ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 152

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
9 ta' Ġunju 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/895 tat-8 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2008 rigward l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Lactobacillus rhamnosus (CNCM-I-3698) u ta' Lactobacillus farciminis (CNCM-I-3699) ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/896 tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni tat-tartrati tal-ħadid u tas-sodju bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali ( 1 )

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/897 tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparat ta' Bacillus subtilis (C-3102) (DSM 15544) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tal-bajd u għall-ħut ornamentali, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1444/2006, (UE) Nru 333/2010 u (UE) Nru 184/2011 rigward id-detentur tal-awtorizzazzjoni (li huwa Asahi Calpis Wellness Co. Ltd.) ( 1 )

7

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/898 tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-batterju Bacillus licheniformis (ATCC 53757) u tal-proteażi tiegħu (EC 3.4.21.19) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta' tjur tas-simna u dawk imrobbija għall-bajd u għall-għasafar għat-tiżjin (detentur tal-awtorizzazzjoni Novus Europe S.A./N.V.) ( 1 )

11

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/899 tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni ta' 6-fitażi prodott mit-Trichoderma reesei (ATCC SD-6528) bħala addittiv fl-għalf għal kull speċi ta' tjur u speċi tal-ħnieżer kollha (ħlief ħnienes mhux miftuma) (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco (UK) Ltd) ( 1 )

15

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/900 tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu benżojku bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer femminili (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Product Sp. z o. o.) ( 1 )

18

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/901 tat-8 ta' Ġunju 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

21

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/902 tat-30 ta' Mejju 2016 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għas-sistemi komuni tat-trattament jew tal-immaniġġjar tal-ilma mormi u tal-gass ta' skart fis-settur tal-kimika skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2016) 3127)  ( 1 )

23

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/903 tat-8 ta' Ġunju 2016 skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar għata taż-żwiemel imxappa bil-permetrina li tintuża bl-għan li jiġu kkontrollati l-insetti li jagħtu fastidju fl-ambjent taż-żiemel ( 1 )

43

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/904 tat-8 ta' Ġunju 2016 skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti li fihom il-propan-2-ol użati għad-disinfezzjoni tal-idejn ( 1 )

45

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 110/15/COL tal-8 ta' April 2015 li tiddikjara bħala inkompatibbli l-għajnuna addizzjonali ta' NOK 16-il miljun minn Innovation Norway lil Finnfjord AS (in-Norveġja) [2016/905]

47

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 357/15/COL tat-23 ta' Settembru 2015 biex tagħlaq il-proċedura ta' investigazzjoni formali dwar l-għajnuna mill-Istat favur Sandefjord Fotball AS (In-Norveġja) [2016/906]

59

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

9.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/895

tat-8 ta' Ġunju 2016

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2008 rigward l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Lactobacillus rhamnosus (CNCM-I-3698) u ta' Lactobacillus farciminis (CNCM-I-3699)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Danisco (UK) Ltd. ressqet applikazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 li tipproponi bidla fl-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni fir-rigward tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1290/2008 (2) li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Lactobacillus rhamnosus (CNCM-I-3698) u Lactobacillus farciminis (CNCM- I-3699).

(2)

L-applikant jiddikjara li, b'effett mit-12 ta' Novembru 2015, Danisco (UK) Ltd. ittrasferiet id-drittijiet għat-tqegħid fis-suq ta' preparazzjoni ta' Lactobacillus rhamnosus (CNCM-I-3698) u ta' Lactobacillus farciminis (CNCM- I-3699) lil STI Biotechnologie.

(3)

Il-bidliet proposti fit-termini tal-awtorizzazzjoni għandhom natura purament amministrattiva u ma jinvolvux valutazzjoni ġdida tal-addittiv ikkonċernat. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ġiet mgħarrfa bl-applikazzjoni.

(4)

Sabiex l-addittiv tal-għalf ikun jista' jitqiegħed fis-suq bl-isem STI Biotechnologie, jeħtieġ li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjoni.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1290/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Billi r-raġunijiet tas-sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-emenda magħmula b'dan ir-Regolament lir-Regolament (KE) Nru 1290/2008, huwa xieraq li jiġi stipulat perjodu tranżitorju li matulu jistgħu jintużaw il-ħażniet eżistenti tal-addittivi, tat-taħlitiet minn qabel u tal-għalf kompost li fih l-addittiv.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1290/2008, fit-tieni kolonna, il-kliem “Danisco (UK) Ltd” jinbidel bi “STI Biotechnologie”.

Artikolu 2

Il-ħażniet eżistenti tal-addittiv, tat-taħlitiet minn qabel u tal-għalf kompost li jkun fihom l-additiv, li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet applikabbli qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw kollha.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1290/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Lactobacillus rhamnosus (CNCM-I-3698) u Lactobacillus farciminis(CNCM-I-3699) (Sorbiflore) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 20).


9.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/896

tat-8 ta' Ġunju 2016

dwar l-awtorizzazzjoni tat-tartrati tal-ħadid u tas-sodju bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

(2)

B'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tat-tartrati tal-ħadid u tas-sodju. Dik l-applikazzjoni kellha magħha d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tat-tartrati tal-ħadid u tas-sodju bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tat-30 ta' April 2015 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparat ikkonċernat ma għandu ebda effett negattiv fuq saħħet l-annimali, fuq saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparat għandu l-potenzjal li jkun effikaċi bħala antiagglomerant fil-melħ. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tat-tartrati tal-ħadid u tas-sodju turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dan il-preparat għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jidħol fil-kategorija ta' addittivi “addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali “aġenti antiagglomeranti”, huwa awtorizzat bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2015; 13(5):4114.


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Il-kompożizzjoni, il-formola kimika, deskrizzjoni, metodi ta' analiżi

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

mg tas-sustanza attiva għal kull kg ta' NaCl

Additivi teknoloġiċi: Aġenti antiagglomeranti

1i534

Tartrati tal-ħadid u tas-sodju

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparat tal-prodotti tal-kumplessazzjoni tat-tartrati tas-sodju mal-klorur tal-ħadid(III) (FeCl3) f'soluzzjoni tal-ilma ≤ 35 % (skont il-piż)

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Prodott ta' kumplessazzjoni tal-ħadid (III) ta' D (+)-, L(-)- u meso-2,3 aċidi diidrossibutandiojċi

 

Proporzjon: ħadid għall-meso-tartrat 1:1;

 

Proporzjon: ħadid għat-total tal-isomeri tat-tartrat 1:1,5

Numru CAS: 1280193-05-9

Fe(OH)2C4H4O6Na

 

Klorur: ≤ 25 %

 

Ossalati: ≤ 1,5 % expressi bħala aċidu ossaliku

 

Ħadid: ≥ 8 % Iron(III)

Metodu analitiku  (1)

Il-kwantifikazzjoni tal-meso-tartrat u tartrati D(-) u L(+) fl-addittiv tal-għalf:

Kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja b'detezzjoni tal-Indiċi Rifrattiv (HPLC-RI);

Il-kwantifikazzjoni tat-total ta' ħadid fl-addittiv tal-għalf:

Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP-AES) — EN 15510; jew

Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament wara d-diġestjoni tal-pressjoni (ICP-AES) — EN 15621; jew

Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP-AES) — EN ISO 11885; jew

Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS) — EN ISO 6869; jew

Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS) — Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (2); u

Il-kwantifikazzjoni tat-total tas-sodju fl-addittiv tal-għalf:

Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP-AES) — EN 15510; jew

Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament wara d-diġestjoni tal-pressjoni (ICP-AES) — EN 15621; jew

Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP-AES) — EN ISO 11885; jew

Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS) — EN ISO 6869; u

Il-kwantifikazzjoni tal-klorur tal-ammonju fl-addittiv tal-għalf:

Titrimetrija — ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 jew ISO 6495.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

L-addittiv għandu jintuża biss fil-klorur tas-sodju (NaCl)

2.

Id-doża minima rakkomandata: 26 mg ta' tartrati tal-ħadid u tas-sodju/kg NaCl (ekwivalenti għal 3 mg ħadid/kg ta' NaCl)

3.

Id-doża massima rakkomandata: 106 mg tartrati tal-ħadid u tas sodju/kg NaCl

id-29 ta' Ġunju 2026


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).


9.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/897

tat-8 ta' Ġunju 2016

dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparat ta' Bacillus subtilis (C-3102) (DSM 15544) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tal-bajd u għall-ħut ornamentali, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1444/2006, (UE) Nru 333/2010 u (UE) Nru 184/2011 rigward id-detentur tal-awtorizzazzjoni (li huwa Asahi Calpis Wellness Co. Ltd.)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Tressqu l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-Bacillus subtilis (C-3102) bi qbil mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Ma' dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjonijiet huma għall-awtorizzazzjoni ta' preparat tal-Bacillus subtilis (C 3102) bħala addittiv għall-użu fl-għalf tal-għasafar kollha tal-bajd u tal-ħut ornamentali li għandu jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

Dak il-preparat diġà kien awtorizzat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1444/2006 (2) bħala addittiv tal-għalf tat-tiġieġ tas-simna, mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 333/2010 (3) għat-tħaxxin tal-ħnienes, u mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 184/2011 (4) għat-tiġieġ tal-bajd, għad-dundjani, għall-ispeċijiet tat-tjur li mhumiex wisq importanti mil-lat ekonomiku, u għal għasafar oħrajn, ornamentali u tal-kaċċa.

(5)

Fl-opinjonijiet tagħha tat-28 ta' Settembru 2015 (5) u tal-11 ta' Novembru 2015 (6), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, huwa preżunt li l-preparat tal-Bacillus subtilis (C-3102) ma għandux effett negattiv, la fuq is-saħħa tal-annimali, la fuq is-saħħa tal-bniedem u lanqas fuq l-ambjent. Hija kkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-addittiv għandu potenzjal li jkun effettiv biex inaqqas l-ammont ta' għalf meħtieġ għal kull kilo ta' bajd prodott tul il-perjodu kollu tal-bidien. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittiv għandu l-potenzjal li jżid il-kobor tal-ħut ornamentali filwaqt li jnaqqas il-kwantità ta' għalf meħtieġ. L-Awtorità mhijiex tal-fehma li jinħtieġu rekwiżiti speċifiċi biex isir monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tal-preparat tal-Bacillus subtilis (C-3102) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dan il-preparat għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(7)

L-applikant ressaq ukoll applikazzjoni b'konformità mal-Artkolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 fejn ippropona li fir-Regolamenti (KE) Nru 1444/2006, (UE) Nru 333/2010 u (UE) Nru 184/2011, jinbidlu isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni u isem ir-rappreżentant tiegħu fl-UE. L-applikant stqarr li, b'effett mill-1 ta' Jannar 2016, ismu nbidel minn “Calpis Co. Ltd.” għal “Asahi Calpis Wellness Co. Ltd.”. Isem ir-rappreżentant tiegħu fl-UE nbidel minn “Calpis Co. Ltd. Europe Representative Office” għal “Asahi Calpis Wellness Co. Ltd. Europe Representative Office”. L-applikant ressaq id-dejta rilevanti li ssostni t-talba tiegħu.

(8)

Biex il-kumpanija Asahi Calpis Wellness Co. Ltd. tkun tista' tgawdi mid-drittijiet tagħha tal-kummerċjalizzazzjoni, jeħtieġ li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjonijiet.

(9)

Għaldaqstant, ir-Regolamenti (KE) Nru 1444/2006, (UE) Nru 333/2010 u (UE) Nru 184/2011 għandhom jiġu emendati skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterji tal-musrana”, huwa awtorizzat bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1444/2006, fit-tieni kolonna, isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni, il-frażi “Calpis Co., Ltd. rappreżentata fil-Komunità minn Orffa International Holding BV” tinbidel bil-frażi “Asahi Calpis Wellness Co. Ltd., rappreżentata fl-Unjoni Ewropea minn Asahi Calpis Wellness Co. Ltd. Europe Representative Office”.

Artikolu 3

Ir-Regolament (UE) Nru 333/2010 huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-titolu, il-frażi “detentur tal-awtorizzazzjoni, Calpis Co. Ltd. Japan, rappreżentata fl-Unjoni Ewropea minn Calpis Co. Ltd. Europe Representative Office” tinbidel bil-frażi “detentur tal-awtorizzazzjoni, Asahi Calpis Wellness Co. Ltd., rappreżentata fl-Unjoni Ewropea minn Asahi Calpis Wellness Co. Ltd. Europe Representative Office”;

(b)

Fl-Anness, fit-tieni kolonna, isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni, il-frażi “Calpis Co. Ltd. Japan, rappreżentat fl-Unjoni Ewropea minn Calpis Co. Ltd. Europe Representative Office” tinbidel bil-frażi “Asahi Calpis Wellness Co. Ltd., rappreżentata fl-Unjoni Ewropea minn Asahi Calpis Wellness Co. Ltd. Europe Representative Office”.

Artikolu 4

Ir-Regolament (UE) Nru 184/2011 huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-titolu, il-frażi “detentur tal-awtorizzazzjoni, Calpis Co. Ltd. Japan, rappreżentata minn Calpis Co. Ltd. Europe Representative Office” tinbidel bil-frażi “detentur tal-awtorizzazzjoni, Asahi Calpis Wellness Co. Ltd., rappreżentata fl-Unjoni Ewropea minn Asahi Calpis Wellness Co. Ltd. Europe Representative Office”;

(b)

Fl-Anness, fit-tieni kolonna, isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni, il-frażi “Calpis Co. Ltd. Japan, rappreżentata minn Calpis Co. Ltd. Europe Representative Office, France” tinbidel bil-frażi “Asahi Calpis Wellness Co. Ltd., rappreżentata fl-Unjoni Ewropea minn Asahi Calpis Wellness Co. Ltd. Europe Representative Office”.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1444/2006 tad-29 ta' Settembru 2006 rigward l-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis C-3102 (Calsporin) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 271, 30.9.2006, p. 19).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 333/2010 tat-22 ta' April 2010 dwar l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid għal Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) bħala addittiv fl-għalf għal ħnienes miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Calpis Co. Ltd., il-Ġappun, irrappreżentat fl-Unjoni Ewropea minn Calpis Co. Ltd. Europe Representative Office) (ĠU L 102, 23.4.2010, p. 19).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 184/2011 tal-25 ta' Frar 2011 dwar l-awtorizzazzjoni ta' Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imkabbra biex ibidu, għad-dundjani, għall-ispeċi tat-tjur minuri u għasafar ornamentali u selvaġġi oħrajn, (detentur tal-awtorizzazzjoni Calpis Co. Ltd. il-Ġappun, irrappreżentat minn Calpis Co. Ltd. Europe Representative Office) (ĠU L 53, 26.2.2011, p. 33).

(5)  EFSA Journal 2015; 13(9):4231.

(6)  EFSA Journal 2015; 13(11):4274.


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Il-kompożizzjoni, il-formula kimika, deskrizzjoni, il-metodu analitiku

L-ispeċi jew il-kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Meta tintemm l-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

Il-kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterji tal-musrana

4b1820

Asahi Calpis Wellness Co. Ltd., rappreżentata fl-Unjoni Ewropea minn Asahi Calpis Wellness Co. Ltd. Europe Representative Office

Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544)

Kompożizzjoni tal-addittiv

Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) b'minimu ta' 1.0 × 1010 CFU/g

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Spori vijabbli (CFU) tal-Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544)

Metodu analitiku  (1)

Enumerazzjoni: metodu tat-tifrix b'agar tat-triptonju tas-soja fil-matriċi kollha fil-mira (EN 15784:2009)

Identifikazzjoni: elettroforeżi bil-ġell f'kamp pulsat (PFGE).

Tiġieġ tal-bajd

3 × 108

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv, tat-taħlitiet lesti minn qabel u tal-għalf kompost għandhom jiġu indikati t-temperatura tal-ħżin, it-tul ta' żmien tal-ħżin u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Għal min juża l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel f'negozju tal-għalf, se jiġu stabbiliti l-proċedura operazzjonali u l-miżuri organizzattivi xierqa li jindirizzaw il-perikli tal-inalazzjoni, tal-kuntatt mal-ġilda jew tal-kuntatt mal-għajnejn. Fil-każ li l-esponiment għall-addittiv permezz tal-ġilda, tal-inalazzjoni jew tal-għajnejn ma jkunx jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'dawn il-proċeduri u l-miżuri, għandu jintuża tagħmir ta' protezzjoni personali meta jintużaw l-addittiv jew it-taħlitiet lesti minn qabel

Id-29 ta' Ġunju 2026

Ħut ornamentali

1 × 1010


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu f'dan l-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza: www.irmm.jrc.ec.europa.eu/crl-feed-additives


9.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/898

tat-8 ta' Ġunju 2016

dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-batterju Bacillus licheniformis (ATCC 53757) u tal-proteażi tiegħu (EC 3.4.21.19) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta' tjur tas-simna u dawk imrobbija għall-bajd u għall-għasafar għat-tiżjin (detentur tal-awtorizzazzjoni Novus Europe S.A./N.V.)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti tat-tali awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-batterju Bacillus licheniformis (ATCC 53757) u tal-proteażi tiegħu (EC 3.4.21.19). Ma' din l-applikazzjoni ntbagħtu wkoll id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Dik l-applikazzjoni għandha x'taqsam mal-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-batterju Bacillus licheniformis (ATCC 53757) u tal-proteażi tiegħu (EC 3.4.21.19) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta' tjur tas-simna u sa meta jibdew ibidu u għall-għasafar għat-tiżjin li għandha tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tal-11 ta' Marzu 2015 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) waslet għall-konklużjoni li, bil-kundizzjonijiet proposti tal-użu tagħha, il-preparazzjoni tal-batterju Bacillus licheniformis (ATCC 53757) u tal-proteażi tiegħu (EC 3.4.21.19) ma għandhiex effetti ħżiena la fuq saħħet l-annimali, la fuq saħħet il-bniedem u lanqas fuq l-ambjent, u li, fid-doża rrakkomandata, din taf tkun effikaċi fil-proporzjon tal-għalf maż-żieda fil-piż għat-tiġieġ tas-simna, iżda biss meta tingħata dieta b'inqas proteini. Hija tqis ukoll li din il-konklużjoni tista' tiġi estiża għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, għall-ispeċijiet minuri ta' tjur tas-simna u dawk imrobbija għall-bajd u għall-għasafar għat-tiżjin. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li ressaq il-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tal-batterju Bacillus licheniformis (ATCC 53757) u tal-proteażi tiegħu (EC 3.4.21.19) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li taqa' taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u l-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħrajn”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2015;13(3):4055.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

CFU/unitajiet tas-sustanza attiva/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħrajn (titjib fil-prestazzjoni żooteknika)

4d12

Novus Europe S.A./N.V.

Il-batterju Bacillus licheniformis ATCC 53757 u l-proteażi tiegħu EC 3.4.21.19

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal-batterju Bacillus licheniformis (ATCC 53757) u tal-proteażi tiegħu EC 3.4.21.19, li fiha għadd minimu ta':

Bacillus licheniformis (ATCC 53757) ta'

1 × 109 CFU għal kull gramma tal-addittiv

proteażi ta' 6 × 105 U għal kull gramma tal-addittiv (1)

Għamla solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Spori vijabbli tal-batterju Bacillus licheniformis (ATCC 53757) u tal-proteażi tiegħu EC 3.4.21.19

Metodu analitiku  (2)

Identifikazzjoni u enumerazzjoni tal-batterju Bacillus licheniformis ATCC 53757 fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE)

Enumerazzjoni: Il-metodu tat-tifrix bl-użu tat-tryptone soya agar — EN 15784

Kwantifikazzjoni tal-proteażi fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf:

Metodu kolorimetriku li jkejjel il-paranitroanilina (pNA) li r-reazzjoni enzimatika tal-proteażi fuq is-substrat ta' suċċinil-ala-ala-pro-fe-pNA tirrilaxxa f'37 °C

Tiġieġ tas-simna u tiġieġ imrobbija għall-bajd

Speċijiet minuri ta' tjur tas-simna u dawk imrobbija għall-bajd

Għasafar għat-tiżjin

5 × 108CFU

Bacillus licheniformis

3 × 105U proteażi

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura tal-ħżin, iż-żmien tal-ħżin u l-istabbiltà waqt it-tgerbib.

2.

Id-doża minima rrakkomandata hija ta' 500 mg ta' addittiv għal kull kilogramm ta' għalf komplut.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel f'negozju tal-għalf, għandhom jiġu stabbiliti l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi x-xierqa sabiex jindirizzaw il-perikli marbutin mal-inalazzjoni, mal-kuntatt mal-ġilda jew mal-kuntatt mal-għajnejn. Fejn l-esponiment tal-ġilda, tal-għajnejn jew tan-nifs għall-prodotti ma jkunx jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'dawn il-miżuri u b'dawn il-proċeduri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw flimkien ma' tagħmir personali protettiv xieraq.

4.

L-użu huwa permess f'għalf li jkun fih il-koċċidjostati awtorizzati li ġejjin: id-diklażuril, in-nikarbażin, id-dekokinat, is-sodju tas-semduramiċina, il-lażaloċid-sodju, is-sodju tal-monensina, il-kloridrat tar-robenidina, il-maduramiċina tal-ammonju, in-narasin jew is-sodju tas-salinomiċina.

5.

Użu rrakkomandat f'razzjonijiet b'inqas proteini.

Id-29 ta' Ġunju 2026


(1)  1 U huwa l-ammont ta' proteażi li jillibera mikromolu wieħed ta' paranitroanilina (pNA) mis-substrat ta' suċċinil-ala-ala-pro-fe-pNA (C30H36N6O9) kull minuta b'pH ta' 8,0 u f'37 °C.

(2)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


9.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/15


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/899

tat-8 ta' Ġunju 2016

dwar l-awtorizzazzjoni ta' 6-fitażi prodott mit-Trichoderma reesei (ATCC SD-6528) bħala addittiv fl-għalf għal kull speċi ta' tjur u speċi tal-ħnieżer kollha (ħlief ħnienes mhux miftuma) (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco (UK) Ltd)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

B'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' 6-fitażi prodott mit-Trichoderma reesei (ATCC SD-6528). Ma' din l-applikazzjoni ntbagħtu wkoll id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' 6-fitażi prodott minn Trichoderma reesei (ATCC SD-6528) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet tat-tjur tal-irziezet u l-ispeċijiet tal-ħnieżer, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-22 ta' Ottubru 2015 (2) li, skont il-kundizzjonijiet proposti ta' użu, 6-fitażi prodott minn Trichoderma reesei (ATCC SD-6528) ma jħallix effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, u li huwa effikaċi fit-titjib taż-żamma tal-fosfru f'tiġieġ u dundjani għat-tismin, għat-tiġieġ tal-bajd, għall-ħnienes miftuma, għall-ħnieżer għat-tismin u għall-ħnieżer nisa fid-doża rakkomandata. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li din il-konklużjoni tista' tiġi estrapolata għal speċijiet minuri ta' tjur u speċijiet ta' ħnieżer żgħar oħra. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni ta' 6-fitażi prodott minn Trichoderma reesei (ATCC SD-6528) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dan il-preparat għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, huwa awtorizzat bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2015;13(11):4275.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

Unitajiet ta' sustanza attiva/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija: Addittivi Żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà.

4a24

Danisco (UK) Ltd

6-fitażi EC 3.1.3.26

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparat tas-6-fitażi prodott minn Trichoderma reesei (ATCC SD-6528) b'attività minima ta' 15 000 U (1) /g.

Forma likwida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodott minn Trichoderma reesei (ATCC SD-6528)

Metodu analitiku  (2)

Għall-kwantifikazzjoni tal-attività ta' 6-fitażi fl-addittiv tal-għalf:

metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni enżimatika tal-fitasi fuq il-fitat,

Għall-kwantifikazzjoni tal-attività ta' 6-fitażi fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf:

metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni enzimatika tal-fitażi fuq il-fitat EN ISO 30024.

Kull speċi ta' tjur

Kull speċi ta' ħnieżer (ħlief ħnienes mhux miftuma)

250 U

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà waqt il-proċess ta' tgerbib.

2.

Doża massima rrakkomandata: 2 000 U/kg ta' għalf.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel f'negozju tal-għalf, għandhom jiġu stabbiliti l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi adegwati biex jindirizzaw il-perikli man-nifs, il-kuntatt mal-ġilda jew mal-għajnejn. Fejn l-espożizzjoni tal-ġilda, tal-inalatur jew tal-għajnejn ma tistax titnaqqas għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir protettiv personali adatt.

id-29 ta' Ġunju 2026


(1)  U huwa l-ammont ta' enzimi li jillibera mikromolu wieħed ta' fosfat inorganiku kull minuta minn substrat ta' fitat tas-sodju b'pH ta' 5,5 u f'temperatura ta' 37 °C.

(2)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


9.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/18


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/900

tat-8 ta' Ġunju 2016

dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu benżojku bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer femminili (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Product Sp. z o. o.)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-aċidu benżojku. Ma' din l-applikazzjoni ntbagħtu wkoll id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-aċidu benżojku bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer femminili, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

Dan l-addittiv diġà kien awtorizzat bħala addittiv tal-għalf għall-użu fil-ħnienes miftuma bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1730/2006 (2) u għall-użu fil-ħnieżer għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1138/2007 (3).

(5)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) fl-opinjonijiet tagħha tal-14 ta' Ġunju 2012 (4) u tas-16 ta' Ġunju 2015 (5) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, l-aċidu benżojku ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent u li jista' potenzjalment jintroduċi tnaqqis żgħir fil-pH tal-urina fil-ħnieżer femminili. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tal-aċidu benżojku turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-addittiv speċifikat fl-Anness, li jappartjeni għall-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u għall-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1730/2006 tat-23 ta' Novembru 2006 rigward l-awtorizzazzjoni tal-aċidu benżojku (VevoVitall) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 325, 24.11.2006, p. 9).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1138/2007 tal-1 ta' Ottubru 2007 rigward l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tal-aċidu benżojku (VevoVitall) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 256, 2.10.2007, p. 8).

(4)  EFSA Journal 2012;10(7):2775.

(5)  EFSA Journal 2015;13(7):4157.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

mg/kg tal-għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (tnaqqis tal-pH urinarju).

4d210

DSM Nutritional Products Sp. z o. o.

Aċidu benżojku

Kompożizzjoni tal-addittiv

Aċidu benżojku (≥ 99,9 %)

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Aċidu benżenkarbossiliku, aċidu fenilkarbossiliku, aċidu,

C7H6O2

numru CAS 65-85-0

Livell massimu tal-impuritajiet:

 

Aċidu ftaliku: ≤ 100 mg/kg

 

Bifenil: ≤ 100 mg/kg

Metodu analitiku  (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-aċidu benżojku fl-addittiv tal-għalf:

titrazzjoni bl-idrossidu tas-sodju (European Pharmacopeia monograph 0066).

Għall-kwantifikazzjoni tal-aċidu benzojku fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf tal-annimali:

kromatografija b'fażi likwida f'fażi inversa bil-metodu tad-detezzjoni UV (RP-HPLC/UV) — ibbażat fuq ISO9231:2008.

Ħnieżer femminili

5 000

10 000

1.

Fid-direzzjonijiet għall-użu tal-għalf komplementari għandhom jiġu indikati dawn li ġejjin:

“L-għalf komplementari li jkun fih l-aċidu benżojku ma għandux jintema lill-ħnieżer femminili nfushom. L-għalf komplementari għall-ħnieżer femminili għandu jitħallat sew ma materjali tal-għalf oħra fid-dieta ta' kuljum”.

2.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel f'negozju tal-għalf, għandhom jiġu stabbiliti l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi adegwati biex jindirizzaw il-perikli minn inalazzjoni, jew b'kuntatt mal-ġilda jew mal-għajnejn. Fejn l-esponiment mill-ġilda, minn inalazzjoni jew mill-għajnejn, ma jistax jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu użati b'tagħmir protettiv personali adatt.

Id-29 ta' Ġunju 2026


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


9.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/21


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/901

tat-8 ta' Ġunju 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

259,4

MA

121,6

ZZ

190,5

0709 93 10

TR

144,6

ZZ

144,6

0805 50 10

AR

167,7

IL

134,0

MA

106,8

TR

134,1

ZA

170,5

ZZ

142,6

0808 10 80

AR

117,7

BR

110,1

CL

121,3

CN

110,9

NZ

153,2

PE

111,0

US

146,5

UY

107,2

ZA

122,1

ZZ

122,2

0809 10 00

TR

279,0

ZZ

279,0

0809 29 00

TR

529,8

US

721,3

ZZ

625,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

9.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/23


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/902

tat-30 ta' Mejju 2016

li tistabbilixxi l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għas-sistemi komuni tat-trattament jew tal-immaniġġjar tal-ilma mormi u tal-gass ta' skart fis-settur tal-kimika skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2016) 3127)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 13(5) tagħha,

Billi:

(1)

Il-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (il-BAT) iservu bħala r-referenza biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-permessi għall-installazzjonijiet koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2010/75/UE. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu tal-emissjonijiet li jiżguraw li, f'kundizzjonijiet normali tat-tħaddim, l-emissjonijiet ma jaqbżux il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli kif stabbiliti fil-konklużjonijiet dwar il-BAT.

(2)

Fl-24 ta' Settembru 2014, il-Forum magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, tal-industriji kkonċernati u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-ħarsien ambjentali, li ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Mejju 2011 (2), ta l-fehma tiegħu dwar il-kontenut propost tad-dokument ta' referenza tal-BAT lill-Kummissjoni. Dik l-opinjoni hija aċċessibbli pubblikament.

(3)

Il-konklużjonijiet dwar il-BAT mogħtija fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni huma l-element ewlieni ta' dak id-dokument ta' referenza tal-BAT.

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 75(1) tad-Direttiva 2010/75/UE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Qed jiġu adottati l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (il-BAT) għas-sistemi komuni tat-trattament jew tal-immaniġġjar tal-ilma mormi u tal-gass ta' skart fis-settur tal-kimika kif mogħtija fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

(2)  ĠU C 146, 17.5.2011, p. 3.


ANNESS

KONKLUŻJONIJIET DWAR L-AQWA TEKNIKI DISPONIBBLI (IL-BAT) GĦAS-SISTEMI KOMUNI TAT-TRATTAMENT JEW TAL-IMMANIĠĠJAR TAL-ILMA MORMI U TAL-GASS TA' SKART FIS-SETTUR TAL-KIMIKA

KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jikkonċernaw l-attivitajiet speċifikati fil-Partijiet 4 u 6.11 tal-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE, b'mod partikulari:

Il-Parti 4: L-industrija tal-kimika;

Il-Parti 6.11: It-trattament tad-dranaġġ imħaddem indipendentement mhux kopert bid-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE u r-rimi minn installazzjoni li twettaq attivitajiet koperti mil-Parti 4 tal-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE.

Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT ikopru wkoll it-trattament ikkombinat tal-ilma mormi li jkun ġej minn oriġini differenti jekk it-tagħbija niġġiesa prinċipali tkun toriġina mill-attivitajiet koperti mill-Parti 4 tal-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE.

B'mod partikulari, dawn il-konklużjonijiet tal-BAT ikopru l-kwistjonijiet li ġejjin:

is-sistemi ta' mmaniġġjar ambjentali;

l-iffrankar tal-ilma;

l-immaniġġjar, il-ġbir u t-trattament tal-ilma mormi;

l-immaniġġjar tal-iskart;

it-trattament tal-ħama tal-ilma mormi, minbarra l-inċinerazzjoni;

l-immaniġġjar, il-ġbir u t-trattament tal-gass ta' skart;

l-ivvampjar;

l-emissjonijiet diffużi ta' komposti organiċi volatili (KOV) fl-arja;

l-emissjonijiet tal-irwejjaħ;

l-emissjonijiet akustiċi.

Konklużjonijiet oħra tal-BAT u dokumenti oħra ta' referenza tal-BAT li jistgħu jkunu rilevanti għall-attivitajiet koperti minn dawn il-konklużjonijiet tal-BAT huma dawn li ġejjin:

Il-produzzjoni tal-kloralkali (CAK);

Il-manifattura ta' Sustanzi Kimiċi Inorganiċi f'Volumi Kbar — l-Ammonijaka, l-Aċidi u l-Fertilizzanti (LVIC–AAF);

Il-manifattura ta' Sustanzi Kimiċi Inorganiċi f'Volumi Kbar — l-Industrija tal-Materjal Solidu u Materjal Ieħor (LVIC–S);

Il-produzzjoni ta' Sustanzi Kimiċi Inorganiċi Speċjalizzati (SIC);

L-industrija tas-Sustanzi Kimiċi Organiċi f'Volumi Kbar (LVOC);

Il-manifattura ta' Sustanzi Kimiċi Organiċi Fini (OFC);

Il-produzzjoni tal-Polimeri (POL);

L-Emissjonijiet li ġejjin mill-Ħażna (EFS);

L-Effiċjenza Enerġetika (ENE);

Il-monitoraġġ tal-Emissjonijiet fl-Arja u fl-Ilma mill-installazzjonijiet rilevanti tad-Direttiva dwar l-emissjonijiet industrijali (l-IED) (ROM);

Is-Sistemi Industrijali tat-Tkessiħ (ICS);

L-Impjanti l-Kbar tal-Kombustjoni (LCP);

L-Inċinerazzjoni tal-Iskart (WI);

L-Industriji tat-Trattament tal-Iskart (WT);

L-Ekonomija u l-Effetti Transmedjali (ECM).

KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI

L-Aqwa Tekniki Disponibbli

It-tekniki elenkati u deskritti f'dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT la huma preskrittivi u lanqas m'huma eżawrjenti. Jistgħu jintużaw tekniki oħra li jiżguraw tal-inqas livell ekwivalenti ta' protezzjoni ambjentali.

Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, il-konklużjonijiet dwar il-BAT japplikaw b'mod ġenerali.

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Il-livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) għall-emissjonijiet fl-ilma mogħtija f'dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT jirreferu għall-valuri ta' konċentrazzjonijiet (il-massa ta' sustanzi mitfugħa f'kull volum ta' ilma), espressi f'μg/l jew f'mg/l.

Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, il-BAT-AELs jirreferu għall-medji annwali ponderati fuq il-fluss ta' kampjuni aggregati proporzjonali għall-fluss fuq perjodu ta' 24 siegħa, meħuda skont il-frekwenza minima stabbilita għall-parametru rilevanti u taħt kundizzjonijiet normali tat-tħaddim. Jista' jintuża kampjunar proporzjonali għall-ħin sakemm jintwera li l-fluss huwa stabbli biżżejjed.

Il-konċentrazzjoni medja annwali ponderata fuq il-fluss tal-parametru (cw ) tiġi kkalkulata permezz tal-ekwazzjoni li ġejja:

Formula

fejn

n

=

l-għadd ta' kejl;

ci

=

il-konċentrazzjoni medja tal-parametru matul il-kejl i;

qi

=

rata medja tal-fluss matul il-kejl i.

Effiċjenzi tat-tnaqqis

Fil-każ tal-karbonju organiku totali (TOC), tad-domanda kimika ta' ossiġnu (COD), tan-nitroġenu totali (TN) u tan-nitroġenu inorganiku totali (Ninorg), il-kalkolu tal-effiċjenza medja tat-tnaqqis imsemmija f'dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT (ara t-Tabella 1 u t-Tabella 2) huwa bbażat fuq it-tagħbijiet u jinkludi kemm il-pretrattament (il-BAT 10 c) u kemm it-trattament finali (il-BAT 10 d) tal-ilma mormi.

DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta' dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Terminu użat

Definizzjoni

Impjant ġdid

Impjant permess għall-ewwel darba fis-sit tal-installazzjoni wara l-pubblikazzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT jew is-sostituzzjoni sħiħa ta' impjant wara l-pubblikazzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT.

Impjant eżistenti

Impjant li mhuwiex impjant ġdid.

Domanda bijokimika ta' ossiġnu (BOD5)

L-ammont ta' ossiġnu meħtieġ għall-ossidazzjoni bijokimika tal-materja organika f'diossidu tal-karbonju f'ħamest ijiem. Il-BOD hija indikatur għall-piż skont il-volum tal-komposti organiċi bijodegradabbli.

Domanda kimika ta' ossiġnu (COD)

L-ammont ta' ossiġnu meħtieġ għall-ossidazzjoni totali tal-materja organika f'diossidu tal-karbonju. Is-COD hija indikatur għall-piż skont il-volum tal-komposti organiċi.

Karbonju organiku totali (TOC)

Il-karbonju organiku totali, mogħti bħala C, jinkludi l-komposti organiċi kollha.

Solidi totali sospiżi (TSS)

Il-piż skont il-volum tas-solidi sospiżi kollha, imkejla permezz tal-filtrazzjoni minn ġo filtri tal-fibra tal-ħġieġ u permezz tal-gravimetrija.

Nitroġenu totali (TN)

In-nitroġenu totali, mogħti bħala N, jinkludi l-ammonijaka ħielsa u l-ammonju (NH4–N), in-nitriti (NO2–N), in-nitrati (NO3–N) u l-komposti organiċi tan-nitroġenu.

Nitroġenu inorganiku totali (Ninorg)

In-nitroġenu inorganiku totali, mogħti bħala N, jinkludi l-ammonijaka ħielsa u l-ammonju (NH4–N), in-nitriti (NO2–N) u n-nitrati (NO3–N).

Fosforu totali (TP)

Il-fosforu totali, mogħti bħala P, jinkludi l-komposti inorganiċi u organiċi kollha tal-fosforu, dissolti jew marbutin ma' partikuli.

Aloġeni adsorbibbli marbuta organikament (AOX)

L-aloġeni adsorbibbli marbuta organikament, mogħtija bħala Cl, jinkludu l-kloru, il-bromu u l-jodju organiċi adsorbibbli.

Kromu (Cr)

Il-kromu, mogħti bħala Cr, jinkludi l-komposti inorganiċi u organiċi kollha tal-kromu, dissolti jew marbutin ma' partikuli.

Ram (Cu)

Ir-ram, mogħti bħala Cu, jinkludi l-komposti inorganiċi u organiċi kollha tar-ram, dissolti jew marbutin ma' partikuli.

Nikil (Ni)

In-nikil, mogħti bħala Ni, jinkludi l-komposti inorganiċi u organiċi kollha tan-nikil, dissolti jew marbutin ma' partikuli.

Żingu (Zn)

Iż-żingu, mogħti bħala Zn, jinkludi l-komposti inorganiċi u organiċi kollha taż-żingu, dissolti jew marbutin ma' partikuli.

KOV

Il-komposti organiċi volatili kif iddefiniti fl-Artikolu 3(45) tad-Direttiva 2010/75/UE.

Emissjonijiet diffużi ta' KOV

L-emissjonijiet tal-KOV mhux inkanalati li jistgħu jirriżultaw minn sorsi “areali” (pereżempju t-tankijiet) jew minn sorsi “puntiformi” (pereżempju l-flanġi tal-pajpijiet).

Emissjonijiet li jaħarbu ta' KOV

L-emissjonijiet diffużi ta' KOV minn sorsi “puntiformi”.

Ivvampjar

L-ossidazzjoni f'temperatura għolja biex jinħarqu l-komposti kombustibbli tal-gassijiet skartati mill-operazzjonijiet industrijali permezz ta' fjamma mikxufa. L-ivvampjar jintuża primarjament biex jinħaraq il-gass fjammabbli għal raġunijiet ta' sigurtà jew waqt kundizzjonijiet tat-tħaddim mhux ta' rutina.

1.   Sistemi ta' mmaniġġjar ambjentali

BAT 1.

Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT huma li tiġi implimentata sistema ta' mmaniġġjar ambjentali (EMS) li tinkorpora l-karatteristiċi kollha li ġejjin u li jkun hemm aderenza magħha:

(i)

l-impenn tal-maniġment, inkluż tal-maniġment superjuri;

(ii)

politika ambjentali li tinkludi t-titjib kontinwu tal-installazzjoni min-naħa tal-maniġment;

(iii)

l-ippjanar u t-twaqqif tal-proċeduri, tal-objettivi u tal-miri meħtieġa, flimkien ma' ppjanar u investiment finanzjarju;

(iv)

l-implimentazzjoni ta' proċeduri b'attenzjoni partikulari għall-affarijiet li ġejjin:

(a)

l-istruttura u r-responsabbiltà;

(b)

ir-reklutaġġ, it-taħriġ, l-għarfien u l-kompetenza;

(c)

il-komunikazzjoni;

(d)

l-involviment tal-impjegati;

(e)

id-dokumentazzjoni;

(f)

il-kontroll effettiv tal-proċessi;

(g)

il-programmi ta' manutenzjoni;

(h)

it-tħejjija u r-rispons għall-emerġenzi;

(i)

il-ħarsien tal-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali;

(v)

il-kontroll tal-prestazzjoni u t-teħid ta' azzjoni korrettiva, billi tingħata attenzjoni partikulari lill-affarijiet li ġejjin:

(a)

il-monitoraġġ u l-kejl (ara wkoll ir-Rapport ta' Referenza dwar il-Monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-Arja u fl-Ilma mill-installazzjonijiet rilevanti tal-IED — ROM);

(b)

l-azzjonijiet korrettivi u preventivi;

(c)

iż-żamma ta' rekords;

(d)

l-awditjar indipendenti (fejn ikun prattiku) intern jew estern sabiex jiġi stabbilit jekk l-EMS tikkonformax mal-arranġamenti ppjanati jew le u jekk din ġietx implimentata u miżmuma sewwa;

(vi)

reviżjoni tal-EMS u tal-adattabbiltà, tal-adegwatezza u tal-effikaċja kontinwi tagħha mill-maniġment superjuri;

(vii)

segwitu tal-iżvilupp ta' teknoloġiji iktar nodfa;

(viii)

kunsiderazzjoni tal-impatti ambjentali tad-dekummissjonar eventwali tal-impjant fl-istadju tat-tfassil ta' impjant ġdid, u tul il-ħajja operattiva kollha tiegħu;

(ix)

l-applikazzjoni ta' parametri referenzjarji settorjali fuq bażi regolari;

(x)

pjan għall-immaniġġjar tal-iskart (ara BAT 13).

B'mod speċifiku għall-attivitajiet tas-settur tal-kimika, il-BAT huma li jiġu inkorporati l-karatteristiċi li ġejjin fl-EMS:

(xi)

f'installazzjonijiet/siti b'operaturi diversi, it-twaqqif ta' konvenzjoni li tistabbilixxi r-rwoli, ir-responsabbiltajiet u l-koordinazzjoni tal-proċeduri operattivi ta' kull operatur ta' impjant sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-operaturi diversi;

(xii)

it-twaqqif ta' inventarji tal-flussi tal-ilma mormi u tal-gass ta' skart (ara l-BAT 2).

F'xi każijiet, il-karatteristiċi li ġejjin jagħmlu parti mill-EMS:

(xiii)

pjan għall-immaniġġjar tal-irwejjaħ (ara l-BAT 20);

(xiv)

pjan għall-immaniġġjar tal-istorbju (ara l-BAT 22).

Applikabbiltà

Il-kamp ta' applikazzjoni (pereżempju l-livell ta' dettall) u n-natura tal-EMS (pereżempju EMS standardizzata jew le) ġeneralment se jkunu relatati man-natura, mal-iskala u mal-kumplessità tal-installazzjoni, u mal-firxa ta' impatti ambjentali li din jista' jkollha.

BAT 2.

Sabiex jiġi ffaċilitat it-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-ilma u fl-arja u t-tnaqqis fl-użu tal-ilma, il-BAT hija li jitwaqqaf u jinżamm inventarju tal-flussi tal-ilma mormi u tal-gass ta' skart bħala parti mis-sistema ta' mmaniġġjar ambjentali (ara l-BAT 1), li jinkorpora l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(i)

informazzjoni dwar il-proċessi tal-produzzjoni tas-sustanzi kimiċi, fosthom:

(a)

ekwazzjonijiet dwar ir-reazzjonijiet kimiċi, li juru wkoll il-prodotti sekondarji;

(b)

skedi ssimplifikati dwar il-fluss tal-proċessi li juru l-oriġini tal-emissjonijiet;

(c)

deskrizzjonijiet tat-tekniki integrati fil-proċess u tat-trattament tal-ilma mormi jew tal-gass ta' skart fis-sors, inklużi l-prestazzjonijiet tagħhom;

(ii)

informazzjoni kemm jista' jkun komprensiva dwar il-karatteristiċi tal-flussi tal-ilma mormi, bħal:

(a)

il-valuri medji u l-varjabbiltà tal-fluss, tal-pH, tat-temperatura, u tal-konduttività;

(b)

il-valuri medji tal-konċentrazzjoni u tat-tagħbija tas-sustanzi niġġiesa jew tal-parametri rilevanti u l-varjabbiltà tagħhom (pereżempju l-COD/it-TOC, l-ispeċijiet tan-nitroġenu, il-fosforu, il-metalli, l-imlieħ u komposti organiċi speċifiċi);

(c)

dejta dwar il-bijoeliminabbiltà (pereżempju l-BOD, il-proporzjon ta' BOD/COD, it-test Zahn-Wellens, il-potenzjal ta' inibizzjoni bijoloġika (pereżempju n-nitrifikazzjoni));

(iii)

informazzjoni kemm jista' jkun komprensiva dwar il-karatteristiċi tal-flussi tal-gass ta' skart, bħal:

(a)

il-valuri medji u l-varjabbiltà tal-fluss u tat-temperatura;

(b)

il-valuri medji tal-konċentrazzjoni u tat-tagħbija tas-sustanzi niġġiesa jew tal-parametri rilevanti u l-varjabbiltà tagħhom (pereżempju l-KOV, is-CO, in-NOX, is-SOX, il-kloru u l-klorur tal-idroġenu);

(c)

il-fjammabbiltà, l-ogħla limiti splussivi u dawk l-iktar baxxi, u r-reattività;

(d)

il-preżenza ta' sustanzi oħra li jistgħu jaffettwaw is-sistema tat-trattament tal-gass ta' skart jew is-sigurtà tal-impjant (pereżempju l-ossiġnu, in-nitroġenu, il-fwar tal-ilma u t-trab).

2.   Monitoraġġ

BAT 3.

Għall-emissjonijiet rilevanti fl-ilma kif identifikati fl-inventarju tal-flussi tal-ilma mormi (ara l-BAT 2), il-BAT hija li jiġu mmonitorjati l-parametri prinċipali tal-proċess (inkluż il-monitoraġġ kontinwu tal-fluss tal-ilma mormi, il-pH u t-temperatura) fil-postijiet ewlenin (pereżempju fl-affluwent għall-pretrattament u fl-affluwent għat-trattament finali).

BAT 4.

Il-BAT hija li jiġu mmonitorjati l-emissjonijiet fl-ilma skont l-istandards tal-EN tal-inqas bil-frekwenza minima mogħtija hawn taħt. Jekk ma jkunx hemm standards tal-EN disponibbli, il-BAT hija li jintużaw standards tal-ISO, nazzjonali jew internazzjonali oħra li jiżguraw li tinkiseb dejta ta' kwalità xjentifika ekwivalenti.

Sustanza/parametru

Standard(s)

Frekwenza minima ta' monitoraġġ (1)  (2)

Karbonju organiku totali (TOC) (3)

EN 1484

Kuljum

Domanda kimika ta' ossiġnu (COD) (3)

L-ebda standard tal-EN m'hu disponibbli

Solidi totali sospiżi (TSS)

EN 872

Nitroġenu totali (TN) (4)

EN 12260

Nitroġenu inorganiku totali (Ninorg) (4)

Hemm disponibbli diversi standards tal-EN

Fosforu totali (TP)

Hemm disponibbli diversi standards tal-EN

Aloġeni adsorbibbli marbuta organikament (AOX)

EN ISO 9562

Kull xahar

Metalli

Cr

Hemm disponibbli diversi standards tal-EN

Cu

Ni

Pb

Zn

Metalli oħra, jekk ikun rilevanti

Tossiċità (5)

Bajd tal-ħut (Danio rerio)

EN ISO 15088

Għandha tiġi deċiża abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji, wara karatterizzazzjoni inizjali

Daphnia (Daphnia magna Straus)

EN ISO 6341

Batterji luminexxenti (Vibrio fischeri)

EN ISO 11348–1, EN ISO 11348–2 jew EN ISO 11348–3

Għadsa tal-ilma (Lemna minor)

EN ISO 20079

Alga

EN ISO 8692, EN ISO 10253 jew EN ISO 10710

BAT 5.

Il-BAT hija li jsir monitoraġġ perjodiku tal-emissjonijiet diffużi ta' KOV fl-arja minn sorsi rilevanti billi tintuża kombinazzjoni xierqa tat-tekniki I sa III jew, fejn ikunu qegħdin jiġu ttrattati ammonti kbar ta' KOV, billi jintużaw it-tekniki I sa III kollha.

I.

Metodi tax-xamm (pereżempju permezz ta' strumenti portabbli skont l-istandard EN 15446) assoċjati ma' kurvi tal-korrelazzjoni għat-tagħmir prinċipali;

II.

metodi ottiċi ta' immaġni għall-gass;

III.

il-kalkolu tal-emissjonijiet abbażi ta' fatturi tal-emissjonijiet, ivvalidati perjodikament (pereżempju darba kull sentejn) permezz tal-kejl.

Fejn ikunu qegħdin jiġu ttrattati ammonti kbar ta' KOV, l-iskrinjar u l-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet mill-installazzjoni permezz ta' kampanji perjodiċi b'tekniċi ottiċi bbażati fuq l-assorbiment, bħad-Detezzjoni u l-kejl tad-distanza permezz tad-dawl u l-assorbiment differenzjali (DIAL) jew permezz tal-Fluss tal-ħabi solari (SOF), huma tekniki kumplimentari utli għat-tekniki I sa III.

Deskrizzjoni

Ara t-Taqsima 6.2.

BAT 6.

Il-BAT hija li jsir monitoraġġ perjodiku tal-emissjonijiet tal-irwejjaħ mis-sorsi rilevanti skont l-istandards tal-EN.

Deskrizzjoni

L-emissjonijiet jistgħu jiġu mmonitorjati permezz ta' olfattometrija dinamika skont l-istandard EN 13725. Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet jista' jiġi kkumplimentat minn kejl/stima tal-esponiment għall-irwejjaħ jew minn stima tal-impatt tal-irwejjaħ.

Applikabbiltà

L-applikabbiltà hija limitata għall-każijiet fejn jista' jkun mistenni inkonvenjent mill-irwejjaħ jew fejn dan ikun ġie ssostanzjat.

3.   Emissjonijiet fl-ilma

3.1.   L-użu tal-ilma u l-ħolqien tal-ilma mormi

BAT 7.

Sabiex jitnaqqas l-użu tal-ilma u l-ħolqien tal-ilma mormi, il-BAT hija li jitnaqqas il-volum u/jew it-tagħbija niġġiesa tal-flussi tal-ilma mormi, li tingħata spinta lill-użu mill-ġdid tal-ilma mormi fil-proċess tal-produzzjoni u li tiġi rkuprata l-materja prima u li din terġa' tintuża.

3.2.   Il-ġbir u s-separazzjoni tal-ilma mormi

BAT 8.

Sabiex jiġi evitat li l-ilma mhux imniġġes jitniġġes, u sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma, il-BAT hija li l-flussi tal-ilma mormi mhux imniġġes jiġu sseparati minn dawk li jeħtieġu t-trattament.

Applikabbiltà

Is-separazzjoni tal-ilma tax-xita mhux imniġġes tista' ma tkunx tapplika fil-każ ta' sistemi eżistenti tal-ġbir tal-ilma mormi.

BAT 9.

Sabiex jiġu evitati emissjonijiet mhux ikkontrollati fl-ilma, il-BAT hija li tiġi pprovduta kapaċità adegwata ta' ħżin li sservi ta' lqugħ għall-ilma mormi li jkun ġie prodott waqt kundizzjonijiet mhux normali tat-tħaddim abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju (pereżempju billi jitqiesu n-natura tas-sustanza niġġiesa, l-effetti fuq it-trattament ulterjuri u l-ambjent riċevitur), u li jittieħdu iktar miżuri adattati (pereżempju l-kontroll, it-trattament u l-użu mill-ġdid).

Applikabbiltà

Il-ħażna temporanja tal-ilma tax-xita mniġġes teħtieġ is-separazzjoni, li jista' jkun li ma tkunx tapplika għas-sistemi eżistenti tal-ġbir tal-ilma mormi.

3.3.   Trattament tal-ilma mormi

BAT 10.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma, il-BAT hija li tintuża strateġija integrata għall-immaniġġjar u għat-trattament tal-ilma mormi li tinkludi kombinazzjoni xierqa tat-tekniki fl-ordni ta' prijorità mogħtija hawn taħt.

 

Teknika

Deskrizzjoni

(a)

Tekniki integrati fil-proċess (6)

Tekniki għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis tal-ġenerazzjoni ta' sustanzi niġġiesa fl-ilma.

(b)

Irkupru tas-sustanzi niġġiesa mis-sors (6)

Tekniki għall-irkupru tas-sustanzi niġġiesa qabel ma jintremew fis-sistema tal-ġbir tal-ilma mormi.

(c)

Pretrattament tal-ilma mormi (6)  (7)

Tekniki għat-tnaqqis tas-sustanzi niġġiesa qabel it-trattament finali tal-ilma mormi. Il-pretrattament jista' jsir fis-sors jew fi flussi kkombinati.

(d)

Trattament finali tal-ilma mormi (8)

Trattament finali tal-ilma mormi, pereżempju permezz tat-trattament preliminari u primarju, tat-trattament bijoloġiku, tat-tneħħija tan-nitroġenu, tat-tneħħija tal-fosforu u/jew permezz ta' tekniki finali ta' tneħħija tas-solidi qabel ma jintrema l-ilma f'korp tal-ilma riċeventi.

Deskrizzjoni

L-istrateġija integrata għall-immaniġġjar u għat-trattament tal-ilma mormi hija bbażata fuq l-inventarju tal-flussi tal-ilma mormi (ara l-BAT 2).

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs): Ara t-Taqsima 3.4.

BAT 11.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma, il-BAT hija li l-ilma mormi li jkun fih sustanzi niġġiesa li ma jkunux jistgħu jiġu ttrattati b'mod adegwat matul it-trattament finali tal-ilma mormi, jiġi ttrattat minn qabel b'tekniki adegwati.

Deskrizzjoni

Il-pretrattament tal-ilma mormi jsir bħala parti minn strateġija integrata għall-immaniġġjar u għat-trattament tal-ilma mormi (ara l-BAT 10) u ġeneralment huwa meħtieġ sabiex:

jiġi protett l-impjant fejn isir it-trattament finali tal-ilma mormi (pereżempju l-protezzjoni ta' impjant ta' trattament bijoloġiku kontra komposti inibitorji jew tossiċi);

jitneħħew komposti li ma jkunux tnaqqsu biżżejjed waqt it-trattament finali (pereżempju komposti tossiċi, komposti organiċi mhux bijodegradabbli, jew mhuxbijodegradabbli biżżejjed, komposti organiċi li jkunu preżenti f'konċentrazzjonijiet għoljin, jew metalli waqt it-trattament bioloġiku);

jitneħħew komposti li mill-bqija jiġu rrilaxxati fl-arja mis-sistema tal-ġbir jew waqt it-trattament finali (pereżempju l-komposti organiċi aloġenati volatili, benżen);

jitneħħew komposti li jkollhom effetti negattivi oħra (pereżempju jsaddu t-tagħmir; reazzjoni mhux mixtieqa ma' sustanzi oħra; jikkontaminaw il-ħama tal-ilma mormi).

Ġeneralment, il-pretrattament isir kemm jista' jkun viċin is-sors sabiex tiġi evitata d-dilwizzjoni, b'mod partikulari għall-metalli. Xi kultant, il-flussi tal-ilma mormi li jkollhom karatteristiċi xierqa jistgħu jiġu segregati u jinġabru sabiex jgħaddu minn pretrattament ikkombinat apposta.

BAT 12.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma, il-BAT hija li tintuża kombinazzjoni xierqa ta' tekniki għat-trattament finali tal-ilma mormi.

Deskrizzjoni

It-trattament finali tal-ilma mormi jsir bħala parti minn strateġija integrata għall-immaniġġjar u għat-trattament tal-ilma mormi (ara l-BAT 10).

Tekniki adattati għat-trattament finali tal-ilma mormi, skont is-sustanza niġġiesa, jinkludu:

 

Teknika (9)

Sustanzi niġġiesa tipiċi mnaqqsin

Applikabbiltà

Trattament preliminari u primarju

(a)

Ekwalizzazzjoni

Is-sustanzi niġġiesa kollha

Ġeneralment applikabbli.

(b)

Newtralizzazzjoni

Aċidi, alkali

(c)

Separazzjoni fiżika, eż. skrins, passaturi, separaturi tal-frak taż-żrar, separaturi tal-grass jew vaski ta' dikantazzjoni primarja

Solidi sospiżi, żejt/grass

Trattament bijoloġiku (trattament sekondarju), eż.

(d)

Proċess tal-ħama attivat

Komposti organiċi bijodegradabbli

Ġeneralment applikabbli.

(e)

Bijoreattur tal-membrana

Tneħħija ta' nitroġenu

(f)

Nitrifikazzjoni/denitrifikazzjoni

Nitroġenu totali, ammonja

In-nitrifikazzjoni tista' ma tkunx applikabbli fil-każ ta' konċentrazzjonijiet għoljin ta' klorur (jiġifieri ta' madwar 10 g/l) u sakemm it-tnaqqis tal-konċentrazzjoni tal-klorur qabel in-nitrifikazzjoni ma jkunx ġustifikat mill-benefiċċji ambjentali.

Mhux applikabbli meta t-trattament finali ma jkunx jinkludi trattament bijoloġiku.

Tneħħija tal-fosforu

(g)

Preċipitazzjoni kimika

Fosforu

Ġeneralment applikabbli.

Tneħħija finali tas- solidi

(h)

Koagulazzjoni u flokkulazzjoni

Solidi sospiżi

Ġeneralment applikabbli.

(i)

Sedimentazzjoni

(j)

Filtrazzjoni (eż. filtrazzjoni bir-ramel, mikrofiltrazzjoni, ultrafiltrazzjoni)

(k)

Flotazzjoni

3.4.   Il-livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet fl-ilma

Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs), għall-emissjonijiet fl-ilma mogħtija fit-Tabella 1, fit-Tabella 2 u fit-Tabella 3 japplikaw għall-emissjonijiet li jidħlu direttament f'korp ta' ilma riċeventi minn:

(i)

l-attivitajiet speċifikati fil-Parti 4 tal-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE;

(ii)

impjanti li jitħaddmu b'mod indipendenti għat-trattament tal-ilma mormi speċifikati fil-Parti 6.11 tal-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE, sakemm it-tagħbija niġġiesa prinċipali tkun toriġina minn attivitajiet speċifikati fil-Parti 4 tal-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE;

(iii)

it-trattament ikkombinat ta' ilma mormi minn oriġini differenti, sakemm it-tagħbija niġġiesa prinċipali tkun toriġina minn attivitajiet speċifikati fil-Parti 4 tal-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE.

Il-BAT-AELs japplikaw fil-punt minn fejn l-emissjoni tħalli l-installazzjoni.

Tabella 1

BAT-AELs għall-emissjonijiet diretti ta' TOC, COD u TSS f'korp ta' ilma riċeventi

Parametru

BAT-AEL

(medja annwali)

Kundizzjonijiet

Karbonju organiku totali (TOC) (10)  (11)

10–33 mg/l (12)  (13)  (14)  (15)

Il-BAT-AEL japplika jekk l-emissjoni taqbeż 3,3 t/sena

Domanda kimika għall-ossiġnu (COD) (10)  (11)

30–100 mg/l (12)  (13)  (14)  (15)

Il-BAT-AEL japplika jekk l-emissjoni taqbeż 10 t/sena

Solidi totali sospiżi (TSS)

5,0–35 mg/l (16)  (17)

Il-BAT-AEL japplika jekk l-emissjoni taqbeż 3,5 t/sena


Tabella 2

BAT-AELs għal emissjonijiet diretti ta' nutrijenti f'korp ta' ilma riċeventi

Parametru

BAT-AEL

(medja annwali)

Kundizzjonijiet

Nitroġenu totali (TN) (18)

5,0–25 mg/l (19)  (20)

Il-BAT-AEL japplika jekk l-emissjoni taqbeż 2,5 t/sena

Nitroġenu inorganiku totali (Ninorg) (18)

5,0–20 mg/l (19)  (20)

Il-BAT-AEL japplika jekk l-emissjoni taqbeż 2,0 t/sena

Fosforu totali (TP)

0,50–3,0 mg/l (21)

Il-BAT-AEL japplika jekk l-emissjoni taqbeż 300 kg/sena


Tabella 3

BAT-AELs għal emissjonijiet diretti ta' AOX u ta' metalli f'korp ta' ilma riċeventi

Parametru

BAT-AEL

(medja annwali)

Kundizzjonijiet

Aloġeni adsorbibbli marbuta organikament (AOX)

0,20–1,0 mg/l (22)  (23)

Il-BAT-AEL japplika jekk l-emissjoni taqbeż 100 kg/sena

Kromu (espress bħala Cr)

5,0–25 μg/l (24)  (25)  (26)  (27)

Il-BAT-AEL japplika jekk l-emissjoni taqbeż 2,5 kg/sena

Ram (espress bħala Cu)

5,0–50 μg/l (24)  (25)  (26)  (28)

Il-BAT-AEL japplika jekk l-emissjoni taqbeż 5,0 kg/sena

Nikil (espress bħala Ni)

5,0–50 μg/l (24)  (25)  (26)

Il-BAT-AEL japplika jekk l-emissjoni taqbeż 5,0 kg/sena

Żingu (espress bħala Zn)

20–300 μg/l (24)  (25)  (26)  (29)

Il-BAT-AEL japplika jekk l-emissjoni taqbeż 30 kg/sena

Il-monitoraġġ assoċjat huwa fil-BAT 4.

4.   Skart

BAT 13.

Sabiex jiġi evitat jew, fejn dan ma jkunx jista' jsir, sabiex titnaqqas il-kwantità tal-iskart li jintbagħat għar-rimi, il-BAT hija li jitwaqqaf u jiġi implimentat pjan għall-immaniġġjar tal-iskart bħala parti mis-sistema ta' mmaniġġjar ambjentali (ara l-BAT 1) li, f'ordni ta' prijorità, jiżgura li jiġi evitat l-iskart, li dan jiġi ppreparat biex jerġa' jintuża, jiġi riċiklat jew jiġi rkuprat b'mod ieħor.

BAT 14.

Sabiex jitnaqqas il-volum ta' ħama tal-ilma mormi li jkun jeħtieġ trattament ulterjuri jew li jkollu jintrema, u sabiex jitnaqqas l-impatt ambjentali potenzjali tiegħu, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li jidhru hawn taħt.

 

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

(a)

Kundizzjonament

Kundizzjonament kimiku (jiġifieri ż-żieda ta' koagulanti u/jew ta' flokkulanti) jew kundizzjonament termali (jiġifieri tisħin) biex jitjiebu l-kundizzjonijiet matul it-tħaxxin / it-tneħħija tal-ilma.

Ma japplikax għal ħama inorganiku. Il-ħtieġa għal kundizzjonament tiddependi fuq il-karatteristiċi tal-ħama u fuq it-tagħmir ta' tħaxxin/tneħħija tal-ilma li jintuża.

(b)

Tħaxxin/tneħħija tal-ilma

It-tħaxxin jista' jsir permezz ta' sedimentazzjoni, ċentrifugazzjoni, flotazzjoni, ċineg gravitazzjonali, jew tnabar rotatorji. It-tneħħija tal-ilma tista' ssir permezz ta' pressa b'ċineg filtranti jew permezz ta' pressa bi pjanċi filtranti.

Ġeneralment applikabbli.

(c)

Stabbilizzazzjoni

L-istabbilizzazzjoni tal-ħama tinkludi trattament kimiku, trattament termali, diġestjoni aerobika, jew diġestjoni anerobika.

Ma japplikax għal ħama inorganiku. Ma tapplikax għal immaniġġjar fuq perjodu qasir qabel it-trattament finali.

(d)

Tnixxif

Il-ħama jitnixxef permezz ta' kuntatt dirett jew indirett ma' sors ta' sħana.

Ma japplikax għal każijiet fejn ma jkunx hemm sħana residwa disponibbli jew fejn din ma tkunx tista' tintuża.

5.   Emissjonijiet fl-arja

5.1.   Il-ġbir tal-gass ta' skart

BAT 15.

Sabiex jiġi faċilitat l-irkupru ta' komposti u t-tnaqqis ta' emissjonijiet fl-arja, il-BAT hija li jiġi ffurmat spazju magħluq madwar is-sorsi ta' emissjonijiet biex fejn ikun possibbli, l-emissjonijiet jiġu trattati.

Applikabbiltà

L-applikabbiltà tista' tkun limitata minħabba tħassib dwar l-operabbiltà (aċċess għal tagħmir), is-sigurtà (jiġu evitati konċentrazzjonijiet qrib il-limitu splussiv l-iktar baxx) u s-saħħa (fejn ikun hemm il-ħtieġa li operatur jaċċessa l-ispazju magħluq).

5.2.   Trattament tal-gass ta' skart

BAT 16.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja, il-BAT hija li tintuża strateġija integrata għall-immaniġġjar u għat-trattament ta' gass ta' skart li tinkludi tekniki integrati fil-proċess u t-trattament tal-gass ta' skart.

Deskrizzjoni

L-istrateġija integrata għall-immaniġġjar u għat-trattament tal-gass ta' skart hija bbażata fuq l-inventarju tal-flussi ta' gass ta' skart (ara l-BAT 2) fejn tingħata prijorità lil tekniki integrati fil-proċess.

5.3.   Ivvampjar

BAT 17.

Sabiex jiġu evitati emissjonijiet fl-arja mill-apparati tal-ivvampjar, il-BAT hija li l-ivvampjar jintuża biss għal raġunijiet ta' sigurtà jew għal kundizzjonijiet operattivi mhux ta' rutina (eż. il-bidu u t-tmiem ta' tħaddim) permezz ta' teknika waħda jew taż-żewġ tekniki li jidhru hawn taħt.

 

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

(a)

Tfassil korrett tal-impjant

Dan jinkludi l-provvista ta' sistema għall-irkupru tal-gass b'kapaċità suffiċjenti u l-użu ta' valvi ta' skarigu b'integrità għolja.

Ġeneralment applikabbli għal impjanti ġodda. Is-sistemi għall-irkupru tal-gass jistgħu jiġu mmodifikati f'impjanti eżistenti.

(b)

Ġestjoni tal-impjant

Din tinkludi l-ibbilanċjar tas-sistema tal-gass tal-fjuwil u l-użu ta' kontroll avvanzat tal-proċess.

Ġeneralment applikabbli.

BAT 18.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja mill-apparati tal-ivvampjar meta ma jkunx jista' jiġi evitat ivvampjar, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew iż-żewġ tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

(a)

Tfassil korrett tat-tagħmir għall-ivvampjar

Ottimizzazzjoni tal-għoli, tal-pressjoni, tal-assistenza bil-fwar, bl-arja jew bil-gass, tal-quċċata tal-apparat tal-ivvampjar (jew magħluqin jew protetti), eċċ., sabiex ikun ista' jitħaddem mingħajr duħħan u b'mod affidabbli u biex tkun żgurata kombustjoni effiċjenti tal-gassijiet żejda.

Japplika għall-apparati tal-ivvampjar ġodda. F'impjanti eżistenti, l-applikabbiltà tista' tkun limitata minħabba pereżempju l-ħin disponibbli għall-manutenzjoni matul it-tibdil fl-impjant.

(b)

Monitoraġġ u reġistrazzjoni bħala parti mill-ġestjoni tal-apparati tal-ivvampjar

Monitoraġġ kontinwu tal-gass li jintbagħat għall-ivvampjar, kejl tal-fluss tal-gass u stimi ta' parametri oħra (eż. il-kompożizzjoni, il-kontenut tas-sħana, il-proporzjon ta' assistenza, il-veloċità, ir-rata tal-fluss tal-gass mitiganti, l-emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa (eż. NOX, CO, idrokarburi, storbju)). Normalment ir-reġistrazzjoni ta' avvenimenti ta' vvampjar tinkludi l-kompożizzjoni stmata/mkejla tal-gass tal-ivvampjar, il-kwantità stmata/mkejla tal-gass tal-ivvampjar u t-tul tal-operazzjoni. Ir-reġistrazzjoni tippermetti l-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet u l-prevenzjoni potenzjali ta' avvenimenti futuri ta' vvampjar.

Ġeneralment applikabbli.

5.4.   Emissjonijiet diffużi ta' komposti organiċi volatili (KOV)

BAT 19.

Sabiex jiġi evitat jew, fejn dan ma jkunx jista' jsir, sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi ta' KOV fl-arja, il-BAT hija li tintuża kombinazzjoni tat-tekniki li jidhru hawn taħt.

 

Teknika

Applikabbiltà

Tekniki relatati mat-tifsila tal-impjant

(a)

Jiġi limitat l-għadd ta' sorsi potenzjali ta' emissjonijiet

L-applikabbiltà tista' tkun limitata fil-każ ta' impjanti eżistenti minħabba rekwiżiti ta' operabbiltà.

(b)

Jiġu massimizzati l-karatteristiċi ta' konteniment inerenti għall-proċess

(c)

Jintagħżel tagħmir b'integrità għolja (ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 6.2)

(d)

Jiġu faċilitati l-attivitajiet ta' manutenzjoni billi jiġi żgurat aċċess għal tagħmir li jista' jkun qiegħed inixxi

Tekniki relatati mal-bini, mal-assemblaġġ u mal-kummissjonar ta' impjant/tagħmir

(e)

Jiġu żgurati proċeduri ddefiniti sew u komprensivi għall-bini u għall-assemblaġġ tal-impjant/tagħmir. Dan jinkludi l-użu tal-istress iddisinjat għall-gasket għall-assemblaġġ ta' ġonot bi flanġi (ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 6.2)

Ġeneralment applikabbli.

(f)

Jiġu żgurati proċeduri ta' trasferiment u ta' kummissjonar tal-impjant/tat-tagħmir robusti li jkunu konformi mar-rekwiżiti tad-disinn

Tekniki relatati mat-tħaddim tal-impjant

(g)

Tiġi żgurata manutenzjoni tajba u lit-tagħmir jinbidel f'waqtu

Ġeneralment applikabbli.

(h)

L-użu ta' programm għad-detezzjoni ta' tnixxijiet u tat-tiswija tat-tagħmir (LDAR) ibbażat fuq ir-riskju (ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 6.2)

(i)

Kemm jista' jkun, jiġu evitati tal-emissjonijiet diffużi ta' KOV, dawn għandhom jinġabru mis-sors, u jiġu ttrattati

Il-monitoraġġ assoċjat huwa fil-BAT 5.

5.5.   Emissjonijiet tal-irwejjaħ

BAT 20.

Sabiex jiġi evitat jew, fejn dan ma jkunx jista' jsir, sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-irwejjaħ, il-BAT hija li jitwaqqaf, jiġi implimentat u jiġi regolarment evalwat pjan għall-immaniġġjar tal-irwejjaħ, bħala parti mis-sistema ta' mmaniġġjar ambjentali (ara l-BAT 1), li jinkludi l-elementi kollha li ġejjin:

(i)

protokoll b'azzjonijiet u skedi ta' żmien xierqa;

(ii)

protokoll għat-twettiq ta' monitoraġġ tal-irwejjaħ;

(iii)

protokoll għar-rispons għal inċidenti identifikati ta' rwejjaħ;

(iv)

programm għall-prevenzjoni u għat-tnaqqis tal-irwejjaħ imfassal biex jidentifika s-sors(i); biex ikejjel/jipprovdi stima tal-espożizzjoni għall-irwejjaħ; biex jikkaratterizza l-kontribuzzjonijiet tas-sorsi; u biex jimplimenta miżuri ta' prevenzjoni u/jew ta' tnaqqis.

Il-monitoraġġ assoċjat huwa fil-BAT 6.

Applikabbiltà

L-applikabbiltà hija limitata għal każijiet fejn l-inkonvenjent ikkawżat mill-irwejjaħ jista' jkun mistenni jew ikun ġie sostanzjat.

BAT 21.

Sabiex jiġi evitat jew, fejn dan ma jkunx possibbli, sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-irwejjaħ mill-ġbir u mit-trattament tal-ilma mormi u mit-trattament tal-ħama, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li jidhru hawn taħt.

 

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

(a)

Tnaqqis fil-ħin ta' residenza

Jitnaqqas kemm jista' jkun il-ħin li l-ilma mormi u l-ħama jibqgħu fis-sistemi ta' ġbir u ta' ħżin, b'mod partikulari f'kundizzjonijiet anerobiċi.

L-applikabbiltà tista' tkun limitata fil-każ ta' sistemi eżistenti ta' ġbir u ta' ħżin.

(b)

Trattament kimiku

L-użu ta' sustanzi kimiċi li jeqirdu jew li jnaqqsu l-formazzjoni ta' komposti li jintnu (eż. l-ossidazzjoni jew il-preċipitazzjoni ta' sulfur tal-idroġenu).

Ġeneralment applikabbli.

(c)

Ottimizzazzjoni tat-trattament aerobiku

Din tista' tinkludi:

(i)

kontroll tal-kontenut ta' ossiġnu;

(ii)

manutenzjoni frekwenti tas-sistema ta' arjazzjoni;

(iii)

użu ta' ossiġnu pur;

(iv)

tneħħija ta' ħama mit-tankijiet.

Ġeneralment applikabbli.

(d)

Għeluq

Jitgħattew jew jingħalqu l-faċilitajiet għall-ġbir u għat-trattament tal-ilma mormi u tal-ħama sabiex il-gass ta' skart li jinten jinġabar biex ikompli jiġi trattat.

Ġeneralment applikabbli.

(e)

Trattament fil-punt tar-rimi

Din tista' tinkludi:

(i)

trattament bijoloġiku;

(ii)

ossidazzjoni termali.

It-trattament bijoloġiku japplika biss għall-komposti li jinħallu faċilment fl-ilma u li jistgħu jiġu eliminati faċilment b'mod bijoloġiku.

5.6.   Emissjonijiet akustiċi

BAT 22.

Sabiex jiġi evitat jew, fejn dan mhuwiex possibbli, sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet akustiċi, il-BAT hija li jitwaqqaf u li jiġi implimentat pjan għall-immaniġġjar tal-istorbju, bħala parti mis-sistema ta' mmaniġġjar ambjentali (ara l-BAT 1), li jinkludi l-elementi kollha li ġejjin:

(i)

protokoll b'azzjonijiet u skedi ta' żmien xierqa;

(ii)

protokoll għat-twettiq ta' monitoraġġ tal-istorbju;

(iii)

protokoll għar-rispons għal inċidenti identifikati ta' storbju;

(iv)

programm għall-prevenzjoni u għat-tnaqqis tal-istorbju maħsub biex jidentifika s-sors(i); biex ikejjel/jipprovdi stima tal-espożizzjoni għall-istorbju, biex jikkaratterizza l-kontribuzzjonijiet tas-sorsi; u biex jimplimenta miżuri ta' prevenzjoni u/jew ta' tnaqqis tal-istorbju.

Applikabbiltà

L-applikabbiltà hija limitata għal każijiet meta jista' jkun mistenni jew ikun ġie sostanzjat inkonvenjent ikkawżat mill-istorbju.

BAT 23.

Sabiex jiġi evitat jew, fejn dan ma jkunx possibbli, sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet akustiċi, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li jidhru hawn taħt.

 

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

(a)

Post xieraq għat-tagħmir u għall-bini

Tiżdied id-distanza bejn l-emittent u r-riċevitur u l-użu ta' bini bħala lqugħ għall-istorbju.

Għal impjanti eżistenti, ir-rilokazzjoni tat-tagħmir tista' tkun limitata minħabba nuqqas ta' spazju jew spejjeż eċċessivi.

(b)

Miżuri operattivi

Dawn jinkludu:

(i)

spezzjoni u manutenzjoni mtejba tat-tagħmir;

(ii)

għeluq tal-bibien u tat-twieqi ta' żoni magħluqin, jekk possibbli;

(iii)

tħaddim tat-tagħmir minn persunal bl-esperjenza;

(iv)

evitar ta' attivitajiet storbjużi bil-lejl, jekk possibbli;

(v)

arranġamenti għall-kontroll tal-istorbju waqt attivitajiet ta' manutenzjoni.

Ġeneralment applikabbli.

(c)

Tagħmir li ma jagħmilx ħafna storbju

Dan jinkludi kompressuri, pompi u vampi li ma jagħmlux ħafna storbju.

Applikabbli biss meta t-tagħmir ikun ġdid jew ikun inbidel.

(d)

Tagħmir li jikkontrolla l-istorbju

Dan jinkludi:

(i)

mezzi li jnaqqsu l-istorbju;

(ii)

insulazzjoni tat-tagħmir;

(iii)

l-għeluq ta' tagħmir storbjuż;

(iv)

l-iżolament tal-bini minn ħsejjes (soundproofing).

L-applikabbiltà tista' tkun limitata minħabba ħtiġijiet ta' spazju (għal impjanti eżistenti), ta' saħħa, u minħabba kwistjonijiet ta' sigurtà.

(e)

Tnaqqis tal-istorbju

Inseriment ta' ostakoli bejn l-emittenti u r-riċevituri (eż. ħitan, ċnut u binjiet ta' protezzjoni).

Applikabbli biss għal impjanti eżistenti; peress li t-tfassil ta' impjanti ġodda għandu jelimina l-ħtieġa ta' din it-teknika. Għal impjanti eżistenti, l-inseriment ta' ostakoli jista' jkun limitat minħabba nuqqas ta' spazju.

6.   Deskrizzjonijiet tat-tekniki

6.1.   Trattament tal-ilma mormi

Teknika

Deskrizzjoni

Proċess tal-ħama attivat

L-ossidazzjoni bijoloġika ta' sustanzi organiċi dissolti bl-ossiġnu bl-użu tal-metaboliżmu ta' mikroorganiżmi.Fil-preżenza ta' ossiġenu dissolt (injettat bħala arja jew bħala ossiġnu pur) il-komponenti organiċi jiġu mineralizzati f'diossidu tal-karbonju u f'ilma jew jinbidlu f'metaboliti oħra u f'bijomassa (jiġifieri l-ħama attivat). Il-mikroorganiżmi jinżammu sospiżi fl-ilma mormi u t-taħlita kollha tiġi arjata mekkanikament. It-taħlita tal-ħama attivat tintbagħat lil faċilità ta' separazzjoni fejn il-ħama jiġi riċiklat għat-tank ta' arjazzjoni.

Nitrifikazzjoni/denitrifikazzjoni

Proċess f'żewġ stadji li normalment ikun inkorporat f'impjanti ta' trattament bijoloġiku tal-ilma mormi. L-ewwel pass huwa n-nitrifikazzjoni aerobika fejn il-mikroorganiżmi jossidaw l-ammonju (NH4 +) fin-nitrit intermedju (NO2 ), li mbagħad ikompli jiġi ossidat f'nitrat (NO3 ). Fil-pass sussegwenti tad-denitrifikazzjoni anossika, il-mikroorganiżmi kimikament jikkonvertu lin-nitrat f'gass tan-nitroġenu.

Preċipitazzjoni kimika

Il-konverżjoni ta' sustanzi niġġiesa dissolti f'kompost li ma jinħallx billi jiżdiedu preċipitanti kimiċi. Il-materjal solidu preċipitat li jifforma mbagħad jiġi separat permezz ta' sedimentazzjoni, flotazzjoni bl-arja jew b'filtrazzjoni. Jekk ikun meħtieġ, dan jista' jiġi segwit minn mikrofiltrazzjoni jew ultrafiltrazzjoni. Għall-preċipitazzjoni tal-fosforu jintużaw joni multivalenti tal-metall (eż. kalċju, aluminju, ħadid).

Koagulazzjoni u flokkulazzjoni

Il-koagulazzjoni u l-flokkulazzjoni jintużaw biex jisseparaw is-solidi sospiżi mill-ilma mormi u ħafna drabi jsiru f'passi suċċessivi. Il-koagulazzjoni ssir permezz taż-żieda ta' koagulanti b'ċarġ oppost għal dawk tas-solidi sospiżi. Il-flokkulazzjoni ssir permezz taż-żieda ta' polimeri, sabiex il-kolliżjonijiet tal-partikuli ta' mikrotrofof iġġiegħlhom jintrabtu flimkien biex jiġu prodotti trofof ikbar.

Ekwalizzazzjoni

L-ibbilanċjar ta' flussi u ta' tagħbijiet niġġiesa fid-daħla tat-trattament finali tal-ilma mormi permezz ta' tankijiet ċentrali. L-ekwalizzazzjoni tista' tkun deċentralizzata jew tista' ssir permezz ta' tekniki oħra ta' mmaniġġjar.

Filtrazzjoni

Is-separazzjoni ta' solidi mill-ilma mormi billi jingħaddew minn ġo mezz poruż eż. filtrazzjoni bir-ramel, mikrofiltrazzjoni u ultrafiltrazzjoni.

Flotazzjoni

Is-separazzjoni ta' partikuli solidi jew likwidi mill-ilma mormi billi jintrabtu ma' bżieżaq żgħar ħafna ta' gass, normalment arja. Il-partikuli galleġġjanti jakkumulaw fil-wiċċ tal-ilma u jinġabru permezz ta' xkumaturi.

Bijoreattur tal-membrana

Kombinazzjoni ta' trattament ta' ħama attivat u ta' filtrazzjoni permezz ta' membrana. Jintużaw żewġ varjanti: (a) ċirkwit estern ta' riċirkolazzjoni bejn it-tank tal-ħama attivat u l-modulu tal-membrana; u (b) l-immersjoni tal-modulu tal-membrana fit-tank arjat tal-ħama attivat, fejn l-effluwent jiġi ffiltrat permezz ta' membrana b'fibri semi permeabbli, u l-bijomassa tibqa' fit-tank (dan il-varjant jikkonsma inqas enerġija u jwassal għal impjanti iktar kompatti).

Newtralizzazzjoni

L-aġġustament tal-pH tal-ilma mormi għal livell newtrali (madwar 7) permezz taż-żieda ta' sustanzi kimiċi. Biex jiżdied il-pH ġeneralment jintuża l-idrossidu tas-sodju (NaOH) jew l-idrossidu tal-kalċju (Ca(OH)2); filwaqt li biex jitnaqqas il-pH, ġeneralment jintuża l-aċidu sulfuriku (H2SO4), l-aċidu idrokloriku (HCl) jew id-diossidu tal-karbonju (CO2). Matul in-newtralizzazzjoni jista' jkun hemm preċipitazzjoni ta' xi sustanzi.

Sedimentazzjoni

Is-separazzjoni ta' partikuli sospiżi u ta' materjal sospiż permezz ta' preċipitazzjoni gravitazzjonali.

6.2.   Emissjonijiet diffużi ta' KOV

Teknika

Deskrizzjoni

Tagħmir b'integrità għolja

It-tagħmir b'integrità għolja jinkludi:

valvijiet b'siġilli doppji tal-ippakkjar;

pompi/kompressuri/aġitaturi li jaħdmu b'mod manjetiku;

pompi/kompressuri/aġitaturi mgħammra b'siġilli mekkaniċi minflok b'ippakkjar;

gaskets b'integrità għolja (pereżempju gaskets spirali, ġonot annellari) għal applikazzjonijiet kritiċi;

tagħmir reżistenti għall-korrużjoni.

Programm għat-tiswija u d-detezzjoni tat-tnixxija (LDAR)

Approċċ strutturat għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li jaħarbu ta' KOV permezz tad-detezzjoni u t-tiswija jew is-sostituzzjoni sussegwenti tal-komponenti li jkunu qegħdin inixxu. Attwalment, ix-xamm (deskritt minn EN 15446) u metodi ottiċi ta' immaġni għall-gass huma disponibbli għall-identifikazzjoni ta' tnixxijiet.

Metodu tax-xamm: L-ewwel pass huwa d-detezzjoni bl-użu ta' analizzaturi ta' KOV li jinżammu fl-idejn biex ikejlu l-konċentrazzjoni maġenb it-tagħmir (eż. bl-użu ta' jonizzazzjoni bi fjamma jew ta' fotojonizzazzjoni). It-tieni pass jikkonsisti mit-tgeżwir tal-komponent f'borża biex ikun jista' jsir kejl dirett fis-sors tal-emissjoni. Xi kultant it-tieni pass jiġi sostitwit b'kurvi ta' korrelazzjoni matematika li jkunu ġejjin minn riżultati statistiċi miksubin minn għadd kbir ta' kejl preċedenti li jkun sar fuq komponenti simili.

Metodi ottiċi ta' immaġni tal-gass: Il-metodi ottiċi ta' immaġni jużaw kameras żgħar u ħfief li jinżammu fl-idejn li jippermettu l-viżwalizzazzjoni tat-tnixxija tal-gass dak il-ħin stess, u jidhru bħala “duħħan” fuq vidjoreġistratur flimkien mal-immaġni normali tal-komponent ikkonċernat sabiex jiġu lokalizzati faċilment u malajr it-tnixxijiet sinifikanti ta' KOV. Is-sistemi attivi jipproduċu immaġni b'retrodiffużjoni permezz ta' dawl bil-laser infra-aħmar li jiġi rifless fuq il-komponent u fuq l-inħawi tiegħu. Is-sistemi passivi huma bbażati fuq ir-radjazzjoni infra-ħamra naturali tat-tagħmir u tal-inħawi tiegħu.

Ossidazzjoni termali

L-ossidazzjoni ta' gassijiet kombustibbli u ta' odoranti fi fluss ta' gass ta' skart permezz tat-tisħin tat-taħlita ta' kontaminanti mal-arja jew mal-ossiġnu sa punt ogħla mill-punt ta' awtofjammabbiltà tagħha f'kompartiment tal-kombustjoni u tinżamm f'temperatura għolja għal ħin twil biżżejjed biex titlesta l-kombustjoni li tirrendiha diossidu tal-karbonju u ilma. L-ossidazzjoni termali tissejjaħ ukoll “inċinerazzjoni”, “inċinerazzjoni termali” jew “kombustjoni ossidattiva”.

L-użu tal-istress maħsub għall-gasket għall-assemblaġġ ta' ġonot bi flanġi

Dawn jinkludu:

(i)

il-kisba ta' gasket b'ċertifikat ta' kwalità għolja, eż. skont EN 13555;

(ii)

il-kalkolu tal-ogħla tagħbija possibbli ta' boltijiet, eż. skont EN 1591–1;

(iii)

il-kisba ta' tagħmir kwalifikat għall-assemblaġġ ta' flanġi;

(iv)

is-superviżjoni tal-issikkar tal-bolt minn fitter ikkwalifikat.

Monitoraġġ ta' emissjonijiet diffużi ta' KOV

Ix-xamm u t-tekniki ottiċi ta' immaġni għall-gass huma deskritti taħt il-programm għat-tiswija u d-detezzjoni tat-tnixxija.

L-iskrinjar sħiħ u l-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet mill-installazzjoni jistgħu jsiru b'kombinazzjoni xierqa ta' metodi kumplimentari, eż. kampanji tal-Fluss tal-ħabi solari (SOF) jew LIDAR bl-assorbiment differenzjali (DIAL). Dawn ir-riżultati jistgħu jintużaw għall-valutazzjoni tat-tendenzi fil-ħin, għall-kontroverifika u għall-aġġornament/validazzjoni tal-programm LDAR kontinwu.

Il-fluss tal-ħabi solari (SOF): Din it-teknika hija bbażata fuq ir-reġistrazzjoni u l-analiżi spettometrika Fourier Transform ta' spettru tad-dawl tax-xemx b'banda wiesgħa infra-ħamra jew ultra-vjola/viżibbli tul itinerarju ġeografiku speċifiku, li jaqsam id-direzzjoni tar-riħ u d-dħaħen twal tal-KOV.

LIDAR bl-assorbiment differenzjali (DIAL): Din hija teknika bbażata fuq il-laser bl-użu ta' LIDAR (id-detezzjoni u l-kejl tad-distanza permezz tad-dawl) bl-assorbiment differenzjali, li huwa l-analogu ottiku tar-RADAR ibbażat fuq il-mewġ tar-radju. It-teknika tiddependi fuq ir-retrodiffużjoni tal-pulsazzjonijiet tar-raġġi tal-laser minn aerosols atmosferiċi, u l-analiżi tal-karatteristiċi spettrali tad-dawl li jkun ġie lura miġbur minn teleskopju.


(1)  Il-frekwenzi tal-monitoraġġ jistgħu jiġu adattati jekk is-serje tad-dejta turi b'mod ċar li hemm biżżejjed stabbiltà.

(2)  Il-punt ta' kampjunar jinsab fil-post minn fejn l-emissjoni tħalli l-installazzjoni.

(3)  Il-monitoraġġ tat-TOC u l-monitoraġġ tas-COD huma alternattivi. Il-monitoraġġ tat-TOC huwa l-għażla ppreferuta għaliex ma jiddependix fuq l-użu ta' komposti tossiċi ħafna.

(4)  Il-monitoraġġ tat-TN u tan-Ninorg huma alternattivi.

(5)  Tista' tintuża kombinazzjoni xierqa ta' dawn il-metodi.

(6)  Dawn it-tekniki huma deskritti u ddefiniti iktar f'konklużjonijiet oħra dwar il-BAT għall-industrija tal-kimika.

(7)  Ara l-BAT 11.

(8)  Ara l-BAT 12.

(9)  Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 6.1.

(10)  L-ebda BAT-AEL ma japplika għal Domanda bijokimika għall-ossiġnu (BOD). Bħala indikazzjoni, normalment il-medja annwali tal-livell ta' BOD5 fl-effluwent minn impjant ta' trattament bijoloġiku ta' ilma mormi ġeneralment tkun ta' ≤ 20 mg/l.

(11)  Japplika jew il-BAT-AEL għal TOC jew il-BAT-AEL għal COD. TOC huwa l-għażla preferuta peress li l-monitoraġġ tiegħu ma jiddependix fuq l-użu ta' komposti tossiċi ħafna.

(12)  Normalment it-tarf t'isfel tal-medda jinkiseb meta l-l-għadd ta' flussi tributarji ta' ilma mormi li jkun fihom komposti organiċi jkun żgħir u/jew l-ilma mormi jkun prinċipalment fih komposti organiċi faċilment bijodegradabbli.

(13)  It-tarf ta' fuq tal-medda jista' jkun sa 100 mg/l għal TOC jew sa 300 mg/l għal COD, it-tnejn bħala medji annwali, jekk ikunu sodisfatti ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

—   Kundizzjoni A: Effiċjenza tat-tnaqqis ≥ 90 % bħala medja annwali (inkluż kemm il-pretrattament kif ukoll it-trattament finali).

—   Kundizzjoni B: Jekk jintuża trattament bioloġiku, tal-inqas tkun sodisfatta waħda mill-kriterji li ġejjin:

Jintuża stadju ta' trattament bioloġiku b'tagħbija baxxa (jiġifieri ta' ≤ 0,25 kg COD/kg ta' materja organika xotta ta' ħama). Dan jissuġġerixxi li l-livell tal-BOD fl-effluwent huwa ≤ 20 mg/l.

Tintuża nitrifikazzjoni.

(14)  It-tarf ta' fuq tal-medda jista' ma japplikax jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

—   Kundizzjoni A: Effiċjenza tat-tnaqqis ≥ 95 % bħala medja annwali (inkluż kemm il-pretrattament kif ukoll it-trattament finali).

—   Kundizzjoni B: l-istess bħall-Kundizzjoni B fin-nota f'qiegħ il-paġna (4).

—   Kundizzjoni C: L-affluwent li jkun dieħel fit-trattament finali ta' ilma mormi juri l-karatteristiċi li ġejjin: TOC > 2 g/l (jew COD > 6 g/l) bħala medja annwali u proporzjon għoli ta' komposti organiċi refrattorji.

(15)  It-tarf ta' fuq tal-medda jista' ma japplikax meta t-tagħbija niġġiesa prinċipali toriġina mill-produzzjoni ta' metilċellulosa.

(16)  It-tarf t'isfel tal-medda normalment jinkiseb meta tintuża l-filtrazzjoni (eż. filtrazzjoni bir-ramel, mikrofiltrazzjoni, ultrafiltrazzjoni, bijoreattur tal-membrana), filwaqt li t-tarf ta' fuq tal-medda normalment jintlaħaq meta tintuża sedimentazzjoni biss.

(17)  Dan il-BAT-AEL jista' ma japplikax meta t-tagħbija niġġiesa prinċipali toriġina mill-produzzjoni ta' rmied tal-karbonat tas-sodju permezz tal-proċess Solvay jew mill-produzzjoni ta' diossidu tat-titanju.

(18)  Japplika jew il-BAT-AEL għan-nitroġenu totali jew il-BAT-AEL għan-nitroġenu inorganiku totali.

(19)  Il-BAT-AELs għat-TN u n-Ninorg ma japplikawx għall-installazzjonijiet li ma jkollhomx trattament bijoloġiku tal-ilma mormi. It-tarf t'isfel tal-medda normalment jinkiseb meta l-affluwent li jkun dieħel ġewwa l-impjant ta' trattament bijoloġiku ta' ilma mormi jkun fih livelli baxxi ta' nitroġenu u/jew meta tkun tista' tintuża nitrifikazzjoni/denitrifikazzjoni fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli.

(20)  It-tarf ta' fuq tal-medda jista' jkun ogħla u sa 40 mg/l għat-TN jew ta' 35 mg/l għan-Ninorg, it-tnejn bħala medji annwali, jekk bħala medja annwali l-effiċjenza tat-tnaqqis tkun ta' ≥ 70 % (inkluż kemm il-pretrattament kif ukoll it-trattament finali).

(21)  It-tarf t'isfel tal-medda normalment jinkiseb meta jiżdied il-fosforu għat-tħaddim tajjeb tal-impjant ta' trattament bijoloġiku ta' ilma mormi jew meta l-fosforu prinċipalment joriġina minn sistemi ta' tisħin jew ta' tkessiħ. It-tarf ta' fuq tal-medda normalment jinkiseb meta l-komposti li jkun fihom il-fosforu jiġu prodotti mill-installazzjoni.

(22)  It-tarf t'isfel tal-medda normalment jinkiseb meta l-għadd ta' komposti organiċi aloġenati li tuża jew tipproduċi l-installazzjoni jkun żgħir.

(23)  Dan il-BAT-AEL jista' ma japplikax meta t-tagħbija niġġiesa prinċipali toriġina mill-produzzjoni ta' aġenti ta' kuntrast ta' raġġi jodinati minħabba t-tagħbija b'refrattorji għoljin. Barra minn hekk dan il-BAT-AEL jista' ma japplikax meta t-tagħbija niġġiesa prinċipali toriġina mill-produzzjoni ta' ossidu tal-propelin jew ta' epikloroidrin permezz tal-proċess ta' kloroidrin minħabba t-tagħbija għolja.

(24)  It-tarf t'isfel tal-medda normalment jinkiseb meta l-metalli (komposti) korrispondenti li tuża jew tipproduċi l-installazzjoni jkunu ftit.

(25)  Dan il-BAT-AEL jista' ma japplikax għall-effluwenti inorganiċi meta t-tagħbija niġġiesa prinċipali toriġina mill-produzzjoni ta' komposti inorganiċi ta' metalli tqal.

(26)  Dan il-BAT-AEL jista' ma japplikax meta t-tagħbija niġġiesa prinċipali toriġina mill-ipproċessar ta' volumi kbar ta' materja prima inorganika solida li tkun kontaminata b'metalli (eż. karbonat tas-sodju mill-proċess Solvay, diossidu tat-titanju).

(27)  Dan il-BAT-AEL jista' ma japplikax meta t-tagħbija niġġiesa prinċipali toriġina mill-produzzjoni ta' komposti organiċi tal-kromu.

(28)  Dan il-BAT-AEL jista' ma japplikax meta t-tagħbija niġġiesa prinċipali toriġina mill-produzzjoni ta' komposti organiċi tar-ram jew mill-produzzjoni ta' monomeru tal-klorur tal-vinil/diklorat tal-etilen permezz tal-proċess ta' ossiklorazzjoni.

(29)  Dan il-BAT-AEL jista' ma japplikax meta t-tagħbija niġġiesa prinċipali toriġina mill-produzzjoni ta' fibri viskużi.


9.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/43


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/903

tat-8 ta' Ġunju 2016

skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar għata taż-żwiemel imxappa bil-permetrina li tintuża bl-għan li jiġu kkontrollati l-insetti li jagħtu fastidju fl-ambjent taż-żiemel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-21 ta' Settembru 2015, l-Irlanda talbet lill-Kummissjoni tiddeċiedi, skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, dwar jekk għata taż-żwiemel li titqiegħed fis-suq biex tintuża għall-protezzjoni taż-żwiemel u tal-ambjent tagħhom mill-insetti (dubbien li jdur maż-żwiemel u fl-istalel) hijiex prodott bijoċidali jew oġġett ittrattat jew l-ebda wieħed minnhom.

(2)

Skont it-tagħrif ipprovdut mill-Irlanda, l-għata taż-żwiemel tkun magħmula minn żewġ saffi separati ta' drapp, u s-saff ta' barra jkun imxappap bil-permetrina u separat mill-ġilda taż-żwiemel permezz tas-saff ta' ġewwa li ma jkunx imxappap. Jingħad li t-trattament bil-permetrina jkompli jtejjeb il-funzjoni tal-għata bħala protezzjoni fiżika kontra l-insetti li jagħtu fastidju fl-ambjent taż-żiemel, peress li l-insetti jmutu malli jmissu mas-saff ta' barra tal-għata.

(3)

L-għata taż-żwiemel hija maħsuba biex tikkontrolla l-insetti, li jissodisfaw id-definizzjoni ta' organiżmu li jagħmel il-ħsara kif previst fl-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, ladarba dawn jista' jkollhom effett ħażin fuq il-bnedmin jew fuq l-annimali.

(4)

Skont l-Artikolu 3(1)(a) ta' dak ir-Regolament, il-qerda, it-tnaffir, in-newtralizzazzjoni, il-kontroll u l-prevenzjoni tal-azzjoni ta' kwalunkwe organiżmu li jagħmel il-ħsara huma funzjonijiet bijoċidali.

(5)

L-għata taż-żwiemel tissodisfa d-definizzjoni ta' oġġett kif previst fl-Artikolu 3(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, ladarba għandha għamla, superfiċe jew disinn speċjali li jiddeterminaw il-funzjoni tagħha ferm iktar milli tagħmel il-kompożizzjoni kimika tagħha.

(6)

L-għata tissodisfa d-definizzjoni ta' oġġett ittrattat kif previst fl-Artikolu 3(1)(l) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, peress li l-permetrina hija inkorporata fiha apposta bl-għan li jiġu kkontrollati l-insetti fl-ambjent taż-żiemel.

(7)

Għalhekk huwa essenzjali li jiġi stabbilit jekk l-għata taż-żwiemel għandhiex funzjoni bijoċidali primarja skont il-gwida maqbula tal-Unjoni (2), sabiex jiġi stabbilit jekk hijiex oġġett ittrattat jew prodott bijoċidali.

(8)

Ladarba (i) l-insetti li jagħtu fastidju fl-ambjent taż-żiemel ma jagħmlux ħsara lill-għata stess; (ii) il-konċentrazzjoni tal-permetrina fl-għata tista' titqabbel ma' dik fil-prodotti bijoċidali u hija ogħla mill-konċentrazzjoni li tintuża biex jiġu kkontrollati l-organiżmi ta' ħsara li jieklu l-keratina fit-tessuti (3); (iii) il-modalità ta' azzjoni tal-permetrina fl-għata hija l-istess bħal dik ta' prodott bijoċidali; (iv) tingħata prominenza ikbar u l-ewwel importanza fit-tagħrif tal-prodott lill-funzjoni bijoċidali tal-ikkontrollar tal-insetti iktar milli lil funzjonijiet oħra tal-għata taż-żwiemel (b'mod partikolari biex jittaffew il-kundizzjonijiet kesħin tat-temp jew għall-protezzjoni mir-raġġi UV), l-għata taż-żwiemel tista' titqies li għandha funzjoni bijoċidali primarja u li tissodisfa d-definizzjoni ta' prodott bijoċidali prevista fl-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(9)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 huwa importanti wkoll li jitqies jekk l-għata taż-żwiemel tistax tkun fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jekk din tissodisfa d-definizzjoni ta' prodott mediċinali veterinarju kif previst fl-Artikolu 1(2) ta' dik id-Direttiva.

(10)

Meta l-għata taż-żwiemel ma tkunx iddisinjata biex tiġi applikata bħala insettiċida topika u ma tintużax bil-ħsieb li treġġa' lura, tikkoreġi jew timmodifika l-funzjonijiet fiżjoloġiċi permezz ta' azzjoni farmakoloġika, immunoloġika jew metabolika, jew biex issir dijanjożi medika taż-żwiemel, u meta l-għata taż-żwiemel ma tiġix ippreżentata li għandha proprjetajiet għat-trattament jew għall-prevenzjoni ta' kwalunkwe mard taż-żwiemel iżda biex jiġu kkontrollati l-insetti li jaf ikunu preżenti fl-ambjent taż-żiemel u li jaf jiddisturbaw l-annimal, l-għata taż-żwiemel ma tkunx tissodisfa d-definizzjoni ta' prodott mediċinali veterinarju kif previst fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2001/82/KE u għaldaqstant tkun fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(11)

Ladarba t-tip tal-prodott 18, kif definit fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, ikopri l-prodotti li jintużaw għall-kontroll tal-artropodi (eż. l-insetti, l-araknidi u l-krustaċji), b'mezzi oħra li mhumiex dawk li jbiegħduhom jew li jattirawhom, l-għata taż-żwiemel għandha titqies li tappartjeni għat-tip tal-prodott 18. Barra minn hekk, peress li l-permetrina mhijiex qed tiġi vvalutata u lanqas mhija approvata (5) biex tintuża fil-prodotti bijoċidali tat-tip tal-prodott 19, ma għandux jingħad li l-għata taż-żwiemel għandha xi funzjoni ta' repellent.

(12)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għata taż-żwiemel imxappa bil-permetrina bl-għan li jiġu kkontrollati l-insetti li jagħtu fastidju fl-ambjent taż-żiemel, b'mezzi oħra li mhumiex dawk li jbiegħduhom jew li jattirawhom, għandha titqies bħala prodott bijoċidali skont l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u għandha titqies tat-tip tal-prodott 18 kif iddefinit fl-Anness V ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  In-nota ta' gwida dwar il-Mistoqsijiet frekwenti dwar l-oġġetti ttrattati (il-Mistoqsija 11), disponibbli fuq https://circabc.europa.eu/w/browse/d7363efd-d8fb-43e6-8036-5bcc5e87bf22

(3)  Ir-rapport ta' valutazzjoni tal-evalwazzjoni tas-sustanza attiva permetrina għat-tip tal-prodott 18 (it-Taqsima 2.1.2.1. Field of use envisaged/Function and organism(s) to be controlled (Il-qasam ta' użu previst/Il-funzjoni u l-organiżmi li jridu jiġu kkontrollati)), disponibbli fuq http://dissemination.echa.europa.eu/Biocides/ActiveSubstances/1342-18/1342-18_Assessment_Report.pdf

(4)  Id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1090/2014 tas-16 ta' Ottubru 2014 li japprova l-permetrina bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 8 u 18 (ĠU L 299, 17.10.2014, p. 10).


9.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/45


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/904

tat-8 ta' Ġunju 2016

skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti li fihom il-propan-2-ol użati għad-disinfezzjoni tal-idejn

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-3 ta' Diċembru 2015, fil-kuntest ta' applikazzjoni skont il-proċedura tal-awtorizzazzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-Ġermanja talbet lill-Kummissjoni tiddeċiedi jekk, skont l-Artikolu 3(3) tal-istess Regolament, grupp ta' prodotti lesti għall-użu li fihom il-propan-2-ol (“il-prodotti”) imqiegħda fis-suq biex jintużaw għad-disinfezzjoni tal-idejn, inkluża f'dan il-każ, id-diżinfezzjoni tal-idejn għal finijiet kirurgiċi, u li se jiġu awtorizzati bħala familja ta' prodotti bijoċidali kif definit fl-Artikolu 3(1)(s) ta' dak ir-Regolament, humiex prodotti bijoċidali.

(2)

Il-Ġermanja qieset li l-prodotti huma prodotti mediċinali skont id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), bl-argument li l-użi maħsuba tal-prodotti juru li dawn għandhom l-għan li jimpedixxu l-mard fil-bniedem, billi jistgħu jintużaw f'oqsma u f'sitwazzjonijiet fejn id-diżinfezzjoni tkun irrakkomandata medikament. Skont il-Ġermanja, dan huwa partikolarment il-każ meta l-prodotti jintużaw minn professjonisti tas-saħħa bħala proċedura ta' trattament preoperattiva biex jiġi evitat ir-riskju tat-trażmissjoni ta' mikroorganiżmi f'feriti kirurġiċi.

(3)

Il-prodotti huma maħsuba biex jikkontrollaw għadd ta' batterji, vajrusis jew fungi, li jissodisfaw id-definizzjoni ta' “organiżmu ta' ħsara” previst fl-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, għaliex jista' jkollhom effett detrimentali fuq il-bnedmin.

(4)

Billi l-azzjoni tagħhom li jeqirdu, jiskoraġġixxu, irendu bla ħsara, jimpedixxu, jew jeżerċitaw b'mod ieħor effett ta' kontroll fuq kull organiżmu ta' ħsara, tikkostitwixxi funzjoni bijoċidali, il-prodotti jissodisfaw id-definizzjoni ta' prodott bijoċidali stipulata skont l-Artikolu 3(1)(a) ta' dak ir-Regolament.

(5)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, huwa importanti li jitqies jekk il-prodotti jistgħux jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2001/83/KE meta jissodisfaw id-definizzjoni ta' prodott mediċinali kif previst fl-Artikolu 1(2) ta' dik id-Direttiva.

(6)

Fejn l-użu tal-prodotti jkun biss bil-ħsieb li jitnaqqsu l-għadd ta' mikroorganiżmi fuq l-idejn kif ukoll ir-riskju assoċjat tat-trażmissjoni ta' mikroorganiżmi minn idejn potenzjalment ikkontaminati u fejn dawn ma jintużawx biex jirrestawraw, jikkoreġu jew jimmodifikaw funzjonijiet fiżjoloġiċi bl-eżerċitar ta' azzjoni farmakoloġika, immunoloġika jew metabolika, jew biex isir dijanjosi mediku fil-bnedmin, u lanqas huma ppreżentati bħallikieku għandhom proprjetajiet għat-trattament jew għall-prevenzjoni ta' mard tal-bniedem, il-prodotti ma jissodisfawx id-definizzjoni ta' prodott mediċinali kif previst skont l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2001/83/KE u għalhekk jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(7)

Billi t-tip ta' prodott 1 kif definit fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, ikopri prodotti użati għall-iskopijiet ta' iġjene tal-bniedem, applikati fuq jew f'kuntatt mal-ġilda tal-bniedem jew mal-ġilda tar-ras, bl-iskop ewlieni li jiddisinfettaw il-ġilda jew il-ġilda tar-ras, dawn il-prodotti jappartjenu għat-tip ta' prodotti Nru 1.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-prodotti li fihom il-propan-2-ol u li se jintużaw għad-diżinfezzjoni tal-idejn, inkluża f'dan il-każ, id-diżinfezzjoni tal-idejn għal finijiet kirurġiċi, bl-iskop li jitnaqqas ir-riskju tat-trażmissjoni ta' mikroorganiżmi, għandhom jitqiesu bħala prodotti bijoċidali f'konformità mal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u għandhom jitqiesu li jaqgħu fil-kamp tal-applikazzjoni tat-tip ta' prodott nru 1, kif iddefinit fl-Anness V ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.).


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

9.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/47


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 110/15/COL

tal-8 ta' April 2015

li tiddikjara bħala inkompatibbli l-għajnuna addizzjonali ta' NOK 16-il miljun minn Innovation Norway lil Finnfjord AS (in-Norveġja) [2016/905]

[verżjoni mhux kunfidenzjali]  (*)

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA (“L-AWTORITÀ”),

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u partikolarment l-Artikolu 61 u l-Protokoll 26,

Wara li kkunsidrat l-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), b'mod partikolari l-Artikolu 24,

Wara li kkunsidrat l-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (“il-Protokoll 3”), b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tal-Parti II,

Billi:

I.   IL-FATTI

1.   Il-proċedura

(1)

Fl-2011, il-kumpanija Finnfjord AS (“Finnfjord”), kienet ingħatat NOK 175 miljun f'għajnuna mill-Istat mill-Iskema tal-Fond għall-Enerġija (ara iktar 'l isfel) għall-kostruzzjoni ta' sistema ta' rkupru tal-enerġija fl-impjant ta' produzzjoni ta' ferrosiliċju tagħha. Dak l-għoti ta' għajnuna ġiet approvata mill-Awtorità bid-Deċiżjoni Nru 39/11/COL (1).

(2)

Wara diskussjonijiet ta' pre-notifika li bdew f'Novembru 2012, l-awtoritajiet Norveġiżi, b'ittra tas-26 ta' Ġunju 2013, innotifikaw l-għajnuna addizzjonali minn Innovation Norway (“IN”) lill-Finnfjord, skont l-Artikolu 1(3) ta' Parti I tal-Protokoll 3 (2). Hija din il-miżura li hija s-suġġett tad-deċiżjoni attwali.

(3)

B'ittra li ġġib id-data tal-5 ta' Lulju 2013 (3), l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali mingħand l-awtoritajiet Norveġiżi. B'ittra li ġġib id-data tad-19 ta' Awwissu 2013 (4), l-awtoritajiet Norveġiżi rrispondew. B'ittra li ġġib id-data tat-28 ta' Awwissu 2013 (5), l-Awtorità għamlet talba oħra għal informazzjoni. B'ittra li ġġib id-data tat-18 ta' Settembru 2013 (6), l-awtoritajiet Norveġiżi rrispondew. B'ittra li ġġib id-data tat-13 ta' Novembru 2013 (7), l-Awtorità informat lill-awtoritajiet Norveġiżi li kienet adottat id-Deċiżjoni Nru 445/13/COL li tiftaħ investigazzjoni formali dwar il-miżura nnotifikata.

(4)

B'ittra elettronika li ġġib id-data tal-21 ta' Frar 2014 (8), l-awtoritajiet Norveġiżi pprovdew il-kummenti tagħhom għad-deċiżjoni. Fl-10 ta' April 2014, wara diskussjonijiet imtawla mal-awtoritajiet Norveġiżi u Finnfjord dwar informazzjoni kunfidenzjali, id-deċiżjoni ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u s-Suppliment taż-ŻEE (9). Finnfjord kienet l-unika tielet parti li ssottomettiet il-kummenti tagħha (10). B'ittra li ġġib id-data tat-13 ta' Mejju 2014 (11), dawn il-kummenti tressqu lill-awtoritajiet Norveġiżi. B'ittra li ġġib id-data tas-6 ta' Ġunju 2014 (12), l-awtoritajiet Norveġiżi pprovdew kummenti għall-kummenti ta' partijiet terzi. B'ittra elettronika tal-25 ta' Settembru 2014 (13), Finnfjord pprovdiet aktar kummenti. B'ittra elettronika tat-8 ta' Ottubru 2014 (14), l-Awtorità talbet aktar informazzjoni mingħand Finnfjord. B'ittri elettroniċi tal-24 u tas-27 ta' Ottubru 2014 (15), Finnfjord irrispondiet. B'ittra li ġġib id-data tas-27 ta' Ottubru 2014 (16), il-kummenti u l-informazzjoni addizzjonali ntbagħtu lill-awtoritajiet Norveġiżi. B'ittra li ġġib id-data tat-12 ta' Novembru 2014 (17), l-awtoritajiet Norveġiżi rrispondew. Bejn Novembru 2014 u Jannar 2015, l-Awtorità kellha kuntatti informali b'ittra elettronika u bit-telefon mal-awtoritajiet Norveġiżi u ma' Finnfjord.

2.   Il-miżura nnotifikata — għotja ta' NOK 16 miljun

(5)

Il-miżura proposta hija għotja diretta ta' NOK 16 miljun minn IN lil Finnfjord. Hija maħsuba biex parzjalment tkopri ż-żieda fil-kostijiet tal-proġett minn NOK [680-720] miljun għal NOK [madwar 800] miljun.

(6)

IN infurmat lill-Finnfjord bid-deċiżjoni tagħha li tagħti l-miżura notifikata b'ittra li ġġib id-data tal-10 ta' Diċembru 2012.

3.   Self minn IN u SNN

(7)

IN spjegat li Finnfjord kellha bżonn NOK [80-95] miljun biex tlesti l-proġett tal-irkupru tal-enerġija. In-NOK 16-il miljun, għalhekk, ikopri biss parti miż-żieda fil-kostijiet.

(8)

Fl-istess ħin billi hija pprovdiet għotja diretta ta' NOK 16-il miljun lil Finnfjord, IN ipprovdiet ukoll lil Finnfjord b'selfa ta' NOK 18-il miljun. F'dak iż-żmien, Finnfjord kienet diġà ssellfet NOK 100 miljun minn IN b'rabta mal-istess proġett. L-ebda self ma ġie nnotifikat lill-Awtorità. IN hija tal-fehma li dawn ikunu ġew mogħtija fuq termini tas-suq u li għalhekk ma jinvolvux għajnuna mill-Istat fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE.

(9)

B'mod parallel mas-selfa ta' NOK 18-il miljun minn IN, Finnfjord akkwistat self ta' NOK [45-60] miljun mill-istituzzjoni finanzjarja Sparebank 1 Nord-Norge (“SNN”). Is-self eżistenti ta' Finnfjord mingħand SNN b'konnessjoni mal-proġett ammonta għal total ta' NOK [300-325] miljun.

(10)

Għalhekk l-għotja diretta ta' NOK 16 il-miljun u ż-żewġ selfiet ta' NOK 18 il-miljun u NOK [45-60] miljun koprew NOK [80-95] miljun żieda fil-kost.

4.   Innovation Norway (“IN”)

(11)

IN hija entità pubblika stabbilità mill-Att dwar l-Innovazzjoni fin-Norveġja (18). Hija kkontrollata mill-Istat tan-Norveġja permezz tal-Ministeru tal-Gvern Lokali u l-Iżvilupp Reġjonali (51 %) u kull waħda mid-19 il-awtorità Norveġiżi tal-Kontea (49 %). IN hija ffinanzjata permezz ta' riżorsi pubbliċi.

5.   Enova SF (“Enova”)

(12)

Enova SF (“Enova”) hija intrapriża statali (19) ikkontrollata fl-intier tagħha mill-Istat Norveġiż permezz tal-Ministeru taż-Żejt u l-Enerġija. Hija responsabbli għall-immaniġġjar tal-Iskema tal-Fond għall-Enerġija, skema ta' għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni tal-ħarsien tal-ambjent approvata mill-Awtorità permezz ta' Deċiżjonijiet Nri 125/06/COL (20) u 248/11/COL (21). Enova hija ffinanzjata permezz ta' riżorsi pubbliċi.

(13)

Skont l-Iskema tal-Fond għall-Enerġija, Enova torganizza kompetizzjonijiet għal għajnuna fejn il-proġetti rebbieħa huma dawk bl-aqwa riżultat tal-enerġija għal kull NOK ta' għajnuna (22).

6.   Il-finalizzazzjoni tal-proġett tal-irkupru tal-enerġija u l-iżborż tal-aħħar porzjon ta' għajnuna mingħand Enova

(14)

Enova tqassam l-aħħar 20 % ta' miżura ta' għajnuna individwali meta tkun approvat rapport għal proġett finali (23). Skont stqarrija għall-istampa ta' Finnfjord (24), is-sistema ta' rkupru tal-enerġija kienet twaqfet u bdiet taħdem fit-30 ta' Ottubru 2012. Fit-22 ta' Novembru 2012, ir-rapport finali minn Finnfjord ġie approvat minn Enova. Fit-23 ta' Novembru 2012, Enova żborżat l-aħħar NOK 35 miljun ta' għajnuna (20 % tal-ammont ta' għajnuna totali ta' NOK 175 miljun).

7.   Il-benefiċjarju — Finnfjord AS (“Finnfjord”)

(15)

Finnfjord hija kumpannija tal-familja b'responsabbiltà limitata. L-impjant appoġġjat mill-għajnuna proposta jinsab f'Finnsnes fil-Kontea ta' Troms, it-tieni kontea li tinsab l-aktar fit-Tramuntana tan-Norveġja.

8.   Iż-żidiet fil-kost

(16)

Fin-notifika li twassal għad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 39/11/COL tad-9 ta' Frar 2011 li tapprova NOK 175 miljun f'għajnuna mingħand Enova lil Finnfjord, il-baġit għall-proġett ta' rkupru tal-enerġija ta' Finnfjord kien stmat għal NOK 511,66 miljun. L-għajnuna kienet mogħtija għas-sostituzzjoni ta' sistema eżistenti ta' tkessiħ b'unità ta' rkupru tal-enerġija. L-intenzjoni kienet li kull sena jiġi ġġenerat 224 GWh ta' enerġija elettrika u jiġi rkuprat 125 GWh ta' fwar għall-proċess. Il-produzzjoni stmata tal-enerġija annwali ammontat għalhekk għal 349 GWh.

(17)

Skont in-notifika kurrenti, sa Frar 2011, il-baġit stmat kien diġà żdied b'NOK 190 miljun minn NOK 511,66 miljun għal NOK 700 miljun. Minkejja din iż-żieda sostanzjali, fis-7 ta' Frar 2011, il-bord ta' Finnfjord iddeċida li jibqa' għaddej bil-proġett. F'dak iż-żmien, Finnfjord ma applikatx għal iktar għajnuna. L-għajnuna notifikata mhijiex maħsuba biex tkopri ż-żidiet fil-kost li wasslet għal stima ta' NOK 700 miljun.

(18)

Iż-żieda fil-kost irriżultat fil-biċċa l-kbira mid-deċiżjoni ta' Finnfjord li tiffoka esklussivament il-proġett fuq il-produzzjoni tal-elettriku mill-fwar (u mhux tirkupra l-fwar għall-proċess) billi takkwista turbina tal-fwar aktar b'saħħitha. It-turbina ġiet ordnata fis-7 ta' Jannar 2011. Kuntratt legalment vinkolanti għat-turbina ġie konkluż fit-23 ta' Frar 2011. B'ittra li ġġib id-data tas-16 ta' Frar 2011, Finnfjord infurmat lil Enova li hija kienet ordnat it-turbina iktar b'saħħitha li twassal għal produzzjoni annwali ta' 344,5 GWh ta' enerġija elettrika. Din il-produzzjoni ogħla tal-enerġija elettrika kienet b'hekk qrib għall-produzzjoni totali stmata għall-349 GWh ta' elettriku u fwar. Fuq dik il-bażi, Finnfjord talbet l-esklużjoni tal-produzzjoni tal-fwar mill-proġett megħjun. B'ittra li ġġib id-data tas-17 ta' Frar 2011, Enova approvat il-bidla fil-proġett.

(19)

Matul il-fażi tal-proġett, Finnfjord forniet lil Enova b'rapporti ta' progress. Fir-rapport tagħha li jġib id-data tat-30 ta' April 2012, Finnfjord semmiet aktar żidiet fil-kost relatati mal-bini tat-turbina, il-fwar u l-pajpijiet ta' kondensazzjoni u l-fosos. L-ispejjeż addizzjonali ammontaw għal madwar NOK 5 miljuni. Finnfjord xorta immirat biex iżżomm il-kostijiet totali tal-proġett taħt l-istima ta' NOK 700 miljun.

(20)

Fir-rapport ta' progress li jġib id-data tad-29 ta' Ġunju 2012, l-istima tal-kost totali żammet ma' NOK 700 miljun. Madankollu, minn dak iż-żmien, ġie stmat li l-proġett ħa jġarrab NOK [5-10] miljuni f'kostijiet akbar. Din iż-żieda fil-kost ġiet diskussa mill-bord ta' Finnfjord f'laqgħa fid-19 ta' Ġunju 2012. L-awtoritajiet Norveġiżi ma spjegawx għaliex iż-żieda fil-kost totali ta' NOK [10-15] miljun ([…]) ma wasslitx għal aġġustament tal-istima tal-kost totali ta' NOK 700 miljun fir-rapport ta' progress tad-29 ta' Ġunju 2012.

(21)

L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li Finnfjord, f'punt wieħed matul ir-rebbiegħa tal-2012 daħlet f'diskussjonijiet informali ma' Enova dwar il-kisba ta' għajnuna addizzjonali biex tkopri ż-żieda fil-kostijiet tal-proġett. Fil-5 ta' Lulju 2012, wara kuntatti informali, Finnfjord applikat formalment għal għajnuna addizzjonali mingħand Enova. F'dak iż-żmien, Finnfjord irrevediet l-istima tal-kost totali għal NOK [730-760] miljun.

(22)

L-informazzjoni pprovduta lill-Awtorità tindika li Finnfjord, fuq il-bażi ta' reviżjoni tal-baġit iffinalizzat fil-31 ta' Lulju 2012, kienet ikkonkludiet li l-proġett ħa jġarrab kostijiet addizzjonali u l-istima tal-kost totali żdiedet għal bejn NOK [740] miljun u NOK [madwar 800] miljun. Iż-żidiet fil-kost jirrigwardaw: l-adattamenti ta' makkinarju eżistenti, l-adattamenti ta' tliet fran eżistenti, l-adattamenti ta' katusi tad-duħħan, l-installazzjonijiet fil-bini tat-turbini u bini ieħor, it-telf ta' produzzjoni itwal milli mistenni, u l-finalizzazzjoni tal-ħidma u l-installazzjonijiet. Finnfjord talbet għajnuna addizzjonali mingħand Enova biex jiġi żgurat li l-proġett jissodisfa l-kriterji interni tagħha ta' profittabbiltà. Finnfjord elaborat dwar ir-raġunijiet għal żidiet fil-kost fir-rapport ta' progress tagħha tat-12 ta' Settembru 2012.

(23)

Fil-bidu ta' Awwissu 2012, Finnfjord iddiskutiet b'mod informali ma' Enova dwar il-posponiment potenzjali tax-xogħolijiet fuq it-tielet forn u l-klassifika ta' dan bħala proġett separat sabiex tkun tista' tapplika għal aktar għajnuna mingħand Enova abbażi tal-fatt li dan huwa proġett ġdid.

(24)

B'ittra li ġġib id-data tal-20 ta' Awwissu 2012, Enova rrifjutat l-applikazzjoni għal għajnuna.

(25)

Meta il-bord ta' Finnfjord iltaqa' fil-25 ta' Settembru 2012, il-kost totali stmat kien stabbilit għal NOK [madwar 800] miljun. F'dik il-laqgħa, il-bord ta' Finnfjord ikkunsidra tliet modi alternattivi ta' azzjoni:

(i)

It-tkomplija tal-proġett b'finanzjament taż-żidiet fil-kost permezz ta' fluss ta' flus ġenerali tal-kumpanija.

(ii)

Il-posponiment ta' xogħlijiet fuq it-tielet forn, b'mod li jiġi kklassifikat bħala proġett separat u ssir applikazzjoni għal aktar għajnuna mingħand Enova.

(iii)

Il-kisba ta' NOK [80-95] miljun ta' finanzjament addizzjonali mingħand Enova (għajnuna), SNN (self) u IN (selfa u għajnuna) sabiex jitwettaq il-proġett.

(26)

Il-bord iddeċieda li jipproċedi abbażi tat-tielet alternattiva.

(27)

IN ipprovdiet lill-Awtorità b'estratt tal-protokoll tal-laqgħa tal-bord rigward it-tielet alternattiva. Rigward l-applikazzjonijiet lil Enova u IN għal aktar għajnuna l-estratt jipprovdi dan li ġej:

“Għotjiet/self potenzjali mingħand Enova u [IN] jintużaw direttament biex jitnaqqas is-self ta' likwidità li sar applikazzjoni għalih [mingħand SNN]” (25).

(28)

Skont l-IN, il-bord ikkonkluda li l-ewwel kors ta' azzjoni jkun essenzjalment ifisser li l-proġett ikun iffinanzjat bl-ispejjeż għall-kredituri ta' Finnfjord, li jkun legalment mhux rakkomandat u mhux ta' soluzzjoni sostenibbli fuq medda twila ta' żmien. Barra minn hekk, skont IN, il-Bord ma kkunsidrax it-tieni kors ta' azzjoni alternattiva bħala vijabbli billi huwa kkonkluda li l-posponiment ta' xogħlijiet fuq it-tielet forn ikunu għaljin b'mod projbittiv.

(29)

Fil-kummenti tagħhom għad-deċiżjoni tal-Awtorità li tiftaħ il-proċedura ta' investigazzjoni formali, l-awtoritajiet Norveġiżi ċċaraw li l-aħħar kost totali ammonta għal NOK [madwar 800] miljun. L-awtoritajiet Norveġiżi ma ċċarawx meta din ġiet finalment riżolta.

9.   Ħarsa ġenerali lejn żidiet fil-kost

Data, avveniment

Il-baġit stmat f'NOK miljun

Il-baġit inizjali kif deskritt fid-Deċiżjoni Nru 39/11/COL tad-9 ta' Frar 2011

511,66

is-7 ta' Frar 2011, il-laqgħa tal-bord ta' Finnfjord

[680-720]

il-5 ta' Lulju 2012, Finnfjord tapplika għand Enova għal iktar għajnuna

[730-760]

il-31 ta' Lulju 2012, ir-reviżjoni tal-baġit ta' Finnfjord

[740-790]

il-25 ta' Settembru 2012, il-laqgħa tal-bord ta' Finnfjord

[740-790]

Kost totali finali

[madwar 800]

10.   L-għoti ta' għajnuna ta' IN u l-pakkett ta' NOK [80-95] miljun

(30)

Fit-28 ta' Awwissu 2012, Finnfjord bdiet djalogu informali ma' IN u SNN sabiex tikseb NOK [80-95] miljun li huma meħtieġa biex tiġi ffinanzjata t-tlestija tal-proġett.

(31)

B'ittra li ġġib id-data tal-1 ta' Ottubru 2012, Finnfjord applikat formalment għal self addizzjonali mingħand SNN. Finnfjord applikat għal self u għotjiet addizzjonali mingħand IN fil-11 ta' Ottubru 2012, mingħajr ma speċifikat l-ammont ta' għajnuna.

(32)

Jidher li SNN qabel in-nofs ta' Ottubru 2012 kienet offriet lil Finnfjord self ta' NOK [80-95] miljun. Madankollu, SNN għamlet l-offerta tiddependi fuq kollateralizzazzjoni għad-detriment tal-kollateralizzazzjoni ta' selfa preeżistenti minn IN (26). IN ma aċċettatx din is-soluzzjoni. Finnfjord, SNN u IN minflok innegozjaw il-pakkett ta' finanzjament li ġej f'NOK [80-95] miljun:

i.

L-għoti ta' għajnuna minn IN ta' NOK 16-il miljun.

ii.

Selfa għal perijodu qasir ta' NOK 18-il miljun mingħand IN b'rata ta' [5-9] % (li tista' tiġi aġġustata f'konformità mal-polza ta' assigurazzjoni ta' IN kontra r-riskju tas-selfa) ikkollateralizzat pari passu ma' selfa preeżistenti ta' NOK 100 miljun mingħand IN.

iii.

Is-selfa għal perijodu qasir ta' NOK [45-60] miljun mingħand SNN b'rata ta' imgħax ta' […] xhur NIBOR (27) + [300-600] bps ikkollateralizzat pari passu ma' selfa preeżistenti ta' NOK [300-325] miljun mingħand SNN.

(33)

Il-pakkett ta' finanzjament ta' NOK [80-95] miljun kien formalizzat u aċċettat minn Finnfjord permezz ta' ftehim ta' koordinazzjoni supplimentari ffirmat minn SNN, IN u Finnfjord fit-12 ta' Diċembru 2012. Tali ftehim, immirat sabiex jirregola ir-relazzjoni bejn it-tliet partijiet, kopra l-ftehim tas-selfa bejn Finnfjord u SNN li jġib id-data tat-12 ta' Diċembru 2012, il-ftehim ta' self bejn Finnfjord u IN li jġib id-data tal-10 ta' Diċembru 2012.

(34)

Filwaqt li ġa ingħata s-self minn IN u SNN, l-għajnuna ta' NOK 16-il miljun lil Finnfjord tiġi żborżata biss bl-approvazzjoni tal-Awtorità.

11.   Kummenti

11.1.    Kummenti mressqa mill-awtoritajiet Norveġiżi b'rispons għall-ftuħ tal-investigazzjoni formali

(35)

IN tenfasizza li, fil-mument meta hija ddeċidiet li tagħti kondizzjonalment NOK 16-il miljun, ma kkunsidratx li ssellef il-flus lil Finnfjord, billi l-kumpanija ma kellhiex biżżejjed kollateral biex tkopri self ġdid sa NOK [80-95] miljun.

(36)

Rigward l-għala Finnfjord ma applikatx għal aktar għajnuna mingħand Enova fi Frar 2011, IN tikkjarifika li Enova unilateralment naqqset l-ammont minn NOK 200 miljun u enfasizzat li l-għoti ta' NOK 175 miljun kienet tirrappreżenta għajnuna eċċezzjonalment għolja ta' intensità u li l-ebda proġett ieħor ma seta' jistenna li jirċievi appoġġ simili. Finnfjord għalhekk ikkunsidrat li applikazzjoni għal għajnuna ulterjuri ma tirnexxix. Madankollu, il-kumpanija bidlet l-approċċ tagħha meta hija saret taf dwar id-deċiżjoni ta' Enova sabiex tagħti NOK 350 miljun f'għajnuna għal kważi l-istess proġett imwettaq minn Elkem AS (28).

(37)

IN issottomettiet spreadsheet riveduta li tieħu inkunsiderazzjoni l-kummenti magħmula mill-Awtorità fid-deċiżjoni għall-ftuħ ta' investigazzjoni formali. Abbażi tal-kost finali tal-proġett ta' NOK [madwar 800] miljun, proġett b'tul ta' ħajja ta' 15-il sena u żieda gradwali vverifikata fil-produzzjoni tal-elettriku matul l-ewwel tliet snin sa kapaċità massima annwali ta' 344,5 GWh, bl-użu tal-mudell Enova, ir-rata ta' ritorn mingħajr l-għajnuna ta' NOK 16-il miljun hija kkalkulata għal [madwar 9] %. Bl-għajnuna, ir-rata ta' redditu tkun [madwar 11] %. IN ssostni li l-proġett għalhekk mhuwiex profitabbli, billi l-politika ta' investiment ġenerali ta' Finnfjord tirrikjedi rata ta' redditu fil-medda ta' [10-20] % għal tali investimenti barra l-attivitajiet ewlenin tan-negozju tal-kumpanija.

(38)

IN tenfasizza li Finnfjord ibbażat id-deċiżjoni li tibqa' għaddejja bil-proġett abbażi tal-kalkoli interni tagħha stess, li jvarjaw mill-kalkoli ppreżentati iktar 'il fuq (ibbażati fuq il-mudell Enova). IN tinnota li hija ma ġietx ipprovduta bil-kalkoli interni ta' Finnfjord. IN tinnota li l-fehmiet apparentement kunfliġġenti bejn IN u Enova x'aktarx jirriżultaw mid-differenza bejn ir-regoli u l-prattiki interni bejn Enova u IN.

11.2.    Kummenti tal-partijiet terzi minn Finnfjord f'rispons għall-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni sabiex tinfetaħ l-investigazzjoni formali

(39)

Finnfjord tirreferi għal dak li hija tipperċepixxi li jirrappreżenta kontradizzjoni apparenti fid-deċiżjoni tal-Awtorità meta l-Awtorità minn naħa ma teskludix għalkollox li l-għajnuna jista' jkollha effett ta' inċentiv f'dan il-każ, iżda fl-istess ħin tqajjem il-kwistjoni dwar jekk Finnfjord kkunsidratx tissospendi, tnaqqas jew twaqqaf il-proġett. Finnfjord tenfasizza li għalkemm il-bord tagħha kellu bħala ambizzjoni, sal-laqgħa tal-bord tal-25 ta' Settembru 2012, li jitlesta l-proġett, dan ma għandux jiġi kklassifikat bħala espressjoni ta' xewqa jew abbiltà biex l-proġett jitlesta akkost ta' kollox. Skont il-kumpanija, il-fatti u ċ-ċifri disponibbli lill-Awtorità juru b'mod ċar li Finnfjord ma tkunx kapaċi tħallas għat-tlestija tal-proġett mingħajr finanzjament addizzjonali. Finnfjord ma setgħetx toffri kwalunkwe kollateral addizzjonali, u b'hekk ma setgħetx tikseb aktar finanzjament permezz ta' self. Finnfjord għalhekk tiċħad il-fehma preliminari tal-Awtorità li l-għajnuna tista' titqies bħala ħaġa pożittiva iżda element mhux strettament meħtieġ f'pakkett ta' finanzjament.

(40)

Bħall-IN, Finnfjord tenfasizza li t-tnaqqis ta' għajnuna ta' Enova minn NOK 200 miljun għal NOK 175 miljun kienet deċiżjoni politika unilaterali mill-bord ta' Enova. Finnfjord tindika dak li hija tikkunsidra bħala numru ta' inkonsistenzi fid-dikjarazzjonijiet ta' Enova dwar l-effett ta' inċentiv tal-għajnuna addizzjonali għall-proġett, u tenfasizza li l-fehmiet apparentement kunfliġġenti ta' Enova u IN dwar l-effett ta' inċentiv tal-għajnuna mhuma ta' ebda konsegwenza billi l-politika ta' Enova hija aktar restrittiva minn dak permess mil-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Ambjentali (Environmental Aid Guidelines — EAG) (29).

(41)

Fir-rigward tal-valutazzjoni dwar jekk l-għajnuna hijiex l-istrument xieraq, Finnfjord tidher li tirrifjuta l-idea li din il-valutazzjoni għandha ssir fuq il-bażi taċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ inkwistjoni, u minflok tirreferi għad-Deċiżjoni Nru 39/11/COL, fejn l-Awtorità sabet li l-għoti inizjali ta' NOK 175 miljun ta' għajnuna kien strument xieraq biex jingħata spinta lill-investiment fil-proġett qabel l-implimentazzjoni tiegħu.

(42)

Fir-rigward tal-kwistjoni ta' proporzjonalità, il-kumpanija tenfasizza li l-proġett ġie jiswa aktar mid-doppju milli kien stmat inizjalment. Ir-rata ta' redditu ta' 12,35 % kienet in-naħa t'isfel tal-medda ta' profitabbiltà meħtieġa minn Finnfjord. Ir-rata aġġornata ta' redditu ta' [madwar 9] % mingħajr in-NOK 16-il miljun għajnuna, hija spjegata li hija ħafna inqas minn dik li kienet tiġi aċċettata minn Finnfjord “li kieku hija setgħet aġixxiet fuq ir-rieda ħielsa tagħha stess”. Anki r-rata ta' redditu ta' [madwar 11] % ma' NOK 16-il miljun f'għajnuna hija kkunsidrata bħala redditu pjuttost modest. Finnfjord tirreferi għall-għoti tal-għajnuna bħala qsim raġonevoli tal-piż bejn IN u SNN, u tenfasizza li l-kapital tas-self tal-proġett żdied b'mod sinifikanti. Ir-riskju ta' inadempjenza jinġarr mill-kumpanija biss. Għalhekk, fil-fehma ta' Finnfjord, l-għajnuna ma twassalx għal kumpens żejjed.

(43)

Finnfjord hija tal-fehma li għajnuna addizzjonali mingħand IN ma tfixkilx l-mekkaniżmu tal-kompetizzjoni skont l-Iskema tal-Fond għall-Enerġija. Finnfjord tenfasizza li l-mekkaniżmu tal-kompetizzjoni skont l-Iskema tal-Fond għall-Enerġija tipprevjeni biss illi ma jirċevux għajnuna l-inqas proġetti effiċjenti meta l-ammonti applikati għalihom jeċċedu l-baġit tal-iskema. Il-kumpanija tistieden lill-Awtorità biex tikkunsidra jekk preferenza għal mekkaniżmu kompetittiv skont l-Iskema tal-Fond għall-Enerġija tistax tinterferixxi mad-dritt tal-awtoritajiet Norveġiżi biex jorganizzaw l-amministrazzjoni tagħhom ta' fondi pubbliċi. F'dak il-kuntest, Finnfjord tiddikjara li hija tiddubita li l-Awtorità, lil hinn mir-regoli dwar il-kumulazzjoni, għandha bażi legali valida sabiex jiġi żgurat li l-għotjiet individwali ta' għajnuna ma jinterferixxux mal-ħidmiet ta' skema ta' għajnuna. Finnfjord tispjega li l-għajnuna nnotifikata hija mqassma b'mod miftuħ u trasparenti.

11.3.    It-tieni rawnd ta' kummenti ta' partijiet terzi minn Finnfjord

(44)

Matul il-kors tal-investigazzjoni formali, l-Awtorità rċeviet t-tieni rawnd ta' kummenti ta' partijiet terzi minn Finnfjord, fejn il-kumpanija telabora dwar kif in-nuqqas ta' likwidità matul l-2012 kien iwassal biex il-proġett jiġi sospiż mingħajr il-pakkett ta' finanzjament addizzjonali li min-naħa tiegħu skatta permezz tal-għoti ta' għajnuna minn IN. Finnfjord tirreferi għad-deċiżjoni tal-Awtorità fil-kawża Helguvík Aluminium Smelter  (30) biex tissostanzja għaliex l-għajnuna nnotifikata lil Finnfjord kellha effett ta' inċentiv.

(45)

Il-kumpanija tipprovdi dikjarazzjonijiet mingħand SNN, mill-kontabilista ta' Finnfjord u l-president bħala evidenza tal-ħtieġa tal-għajnuna. Barra minn hekk, il-kumpanija tipprovdi spreadsheet b'kalkolu aġġornat tal-valur nett preżenti tal-proġett (ivverifikat minn IN) li jagħti [redditu marġinalment negattiv] % bl-għajnuna. Finnfjord tagħmel referenza għall-Awtorità u l-prattika tal-Kummissjoni (31) li tirrigwarda każijiet ta' kost mhux previst fi proġetti innovattivi fejn għotjiet ta' għajnuna espressi, mhux bħala ammont fiss, iżda pjuttost bħala perċentwali ta' kost totali mhux magħruf instabu li kienu kompatibbli mal-funzjonament tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(46)

Fuq it-talba tal-Awtorità, Finnfjord sussegwentement pprovdiet kopji ta' żewġ ftehimiet ta' finanzjament konklużi minn SNN, IN u Finnfjord fl-14 ta' Ġunju 2011 u t-12 ta' Diċembru 2012 kif ukoll dokumentazzjoni rigward in-nuqqas ta' kollateral mhux garantit.

11.4.    Kummenti mill-awtoritajiet Norveġiżi għall-kummenti ta' partijiet terzi

(47)

L-awtoritajiet Norveġiżi pprovdew kummenti dwar żewġ rawndijiet ta' kummenti ta' partijiet terzi minn Finnfjord. L-awtoritajiet Norveġiżi jaqblu ma' Finnfjord u ċċaraw kwistjonijiet minuri fattwali dwar is-sors ta' finanzjament tal-għotja proposta ta' NOK 16-il miljun. Billi l-iżborż ta' fondi minn sorsi rilevanti huwa applikat b'mod uniformi, dawn il-kjarifiki ma rriżultawx li kienu essenzjali għall-valutazzjoni tal-Awtorità tal-miżura nnotifikata.

II.   VALUTAZZJONI

1.   L-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat

(48)

L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE jaqra kif ġej:

“Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'dan il-Ftehim, kull għajnuna mogħtija mill-Istati Membri tal-KE, l-Istati tal-EFTA jew permezz ta' riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li twassal biex ixxekkel jew thedded li xxekkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti, safejn tolqot il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, tkun inkompatibbli mal-funzjonament ta' dan il-Ftehim.”

(49)

Dan jimplika li miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati kumulattivament: il-miżura: (i) tingħata mill-Istat jew permezz ta' riżorsi statali; (ii) tagħti vantaġġ ekonomiku selettiv lill-benefiċjarju; (iii) jista' ikollha impatt fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti u tfixkel il-kompetizzoni.

(50)

Il-miżura ta' għajnuna trid tingħata mill-Istat jew permezz ta' riżorsi statali. F'dan il-kuntest, huwa mfakkar li IN hija entità pubblika. L-għotjiet tagħha huma ffinanzjati mill-Istat Norveġiż. Il-miżura nnotifikata hija għalhekk iffinanzjata minn riżorsi statali u trasferibbli lil Finnfjord taħt il-kontroll ta' entità pubblika kkontrollata mill-Istat. Għalhekk, l-Awtorità tikkunsidra li huma involuti riżorsi statali.

(51)

Sabiex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, il-miżura nnotifikata għandha tivvantaġġja lill-Finnfjord li tilliberaha mill-ispejjeż li normalment jitħallsu mill-baġits tagħha. Barra minn hekk, il-miżura għandha tkun selettiva b'mod li din tiffavorixxi “ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti”. L-għotja diretta ta' NOK 16-il miljun huwa trasferiment ta' flus kontanti li Finnfjord ma kinitx tirċievi matul il-kors normali tan-negozju tagħha. L-għotja proposta hija maħsuba esklussivament għal Finnfjord. Għalhekk, l-Awtorità tikkonkludi li din l-għotja diretta tipprovdi vantaġġ ekonomiku selettiv lil Finnfjord.

(52)

Il-miżura trid tkun tali li xxekkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE sabiex tiġi kkunsidrata bħala għajnuna mill-Istat fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 61(1) tiegħu. Skont ġurisprudenza stabbilità, il-fatt waħdu li miżura ssaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża meta mqabbla ma' impriżi oħra li jikkompetu fil-kummerċ fi ħdan iż-ŻEE, huwa meqjus li huwa biżżejjed sabiex jiġi konkluż li l-miżura tista' taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti u xxekkel il-kompetizzjoni bejn l-impriżi stabbiliti fi Stati oħra taż-ŻEE (32). Finnfjord tipproduċi l-ferrosiliċju u l-mikrosiliċju, li hija tbiegħ fuq is-suq Ewropew (33). Għaldaqstant, l-Awtorità tikkonkludi li l-għajnuna taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE u xxekkel il-kompetizzjoni fiż-ŻEE billi l-benefiċjarju huwa attiv f'settur li fih isir il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti.

(53)

Abbażi tas-sejbiet ta' hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li l-miżura nnotifikata fil-forma ta' għotja diretta ta' NOK 16-il miljun minn IN lil Finnfjord tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fl-ambitu tat-tifsira tal- Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE.

2.   Ir-rekwiżiti tal-proċedura

(54)

Skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3, “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tiġi mgħarrfa, minn żmien qabel biżżejjed li jippermettilha tippreżenta l-kummenti tagħha, dwar kwalunkwe pjan li tagħti jew tibdel l-għajnuna (…). L-Istat ikkonċernat ma jistax idaħħal fis-seħħ il-miżuri proposti minnu qabel ma dik il-proċedura tkun waslet għal deċiżjoni finali”.

(55)

B'ittra li ġġib id-data tas-26 ta' Ġunju 2013, l-awtoritajiet Norveġiżi nnotifikaw il-miżura ta' għajnuna ta' NOK 16-il miljun. L-għajnuna ingħatat b'mod kondizzjonali suġġett għall-approvazzjoni tal-Awtorità u, konsegwentement, ma ġietx żborżata.

(56)

B'referenza għall-informazzjoni pprovduta, jidher li l-għajnuna ingħatat abbażi ta' skema ta' għajnuna li ma kinitx innotifikata lill-Awtorità billi l-awtoritajiet Norveġiżi kkunsidrawha bħala koperta bir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (il-General Block Exemption Regulation — “GBER”) (34). L-għotjiet mingħand Enova u IN jirrapreżentaw għajnuna għall-investiment lill-istess impriża għall-istess proġett ta' investiment. L-awtoritajiet Norveġiżi għalhekk ikkonkludew li l-għajnuna lil Finnfjord kellha tiġi nnotifikata individwalment billi din, f'akkumulazzjoni mal-għajnuna mingħand Enova, qabżet l-livell limitu li għalihom l-għotjiet ta' għajnuna individwali huma suġġetti għall-obbligu ta' notifika (35).

(57)

Abbażi ta' dak li ntqal iktar 'il fuq, l-Awtorità tikkonkludi li l-awtoritajiet Norveġiżi ssodisfaw l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mill-Artikolu 1(3) ta' Parti I tal-Protokoll 3.

3.   Kompatibbiltà — Bażi legali

(58)

IN targumenta li l-għajnuna lil Finnfjord hija kompatibbli mal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE bħala għajnuna għall-ħarsien ambjentali. IN tenfasizza li l-għajnuna inkwistjoni ma tirrappreżentax forma ta' għajnuna għas-salvataġġ.

(59)

Abbażi tal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE “għajnuna li tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta' ċerti żoni ekonomiċi”, tista' titqies bħala kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE, f'każijiet fejn tali għajnuna ma taffettwax il-kundizzjonijiet tal-kummerċ u l-kompetizzjoni fiż-ŻEE sal-punt li tkun kuntrarja għall-interess komuni.

(60)

Permezz tad-Deċiżjoni Nru 39/11/COL, l-Awtorità approvat l-għajnuna inizjali mill-Iskema tal-Fond għall-Enerġija għall-proġett ta' rkupru tal-enerġija ta' Finnfjord wara li wettqet valutazzjoni dettaljata ta' din l-għajnuna f'konformità mal-Kapitolu 5 tal-EAG. L-Awtorità kkonkludiet li l-għajnuna nnotifikata minn Enova kkontribwit għall-ħarsien ambjentali billi inċentivizzat lil Finnfjord biex twettaq miżura li tiffranka l-enerġija li ma kinitx titwettaq mingħajr l-għajnuna.

(61)

Fis-16 ta' Lulju 2014, wara li kienet fetħet l-investigazzjoni formali, l-Awtorità adottat sett ġdid ta' Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien ambjentali u l-enerġija 2014-2020 (l-“EEAG”) (36), li jissostitwixxu l-EAG (37). L-Awtorità tapplika l-EEAG mid-data tal-adozzjoni tagħhom (38), anki għall-għotjiet ta' għajnuna individwali nnotifikata qabel l-adozzjoni tal-EEAG fejn tintalab tieħu deċiżjoni wara d-data ta' adozzjoni (39).

(62)

L-Awtorità approvat l-għajnuna mingħand Enova bħala miżura li tiffranka l-enerġija. L-EEAG ma jikkontjenux kapitolu dwar l-iffrankar ta' enerġija, iżda minflok ġie introdott kapitolu dwar l-effiċjenza enerġetika (40). L-Awtorità tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna nnotifikata abbażi tal-kapitolu tal-EEAG dwar l-effiċjenza enerġetika.

(63)

L-Awtorità tinnota li l-valutazzjoni tagħha tal-kompatibbltà tal-miżura nnotifikata f'dan il-każ ma kinitx tkun materjalment differenti kieku applikat l-EAG. Biex juri dan, il-prinċipji rilevanti ta' kemm l-EEAG u kemm l-EAG huma msemmija f'dan li ġej.

4.   L-ambitu tal-proċedura ta' investigazzjoni formali

(64)

Fid-deċiżjoni li tiftaħ proċedura ta' investigazzjoni formali, u tevalwa l-miżura notifikata skont l-EAG applikabbli dak iż-żmien, l-Awtorità enfasizzat li, minħabba l-fatt li hija diġà evalwat il-kompatibbiltà tal-għajnuna minn Enova għal proġett ta' rkupru tal-enerġija ta' Finnfjord, hija ma kellhiex dubji li l-għajnuna addizzjonali, minħabba l-ammont relattivament żgħir tagħha meta mqabbel mal-ammont inizjali tal-għajnuna, hija mmirata lejn falliment tas-suq. Barra minn hekk, dwar l-assunzjoni li l-għajnuna jkollha effett ta' inċentiv u tkun meħtieġa, l-Awtorità ma kellhiex dubji li d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ ikunu limitati sabiex il-bilanċ globali jkun wieħed pożittiv. Dawn il-kwistjonijiet għalhekk mhux se jiġu ttrattati f'dan li ġej.

(65)

Is-suġġett tal-valutazzjoni li ġejja huwa dwar jekk l-għajnuna nnotifikata għandhiex effett ta' inċentiv u hijiex meħtieġa.

5.   Valutazzjoni tal-kompatibbiltà

5.1.    L-għajnuna ma għandhiex effett ta' inċentiv u lanqas ma hija meħtieġa

(66)

Skont l-EEAG (41), sabiex tkun kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE, jeħtieġ li l-għajnuna tipprovdi effett ta' inċentiv. Il-fatt dwar jekk l-għajnuna nnotifikata hijiex meħtieġa biex tipproduċi inċentiv reali biex isir investiment li altrimenti ma jkollux lok huwa element kruċjali fil-valutazzjoni tal-kompatibbiltà. Għandu jiġi vverifikat jekk l-għajnuna hijiex meħtieġa biex tipprovdi effett ta' inċentiv għall-investiment, jiġifieri jekk l-għajnuna effettivament tikkontribwixxix għal bidla fl-imġiba tar-riċevitur sabiex jogħla l-livell ta' ħarsien ambjentali (42).

(67)

Bħala regola ġenerali, l-Awtorità ħa tikkunsidra li ma jeżisti ebda effett ta' inċentiv meta l-proġett ikun beda qabel is-sottomissjoni mir-riċevitur ta' applikazzjoni għall-għajnuna (43). Billi dan il-każ jirrigwarda l-kwistjoni ta' għajnuna addizzjonali biex tiġi koperta ż-żieda fil-kostijiet ta' proġett li għadu għaddej, l-Awtorità ma tistax toqgħod fuq il-preżunzjoni tal-eżistenza ta' effett ta' inċentiv għal applikazzjonijiet għall-għajnuna mressqa qabel il-bidu tax-xogħolijiet. Fi Frar 2011, Finnfjord bdiet il-proġett ta' NOK 700 miljun abbażi ta' NOK 175 miljun mogħtija f'għajnuna.

(68)

Madankollu, l-Awtorità ma teskludix l-effett ta' inċentiv għal proġett li beda meta l-għoti ta' għajnuna jiżgura b'mod inekwivokali t-tlestija ta' proġetti li altrimenti ma kinux jitlestew jew iż-żieda fil-ħarsien ambjentali li altrimenti ma kienx ikollha lok (44). Fil-valutazzjoni tal-effett ta' inċentiv tal-għajnuna f'dan id-dawl, is-sitwazzjoni kontrofattwali, jiġifieri x'kienet tagħmel il-kumpanija mingħajr l-għajnuna, teħtieġ li tiġi eżaminata mill-qrib.

(69)

Il-kumpanija lestiet il-proġett f'Ottubru 2012 mingħajr ma l-għajnuna ġiet żborżata. Abbażi tal-informazzjoni u l-evidenza mogħtija, l-Awtorità ma tqisx li Finnfjord realistikament kkunsidrat li tieqaf, tnaqqas l-ambitu jew twaqqaf il-proġett wara Frar 2011 sat-tlestija tiegħu f'Ottubru 2012. B'mod aktar speċifiku u b'referenza għall-konklużjonijiet fil-laqgħa tal-bord tal-25 ta' Settembru 2012, jidher li l-kumpanija, minħabba l-ispejjeż kbar involuti, ma kkunsidratx bis-serjetà la li twaqqaf jew li tipposponi l-proġett, fl-intier tiegħu jew parzjalment, u lanqas li tnaqqas l-ambitu tiegħu. Il-protokoll tal-laqgħa tal-bord mill-25 ta' Settembru 2012 jindika li Finnfjord kienet biħsiebha tipprova tikseb finanzjament permezz ta' self addizzjonali mingħand SNN u għajnuna addizzjonali mingħand Enova u IN, u li kull għajnuna potenzjali tintuża direttament għat-tnaqqis tas-selfa li Finnfjord kienet ħa tipprova tikseb mingħand SNN.

(70)

Din is-sejba possibbilment ġiet appoġġjata mill-kumpanija fil-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-Awtorità għall-ftuħ ta' proċedura ta' investigazzjoni formali. Għalkemm il-kumpanija ssemmi l-ħtieġa tagħha għal NOK [80-95] miljun f'finanzjament u tidher li qed tiddikjara li s-sitwazzjoni li sabet ruħha fiha tindika li l-kumpanija kkunsidrat li tabbanduna l-proġett, din hija kkontradita permezz ta' dikjarazzjonijiet oħra magħmula mill-kumpanija fejn issir referenza għan-nuqqas ta' “rieda ħielsa” (ara l-premessa 42 iktar 'il fuq) u, fuq kollox, mill-fatt li Finnfjord kkompletat il-proġett mingħajr ma ġiet żborżata l-għajnuna.

(71)

Jekk il-kumpanija kunsidrat li ma kellhiex għażla oħra ħlief illi tkompli l-proġett, l-għajnuna ma tipprovdix lill-kumpanija b'ebda inċentiv għaliex il-kumpanija tkun — bi jew mingħajr l-għajnuna — lestiet il-proġett. Fi kliem ieħor, ix-xenarju kontrofattwali huwa li Finnfjord tiffinalizza l-proġett mingħajr dewmien u mingħajr ma tnaqqas l-ambitu tiegħu anke mingħajr l-għajnuna.

(72)

L-Awtorità mhijiex konvinta bl-argument li l-għajnuna kienet wasslet għall-pakkett ta' finanzjament ta' NOK [80-95] miljun u li kienet meħtieġa, b'mod partikolari, għas-selfa ta' NOK [45-60] miljun mingħand SNN. Anki jekk is-selfa mingħand SNN tipprovdi bħala kundizzjoni li IN tagħti għajnuna ta' NOK 16-il miljun, il-fondi (kemm mingħand SNN u IN) ġew żburżati mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-Awtorità għall-għajnuna addizzjonali. Dan juri s-separabbiltà tas-self mill-għotja tal-għajnuna. Kreditur li jistabbilixxi l-iżborż attwali ta' għajnuna bħala kundizzjoni għal aktar finanzjament kien jistenna għal approvazzjoni minn qabel tal-Awtorità qabel ma jiżborża aktar kapital ta' self jekk dan jiddetermina l-eżistenza tal-pakkett ta' finanzjament. Barra minn hekk, l-informazzjoni pprovduta lill-Awtorità ma tindikax li Finnfjord kien ikollha tħallas lura minnufih is-self f'każ li l-Awtorità ma tapprovax l-għajnuna.

(73)

Sabiex tkun kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE, l-għajnuna trid tkun meħtieġa. L-għajnuna ma għandhiex tissussidja l-kostijiet ta' attività imġarrba minn impriża u ma għandhiex tikkumpensa għar-riskju kummerċjali normali ta' attività ekonomika (45). Madankollu, l-għajnuna għal kostijiet addizzjonali mġarrba minħabba fatturi esterni imprevedibbli, li ma jistgħux jidhru bħala parti tar-riskju kummerċjali normali tal-attività ekonomika inkwistjoni, tista' titqies bħala kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE (46).

(74)

L-Awtorità tinnota li, meta fi Frar 2011, Finnfjord ġiet iffaċċata b'żieda fil-kost minn NOK 511,66 miljun għal NOK 700 miljun, iddeċidiet li tibqa' għaddejja bil-proġett mingħajr ma tapplika għal ebda għajnuna ulterjuri. B'hekk, il-kost rilevanti għal din l-investigazzjoni hija żieda ta' NOK [80-95] miljun minn NOK 700 miljun għal NOK [madwar 800] miljun. Dan jirrappreżenta żieda ta' madwar […] %.

(75)

Abbażi tal-informazzjoni pprovduta, kif deskritt fil-premessa 22 iktar 'il fuq, dawn iż-żidiet fil-kost irriżultaw minn: l-adattamenti ta' makkinarju eżistenti, l-adattamenti ta' tliet fran eżistenti, l-adattamenti ta' katusi tad-duħħan, l-installazzjonijiet fil-bini tat-turbina u bini ieħor, it-telf ta' produzzjoni itwal milli mistenni, u l-finalizzazzjoni tal-ħidma u l-installazzjonijiet. Dawn jirrappreżentaw it-tipi ta' żidiet fil-kost li l-kumpanija tkun mistennija li tieħu kont tagħhom meta tippjana għal dan it-tip ta' proġett, u jikkostitwixxu r-riskju kummerċjali normali tal-attività ekonomika inkwistjoni. Dawn ma jistgħux jitqiesu li huma kkawżati minn fatturi esterni u ma jidhrux ta' natura imprevedibbli. Dan il-każ għalhekk jista' jiġi distint mill-kawża Helguvík Aluminium Smelter  (47), imsemmi minn Finnfjord. F'dak il-każ, il-benefiċjarju tal-għajnuna kellu diffikultajiet biex jikseb finanzjament matul il-kriżi finanzjarja eċċezzjonali tal-2008 fl-Iżlanda, ċirkustanza li tista' ġustament tiġi kklasifikata bħala fattur estern imprevedibbli. Abbażi ta' dak li ntqal iktar 'il fuq, l-Awtorità hija tal-fehma li dak li qed jiġi propost mill-awtoritajiet Norveġiżi bil-miżura ta' għajnuna nnotifikata huwa li tikkumpensa lil Finnfjord għar-riskju kummerċjali normali tal-proġett li hija wettqet.

(76)

L-Awtorità tirrikonoxxi li l-eżitu tal-valutazzjoni tagħha seta' potenzjalment kien differenti kieku l-awtoritajiet Norveġiżi, minflok ipproponew żewġ għajnuniet ta' żborż ta' ammont fiss (minn Enova u mbagħad aktar tard minn IN), taw għajnuna jiġi kopert ċertu perċentwal tal-kostijiet eliġibbli tal-proġett. Dan ikun il-każ speċjalment meta l-ambitu ta' kostijiet addizzjonali imprevedibbli jkun sostanzjali u marbut mal-fatt li l-proġett huwa innovattiv u l-fatt li l-kostijiet tiegħu, min-natura tiegħu stess, huwa diffiċli li jkun stmat minn qabel. Madankollu, dan l-argument huwa irrilevanti għas-sett ta' fatti li l-Awtorità taffaċċja f'dan il-każ.

(77)

L-Awtorità tenfasizza li huma l-awtoritajiet Norveġiżi li għandhom juru li l-kundizzjonijiet għad-deroga mill-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE huma sodisfatti (48). Il-fatti u l-argumenti ppreżentati mill-awtoritajiet Norveġiżi (u Finnfjord) ma kkonvinċewx lill-Awtorità li l-għajnuna nnotifikata minn IN għandha effett ta' inċentiv jew li hija meħtieġa.

(78)

Abbażi ta' dak li ntqal iktar 'il fuq, l-Awtorità kkonkludiet li l-għajnuna nnotifikata minn IN lil Finnfjord ma għandhiex effett ta' inċentiv u li mhijiex meħtieġa. Billi l-għajnuna għal dawk ir-raġunijiet biss mhijiex kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE, l-Awtorità mhijiex ħa tivvaluta l-adegwatezza tal-għajnuna u lanqas il-proporzjonalità tagħha.

6.   Konklużjoni — l-għajnuna hija inkompatibbli

(79)

Abbażi tal-informazzjoni mressqa mill-awtoritajiet Norveġiżi, l-Awtorità kkonkludiet li l-proposta ta' NOK 16-il miljun f'għotja ta' flus minn IN lil Finnfjord tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE.

(80)

L-Awtorità kkonkludiet li din l-għajnuna hija inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE. Konsegwentement, l-awtoritajiet Norveġiżi mhumiex awtorizzati jimplimentawha.

(81)

L-Awtorità titlob lill-awtoritajiet Norveġiżi biex jibgħatu minnufih kopja lil Finnfjord ta' din id-deċiżjoni.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-għotja diretta ta' NOK 16-il miljun lil Finnfjord innotifikata mill-awtoritajiet Norveġiżi fis-26 ta' Ġunju 2013 hija inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE.

2.   Għalhekk ma tistax tiġi implimentata.

3.   Il-proċedura ta' investigazzjoni formali hija b'dan magħluqa.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Norveġja.

Artikolu 3

Il-verżjoni Ingliża ta' din id-deċiżjoni biss hija awtentika.

Magħmul fi Brussell, fit-8 ta' April 2015.

Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

Oda Helen SLETNES

President

Helga JÓNSDÓTTIR

Membru tal-Kulleġġ


(*)  F'din il-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni, tkun ġiet meħuda l-informazzjoni koperta bl-obbligu ta' segretezza professjonali. Fejn l-informazzjoni tkun ġiet meħuda, dan huwa mmarkat b' […]. Fejn ġew esklużi xi ċifri, ġiet indikata, fejn xieraq, firxa li teżisti fi ħdan iċ-ċifra.

(1)  ĠU C 278, 22.9.2011, p. 6 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 51, tat-22.9.2011, p. 1.

(2)  Avvenimenti Nri 676810, 676812, 676814-676816, 676819, 676822, 676823, 676825-676827, 676829 u 676832-676834.

(3)  Avveniment Nru 677212.

(4)  Avvenimenti Nri 680603-680605 u 680866-680868.

(5)  Avveniment Nru 681073.

(6)  Avvenimenti Nri 683806, 683807, 683809, 683810, 683813, 683814, 683817 u 683819.

(7)  Avveniment Nru 686086.

(8)  Avveniment Nru 700230.

(9)  ĠU C 108, 10.4.2014, p. 2 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 22 tal-10.4.2014, p. 19.

(10)  Ittra mingħand Finnfjord, mingħajr data, irreġistrata mill-Awtorità fis-16 ta' April 2014 (Avveniment Nru 705906).

(11)  Avveniment Nru 708022.

(12)  Avveniment Nru 710453.

(13)  Avvenimenti Nri 723413-723421 u 723424.

(14)  Avveniment Nru 725001.

(15)  Avvenimenti Nri 726975-726980 u 726985.

(16)  Avveniment Nru 726981.

(17)  Avveniment Nru 729928.

(18)  Lov 2003-12-19-130 Lov om Innovasjon Norge.

(19)  Bin-Norveġiż: Statsforetak. Enova hija organizzata f'konformità mal-Att Nru 71 tat-30 ta' Awwissu 1991 dwar l-intrapriżi statali.

(20)  ĠU L 189, 17.7.2008, p. 36 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 43, 17.7.2008, p. 1.

(21)  ĠU C 314, 27.10.2011, p. 4 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 58 tas-27.10.2011, p. 2.

(22)  Il-kompetizzjoni għal għajnuna skont l-Iskema tal-Fond għall-Enerġija hija deskritta fid-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 248/11/COL (iċċitata iktar 'il fuq), paragrafi 27-36.

(23)  Ara d-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 248/11/COL (iċċitata iktar 'il fuq, punt 37).

(24)  Disponibbli fuq is-sit web ta' Finnfjord: http://www.finnfjord.no/weve_got_the_power.

(25)  Ittra mill-awtoritajiet Norveġiżi li ġġib id-data tat-18 ta' Settembru 2013 (Avveniment Nru 683806). Traduzzjoni tal-Awtorità: “Eventuelle tilskudd/lån fra Enova og Innovasjon Norge, vil gå til direkte reduksjon av omsøkte likviditetslån.”

(26)  Skont l-IN: “Meta Finnfjord […] applikat għal finanzjament ta' NOK [80-95] miljun, [SNN]kienet diġà approvat selfa tal-istess ammont, iżda b'termini dwar it-titoli li kienu inaċċettabbli għal [IN]” l-ittra ta' IN lill-Awtorità li ġġib id-data tat-18 ta' Settembru 2013, p. 12.

(27)  Ir-Rata Interbankarja Norveġiża Offerta.

(28)  Dik l-għajnuna ġiet approvata mill-Awtorità bid-Deċiżjoni Nru 304/13/COL (ĠU C 330, 14.11.2013, p. 7 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 63, 14.11.2013, p. 5).

(29)  ĠU L 144, 10.6.2010, p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 29, 10.6.2010, p. 1.

(30)  Deċiżjoni Nru 344/09/COL Helguvík Aluminium Smelter (ĠU C 294, 3.12.2009, p. 17, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 64, 3.12.2009, p. 10).

(31)  I.a. id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 503/08/COL Test Centre Mongstad (ĠU C 297, 20.11.2008, p. 11 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 69, 20.11.2008, p. 2) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża N 117/2007 Dekontaminazzjoni tas-sit “Neue Maxhütte Stahlwerke GmbH” b' “57 Profi-Start GmbH” (ĠU C 275, 16.11.2007, p. 2).

(32)  Kawża E-6/98 Norway vs EFTA Surveillance Authority [1999] Ct. Rep. 76, paragrafu 59; Kawża 730/79 Philip Morris vs Il-Kummissjoni UE:C:1980:209, paragrafu 11 fejn jissemma li “Meta l-għajnuna finanzjarja tal-Istat issaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża meta mqabbla ma' impriżi oħra li jkunu qed jikkompetu fil-kummerċ intra-Komunitarju, dawn tal-aħħar iridu jkunu kkunsidrati bħala li ġew affettwati minn dik l-għajnuna.”

(33)  Kif deskritt fid-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 39/11/COL (iċċitata iktar 'il fuq).

(34)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta' għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3), inkorporat fil-punt 1j tal-Anness XV tal-Ftehim ŻEE.

Ara l-Artikolu 6(1)(b) flimkien mal-Artikolu 7(1) tal-GBER li kien applikabbli.

L-Artikolu 6(1)(b) jaqra kif ġej “Dan ir-Regolament ma japplikax għal kwalunkwe għajnuna individwali, kemm jekk tingħata ad hoc jew abbażi ta' skema, li l-ekwivalenti tal-għotja gross tagħha jaqbeż il-livelli limiti li ġejjin (…) (b) għajnuna għall-investiment għall-ħarsien ambjentali: EUR 7,5 miljun għal kull impriża għal kull proġett ta' investiment;”.

(35)  L-Artikolu 7(1) jaqra kif ġej: “Biex jiġi stabbilit jekk il-livelli limiti ta' notifika individwali stabbiliti fl-Artikolu 6 u l-intensitajiet massimi ta' għajnuna stabbiliti fil-Kapitolu II ġewx rispettati, jiġi kkunsidrat l-ammont totali ta' miżuri ta' appoġġ pubbliku għall-attività jew il-proġett assistit, irrispettivament minn jekk dak l-appoġġ ġiex iffinanzjat minn sorsi lokali, reġjonali, nazzjonali jew Komunitarji.”

(36)  Għadhom mhumiex ippubblikati fil-ĠU jew s-Suppliment taż-ŻEE, iżda huma disponibbli fuq is-sit web tal-Awtorità: http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines/.

(37)  Il-Punt 237 tal-EEAG

(38)  Il-Punt 237 tal-EEAG

(39)  Il-Punt 238 tal-EEAG L-Awtorità tinnota li hija ħa tapplika l-EAG għal għajnuna mogħtija abbażi ta' skemi ta' għajnuna approvati meta hija tintalab tieħu deċiżjoni wara li l-EEAG saru applikabbli. F'dan il-każ madankollu, il-fehma tal-Awtorità hija li l-għajnuna nnotifikata ma tingħatax abbażi ta' skema ta' għajnuna approvata mill-Awtorità.

(40)  Fil-Punt 14(2) tal-EEAG, “effiċjenza enerġetika” hija ddefinita bħala ammont ta' enerġija ffrankata ddeterminat billi jitkejjel u/jew jiġi stmat il-konsum qabel u wara l-implimentazzjoni ta' miżura ta' titjib fl-effiċjenza enerġetika, filwaqt li tiġi żgurata n-normalizzazzjoni tal-kundizzjonijiet esterni li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija.

(41)  Il-punti 139 u 44 tal-EEAG. Ara wkoll il-punti 171-173 tal-EAG kif ukoll il-punti 27-29 tagħhom.

(42)  Il-Punt 44 tal-EEAG Ara wkoll il-punt 142 tal-EAG.

(43)  Il-Punt 45 tal-EEAG Ara wkoll il-punt 143 tal-EAG.

(44)  Kawża T-162/06 Kronoply vs il-Kummissjoni EU:T:2009:2, paragrafu 85. Ikkonfermata fl-appell fil-Kawża C-117/09 P Kronoply vs Il-Kummissjoni EU:C:2010:370.

(45)  Il-Punt 44 tal-EEAG

(46)  Kawża T-162/06 Kronoply vs il-Kummissjoni EU:T:2009:2, paragrafu 88.

(47)  Iċċitata iktar 'il fuq.

(48)  Il-Kawża C-106/09 P Il-Kummissjoni vs Il-Gvern ta' Ġibiltà u r-Renju Unit EU:C:2011:732, paragrafu 147. Kawża C-372/97 L-Italja vs il-Kummissjoni EU:C:2004:234, paragrafu 81. C-364/90 L-Italja vs il-Kummissjoni EU:C:1993:157, paragrafu 20. Il-Kawża T-68/03 Olympiaki Aeroporia Ypiresies AE vs il-Kummissjoni EU:T:2007:253, paragrafu 34.


9.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/59


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 357/15/COL

tat-23 ta' Settembru 2015

biex tagħlaq il-proċedura ta' investigazzjoni formali dwar l-għajnuna mill-Istat favur Sandefjord Fotball AS (In-Norveġja) [2016/906]

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA (“L-AWTORITÀ”),

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u partikolarment l-Artikolu 61 u l-Protokoll 26,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), b'mod partikolari l-Artikolu 24,

Wara li kkunsidrat il-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (“il-Protokoll 3”), b'mod partikolari l-Artikolu 7(3) tal-Parti II,

Billi:

I.   IL-FATTI

1.   Proċedura

(1)

Wara li waslu l-ilmenti u l-informazzjoni tas-suq, l-Awtorità nnotifikat lill-awtoritajiet Norveġiżi dwar allegazzjonijiet ta' għajnuna mill-Istat rigward il-finanzjament tal-stadium il-ġdid tal-futbol f'Sandefjord fil-31 ta' Ottubru 2013 (id-Dokument Nru 686574). Fl-istess korrispondenza, l-Awtorità talbet informazzjoni dwar il-miżura tal-allegata għajnuna, li l-awtoritajiet Norveġiżi pprovdew fid-29 ta' Novembru 2013 (id-Dokumenti Nri 691773 u 691774).

(2)

L-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali mingħand l-awtoritajiet Norveġiżi fis-16 ta' Jannar 2014 (id-Dokument Nru 694963), li ġiet ipprovduta fl-14 ta' Frar 2014 (id-Dokument Nru 699518).

(3)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha, l-Awtorità ddeċidiet li tadotta d-Deċiżjoni Nru 444/14/COL li tiftaħ il-proċedura ta' investigazzjoni formali dwar l-għajnuna favur Sandefjord Fotball AS fit-22 ta' Ottubru 2014 u stiednet lill-awtoritajiet Norveġiżi biex jipprovdu kummenti. Id-deċiżjoni ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fil-15 ta' Jannar 2015, li tistieden lill-partijiet terzi biex jibagħtu l-kummenti tagħhom fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni.

(4)

L-awtoritajiet Norveġiżi ngħataw estensjoni tal-iskadenza għall-kummenti sat-23 ta' Diċembru 2014 u pprovdew kummenti f'dik id-data (id-Dokumenti Nru 733899–733901). L-Awtorità ma rċeviet l-ebda kumment ieħor.

2.   Il-benefiċjarju — Sandefjord Fotball AS

(5)

Sandefjord Fotball club hija assoċjazzjoni stabbilita fl-1998 fuq il-bażi ta' ftehim ta' kooperazzjoni bejn l-akbar żewġ klabbs tal-futbol fiż-żona ta' Sandefjord, jiġifieri Sandefjord Ballklubb u IL Runar. L-għan ta' din il-kooperazzjoni kien li jinħoloq tim tal-futbol professjonali f'Sandefjord li jkun jista' jitla' sal-ogħla diviżjoni tan-Norveġja.

(6)

Sandefjord Fotball AS, kumpanija b'responsabbiltà limitata topera t-tim professjonali (“Elite”) (1) Il-kooperazzjoni bejn il-klabb Sandefjord Fotball u Sandefjord Fotball AS hi bbażata fuq ir-rekwiżiti tal-Assoċjazzjoni Norveġiża tal-Futbol. Il-klabb jieħu ħsieb ukoll tim amatorjali u t-tim tal-futbol taż-żgħażagħ. Imexxi wkoll skejjel tas-sajf tal-futbol u jorganizza kompetizzjonijiet tal-futbol reġjonali għad-dilettanti żgħażagħ.

3.   Definizzjoni tal-miżura

3.1.    Sfond

(7)

Sal-2007, it-tim Elite ta' Sandefjord Fotball uża stadium proprjetà tal-muniċipalità f'Bugårdsparken għal skopijiet ta' taħriġ u partiti. Madankollu, dan l-istadium ma kienx konformi mar-rekwiżiti tal-Federazzjoni Norveġiża tal-Futbol għal klabbs li jilagħbu fl-ogħla diviżjoni. It-titjib tal-istadium eżistenti ġie stmat li jiswa madwar NOK 40 miljun, li l-muniċipalità ta' Sandefjord ma kinetx lesta li tinvesti.

3.2.    Il-bini tal-istadium il-ġdid

(8)

Fl-2005, il-muniċipalità ta' Sandefjord u Sandefjord Fotball AS, iddiskutew il-possibbiltà li jinbena stadium ġdid. Il-muniċipalità qablet li tipprovdi l-art meħtieġa, u Sandefjord Fotball AS tiffinanzja u tmexxi l-istadium.

(9)

Il-muniċipalità akkwistat diversi biċċiet ta' art fiż-żona Pindsle għal total ta' madwar NOK 3,7 miljun. L-art kienet irregolata bħala art agrikola dak iż-żmien. Id-deċiżjoni tal-muniċipalità tas-6 ta' Settembru 2005 li tawtorizza l-akkwist kienet tipprevedi li l-art tiġi żonata mill-ġdid għall-użu tan-negozju u li tirrikjedi l-kostruzzjoni ta' stadium. Fil-pjan ta' tqassim f'żoni ġodda, l-art ġiet mifruqa f'żewġ partijiet: il-plot 152/96 ġie żonat għal użu mħallat ta' stadium u dak għan-negozju, u l-plot 152/97 għal użu tan-negozju. Permezz ta' ftehim bid-data tat-28 ta' Novembru 2006, iż-żewġ biċċiet ta' art ġew ittrasferiti lil żewġ kumpaniji sussidjarji ta' Sandefjord Fotball AS: il-plot 152/96 lil Sandefjord Fotball Stadion AS u l-plot 152/97 lil Sandefjord Fotball Næring AS.

(10)

Skont il-ftehim, Sandefjord Fotball AS kienet responsabbli biex torganizza l-finanzjament neċessarju biex jinbena l-istadium. L-ispejjeż tal-kostruzzjoni ġew stmati għal NOK 110 miljun għall-proġett. Sandefjord Fotball AS kienet se tikkontribwixxi NOK 70 miljun mill-fondi tagħha stess u minn investituri barranin, il-bejgħ ta' drittijiet tal-isem, eċċ, u tieħu self tal-NOK 40 miljun li jifdal. Il-kontribut ta' Sandefjord Fotball AS se jkun parzjalment miġbur mill-bejgħ tal-art żonata għall-użu tan-negozju (il-plot 152/97) lil Pindsle Property AS.

(11)

Minbarra l-bini tal-istadium, il-ftehim jinkludi għadd ta' obbligi oħrajn. B'mod partikolari, Sandefjord Fotball AS qablet li tagħmel xogħlijiet tat-triq fis-sit tal-istadium u li tkopri l-ispejjeż relatati mal-waqfien mill-użu tal-istadium il-qadim, inklużi t-tiswijiet.

(12)

Ftit wara l-iffirmar tal-ftehim, l-ishma fi Sandefjord Fotball Næring AS, li kienu proprjetarji tal-plot 152/97, ġew akkwistati minn Pindsle Property AS għal NOK 40 miljun. Ma saret l-ebda valwazzjoni tal-kumpanija qabel ma sar il-bejgħ.

(13)

L-istadium il-ġdid tlesta f'Lulju tal-2007 bi spejjeż totali tal-kostruzzjoni ta' NOK 110 miljun (2). Barra mill-piċċ tal-futbol u l-istands, fih għadd ta' faċilitajiet oħra, fosthom trekk tal-atletika, ċentru tal-fitness u kmamar għal-laqgħat. Dawn jinkrew b'xejn lil organizzazzjonijiet (l-iktar tal-isport amatorjali) oħrajn.

3.3.    Bejgħ sussegwenti tal-istadium

(14)

Fl-2009, Sandefjord Fotball AS sabet ruħha f'diffikultajiet finanzjarji. Il-Klabb ddeċieda li jiġbor il-fondi permezz tal-bejgħ ta' Sandefjord Fotball Stadion AS (il-kumpanija proprjetarja tal-istadium u l-proprjetajiet li jmissu miegħu fuq il-plot 152/96) lil Pindsle Property AS. Din id-darba, skont il-liġi Norveġiża kien hemm bżonn valutazzjoni tal-kumpanija minn parti terza billi bosta individwi kellhom pożizzjonijiet fuq il-bord u ishma kemm fil-kumpanija kif ukoll f'Pindsle Property AS.

(15)

Ir-rapport tal-esperti tas-6 ta' April 2009 vvalutaw lil Sandefjord Fotball Stadion AS bejn NOK 14-il miljun u NOK 16-il miljun. Il-kumpanija nbiegħet għall-prezz ta' NOK 15-il miljun fid-9 ta' Ġunju 2009.

4.   Id-deċiżjoni tal-ftuħ

(16)

Fit-22 ta' Ottubru 2014, l-Awtorità ħarġet id-Deċiżjoni Nru 444/14/COL li fetħet il-proċedura ta' investigazzjoni formali dwar l-għajnuna favur Sandefjord Fotball AS.

(17)

Fid-deċiżjoni tagħha, l-Awtorità waslet għall-konklużjoni preliminari li t-trasferiment tal-art lil Sandefjord Fotball AS kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. B'mod partikolari, l-Awtorità qieset li t-trasferiment sar 'l isfel mill-valur tas-suq kemm għall-plot 152/96 (żonat għal użu mħallat ta' stadium u dak għan-negozju) u l-plot 152/97 (żonat għall-użu tan-negozju).

(18)

Billi ma ġew ippreżentati l-ebda argumenti dwar il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà mill-awtoritajiet Norveġiżi, l-Awtorità kellha dubji dwar jekk il-miżura tistax tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

5.   Kummenti mill-Awtoritajiet Norveġiżi

(19)

L-awtoritajiet Norveġiżi pprovdew kummenti dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ permezz ta' ittra bid-data tat-23 ta' Diċembru 2014 (id-Dokumenti Nru 733899–733901).

5.1.    It-tranżazzjoni ma tinvolvix għajnuna mill-Istat

(20)

Fil-kummenti tagħhom, l-awtoritajiet Norveġiżi jargumentaw li t-trasferiment tal-art mill-muniċipalità ta' Sandefjord lil Sandefjord Fotball AS ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, billi ma kien hemm l-ebda vantaġġ mogħti lill-allegat benefiċjarju.

(21)

L-awtoritajiet Norveġiżi jsostnu b'mod partikolari li l-valur tas-suq tal-art in kwistjoni kien negattiv fil-mument tat-tranżazzjoni, u ppreżentaw valutazzjoni esperta bid-data tal-5 ta' Frar 2014 f'dan is-sens. Ir-raġuni prinċipali għal dan l-allegat valur negattiv tal-art huwa li Sandefjord Fotball AS kien obbligat (bit-termini tat-trasferiment tal-art kif ukoll minħabba r-regoli taż-żonar) li jibni stadium tal-futbol bħala parti mit-tranżazzjoni, u li l-ispiża tal-kostruzzjoni kienet tiżboq il-valur tal-art.

(22)

Skont l-awtoritajiet Norveġiżi, l-obbligu li jinbena stadium seta' validament jiġi impost bħala “obbligu speċjali” skont il-punt 2.2(c) tal-Parti V tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar elementi ta' għajnuna mill-Istat fil-bejgħ ta' artijiet u bini minn awtoritajiet pubbliċi (“Linji Gwida dwar il-Bejgħ tal-Artijiet”) (3).

5.2.    Kull ammont ta' għajnuna se jkun limitat ħafna

(23)

Dwar l-ammont tal-allegata għajnuna mill-Istat, l-awtoritajiet Norveġiżi jargumentaw li, f'każ li l-Awtorità ssib li l-art kontenzjuża kellha valur pożittiv fis-suq, dan il-valur għandu jkun limitat ħafna.

(24)

L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li l-art agrikola tgawdi minn protezzjoni speċjali fin-Norveġja. Il-bejgħ tagħha u/jew bidla fl-użu għal għanijiet oħra huma soġġetti għal kontrolli stretti minn bordijiet agrikoli reġjonali. Fil-każ tal-art in kwistjoni, il-bord agrikolu kompetenti aċċetta biss il-proposta taż-żonar fuq il-bażi tal-objettiv tal-interess pubbliku tal-bini tal-istadium. Ma kienx ikun possibbli għal żviluppatur li jakkwista l-art purament għal użu kummerċjali. Għalhekk, il-prinċipju ta' investitur tas-suq ma jistax jiġi applikat fil-każ ta' trasferiment ta' artijiet. Minflok, l-awtoritajiet Norveġiżi jqisu li kull valutazzjoni tas-suq għandha tkun ibbażata fuq il-prezz tal-art agrikola, li kienet l-unika alternattiva realistika għall-użu.

(25)

Fl-alternattiva, rigward il-valur tal-art żonata għall-użu tan-negozju (il-plot 152/97) l-awtoritajiet Norveġiżi jargumentaw li Pindsle Property AS, il-kumpanija li akkwistat Sandefjord Fotball Næring AS għal NOK 40 miljun, ħallset aktar mill-prezz tas-suq. Biex jappoġġaw dan l-argument jirreferu għar-rapport tal-valutazzjoni (l-Anness 11 tad-Dokument Nru 699518), li kkonkluda li l-plot 152/97 kellu valur tas-suq ta' madwar NOK 15-il miljun (4). Il-valutazzjoni hi bbażata u il-prezz medju tal-art żonata għall-użu tan-negozju fiż-żona ta' Pindsle fi żmien it-tranżazzjoni.

(26)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Norveġiżi jargumentaw li f'kull każ, għandu jsir numru ta' tnaqqisiet biex jiġi kkalkulat l-ammont ta' għajnuna. Dawn it-tnaqqisiet jirriżultaw minn ċerti obbligi li assuma Sandefjord Fotball AS għall-benefiċċju tal-muniċipalità skont il-ftehim bid-data tat-28 ta' Novembru 2006: (i) NOK 2,6 miljun għar-rinnovazzjoni tal-istadium il-qadim; (ii) NOK 400 000 għas-sostituzzjoni tad-dwal fl-istadium il-qadim; (iii) NOK 1,5 miljun għall-kostruzzjoni ta' passaġġ għall-pubbliku; u (iv) NOK 5 miljun għall-kostruzzjoni ta' roundabout u żebra crossing. B'kollox, il-ftehim għalhekk ippreveda li Sandefjord Fotball AS kellha ġġarrab spejjeż li jammontaw għal NOK 9,5 miljun (kif stmati dak iż-żmien) biex jipprovdu servizzi għall-muniċipalità (5).

5.3.    Kull għajnuna potenzjali mill-Istat għandha tiġi ddikjarata kompatibbli

(27)

L-awtoritajiet Norveġiżi jargumentaw li fil-każ li l-Awtorità sabet element ta' għajnuna mill-Istat li fit-tranżazzjoni in kwistjoni, kull għajnuna tali għandha tiġi ddikjarata kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(c) tiegħu.

(28)

L-awtoritajiet Norveġiżi jenfasizzaw li l-promozzjoni tal-isport, fosthom il-bini ta' infrastruttura tal-isport, jikkostitwixxi għan ta' interess komuni. Huma jargumentaw ukoll li l-għajnuna mill-Istat hija neċessarja u strument xieraq f'dan il-każ.

(29)

B'mod partikolari, l-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li kien hemm ħtieġa għal stadium ġdid f'Sandefjord. Dawn id-dokumenti jindikaw pressjoni għolja tal-użu tal-istadium muniċipali eżistenti, li kien jintuża minn Sandefjord Fotball u timijiet oħra f'dak iż-żmien. Barra minn hekk, kien meħtieġ stadium aktar modern biex ilaħħaq mar-rekwiżiti tal-liċenzjar tal-Assoċjazzjoni Norveġiża tal-Futbol biex tippermetti lit-tim Elite ta' Sandefjord Fotball — li kien ilu jopera b'eżenzjoni temporanja — jibqa' fl-ogħla league Norveġiż.

(30)

Il-muniċipalità ta' Sandefjord eżaminat l-alternattiva tat-titjib tal-istadium eżistenti, li, madankollu, ma kinux se jindirizzaw in-nuqqas ta' kapaċità. B'kuntrast, il-bini ta' stadium ġdid isolvi kemm il-problemi ta' kapaċità kif ukoll tal-ħruġ tal-liċenzji, u barra minn hekk jinħoloq post għall-futbol fil-kontea ta' Vestfold. Kif wieħed jista' jara mit-tabella ta' hawn taħt, l-istadium il-ġdid jintuża minn varjetà ta' klabbs. Barra minn hekk, l-istadium muniċipali l-qadim ġie rinnovat (iffinanzjat minn Sandefjord Fotball AS) u huwa kompletament utilizzat illum mill-klabbs sportivi lokali (l-atletika u l-futbol), l-iskejjel u l-pubbliku ġenerali. Dan ikompli juri li kien hemm ħtieġa għal stadium ġdid f'Sandefjord u li kull għajnuna mill-Istat kienet xierqa. Barra minn hekk, it-titjib tal-istadium eżistenti kien jirrikjedi investiment ta' madwar NOK 40 miljun mill-muniċipalità, mingħajr l-ebda prospett li jiġu attirati fondi privati.

(31)

L-awtoritajiet Norveġiżi jargumentaw ukoll li kull għajnuna tkun proporzjonata. L-ewwel nett, huma jiġbdu l-attenzjoni li l-maġġor parti tal-ispejjeż tal-investimenti tal-istadium il-ġdid ġew iffinanzjati minn Sandefjord Fotball AS, li kkontribwixxa l-ammont massimu possibbli għall-ispejjeż tal-kostruzzjoni mir-riżorsi tiegħu stess u minn self bankarju. Il-kontribuzzjoni proprja żgurat li l-ammont tal-għajnuna kien wieħed minimu.

(32)

L-awtoritajiet Norveġiżi jenfasizzaw ukoll l-attivitajiet sportivi mhux ekonomiċi soċjali u fuq livell ta' dilettanti li saru possibbli permezz tal-kostruzzjoni tal-istadium. L-istadium muniċipali eżistenti issa huwa kompletament disponibbli għall-isport tad-dilettanti. Barra minn hekk, għadd ta' sport amatorjali u attivitajiet soċjali, fosthom l-avvenimenti fl-iskejjel, jitwettqu fuq bażi regolari fl-istadium il-ġdid.

(33)

Bħala prova ta' dan, l-awtoritajiet Norveġiżi ppreżentaw it-tabella li ġejja li tagħti fil-qosor stima tal-okkupazzjoni annwali tal-istadium minn diversi utenti għall-perjodu mill-2007 sal-2014:

Klabb

Attivitajiet

Sigħat kull sena

Ħlas

It-tim Elite ta' Sandefjord Fotbal

20 partita (April–Ottubru/Novembru) 100 siegħa

Taħriġ minn April sa Ottubru/Novembru 2 × 5 × 16 = 160 siegħa (6)

260

Iva

Sandefjord Fotball Junior u timijiet Reklutati

Taħriġ u partiti Mejju-Settembru

60

Iva

Klabbs ta' kooperazzjoni

Taħriġ u partiti Mejju-Settembru

30

Le

Klabbs ta' kooperazzjoni

Bini għal korsijiet u konferenzi, ċelebrazzjonijiet, forum tal-kowċ u l-maniġer, lekċers

30

Le

Sandar IL (sports club)

Logħob b'età bejn 14-19 fit-tazza Sandar inkluż iċ-ċerimonja tal-ftuħ (u l-użu ta' kmamar tal-lokers)

25

Le

Vestfold Fotballkrets (L-assoċjazzjoni tal-futbol tal-kontea)

Laqgħat għal gruppi f'Sandefjord u l-bqija tal-kontea ta' età 14-16 fosthom taħriġ u partiti, korsijiet u edukazzjoni għal kowċis

30

Le

Sandefjord Fotball Bredde (sports għat-tfal u ż-żgħażagħ), turnej għad-dilettanti

L-amministrazzjoni tal-klabb tuża l-bini għal korsijiet u konferenzi. Skola tal-futbol matul il-btajjel tas-sajf, il-ħarifa u l-Għid ta' età 6-12 dwar il-qasam tal-futbol. Turnej tad-dilettanti “Tazzi tal-kumpaniji”

90

Le

(34)

Barra minn hekk, skejjel fil-qrib u diversi klabbs tal-atletika jużaw il-korsa tal-atletika matul il-ġimgħa. Hemm ukoll ġranet ta' attività organizzati mill-iskejjel li jseħħu fil-istadium tal-futbol.

(35)

L-użu mhux professjonali tal-istadium għalhekk jammonta għal aktar minn 50 %. Il-limitazzjoni ewlenija ta' żieda akbar fl-użu mhux professjonali hija r-reżiljenza tal-piċċ tal-ħaxix naturali (7). It-tim professjonali jingħata aċċess preferenzjali għall-istadium permezz tal-prenotazzjoni tal-grawnd tal-futbol għall-partiti li jintlagħbu home, u aċċess preferenzjali għall-grawnd tal-futbol għat-taħriġ. Il-bini ta' ġewwa (pereż. il-kmamar tal-lokers u l-bini fejn hemm l-uffiċċji) jista' jintuża s-sena kollha minn kwalunkwe organizzazzjoni.

(36)

Kif wieħed jista' jara mit-tabella ta' hawn fuq, l-aktar utenti mhux professjonali tal-istadium ma jħallsux kera. B'kuntrast, it-tim Elite iħallas kirja annwali ta' NOK 3 miljun flimkien ma' 20 % tal-bejgħ tal-biljetti għall-użu tal-istadium. L-awtoritajiet Norveġiżi jikkunsidraw dan l-ammont li jikkorrispondi għall-kera tas-suq: timijiet komparabbli jħallsu l-kera għal kull siegħa fil-medda ta' minn NOK 2 000 sa NOK 5 000, li meta tgħoddhom flimkien jirriżultaw f'kera totali orħos minn NOK 3 miljun kull sena. Għalhekk l-awtoritajiet Norveġiżi jqisu li t-tim Elite ta' Sandefjord Fotball ma jibbenefika minn ebda vantaġġ fuq il-kompetituri tiegħu mill-kera jħallas biex juża l-istadium.

(37)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Norveġiżi jenfasizzaw li kull effett fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni jkun limitat ħafna minħabba l-karattru lokali tal-klabb. Il-biljetti tal-partiti home b'mod ġenerali jinbiegħu biss lokalment u lill-partitarji tat-timijiet Norveġiża jiġu. Id-dħul mill-bejgħ tal-kjosk waqt il-partiti jvarja bejn NOK 600 000 u NOK 1 miljun kull sena. Fir-rigward tal-merkanzija tad-ditta, is-suq huwa fil-biċċa l-kbira limitat għall-partitarji fil-kontea ta' Vestfold. Ma jkunx hemm kompetizzjoni bejn il-klabbs fir-rigward ta' dawn il-prodotti. L-isem tal-arena inbiegħ lil Komplett.no, li huwa l-ħanut elettroniku bbażat f'Sandefjord tal-elettronika. Huma biss ditti lokali jirreklamaw fl-arena.

(38)

Anki rigward is-suq tal-plejers, l-effett fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni huwa limitat. In-negozju tal-plejers ta' Sandefjord Fotball AS hu limitat ħafna u jsir biss ma' klabbs Norveġiżi oħra. Pereżempju, matul il-perjodu bejn l-2011 u l-2013, in-negozju tal-plejers wassal għal dħul ta' NOK 1,35 miljun biss u spejjeż ta' NOK 860 000.

(39)

Rigward id-drittijiet televiżivi, l-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li dawn id-drittijiet huma amministrati ċentralment mill-Assoċjazzjoni tal-Futbol Norveġiża. Is-sehem ta' klabb mir-rikavati jiddependi fuq il-klassifikazzjoni tiegħu fiż-żewġ leagues Norveġiżi ta' fuq nett. Billi ma hemm l-ebda interess reali fil-league tal-futbol Norveġiż 'il barra min-Norveġja, dawn id-drittijiet televiżivi ma għandhom l-ebda impatt reali fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni.

II.   VALUTAZZJONI

1.   Il-preżenza tal-għajnuna mill-Istat

(40)

L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE huwa kif ġej: “Bla ħsara għal dispożizzjonijiet kuntrarji f'dan il-Ftehim, kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija mill-Istati Membri tal-KE, mill-Istati tal-EFTA jew permezz ta' riżorsi tal-Istat li twassal biex ixxekkel jew thedded li xxekkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti, safejn tolqot il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, tkun inkompatibbli mal-funzjonament ta' dan il-Ftehim.”

(41)

Dan ifisser li miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati kumulattivament: il-miżura tingħata mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, tagħti vantaġġ ekonomiku selettiv lill-impriża, u hija ta' natura li taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti u tfixkel il-kompetizzjoni.

1.1.    Riżorsi tal-Istat

(42)

Biex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, miżura trid tkun ingħatat mill-Istat jew permezz tar-riżorsi tal-Istat. Il-kunċett tal-Istat mhux biss jirreferi għall-gvern ċentrali iżda jħaddan il-livelli kollha tal-amministrazzjoni tal-Istat (fosthom il-muniċipalitajiet) kif ukoll impriżi pubbliċi (8).

(43)

L-art in kwistjoni kienet ġiet akkwistata mill-muniċipalità ta' Sandefjord u li mbagħad kienet trasferita lejn żewġ sussidjarji ta' Sandefjord Fotball AS. Għalhekk, l-Awtorità tikkonkludi li t-trasferiment tal-art jinvolvi riżorsi tal-Istat.

1.2.    Impriża

(44)

Hi ġurisprudenza stabbilita sew li impriżi huma entitajiet imdaħħlin f'attivitajiet ekonomiċi, irrispettivament mill-istatus legali tagħhom u l-mod kif inhuma ffinanzjati (9). Attivitajiet ekonomiċi huma attivitajiet magħmulha mill-offerti tal-oġġetti jew is-servizzi fis-suq (10).

(45)

Sandefjord Fotball AS huwa klabb tal-futbol professjonali organizzat bħala kumpanija privata. Hu attiv f'diversi swieq, fosthom is-suq ta' trasferimenti għall-plejers tal-futbol, kif ukoll is-swieq tal-bejgħ tal-biljetti, id-drittijiet televiżivi, il-memorabilja tal-klabb u l-sponsorjar.

(46)

L-Awtorità għalhekk tikkonkludi li Sandefjord Fotball AS jikkostitwixxi impriża fis-sens tal-Artikolu 61 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

1.3.    Vantaġġ ekonomiku

(47)

It-trasferiment ta' art lil impriża jista' jagħti vantaġġ ekonomiku, b'mod partikolari jekk dan isir bi prezz li jkun aktar baxx mill-prezz tas-suq.

(48)

Tranżazzjoni li titrasferixxi riżorsi tal-Istat ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat meta ssir b'konformità mal-kundizzjonijiet normali tas-suq b'mod li ma tagħtix vantaġġ lill-impriża (11). Dan hu magħruf bħala t-test tal-operatur tal-ekonomija tas-suq.

1.3.1.   Trasferiment tal-plot 152/96

(49)

Fil-mument tat-trasferiment lil Sandefjord Fotball AS, il-plot 152/96 kien allokat għall-bini ta' stadium tal-futbol u użu għan-negozju. Kull kostruzzjoni fuq biċċa art, għalhekk, hemm bżonn li tinkludi stadium biex tirċievi l-permess tal-ippjanar. Minħabba li l-ispejjeż għall-bini tal-istadium qabeż il-valur potenzjali tal-art, l-awtoritajiet Norveġiżi jargumentaw li l-prezz tas-suq tal-plot 152/96 kien żero, jekk mhux negattiv.

(50)

L-Awtorità tinnota li l-obbligi taż-żonar jistgħu jinfluwenzaw l-prezz tas-suq tal-art. Madankollu, l-obbligu li jinbena stadium tal-futbol ma jistax inaqqas il-prezz tas-suq għal żero, b'mod partikolari fil-każ ta' tranżazzjoni li għandha l-għan li tgħin klabb tal-futbol fil-bini ta' stadium ġdid. (12)

(51)

Barra minn hekk, l-Awtorità tirreferi għal Taqsima 2.2(d) tal-Linji Gwida tagħha dwar il-Bejgħ tal-Art, li tiddikjara fil-prinċipju, “il-valur tas-suq ma għandux ikun iffissat 'l isfel mill-kostijiet primarji  (13) matul perjodu ta' mill-anqas tliet snin wara l-akkwist sakemm il-valwatur indipendenti ma jidentifikax b'mod speċifiku tnaqqis ġenerali fil-prezzijiet tas-suq għall-art ul-bini fis-suq relevanti.” Fil-każ in kwistjoni, il-muniċipalità ta' Sandefjord akkwistat art li aktar tard ġiet maqsuma fil-plottijiet 152/96 u 152/97 għal NOK 3,7 miljun. L-Awtorità tinnota li t-trasferiment ta' art lil Sandefjord Fotball AS seħħ bi prezz li kien inqas mill-ispiża tal-akkwist għall-muniċipalità.

(52)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li t-trasferiment tal-plot 152/96 ta vantaġġ ekonomiku lil Sandefjord Fotball AS.

1.3.2.   Trasferiment tal-plot 152/97

(53)

Il-plot 152/97 ġie allokat għall-użu ta' negozju fil-mument tat-trasferiment lil Sandefjord Fotball AS. L-awtoritajiet Norveġiżi jargumentaw li t-trasferiment tal-plot 152/97 għandu jiġi evalwat fil-kuntest tal-kuntratt tat-28 ta' Novembru 2006, li jobbliga lill-klabb tal-futbol b'mod partikolari biex jibni stadium bi skambju għall-art. Billi l-istima tal-ispejjeż tal-kostruzzjoni tal-istadium jaqbeż il-valur tal-art, it-trasferiment tal-art ma setax jirriżulta fl-għotja ta' vantaġġ ekonomiku.

(54)

L-Awtorità tinnota li l-plot 152/97 hu żonat għall-użu ta' negozju. Skont ir-regoli tal-ippjanar, ma hemm għalhekk ebda obbligu li jinbena stadium fir-rigward ta' dan il-plot. Lanqas ma kien hemm xi restrizzjoni vinkolanti bbażati fuq il-bażi taż-żonar preċedenti tagħha bħala art agrikola li kienet hemm fil-mument tat-trasferiment lil Sandefjord Fotball AS. Hu biss il-kuntratt tat-28 ta' Novembru 2006 li jobbliga Sandefjord Fotball AS biex jorganizza u jiffinanzja l-kostruzzjoni tal-istadium. Huwa l-uniku strument legali li tipprevedi li l-plot 152/97 se jinbiegħ biex jiffinanzja parti mill-kostruzzjoni.

(55)

L-Awtorità tikkunsidra li operatur f'ekonomija tas-suq li jbiegħ biċċa art ma kienx se jimponi tali kundizzjonijiet relatati mal-kostruzzjoni jew il-finanzjament ta' stadium. Għalhekk, l-Awtorità ma tistax taċċetta l-argument li r-rabta kuntrattwali bejn it-trasferiment tal-plot 152/97 lil Sandefjord Fotball AS u l-kostruzzjoni tal-istadium għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni ta' jekk hemmx vantaġġ ekonomiku.

(56)

L-Awtorità tinnota wkoll li ftit wara t-trasferiment, Sandefjord Fotball AS biegħ l-ishma f'Sandefjord Fotball Næring AS, lil kumpanija proprjetarja tal-plot 152/97, lil Pindsle Property AS għal NOK 40 miljun. Dan il-bejgħ jindika li l-art kontenzjuża kellha valur ekonomiku.

(57)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li t-trasferiment tal-plot 152/97 ta vantaġġ ekonomiku lil Sandefjord Fotball AS.

1.4.    Is-selettività

(58)

L-allegata għajnuna mill-Istat tirriżulta minn tranżazzjoni bejn il-muniċipalità ta' Sandefjord u Sandefjord Fotball AS. Hija tirrappreżenta miżura selettiva fis-sens tal-Artikolu 61 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, fis-sens li hija tikkonċerna biss impriża waħda partikolari.

1.5.    Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti

(59)

Skont il-ġurisprudenza rigward l-effett fuq il-kummerċ u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, l-Awtorità “[i]jiet mitluba, li ma jistabbilixxux li tali għajnuna kellha effett reali fuq il-kummerċ […] u li l-kompetizzjoni tkun attwalment qed tiġi distorta, iżda għandha biss teżamina jekk dik l-giħajnuna tistax taffettwa dan il-kummerċ u twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni” (14).

(60)

Is-sempliċi fatt li l-għajnuna ssaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża meta mqabbla ma' dik ta' impriżi oħra li jikkompetu fin-negozju fiż-ŻEE, huwa biżżejjed biex jiġi konkluż li l-miżura x'aktarx li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-ŻEE (15).

(61)

Fl-2006, it-tim Elite ta' Sandefjord Fotball kien jilgħab fl-ogħla diviżjoni Norveġiża, bil-possibbiltà li jikkwalifika għall-Kampjonati Ewropej. Barra minn hekk, il-klabbs tal-futbol professjonali li jwettqu attivitajiet ekonomiċi f'diversi swieq oħra minbarra dawk li jipparteċipaw f'kompetizzjonijiet tal-futbol, bħalma huma t-trasferiment ta' plejers professjonali fis-suq, reklamar, sponsorship, merchandising jew drittijiet tal-midja. B'hekk għajnuna lil klabb tal-futbol professjonali u tista' potenzjalment isaħħaħ il-pożizzjoni ta' dawk is-swieq, li l-biċċa l-kbira tagħhom jistgħu jkopru bosta pajjiżi fiż-ŻEE. Fir-rigward tas-suq għat-trasferiment tal-plejers, Sandefjord Fotball AS dak iż-żmien kien — u għadu sallum — attiv fuq is-suq tat-trasferiment, potenzjalment jingaġġa plejers ġodda minn pajjiżi oħra fiż-ŻEE.

(62)

L-Awtorità għalhekk tikkonkludi li l-miżura kapaċi tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-ŻEE.

1.6.    Konklużjoni dwar l-eżistenza tal-għajnuna

(63)

Fuq il-bażi tar-riżultanzi t'hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

1.7.    L-ammont tal-għajnuna

(64)

Rigward il-plot 152/96, l-Awtorità tirrikonoxxi li l-obbligu taż-żonar inkluż il-kostruzzjoni tal-istadium inaqqas il-valur tas-suq tal-art (16). Madankollu, kif spjegat fil-premessa 50 t'hawn fuq, il-prezz tas-suq ta' żero ma jistax jiġi ġġustifikat fil-każ preżenti. Fuq il-bażi tat-Taqsima 2.2(d) tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar il-Bejgħ tal-Artijiet, il-muniċipalità ta' Sandefjord kellha tbigħ l-art għall-inqas bi prezz li jkopri l-ispejjeż tal-akkwist tagħha stess. Fuq din il-bażi, l-Awtorità tqis li l-ammont tal-għajnuna rigward dan il-plot ta' art jammonta għal NOK 1,9 miljun (17).

(65)

Dwar il-plot 152/97, l-Awtorità tinnota li Sandefjord Fotball AS biegħ l-ishma f'Sandefjord Fotball Næring AS, il-kumpanija proprjetarja tal-plot 152/97, lil Pindsle Property AS għal NOK 40 miljun. Pindsle Property AS hija kumpanija privata, u ma kinitx parti mill-istess grupp bħal Sandefjord Fotball AS fil-mument tat-tranżazzjoni. Għalhekk il-bejgħ sar bejn żewġ kumpaniji indipendenti (18). L-Awtorità ma rċeviet l-ebda evidenza konvinċenti li din it-tranżazzjoni ma saritx bil-prezz tas-suq. Għaldaqstant, l-Awtorità tqis li hi tirrappreżenta l-aħjar indikazzjoni disponibbli dwar il-valur tas-suq għall-plot 152/97.

(66)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li l-valur totali tas-suq tal-art trasferita lil Sandefjord Fotball AS kien jammonta għal NOK 41,9 miljun fiż-żmien tat-tranżazzjoni. Madankollu, bil-ftehim bid-data tat-28 ta' Novembru 2006, Sandefjord Fotball AS issuppona wkoll diversi obbligi biex iwettaq xogħlijiet f'isem il-muniċipalità ta' Sandefjord. Kif stipulat fil-premessa 26 hawn fuq, l-ispiża totali stmata ta' dawn l-obbligi kienet ta' NOK 9,5 miljun fiż-żmien tal-ftehim. L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li, li ma kienx għat-termini tal-ftehim, dawn ix-xogħlijiet kienu jitwettqu mill-muniċipalità. Għaldaqstant, l-Awtorità taċċetta li l-ispiża totali tagħhom — kif previst fiż-żmien tal-ftehim — għandu jitnaqqas mill-ammont tal-għajnujna.

(67)

L-Awtorità għalhekk tikkonkludi li l-għajnuna totali mogħtija lil Sandefjord Fotball AS kienet tammonta għal NOK 32,4 miljun.

2.   Rekwiżiti tal-proċedura

(68)

Skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3, “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tiġi infurmata, fi żmien suffiċjenti sabiex tkun tista' tissottometti l-kummenti tagħha, dwar kwalunkwe pjan ta' għoti jew ta' tibdil fl-għajnuna (…). L-Istat ikkonċernat ma għandux idaħħal fis-seħħ il-miżuri proposti tiegħu sakemm il-proċedura tkun irriżultat f'deċiżjoni finali”.

(69)

It-trasferiment tal-art kontenzjuża ma kienx is-suġġett ta' notifika minn qabel lill-Awtorità. Għalhekk, l-Awtorità tikkonkludi li l-awtoritajiet Norveġiżi ma kkonformawx mal-obbligi tagħhom li joħroġu mill-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3.

3.   Il-kompatibbiltà

(70)

Skont l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, għajnuna mmirata li tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta' ċerti oqsma ekonomiċi tista' titqies kompatibbli mal-iffunzjonar tal-Ftehim dwar iż-ŻEE sakemm tali għajnuna ma taffettwax b'mod avvers il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa ċertu punt li jmur kontra l-interess komuni.

(71)

L-Awtorità tinnota li hi għadha ma ħarġet l-ebda linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-bini ta' infrastruttura sportiva. Il-miżura inkwistjoni għaldaqstant għandha tiġi vvalutata direttament taħt l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(72)

F'konformità mal-prattika fiż-żmien li ngħatat l-għajnuna, il-valutazzjoni tal-Awtorità hija bbażata fuq dawn il-passi li ġejjin:

Il-miżura ta' għajnuna għandha objettiv ta' interess komuni definit sewwa?

L-għajnuna hija mfassla sewwa biex twassal għall-objettiv ta' interess komuni, jiġifieri l-għajnuna proposta tindirizza l-falliment tas-suq jew objettiv ieħor? B'mod partikolari:

L-għajnuna mill-Istat hija strument xieraq?

Jeżisti effett ta' inċentiv, jiġifieri l-għajnuna tbiddel l-atteġġjament tal-impriżi?

Il-miżura tal-għajnuna hija proporzjonali, jiġifieri l-istess bidla fl-atteġġjament tista' tinkiseb b'inqas għajnuna?

It-tfixkil tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ huma limitati biex il-bilanċ ġenerali jkun pożittiv?

(73)

Il-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq se jiġu indirizzati fil-paragrafi li ġejjin.

3.1.    Għan ta' interess komuni

(74)

L-Awtorità tosserva l-ewwel nett li l-promozzjoni tal-isport mhux direttament imsemmi fil-Ftehim dwar iż-ŻEE bħala għan komuni. Madankollu, il-promozzjoni tal-isport tista' titqies bħala parti mill-promozzjoni tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ kif ukoll tal-politika soċjali. Il-kooperazzjoni eqreb f'dawn l-oqsma hija kkunsidrata bħala għan taż-ŻEE, kif stabbilit b'mod partikolari fl-Artikoli 1 u 78 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Il-modalitajiet ta' din il-kooperazzjoni msaħħa huma aktar definiti fil-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet. L-Artikolu 4 ta' dan il-Protokoll, hu intitolat “Edukazzjoni, Taħriġ, Żgħażagħ u Sport” u jipprevedi pereżempju l-parteċipazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fis-Sena Ewropea tal-Edukazzjoni permezz ta' Sport 2004. Dan juri r-rabta mill-qrib bejn il-promozzjoni tal-isport u l-għanijiet stabbiliti fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(75)

Din l-interpretazzjoni hija konsistenti mal-approċċ tal-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”). Fl-Unjoni Ewropea, il-promozzjoni tal-isport hija speċifikament imsemmija fl-Artikolu 165 TFUE, li kienet ġiet introdotta mit-Trattat ta' Lisbona. Madankollu, anki qabel it-Trattat ta' Lisbona il-Kummissjoni rrikonoxxiet l-ispeċifiċità tar-rwol tal-isport fis-soċjetà Ewropea, abbażi ta' strutturi mmexxija b'mod volontarju, f'termini ta' saħħa, edukazzjoni, integrazzjoni soċjali u kultura. Minn meta daħal fis-seħħ it-Trattat ta' Lisbona, il-promozzjoni tal-isport ġiet rikonoxxuta wkoll bħala fattur li jikkontribwixxi għall-għanijiet ġenerali tal-Istrateġija Ewropa 2020 billi ttejjeb l-impjegabilità u l-mobilità, notevolment permess ta' azzjonijiet li jippromwovu l-inklużjoni soċjali fl-isport u permezz tiegħu, l-edukazzjoni u t-taħriġ.

(76)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li l-promozzjoni tal-edukazzjoni, it-taħriġ u l-iżvilupp taż-żgħażagħ permezz tal-isport tikkostitwixxi għan ta' interess komuni. L-Awtorità tinnota wkoll li l-finanzjament tal-infrastrutturi sportivi jistgħu jibbenefikaw ukoll mir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. Dan juri ulterjorment li l-promozzjoni tal-isport, inkluża l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-isport, tikkostitwixxi għan ta' interess komuni.

3.2.    Strument xieraq

(77)

Sabiex jiġi vvalutat jekk l-għajnuna mill-Istat hijiex effettiva biex jinkiseb l-objettiv ta' interess komuni identifikat, l-Awtorità għandha l-ewwel tagħmel djanjosi u tiddefinixxi l-problema li hemm bżonn li tiġi indirizzata. L-għajnuna mill-Istat għandu jkollha fil-mira sitwazzjonijiet fejn l-għajnuna tista' ġġib titjib materjali li s-suq ma jkunx kapaċi jġib waħdu. Barra minn hekk, il-miżura tal-għajnuna proposta trid tkun strument adegwat biex jiġi indirizzat l-objettiv ta' interess komuni identifikat.

(78)

Jeżisti falliment tas-suq rikonoxxut fil-forniment ta' stadia tal-futbol fin-Norveġja fil-forma ta' nuqqas ta' investiment kummerċjali fi stadia, li jagħmlu telf strutturali u d-dħul tagħhom ma jkunx biżżejjed biex ikopri l-ispejjeż tal-investiment (19).

(79)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Norveġiżi wrew ħtieġa ġenwina ta' stadium ġdid tal-futbol f'Sandefjord. Il-problemi ta' kapaċità li jeżistu fil-istadium muniċipali eżistenti fiż-żmien tal-miżura huma xhieda ta' dan, u l-fatt li l-istadium il-qadim ma baqax jissodisfa r-rekwiżiti tal-liċenzjar tal-Assoċjazzjoni Norveġiża tal-Futbol. Fl-aħħar nett, minħabba n-natura mhux profittabbli l-infrastruttura tal-istadium, l-għajnuna mill-Istat kienet meħtieġa biex jiġi stimulat l-investiment.

(80)

F'dan l-isfond, l-Awtorità tikkonkludi li l-għajnuna mill-istat hija l-istrument xieraq.

3.3.    L-effett ta' inċentiv

(81)

L-Awtorità tista' tiddikjara għajnuna mill-Istat kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, jekk ikollha effett ta' inċentiv. Effett ta' inċentiv iseħħ meta l-għajnuna ġġiegħel lill-benefiċjarju jibdel l-imġiba tiegħu biex itawwal l-objettiv identifikat ta' interess komuni, tibdil fl-imġiba li kieku ma kienx isir mingħajr l-għajnuna.

(82)

Qabel xejn, l-Awtorità tinnota li l-kostruzzjoni tal-istadium ma kienx beda qabel it-trasferiment tal-art inkwistjoni.

(83)

Barra minn hekk, l-informazzjoni provduta mill-awtoritajiet Norveġiżi turi li Sandefjord Fotball AS ma setax jiffinanzja l-bini tal-istadium mingħajr l-għajnuna mill-Istat, billi ma kellux il-mezzi finanzjarji u lanqas il-kapaċità li jissellef fondi suffiċjenti biex ikopri n-nuqqas. Il-kontribut finanzjarju tagħha għall-kostruzzjoni tal-istadium diġà kienet fil-limitu ta' dak li kien possibbli (20).

(84)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li l-miżura ta' għajnuna kellha effett ta' inċentiv.

3.4.    Proporzjonalità

(85)

L-għajnuna mill-Istat hija meqjusa bħala proporzjonali jekk l-ammont tal-għajnuna huwa limitat għall-minimu meħtieġ għall-kisba tal-għan identifikat ta' interess komuni. L-Awtorità ġeneralment tibbaża l-valutazzjoni tagħha tal-proporzjonalità fuq il-kunċetti ta' spejjeż eliġibbli u l-intensitajiet massimi tal-għajnuna.

(86)

Kif iddikjarat fil-premessa 67 hawn fuq, l-ammont tal-għajnuna mogħtija lil Sandefjord Fotball AS tammonta għal NOK 32,4 miljun. Sabiex tkun ivvalutata l-intensità tal-għajnuna, din il-figura għandha titqiegħed fid-dawl tal-ispejjeż eliġibbli tal-investiment. L-Awtorità tikkunsidra li l-ispejjeż imġarrba minn Sandefjord Fotball AS f'isem il-muniċipalità ta' Sandefjord, li kienu tnaqqsu mill-ammont tal-għajnujna — ara l-premessa 66 hawn fuq — ma jistgħux jifformaw parti mill-ispejjeż eliġibbli. L-ispejjeż totali tal-investiment ta' NOK 110 miljun, għalhekk, jeħtieġ li jitnaqqsu minn NOK 9,5 miljun. L-ispejjeż eliġibbli tal-investiment jammontaw għal NOK 100,5 miljun, u l-intensità tal-għajnuna hija ta' 32 %. L-Awtorità tinnota li din l-intensità tal-għajnuna hija pjuttost baxxa, u li l-bqija tal-investiment kien iffinanzjat mill-benefiċjarju, Sandefjord Fotball AS.

(87)

Madankollu, l-intensità tal-għajnuna għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-benefiċċji soċjali li jirriżultaw mill-infrastruttura tal-istadium tal-futbol. Kif stabbilit fit-Taqsima I.5.3 aktar 'il fuq, l-istadium jintuża għal varjetà ta' użi non professjonali minn numru ta' utenti inklużi timijiet dilettanti tal-isport u l-iskejjel. B'kollox, dawn l-użi mhux ekonomiċi jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-użu totali tal-istadium.

(88)

Barra minn hekk, l-Awtorità tinnota li l-infrastruttura tal-istadium hija sa ċertu punt multifunzjonali li tikkombina stadium tal-futbol ma' trekk tal-atletika, ċentru tal-fitness u għadd ta' postijiet oħra fuq ġewwa. Dan iżid il-possibilitajiet li l-istadium jintuża għal skopijiet non ekonomiċi. Fl-aħħar nett, l-Awtorità tinnota li t-tim Elite iħallas il-kera tas-suq biex juża l-istadium (ara wkoll it-Taqsima II 3.5 hawn taħt), filwaqt li l-klabbs tad-dilettanti u utenti mhux kummerċjali oħra għandhom aċċess b'xejn għall-istadium. Dan jenfasizza wkoll il-kontribut soċjali li l-istadium qed jagħmel għall-Komunità.

(89)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li l-miżura ta' għajnuna hija proporzjonata.

3.5.    Ebda distorsjoni mhux dovuta tal-kompetizzjoni u l-kummerċ

(90)

Biex l-għajnuna tkun kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, l-effetti negattivi tal-miżura ta' għajnuna f'termini ta' distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u impatt fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti jridu jkunu limitati u ssuperati mill-effetti pożittivi f'termini ta' kontribut lejn l-objettiv ta' interess komuni.

(91)

Mill-bidu nett, l-Awtorità tinnota li l-istadium iffinanzjat bl-għajnuna mill-Istat inkwistjoni primarjament jaqdi għanijiet lokali u reġjonali. L-infrastruttura mhijiex maħsuba biex tattira avvenimenti internazzjonali, u lanqas ma hija maħsuba biex tintuża b'mod estensiv minn xi utenti kummerċjali għajr it-tim Elite ta' Sandefjord Fotball.

(92)

It-tim Elite qed iħallas il-kera biex juża l-istadium. It-termini preżenti tal-kiri huma bbażati fuq negozjati mas-sidien privati tal-istadium. Għalhekk, hemm suppożizzjoni li l-kera tikkorrispondi mal-kundizzjonijiet tas-suq. Dan hu kkonfermat ukoll mit-tqabbil ma' kera tipika ta' kera ta' stadium imħallsa minn klabbs oħrajn, li pprovdew l-awtoritajiet Norveġiżi (ara l-premessa 36 hawn fuq).

(93)

L-Awtorità tinnota wkoll li l-intensità tal-għajnuna hija baxxa, u l-kontribuzzjoni korrispondenti ta' Sandefjord Fotball AS għall-ispejjeż tal-investiment tkompli tnaqqas ir-riskju ta' distorsjonijiet.

(94)

Fl-aħħar nett, l-attivitajiet ekonomiċi mwettqa minn Sandefjord Fotball AS għandhom biss impatt limitat ħafna fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni fiż-ŻEE minħabba l-karattru lokali tal-klabb. Il-bejgħ tal-biljetti tiegħu il-merchandising, l-isponsorjar u l-attivitajiet ta' reklamar huma mmirati primarjament lejn il-komunità lokali u l-kontea ta' Vestfold. L-attivitajiet tiegħu fis-suq għall-plejers huma wkoll limitati ħafna u ffukata fuq in-Norveġja. Fl-aħħar nett, Sandefjord Fotball AS ma għandu l-ebda influwenza diretta fuq il-kummerċjalizzazzjoni ta' drittijiet televiżivi, li huma amministrati ċentralment mill-Assoċjazzjoni tal-Futbol Norveġiża, u f'kull każ jirċievi biss dħul limitat ħafna minnhom.

(95)

L-Awtorità għalhekk tikkonkludi li kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ kkawżata mill-miżura ta' għajnuna hija limitata.

3.6.    Ibbilanċjar u konklużjoni

(96)

Abbażi tal-valutazzjoni mogħtija hawn fuq, l-Awtorità bbilanċjat l-effetti negattivi u pożittivi tal-miżura nnotifikata. L-Awtorità tikkonkludi li d-distorsjonijiet li jirriżultaw mill-miżura tal-għajnuna ma jaffettwax b'mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sal-punt li jkun kuntrarju għall-interess komuni.

4.   Konklużjoni

(97)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata mill-awtoritajiet Norveġiżi, l-Awtorità kkonkludiet li t-trasferiment tal-art jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. L-Awtorità kkonkludiet li din l-għajnuna hija kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat mogħtija favur Sandefjord Fotball AS hija kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(c) tiegħu.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Norveġja.

Artikolu 3

Il-verżjoni bil-lingwa Ingliża biss ta' din id-deċiżjoni hija awtentika.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Settembru 2015.

Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

Sven Erik SVEDMAN

Il-President

Helga JÓNSDÓTTIR

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Aktar informazzjoni dwar il-benefiċjarju tista' tinstab fid-Deċiżjoni Nru 444/14/COL.

(2)  L-awtoritajiet Norveġiżi kkonfermaw li l-investiment inizjali kien ta' NOK 110 miljun. Madankollu, il-klabb sussegwentement investa NOK 17-il miljun oħra f'tagħmir u apparat, l-aktar f'forma ta' xogħol imwettaq mill-membri tal-klabb (“dugnadsarbeid”).

(3)  Il-linji gwida tal-Awtorità dwar l-elementi tal-għajnuna mill-Istat fil-bejgħ tal-art minn awtoritajiet pubbliċi, adottati fis-17 ta' Novembru 1999. Jinsab fis-sit web: http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines/

(4)  Ir-rapport ta' valutazzjoni jistma li l-valur kombinat tal-plottijiet 152/96 u 152/97 għal NOK 31 miljun. Il-NOK 15-il miljun jirriżultaw minn tqassim tal-istima skont id-daqs rispettiv taż-żewġ plottijiet.

(5)  L-ispejjeż finali kienu jammontaw għal NOK 12-il miljun, bl-ispejjeż żejda jiġu koperti minn Pindsle Property AS.

(6)  Matul ix-xitwa, it-tim Elite jitħarreġ fuq piċċ tal-ħaxix artifiċjali, imma juża l-lokers u l-ispazji oħra fuq ġewwa fl-istadium.

(7)  Hemm pjanijiet għall-installazzjoni ta' piċċ tal-ħaxix artifiċjali li jippermetti użu akbar.

(8)  L-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi (ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17), inkorporata fil-punt 1a tal-Anness XV ta' mal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(9)  Is-sentenza Höfner u Elser v Macroton, C-41/90, EU:C:1991:161, paragrafi 21-22; is-sentenza Pavlov u Oħrajn, il-Kawżi Konġunti C-180/98 sa C-184/98, EU:C:2000:428; u s-sentenza fi Private Barnehagers Landsforbund v Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, E-5/07, EFTA Ct. Rep. 2008, p. 61, paragrafu 78.

(10)  Is-sentenza fil-Ministero dell'Economia e delle Finanze v Cassa di Risparmio di Firenze SpA [04] C-222/04, EU:C:2006:8, paragrafu 108.

(11)  Is-sentenza f'SFEI u Oħrajn, C-39/94, EU:C:1996:285, paragrafi 60-61.

(12)  F'dan il-kuntest, l-Awtorità tirreferi wkoll għal Taqsima 2.2(c) fil-Linji Gwida tagħha dwar il-Bejgħ tal-Art, li tiddikjara li meta tkun qed titwettaq valwazzjoni, l- “… [o]bbligi li r-rispett tagħhom ikunu tal-anqas parzjalment fl-interess personali tax-xerrej għandhom jkunu evalwati bil-kunsiderazzjoni ta' dan il-punt.

(13)  Jiġifieri l-ispejjeż tal-akkwist imġarrba mill-awtorità pubblika kkonċernata.

(14)  Is-sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-372/97, UE:C:2004:234, paragrafu 44).

(15)  Is-sentenza f'Philip Morris Holland BV v il-Kummissjoni, C-730/79, UE:C:1980:209, paragrafi 11-12; sentenza f'Fesil ASA u Finnfjord Smelteverk AS v l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, il-Kawżi Konġunti E-5/04, E-6/04, E-7/04, EFTA Ct. Rep. 2005, p. 117, paragrafu 94 u s-sentenza f'Libert u oħrajn, il-Kawżi Konġunti C-197/11 u C-203/11, UE:C:2013:288, paragrafi 76-78.

(16)  Ara wkoll id-Deċiżjoni Nru 225/15/COL tal-10 ta' Ġunju 2015, li ma qajmet l-ebda oġġezzjoni għal għajnuna fil-forma ta' trasferiment ta' art lil Vålerenga Fotball, paragrafu 31.

(17)  Il-muniċipalità ta' Sandefjord akkwistat art li aktar tard ġiet maqsuma fil-plottijiet 152/96 u 152/97 għal NOK 3,7 miljun. Il-valur ta' NOK 1,9 miljun jirriżulta mit-tqassim tal-ammont skont id-daqs rispettiv taż-żewġ plottijiet.

(18)  Dan huwa muri wkoll min-nuqqas ta' valutazzjoni esperta indipendenti, li hija meħtieġa skont il-liġi tal-kumpaniji Norveġiżi għal tranżazzjonijiet bejn kumpaniji fl-istess grupp.

(19)  Ara wkoll id-Deċiżjoni Nru 225/15/COL tal-10 ta' Ġunju 2015, li ma qajmet l-ebda oġġezzjoni għal għajnuna fil-forma ta' trasferiment ta' art lil Vålerenga Fotball, premessa 65.

(20)  Ara b'mod partikolari l-informazzjoni pprovduta fid-dokument Nru 699518, paġna 29.