet fin-negozju tal-entità/tal-persuna taħt suspett. Bħala gwida, dawn li ġejjin huma eżempji ta' informazzjon li tista' tkun utli:

drawwiet ta' negozjar tal-entità/tal-persuna taħt suspett f'termini ta' użu ta' ingranaġġ u bejgħ bin-nieqes, u l-frekwenza tal-użu;

il-komparabbiltà tad-daqs tal-ordni/tat-tranżazzjoni rrappurtata mad-daqs medju tal-ordnijiet ippreżentati/it-tranżazzjonijiet eżegwiti mill-entità/il-peruna taħt suspett f'dawn l-aħħar 12-il xahar;

id-drawwiet tal-entità/tal-persuna taħt suspett f'termini tal-emittenti li t-titoli tagħhom hija tkun innegozjat jew it-tipi ta' strumenti finanzjarji innegozjati għall-aħħar 12-il xahar, b'mod partikolari jekk l-ordni/it-tranżazzjoni rrappurtata tirrelatax ma' emittent li t-titoli tiegħu kienu ġew innegozjati mill-entità/il-persuna taħt suspett fl-aħħar sena.

Entitajiet/persuni oħra magħrufa li huma involuti fl-ordnijiet jew it-tranżazzjonijiet li jistgħu jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq, jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq:

Ismijiet;

Attività (ez. l-eżekuzzjoni ta' ordnijiet f'isem klijenti, kummerċ f'isem proprju, tħaddim ta' ċentru tan-negozjar, internalizzatur sistematiku, eċċ.).]

TAQSIMA 6 —   

DOKUMENTAZZJONI MEHMUŻA

[Elenka d-dokumenti ġustifikattivi u l-materjal mehmuża flimkien ipprovduti ma' dan ir-rapport STOR.

Eżempji ta' tali dokumentazzjoni huma emails, reġistrazzjonijiet ta' konverżazzjonijiet, rekords ta' ordnijiet/tranżazzjonijiet, konfermi, rapporti minn sensara, dokumenti dwar Prokuri, u kummenti mill-medja fejn ikun relevanti.

Meta l-informazzjoni dettaljata dwar l-ordnijiet/it-tranżazzjonijiet li ssir referenza għalihom fit-Taqsima 2 ta' dan il-mudell tkun ipprovduta f'anness separat, indika t-titolu ta' dan l-anness.]


17.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/15


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/958

tad-9 ta' Marzu 2016

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards tekniċi regolatorji għall-arranġamenti tekniċi għal preżentazzjoni oġġettiva ta' rakkomandazzjonijiet ta' investiment jew informazzjoni oħra li tirrakkomanda jew tissuġġerixxi strateġija ta' investiment, kif ukoll għad-divulgazzjoni ta' interessi partikulari jew indikazzjonijiet ta' kunflitti ta' interess

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 20(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-istandards armonizzati dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-investiment jew informazzjoni oħra li tirrakkomanda jew tissuġġerixxi strateġija ta' investiment (minn issa “rakkomandazzjonijiet”) huma neċessarji għal preżentazzjoni oġġettiva, ċara u preċiża ta' tali informazzjoni u għad-divulgazzjoni ta' interessi u kunflitti ta' interess. Huma għandhom ikunu kkumpilati minn persuni li jipproduċu jew jiddisseminaw ir-rakkomandazzjonijiet. B'mod partikolari, sabiex jiġi żgurat li jinżammu standards għolja ta' ġustizzja, probità u trasparenza fis-suq, ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati b'mod oġġettiv u b'mod li ma jqarraqx lill-parteċipanti fis-suq jew lill-pubbliku.

(2)

Il-persuni kollha li jipproduċu jew jiddisseminaw ir-rakkomandazzjonijiet għandhom ikollhom arranġamenti li jiżguraw li l-informazzjoni tkun ippreżentata b'mod oġġettiv u li l-interessi jew il-kunflitti ta' interess ikunu divulgati b'mod effettiv. Barra minn dan, għandhom isiru arranġamenti addizzjonali għal dawk il-kategoriji ta' persuni li, bis-saħħa tan-natura u tal-attivitajiet tagħhom, ġeneralment huma ta' riskju akbar għall-integrità tas-suq u tal-protezzjoni tal-investituri. Dak il-grupp ikun jinkludi analisti indipendenti, ditti tal-investiment, istituzzjonijiet ta' kreditu, kull persuna li n-negozju tagħha jkun li tipproduċi jew tiddissemina rakkomandazzjonijiet, u l-persuni fiżiċi li jaħdmu għalihom b'kuntratt ta' impjieg jew mod ieħor, kif ukoll persuni oħra li jipproponu deċiżjonijiet ta' investiment fir-rispett ta' strumenti finanzjarji li jippreżentaw ruħhom bħala li għandhom esperjenza jew kompetenza finanzjarja, jew li jkun hemm perċezzjoni tagħhom bħala tali mill-parteċipanti fis-suq (minn issa “esperti”). Indikaturi mhux eżawrjenti li għandhom jiġu kkunsidrati f'relazzjoni mal-identifikazzjoni ta' tali esperti jinkludu l-frekwenza li biha huma jipproduċu r-rakkomandazzjonijiet; l-għadd ta' dawk li jsegwuhom meta huma jipproponu rakkomandazzjonijiet; il-ġrajja personali tal-ħidma tagħhom, inkluż jekk kinux qegħdin jipproduċu rakkomandazzjonijiet fil-passat; u jekk ir-rakkomandazzjonijiet preċedenti tagħhom humiex jew kinux imxerrda minn partijiet terzi, bħal ma huma l-medja.

(3)

L-identità tal-persuni li jipproduċu rakkomandazzjonijiet, l-awtorità kompetenti tagħhom, jekk ikun hemm, u d-dati u l-ħinijiet meta jkunu tlestew ir-rakkomandazzjonijiet u mbagħad disseminati għandhom jiġu divulgati, peress li din tista' tkun informazzjoni siewja għall-investituri f'relazzjoni mad-deċiżjonijiet ta' investiment tagħhom.

(4)

Id-divulgazzjoni tal-valutazzjonijiet u l-metodoloġiji hija informazzjoni utli sabiex jiġu miftiehma r-rakkomandazzjonijiet, kif ukoll sabiex jitkejjel sa fejn il-persuni li jipproduċuhom ikunu konsistenti fil-valutazzjonijiet u l-metodoloġiji li jadottaw. Rakkomandazzjonijiet prodotti mill-istess persuna u marbuta ma' kumpaniji li jappartjenu lill-istess industrija jew lill-istess pajjiż għandu jkollhom l-għan li b'mod konsistenti jesebixxu xi fatturi komuni konsistenti. Għal dawn ir-raġunijiet, analisti indipendenti, ditti tal-investiment, istituzzjonijiet ta' kreditu, persuni li n-negozju ewlieni tagħhom huwa dak li jipproduċu rakkomandazzjonijiet, u l-persuni fiżiċi li jaħdmu għalihom b'kuntratt ta' impjieg jew mod ieħor, kif ukoll l-esperti, għandhom jispjegaw fir-rakkomandazzjonijiet kull tibdil fil-valutazzjonijiet u l-metodoloġiji li jużaw.

(5)

L-interessi ta' persuni li jipproduċu r-rakkomandazzjonijiet, u l-kunflitti li dawk l-interessi jistgħu jfissru, jistgħu jinfluwenzaw l-opinjoni li dawk il-persuni jkunu esprimew fir-rakkomandazzjonijiet tagħhom. Sabiex jiġi żgurat li l-oġġettività u l-affidabilità tal-informazzjoni tkun tista' tiġi evalwata, ikun xieraq li tiġi divulgata kull relazzjoni u ċirkostanza li tista' b'mod raġjonevoli tkun mistennija li timmina l-oġġettività tal-informazzjoni, inklużi interessi jew kunflitti ta' interess tal-persuna li tipproduċi r-rakkomandazzjoni, jew ta' persuna li tkun tappartjeni lill-istess grupp, rigward l-istrument finanzjarju jew l-emittent li miegħu tkun tirrelata r-rakkomandazzjoni, kemm jekk direttament kif ukoll jekk indirettament.

(6)

Id-divulgazzjonijiet ta' interessi jew kunflitti ta' interess għandhom ikunu biżżejjed speċifiċi li jippermettu lir-reċipjent tar-rakkomandazzjoni li jkollu opinjoni infurmata tal-grad u n-natura tal-interess jew tal-kunflitt ta' interess. L-analisti indipendenti, id-ditti tal-investiment, l-istituzzjonijiet ta' kreditu, il-persuni li n-negozju ewlieni tagħhom huwa dak li jipproduċu rakkomandazzjonijiet, u l-persuni fiżiċi li jaħdmu għalihom b'kuntratt ta' impjieg jew mod ieħor, kif ukoll l-esperti, għandhom ukoll jiddivulgaw jekk huma jkollhomx pożizzjoni netta twila jew bin-nieqes 'l fuq minn livell premeditat fil-kapital azzjonarju maħruġ tal-emittent li miegħu tirrelata r-rakkomandazzjoni. F'dak il-kuntest, huma għandhom jikkalkulaw il-pożizzjoni netta twila jew bin-nieqes skont il-metodoloġija għall-kalkolu tal-pożizzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(7)

Fl-interess tal-proporzjonalità, persuni li jipproduċu r-rakkomandazzjonijiet għandhom jitħallew jadattaw l-arranġamenti tagħhom għal preżentazzjoni oġġettiva u għad-divulgazzjoni ta' interessi jew kunflitti ta' interess fi ħdan il-limiti mfissra f'dan ir-Regolament, inluż meta jipproduċu rakkomandazzjonijiet mhux bil-miktub li jsiru bl-użu ta' modalitajiet bħal ma huma laqgħat, road shows, jew konferenżi bl-awdjo jew bil-vidjo kif ukoll f'intervisti fuq ir-radju, it-TV jew f'siti web.

(8)

Ir-rakkomandazzjonijet jistgħu jiġu disseminati f'għamla mhux alterata, alterata jew miġbura fil-qosor minn persuna li ma tkunx il-persuna li pproduċiethom. Il-mod li bih persuni li jiddisseminaw ir-rakomandazzjonijiet jittrattaw dawk ir-rakkomandazzjonijiet jista' jkollu impatt importanti fuq l-evalwazzjoni ta' dawk mill-investituri. B'mod partikolari, l-għarfien tal-identità tal-persuni li jiddisseminaw ir-rakkomandazzjoni, u l-livell tal-alterazzjoni tar-rakkomandazzjoni-sors tista' tkun biċċa informazzjoni siewja għall-investituri meta jitqiesu d-deċiżjonijiet tagħhom ta' investiment.

(9)

Meta l-persuni li jiddisseminaw ir-rakkomandazzjonijiet jestrapolaw biss xi elementi minn rakkomandazzjoni-sors, dan jista' jkun li jammonta għal alterazzjoni sostanzjali tal-kontenut tar-rakkomandazzjoni-sors. Bidla fid-direzzjoni tar-rakkomandazzjoni-sors (eż. billi rakkomandazzjoni ta' xiri tinbidel għal rakkomandazzjoni għal żamma, jew għal bejgħ, jew bil-kontra, jew bil-bidla tal-mira tal-prezz) għanda dejjem titqies bħala alterazzjoni sostanzjali.

(10)

L-ipproċessar ta' dejta personali fil-kuntest ta' dan ir-Regolament għandu jsir f'konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(11)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-Kummissjoni.

(12)

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(13)

Sabiex ikun garantit il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa neċessarju li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b'urġenza u li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament japplikaw mill-istess data bħal dawk stabbiliti fir- Regolament (UE) Nru 596/2014,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“espert” tfisser persuna li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 3(1)(34)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 li b'mod ripetut tipproponi deċiżjonijiet ta' investiment fir-rispett ta' strumenti finanzjarji u li:

(i)

tippreżenta lilha nfisha bħala li jkollha għarfien esperti jew esperjenza fil-finanzi; jew

(ii)

tippreżenta r-rakkomandazzjoni tagħha b'tali mod li persuni oħra jemmnu b'mod raġjonevoli li għandha għarfien espert jew esperjenza fil-finanzi;

(b)

“grupp” ifisser grupp kif definit fl-Artikolu 2(11) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

KAPITOLU II

PRODUZZJONI TA' RAKKOMANDAZZJONIJIET

Artikolu 2

Identità tal-produtturi tar-rakkomandazzjonijiet

1.   Persuni li jipproduċu rakkomandazzjonijiet ta' investiment jew informazzjoni oħra li tirrakkomanda jew tissuġġerixxi strateġija ta' investiment (“rakkomandazzjonijiet”) għandhom jiddivulgaw b'mod ċar u prominenti f'kull rakkomandazjoni li jipproduċu l-identità tagħhom u l-informazzjoni li ġejja dwar l-identità ta' kull persuna/i responsabbli mill-produzzjoni tar-rakkomandazzjoni:

(a)

l-isem u t-titolu tal-impjieg tal-persuni fiżiċi kollha involuti fil-produzzjoni tar-rakkomandazzjoni;

(b)

meta persuna fiżika jew persuna legali involuta fil-produzzjoni tar-rakkomandazzjoni tkun qed taġixxi b'kuntratt, inkluż kuntratt ta' impjieg, jew mod ieħor, għall-persuna ġuridika, isem it-tali persuna ġuridika.

2.   Meta l-persuna li tipproduċi r-rakkomandazzjonijiet tkun ditta tal-investiment, istituzzjoni ta' kreditu, jew persuna fiżika li tkun taħdem għal ditta tal-investiment jew istituzzjoni ta' kreditu b'kuntratt ta' impjieg jew mod ieħor, dik il-persuna għandha, b'żieda mal-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 1, tiddikjara l-identità tal-awtorità kompetenti relevanti fir-rakkomandazzjoni.

3.   Meta l-persuna li tipproduċi r-rakkomandazzjonijiet ma tkunx persuna li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 2, iżda tkun suġġetta għal standards ta' awtoregolazzjoni jew kodiċi ta' kondotta għall-produzzjoni ta' rakkomandazjonijiet, dik il-persuna għandha, b'żieda mal-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 1 tiddikjara referenza għal dawk l-istandards jew kodiċi fir-rakkomandazzjoni.

Artikolu 3

Obbligi ġenerali f'relazzjoni mal-preżentazzjoni oġġettiva tar-rakkomandazzjonijiet

1.   Persuni li jipproduċu rakkomandazzjonijiet għandhom jaraw li r-rakkomandazzjonijiet tagħhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin

(a)

il-fatti jkunu distinti b'mod ċar mill-interpretazzjonijiet, l-istimi, l-opinjonijiet u tipi oħra ta' tagħrif mhux fattwali;

(b)

kull sors sostanzjalment materjali ta' informazzjoni jkun indikat b'mod ċar u prominenti;

(c)

is-sorsi kollha ta' informazzjoni jkunu ta' min joqgħod fuqhom jew, meta jkun hemm dubju dwar jekk sors ikunx affidabbli, dan jiġi indikat b'mod ċar;

(d)

il-proġettazzjonijiet, il-previżjonijiet u l-miri tal-prezzijiet kollha jkunu ttikkettjati b'mod ċar u prominenti bħala tali, u l-preżuppożizzjonijiet materjali li jkunu saru matul il-produzzjoni tagħhom ikunu indikati;

(e)

id-data u l-ħin meta kienet tlestiet ir-rakkomandazzjoni ikunu indikati b'mod ċar u prominenti.

2.   Meta d-divulgazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa fil-punti (b) jew (e) tal-paragrafu 1 tkun sproporzjonata f'relazzjoni mat-tul jew il-forma tar-rakkomandazzjoni, inkluż fil-każ ta' rakkomandazzjoni mhux bil-miktub li ssir bl-użu ta' modalitajiet bħal ma huma laqgħat, road shows, konferenzi bl-awdjo jew bil-vidjo, kif ukoll f'intervisti fuq ir-radju, it-TV u f'siti web, il-persuna li tipproduċi r-rakkomandazzjonijiet għandha tiddikjara fir-rakkomandazzjoni fejn il-persuni li jirċievu r-rakkomandazzjoni jkun jista' jkollhom aċċess bla ħlas għall-informazzjoni meħtieġa.

3.   Il-persuni li jipproduċu r-rakkomandazzjonijiet għandhom jissostanzjaw kull rakkomandazzjoni li jkunu pproduċew lill-awtorità kompetenti fuq talba tagħha.

Artikolu 4

Obbligi addizzjonali f'relazzjoni mal-preżentazzjoni oġġettiva tar-rakkomandazzjonijiet applikabbli lill-persuni li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 3(1)(34)(i) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 u mal-esperti

1.   B'żieda mal-informazzjoni stipulata fl-Artikolu 3, il-persuni li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 3(1)(34)(i) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 u l-esperti għandhom jinkludu fir-rakkomandazzjoni l-informazzjoni li ġejja b'mod ċar u prominenti:

(a)

jekk ir-rakkomandazzjoni tkun divulgata lill-emittent li miegħu tirrelata, direttament jew indirettament, u jekk tkun sussegwentement emendata, dikjarazzjoni b'dak l-effett;

(b)

ġabra fil-qosor ta' kull bażi tal-valutazzjoni jew il-metodoloġija u l-preżuppozizzjonijiet sottostanti użati biex jew jiġi evalwat l-istrument finanzjarju jew l-emittent, jew biex tiġi ffissata mira ta' prezz għal strument finanzjarju, kif ukoll indikazzjoni u ġabra fil-qosor ta' kull tibdil fil-valutazzjoni, il-metodoloġija jew il-preżuppożizzjonijiet sottostanti;

(c)

indikazzjoni tal-post fejn l-informazzjoni dettaljata dwar il-valutazzjoni jew il-metodoloġija u l-preżuppożizzjonijiet sottostanti tkun aċċessibbli direttament u faċilment, fil-każ li l-persuna li tipproduċi r-rakkomandazzjonjiet ma tkunx użat mudelli bbażati fuq drittijiet ta' proprjetà.

(d)

indikazzjoni tal-post fejn l-informazzjoni materjali dwar il-mudelli bbażti fuq drittijiet ta' proprjetà użata tkun aċċessibbli direttament u faċilment, fil-każ li l-persuna li tipproduċi r-rakkomandazzjonjiet tkun użat mudelli bbażati fuq drittijiet ta' proprjetà.

(e)

it-tifsira ta' kull rakkomandazzjoni magħmula, bħalma huma rakkomandazzjonijiet ta' “xiri”, “bejgħ” jew “żamma”, u t-tul ta' żmien tal-investiment li għalih tirrelata r-rakkomandazzjoni tkun spjegata b'mod adegwat u tkun indikata kull twissija approprjata tar-riskju, inkluż analiżi tas-sensittività tal-preżunzjonijiet;

(f)

referenza għall-frekwenza ppjanata ta' aġġornamenti għar-rakkomandazzjoni;

(g)

indikazzjoni tad-data u l-ħin relevanti għal kull prezz tal-istrumenti finanzjarji fir-rakkomandazzjoni;

(h)

meta rakkomandazzjoni tkun differenti minn kull rakkomandazzjoni preċedenti tagħhom rigward l-istess strument finanzjarju jew emittent li tkun ġiet disseminata matul il-perjodu preċedenti ta' 12-il xahar, jiġi indikat it-tibdil u d-data ta' dik ir-rakkomandazzjoni preċedenti; kif ukoll

(i)

lista tar-rakkomandazzjonijiet kollha tagħhom dwar kull strument finanzjarju jew emittent li kienu ġew disseminati matul il-perjodu ta' 12-il xahar preċedenti, u għal kull rakkomandazzjoni l-lista jkun fiha: id-data tad-disseminazzjoni, l-identita tal-persuna/i fiżika/ċi li ssir referenza għaliha/hom fl-Artikolu 2(1)(a), il-mira tal-prezz u l-prezz tas-suq relevanti fil-mument tad-disseminazzjoni, id-direzzjoni tar-rakkomandazzjoni u l-validità tal-perjodu ta' żmien tal-mira tal-prezz jew tar-rakkomandazzjoni.

2.   Meta d-divulgazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa fil-punti (b), (e) jew (i) tal-paragrafu 1 tkun sproporzjonata f'relazzjoni mat-tul jew il-forma tar-rakkomandazzjoni, inkluż fil-każ ta' rakkomandazzjoni mhux bil-miktub li ssir bl-użu ta' modalitajiet bħal ma huma laqgħat, road shows, konferenzi bl-awdjo jew bil-vidjo, kif ukoll f'intervisti fuq ir-radju, it-TV u f'siti web, il-persuna li tipproduċi r-rakkomandazzjonijiet għandha tiddikjara fir-rakkomandazzjoni fejn il-persuni li jirċievu r-rakkomandazzjoni jkun jista' jkollhom aċċess bla ħlas għall-informazzjoni meħtieġa.

Artikolu 5

Obbligi ġenerali f'relazzjoni mad-divulgazzjoni ta' interessi jew ta' kunflitti ta' interess

1.   Persuni li jipproduċu rakkomandazzjonijiet għandhom jiddivulgaw fir-rakkomandazzjonijiet tagħhom ir-relazzjonijiet u ċ-ċirkostanzi kollha li b'mod raġjonevoli jkunu mistennija jimminaw l-oġġettività tar-rakkomandazzjoni, inklużi interessi jew kunflitti ta' interess, min-naħa tagħhom jew min-naħa ta' kull persuna fiżika jew ġuridika li taħdem għalihom b'kuntratt, inkluż kuntratt ta' impjieg, jew mod ieħor, li kienet involuta fil-produzzjoni tar-rakkomandazzjoni, rigward kull strument finanzjarju jew emittent li għalih tirrelata r-rakkomandazzjoni, direttament jew indirettament.

2.   Meta persuna li tipproduċi rakkomandazzjoni li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 1 tkun persuna ġuridika, l-informazzjoni li għandha tiġi divulgata skont il-paragrafu 1 tkun tinkludi wkoll kull interess jew kunflitt ta' interess ta' kull persuna li tappartjeni lill-istess grupp li tkun:

(a)

magħrufa, jew b'mod raġjonevali mistennija li tkun magħrufa, lill-persuni involuti fil-produzzjoni tar-rakkomandazzjoni; jew

(b)

magħrufa lil persuni li, għalkemm ma jkunux involuti fil-produzzjoni tar-rakkomandazzjoni, ikollhom jew jistgħu b'mod raġjonevoli jkun mistenni li jkollhom, aċċess għar-rakkomandazzjoni qabel ma titlesta.

3.   Meta persuna li tipproduċi rakkomandazzjoni li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 1 tkun persuna fiżika, l-informazzjoni li għandha tiġi divulgata skont il-paragrafu 1 tkun tinkludi wkoll kull interess jew kunflitt ta' interess ta' kull persuna assoċjata mill-qrib magħha.

Artikolu 6

Obbligi addizzjonali f'relazzjoni mad-divulgazzjoni ta' interessi jew ta' kunflitti ta' interess minn persuni li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 3(1)(34)(i) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 u mal-esperti

1.   B'żieda mal-informazzjoni meħtieġa fl-Artikolu 5, persuna li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 3(1)(34)(i) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 u espert għandhom jinkludu fir-rakkomandazzjoni l-informazzjoni li ġejja dwar l-interessi u l-kunflitti ta' interess tagħhom rigward l-emittent li għalih tirrelata r-rakkomandazzjoni, direttament jew indirettament:

(a)

jekk ikollha pożizjoni netta twila jew bin-nieqes li teċċedi l-livell ta' 0,5 % tal-kapital azzjonarju maħruġ totali tal-emittent, ikkalkulat skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 u mal-Kapitolu III u IV tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 918/2012 (6), dikjarazzjoni f'dak is-sens li tispeċifika jekk il-pożizzjoni netta tkunx twila jew bin-nieqes;

(b)

jekk l-emittent ikollu parteċipazzjoni li taqbeż 5 % tal-kapital azzjonarju maħruġ totali tagħha, dikjarazzjoni f'dak is-sens;

(c)

jekk il-persuna li tipproduċi r-rakkomandazzjoni jew kull persuna oħra li tappartjeni għall-istess grupp ma' dik il-persuna:

(i)

tkun ġeneratur tas-suq jew fornitur ta' likwidità fl-istrumenti finanzjarji tal-emittent, dikjarazzjoni f'dan is-sens;

(ii)

kienet maniġer ewlieni jew deputat maniġer ewlieni matul it-12-il xahar preċedenti ta' kull offerta divulgata pubblikament ta' strumenti finanzjarji tal-emittent, dikjarazzjoni f'dan is-sens;

(iii)

tkun parti fi ftehim mal-emittent li jkun jirrigwardja l-għoti ta' servizzi ta' ditti tal-investiment imsemmija fit-Taqsima A u B tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), dikjarazjoni f'dan is-sens, sakemm dan ma jkunx ifisser id-divulgazzjoni ta' xi informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali u li l-ftehim ikun ilu fis-seħħ għat-12-il xahar ta' qabel jew ikun ikkawża, matul l-istess perjodu, xi obbligi ta' ħlas jew teħid ta' kumpens;

(iv)

tkun parti għal ftehim mal-emittent li jirrigwardja l-produzzjoni tar-rakkomandazzjoni, dikjarazzjoni f'dan is-sens.

2.   Meta l-persuna li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 1 tkun ditta tal-investiment, istituzzjoni ta' kreditu, jew persuna fiżika jew ġuridika li taħdem għal xi ditta tal-investiment jew istituzzjoni ta' kreditu b'kuntratt, inkluż kuntratt ta' impjieg, jew mod ieħor, dik il-persuna għandha, b'żieda mal-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 1, tinkludi l-informazzjoni li ġejja fir-rakkomandazzjoni.

(a)

deskrizzjoni tal-arranġamenti interni organizzattivi u amministraattivi effettivi u ta' kull xkiel għall-informazzjoni li tkun stabbiliet għall-prevenzjoni u l-iskartar ta' kunflitti ta' interess bir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet;

(b)

jekk ir-rimunerazzjoni ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jaħdmu għaliha b'kuntratt ta' impjieg jew mod ieħor, u li kienu involuti fil-produzzjoni tar-rakkomandazjoni, tkun direttament marbuta ma' tranżazzjonijiet f'servizzi ta' ditti tal-investiment li jissemmew fit-Taqsimiet A u B tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE jew kull tip ieħor ta' tranżazzjoni li twettaq hija, jew kull persuna ġuridika li tkun parti mill-istess grupp, jew ma' xi tariffi kummerċjali li tirċievi hi jew kull persuna ġuridika li tkun parti mill-istess grupp, dikjarazzjoni f'dan is-sens;

(c)

informazzjoni dwar il-prezz u d-data tal-akkwist tal-ishma meta persuni fiżiċi li jaħdmu għall-persuna li ssir referenza għaliha fl-ewwel subparagrafu b'kuntratt ta' impjieg jew mod ieħor, u li kienu involuti fil-produzzjoni tar-rakkomandazzjoni, jirċievu jew jixtru l-ishma tal-emittent li għalihom tirrelata r-rakkomandazzjoni, direttament jew indirettament, qabel offerta pubblika ta' tali ishma.

3.   Meta l-persuna li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 1 tkun ditta tal-investiment, istituzzjoni ta' kreditu, jew persuna fiżika jew ġuridika li taħdem għal xi ditta tal-investiment jew istituzzjoni ta' kreditu b'kuntratt, inkluż kuntratt ta' impjieg, jew mod ieħor, dik il-persuna għandha tippubblika, kull kwart, il-proporzjoni tar-rakkomandazzjonijiet kollha li jkunu ta' “xiri”, “żamma”, “bejgħ” jew termini ekwivalenti matul it-12-il xahar ta' qabel, u l-proporzjon ta' emittenti li jikkorrispondi ma' kull waħda minn dawn il-kategoriji li għalihom it-tali persuna tkun issupplixxiet servizzi materjali ta' ditti tal-investiment elenkati fit-Taqsima A u B tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE matul it-12-il xahar preċedenti.

4.   Meta d-divulgazzjoni tal-informazzjoni li ssir referenza għaliha fil-paragrafi 1 u 2 tkun sproporzjonata f'relazzjoni mat-tul jew il-forma tar-rakkomandazzjoni, inkluż fil-każ ta' rakkomandazzjoni mhux bil-miktub li ssir bl-użu ta' modalitajiet bħal ma huma laqgħat, road shows, konferenzi bl-awdjo jew bil-vidjo, kif ukoll f'intervisti fuq ir-radju, it-TV u f'siti web, il-persuna li tipproduċi r-rakkomandazzjonijiet għandha tiddikjara fir-rakkomandazzjoni fejn il-persuni li jirċievu r-rakkomandazzjoni jkun jista' jkollhom aċċess bla ħlas għall-informazzjoni meħtieġa.

Artikolu 7

Disseminazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet mill-produttur

Meta persuna li tipproduċi r-rakkomandazzjonijiet tiddissemina rakkomandazzjoni li tkun ipproduċiet, dik il-persuna għandha tinkludi fir-rakkomandazjoni d-data u l-ħin ta' meta tkun iddisseminata r-rakkomandazzjoni l-ewwel darba.

KAPITOLU III

ID-DISSEMINAZZJONI TAR-RAKKOMANDAZZJONIJET PRODOTTI MINN PARTIJIET TERZI

Artikolu 8

Arranġamenti għad-disseminazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet

1.   Persuni li jiddesseminaw rakkomandazzjonijiet prodotti minn parti terza għandhom jikkomunikaw lill-persuni li jirċievu r-rakkomandazzjonijiet l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-identità tagħhom b'mod ċar u prominenti;

(b)

kull relazzjoni u ċirkostanza li tista' b'mod raġjonevoli tkun mistennija li timmina l-preżentazzjoni oġġettiva tar-rakkomandazzjoni, inkluż interessi jew kunflitti ta' interess li jirrigwardja kull strument finanzjarju jew l-emittent li għalih tirrelata r-rakkomandazzjoni, direttament jew indirettament;

(c)

id-data u l-ħin meta tkun ġiet iddisseminata r-rakkomandazzjoni għall-ewwel darba.

2.   Meta persuna li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 1 tkun ditta tal-investiment, istituzzjoni ta' kreditu, jew persuna fiżika jew ġuridika li taħdem għal xi ditta tal-investiment jew istituzzjoni ta' kreditu b'kuntratt, inkluż kuntratt ta' impjieg, jew mod ieħor, dik il-persuna għandha, b'żieda mal-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 1, tikkomunika lill-persuni li jirċievu r-rakkomandazzjonijiet l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-identità tal-awtorità kompetenti relevanti;

(b)

l-interessi tagħha stess jew indikazzjoni ta' kunflitti ta' interess kif stipulat fl-Artikoli 5 u 6(1) u (2), sakemm dik il-persuna tkun qed taġixxi bħala l-kanal ta' disseminazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet prodotti fi ħdan l-istess grupp mingħajr l-eżerċizzju ta' xi diskrezzjoni dwar is-selezzjoni tar-rakkomandazzjoni li għandha tiġi disseminata.

Artikolu 9

Arranġamenti addizzjonali għad-disseminazzjoni ta' ġabra fil-qosor jew estratt tar-rakkomandazzjonijiet

1.   B'żieda mal-informazzjoni stipulata fl-Artikolu 8, persuni li jiddisseminaw ġabra fil-qosor jew estratt ta' rakkomandazzjoni prodotta minn parti terza għandha tara li kull ġabra fil-qosor jew estratt:

(a)

ikun ċar u ma jiżgwidax;

(b)

ikun identifikat bħala ġabra fil-qosor jew estratt;

(c)

ikun jinkludi identifikazzjoni ċara tar-rakkomandazzjoni oriġinali.

2.   Il-persuni li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom ukoll jiżguraw li l-informazzjoni li tirrigwardja l-produttur tar-rakkomandazzjoni stipulata fl-Artikoli 2 sa 6 ssir disponibbli jew direttament, fil-ġabra fil-qosor jew fl-estratt innifsu, jew permezz ta' referenza għall-post fejn tkun tista' tiġi aċċessata bla ħlas dik l-informazzjoni mill-persuni li jirċievu l-ġabra fil-qosor jew l-estratt tar-rakkomandazzjoni.

Artikolu 10

Arranġamenti addizzjonali għad-disseminazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet alterati b'mod sostanzjali

1.   B'żieda mal-informazzjoni stipulata fl-Artikolu 8, persuni li jiddisseminaw rakkomandazzjoni prodotta minn parti terza li tkun ġiet alterata b'mod sostanzjali, għandhom jaraw li r-rakkomandazzjoni tkun turi b'mod ċar l-alterazzjoni sostanzjali fid-dettall.

2.   Il-persuni li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 5 sa fejn dawn jolqtu l-alterazzjoni sostanzjali u jinkludu fir-rakkomandazzjoni sostanzjalment alterata referenza għall-post fejn l-informazzjoni rigward il-produttur tar-rakkomandazzjoni oriġinali stipulata fl-Artikoli 2 sa 6 tkun tista' tiġi aċċessata bla ħlas mill-persuni li jkunu qed jirċievu r-rakkomandazzjoni sostanzjalment alterata.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 11

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jsegwi dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mit-3 ta' Lulju 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu (ĠU L 86, 24.3.2012, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(5)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 918/2012 tal-5 ta' Lulju 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti ta' swaps ta' inadempjenza tal-kreditu fir-rigward tad-definizzjonijiet, il-kalkolu ta' pożizzjonijiet bin-nieqes netti, swaps ta' inadempjenza tal-kreditu sovrani koperti, livelli limitu ta' notifika, livelli limitu ta' likwidità għas-sospensjoni tar-restrizzjonijiet, waqgħat sinifikanti fil-valur tal-istrumenti finanzjarji u avvenimenti avversi (ĠU L 274, 9.10.2012, p. 1).

(7)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).


17.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/23


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/959

tas-17 ta' Mejju 2016

li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni għal sondaġġi tas-suq għar-rigward tas-sistemi u l-mudelli ta' notifika li għandhom jintużaw minn parteċipanti fis-suq li jagħmlu żvelar u l-format tar-rekords f'konformita mar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(10) tiegħu.

Billi:

(1)

Parteċipanti fis-suq li jagħmlu żvelar għandhom iżommu r-rekords tal-komunikazzjonijiet tal-informazzjoni li jkunu qegħdin isiru għall-iskopijiet tas-sondaġġi tas-suq bejniethom u l-persuni kollha li jirċievu s-sondaġġi tas-suq. Tali rekords għandhom jassistu lill-parteċipanti fis-suq li jagħmlu żvelar biex jipprovdu evidenza ta' mġieba xierqa lill-awtoritajiet kompetenti, b'mod partikolari meta n-natura tal-informazzjoni tinbidel wara s-sondaġġ tas-suq jew meta l-awtorità kompetenti jkollha bżonn tagħmel rieżami tal-proċess tal-kategorizzazzjoni tal-informazzjoni. Għal dak il-għan, kull rekord bħal dan għandu jinżamm f'format elettroniku.

(2)

Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni kkomunikata tkun irreġistrata b'mod konsistenti anki meta jsiru sondaġġi tas-suq matul laqgħat mhux irreġistrati jew konverżazzjonijiet bit-telefon, għandu jitfassal mudell uniformi għall-minuti jew in-noti bil-miktub ta' dawk il-laqgħat u l-konverżazzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-parteċipant fis-suq li jagħmel żvelar.

(3)

Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni kkomunikata tkun reġistrata b'mod konsistenti, il-parteċipanti fis-suq li jagħmlu żvelar għandhom iżommu rekords tal-komunikazzjonijiet bil-miktub li jinfurmaw lill-persuni li jirċievu s-sondaġġi tas-suq meta l-informazzjoni li tkun żvelata fil-kors tas-sondaġġ tas-suq ma tkunx baqgħet informazzjoni privileġġjata.

(4)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni ppreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-Kummissjoni.

(5)

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(6)

Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa neċessarju li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ bħala materja ta' urġenza u li d-dispożizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament japplikaw mill-istess data bħal dawn stipulati fir-Regolamenti (UE) Nru 596/2014.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Format elettroniku tar-rekords

Ir-rekords kollha li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/960 (3) għandhom jinżammu f'format elettroniku.

Artikolu 2

Format għaż-żamma ta' rekords tal-minuti jew in-noti bil-miktub

Il-parteċipanti fis-suq li jagħmlu żvelar għandhom ifasslu l-minuti jew in-noti bil-miktub li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 6(2)(d) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/960 f'format elettroniku bl-użu ta'

(a)

il-mudell stipulat fl-Anness I fejn parteċipanti fis-suq li jagħmlu żvelar jikkunsidraw li s-sondaġġ tas-suq jinvolvi d- ta' informazzjoni privileġġjata;

(b)

il-mudell stipulat fl-Anness II fejn parteċipanti fis-suq li jagħmlu żvelar jikkunsidraw li s-sondaġġ tas-suq ma jkunx jinvolvi l-iżvelar ta' informazzjoni privileġġjata.

Artikolu 3

Format għaż-żamma ta' rekords tad-dejta rigward investituri potenzjali

1.   Parteċipanti fis-suq li jagħmlu żvelar għandhom iżommu rekords tal-informazzjoni li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/960 fil-forma ta' listi separati għal kull sondaġġ tas-suq.

2.   Parteċipanti fis-suq li jagħmlu żvelar għandhom iżommu rekords tal-informazzjoni li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/960 fil-forma ta' lista unika.

Artikolu 4

Format għall-komunikazzjoni u r-reġistrazzjoni li l-informazzjoni ma tkunx għadha informazzjoni privileġġjata

1.   Il-parteċipanti fis-suq li jagħmlu żvelar għandhom jinfurmaw bil-miktub lill-persuni li jkunu rċevew is-sondaġġi tas-suq li l-informazzjoni divulgata fil-kors tas-sondaġġ tas-suq ma tkunx għadha informazzjoni privileġġjata.

2.   Il-parteċipanti fis-suq li jagħmlu żvelar għandhom jirreġistraw l-informazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1 f'konformità mal-mudell stipulat fl-Anness III.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jibda japplika mit-3 ta' Lulju 2016.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/960 tas-17 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għar-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-arranġamenti, is-sistemi u l-proċeduri xierqa għal parteċipanti fis-suq li jagħmlu żvelar li jkunu qegħdin jagħmlu sondaġġi tas-suq (ara l-paġna 29 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS I

Mudell għall-minuti u n-noti bil-miktub li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 6(2)(d) tar-Regolament Delegat (UE) (UE) 2016/960 meta tiġi żvelata informazzjoni privileġġjata

Partita

Kaxxa tat-test

i.

Identità tal-parteċipant fis-suq li jagħmel żvelar

L-ismijiet sħaħ tal-parteċipant tas-suq li jagħmel żvelar u tal-persuna fi ħdan il-parteċipant fis-suq li jagħmel żvelar li jipprovdi l-informazzjoni u d-dettalji tal-kuntatt użati għall-komunikazzjoni.

ii.

Identità tal-persuna li tirċievi l-komunikazzjoni

Isem sħiħ tal-persuna li tirċievi l-komunikazzjoni u d-dettalji tal-kuntatt użati għall-komunikazzjoni

iii.

Data u l-ħin tal-komunikazzjoni

Data u l-ħin(ijiet) tal-komunikazzjoni biż-żona tal-ħin speċifikata.

iv.

Kjarifika dwar in-natura tal-konverżazzjoni skont l-Artikolu 3(3)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/960

Rekord tad-dikjarazzjoni li l-komunikazzjoni ssir għall-iskopijiet ta' sondaġġ tas-suq.

v.

Konferma tal-identità tal-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq skont l-Artikolu 3(3)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/960

Rekord tal-informazzjoni dwar il-konferma mill-persuna kkuntattjata li l-parteċipant fis-suq li jagħmel żvelar qiegħed jikkomunika mal-persuna fdata mill-investitur potenzjali li jirċievi s-sondaġġ tas-suq.

vi.

Kjarifika skont l-Artikolu 3(3)(d) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/960 li se tkun komunikata informazzjoni privileġġjata.

Rekord tad-dikjarazzjoni li tikkjarifika li, jekk taċċetta li tirċievi s-sondaġġ tas-suq, il-persuna li tirċievi l-komunikazzjoni tal-informazzjoni sejra tirċievi l-informazzjoni li l-parteċipant fis-suq li jagħmel żvelar jikkunsidra bħala informazzjoni privileġġjata u referenza għall-obbligu stipulat fl-Artikolu 11(7) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014.

vii.

Informazzjoni dwar l-istima ta' meta l-informazzjoni ma tibqax informazzjoni privileġġjata skont l-Artikolu 3(3)(e) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/960

Rekord tal-informazzjoni mogħtija, jekk ikun il-każ, dwar iż-żmien stmat meta jkun mistenni li l-informazzjoni ssir pubblika jew it-tranżazzjoni titnieda, flimkien ma' spjegazzjoni dwar għaliex dan jista' jkun soġġett għal bidla u kif il-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq tiġi infurmata fil-każ li ż-żmien stmat ma jkunx għadu validu.

viii.

Dikajrazzjoni rigward l-obbligi tal-persuna li tirċievi l-komunikazzjoni skont l-Artikolu 3(3)(f) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/960

Rekord tad-dikjarazzjoni li tispjega lill-persuna li tirċievi l-komunikazjoni l-obbligi li japplikaw għall-pussess ta' informazzjoni privileġġjata, skont il-punti (b), (c) u (d) tas-subparagrafu 1 tal-Artikolu 11(5) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014.

ix.

Konferma tal-kunsens skont l-Artikolu 3(3)(g) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/960

Rekord tal-informazzjoni dwar il-kunsens tal-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq li tirċievi l-informazzjoni privileġġjata, kif issir referenza fil-punt (a) tas-subparagrafu 1 tal-Artikolu 11(5) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 (talba u tweġiba).

x.

Divulgazzjoni tal-informazzjoni skont l-Artikolu 3(3)(h) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/960

Deskrizzjoni tal-informazzjoni divulgata għall-iskopijiet tas-sondaġġ tas-suq, l-identifikazzjoni tal-informazzjoni titqies bħala informazzjoni privileġġjata.


ANNESS II

Mudell għall-minuti u n-noti bil-miktub li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 6(2)(d) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/960 meta tiġi żvelata informazzjoni privileġġjata

Partita

Kaxxa tat-test

i.

Identità tal-parteċipant fis-suq li jagħmel żvelar

L-ismijiet sħaħ tal-parteċipant tas-suq li jagħmel żvelar u tal-persuna fi ħdan il-parteċipant fis-suq li jagħmel żvelar li jipprovdi l-informazzjoni u d-dettalji tal-kuntatt użati għall-komunikazzjoni.

ii.

Identità tal-persuna li tirċievi l-komunikazzjoni

Isem sħiħ tal-persuna li tirċievi l-komunikazzjoni u d-dettalji tal-kuntatt użati għall-komunikazzjoni

iii.

Data u l-ħin tal-komunikazzjoni

Data u l-ħin(ijiet) tal-komunikazzjoni biż-żona tal-ħin speċifikata.

iv.

Kjarifika dwar in-natura tal-konverżazzjoni skont l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/960

Rekord tad-dikjarazzjoni li l-komunikazzjoni ssir għall-iskopijiet ta' sondaġġ tas-suq.

v.

Konferma tal-identità skont l-Artikolu 3(4)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/960

Rekord tal-informazzjoni dwar il-konferma mill-persuna kkuntattjata li l-parteċipant fis-suq li jagħmel żvelar qiegħed jikkomunika mal-persuna fdata mill-investitur potenzjali li jirċievi s-sondaġġ tas-suq.

vi.

Kjarifika skont l-Artikolu 3(4)(d) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/960 li mhux se tkun komunikata informazzjoni privileġġjata.

Rekord tad-dikjarazzjoni li tikkjarifika li, jekk taċċetta li tirċievi s-sondaġġ tas-suq, il-persuna li tirċievi l-komunikazzjoni tal-informazzjoni sejra tirċievi l-informazzjoni li l-parteċipant fis-suq li jagħmel żvelar ma jikkunsidrax bħala informazzjoni privileġġjata u referenza għall-obbligu stipulat fl-Artikolu 11(7) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014.

vii.

Konferma tal-kunsens skont l-Artikolu 3(4)(e) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/960

Rekord tal-informazzjoni dwar il-kunsens tal-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq biex tipproċedi bis-sondaġġ tas-suq (talba u tweġiba).

viii.

Żvelar tal-informazzjoni skont l-Artikolu 3(4)(f) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/960

Deskrizzjoni tal-informazzjoni divulgata għall-iskopijiet tas-sondaġġ tas-suq.


ANNESS III

Mudell għar-reġistrar tal-komunikazzjoni mogħtija skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 biex il-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq tiġi infurmata li l-informazzjoni divulgata ma tkunx għadha informazzjoni privileġġgjata

Partita

Kaxxa tat-test

i.

Identità tal-parteċipant fis-suq li jagħmel żvelar

L-ismijiet sħaħ tal-parteċipant tas-suq li jagħmel żvelar u tal-persuna fi ħdan il-parteċipant fis-suq li jagħmel żvelar li jipprovdi l-informazzjoni u d-dettalji tal-kuntatt użati għall-komunikazzjoni.

ii.

Identità tal-persuna li tirċievi l-komunikazzjoni

Isem sħiħ tal-persuna li tirċievi l-komunikazzjoni u d-dettalji tal-kuntatt użati għall-komunikazzjoni

iii.

Data u l-ħin tal-komunikazzjoni

Data u l-ħin(ijiet) tal-komunikazzjoni biż-żona tal-ħin speċifikata.

iv.

Identifikazzjoni tat-tranżazzjoni

Informazzjoni għall-identifikazzjoni tat-tranżazzjoni li kienet suġġetta għas-sondaġġ tas-suq.

Din tista' tinkludi informazzjoni dwar it-tip ta' tranżazzjoni, eż. IPO, offerta sekondarja, amalgamazzjoni, kummerċ ta' blokki, ippjazzar privat, żieda fis-sehem kapitali.

v.

Data u l-ħin tas-sondaġġ tas-suq

Informazzjoni dwar id-data u l-ħin meta kienet ġiet żvelata l-informazzjoni privileġġjata bħala parti mis-sondaġġ tas-suq

vi.

Komunikazzjoni li l-informazzjoni ma tkunx għadha informazzjoni privileġġjata

Dikjarazzjoni li tinforma lir-reċipjent tas-sondaġġ tas-suq bil-fatt li l-informazzjoni żvelata ma tkunx għadha informazzjoni privileġġjata.

vii.

Data ta' meta l-informazzjoni ma tkunx baqgħet informazzjoni privileġġjata

Id-data indikata lir-reċipjent tas-sondaġġ tas-suq bħala d-data meta l-informazzjoni żvelata bħala parti mis-sondaġġ tas-suq ma kinitx baqgħet informazzjoni privileġġjata.


17.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/29


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/960

tas-17 ta' Mejju 2016

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar arranġamenti, sistemi u proċeduri xierqa għal parteċipanti fis-suq li jiddivulgaw li jwettqu sondaġġi tas-suq

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(9) tiegħu,

Billi:

(1)

Huma meħtieġa arranġamenti, proċeduri u rekwiżiti ta' żamma tar-rekords xierqa sabiex jiġi żgurat li l-attivitajiet ta' sondaġġ tas-suq jiġu mmaniġġjati u kkontrollati b'mod effettiv. Bħala parti mill-arranġamenti xierqa, il-parteċipanti fis-suq li jagħmlu divulgazzjonijiet għandhom jistabbilixxu proċeduri li jiddeskrivu l-mod li bih jitwettqu s-sondaġġi tas-suq. Dawn il-proċeduri għandhom jistabbilixxu sett standard ta' informazzjoni li trid tiġi pprovduta u mitluba mill-persuni li jirċievu s-sondaġġ tas-suq, filwaqt li jiġi żgurat li l-ebda informazzjoni potenzjalment sensittiva mhux neċessarja ma tiġi mxerrda u li l-persuni kollha li jirċievu s-sondaġġ tas-suq jirċievu l-istess livell ta' informazzjoni.

(2)

Huwa neċessarju li tiġi pprovduta ċertezza dwar il-kontenut tal-informazzjoni kkomunikata waqt is-sondaġġi tas-suq. Għalhekk, meta s-sondaġġi tas-suq jitwettqu bit-telefon u l-parteċipant fis-suq li jagħmel id-divulgazzjoni jkollu aċċess għal linji tat-telefon irreġistrati, il-parteċipant fis-suq li jagħmel id-divulgazzjoni għandu juża dawn il-linji. Fejn is-sondaġġi tas-suq jitwettqu permezz ta' mezzi oħrajn, iżda mhux permezz ta' linji tat-telefon irreġistrati, reġistri tal-komunikazzjonijiet tas-sondaġġ tas-suq għandhom jinżammu fil-forma ta' reġistrazzjonijiet awdjo jew ta' filmati jew f'forma miktuba. Għal raġunijiet ta' protezzjoni tad-dejta personali, meta s-sondaġġ tas-suq isir minn linji tat-telefon irreġistrati jew tintuża reġistrazzjoni awdjo jew ta' filmati, għandu jinkiseb il-kunsens għar-reġistrazzjoni mill-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq.

(3)

Sabiex jiġi ffaċilitat it-twettiq ta' investigazzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti dwar suspett ta' abbuż tas-suq, il-parteċipanti tas-suq li jagħmlu d-divulgazzjoni għandhom iżommu, għal kull sondaġġ tas-suq, rekord tal-persuni li jirċievu s-sondaġġ tas-suq.

(4)

Sabiex jiġi mminimizzat ir-riskju ta' divulgazzjoni mhux xierqa ta' informazzjoni privileġġata, parteċipant fis-suq li jagħmel divulgazzjoni għandu jżomm rekord tal-investituri potenzjali li jkunu infurmawh li mhumiex lesti li jirċievu sondaġġi tas-suq. L-investituri potenzjali għandhom ikunu jistgħu jesprimu x-xewqa tagħhom li ma jirċevux sondaġġi tas-suq fir-rigward tat-tranżazzjonijiet potenzjali kollha jew biss ċerti tipi ta' tranżazzjonijiet.

(5)

Meta jkunu qed iwettqu sondaġġ tas-suq, il-parteċipanti tas-suq li jagħmlu d-divulgazzjoni għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn preżunzjoni li informazzjoni privileġġata hija divulgata fl-eżerċizzju normali tal-impjieg, professjoni jew dmirijiet ta' persuna għall-finijiet tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014. F'dan ir-rigward, il-parteċipant tas-suq li jagħmel id-divulgazzjoni għandu jitqies li qed jaġixxi fil-kors normali tal-impjieg, professjoni jew dmirijiet tiegħu biss safejn ikun jikkonforma mar-rekwiżiti kollha, inklużi r-rekwiżiti taż-żamma tar-rekords kif stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 u f'dan ir-Regolament.

(6)

Billi valutazzjoni ta' x'jikkostitwixxi informazzjoni privileġġata, li ssir skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014, tista' tkun kumplessa, il-parteċipant fis-suq li jagħmel id-divulgazzjoni għandu jżomm rekords tas-sondaġġi tas-suq kollha, inklużi dawk li huma kkunsidrati mill-parteċipant fis-suq li jagħmel id-divulgazzjoni li ma jinvolvux id-divulgazzjoni ta' informazzjoni privileġġata. Dawn ir-rekords jgħinu lill-parteċipanti fis-suq li jagħmlu d-divulgazzjoni sabiex jagħtu prova ta' kondotta xierqa lill-awtoritajiet kompetenti, b'mod partikolari meta n-natura ta' din l-informazzjoni tinbidel wara s-sondaġġ tas-suq jew fejn l-awtorità kompetenti tkun tixtieq tirrevedi l-proċess ta' kategorizzazzjoni tal-informazzjoni.

(7)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-Kummissjoni.

(8)

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tal-Assigurazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(9)

Sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b'urġenza u li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament japplikaw mill-istess data bħal dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 596/2014,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Rekwiżiti ġenerali

Parteċipant fis-suq li jagħmlu divulgazzoni għandhom jiżguraw li l-arranġamenti u l-proċeduri li jistabbilixxu biex jikkonformaw mal-paragrafi 4, 5, 6 u 8 tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 jiġu riveduti u aġġornati fuq bażi regolari meta jkun meħtieġ.

Artikolu 2

Proċeduri għall-finijiet tat-twettiq ta' sondaġġi tas-suq

1.   Il-parteċipanti fis-suq li jagħmlu divulgazzjonijiet għandhom jistabbilixxu proċeduri li jiddeskrivu l-mod li bih jitwettqu s-sondaġġi tas-suq.

Il-parteċipanti fis-suq li jagħmlu divulgazzjonijiet jistgħu jikkomunikaw informazzjoni għall-finijiet ta' sondaġġ tas-suq lill-persuni li jirċievu s-sondaġġ tas-suq bil-fomm, f'laqgħat fiżiċi, telefonati awdjo jew vidjow, jew bil-miktub, permezz ta' ittra, faks jew komunikazzjonijiet elettroniċi.

2.   Il-parteċipanti fis-suq li jagħmlu divulgazzjonijiet għandhom jistabbilixxu proċeduri għat-twettiq ta' sondaġġi tas-suq bit-telefon li jiżguraw li linji tat-telefon irreġistrati jiġu użati fejn il-parteċipant fis-suq li jagħmel id-divulgazzjoni jkollu aċċess għal dawn il-linji u l-persuni li jirċievu s-sondaġġ tas-suq ikunu taw il-kunsens tagħhom għar-reġistrazzjoni tal-konverżazzjoni.

3.   Il-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiżguraw li persuni li jaħdmu għal parteċipant fis-suq li jagħmel divulgazzjoni b'kuntratt ta' impjieg jew b'xi mod ieħor jużaw biss tagħmir ipprovdut mill-parteċipant fis-suq li jagħmel id-divulgazzjoni meta jibagħtu u jirċievu telefonati u komunikazzjonijiet elettroniċi għal skopijiet ta' sondaġġi tas-suq.

Artikolu 3

Ġabra standard ta' informazzjoni għall-komunikazzjonijiet lil persuni li jirċievu s-sondaġġ tas-suq

1.   Parteċipanti fis-suq li jagħmlu divulgazzjoni għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri għall-iskambju ta' sett standard ta' informazzjoni mal-persuni li jirċievu s-sondaġġ tas-suq waqt is-sondaġġi tas-suq, f'sekwenza predeterminata.

2.   Is-sett standard ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġu ddeterminat mill-parteċipant fis-suq li jagħmel id-divulgazzjoni għal kull sondaġġ tas-suq, qabel iwettaq dan is-sondaġġ tas-suq. Il-parteċipant fis-suq li jagħmel divulgazzjoni għandu juża dan is-sett standard ta' informazzjoni mal-persuni kollha li jirċievu dan is-sondaġġ tas-suq.

3.   Meta l-parteċipanti fis-suq li jagħmlu d-divulgazzjoni jqisu li s-sondaġġ tas-suq ikun jinvolvi d-divulgazzjoni ta' informazzjoni privileġġata, is-sett standard ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi u jkun limitat għal dan li ġej, fl-ordni segwenti:

(a)

dikjarazzjoni li tiċċara li l-komunikazzjoni tkun qed isseħħ għall-finijiet ta' sondaġġ tas-suq;

(b)

meta s-sondaġġ tas-suq jitwettaq permezz ta' linji tat-telefon irreġistrati, jew tintuża reġistrazzjoni awdjo jew ta' filmati, dikjarazzjoni li tindika li l-konverżazzjoni tkun irreġistrata u l-kunsens min-naħa tal-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq biex tiġi rreġistrata;

(c)

talba għal konferma, u l-għoti ta' tali konferma, mingħand il-persuna kkuntattjata li l-parteċipant fis-suq li jkun qed jagħmel id-divulgazzjoni jkun qed jikkomunika mal-persuna inkarigata mill-investitur potenzjali biex tirċievi s-sondaġġ tas-suq u t-tweġiba għal dik it-talba;

(d)

dikjarazzjoni li tiċċara li, jekk il-persuna kkuntattjata taqbel li tirċievi s-sondaġġ tas-suq, dik il-persuna tkun se tirċievi informazzjoni li l-parteċipant fis-suq li jagħmel id-divulgazzjoni jkun iqis li tkun informazzjoni privileġġata u referenza għall-obbligu stabbilit fl-Artikolu 11(7) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014;

(e)

fejn ikun possibbli, stima ta' meta l-informazzjoni ma tkunx se tibqa' aktar informazzjoni privileġġata, il-fatturi li jistgħu jibdlu dik l-istima u, f'kull każ, tagħrif dwar il-mod li bih il-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq tkun se tiġi infurmata b'kull bidla f'dik l-istima;

(f)

dikjarazzjoni li tinforma lill-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq dwar l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 11(5), is-subparagrafu 1, il-punti (b), (c) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014;

(g)

talba għall-kunsens tal-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq biex tirċievi informazzjoni privileġġata, kif imsemmi fl-Artikolu 11(5), is-subparagrafu 1, il-punt (a) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014, u t-tweġiba għal dik it-talba;

(h)

meta l-kunsens meħtieġ skont il-punt (g) jingħata, l-informazzjoni li tiġi ddivulgata għall-finijiet tas-sondaġġ tas-suq, fejn tiġi identifikata l-informazzjoni li l-parteċipant fis-suq li jagħmel id-divulgazzjoni jqis li hija informazzjoni privileġġata.

4.   Meta l-parteċipant fis-suq li jagħmel id-divulgazzjoni jqis li s-sondaġġ tas-suq ma jkunx se jinvolvi d-divulgazzjoni ta' informazzjoni privileġġata, is-sett standard ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi u jkun limitat għal dan li ġej, fl-ordni segwenti:

(a)

dikjarazzjoni li tiċċara li l-komunikazzjoni tkun qed isseħħ għall-finijiet ta' sondaġġ tas-suq;

(b)

meta s-sondaġġ tas-suq jitwettaq permezz ta' linji tat-telefon irreġistrati, jew tintuża reġistrazzjoni awdjo jew ta' filmati, dikjarazzjoni li tindika li l-konverżazzjoni tkun qed tiġi rreġistrata u l-kunsens min-naħa tal-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq biex tiġi rreġistrata;

(c)

talba għal konferma, u l-għoti ta' tali konferma, mingħand il-persuna kkuntattjata li l-parteċipant fis-suq li jkun qed jagħmel id-divulgazzjoni jkun qed jikkomunika mal-persuna inkarigata mill-investitur potenzjali biex tirċievi s-sondaġġ tas-suq u t-tweġiba għal dik it-talba;

(d)

dikjarazzjoni li tiċċara li, jekk il-persuna kkuntattjata taqbel li tirċievi s-sondaġġ tas-suq, dik il-persuna tkun se tirċievi informazzjoni li l-parteċipant fis-suq li jagħmel id-divulgazzjoni jkun iqis li ma tkunx informazzjoni privileġġata u referenza għall-obbligu stabbilit fl-Artikolu 11(7) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014;

(e)

talba għall-kunsens tal-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq biex isir is-sondaġġ tas-suq, u t-tweġiba għal dik it-talba;

(f)

meta l-kunsens meħtieġ skont il-punt (e) jingħata, l-informazzjoni li tkun qed tiġi divulgata għall-finijiet tas-sondaġġ tas-suq.

5.   Il-parteċipant fis-suq li jagħmel id-divulgazzjoni għandu jiżgura li l-istess livell ta' informazzjoni jiġi kkomunikat lil kull persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq b'rabta mal-istess sondaġġ tas-suq.

Artikolu 4

Dejta dwar persuni li jirċievu s-sondaġġ tas-suq

1.   Għal kull sondaġġ tas-suq, il-parteċipant fis-suq li jagħmel id-divulgazzjoni għandu jfassal lista li jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-ismijiet tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha li lilhom tkun ġiet divulgata informazzjoni matul is-sondaġġ tas-suq;

(b)

id-data u l-ħin ta' kull komunikazzjoni ta' informazzjoni li tkun seħħet matul jew wara s-sondaġġ tas-suq;

(c)

id-dettalji ta' kuntatt tal-persuni li jirċievu s-sondaġġ tas-suq użati għall-finijiet tas-sondaġġ tas-suq.

2.   Parteċipant fis-suq li jagħmel divulgazzjoni għandu jfassal lista ta' kull investitur potenzjali li infurmah li ma jixtieqx li jirċievi sondaġġi tas-suq, jew fir-rigward tat-tranżazzjonijiet potenzjali kollha jew fir-rigward ta' tipi partikolari ta' tranżazzjonijiet potenzjali. Il-parteċipant fis-suq li jagħmel divulgazzjoni għandu jżomm lura milli jikkomunika informazzjoni għal skopijiet ta' sondaġġi tas-suq lil dawn l-investituri potenzjali.

Artikolu 5

Proċedura għan-notifika meta l-informazzjoni ma tkunx għada informazzjoni privileġġata

Meta l-parteċipanti tas-suq li jagħmlu divulgazzjoni jevalwaw kif imsemmi fl-Artikolu 11(6) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014, li l-informazzjoni privileġġata divulgata matul sondaġġ tas-suq ma tkunx għadha informazzjoni privileġġata, għandhom jipprovdu lill-persuna li tkun irċeviet is-sondaġġ tas-suq bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-identità tal-parteċipant fis-suq li jagħmel id-divulgazzjoni;

(b)

identifikazzjoni tat-tranżazzjoni suġġetta għas-sondaġġ tas-suq;

(c)

id-data u l-ħin tas-sondaġġ tas-suq;

(d)

il-fatt li l-informazzjoni divulgata ma kenitx għadha aktar informazzjoni privileġġata;

(e)

id-data li fiha l-informazzjoni ma baqgħetx aktar informazzjoni privileġġata.

Artikolu 6

Rekwiżiti ta' żamma tar-rekords

1.   Parteċipant fis-suq li jagħmel divulgazzjoni għandu jiżgura li rekords ta' dan li ġej jinżammu fuq mezz li jservi fit-tul li jiżgura l-aċċessibbiltà u l-leġġibbiltà tagħhom matul il-perjodu ta' żamma stipulat fl-Artikolu 11(8) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014:

(a)

il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikoli 1 u 2;

(b)

is-sett standard ta' informazzjoni stabbilit għal kull sondaġġ tas-suq f'konformità mal-Artikolu 3;

(c)

id-dejta dwar persuni li jirċievu s-sondaġġ tas-suq imsemmi fl-Artikolu 4;

(d)

il-komunikazzjonijiet kollha ta' informazzjoni li saru bejn il-parteċipant fis-suq li jagħmel id-divulgazzjoni u l-persuni kollha li jirċievu s-sondaġġ tas-suq għall-finijiet tas-sondaġġ tas-suq, inkluż kull dokument ipprovdut mill-parteċipant fis-suq li jagħmel id-divulgazzjoni lill-persuni li jirċievu s-sondaġġ tas-suq;

(e)

l-informazzjoni li tkun wasslet għall-valutazzjoni li l-informazzjoni kkomunikata matul is-sondaġġ tas-suq ma tkunx għadha informazzjoni privileġġata u n-notifiki rilevanti msemmija fl-Artikolu 5.

2.   Għall-finijiet tal-Artikolu 6(1)(d), il-parteċipant fis-suq li jagħmel id-divulgazzjoni għandu jżomm:

(a)

fejn il-komunikazzjoni ta' informazzjoni tkun saret bit-telefon fuq linji rreġistrati, reġistrazzjonijiet ta' konverżazzjonijiet telefoniċi sakemm il-persuni li lilhom tiġi kkomunikata l-informazzjoni jkunu taw il-kunsens tagħhom għal tali reġistrazzjoni;

(b)

fejn il-komunikazzjoni ta' informazzjoni tkun saret bil-miktub, kopja tal-korrispondenza;

(c)

fejn il-komunikazzjoni ta' informazzjoni tkun saret matul laqgħat irreġistrati bil-vidjow jew bl-awdjo, ir-reġistrazzjonijiet ta' dawk il-laqgħat sakemm il-persuni li lilhom tiġi kkomunikata l-informazzjoni jkunu taw il-kunsens tagħhom għal tali reġistrazzjoni;

(d)

fejn il-komunikazzjoni ta' informazzjoni tkun saret matul laqgħat jew konverżazzjonijiet telefoniċi mhux irrekordjati, il-minuti jew in-noti bil-miktub tal-imsemmija laqgħat jew konverżazzjonijiet telefoniċi.

3.   Il-minuti jew noti bil-miktub imsemmija fil-paragrafu 2(d), għandhom jitfasslu mill-parteċipant fis-suq li jagħmel id-divulgazzjoni u jkunu debitament iffirmati kemm mill-parteċipant fis-suq li jagħmel id-divulgazzjoni kif ukoll mill-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq u għandhom jinkludu:

(a)

id-data u l-ħin tal-laqgħa jew konverżazzjoni telefonika u l-identità tal-parteċipanti;

(b)

id-dettalji tal-informazzjoni relatata mas-sondaġġ tas-suq li ġew skambjati bejn il-parteċipant fis-suq li jagħmel id-divulgazzjoni u l-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq matul is-sondaġġ tas-suq, inkluża l-informazzjoni mogħtija lill-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq u mitluba mingħand il-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq skont is-sett standard ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 3;

(c)

kull dokument u materjal ipprovdut mill-parteċipant fis-suq li li jagħmel id-divulgazzjoni lill-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq matul is-sondaġġ tas-suq.

Meta l-parteċipant fis-suq li jagħmel id-divulgazzjoni u l-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq ma jkunux qablu fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara s-sondaġġ tas-suq dwar il-kontenut tal-minuti jew noti bil-miktub, il-parteċipant fis-suq li jagħmel id-divulgazzjoni għandu jirreġistra kemm verżjoni tal-minuti jew noti bil-miktub iffirmata mill-parteċipant fis-suq li jagħmel id-divulgazzjoni kif ukoll verżjoni tagħhom iffirmata mill-persuna li tkun irċeviet is-sondaġġ tas-suq.

Meta l-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq ma tkunx ipprovdiet lill-parteċipant fis-suq li jagħmel id-divulgazzjoni b'verżjoni ffirmata tal-minuti jew noti bil-miktub fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara s-sondaġġ tas-suq, il-parteċipant fis-suq li jagħmel id-divulgazzjoni għandu jżomm kopja tal-verżjoni bil-miktub tal-minuti jew in-noti ffirmati mill-parteċipant fis-suq li jagħmel id-divulgazzjoni.

4.   Ir-rekords imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti fuq talba tagħha.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jibda japplika mit-3 ta' Lulju 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


17.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/34


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/961

tas-26 ta' Mejju 2016

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Conwy Mussels (DOP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tar-Renju Unit għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Conwy Mussels” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Conwy Mussels” għandha għalhekk tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Conwy Mussels” (DOP) ġiet irreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-Klassi 1.7. Ħut frisk, molluski, krustaċji u prodotti derivati minnhom skont l-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 70, 24.2.2016, p. 3.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


17.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/35


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/962

tas-16 ta' Ġunju 2016

li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward formati, mudelli u definizzjonijiet uniformi għall-identifikazzjoni u t-trażmissjoni tal-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni lill-Awtorità Bankarja Ewropea skont id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE, u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikulari, l-Artikolu 4(11) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/59/UE jistipula li jistgħu jiġu applikati obbligi ssimplifikati għal istituzzjoni meta, fid-dawl tal-kriterji msemmija fiha, u l-Linji Gwida mħejjija mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA — European Banking Authority) skont l-Artikolu 4(5) ta' din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jiddeterminaw li l-falliment u l-istralċ sussegwenti tal-istituzzjoni skont proċedimenti normali ta' insolvenza ma jkunux mistennija li jħallu effett negattiv sinifikanti fuq is-swieq finanzjarji, fuq istituzzjonijiet oħra, fuq il-kundizzjonijiet ta' finanzjament jew fuq l-ekonomija aktar ġenerali.

(2)

Bla ħsara għall-Artikolu 4(9) u (10) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-Artikolu 4(8) jirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu jirrinunzjaw għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti tat-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu II ta' din id-Direttiva għal istituzzjonijiet affiljati ma' korp ċentrali u kompletament jew parzjalment eżentati mir-rekwiżiti prudenzjali fid-dritt nazzjonali skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). L-Artikolu 4(8) tad-Direttiva 2014/59/UE jirrikjedi wkoll li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jirrinunzjaw l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu II ta' din id-Direttiva għal istituzzjonijiet li huma membri ta' skema ta' protezzjoni istituzzjonali (IPS — Institutional Protection Scheme). B'mod partikolari, l-Artikolu 4(10) tad-Direttiva 2014/59/UE jispeċifika li istituzzjonijiet suġġetti għal superviżjoni diretta mill-Bank Ċentrali Ewropew skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (3) jew dawk l-istituzzjonijiet, li skont il-kriterji msemmija, jikkostitwixxu kwota sinifikanti fis-sistema finanzjarja ta' Stat Membru, huma mitluba jfasslu l-pjanijiet ta' rkupru tagħhom stess skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu II tad-Direttiva 2014/59/UE u jridu jkunu suġġetti għal pjanijiet ta' riżoluzzjoni individwali skont it-Taqsima 3 ta' dan il-Kapitolu.

(3)

L-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2014/59/UE jirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jinfurmaw lill-EBA dwar il-mod kif applikaw l-Artikolu 4(1), (8), (9) u (10) ta' din id-Direttiva lill-istituzzjonijiet fil-guriżdizzjoni tagħhom. Jeħtieġ li dan ir-Regolament jipprovdi l-formoli għall-preżentazzjoni ta' informazzjoni relatata mal-Artikolu 4(1) u 4(8) tad-Direttiva 2014/59/UE li jistgħu jitlestew, kif xieraq, fuq bażi speċifika għall-istituzzjoni jew fuq bażi ta' kategorija skont il-prassi adottati mill-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni meta jivvalutaw l-istituzzjonijiet b'karatteristiċi simili, fid-dawl tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 4(1) ta' dik id-Direttiva.

(4)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards ta' implimentazzjoni sottomessi mill-EBA lill-Kummissjoni.

(5)

L-EBA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Regoli ġenerali

1.   Sabiex tinforma lill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 4(1), (8), (9) u (10) tad-Direttiva 2014/59/UE lill-istituzzjonijiet fil-guriżdizzjonijiet tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jittrażmettu lill-EBA l-informazzjoni identifikata skont l-Artikoli 2 u 3 ta' dan ir-Regolament.

2.   Għall-finijiet tat-trażmissjoni ta' informazzjoni skont il-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni rilevanti għandhom jimlew il-formoli rilevanti fl-Anness I u, fejn xieraq, jirreferu għal indikaturi fakultattivi stabbiliti fl-Anness II.

3.   L-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jagħżlu li jimlew il-formoli stabbiliti fl-Anness I fuq bażi konġunta bil-mod li ġej:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti jimlew il-partijiet rilevanti tal-formoli għall-finijiet tal-ippjanar ta' rkupru;

(b)

l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jimlew il-partijiet rilevanti tal-formoli għall-finijiet ta' valutazzjonijiet ta' riżolvibbiltà u tal-ippjanar ta' riżoluzzjoni.

4.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jittrażmettu l-informazzjoni identifikata skont l-Artikoli 2 u 3 ta' dan ir-Regolament lill-EBA, dawn l-awtoritajiet jistgħu jagħmlu referenza għal “kategorija ta' istituzzjonijiet”, fejn huma jiddeterminaw li żewġ istituzzjonijiet jew iżjed jikkondividu karatteristiċi simili abbażi tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/59/UE għall-applikazzjoni tal-obbligi simplifikati.

Artikolu 2

Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-awtoritajiet kompetenti

1.   Għal kull perjodu ta' rapportar speċifikat fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippreżentaw lill-EBA l-informazzjoni li ġejja dwar l-applikazzjoni ta' obbligi simplifikati fir-rigward tal-ammont ta' kontenut u d-dettall tal-pjanijiet ta' rkupru u d-data sakemm l-ewwel pjanijiet ta' rkupru għandhom jitfasslu u l-frekwenza għall-aġġornament tal-pjanijiet ta' rkupru:

(a)

l-għadd ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u l-għadd ta' ditti ta' investiment stabbiliti fl-Istat Membru;

(b)

l-għadd u l-assijiet totali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-għadd u l-assijiet totali tad-ditti ta' investiment li għalihom ġew applikati obbligi simplifikati skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/59/UE għall-finijiet ta' ppjanar ta' rkupru meta mqabbel mal-għadd u l-assijiet totali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha u, rispettivament, ditti ta' investiment stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat;

(c)

l-għadd u l-assijiet totali ta' istituzzjonijiet li lilhom tkun ingħatat eżenzjoni skont l-Artikolu 4(8) tad-Direttiva 2014/59/UE meta mqabbla mal-għadd u tal-assijiet totali tal-istituzzjonijiet kollha stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat;

(d)

għal kull istituzzjoni, jew kategorija ta' istituzzjoni, li lilha jkunu ġew applikati obbligi simplifikati u li jibqgħu applikabbli skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/59/UE minn tmiem kull perjodu ta' rapportar:

(i)

in-numru tal-Identifikatur ta' Entità Ġuridika jew, fejn dan mhux disponibbli, isem l-istituzzjoni jew l-istituzzjonijiet li jaqgħu f'din il-kategorija;

(ii)

meta r-rapport jirreferi għal “kategorija ta' istituzzjonijiet”, deskrizzjoni tal-bażi għall-istabbiliment ta' din il-kategorija ta' istituzzjonijiet skont l-Artikolu 1(4) ta' dan ir-Regolament;

(iii)

informazzjoni kwantitattiva fir-rigward tal-applikazzjoni tal-kriterji dwar id-daqs, l-interkonnessjoni u l-kamp ta' applikazzjoni u l-kumplessità tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(iv)

sommarju tal-indikaturi fakultattivi pprovduti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, jekk dawn jeżistu, applikati fir-rigward ta' kull wieħed mill-kriterji msemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(v)

deskrizzjoni tal-obbligi ssimplifikati meta mqabbla ma' obbligi sħaħ;

(e)

għal kull istituzzjoni, jew kategorija ta' istituzzjonijiet, li tkun ġiet mogħnija b'eżenzjoni skont l-Artikolu 4(8) tad-Direttiva 2014/59/UE, deskrizzjoni li abbażi tagħha tkun ingħatat l-eżenzjoni fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4(8) tad-Direttiva 2014/59/UE.

2.   Għall-iskopijiet tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa taħt il-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jimlew kull waħda mill-formoli ta' rapportar fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. Meta awtorità kompetenti tkun applikat ponderazzjoni lil kriterji partikolari fost dawk imsemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/59/UE b'tali mod li dawn kienu partikolarment determinanti biex jiġi stabbilit li istituzzjoni jew kategorija ta' istituzzjonijiet jeħtieġ li tkun suġġetta għal obbligi simplifikati, l-awtorità kompetenti għandha tidentifika l-ponderazzjoni assenjata lil dawn il-kriterji fir-rapport tagħha. Fejn l-awtorità kompetenti ma tkunx applikat ponderazzjoni lil kriterji partikolari fost dawk imsemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, dik l-awtorità kompetenti għandha tidentifika fir-rapport tagħha l-importanza relattiva tal-kriterji meta tistabbilixxi li istituzzjoni jew kategorija ta' istituzzjonijiet jeħtieġ li tkun/jkunu suġġetta/i għal obbligi simplifikati.

Artikolu 3

Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni

1.   Għal kull perjodu ta' rapportar speċifikat fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jittrażmettu lill-EBA l-informazzjoni li ġejja dwar l-applikazzjoni ta' obbligi simplifikati fir-rigward tal-kontenut u d-dettalji tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni kif ukoll id-data sakemm l-ewwel pjanijiet ta' riżoluzzjoni għandhom jitfasslu u l-frekwenza għall-aġġornament tal-pjanijiet:

(a)

l-għadd u l-assijiet totali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-għadd u l-assijiet totali tad-ditti ta' investiment li għalihom ġew applikati obbligi simplifikati skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/59/UE għall-finijiet ta' valutazzjonijiet ta' riżolvibbiltà u l-ippjanar ta' riżoluzzjoni kif imqabbel man-numru u l-assijiet totali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha u, rispettivament, ditti ta' investiment stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat;

(b)

l-għadd ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u l-għadd ta' kumpaniji ta' investiment li lilhom tkun ingħatat eżenzjoni skont l-Artikolu 4(8) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(c)

għal kull istituzzjoni, jew kategorija ta' istituzzjoni, li għaliha jkunu ġew applikati obbligi simplifikati u jibqgħu applikabbli skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/59/UE sa tmiem kull perjodu tar-rapportar:

(i)

in-numru tal-Identifikatur ta' Entità Ġuridika jew, fejn dan mhux disponibbli, isem l-istituzzjoni jew l-istituzzjonijiet li jaqgħu f'din il-kategorija;

(ii)

meta r-rapport jirreferi għal “kategorija ta' istituzzjonijiet”, deskrizzjoni tal-bażi għall-istabbiliment ta' din il-kategorija ta' istituzzjonijiet skont l-Artikolu 1(4) ta' dan ir-Regolament;

(iii)

informazzjoni kwantitattiva fir-rigward tal-applikazzjoni tal-kriterji dwar id-daqs, l-interkonnessjoni u l-kamp ta' applikazzjoni u l-kumplessità tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(iv)

sommarju tal-indikaturi fakultattivi pprovduti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, jekk dawn jeżistu, applikati fir-rigward ta' kull wieħed mill-kriterji;

(v)

deskrizzjoni tal-obbligi ssimplifikati meta mqabbla ma' obbligi sħaħ;

(d)

għal kull istituzzjoni, jew kategorija ta' istituzzjonijiet, li tkun ġiet mogħnija b'eżenzjoni skont l-Artikolu 4(8) tad-Direttiva 2014/59/UE, deskrizzjoni li abbażi tagħha tkun ingħatat l-eżenzjoni fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4(8) tad-Direttiva 2014/59/UE.

2.   Għall-finijiet tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jimlew kull waħda mill-formoli ta' rappurtar stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. Fejn awtorità ta' riżoluzzjoni tkun applikat ponderazzjoni lil kriterji partikolari fost dawk imsemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/59/UE b'tali mod li dawn kienu partikolarment determinanti sabiex jiġi stabbilit li istituzzjoni jew kategorija ta' istituzzjonijiet, jeħtieġ li tkun suġġetta għal obbligi simplifikati, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tidentifika u tiddeskrivi l-ponderazzjoni assenjata lil dawk il-kriterji fir-rapport tagħha. Fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni ma tkunx applikat ponderazzjoni ta' kriterji partikolari fost dawk imsemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, dik l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tidentifika fir-rapport tagħha l-importanza relattiva tal-kriterji biex jiġi stabbilit li istituzzjoni jew kategorija ta' istituzzjonijiet, jeħtieġ li jkunu suġġetti għal obbligi simplifikati.

Artikolu 4

Perjodi ta' rapportar u dati ta' preżentazzjoni

1.   Fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3(1), l-ewwel perjodu ta' rappurtar għandu jibda fl-1 ta' Jannar 2015 u jintemm fit-30 ta' April 2016. L-informazzjoni relatata mal-ewwel perjodu ta' rappurtar għandha tintbagħat lill-EBA sat-tletin jum wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

2.   Fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1) u fl-Artikolu 3(1), it-tieni perjodu ta' rappurtar għandu jibda fl-1 ta' Mejju 2016 u jintemm fit-30 ta' April 2017. L-informazzjoni relatata mat-tieni perjodu ta' rappurtar għandha tintbagħat lill-EBA, sal-1 ta' Ġunju 2017.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


ANNESS I

Mudelli ta' rappurtar

MUDELL 1

Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/59/UE: Mudell ta' rappurtar ta' dejta kwantitattiva

[In-noti inklużi f'dan il-mudell huma maħsuba sabiex jassistu l-awtoritajiet meta jimlew il-mudell u ma jiffurmawx parti minnu.]

Stat Membru

 

Isem l-awtorità kompetenti/l-awtorità ta' riżoluzzjoni li tippreżenta r-rapport

 

Data ta' referenza

 

Numru ta' istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fl-Istat Membru

 

Numru ta' ditti ta' investiment stabbiliti fl-Istat Membru

 

Numru ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li għalihom ġew applikati obbligi simplifikati skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/59/UE

[Jeħtieġ li ċ-ċifri jiġu pprovduti mill-awtorità rilevanti, separatament, fir-rigward tal-obbligi li għandhom x'jaqsmu ma': ippjanar ta' rkupru, valutazzjonijiet ta' riżolvibbiltà u ppjanar ta' riżoluzzjoni.]

Numru ta' ditti ta' investiment li għalihom ġew applikati obbligi simplifikati skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/59/UE

[Iċ-ċifri għandhom jiġu pprovduti mill-awtorità rilevanti, separatament, fir-rigward tal-obbligi li għandhom x'jaqsmu ma': ippjanar ta' rkupru, valutazzjonijiet ta' riżolvibbiltà u ppjanar ta' riżoluzzjoni.]

Numru ta' istituzzjonijiet li ngħatatilhom eżenzjoni skont l-Artikolu 4(8) tad-Direttiva 2014/59/UE

 

Numri ta' Identifikatur ta' Entità Ġuridika (LEI — Legal Entity Identifier) jew, fejn dawn mhumiex disponibbli, l-ismijiet tal-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Istat Membru suġġetti għal superviżjoni diretta mill-Bank Ċentrali Ewropew skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jew li jikkostitwixxu kwota sinifikanti fis-sistema finanzjarja ta' Stat Membru kif definit fl-Artikolu 4(10) tad-Direttiva 2014/59/UE u huma għalhekk eliġibbli għal eżenzjonijiet skont l-Artikolu 4(8) tad-Direttiva 2014/59/UE

[L-awtoritajiet kompetenti biss jeħtieġu li jimlew din it-taqsima tal-mudell billi għandha x'taqsam ma' klassifikazzjonijiet superviżorji.]

MUDELL 2 (1)

Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/59/UE: Mudell ta' rappurtar

[In-noti inklużi f'dan il-mudell huma maħsuba sabiex jassistu l-awtoritajiet meta jimlew il-mudell u ma jiffurmawx parti minnu.]

Stat Membru

 

Isem l-awtorità kompetenti/l-awtorità ta' riżoluzzjoni li tippreżenta r-rapport

[L-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni huma mistennija jħejju rapport li jittratta dawk l-istituzzjonijiet li għalihom jiġu applikati obbligi simplifikati fir-rigward, rispettivament, ta' rekwiżiti f'dak li għandu x'jaqsam ma' pjanijiet ta' rkupru u rekwiżiti relatati ma' valutazzjonijiet ta' riżolvibbiltà u pjanijiet ta' riżoluzzjoni (ara l-lista fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/59/UE).

L-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni iridu jirrappurtaw lill-istituzzjonijiet kollha li lilhom jiġu applikati obbligi simplifikati. Sabiex jissodisfaw dan ir-rekwiżit, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jagħżlu li jimlew dan il-mudell fuq bażi ta' istituzzjoni b'istituzzjoni jew fir-rigward ta' kategoriji speċifiċi ta' istituzzjonijiet li għandhom karatteristiċi komuni u għalhekk huma vvalutati bl-istess mod kontra l-kriterji elenkati fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/59/UE.]

Perjodu referenzjarju

 

Isem il-kategorija tal-istituzzjoni ta' kreditu jew isem l-istituzzjoni ta' kreditu

[Meta tirrapporta fuq bażi ta' kategorija, jeħtieġ li n-numri ta' LEIjiġu pprovduti għal kull istituzzjoni fil-kategorija; fejn dawn ma jkunux disponibbli, jeħtieġ li l-ismijiet tal-istituzzjonijiet ikunu pprovduti.]

[Jekk ir-rapport jitlesta fir-rigward ta' kategorija speċifika ta' istituzzjoni, inklużi l-karatteristiċi ewlenin tal-istituzzjonijiet f'dik il-kategorija (eż. permezz ta' referenza għal klassifikazzjoni SREP f'konformità mal-Linji Gwida tal-EBA skont l-Artikolu 107(3) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338), deskrizzjoni tal-kategorija, jew sistema ta' klassifikazzjoni applikabbli oħra) trid tiġi pprovduta. Barra minn hekk, lista ta' numri LEI, jew fin-nuqqas ta' dawn in-numri, l-ismijiet ta' dawn l-istituzzjonijiet li jaqgħu taħt din il-kategorija jridu jiġu pprovduti. Fejn teżisti aktar minn kategorija waħda ta' istituzzjoni, irid jitħejja għal kull kategorija.]

Isem il-kategorija tad-ditta tal-investiment jew isem id-ditta ta' investiment

[Meta jirrapportaw fuq bażi ta' kategorija, jeħtieġ li n-numri LEI jiġu pprovduti għal kull istituzzjoni fil-kategorija; fejn dawn ma jkunux disponibbli, l-ismijiet tal-istituzzjonijiet għandhom jiġu pprovduti.]

[L-istess bħal fuq.]

Numru ta' istituzzjonijiet li jaqgħu taħt il-kategorija

[Din il-kaxxa trid timtela biss meta r-rapport huwa marbut ma' kategorija ta' istituzzjoni.]

Bażi biex jiġi ddeterminat li l-falliment u l-istralċ sussegwenti skont proċedimenti normali ta' insolvenza tal-[istituzzjonijiet li jaqgħu taħt din il-kategorija/istituzzjoni] x'aktarx li ma jkollhomx effett negattiv sinifikanti fuq is-swieq finanzjarji, fuq istituzzjonijiet oħra, fuq il-kundizzjonijiet ta' finanzjament jew fuq l-ekonomija aktar ġenerali, filwaqt li jitqiesu l-kriterji rilevanti stipulati fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/59/UE. Id-deskrizzjoni trid tinkludi informazzjoni kwantitattiva fejn possibbli.

[F'din it-taqsima, fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, ipprovdi l-indikaturi obbligatorji msemmija fil-mudell ta' hawn taħt u kull indikatur fakultattiv ieħor mil-lista fl-Anness II ta' dan ir-Regolament li fuqu l-istituzzjoni, jew il-kategorija ta' istituzzjoni ġiet ivvalutata deskrizzjoni tal-karatteristiċi tal-istituzzjoni/tal-kategorija ta' istituzzjoni li lilha jiġu applikati obbligi simplifikati. Jeħtieġ li kull awtorità tidentifika fir-rapport kull ponderazzjoni assenjata lil kull kriterju.]

Ponderazzjoni [Iddiskrivi l-ponderazzjoni, jekk hemm, attribwita lil kull waħda mill-kriterji għall-finijiet tal-proċess ta' valutazzjoni]

Kriterju

Indikatur

Deskrizzjoni ta' istituzzjoni (jiet)

[Imla billi tniżżel id-dejta kwantitattiva fejn indikat. Meta jitlesta r-rapport fir-rigward ta' kategorija ta' istituzzjoni, id-dejta kwantitattiva tista' tingħata fil-forma ta' firxa (pereżempju, assi totali ta' Ammont f'euro A għal Ammont f'euro B). F'postijiet oħra, ipprovdi deskrizzjoni narrattiva.]

Daqs

assi totali (2)

[Ipprovdi dejta kwantitattiva. Dan jista' jinkludi medda ta' valuri li fiha l-mudell jimtela fuq bażi ta' kategorija.]

Assi totali/PDG tal-Istat Membru

[Ipprovdi dejta kwantitattiva. Dan jista' jinkludi medda ta' valuri li fiha l-mudell jimtela fuq bażi ta' kategorija.]

Xi indikaturi kkunsidrati mil-lista ta' indikaturi “fakultattivi” fl-Anness II

 

Għal ditti ta' investiment biss:

Total tal-obbligazzjonijiet

[Ipprovdi dejta kwantitattiva. Dan jista' jinkludi medda ta' valuri li fiha l-mudell jimtela fuq bażi ta' kategorija.]

Total ta' flus ta' klijenti

[Ipprovdi dejta kwantitattiva. Dan jista' jinkludi medda ta' valuri li fiha l-mudell jimtela fuq bażi ta' kategorija.]

Assi totali tal-klijenti

[Ipprovdi dejta kwantitattiva. Dan jista' jinkludi medda ta' valuri li fiha l-mudell jimtela fuq bażi ta' kategorija.]

Total tal-introjtu mill-imposti u mill-kummissjonijiet

[Ipprovdi dejta kwantitattiva. Dan jista' jinkludi medda ta' valuri li fiha l-mudell jimtela fuq bażi ta' kategorija.]

Interkonnettività

Obbligazzjonijiet interbankarji (3)

[Ipprovdi dejta kwantitattiva. Dan jista' jinkludi medda ta' valuri li fiha l-mudell jimtela fuq bażi ta' kategorija.]

Assi interbankarji (4)

[Ipprovdi dejta kwantitattiva. Dan jista' jinkludi medda ta' valuri li fiha l-mudell jimtela fuq bażi ta' kategorija.]

Titoli ta' dejn pendenti (5)

[Ipprovdi dejta kwantitattiva. Dan jista' jinkludi medda ta' valuri li fiha l-mudell jimtela fuq bażi ta' kategorija.]

Numru ta' sussidjarji u fergħat barranin

[Ipprovdi dejta kwantitattiva. Din ma hemmx għalfejn timtela meta l-mudell jimtela fuq bażi ta' kategorija.]

Servizzi ta' kklerjar, ta' ħlas u ta' saldu pprovduti lill-istituzzjonijiet u oħrajn

[Daħħal deskrizzjoni ta' kull tali servizz ipprovdut mill-istituzzjoni jew mill-kategorija ta' istituzzjoni kkonċernata.]

Xi indikaturi kkunsidrati mil-lista ta' indikaturi “fakultattivi” fl-Anness II

 

Kamp ta' applikazzjoni u l-kumplessità tal-attivitajiet

Valur ta' derivattivi OTC (nozzjonali) (6)

[Ipprovdi dejta kwantitattiva. Dan jista' jinkludi medda ta' valur li fiha l-mudell jimtela fuq bażi ta' kategorija.]

Obbligazzjonijiet transġuriżdizzjonali (7)

[Ipprovdi dejta kwantitattiva. Dan jista' jinkludi medda ta' valur li fiha l-mudell jimtela fuq bażi ta' kategorija.]

Pretensjonijiet transġuriżdizzjonali (8)

[Ipprovdi dejta kwantitattiva. Dan jista' jinkludi medda ta' valur li fiha l-mudell jimtela fuq bażi ta' kategorija.]

Total tad-depożiti

[Ipprovdi dejta kwantitattiva. Dan jista' jinkludi medda ta' valur li fiha l-mudell jimtela fuq bażi ta' kategorija.]

Total tad-depożiti koperti

[Ipprovdi dejta kwantitattiva. Dan jista' jinkludi medda ta' valur li fiha l-mudell jimtela fuq bażi ta' kategorija.]

Xi indikaturi kkunsidrati mil-lista ta' indikaturi “fakultattivi” fl-Anness II

 

Profil tar-riskju

Il-punteġġ tar-Rieżami Superviżorju Ġenerali u tal-proċess ta' valutazzjoni (SREP — Supervisory Review and Evaluation Process)

[Dan jista' jinkludi medda ta' valur li fiha l-mudell jimtela fuq bażi ta' kategorija.]

Il-punteġġ SREP assenjat lill-adegwatezza kapitali

[Dan jista' jinkludi medda ta' valur li fiha l-mudell jimtela fuq bażi ta' kategorija.]

Il-punteġġ SREP assenjat lill-adegwatezza tal-likwidità

[Dan jista' jinkludi medda ta' valur li fiha l-mudell jimtela fuq bażi ta' kategorija.]

Il-punteġġ SREP assenjat lill-governanza interna u lill-kontrolli mal-istituzzjoni kollha

[Dan jista' jinkludi medda ta' valur li fiha l-mudell jimtela fuq bażi ta' kategorija.]

Xi indikaturi kkunsidrati mil-lista ta' indikaturi “fakultattivi” fl-Anness II

 

Status ġuridiku

Il-permessi u l-awtorizzazzjonijiet regolatorji, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-użu ta' mudelli avvanzati għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju ta' kreditu, riskji operazzjonali u riskji tas-suq

[Ipprovdi deskrizzjoni mill-attivitajiet regolati li għalihom l-istituzzjoni, jew il-kategorija ta' istituzzjoni, għandha permess li tibqa' u ddeskrivi jekk jintużawx mudelli avvanzati (u, jekk dan huwa l-każ, iddeskrivi l-mudell applikat).]

Xi indikaturi kkunsidrati mil-lista ta' indikaturi “fakultattivi” fl-Anness II

 

Natura tan-negozju

Il-punteġġ SREP assenjat lill-mudell ta' negozju u l-istrateġija

[Dan jista' jinkludi medda ta' valur li fiha l-mudell jimtela fuq bażi ta' kategorija.]

Il-pożizzjoni tal-istituzzjoni fil-ġuriżdizzjoni li fiha hija topera f'termini ta' funzjonijiet kritiċi u linji ta' negozju ewlenin offruti f'kull ġuriżdizzjoni u s-sehem mis-suq tal-istituzzjoni

[Ipprovdi deskrizzjoni tal-funzjonijiet kritiċi u l-linji ta' negozju ewlenin offruti f'kull ġuriżdizzjoni. Fejn il-mudell jimtela fuq bażi ta' kategorija, dan jista' jieħu l-forma ta' deskrizzjoni ġenerali tal-funzjonijiet kritiċi u l-linji ta' negozju ewlenin offruti mill-istituzzjonijiet jaqgħu taħt il-kategorija.]

Xi indikaturi kkunsidrati mil-lista ta' indikaturi “fakultattivi” fl-Anness II

 

Struttura azzjonarja

Il-livell ta' konċentrazzjoni tal-azzjonisti

[Inkludi fit-tweġiba tiegħek il-perċentwal ta' parteċipazzjoni azzjonarja miżmuma mill-akbar ħames (5) azzjonisti ta' azzjonijiet ordinarji. Fejn il-mudell jimtela fuq bażi ta' kategorija, dan jista' jieħu l-forma ta' deskrizzjoni ġenerali dwar il-grad ta' konċentrazzjoni tal-azzjonisti tal-istituzzjonijiet fil-kategorija.]

Xi indikaturi kkunsidrati mil-lista ta' indikaturi “fakultattivi” fl-Anness II

 

Forma ġuridika

L-istruttura tal-istituzzjoni: hija istituzzjoni li hija parti minn grupp u, jekk huwa hekk, il-grupp għandu struttura kumplessa u interkonnessa ħafna

[Fejn il-mudell jimtela fuq bażi ta' kategorija, din tista' tieħu l-forma ta' deskrizzjoni ġenerali tal-istruttura tal-istituzzjonijiet fil-kategorija.]

It-tip ta' inkorporazzjoni tal-istituzzjoni (eż. kumpanija privata limitata b'ishma, kumpanija b'responsabbiltà limitata, jew tip ieħor ta' kumpanija definita fil-liġi nazzjonali)

[Fejn il-mudell jimtela fuq bażi ta' kategorija, din tista' tieħu l-forma ta' deskrizzjoni ġenerali tat-tip ta' inkorporazzjoni tal-istituzzjonijiet fil-kategorija.]

Xi indikaturi kkunsidrati mil-lista ta' indikaturi “fakultattivi” fl-Anness II

 

Sħubija fi skema ta' protezzjoni istituzzjonali (IPS) jew sistema oħra ta' solidarjetà reċiproka kooperattiva kif imsemmi fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Il-funzjoni tal-istituzzjoni fis-sistema bħala parteċipant jew istituzzjoni ċentrali jew bħala fornitur ta' funzjonijiet kritiċi għas-sistema

[Ipprovdi deskrizzjoni tal-funzjoni tal-istituzzjoni fis-sistema (eż. bħala parteċipant jew l-istituzzjoni ċentrali jew bħala fornitur ta' funzjonijiet kritiċi lil parteċipanti oħra, jew bħala parti potenzjalment esposta għar-riskju ta' konċentrazzjoni tal-iskema).]

[Fejn il-mudell jimtela f'bażi ta' kategorija din tista' tieħu l-forma ta' deskrizzjoni ġenerali tal-istituzzjonijiet fil-kategorija.]

Id-daqs relattiv tal-fond ta' garanzija vs total tal-fondi tal-istituzzjoni

[Ipprovdi dejta kwantitattiva. Dan jista' jinkludi medda ta' valuri li fiha l-mudell jimtela fuq bażi ta' kategorija.]

Xi indikaturi kkunsidrati mil-lista ta' indikaturi “fakultattivi” fl-Anness II

 

Rimarki oħrajn

[Ipprovdi deskrizzjoni ta' kwalunkwe fattur ieħor li ġie kkunsidrat meta saret id-determinazzjoni msemmija hawn fuq.]

Deskrizzjoni ta' obbligi simplifikati applikati għall-kategorija ta' istituzzjoni/għall-istituzzjoni

[F'din it-taqsima jekk jogħġbok ipprovdi, skont kif rilevanti, fid-dawl ta':

l-Artikoli rilevanti [jekk jogħġbok kun iktar speċifiku] tad-Direttiva 2014/59/UE stipulata fir-ringiela relevanti tat-tabella;

Taqsima A tal-Anness tad-Direttiva 2014/59/UE u li jissupplimenta r-Regolament tal-Kummissjoni dwar il-kontenut tal-pjanijiet ta' rkupru;

Taqsima B tal-Anness tad-Direttiva 2014/59/UE u li jissupplimenta r-Regolament tal-Kummissjoni dwar ir-rekwiżiti tal-pjan ta' riżoluzzjoni;

Taqsima C tal-Anness tad-Direttiva 2014/59/UE,

deskrizzjoni tad-differenza bejn l-obbligi sħaħ u l-obbligi simplifikati applikabbli.]

Iddeskrivi l-obbligi simplifikati rigward il-kontenut u d-dettalji tal-pjan ta' rkupru

[Iddeskrivi d-differenza bejn l-obbligi sħaħ u l-obbligi simplifikati applikabbli (jiġifieri x'inhu dak li l-istituzzjoni m'għandhiex għalfejn/l-istituzzjonijiet m'għandhomx għalfejn jikkonformaw miegħu), pereżempju, fid-dawl tal-lista fit-Taqsima A tal-Anness tad-Direttiva 2014/59/UE u li jissupplimenta r-Regolament tal-Kummissjoni dwar il-kontenut ta' pjanijiet ta' rkupru, liema elementi mhumiex meħtieġa skont l-obbligi simplifikati applikati lill-istituzzjoni/lill-kategorija ta' istituzzjoni.]

Iddeskrivu l-obbligi simplifikati rigward il-kontenut u d-dettalji tal-pjan ta' riżoluzzjoni

 

Meta kellu jitfassal/għandu jitfassal l-ewwel pjan ta' rkupru/ta' riżoluzzjoni u kull meta jrid jiġi aġġornat

 

Iddeskrivu l-obbligi simplifikati rigward il-kontenut u d-dettalji tal-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 5(5), l-Artikolu 11(1) u l-Artikolu 12(2) u fit-Taqsimiet A u B tal-Anness tad-Direttiva 2014/59/UE

 

Iddeskrivu l-obbligi simplifikati rigward il-livell ta' dettall rikjest għall-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà previst fl-Artikoli 15 u 16 u t-Taqsima C tal-Anness tad-Direttiva 2014/59/UE

 

MUDELL 3

L-Artikolu 4(8) tad-Direttiva 2014/59/UE: Mudell ta' rappurtar

[In-noti inklużi f'dan il-mudell huma maħsuba sabiex jassistu l-awtoritajiet meta jimlew il-mudell u ma jiffurmawx parti minnu.]

Stat Membru

 

Isem l-awtorità kompetenti/l-awtorità ta' riżoluzzjoni li tippreżenta r-rapport

[L-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni huma mistennija jħejju rapport li jittratta dawk l-istituzzjonijiet li jingħataw eżenzjonijiet fir-rigward tar-rekwiżiti rilevanti tat-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu I tad-Direttiva 2014/59/UE. L-awtoritajiet kompetenti u ta' riżoluzzjoni jridu jirrapportaw dwar l-istituzzjonijiet kollha li jingħataw l-eżenzjonijiet.]

Perjodu referenzjarju

 

Isem il-kategorija tal-istituzzjoni ta' kreditu jew isem l-istituzzjoni ta' kreditu

[Meta tirrapporta fuq bażi ta' kategorija, jeħtieġ li n-numri LEI jiġu pprovduti għal kull istituzzjoni fil-kategorija; fejn dawn ma jkunux disponibbli, jeħtieġ li l-ismijiet tal-istituzzjonijiet jiġu pprovduti.]

[Jekk ir-rapport jitlesta fir-rigward ta' kategorija speċifika ta' istituzzjoni, ipprovdi deskrizzjoni tal-kategorija, inklużi l-karatteristiċi ewlenin ta' istituzzjonijiet f'dik il-kategorija (eż. permezz ta' referenza għal klassifikazzjoni SREP jew sistema ta' klassifikazzjoni applikabbli oħra). Jekk jogħġbok ipprovdi wkoll lista ta' numri LEI jew, fejn in-numri LEI ma jkunux disponibbli, l-ismijiet tal-istituzzjonijiet fil-kategorija. Fejn aktar minn kategorija waħda ta' istituzzjoni teżisti, imla dan ir-rapport għal kull kategorija.]

Bażi li fuqha tingħata l-eżenzjoni wara li jiġu kkunsidrati l-kriterji rilevanti stipulati fl-Artikolu 4(8) tad-Direttiva 2014/59/UE

Istituzzjonijiet affiljati ma' korp ċentrali u kompletament jew parzjalment eżentati mir-rekwiżiti prudenzjali fil-liġi nazzjonali skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

[F'din it-taqsima pprovdi deskrizzjoni tal-karatteristiċi tal-[kategorija ta' istituzzjoni/istituzzjoni].]

Istituzzjonijiet li huma membri ta' SPI

 


(1)  Jekk il-valuri tal-indikaturi skont id-definizzjonijiet preskritti f'dan il-mudell ma jkunux disponibbli minħabba l-fatt li entitajiet rilevanti, li jaqgħu fl-ambitu ma jirrappurtawx skont l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS — International Financial Reporting Standard) u li għalihom il-Mudelli ta' Informazzjoni Finanzjarja (FINREP — Financial Information Templates) ma japplikawx, jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti u tar-riżoluzzjoni jużaw indikaturi xierqa. F'dan il-każ, jeħtieġ li l-awtoritajiet rilevanti jiżguraw li dawk l-indikaturi jiġu spjegati tajjeb u li jikkorrelataw kemm jista' jkun possibbli, mad-definizzjonijiet speċifikati f'dan il-mudell.

(2)  Għall-finijiet ta' dan il-mudell “assi totali” trid tiġi kkalkulata fuq bażi globali skont il-FINREP (l-IFRS jew il-Prinċipji ta' Kontabbiltà Ġeneralment Aċċettati [GAAP — Generally Accepted Accounting Principles]) — F 01.01, ir-ringiela 380, il-kolonna 010.

(3)  Għall-finijiet ta' dan il-mudell “obbligazzjonijiet interbankarji” trid tiġi kkalkulata fuq bażi globali skont il-FINREP (l-IFRS jew il-GAAP) → F 20.06, ir-ringieli 020 + 030 + 050 + 060 + 100 + 110, il-kolonna 010, Il-pajjiżi kollha (assi-z).

(4)  Għall-finijiet ta' dan il-mudell “assi interbankarji” trid tiġi kkalkulata fuq bażi globali skont FINREP (l-IFRS jew il-GAAP) → F 20.04, ir-ringieli 020 + 030 + 050 + 060 + 110 + 120 + 170 + 180, il-kolonna 010, Il-pajjiżi kollha (assi-z).

(5)  Għall-finijiet ta' dan il-mudell “titoli ta' dejn pendenti” jrid jiġi kkalkulat fuq bażi globali skont il-FINREP (l-IFRS jew il-GAAP) → F 01.02, ir-ringieli 050 + 090 + 130, il-kolonna 010.

(6)  Għall-finijiet ta' din il-formula “obbligazzjonijiet transġuriżdizzjonali” trid tiġi kkalkulata fuq bażi globali skont il-FINREP (l-IFRS jew il-GAAP) → F 20.06, ir-ringieli 010 + 040 + 070, il-kolonna 010, Il-pajjiżi kollha għajr il-pajjiż tal-oriġini (z-axis). Nota: Il-valur ikkalkulat għandu jeskludi i) obbligazzjonijiet bejn l-uffiċji u ii) obbligazzjonijiet ta' fergħat u sussidjarji barranin fil-konfront ta' kontropartijiet fl-istess pajjiż ospitanti.

(7)  Għall-finijiet ta' din il-formula “obbligazzjonijiet transġuriżdizzjonali” trid tiġi kkalkulata fuq bażi globali skont il-FINREP (l-IFRS jew il-GAAP) → F 20.06, ir-ringieli 010 + 040 + 070, il-kolonna 010, Il-pajjiżi kollha għajr il-pajjiż tal-oriġini (z-axis). Nota: Il-valur ikkalkulat għandu jeskludi i) obbligazzjonijiet bejn l-uffiċji u ii) obbligazzjonijiet ta' fergħat u sussidjarji barranin fil-konfront ta' kontropartijiet fl-istess pajjiż ospitanti.

(8)  Għall-finijiet ta' din il-formula “pretensjonijiet transġuriżdizzjonali” trid tiġi kkalkulata fuq bażi globali skont il-FINREP (l-IFRS jew il-GAAP) → f 20.04, ir-ringieli 010 + 040 + 080 + 140, il-kolonna 010, Il-pajjiżi kollha għajr il-pajjiż tal-oriġini (z-axis). Nota: Il-valur ikkalkulat għandu jeskludi i) assi bejn l-uffiċji u ii) assi ta' fergħat u sussidjarji barranin fil-konfront ta' kontropartijiet fl-istess pajjiż ospitanti.


ANNESS II

Lista ta' indikaturi fakultattivi

Indikaturi fakultattivi  (1)

Assi totali (2)

Total ta' EAD

Assi totali/tal-PDG tal-Istat Membru

Total ta' EAD/tal-PDG tal-Istat Membru

Total ta' RWA

Total tal-obbligazzjonijiet

Total ta' flus ta' klijenti

Assi totali tal-klijenti

Total tal-introjtu mill-imposti u mill-kummissjonijiet

Kapitalizzazzjoni tas-suq

Il-valur tal-assi taħt kustodja

Il-valur ta' derivattivi OTC (nozzjonali) (3)

Assi interbankarji

Obbligazzjonijiet interbankarji

Obbligazzjonijiet tas-settur interfinanzjarju

Assi tas-settur interfinanzjarju

Obbligazzjonijiet transġuriżdizzjonali

Pretensjonijiet transġuriżdizzjonali

Titoli ta' dejn pendenti

Il-valur ta' tranżazzjonijiet ta' pagament domestiċi

Total tad-depożiti

Total tad-depożiti koperti

Depożiti tas-settur privat minn depożitanti fl-Unjoni

Il-valur ta' self tas-settur privat, inklużi faċilitajiet impenjati u self sindakat

Numru ta' self tas-settur privat

Numru ta' kontijiet ta' depożitu — ta' negozju

Numru ta' kontijiet ta' depożitu — bl-imnut

Numru ta' klijenti fil-livell tal-konsumaturi

Numru ta' sussidjarji domestiċi u fergħat

Numru ta' sussidjarji u fergħat barranin (li jridu jitqassmu f'sussidjarji u fergħat stabbiliti fi Stati Membri oħrajn u f'pajjiżi terzi)

Is-Sħubija dwar l-infrastruttura tas-suq finanzjarju

Funzjonijiet kritiċi pprovduti mill-istituzzjoni lil kumpaniji oħra tal-grupp jew minn kumpaniji tal-grupp lill-istituzzjoni

Funzjonijiet kritiċi u linji ta' negozju ewlenin f'kull ġuriżdizzjoni rilevanti, inkluż l-għoti ta' servizzi lil istituzzjonijiet oħra

Servizzi ta' kklerjar, ta' ħlas u ta' saldu mogħtija lill-parteċipanti fis-suq, jew oħrajn u n-numru ta' fornituri oħrajn disponibbli għas-suq

Servizzi ta' pagament ipprovduti lill-parteċipanti fis-suq jew oħrajn u numru ta' fornituri oħrajn disponibbli għas-suq

Diżaggregazzjoni ġeografika tal-attività tal-istituzzjoni (inkluż l-għadd ta' ġuriżdizzjonijiet li fihom l-istituzzjoni, u l-entitajiet sussidjarji, topera/joperaw u d-daqs tal-operazzjonijiet)

Is-sehem mis-suq tal-istituzzjoni għal kull linja operatorja għal kull ġuriżdizzjoni (pereżempju, l-attività ta' teħid ta' depożiti, ipoteki bl-imnut, self skopert, karti tal-kreditu, self lill-SMEs, self korporattiv, finanzjament tal-kummerċ, attivitajiet ta' ħlas u l-forniment ta' servizzi kritiċi oħrajn)

It-tip ta' permessi u awtorizzazzjonijiet regolatorji (eż. ditta ta' investiment jew istituzzjoni ta' kreditu; l-użu ta' mudelli avvanzati għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju ta' kreditu, tas-suq u dak operazzjonali)

Self tas-settur privat lil benefiċjarji domestiċi

Self tas-settur privat lil benefiċjarji f'reġjun speċifiku

Self ipotekarju lil benefiċjarji fl-Unjoni

Self ipotekarju lil benefiċjarji domestiċii

Self tal-konsumaturi lil benefiċjarji stabbiliti fl-Unjoni

Self tal-konsumaturi lil benefiċjarji domestiċi

Rieżami superviżorju u Proċess ta' Valutazzjoni — SREP- punteġġ (globali)

Punteġġ SREP assenjat għall-adegwatezza kapitali, l-adegwatezza tal-likwidità, il-governanza interna u valutazzjonijiet tal-kontrolli mal-istituzzjoni kollha

Il-permessi u l-awtorizzazzjonijiet regolatorji, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-użu ta' mudelli avvanzati għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju ta' kreditu, tas-swieq u riskji operazzjonali

Il-mudell tan-negozju ġenerali tal-istituzzjonijiet, il-vijabbiltà tiegħu u s-sostenibbiltà tal-istrateġija tal-istituzzjoni bbażata fuq ir-riżultati ta' analiżi tal-mudell ta' negozju mwettqa bħala parti mill-SREP skont il-Linji gwida tal-EBA għal metodoloġiji u proċeduri SREP komuni. Għal dan l-għan l-awtoritajiet jistgħu jużaw il-punteġġ SREP assenjat lill-mudell u lill-istrateġija tan-negozju

Il-pożizzjoni tal-istituzzjoni fil-ġuriżdizzjonijiet li fihom topera f'termini ta' funzjonijiet kritiċi u linji ta' negozju ewlenin offruti f'kull ġuriżdizzjoni u s-sehem mis-suq tal-istituzzjoni (konċentrazzjoni)

Jekk l-azzjonisti jkunux konċentrati jew mifruxa, b'mod partikolari meta jitqies in-numru ta' azzjonisti kwalifikati u l-limitu sa fejn l-istruttura azzjonarja jista' jkollha impatt fuq id-disponibbiltà ta' ċerti azzjonijiet ta' rkupru għall-istituzzjoni u l-għodod tar-riżoluzzjoni għall-awtorità ta' riżoluzzjoni

L-istruttura ta' istituzzjoni f'termini ta' valutazzjoni dwar jekk l-istituzzjoni hijiex parti minn grupp u, jekk dan ikun il-każ, jekk il-grupp ikollux struttura kumplikata jew sempliċi filwaqt li jitqiesu l-interdipendenzi finanzjarji u operazzjonali

It-tip ta' inkorporazzjoni tal-istituzzjoni f'kumpanija privata b'responsabbiltà limitata, kumpanija b'responsabbiltà limitata jew kull tip ieħor ta' kumpanija definit fi ħdan il-liġi nazzjonali

Id-daqs tal-fond ta' garanzija f'dak li għandu x'jaqsam mat-total tal-fondi tal-istituzzjoni (IPS u sistemi oħra ta' solidarjetà reċiproka biss)

It-tip ta' sistema ta' solidarjetà reċiproka u l-politiki u l-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju tagħha

Il-grad ta' interkonnettività ma' parteċipanti oħra tal-IPS


(1)  Jekk il-valuri tal-indikaturi skont id-definizzjonijiet preskritti f'dan l-Anness ma jkunux disponibbli minħabba l-fatt li entitajiet rilevanti, li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ma jirrappurtawx fl-IFRS u li għalihom ir-rekwiżiti FINREP ma japplikawx, l-awtoritajiet kompetenti u ta' riżoluzzjoni għandhom jużaw l-indikaturi xierqa (eż. mill-GAAP nazzjonali). F'dan il-każ, jeħtieġ li l-awtoritajiet rilevanti jiżguraw li dawk l-indikaturi jiġu spjegati tajjeb u li jikkorrelataw kemm jista' jkun possibbli, mad-definizzjonijiet speċifikati f'dan il-mudell.

(2)  L-“assi totali” jridu jiġu kkalkulati fuq bażi globali skont il-FINREP (l-IFRS jew il-GAAP) — F 01.01, ir-ringiela 380, il-kolonna 010.

(3)  “Valur ta' derivattivi OTC” (nozzjonali) jrid jiġi kkalkulat fuq bażi globali f'konformità ma': FINREP (IFRS) → F 10.00, ir-ringieli 300 + 310 + 320, il-kolonna 030 + F 11.00, ir-ringieli 510 + 520 + 530, il-kolonna 030 jew FINREP (GAAP) → F 10.00, ir-ringieli 300 + 310 + 320, il-kolonna 050 + F 11.00, ir-ringieli 510 + 520 + 530, il-kolonna 030.


17.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/50


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/963

tas-16 ta' Ġunju 2016

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 (2) stabbilixxa l-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni, kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ċerti Stati Membri u l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“EASA”) għaddew l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-aġġornament ta' dik il-lista. L-informazzjoni rilevanti kienet ikkomunikata wkoll minn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Abbażi ta' dik l-informazzjoni, il-lista għandha tiġi aġġornata.

(3)

Il-Kummissjoni informat lill-kumpaniji tal-ajru kollha kkonċernati, direttament jew permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jistgħu jsawru l-bażi għal deċiżjoni li timponilhom projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni jew li tibdel il-kundizzjonijiet ta' projbizzjoni tal-operat imposta fuq kumpanija tal-ajru inkluża fil-lista.

(4)

Il-Kummissjoni tat l-opportunità lill-kumpaniji tal-ajru kkonċernati biex jikkonsultaw id-dokumenti pprovduti mill-Istati Membri, biex jissottomettu kummenti bil-miktub u biex jagħmlu preżentazzjoni bil-fomm lill-Kummissjoni u lill-Kumitat li twaqqaf permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/1991 (3) (il-“Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru”).

(5)

Il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru rċieva aġġornamenti mingħand il-Kummissjoni dwar il-konsultazzjonijiet konġunti li għaddejjin, fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u tar-Regolament (KE) Nru 473/2006 (4), mal-awtoritajiet kompetenti u mal-kumpaniji tal-ajru tal-Angola, il-Botswana, il-Georgia, ir-Repubblika tal-Guinea, l-Indja, l-Indoneżja, l-Iran, il-Każakistan, Madagascar, il-Mozambique, is-Sudan, it-Tajwan, it-Tajlandja, u ż-Żambja. Il-Kummissjoni tat ukoll informazzjoni lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar is-sitwazzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni fl-Afganistan, fl-Iraq, fir-Repubblika Kirgiża, fil-Libanu, fin-Nepal, fil-Pakistan, fl-Ukrajna u fiż-Żimbabwe u dwar il-konsultazzjonijiet tekniċi mal-Federazzjoni Russa.

(6)

L-EASA ppreżentat ir-riżultati tal-analiżi tar-rapporti ta' awditjar li twettqu mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”) fil-qafas tal-Programm Universali ta' Awditjar tas-Sorveljanza tas-Sikurezza tal-ICAO, lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Arju. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri ġew mistiedna jagħtu prijorità lill-ispezzjonijiet fir-rampa fuq kumpaniji tal-ajru bil-liċenzja fi Stati fejn l-ICAO kienet identifikat Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza (“SSC”) jew li fir-rigward tagħhom l-EASA kkonkludiet li hemm nuqqasijiet sinifikanti fis-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza. Minbarra l-konsultazzjonijiet li għamlet il-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa se tippermetti l-akkwist ta' aktar informazzjoni fir-rigward tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru li ngħataw il-liċenzja f'dawk l-Istati.

(7)

L-EASA informat ukoll lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar ir-riżultati tal-analiżi tal-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu skont il-programm tal-Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Inġenji tal-Ajru Barranin (“SAFA”) f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (5).

(8)

Barra minn hekk, l-EASA informat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-proġetti ta' assistenza teknika li twettqu fi Stati milquta minn miżuri jew minn monitoraġġ skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005. L-Aġenzija pprovdiet informazzjoni dwar il-pjanijiet u t-talbiet għal aktar assistenza teknika u kooperazzjoni biex titjieb il-kapaċità amministrattiva u teknika tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili, bl-għan li jiġu solvuti n-nuqqasijiet ta' konformità mal-istandards applikabbli tal-avjazzjoni ċivili internazzjonali. L-Istati Membri kienu mistiedna jirrispondu għal dawk it-talbiet fuq bażi bilaterali b'koordinazzjoni mal-Kummissjoni u mal-EASA. Dwar dan, il-Kummissjoni enfasizzat is-siwi tal-għoti ta' informazzjoni lill-komunità tal-avjazzjoni internazzjonali, b'mod partikolari permezz tal-bażi ta' dejta “Safety Collaborative Assistance Network” (“SCAN”) tal-ICAO, dwar l-assistenza teknika li jagħtu l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha biex titjieb is-sikurezza tal-avjazzjoni madwar id-dinja.

(9)

Il-Eurocontrol aġġorna lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-qagħda tal-funzjoni ta' twissija tal-SAFA u dwar l-istatistika attwali għall-messaġġi ta' twissija għal kumpaniji tal-ajru pprojbiti.

Il-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni

(10)

Wara l-analiżi mill-EASA tal-informazzjoni li ħarġet minn spezzjonijiet fir-rampa li twettqu fuq inġenji tal-ajru ta' kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni jew minn spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni li twettqu mill-EASA, kif ukoll minn spezzjonijiet u awditjar speċifiċi li twettqu mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, diversi Stati Membri ħadu ċerti miżuri ta' infurzar u informaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar dawk il-miżuri. In-Norveġja informat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar l-azzjonijiet li kienet ħadet rigward il-kumpanija tal-ajru Airwing A/S.

(11)

L-Istati Membri tennew li kienu lesti jaġixxu kif meħtieġ jekk xi informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza turi li hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità min-naħa tal-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni mal-istandards xierqa tas-sikurezza.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Angola

(12)

Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 jippermetti lill-kumpanija tal-ajru TAAG Angola Airlines, iċċertifikata fl-Angola, biex topera fl-Unjoni b'erba' inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 737-700 bil-marki tar-reġistrazzjoni D2-TBF, D2-TBG, D2-TBH u D2-TBJ, bi tliet inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 777-200 bil-marki tar-reġistrazzjoni D2-TED, D2-TEE u D2-TEF, u bi tliet inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 777-300 bil-marki tar-reġistrazzjoni D2-TEG, D2-TEH u D2 TEI.

(13)

Fil-25 ta' April 2016, TAAG Angola Airlines issottomettiet, permezz tal-awtoritajiet kompetenti tal-Angola, l-Instituto Nacional da Aviação Civil (“INAVIC”), talba biex jiżdied inġenju tal-ajru ġdid tat-tip Boeing 777-300, bil-marka tar-reġistrazzjoni D2-TEJ, u inġenju tal-ajru ġdid tat-tip Boeing 737-700, bil-marka tar-reġistrazzjoni D2-TBK, fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(14)

Fil-kuntest tal-awtorizzazzjoni tagħha tal-operaturi ta' pajjiżi terzi skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 (6), TAAG Angola Airlines kienet involuta fi djalogu kontinwu mal-EASA sa minn Novembru 2014 u kienet qed tipprovdi dejta fattwali u ddettaljata dwar l-operazzjonijiet u l-flotta tagħha tal-inġenji tal-ajru. Dan il-proċess wassal għal awditjar TCO fuq il-post li sar bejn l-1 u t-3 ta' Frar 2016. It-tim tal-awditjar qajjem għadd limitat ta' sejbiet tal-livell 2 u osservazzjoni waħda skont il-Parti-TCO. TAAG Angola Airlines issottomettiet pjan ta' azzjoni korrettiva lill-EASA, li ġie aċċettat, u l-problemi qegħdin jiġu indirizzati.

(15)

Id-djalogu kontinwu li ġie stabbilit ma' TAAG Angola Airlines, id-dejta preċiża u ddettaljata li ngħatat minn TAAG Angola Airlines dwar il-flotta u l-operazzjonijiet tagħha, kif ukoll l-eżitu pożittiv tal-awditjar TCO fuq il-post, kollha jindikaw li TAAG Angola Airlines kapaċi topera l-inġenji tal-ajru tagħha Boeing 737-700, Boeing 777-200 u 777-300 f'konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq, apparti li tintlaqa' t-talba minn TAAG Angola Airlines, li tittaffa parzjalment il-projbizzjoni attwali, billi TAAG Angola Airlines titħalla topera fl-Unjoni bi kwalunkwe inġenju tal-ajru tat-tipi Boeing 737-700, Boeing 777-200 u Boeing 777-300 fil-flotta tagħha.

(16)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, qed jitqies li għandha tinbidel il-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex tkun tinkludi l-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Boeing 737-700 kif ukoll l-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Boeing 777-200 u 777-300 ta' TAAG Angola Airlines fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 bħala inġenji tal-ajru li huma awtorizzati li joperaw fl-Unjoni.

(17)

L-Istati Membri għandhom ikomplu jivverifikaw il-konformità effettiva ta' TAAG Angola Airlines mal-istandards rilevanti tas-sikurezza, permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru fuq din il-kumpanija tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Botswana

(18)

L-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Botswana (“CAAB”) tat informazzjoni dwar il-progress biex jiġi solvut l-SSC u sejbiet oħra tal-ICAO f'ittra tat-23 ta' Diċembru 2015 lill-Kummissjoni. Ir-riżultati tal-Missjoni ta' Validazzjoni Kkoordinata tal-ICAO juru li l-implimentazzjoni effettiva tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza tjiebet sa 71 %. Abbażi ta' dan ir-riżultat, fil-31 ta' Diċembru 2015 l-ICAO ikkonfermat li ż-żewġ SSC ġew solvuti. Is-CAAB ipprovdiet informazzjoni addizzjonali dwar is-sorveljanza tas-sikurezza fuq il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Botswana.

(19)

It-titjib fl-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza u l-informazzjoni disponibbli dwar is-sikurezza juru żvilupp qawwi tas-CAAB u ma jindikawx li għad fadal xi xejriet negattivi marbuta mas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Botswana li jkunu raġuni ta' tħassib mill-perspettiva tas-sikurezza tal-avjazzjoni.

(20)

Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni billi jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru mill-Botswana.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Georgia

(21)

F'April 2016 l-ICAO analizzat l-azzjonijiet korrettivi meħuda mill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Georgia (“GCAA”) biex tindirizza l-SSC fir-rigward tal-proċess ta' ċertifikazzjoni għall-ħruġ ta' ċertifikati tal-operaturi tal-ajru. Dak l-SSC ġie identifikat waqt il-Missjoni ta' Validazzjoni Kkoordinata tal-ICAO ta' Ottubru 2013. Abbażi ta' dan ir-rieżami, l-ICAO stabbiliet li l-azzjonijiet korrettivi li ħadet il-GCAA rnexxielhom isolvu l-SSC.

(22)

It-titjib fl-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza u l-informazzjoni disponibbli dwar is-sikurezza juru impenn qawwi tal-GCAA biex issolvi n-nuqqasijiet marbuta mas-sikurezza u ma jindikawx li għad fadal xi xejriet negattivi marbuta mas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Georgia li jkunu raġuni ta' tħassib mill-perspettiva tas-sikurezza tal-avjazzjoni.

(23)

Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni billi jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru mill-Georgia.

Il-kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika tal-Guinea

(24)

Kif ġie miftiehem fil-laqgħa teknika mal-Kummissjoni, li saret fi Brussell f'Jannar 2013, l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Guinea, id-Direction nationale de l'aviation civile (“DNAC”), taw informazzjoni b'mod regolari lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni li għaddejja tal-pjan ta' azzjoni korrettiva, li ġie approvat mill-ICAO f'Diċembru 2012, kif ukoll dwar l-inizjattivi kollha marbuta miegħu.

(25)

L-aħħar rapport ta' progress sottomess mid-DNAC, li l-Kummissjoni rċeviet fit-3 ta' Mejju 2016, jiddeskrivi l-aktar attivitajiet u żviluppi riċenti dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni korrettiva, li bħalissa jiffoka fuq it-taħriġ tal-ispetturi fl-oqsma tal-operazzjonijiet, tal-ajrunavigabbiltà, tal-ħruġ tal-liċenzji għall-persunal u tal-ajrudromi, l-issoktar tal-proċess ta' ċertifikazzjoni tal-kumpaniji tal-ajru u l-programm ta' sorveljanza. Iċ-ċertifikazzjoni sħiħa ta' konformità mal-ICAO (f'5 fażijiet) tal-kumpanija tal-ajru Konair Guinée ġiet konkluża u dik il-kumpanija tal-ajru kisbet iċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”) tagħha fis-17 ta' Settembru 2015 (AOC Nru 03/DNAC/2015). Tliet kumpaniji tal-ajru oħra, jiġifieri Sahel Aviation Service Guinée, Fly Nimba Airlines u Ijet Aviation, jissoktaw bil-proċess ta' ċertifikazzjoni tagħhom. Skont id-DNAC, tħejja u ġie implimentat programm ta' sorveljanza.

(26)

Il-Missjoni ta' Validazzjoni Kkoordinata tal-ICAO hija prevista li ssir bejn it-23 u d-29 ta' Novembru 2016.

(27)

L-implimentazzjoni gradwali tal-pjan ta' azzjoni korrettiva, f'konformità ma' dak li kienet approvat l-ICAO f'Diċembru 2012, kif ukoll l-informazzjoni disponibbli dwar is-sikurezza ma jiġġustifikawx, fil-preżent, deċiżjoni li timponi projbizzjoni jew restrizzjonijiet tal-operat fuq il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fir-Repubblika tal-Guinea. Madankollu, il-Kummissjoni beħsiebha tkompli ssegwi s-sitwazzjoni mill-qrib, filwaqt li tqis ir-riżultati tal-missjoni ta' validazzjoni kkoordinata tal-ICAO ta' Novembru 2016.

(28)

Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni billi jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika tal-Guinea.

(29)

Jekk xi informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jista' jkun li jkollha tieħu azzjoni f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Indja

(30)

Fit-3 ta' Mejju 2016 saru konsultazzjonijiet tekniċi bejn il-Kummissjoni, l-EASA, Stat Membru u rappreżentanti mid-Direttorat Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Indja (“id-DGCA Indjan”) u l-kumpanija tal-ajru Air India, iċċertifikata fl-Indja. Dawn il-konsultazzjonijiet saru fil-kuntest tal-ftehim preċedenti tad-DGCA Indjan li jwettaq konsultazzjonijiet tekniċi mal-Kummissjoni sabiex jiġu diskussi l-obbligi ta' ċertifikazzjoni u sorveljanza tad-DGCA Indjan fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Indja li ġew iċċertifikati minnha.

(31)

Matul dawn il-konsultazzjonijiet, id-DGCA Indjan ipprovda l-analiżi tiegħu dwar il-prestazzjoni tal-kumpaniji tal-ajru Indjani, fosthom Air India, skont il-Programm SAFA. Id-DGCA Indjan irrapporta li żviluppa unità apposta għall-ispezzjonijiet fir-rampa, sabiex tgħinu bil-miżuri ta' ġestjoni tal-programm SAFA. Id-DGCA Indjan ipprovda wkoll dejta għall-ewwel kwart tal-2016 li tirriżulta mill-attività ta' spezzjoni fir-rampa tagħha stess. Barra minn hekk, id-DGCA Indjan ipprovda dettalji speċifiċi fir-rigward tal-attività ta' sorveljanza li jwettaq fuq ċerti kumpaniji tal-ajru Indjani. Id-dejta ppreżentata kienet tinkludi ħarsa ġenerali lejn l-attività ta' sorveljanza li twettqet matul l-2015. Barra minn hekk, id-DGCA Indjan ipprovda aġġornament tal-inizjattivi ta' sostenibbiltà li kien qed jieħu. Dawn l-inizjattivi kienu jinkludu r-reklutaġġ u t-taħriġ ta' persunal ikkwalifikat, l-iżvilupp tal-ġestjoni tal-bażi ta' dejta u aġġornament dwar il-kompitu taċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid.

(32)

Air India pprovdiet id-dettalji dwar is-sistema tagħha ta' ġestjoni tas-sikurezza u tal-kwalità. Air India ppreżentat ukoll id-dejta tal-analiżi tas-sikurezza tat-titjiriet għall-2015, kif ukoll l-approċċ tagħha lejn it-tixrid ta' informazzjoni dwar is-sikurezza tat-titjiriet u l-programm tagħha ta' ġestjoni tal-SAFA. Id-dejta tal-SAFA ppreżentata minn Air India kienet tinkludi l-analiżi approfondita tagħha stess tal-attività tal-SAFA li kienet soġġetta għaliha. F'dan ir-rigward, Air India pprovdiet ħarsa ġenerali lejn il-proċessi u l-proċeduri interni tagħha, inklużi d-dettalji fir-rigward tal-analiżi tal-kawżi ewlenin u l-miżuri ta' mitigazzjoni li jirriżultaw u li ġew implimentati minnha. Barra minn hekk, Air India rrapportat li tinteraġixxi mad-DGCA Indjan fuq bażi regolari, inkluż b'rabta mal-miżuri ta' ġestjoni tal-SAFA tagħha.

(33)

Permezz ta' ittri datati l-24 ta' Mejju 2016, il-Kummissjoni tenniet għadd ta' messaġġi lid-DGCA Indjan, inkluż li dan għandu jkompli jimmonitorja mill-qrib il-prestazzjoni tal-SAFA tal-kumpaniji tal-ajru Indjani. Il-Kummissjoni indikat ukoll lil Air India li kienet ħadet nota tal-miżuri ta' ġestjoni tal-SAFA li ġew implimentati minn Air India, iżda indikat li dawk il-miżuri jridu joħolqu titjib konsistenti u sostenibbli skont il-programm SAFA. Barra minn hekk, il-Kummissjoni saħqet kemm mad-DGCA Indjan kif ukoll ma' Air India fuq ir-responsabbiltà li l-EASA għandha skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 li twettaq valutazzjonijiet tas-sikurezza tal-operaturi ta' pajjiżi terzi u li l-prestazzjoni skont l-SAFA hija wieħed mill-elementi ewlenin li l-EASA tqis meta twettaq dawn il-valutazzjonijiet.

(34)

Il-Kummissjoni tieħu nota tal-informazzjoni li ngħatat mid-DGCA Indjan u minn Air India. Jitqies li, abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli, inklużi d-dettalji mogħtija kemm mid-DGCA Indjan kif ukoll minn Air India waqt il-laqgħa ta' konsultazzjoni teknika tat-3 ta' Mejju 2016, kif ukoll ir-riżultati preliminari li ħarġu mill-awditjar riċenti ta' Air India li sar mill-EASA fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014, f'dan l-istadju ma hemmx raġuni għalfejn jiġu imposti projbizzjoni jew restrizzjonijiet tal-operat fuq il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Indja. Madankollu, għadhom meħtieġa aktar konsultazzjonijiet tekniċi sabiex jiġi żgurat li kwistjonijiet relatati mas-sikurezza jkunu jistgħu jiġu indirizzati fuq bażi kontinwa.

(35)

Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni billi jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru mill-Indja.

(36)

Il-Kummissjoni beħsiebha tissokta bil-konsultazzjonijiet uffiċjali tagħha mad-DGCA Indjan, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006.

(37)

L-Istati Membri jridu jibqgħu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru Indjani, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Indoneżja

(38)

F'April 2016 ġiet organizzata żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post fl-Indoneżja li kienet tinvolvi esperti mill-Kummissjoni, mill-EASA u mill-Istati Membri. Iż-żjara ta' valutazzjoni twettqet fl-uffiċċji tad-Direttorat Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili fl-Indoneżja (id-“DGCA Indoneżjan”) u f'għadd ta' kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Indoneżja, jiġifieri Citilink, Lion Air, Batik Air, Indonesia Air Asia u Aviastar Mandiri (iċċertifikati taħt il-kategorija CASR-135, titjiriet reġjonali u charter).

(39)

L-esperti sabu li ċ-ċertifikazzjoni inizjali tal-kumpaniji tal-ajru ssir permezz tal-approċċ xieraq f'ħames fażijiet u titwettaq koordinazzjoni suffiċjenti ma' dipartimenti oħra fi ħdan id-DGCA Indoneżjan. L-awditi taċ-ċertifikazzjoni huma ddokumentati, qed isiru s-sejbiet u huwa mitlub segwitu mingħand il-kumpaniji tal-ajru, inklużi azzjonijiet korrettivi u analiżi tal-kawżi ewlenin.

(40)

L-esperti setgħu jistabbilixxu li l-attivitajiet ta' sorveljanza, kemm l-awditjar kif ukoll l-ispezzjonijiet, jiġu ppjanati fuq bażi annwali u li, b'mod ġenerali, l-attivitajiet ta' sorveljanza jitwettqu skont il-pjan. L-esperti osservaw li dan l-aħħar ġew irreklutati għadd sinifikanti ta' spetturi tal-operazzjonijiet waqt it-titjira u tas-sikurezza fil-kabini, li għad iridu jitħarrġu dwar il-metodi ta' spezzjoni u r-regolamentazzjoni speċifika. Barra minn hekk, għadha meħtieġa l-istandardizzazzjoni tal-metodi ta' ħidma tal-ispetturi fir-rigward tar-rappurtar, il-komunikazzjoni tas-sejbiet, l-aċċettazzjoni ta' azzjonijiet korrettivi, inkluża l-analiżi tal-kawżi ewlenin u l-qbil dwar l-iskedi taż-żmien għas-segwitu tas-sejbiet.

(41)

Id-DGCA Indoneżjan seta' juri li qed jittieħdu miżuri ta' infurzar. Pereżempju, l-AOC ta' Aviastar Mandiri (iċċertifikat taħt il-kategorija CASR-121, l-operazzjonijiet tal-kumpaniji tal-ajru interni, nazzjonali u supplementari, l-AOC numru 121-043) ġie rrevokat minħabba n-nuqqas ta' konformità mar-regolamentazzjoni dwar l-għadd minimu ta' inġenji tal-ajru fil-flotta.

(42)

L-evidenza ppreżentata minn Citilink waqt iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post turi li Citilink kapaċi tiżgura l-konformità mal-istandards nazzjonali u internazzjonali tas-sikurezza. Citilink uriet li għandha sistema ta' ġestjoni tal-kwalità u tas-sikurezza żviluppata sewwa, kif ukoll organizzazzjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa żviluppata sewwa u li tapplika approċċ proattiv lejn is-sikurezza.

(43)

Il-Lion Group jikkonsisti f'sitt kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fi tliet Stati differenti u japplika approċċ integrat għall-operazzjonijiet tiegħu u għall-ġestjoni tiegħu tas-sikurezza u l-kwalità. Fi ħdan il-Lion Group, Lion Air u Batik Air huma żewġ detenturi tal-AOC iċċertifikati fl-Indoneżja. Lion Air u Batik Air urew għas-sodisfazzjon tal-esperti li t-tnejn li huma għandhom sistemi ta' ġestjoni tal-assigurazzjoni tal-kwalità u tas-sikurezza li jiffunzjonaw sew. Il-maniġment superjuri ta' dawn iż-żewġ kumpaniji tal-ajru, kif ukoll il-maniġment tal-Lion Group għandhom għarfien tajjeb ta' dawn is-sistemi u jużawhom biex jidentifikaw ir-riskji u jieħdu l-miżuri xierqa biex jimmitigaw l-ogħla riskji sa livelli aċċettabbli. L-esperti sabu li Lion Air u Batik Air jimpjegaw ekwipaġġ u persunal professjonali u għandhom sistemi fis-seħħ biex jimmaniġġaw l-operazzjonijiet varji. Il-maniġment, kemm fil-livell tal-kumpanija tal-ajru individwali kif ukoll fil-livell ta' grupp, jirċievi u jaġixxi fuq l-analiżi u l-informazzjoni tas-sikurezza u tal-kwalità. Il-maniġment jippromulga wkoll l-informazzjoni u l-azzjonijiet korrettivi permezz ta' pubblikazzjonijiet interni, elettroniċi jew b'xi mod ieħor.

(44)

Id-DGCA Indoneżjan u l-kumpaniji tal-ajru Citilink, Lion Air u Batik Air instemgħu mill-Kummissjoni u mill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru fil-31 ta' Mejju 2016. Id-DGCA Indoneżjan ippreżenta l-istruttura organizzazzjonali attwali tiegħu, inklużi d-dettalji dwar il-ħaddiema assenjati lid-Direttorat tiegħu tal-Ajrunavigabbiltà u tal-Operazzjonijiet tal-Inġenji tal-Ajru u l-baġit disponibbli għall-ħidmiet ta' sorveljanza tas-sikurezza u t-taħriġ tal-ispetturi. Id-DGCA Indoneżjan ipprovda d-dettalji dwar il-miżuri importanti meħuda matul is-sena li għaddiet, b'mod partikolari l-aġġornament tar-Regolamentazzjoni dwar is-Sikurezza fl-Avjazzjoni Ċivili, l-aġġornament tal-Istruzzjonijiet tal-Persunal lill-ispetturi, it-titjib tas-sistema ta' ġestjoni tal-informazzjoni dwar is-sikurezza u l-bidu tal-iżvilupp tal-Programm tal-Istat dwar is-Sikurezza. Fil-preżentazzjoni tiegħu, id-DGCA Indoneżjan ta sommarju tal-azzjonijiet korrettivi rigward l-osservazzjonijiet li saru mill-esperti waqt iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post.

(45)

Citilink ippreżentat il-pjan ta' azzjoni korrettiva tagħha li żviluppat fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet li ħarġu miż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post. Dan il-pjan ta' azzjoni korrettiva jinkludi azzjonijiet korrettivi u preventivi u kien ibbażat fuq analiżi serja ta' tal-kawżi ewlenin ta' dawn l-osservazzjonijiet. Barra minn hekk, saret enfasi fuq l-aktar żviluppi importanti li saru minn Novembru 2015, inkluż it-titjib fl-implimentazzjoni tal-Programm ta' Analiżi tad-Dejta tat-Titjiriet, ir-riżorsi addizzjonali għas-sikurezza u l-kwalità, kif ukoll l-iżvilupp kontinwu tas-softwer għar-rappurtar elettroniku dwar is-sikurezza.

(46)

Fil-preżentazzjoni ta' Lion Air u Batik Air saret enfasi fuq l-istrateġija għas-sitt kumpaniji tal-ajru fil-Lion Group. Ibbażata fuq l-iżvilupp tas-suq, l-istrateġija tal-grupp issa tiffoka fuq it-tkabbir fis-swieq barra mill-Indoneżja. Lion Air u Batik Air it-tnejn taw preżentazzjoni dwar il-pjan ta' azzjoni korrettiva li ġie żviluppat fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet li ħarġu miż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post. Dan il-pjan jinkludi azzjonijiet korrettivi bbażati fuq analiżi tal-kawżi ewlenin ta' dawn l-osservazzjonijiet. Barra minn hekk, Batik Air spjegat l-investigazzjoni tagħha dwar l-inkursjoni riċenti fir-runway li involviet wieħed mill-inġenji tal-ajru tagħha, inklużi l-azzjonijiet ta' sikurezza li Batik Air ħadet minnufih wara l-aċċident.

(47)

Matul is-seduta, id-DGCA Indoneżjan informa lill-Kummissjoni li matul dawn l-aħħar sitt xhur l-ICAO wettqet validazzjoni mhux fuq il-post tal-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu mid-DGCA Indoneżjan. Ir-riżultat finali ta' din il-validazzjoni għadu mhux disponibbli. Id-DGCA Indoneżjan spjega wkoll li jinsab impenjat mal-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni biex itejjeb is-sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza tiegħu. Fi Frar 2016 l-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni wettqet Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni Internazzjonali, li wasslet għal seba' sejbiet, bi żjara ta' segwitu f'Mejju 2016. Skont id-DGCA Indoneżjan, is-sejbiet kollha ġew solvuti, għalkemm id-DGCA Indoneżjan hu mitlub mill-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni biex jirrapporta kull xahar dwar il-progress tat-taħriġ tal-ispetturi.

(48)

Abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli, inklużi r-riżultati taż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post u tal-informazzjoni mogħtija waqt is-seduta ta' smigħ, il-Kummissjoni tqis li d-DGCA Indoneżjan wettaq titjib mill-2014. Madankollu, jidher ċar li d-DGCA Indoneżjan jeħtieġ li jwettaq, fost kwistjonijiet oħra, titjib ulterjuri fis-sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza tiegħu kif ukoll it-taħriġ u l-istandardizzazzjoni tal-metodi ta' ħidma tal-ispetturi tiegħu.

(49)

Il-Kummissjoni nnotat li Citilink, Lion Air u Batik Air huma lkoll f'qagħda li jipprovdu dettalji speċifiċi fir-rigward tat-twettiq sikur tal-operazzjonijiet rispettivi tagħhom. Il-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed evidenza ta' konformità mar-regolamentazzjoni Indoneżjana applikabbli u mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali min-naħa ta' dawn il-kumpaniji tal-ajru.

(50)

Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni għandha tiġi emendata biex Aviastar Mandiri (AOC numru 121-043), Citilink, Lion Air u Batik Air jitneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(51)

L-Istati Membri għandhom ikomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fl-Indoneżja, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(52)

Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Iran

(53)

Il-kumpanija tal-ajru Iran Air, iċċertifikata mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (“CAO-IRI”), ġiet inkluża fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 f'Marzu 2010. Wara żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post, ir-restrizzjonijiet tal-operat għall-flotta ta' Iran Air ġew speċifikati aktar f'Lulju 2010.

(54)

F'Mejju 2016 saret żjara ġdida ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post fl-Iran li kienet tinvolvi esperti mill-Kummissjoni, mill-EASA u mill-Istati Membri. Iż-żjara ta' valutazzjoni saret fl-uffiċċji tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran u fl-uffiċċji u fil-faċilitajiet ta' Iran Air.

(55)

L-esperti sabu li CAO-IRI hija awtorità tal-avjazzjoni ċivili strutturata tajjeb, li tindirizza l-aspetti kollha tal-avjazzjoni ċivili bħala korp regolatorju. L-esperti sabu wkoll li l-Iran għandu fis-seħħ sistema regolatorja komprensiva, li tiġi aġġornata ta' spiss. Fid-dawl tal-fatti osservati waqt iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post, l-esperti kkonkludew li ma hemmx nuqqas ta' kapaċità u rieda min-naħa tas-CAO-IRI li tindirizza n-nuqqasijiet marbuta mas-sikurezza.

(56)

L-esperti sabu li, miż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post li l-Unjoni wettqet preċedentament f'Lulju 2010, Iran Air indirizzat l-osservazzjonijiet li saru f'dik l-okkażjoni. Il-ġestjoni kontinwa tal-ajrunavigabbiltà tal-flotta Airbus A320 tjiebet u issa tinsab fl-istess livell bħal dik tal-flotta Airbus A300 u A310. L-esperti sabu li s-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza ta' Iran Air tjiebet matul is-snin, għalkemm tista' tibbenefika minn aktar titjib, l-aktar fl-oqsma tal-applikazzjoni effettiva tal-proċeduri deskritti u tal-integrazzjoni ulterjuri tal-funzjoni tal-ġestjoni tas-sikurezza u tal-ġestjoni tal-kwalità fil-livell korporattiv. Fil-qasam tal-ajrunavigabbiltà, l-esperti għamlu għadd ta' osservazzjonijiet, li jistgħu jgħinu lil Iran Air biex ittejjeb aktar is-sikurezza u l-kwalità tal-operazzjonijiet tagħha.

(57)

Fl-1 ta' Ġunju 2016, is-CAO-IRI u Iran Air instemgħu mill-Kummissjoni u mill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru. Is-CAO-IRI tat preżentazzjoni dwar l-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-Iran, l-istruttura organizzazzjonali tas-CAO-IRI u d-deskrizzjoni ġenerali tar-regolamentazzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni fl-Iran. Barra minn hekk, is-CAO-IRI ppreżentat dettalji dwar ir-rapport tal-awditjar tal-ICAO u l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu. Dawk l-azzjonijiet jinkludu emendi leġiżlattivi biex jiżguraw li s-CAO-IRI għandha biżżejjed riżorsi u indipendenza biex twettaq il-funzjonijiet ta' sorveljanza tas-sikurezza tagħha. Dik il-preżentazzjoni kkonfermat l-iżviluppi ġeneralment pożittivi li ġew osservati waqt iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post.

(58)

Iran Air tat ħarsa ġenerali dettaljata tal-kumpanija, inklużi l-flotta attwali tagħha u r-riżorsi u l-faċilitajiet disponibbli, u enfasizzat li fl-opinjoni tagħha hija kapaċi ġġedded u tespandi l-flotta tagħha. Barra minn hekk, Iran Air ippreżentat l-azzjonijiet korrettivi li hija wettqet fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet li ħarġu miż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post li saret f'Lulju 2010, inkluż it-titjib li sar fil-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-flotta Airbus A320 u t-titjib fil-ġestjoni tagħha tas-sikurezza u tal-kwalità. Iran Air ippreżentat il-pjan ta' azzjoni korrettiva li ġie żviluppat fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet li saru matul iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post f'Mejju 2016. L-elementi ewlenin f'dan il-pjan huma t-titjib tal-Programm ta' Analiżi tad-Dejta tat-Titjiriet u l-introduzzjoni ta' softwer imtejjeb biex jappoġġja s-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza.

(59)

Parti importanti mill-preżentazzjoni kienet iddedikata lill-pjanijiet ta' Iran Air għat-tiġdid u l-espansjoni tal-flotta tagħha. Iran Air beħsiebha żżid l-inġenji tal-ajru ta' tip eżistenti fil-flotta tagħha u tintroduċi tip ġdid ta' inġenju tal-ajru fil-flotta. Skont il-preżentazzjoni tagħha, ġie stabbilit proġett komprensiv ta' ġestjoni tal-bidla b'tim tal-proġett iddedikat, biex jidentifika, jiġġestixxi u jimmitiga b'mod proattiv kwalunkwe riskju għas-sikurezza li ġġib magħha l-introduzzjoni ta' tip ta' inġenju tal-ajru ġdid. Il-proċeduri ddokumentati standard jintużaw għall-bidliet esterni u interni kollha fl-operazzjonijiet, assoċjati mal-introduzzjoni ta' tip ta' inġenju tal-ajru ġdid, li jista' jkollu effett negattiv fuq is-sikurezza.

(60)

Madankollu, fir-rigward tal-inġenji tal-ajru eżistenti tat-tipi Fokker F100 u Boeing B747 fil-flotta ta' Iran Air, ma ngħatat l-ebda informazzjoni dwar it-titjib fir-rigward tal-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà tagħhom.

(61)

Abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli, inklużi r-riżultati taż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post f'Mejju 2016 u s-seduta ta' smigħ, il-Kummissjoni tqis li Iran Air għamel titjib sostnut fil-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-flotta Airbus A320 u li Iran Air uriet li kapaċi tintroduċi tipi ta' inġenji tal-ajru ġodda fil-flotta tagħha.

(62)

Huwa rrikonoxxut ukoll li ma kienx hemm nuqqas ta' rieda min-naħa tas-CAO-IRI u ta' Iran Air li jiddjalogaw mal-Kummissjoni. Jitqies li, b'mod ġenerali, is-CAO-IRI għandha biżżejjed kapaċità biex teżerċita r-responsabbiltajiet tagħha fejn tidħol is-sorveljanza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Iran. Fir-rigward ta' Iran Air, il-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed evidenza ta' konformità mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali u mal-prattiki rrakkomandati applikabbli. Madankollu, il-ġestjoni tal-flotot Fokker F100 u Boeing B747 għadha trid titjieb. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni tqis li r-restrizzjonijiet tal-operat li hemm fis-seħħ bħalissa fuq Iran Air jistgħu jitneħħew, bl-eċċezzjoni tar-restrizzjonijiet attwali fuq l-inġenji tal-ajru tat-tipi Fokker F100 u Boeing B747 fil-flotta ta' Iran Air, li jeħtieġ li jinżammu.

(63)

Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni għandha tiġi emendata biex tillimita r-restrizzjonijiet tal-operat fir-rigward ta' Iran Air għall-inġenji tal-ajru kollha tat-tipi Fokker F100 u Boeing B747 fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(64)

L-Istati Membri għandhom ikomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fl-Iran, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(65)

Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Każakistan

(66)

Sa minn Lulju 2009, il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fil-Każakistan, ħlief wieħed, huma soġġetti għal projbizzjoni sħiħa tal-operat, primarjament minħabba n-nuqqas ta' kapaċità tal-awtorità responsabbli mis-sorveljanza tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Każakistan, il-Kumitat tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Każakistan (“CAC”), li timplimenta u tinforza l-istandards internazzjonali tas-sikurezza applikabbli. Il-kumpanija tal-ajru Air Astana, iċċertifikata fil-Każakistan, tneħħiet mill-Anness B tar-Regolamernt (KE) Nru 474/2006 f'Diċembru 2015 u qed titħalla topera fl-Unjoni.

(67)

F'April 2016 twettqet Missjoni ta' Validazzjoni Kkoordinata tal-ICAO fil-Każakistan. Is-CAC informa lill-Kummissjoni li bħala riżultat preliminari, l-implimentazzjoni effettiva tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza tjiebet minn 64 % għal 74 %. Abbażi tar-riżultati preliminari ta' dik il-Missjoni ta' Validazzjoni Kkoordinata tal-ICAO, fl-20 ta' April 2016 l-ICAO stabbiliet li l-SSC ġie solvut b'suċċess mis-CAC. Ir-rapport finali tal-Missjoni ta' Validazzjoni Kkoordinata tal-ICAO se jkun disponibbli f'Lulju 2016.

(68)

Abbażi tal-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha bħalissa, ġie konkluż li l-proġett għal riforma regolatorja fil-Każakistan fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili kompla jimxi 'l quddiem. Madankollu, l-informazzjoni dettaljata dwar ir-riżultati tal-Missjoni ta' Validazzjoni Kkoordinata tal-ICAO ta' April 2016 għadha mhijiex disponibbli. Qabel ma tkun tista' tittieħed kwalunkwe deċiżjoni dwar emenda tar-restrizzjonijiet fuq il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Każakistan, tinħtieġ verifika fuq il-post tat-titjib tas-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili tas-CAC.

(69)

Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Każakistan.

Il-kumpaniji tal-ajru minn Madagascar

(70)

Il-kumpanija tal-ajru Air Madagascar, iċċertifikata f'Madagascar, hija soġġetta għal restrizzjonijiet tal-operat u tinsab elenkata fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. Saru konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti ta' Madagascar, Aviation civile de Madagascar (“ACM”) u ma' Air Madagascar bl-għan li jiksbu aġġornamenti dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi.

(71)

Fit-2 ta' Ottubru 2015 saru konsultazzjonijiet tekniċi bejn esperti mill-Kummissjoni, l-EASA u rappreżentanti għolja mill-ACM u minn Air Madagascar. Matul dik il-laqgħa, l-ACM u Air Madagascar taw informazzjoni dwar il-progress li wettqu fir-rigward tal-pjanijiet ta' azzjoni preventivi u korrettivi rispettivi li huma implimentaw biex jindirizzaw in-nuqqasijiet fis-sikurezza msemmija fil-premessi 66 sa 74 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2011 (7). Meta wieħed iqis li dawk in-nuqqasijiet fis-sikurezza ġew indirizzati b'mod adegwat, l-ACM flimkien ma' Air Madagascar, talbu li titwettaq valutazzjoni mill-ġdid tar-restrizzjonijiet tal-operat imposti fuq Air Madagascar.

(72)

Dik it-talba ġiet diskussa f'Novembru 2015. Filwaqt li tirrikonoxxi l-progress miksub mill-ACM u minn Air Madagascar, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-verifika fuq il-post tal-implimentazzjoni effettiva tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza għadha meħtieġa qabel ma jsir kwalunkwe aġġustament tal-projbizzjoni parzjali attwali fuq Air Madagascar.

(73)

F'Marzu 2016, l-esperti tal-EASA, akkumpanjati minn osservatur espert minn Stat Membru, wettqu awditjar ta' Air Madagascar fil-qafas tal-applikazzjoni sottomessa minn Air Madagascar għal awtorizzazzjoni ta' operatur ta' pajjiż terz mill-EASA skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014.

(74)

Fil-kuntest ta' dan l-awditjar, l-esperti tal-EASA u l-osservatur espert żaru wkoll l-ACM. Matul din iż-żjara, l-ACM ipprovdiet lit-tim ta' esperti evidenza tal-effettività tal-pjan ta' azzjoni preventiva u korrettiva tagħha li ġie żviluppat u implimentat wara li ġew imposti r-restrizzjonijiet tal-operat fuq Air Madagascar. Ipprovdiet ukoll evidenza tal-kapaċità tagħha li twettaq l-obbligi tagħha skont l-istandards tal-ICAO għall-attivitajiet tagħha ta' sorveljanza u ċertifikazzjoni. Hija wriet li, minn mindu saret iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post fi Frar 2014, l-ACM irnexxielha tlesti ċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid ta' disa' kumpaniji tal-ajru, irrifjutat li ġġedded iċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru ta' kumpanija tal-ajru waħda u pproċediet biċ-ċertifikazzjoni ta' kumpanija tal-ajru ġdida. Il-fajls taċ-ċertifikazzjoni rieżaminati minn tim ta' esperti nstabu li kienu organizzati u strutturati tajjeb f'konformità mal-proċess ta' ċertifikazzjoni tal-ICAO. Il-programm ta' sorveljanza ġie rieżaminat għal erba' operaturi u t-tim ta' esperti nnota li l-ACM kienet evolviet minn programm ta' sorveljanza tal-konformità tradizzjonali għal pjan ta' attivitajiet ta' sorveljanza li japplika approċċ ibbażat fuq ir-riskju. It-tim ta' esperti nnota wkoll li 90 % tal-attivitajiet ippjanati kienu twettqu effettivament għall-perjodu 2014/2015 fl-oqsma tal-operazzjonijiet, tal-ħruġ tal-liċenzji u tal-ajrunavigabbiltà kontinwa.

(75)

L-awditjar ta' Air Madagascar wera l-effettività tal-azzjoni korrettiva u preventiva li ġiet żviluppata u implimentata minn dik il-kumpanija tal-ajru. B'mod partikolari, Air Madagascar ipprovdiet evidenza li l-ġestjoni tal-flotta Airbus A340 tagħha hija identika għall-flotot l-oħra kollha tagħha u li l-flotta Airbus A340 hija wkoll inkluża kompletament fis-sistemi ta' ġestjoni tal-kwalità tas-sikurezza tagħha. Il-kampjuni rilevanti tal-attivitajiet ta' Air Madagascar ma żvelaw l-ebda evidenza ta' nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza kritiċi għas-sikurezza.

(76)

Iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post f'Marzu 2016, fir-rigward tal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, uriet li l-ACM u Air Madagascar huma lesti u kapaċi jindirizzaw in-nuqqasijiet ta' sikurezza li għad fadal. Barra minn hekk, intwera li l-ACM għandha biżżejjed kapaċità biex timplimenta u, fejn meħtieġ, tinforza l-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza, inklużi r-regolamentazzjonijiet dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni promulgati mill-ACM.

(77)

Abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli bħalissa, inklużi r-riżultati tal-awditjar li sar f'Marzu 2016, il-Kummissjoni tqis li l-ACM u Air Madagascar għamlu titjib dejjiem fuq perjodu ta' żmien kontinwu. Huwa rrikonoxxut ukoll li ma kienx hemm nuqqas ta' rieda min-naħa tal-ACM u ta' Air Madagascar li jiddjalogaw fuq bażi kontinwa mal-Kummissjoni. Jitqies li l-ACM għandha l-abilità li teżerċita r-responsabbiltajiet tagħha fejn tidħol is-sorveljanza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati f'Madagascar u li hemm biżżejjed evidenza ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza applikabbli u mal-prattiki rrakkomandati min-naħa ta' Air Madagascar.

(78)

Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni għandha tiġi emendata biex Air Madagascar, iċċertifikata f'Madagascar, titneħħa mill-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(79)

L-Istati Membri għandhom ikomplu jivverifikaw il-konformità effettiva ta' Air Madagascar mal-istandards rilevanti tas-sikurezza, permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. Jekk ir-riżultati ta' tali spezzjonijiet, jew kull informazzjoni oħra rilevanti dwar is-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza b'konsegwenza tan-nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Mozambique

(80)

Il-proġett ta' assistenza teknika, li ġie stabbilit wara ż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post li saret f'April 2015, kompla jipprovdi appoġġ f'diversi oqsma lill-awtoritajiet kompetenti tal-avjazzjoni ċivili fil-Mozambique, l-Instituto de Aviação Civil de Moçambique (“IACM”). Il-leġiżlazzjoni li testendi s-setgħat tal-IACM u tagħtih awtonomija akbar, ġiet approvata mill-Parlament permezz ta' vot unanimu fit-30 ta' Marzu 2016 u issa għad trid tiġi promulgata mill-Kap ta' Stat. Għadd ta' regolamentazzjonijiet legali u tekniċi speċifiċi ġew rieżaminati fil-fond u bħalissa jinsabu fi stadji differenti ta' żvilupp jew approvazzjoni. Kompla għaddej it-taħriġ tal-persunal tekniku eżistenti fl-oqsma tal-ajrunavigabbiltà, tal-operazzjonijiet, tal-ħruġ tal-liċenzji għall-persunal, tal-ajrudromi, tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, tal-ġestjoni tal-informazzjoni ajrunawtika u tas-sigurtà tal-avjazzjoni. Twettqet sensiela ġdida ta' reklutaġġ ta' persunal tekniku fl-oqsma tal-operazzjonijiet, tal-ajrunavigabbiltà u tas-sigurtà tal-avjazzjoni. L-assessuri mediċi ġew imħarrġa fil-qafas ta' protokoll ta' kooperazzjoni mal-Portugall. Il-ħidma qed tkompli tindirizza b'mod sistematiku u tagħlaq is-sejbiet kollha miftuħa tal-Programm Universali ta' Awditjar tas-Sorveljanza tas-Sikurezza tal-ICAO, bil-ħsieb li jittejjeb b'mod sinifikanti l-proporzjon ta' implimentazzjoni effettiva. Issoktaw il-kuntatti regolari mal-operaturi eżistenti kollha u saru diversi sessjonijiet ta' diskussjoni dwar it-titjib tal-operazzjonijiet tagħhom. Il-proċessi u l-proċeduri interni kollha tal-IACM li jirrikjedu riforma sinifikanti kienu ġew identifikati preċedentament u l-ħidma maħsuba biex toħloq titjib sinifikanti miexja 'l quddiem.

(81)

Il-kumpanija tal-ajru Linhas Aéreas de Moçambique (LAM), iċċertifikata fil-Mozambique, ġarrbet tiġrif ta' ajruplan fin-Namibja fid-29 ta' Novembru 2013. Ir-rapport finali tal-inċident ġie ppubblikat uffiċjalment mid-Direttorat tal-Investigazzjoni tal-Inċidenti tal-Inġenji tal-Ajru tal-Ministeru tax-Xogħol u t-Trasport tar-Repubblika tan-Namibja fit-30 ta' Marzu 2016. Dan jikkonkludi li t-tiġrif kien dovut għal azzjoni intenzjonali min-naħa tal-kaptan. Ir-rapport jinkludi ħames rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-ICAO u rakkomandazzjoni waħda indirizzata lill-IACM maħsuba biex jagħmlu obbligatorja l-preżenza ta' żewġ membri tal-ekwipaġġ fil-kabina tal-ekwipaġġ matul il-fażijiet kollha tat-titjira. L-IACM implimenta r-rakkomandazzjoni permezz tad-Direttiva dwar is-Sikurezza DOS-02/16 ippubblikata f'Mejju 2016.

(82)

Madankollu, il-kapaċità tal-IACM li jissorvelja l-attivitajiet tal-avjazzjoni ċivili fil-Mozambique, f'dan l-istadju ma tikkonformax għalkollox mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Għaldaqstant ma hemmx evidenza biżżejjed biex tiġġustifika deċiżjoni dwar aġġustament tal-projbizzjoni tal-operat tal-kumpaniji tal-ajru kollha li huma ċċertifikati fil-Mozambique.

(83)

Filwaqt li t-titjib mhuwiex biżżejjed biex jiġġustifika aġġustament tal-projbizzjoni attwali, is-sitwazzjoni hi promettenti biżżejjed biex tiġġustifika żjara addizzjonali ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post matul ix-xhur li ġejjin.

(84)

Skont lista mogħtija mill-IACM fit-13 ta' Mejju 2016, fil-Mozambique ġew iċċertifikati żewġ kumpaniji tal-ajru ġodda, jiġfieri CHC Helicópteros Lda (AOC MOZ-22) u Inter Airways Lda (AOC MOZ-24). Madankollu, l-IACM ma setax jagħti evidenza li s-sorveljanza tas-sikurezza ta' dawk il-kumpaniji tal-ajru hija żgurata f'konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Permezz ta' din l-istess lista, l-IACM informa lill-Kummissjoni li l-AOC tal-kumpaniji tal-ajru Kaya Airlines Lda (AOC MOZ-09) u Trabalhos e Transportes Aéreos Lda (AOC MOZ-16) ġew irrevokati.

(85)

Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li għandha tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru CHC Helicópteros Lda u Inter Airways Lda fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 u biex jitneħħew il-kumpaniji tal-ajru Kaya Airlines Lda u Trabalhos e Transportes Aéreos Lda minn dak l-Anness.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Federazzjoni Russa

(86)

Matul dan l-aħħar perjodu, il-Kummissjoni, l-EASA u l-Istati Membri komplew jimmonitorjaw mill-qrib il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fil-Federazzjoni Russa u li joperaw fl-Unjoni, inkluż permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq ċerti kumpaniji tal-ajru Russi, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(87)

Fl-4 ta' Marzu 2016, il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-EASA, iltaqgħet mar-rappreżentanti tal-Aġenzija Federali tat-Trasport tal-Ajru Russa (“FATA”). L-għan ta' din il-laqgħa kien li tiġi rieżaminata l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru Russi abbażi tar-rapporti tal-SAFA dwar l-ispezzjonijiet fir-rampa għall-perjodu bejn il-21 ta' Frar 2015 u l-20 ta' Frar 2016 u li jiġu identifikati każijiet li jistħoqqilhom attenzjoni speċjali.

(88)

Waqt il-laqgħa, il-Kummissjoni analizzat aktar fid-dettall ir-riżultati tal-SAFA ta' erba' kumpaniji tal-ajru mill-Federazzjoni Russa. L-FATA informat lill-Kummissjoni dwar ir-revoka f'Diċembru 2015 tal-AOC ta' waħda minn dawn l-erba' kumpaniji tal-ajru, kif ukoll l-azzjonijiet li ttieħdu minn tnejn oħra minn dawk l-erba' kumpaniji tal-ajru nfushom.

(89)

Barra minn hekk, matul din il-laqgħa l-FATA impenjat ruħha li tintensifika l-ħidma tagħha mar-raba' kumpanija tal-ajru sabiex jiġi żgurat li din ittejjeb ir-rekords tagħha tal-SAFA. Billi din il-kumpanija tal-ajru ssottomettiet ukoll applikazzjoni għal awtorizzazzjoni minn operatur ta' pajjiż terz tal-EASA skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014, il-Kummissjoni ħadet l-okkażjoni ta' din il-laqgħa biex tiċċara r-rabta bejn ir-Regolament (KE) Nru 2011/2005 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014. B'riżultat ta' diskussjonijiet ulterjuri bejn l-FATA u din ir-raba' kumpanija tal-ajru, l-FATA neħħiet l-awtorizzazzjoni ta' din il-kumpanija tal-ajru għal titjiriet lejn l-UE mill-kamp ta' applikazzjoni tal-AOC tagħha. Sussegwentament, din il-kumpanija tal-ajru ddeċidiet li tirtira l-applikazzjoni tagħha mal-EASA.

(90)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, ġie konkluż li ma kinitx meħtieġa seduta ta' smigħ quddiem il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni Russi jew tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Federazzjon Russa. Madankollu, ġie maqbul li għandhom jissoktaw il-laqgħat regolari ta' esperti tas-sikurezza bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Russi, mill-inqas darba qabel kull laqgħa tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru.

(91)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista tal-Unjoni tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni sabiex jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru mill-Federazzjoni Russa.

(92)

L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru tal-Federazzjoni Russa mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, permezz tal-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(93)

Jekk dawn l-ispezzjonijiet jindikaw riskju imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards rilevanti tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni kontra l-kumpaniji tal-ajru mill-Federazzjoni Russa, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mis-Sudan

(94)

Matul dan l-aħħar perjodu, l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tas-Sudan (“SCAA”) żammet kuntatti regolari mal-Kummissjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kumpaniji tal-ajru li ġew irreġistrati fis-Sudan. Skont lista aġġornata tal-kumpaniji tal-ajru mis-Sudan, li ngħatat mill-SCAA fit-22 ta' Diċembru 2015, ma ġiet iċċertifikata l-ebda kumpanija tal-ajru ġdida u ġew irrevokati ċ-Ċertifikati tal-Operatur tal-Ajru ta' sitt kumpaniji tal-ajru: Almajal Aviation Service, Bentiu Air Transport, Dove Airlines, Fourty Eight Aviation, Marsland Company u Mid Airlines. Fl-istess ittra, l-SCAA informat lill-Kummissjoni li s-Sudan żviluppa l-manwal tiegħu tal-Programm Nazzjonali tas-Sikurezza u r-Regolamenti tal-Avjazzjoni Ċivili tas-Sudan Parti 19 — Il-Ġestjoni tas-Sikurezza, li jinkludi l-Istandards u r-rekwiżiti regolatorji għat-twaqqif u ż-żamma tas-sistemi ta' ġesjtoni tas-sikurezza mill-fornituri tas-servizz applikabbli.

(95)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li għandha tinbidel il-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex jinteħħew il-kumpaniji tal-ajru Almajal Aviation Service, Bentiu Air Transport, Dove Airlines, Fourty Eight Aviation, Marsland Company u Mid Airlines mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

Il-kumpaniji tal-ajru mit-Tajwan

(96)

Il-Kummissjoni kompliet il-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti tat-Tajwan, l-Amministrazzjoni Ajrunawtika Ċivili (is-“CAA tat-Tajwan”). Fit-23 ta' Mejju 2016 saret laqgħa bejn il-Kummissjoni, l-EASA u l-esperti kemm mis-CAA tat-Tajwan kif ukoll mill-kumpanija tal-ajru TransAsia Airways (“TNA”), iċċertifikata fit-Tajwan.

(97)

Waqt din il-laqgħa, is-CAA tat-Tajwan ippreżentat il-progress tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet imnedija wara l-aċċidenti u l-inċidenti li jinvolvu lil TNA kif ukoll ir-riżultati tal-programm ta' sorveljanza għal TNA. Is-CAA tat-Tajwan indikat ukoll li r-rakkomandazzjonijiet kollha maħruġa minn organizzazzjonijiet esterni, b'riżultat taż-żjarat ta' valutazzjoni fuq il-post rispettivi tagħhom fl-2015, ġew aċċettati u implimentati.

(98)

Barra minn hekk, is-CAA tat-Tajwan informat lill-Kummissjoni li se tippermetti biss lil TNA li żżid l-għadd ta' operazzjonijiet tagħha biss wara li s-CAA tat-Tajwan tkun ivvalidat l-effettività tal-azzjonijiet ta' mitigazzjoni meħuda minn TNA. Finalment, is-CAA tat-Tajwan u TNA qablu li jkomplu l-konsultazzjonijiet tekniċi sabiex il-Kummissjoni tkun tista' ssegwi l-implimentazzjoni tal-pjanijiet rispettivi ta' azzjoni korrettiva u preventiva u biex jiġi żgurat li kull kwistjoni relatata mas-sikurezzà tkun tista' tiġi diskussa kif xieraq.

(99)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, tqies li ma kienx meħtieġ li s-CAA tat-Tajwan u TNA jidhru quddiem il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru u li mhija meħtieġa l-ebda projbizzjoni tal-operat fuq il-kumpaniji tal-ajru mit-Tajwan.

(100)

Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mit-Tajwan.

Il-kumpaniji tal-ajru mit-Tajlandja

(101)

Fit-2 ta' Mejju 2016 saret laqgħa teknika bħala parti mill-konsultazzjonijiet attivi mal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tat-Tajlandja (“CAAT”), sabiex taġġorna lill-Kummissjoni dwar il-progress li sar minn Novembru 2015. Is-CAAT tat aġġornament dwar l-attivitajiet ewlenin ta' infurzar għall-iżgurar tal-kwalità, inklużi r-revoka ta' AOC wieħed, iż-żamma fuq l-art ta' inġenji tal-ajru minħabba kwistjonijiet ta' sikurezza, id-dereġistrazzjoni ta' inġenji tal-ajru minħabba l-inkapaċità finanzjarja tal-kumpaniji tal-ajru u l-ispezzjoni tal-ħinijiet tat-titjiriet u tas-servizz. Barra minn hekk, is-CAAT tat informazzjoni dwar il-progress fiċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid tal-AOC b'appoġġ minn organizzazzjoni esterna, is-sostenibbiltà u t-tisħiħ tal-kapaċità tal-organizzazzjoni tas-CAAT, kif ukoll dwar l-organizzazzjoni attwali tas-CAAT.

(102)

Is-CAAT iddikjarat għal diversi drabi li tqis li huwa aktar importanti li jittieħdu azzjonijiet korrettivi sostenibbli minflok “soluzzjonijiet ta' malajr”. Is-CAAT spjegat li hemm biżżejjed impenn politiku għal dan l-approċċ, iżda jeħtieġ iż-żmien. Bil-kuntratt ma' organizzazzjoni esterna fis-seħħ, iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid tal-kumpaniji tal-ajru se tibda dalwaqt bl-għan li jiġu ċċertifikati mill-ġdid l-operaturi internazzjonali matul id-9 xhur li ġejjin. Dan se jifforma wkoll il-bażi għar-riżoluzzjoni tal-SSC tal-ICAO.

(103)

Fir-rigward tal-proġett ta' bini ta' kapaċità fit-tul li s-CAAT trid twettaq bl-appoġġ tal-EASA, skont il-Memorandum ta' Qbil li ġie ffirmat fl-2015, is-CAAT titlob li jkun hemm esperti tal-EASA f'seba' dipartimenti strateġiċi ewlenin tas-CAAT li jkunu jiggwidaw lill-maniġers tas-CAAT fl-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(104)

Il-Gvern tat-Tajlandja u s-CAAT juru impenn ċar biex itejbu s-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza fit-Tajlandja u pprovdew evidenza li matul l-aħħar sena sar progress rilevanti. Barra minn hekk, l-informazzjoni disponibbli dwar is-sikurezza fuq il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fit-Tajlandja ma tappoġġax deċiżjoni li jiġu imposti projbizzjoni jew restrizzjonijiet tal-operat. Sabiex is-sitwazzjoni tiġi mmonitorjata mill-qrib, se jissoktaw il-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet tat-Tajlandja, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006.

(105)

Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mit-Tajlandja.

(106)

L-Istati Membri għandhom ikomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fit-Tajlandja, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(107)

Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru miż-Żambja

(108)

F'April 2016 ġiet organizzata żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post fiż-Żambja. F'din iż-żjara ta' valutazzjoni ħadu sehem esperti mill-Kummissjoni, mill-EASA u mill-Istati Membri. Iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post saret fl-uffiċċji tal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili taż-Żambja (“ZCAA”) u permezz ta' kampjun rilevanti fl-uffiċċji tal-kumpaniji tal-ajru Proflight Commuter Services (dba Proflight Zambia) u Royal Air Charters, iċċertifikati fiż-Żambja.

(109)

Il-konklużjonijiet ewlenin ta' dik iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post fir-rigward taz-ZCAA jistgħu jiġu deskritti fil-qosor kif ġej. Iz-ZCAA hija ġeneralment lesta u kapaċi tindirizza n-nuqqasijiet marbuta mas-sikurezza u għandha biżżejjed kapaċità biex timplimenta u meta jkun hemm bżonn, tinforza l-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza, kif ukoll ir-Rekwiżiti tal-Avjazzjoni Ċivili taż-Żambja tagħha stess. Iz-ZCAA setgħet turi li, b'mod ġenerali, il-persunal tagħha għandu esperjenza u huwa kkwalifikat kif xieraq biex iwettaq id-dmirijiet ta' sorveljanza kif suppost. Min-naħa l-oħra, l-esperti indikaw li jkun utli għaz-ZCAA li tkompli tibni fuq il-progress tagħha sal-lum, fir-rigward tal-istandardizzazzjoni tal-attività ta' sorveljanza tagħha inkluż it-taħriġ kontinwu tal-ispetturi ta' sorveljanza tagħha. Bl-istess mod, jista' jkun utli wkoll li z-ZCAA toqgħod speċifikament attenta biex ittejjeb il-proċessi u l-proċeduri tagħha fir-rigward tal-kontroll u tal-aċċess tad-dokumentazzjoni.

(110)

Il-konklużjoni ewlenija taż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post fir-rigward ta' Proflight Commuter Services (dba Proflight Zambia) hija li ma hemmx nuqqas ta' rieda u b'mod ġenerali, ma hemmx nuqqas ta' kapaċità tal-kumpanija tal-ajru biex tindirizza n-nuqqasijiet marbuta mas-sikurezza. Barra minn hekk, l-esperti sabu li teżisti biżżejjed evidenza li tindika li, b'mod ġenerali Proflight Commuter Services (dba Proflight Zambia) hija kapaċi tiżgura l-konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza, inklużi r-Rekwiżiti tal-Avjazzjoni Ċivili taż-Żambja.

(111)

Il-konklużjoni ewlenija li ħarġet miż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post fir-rigward ta' Royal Air Charters hija li ma hemmx nuqqas ta' rieda jew kapaċità tal-kumpanija tal-ajru li tindirizza n-nuqqasijiet marbuta mas-sikurezza. Barra minn hekk, l-esperti sabu li teżisti biżżejjed evidenza li tindika li Royal Air Charters hija kapaċi tiżgura l-konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza u mar-Rekwiżiti tal-Avjazzjoni Ċivili taż-Żambja.

(112)

Fl-1 ta' Ġunju 2016 iz-ZCAA instemgħet quddiem il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru. F'dik l-okkażjoni, instemgħet ukoll Proflight Commuter Services (dba Proflight Zambia).

(113)

Iz-ZCAA ppreżentat l-istruttura organizzazzjonali attwali tagħha, inkluż it-taħriġ u l-kwalifiki tal-ispetturi tagħha. Hija spjegat li tinsab impenjata li tissokta bl-istandardizzazzjoni tal-forza tal-ispetturi tagħha. F'termini tal-attività ta' ċertifikazzjoni u sorveljanza, iz-ZCAA rrappurtat li attwalment għandha responsabbiltà ta' sorveljanza għal għaxar detenturi biss tal-AOC. Iz-ZCAA tat informazzjoni li tikkonċerna ċ-ċertifikazzjoni tagħhom u spjegat fil-qosor l-elementi prinċipali tas-sorveljanza li huma soġġetti għalihom. Barra minn hekk, iz-ZCAA enfasizzat l-impenn tagħha biex tkompli ssegwi l-politika tagħha ta' titjib kontinwu, inkluża l-ħidma essenzjali tagħha fuq l-istandardizzazzjoni tas-sorveljanza tas-sikurezza.

(114)

Iz-ZCAA tat ukoll sommarju tal-azzjonijiet korrettivi tagħha fir-rigward tal-osservazzjonijiet li tqajmu waqt iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post f'April 2016.

(115)

Proflight Commuter Services (dba Proflight Zambia) ippreżentat dettalji dwar l-istruttura organizzazzjonali tagħha, il-pjanijiet ta' żvilupp tagħha, u dettalji dwar is-Sistemi ta' ġestjoni tal-kwalità u tas-sikurezza tagħha, inkluż il-proċess u d-dettall tat-trattament u tal-valutazzjoni tagħha tar-rapporti dwar is-sikurezza. Barra minn hekk, irrapportat ukoll dwar l-azzjonijiet korrettivi tagħha fir-rigward tal-osservazzjonijiet li tqajmu waqt iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post f'April 2016.

(116)

Il-Kummissjoni nnotat li Proflight Commuter Services (dba Proflight Zambia) matul is-seduta ta' smigħ ippreżentat sa livell sodisfaċenti u setgħet tipprovdi dettalji speċifiċi fir-rigward tat-twettiq sikur tal-operazzjonijiet tagħha.

(117)

Abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli, inklużi r-riżultati taż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post u l-informazzjoni mogħtija waqt is-seduta ta' smigħ, il-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed evidenza ta' konformità mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali applikabbli u mal-prattiki rrakkomandati min-naħa tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fiż-Żambja.

(118)

Abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli bħalissa, inklużi r-riżultati taż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post u l-informazzjoni mogħtija waqt is-seduta ta' smigħ, il-Kummissjoni tqis li z-ZCAA wettqet titjib sostenibbli. Il-Kummissjoni tagħraf ukoll li ma kienx hemm nuqqas ta' rieda min-naħa taz-ZCAA li tiddjaloga fuq bażi kontinwa mal-Kummissjoni u li z-ZCAA hija trasparenti meta tirrikonoxxi li għandha tkompli tiżviluppa aktar il-proċeduri ta' sorveljanza tas-sikurezza. Hu vvalutat li z-ZCAA kapaċi teżerċita r-responsabbiltajiet tagħha fejn tidħol is-sorveljanza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fiż-Żambja. Matul is-seduta, iz-ZCAA qablet li tissokta bid-djalogu dwar is-sikurezza mal-Kummissjoni, inkluż permezz ta' laqgħat jew żjarat addizzjonali, jekk u meta jkun meħtieġ mill-Kummissjoni.

(119)

Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li l-lista tal-Unjoni tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni jeħtieġ li tiġi emendata biex il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fiż-Żambja jitneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(120)

L-Istati Membri għandhom ikomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fiż-Żambja, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(121)

Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

(122)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 għandu jiġi emendat skont dan,

(123)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness A huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(2)

L-Anness B huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/1991 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 8).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tad-29 ta' April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta' pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 12)

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2011 tad-19 ta' April 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità (ĠU L 104, 20.4.2011, p. 10).


ANNESS I

“ANNESS A

LISTA TA' KUMPANIJI TAL-AJRU LI HUMA PPROJBITI MILLI JOPERAW FL-UNJONI, B'XI EĊĊEZZJONIJIET  (1)

Isem l-entità legali tal-kumpanija tal-ajru kif juri l-AOC tagħha (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk ikun differenti)

In-Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”) jew in-Numru tal-Liċenzja tal-Operat

In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru

L-Istat tal-Operatur

BLUE WING AIRLINES

SRBWA-01/2002

BWI

Is-Suriname

IRAQI AIRWAYS

001

IAW

L-Iraq

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Afganistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

ARIANA AFGHAN AIRLINES

AOC 009

AFG

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

KAM AIR

AOC 001

KMF

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

PAMIR AIRLINES

Mhux magħruf

PIR

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

SAFI AIRWAYS

AOC 181

SFW

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' TAAG Angola Airlines li ddaħħlet fl-Anness B, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Angola

AEROJET

AO 008-01/11

TEJ

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR GICANGO

009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR JET

AO 006-01/11-MBC

MBC

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR NAVE

017

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR26

AO 003-01/11-DCD

DCD

Ir-Repubblika tal-Angola

ANGOLA AIR SERVICES

006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

DIEXIM

007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

FLY540

AO 004-01 FLYA

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

GIRA GLOBO

008

GGL

Ir-Repubblika tal-Angola

HELIANG

010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

HELIMALONGO

AO 005-01/11

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

MAVEWA

016

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

SONAIR

AO 002-01/10-SOR

SOR

Ir-Repubblika tal-Angola

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Benin responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Benin

AERO BENIN

PEA Nru 014/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS

AEB

Ir-Repubblika tal-Benin

AFRICA AIRWAYS

Mhux magħruf

AFF

Ir-Repubblika tal-Benin

ALAFIA JET

PEA Nru 014/ANAC/MDCTTTATP-PR/DEA/SCS

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Benin

BENIN GOLF AIR

PEA Nru 012/MDCTTP-PR/ANAC/DEA/SCS.

BGL

Ir-Repubblika tal-Benin

BENIN LITTORAL AIRWAYS

PEA Nru 013/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS.

LTL

Ir-Repubblika tal-Benin

COTAIR

PEA Nru 015/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS.

COB

Ir-Repubblika tal-Benin

ROYAL AIR

PEA Nru 11/ANAC/MDCTTP-PR/DEA/SCS

BNR

Ir-Repubblika tal-Benin

TRANS AIR BENIN

PEA Nru 016/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS

TNB

Ir-Repubblika tal-Benin

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Kongo responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Kongo

AERO SERVICE

RAC06-002

RSR

Ir-Repubblika tal-Kongo

CANADIAN AIRWAYS CONGO

RAC06-012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

EMERAUDE

RAC06-008

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

EQUAFLIGHT SERVICES

RAC 06-003

EKA

Ir-Repubblika tal-Kongo

EQUAJET

RAC06-007

EKJ

Ir-Repubblika tal-Kongo

EQUATORIAL CONGO AIRLINES S.A.

RAC 06-014

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

MISTRAL AVIATION

RAC06-011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

TRANS AIR CONGO

RAC 06-001

TSG

Ir-Repubblika tal-Kongo

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

AIR FAST CONGO

409/CAB/MIN/TVC/0112/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

AIR KASAI

409/CAB/MIN/TVC/0053/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

AIR KATANGA

409/CAB/MIN/TVC/0056/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

AIR TROPIQUES

409/CAB/MIN/TVC/00625/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

BLUE AIRLINES

106/CAB/MIN/TVC/2012

BUL

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

BLUE SKY

409/CAB/MIN/TVC/0028/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

BUSY BEE CONGO

409/CAB/MIN/TVC/0064/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

COMPAGNIE AFRICAINE D'AVIATION (CAA)

409/CAB/MIN/TVC/0050/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

CONGO AIRWAYS

019/CAB/MIN/TVC/2015

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

DAKOTA SPRL

409/CAB/MIN/TVC/071/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

DOREN AIR CONGO

102/CAB/MIN/TVC/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

GOMAIR

409/CAB/MIN/TVC/011/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

KIN AVIA

409/CAB/MIN/TVC/0059/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

KORONGO AIRLINES

409/CAB/MIN/TVC/001/2011

KGO

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

MALU AVIATION

098/CAB/MIN/TVC/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

MANGO AIRLINES

409/CAB/MIN/TVC/009/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

SERVE AIR

004/CAB/MIN/TVC/2015

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

SERVICES AIR

103/CAB/MIN/TVC/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

SWALA AVIATION

409/CAB/MIN/TVC/0084/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

TRANSAIR CARGO SERVICES

409/CAB/MIN/TVC/073/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

WILL AIRLIFT

409/CAB/MIN/TVC/0247/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Djibouti responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Il-Djibouti

DAALLO AIRLINES

Mhux magħruf

DAO

Il-Djibouti

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Guinea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Il-Guinea Ekwatorjali

CEIBA INTERCONTINENTAL

2011/0001/MTTCT/DGAC/SOPS

CEL

Il-Guinea Ekwatorjali

CRONOS AIRLINES

2011/0004/MTTCT/DGAC/SOPS

Mhux magħruf

Il-Guinea Ekwatorjali

PUNTO AZUL

2012/0006/MTTCT/DGAC/SOPS

Mhux magħruf

Il-Guinea Ekwatorjali

TANGO AIRWAYS

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Il-Guinea Ekwatorjali

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Eritrea responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

L-Eritrea

ERITREAN AIRLINES

AOC Nru 004

ERT

L-Eritrea

NASAIR ERITREA

AOC Nru 005

NAS

L-Eritrea

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Gaboniża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' Afrijet u SN2AG li ddaħħlu fl-Anness B, inklużi

 

 

Ir-Repubblika Gaboniża

AFRIC AVIATION

010/MTAC/ANAC-G/DSA

EKG

Ir-Repubblika Gaboniża

ALLEGIANCE AIR TOURIST

007/MTAC/ANAC-G/DSA

LGE

Ir-Repubblika Gaboniża

NATIONALE REGIONALE TRANSPORT (N.R.T)

008/MTAC/ANAC-G/DSA

NRG

Ir-Repubblika Gaboniża

SKY GABON

009/MTAC/ANAC-G/DSA

SKG

Ir-Repubblika Gaboniża

SOLENTA AVIATION GABON

006/MTAC/ANAC-G/DSA

SVG

Ir-Repubblika Gaboniża

TROPICAL AIR-GABON

011/MTAC/ANAC-G/DSA

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Gaboniża

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Indoneżja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' Garuda Indonesia, Airfast Indonesia, Ekspres Transportasi Antarbenua, Indonesia Air Asia, Citilink, Lion Air u Batik Air, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

AIR BORN INDONESIA

135-055

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

AIR PACIFIC UTAMA

135-020

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ALDA TRANS PAPUA

135-056

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ALFA TRANS DIRGANTATA

135-012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ANGKASA SUPER SERVICES

135-050

LBZ

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ASI PUDJIASTUTI

135-028

SQS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

AVIASTAR MANDIRI

135-029

VIT

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DABI AIR NUSANTARA

135-030

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DERAYA AIR TAXI

135-013

DRY

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DERAZONA AIR SERVICE

135-010

DRZ

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DIRGANTARA AIR SERVICE

135-014

DIR

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

EASTINDO

135-038

ESD

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ELANG LINTAS INDONESIA

135-052

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ELANG NUSANTARA AIR

135-053

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ENGGANG AIR SERVICE

135-045

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ERSA EASTERN AVIATION

135-047

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

GATARI AIR SERVICE

135-018

GHS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

HEAVY LIFT

135-042

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

INDONESIA AIR ASIA EXTRA

121-054

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

INDONESIA AIR TRANSPORT

121-034

IDA

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

INTAN ANGKASA AIR SERVICE

135-019

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

JAYAWIJAYA DIRGANTARA

121-044

JWD

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

JOHNLIN AIR TRANSPORT

135-043

JLB

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KAL STAR

121-037

KLS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KARTIKA AIRLINES

121-003

KAE

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KOMALA INDONESIA

135-051

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KURA-KURA AVIATION

135-016

KUR

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MARTABUANA ABADION

135-049

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MATTHEW AIR NUSANTARA

135-048

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MIMIKA AIR

135-007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MY INDO AIRLINES

121-042

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NAM AIR

121-058

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NATIONAL UTILITY HELICOPTER

135-011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NUSANTARA AIR CHARTER

121-022

SJK

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PEGASUS AIR SERVICES

135-036

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PELITA AIR SERVICE

121-008

PAS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PENERBANGAN ANGKASA SEMESTA

135-026

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PURA WISATA BARUNA

135-025

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

RIAU AIRLINES

121-016

RIU

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SAYAP GARUDA INDAH

135-004

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SMAC

135-015

SMC

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SRIWIJAYA AIR

121-035

SJY

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SURYA AIR

135-046

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRANSNUSA AVIATION MANDIRI

121-048

TNU

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRANSWISATA PRIMA AVIATION

135-021

TWT

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRAVEL EXPRESS AVIATION SERVICE

121-038

XAR

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRAVIRA UTAMA

135-009

TVV

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRI MG INTRA ASIA AIRLINES

121-018

TMG

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRIGANA AIR SERVICE

121-006

TGN

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

UNINDO

135-040

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

WESTSTAR AVIATION INDONESIA

135-059

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

WING ABADI AIRLINES

121-012

WON

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Każakistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' Air Astana, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Każakistan

AIR ALMATY

AK-0483-13

LMY

Ir-Repubblika tal-Każakistan

ATMA AIRLINES

AK-0469-12

AMA

Ir-Repubblika tal-Każakistan

AVIA-JAYNAR/AVIA-ZHAYNAR

AK-0467-12

SAP

Ir-Repubblika tal-Każakistan

BEK AIR

AK-0463-12

BEK

Ir-Repubblika tal-Każakistan

BEYBARS AIRCOMPANY

AK-0473-13

BBS

Ir-Repubblika tal-Każakistan

BURUNDAYAVIA AIRLINES

KZ-01/001

BRY

Ir-Repubblika tal-Każakistan

COMLUX-KZ

KZ-01/002

KAZ

Ir-Repubblika tal-Każakistan

EAST WING

KZ-01/007

EWZ

Ir-Repubblika tal-Każakistan

EURO-ASIA AIR

AK-0472-13

EAK

Ir-Repubblika tal-Każakistan

FLY JET KZ

AK-0477-13

FJK

Ir-Repubblika tal-Każakistan

INVESTAVIA

AK-0479-13

TLG

Ir-Repubblika tal-Każakistan

IRTYSH AIR

AK-0468-13

MZA

Ir-Repubblika tal-Każakistan

JET AIRLINES

KZ-01/003

SOZ

Ir-Repubblika tal-Każakistan

KAZAIR JET

AK-0474-13

KEJ

Ir-Repubblika tal-Każakistan

KAZAIRTRANS AIRLINE

AK-0466-12

KUY

Ir-Repubblika tal-Każakistan

KAZAVIASPAS

AK-0484-13

KZS

Ir-Repubblika tal-Każakistan

PRIME AVIATION

AK-0478-13

PKZ

Ir-Repubblika tal-Każakistan

SCAT

KZ-01/004

VSV

Ir-Repubblika tal-Każakistan

ZHETYSU AIRCOMPANY

AK-0470-12

JTU

Ir-Repubblika tal-Każakistan

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Kirgiża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR BISHKEK (dik li kienet EASTOK AVIA)

15

EAA

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR MANAS

17

MBB

Ir-Repubblika Kirgiża

AVIA TRAFFIC COMPANY

23

AVJ

Ir-Repubblika Kirgiża

CENTRAL ASIAN AVIATION SERVICES (CAAS)

13

CBK

Ir-Repubblika Kirgiża

HELI SKY

47

HAC

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR KYRGYZSTAN

03

LYN

Ir-Repubblika Kirgiża

MANAS AIRWAYS

42

BAM

Ir-Repubblika Kirgiża

S GROUP INTERNATIONAL

(dik li kienet S GROUP AVIATION)

45

IND

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY BISHKEK

43

BIS

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY KG AIRLINES

41

KGK

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY WAY AIR

39

SAB

Ir-Repubblika Kirgiża

TEZ JET

46

TEZ

Ir-Repubblika Kirgiża

VALOR AIR

07

VAC

Ir-Repubblika Kirgiża

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja.

 

 

Il-Liberja

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Libja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Il-Libja

AFRIQIYAH AIRWAYS

007/01

AAW

Il-Libja

AIR LIBYA

004/01

TLR

Il-Libja

BURAQ AIR

002/01

BRQ

Il-Libja

GHADAMES AIR TRANSPORT

012/05

GHT

Il-Libja

GLOBAL AVIATION AND SERVICES

008/05

GAK

Il-Libja

LIBYAN AIRLINES

001/01

LAA

Il-Libja

PETRO AIR

025/08

PEO

Il-Libja

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Mozambique responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Mozambique

AMBASSADOR LDA

MOZ-21

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

CFM — TRABALHOS E TRANSPORTES AÉREOS LDA

MOZ-07

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

CHC HELICÓPTEROS LDA

MOZ-22

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

COA — COASTAL AVIATION

MOZ-15

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

CPY — CROPSPRAYERS

MOZ-06

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

CRA — CR AVIATION LDA

MOZ-14

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

ETA — EMPRESA DE TRANSPORTES AÉREOS LDA

MOZ-04

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

EVERETT AVIATION LDA

MOZ-18

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

HCP — HELICÓPTEROS CAPITAL LDA

MOZ-11

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

INAER AVIATION MOZAMBIQUE LDA

MOZ-19

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

INTER AIRWAYS LDA

MOZ-24

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

LAM — LINHAS AÉREAS DE MOÇAMBIQUE S.A.

MOZ-01

LAM

Ir-Repubblika tal-Mozambique

MAKOND, LDA

MOZ-20

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

MEX — MOÇAMBIQUE EXPRESSO, SARL MEX

MOZ-02

MXE

Ir-Repubblika tal-Mozambique

OHI — OMNI HELICÓPTEROS INTERNATIONAL LDA

MOZ-17

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

SAF — SAFARI AIR LDA

MOZ-12

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

SAM — SOLENTA AVIATION MOZAMBIQUE, SA

MOZ-10

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tan-Nepal responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tan-Nepal

AIR DYNASTY HELI. S.

035/2001

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

AIR KASTHAMANDAP

051/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

BUDDHA AIR

014/1996

BHA

Ir-Repubblika tan-Nepal

FISHTAIL AIR

017/2001

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

GOMA AIR

064/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

HIMALAYA AIRLINES

084/2015

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

MAKALU AIR

057 A/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

MANANG AIR PVT LTD

082/2014

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

MOUNTAIN HELICOPTERS

055/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

MUKTINATH AIRLINES

081/2013

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

NEPAL AIRLINES CORPORATION

003/2000

RNA

Ir-Repubblika tan-Nepal

SAURYA AIRLINES

083/2014

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

SHREE AIRLINES

030/2002

SHA

Ir-Repubblika tan-Nepal

SIMRIK AIR

034/2000

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

SIMRIK AIRLINES

052/2009

RMK

Ir-Repubblika tan-Nepal

SITA AIR

033/2000

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

TARA AIR

053/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

YETI AIRLINES DOMESTIC

037/2004

NYT

Ir-Repubblika tan-Nepal

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

São Tomé u Príncipe

AFRICA'S CONNECTION

10/AOC/2008

ACH

São Tomé u Príncipe

STP AIRWAYS

03/AOC/2006

STP

São Tomé u Príncipe

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' Sierra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Sierra Leone

AIR RUM, LTD

Mhux magħruf

RUM

Sierra Leone

DESTINY AIR SERVICES, LTD

Mhux magħruf

DTY

Sierra Leone

HEAVYLIFT CARGO

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Sierra Leone

ORANGE AIR SIERRA LEONE LTD

Mhux magħruf

ORJ

Sierra Leone

PARAMOUNT AIRLINES, LTD

Mhux magħruf

PRR

Sierra Leone

SEVEN FOUR EIGHT AIR SERVICES LTD

Mhux magħruf

SVT

Sierra Leone

TEEBAH AIRWAYS

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Sierra Leone

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sudan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tas-Sudan

ALFA AIRLINES SD

54

AAJ

Ir-Repubblika tas-Sudan

BADR AIRLINES

35

BDR

Ir-Repubblika tas-Sudan

BLUE BIRD AVIATION

11

BLB

Ir-Repubblika tas-Sudan

ELDINDER AVIATION

8

DND

Ir-Repubblika tas-Sudan

GREEN FLAG AVIATION

17

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tas-Sudan

HELEJETIC AIR

57

HJT

Ir-Repubblika tas-Sudan

KATA AIR TRANSPORT

9

KTV

Ir-Repubblika tas-Sudan

KUSH AVIATION CO.

60

KUH

Ir-Repubblika tas-Sudan

NOVA AIRWAYS

46

NOV

Ir-Repubblika tas-Sudan

SUDAN AIRWAYS CO.

1

SUD

Ir-Repubblika tas-Sudan

SUN AIR

51

SNR

Ir-Repubblika tas-Sudan

TARCO AIR

56

TRQ

Ir-Repubblika tas-Sudan”


(1)  Il-kumpaniji tal-ajru mniżżla fl-Anness A jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand kumpanija tal-ajru li mhix soġġetta għal projbizzjoni tal-operat, dment li jkunu rrispettati l-istandards rilevanti tas-sikurezza.


ANNESS II

“ANNESS B

LISTA TA' KUMPANIJI TAL-AJRU SOĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET TAL-OPERAT FL-UNJONI  (1)

Isem l-entità legali tal-kumpanija tal-ajru kif indikat fl-AOC tagħha (u l-isem kummerċjali tagħha, jekk ikun differenti)

In-Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”)

In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru

L-Istat tal-Operatur

It-tip ta' inġenju tal-ajru ristrett

Il-marka jew il-marki tar-reġistrazzjoni u, meta disponibbli, in-numru jew in-numri tas-serje tal-kostruzzjoni tal-inġenju tal-ajru li jkollu restrizzjoni

L-Istat tar-reġistru

TAAG ANGOLA AIRLINES

001

DTA

Ir-Repubblika tal-Angola

Il-flotta kollha ħlief: inġenji tal-ajru tat-tip Beoing B737-700, inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B777-200 u inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B777-300.

Il-flotta kollha ħlief: inġenji tal-ajru fil-flotta Boeing B737-700, kif imsemmi fl-AOC; inġenji tal-ajru fil-flotta Boeing B777-200, kif imsemmi fl-AOC; u inġenji tal-ajru fil-flotta Boeing B777-300, kif imsemmi fl-AOC.

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR SERVICE COMORES

06-819/TA-15/DGACM

KMD

Comoros

Il-flotta kollha ħlief: LET 410 UVP.

Il-flotta kollha ħlief: D6-CAM (851336).

Comoros

AFRIJET BUSINESS SERVICE (2)

002/MTAC/ANAC-G/DSA

ABS

Ir-Repubblika Gaboniża

Il-flotta kollha ħlief: 2 inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 50, 2 inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 900.

Il-flotta kollha ħlief: TR-LGV; TR-LGY; TR-AFJ; TR-AFR.

Ir-Repubblika Gaboniża

NOUVELLE AIR AFFAIRES GABON (SN2AG)

003/MTAC/ANAC-G/DSA

NVS

Ir-Repubblika Gaboniża

Il-flotta kollha ħlief: inġenju tal-ajru wieħed tat-tip Challenger CL-601, inġenju tal-ajru wieħed tat-tip HS-125-800.

Il-flotta kollha ħlief: TR-AAG, ZS-AFG.

Ir-Repubblika Gaboniża; Ir-Repubblika tal-Afrika t'Isfel

IRAN AIR

FS100

IRA

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran

L-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Fokker F100 u tat-tip Boeing B747

L-inġenji tal-ajru tat-tip Fokker F100 kif imsemmi fl-AOC; l-inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B747 kif imsemmi fl-AOC

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran

AIR KORYO

GAC-AOC/KOR-01

KOR

Ir-Repubblika Demokratika tal-Popolu tal-Korea

Il-flotta kollha ħlief: 2 inġenji tal-ajru tat-tip TU-204.

Il-flotta kollha ħlief: P-632, P-633.

Ir-Repubblika Demokratika tal-Popolu tal-Korea


(1)  Il-kumpaniji tal-ajru mniżżla fl-Anness B jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand kumpanija tal-ajru li mhix soġġetta għal projbizzjoni tal-operat, dment li jiġu rrispettati l-istandards rilevanti tas-sikurezza.

(2)  Afrijet titħalla tuża biss l-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija għall-livell attwali ta' operazzjonijiet tagħha fl-Unjoni.”


17.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/79


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/964

tas-16 ta' Ġunju 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

127,9

ZZ

127,9

0709 93 10

TR

145,6

ZZ

145,6

0805 50 10

AR

155,0

BR

92,5

MA

179,9

TR

145,5

UY

147,6

ZA

156,9

ZZ

146,2

0808 10 80

AR

124,6

BR

131,2

CL

129,7

CN

102,3

NZ

156,9

US

120,4

ZA

115,0

ZZ

125,7

0809 10 00

TR

267,7

ZZ

267,7

0809 29 00

TR

439,0

ZZ

439,0

0809 30 10 , 0809 30 90

TR

174,9

ZZ

174,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


17.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/81


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/965

tas-16 ta' Ġunju 2016

li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2016 u li jistipula l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 533/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 188 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2016 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2016 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jixraq li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi ffissat il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitlub, ikkalkolat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3).

(3)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2016 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2016 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jixraq li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss.

(4)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2016 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 533/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016, jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 tal-14 ta' Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU L 125, 15.5.2007, p. 9).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2016

(f'%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016

(f'kg)

09.4067

1,084598

09.4068

0,394321

09.4069

0,180147

09.4070

445 250


17.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/84


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/966

tas-16 ta' Ġunju 2016

li jiffissal-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2016 u li jistabbilixxi l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2016 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2016 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3).

(3)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2016 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2016 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss.

(4)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2016 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007, li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016, huma mogħtija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 tas-26 ta' Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU L 309, 27.11.2007, p. 47).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2016

(f'%)

Il-kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sat-31 ta' Diċembru 2016

(f'kg)

09.4410

0,157481

09.4411

0,15911

09.4412

0,163721

09.4420

0,164366

09.4421

420 000

09.4422

0,164366


17.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/87


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/967

tas-16 ta' Ġunju 2016

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandha tapplika għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2078 għal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Ukrajna

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2078 (2) fetaħ il-kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Ukrajna.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta' importazzjoni mressqa mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2016 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2016 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.4273. Jeħtieġ għalhekk li jiġi ddeterminat safejn jistgħu jiġu allokati d-drittijiet tal-importazzjoni, billi jiġi ffissat il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li jiġi applikat għall-kwantijiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3) flimkien mal-Artikolu 7(2) tal-istess Regolament.

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament japplika għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2078 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2016.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2078 tat-18 ta' Novembru 2015 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni tal-laħam tat-tajr li joriġina mill-Ukrajna (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 63).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

Numru tal-ordni

Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2016

(f'%)

09.4273

2,365454

09.4274


DEĊIŻJONIJIET

17.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/90


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/968

tas-6 ta' Ġunju 2016

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet (Programm ISA2)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 172 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE (“Protokoll 31”).

(3)

Il-Protokoll 31 fih dispożizzjonijiet u arranġamenti dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet.

(4)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE tiġi estiża biex tinkludi d-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(5)

Għaldaqstant, il-Protokoll 31 għandu jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda mill-1 ta' Jannar 2016.

(6)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward l-emenda proposta għall-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-6 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

H.G.J. KAMP


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  Id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li tistabbilixxi programm dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà u oqfsa komuni għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej (Programm ISA2) bħala mezz għall-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 318, 4.12.2015, p. 1).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2016

ta' …

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, rigward kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-“Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE tiġi estiża biex tinkludi d-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li tistabbilixxi programm dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà u oqfsa komuni għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej (Programm ISA2) bħala mezz għall-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku (1).

(2)

Għaldaqstant, il-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda mill-1 ta' Jannar 2016,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 17 (Skambju telematiku ta' dejta) tal-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Fil-paragrafu 1, is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:

“L-Istati tal-EFTA għandhom, mill-1 ta' Jannar 2016, jipparteċipaw fil-proġetti u l-attivitajiet tal-programm tal-Unjoni msemmi fil-paragrafu 6(d).”.

2.

Il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 5:

“5a.   L-Istati tal-EFTA għandhom, mill-bidu tal-kooperazzjoni fil-programm imsemmi fil-paragrafu 6(d), jipparteċipaw bis-sħiħ, mingħajr id-dritt tal-vot, fil-Kumitat dwar Soluzzjonijiet ta' Interoperabbiltà għall-Amministrazzjonijiet Pubbliċi, Negozji u Ċittadini Ewropej (il-Kumitat tal-ISA2), li jassisti lill-Kummissjoni Ewropea fl-implimentazzjoni, il-ġestjoni u l-iżvilupp ta' dak il-programm.”.

3.

Fil-paragrafu 6, il-punt li ġej huwa miżjud:

“(d)

bil-ħsieb tal-parteċipazzjoni mill-1 ta' Jannar 2016:

32015 D 2240: Id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li tistabbilixxi programm dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà u oqfsa komuni għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej (Programm ISA2) bħala mezz għall-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 318, 4.12.2015, p. 1).

Il-Liechtenstein huwa eżentat mill-parteċipazzjoni f'dan il-programm u milli jagħti kontribuzzjoni finanzjarja għalih.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Din tapplika mill-1 ta' Jannar 2016.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 318, 4.12.2015, p. 1.

(*)  [Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.] [Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]


17.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/94


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/969

tal-15 ta' Ġunju 2016

li tistabbilixxi rekwiżiti standard ta' rapportar għal programmi nazzjonali għall-eradikazzjoni, il-kontroll u s-sorveljanza ta' mard tal-annimali u żoonożi kofinanzjati mill-Unjoni u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/288/UE

(notifikata bid-dokument C(2016) 3615)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(5) tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 jistabbilixxi, fost l-oħrajn, dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari u mas-saħħa tal-annimali u r-rekwiżiti għas-sottomissjoni u għall-kontenut tal-programmi nazzjonali għall-eradikazzjoni, il-kontroll u s-sorveljanza tal-mard tal-annimali u taż-żoonożi.

(2)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 jistipula li kull sena, sat-30 ta' April, għal kull programm nazzjonali annwali jew pluriennali approvat, l-Istati Membri jridu jressqu lill-Kummissjoni rapport annwali tekniku u finanzjarju dettaljat li jkopri s-sena preċedenti.

(3)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 jistipula li kull sena, sal-31 ta' Awwissu, għal kull programm nazzjonali annwali approvat, l-Istati Membri jridu jressqu lill-Kummissjoni rapport finanzjarju intermedju.

(4)

L-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 jistipula li kull sena, sat-30 ta' April, għal kull programm nazzjonali annwali approvat, l-Istati Membri jridu jressqu lill-Kummissjoni talba għall-pagament dwar il-programmi implimentati matul is-sena preċedenti.

(5)

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/288/UE (2) jistipula li għall-programmi implimentati mill-1 ta' Jannar 2015 l-Istati Membri jridu jressqu rapporti intermedji u finali online billi jużaw il-mudelli elettroniċi standard korrispondenti pprovduti mill-Kummissjoni (ħlief għall-programmi marbuta ma' ċertu mard tal-akkwakultura).

(6)

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/288/UE jiddefinixxi l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta fir-rapporti.

(7)

Għall-konformità mal-evoluzzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u biex jistgħu jsiru l-modifiki meħtieġa jew jiġu inklużi aktar dettalji, għandhom jintużaw il-mudelli elettroniċi standard għal rapporti intermedji u finali, inkluż it-talbiet għal pagament, provduti fuq l-Internet fuq is-sit web tal-Kummissjoni għal programmi veterinarji dwar id-deni Afrikan tal-ħnieżer, l-influwenza avjarja, il-marda tal-ilsien blu, il-bruċellożi bovina, il-bruċellożi ovina u kaprina, id-deni klassiku tal-ħnieżer, ir-rabja, l-infezzjoni tas-Salmonella f'ċerti popolazzjonijiet ta' tjur, it-tuberkulożi bovina u l-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli. Il-Kummissjoni se tinforma lill-Istati Membri u se tiddiskuti magħhom il-modifiki kollha meħtieġa tal-mudelli elettroniċi standard fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. Il-mudelli elettroniċi standard riveduti, minbarra li huma disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni, se jintbagħtu lill-Istati Membri kollha mhux aktar tard mill-ewwel ġimgħa ta' Ġunju (rapporti intermedji) u sa mhux aktar tard mill-ewwel ġimgħa ta' Marzu (rapporti finali u talbiet għal pagamenti) tas-sena konċernata.

(8)

Għal mard ieħor mhux inkluż fil-mudelli elettroniċi standard u għal mard tal-akkwakultura, l-użu tal-formoli standard mhux elettroniċi jitqies bħala l-għodda xierqa għall-preżentazzjoni tar-rapporti, minħabba l-għadd żgħir ta' programmi approvati f'dawn l-aħħar snin, li ma jeħtieġx l-iżvilupp ta' mudelli elettroniċi speċifiċi.

(9)

F'isem iċ-ċarezza għandha għalhekk titħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/288/UE u tinbidel b'din id-Deċiżjoni.

(10)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għal programmi nazzjonali approvati għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni u li jikkonċernaw id-deni Afrikan tal-ħnieżer, l-influwenza avjarja, il-marda tal-ilsien blu, il-bruċellożi bovina, il-bruċellożi ovina u kaprina, id-deni klassiku tal-ħnieżer, ir-rabja, l-infezzjoni tas-Salmonella f'ċerti popolazzjonijiet ta' tjur, it-tuberkolożi bovina u l-enċifalopatiji sponġiformi, ir-rapporti annwali u intermedji (inkluż it-talbiet għall-pagament) għandu jkun fihom l-informazzjoni prevista fil-formoli msemmija fl-Annessi I u II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Ir-rapporti intermedji u annwali msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jintbagħtu online bl-użu tal-mudelli elettroniċi standard korrispondenti stipulati fl-Annessi I u II.

Artikolu 3

Għal mard ieħor mhux inkluż fil-mudelli elettroniċi, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa mudelli ta' rapporti fuq bażi ad hoc u tipprovdihom lill-Istati Membri kkonċernati. Ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati bil-posta jew b'mezzi elettroniċi.

Għar-rapport annwali dwar mard tal-akkwakultura, l-Istati Membri għandhom jużaw il-mudell korrispondenti stabbilit fl-Anness III u jibagħtu r-rapport bil-posta jew b'mezzi elettroniċi.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/288/UE hija mħassra.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tapplika għal preżentazzjonijiet ta' rapporti intermedji u ta' rapporti annwali, inkluż talbiet għal pagament, fir-rigward ta' programmi implimentati mill-2016.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/288/UE tat-12 ta' Mejju 2014 fir-rigward tar-rekwiżiti standard ta' rapportaġġ għall-programmi nazzjonali għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta' ċertu mard u mard żoonotiku tal-annimali kofinanzjati mill-Unjoni u li jirrevokaw id-Deċiżjoni 2008/940/KE (ĠU L 147, 17.5.2014, p. 88).


ANNESS I

Il-mudell pdf speċifiku li għandu jintuża għall-abbozzar u l-preżentazzjoni tar-rapporti intermedji tal-programmi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 2 huwa disponibbli fuq il-paġna web ta' DĠ SANTE:

http://ec.europa.eu/dgs/health_food-safety/funding/cff/animal_health/vet_progs_en.htm


ANNESS II

Il-mudell pdf speċifiku li għandu jintuża għall-abbozzar u l-preżentazzjoni tar-rapporti annwali (inkluż it-talbiet għall-pagament) tal-programmi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 2 huwa disponibbli fuq il-paġna web ta' DĠ SANTE:

http://ec.europa.eu/dgs/health_food-safety/funding/cff/animal_health/vet_progs_en.htm


ANNESS III

Rekwiżiti standard għall-preżentazzjoni tar-rapporti annwali tal-programmi nazzjonali għall-qerda tal-mard tal-annimali tal-akkwakultura

Il-mard tal-annimali tal-akkwakultura konċernat:

Nekrożi ematopojetika infettiva (IHN)

Anemija infettiva tas-salamun (ISA)

Marda tal virus tal-erpete tal-koi (KHV)

Settiċemija emorraġika virali (VHS)

Infezzjoni bil-Marteilia refringens

Infezzjoni bil-Bonamia ostreae

Marda tal-ponot bojod fil-krustaċji

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni