ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 141

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
28 ta' Mejju 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/837 tal-21 ta' April 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014-2021, il-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perijodu 2014-2021, il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, u l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda

1

 

 

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipalità tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014-2021

3

 

 

Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perijodu 2014-2021

11

 

 

Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda

18

 

 

Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja

22

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/838 tat-23 ta' Mejju 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra

26

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/839 tat-23 ta' Mejju 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra

28

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/840 tas-27 ta' Mejju 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

30

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/841 tas-27 ta' Mejju 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

36

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/842 tas-27 ta' Mejju 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 167/2008 rigward l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u l-isem kummerċjali ta' koċċidjostat ( 1 )

47

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/843 tat-27 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

49

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2016/844 tas-27 ta' Mejju 2016 li temenda d-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri ( 1 )

51

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/845 tat-23 ta' Mejju 2016 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt, u t-twaqqif ta' gruppi ta' ħidma speċjalizzati u l-adozzjoni tat-termini ta' referenza tagħhom

66

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2016/846 tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-24 ta' Mejju 2016 li taħtar imħallfin fil-Qorti Ġenerali

76

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2016/847 tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-24 ta' Mejju 2016 li taħtar Imħallef fil-Qorti Ġenerali

77

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2016/848 tal-25 ta' Mejju 2016 li taħtar membru, propost mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

78

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK

79

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850 tas-27 ta' Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

125

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/851 tas-26 ta' Mejju 2016 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni 2009/719/KE fir-rigward tal-awtorizzazzjoni biex il-Kroazja tirrevedi l-programm ta' monitoraġġ annwali tagħha tal-BSE (notifikata bid-dokument C(2016) 3097)  ( 1 )

131

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

28.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/837

tal-21 ta' April 2016

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014-2021, il-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perijodu 2014-2021, il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, u l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(5), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Għadu meħtieġ li jittaffew id-differenzi ekonomiċi u soċjali fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea. Għaldaqstant, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ġdid għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati taż-ŻEE-EFTA u mekkaniżmu finanzjarju Norveġiż ġdid.

(2)

Fis-7 ta' Ottubru 2013, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tibda negozjati mar-Repubblika tal-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar ftehim dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji futuri tal-Istati taż-ŻEE-EFTA għall-koeżjoni ekonomika u soċjali fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem l-Unjoni, Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perijodu 2014-2021. Dan ser jieħu l-forma ta' Protokoll, li jkollu n-numru 38c, għall-Ftehim taż-ŻEE. Il-Kummissjoni nnegozjat ukoll, f'isem l-Unjoni, Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perijodu 2014-2021.

(3)

Id-dispożizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw mill-Iżlanda u n-Norveġja, stipulati fil-Protokolli Addizzjonali għall-Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles rispettivi tagħhom mal-Komunità Ekonomika Ewropea, skadew fit-30 ta' April 2014 u għandhom jiġu riveduti skont l-Artikolu 1 ta' dawk il-protokolli. Il-Kummissjoni, għalhekk, innegozjat Protokolli Addizzjonali ġodda għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja u għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda.

(4)

Is-sostituzzjoni tal-mekkaniżmi finanzjarji eżistenti b'mekkaniżmi finanzjarji ġodda, li huma relattivi għal perijodi differenti ta' żmien, ammonti differenti ta' fondi u dispożizzjonijiet differenti ta' implimentazzjoni, kif ukoll it-tiġdid u l-estensjoni ta' konċessjonijiet relattivi għal ċerti prodotti ta' ħut u prodotti tal-baħar, ikkunsidrati komplessivament, jikkostitwixxu żvilupp importanti tal-assoċjazzjoni mal-Istati taż-ŻEE-EFTA, li jiġġustifika l-użu tal-Artikolu 217 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Kull wieħed minn dawk il-Ftehimiet u Protokolli Addizzjonalijipprovdi għall-applikazzjoni provviżorja tiegħu stess qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu.

(6)

Il-Ftehimiet u l-Protokolli Addizzjonali għandhom jiġu ffirmati u applikati provviżorjament, sa meta jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tagħhom,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014-2021, il-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perijodu 2014-2021, il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, u l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda huwa b'dan awtorizzat f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmija Ftehimiet u Protokolli Addizzjonali.

It-testi tal-Ftehimiet u l-Protokolli Addizzjonali huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar il-peruna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehimiet u l-Protokolli addizzjonali f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014-2021 u l-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perijodu 2014-2021 għandhom jiġu applikati b'mod provviżorju, skont l-Artikolu 3 u l- Artikolu 11(3) tal-Ftehimiet, mill-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-depożitu tal-aħħar notifika għal dan l-għan, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tal-imsemmija Ftehimiet.

Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja għandu jkun applikat b'mod proviżorju mill-ewwel jum tat-tielet xahar wara d-depożitu tal-aħħar notifika għal dak l-għan, skont l-Artikolu 5 (3) tal-imsemmi Protokoll.

Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda għandu jkun applikat b'mod proviżorju mill-ewwel jum tat-tielet xahar wara d-depożitu tal-aħħar notifika għal dak l-għan, skont l-Artikolu 4(3) tal-imsemmi Protokoll.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħħa.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta' April 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

G.A. VAN DER STEUR


28.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/3


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipalità tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014-2021

L-UNJONI EWROPEA,

L-IŻLANDA,

IL-PRINĊIPALITÀ TAL-LIECHTENSTEIN,

IR-RENJU TAN-NORVEĠJA,

BILLI l-Partijiet għal dan il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE”) qablu dwar il-bżonn li jitnaqqsu d-differenzi ekonomiċi u soċjali bejn ir-reġjuni tagħhom bil-għan li jippromwovu it-tisħiħ kontinwu u bilanċjat tar-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi bejniethom,

BILLI, sabiex jikkontribwixxu għal dak il-għan, l-Istati tal-EFTA stabilixxew Mekkaniżmu Finanzjarju fil-kuntest taż-Żona Ekonomika Ewropea,

BILLI d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perijodu 2004-2009 ġew stabbiliti fil-Protokoll 38a u l-Addendum għall-Protokoll 38a għall-Ftehim taż-ŻEE,

BILLI d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perijodu 2009-2014 ġew stabbiliti fil-Protokoll 38b u l-Addendum għall-Protokoll 38b għall-Ftehim taż-ŻEE,

BILLI l-bżonn li jitnaqqsu d-differenzi ekonomiċi u soċjali fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea għadu hemm, u għalhekk għandhu jiġi stabbilit mekkaniżmu ġdid għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati taż-ŻEE-EFTA għall-perijodu 2014-2021,

IDDEĊIDEW LI JIKKONKLUDU L-FTEHIM LI ĠEJ:

Artikolu 1

It-test tal-Protokoll 117 tal-Ftehim taż-ŻEE għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Dispożizzjonijiet li jirregolaw il-Mekkaniżmi Finanzjarji huma stipulati fil-Protokoll 38, il-Protokoll 38a, l-Addendum għall-Protokoll 38a, il-Protokoll 38b, l-Addendum għall-Protokoll 38b u l-Protokoll 38c.”.

Artikolu 2

Protokoll 38c ġdid għandu jiddaħħal wara l-Protokoll 38b għall-Ftehim taż-ŻEE. It-test tal-Protokoll 38c huwa pprovdut fl-Anness għal dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri rispettivi tagħhom. L-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara li jkun depożitat l-aħħar strument ta' ratifika jew ta' approvazzjoni.

Sa meta jitlestew il-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, dan il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mill-ewwel jum tal-ewwel xahar wara li tkun ġiet depożitata l-aħħar ratifika għal dan il-għan.

Artikolu 4

Dan il-Ftehim, imħejji f'eżemplari oriġinali wieħed bl-ilsien Bulgaru, Kroat, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Żvediż, Islandiż u Norveġiż, bit-test f'kull wieħed minn dawn l-ilsna ugwalment awtentiku, għandu jiġi ddepożitat mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li ser jibgħat kopja ċertifikata lil kull waħda mill-Partijiet għal dan il-Ftehim.

Съставено в Брюксел на трети май две хиляди и шестнадесета година.

Hecho en Bruselas, el tres de mayo de dos mil dieciséis.

V Bruselu dne třetího května dva tisíce šestnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den tredje maj to tusind og seksten.

Geschehen zu Brüssel am dritten Mai zweitausendsechzehn.

Kahe tuhande kuueteistkümnenda aasta maikuu kolmandal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις τρεις Μαΐου δύο χιλιάδες δεκαέξι.

Done at Brussels on the third day of May in the year two thousand and sixteen.

Fait à Bruxelles, le trois mai deux mille seize.

Sastavljeno u Bruxellesu trećeg svibnja godine dvije tisuće šesnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì tre maggio duemilasedici.

Briselē, divi tūkstoši sešpadsmitā gada trešajā maijā.

Priimta du tūkstančiai šešioliktų metų gegužės trečią dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenhatodik év május havának harmadik napján.

Magħmul fi Brussell, fit-tielet jum ta' Mejju fis-sena elfejn u sittax.

Gedaan te Brussel, drie mei tweeduizend zestien.

Sporządzono w Brukseli dnia trzeciego maja roku dwa tysiące szesnastego.

Feito em Bruxelas, em três de maio de dois mil e dezasseis.

Întocmit la Bruxelles la trei mai două mii șaisprezece.

V Bruseli tretieho mája dvetisícšestnásť.

V Bruslju, dne tretjega maja leta dva tisoč šestnajst.

Tehty Brysselissä kolmantena päivänä toukokuuta vuonna kaksituhattakuusitoista.

Som skedde i Bryssel den tredje maj år tjugohundrasexton.

Gjört í Brussel þriðja dag maímánaðar árið tvö þúsund og sextán.

Utferdiget i Brussel den tredje mai to tusen og seksten.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

Fyrir Ísland

Image

Für das Fürstentum Liechtenstein

Image

For Kongeriket Norge

Image


ANNESS

PROTOKOLL 38C

dwar il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE (2014-2021)

Artikolu 1

1.   L-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja (“l-Istati tal-EFTA”) għandhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis tad-differenzi ekonomiċi u soċjali fiż-Żona Ekonomika Ewropea u għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet tagħhom mal-Pajjiżi Benefiċjarji, permezz tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji fis-setturi ta' prijorità elenkati fl-Artikolu 3.

2.   Il-programmi kollha u l-attivitajiet iffinanzjati permezz tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014-2021 għandhom ikunu bbażati fuq valuri komuni ta' rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi.

Artikolu 2

1.   L-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artiklu 1 għandha tkun ta' EUR 1 548,1 miljun, li għandhom ikunu disponibbli biex jiġu kommessi f'porzjonijiet annwali ta' EUR 221,16 miljun matul il-perijodu ta' bejn l-1 ta' Mejju 2014 u t-30 ta' April 2021 inklużi.

2.   L-ammont totali għandu jikkonsisti minn allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż kif speċifikat fl-Artikolu 6 u fond globali għal kooperazzjoni reġjonali kif speċifikat fl-Artikolu 7.

Artikolu 3

1.   L-allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għandhom isiru disponibbli għas-setturi ta' prijorità li ġejjin:

(a)

Innovazzjoni, riċerka, edukazzjoni u kompetittività;

(b)

Inklużjoni soċjali, impjieg taż-żgħażagħ u tnaqqis tal-faqar;

(c)

Ambjent, enerġija, tibdil fil-klima u ekonomija b'użu baxx tal-karbonju;

(d)

Kultura, soċjetà ċivili, governanza tajba, drittijiet u libertajiet fundamentali;

(e)

Ġustizzja u affarijiet interni.

L-oqsma tal-programm fi ħdan is-setturi prijoritarji li jiddefinixxu l-objettivi u l-oqsma ta' appoġġ huma stabbiliti fl-Anness għal dan il-Protokoll.

2.

(a)

Is-setturi ta' prijorità għandhom, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10, il-paragrafu 3, jintgħażlu, jiġu konċentrati u adattati, skont il-bżonnijiet differenti f'kull Stat Benefiċjarju, b'kont meħud tad-daqs u l-ammont tal-kontribuzzjoni.

(b)

10 % mit-total tal-allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għandu jitwarrab għal fond għas-soċjetà ċivili, li għandu jsir disponibbli skont il-kriterji ta' distribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 6.

Artikolu 4

1.   Sabiex tinkiseb konċentrazzjoni fuq setturi ta' prijorità u biex tiġi żgurata implimentazzjoni effiċjenti, f'konformità mal-objettivi ġenerali msemmija fl-Artikolu 1, u filwaqt li titqies l-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, inkluż enfasi fuq l-impjiegi, prijoritajiet nazzjonali, rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż u Ftehimiet ta' Sħubija fil-qafas tal-politika ta' koeżjoni tal-UE konklużi mal-Kummissjoni Ewropea, l-Istati tal-EFTA għandhom jikkonkludu ma' kull Stat Benefiċjarju, Memorandum ta' Ftehim skont l-Artikolu 10, il-paragrafu 3.

2.   Konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea għandhom isiru fuq livell strateġiku u għandhom jinżammu matul in-negozjati tal-Memoranda ta' Ftehim kif definit fl-Artikolu 10, il-paragrafu 3, bil-ħsieb li tiġi promossa l-komplementarjetà u sinerġiji mal-politika ta' koeżjoni tal-UE, kif ukoll jesploraw opportunitajiet għall-applikazzjoni ta' strumenti finanzjarji biex jiżdied l-impatt tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji.

Artikolu 5

1.   Il-kontribut tal-EFTA għandu, fir-rigward ta' dawk il-programmi taħt l-allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li għalihom l-Istati Benefiċjarji għandhom ikollhom ir-responsabbiltà tal-implimentazzjoni, ma jaqbiżx il-85 % tal-ispiża tal-programm, sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Istati tal-EFTA.

2.   Ir-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat għandhom jiġu rrispettati.

3.   Ir-responsabbiltà tal-Istati tal-EFTA għall-proġetti hija limitata li tipprovdi l-fondi skont il-pjan maqbul. Ma hi ser tkun assunta l-ebda responsabbiltà lejn partijiet terzi.

Artikolu 6

L-allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għandhom isiru disponibbli lill-Istati Benefiċjarji li ġejjin: il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Greċja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja skont id-distribuzzjoni segwenti:

Stat Benefiċjarju

Fondi (miljuni EUR)

Bulgarija

115,0

Kroazja

56,8

Ċipru

6,4

Repubblika Ċeka

95,5

Estonja

32,3

Greċja

116,7

Ungerija

108,9

Latvja

50,2

Litwanja

56,2

Malta

4,4

Polonja

397,8

Portugall

102,7

Rumanija

275,2

Slovakkja

54,9

Is-Slovenja

19,9

Artikolu 7

1.   Il-fond globali għall-koperazzjoni reġjonali għandu jkun disponibbli għal ammont ta' EUR 55,25 miljun. Dan għandu jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE kif definit fl-Artikolu 1.

2.   70 % tal-fond għandu jkun disponibbli għall-promozzjoni tal-impjiegi għaż-żgħażagħ sostenibbli u ta' kwalità, b'enfasi partikolari fuq l-oqsma li ġejjin:

(a)

Programmi ta' mobilità ta' xogħol u ta' taħriġ għaż-żgħażagħ, li jiffokaw speċifikament fuq dawk li mhumiex f'impjieg, edukazzjoni jew taħriġ;

(b)

Programmi ta' tagħlim doppju, apprendistat, inklużjoni taż-żgħażagħ;

(c)

Il-kondiviżjoni tal-għarfien, l-iskambju tal-aħjar prattiki u t-tagħlim reċiproku bejn l-organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet li jipprovdu servizzi favur l-impjieg taż-żgħażagħ.

Din il-parti tal-fond għandha tkun disponibbli għal proġetti li jinvolvu Stati Benefiċjarji u Stati Membri oħra tal-UE b'rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ ogħla minn 25 % (Sena ta' referenza tal-Eurostat 2013), u għandha tinvolvi mill-inqas żewġ pajjiżi, li fosthom mill-anqas wieħed ikun Stat benefiċjarju. L-Istati tal-EFTA jistgħu jipparteċipaw bħala msieħba.

3.   30 % tal-fond għandhom ikunu disponibbli għal kooperazzjoni reġjonali f'setturi ta' prijorità elenkati fl-Artikolu 3, b'mod partikolari l-iskambju ta' għarfien, skambju politiku tal-aħjar prattiki u l-bini ta' istituzzjonijiet.

Din il-parti tal-fond għandha tkun disponibbli għal proġetti li jinvolvu Stati Benefiċjarji u pajjiżi terzi ġirien. Il-proġetti għandhom jinvolvu mill-inqas tliet pajjiżi, inklużi mill-inqas żewġ Stati Benefiċjarji. L-Istati tal-EFTA jistgħu jipparteċipaw bħala msieħba.

Artikolu 8

Reviżjoni ta' nofs it-terminu għandha titwettaq mill-Istati tal-EFTA sal-2020 bil-għan li jitqassmu mill-ġdid fondi mhux impenjati disponibbli fi ħdan l-allokazzjonijiet lill-Istati Benefiċjarji individwali kkonċernati.

Artikolu 9

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja pprovduta f'dan il-protokoll għandha tkun ikkordinata mill-qrib flimkien mal-kontribuzzjoni bilaterali min-Norveġja pprovduta fil-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż.

2.   B'mod partikolari, l-Istati tal-EFTA għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta' applikazzjoni u l-modalitajiet ta' implimentazzjoni jkunu essenzjalment l-istess għaż-żewġ mekkaniżmi finanzjarji msemmija fil-paragrafu preċedenti.

3.   Kwalunkwe bidliet relevanti fil-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu kkunsidrati, kif xieraq.

Artikolu 10

Dan li ġej japplika għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzarju taż-ŻEE:

1.

L-ogħla grad ta' trasparenza, responsabbilità u kosteffiċjenza għandu jkun applikat fil-fażijiet kollha ta' implimentazzjoni, flimkien mal-prinċipji ta' governanza tajba, sħubija u governanza f'diversi livelli, żvilupp sostenibbli, u ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u nuqqas ta' diskriminazzjoni.

L-objettivi tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għandhom ikunu segwiti fil-qafas tal-koperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Benefiċjarji u l-Istati tal-EFTA.

2.

(a)

L-Istati tal-EFTA għandhom joperaw u jkunu responsabbli għall-implimentazzjoni, inkluż il-ġestjoni u l-kontroll, tal-fond globali għal kooperazzjoni reġjonali kif stipulat fl-Artikolu 7, paragrafu 1;

(b)

L-Istati tal-EFTA għandhom joperaw u jkunu responsabbli għall-implimentazzjoni, inkluż il-ġestjoni u l-kontroll, tal-fond tas-soċjetà ċivili kif stipulat fl-Artikolu 3, paragrafu 2b) sakemm ma jsirx qbil mod ieħor fil-Memorandum ta' Ftehim kif definit fl-Artikolu 10, paragrafu 3.

3.

L-Istati tal-EFTA għandhom jikkonkludu ma' kull Stat Benefiċjarju Memorandum ta' Ftehim li jikkonċerna l-allokazzjoni speċifika rispettiva għall-pajjiż, minbarra l-fond kif imsemmi fil-paragrafu 2(a), li għandu jistipula qafas ta' programmar multiannwali u l-istrutturi ta' ġestjoni u kontroll.

(a)

Fuq il-bażi tal-Memoranda ta' Ftehim, l-Istati Benefiċjarji għandhom jissottomettu proposti għal programmi speċifiċi lill-Istati tal-EFTA li għandhom jivvalutaw u japprovaw il-proposti u jikkonkludu ftehimiet ta' għotja mal-Istati Benefiċjarji għal kull programm. Fuq talba espliċita mill-Istati tal-EFTA jew l-Istat Benefiċjarju kkonċernat, il-Kummissjoni Ewropea għandha twettaq screening ta' proposta għal programm speċifiku qabel l-adozzjoni tagħha, biex tkun żgurata l-kompatibbiltà mal-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni Ewropea.

(b)

L-implimentazzjoni ta' programmi miftiehma għandha tkun ir-responsabbiltà tal-Istati Benefiċjarji li għandhom jipprovdu għal sistema xierqa ta' ġestjoni u kontroll sabiex jiżguraw sistema soda ta' implimentazzjoni u mmaniġġjar.

(c)

L-Istati tal-EFTA jistgħu jagħmlu kontrolli skont ir-rekwiżiti interni tagħhom. L-Istati Benefiċjarji għandhom jipprovdu l-assistenza, l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni neċessarja kollha għal dan il-għan.

(d)

L-Istati tal-EFTA jistgħu jissospendu finanzjament u jirrikjedu l-irkupru ta' fondi f'każ ta' irregolaritajiet.

(e)

Fejn xieraq, għandhom ikunu applikati sħubiji fil-preparazzjoni, implimentazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja sabiex tkun żgurata parteċipazzjoni wiesgħa. Is-sieħba jistgħu ikunu, inter alia, fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali, kif ukoll fis-settur privat, fis-soċjetà ċivili u sieħba soċjali fl-Istati Benefiċjarji u fl-Istati tal-EFTA.

(f)

Kwalunkwe proġett taħt il-qafas tal-ipprogrammar multiannwali fl-Istati Benefiċjarji jista' jkun implimentat b'kooperazzjoni bejn, inter alia, entitajiet ibbażati fl-Istati benefiċjarji u fl-Istati tal-EFTA, skont ir-regoli applikabbli dwar l-akkwist pubbliku.

4.

L-ispejjeż tal-ġestjoni tal-Istati tal-EFTA għandhom ikunu koperti mill-ammont totali msemmi fl-Artikolu 2, paragrafu 1, u għandhom ikunu speċifikati fid-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.

5.

L-Istati tal-EFTA għandhom jistabbilixxu Kumitat għall-ġestjoni ġenerali tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE. Iktar dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE ser jinħarġu mill-Istati tal-EFTA wara konsultazzjonijiet mal-Istati Benefiċjarji li jistgħu jkunu megħjuna mill-Kummissjoni Ewropea. L-Istati tal-EFTA għandhom ifittxu li joħorġu dawn id-dispożizzjonijiet qabel l-iffirmar tal-Memoranda ta' Qbil.

6.

L-Istati tal-EFTA għandhom jirrapportaw dwar il-kontribut tagħhom lejn l-objettivi tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE u, kif xieraq, għall-ħdax-il objettiv tematiku tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 (1).

Artikolu 11

Fit-tmiem tal-perijodu kif definit fl-Artikolu 2 u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u d-dmirijiet taħt il-Ftehim, il-Partijiet Kontraenti, fid-dawl tal-Artikolu 115 tal-Ftehim, għandhom jirrivedu l-bżonn li jkunu indirizzati d-differenzi ekonomiċi u soċjali fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea.

ANNESS GĦALL-PROTOKOLL 38C

Innovazzjoni, Riċerka, Edukazzjoni u Kompetittività

1.

Żvilupp tan-Negozju, Innovazzjoni u SMEs

2.

Riċerka

3.

Edukazzjoni, Boroż ta' Studju, Apprendistati, u Intraprenditorija taż-Żgħażagħ

4.

Bilanċ bejn il-Ħajja Privata u x-Xogħol

Inklużjoni Soċjali, Impjieg taż-Żgħażagħ u Tnaqqis tal-Faqar

5.

Sfidi Ewropej tas-Saħħa Pubblika

6.

Inklużjoni tar-Roma u Għoti tas-Setgħa

7.

Tfal u Żgħażagħ f'riskju

8.

Parteċipazzjoni taż-Żgħażagħ fis-Suq tax-Xogħol

9.

Tnaqqis tal-Faqar u Żvilupp Lokali

Ambjent, Enerġija, Tibdil fil-Klima u Ekonomija b'Użu Baxx tal-Karbonju

10.

Ambjent u Ekosistemi

11.

Enerġija Rinnovabbli, Effiċjenza tal-Enerġija, Sigurtà tal-Enerġija

12.

Mitigazzjoni u Adattament għat-Tibdil fil-Klima

Kultura, Soċjetà Ċivili, Governanza Tajba, Drittijiet u Libertajiet Fundamentali

13.

Intraprenditorjat Kulturali, Wirt Kulturali u Kooperazzjoni Kulturali

14.

Soċjetà Ċivili

15.

Governanza Tajba, Istituzzjonijiet Responsabbli, Trasparenza

16.

Drittijiet tal-Bniedem — Implimentazzjoni Nazzjonali

Ġustizzja u Affarijiet Interni

17.

Asil u Migrazzjoni

18.

Servizzi Korrezzjonali u Detenzjoni qabel il-Proċess

19.

Kooperazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità

20.

Effettività u Effiċjenza tas-Sistema Ġudizzjarja, it-tisħiħ tal-Istat tad-Dritt

21.

Vjolenza Domestika u Dik Sessista

22.

Prevenzjoni tad-Diżastri u Preparatezza Għalihom


(1)  (1) It-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni; 2) it-tisħiħ tal-aċċess għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u l-użu u l-kwalità tagħhom 3) it-tisħiħ tal-kompetittività tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju (“SMEs”), tas-settur agrikolu u tas-settur tas-sajd u l-akkwakultura; 4) l-appoġġ tal-bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju fis-setturi kollha; 5) il-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji; 6) il-preservazzjoni u l-ħarsien tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi; 7) il-promozzjoni ta' trasport sostenibbli u t-tneħħija ta' ostakoli fl-infrastrutturi tan-netwerks ewlenin; 8) il-promozzjoni tal-impjieg sostenibbli u ta' kwalità u s-sostenn tal-mobilità tax-xogħol; 9) il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-faqar u kull diskriminazzjoni; 10) l-investiment fl-edukazzjoni it-taħriġ, u t-taħriġ vokazzjonali għal ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja; 11) it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-partijiet interessati u amministrazzjoni pubblika effiċjenti.


28.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/11


FTEHIM

bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perijodu 2014-2021

Artikolu 1

1.   Ir-Renju tan-Norveġja jintrabat li jikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-disparitajiet ekonomiċi u soċjali fiż-Żona Ekonomika Ewropea u għat-tisħiħ tar-relazzjonjiet tiegħu mal-Istati Benefiċjarji, separatament permezz tal-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż fis-setturi ta' prijorità elenkati fl-Artikolu 3.

2.   Il-programmi u l-attivitajiet kollha ffinanzjati permezz tal-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż 2014-2021 għandhom ikunu bbażati fuq valuri komuni ta' rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi.

Artikolu 2

1.   L-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja pprovduta fl-Artikolu 1 għandu jkun ta' EUR 1 253,7 miljun, li għandu jkun disponibbli biex jiġu kommessi f'porzjonijiet annwali ta' EUR 179,1 miljun matul il-perijodu ta' bejn l-1 ta' Mejju 2014 u t-30 ta' April 2021 inklużi.

2.   L-ammont totali jikkonsisti minn allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż kif speċifikat fl-Artikolu 6 u fond globali għal kooperazzjoni reġjonali kif speċifikat fl-Artikolu 7.

Artikolu 3

1.   L-allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għandhom isiru disponibbli għas-setturi ta' prijorità li ġejjin:

(a)

Innovazzjoni, riċerka, edukazzjoni u kompetittività;

(b)

Inklużjoni soċjali, impjieg taż-żgħażagħ u tnaqqis tal-faqar;

(c)

Ambjent, enerġija, tibdil fil-klima u ekonomija b'użu baxx tal-karbonju;

(d)

Kultura, soċjetà ċivili, governanza tajba, drittijiet u libertajiet fundamentali;

(e)

Ġustizzja u affarijiet interni.

L-oqsma tal-programm fi ħdan is-setturi prijoritarji li jiddefinixxu l-objettivi u l-oqsma ta' appoġġ huma stabbiliti fl-Anness għal dan il-Ftehim.

2.

(a)

Is-setturi ta' prijorità għandhom, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10, il-paragrafu 3, jintgħażlu, ikkonċentrati u adattati, skont il-bżonnijiet differenti f'kull Stat Benefiċjarju, b'kont meħud tad-daqs u l-ammont tal-kontribuzzjoni.

(b)

1 % tal-allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għandu jitwarrab għal fond għall-Promozzjoni ta' Xogħol Diċenti u Djalogu Tripartitiku, li għandu jsir disponibbli skont il-kriterji ta' distribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 6.

(c)

Il-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili, il-kooperazzjoni transkonfinali u l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi ġirien għandhom jiġu inkoraġġiti.

Artikolu 4

1.   Sabiex tinkiseb konċentrazzjoni fuq setturi ta' prijorità u biex tiġi żgurata implimentazzjoni effiċjenti, f'konformità mal-objettivi ġenerali msemmija fl-Artikolu 1, u filwaqt li titqies l-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, inkluż enfasi fuq l-impjiegi, prijoritajiet nazzjonali, rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż u Ftehimiet ta' Sħubija fil-qafas tal-politika ta' koeżjoni tal-UE konklużi mal-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tan-Norveġja għandu jikkonkludi ma' kull Stat Benefiċjarju, Memorandum ta' Ftehim skont l-Artikolu 10, il-paragrafu 3.

2.   Konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea għandhom isiru fuq livell strateġiku u jinżammu matul in-negozjati tal-Memoranda ta' Ftehim kif definit fl-Artikolu 10, paragrafu 3, bil-ħsieb li tiġi promossa l-komplementarjetà u sinerġiji mal-politika ta' koeżjoni tal-UE, kif ukoll jesploraw opportunitajiet għall-applikazzjoni ta' strumenti finanzjarji biex jiżdied l-impatt tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji.

Artikolu 5

1.   Il-kontribut mir-Renju tan-Norveġja għandu, fir-rigward ta' dawk il-programmi taħt l-allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li għalihom l-Istati Benefiċjarji għandhom ikollhom ir-responsabbiltà tal-implimentazzjoni, ma jaqbiżx il-85 % tal-ispiża tal-programm, sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mir-Renju tan-Norveġja.

2.   Ir-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat ser ikunu rrispettati.

3.   Ir-responsabbiltà tar-Renju tan-Norveġja għall-proġetti hija limitata li tipprovdi l-fondi skont il-pjan maqbul. Ma hi ser tkun assunta l-ebda responsabbiltà lejn partijiet terzi.

Artikolu 6

L-allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għandhom isiru disponibbli lill-Istati Benefiċjarji li ġejjin: il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja skont id-distribuzzjoni li ġejja:

Stat Benefiċjarju

Fondi (miljuni EUR)

Bulgarija

95,1

Kroazja

46,6

Ċipru

5,1

Repubblika Ċeka

89,0

Estonja

35,7

Ungerija

105,7

Latvja

51,9

Litwanja

61,4

Malta

3,6

Polonja

411,5

Rumanija

227,3

Slovakkja

58,2

Slovenja

17,8

Artikolu 7

1.   Il-fond globali għal koperazzjoni reġjonali għandu jkun disponibbli għal ammont ta' EUR 44,75 miljun. Dan jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi tal-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż kif definit fl-Artikolu 1.

2.   60 % tal-fond għandu jkun disponibbli għall-promozzjoni tal-impjiegi għaż-żgħażagħ sostenibbli u ta' kwalità, b'enfasi partikolari fuq l-oqsma li ġejjin:

(a)

Programmi ta' mobilità ta' xogħol u ta' taħriġ għaż-żgħażagħ, li jiffokaw speċifikament fuq dawk li mhumiex f'impjieg, edukazzjoni jew taħriġ;

(b)

Programmi ta' tagħlim doppju, apprendistat, inklużjoni taż-żgħażagħ;

(c)

Il-kondiviżjoni tal-għarfien, l-iskambju tal-aħjar prattiki u t-tagħlim reċiproku bejn l-organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet li jipprovdu servizzi favur l-impjieg taż-żgħażagħ.

Din il-parti tal-fond tkun disponibbli għal proġetti li jinvolvu Stati Benefiċjarji u Stati Membri oħra tal-UE b'rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ ogħla minn 25 % (Sena ta' referenza tal-Eurostat 2013), u għandha tinvolvi mill-inqas żewġ pajjiżi, li fosthom mill-anqas wieħed irid ikun Stat benefiċjarju. Entitajiet Norveġiżi jistgħu jipparteċipaw bħala msieħba.

3.   40 % tal-fond għandu jkun disponibbli għal kooperazzjoni reġjonali f'setturi ta' prijorità elenkati fl-Artikolu 3, b'mod partikolari l-iskambju ta' għarfien, skambju politiku tal-aħjar prattiki u l-bini ta' istituzzjonijiet.

Din il-parti tal-fond għandha tkun disponibbli għal proġetti li jinvolvu Stati Benefiċjarji u pajjiżi terzi ġirien. Il-proġetti jinvolvu mill-inqas tliet pajjiżi, inklużi mill-inqas żewġ Stati Benefiċjarji. Entitajiet Norveġiżi jistgħu jipparteċipaw bħala msieħba.

Artikolu 8

Reviżjoni ta' nofs it-terminu titwettaq mir-Renju tan-Norveġja sal-2020 bil-għan li jitqassmu mill-ġdid fondi mhux impenjati disponibbli fi ħdan l-allokazzjonijiet lill-Istati Benefiċjarji individwali kkonċernati.

Artikolu 9

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja pprovduta fl-Artikolu 1 għandha tkun koordinata mill-qrib mal-kontribuzzjoni mill-Istati tal-EFTA pprovduta fil-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE.

2.   B'mod partikolari, ir-Renju tan-Norveġja għandu jiżgura li l-proċeduri ta' applikazzjoni u l-modalitajiet ta' implimentazzjoni jkunu essenzjalment l-istess għaż-żewġ mekkaniżmi finanzjarji msemmija fil-paragrafu preċedenti.

3.   Kwalunkwe bidliet rilevanti fil-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni Ewropea jkunu kkunsidrati, kif xieraq.

Artikolu 10

Dan li ġej għandu japplika għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzarju tan-Norveġja:

1.

L-ogħla grad ta' trasparenza, responsabbilità u kosteffiċjenza għandu jkun applikat fil-fażijiet kollha ta' implimentazzjoni, flimkien mal-prinċipji ta' governanza tajba, sħubija u governanza f'diversi livelli, żvilupp sostenibbli, u ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u nuqqas ta' diskriminazzjoni.

L-objettivi tal-Mekkaniżmu Finanzjarju tan-Norveġja għandhom ikunu segwiti fil-qafas tal-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Benefiċjarji u r-Renju tan-Norveġja.

2.

Ir-Renju tan-Norveġja għandu jopera u jkun responsabbli għall-implimentazzjoni, inkluż il-ġestjoni u l-kontroll, tal-fondi li ġejjin:

(a)

il-fond globali għall-kooperazzjoni reġjonali kif stipulat fl- Artikolu 7, paragrafu 1;

(b)

fond għall-Promozzjoni ta' Xogħol Diċenti u d-Djalogu Tripartitiku kif imniżżel fl-Artikolu 3, paragrafu 2b);

3.

Ir-Renju tan-Norveġja għandu jikkonkludi ma' kull Stat Benefiċjarju, Memorandum ta' Ftehim dwar l-allokazzjoni speċifika rispettiva għall-pajjiż, minbarra l-fondi msemmija fil-paragrafu 2, li għandu jistipula qafas ta' programmar multiannwali u l-istrutturi ta' ġestjoni u kontroll.

(a)

Fuq il-bażi tal-Memoranda ta' Ftehim, l-Istati Benefiċjarji għandhom jissottomettu proposti għal programmi speċifiċi lir-Renju tan-Norveġja li għandu jivvaluta u japprova l-proposti u jikkonkludi ftehimiet ta' għotja mal-Istati Benefiċjarji għal kull programm. Fuq talba espliċita mir-Renju tan-Norveġja jew l-Istat Benefiċjarju kkonċernat, il-Kummissjoni Ewropea għandha twettaq screening ta' proposta għal programm speċifiku qabel l-adozzjoni tagħha, biex tkun żgurata l-kompatibbiltà mal-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni Ewropea.

(b)

L-implimentazzjoni ta' programmi miftiehma għandha tkun ir-responsabbiltà tal-Istati Benefiċjarji li għandhom jipprovdu għal sistema xierqa ta' ġestjoni u kontroll sabiex jiżguraw sistema soda ta' implimentazzjoni u mmaniġġjar.

(c)

Ir-Renju tan-Norveġja jista' jagħmel kontrolli skont ir-rekwiżiti interni. L-Istati Benefiċjarji jipprovdu l-assistenza, l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni neċessarja kollha għal dan il-għan.

(d)

Ir-Renju tan-Norveġja jista' jissospendi finanzjament u jirrikjedi l-irkupru ta' fondi f'każ ta' irregolaritajiet.

(e)

Fejn xieraq, għandhom ikunu applikati sħubiji fil-preparazzjoni, implimentazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja sabiex tkun żgurata parteċipazzjoni wiesgħa. Is-sieħba jistgħu jinkludu, inter alia, sieħba mil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali, kif ukoll mis-settur privat, mis-soċjetà ċivili u sħab soċjali fl-Istati Benefiċjarji u fir-Renju tan-Norveġja.

(f)

Kwalunkwe proġett taħt il-qafas tal-ipprogrammar multiannwali fl-Istati Benefiċjarji jista' jkun implimentat b'kooperazzjoni bejn, inter alia, entitajiet ibbażati fl-Istati benefiċjarji u fir-Renju tan-Norveġja, skont ir-regoli applikabbli dwar l-akkwist pubbliku.

4.

L-ispejjeż tal-ġestjoni tar-Renju tan-Norveġja għandhom ikunu koperti mill-ammont totali msemmi fl-Artikolu 2, paragrafu 1, u għandhom ikunu speċifikati fid-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.

5.

Ir-Renju tan-Norveġja, jew entità maħtura minnu, għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni ġenerali tal-Mekkaniżmu Finanzjarju tan-Norveġja. Iktar dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzjarju tan-Norveġja ser jinħarġu mir-Renju tan-Norveġja wara konsultazzjoni mal-Istati Benefiċjarji li jistgħu jkunu megħjuna mill-Kummissjoni Ewropea. Ir-Renju tan-Norveġja għandu jfittex li joħroġ dawn id-dispożizzjonijiet qabel l-iffirmar tal-Memoranda ta' Qbil.

6.

Ir-Renju tan-Norveġja għandu jirrapporta dwar il-kontribut tiegħu lejn l-objettivi tal-Mekkaniżmu Finanzjarju tan-Norveġja u, kif xieraq, għall-ħdax-il objettiv tematiku għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 (1).

Artikolu 11

1.   Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri rispettivi tagħhom. L-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

2.   Huwa għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara li jkun depożitat l-aħħar strument ta' ratifika jew ta' approvazzjoni.

3.   Sa meta jitlestew il-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, dan il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mill-ewwel jum tal-ewwel xahar wara li tkun ġiet depożitata l-aħħar ratifika għal dan il-għan.

Artikolu 12

Dan il-Ftehim, imfassal f'oriġinali wieħed bl-ilsien Bulgaru, Ċek, Kroat, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Żvediż u Norveġiż, bit-test f'kull wieħed minn dawn l-ilsna jkun ugwalment awtentiku, jiġi depożitat mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li ser jibgħat kopja ċertifikata lil kull waħda mill-Partijiet għal dan il-Ftehim.

Съставено в Брюксел на трети май две хиляди и шестнадесета година.

Hecho en Bruselas, el tres de mayo de dos mil dieciséis.

V Bruselu dne třetího května dva tisíce šestnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den tredje maj to tusind og seksten.

Geschehen zu Brüssel am dritten Mai zweitausendsechzehn.

Kahe tuhande kuueteistkümnenda aasta maikuu kolmandal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις τρεις Μαΐου δύο χιλιάδες δεκαέξι.

Done at Brussels on the third day of May in the year two thousand and sixteen.

Fait à Bruxelles, le trois mai deux mille seize.

Sastavljeno u Bruxellesu trećeg svibnja godine dvije tisuće šesnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì tre maggio duemilasedici.

Briselē, divi tūkstoši sešpadsmitā gada trešajā maijā.

Priimta du tūkstančiai šešioliktų metų gegužės trečią dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenhatodik év május havának harmadik napján.

Magħmul fi Brussell, fit-tielet jum ta' Mejju fis-sena elfejn u sittax.

Gedaan te Brussel, drie mei tweeduizend zestien.

Sporządzono w Brukseli dnia trzeciego maja roku dwa tysiące szesnastego.

Feito em Bruxelas, em três de maio de dois mil e dezasseis.

Întocmit la Bruxelles la trei mai două mii șaisprezece.

V Bruseli tretieho mája dvetisícšestnásť.

V Bruslju, dne tretjega maja leta dva tisoč šestnajst.

Tehty Brysselissä kolmantena päivänä toukokuuta vuonna kaksituhattakuusitoista.

Som skedde i Bryssel den tredje maj år tjugohundrasexton.

Utferdiget i Brussel den tredje mai to tusen og seksten.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

For Kongeriket Norge

Image


(1)  (1) It-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni; 2) it-tisħiħ tal-aċċess għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u l-użu u l-kwalità tagħhom 3) it-tisħiħ tal-kompetittività tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju (“SMEs”), tas-settur agrikolu u tas-settur tas-sajd u l-akkwakultura; 4) l-appoġġ tal-bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju fis-setturi kollha; 5) il-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji; 6) il-preservazzjoni u l-ħarsien tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi; 7) il-promozzjoni ta' trasport sostenibbli u t-tneħħija ta' ostakoli fl-infrastrutturi tan-netwerks ewlenin; 8) il-promozzjoni tal-impjieg sostenibbli u ta' kwalità u s-sostenn tal-mobilità tax-xogħol; 9) il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-faqar u kull diskriminazzjoni; 10) l-investiment fl-edukazzjoni it-taħriġ, u t-taħriġ vokazzjonali għal ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja; 11) it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-partijiet interessati u amministrazzjoni pubblika effiċjenti.


ANNESS

GĦALL-FTEHIM BEJN IR-RENJU TAN-NORVEĠJA U L-UNJONI EWROPEA DWAR MEKKANIŻMU FINANZJARJU NORVEĠIŻ GĦALL-PERIJODU 2014-2021

Innovazzjoni, Riċerka, Edukazzjoni u Kompetittività

1.

Żvilupp tan-Negozju, Innovazzjoni u SMEs

2.

Riċerka

3.

Edukazzjoni, Boroż ta' Studju, Apprendistati, u Intraprenditorija taż-Żgħażagħ

4.

Bilanċ bejn il-Ħajja Privata u x-Xogħol

5.

Djalogu Soċjali — Xogħol Deċenti

Inklużjoni Soċjali, Impjieg taż-Żgħażagħ u Tnaqqis tal-Faqar

6.

Sfidi Ewropej tas-Saħħa Pubblika

7.

Inklużjoni tar-Roma u Għoti tas-Setgħa

8.

Tfal u Żgħażagħ f'riskju

9.

Parteċipazzjoni taż-Żgħażagħ fis-Suq tax-Xogħol

10.

Tnaqqis tal-Faqar u Żvilupp Lokali

Ambjent, Enerġija, Tibdil fil-Klima u Ekonomija b'Użu Baxx tal-Karbonju

11.

Ambjent u Ekosistemi

12.

Enerġija Rinnovabbli, Effiċjenza tal-Enerġija, Sigurtà tal-Enerġija

13.

Mitigazzjoni u Adattament għat-Tibdil fil-Klima

Kultura, Soċjetà Ċivili, Governanza Tajba, Drittijiet u Libertajiet Fundamentali

14.

Intraprenditorjat Kulturali, Wirt Kulturali u Kooperazzjoni Kulturali

15.

Soċjetà Ċivili

16.

Governanza Tajba, Istituzzjonijiet Responsabbli, Trasparenza

17.

Drittijiet tal-Bniedem — Implimentazzjoni Nazzjonali

Ġustizzja u Affarijiet Interni

18.

Ażil u Migrazzjoni

19.

Servizzi Korrezzjonali u Detenzjoni qabel il-Proċess

20.

Kooperazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità

21.

Effettività u Effiċjenza tas-Sistema Ġudizzjarja, it-tisħiħ tal-Istat tad-Dritt

22.

Vjolenza Domestika u Dik Sessista

23.

Prevenzjoni tad-Diżastri u Preparatezza Għalihom


28.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/18


PROTOKOLL ADDIZZJONALI

għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda

L-UNJONI EWROPEA

u

L-IŻLANDA

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda ffirmat fit-22 ta' Lulju 1972, u l-arranġamenti eżistenti għall-kummerċ tal-ħut u prodotti tas-sajd bejn l-Iżlanda u l-Komunità,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda dwar id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-perijodu 2009-2014 għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti ħut u prodotti tas-sajd, u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu;

IDDEĊIDEW LI JIKKONKLUDU DAN IL-PROTOKOLL:

Artikolu 1

1.   Id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għal importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta' ċerti ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw fl-Iżlanda huma stabbiliti f'dan il-Protokoll u fl-Anness tiegħu. Il-kwoti tariffarji annwali bla dazju huma stabbiliti fl-Anness għal dan il-Protokoll. Dawn il-kwoti tariffarji għandhom japplikaw mill-jum li fih l-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll issir effettiva, skont il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 4, sat-30 ta' April 2021.

2.   Fi tmiem dan il-perijodu, il-Partijiet Kontraenti ser jivvalutaw il-ħtieġa li jinżammu d-dispożizzjonijiet speċjali msemmija fil-paragrafu 1 u, jekk ikun meħtieġ, jirrevedu l-livelli tal-kwoti filwaqt li jitqiesu l-interessi rilevanti kollha.

Artikolu 2

1.   Il-kwoti tariffarji jinfetħu mill-jum li fih l-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll issir effettiva, skont il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 4.

2.   Il-volumi tal-kwoti tariffarji huma stabbiliti fl-Anness għal dan il-Protokoll. L-ewwel kwota tariffarja tkun disponibbli mid-data tal-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll sat-30 ta' April 2017. Mill-1 ta' Mejju 2017 'il quddiem, il-kwoti tariffarji sussegwenti għandhom jiġu allokati kull sena mill-1 ta' Mejju sat-30 ta' April sal-aħħar tal-perijodu msemmi fl-Artikolu 1 ta' dan il-Protokoll.

3.   Il-volumi tal-kwoti tariffarji li jkopru l-perijodu mill-1 ta' Mejju 2014 sal-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll għandhom ikunu allokati proporzjonalment u disponibbli għall-bqija tal-perijodu msemmi fl-Artikolu 1 ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 3

Ir-regoli tal-oriġini applikabbli għall-kwoti tariffarji elenkati fl-Anness ta' dan il-Protokoll għandhom ikunu dawk stipulati fil-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda ffirmat fit-22 ta' Lulju 1972.

Artikolu 4

1.   Dan il-Protokoll għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri rispettivi tagħhom. L-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

2.   Huwa għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara li jkun depożitat l-aħħar strument ta' ratifika jew ta' approvazzjoni.

3.   Sakemm jitwettqu l-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, dan il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-ewwel jum tat-tielet xahar wara li jsir id-depożitu tal-aħħar notifika għal dan l-għan.

Artikolu 5

Dan il-Protokoll, imħejji f'oriġinal wieħed bl-ilsien Bulgaru, Kroat, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż u l-Iżlandiż, bit-test f'kull wieħed minn dawn l-ilsna jkun ugwalment awtentiku, jiġi ddepożitat mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li ser jibgħat kopja ċċertifikata lil kull waħda mill-Partijiet.

Съставено в Брюксел на трети май през две хиляди и шестнадесета година.

Hecho en Bruselas, el tres de mayo de dos mil dieciséis.

V Bruselu dne třetího května dva tisíce šestnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den tredje maj to tusind og seksten.

Geschehen zu Brüssel am dritten Mai zweitausendsechzehn.

Kahe tuhande kuueteistkümnenda aasta maikuu kolmandal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις τρεις Μαΐου δύο χιλιάδες δεκαέξι.

Done at Brussels on the third day of May in the year two thousand and sixteen.

Fait à Bruxelles, le trois mai deux mille seize.

Sastavljeno u Bruxellesu trećeg svibnja godine dvije tisuće šesnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì tre maggio duemilasedici.

Briselē, divi tūkstoši sešpadsmitā gada trešajā maijā.

Priimta du tūkstančiai šešioliktų metų gegužės trečią dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenhatodik év május havának harmadik napján.

Magħmul fi Brussell, fit-tielet jum ta' Mejju fis-sena elfejn u sittax.

Gedaan te Brussel, drie mei tweeduizend zestien.

Sporządzono w Brukseli dnia trzeciego maja roku dwa tysiące szesnastego.

Feito em Bruxelas, em três de maio de dois mil e dezasseis.

Întocmit la Bruxelles la trei mai două mii șaisprezece.

V Bruseli tretieho mája dvetisícšestnásť.

V Bruslju, dne tretjega maja leta dva tisoč šestnajst.

Tehty Brysselissä kolmantena päivänä toukokuuta vuonna kaksituhattakuusitoista.

Som skedde i Bryssel den tredje maj år tjugohundrasexton.

Gjört í Brussel þriðja dag maímánaðar árið tvö þúsund og sextán.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

Fyrir Ísland

Image


ANNESS

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1 TAL-PROTOKOLL

Addizzjonalment għall-kwoti tariffarji mingħajr dazju permanenti eżistenti, l-Unjoni Ewropea għandha tiftaħ il-kwoti tariffarji annwali mingħajr dazju li ġejjin għall-prodotti li joriġinaw mill-Iżlanda:

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Volum annwali (1.5-30.4) tal-kwota tariffarja f'piż nett sakemm mhux speċifikat mod ieħor (*)

0303 51 00

Aringi tal-ispeċi Clupea harengus u Clupea pallasii, iffriżati, eskluż il-fwied u l-bajd (1)

950 tunnellata

0306 15 90

Awwisti Norveġiżi ffriżati (Nephrops norvegicus)

1 000 tunnellata

0304 49 50

Flettet ta' skorfon (Sebastes spp.), friski jew imkessħin

2 000 tunnellata

1604 20 90

Preparazzjonijiet oħra ta' ħut

2 500 tunnellata


(1)  Il-benefiċċju tal-kwota tariffarja m'għandux jingħata lill-merkanzija ddikjarata għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fil-perijodu bejn il-15 ta' Frar u l-15 ta' Ġunju.

(*)  Il-kwantitajiet għandhom jiżdiedu f'konformità mal-Artikolu 2(3) tal-Protokoll Addizzjonali.


28.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/22


PROTOKOLL ADDIZZJONALI

għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja

L-UNJONI EWROPEA

u

R-RENJU TAN-NORVEĠJA

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja ffirmat fl-14 ta' Mejju 1973, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u l-arranġamenti eżistenti għall-kummerċ fil-ħut u prodotti tas-sajd bejn in-Norveġja u l-Komunità,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-perijodu 2009-2014 għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti ħut u prodotti tas-sajd, u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja wara l-adeżjoni tal-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 2 u 3 tiegħu,

IDDEĊIDEW LI JIKKONKLUDU DAN IL-PROTOKOLL:

Artikolu 1

1.   Id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għalL-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' ċerti ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw fin-Norveġja huma stabbiliti f'dan il-Protokoll u fl-Anness tiegħu.

2.   Il-kwoti tariffarji annwali bla dazju huma stabbiliti fl-Anness għal dan il-Protokoll. Dawn il-kwoti għandhom ikopru l-perijodu mill-1 ta' Mejju 2014 sat-30 ta' April 2021. Il-livelli ta' kwoti għandhom ikunu riveduti sal-aħħar tal-perijodu waqt li jitqiesu l-interessi rilevanti kollha.

Artikolu 2

1.   Il-kwoti tariffarji għandhom jinfetħu mill-jum li fih l-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll issir effettiva, skont il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 5.

2.   L-ewwel kwota tariffarja għandha tkun disponibbli mid-data tal-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll sat-30 ta' April 2017. Mill-1 ta' Mejju 2017 'il quddiem, il-kwoti tariffarji sussegwenti għandhom jiġu allokati kull sena mill-1 ta' Mejju sat-30 ta' April sal-aħħar tal-perijodu msemmi fl-Artikolu 1 ta' dan il-Protokoll.

3.   Il-volumi tal-kwoti tariffarji li jkopru l-perijodu mill-1 ta' Mejju 2014 sal-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll għandhom ikunu allokati proporzjonalment u jkunu disponibbli għall-bqija tal-perijodu msemmi fl-Artikolu 1 ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 3

In-Norveġja għandha tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura l-kontinwazzjoni tal-arranġamenti li jippermettu t-tranżitu ħieles tal-ħut u l-prodotti tas-sajd li jaslu fin-Norveġja minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

Meta jitqies il-perijodu mill-1 ta' Mejju 2014 għall-applikazzjoni proviżorja ta' dan il-Protokoll meta l-arranġament ta' tranżitu kien għadu mhux fis-seħħ, l-arranġament għandu japplika għal seba' snin minn dak il-jum li fih l-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll issir effettiva.

Artikolu 4

Ir-regoli tal-oriġini applikabbli għall-kwoti tariffarji mniżżla fl-Anness għal dan il-Protokoll għandhom ikunu dawk stipulati fil-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja ffirmat fl-14 ta' Mejju 1973.

Artikolu 5

1.   Dan il-Protokoll għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri rispettivi tagħhom. L-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

2.   Huwa għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara li jkun depożitat l-aħħar strument ta' ratifika jew ta' approvazzjoni.

3.   Sakemm jitwettqu l-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, dan il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-ewwel jum tat-tielet xahar wara li jsir id-depożitu tal-aħħar notifika għal dan l-għan.

Artikolu 6

Dan il-Protokoll, imħejji f'oriġinal wieħed bl-ilsien Bulgaru, Kroat, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż u Norveġiż, bit-test f'kull wieħed minn dawn l-ilsna jkun ugwalment awtentiku, jiġi ddepożitat mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li ser jibgħat kopja ċċertifikata lil kull waħda mill-Partijiet.

Съставено в Брюксел на трети май през две хиляди и шестнадесета година.

Hecho en Bruselas, el tres de mayo de dos mil dieciséis.

V Bruselu dne třetího května dva tisíce šestnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den tredje maj to tusind og seksten.

Geschehen zu Brüssel am dritten Mai zweitausendsechzehn.

Kahe tuhande kuueteistkümnenda aasta maikuu kolmandal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις τρεις Μαΐου δύο χιλιάδες δεκαέξι.

Done at Brussels on the third day of May in the year two thousand and sixteen.

Fait à Bruxelles, le trois mai deux mille seize.

Sastavljeno u Bruxellesu trećeg svibnja godine dvije tisuće šesnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì tre maggio duemilasedici.

Briselē, divi tūkstoši sešpadsmitā gada trešajā maijā.

Priimta du tūkstančiai šešioliktų metų gegužės trečią dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenhatodik év május havának harmadik napján.

Magħmul fi Brussell, fit-tielet jum ta’ Mejju fis-sena elfejn u sittax.

Gedaan te Brussel, drie mei tweeduizend zestien.

Sporządzono w Brukseli dnia trzeciego maja roku dwa tysiące szesnastego.

Feito em Bruxelas, em três de maio de dois mil e dezasseis.

Întocmit la Bruxelles la trei mai două mii șaisprezece.

V Bruseli tretieho mája dvetisícšestnásť.

V Bruslju, dne tretjega maja leta dva tisoč šestnajst.

Tehty Brysselissä kolmantena päivänä toukokuuta vuonna kaksituhattakuusitoista.

Som skedde i Bryssel den tredje maj år tjugohundrasexton.

Gjört í Brussel þriðja dag maímánaðar árið tvö þúsund og sextán.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

For Kongeriket Norge

Image


ANNESS

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1 TAL-PROTOKOLL

Addizzjonalment għall-kwoti tariffarji mingħajr dazju permanenti eżistenti, l-Unjoni Ewropea għandha tiftaħ il-kwoti tariffarji annwali mingħajr dazju li ġejjin għall-prodotti li joriġinaw min-Norveġja:

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Volum annwali (01.05-30.04) tal-kwota tariffarja f'piż nett sakemm mhux speċifikat mod ieħor (*)

0303 19 00

Salmonidae ffriżat ieħor

2 000 tunnellata

0303 51 00

Aringi tal-ispeċi Clupea harengus u Clupea pallasii, iffriżati, eskluż il-fwied u l-bajd (1),

26 500 tunnellata

0303 54 10

Kavalli tal-ispeċi Scomber scombrus u Scomber japonicus, iffriżati, eskluż il-fwied u l-bajd (1),

25 000 tunnellata

ex 0304 89 49

ex 0304 99 99

Kavalli, fletti ffriżati u faldi ffriżati

11 300 tunnellata

0303 55 30

Sawrell taċ-Ċile (Trachurus murphyi), friżat

2 200 tunnellata

ex 0303 55 90

Ħut ieħor, iffriżat, għajr sawrella kaħla (scad) (Caranx trachurus)

0303 56 00

Cobia (Rachycentron canadum)

0303 69 90

Ħut ieħor, iffriżat

0303 82 00

Raj (Rajidae)

0303 89 55

Awrat (Sparus aurata)

0303 89 90

Ħut ieħor, iffriżat

il-prodotti kollha ħlief fwied u bajd

0304 86 00

Flettet friżati tal-aringa tal-ispeċi Clupea harengus u Clupea pallasii.

55 600 tunnellata

ex 0304 99 23

Biċċiet iffriżati tal-aringa tal-ispeċi Clupea harengus u Clupea pallasii  (1).

ex 0304 49 90

Flettet friski tal-aringa tal-ispeċi Clupea harengus u Clupea pallasii.

9 000 tunnellata

ex 0304 59 50

Biċċiet friski tal-aringa tal-ispeċi Clupea harengus u Clupea pallasii.

ex 1605 21 10

ex 1605 21 90

ex 1605 29 00

Gambli u gambli kbar, imqaxxrin u ffriżati, preparati jew preservati

7 000 tunnellata

ex 1604 12 91

ex 1604 12 99

Aringa, imħawra u/ jew ippriservata fil-ħall, fis-salmura

11 400 tunellata netti mingħajr likwidi

0305 10 00

Dqiq, pasti u gerbub ta' ħut, tajbin għal konsum uman

1 000 tunnellata


(1)  Il-benefiċċju tal-kwoti tat-tariffa m'għandux jingħata għal oġġetti ddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perijodu mill-15 ta' Frar sal-15 ta' Ġunju.

(*)  Il-kwantitajiet għandhom jiżdiedu f'konformità mal-Artikolu 2(3) tal-Protokoll Addizzjonali.


28.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/26


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/838

tat-23 ta' Mejju 2016

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 218(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Fl-10 ta' Mejju 2010 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-Ġeorġja għall-konklużjoni ta' Ftehim ġdid bejn l-Unjoni u l-Ġeorġja biex jissostitwixxi l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (2).

(2)

Dawk in-negozjati kienu ffinalizzati b'suċċess, u l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) ġie inizjalat fid-29 ta' Novembru 2013.

(3)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2014/494/UE (3), il-Ftehim ġie iffirmat fis-27 ta' Ġunju 2014, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(4)

Skont l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huwa xieraq li l-Kunsill jawtorizza lill-Kummissjoni tapprova l-modifiki għall-Ftehim li għandhom jiġu adottati mill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni Kummerċjali, kif stipulat fl-Artikolu 408(4) tal-Ftehim, kif propost mis-Sottokumitat Indikazzjonijiet Ġeografiċi skont l-Artikolu 179 tal-Ftehim.

(5)

Huwa opportun li jiġu stabbiliti l-proċeduri rilevanti għall-ħarsien tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li jingħataw ħarsien skont il-Ftehim.

(6)

Il-Ftehim ma għandux jiġi interpretat bħala wieħed li jagħti xi drittijiet jew li jimponi xi obbligi li jistgħu jitqajmu direttament quddiem il-qrati u t-tribunali tal-Unjoni jew tal-Istati Membri.

(7)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (4).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 431(1) tal-Ftehim (5).

Artikolu 3

Għall-finijiet tal-Artikolu 179 tal-Ftehim, il-modifiki li jsiru fil-Ftehim permezz ta' deċiżjonijiet tas-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni f'isem l-Unjoni. Fejn il-partijiet interessati ma jistgħux jaqblu wara oġġezzjonijiet relatati ma' indikazzjoni ġeografika, il-Kummissjoni għandha tadotta pożizzjoni li tkun ibbażata fuq il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 57(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

Artikolu 4

1.   Isem protett taħt is-Subtaqsima 3 “Indikazzjonijiet Ġeografiċi” tal-Kapitolu 9 tat-Titolu IV tal-Ftehim jista' jintuża minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza prodotti agrikoli, prodotti tal-ikel, inbejjed, inbejjed aromatizzati jew spirti li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni korrispondenti.

2.   F'konformità mal-Artikolu 175 tal-Ftehim, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jinfurzaw il-protezzjoni provduta fl-Artikoli 170 sa 174 tal-Ftehim, anke fuq it-talba ta' parti interessata.

Artikolu 5

Il-Ftehim ma għandux jiġi interpretat bħala li jagħti xi drittijiet jew jimponi xi obbligi li jistgħu jiġu invokati direttament quddiem il-qrati u t-tribunali tal-Unjoni jew tal-Istati Membri.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Mejju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Kunsent mogħti fit-18 ta' Diċembru 2014 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (ĠU L 205, 4.8.1999, p. 3).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/494/UE tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (ĠU L 261, 30.8.2014, p. 1).

(4)  Il-Ftehim ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 261, 30.8.2014, p. 4) flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-firma.

(5)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

(6)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar l-iskemi tal-kwalità għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).


28.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/28


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/839

tat-23 ta' Mejju 2016

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 218(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Ġunju 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mar-Repubblika tal-Moldova għall-konklużjoni ta' ftehim ġdid bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Moldova biex jissostitwixxi l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (2).

(2)

Dawk in-negozjati ġew finalizzati b'suċċess u l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), ġie inizjalat fid-29 ta' Novembru 2013.

(3)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/492/UE (3), il-Ftehim ġie iffirmat fis-27 ta' Ġunju 2014, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(4)

Skont l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huwa xieraq li l-Kunsill jawtorizza lill-Kummissjoni tapprova l-modifiki għall-Ftehim li għandhom jiġu adottati mill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni Kummerċjali, kif stabbilit fl-Artikolu 438(4) tal-Ftehim, kif propost mis-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi skont l-Artikolu 306 tal-Ftehim.

(5)

Huwa opportun li jiġu stabbiliti l-proċeduri rilevanti għall-protezzjoni ta' dawk l-indikazzjonijiet ġeografiċi li tingħatalhom protezzjoni skont il-Ftehim.

(6)

Il-Ftehim ma għandux jiġi interpretat bħala wieħed li jagħti xi drittijiet jew li jimponi xi obbligi li jistgħu jiġu invokati direttament quddiem il-qrati u t-tribunali tal-Unjoni jew tal-Istati Membri.

(7)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni. (4)

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 464(1) tal-Ftehim (5).

Artikolu 3

Għall-finijiet tal-Artikolu 306 tal-Ftehim, il-modifiki li jsiru fil-Ftehim permezz ta' deċiżjonijiet tas-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni f'isem l-Unjoni. Fejn il-partijiet interessati ma jistgħux jilħqu qbil wara oġġezzjonijiet li jirrigwardaw xi indikazzjoni ġeografika, il-Kummissjoni għandha tadotta pożizzjoni abbażi tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 57(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

Artikolu 4

1.   Isem protett taħt is-Subtaqsima 3 “Indikazzjonijiet Ġeografiċi” tal-Kapitolu 9 tat-Titolu V tal-Ftehim jista' jintuża minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza prodotti agrikoli, prodotti tal-ikel, inbejjed, inbejjed aromatizzati jew spirti li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni korrispondenti.

2.   F'konformità mal-Artikolu 301 tal-Ftehim, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jinfurzaw il-protezzjoni prevista fl-Artikoli 297 sa 300 tal-Ftehim, inkluż fuq it-talba ta' parti interessata.

Artikolu 5

Il-Ftehim ma għandux jiġi interpretat b'mod li jagħti xi drittijiet jew jimponi xi obbligi li jistgħu jiġu invokati direttament quddiem il-qrati u t-tribunali tal-Unjoni jew tal-Istati Membri.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Mejju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Kunsens mogħti fit-13 ta' Novembru 2014 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika tal-Moldova (ĠU L 181, 24.6.1998, p. 3).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/492/UE tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (ĠU L 260, 30.8.2014, p. 1).

(4)  Il-Ftehim ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 260, 30.8.2014, p. 3) flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.

(5)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

(6)  Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar l-iskemi tal-kwalità għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).


REGOLAMENTI

28.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/30


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/840

tas-27 ta' Mejju 2016

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(2)

Żewġ persuni ma għandhomx jinżammu iktar fuq il-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(3)

L-informazzjoni li tirrigwarda ċerti persuni elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandha tiġi aġġornata.

(4)

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Mejju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

A.G. KOENDERS


(1)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.


ANNESS

I.

L-entrati li jikkonċernaw il-persuni li ġejjin jitneħħew mil-lista li tinsab fit-Taqsima A tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012:

 

Nru 15. Mohamed Farahat (magħruf ukoll bħala Muhammad Farahat)

 

Nru 17. Muhammad (Image) Nasif (Image) (magħruf ukoll bħala Naseef, Nassif, Nasseef) Khayrbik (Image)

II.

L-entrati li jikkonċernaw il-persuni elenkati hawn taħt, kif indikat fit-Taqsima A tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012, huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

8.

Rami (

Image

) Makhlouf (

Image

)

Data tat-twelid: 10 ta' Lulju 1969;

Post tat-twelid: Damasku;

Passaport Nru 454224

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja b'interessi fis-setturi tat-telekomunikazzjoni, is-servizzi finanzjarji, it-trasport u l-proprjetà; għandu interess finanzjarju u/jew għandu karigi għoljin u eżekuttivi fis-Syriatel, l-ikbar operatur tat-telefon ċellulari fis-Sirja, il-fondi ta' investiment Al Mashreq, Bena Properties u Cham Holding.

Huwa jipprovdi finanzjament u appoġġ lir-reġim Sirjan, permezz tal-interessi kummerċjali tiegħu.

Huwa membru influwenti ta' tal-familja Makhlouf u hu marbut mill-qrib mal-familja Assad; kuġin tal-President Bashar Al-Assad;

9.5.2011

18.

Mohammed (

Image

) Hamcho (

Image

)

Data tat-twelid: 20 ta' Mejju 1966;

Nru tal-Passaport 002954347

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'interessi fis-setturi tal-inġinerija u l-bini, il-mezzi tax-xandir, l-ospitalità u s-saħħa. Għandu interess finanzjarju u/jew għandu karigi għoljin u eżekuttivi f'għadd ta' kumpaniji fis-Sirja, b'mod partikolari Hamsho International, Hamsho Communication, Mhg International, Jupiter for Investment and Tourism project u Syria Metal industries.

Jaqdi rwol importanti fil-komunità kummerċjali fis-Sirja bħala segretarju ġenerali tal-Kamra tal-Kummerċ ta' Damasku (maħtur mill-Ministru ta' dakinhar għall-Ekonomija, Khodr Orfali, f'Diċembru 2014), president tal-Kunsilli ta' Negozju Bilaterali bejn iċ-Ċina u s-Sirja (sa minn Marzu 2014) u president tal-Kunsill Sirjan tal-Metall u tal-Azzar (sa minn Diċembru 2015).

Għandu relazzjonijiet ta' negozju mill-qrib ma' figuri ewlenin tar-reġim Sirjan, inkluż Maher Al-Assad.

Mohammed Hamcho jgawdi mir-reġim Sirjan u jagħtih appoġġ permezz tal-interessi kummerċjali tiegħu, u huwa assoċjat ma' persuni li jgawdu mir-reġim u jappoġġawh.

27.1.2015

22.

Ihab (

Image

) (magħruf ukoll bħala Ehab, Iehab) Makhlouf (

Image

)

Data tat-twelid: 21 ta' Jannar 1973;

Post tat-twelid: Damasku;

Passaport Nru N002848852

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja. Ihab Makhlouf huwa l-Viċi President, u azzjonist tas-Syriatel, l-ikbar operatur tat-telefon ċellulari fis-Sirja. Għandu wkoll interessi kummerċjali f'bosta kumpaniji u entitajiet Sirjani oħrajn, inkluż Ramak Construction Co u Syrian International Private University for Science and Technology (SIUST).

Bħala Viċi President tas-Syriatel, li tagħti parti sinifikanti mill-profitti tagħha lill-gvern Sirjan permezz tal-kuntratt tagħha ta' għoti ta' liċenzja, Ihab Makhlouf qiegħed wkoll direttament jappoġġa lir-reġim Sirjan.

Huwa membru influwenti tal-familja Makhlouf u hu marbut mill-qrib mal-familja Assad; kuġin tal-President Bashar Al-Assad.

23.5.2011

28.

Khalid (

Image

) (magħruf ukoll bħala Khaled) Qaddur (

Image

) (magħruf ukoll bħala Qadour, Qaddour, Kaddour)

 

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'interessi u/jew attivitajiet fis-setturi tat-telekomunikazzjoni, iż-żejt u l-industrija tal-plastik u relazzjonijiet ta' negozju mill-qrib ma' Maher Al-Assad.

Huwa jgawdi mir-reġim Sirjan u jagħtih appoġġ, permezz tal-interessi kummerċjali tiegħu.

Soċju ta' Maher Al-Assad, inkluż permezz tal-attivitajiet tiegħu ta' negozju.

27.1.2015

29.

Ra'if (

Image

) Al-Quwatly (

Image

) (magħruf ukoll bħala Ri'af Al-Quwatli magħruf ukoll bħala Raeef Al-Kouatly)

Data tat-twelid: 3 ta' Frar 1967;

Post tat-twelid: Damasku

Soċju fin-negozju ta' Maher Al-Assad u responsabbli għall-amministrazzjoni ta' xi wħud mill-interessi tiegħu fin-negozju; sors ta' finanzjament għar-reġim.

23.6.2011

32

Is-Sur Mohammed (

Image

) Makhlouf (

Image

) (magħruf ukoll bħala Abu Rami)

Data tat-twelid: 19 ta' Ottubru 1932;

Post tat-twelid: Latakia, Sirja

Membru influwenti tal-familja Makhlouf, soċju fin-negozju u missier Rami, Ihab u Iyad Makhlouf. Assoċjat mill-qrib mal-familja Assad u z-ziju ta' Bashar u Mahir al-Assad min-naħa ta' ommhom. Imsejjaħ ukoll Abu Rami.

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'interessi u/jew attivitajiet f'bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja, inklużi interessi fi u/jew influwenza sinifikanti fil-General Organisation of Tobacco u s-settur taż-żejt u l-gass, tal-armi u dak bankarju.

Involut fi ftehim kummerċjali għar-reġim ta' Assad fl-akkwist tal-armi u fil-banek. Minħabba l-firxa tar-rabtiet kummerċjali u politiċi tiegħu mar-reġim huwa jagħti appoġġ lir-reġim Sirjan u jgawdi minnu.

1.8.2011

33.

Ayman (

Image

) Jabir (

Image

) (magħruf ukoll bħala Aiman Jaber)

Post tat-twelid: Latakia

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, involut fis-setturi tal-azzar, tal-mezzi tax-xandir, tal-oġġetti ta' konsum u taż-żejt, inkluż fil-kummerċ f'dawn il-prodotti. Għandu interess finanzjarju u/jew karigi eżekuttivi għoljin f'għadd ta' kumpaniji u entitajiet fis-Sirja, b'mod partikolari l-Al Jazira (magħruf ukoll bħala Al Jazerra; El Jazireh), Dunia TV, u Sama Satellite Channel.

Permezz tal-kumpanija tiegħu Al Jazira, Ayman Jaber iffaċilita l-importazzjoni taż-żejt minn Overseas Petroleum Trading għas-Sirja.

Ayman Jaber igawdi mir-reġim u jagħtih appoġġ, permezz tal-interessi kummerċjali tiegħu.

Jipprovdi appoġġ dirett u jaqdi rwol ewlieni f'attivitajiet ta' milizzji affiljati mar-reġim magħrufa bħala x-Shabiha u/jew Suqur as-Sahraa.

Soċju ta' Rami Makhlouf permezz tal-attivitajiet tan-negozju tiegħu u soċju ta' Maher Al-Assad permezz tar-rwol tiegħu f'milizzji affiljati mar-reġim.

27.1.2015

41.

Ali (

Image

) Douba (

Image

)

Data tat-twelid: 1933

Post tat-twelid: Karfis, is-Sirja

Responsabbli għall-qtil f'Hama fl-1980, ġie msejjaħ lura f'Damasku bħala konsulent speċjali tal-President Bashar Al-Assad.

23.8.2011

48.

Samir (

Image

) Hassan (

Image

)

 

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'interessi u/jew attivitajiet f'bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja. Għandu interessi fi u/jew għandu influwenza sinifikanti fl-Amir Group u Cham Holdings, żewġ konglomerati b'interessi fis-setturi tal-proprjetà, it-turiżmu, it-trasport u l-finanzi. Sa minn Marzu 2014, huwa okkupa l-kariga ta' President għar-Russja tal-Kunsilli ta' Negozju Bilaterali wara l-ħatra tiegħu mill-Ministru tal-Ekonomija, Khodr Orfali.

Samir Hassan jappoġġa l-isforz ta' gwerra tar-reġim permezz ta' donazzjonijiet ta' flus.

Samir Hassan huwa assoċjat ma' persuni li jgawdu mir-reġim u jappoġġawh. B'mod partikolari, huwa assoċjat ma' Rami Makhlouf u Issam Anbouba, li ġew identifikati mill-Kunsill u jgawdi mir-reġim Sirjan.

27.9.2014

108.

Mohammad (

Image

) (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammed) Al-Jleilati (

Image

)

Data tat-twelid: 1945;

Post tat-twelid: Damasku

Il-Ministru għall-Finanzi ta' qabel, fil-kariga sad-9 ta' Frar 2013. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

1.12.2011

111.

Joseph (

Image

) Suwaid (

Image

)

Data tat-twelid: 1958;

Post tat-twelid: Damasku

Il-Ministru għall-Istat ta' qabel, fil-kariga sa mill-inqas il-21 ta' Jannar 2014. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.3.2012

112.

Hussein (

Image

) (magħruf ukoll bħala Hussain) Mahmoud (

Image

) Farzat (

Image

) (magħruf ukoll bħala: Hussein Mahmud Farzat)

Data tat-twelid: 1957;

Post tat-twelid: Hama

Il-Ministru għall-Istat ta' qabel, fil-kariga sa mill-inqas l-2014. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.3.2012

114.

Emad (

Image

) Abdul-Ghani (

Image

) Sabouni (

Image

) (magħruf ukoll bħala: Imad Abdul Ghani Al Sabuni)

Data tat-twelid: 1964;

Post tat-twelid: Damasku

Il-Ministru ta' qabel għat-Telekomunikazzjoni u t-Teknoloġija, fil-kariga sa mill-inqas April 2014. Bħala exks Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

27.2.2012

117.

Adnan (

Image

) Hassan (

Image

) Mahmoud (

Image

)

Data tat-twelid: 1966;

Post tat-twelid: TartOus

Il-Ministru tal-Informazzjoni ta' qabel. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.9.2011

192

Hashim Anwar al-Aqqad magħruf ukoll bħala Hashem Aqqad, Hashem Akkad, Hashim Akkad

Data tat-twelid: 1961

Post tat-twelid: Mohagirine, is-Sirja

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'interessi u/jew attivitajiet f'bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja. Għandu interessi fi u/jew għandu influwenza sinifikanti f'Anwar Akkad Sons Group (AASG) u s-sussidjarja tiegħu United Oil. L-AASG huwa konglomerat b'interessi f'setturi bħaż-żejt, il-gass, is-sustanzi kimiċi, l-assigurazzjoni, il-makkinarju industrijali, il-proprjetà, it-turiżmu, wirjiet, l-għoti ta' kuntratti, l-assigurazzjoni, u tagħmir mediku.

Hashim Anwar al-Aqqad ħadem ukoll bħala membru tal-Parlament Sirjan diġà fl-2012.

Al-Aqqad ma kienx jibqa' jirnexxi mingħajr għajnuna mingħand ir-reġim. Minħabba l-firxa tar-rabtiet kummerċjali u politiċi tiegħu mar-reġim huwa jagħti appoġġ lir-reġim Sirjan u jgawdi minnu.

23.7.2014

201

Wael Abdulkarim

(magħruf ukoll bħala Wael Al Karim)

Al Karim for Trade and Industry, PO Box 111, 5797 Damasku, is-Sirja

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja fl-industriji taż-żejt, is-sustanzi kimiċi u l-manifattura. Speċifikament, jirrappreżenta lill-Abdulkarim Group, magħruf ukoll bħala Al Karim Group/Alkarim for Trade and Industry/Al Karim Trading and Industry/Al Karim for Trade and Industry. Abdulkarim Group huwa manifattur ewlieni ta' lubrikanti, grease u sustanzi kimiċi industrijali fis-Sirja.

7.3.2015

203

George Haswani

(magħruf ukoll bħala Heswani; Hasawani; Al Hasawani)

Indirizz: Damascus Province, Yabroud, Al Jalaa St, Syria

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'interessi u/jew attivitajiet fis-setturi tal-inġinerija, tal-bini u taż-żejt u l-gass. Għandu interessi fi u/jew għandu influwenza sinifikanti f'għadd ta' kumpaniji u entitajiet fis-Sirja, b'mod partikolari HESCO Engineering and Construction Company, kumpanija ewlenija tal-inġinerija u tal-bini.

George Haswani għandu rabtiet mill-qrib mar-reġim Sirjan. Huwa jagħti appoġġ lir-reġim u jgawdi minnu permezz tar-rwol tiegħu bħala medjatur f'negozjati għax-xiri taż-żejt mingħand l-ISIL mir-reġim Sirjan. Huwa jgawdi wkoll mir-reġim permezz ta' trattament favorevoli inkluż l-għoti ta' kuntratt (bħala sottokuntrattur) ma' Stroytransgaz, kumpanija ewlenija taż-żejt Russa.

7.3.2015


28.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/36


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/841

tas-27 ta' Mejju 2016

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 (2) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(3)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 tipprojbixxi l-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment lejn ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (il-“Korea ta' Fuq”) ta' aktar oġġetti, materjali u tagħmir relatat ma' oġġetti u teknoloġija b'użu doppju. Hija tipprojbixxi wkoll it-trasferimenti ta' fondi lejn u mill-Korea ta' Fuq sakemm ma jkunux speċifikament awtorizzati minn qabel, kif ukoll l-investiment mill-Korea ta' Fuq u ċ-ċittadini tagħha fit-territorji taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri u l-investiment minn ċittadini jew entitajiet tal-Unjoni fil-Korea ta' Fuq. Barra minn hekk, hija tipprojbixxi lil kwalunkwe inġenju tal-ajru operat minn trasportaturi mill-Korea ta' Fuq jew li joriġina mill-Korea ta' Fuq milli jinżel, jitlaq jew itir minn fuq it-territorju tal-Istati Membri, kif ukoll lil kwalunkwe bastiment li huwa proprjetà, operat jew b'ekwipaġġ mill-Korea ta' Fuq milli jidħol fil-portijiet tal-Istati Membri. Hija tintroduċi projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta' oġġetti ta' lussu mill-Korea ta' Fuq, kif ukoll projbizzjonijiet fuq il-forniment ta' appoġġ finanzjarju għal kummerċ mal-Korea ta' Fuq. Ġiet introdotta wkoll eżenzjoni, għall-kuntratti li saru qabel, mill-obbligu li jiġu ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ta' ċerti persuni u entitajiet mill-Korea ta' Fuq.

(4)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“10.

‘servizzi ta’ investiment' tfisser is-servizzi u l-attivitajiet li ġejjin:

(a)

ir-riċezzjoni u t-trasmissjoni ta' ordnijiet rigward strument finanzjarju wieħed jew iktar;

(b)

l-eżekuzzjoni ta' ordnijiet f'isem il-klijenti;

(c)

in-negozjar fl-isem proprju;

(d)

il-ġestjoni ta' portafoll;

(e)

konsulenza dwar l-investiment;

(f)

is-sottoskrizzjoni ta' strumenti finanzjarji u/jew it-tqegħid ta' strumenti finanzjarji fuq bażi ta' impenn irrevokabbli;

(g)

it-tqegħid ta' strumenti finanzjarji mingħajr bażi ta' impenn irrevokabbli;

(h)

kwalunkwe servizz relatat mal-ammissjoni għan-negozjar f'suq regolat jew negozjar f'faċilità multilaterali tan-negozjar;

11.

‘trasferiment ta’ fondi' tfisser:

(a)

kwalunkwe tranżazzjoni magħmula f'isem il-pagatur permezz ta' fornitur ta' servizzi ta' pagament, b'mezzi elettroniċi, bil-ħsieb li jqiegħed fondi għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju għand fornitur ta' servizzi ta' pagament, irrispettivament jekk il-pagatur u l-benefiċjarju jkunux l-istess persuna;

(b)

kwalunkwe tranżazzjoni b'mezzi mhux elettroniċi, bħal flus kontanti, ċekkijiet jew ordnijiet ta' kontabbiltà, bil-ħsieb li fondi jsiru disponibbli lill-benefiċjarju irrispettivament minn jekk dak li jħallas u dak li jitħallas ikunux l-istess persuna;

12.

‘benefiċjarju’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tkun ir-riċevitur previst tat-trasferiment tal-fondi;

13.

‘pagatur’ tfisser persuna li jkollha kont tal-pagamenti u tippermetti trasferiment ta' flus minn dak il-kont tal-pagamenti, jew, fejn ma jkun hemm ebda kont tal-pagamenti, li tagħti ordni għat-trasferiment ta' fondi;

14.

‘fornitur ta' servizzi ta' pagament’ tfisser il-kategoriji ta' fornitur ta' servizzi ta' pagament imsemmijin fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jibbenefikaw minn eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/64/KE u persuni ġuridiċi li jibbenefikaw minn eżenzjoni skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**), li jipprovdu servizzi għat-trasferiment ta' fondi.

(*)  Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1)."

(**)  Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).”."

(2)

fl-Artikolu 2, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Għandu jkun ipprojbit:

(a)

l-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasferimentta' deheb, mineral tat-titanju, mineral tal-vanadju u minerali rari mill-art, kif elenkat fl-Anness Ic, jew ta' faħam, ħadid u mineral tal-ħadid, kif elenkat fl-Anness Id, mill-Korea ta' Fuq, kemm jekk joriġinaw mill-Korea ta' Fuq kemm jekk le;

(b)

l-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasferiment mill-Korea ta' Fuq ta' prodotti petrolifiċi, kif elenkat fl-Anness If, kemm jekk joriġinaw fil-Korea ta' Fuq, kemm jekk le;

(c)

il-parteċipazzjoni, konxja u b'intenzjoni, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun iċ-ċirkumvenzjoni tal-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b).

L-Anness Ic għandu jinkludi d-deheb, il-mineral tat-titanju, il-mineral tal-vanadju u l-minerali rari mill-art imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 4.

L-Anness Id għandu jinkludi l-faħam, il-ħadid u l-mineral tal-ħadid imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 4.

L-Anness If għandu jinkludi l-prodotti petrolifiċi msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 4.”.

(3)

L-Artikolu 3a huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 3a

1.   B'deroga mill-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3(1), l-awtorità kompetenti rilevanti ta' Stat Membru, kif indikat fis-siti web elenkati fl-Anness II, tista' tawtorizza, taħt dawk it-termini u l-kondizzjonijiet li hija tqis xierqa, il-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni direttament jew indirettament tal-oġġetti u t-teknoloġija, inkluż is-software, imsemmija fl-Artikolu 2(1) jew l-assistenza jew s-servizzi ta' senserija msemmija fl-Artikolu 3(1), dment li l-oġġetti u t-teknoloġija, l-assistenza jew is-servizzi ta' senserija jkunu għall-finijiet ta' ikel, ta' agrikoltura, mediċi jew finijiet umanitarji oħrajn.

2.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni fi żmien erba' ġimgħat bl-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont dan l-Artikolu.

3.   B'deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 2(1) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 3(1), l-awtorità rilevanti kompetenti tal-Istat Membru, kif indikat fis-siti web elenkati fl-Anness II, tista' tawtorizza t-tranżazzjonijiet imsemmija hemmhekk taħt dawk il-kondizzjonijiet li hija tqis xierqa u dment li l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ikun approva t-talba

4.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe talba għall-approvazzjoni li huwa jkun ippreżenta lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU skont il-paragrafu 3.”.

(4)

L-Artikolu 3b huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 3b

1.   Flimkien mal-obbligu li l-awtoritajiet doganali kompetenti jiġu pprovduti bl-informazzjoni ta' qabel il-wasla u wara t-tluq kif stabbilit fid-dispożizzjonijiet rilevanti li jirrigwardaw id-dikjarazzjonijiet sommarji tad-dħul u l-ħruġ flimkien mad-dikjarazzjonijiet tad-dwana Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***), Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (****) u Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2447 (*****), il-persuna li tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tiddikjara jekk l-oġġetti humiex koperti mil-Lista Komuni tal-UE ta' Tagħmir Militari jew minn dan ir-Regolament u, meta l-esportazzjoni tagħhom tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni, tispeċifika l-oġġetti u t-teknoloġija koperti mil-liċenzja tal-esportazzjoni mogħtija.

2.   L-elementi addizzjonali meħtieġa msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiġu ppreżentati bl-użu ta' dikjarazzjoni doganali jew, fin-nuqqas ta' tali dikjarazzjoni, fi kwalunkwe forma miktuba, kif xieraq.

(***)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1)."

(****)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343 29.12.2015, p. 1)."

(*****)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343 29.12.2015, p. 558).”."

(5)

L-Artikolu 3c jitħassar.

(6)

L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 4

1.   Għandu jkun ipprojbit:

(a)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, direttament jew indirettament, ta' oġġetti ta' lussu lejn il-Korea ta' Fuq, kif elenkat fl-Anness III;

(b)

ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment mill-Korea ta' Fuq, direttament jew indirettament, ta' oġġetti ta' lussu, kif elenkat fl-Anness III, kemm jekk joriġinaw mill-Korea ta' Fuq, kemm jekk le;

(c)

il-parteċipazzjoni, konxja u b'intenzjoni, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun iċ-ċirkumvenzjoni tal-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b).

2.   B'deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 1, il-projbizzjoni msemmija fih ma għandhiex tapplika għal oġġetti personali tal-vjaġġaturi jew għal oġġetti ta' natura mhux kummerċjali għall-użu personali tal-vjaġġaturi li jkunu jinsabu fil-valiġġi tagħhom.

3.   Il-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal oġġetti li huma neċessarji għal finijiet uffiċjali ta' missjonijiet diplomatiċi jew konsulari ta' Stat Membru fil-Korea ta' Fuq jew ta' organizzazzjonijiet internazzjonali li jgawdu minn immunitajiet f'konformità mal-liġi internazzjonali, jew għall-oġġetti personali tal-persunal tagħhom.

4.   L-awtorità kompetenti rilevanti ta' Stat Membru, kif indikat fis-siti web elenkati fl-Anness II, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, tranżazzjoni fir-rigward ta' oġġetti msemmija fil-punt 17 tal-Anness III, dment li l-oġġetti jkunu għal finijiet umanitarji.”.

(7)

L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 5

1.   Merkanzija fl-Unjoni jew fi tranżitu fl-Unjoni, inkluż f'ajruporti, f'portijiet ħielsa u f'żoni ħielsa, kif imsemmi fl-Artikoli 243 sa 249 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, tkun soġġetta għal spezzjoni biex jiġi żgurat li ma jkunx fiha oġġetti pprojbiti mir-Riżoluzzjonijiet 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew minn dan ir-Regolament fejn:

(a)

il-merkanzija toriġina mill-Korea ta' Fuq;

(b)

il-merkanzija hija destinata għall-Korea ta' Fuq;

(c)

is-senserija tal-merkanzija tkun saret, jew il-merkanzija tkun ġiet iffaċilitata mill-Korea ta' Fuq jew minn ċittadini tagħha, jew minn individwi jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew minn entitajiet li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom;

(d)

is-senserija tal-merkanzija tkun saret jew il-merkanzija tkun ġiet iffaċilitata minn persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness IV;

(e)

il-merkanzija tkun qed tiġi ttrasportata fuq bastiment bil-bandiera tal-Korea ta' Fuq jew f'inġenju tal-ajru rreġistrat fil-Korea ta' Fuq, jew fuq bastiment jew inġenju tal-ajru li jkun mingħajr nazzjonalità.

2.   Meta l-merkanzija ma taqax fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-merkanzija fl-Unjoni jew fi tranżitu fl-Unjoni, inkluż f'ajruporti, f'portijiet u f'żoni ħielsa, għandha tkun soġġetta għal spezzjoni meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jaħseb li jista' jkun fiha oġġetti li l-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita minn dan ir-Regolament fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

il-merkanzija toriġina mill-Korea ta' Fuq;

(b)

il-merkanzija hija destinata għall-Korea ta' Fuq; jew

(c)

is-senserija tal-merkanzija tkun saret, jew il-merkanzija tkun ġiet iffaċilitata mill-Korea ta' Fuq jew minn ċittadini tagħha, jew minn individwi jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-invjolabbiltà u l-protezzjoni tal-basktijiet diplomatiċi u konsulari previsti fil-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi tal-1961 u l-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari tal-1963.

4.   Il-forniment ta' servizzi ta' trażbord jew ta' servizzi ta' forniment għall-bastimenti, jew xi servizzi oħra għall-bastimenti, lil bastimenti tal-Korea ta' Fuq huwa pprojbit fejn il-fornituri tas-servizz ikollhom informazzjoni, inkluż mingħand l-awtoritajiet kompetenti tad-dwana fuq il-bażi tal-informazzjoni ta' qabel il-wasla u ta' qabel it-tluq imsemmija fl-Artikolu 3a(1), li tipprovdi bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li l-bastimenti qed iġorru oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti minn dan ir-Regolament, sakemm il-forniment ta' dawn is-servizzi ma jkunx neċessarju għal finijiet umanitarji.”.

(8)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 5b

1.   Għandu jkun ipprojbit, fit-territorju tal-Unjoni, li jiġi aċċettat jew approvat investiment fi kwalunkwe attività kummerċjali meta dan l-investiment isir minn:

(a)

persuni, entitajiet jew korpi tal-Gvern tal-Korea ta' Fuq;

(b)

il-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea;

(c)

ċittadini tal-Korea ta' Fuq;

(d)

persuni ġuridiċi, korpi jew entitajiet inkorporati jew kostitwiti skont il-liġi tal-Korea ta' Fuq;

(e)

persuni, entitajiet jew korpi li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom;

(f)

persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom.

2.   Għandu jkun ipprojbit:

(a)

l-istabbiliment ta' impriżi konġunti ma', jew it-teħid jew l-għoti ta' interessi titolari, inkluż l-akkwist b'mod sħiħ u l-akkwist ta' ishma u titoli oħrajn ta' natura parteċipattiva, fi kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp imsemmija fil-punti (a) sa (f) tal-paragrafu 1 li huma involuti f'attivitajiet jew programmi tal-Korea ta' Fuq relatati man-nuklear, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva, jew attivitajiet fis-settur tal-minjieri, ir-raffinament jew l-industriji kimiċi;

(b)

l-għoti ta' finanzjament jew ta' assistenza finanzjarja lil kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp imsemmija fil-punti (d) sa (f) tal-paragrafu 1 jew għall-iskop dokumentat ta' finanzjament ta' tali persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi;

(c)

l-għoti ta' servizzi ta' investiment marbuta direttament mal-attivitajiet imsemmija fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu.

Artikolu 5c

1.   It-trasferiment ta' fondi lejn u mill-Korea ta' Fuq għandu jkun ipprojbit, dment li ma jikkonċernax tranżazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

2.   Għandu jkun ipprojbit għal istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 16 li jidħlu, jew ikomplu jipparteċipaw fi kwalunkwe tranżazzjoni ma':

(a)

istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji domiċiljati fil-Korea ta' Fuq;

(b)

fergħat jew sussidjarji, li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 16, ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji domiċiljati fil-Korea ta' Fuq, kif elenkat fl-Anness VI;

(c)

fergħat jew sussidjarji li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 16 tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji domiċiljati fil-Korea ta' Fuq, kif elenkat fl-Anness VI;

(d)

istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji li la huma domiċiljati fil-Korea ta' Fuq u lanqas ma jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 16, iżda li huma kkontrollati minn persuni, entitajiet jew korpi domiċiljati fil-Korea ta' Fuq, kif elenkat fl-Anness VI,

dment li dawn it-tranżazzjonijiet ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 3 u ġew awtorizzati skont il-punt (a) tal-paragrafu 4, jew ma jeħtiġux awtorizzazzjoni skont il-punt (b) tal-paragrafu 4.

3.   It-tranżazzjonijiet li ġejjin jistgħu jiġu awtorizzati skont il-paragrafu 4:

(a)

tranżazzjonijiet rigward oġġetti tal-ikel, il-kura tas-saħħa jew tagħmir mediku, jew għal finijiet agrikoli jew umanitarji;

(b)

tranżazzjonijiet rigward rimessi personali;

(c)

tranżazzjonijiet rigward l-eżekuzzjoni tal-eżenzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament;

(d)

tranżazzjonijiet marbuta ma' kuntratt kummerċjali speċifiku mhux ipprojbit minn dan ir-Regolament;

(e)

tranżazzjonijiet marbuta ma' missjoni diplomatika jew konsulari jew organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi immunitajiet skont il-liġi internazzjonali, safejn tali tranżazzjonijiet ikunu maħsubin biex jintużaw għal skopijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari jew ta' organizzazzjoni internazzjonali;

(f)

tranżazzjonijiet li jkunu meħtieġa esklussivament għall-implimentazzjoni ta' proġetti ffinanzjati mill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha għal skopijiet ta' żvilupp li jindirizzaw b'mod dirett il-ħtiġijiet tal-popolazzjoni ċivili jew il-promozzjoni tad-denuklearizzazzjoni.

(g)

tranżazzjonijiet marbuta ma' pagamenti biex jiġu ssodisfati pretensjonijiet kontra l-Korea ta' Fuq, ċittadini tagħha jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi inkorporati jew kostitwiti skont il-liġi tal-Korea ta' Fuq, u tranżazzjonijiet ta' natura simili li ma jikkontribwixxux għall-attivitajiet ipprojbiti minn dan ir-Regolament, każ b'każ u jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni ta' mill-inqas għaxart ijiem bil-quddiem mill-għoti tal-awtorizzazzjoni.

4.   It-tranżazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 li jinvolvu t-trasferimenti ta' fondi lejn u mill-Korea ta' Fuq għal ammonti:

(a)

'il fuq minn EUR 15 000 jew ekwivalenti għandhom jeħtieġu awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti rilevanti tal-Istat Membru, kif indikat fuq is-sit web elenkati fl-Anness II għal dan ir-Regolament:

(b)

ta' EUR 15 000 jew inqas jew ekwivalenti ma għandhomx ikollhom bżonn awtorizzazzjoni minn qabel.

5.   L-ebda awtorizzazzjoni minn qabel ma għandha tkun meħtieġa għal tranżazzjoni jew trasferiment ta' fondi li huma neċessarji għall-finijiet uffiċjali ta' missjoni diplomatika jew konsulari ta' Stat Membru jew ta' organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi minn immunitajiet fil-Korea ta' Fuq f'konformità mal-liġi internazzjonali.

6.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-punti (a) tal-paragrafu 4.

7.   Għal tranżazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu3, l-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji msemmija fl-Artikolu 16 għandhom, fl-attivitajiet tagħhom ma' istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu2:

(a)

japplikaw miżuri ta' diliġenza dovuta tal-konsumaturi stabbiliti skont l-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (******);

(b)

jiżguraw konformità mal-proċeduri ta' kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu stabbiliti skont id-Direttiva 2005/60/KE u r-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*******);

(c)

jitolbu li l-informazzjoni dwar il-pagaturi li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi tingħata kif meħtieġ skont ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006, kif ukoll informazzjoni dwar il-benefiċjarji, bħall-isem tal-benefiċjarju u n-numru tal-kont ta' pagament tal-benefiċjarju, u, fejn applikabbli, identifikatur uniku tat-tranżazzjoni, u jirrifjutaw li jipproċessaw it-tranżazzjoni jekk xi informazzjoni minn din tkun nieqsa jew mhux sħiħa;

(d)

iżżomm rekords tat-tranżazzjonijiet skont il-punt (b) tal-Artikolu 30 tad-Direttiva 2005/60/KE;

(e)

fejn ikun hemm raġunijiet raġonevoli ta' suspett li l-fondi jistgħu jikkontribwixxu għal attivitajiet jew programmi tal-Korea ta' Fuq relatati man-nuklear, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva (“finanzjament tal-proliferazzjoni”), jinformaw minnufih lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja (FIU) kif definit mid-Direttiva 2005/60/KE jew kwalunkwe awtorità kompetenti oħra maħtura mill-Istat Membru kkonċernat, kif indikat fis-siti web elenkati fl-Anness II, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(1) jew 6;

(f)

jirrapportaw minnufih kwalunkwe tranżazzjoni suspettuża, inklużi tentattivi ta' tranżazzjonijiet;

(g)

ma jwettqux tranżazzjonijiet li huma raġonevolment jissuspettaw li jistgħu jkunu relatati mal-finanzjament tal-proliferazzjoni sakemm ikunu wettqu l-azzjoni meħtieġa f'konformità mal-punt (e) u jkunu kkonformaw ma' kwalunkwe struzzjoni minn FIU jew l-awtorità kompetenti rilevanti.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-FIU, jew kwalunkwe awtorità kompetenti oħra li sservi bħala ċentru nazzjonali għar-riċeviment u l-analiżi tar-rapporti ta' tranżazzjonijiet suspettużi, għandha tirċievi r-rapporti dwar il-finanzjament potenzjali tal-proliferazzjoni u għandu jkollha aċċess, direttament jew indirettament, fuq bażi fil-pront għall-informazzjoni finanzjarja, amministrattiva u tal-infurzar tal-liġi li hija tkun teħtieġ biex twettaq din il-funzjoni sew, inkluża l-analiżi tar-rapporti ta' tranżazzjonijiet suspettużi.

8.   Ir-rekwiżit għal awtorizzazzjoni minn qabel fil-paragrafu 3 għandu japplika indipendentement minn jekk it-trasferiment tal-fondi jkunx eżegwit f'operazzjoni waħda jew f'diversi operazzjonijiet li jidhru li jkunu marbutin ma' xulxin. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “l-operazzjonijiet li jidhru li jkunu marbutin ma' xulxin” jinkludu:

(a)

sensiela ta' trasferimenti konsekuttivi minn jew lejn l-istess istituzzjonijiet ta' kreditu jew finanzjarji fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 2, jew minn jew lejn l-istess persuna, entità jew korp mill-Korea ta' Fuq li jsiru b'konnessjoni ma' obbligu wieħed ta' trasferiment ta' fondi, fejn kull trasferiment individwali jaqa' taħt EUR 15 000 iżda li, fl-aggregat, jissodisfaw il-kriterji għall-awtorizzazzjoni;

(b)

katina ta' trasferimenti li jinvolvu fornituri differenti ta' servizzi ta' pagament jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi li hija relatata ma' obbligu wieħed biex isir trasferiment ta' fondi.

9.   Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxja u b'intenzjoni, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun iċ-ċirkumvenzjoni tal-projbizzjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu.

(******)  Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15)."

(*******)  Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi (ĠU L 345, 8.12.2006, p. 1).”."

(9)

L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 8

1.   B'deroga mill-Artikolu 6, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikati fis-siti web elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi friżati, jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu s-soġġett ta' deċiżjoni ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali stabbilita qabel id-data li fiha ġiet indikata l-persuna, l-entità jew il-korp imsemmija fl-Artikolu 6, jew ta' sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;

(b)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklussivament biex jissodisfaw il-pretensjonijiet magħmula bis-saħħa ta' tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi b'tali sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li għandhom tali pretensjonijiet;

(c)

id-deċiżjoni jew is-sentenza mhumiex għall-benefiċċju ta' persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness IV, V jew Va;

(d)

ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni jew tas-sentenza ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat; u

(e)

id-deċiżjoni jew is-sentenza fir-rigward tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Anness IV ikunu ġew innotifikati mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat dwar is-Sanzjonijiet.

2.   B'deroga mill-Artikolu 6, u bil-kondizzjoni li pagament minn persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness V jkun dovut skont kuntratt jew ftehim li ġie konkluż minn, jew skont obbligu għall-persuna, l-entità jew il-korp ikkonċernat li nħoloq qabel id-data li fiha dik il-persuna, l-entità jew il-korp kienu ġew indikati, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikati fis-siti web elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li:

(a)

il-kuntratt mhuwa relatat mal-ebda oġġett, operazzjoni, servizz jew tranżazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1), fl-Artikolu 2(3) jew fl-Artikolu 3; u

(b)

il-ħlas ma jiġix riċevut direttament jew indirettament minn persuna, entità jew korp imsemmi fl-Anness V.

3.   L-Istat Membru kkonċernat għandu, mill-anqas għaxart ijiem qabel l-għoti ta' kull awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 2, jinnotifika lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni b'dik id-deċiżjoni u bil-ħsieb tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni.”.

(10)

L-Artikolu 9b huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 9b

1.   Għandu jkun ipprojbit l-għoti ta' finanzjament jew ta' assistenza finanzjarja għall-kummerċ mal-Korea ta' Fuq, inkluż l-għoti ta' krediti tal-esportazzjoni, garanziji jew assigurazzjoni lil persuni jew entitajiet involuti f'tali kummerċ, fejn tali appoġġ finanzjarju jista' jikkontribwixxi għal:

(a)

programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tal-Korea ta' Fuq jew attivitajiet oħra pprojbiti minn dan ir-Regolament;

(b)

iċ-ċirkomvenzjoni tal-projbizzjoni fil-punt (a).

2.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw fir-rigward ta' kuntratti u ftehimiet għall-għoti ta' appoġġ finanzjarju konklużi qabel id-29 ta' Mejju 2016.

3.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw fir-rigward tal-għoti ta' appoġġ finanzjarju għal kummerċ fl-ikel, l-agrikoltura, mediku jew għal finijiet umanitarji oħra.”.

(11)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 9c

1.   Ebda pretensjoni b'konnessjoni ma' xi kuntratt jew tranżazzjoni fejn il-prestazzjoni tagħhom ġiet effettwata, direttament jew indirettament, b'mod sħiħ jew parzjalment, mill-miżuri imposti minn dan ir-Regolament, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kull pretensjoni oħra ta' dak it-tip, bħall-pretensjoni għal kumpens jew il-pretensjoni taħt garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kull għamla, ma għandha tiġi ssodisfata, jekk din issir minn:

(a)

persuni, entitajiet jew korpi indikati elenkati fl-Anness IV jew V;

(b)

kwalunkwe persuna oħra, entità jew korp mill-Korea ta' Fuq, inkluż il-Gvern tal-Korea ta' Fuq u l-korpi, il-korporazzjonijiet u l-aġenziji pubbliċi tiegħu; jew

(c)

kwalunkwe persuna, entità jew korp li jaġixxu permezz ta' jew f'isem waħda mill-persuni, l-entitajiet jew il-korpi msemmija fil-punti (a) u (b).

2.   Il-prestazzjoni ta' kuntratt jew tranżazzjoni għandha tkun ikkunsidrata bħala milquta mill-miżuri imposti minn dan ir-Regolament fejn l-eżistenza jew il-kontenut tal-pretensjoni jirriżultaw direttament jew indirettament minn dawk il-miżuri.

3.   F'kull proċedura għall-infurzar ta' pretensjoni, l-oneru tal-prova li l-issodisfar tal-pretensjoni mhuwiex ipprojbit mill-paragrafu 1, għandu jkun fuq il-persuna li titlob l-infurzar ta' dik il-pretensjoni.

4.   Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għal rieżami ġudizzjarju tal-legalità tan-nuqqas ta' prestazzjoni ta' obbligi kuntrattwali skont dan ir-Regolament.”.

(12)

L-Artikolu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 11

1.   L-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, imwettaq in bona fede fuq il-bażi li tali azzjoni tkun konformi ma' dan ir-Regolament, ma għandu joħloq responsabbiltà tal-ebda tip fuq in-naħa tal-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jkunu qegħdin jimplimentawh, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma b'riżultat ta' negliġenza.

2.   Azzjonijiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ma għandhom iwasslu għall-ebda responsabbiltà min-naħa tagħhom jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom l-ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament.”.

(13)

L-Artikolu 11a huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 11 a

1.   Għandu jkun ipprojbit li jingħata aċċess għall-portijiet fit-territorju tal-Unjoni lil kwalunkwe bastiment:

(a)

li huwa proprjetà ta', operat jew b'ekwipaġġati tal-Korea ta' Fuq;

(b)

fejn ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li jkun proprjetà ta' jew ikkontrollat, direttament jew indirettament, minn persuna jew entità elenkata fl-Anness IV;

(c)

jekk ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li jkun fih oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont dan ir-Regolament;

(d)

li jkun irrifjuta li jiġi spezzjonat wara li tali spezzjoni tkun ġiet awtorizzata mill-Istat tal-bandiera tal-bastiment jew mill-Istat tar-reġistrazzjoni; jew

(e)

ikun mingħajr nazzjonalità u li jkun irrifjuta li jiġi spezzjonat skont l-Artikolu 5(1).

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika:

(a)

fil-każ ta' emerġenza;

(b)

fil-każ li l-bastiment jidħol fil-port biex jiġi spezzjonat, jew

(c)

meta l-bastiment ikun qed jirritorna lejn il-port tal-oriġini tiegħu.

3.   B'deroga mill-projbizzjoni fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti rilevanti tal-Istat Membru, kif indikat fis-siti web elenkati fl-Anness II, tista' tawtorizza bastiment jidħol fil-port jekk:

(a)

il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina bil-quddiem li dan huwa meħtieġ għal skopijiet umanitarji jew għal kwalunkwe skop ieħor konsistenti mal-objettivi tar-Riżoluzzjoni 2270 (2016) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; jew

(b)

l-Istat Membru jkun iddetermina bil-quddiem li dan huwa meħtieġ għal skopijiet umanitarji jew għal kwalunkwe skop ieħor konsistenti mal-objettivi ta' dan ir-Regolament.

4.   Għandu jkun ipprojbit li inġenji tal-ajru operati minn trasportaturi tal-Korea ta' Fuq jew li joriġinaw mill-Korea ta' Fuq jitlqu minn, jinżlu fi jew itiru minn fuq it-territorju tal-Unjoni.

5.   Il-paragrafu 4 ma għandux japplika:

(a)

meta l-inġenju tal-ajru jagħmel inżul għal spezzjoni;

(b)

fil-każ ta' nżul ta' emerġenza.

6.   B'deroga mill-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti rilevanti ta' Stat Membru, kif indikat fis-siti web elenkati fl-Anness II, tista' tawtorizza inġenju tal-ajru jitlaq minn, jinżel fi jew itir minn fuq it-territorju tal-Unjoni, jekk dik l-awtorità kompetenti tkun iddeterminat minn qabel li dan huwa meħtieġ għal skopijiet umanitarji jew għal kwalunkwe skop ieħor konsistenti mal-objettivi ta' dan ir-Regolament.”.

(14)

L-Artikolu 11c jitħassar.

(15)

It-test li jinsab fl-Anness ta' dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Anness If.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Mejju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

A.G. KOENDERS


(1)  Ara l-paġna 79 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 1).


ANNESS

“ANNESS IF

PRODOTTI PETROLIFIĊI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(4)

 

2707

Żjut u prodotti oħrajn mid-distillazzjoni ta' qatran tal-faħam f'temperatura għolja; prodotti simili li fihom il-piż tal-kostitwenti aromatiċi jaqbeż dak tal-kostitwenti mhux aromatiċi

 

2709

Żjut minerali (petroleum) u żjut miksubin minn minerali bituminużi, mhux raffinati

 

2710

Żjut minerali (petroleum) u żjut miksubin minn minerali bituminużi, ħlief dawk mhux raffinati; preparazzjonijiet li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra, li fihom 70 % jew aktar tal-piż ta' żjut minerali (petroleum) jew żjut miksubin minn minerali bituminużi, meta dawn iż-żjut ikunu l-kostitwenti bażiċi tal-preparazzjonijiet; żjut għar-rimi

 

2711

Gassijiet tal-petroleum u idrokarbonji gassużi oħra

 

2712 10

Vażelina

 

2712 20

Xema' bajda (tal-parafina) li fiha anqas minn 0,75 % żejt bil-piż

Ex

2712 90

Oħrajn

 

2713

Kokk tal-petroleum, qatran tal-petroleum u fdalijiet oħrajn tal-petroleum jew ta' żjut miksubin minn minerali bituminużi

Ex

2714

Qatran u asfalt, naturali; “shale” tal-qatran jew taż-żejt u ramel taż-żift; asfaltiti u blat asfaltiku

Ex

2715

Taħlitiet bituminużi bbażati fuq asfalt naturali, fuq qatran naturali, fuq qatran ta' żejt minerali (petroleum), fuq żift minerali jew fuq qatran (tar pitch) minerali (per eżempju, gomom/siment bituminużi, “cut-backs”)

 

 

Li fihom żjut minerali (petroleum) jew żjut magħmulin minn minerali bituminużi

 

3403 11

– –

Preparazzjonijiet għat-trattament ta' materjali tessili, ġlud, ferijiet u materjali oħrajn

 

3403 19

– –

Oħrajn

 

 

Oħrajn

Ex

3403 91

– –

Preparazzjonijiet għat-trattament ta' materjali tessili, ġlud, ferijiet u materjali oħrajn

Ex

3403 99

– –

Oħrajn

 

 

– – – –

Prodotti jew preparazzjonijiet kimiċi, magħmula primarjament minn komposti organiċi, li mhumiex imsemmija jew inklużi band'oħra

Ex

3824 90 92

– – – – –

Fil-forma likwida f'20 °C

Ex

3824 90 93

– – – – –

Oħrajn

Ex

3824 90 96

– – – –

Oħrajn

 

3826 00 10

Esteri mono-alkali ta' aċti xaħmin li fihom 96,5 % jew aktar bil-volum ta' esteri (FAMAE)

 

3826 00 90

Oħrajn”


28.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/47


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/842

tas-27 ta' Mejju 2016

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 167/2008 rigward l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u l-isem kummerċjali ta' koċċidjostat

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

KRKA d.d. ressqet applikazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 li tipproponi bidla fl-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni rigward ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 167/2008 (2) fejn jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' koċċidjostat (Kokcisan 120G).

(2)

L-applikant jiddikjara li, b'effett mill-5 ta' Frar 2016, huwa ttrasferixxa d-drittijiet għat-tqegħid fis-suq tal-addittiv tal-għalf Kokcisan 120G lil Huvepharma EOOD. Barra minn hekk, Huvepharma EOOD, bħala s-sid il-ġdid tad-drittijiet għat-tqegħid fis-suq tal-addittiv tal-għalf jitlob bidla fl-isem kummerċjali tal-addittiv tal-għalf. L-applikant ressaq id-dejta rilevanti li tappoġġa t-talba tiegħu.

(3)

Il-bidliet proposti fit-termini tal-awtorizzazzjoni għandhom natura purament amministrattiva u ma jinvolvux valutazzjoni ġdida tal-addittiv ikkonċernat. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ġiet mgħarrfa bl-applikazzjoni.

(4)

Sabiex l-addittiv tal-għalf ikun jista' jitqiegħed fis-suq bl-isem Huvepharma EOOD u taħt l-isem kummerċjali l-ġdid, jeħtieġ li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjoni.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 167/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Billi r-raġunijiet tas-sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-emendi magħmula b'dan ir-Regolament lir-Regolament (KE) Nru 167/2008, huwa xieraq li jiġi stipulat perjodu tranżitorju li matulu jistgħu jintużaw il-ħażniet eżistenti tal-addittiv, tat-taħlitiet minn qabel u tal-għalf kompost li fih l-addittiv.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 167/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-tieni kolonna, il-kliem “KRKA, d.d., Novo mesto, is-Slovenja” jinbidlu bil-kliem “Huvepharma EOOD, il-Bulgarija”;

(2)

Fit-tielet kolonna, il-kliem “Kokcisan 120G” jinbidlu b' “Huvesal 120 G”.

Artikolu 2

Il-ħażniet eżistenti tal-addittiv, tat-taħlitiet minn qabel u tal-għalf kompost li jkun fihom l-additiv, li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet applikabbli qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw kollha.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

fi Brussell, is-27 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 167/2008 tat-22 Frar 2008 li jikkonċerna awtorizzazzjoni ġdida għal għaxar snin ta' coccidiostat bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 50, 23.2.2008, p. 14).


28.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/49


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/843

tat-27 ta' Mejju 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-27 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

428,2

MA

117,9

TR

60,8

ZZ

202,3

0707 00 05

TR

99,6

ZZ

99,6

0709 93 10

TR

99,6

ZZ

99,6

0805 10 20

EG

47,2

IL

42,6

MA

59,4

TR

68,5

ZA

77,6

ZZ

59,1

0805 50 10

AR

171,6

TR

143,1

ZA

177,5

ZZ

164,1

0808 10 80

AR

109,4

BR

107,5

CL

126,5

CN

102,3

NZ

149,7

US

192,9

ZA

112,3

ZZ

128,7

0809 29 00

TR

531,7

US

855,4

ZZ

693,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DIRETTIVI

28.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/51


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/844

tas-27 ta' Mejju 2016

li temenda d-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 100(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 10(2) tagħha,

Billi:

(1)

Xi konvenzjonijiet internazzjonali ddefiniti fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2009/45/KE ġew emendati.

(2)

Skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2009/45/KE, l-Annessi ta' dik id-Direttiva jistgħu jiġu emendati sabiex jiġu applikati l-emendi li jkunu saru għall-konvenzjonijiet internazzjonali.

(3)

Għalhekk, id-Direttiva 2009/45/KE għandha tiġi emendata kif xieraq.

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (“COSS”), li ġie stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 2009/45/KE qed jiġi emendat skont l-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-1 ta' Lulju 2017. Huma għandhom jibagħtu t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom it-tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 163, 25.6.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru tal-2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) u li jemenda r-Regolamenti dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġis minn bastimenti (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1).


ANNESS

L-Anness I tad-Direttiva 2009/45/KE qed jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fil-Kapitolu II-1:

(a)

Jiżdied ir-Regolament II-1/A-1/4:

“4   Protezzjoni mill-ħsejjes

BASTIMENTI TAL-KLASSI B, Ċ U D MIBNIJA FL-1 TA' JANNAR 2018 JEW WARA

.1

Il-bastimenti b'tunnellaġġ gross ta' 1 600 tunnellata u fuqhom għandhom jinbnew b'tali mod li jitnaqqsu l-ħsejjes abbord u li l-persunal jitħares mill-ħsejjes skont il-Kodiċi tal-OMI dwar il-livelli tal-ħsejjes abbord il-bastimenti adottat mill-Kumitat għas-Sikurezza Marittima permezz tar-Riżoluzzjoni MSC.337(91), skont kif jista' jiġi emendat mill-OMI.”;

(b)

Ir-Regolament II-1/C/6.2.2.2 jinbidel b'dan li ġej:

“.2.2

kapaċi jpoġġu t-tmun 'il fuq minn 35° fuq naħa waħda għal 35° fuq in-naħa l-oħra bil-bastiment bil-profondità l-iktar fonda tiegħu li sejra lejn il-baħar u li jkun qed jiġri 'l quddiem bil-veloċità massima tas-servizz u, bl-istess kundizzjonijiet, minn 35° fuq kull naħa għal 30° fuq in-naħa l-oħra f'mhux iktar minn 28 sekonda. Meta ma jkunx prattiku li wieħed juri l-konformità ma' dan ir-rekwiżit matul il-provi fil-baħar bil-bastiment bil-profondità l-iktar fonda tiegħu li sejra lejn il-baħar u li jkun qed jiġri 'l quddiem bil-veloċità li tikkorrispondi għall-għadd ta' dawriet massimi kontinwi tal-magna ewlenija u għall-pass massimu tad-disinn tal-iskrun, din il-konformità tal-bastimenti, tkun xi tkun id-data meta nbnew, tista' tintwera permezz ta' wieħed mill-metodi li ġejjin:

.1

matul il-provi fil-baħar il-bastiment ikollu prim dritt u t-tmun ikun taħt l-ilma għalkollox waqt li l-bastiment ikun qed jiġri 'l quddiem bil-veloċità li tikkorrispondi għall-għadd ta' dawriet massimi kontinwi tal-magna ewlenija u għall-pass massimu tad-disinn tal-iskrun; jew

.2

meta t-tmun ma jkunx jista' jitpoġġa taħt l-ilma għalkollox waqt il-provi fil-baħar, il-veloċità x-xierqa tal-bastiment meta jkun miexi 'l quddiem għandha tiġi kkalkulata bl-użu tal-erja tal-korp tat-tmun li jinsab taħt l-ilma fil-kundizzjoni tat-tagħbija proposta għall-provi fil-baħar. Il-veloċità kkalkulata tal-bastiment meta jkun miexi 'l quddiem għandha twassal għal forza u torque applikati għas-sistema tat-tmun ewlenija li jkunu tal-inqas daqs dawk li jinkisbu li kieku l-bastiment jiġi ttestjat bil-profondità l-iktar fonda tiegħu li sejra lejn il-baħar u meta jkun qed jiġri 'l quddiem bil-veloċità li tikkorrispondi għall-għadd ta' dawriet massimi kontinwi tal-magna ewlenija u għall-pass massimu tad-disinn tal-iskrun; jew

.3

il-forza u t-torque tat-tmun fil-kundizzjoni tat-tagħbija tal-provi fil-baħar tbassru b'mod affidabbli u ġew estrapolati għall-kundizzjoni tat-tagħbija sħiħa. Il-veloċità tal-bastiment għandha tikkorrispondi għall-għadd ta' dawriet massimi kontinwi tal-magna ewlenija u għall-pass massimu tad-disinn tal-iskrun;”

(c)

Ir-Regolament II-1/C/6.3.2 jinbidel b'dan li ġej:

“.2

kapaċi jpoġġi t-tmun 'il fuq minn 15° fuq naħa waħda għal 15° fuq in-naħa l-oħra f'mhux iktar minn 60 sekonda bil-bastiment bil-profondità l-iktar fonda tiegħu li sejra lejn il-baħar u li jkun qed jiġri 'l quddiem b'nofs il-veloċità massima 'l quddiem tas-servizz tiegħu jew b'7 knots, skont liema tkun l-akbar. Meta ma jkunx prattiku li wieħed juri l-konformità ma' dan ir-rekwiżit matul il-provi fil-baħar bil-bastiment bil-profondità l-iktar fonda tiegħu li sejra lejn il-baħar u li jkun qed jiġri 'l quddiem b'nofs il-veloċità li tikkorrispondi għall-għadd ta' dawriet massimi kontinwi tal-magna ewlenija u għall-pass massimu tad-disinn tal-iskrun jew b'7 knots, skont liema tkun l-akbar, din il-konformità tal-bastimenti, tkun xi tkun id-data meta nbnew, tista' tintwera permezz ta' wieħed mill-metodi li ġejjin:

.1

matul il-provi fil-baħar il-bastiment ikollu prim dritt u t-tmun ikun taħt l-ilma għalkollox waqt li l-bastiment ikun qed jiġri 'l quddiem b'nofs il-veloċità li tikkorrispondi għall-għadd ta' dawriet massimi kontinwi tal-magna ewlenija u għall-pass massimu tad-disinn tal-iskrun jew b'7 knots, skont liema tkun l-akbar; jew

.2

meta t-tmun ma jkunx jista' jitpoġġa taħt l-ilma għalkollox waqt il-provi fil-baħar, il-veloċità x-xierqa tal-bastiment meta jkun miexi 'l quddiem għandha tiġi kkalkulata bl-użu tal-erja tal-korp tat-tmun li jinsab taħt l-ilma fil-kundizzjoni tat-tagħbija proposta għall-provi fil-baħar. Il-veloċità kkalkulata tal-bastiment meta jkun miexi 'l quddiem għandha twassal għal forza u torque applikati għas-sistema tat-tmun awżiljarja li jkunu tal-inqas daqs dawk li jinkisbu likieku l-bastiment jiġi ttestjat bil-profondità l-iktar fonda tiegħu li sejra lejn il-baħar u meta jkun qed jiġri 'l quddiem b'nofs il-veloċità li tikkorrispondi għall-għadd ta' dawriet massimi kontinwi tal-magna ewlenija u għall-pass massimu tad-disinn tal-iskrun jew b'7 knots, skont liema tkun l-akbar; jew

.3

il-forza u t-torque tat-tmun fil-kundizzjoni tat-tagħbija tal-provi fil-baħar tbassru b'mod affidabbli u ġew estrapolati għall-kundizzjoni tat-tagħbija sħiħa;”;

(d)

Fir-Regolament II-1/C/15, is-sottotitlu jinbidel b'dan li ġej:

“BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSI B, Ċ U D LI MHUMIEX KOPERTI MIR-REGOLAMENT II-1/A-1/4”;

(2)

Fil-Kapitolu II-2:

(a)

Jiżdiedu r-Regolamenti II-2/A/2.28 u II-2/A/2.29 li ġejjin:

“.28

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tar-Regolament II-2/B/9a, barriera tan-nirien tfisser apparat installat f'tubu tal-ventilazzjoni li f'kundizzjonijiet normali tibqa' miftuħa u tippermetti kurrent fit-tubu u li tingħalaq meta jkun hemm xi nirien biex tirrestrinġi l-fluss fit-tubu u b'hekk in-nirien ma jkomplux jinfirxu. Meta tintuża d-definizzjoni ta' hawn fuq, jistgħu jiġu assoċjati magħha t-termini li ġejjin:

.1

barriera tan-nirien awtomatika tfisser barriera tan-nirien li tingħalaq waħedha meta jkun hemm esponiment għall-prodotti tan-nar;

.2

barriera tan-nirien manwali tfisser barriera tan-nirien li hija maħsuba biex tinfetaħ jew tingħalaq mill-ekwipaġġ direttament fil-post; u

.3

barriera tan-nirien li titħaddem remotament tfisser barriera tan-nirien li l-ekwipaġġ jagħlqu permezz ta' apparat ta' kontroll li jinsab 'il bogħod mill-barriera ikkontrollata.

.29

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tar-Regolament II-2/B/9a, barriera tad-duħħan tfisser apparat installat f'tubu tal-ventilazzjoni li f'kundizzjonijiet normali tibqa' miftuħa u tippermetti kurrent fit-tubu u li tingħalaq meta jkun hemm xi nirien biex tirrestrinġi l-fluss fit-tubu u b'hekk id-duħħan u l-gassijiet sħan ma jkomplux jinfirxu. barriera tad-duħħan mhux mistenni li tikkontribwixxi għall-integrità ta' diviżjoni kklassifikata tan-nar ippenetrata minn tubu tal-ventilazzjoni. Meta tintuża d-definizzjoni ta' hawn fuq, jistgħu jiġu assoċjati magħha t-termini li ġejjin:

.1

barriera tad-duħħan awtomatika tfisser barriera tad-duħħan li tingħalaq waħedha meta jkun hemm esponiment għad-duħħan jew għall-gassijiet sħan;

.2

barriera tad-duħħan manwali tfisser barriera tad-duħħan li hija maħsuba biex tinfetaħ jew jingħalaq mill-ekwipaġġ direttament fil-post; u

.3

barriera tad-duħħan titħaddem remotament tfisser barriera tad-duħħan li l-ekwipaġġ jagħlqu permezz ta' apparat ta' kontroll li jinsab 'il bogħod mill-barriera ikkontrollata.”;

(b)

Ir-Regolament II-2/A/6.8.2.1 jinbidel b'dan li ġej:

“.1

il-partijiet tal-periklu tan-nirien tal-makkinarju tal-kombustjoni interna użat għall-propulsjoni prinċipali tal-bastiment u għall-ġenerazzjoni tal-enerġija u, għall-bastimenti li jinbnew fl-1 ta' Jannar 2018 jew wara, il-partijiet tal-periklu tan-nirien tal-makkinarju kollu tal-kombustjoni interna,”;

(c)

Il-kliem tal-bidu tar-Regolament II-2/A/11.1 jinbidel b'dan li ġej:

“.1

Għall-bastimenti mibnija qabel l-1 ta' Lulju 2019, l-ilbies tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar għandu jikkonsisti f':”;

(d)

jiżdiedu r-Regolamenti II-2/A/11.1.1.3 u II-2/A/11.1a li ġejjin:

“.1.3

Sal-1 ta' Lulju 2019, l-apparat awtonomu tat-teħid tan-nifs bl-arja kkumpressata li jifforma parti mill-ilbies tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar għandu jkun konformi mal-paragrafu 2.1.2.2 tal-Kapitolu 3 tal-Kodiċi tas-Sistemi tas-Sikurezza tan-Nar.

.1a

Għall-bastimenti mibnija fl-1 ta' Lulju 2019 jew wara, l-ilbies tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar għandu jkun konformi mal-Kodiċi tas-Sistemi tas-Sikurezza tan-Nar;”;

(e)

jiddaħħal ir-Regolament II-2/A/11.4a li ġej:

“.4a

Komunikazzjoni bejn il-ħaddiema tat-tifi tan-nar:

Fil-każ ta' bastimenti li abbord huma meħtieġa jġorru mill-inqas tibdila waħda tal-ilbies tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar u li jinbnew fl-1 ta' Jannar 2018 jew wara, għandhom jinġarru abbord tal-inqas żewġ radjutelefowns portabbli bidirezzjonali għal kull parti tat-tifi tan-nar għall-komunikazzjoni bejn il-ħaddiema tat-tifi tan-nar. Fil-każ tal-bastimenti li jaħdmu bl-LNG jew tal-bastimenti Ro-Ro tal-passiġġieri li jkollhom spazji Ro-Ro magħluqin jew spazji tal-kategorija speċjali, dawk ir-radjutelefowns portabbli bidirezzjonali għandhom ikunu tat-tip li jiflaħ għall-isplużjonijiet jew ikunu intrinsikament sikuri. Il-bastimenti mibnija qabel l-1 ta' Jannar 2018 għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament sa mhux iktar tard minn meta jsir l-ewwel stħarriġ wara l-1 ta' Lulju 2019.”;

(f)

jiżdied ir-Regolament II-2/A/15.2.6 li ġej:

“.6

F'bastimenti li huma suġġetti għar-Regolament II-2/A/11, iċ-ċilindri tal-apparat tat-teħid tan-nifs użati waqt l-eżerċizzji ta' prova għandhom jimtlew mill-ġdid jew jinbidlu qabel it-tluq.”;

(g)

ir-Regolament II-2/B/5.1 jinbidel b'dan li ġej:

“.1

Barra milli jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-integrità min-nirien tal-paratiji u tal-gverti msemmija f'postijiet oħra f'din il-parti, l-integrità minima min-nirien tal-paratiji u tal-gverti għandha tkun kif preskritta fit-tabelli 5.1 jew 5.1(a), u 5.2 jew 5.2(a), kif xieraq.

Meta jkunu qed jiġu approvati l-prekawzjonijiet strutturali għall-protezzjoni min-nirien fil-bastimenti l-ġodda, għandu jitqies ir-riskju tat-trasferiment tas-sħana bejn il-pontijiet tas-sħana fil-punti ta' intersezzjoni u fit-truf tal-apparat li jimblokka s-sħana.”;

(h)

tiddaħħal it-tabella 5.1(a) li ġejja wara t-Tabella 5.1 fir-Regolament II-2/B/5.4:

“It-tabella li ġejja għandha tapplika għall-BASTIMENTI KOLLHA TAL-KLASSI B, Ċ u D MIBNIJA FL-1 TA' JANNAR 2018 JEW WARA:

Tabella 5.1(a)

Integrità min-nirien tal-paratiji li jisseparaw l-ispazji ta' ħdejhom

Spazji

 

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

Stazzjonijiet tal-kontroll

(1)

A-0e

A-0

60

A-0

A-15

A-60

A-15

A-60

A-60

*

A-60

Kurituri

(2)

 

Ce

B-0e

A-0e

B-0e

B-0e

A-60

A-15

A-60

A-15

A-0d

*

A-30

Spazji tal-akkomodazzjoni

(3)

 

 

Ce

A-0e

B-0e

B-0e

A-60

A-0

A-0

A-15

A-0d

*

A-30

A-0d

Turġien

(4)

 

 

 

A-0e

B-0e

A-0e

B-0e

A-60

A-0

A-0

A-15

A-0d

*

A-30

Spazji tas-servizzi (riskju baxx)

(5)

 

 

 

 

Ce

A-60

A-0

A-0

A-0

*

A-0

Spazji tal-makkinarju tal-kategorija A

(6)

 

 

 

 

 

*

A-0

A-0

A-60

*

A-60

Spazji tal-makkinarju oħrajn

(7)

 

 

 

 

 

 

A-0b

A-0

A-0

*

A-0

Spazji tal-merkanzija

(8)

 

 

 

 

 

 

 

*

A-0

*

A-0

Spazji tas-servizzi (riskju għoli)

(9)

 

 

 

 

 

 

 

 

A-0b

*

A-30

Gverti miftuħa

(10)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

A-0

Spazji tal-kategorija speċjali u spazji Ro-Ro

(11)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

A-30”

(i)

tiddaħħal it-tabella 5.2(a) li ġejja wara t-Tabella 5.2 fir-Regolament II-2/B/5.4:

“It-tabella li ġejja għandha tapplika għall-BASTIMENTI KOLLHA TAL-KLASSI B, Ċ u D MIBNIJA FL-1 TA' JANNAR 2018 JEW WARA:

Tabella 5.2(a)

Integrità min-nirien tal-gverti li jisseparaw l-ispazji ta' ħdejhom

Spazji Taħt ↓

Spazji → Fuq

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

Stazzjonijiet tal-kontroll

(1)

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-60

A-0

A-0

A-0

*

A-60

Kurituri

(2)

A-0

*

*

A-0

*

A-60

A-0

A-0

A-0

*

A-30

Spazji tal-akkomodazzjoni

(3)

A-60

A-0

*

A-0

*

A-60

A-0

A-0

A-0

*

A-30

A-0d

Turġien

(4)

A-0

A-0

A-0

*

A-0

A-60

A-0

A-0

A-0

*

A-30

Spazji tas-servizzi (riskju baxx)

(5)

A-15

A-0

A-0

A-0

*

A-60

A-0

A-0

A-0

*

A-0

Spazji tal-makkinarju tal-kategorija A

(6)

A-60

A-60

A-60

A-60

A-60

*

A-60f

A-30

A-60

*

A-60

Spazji tal-makkinarju oħrajn

(7)

A-15

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

*

A-0

A-0

*

A-0

Spazji tal-merkanzija

(8)

A-60

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

*

A-0

*

A-0

Spazji tas-servizzi (riskju għoli)

(9)

A-60

A-30

A-0d

A-30

A-0d

A-30

A-0d

A-0

A-60

A-0

A-0

A-0

*

A-30

Gverti miftuħa

(10)

*

*

*

*

*

*

*

*

*

A-0

Spazji tal-kategorija speċjali u spazji Ro-Ro

(11)

A-60

A-30

A-30

A-0d

A-30

A-0

A-60

A-0

A-0

A-30

A-0

A-30

Noti li jridu jiġu applikati għat-tabelli 5.1, 5.1(a), 5.2 u 5.2(a), kif xieraq

(a)

Għal kjarifika dwar liema minnhom tapplika, ara r-Regolamenti II-2/B/3 u 8.

(b)

Fejn l-ispazji huma tal-istess kategorija numerika u tidher superskritta b, paratija jew gverta tal-klassifikazzjoni murija fit-tabelli hija meħtieġa biss meta l-ispazji ta' ħdejhom huma għal skop differenti, eż. fil-kategorija (9). Kċina ħdejn kċina ma teħtieġx paratija iżda kċina ħdejn kamra taż-żebgħa teħtieġ paratija “A-0”.

(c)

Paratiji li jisseparaw il-kamra tat-tmunier u l-kamra tal-mapep nawtiċi minn xulxin jista' jkollhom klassifikazzjoni “B-0”.

(d)

Ara l-paragrafu.2.3 u.2.4 ta' dan ir-Regolament.

(e)

Għall-applikazzjoni tar-Regolament 2.1.2, kull fejn kienu jidhru “B-0” u “C”, fit-tabelli 5.1 u 5.1a, għandhom jinqraw bħala “A-0”.

(f)

M'hemmx bżonn li jkun hemm iżolament min-nirien jekk l-ispazju tal-makkinarju fil-kategorija (7) ftit li xejn għandu riskju min-nirien.

(*)

Fejn tidher asterisk fit-tabelli, id-diviżjoni hija meħtieġa li tkun tal-azzar jew materjal ieħor ekwivalenti, iżda mhix meħtieġa li tkun tal-istandard tal-klassi “A”. F'bastimenti li huma mibnija fl-1 ta' Jannar 2003 jew wara, madanakollu, fejn gverta, ħlief fi spazju tal-kategorija (10), hija ppenetrata biex jgħaddu l-kejbils elettriċi, il-pajpijiet u t-tubi tal-ventilazzjoni, tali penetrazzjoni għandha tkun bl-eżatt biex tevita li jgħaddu l-fjammi u d-duħħan. Id-diviżjonijiet bejn l-istazzjonijiet tal-kontroll (ġeneraturi tal-emerġenza) u l-gverti miftuħa jista' jkollhom aperturi tat-teħid tal-arja mingħajr mezz għall-għeluq, sakemm ma titwaħħalx sistema fissa tal-gass tat-tifi tan-nar. Għall-applikazzjoni tar-Regolament II-2/B/2.1.2 asterisk, li jidher fit-tabella 5.2 u 5.29a), ħlief għall-kategoriji (8) u (10), għandu jinqara bħala “A-0”.”;

(j)

jiżdied ir-Regolament II-2/B/6.3.4 li ġej:

“BASTIMENTI TAL-KLASSI B, Ċ U D MIBNIJA FL-1 TA' JANNAR 2018 JEW WARA

.3.4

Għandhom jiġu pprovduti żewġ mezzi ta' ħrib mil-post tax-xogħol ewlieni fi spazju tal-makkinarju. Mill-inqas waħda minn dawn ir-rotot tal-ħrib għandha tipprovdi kenn kontinwu min-nirien għall-pożizzjoni sikura barra l-ispazju tal-makkinarju.”;

(k)

it-titolu tar-Regolament II-2/B/9 jinbidel b'dan li ġej:

“9   Sistemi ta' ventilazzjoni għal bastimenti mibnija qabel l-1 ta' Jannar 2018 (R 32)”;

(l)

jiddaħħal ir-Regolament II-2/B/9a li ġej:

9a   Sistemi ta' ventilazzjoni fil-bastimenti

BASTIMENTI TAL-KLASSI B, Ċ U D MIBNIJA FL-1 TA' JANNAR 2018 JEW WARA

.1   Ġenerali

.1

It-tubi ta' ventilazzjoni, inklużi tubi tal-ħajt singoli u doppji, għandhom ikunu tal-azzar jew materjal ekwivalenti, ħlief għal minfaħ flessibbli ta' tul qasir ta' mhux iktar minn 600 mm użat għall-konnessjoni ta' fannijiet mat-tubi fil-kmamar tal-ikkundizzjar tal-arja. Sakemm ma jkunx espressament ipprovdut mod ieħor fil-paragrafu.1.6, kwalunkwe materjal ieħor użat fil-kostruzzjoni tat-tubi, inkluż l-iżolament, għandhom ikunu wkoll ta' materjal mhux kombustibbli. Madankollu, tubi qosra, mhux iktar minn 2 m f'tul u b'erja ta' taqsima trażversali libera (It-terminu erja ta' taqsima trażversali libera ifisser, anki fil-każ ta' tubu iżolat minn qabel, l-erja kkalkulata abbażi tad-dimensjonijiet ta' ġewwa tat-tubu innifsu u mhux l-iżolament) ta' mhux iktar minn 0,02 m2, ma hemmx bżonn li jkunu tal-azzar jew ta' materjal ekwivalenti, suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

.1

it-tubi għandhom ikunu magħmula minn materjal mhux kombustibbli li l-wiċċ intern u l-wiċċ estern tagħhom ikollu membrani li għandhom karatteristiċi ta' firxa tal-fjammi baxxa u, fi kwalunkwe każ, valur kalorifiku li ma jaqbiżx il-45 MJ/m2 tal-erja tal-wiċċ tagħhom għall-ħxuna użata. Il-valur kalorifiku għandu jiġi kkalkulat f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet ippubblikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, b'mod partikolari l-pubblikazzjoni ISO 1716:2002, “Reaction to the fire tests for building products — Determination of the heat of combustion”.;

.2

it-tubi jintużaw biss fit-tarf tal-apparat tal-ventilazzjoni; u

.3

it-tubi ma għandhomx ikunu f'anqas minn 600 mm, imkejla matul it-tubu, minn fetħa f'diviżjoni tal-klassi “A” jew “B”, inkluż saqaf kontinwu tal-klassi “B”.

.2

L-arranġamenti li ġejjin għandhom jiġu ttestjati f'konformità mal-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nirien:

.1

barrieri tan-nirien inklużi l-mezzi rilevanti tal-operat tagħhom, għalkemm mhux meħtieġ l-ittestjar għal barrieri li jinsabu fil-parti l-baxxa tat-tubu f'tubi tal-egżost għall-fuklari tal-kċina, li għandhom ikunu tal-azzar u kapaċi jwaqqfu l-kurrent fit-tubu; u

.2

penetrazzjonijiet tat-tubu li jgħaddu mid-diviżjonijiet tal-klassi “A”, għalkemm l-ittestjar mhux meħtieġ fejn il-kmiem tal-azzar huma magħquda direttament mat-tubi tal-ventilazzjoni permezz ta' konnessjonijiet irbattuti jew invitati jew bl-iwweldjar.

.3

Il-barrieri tan-nirien għandhom ikunu aċċessibbli faċilment. Fejn huma mpoġġija wara s-soqfa jew it-truf, dawk is-soqfa jew it-truf għandhom jiġu pprovduti b'fetħa ta' spezzjoni li fuqha huwa mmarkat in-numru tal-identifikazzjoni tal-barriera tan-nirien. In-numru tal-identifikazzjoni tal-barriera tan-nirien għandu jitpoġġa ukoll fuq kwalunkwe kontroll remot ipprovdut.

.4

It-tubi tal-ventilazzjoni għandhom jiġu pprovduti b'fetħa għall-ispezzjoni u għat-tindif. Dawn il-fetħiet għandhom ikunu viċin tal-barrieri tan-nirien.

.5

Il-bokok u l-iżbokok prinċipali tas-sistemi tal-ventilazzjoni għandhom ikunu jistgħu jingħalqu minn barra l-ispazji li jkun qegħdin jiġu vventilati. Il-mezz tal-għeluq għandu jkun aċċessibbli faċilment kif ukoll immarkat b'mod prominenti u permanenti u għandu jindika l-pożizzjoni operattiva tal-apparat tal-għeluq.

.6

Gaskets kombustibbli f'konnessjonijiet flanġati tat-tubu tal-ventilazzjoni mhumiex permessi f'inqas minn 600 mm ta' fetħiet fid-diviżjonijiet tal-klassi' “A” jew “B” f'tubi meħtieġa li jkunu tal-klassi ta' kostruzzjoni “A”.

.7

Il-fetħiet tal-ventilazzjoni jew it-tubi tal-ibbilanċjar tal-arja bejn żewġ spazji magħluqa, ma għandhomx ikunu pprovduti ħlief kif jippermetti r-Regolament II-2/B/7.7.

.2   Arranġament tat-tubi

.1

Is-sistemi tal-ventilazzjoni għall-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A, l-ispazji tal-vetturi, l-ispazji Ro-Ro, il-kċejjen, l-ispazji tal-kategorija speċjali u l-ispazji tal-merkanzija għandhom ikunu separati minn xulxin u mis-sistemi tal-ventilazzjoni li jservu spazji oħra. Madankollu, is-sistemi tal-ventilazzjoni tal-kċina fuq il-bastimenti tal-passiġġieri li jġorru mhux iktar minn 36 passiġġier ma hemmx bżonn li jkunu separati totalment minn sistemi tal-ventilazzjoni oħrajn, iżda jistgħu jiġu servuti permezz ta' tubi separati minn unità tal-ventilazzjoni li sservi spazji oħra. F'tali każ għandha titwaħħal barriera tan-nirien awtomatika fit-tubu tal-ventilazzjoni tal-kċina ħdejn l-unità tal-ventilazzjoni.

.2

Tubi pprovduti għall-ventilazzjoni tal-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A, kċejjen, spazji tal-vetturi, spazji Ro-Ro jew spazji tal-kategorija speċjali ma għandhomx jgħaddu mill-ispazji ta' akkomodazzjoni, l-ispazji tas-servizz, jew l-istazzjonijiet tal-kontroll sakemm ma jikkonformawx mal-paragrafu.2.4.

.3

Tubi pprovduti għall-ventilazzjoni tal-ispazji tal-akkomodazzjoni, l-ispazji tas-servizz jew l-istazzjonijiet tal-kontroll ma għandhomx jgħaddu mill-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A, il-kċejjen, l-ispazji tal-vetturi, l-ispazji Ro-Ro jew l-ispazji ta' kategorija speċjali sakemm ma jikkonformawx mal-paragrafu.2.4.

.4

Kif permess permezz tal-paragrafi.2.2 u.2.3 it-tubi għandhom ikunu jew:

.1.1

mibnija minn azzar ta' ħxuna ta' mill-inqas 3 mm għal tubi b'erja ta' taqsima trażversali libera ta' anqas minn 0,075 m2, mill-inqas 4 mm għal tubi b'erja trażversali libera ta' bejn 0,075 m2 u 0,45 m2, u mill-inqas 5 mm għal tubi b'erja trażversali libera ta' iktar minn 0,45 m2;

.1.2

appoġġati u mwebbsa b'mod adattat;

.1.3

attrezzati b'barrieri tan-nirien awtomatiċi qrib it-truf ippenetrati; u

.1.4

iżolati sa standard tal-klassi “A-60” mit-truf tal-ispazji li qegħdin iservu sa punt ta' mill-inqas 5 m lil hinn minn kull barriera tan-nirien;

jew

.2.1

inbnew mill-azzar f'konformità mal-paragrafi.2.4.1.1 u.2.4.1.2; u

.2.2

iżolati sa standard tal-klassi “A-60” matul l-ispazji li jgħaddu minnhom, ħlief għal tubi li jgħaddu minn spazji tal-kategorija (9) jew (10) kif definit fir-Regolament II-2/B/4.2.2.

.5

Għall-finijiet tal-paragrafi.2.4.1.4 u. 2.4.2.2, it-tubi għandhom ikunu iżolati tul il-wiċċ estern trażversali intier tagħhom. Tubi li huma barra iżda ħdejn l-ispazju speċifikat, u jikkondividu miegħu wiċċ wieħed jew iktar, għandhom jiġu meqjusa li jgħaddu mill-ispazju speċifikat u għandhom jiġu iżolati fuq il-wiċċ li jikkondividu mal-ispazju għal distanza ta' 450 mm lil hinn milt-tubu (Id-disinji ta' tali arranġamenti jinsabu fil-Kapitolu II-2 tal-Unified Interpretations of SOLAS (MSC.1/Circ.1276)).

.6

Meta huwa meħtieġ li tubu tal-ventilazzjoni jgħaddi minn diviżjoni ta' żona vertikali, għandha titwaħħal barriera tan-nirien awtomatika ħdejn id-diviżjoni. Il-barriera għandha tkun tista' tingħalaq ukoll manwalment minn kull naħa tad-diviżjoni. Il-post tal-kontroll għandu jkun aċċessibbli faċilment u għandu jkun immarkat b'mod ċar u prominenti. It-tubu bejn id-diviżjoni u l-barriera għandu jkun tal-azzar f'konformità mal-paragrafi.2.4.1.1 u.2.4.1.2 u iżolat sa mill-inqas l-istess integrità minn nirien bħad-diviżjoni ppenetrata. Il-barriera għandha titwaħħal fuq ta' lanqas naħa waħda tad-diviżjoni b'indikatur viżibbli li turi l-pożizzjoni operattiva tal-barriera.

.3   Dettalji ta' barrieri tan-nirien u penetrazzjonijiet tat-tubi

.1

It-tubi li jgħaddu mid-diviżjonijiet tal-klassi “A” għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

.1

fejn tubu ta' kisja rqiqa b'erja ta' taqsima trażversali libera daqs, jew anqas minn, 0,02 m2 jgħaddi minn diviżjonijiet tal-klassi “A”, il-fetħa għandu jkollha komma b'folja tal-azzar ta' ħxuna ta' mill-inqas 3 mm u tul ta' mill-inqas 200 mm, diviża preferibbilment f'100 mm fuq kull naħa tal-paratija jew, fil-każ tal-gverta, impoġġija totalment fuq in-naħa l-baxxa tal-gverti ppenetrati;

.2

fejn tubi tal-ventilazzjoni b'erja ta' taqsima trażversali libera ta' iktar minn 0,02 m2, iżda mhux iktar minn 0,075 m2, jgħaddu minn diviżjonijiet tal-klassi “A”, il-fetħiet għandhom ikunu miksija bi kmiem b'folja tal-azzar. It-tubi u l-kmiem għandhom ikollhom ħxuna ta' mill-inqas 3 mm u tul ta' mill-inqas 900 mm. Meta jgħaddu mill-paratiji, dan it-tul għandu jiġi diviż preferibbilment f'450 mm fuq kull naħa tal-paratija. Dawn it-tubi, jew kmiem li jiksu tali tubi, għandhom jiġu pprovduti b'iżolament min-nirien. L-iżolament għandu jkollu mill-inqas l-istess integrità min-nirien bħad-diviżjoni li minnha jgħaddi t-tubu; u

.3

għandhom jitwaħħlu barrieri tan-nirien awtomatiċi fit-tubi kollha b'erja ta' taqsima trażversali libera ikbar minn 0,075 m2 li jgħaddu minn diviżjonijiet tal-klassi “A”. Kull barriera għandha titwaħħal qrib tad-diviżjoni ppenetrata u t-tubu bejn il-barriera u d-diviżjoni ppenetrata għandu jkun tal-azzar f'konformità mal-paragrafi.2.4.2.1 u.2.4.2.2. Il-barriera tan-nirien għandha topera awtomatikament, iżda għandha tkun tista' tingħalaq ukoll manwalment miż-żewġ naħat tad-diviżjoni. Il-barriera għandha titwaħħal b'indikatur viżibbli li juri l-pożizzjoni tal-operat tal-barriera. Madanakollu, mhumiex meħtieġa barrieri tan-nirien fejn it-tubi jgħaddu mill-ispazji imdawra b'diviżjonijiet tal-klassi “A”, mingħajr ma jservu dawk l-ispazji, sakemm dawk it-tubi ikollhom l-istess integrità min-nirien bħad-diviżjonijiet li jippenetraw. Tubu ta' taqsima trażversali ta' iktar minn 0,075 m2 ma għandux jinqasam f'diversi tubi sa penetrazzjoni ta' diviżjoni tal-klassi “A” u mbagħad rikombinat fit-tubu oriġinali darba permezz ta' diviżjoni li jevita li jiġu installati l-barrieri meħtieġa permezz ta' din id-dispożizzjoni.

.2

Tubi tal-ventilazzjoni b'erja ta' taqsima trażversali libera ikbar minn 0,02 m2 li jgħaddu minn paratiji tal-klassi “B” għandhom ikunu miksija bi kmiem b'folja tal-azzar twal 900 mm, diviżi preferibbilment f'450 mm fuq kull naħa tal-paratiji sakemm it-tubu ma jkunx tal-azzar għal dan it-tul.

.3

Il-barrieri tan-nirien kollha għandhom ikunu jistgħu joperaw manwalment. Il-barrieri għandu jkollhom mezzi mekkaniċi ta' rilaxx dirett jew, alternattivament, jingħalqu permezz ta' mezzi elettriċi, idrawliċi jew b'operazzjoni pnewmatika. Il-barrieri kollha għandhom ikunu jistgħu joperaw manwalment miż-żewġ naħat tad-diviżjoni. barrieri tan-nirien awtomatiċi, inkluż dawk li jistgħu joperaw remotament, għandu jkollhom mekkaniżmu sikur li se jagħlaq il-barriera tan-nirien anki jekk tintefa l-enerġija elettrika jew ikun hemm telf tal-pressjoni idrawlika jew pnewmatika. barrieri tan-nirien li joperaw remotament għandhom ikunu jistgħu jerġgħu jinfetaħ mill-ġdid manwalment mill-barriera infisha.

.4   Sistemi ta' ventilazzjoni għal bastimenti tal-passiġġieri li jġorru iktar minn 36 passiġġier

.1

Minbarra r-rekwiżiti fit-taqsimiet.1,.2 u.3, is-sistema ta' ventilazzjoni ta' bastiment tal-passiġġieri li jġorr iktar minn 36 passiġġier għandha tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti li ġejjin:

.1

B'mod ġenerali, l-fannijiet ta' ventilazzjoni għandhom ikunu mpoġġija f'tali mod li t-tubi li jilħqu l-ispazji varji jibqgħu fiz-żona prinċipali vertikali.

.2

L-ispazji magħluqa ta' taraġ għandhom jiġu moqdija minn fann ta' ventilazzjoni u sistema ta' tubi indipendenti (tal-egżost u l-provvista) li ma għandhomx iservu spazji oħra tas-sistemi ta' ventilazzjoni.

.3

Tubu, irrispettivament mit-taqsima trażversali tiegħu, li jservi iktar minn spazju tal-akkomodazzjoni, spazju tas-servizz jew stazzjon ta' kontroll wieħed tal-gverta ta' taħt, għandu jkun mgħammar, ħdejn il-penetrazzjoni ta' kull gverta ta' tali spazji, b'sistema awtomatika ta' barriera tad-duħħan li għandha tkun tista' tingħalaq ukoll manwalment mill-gverta protetta ta' fuq il-barriera. Fejn fann iservi iktar minn spazju wieħed tal-gverta ta' taħt permezz ta' tubi separati fi ħdan żona prinċipali vertikali, fejn kull wieħed minnhom huwa ddedikat għal spazju uniku tal-gverta ta' taħt, kull tubu għandu jiġi pprovdut b'barriera tad-duħħan li topera manwalment imwaħħla qrib tal-fann.

.4

It-tubi vertikali għandhom, jekk meħtieġ, jiġu iżolati kif meħtieġ mit-tabelli 4.1 u 4.2. It-tubi għandhom ikunu iżolati kif meħtieġ għall-gverti bejn l-ispazju li jservu u l-ispazju li jkun qed jiġi kkunsidrat, kif applikabbli.

.5   Tubi tal-egżost mill-fuklari tal-kċina

.1   Rekwiżit għal bastimenti tal-passiġġieri li jġorru iktar minn 36 passiġġier

.1

B'żieda mar-rekwiżiti fit-Taqsimiet.1,.2 u.3, it-tubi tal-egżost mill-fuklari tal-kċina għandhom jinbnew f'konformità mal-paragrafi.2.4.2.1 u.2.4.2.2 u iżolati fl-istandard tal-klassi “A-60” tul l-ispazji tal-akkomodazzjoni, l-ispazji tas-servizz jew l-istazzjonijiet tal-kontroll li jgħaddu minnhom. Dawn għandhom ikunu mgħammra wkoll b':

.1

serpentina tal-grass li tkun tista' titneħħa faċilment għat-tindif kemm-il darba s-sistema alternattiva approvata għat-tneħħija tal-grass ma tkunx imwaħħla;

.2

barriera tan-nirien lokalizzata fit-tarf t'isfel tat-tubu fil-ġunzjoni bejn it-tubu u l-kappa tal-fuklar tal-kċina li tkun topera awtomatikament u remotament, u b'żieda, barriera tan-nirien operata remotament li tinsab fit-tarf ta' fuq tat-tubu viċin tal-iżbokk tat-tubu;

.3

mezz fiss għat-tifi ta' nar fit-tubu. Is-sistemi tat-tifi tan-nar għandhom ikunu konformi mar-rakkomandazzjonijiet ippubblikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, b'mod partikolari l-pubblikazzjoni ISO 15371:2009 “Ships and marine technology — Fire-extinguishing systems for protection of galley cooking equipment”;

.4

arranġamenti ta' kontroll remot għall-għeluq tal-fannijiet tal-egżost u l-fannijiet ta' provvista, għall-operat tal-barrieri tan-nirien imsemmija fil-paragrafu.5.1.1.2 u għall-operat tas-sistema tat-tifi tan-nar, għandhom jitpoġġew f'pożizzjoni qrib tad-daħla tal-kċina. Fejn hija installata sistema b'ħafna fergħat, għandu jiġi pprovdut mezz remot lokalizzat bil-kontrolli ta' hawn fuq biex jagħlaq l-fergħat kollha li jitfgħu l-egżost mill-istess tubu prinċipali qabel ma jiġi rrilaxxat mezz ta' tifi fis-sistema; u

.5

aperturi li jinsabu f'postijiet adegwati għall-ispezzjoni u għat-tindif, inkluż wieħed ipprovdut qrib ta' fann tal-egżost u wieħed mgħammar fit-tarf t'isfel fejn jakkumula l-grass.

.2

It-tubi tal-egżost minn fuklari għat-tagħmir tat-tisjir installati fuq gverti miftuħa għandhom jikkonformaw mal-paragrafu.5.1.1, kif applikabbli, meta jgħaddu minn spazji tal-akkomodazzjoni u spazji li fihom materjali kombustibbli.

.2   Rekwiżiti għal bastimenti tal-passiġġieri li jġorru mhux iktar minn 36 passiġġier

Meta jgħaddu minn spazji tal-akkommodazzjoni jew spazji li jkun fihom materjali kombustibbli, it-tubi tal-egżost mill-fuklari tal-kċina għandhom ikunu mibnija f'konformità mal-paragrafi .2.4.1.1 u .2.4.1.2. Kull tubu tal-egżost għandu jkun mgħammar b':

.1

serpentina tal-grass li tinqala' faċilment għat-tindif;

.2

barriera tan-nirien operata awtomatikament u remotament lokalizzata fit-tarf t'isfel tat-tubu fil-ġunzjoni bejn it-tubu u tal-kappa tal-fuklar tal-kċina u, barra minn hekk, barriera tan-nirien operata remotament fit-tarf ta' fuq tat-tubu qrib l-iżbokk tat-tubu;

.3

arranġamenti, li joperaw minn ġewwa l-kċina, għall-għeluq tal-fannijiet tal-egżost u tal-provvista; u

.4

mezz fiss għat-tifi tan-nar fit-tubu.

.6   Kmamar tal-ventilazzjoni li jservu l-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A li fihom makkinarju tal-kombustjoni interna

.1

Fejn kamra tal-ventilazzjoni sservi biss tali żona maġenb spazju tal-makkinarju u ma hemm l-ebda diviżjoni tan-nar bejn il-kamra tal-ventilazzjoni u l-ispazju tal-makkinarju, il-mezzi għall-għeluq tat-tubu jew tat-tubi tal-ventilazzjoni li jservu l-ispazju tal-makkinarju għandhom ikunu jinsabu barra l-kamra tal-ventilazzjoni u l-ispazju tal-makkinarju.

.2

Fejn kamra tal-ventilazzjoni sservi tali spazju tal-makkinarju kif ukoll spazji oħra u hija separata mill-ispazju tal-makkinarju permezz ta' diviżjoni tal-klassi “A-0”, inkluż penetrazzjonijiet, il-mezzi għall-għeluq tat-tubu jew tat-tubi tal-ventilazzjoni tal-ispazju tal-makkinarju jistgħu jkunu fil-kamra tal-ventilazzjoni.

.7   Sistemi tal-ventilazzjoni għall-kmamar tal-ħasil tal-ħwejjeġ fil-bastimenti tal-passiġġieri li jġorru iktar minn 36 passiġġier

It-tubi tal-egżost mill-kmamar tal-ħasil tal-ħwejjeġ u mill-kmamar tat-tnixxif tal-ispazji tal-kategorija (13) kif definiti fir-Regolament II-2/B//.2.2 għandhom ikunu mgħammra bi:

.1

filtri li jitneħħew faċilment għal raġunijiet ta' tindif;

.2

barriera tan-nirien imqiegħda fit-tarf ta' isfel tat-tubu li hija operata awtomatikament u remotament;

.3

arranġamenti ta' kontroll remot għall-għeluq tal-fannijiet tal-egżost u tal-fannijiet ta' provvista minn ġewwa l-ispazju u għall-operat tal-barriera tan-nirien imsemmija fil-paragrafu.7.2; u

.4

aperturi mpoġġija f'postijiet adattati skont kif meħtieġ għall-ispezzjoni u t-tindif.”;

(m)

jiżdiedu r-Regolamenti II-2/A/13.4, II-2/B/13.5 u II-2/B/13.6 li ġejjin:

“BASTIMENTI TAL-KLASSI B, Ċ U D MIBNIJA FL-1 TA' JANNAR 2018 JEW WARA

.4

Sistema fissa tad-detezzjoni tan-nirien u tal-allarm kontra n-nirien ta' tip approvat, f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament II-2/A/9, għandha tiġi installata fi spazji tal-makkinarju fejn:

.4.1

l-istallazzjoni ta' sistemi u tagħmir ta' kontroll awtomatiku u remot ġiet approvata bħala kumpens għall-preżenza kontinwa tal-ekwipaġġ fl-ispazju; u

.4.2

il-makkinarju prinċipali tal-propulsjoni u dak assoċjat, inklużi sorsi ta' sors prinċipali tal-enerġija elettrika huma pprovduti bi gradi varji ta' kontroll awtomatiku jew remot u huma taħt superviżjoni tal-ekwipaġġ kontinwa minn kamra tal-kontroll.

.5

Sistema fissa tad-detezzjoni tan-nirien u tal-allarm kontra n-nirien ta' tip approvat, f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament II-2/A/9, għandha tiġi installata fi spazji magħluqa li fihom l-inċineraturi:

.6

Fir-rigward tas-sistema fissa tadd-detezzjoni tan-nirien u tal-allarm kontra n-nirien meħtieġa permezz tar-Regolamenti II-2/B/13.4 u 13.5, għandu japplika dan li ġej:

 

Is-sistema ta' detezzjoni tan-nirien għandha tkun iddisinjata b'tali mod u d-detetturi mpoġġija f'tali pożizzjoni sabiex jintraċċaw malajr il-bidu tan-nirien fi kwalunkwe parti ta' dawk l-ispazji u fi kwalunkwe kundizzjoni tal-operat normali tal-makkinarju u tal-varjazzjonjiet tal-ventilazzjoni kif meħtieġ mill-firxa possibbli tat-temperaturi ambjentali. Ħlief fi spazji ta' għoli ristrett u fejn l-użu tagħhom huwa speċjalment adattat, mhumiex permessi sistemi ta' detetturi li jużaw biss detetturi normali. Is-sistema ta' detettezzjoni għandha tiskatta allarmi li jinstemgħu u li jidhru li huma differenti fiż-żewġ każijiet mill-allarmi ta' kwalunkwe sistema oħra li ma tkunx qed tindika n-nirien, f'biżżejjed postijiet biex tiżgura li l-allarmi jinstemgħu u huma osservati fuq il-pont tan-navigazzjoni u minn uffiċjal inġinier responsabbli.

 

Meta l-pont tan-navigazzjoni ma jkollux ekwipaġġ, l-allarm għandu jinstema' f'post fejn ikun hemm membru tal-ekwipaġġ responsabbli fuq xogħol.

 

Wara l-installazzjoni, is-sistema għandha tiġi ttestjata taħt kundizzjonijiet operattivi varji tal-magna u tal-ventilazzjoni.”;

(n)

ir-Regolament II-2/B/14.1.1.2 jinbidel b'dan li ġej:

“.2

Ir-rekwiżiti tar-Regolamenti II-2/A/12, II-2/B/7 u II-2/B/9 u II-2/B/9a għaż-żamma tal-integrità taż-żoni vertikali għandhom jiġu applikati ugwalment għall-gverti u għall-paratiji li jiffurmaw it-truf li jisseparaw iż-żoni orizzontali minn xulxin u mill-kumplament tal-bastiment.”;

(o)

ir-Regolament II-2/B/14.1.2.2 jinbidel b'dan li ġej:

“.2

F'bastimenti ġodda mibnija qabel l-1 ta' Jannar 2018 li jġorru mhux iktar minn 36 passiġġier u f'bastimenti eżistenti tal-klassi B li jġorru iktar minn 36 passiġġier, il-paratiji tat-tarf tal-ispazji tal-kategorija speċjali għandhom jiġu iżolati kif meħtieġ mill-ispazji tal-kategorija (11) fit-tabella 5.1 tar-Regolament II-2/B/5 u t-truf orizzontali kif meħtieġ għall-kategorija (11) fit-tabella 5.2 tar-Regolament II-2/B/5. F'bastimenti mibnija fl-1 ta' Jannar 2018 jew wara li jġorru mhux iktar minn 36 passiġġier, il-paratiji tat-tarf tal-ispazji tal-kategorija speċjali għandhom jiġu iżolati kif meħtieġ mill-ispazji tal-kategorija (11) fit-tabella 5.1a tar-Regolament II-2/B/5 u t-truf orizzontali kif meħtieġ għall-kategorija (11) fit-tabella 5.2a tar-Regolament II-2/B/5.”;

(3)

fil-Kapitolu III:

(a)

it-tabella fir-Regolament III/2.6 tinbidel b'dan li ġej:

“Spazji

B

C

D

Għadd ta' persuni (N)

Għadd ta' passiġġieri (P)

> 250

≤ 250

> 250

≤ 250

> 250

≤ 250

Kapaċità tal-opra tal-baħar tas-sopravivenza (1)  (2)  (3)  (4):

 

 

 

 

 

 

bastimenti eżistenti

1,10 N

1,10 N

1,10 N

1,10 N

1,10 N

1,10 N

bastimenti ġodda

1,25 N

1,25 N

1,25 N

1,25 N

1,25 N

1,25 N

Dgħajjes tas-salvataġġ (4)  (5)

1

1

1

1

1

1

Bagi tas-salvataġġ (6)

8

8

8

4

8

4

Ġkieket tas-salvataġġ (8)  (9)  (12)  (13)

1,05 N

1,05 N

1,05 N

1,05 N

1,05 N

1,05 N

Ġkieket tas-salvataġġ tat-tfal (9)  (13)

0,10 P

0,10 P

0,10 P

0,10 P

0,10 P

0,10 P

Ġkieket tas-salvataġġ tat-trabi (10)  (13)

0,025 P

0,025 P

0,025 P

0,025 P

0,025 P

0,025 P

Murtali tal-periklu (7)

12

12

12

12

6

6

Apparat li jitfa' l-ħbula (14)

1

1

1

1

Transponders tar-radar

1

1

1

1

1

1

Apparat tar-radjutelefown VHF bidirezzjonali

3

3

3

3

3

2

(b)

jiddaħħal ir-Regolament III/9/2a li ġej:

“.2a

Mhux iktar tard mill-ewwel dħul f'baċir skedat wara l-1 ta' Jannar 2018, iżda mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju 2019, il-mekkaniżmi tar-rilaxx malli jitgħabbu d-dgħajjes tas-sopravivenza li ma jikkonformawx mal-paragrafi 4.4.7.6.4 sa 4.4.7.6.6 tal-Kodiċi LSA għandhom jiġu sostitwiti b'tagħmir li jikkonforma mal-Kodiċi (*).

(*)  Irreferi għal-Linji Wwida għall-evalwazzjoni u s-sostituzzjoni ta' sistemi ta' rilaxx u rkupru ta' dgħajjes tas-sopravivenza (MSC.1/Circ.1392)”;"

(c)

jiddaħħal ir-Regolament III/10a li ġej:

10a   Irkupru ta' persuni mill-ilma

BASTIMENTI TAL-KLASSI B, Ċ U D MIBNIJA FL-1 TA' JANNAR 2018 JEW WARA

.1

Il-bastimenti kollha għandhom ikollhom pjanijiet u proċeduri għall-irkupru ta' persuni mill-ilma, b'konsiderazzjoni tal-linji gwida żviluppati mill-OMI (**). Il-pjanijiet u l-proċeduri għandhom jidentifikaw it-tagħmir maħsub biex jintuża għal finijiet ta' rkupru u l-miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi minimizzat ir-riskju tal-persunal abbord involut f'operazzjonijiet ta' rkupru. Bastimenti mibnija qabel l-1 ta' Jannar 2018 għandhom ikunu konformi ma' dan ir-rekwiżit sal-ewwel stħarriġ perjodiku jew ta' tiġdid tat-tagħmir tas-sikurezza.

.2

Il-bastimenti tal-passiġġieri Ro-Ro li jikkonformaw mar-Regolament III/5-1.4 għandhom jitqiesu li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament.

(**)  Linji gwida għall-iżvilupp ta' pjanijiet u proċeduri għall-irkupru ta' persuni mill-ilma (MSC.1/Circ.1447).”;"

(d)

jiddaħħal ir-Regolament III/13.9 li ġej:

“.9

Il-membri tal-ekwipaġġ b'responsabbiltajiet ta' dħul fi spazju magħluq jew ta' salvataġġ għandhom jipparteċipaw fl-eżerċizzju ta' dħul fi spazju magħluq u tas-salvataġġ li għandu jsir abbord il-bastiment b'intervall li għandu jiġi stabbilit mill-Amministrazzjoni, iżda mhux inqas minn darba fis-sena:

.1   Eżerċizzji ta' dħul fi spazju magħluq u tas-salvataġġ

.1

L-eżerċizzji ta' dħul fi spazju magħluq u tas-salvataġġ għandhom ikunu ppjanati u jitwettqu b'mod sikur, filwaqt li jikkunsidraw, kif xieraq, il-gwida pprovduta fir-rakkomandazzjonijiet żviluppati mill-IMO (***).

.2

Kull eżercizzju ta' dħul fi spazju magħluq u tas-salvataġġ għandu jinkludi:

.1

l-iċċekkjar u l-użu ta' tagħmir protettiv personali meħtieġ għad-dħul;

.2

l-iċċekkjar u l-użu ta' tagħmir ta' komunikazzjoni u proċeduri;

.3

l-iċċekkjar u l-użu ta' strumenti li jkejlu l-atmosfera fi spazji magħluqa;

.4

l-iċċekkjar u l-użu ta' tagħmir ta' salvataġġ u proċeduri; u

.5

struzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u tekniki ta' risuxxitazzjoni.

(***)  Irreferi għar-Rakkomandazzjonijiet Riveduti għad-dħul fi spazji magħluqa abbord bastimenti, adottati mill-OMI permezz tar-Riżoluzzjoni A.1050(27).”"

(e)

jiddaħħal ir-Regolament III/14 li ġej:

14   Rekords (R 19.5)

BASTIMENTI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D:

.1

Id-data ta' meta jsiru kontrolli tal-ġemgħa, dettalji ta' eżerċizzji tal-abbandun tal-bastiment u tan-nirien, eżerċizzji ta' dħul fi spazju magħluq u tas-salvataġġ, eżerċizzji ta' tagħmir ieħor tas-salvataġġ u taħriġ abbord, għandhom ilkoll jiġu rreġistrati f'reġistru bħal dan kif jista' jiġi preskritt mill-Amministrazzjoni. Jekk kontroll tal-ġemgħa sħiħ, eżerċizzju jew sessjoni ta' taħriġ ma jsirux fiż-żmien appuntat, għandha ssir annotazzjoni fir-Reġistru li tiddikjara ċ-ċirkostanzi u d-dettalji ta' kemm fil-fatt sar mill-kontroll tal-ġemgħa, mill-eżerċizzju jew mis-sessjoni ta' taħriġ.”.


(1)  Opri tal-baħar tas-sopravivenza jistgħu jkunu dgħajjes tas-sopravivenza jew ċattri tas-sopravivenza jew kombinazzjoni tat-tnejn f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament III/2.2. Meta jkun ġustifikat min-natura mkennija tal-vjaġġi u/jew mill-kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli taż-żona tal-operat, b'konsiderazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet fl-IMO MSC/Circ.1046 l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista' taċċetta, jekk dan ma jiġix irrifjutat mill-Istat Membru ospitanti:

(a)

ċattri tas-salvataġġ li jintefħu li huma miftuħa u riversibbli li ma jikkonformawx mat-taqsima 4.2 jew 4.3 tal-Kodiċi LSA sakemm tali ċattri tas-salvataġġ jikkonformaw kompletament mar-rekwiżiti tal-Anness 10 tal-Kodiċi tal-Opri tal-Baħar b'Veloċità Għolja tal-1994 u għal bastimenti mibnija fl-1 ta' Jannar 2012 jew wara, l-Anness 11 tal-Kodiċi tal-Opri tal-Baħar b'Veloċità Għolja tal-2000.

(b)

ċattri tas-salvataġġ li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-paragrafi 4.2.2.2.1 u 4.2.2.2.2 tal-Kodiċi LSA dwar l-iżolament kontra l-kesħa tal-art taċ-ċattra tas-salvataġġ.

L-opri tal-baħar tas-sopravivenza għal bastimenti eżistenti tal-klassi B, Ċ u D għandhom jikkonformaw mar-Regolamenti rilevanti tas-SOLAS 74 għall-bastimenti eżistenti kif emendati fis-17 ta' Marzu 1998. Il-bastimenti tal-passiġġieri Ro-Ro għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament III/5-1 kif applikabbli.

Is-sistema jew sistemi tal-evakwazzjoni mill-baħar li jikkonformaw mat-taqsima 6.2 tal-Kodiċi LSA jistgħu jiġu sostitwiti għall-kapaċità ekwivalenti ta' ċattri tas-salvataġġ kif meħtieġ fit-tabella, inkluż it-tagħmir tal-varar tagħhom fejn applikabbli.

(2)  L-opri tal-baħar tas-sopravivenza għandhom, sa fejn ikun prattikabbli, jiġu distribwiti ugwalment fuq kull naħa tal-bastiment.

(3)  Il-kapaċità totali/aggregata tal-opri tal-baħar tas-sopravivenza, inkluż ċattri tas-salvataġġ addizzjonali, għandhom ikunu f'konformità mar-rekwiżiti fit-tabella hawn fuq, jiġifieri, 1,10N = 110 % u 1,25N = 125 % tal-għadd totali ta' persuni (N) li l-bastiment huwa ċċertifikat li jġorr. Għandu jinġarr għadd suffiċjenti ta' opri tal-baħar tas-sopravivenza sabiex ikun żgurat li fil-każ li tintilef jew ma tibqax topera opra tal-baħar tas-sopravivenza waħda, l-opri tal-baħar tas-sopravivenza li jifdal jistgħu jakkomodaw l-għadd totali ta' persuni li l-bastiment huwa ċċertifikat li jġorr. Jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżit tal-istivar taċ-ċattri tas-sopravivenza fir-Regolament III/7.5 jistgħu jkunu meħtieġa iktar ċattri tas-sopravivenza.

(4)  L-għadd ta' dgħajjes tas-sopravivenza u/jew dgħajjes tas-salvataġġ, għandu jkun biżżejjed biex jiġi żgurat li jipprovdu għall-abbandun tal-għadd totali ta' persuni li l-bastiment huwa ċċertifikat li jġorr, mhux iktar minn disa' ċattri tas-sopravivenza li għandhom jiġu ggwidati minn kull dgħajsa tas-sopravivenza jew dgħajsa tas-salvataġġ.

(5)  It-tagħmir tal-varar tad-dgħajjes tas-salvataġġ għandu jikkonforma mar-rekwiżiti ta' Regolament III/10.

Jekk dgħajsa tas-salvataġġ tikkonforma mar-rekwiżiti tat-taqsima 4.5 jew 4.6 tal-Kodiċi LSA tista' tiġi inkluża fil-kapaċità tal-opra tal-baħar tas-sopravivenza speċifikata fit-tabella hawn fuq.

Dgħajsa tas-sopravivenza tista' tiġi aċċettata bħala dgħajsa tas-salvataġġ sakemm l-arranġamenti ta' varar u ta' rkupru tagħha jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti ta' dgħajsa tas-salvataġġ.

Tal-inqas waħda mid-dgħajjes tas-salvataġġ, jekk ikun meħtieġ li tali dgħajsa tinġarr fuq bastiment Ro-Ro tal-passiġġieri għandha tkun dgħajsa tas-salvataġġ veloċi li tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament III/5-1.3.

Meta l-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tikkunsidra li l-installazzjoni ta' dgħajsa tas-salvataġġ jew ta' dgħajsa tas-salvataġġ veloċi abbord ta' bastiment hija fiżikament impossibbli, tali bastiment jista' jiġi eżentat milli jġorr dgħajsa tas-salvataġġ, sakemm il-bastiment jikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

il-bastiment huwa adattat biex jippermetti li persuna li jkollha bżonn l-għajnuna tiġi rkuprata mill-ilma;

(b)

l-irkupru ta' persuna li jkollha bżonn l-għajnuna jista' jiġi osservat mill-pont tan-navigazzjoni; u

(c)

il-bastiment jista' jiġi mmanuvrat b'mod suffiċjenti biex jasal qrib u jirkupra persuni fl-iktar kondizzjonijiet ħżiena intiżi.

(6)  Ta' lanqas baga tas-salvataġġ waħda fuq kull naħa għandha tiġi mgħammra b'ħabel tas-salvataġġ li ma jegħriqx li jkun ugwali fit-tul għal mhux inqas mid-doppju li fih jinżamm fuq wiċċ l-ilma fl-iktar kundizzjoni ħafifa tal-baħar jew 30 metru, liema minnhom tkun l-akbar.

Żewġ bagi tas-salvataġġ għandhom ikunu mgħammra b'sinjal tad-duħħan li jixgħel waħdu u dawl li jixgħel waħdu; għandhom ikunu kapaċi li jinfetħu malajr mill-pont tan-navigazzjoni. Il-bqija tal-bagi tas-salvataġġ għandhom ikunu mgħammra b'dawl li jixgħel waħdu, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.1.2 tal-Kodiċi LSA.

(7)  Il-murtali tal-periklu, li jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-taqsima 3.1 tal-Kodiċi LSA, għandhom jinħażnu fuq il-pont tan-navigazzjoni jew fil-pożizzjoni tad-dawran.

(8)  Għandha tiġi pprovduta ġakketta tas-salvataġġ li tintefaħ għal kull persuna li għandha twettaq xogħol abbord f'żoni esposti. Dawn il-ġgieget tas-salvataġġ li jintefħu jistgħu jiġu inklużi fl-għadd totali ta' ġgieget tas-salvataġġ meħtieġa permezz ta' din id-Direttiva.

(9)  Għandu jiġi pprovdut għadd ta' ġkieket tas-salvataġġ adattati għat-tfal ugwali għal mill-inqas 10 % tal-għadd tal-passiġġieri abbord jew tali għadd ikbar skont il-bżonn biex tingħata ġakketta tas-salvataġġ lil kull tifel jew tifla.

(10)  Għandu jiġi pprovdut għadd ta' ġkieket tas-salvataġġ adattati għat-trabi ugwali għal mill-inqas 2,5 % tal-għadd tal-passiġġieri abbord jew tali għadd ikbar skont il-bżonn biex tingħata ġakketta tas-salvataġġ lil kull tarbija.

(11)

Il-bastimenti kollha għandhom jġorru għadd suffiċjenti ta' ġkieket tas-salvataġġ għall-persuni li jkunu għassa u għal użu fi stazzjoniet tal-opri tal-baħar tas-sopravivenza li jinsabu f'post remot. Il-ġgieget tas-salvataġġ li jinġarru għal persuni li jagħmlu l-għassa għandhom jinżammu fuq il-pont, fil-kamra tal-kontroll tal-makkinarju jew f'xi stazzjon ieħor tal-għassa.

Sa mhux iktar tard mill-ewwel stħarriġ perjodiku wara l-1 ta' Jannar 2012 il-bastimenti kollha tal-passiġġieri għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tan-noti tal-qiegħ 12 u 13.

(12)  Jekk il-ġgieget tas-salvataġġ tal-adulti ma jkunux iddisinnjati biex jiġu lil persuni li jiżnu iktar minn 140 kg u li għandhom id-dawra tas-sider li tkun tasal sa 1 750 mm, għandu jkun disponibbli abbord għadd ta' aċċessorji adattati tajbin biex il-ġkieket ikunu jistgħu jintlibsu b'mod sikur fuq dawn il-persuni.

(13)  Fuq il-bastimenti tal-passiġġieri kollha, kull ġakketta tas-salvataġġ għandha tkun mgħammra b'dawl f'konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2.2.3. tal-Kodiċi LSA. Il-bastimenti kollha Ro-Ro tal-passiġġieri għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament III/5.5.2.

(14)  Bastimenti b'tul ta' inqas minn 24 metru mhumiex meħtieġa jġorru abbord apparat li jitfa' l-ħbula”


DEĊIŻJONIJIET

28.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/66


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/845

tat-23 ta' Mejju 2016

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt, u t-twaqqif ta' gruppi ta' ħidma speċjalizzati u l-adozzjoni tat-termini ta' referenza tagħhom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 207 u 212, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Qafas ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2014;

(2)

Sabiex jingħata kontribut għall-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim, il-qafas istituzzjonali tiegħu għandu jiġi kkompletat mill-aktar fis possibbli permezz tal-adozzjoni mill-Kumitat Konġunt tar-regoli ta' proċedura tiegħu stess.

(3)

Skont l-Artikolu 44 tal-Ftehim, ġie stabbilit Kumitat Konġunt, sabiex jiżgura, inter alia, il-funzjonament u l-implimentazzjoni korretti tal-Ftehim (il-“Kumitat Konġunt”).

(4)

Sabiex jingħata kontribut għall-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim, għandhom jiġu adottati r-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt.

(5)

Sabiex ikunu jistgħu jsiru diskussjonijiet fil-livell ta' esperti dwar l-oqsma ewlenin li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim, jistgħu jiġu stabbiliti gruppi ta' ħidma speċjalizzati.

(6)

Għalhekk, il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt u l-istabbiliment ta' gruppi ta' ħidma speċjalizzati għandha tkun ibbażata fuq l-abbozzi tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt mehmuża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 44 tal-Ftehim f'dak li għandu x'jaqsam ma':

(a)

l-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt; u

(b)

l-istabbiliment ta' gruppi ta' ħidma speċjalizzati u l-adozzjoni tat-termini ta' referenza tagħhom,

għandha tissejjes fuq l-abbożżi tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

2.   Tibdiliet minuri fl-abbozzi tad-deċiżjonijiet jistgħu jiġu miftiehma mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Mejju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/278/UE tat-12 ta' Mejju 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni ta' materji relatati mar-riammissjoni (ĠU L 145, 16.5.2014, p. 1).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru 1/2016 TAL-KUMITAT UE-REPUBBLIKA TAL-KOREA

ta' …

li tadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu

IL-KUMITAT KONĠUNT BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-KOREA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2014,

(2)

Sabiex isir kontribut għall-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim, ir-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt għandhom jiġu adottati,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Uniku

Ir-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt, kif stipulati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, huma b'dan adottati.

Magħmul fi …,

Għall- UE-Repubblika tal-Korea Kumitat Konġunt

Il-President

ANNESS

REGOLI TA' PROĊEDURA TAL-KUMITAT KONĠUNT

Artikolu 1

Kompożizzjoni u President

1.   Il-Kumitat Konġunt, stabbilit skont l-Artikolu 44 tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), għandu jwettaq il-ħidmiet tiegħu kif previst fl-Artikolu 44 tal-Ftehim.

2.   Il-Kumitat Konġunt għandu jkun kompost minn rappreżentanti taż-żewġ Partijiet fil-livell xieraq.

3.   Il-Kumitat Konġunt għandu jkun ippresedut alternattivament minn kull waħda mill-Partijiet, għal perijodu ta' sena kalendarja. Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jew il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Korea għandhom jippresjedu l-Kumitat Konġunt. Il-President jista' jiddelega l-awtorità tiegħu.

4.   L-ewwel perijodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kumitat Konġunt u jispiċċa fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 2

Laqgħat

1.   Il-Kumitat Konġunt għandu normalment jiltaqa' darba fis-sena. Il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt għandhom jiġu msejħa mill-President u għandhom jinżammu fi Brussell u Seoul, f'data stabbilita bi qbil reċiproku. Laqgħat straordinarji tal-Kumitat Konġunt jistgħu jsiru b'talba ta' waħda mill-Partijiet, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

2.   Il-Kumitat Konġunt għandu normalment jiltaqa' fil-livell ta' uffiċjali għolja, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Partijiet.

Artikolu 3

Pubbliċità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt ma għandhomx ikunu pubbliċi.

Artikolu 4

Parteċipanti

1.   Qabel kull laqgħa, il-President għandu jiġi infurmat, permezz tas-Segretarjat, dwar il-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjoni ta' kull Parti.

2.   Fejn ikun xieraq u bi qbil reċiproku bejn iż-żewġ Partijiet, esperti jew rappreżentanti ta' korpi oħra jistgħu jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-Kumitat Konġunt bħala osservaturi jew sabiex jipprovdu informazzjoni dwar suġġett partikolari.

Artikolu 5

Segretarjat

Rappreżentant tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u rappreżentant tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Korea għandhom flimkien iservu bħala Segretarji tal-Kumitat Konġunt. Il-komunikati kollha lil u mingħand il-President tal-Kumitat Konġunt għandhom jiġu mgħoddija lis-Segretarji. Korrispondenza lil u mill-President tal-Kumitat Konġunt tista' ssir permezz ta' kwalunkwe mezz bil-miktub, inkluża l-posta elettronika.

Artikolu 6

Aġendi għal-laqgħat

1.   Il-President għandu jfassal aġenda proviżorja għal kull laqgħa. L- aġenda proviżorja għandha tiġi trażmessa, flimkien mad-dokumenti rilevanti, lill-Parti l-oħra sa mhux iktar tard minn 15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa.

2.   L-aġenda proviżorja għandha tinkludi punti li jkunu ppreżentati lill-President sa mhux aktar tard minn 21 jum qabel il-bidu tal-laqgħa.

3.   L-aġenda għandha tiġi adottata mill-Kumitat Konġunt fil-bidu ta' kull laqgħa. Punti apparti dawk li jidhru fl-aġenda proviżorja jistgħu jitqiegħdu fuq l-aġenda jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir hekk.

4.   Il-President jista', bi qbil maż-żewġ Partijiet, iqassar l-iskadenzi msemmija fil-paragrafu 1 sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet ta' każ partikolari.

Artikolu 7

Minuti

1.   L-abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa għandhom jitħejjew b'mod konġunt miż-żewġ Segretarji, normalment fi żmien 30 jum kalendarju mid-data tal-laqgħa. L-abbozz tal-minuti għandu jkun ibbażat fuq sinteżi mill-President tal-konklużjonijiet li jkun wasal għalihom il-Kumitat Konġunt.

2.   Il-minuti għandhom jiġu approvati miż-żewġ Partijiet fi żmien 45 jum kalendarju mid-data tal-laqgħa jew sa kwalunkwe data oħra li jiftiehmu dwarha l-Partijiet. Malli jintlaħaq qbil dwar l-abbozz tal-minuti, żewġ kopji oriġinali għandhom jiġu ffirmati mill-President u mis-Segretarji. Kull Parti għandha tirċievi kopja oriġinali.

Artikolu 8

Deliberazzjonijiet

1.   Meta l-Kumitat Konġunt jadotta deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet, tali atti għandu jkollhom it-titolu “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni” rispettivament, segwit b'numru tas-serje, id-data tal-adozzjoni tagħhom u deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom. Kull deċiżjoni għandha tiddikjara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom isiru bi qbil reċiproku bejn il-Partijiet.

2.   Il-Kumitat Konġunt jista' jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir hekk. Permezz ta' qbil reċiproku bejn il-Partijiet, tista' tkun prevista data ta' skadenza għat-tlestija tal-proċedura bil-miktub, li fit-tmiem tagħha l-President tal-Kumitat Konġunt jista' jiddikjara, sakemm waħda mill-Partijiet ma tikkomunikax mod ieħor, li ntlaħaq qbil reċiproku bejn il-Partijiet.

3.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt għandhom jiġu awtentikati permezz ta' żewġ kopji oriġinali ffirmati mill-Presidenti tal-Kumitat Konġunt.

4.   Kull Parti tista' tiddeċiedi fuq il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

Artikolu 9

Korrispondenza

1.   Korrispondenza indirizzata lill-Kumitat Konġunt għandha tintbagħat lil wieħed mis-Segretarji, li min-naħa tiegħu jgħarraf lis-Segretarju l-ieħor.

2.   Is-Segretarjat għandu jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lill-Kumitat Konġunt tintbagħat lill-President u tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 10 ta' dawn ir-regoli ta' proċedura.

3.   Il-korrispondenza mill-President għandha tintbagħat lill-Partijiet mis-Segretarjat u tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 10 ta' dawn ir-regoli ta' proċedura.

Artikolu 10

Dokumenti

1.   Meta d-deliberazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt ikunu bbażati fuq dokumenti ta' appoġġ bil-miktub, tali dokumenti għandhom jiġu nnumerati u ċċirkolati mis-Segretarjat lill-Membri.

2.   Kull Segretarju għandu jkun responsabbli għaċ-ċirkolazzjoni tad-dokumenti lill-Membri adatti fin-naħa tagħha jew tiegħu fil-Kumitat Konġunt u sistematikament għall-ikkupjar lis-Segretarju l-ieħor.

Artikolu 11

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tieħu ħsieb kwalunkwe spejjeż li ġġarrab bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt, kemm fir-rigward tal-impjegati, l-ivvjaġġar u n-nefqa tal-għajxien, kif ukoll fir-rigward tan-nefqa tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet.

2.   In-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

Artikolu 12

Emenda fir-regoli ta' proċedura

Dawn ir-regoli ta' proċedura jistgħu jiġu emendati permezz ta' qbil reċiproku bejn il-Partijiet, f'konformità mal-Artikolu 8.

Artikolu 13

Gruppi ta' ħidma speċjalizzati

1.   Il-Kumitat Konġunt jista' jiddeċiedi li jwaqqaf aktar gruppi ta' ħidma speċjalizzati sabiex jgħinuh fit-twettiq ta' dmirijietu.

2.   Il-Kumitat Konġunt jista' jiddeċiedi li jabolixxi kwalunkwe grupp ta' ħidma speċjalizzat eżistenti, biex jiddefinixxi jew jemenda t-termini ta' referenza tiegħu jew biex iwaqqaf aktar gruppi ta' ħidma speċjalizzati.

3.   Il-gruppi ta' ħidma speċjalizzati għandhom jirrapportaw lill-Kumitat Konġunt wara kull waħda mil-laqgħat tagħhom.

4.   Il-gruppi ta' ħidma speċjalizzati ma għandu jkollhom l-ebda setgħa li jieħdu deċiżjonijiet iżda jistgħu jippreżentaw rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat Konġunt.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru 2/2016 TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-REPUBBLIKA TAL-KOREA

ta' …

dwar l-istabbiliment ta' gruppi ta' ħidma speċjalizzati u l-adozzjoni tat-termini ta' referenza tagħhom

IL-KUMITAT KONĠUNT UE-REPUBBLIKA TAL-KOREA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikoli 44 tiegħu, u l-Artikolu 13 tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt,

Billi:

(1)

Sabiex jiġu permessi diskussjonijiet fil-livell ta' esperti dwar l-oqsma ewlenin li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim, għandhom jiġu stabbiliti gruppi ta' ħidma speċjalizzati. Bi qbil ulterjuri tal-Partijiet, kemm il-lista ta' gruppi ta' ħidma speċjalizzati kif ukoll il-kamp ta' applikazzjoni tal-gruppi ta' ħidma speċjalizzati individwali jistgħu jiġu modifikati.

(2)

Skont l-Artikolu 13 tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt, il-Kumitat Konġunt jista' jistabbilixxi gruppi ta' ħidma speċjalizzati sabiex jgħinuh fil-prestazzjoni tal-kompiti tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Uniku

Il-gruppi ta' ħidma speċjalizzati elenkati fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni huma b'dan stabbiliti. It-termini ta' referenza tal-gruppi ta' ħidma speċjalizzati għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi,

Għall- UE-Repubblika tal-Korea Kumitat Konġunt

Il-President

ANNESS I

KUMITAT KONĠUNT UE-REPUBBLIKA TAL-KOREA GRUPPI TA' ĦIDMA SPEĊJALIZZATI

(1)

Grupp ta' ħidma speċjalizzat dwar l-enerġija, l-ambjent, il-bidla fil-klima.

(2)

Grupp ta' ħidma speċjalizzat dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu.

ANNESS II

TERMINI TA' REFERENZA TAL-GRUPPI TA' ĦIDMA SPEĊJALIZZATI STABBILITI BIL-FTEHIM QAFAS BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MINN NAĦA WAĦDA, U R-REPUBBLIKA TAL-KOREA, MIN-NAĦA L-OĦRA

Artikolu 1

1.   Fil-laqgħat tiegħu, kull grupp ta' ħidma speċjalizzat jista' jittratta l-implimentazzjoni tal-Ftehim fl-oqsma li huwa jkopri.

2.   Il-gruppi ta' ħidma speċjalizzati jistgħu jiddiskutu wkoll suġġetti jew proġetti speċifiċi relatati mal-qasam rilevanti ta' kooperazzjoni bilaterali.

3.   Każi individwali jistgħu ukoll jiġu diskussi meta dan jintalab minn waħda miż-żewġ Partijiet.

Artikolu 2

Il-gruppi ta' ħidma speċjalizzati għandhom jaħdmu taħt l-awtorità tal-Kumitat Konġunt. Huma għandhom jirrapportaw u jibagħtu l-minuti u l-konklużjonijiet tagħhom lill-President tal-Kumitat Konġunt fi żmien 30 jum kalendarju wara kull laqgħa.

Artikolu 3

Il-gruppi ta' ħidma speċjalizzati għandhom ikunu komposti minn rappreżentanti tal-Partijiet.

Bi qbil tal-Partijiet, il-gruppi ta' ħidma speċjalizzati jistgħu jistiednu esperti għal-laqgħat tagħhom u jistgħu jisimgħuhom rigward punti speċifiċi fuq l-aġenda, kif ikun xieraq.

Artikolu 4

Il-gruppi ta' ħidma speċjalizzati għandhom ikunu ppreseduti alternattivament mill-Partijiet, skont ir-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt.

Artikolu 5

Rappreżentant tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u rappreżentant tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Korea għandhom flimkien iservu bħala Segretarji tal-gruppi ta' ħidma speċjalizzati. Il-komunikati kollha li jikkonċernaw il-gruppi ta' ħidma speċjalizzati speċifiċi għandhom jiġu mgħoddija liż-żewġ Segretarji.

Artikolu 6

1.   Il-gruppi ta' ħidma speċjalizzati għandhom jiltaqgħu kull meta hekk ikunu jitolbu ċ-ċirkostanzi fuq qbil tal-Partijiet, fuq il-bażi ta' talba bil-miktub minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet. Kull laqgħa għandha ssir fi żmien u f'post li dwarhom ikun hemm qbil mill-Partijiet.

2.   Malli jirċievi talba minn waħda mill-Partijiet għal laqgħa tal-grupp ta' ħidma speċjalizzat, is-Segretarju tal-Parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien 15-il jum ta' xogħol.

3.   F'każi ta' urġenza partikolari, il-laqgħat tal-gruppi ta' ħidma speċjalizzati jistgħu jitlaqqgħu fi żmien iqsar, jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu.

4.   Qabel kull laqgħa, il-President għandu jkun informat bil-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjoni taż-żewġ Partijiet.

5.   Il-laqgħat tal-gruppi ta' ħidma speċjalizzati jkunu msejħa b'mod konġunt miż-żewġ Segretarji.

Artikolu 7

Il-punti biex ikunu inklużi fl-aġenda jitressqu quddiem is-Segretarji mill-inqas 15-il jum ta' xogħol qabel id-data tal-laqgħa tal-grupp ta' ħidma speċjalizzat ikkonċernat. Kwalunkwe dokument ta' sostenn għandu jkun ipprovdut lis-Segretarji mill-inqas għaxart (10) ijiem ta' xogħol qabel il-laqgħa. Is-Segretarji jikkomunikaw l-abbozz tal-aġenda mhux aktar tard minn ħames (5) ijiem ta' xogħol qabel il-laqgħa. L-aġenda għandha tkun finalizzata bi qbil bejn iż-żewġ Partijiet. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, bi qbil taż-żewġ Partijiet, jistgħu jiġu miżjuda punti għall-aġenda f'limiti iqsar ta' żmien.

Artikolu 8

Għadhom jittieħdu l-minuti għal kull laqgħa.

Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-gruppi ta' ħidma speċjalizzati ma għandhomx ikunu pubbliċi.


28.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/76


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2016/846 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tal-24 ta' Mejju 2016

li taħtar imħallfin fil-Qorti Ġenerali

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 48 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kif emendat mir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), jipprevedi li l-Qorti Ġenerali għandha tikkonsisti minn erbgħin imħallef mill-25 ta' Diċembru 2015. L-Artikolu 2(a) ta' dak ir-Regolament jiddetermina t-tul tal-mandat ta' tnax-il imħallef addizzjonali sabiex tmiem dan il-mandat ikun jikkorrispondi mat-tiġdid parzjali tal-Qorti Ġenerali li ser isiru fl-1 ta' Settembru 2016 u l-1 ta' Settembru 2019.

(2)

Il-kandidaturi tas-Sinjura Inga REINE, tas-Sur Fredrik SCHALIN u tas-Sur Peter George XUEREB ġew proposti għall-karigi ta' mħallfin addizzjonali fil-Qorti Ġenerali.

(3)

Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sinjura Inga REINE, tas-Sur Fredrik SCHALIN u tas-Sur Peter George XUEREB għall-qadi tad-dmirijiet ta' mħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għandhom jinħatru mħallfin fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni sal-31 ta' Awwissu 2019:

Is-Sinjura Inga REINE,

Is-Sur Fredrik SCHALIN,

Is-Sur Peter George XUEREB.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Mejju 2016.

Il-President

P. DE GOOIJER


(1)  Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 341, 24.12.2015, p. 14).


28.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/77


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2016/847 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tal-24 ta' Mejju 2016

li taħtar Imħallef fil-Qorti Ġenerali

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mandati ta' erbatax-il imħallef tal-Qorti Ġenerali ser jiskadu fil-31 ta' Awwissu 2016. Jeħtieġ li jsir il-proċess ta' ħatriet għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2016 sal-31 ta' Awwissu 2022.

(2)

Is-Sur Lauri MADISE ġie propost għat-tiġdid tal-mandat tiegħu.

(3)

Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sur Lauri MADISE għall-funzjoni ta' mħallef fil-Qorti Ġenerali,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Lauri MADISE huwa b'dan maħtur imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2016 sal-31 ta' Awwissu 2022.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Mejju 2016.

Il-President

P. DE GOOIJER


28.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/78


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2016/848

tal-25 ta' Mejju 2016

li taħtar membru, propost mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Daniż,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Settembru 2015 u fl-1 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE, Euratom) 2015/1600 (1) u (UE, Euratom) 2015/1790 (2) li jaħtru l-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Mikkel DALSGAARD, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Klaus MATTHIESEN, Head of Negotiations, Confederation of Professionals in Denmark (FTF), huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2020.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Mejju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

J.R.V.A. DIJSSELBLOEM


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/1600 tat-18 ta' Settembru 2015 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020 (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 53).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/1790 tal-1 ta' Ottubru 2015 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020 (ĠU L 260, 7.10.2015, p. 23).


28.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/79


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/849

tas-27 ta' Mejju 2016

dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/800/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (“ir-RDPK”) li, fost l-oħrajn, implimentat ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“UNSCRs”) 1718 (2006) u 1874 (2009).

(2)

Fis-7 ta' Marzu 2013, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta l-UNSCR 2094 (2013), biex ikkundanna bil-qawwa t-test nukleari imwettaq mir-RDPK fit-12 ta' Frar 2013 bi ksur u b'nuqqas sfaċċat ta' osservanza tal-UNSCRs.

(3)

Fit-22 ta' April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/183/PESK (2) li ssostitwixxiet id-Deċiżjoni 2010/800/PESK u, fost l-oħrajn, implimentat l-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) u 2094 (2013).

(4)

Fit-2 ta' Marzu 2016, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta l-UNSCR 2270 (2016), li tesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar it-test nukleari mwettaq mir-RDPK fis-6 ta' Jannar 2016 bi ksur tal-UNSCR rilevanti, u tkompli tikkundanna t-tlugħ tar-RDPK tas-7 ta' Frar 2016, fejn intużat teknoloġija ta' missili ballistiċi u kisret b'mod gravi l-UNSCRs rilevanti, u ddeterminat li għad hemm theddida ċara għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali fir-reġjun u lil hinn minnu.

(5)

Fil-31 ta' Marzu 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/476 (3), li emendat id-Deċiżjoni 2013/183/PESK u implimentat l-UNSCR 2270 (2016).

(6)

Fid-dawl tal-azzjonijiet tar-RDPK aktar kmieni din is-sena, meqjusa bħala theddida gravi għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali fir-reġjun u lil hinn minnu, il-Kunsill iddeċieda li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali.

(7)

L-UNSCR 2270 (2016), li tesprimi tħassib kbir li l-bejgħ tal-armi tar-RDPK iġġenera introjtu li jintuża għall-armi nukleari u l-missili ballistiċi, tipprovdi li r-restrizzjonijiet fuq l-armi għandhom ikopru l-armi kollha u kull materjal relatat, inklużi armi ħfief u ta' kalibru żgħir u l-materjal relatat tagħhom. Hija wkoll tkompli testendi projbizzjonijiet fuq it-trasferiment u l-akkwist ta' kwalunkwe oġġett li jista' jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet operazzjonali tal-forzi armati tar-RDPK jew għal esportazzjonijiet li jappoġġaw jew itejbu l-kapaċitajiet operazzjonali tal-forzi armati ta' Stat Membru ieħor barra r-RDPK.

(8)

L-UNSCR 2270 (2016) tispeċifika li l-projbizzjoni fuq l-akkwist ta' assistenza teknika relatata mal-armi tipprojbixxi lill-Istati Membri tan-NU milli jospitaw lil ħarrieġa, konsulenti, jew uffiċjali oħra għall-fini ta' taħriġ militari, paramilitari jew taħriġ relatat mal-pulizija.

(9)

L-UNSCR 2270 (2016) tafferma li l-projbizzjonijiet fuq it-trasferiment, l-akkwist u provvista ta' assistenza teknika ma' ċerti oġġetti japplikaw ukoll fir-rigward tat-trasport ta' oġġetti lejn jew mir-RDPK għat-tiswija, il-manutenzjoni, ir-restawr, l-ittestjar, ir-reverse-engineering, u l-kummerċjalizzazzjoni, irrispettivament mill-fatt jekk is-sjieda jew il-kontroll jiġux trasferiti, u tissottolinja li l-miżuri ta' projbizzjoni ta' viża għandhom japplikaw ukoll għal kwalunkwe individwu li jivvjaġġa għal dawk il-finijiet.

(10)

Il-Kunsill iqis li hu xieraq li jiġu pprojbiti l-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment lir-RDPK ta' aktar oġġetti, materjal, tagħmir relatat ma' oġġetti u teknoloġija b'użu doppju.

(11)

L-UNSCR 2270 (2016) testendi l-lista ta' individwi u entitajiet soġġetti għal iffriżar tal-assi u miżuri ta' projbizzjoni ta' viżi u tipprovdi li l-iffriżar tal-assi għandu japplika fir-rigward ta' entitajiet tal-Gvern tar-RDPK jew tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, f'każijiet fejn l-Istat Membru tan-NU jiddetermina li huma assoċjati mal-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK jew attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCR rilevanti.

(12)

L-UNSCR 2270 (2016), li tesprimi tħassib li r-RDPK qed tabbuża mill-privileġġi u l-immunitajiet mogħtija lilha taħt il-Konvenzjonijiet ta' Vjenna dwar Relazzjonijiet Diplomatiċi u Konsulari, tistabbilixxi miżuri addizzjonali mmirati li jipprevjenu diplomatiċi tar-RDPK jew rappreżentanti governattivi jew individwi minn Stati terzi milli jaġixxu f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' individwi jew entitajiet iddeżinjati jew milli jipparteċipaw f'attivitajiet ipprojbiti.

(13)

L-UNSCR 2270 (2016) tiċċara aktar l-ambitu tal-obbligu għall-Istati Membri tan-NU li jipprevjenu t-taħriġ speċjalizzat ta' ċittadini tar-RDPK f'ċerti dixxiplini sensittivi.

(14)

L-UNSCR 2270 (2016) testendi wkoll l-ambitu tal-miżuri applikabbli għas-settur tat-trasport u s-settur finanzjarju.

(15)

Fil-kuntest tal-miżuri applikabbli għas-settur finanzjarju, il-Kunsill jikkunsidra li huwa xieraq li jiġu pprojbiti trasferimenti ta' fondi minn u lejn ir-RDPK sakemm ma jkunx speċifikament awtorizzat minn qabel, kif ukoll l-investiment mir-RDPK fit-territorji taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri u investiment minn ċittadini tal-Istati Membri jew entitajiet fir-RDPK.

(16)

Flimkien mal-miżuri previsti fl-UNSCR rilevanti, l-Istati Membri għandhom jiċħdu l-permess ta' inżul, titjir minn jew titjir fuq it-territorju tagħhom lil kwalunkwe inġenju tal-ajru, operat minn trasportaturi tar-RDPK jew li joriġina mir-RDPK. L-Istati Membri għandhom ukoll jipprojbixxu d-dħul fil-portijiet tagħhom ta' kwalunkwe bastiment li huwa proprjetà tar-RDPK, operat minnha jew bl-ekwipaġġ tagħha.

(17)

L-UNSCR 2270 (2016) tipprojbixxi l-akkwist ta' ċerti minerali u l-esportazzjoni ta' karburant għall-avjazzjoni.

(18)

Il-Kunsill iqis li l-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni ta' oġġetti ta' lussu għandha tiġi estiża biex tkopri l-importazzjoni ta' tali prodotti mir-RDPK.

(19)

L-UNSCR 2270 (2016) tkompli testendi il-projbizzjonijiet fuq il-forniment ta' appoġġ finanzjarju għall-kummerċ mar-RDPK.

(20)

Barra minn hekk, il-Kunsill iqis li huwa xieraq li jestendi l-projbizzjonijiet fuq appoġġ finanzjarju pubbliku għall-kummerċ mar-RDPK, b'mod partikolari biex jiġi evitat li xi appoġġ finanzjarju jikkontribwixxi għal attivitajiet nukleari sensittivi għall-proliferazzjoni, jew għall-iżvilupp ta' sistemi ta' kunsinna ta' armi nukleari.

(21)

L-UNSCR 2270 (2016) tfakkar li t-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF) appellat lill-pajjiżi biex japplikaw diliġenza dovuta msaħħa u kontromiżuri effettivi għall-protezzjoni tal-ġurisdizzjonijiet tagħhom mill-attività finanzjarja illeċita tar-RDPK, u tappella lill-Istati Membri tan-NU biex japplikaw ir-Rakkomandazzjoni 7 tal-FATF, in-Nota Interpretattiva tagħha u l-gwida relatata għall-implimentazzjoni effettiva tas-sanzjonijiet finanzjarji mmirati marbutin mal-proliferazzjoni.

(22)

L-UNSCR 2270 (2016) tissottolinja wkoll li l-miżuri imposti minnha ma għandhomx l-intenzjoni li jkollhom konsegwenzi umanitarji negattivi għall-popolazzjoni ċivili tar-RDPK jew li jaffettwaw b'mod negattiv l-attivitajiet li mhumiex projbiti mill-UNSCR rilevanti, jew il-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u organizzazzjonijiet mhux governattivi li jwettqu attivitajiet ta' assistenza u sokkors fir-RDPK għall-benefiċċju tal-popolazzjoni ċivili.

(23)

L-UNSCR 2270 (2016) tesprimi l-impenn tagħha lejn soluzzjoni paċifika, diplomatika u politika għas-sitwazzjoni. Hija tafferma mill-ġdid l-appoġġ għat-Taħditiet bejn Sitt Partijiet u ssejjaħ biex dawn jissoktaw.

(24)

L-UNSCR 2270 (2016) tafferma li l-azzjonijiet tar-RDPK għandhom jinżammu taħt analiżi kontinwa u li l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU huwa lest li jsaħħaħ, jimmodifika, jissospendi jew jirrevoka l-miżuri skont x'ikun meħtieġ fid-dawl tal-konformità tar-RDPK u hu determinat li jieħu aktar miżuri sinifikanti fil-każ ta' test nukleari jew tlugħ ieħor tar-RDPK.

(25)

Fi Frar 2016, il-Kunsill wettaq reviżjoni skont l-Artikolu 22(2) tad-Deċiżjoni 2013/183/PESK u l-Artikolu 6(2) u (2a) tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 (4) u kkonferma li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi II ta' dik id-Deċiżjoni u fl-Annessi V ta' dak ir-Regolament għandhom jibqgħu elenkati.

(26)

Din id-Deċiżjoni tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, id-dritt għall-proprjetà u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi applikata skont dawk id-drittijiet u prinċipji.

(27)

Din id-Deċiżjoni tirrispetta bis-sħiħ ukoll l-obbligi tal-Istati Membri taħt il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u n-natura legalment vinkolanti tal-UNSCRs.

(28)

Għall-finijiet ta' ċarezza, id-Deċiżjoni 2013/183/PESK għandha titħassar u tiġi sostitwita b'Deċiżjoni ġdida.

(29)

Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU I

RESTRIZZJONIJIET FUQ L-ESPORTAZZJONI U L-IMPORTAZZJONI

Artikolu 1

1.   Għandhom ikunu pprojbiti l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni diretti jew indiretti tal-oġġetti u t-teknoloġija li ġejjin, inkluż is-software, lir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri jew bi transitu fi jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-ajruplani li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, kemm jekk joriġina u kif ukoll jekk ma joriġinawx fit-territorji tal-Istati Membri:

(a)

armi u materjal relatat ta' kull tip, inklużi armamenti u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u spare parts għal dan imsemmi qabel, bl-eċċezzjoni ta' vetturi mhux tal-kumbattiment li nbnew jew li ġew mgħammra b'materjal biex jipprovdu protezzjoni ballistika u huma maħsuba biss għall-użu protettiv tal-persunal tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha fir-RDPK;

(b)

l-oġġetti, il-materjal, it-tagħmir, il-beni u t-teknoloġija kollha kif stabbiliti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 12 tal-UNSCR 1718 (2006) (“il-Kumitat tas-Sanzjonijiet”) skont il-paragrafu 8(a)(ii) tal-UNSCR 1718 (2006), il-paragrafu 5(b) tal-UNSCR 2087 (2013) u l-paragrafu 20 tal-UNSCR 2094 (2013), li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva;

(c)

ċerti oġġetti, materjal, tagħmir, merkanzija u teknoloġija oħra li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva jew li jistgħu jikkontribwixxu għall-attivitajiet militari tagħha, inklużi l-oġġetti u t-teknoloġija b'użu doppju kollha elenkati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 (5);

(d)

kwalunkwe oġġett, materjal u tagħmir ieħor relatat mal-oġġetti u t-teknoloġija b'użu doppju; l-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan il-punt;

(e)

ċerti komponenti ewlenin għas-settur tal-missili ballistiċi, bħal ċerti tipi ta' aluminju li jintuża f'sistemi relatati mal-missili ballistiċi; l-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan il-punt;

(f)

kwalunkwe oġġett ieħor li jista' jikkontribwixxi għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva, għal attivitajiet ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni, jew għall-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawk l-UNSCRs jew minn din id-Deċiżjoni; l-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan il-punt;

(g)

kwalunkwe oġġett ieħor, ħlief ikel jew mediċina, jekk xi Stat Membru jiddetermina li jkun jista' jikkontribwixxi direttament għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet operazzjonali tal-forzi armati tar-RDPK jew għal esportazzjonijiet li jappoġġaw jew itejbu l-kapaċitajiet operazzjonali tal-forzi armati ta' Stat ieħor barra mir-RDPK.

2.   Għandu jiġi pprojbit ukoll li:

(a)

jiġi pprovdut taħriġ tekniku, pariri, servizzi, assistenza, jew servizzi ta' senserija, jew servizzi intermedjarji oħrajn, relatati ma' oġġetti jew teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 u l-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni jew l-użu ta' dawn l-oġġetti, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fir-RDPK jew għall-użu tagħha;

(b)

tiġi pprovduta assistenza finanzjarja jew ta' finanzjament relatata ma' oġġetti jew teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, inklużi, b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq il-krediti għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' dawk l-oġġetti jew dik it-teknoloġija, jew għall-għoti ta' taħriġ tekniku relatat, pariri, servizzi, assistenza, jew servizzi ta' senserija, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fir-RDPK jew għall-użu tagħha;

(c)

li wieħed jipparteċipa, konxjament jew intenzjonalment, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom hu li jkunu evitati l-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b).

3.   L-akkwist mir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew ajruplani li jtajru l-bandiera ta' Stati Membri, ta' oġġetti jew teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll il-forniment liċ-ċittadini tal-Istati Membri ta' taħriġ tekniku, konsulenza, servizzi, assistenza, finanzjament u assistenza finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2 mir-RDPK, għandu wkoll ikun pprojbit, kemm jekk joriġina fit-territorju tar-RDPK kif ukoll jekk le.

Artikolu 2

Il-miżuri imposti mill-Artikolu 1(1)(g) ma għandhomx japplikaw għall-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' oġġett, jew l-akkwist tiegħu, fejn:

(a)

l-Istat Membru jiddetermina li tali attività hija esklużivament għal finijiet umanitarji jew esklużivament għall-finijiet ta' għajxien li mhux ser jintużaw minn persuni jew entitajiet tar-RDPK biex jiġġeneraw introjtu, u mhijiex relatata ma' ebda attività pprojbita mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni, dment li l-Istat Membru jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet minn qabel b'tali determinazzjoni u jinforma lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar il-miżuri meħuda għall-prevenzjoni tal-iżvijar tal-oġġett għal tali finijiet oħra; jew

(b)

il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina, skont il-każ, li forniment, bejgħ jew trasferiment partikolari ma jmurx kontra l-objettivi tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016).

Artikolu 3

1.   Il-bejgħ, xiri, trasport jew senserija diretti jew indiretti ta' deheb u metalli prezzjużi, kif ukoll ta' djamanti, lil, minn jew għall-Gvern tar-RDPK, il-korpi, korporazzjonijiet u aġenziji pubbliċi tiegħu jew il-Bank Ċentrali tar-RDPK, kif ukoll persuni u entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom, għandhom ikunu pprojbiti.

2.   L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan l-Artikolu.

Artikolu 4

1.   L-akkwist mir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, ta' deheb, minerali tat-titanju, minerali tal-vanadju u minerali terrestri skarsi, għandu jiġi pprojbit, irrispettivament minn jekk joriġinawx fit-territorju tar-RDPK jew le.

2.   L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan l-Artikolu.

Artikolu 5

Il-kunsinna ta' karti tal-flus u muniti ddenominati tar-RDPK li jkunu għadhom kif ġew stampati jew ħarġu miz-zekka jew għadhom ma nħarġux, lill-Bank Ċentrali tar-RDPK jew għall-benefiċċju tiegħu għandha tkun ipprojbita.

Artikolu 6

1.   Il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment diretti jew indiretti ta' merkanzija ta' lussu lir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri jew bi transitu fi jew mit-territorju tal-Istati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-ajruplani li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, għandhom ikunu pprojbiti kemm jekk joriġinaw u kif ukoll jekk ma joriġinawx fit-territorji tal-Istati Membri.

2.   L-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasferiment ta' oġġetti ta' lussu mir-RDPK għandhom ikunu pprojbiti.

3.   L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti mill-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 7

1.   L-akkwist ta' faħam, ħadid, u minerali tal-ħadid mir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew ta' inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, għandu jkun ipprojbit, irrispettivament minn jekk dawn joriġinawx fit-territorju tar-RDPK jew le. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan il-paragrafu.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fir-rigward ta' faħam li l-Istat Membru akkwistant jikkonferma, abbażi ta' informazzjoni kredibbli, li joriġina minn barra r-RDPK u li kien ġie trasportat mir-RDPK unikament biex jiġi esportat mill-Port ta' Rajin (Rason), dment li l-Istat Membru jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet minn qabel u li tali tranżazzjonijiet mhumiex relatati mal-ġenerazzjoni ta' introjtu għall-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK jew għal attivitajiet oħra pprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni.

3.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fir-rigward ta' tranżazzjonijiet li huma determinati li jkunu esklużivament għall-finijiet ta' għajxien u mhumiex relatati mal-ġenerazzjoni ta' introjtu għall-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK jew għal attivitajiet oħra ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) minn jew din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

1.   Il-bejgħ jew il-forniment ta' karburant għall-avjazzjoni, inkluż gażolina għall-avjazzjoni, karburant tal-ġettijiet tat-tip nafta, karburant tal-ġettijiet tat-tip kerosin, u karburant tar-rockets tat-tip kerosin lir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, għandu jkun ipprojbit sew jekk joriġina mit-territorji tal-Istati Membri u sew jekk le.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun approva minn qabel, skont il-każ u fuq bażi eċċezzjonali, it-trasferiment lejn ir-RDPK ta' prodotti bħal dawn għal ħtiġijiet umanitarji essenzjali vverifikati u soġġett għal arranġamenti speċifikati għall-monitoraġġ effettiv tal-kunsinna u l-użu.

3.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fir-rigward tal-bejgħ jew il-forniment ta' karburant għall-avjazzjoni lil xi inġenju tal-ajru ċivili tal-passiġġieri barra mir-RDPK esklużivament biex jintuża matul it-titjira tiegħu lejn ir-RDPK u t-titjira ta' ritorn tiegħu.

Artikolu 9

L-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasferiment mir-RDPK ta' prodotti petrolifiċi mhux koperti mill-UNSCR 2270 (2016) għandhom ikunu projbiti. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan l-Artikolu.

KAPITOLU II

RESTRIZZJONIJIET FUQ SOSTENN FINANZJARJU GĦALL-KUMMERĊ

Artikolu 10

1.   L-Istati Membri m'għandhomx jipprovdu appoġġ finanzjarju pubbliku għall-kummerċ mar-RDPK, inkluż l-għoti ta' krediti għall-esportazzjoni, garanziji jew assigurazzjoni, liċ-ċittadini jew entitajiet tagħhom involuti f'tali kummerċ. Dan m'għandux jaffettwa l-impenji stabbiliti qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni dment li tali appoġġ finanzjarju ma jikkontribwixxix għall-programmi jew attivitajiet tar-RDPK relatati mal-armi nukleari jew mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva, jew attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) jew 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni.

2.   Għandu jkun ipprojbit l-appoġġ finanzjarju privat għall-kummerċ mar-RDPK, inkluż l-għoti ta' krediti, garanziji jew assigurazzjoni għall-esportazzjoni, liċ-ċittadini jew l-entitajiet, tal-Istati Membri, involuti f'tali kummerċ, fejn tali appoġġ finanzjarju jista' jikkontribwixxi għall-programmi jew attivitajiet tar-RDPK relatati mal-armi nukleari jew mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva, jew attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) jew 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni, jew għall-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawk l-UNSCRs jew minn din id-Deċiżjoni.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx jikkonċernaw il-kummerċ għal finijiet alimentari, agrikoli, mediċi jew finijiet oħra umanitarji.

KAPITOLU III

RESTRIZZJONIJIET FUQ INVESTIMENT

Artikolu 11

1.   Għandu jkun ipprojbit l-investiment fit-territorji taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri mir-RDPK, iċ-ċittadini tagħha, jew minn entitajiet inkorporati fir-RDPK jew soġġetti għall-ġurisdizzjoni tagħha, jew minn persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew minn entitajiet li jappartjenu lilhom jew ikkontrollati minnhom.

2.   Dawn li ġejjin għandhom ikunu pprojbiti:

(a)

l-akkwist jew l-estensjoni ta' parteċipazzjoni f'entitajiet fir-RDPK, jew entitajiet Nord Koreani jew entitajiet li huma proprjetà Nord Koreana barra mir-RDPK, li huma involuti f'attivitajiet li jinvolvu l-attivitajiet jew il-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew armi oħra ta' qerda massiva, jew f'attivitajiet fis-setturi tal-industriji tal-minjieri, tar-raffinazzjoni u tal-kimiċi, inkluż l-akkwist b'mod sħiħ ta' tali entitajiet u l-akkwist ta' ishma, u titoli oħrajn ta' natura parteċipattiva;

(b)

l-għoti ta' kwalunkwe finanzjament jew assistenza finanzjarja lil entitajiet fir-RDPK jew entitajiet Nord Koreani jew entitajiet li huma proprjetà Nord Koreana barra mir-RDPK, li huma involuti f'attivitajiet imsemmija fil-punt (a) jew għall-iskop dokumentat tal-finanzjament ta' tali entitajiet fir-RDPK;

(c)

il-ħolqien ta' kwalunkwe impriża konġunta ma' entitajiet fir-RDPK li huma involuti fl-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) jew ma' kwalunkwe impriża sussidjarja jew affiljata taħt il-kontroll tagħhom;

(d)

il-forniment ta' servizzi ta' investiment direttament relatati mal-attivitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (c).

KAPITOLU IV

SETTUR FINANZJARJU

Artikolu 12

L-Istati Membri ma għandhomx jidħlu f'impenji ġodda għal għotjiet, assistenza finanzjarja jew self aġevolanti lir-RDPK, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom f'istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, ħlief għal finijiet umanitarji u ta' żvilupp li jindirizzaw direttament il-ħtieġa tal-popolazzjoni ċivili jew il-promozzjoni ta' denuklearizzazzjoni. L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw ukoll viġilanza bil-ħsieb li jitnaqqsu l-impenji attwali u, jekk possibbli, li jtemmuhom.

Artikolu 13

Sabiex jiġi impedut il-forniment tas-servizzi finanzjarji jew it-trasferiment lejn, permezz ta', jew mit-territorju tal-Istati Membri, jew minn jew għal ċittadini tal-Istati Membri jew entitajiet organizzati skont il-liġijiet tagħhom, jew persuni jew istituzzjonijiet finanzjarji fil-ġurisdizzjoni tagħhom, ta' kwalunkwe assi finanzjarji jew assi jew riżorsi oħrajn, inklużi ammonti kbar ta' flus kontanti, li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi jew attivitajiet tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva, jew attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCR 718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) 2094 (2013), 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni, jew għall-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawk ir-Riżoluzzjonijiet jew minn din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(1)

M'għandu jsir ebda trasferiment ta' fondi lil, jew minn, ir-RDPK, ħlief għal trasferimenti li jaqgħu fl-ambitu tal-punt (3) u li ġew awtorizzati f'konformità mal-punt (4).

(2)

L-istituzzjonijiet finanzjarji fil-ġurisdizzjoni ta' Stati Membri m'għandhomx jidħlu, jew ikomplu jieħdu sehem, fi kwalunkwe tranżazzjoni ma':

(a)

banek domiċiljati fir-RDPK, inkluż il-Bank Ċentrali tar-RDPK;

(b)

fergħat jew sussidjarji fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri ta' banek domiċiljati fir-RDPK;

(c)

fergħat jew sussidjarji barra l-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri ta' banek domiċiljati fir-RDPK; jew

(d)

entitajiet finanzjarji li la huma domiċiljati fir-RDPK u lanqas fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri iżda li huma kkontrollati minn persuni jew entitajiet domiċiljati fir-RDPK,

sakemm tali tranżazzjonijiet ma jaqgħux fl-ambitu tal-punt (3) u ma ġewx awtorizzati f'konformità mal-punt (4).

(3)

Jistgħu jsiru t-tranżazzjonijiet li ġejjin, soġġett għall-awtorizzazzjoni minn qabel imsemmija fil-punt (4):

(a)

tranżazzjonijiet rigward oġġetti tal-ikel, tagħmir għall-kura tas-saħħa jew mediku, jew għal finijiet agrikoli jew umanitarji;

(b)

tranżazzjonijiet rigward rimessi personali;

(c)

tranżazzjonijiet rigward l-eżekuzzjoni tal-eżenzjonijiet previsti f'din id-Deċiżjoni;

(d)

tranżazzjonijiet marbuta ma' kuntratt kummerċjali speċifiku mhux ipprojbit taħt din id-Deċiżjoni;

(e)

tranżazzjonijiet rigward missjoni diplomatika jew konsulari jew organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi immunitajiet skont id-dritt internazzjonali, dejjem sakemm tali tranżazzjonijiet ikunu maħsubin biex jintużaw għal skopijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari jew tal-organizzazzjoni internazzjonali;

(f)

tranżazzjonijiet meħtieġa esklużivament għall-implimentazzjoni ta' proġetti finanzjati mill-Unjoni jew mill-Istati Membri tagħha għal finijiet ta' żvilupp li jindirizzaw direttament il-ħtiġijiet tal-popolazzjoni ċivili jew għall-promozzjoni tad-denuklearizzazzjoni;

(g)

tranżazzjonijiet rigward pagament biex jiġu sodisfatti pretensjonijiet kontra r-RDPK jew persuni jew entitajiet tar-RDPK, skont il-każ u soġġetti għal notifika 10 ijiem qabel l-awtorizzazzjoni, u tranżazzjonijiet ta' natura simili li ma jikkontribwixxux għall-attivitajiet ipprojbiti taħt din id-Deċiżjoni.

(4)

Kwalunkwe trasferiment ta' fondi lejn jew mir-RDPK għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt (3) għandu jeħtieġ l-awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jekk jeċċedi EUR 15 000. L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija.

(5)

L-awtorizzazzjoni minn qabel imsemmija fil-punt (4) m'għandhiex tkun meħtieġa għal kwalunkwe trasferiment ta' fondi jew tranżazzjoni meħtieġa għall-iskopijiet offiċjali ta' missjoni diplomatika jew konsulari ta' Stat Membru fir-RDPK.

(6)

L-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu meħtieġa, fl-attivitajiet tagħhom mal-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji kif dispost fil-punt (2), li:

(a)

jeżerċitaw viġilanza kontinwa fuq l-attivitajiet tal-kontijiet, inkluż permezz tal-programmi tagħhom ta' miżuri ta' viġilanza tal-klijenti u skont l-obbligi tagħhom marbuta mal-ħasil tal-flus u mal-finanzjament tat-terroriżmu;

(b)

jeħtieġu li l-oqsma ta' informazzjoni kollha tal-istruzzjonijiet ta' ħlas assoċjati mal-oriġinatur u mal-benefiċjarju tat-tranżazzjoni inkwistjoni jimtlew u, jekk dik l-informazzjoni ma tingħatax, jirrifjutaw it-tranżazzjoni;

(c)

jżommu r-rekords kollha tat-tranżazzjonijiet għal perijodu ta' ħames snin u li jżommuhom disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali meta mitluba;

(d)

jirrappurtaw minnufih is-suspetti tagħhom lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja (UIF) jew awtorità kompetenti oħra maħtura mill-Istat Membru kkonċernat jekk huma jissuspettaw jew ikollhom bażi raġonevoli li jissuspettaw li l-fondi jikkontribwixxu għall-programmi jew l-attivitajiet tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew armi oħra ta' qerda massiva; l-UIF jew awtorità oħra kompetenti oħra għandha jkollha aċċess, dirett jew indirett, fuq bażi ta' żmien f'waqtu għall-informazzjoni finanzjarja, amministrattiva u ta' infurzar tal-liġi li tkun teħtieġ biex twettaq din il-funzjoni korrettament, inkluż l-analiżi ta' rapporti dwar tranżazzjonijiet ta' suspett.

Artikolu 14

1.   Il-ftuħ ta' fergħat, sussidjarji, jew uffiċċji ta' rappreżentanza ta' banek tar-RDPK, inkluż il-Bank Ċentrali tar-RDPK, il-fergħat u s-sussidjarji tiegħu, u ta' entitajiet finanzjarji oħrajn imsemmija fil-punt (2) tal-Artikolu 13, fit-territorji tal-Istati Membri għandu jkun projbit.

2.   Il-fergħat, sussidjarji u uffiċċji ta' rappreżentanza eżistenti għandhom jingħalqu fi żmien disgħin jum mill-adozzjoni tal-UNSCR 2270 (2016).

3.   Sakemm ma jkunux ġew approvati minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, għandu jkun ipprojbit għall-banek tar-RDPK, inkluż il-Bank Ċentrali tar-RDPK, il-fergħat u s-sussidjarji tiegħu, u għal entitajiet finanzjarji oħrajn imsemmija fil-punt (2) tal-Artikolu 13, li:

(a)

jistabbilixxu intrapriżi konġunti ġodda ma' banek taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri;

(b)

jieħdu interess titolari f'banek taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri;

(c)

jistabbilixxu jew li jżommu relazzjonijiet bankarji korrispondenti ma' banek taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri.

4.   Impriżi konġunti eżistenti, interessi titolari u relazzjonijiet bankarji korrispondenti ma' banek tar-RDPK għandhom jintemmu fi żmien 90 jum mill-adozzjoni tal-UNSCR 2270 (2016).

5.   Istituzzjonijiet finanzjarji fit-territorji tal-Istati Membri jew taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom għandhom jiġu pprojbiti milli jiftħu uffiċċji ta' rappreżentanza, sussidjarji, fergħat jew kontijiet bankarji fir-RDPK.

6.   Uffiċċji ta' rappreżentanza, sussidjarji jew kontijiet bankarji eżistenti fir-RDPK għandhom jingħalqu fi żmien 90 jum mill-adozzjoni tal-UNSCR 2270 (2016) jekk l-Istat Membru rilevanti jkollu informazzjoni kredibbli li tipprovdi raġunijiet ġustifikati għaliex wieħed jemmen li tali servizzi finanzjarji jistgħu jikkontribwixxu għal programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK, jew għal attivitajiet oħra pprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016).

7.   Il-paragrafu 6 ma għandux japplika jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina, skont il-każ, li tali uffiċċji, sussidjarji jew kontijiet huma meħtieġa biex tingħata assistenza umanitarja jew għall-attivitajiet ta' missjonijiet diplomatiċi fir-RDPK skont il-Konvenzjonijiet ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi u Konsulari, l-attivitajiet tan-NU jew l-aġenziji speċjalizzati tagħha jew organizzazzjonijiet relatati, jew għal kwalunkwe fini ieħor konsistenti mal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016).

8.   Uffiċċji ta' rappreżentanza, sussidjarji jew kontijiet bankarji eżistenti fir-RDPK għandhom jingħalqu jekk l-Istat Membru rilevanti jkollu informazzjoni kredibbli li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li tali servizzi finanzjarji jistgħu jikkontribwixxu għal programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK jew għal attivitajiet oħra pprojbiti minn din id-Deċiżjoni.

9.   Stat Membru jista' jagħti eżenzjonijiet mill-paragrafu 8 jekk huwa jiddetermina skont il-każ li tali uffiċċji, sussidjarji jew kontijiet huma meħtieġa biex titwassal għajnuna umanitarja, għal attivitajiet ta' missjonijiet diplomatiċi fir-RDPK skont il-Konvenzjonijiet ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi u Konsulari, l-attivitajiet tan-NU jew l-aġenziji speċjalizzati tagħha jew organizzazzjonijiet relatati, jew għal kwalunkwe fini ieħor konsistenti ma din id-Deċiżjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra minn qabel bl-intenzjoni tiegħu li jagħti eżenzjoni.

Artikolu 15

Il-bejgħ jew ix-xiri diretti jew indiretti, jew is-senserija jew l-assistenza fil-ħruġ ta' bonds pubbliċi jew iggarantiti mill-awtoritajiet pubbliċi tar-RDPK maħruġa wara t-18 ta' Frar 2013 lil jew mill-Gvern tar-RDPK, il-korpi, il-korporazzjonijiet u l-aġenziji pubbliċi tiegħu, il-Bank Ċentrali tar-RDPK, jew banek domiċiljati fir-RDPK, jew fergħat u sussidjarji fi u barra l-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri ta' banek domiċiljati fir-RDPK, jew entitajiet finanzjarji li la huma domiċiljati fir-RDPK u lanqas ma huma fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, iżda huma kkontrollati minn persuni jew entitajiet domiċiljati fir-RDPK, kif ukoll kwalunkwe persuna jew entità li taġixxi f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom, għandhom jiġu pprojbiti.

KAPITOLU V

SETTUR TAT-TRASPORT

Artikolu 16

1.   L-Istati Membri għandhom jispezzjonaw, f'konformità mal-awtoritajiet u l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom u b'mod konsistenti mal-liġi internazzjonali, inklużi l-Konvenzjonijiet ta' Vjenna dwar Relazzjonijiet Diplomatiċi u Konsulari, il-merkanzija kollha lejn u mir-RDPK fit-territorju tagħhom, jew fi transitu mit-territorju tagħhom, inkluż fl-ajruporti, fil-portijiet tal-baħar u fiż-żoni ta' kummerċ ħieles tagħhom, jew il-merkanzija intermedjata jew iffaċilitata mir-RDPK jew minn ċittadini tar-RDPK, jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li huma proprjetà jew ikkontrollati minnhom, jew minn persuni jew entitajiet elenkati fl-Anness I, jew merkanzija li qed tiġi ttrasportata fuq inġenji tal-ajru jew bastimenti tal-baħar li jtajru l-bandiera tar-RDPK, għall-finijiet tal-iżgurar li l-ebda oġġett ma jiġi ttrasferit bi ksur tal- UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016).

2.   F'konformità mal-awtoritajiet u l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom u b'mod konsistenti mal-liġi internazzjonali, inklużi l-Konvenzjonijiet ta' Vjenna dwar Relazzjonijiet Diplomatiċi u Konsulari, l-Istati Membri għandhom jispezzjonaw il-merkanzija kollha lejn u mir-RDPK fit-territorju tagħhom, jew li tkun għaddejja mit-territorju tagħhom, jew merkanzija intermedjata jew iffaċilitata mir-RDPK jew minn ċittadini tar-RDPK, jew minn persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom, inkluż fl-ajruporti u l-portijiet tagħhom, jekk huma ikollhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-merkanzija tinkludi oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jispezzjonaw il-bastimenti fl-ibħra internazzjonali, bil-kunsens tal-Istat tal-bandiera, jekk huma għandhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-merkanzija ta' tali bastimenti tinkludi oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkooperaw, skont il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, ma' ispezzjonijiet skont il-paragrafi 1 u 3.

5.   Ajruplani u bastimenti li jġorru merkanzija lejn u mir-RDPK għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit ta' informazzjoni addizzjonali ta' qabel il-wasla u ta' qabel it-tluq għall-merkanzija kollha li tinġieb ġewwa jew li toħroġ minn Stat Membru.

6.   F'każijiet fejn issir l-ispezzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 3, l-Istati Membri għandhom jikkonfiskaw u jiddisponu mill-oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni f'konformità mal-paragrafu 14 tal-UNSCR 1874 (2009) u l-paragrafu 8 tal-UNSCR 2087 (2013).

7.   L-Istati Membri għandhom jiċħdu d-dħul fil-portijiet tagħhom ta' kwalunkwe bastiment li jkun irrifjuta li jippermetti ispezzjoni wara li tali ispezzjoni tkun ġiet awtorizzata mill-Istat li tiegħu l-bastiment itajjar il-bandiera, jew jekk kwalunkwe bastiment li jtajjar il-bandiera tar-RDPK jkun irrifjuta li jiġi ispezzjonat skont il-paragrafu 12 tal-UNSCR 1874 (2009).

8.   Il-paragrafu 7 ma għandux japplika fejn ikun meħtieġ dħul għal skopijiet ta' ispezzjoni, jew fil-każ ta' emerġenza jew fil-każ ta' ritorn lejn il-port ta' oriġini tal-bastiment.

Artikolu 17

1.   L-Istati Membri għandhom jiċħdu l-permess ta' nżul, titjir minn jew titjir fuq it-territorju tagħhom għal kwalunkwe inġenju tal-ajru operat minn trasportaturi tar-RDPK jew li joriġina mir-RDPK skont l-awtoritajiet u l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom u b'mod konsistenti mad-dritt internazzjonali, partikolarment ma' ftehimiet internazzjonali rilevanti dwar l-avjazzjoni ċivili.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fil-każ ta' nżul ta' emerġenza jew taħt il-kondizzjoni ta' inżul għal ispezzjoni.

3.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fil-każ li l-Istat Membru rilevanti jiddetermina minn qabel li tali dħul ikun meħtieġ għal finijiet umanitarji jew għal kwalunkwe għan ieħor b'mod konsistenti mal-objettivi ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 18

1.   L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu d-dħul fil-portijiet tagħhom ta' kwalunkwe bastiment li huwa proprjetà tar-RDPK, operat minnha jew bl-ekwipaġġ tagħha.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu d-dħul fil-portijiet tagħhom ta' kwalunkwe bastiment jekk ikollhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-bastiment huwa ta' proprjetà jew ikkontrollat, direttament jew indirettament, minn persuna jew entità elenkata fl-Annessi I, II jew III, jew li fih merkanzija li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħha huma pprojbiti skont il-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni.

3.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fil-każ ta' emerġenza, fil-każ ta' ritorn fil-port ta' oriġini tal-bastiment, fejn id-dħul ikun meħtieġ għall-fini ta' ispezzjoni jew jekk l-Istat Membru rilevanti jiddetermina minn qabel li tali dħul ikun meħtieġ għal finijiet umanitarji jew għal kwalunkwe fini ieħor konsistenti mal-objettivi ta' din id-Deċiżjoni.

4.   Il-paragrafu 2 ma għandux japplika fil-każ ta' emerġenza, fil-każ ta' ritorn fil-port ta' oriġini tal-bastiment, fejn id-dħul ikun meħtieġ għall-fini ta' ispezzjoni jew jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina minn qabel li tali dħul ikun meħtieġ għal finijiet umanitarji jew għal kwalunkwe fini ieħor b'mod konsistenti mal-objettivi tal-UNSCR 2270 (2016) jew jekk l-Istat Membru rilevanti jiddetermina minn qabel li tali dħul ikun meħtieġ għal finijiet umanitarji jew għal kwalunkwe fini ieħor konsistenti mal-objettivi ta' din id-Deċiżjoni. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe dħul li huwa jkun awtorizza.

Artikolu 19

L-għoti miċ-ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri ta' servizzi ta' bunkeringjew forniment lill-bastimenti, jew tip ta' manutenzjoni oħra ta' bastimenti, lill-bastimenti tar-RDPK għandhom jiġu pprojbiti jekk huma jkollhom informazzjoni li tipprovdi bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li l-bastimenti qegħdin iġorru oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni sakemm l-għoti ta' tali servizzi ma jkunx meħtieġ għall-finijiet umanitarji jew sakemm il-merkanzija ma tkunx ġiet ispezzjonata, u kkonfiskata u mormija jekk meħtieġ, f'konformità mal-Artikolu 16 (1), (2), (3) u (6).

Artikolu 20

1.   Għandu jiġi pprojbit il-kiri jew in-noleġġ ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru li jtajru bandieri tal-Istati Membri jew il-forniment ta' servizzi ta' ekwipaġġ lir-RDPK, lil kwalunkwe persuna jew entità elenkata fl-Annessi I, II jew III, lil kwalunkwe entità oħra tar-RDPK, lil kwalunkwe persuna jew entità oħra li l-Istat Membru jiddetermina li tkun assistiet fl-evażjoni ta' sanzjonijiet jew fil-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew ta' din id-Deċiżjoni, lil kwalunkwe persuna jew entità li taġixxi f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' kwalunkwe wieħed minn dawk imsemmija hawn fuq, jew lil kwalunkwe entità proprjetà ta' jew ikkontrollata minn kwalunkwe minn dawk imsemmija hawn fuq.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-kiri, in-noleġġ jew il-forniment ta' servizzi ta' ekwipaġġ dment li l-Istat Membru rilevanti jkun innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bil-quddiem, skont il-każ, u jkun ipprovda lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet l-informazzjoni li turi li tali attivitajiet huma esklużivament għal finijiet ta' għajxien u li mhux ser jintużaw minn persuni jew entitajiet tar-RDPK biex jiġġeneraw introjtu, kif ukoll informazzjoni dwar miżuri meħudin biex jimpedixxu tali attivitajiet milli jikkontribwixxu għal ksur tad-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016).

3.   Stat Membru jista' jagħti eżenzjoni mill-paragrafu 1 jekk huwa jiddetermina skont il-każ li tali attivitajiet huma esklużivament għal finijiet ta' għajxien li mhumiex ser jintużaw minn persuni jew entitajiet tar-RDPK biex jiġġeneraw introjtu, u sakemm huwa jkollu informazzjoni dwar miżuri meħudin biex jimpedixxu tali attivitajiet milli jikkontribwixxu għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra minn qabel bl-intenzjoni tiegħu li jagħti l-eżenzjoni.

Artikolu 21

L-Istati Membri għandhom ineħħu mir-reġistru kwalunkwe bastiment proprjetà tar-RDPK, operat minnha jew bl-ekwipaġġ tagħha u ma għandhom jirreġistraw ebda bastiment bħal dan li jkun tneħħa mir-reġistru minn Stat ieħor skont il-paragrafu 19 tal-UNSCR 2270 (2016).

Artikolu 22

1.   Għandu jkun ipprojbit li jiġu rreġistrati bastimenti fir-RDPK, li tinkiseb awtorizzazzjoni għal bastiment biex juża l-bandiera tar-RDPK, jew li wieħed ikollu, jikri, iħaddem, jew jipprovdi kwalunkwe klassifikazzjoni, ċertifikazzjoni jew servizz assoċjat lil bastiment, jew li jiġi assigurat kwalunkwe bastiment li jtajjar bandiera tar-RDPK.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal attivitajiet innotifikati bil-quddiem lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, skont il-każ, dment li l-Istat Membru rilevanti jkun ipprovda lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet informazzjoni dettaljata dwar l-attivitajiet, inklużi l-ismijiet tal-persuni u l-entitajiet involuti fihom, informazzjoni li turi li dawk l-attivitajiet huma esklużivament għal finijiet ta' għajxien li mhux ser jintużaw minn persuni jew entitajiet tar-RDPK biex jiġġeneraw introjtu u informazzjoni dwar miżuri meħudin biex jimpedixxu tali attivitajiet milli jikkontribwixxu għal ksur tal-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) u 2270 (2016).

KAPITOLU VI

RESTRIZZJONIJIET FUQ AMMISSJONI U RESIDENZA

Artikolu 23

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, ta':

(a)

il-persuni ddeżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà bħala responsabbli għal-linji ta' politika tar-RDPK, inkluż permezz ta' appoġġ jew promozzjoni, fir-rigward ta' programmi tagħha relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva, flimkien mal-membri tal-familji tagħhom, jew persuni li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, kif elenkat fl-Anness I;

(b)

il-persuni mhux koperti bl-Anness I, kif elenkati fl-Anness II, li:

(i)

huma responsabbli għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħra ta' qerda massiva, inkluż permezz ta' appoġġ jew promozzjoni jew persuni li jaġixxu f'isimhom, jew taħt id-direzzjoni tagħhom,

(ii)

jagħtu servizzi finanzjarji jew it-trasferiment lejn, permezz ta' jew mit-territorju tal-Istati Membri, jew li jinvolvu ċittadini tal-Istati Membri jew entitajiet organizzati skont il-liġijiet tagħhom, jew persuni jew istituzzjonijiet finanzjarji fit-territorju tagħhom, ta' kwalunkwe assi finanzjarji jew assi jew riżorsi oħrajn li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħra ta' qerda tal-massiva,

(iii)

huma involuti fi, inkluż permezz tal-għoti ta' servizzi finanzjarji, il-forniment lil jew mir-RDPK ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, jew il-forniment lir-RDPK ta' oġġetti, materjal, tagħmir, beni u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva;

(c)

il-persuni mhux koperti bl-Anness I jew l-Anness II li jaħdmu f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità elenkata fl-Anness I jew l-Anness II jew persuni li qed jassistu fl-evażjoni minn sanzjonijiet jew li jiksru d-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew ta' din id-Deċiżjoni, kif elenkat fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

2.   Il-punt (a) tal-paragrafu 1 m'għandux japplika fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina skont il-każ li tali vjaġġar huwa ġustifikat għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja, inklużi obbligi reliġjużi, jew fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jikkonkludi li eżenzjoni tippromwovi b'xi mod l-objettivi tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016).

3.   Il-paragrafu 1 ma jobbligax Stat Membru li jiċħad id-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess.

4.   Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut b'obbligu tal-liġi internazzjonali, jiġifieri:

(a)

bħala pajjiż li jospita organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

(b)

bħala pajjiż ospitanti ta' konferenza internazzjonali imsejħa min-NU jew taħt l-awspiċji tan-NU;

(c)

taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet;

(d)

taħt it-Trattat ta' Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt Lateran) konkluż mis-Santa Sede (Stat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

5.   Il-paragrafu 4 għandu jkun meqjus li japplika wkoll f'każijiet fejn Stat Membru ikun pajjiż ospitanti tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

6.   Il-Kunsill għandu jkun debitament informat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafi 4 jew 5.

7.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti fil-punt (b) tal-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar huwa ġustifikat għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja urġenti, jew għal raġunijiet ta' attendenza f'laqgħat intergovernattivi u dawk promossi jew ospitati mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-presidenza attwali tal-OSKE, fejn jitmexxa djalogu politiku li jippromwovi direttament l-objettivi tal-politika ta' miżuri restrittivi, inklużi d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fir-RDPK.

8.   Stat Membru li jkun jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 7 għandu jinnotifika bil-miktub lill-Kunsill dwarhom. L-eżenzjoni għandha titqies bħala mogħtija dment li Membru wieħed jew aktar tal-Kunsill ma jqajjimx oġġezzjoni bil-miktub fi żmien jumejn ta' xogħol minn meta tiġi rċevuta n-notifika tal-eżenzjoni proposta. Fil-każ li xi membru wieħed jew aktar tal-Kunsill iqajmu oġġezzjoni, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

9.   Il-punt (c) tal-paragrafu 1 m'għandux japplika fil-każ ta' transitu tar-rappreżentanzi tal-Gvern tar-RDPK lejn il-Kwartieri Ġenerali tan-NU biex jespletaw xogħol tan-NU.

10.   F'każijiet fejn, skont il-paragrafi 4, 5, 7 u 9 Stat Membru jawtorizza d-dħul jew transitu fit-territorju tiegħu tal-persuni elenkati fl-Anness I, II jew III, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-għan li għalih tkun ingħatat u lill-persuni konċernati b'dan.

11.   L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw viġilanza u trażżin fir-rigward tad-dħul fit-territorji tagħhom jew it-transitu minnhom ta' persuni li jaħdmu f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità ddeżinjata elenkata fl-Anness I.

Artikolu 24

1.   L-Istati Membri għandhom ikeċċu ċittadini tar-RDPK li huma jiddeterminaw li qed jaħdmu f'isem, jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità elenkata fl-Anness I jew l-Anness II, jew dawk li huma jiddeterminaw li qed jassistu fl-evażjoni minn sanzjonijiet jew jiksru d-dispożizzjonijiet tal-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew ta' din id-Deċiżjoni, mit-territorji tagħhom għall-fini ta' ripatrijazzjoni lejn ir-RDPK, b'mod konsistenti mal-liġi nazzjonali u internazzjonali applikabbli.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn il-preżenza ta' persuna hija meħtieġa għall-finijiet tat-twettiq ta' proċess ġudizzjarju jew esklużivament għal skopijiet mediċi, ta' sigurtà jew umanitarji oħrajn.

Artikolu 25

1.   L-Istati Membri għandhom ikeċċu persunal diplomatiku, rappreżentanti tal-gvern jew ċittadini oħra tar-RDPK li jaġixxu f'kapaċità governattiva li huma jiddeterminaw li qed jaħdmu f'isem, jew taħt id-direzzjoni ta', persuna jew entità elenkata fl-Annessi I, II jew III jew ta' persuna jew entitajiet li qed jassistu fl-evażjoni minn sanzjonijiet jew jiksru d-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew ta' din id-Deċiżjoni mit-territorji tagħhom għall-fini ta' ripatrijazzjoni lejn ir-RDPK, b'mod konsistenti mal-liġi nazzjonali u internazzjonali applikabbli.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika f'każ ta' transitu ta' rappreżentanti tal-Gvern tar-RDPK lejn il-Kwartieri Ġenerali tan-NU jew faċilitajiet oħra tan-NU biex jespletaw xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti.

3.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika meta l-preżenza ta' persuna hija meħtieġa għat-twettiq ta' proċess ġudizzjarju jew esklużivament għal finijiet mediċi, ta' sikurezza jew finijiet umanitarji oħra, jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina skont il-każ li t-tkeċċija ta' persuna tmur kontra l-objettivi tal-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) u 2270 (2016), jew l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina skont il-każ li t-tkeċċija ta' persuna tmur kontra l-objettivi ta' din id-Deċiżjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe deċiżjoni li ma titkeċċiex persuna msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 26

1.   L-Istati Membri għandhom ikeċċu kwalunkwe ċittadin ta' pajjiż terz li huma jiddeterminaw li jkun qed jaħdem f'isem, jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità elenkata fl-Annessi I jew II, li qed jassisti fl-evażjoni minn sanzjonijiet jew jikser id-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew ta' din id-Deċiżjoni, mit-territorji tagħhom għall-fini ta' ripatrijazzjoni lejn l-istat ta' ċittadinanza ta' dik il-persuna, b'mod konsistenti mal-liġi nazzjonali u internazzjonali applikabbli.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn il-preżenza ta' persuna hija meħtieġa għat-twettiq ta' proċess ġudizzjarju jew esklużivament għal finijiet mediċi, ta' sikurezza jew finijiet umanitarji oħra, jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina skont il-każ li t-tkeċċija ta' persuna tmur kontra l-objettivi tal-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) u 2270 (2016), jew jekk l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina skont il-każ li t-tkeċċija ta' persuna tmur kontra l-objettivi ta' din id-Deċiżjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe deċiżjoni li ma titkeċċiex persuna msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika f'każ ta' transitu ta' rappreżentanti tal-Gvern tar-RDPK lejn il-Kwartieri Ġenerali tan-NU jew lejn faċilitajiet oħra tan-NU biex jespletaw xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti.

KAPITOLU VII

IFFRIŻAR TA' FONDI U RIŻORSI EKONOMIĊI

Artikolu 27

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, huma proprjetà ta', miżmumin jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, minn, il-persuni u l-entitajiet li ġejjin għandhom jiġu ffriżati:

(a)

il-persuni u l-entitajiet iddeżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU bħala li huma impenjati jew jipprovdu appoġġ għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva, jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet tagħhom jew ikkontrollati minnhom, inkluż permezz ta' mezzi illeċiti, kif elenkat fl-Anness I;

(b)

il-persuni u entitajiet mhux koperti bl-Anness I, kif elenkat fl-Anness II, li:

(i)

huma responsabbli għal, inkluż permezz ta appoġġ jew promozzjoni ta', programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħra ta' qerda massiva jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew skont l-ordni tagħhom, jew entitajiet li huma proprjetà' jew kkontrollati minnhom, inkluż permezz ta' mezzi illeċiti,

(ii)

jagħtu servizzi finanzjarji jew it-trasferiment lejn, permezz ta' jew mit-territorju tal-Istati Membri, jew li jinvolvu ċittadini tal-Istati Membri jew entitajiet organizzati skont il-liġijiet tagħhom, jew persuni jew istituzzjonijiet finanzjarji fit-territorju tagħhom, ta' kwalunkwe assi finanzjarji jew assi jew riżorsi oħrajn li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħra ta' qerda tal-massiva, persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom,

(iii)

huma involuti, inkluż permezz tal-għoti ta' servizzi finanzjarji, fil-forniment lil jew mir-RDPK ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, jew il-forniment lir-RDPK ta' oġġetti, materjal, tagħmir, beni u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva;

(c)

il-persuni u l-entitajiet mhux koperti bl-Anness I jew l-Anness II li jaħdmu f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità elenkata fl-Anness I jew l-Anness II jew persuni li qed jassistu fl-evażjoni minn sanzjonijiet jew jiksru d-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew ta' din id-Deċiżjoni, kif elenkat fl-Anness III għal din id-Deċiżjoni.

(d)

l-entitajiet tal-Gvern tar-RDPK jew tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, jew minn persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew minn entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom, li l-Istat Membru jiddetermina li huma assoċjati mal-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK jew attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016).

2.   L-ebda fond jew riżors ekonomiku ma għandu jsir disponibbli, direttament jew indirettament, lill-persuni jew lill-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 jew għall-benefiċċju tagħhom.

3.   Jistgħu jsiru wkoll eżenzjonijiet għal fondi u riżorsi ekonomiċi li jkunu:

(a)

meħtieġa sabiex jiġu sodisfatti ħtiġijiet bażiċi, inklużi ħlasijiet għal prodotti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, premiums ta' assigurazzjoni, u ħlasijiet għal servizzi ta' utilità pubblika;

(b)

maħsuba esklużivament għall-pagament ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta' spejjeż li huma assoċjati mal-provvista ta' servizzi legali; jew

(c)

maħsubin esklużivament għall-ħlas ta' onorarji jew kontijiet għal servizz, skont il-liġijiet nazzjonali, għal servizzi ta' rutina fiż-żamma jew il-manteniment ta' fondi ffriżati, jew riżorsi ekonomiċi,

wara n-notifika fejn adatt mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar l-intenzjoni li jawtorizza l-aċċess għal tali fondi u riżorsi ekonomiċi u fin-nuqqas ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn tali notifika.

4.   Jistgħu wkoll isiru eżenzjonijiet għal fondi jew riżorsi ekonomiċi li jkunu:

(a)

meħtieġa għal spejjeż straordinarji. Fejn adatt, l-Istat Membru kkonċernat għandu l-ewwel jinnotifika u jikseb l-approvazzjoni mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet; jew

(b)

is-suġġett ta' garanzija jew sentenza ġuridika, amministrattiva jew arbitrali, f'liema każ il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jistgħu jintużaw biex jissodisfaw dik il-garanzija jew is-sentenza, bil-kondizzjoni li l-garanzija jew is-sentenza kienet ingħatat qabel id-data li fiha l-persuna jew l-entità msemmija fil-paragrafu 1 ġiet iddeżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kunsill, u mhijiex għall-benefiċċju ta' persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1. Fejn adatt l-Istat Membru kkonċernat għandu l-ewwel jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

5.   Il-paragrafu 2 m'għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta':

(a)

mgħax jew introjtu ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b)

ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew saru effettivi qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri restrittivi,

bil-kondizzjoni li tali imgħax, introjtu ieħor u ħlasijiet ikomplu jkunu soġġetti għall-paragrafu 1.

6.   Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni lil persuna jew entità ddeżinjata elenkata fl-Anness II milli tagħmel ħlas dovut taħt kuntratt li sar qabel ma tali persuna jew entità ġiet elenkata, dment li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li:

(a)

il-kuntratt ma jkunx relatat ma' xi wieħed mill-oġġetti, materjal, tagħmir, merkanzija, teknoloġiji, assistenza, taħriġ, assistenza finanzjarja, investiment, servizzi ta' senserija jew servizzi msemmijin fl-Artikolu 1;

(b)

il-ħlas ma jiġix riċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1,

u wara notifika mill-Istat Membru rilevanti dwar il-ħsieb li jagħmel jew jirċievi tali ħlasijiet jew sabiex jawtorizza, fejn adatt, li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ma jibqgħux iffriżati għal dan il-għan, għaxart ijiem ta' xogħol qabel tali awtorizzazzjoni.

7.   Fir-rigward tal-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni Nazzjonali tal-Korea (KNIC):

(a)

L-Istati Membri rilevanti jistgħu jawtorizzaw li persuni u entitajiet tal-Unjoni jirċievu ħlasijiet mill-KNIC dment li:

(i)

il-ħlas ikun dovut:

(a)

f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' kuntratt għal servizzi ta' assigurazzjoni pprovduti mill-KNIC meħtieġa għall-attivitajiet tal-persuna jew entità tal-Unjoni fir-RDPK, jew

(b)

f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' kuntratt għal servizzi ta' assigurazzjoni pprovduti mill-KNIC fir-rigward ta' danni kkawżati fit-territorju tal-Unjoni minn kwalunkwe parti għal tali kuntratt;

(ii)

il-ħlas ma jiġix riċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1; u

(iii)

il-ħlas ma jkunx relatat direttament jew indirettament mal-attivitajiet ipprojbiti skont din id-Deċiżjoni.

(b)

L-Istati Membru rilevanti jista' jawtorizzaw lil persuni u entitajiet tal-Unjoni jagħmlu ħlasijiet lill-KNIC esklużivament sabiex jiksbu servizzi ta' assigurazzjoni meħtieġa għall-attivitajiet ta' tali persuni jew entitajiet fir-RDPK dment li dawn l-attivitajiet mhumiex projbiti skont din id-Deċiżjoni.

(c)

Ebda awtorizzazzjoni bħal din ma għandha tkun meħtieġa għal ħlasijiet minn jew lill-KNIC li jkunu meħtieġa għall-finijiet uffiċjali ta' missjoni diplomatika jew konsulari ta' Stat Membru fir-RDPK.

(d)

Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni lill-KNIC milli tagħmel ħlas dovut skont kuntratt konkluż qabel ma din ġiet elenkata, dment li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li:

(i)

il-kuntratt ma jkunx relatat ma' xi wieħed mill-oġġetti, materjal, tagħmir, merkanzija, teknoloġiji, assistenza, taħriġ, assistenza finanzjarja, investiment, servizzi ta' senserija jew servizzi pprojbiti msemmija f'din id-Deċiżjoni;

(ii)

il-ħlas ma jiġix riċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil- paragrafu 1.

Stat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu.

Artikolu 28

Il-punt (d) tal-Artikolu 27(1) ma għandux japplika fir-rigward ta' fondi, assi finanzjarji oħra jew riżorsi ekonomiċi oħra li huma meħtieġa biex jitwettqu attivitajiet tal-missjonijiet tar-RDPK għan-NU u l-aġenziji speċjalizzati tagħha u organizzazzjonijiet relatati jew missjonijiet diplomatiċi u konsulari oħra tar-RDPK, jew għal kwalunkwe fond, assi finanzjarji oħra jew riżorsi ekonomiċi oħra li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina bil-quddiem, skont il-każ, li jkunu meħtieġa għall-għoti ta' għajnuna umanitarja, id-denuklearizzazzjoni jew kwalunkwe fini ieħor b'mod konsistenti mal-objettivi tal-UNSCR 2270 (2016).

Artikolu 29

1.   L-uffiċċji rappreżentattivi tal-entitajiet elenkati fl-Anness I għandhom jingħalqu.

2.   Il-parteċipazzjoni diretta jew indiretta f'impriżi konġunti jew kwalunkwe arranġament kummerċjali ieħor minn entitajiet elenkati fl-Anness I, kif ukoll minn persuni jew entitajiet li jaġixxu għalihom jew f'isimhom, hija pprojbita.

KAPITOLU VIII

MIŻURI RESTRITTIVI OĦRAJN

Artikolu 30

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jeżerċitaw viġilanza u jipprevjenu tagħlim jew taħriġ speċjalizzat ta' ċittadini tar-RDPK, fit-territorji tagħhom jew minn ċittadini tagħhom, f'dixxiplini li jikkontribwixxu għall-attivitajiet nukleari sensittivi ta' proliferazzjoni tar-RDPK u għall-iżvilupp ta' sistemi ta' twassil ta' armi nukleari, inkluż tagħlim jew taħriġ fil-fiżika avvanzata, simulazzjoni avvanzata bil-kompjuter u xjenzi tal-kompjuter relatati, in-navigazzjoni ġeospazjali, l-inġinerija nukleari, l-inġinerija ajruspazjali, l-inġinerija ajrunawtika u dixxiplini relatati.

Artikolu 31

L-Istati Membri għandhom, f'konformità mal-liġi internazzjonali, jeżerċitaw viġilanza akbar fuq il-persunal diplomatiku tar-RDPK sabiex tali persuni jinżammu milli jikkontribwixxu għall-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK, jew attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni, jew għall-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawk l-UNSCRs jew minn din id-Deċiżjoni.

KAPITOLU IX

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 32

Ebda pretensjoni f'rabta ma' kwalunkwe kuntratt jew tranżazzjoni li t-twettiq tagħhom kien ġie affettwat, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont l-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016), inklużi miżuri tal-Unjoni jew ta' kwalunkwe Stat Membru skont, kif meħtieġ minn jew b'konnessjoni ma', l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew miżuri koperti minn din id-Deċiżjoni, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni ta' dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni koperta minn garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kwalunkwe forma, ma għandha tiġi sodisfatta, jekk issir minn:

(a)

il-persuni jew l-entitajiet iddeżinjati elenkati fl-Annessi I, II jew III;

(b)

lil kwalunkwe persuna jew entità oħra fir-RDPK, inkluż il-Gvern tar-RDPK, il-korpi, korporazzjonijiet u aġenziji pubbliċi tiegħu; jew

(c)

kwalunkwe persuna jew entità li taġixxi permezz ta', jew f'isem, kwalunkwe waħda mill-persuni jew entitajiet imsemmija fil-punti (a) jew (b).

Artikolu 33

1.   Il-Kunsill għandu jadotta modifiki għall-Anness I abbażi tad-determinazzjonijiet li jsiru mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

2.   Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'unanimità fuq proposta mill-Istati Membri jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jistabbilixxi l-listi fl-Anness II jew III u jadotta modifiki għalihom.

Artikolu 34

1.   Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jelenka persuna jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi tali persuna jew entità fl-Anness I.

2.   Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna jew entità għall-miżuri msemmija fil-punti (b) jew (c) tal-Artikolu 23(1) jew il-punt (b) tal-Artikolu 27(1), huwa għandu jemenda l-Anness II jew III kif opportun.

3.   Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu lill-persuna jew l-entità msemmija fil-paragrafi 1 u 2, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' notifika, u jipprovdi lil dik il-persuna jew entità opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.

4.   Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn jiġu ppreżentati provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jerġa' jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew entità kif adatt.

Artikolu 35

1.   L-Annessi I, II u III għandhom jinkludu r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni u l-entitajiet elenkati, kif provduti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fir-rigward tal-Anness I.

2.   L-Annessi I, II u III għandhom jinkludu wkoll, fejn tkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa biex il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jiġu identifikati, kif provduta mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fir-rigward tal-Anness I. Fir-rigward tal-persuni, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Anness I għandu jinkludi wkoll id-data ta' deżinjazzjoni fil-lista mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

Artikolu 36

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta, jew, jekk meħtieġ, emendata, b'mod partikolari fir-rigward tal-kategoriji ta' persuni, entitajiet jew oġġetti jew persuni, entitajiet jew oġġetti addizzjonali li għandhom ikunu koperti mill-miżuri restrittivi, jew skont l-UNSCRs rilevanti.

2.   Il-miżuri msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 23(1) u l-punti (b) u (c) tal-Artikolu 27(1) għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari u ta' mill-inqas kull 12-il xahar. Huma għandhom jieqfu japplikaw fir-rigward ta' persuni u entitajiet ikkonċernati jekk il-Kunsill jiddetermina, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2), li l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom m'għadhomx jiġu sodisfatti.

Artikolu 37

Id-Deċiżjoni 2013/183/PESK hija mħassra.

Artikolu 38

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Mejju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

A.G. KOENDERS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/800/PESK tat-22 ta' Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK (ĠU L 341, 23.12.2010, p. 32).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK tat-22 ta' April 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/800/PESK (ĠU L 111 23.4.2013, p. 52).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/476 tal-31 ta' Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 85, 1.4.2016, p. 38).

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 1).

(5)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1).


ANNESS I

Lista ta' persuni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 23(1) u ta' persuni u entitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 27(1)

A.   Persuni

 

Isem

Psewdonimu

Data tat-twelid

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

1.

Yun Ho-jin

magħruf ukoll bħala Yun Ho-chin

13.10.1944

16.7.2009

Direttur tan-Namchongang Trading Corporation; jieħu ħsieb l-importazzjoni ta' oġġetti meħtieġa għall-programm ta' arrikkament tal-uranju.

2.

Re Je-Son

Isem bil-Korean:

Image;

Isem biċ-Ċiniż:

Image

magħruf ukoll bħala Ri Che Son

1938

16.7.2009

Ministru tal-Industrija tal-Enerġija Atomika minn April 2014. Ex-Direttur tal-General Bureau of Atomic Energy (GBAE), l-aġenzija ewlenija li tmexxi l-programm nukleari tar-RDPK; iffaċilita diversi inizjattivi nukleari inkluż il-ġestjoni mill-GBAE ta' Yongbyon Nuclear Research Center uNamchongang Trading Corporation.

3.

Hwang Sok-hwa

 

 

16.7.2009

Direttur tal-General Bureau of Atomic Energy (GBAE); involut fil-programm nukleari tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea; bħala Kap tal-Uffiċċju ta' Gwida Xjentifika fil-GBAE, serva fil-Kumitat Xjentifiku ġewwa l-Joint Institute for Nuclear Research.

4.

Ri Hong-sop

 

1940

16.7.2009

Ex-direttur ta' Yongbyon Nuclear Research Centre, ħa ħsieb tliet faċilitajiet prinċipali li jassistu fil-produzzjoni ta' plutonju adattat għall-armi: il-Faċilità għall-Fabbrikazzjoni tal-Karburant, ir-Reattur Nukleari u l-Impjant tar-Riproċessar.

5.

Han Yu-ro

 

 

16.7.2009

Direttur tal-Korea Ryongaksan General Trading Corporation; involut fil-programm tal-missili ballistiċi tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea.

6.

Paek Chang-Ho

Pak Chang-Ho;

Paek Ch'ang-Ho

Passaport: 381420754

Data tal-Ħruġ tal-Passaport: 7.12.2011

Data ta' skadenza: 7.12.2016

Data tat-twelid: 18.6.1964; Post tat-Twelid Kaesong, RDPK

22.1.2013

Uffiċjal għoli u kap taċ-ċentru ta' kontroll tas-satelliti tal-Korean Committee for Space Technology.

7.

Chang Myong- Chin

Jang Myong-Jin

19.2.1968;

Data tat-twelid alternattiva 1965 jew 1966

22.1.2013

Amministratur Ġenerali ta' Sohae Satellite Launching Station u kap taċ-ċentru ta' llanċjar minn fejn sar l-illanċjar fit-13 ta' April u fit-12 ta' Diċembru 2012.

8.

Ra Ky'ong-Su

Ra Kyung-Su

Chang, Myong Ho

4.6.1954;

Passaport: 645120196

22.1.2013

Ra Ky'ong-Su huwa uffiċjal ta' Tanchon Commercial Bank (TCB). F'din il-kapaċità hu ffaċilita t-transazzjonijiet għal TCB. Tanchon Commercial Bank ġie deżinjat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 bħala l-entità finanzjarja ewlenija tar-RDPK responsabbli għall-bejgħ ta' armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta' armi bħal dawn.

9.

Kim Kwang-il

 

1.9.1969;

Passaport: PS381420397

22.1.2013

Kim Kwang-il huwa uffiċjal ta' Tanchon Commercial Bank (TCB). F'din il-kapaċità, hu ffaċilita transazzjonijiet għal TCB u l-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Tanchon Commercial Bank ġie deżinjat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 bħala l-entità finanzjarja ewlenija tar-RDPK responsabbli għall-bejgħ ta' armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta' armi bħal dawn. KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u esportatriċi prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK.

10.

Yo'n Cho'ng Nam

 

 

7.3.2013

Kap Rappreżentant tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Il-KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK.

11.

Ko Ch'o'l-Chae

 

 

7.3.2013

Viċi Kap Rappreżentant tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Il-KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi ul-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK.

12.

Mun Cho'ng- Ch'o'l

 

 

7.3.2013

Mun Cho'ng-Ch'o'l huwa uffiċjal ta' TCB. F'din il-kapaċità hu ffaċilita transazzjonijiet għal TCB. Tanchon Commercial Bank ġie deżinjat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u huwa l-entità finanzjarja prinċipali tar-RDPK għall-bejgħ tal-armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta' armi bħal dawn.

13.

Choe Chun-Sik

Choe Chun Sik;

Ch'oe Ch'un Sik

Data tat-twelid: 12.10.1954;

Ċittadinanza: RDPK

2.3.2016

Choe Chun-sik kien id-direttur tas-Second Academy of Natural Sciences (SANS) u kien il-kap tal-programm ta' missili ta' distanza twila tar-RDPK.

14.

Choe Song Il

 

Passaport: 472320665

Data ta' skadenza: 26.9.2017;

Passaport: 563120356

Ċittadinanza: RDPK

2.3.2016

Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank (TCB) fil-Vjetnam.

15.

Hyon Kwang II

Hyon Gwang Il

Data tat-twelid: 27.5.1961;

Ċittadinanza: RDPK

2.3.2016

Hyon Kwang II huwa d-Direttur tad-Dipartiment għall-Iżvilupp Xjentifiku fin-National Aerospace Development Administration.

16.

Jang Bom Su

Jang Pom Su

Data tat-twelid: 15.4.1957;

Ċittadinanza: RDPK

2.3.2016

Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank (TCB) fis-Sirja.

17.

Jang Yong Son

 

Data tat-twelid: 20.2.1957;

Ċittadinanza: RDPK

2.3.2016

Rappreżentant tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) fl-Iran.

18.

Jon Myong Guk

Cho 'n Myo 'ng-kuk

Passaport: 4721202031;

Data ta' skadenza: 21.2.2017;

Ċittadinanza: RDPK;

Data tat-twelid: 18.10.1976

2.3.2016

Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank (TCB) fis-Sirja.

19.

Kang Mun Kil

Jiang Wen-ji

Passaport: PS472330208;

Data ta' skadenza: 4.7.2017;

Ċittadinanza: RDPK;

2.3.2016

Kang Mun Kil wettaq attivitajiet ta' akkwist nukleari bħala rappreżentant ta' Namchongang, magħruf ukoll bħala Namhung.

20.

Kang Ryong

 

Data tat-twelid: 21.8.1969;

Ċittadinanza: RDPK

2.3.2016

Rappreżentant tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) fis-Sirja.

21.

Kim Jung Jong

Kim Chung Chong

Passaport: 199421147 Data ta' skadenza: 29.12.2014;

Passaport: 381110042, Data ta' skadenza: 25.1.2016;

Passaport: 563210184, Data ta' skadenza: 18.6.2018;

Data tat-twelid: 7.11.1966,

Ċittadinanza: RDPK

2.3.2016

Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank fil-Vjetnam.

22.

Kim Kyu

 

Data tat-twelid: 30.7.1968,

Ċittadinanza: RDPK

2.3.2016

Uffiċjal għall-Affarijiet Barranin tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID).

23.

Kim Tong My'ong

Kim Chin-So'k; Kim Tong-Myong; Kim Jin-Sok; Kim, Hyok-Chol

Data tat-twelid: 1964;

Ċittadinanza: RDPK

2.3.2016

Kim Tong My'ong huwa l-President ta' Tanchon Commercial Bank u kellu diversi pożizzjonijiet ma' Tanchon Commercial Bank minn tal-anqas mill-2002 lil hawn. Huwa kellu wkoll rwol fil-ġestjoni tal-affarijiet ta' Amroggang.

24.

Kim Yong Chol

 

Data tat-twelid: 18.2.1962;

Ċittadinanza: RDPK

2.3.2016

Rappreżentant tal-KOMID fl-Iran.

25.

Ko Tae Hun

Kim Myong Gi

Passaport: 563120630;

Data ta' skadenza: 20.3. 2018,

Data tat-twelid: 25.5.1972;

Ċittadinanza: RDPK

2.3.2016

Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank.

26.

Ri Man Gon

 

Data tat-twelid: 29.10.1945;

Numru tal-passaport: P0381230469;

Data ta' skadenza: 6.4.2016;

Ċittadinanza: RDPK

2.3.2016

Ri Man Gon huwa l-Ministru tal-Munitions Industry Department.

27.

Ryu Jin

 

Data tat-twelid: 7.8.1965;

Numru tal-Passaport: 563410081;

Ċittadinanza: RDPK

2.3.2016

Rappreżentant tal-KOMID fis-Sirja.

28.

Yu Chol U

 

Ċittadinanza: RDPK

 

Yu Chol U huwa d-Direttur tan-National Aerospace Development Administration.

B.   Entitajiet

 

Isem

Psewdonimu

Lokalità

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

Informazzjoni oħra

1.

Korea Mining Development Trading Corporation

magħrufa ukoll bħala CHANGGWANG SINYONG CORPORATION; magħrufa wkoll bħala EXTERNAL TECHNOLOGY GENERAL CORPORATION; magħrufa wkoll bħala DPRKN MINING DEVELOPMENT TRADING COOPERATION; magħrufa wkoll bħala “KOMID”

Distrett Ċentrali, Pyongyang, RDPK

24.4.2009

Negozjant tal-armi primarju u esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatat ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali.

2.

Korea Ryonbong General Corporation

magħrufa wkoll bħala KOREA YONBONG GENERAL CORPORATION;

qabel magħrufa bħala LYON-GAKSAN GENERAL TRADING CORPORATION

Pot'onggang District, Pyongyang, DPRK; Rakwon- dong,

Pothonggang District, Pyongyang, DPRK

24.4.2009

Konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwisti għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u l-appoġġ għall-bejgħ relatat mal-militar ta' dak il-pajjiż.

3.

Tanchon Commercial Bank

qabel magħrufa bħala CHANGGWANG CREDIT BANK; qabel magħrufa bħala KOREA CHANGGWANG CREDIT BANK

Saemul 1- Dong

Pyongchon District, Pyongyang, DPRK

24.4.2009

L-entità finanzjarja prinċipali tar-RDPK għall-bejgħ tal-armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta' armi bħal dawn.

4.

Namchongang Trading Corporation

NCG; NAMCHONGANG TRADING;NAM CHON GANG CORPORATION; NOMCHONGANG TRADING CO.; NAM CHONG GAN TRADING CORPORATION; Namhung Trading Corporation

Pyongyang, RDPK

16.7.2009

Namchongang hija kumpannija kummerċjali tar-RDPK subordinata għall-General Bureau of Atomic Energy (GBAE). Namchongang kienet involuta fl-akkwist ta' pompi tal-vakwu ta' oriġini Ġappuniża li ġew identifikati f'faċilità nukleari tar-RDPK, kif ukoll ta' akkwist relatat ma' oġġetti nukleari assoċjat ma' individwu Ġermaniż. Din kienet involuta wkoll mill-aħħar tas-snin 90 fix-xiri ta' tubi tal-aluminju u tagħmir ieħor speċifikament adattat għal programm ta' arrikkiment tal-uranju. Ir-rappreżentant tagħha huwa ex-diplomatiku li serva bħala rappreżentant tar-RDPK għall-ispezzjoni mill-International Atomic Energy Agency (IAEA) tal-faċilitajiet Nukleari ta' Yongbyon fl-2007. L-attivitajiet ta' proliferazzjoni ta' Namchongang huma ta' tħassib kbir b'kunsiderazzjoni tal-attivitajiet ta' proliferazzjoni passati tar-RDPK.

5.

Hong Kong Electronics

magħrufa wkoll bħala HONG KONG ELECTRONICS KISH CO

Sanaee St., Kish Island, Iran

16.7.2009

Proprjetà ta' jew ikkontrollata minn, jew taġixxi jew bil-ħsieb li taġixxi għal jew f'isem Tanchon Commercial Bank u KOMID. Hong Kong Electronics ittrasferiet miljuni ta' dollari ta' fondi relatati mal-proliferazzjoni f'isem Tanchon Commercial Bank u KOMID (it-tnejn deżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009) mill-2007. Hong Kong Electronics iffaċilitat il-moviment tal-flus mill-Iran għar-RDPK f'isem KOMID.

6.

Korea Hyoksin Trading Corporation

magħrufa wkoll bħala KOREA HYOKSIN EXPORT AND IMPORT CORPORATION

Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, RDPK.

16.7.2009

Kumpannija tar-RDPK ibbażata fi Pyongyang li hija subordinata għall-Korea Ryonbong General Corporation (deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009) u hija involuta fl-iżvilupp ta' armi ta' qerda massiva.

7.

General Bureau of Atomic Energy (GBAE)

magħruf ukoll bħala General Department of Atomic Energy (GDAE)

Haeudong, Pyongchen District, Pyongyang, RDPK.

16.7.2009

Il-GBAE huma responsabbli għall-programm nukleari tar-RDPK, li jinkludi l-Yongbyon Nuclear Research Centre u r-reattur ta' riċerka ta' produzzjoni nukleari tiegħu ta' 5 MWe (25 MWt), kif ukoll tal-faċilitajiet tiegħu ta' fabbrikazzjoni u ripproċessar tal-karburant.

Il-GBAE kellu laqgħat u diskussjonijiet relatati ma' kwistjonijiet nukleari mal-International Atomic Energy Agency. Il-GBAE huwa l-aġenzija primarja tal-Gvern tar-RDPK li tieħu ħsieb il-programmi nukleari, inkluż l-operat taċ-Ċentru ta' Riċerka Nukleari ta' Yongbyon.

8.

Korean Tangun Trading Corporation

 

Pyongyang, RDPK.

16.7.2009

Korea Tangun Trading Corporation hija subordinata tas-Second Academy of Natural Sciences tar-RDPK u hija primarjament responsabbli għall-akkwist tal-oġġetti bażiċi u t-teknoloġiji li jappoġġaw il-programmi ta' difiża tar-RDPK għar-riċerka u l-iżvilupp, inklużi, iżda mhux limitati, għall-armi ta' qerda massiva u għal programmi ta' sistemi ta' forniment u akkwist, inklużi materjali li huma kkontrollati jew ipprojbiti taħt ir-reġimi rilevanti ta' kontroll multilaterali.

9.

Korean Committee for Space Technology

DPRK Committee for Space Technology;

Department of Space Technology of the DPRK; Committee for Space Technology; KCST

Pyongyang, RDPK

22.1.2013

Il-Korean Committee for Space Technology (KCST) orkestra l-illanċjar tar-RDPK fit-13 ta' April 2012 u fit-12 ta' Diċembru 2012 permezz taċ-ċentru għall-kontroll satellitari u ż-żona ta' llanċjar ta' Sohae.

10.

Bank of East Land

Dongbang Bank;

Tongbang U'Nhaeng;

Tongbang Bank P.O.

P.O.32, BEL Building, Jonseung-Dung, Moranbong District, Pyongyang, DPRK.

22.1.2013

L-istituzzjoni finanzjarja ta' RDPK Bank of East Land tiffaċilita transazzjonijiet relatati mal-armi għal, u appoġġ ieħor lill-manifattur u l-esportatur Green Pine Associated Corporation (Green Pine). Bank of East Land ħadem b'mod attiv ma' Green Pine biex jittrasferixxi fondi b'mod sabiex jiġu evitati s-sanzjonijiet. Fl-2007 u fl-2008 Bank of East Land iffaċilita transazzjonijiet li jinvolvu Green Pine u istituzzjonijiet finanzjarji Iranjani, li jinkludu Bank Melli u Bank Sepah. Il-Kunsill tas-Sigurtà ddeżinja lil Bank Sepah fir-Riżoluzzjoni 1747 (2007) minħabba li pprovda appoġġ lill-programm tal-missili ballistiċi tal-Iran. Green Pine kienet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2012.

11.

Korea Kumryong Trading Corporation

 

 

22.1.2013

Użata prinċipalment bħala psewdonimu minn Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) biex twettaq attivitajiet ta' akkwist. Il-KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK.

12.

Tosong Technology Trading Corporation

 

Pyongyang, RDPK

22.1.2013

Il-Korea Mining Development Corporation (KOMID) hija l-kumpannija omm ta' Tosong Technology Trading Corporation. KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u esportatriċi prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK.

13.

Korea Ryonha Machinery Joint Venture Corporation

Chosun Yunha Machinery Joint Operation Company; Korea Ryenha Machinery J/V Corporation; Ryonha Machinery Joint Venture Corporation; Ryonha Machinery Corporation; Ryonha Machinery;

Ryonha Machine Tool; Ryonha Machine Tool Corporation; Ryonha Machinery Corp; Ryonhwa Machinery Joint Venture Corporation; Ryonhwa Machinery JV; Huichon Ryonha Machinery General Plant; Unsan; Unsan Solid Tools; u Millim Technology Company

Tongan-dong, Central District, Pyongyang, DPRK; Mangungdae- gu, Pyongyang, DPRK; Mangyongdae District, Pyongyang, DPRK.

Indirizzi elettroniċi: ryonha@sili-bank.com; sjc-117@hot-mail.com; and millim@sili-bank.com

Numri tat-telefon: 8502-18111; 8502-18111-8642; u 850 2 181113818642

Numru tal-fax: 8502-381-4410

22.1.2013

Korea Ryonbong General Corporation hija l-kumpannija omm ta' Korea Ryonha Machinery Joint Venture Corporation. Korea Ryonbong General Corporation ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwisti għall-industriji tad-difiża u l-appoġġ għall-bejgħ militari relatat tar-RDPK.

14.

Leader (Hong Kong) International

Leader International Trading Limited; Leader (Hong Kong) International Trading Limited

LM-873, RM B, 14/F, Wah Hen Commercial Centre, 383 Hennessy Road, Wanchai, Hong Kong, China.

22.1.2013

Leader International (Numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpannija ta' Hong Kong 1177053), tiffaċilita vjeġġi f'isem il-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat f'April 2009 u hija l-kummerċjant ewlieni fl-armi u l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK.

15.

Green Pine Associated Corporation

Cho'ngsong United Trading Company; Chongsong Yonhap; Ch'o'ngsong Yo'nhap; Chosun Chawo'n Kaebal T'uja Hoesa; Jindallae; Ku'm- haeryong Company LTD; Natural Resources Development and Investment Corporation; Saeingp'il Company

c/o Reconnaissance General Bureau Headquarters, HyongjesanGuyok, Pyongyang, DPRK;

Nungrado, Pyongyang, DPRK

2.5.2015

Green Pine Associated Corporation ('Green Pine') assumiet ħafna mill-attivitajiet tal-Korea Mining Development Trading

Corporation (KOMID). Il-KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK.

Green Pine hija responsabbli wkoll għal madwar nofs l-armi u materjal relatat esportat mir-RDPK.

Green Pine ġiet identifikata għal sanzjonijiet għall-esportazzjoni tal-armi jew materjal relatat mill-Korea ta' Fuq. Green Pine tispeċjalizza fil-produzzjoni ta' inġenji u armamenti militari marittimi, bħal sottomarini, dgħajjes militari u sistemi ta' missili, u esportat torpedoes u assistenza teknika lil ditti Iranjani relatati mad-difiża.

16.

Amroggang Development Banking Corporation

Amroggang Development Bank;

Amnokkang Development Bank

Tongan-dong, Pyongyang, RDPK

2.5.2012

Amroggang, li kienet stabbilita fl-2006, hija kumpannija relatata mal-Tanchon Commercial Bank amministrata minn uffiċjali ta' Tanchon. Tanchon għandu rwol fil-finanzjament tal-bejgħ minn KOMID ta' missili ballistiċi u kien ukoll involut fi transazzjonijiet ta' missili ballistiċi minn KOMID għal Shahid Hemmat Industrial Group (SHIG) tal-Iran. Tanchon Commercial Bank ġie deżinjat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hu l-entità finanzjarja prinċipali tar-RDPK għall-bejgħ tal-armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta' armi bħal dawn. KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u esportatriċi prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK. Il-Kunsill tas-Sigurtà ddeżinja lill-SHIG fir-Riżoluzzjoni 1737 (2006) bħala entità involuta fil-programm ta' missili ballistiċi tal-Iran.

17.

Korea Heungjin Trading Company

Hunjin Trading Co.; Korea Henjin Trading Co.; Korea Hengjin Trading Company

Pyongyang, DPRK.

2.5.2012

Il-Korea Heungjin Trading Company tintuża mill- KOMID għal finijiet kummerċjali. Hu ssuspettat li hija kienet involuta fil-forniment ta' oġġetti relatati mal-missili lill-Shahid Hemmat Industrial Group (SHIG) tal-Iran. Heungjin ġiet assoċjata mal-KOMID, u, b'mod aktar speċifiku, l-uffiċju tal-akkwisti tal-KOMID. Heungjin intużat għall-akkwist ta' kontrollatur diġitali avvanzat b'applikazzjonijiet fit-tfassil tal-missili. KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u esportatriċi prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK. Il-Kunsill tas-Sigurtà ddeżinja lill-SHIG fir-Riżoluzzjoni 1737 (2006) bħala entità involuta fil-programm ta' missili ballistiċi tal-Iran.

18.

Second Academy of Natural Sciences

2nd Academy of Natural Sciences; Che 2 Chayon Kwahakwon; Academy of Natural Sciences; Chayon Kwahak-Won; National Defense Academy;

Kukpang Kwahak-Won; Second Academy of Natural Sciences Research Institute; Sansri

Pyongyang, DPRK

7.3.2013

Is-Second Academy of Natural Sciences hija organizzazzjoni ta' livell nazzjonali għar-riċerka u l-iżvilupp tas-sistemi ta' armamenti avvanzati tar-RDPK, inklużi missili u probabbilment armamenti nukleari. Is-Second Academy of Natural Sciences tuża numru ta' organizzazzjonijiet subordinati biex tikseb teknoloġija, tagħmir, u informazzjoni minn barra l-pajjiż, inkluża Tangun Trading Corporation, għall-użu fil-programmi ta' missili u probabbilment ta' armamenti nukleari tar-RDPK. Korea Tangun Trading Corporation ġiet iddeżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'Lulju 2009 u hija primarjament responsabbli għall-akkwist tal-oġġetti bażiċi u t-teknoloġiji li jappoġġaw il-programmi ta' difiża tar-RDPK għar-riċerka u l-iżvilupp, inklużi, iżda mhux limitati, tal-armi ta' qerda massiva u ta' programmi ta' sistemi ta' forniment u akkwist, inklużi materjali li huma kkontrollati jew ipprojbiti taħt ir-reġimi rilevanti ta' kontroll multilaterali.

19.

Korea Complex Equipment Import Corporation

 

Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, DPRK.

7.3.2013

Korea Ryonbong General Corporation hija l-kumpannija omm ta' Korea Complex Equipment Import Corporation. Korea Ryonbong General Corporation ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwisti għall-industriji tad-difiża u l-appoġġ għall-bejgħ militari relatat tar-RDPK.

20.

Ocean Maritime Management Company, Limited (OMM)

 

Donghung Dong, Central District. PO BOX 120. Pyongyang, DPRK;

28.7.2014

Ocean Maritime Management Company, Limited (Numru tal-OMI: 1790183) huwa l-operatur/ġestjonarju tal-bastiment Chong Chon Gang. Kellu rwol ewlieni fl-arranġamenti għall-ġarr ta' merkanzija moħbija ta' armi u materjal relatat minn Kuba lejn ir-RDPK f'Lulju 2013. Bħala tali, Ocean Maritime Management Company, Limited ikkontribwixxiet f'attivitajiet ipprojbiti mir-riżoluzzjonijiet, b'mod partikolari l-embargo fuq l-armi impost bir-riżoluzzjoni 1718 (2006), kif emendata bir-riżoluzzjoni 1874 (2009), u kkontribwixxiet fl-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawn ir-riżoluzzjonijiet.

Bastimenti b' Numru tal-OMI:

 

 

 

 

(a)

Chol Ryong (Ryong Gun Bong)

8606173

 

 

2.3.2016

 

(b)

Chong Bong (Greenlight) (Blue Nouvelle)

8909575

 

 

2.3.2016

 

(c)

Chong Rim 2

8916293

 

 

2.3.2016

 

(d)

Dawnlight

9110236

 

 

2.3.2016

 

(e)

Ever Bright 88 (J Star)

8914934

 

 

2.3.2016

 

(f)

Gold Star 3 (benevolence)

8405402

 

 

2.3.2016

 

(g)

Hoe Ryong

9041552

 

 

2.3.2016

 

(h)

Hu Chang (O Un Chong Nyon)

8330815

 

 

2.3.2016

 

(i)

Hui Chon (Hwang Gum San 2)

8405270

 

 

2.3.2016

 

(j)

Ji Hye San (Hyok Sin 2)

8018900

 

 

2.3.2016

 

(k)

Kang Gye (Pi Ryu Gang)

8829593

 

 

2.3.2016

 

(l)

Mi Rim

8713471

 

 

2.3.2016

 

(m)

Mi Rim 2

9361407

 

 

2.3.2016

 

(n)

O Rang (Po Thong Gang)

8829555

 

 

2.3.2016

 

(o)

Orion Star (Richocean)

9333589

 

 

2.3.2016

 

(p)

Ra Nam 2

8625545

 

 

2.3.2016

 

(q)

RaNam 3

9314650

 

 

2.3.2016

 

(r)

Ryo Myong

8987333

 

 

2.3.2016

 

(s)

Ryong Rim (Jon Jin 2)

8018912

 

 

2.3.2016

 

(t)

Se Pho (Rak Won 2)

8819017

 

 

2.3.2016

 

(u)

Songjin (Jang Ja San Chong Nyon Ho)

8133530

 

 

2.3.2016

 

(v)

South Hill 2

8412467

 

 

2.3.2016

 

(w)

South Hill 5

9138680

 

 

2.3.2016

 

(x)

Tan Chon (Ryon Gang 2)

7640378

 

 

2.3.2016

 

(y)

Thae Pyong San (Petrel 1)

9009085

 

 

2.3.2016

 

(z)

Tong Hung San (Chong Chon Gang)

7937317

 

 

2.3.2016

 

(aa)

Tong Hung 1

8661575

 

 

2.3.2016

 

21.

Academy of National Defense Science

 

Pyongyang, DPRK

2.3.2016

L-Academy of National Defense Science hija involuta fl-isforzi tar-RDPK biex jiġi avvanzat l-iżvilupp tal-programmi tal-missili ballistiċi u l-armi nukleari tagħha.

22.

Chongchongang Shipping Company

Chong Chon Gang Shipping Co. Ltd.

Indirizz: 817 Haeun, Donghung-dong, Central District, Pyongyang, DPRK; Indirizz Alternattiv: 817, Haeum, Tonghun-dong, Chung-gu, Pyongyang, DPRK; Numru tal-OMI: 5342883

2.3.2016

Iċ-Chongchongang Shipping Company, permezz tal-bastiment tagħha, iċ-Chong Chon Gang, ippruvat timporta direttament il-vjeġġ illeċitu ta' armi konvenzjonali fir-RDPK f'Lulju 2013.

23.

Daedong Credit Bank (DCB)

DCB; Taedong Credit Bank

Indirizz: Suite 401, Potonggang Hotel, Ansan-Dong, Pyongchon District, Pyongyang, DPRK; Indirizz Alternattiv: Ansan-dong, Botonggang Hotel, Pongchon, Pyongyang, DPRK; SWIFT: DCBK KKPY

2.3.2016

Daedong Credit Bank ipprovda servizzi finanzjarji lill-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) u t-Tanchon Commercial Bank. Tal-inqas mill-2007, id-DCB iffaċilita mijiet ta' transazzjonijiet finanzjarji li jiswew miljuni ta' dollari f'isem il-KOMID u t-Tanchon Commercial Bank. F'xi każijiet, id-DCB iffaċilita konxjament transazzjonijiet billi uża prattiki finanzjarji qarrieqa.

24.

Hesong Trading Company

 

Pyongyang, DPRK

2.3.2016

Il-Korea Mining Development Corporation (KOMID) hija l-kumpannija omm ta' Hesong Trading Corporation.

25.

Korea Kwangson Banking Corporation (KKBC)

KKBC

Jungson-dong, Sungri Street, Central District, Pyongyang, DPRK

2.3.2016

Il-KKBC tipprovdi servizzi finanzjarji b'appoġġ għal Tanchon Commercial Bank u Korea Hyoksin Trading Corporation, subordinata tal-Korea Ryonbong General Corporation. Tanchon Commercial Bank uża lill-KKBC biex jiffaċilita trasferimenti ta' fondi li x'aktarx jammontaw għal miljuni ta' dollari, inklużi trasferimenti li jinvolvu fondi relatati mal-Korea Mining Development Corporation.

26.

Korea Kwangsong Trading Corporation

 

Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, DPRK

2.3.2016

Il-Korea Ryonbong General Corporation hija l-kumpannija omm ta' Korea Kwangsong Trading Corporation.

27.

Ministeru għall-Industrija tal-Enerġija Atomika

MAEI

Haeun-2-dong, Pyongchon District, Pyongyang, DPRK

2.3.2016

Il-Ministeru għall-Industrija tal-Enerġija Atomika nħoloq fl-2013 bil-għan li tiġi mmodernizzata l-industrija tal-enerġija atomika tar-RDPK biex tiżdied il-produzzjoni ta' materjal nukleari, tittejjeb il-kwalità tiegħu, u tiġi żviluppata aktar industrija nukleari indipendenti tar-RDPK. Bħala tali, il-MAEI huwa magħruf bħala attur kritiku fl-iżvilupp ta' armi nukleari tar-RDPK u huwa nkarigat mill-operazzjoni ta' kuljum tal-programm tal-armi nukleari tal-pajjiż, u taħtu hemm organizzazzjonijiet oħra relatati mal-kwistjonijiet nukleari. Taħt dan il-ministeru hemm għadd ta' organizzazzjonijiet u ċentri ta' riċerka relatati mal-qasam nukleari, kif ukoll żewġ kumitati: Kumitat għall-Applikazzjoni tal-Isotopi u Kumitat għall-Enerġija Nukleari. Il-MAEI jidderieġi wkoll ċentru ta' riċerka nukleari f'Yongbyun, is-sit tal-faċilitajiet magħrufa tal-plutonju tar-RDPK. Barra minn hekk, fir-rapport tal-Grupp ta' Esperti (POE) tal-2015, il-POE ddikjara li Ri Je-son, ex-direttur tal-GBAE li ġie deżinjat mill-Kumitat stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 1718 (2006) fl-2009 għal involviment fi programmi relatati mal-qasam nukleari jew għal appoġġ għalihom, inħatar kap tal-MAEI fid-9 ta' April 2014.

28.

Munitions Industry Department

Military Supplies Industry Department

Pyongyang, DPRK

2.3.2016

Il-Munitions Industry Department huwa involut f'aspetti ewlenin tal-programm ta' missili tar-RDPK. L-MID huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-iżvilupp tal-missili ballistiċi tar-RDPK, inkluż it-Taepo Dong-2. L-MID jissorvelja l-programmi tal-produzzjoni tal-armi u ta' R&Ż tar-RDPK, inkluż il-programm tal-missili ballistiċi tar-RDPK. Is-Second Economic Committee u s-Second Academy of Natural Sciences — ukoll deżinjati f'Awwissu 2010 — huma subordinati għal MID. Fis-snin reċenti l-MID ħadem biex jiżviluppa l-KN08 road-mobile ICBM.

29.

National Aerospace Development Administration

NADA

DPRK

2.3.2016

In-NADA hija involuta fl-iżvilupp tax-xjenza u t-teknoloġija spazjali tar-RDPK, inklużi l-illanċjar ta' satelliti u carrier rockets.

30.

Office 39

Office #39; Office No. 39; Bureau 39; Central Committee Bureau 39; Third Floor; Division 39

DPRK

2.3.2016

Entità tal-gvern tar-RDPK.

31.

Reconnaissance General Bureau

Chongch'al Ch'ongguk; KPA Unit 586; RGB

Hyongjesan- Guyok, Pyongyang, DPRK; Indirizz Alternattiv: Nungrado, Pyongyang, DPRK

2.3.2016

Ir-Reconnaissance General Bureau huwa l-organizzazzjoni ewlenija tal-intelligence tar-RDPK, maħluqa fil-bidu tal-2009 bil-fużjoni ta' organizzazzjonijiet tal-intelligence eżistenti mill-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, l-Operations Department u l-Office 35, u r-Reconnaissance Bureau tal-Armata tal-Poplu Korean. Ir-Reconnaissance General Bureau jinnegozja armi konvenzjonali u jikkontrolla l-kumpannija tal-armi konvenzjonali tar-RDPK Green Pine Associated Corporation.

32.

Second Economic Committee

 

Kangdong, DPRK

2.3.2016

Is-Second Economic Committee huwa involut f'aspetti ewlenin tal-programm ta' missili tar-RDPK. Is-Second Economic Committee huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-produzzjoni tal-missili ballistiċi tar-RDPK, u jidderieġi l-attivitajiet tal-KOMID.


ANNESS II

Lista ta' persuni msemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 23(1) u ta' persuni u entitajiet imsemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 27(1)

I.

Persuni u entitajiet responsabbli għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew fuq id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom.

A.   Persuni

 

Isem

Psewdonimu

Data tat-twelid

Data tad-deżinjazzjoni

Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

1.

CHON Chi Bu

 

 

22.12.2009

Membru tal-General Bureau of Atomic Energy, ex-direttur tekniku ta' Yongbyon.

2.

CHU Kyu-Chang

JU Kyu-Chang

Data tat-twelid: 25.11.1928

Post tat-twelid: South Hamgyo'ng Province

22.12.2009

Membru tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li hija korp ewlieni għal materji ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Ex-Direttur tad-dipartiment tal-munizzjonijiet tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema Koreani. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ lil, jew il-promozzjoni ta', il-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva.

3.

HYON Chol-hae

 

1934 (Manchuria, Ċina)

22.12.2009

Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati Popolari (Konsulent militari tal-mejjet Kim Jong-Il).

4.

KIM Yong-chun

Young-chun

4.3.1935

Numru tal-passaport: 554410660

22.12.2009

Viċi President tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, Ministru tal-Forzi Armati Popolari, konsulent speċjali tal-mejjet Kim Jong-Il dwar l-istrateġija nukleari.

5.

O Kuk-Ryo

 

1931

(provinċja ta' Jilin, Ċina)

22.12.2009

Viċi President tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, sorveljant tal-akkwisti barra l-pajjiż ta' teknoloġija avvanzata għall-programm nukleari u dak ballistiku.

6.

PAEK Se-bong

 

Sena tat-twelid: 1946

22.12.2009

President tat-Tieni Kumitat Ekonomiku (responsabbli għall-programm ballistiku) tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Membru tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali.

7.

PAK Jae-gyong

Chae-Kyong

1933

Numru tal-passaport: 554410661

22.12.2009

Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati Popolari u Viċi Direttur tal-Uffiċċju tal-Loġistika tal-Forzi Armati Popolari (Konsulent militari tal-mejjet Kim Jong-Il).

8.

PYON Yong Rip

Yong-Nip

20.9.1929

Numru tal-passaport: 645310121

(maħruġ fit-13.9.2005)

22.12.2009

President tal-Akkademja tax-Xjenza, li kienet involuta f'riċerka bijoloġika relatata mal-AQM.

9.

RYOM Yong

 

 

22.12.2009

Direttur tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità deżinjata min-Nazzjonijiet Uniti), inkarigata mir-relazzjonijiet internazzjonali.

10.

SO Sang-kuk

 

bejn l-1932 u l-1938

22.12.2009

Kap tad-Dipartiment tal-Fiżika Nukleari, Università Kim Il Sung.

11.

Lieutenant General KIM Yong Chol

KIM Yong-Chol; KIM Young-Chol; KIM Young-Cheol; KIM Young-Chul

1946 (Pyongan-Pukto, DPRK)

19.12.2011

Kim Yong Chol huwa l-kmandant tar-Reconnaissance General Bureau (RGB).

12.

PAK To-Chun

 

9.3.1944 (Jagang, Rangrim)

19.12.2011

Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali. Hu inkarigat mill-industrija tal-armi. Hu rrapportat li jikkmanda l-uffiċċju għall-enerġija nukleari. Din l-istituzzjoni hi deċiżiva għall-programm nukleari u l-programm tar-rocket launchers tar-RDPK.

13.

CHOE Kyong-song

 

 

20.5.2016

Kurunell Ġeneral fl-armata tar-RDPK. Ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

14.

CHOE Yong-ho

 

 

20.5.2016

Kurunell Ġeneral fl-armata tar-RDPK. Ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Kmandant tal-forzi tal-ajru. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

15.

HONG Sung-Mu

HUNG Sung Mu

Data tat-twelid: 1.1.1942

20.5.2016

Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet (DIM). Inkarigat mill-iżvilupp ta' programmi li jikkonċernaw armi u missili konvenzjonali, inkluż missili ballistiċi. Wieħed mill-persuni ewlenin responsabbli għall-programmi ta' żvilupp industrijali għal armi nukleari. Bħala tali, responsabbli għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

16.

JO Chun Ryong

CHO Chun Ryo'ng; JO Chun-Ryong; JO Cho Ryong

Data tat-twelid: 4.4.1960

20.5.2016

President tat-Tieni Kumitat Ekonomiku (TKE) mill-2014 u responsabbli għall-ġestjoni tal-fabbriki u s-siti għall-produzzjoni ta' munizzjonijiet. It-TKE ġie indikat taħt il-UNSCR 2270 (2016) għall-involviment tiegħu f'aspetti ewlenin tal-programm tal-missili, ir-responsabbiltà tiegħu għas-sorveljanza tal-produzzjoni tal-missili ballistiċi tar-RDPK u għall-ġestjoni tal-attivitajiet tal-KOMID — l-entità ewlenija tar-RDPK dwar il-kummerċ tal-armi. Membru tal-Kumissjoni tad-Difiża Nazzjonali. Ipparteċipa f'diversi programmi relatati mal-missili ballistiċi. Wieħed mill-prinċipali ewlenin fl-industrija tal-armi tar-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

17.

JO Kyongchol

 

 

20.5.2016

Ġeneral fl-armata tar-RDPK. Ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Direttur tal-Kmand tas-Sigurtà Militari. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

18.

KIM Chun-sam

 

 

20.5.2016

Logutenent Ġeneral, ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Direttur tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet tal-Kwartieri Ġenerali Militari tal-Armata tar-RDPK u l-ewwel Viċi Kap tal-Kwartieri Ġenerali Militari. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ u l-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

19.

KIM Chun-sop

 

 

20.5.2016

Membru tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

20.

KIM Jong-gak

 

Data tat-twelid: 20.7.1941

Post tat-twelid: Pyongyang

20.5.2016

Viċi Marixxall fl-armata tar-RDPK, ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

21.

KIM Rak Kyom

KIM Rak-gyom

 

20.5.2016

Ġeneral b'Erba' Stilel, Kmandant tal-Istrategic Forces (magħrufa wkoll bħala Strategic Rocket Forces) li jidher li issa jikkmanda erba' unitajiet strateġiċi u tekniċi tal-missili, inkluża l-brigata KN08 (ICBM). L-Istati Uniti indikat l-Istrategic Forces minħabba li wettqu attivitajiet li kkontribwixxew b'mod materjali għall-proliferazzjoni ta' armi ta' qerda massival jew il-mezz ta' forniment tagħhom. Ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Rapporti fil-mezzi tax-xandir identifikaw lil KIM bħala li attenda t-test tal-magni tal-ICBM li sar f'April 2016 ma' KIM Jung Un. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

22.

KIM Won-hong

 

Data tat-twelid: 7.1.1945

Post tat-twelid: Pyongyang

Numru tal-passaport: 745310010

20.5.2016

Ġeneral, Direttur tad-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Istat. Ministru għas-Sigurtà tal-Istat. Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u l-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li huma l-korpi ewlenin għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

23.

PAK Jong-chon

 

 

20.5.2016

Kurunell Ġeneral fl-armata tar-RDPK, Kap tal-Forzi Armati tal-Poplu Korean, Viċi Kap tal-Persunal u Direttur tal-Firepower Command Department. Kap tal-Kwartieri Ġenerali Militari u Direttur tad-Dipartiment tal-Artillery Command Department. Ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali. Responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

24.

RI Jong-su

 

 

20.5.2016

Viċi Ammirall. Ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Kap Kmandant tal-Forza Navali Koreana, li hija involuta fl-iżvilupp tal-programmi tal-missili ballistiċi u fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet nukleari tal-forzi navali tar-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

25.

SON Chol-ju

 

 

20.5.2016

Kurunell Ġeneral tal-Forzi Armati tal-Poplu Korean u Direttur politiku tal-Forzi tal-Ajru u tal-Forzi kontra l-attakki mill-ajru (Anti Air Force), li tissorvelja l-iżvilupp ta' rokits modernizzati kontra l-inġenji tal-ajru. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

26.

YUN Jong-rin

 

 

20.5.2016

Ġeneral, ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u membru tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li huma l-korpi ewlenin għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

27.

PAK Yong-sik

 

 

20.5.2016

Ġeneral b'Erba' Stilel, membru tad-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Istat, Ministru għad-Difiża. Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li huma l-korpi ewlenin għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Huwa assista għall-ittestjar ta' missili ballistiċi f'Marzu 2016. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

28.

HONG Yong Chil

 

 

20.5.2016

Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet (DIM). Id-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet — elenkat mill-KSNU fit-2 ta' Marzu 2016 — huwa involut f'aspetti ewlenin tal-programm tal-missili tar-RDPK. Id-DIM huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-iżvilupp tal-missili ballistiċi tar-RDPK, inkluża t-Taepo Dong-2, il-produzzjoni ta' armi u ta' programmi ta' Riċerka u Żvilupp. It-Tieni Kumitat Ekonomiku u t-Tieni Akkademja ta' Xjenzi Naturali — elenkati wkoll f'Awwissu 2010 — huma subordinati għad-DIM. Id-DIM fi snin reċenti ħadem biex jiżviluppa l-KN08 road-mobile ICBM. HONG akkumpanja lil KIM Jong Un f'għadd ta' attivitajiet relatati mal-iżvilupp tal-programmi tal-armi nukleari u tal-missili ballistiċi tar-RDPK u hu mifhum li kellu rwol sinifikanti fit-test nukleari tar-RDPK tas-6 ta' Jannar 2016. Viċi Direttur tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

29.

RI Hak Chol

RI Hak Chul; RI Hak Cheol

Data tat-twelid: 19.1.1963 jew 8.5.1966

Numru tal-Passaporti: 381320634, PS- 563410163

20.5.2016

President tal-Green Pine Associated Corporation (“Green Pine”). Skont il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-NU, il-Green Pine ħadet f'idejha ħafna mill-attivitajiet tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Il-KOMID ġiet elenkata mill-Kumitat f'April 2009 u hija l-kummerċjant ewlieni ta' armi tar-RPDK u wkoll l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir marbuta mal-missili ballistiċi u l-armi konvenzjonali. Il-Green Pine hija responsabbli wkoll għal kważi nofs l-armi u l-materjal esportati mir-RDPK. Il-Green Pine ġiet identifikata minħabba l-esportazzjoni ta' armi u materjal relatat mill-Korea ta' Fuq. Il-Green Pine tispeċjalizza fil-produzzjoni ta' inġenji u armamenti militari marittimi, bħal sottomarini, dgħajjes militari u sistemi ta' missili, u esportat torpedos u assistenza teknika lill-impriżi Iranjani relatati mad-difiża. Il-Green Pine ġiet indikata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

30.

YUN Chang Hyok

 

Data tat-twelid: 9.8.1965

20.5.2016

Viċi Direttur taċ-Ċentru tal-Kontroll tas-Satelliti, in-National Aerospace Development Administration (NADA). In-NADA hija soġġetta għal sanzjonijiet taħt il-UNSCR 2270 (2016) għall-involviment fl-iżvilupp tar-RDPK ta' xjenza u teknoloġija tal-ispazju, inkluż it-tlugħ ta' satelliti u rokits. Il-UNSCR 2270 (2016) ikkundannat it-tlugħ tas-satellita tar-RDPK tas-7 ta' Frar 2016 minħabba l-użu ta' teknoloġija tal-missili ballistiċi u minħabba li kien fi ksur serju tar-riżoluzzjonijiet 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), u 2094 (2013). Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

B.   Entitajiet

 

Isem

Psewdonimu

Lokalità

Data tad-deżinjazzjoni

Informazzjoni oħra

1.

Korea Pugang mining and Machinery Corporation ltd

 

 

22.12.2009

Sussidjarja tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità deżinjata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009); topera faċilitajiet għall-produzzjoni ta' trab tal-aluminju, li jista' jintuża fil-missili.

2.

Korea Taesong Trading Company

 

Pyongyang

22.12.2010

Entità bbażata fi Pyongyang użata minn Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) għall-finijiet ta' kummerċ (KOMID kienet deżinjata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009). Korea Taesong Trading Company aġixxiet f'isem KOMID f'operazzjonijiet mas-Sirja.

3.

Korean Ryengwang Trading Corporation

 

Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, DPRK

22.12.2009

Sussidjarja tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità deżinjata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009).

4.

Sobaeku United Corp

Sobaeksu United Corp.

 

22.12.2009

Kumpannija statali, involuta fir-riċerka jew l-akkwist ta' prodotti u ta' tagħmir sensittivi. Hija għandha diversi depożiti ta' grafit naturali, li jipprovdu materja prima lil żewġ faċilitajiet ta' pproċessar li, fost l-oħrajn, jipproduċu blokki tal-grafit li jistgħu jintużaw fil-missili.

5.

Yongbyon Nuclear Research Centre

 

 

22.12.2009

Ċentru ta' riċerka li pparteċipa fil-produzzjoni ta' plutonju ta' kwalità militari. Ċentru li jiddependi mill-General Bureau of Atomic Energy (entità deżinjata min-Nazzjonijiet Uniti, 16.7.2009).

6.

Korea International Chemical Joint Venture Company

Choson International Chemicals Joint Operation Company; Chosun International Chemicals Joint Operation Company; International Chemical Joint Venture Corporation

Hamhung, South Hamgyong Province, DPRK;

Man gyongdae-kuyok, Pyongyang, DPRK;

Mangyungdae-gu, Pyongyang, DPRK

19.12.2011

Ikkontrollata mill-Korea Ryonbong General Corporation (iddeżinjata mill-UNSCR 1718 tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009): hija konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwisti għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u l-appoġġ għall-bejgħ relatat mal-militar tal-pajjiż.

7.

Strategic Rocket Forces

 

 

20.5.2016

Fil-forzi armati nazzjonali tar-RDPK, din l-entità hija involuta fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni operazzjonali ta' programmi relatati ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

II.

Persuni u entitajiet li jipprovdu servizzi finanzjarji li jistgħu jikkontribwixxu għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda tal-massiva.

A.   Persuni

 

Isem

Psewdonimu

Data tat-twelid

Data tad-deżinjazzjoni

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

1.

Jon Il-chun

 

24.8.1941

22.12.2010

Fi Frar tal-2010, KIM Tong-un tkeċċa mill-kariga tiegħu ta' direttur tal-Office 39, li huwa, fost affarijiet oħra, inkarigat mix-xiri ta' merkanzija mir-rappreżentanzi diplomatiċi tar-RDPK billi jevita s-sanzjonijiet. Huwa ġie sostitwit minn JON Il-chun. Jingħad li JON Il-chun huwa wkoll wieħed mill-figuri prinċipali fi State Development Bank.

2.

Kim Tong-un

 

 

22.12.2009

Ex-direttur tal-“Office 39” tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema, li huwa involut fil-finanzjament tal-proliferazzjoni.

3.

KIM Il-Su

 

2.9.1965 (Pyongyang, DPRK)

3.7.2015

Manager fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang u ex-kap rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, li jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

4.

KANG Song-Sam

 

5.7.1972 (Pyongyang, DPRK)

3.7.2015

Ex-rappreżentant awtorizzat tal-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni Nazzjonali tal-Korea (KNIC) f'Hamburg, li għadu jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

5.

CHOE Chun-Sik

 

23.12.1963 (Pyongyang, DPRK)

Numru tal-passaport: 745132109

Validu sat-12.2.2020

3.7.2015

Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang u jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

6

SIN Kyu-Nam

 

12.9.1972 (Pyongyang, DPRK)

Numru tal-passaport: PO472132950

3.7.2015

Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang u ex-rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, u jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

7.

PAK Chun-San

 

18.12.1953 (Pyongyang, DPRK)

Numru tal-passaport: PS472220097

3.7.2015

Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang sa mill-anqas Diċembru 2015 u ex-kap rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, u għadu jaġixxi għal jew f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

8.

SO Tong Myong

 

10.9.1956

3.7.2015

President tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC), u jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

B.   Entitajiet

 

Isem

Psewdonimu

Lokalità

Data tad-deżinjazzjoni

Informazzjoni oħra

1.

Korea Daesong Bank

Choson Taesong Unhaeng; Taesong Bank

Segori-dong, Gyongheung St., Potonggang District, Pyongyang

Numru tat-telefon: 850 2 381 8221

Numru tat-telefon: 850 2 18111 ext. 8221

Fax: 850 2 381 4576

22.12.2010

L-istituzzjoni finanzjarja tal-Korea ta' Fuq li hija direttament subordinata għal Office 39 u hija involuta fl-iffaċilitar tal-proġetti ta' finanzjament tal-proliferazzjoni tal-Korea ta' Fuq.

2.

Korea Daesong General Trading Corporation

Daesong Trading; Daesong Trading Company; Korea Daesong Trading Company; Korea Daesong Trading Corporation

Pulgan Gori Dong 1, Potonggang District, Pyongyang

Numru tat-telefon: 850 2 18111 ext. 8204/8208

Numru tat-telefon: 850 2 381 8208/ 4188

Fax: 850 2 381 4431/4432

22.12.2010

Kumpannija li hija subordinata għall-Office 39 u hija użata għall-iffaċilitar ta' transazzjonijiet barranin f'isem l-Office 39.

Id-Direttur ta' Office 39, Kim Tong-un huwa elenkat fl-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007.

3.

Il-Korea National Insurance Corporation (KNIC) u l-fergħat tagħha

Korea Foreign Insurance Company

Haebangsan-dong, Central District, Pyongyang, DPRK

Rahlstedter Strasse 83 a, 22149 Hamburg.

Korea National Insurance Corporation of Alloway, Kidbrooke Park Road, Blackheath,

London SE30LW

3.7.2015

Korea National Insurance Corporation (KNIC), li hija kumpannija tal-Istat u kkontrollata minnu, qed tiġġenera introjtu sostanzjali f'munita barranija li jista' jikkontribwixxi għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva.

Barra minn hekk, il-kwartieri ġenerali tal-KNIC fi Pyongyang huma konnessi mal-Office 39 tal-Partit tal-Ħaddiema Koreani, li huwa entità deżinjata.

III.

Il-persuni u l-entitajiet li huma involuti fil-forniment lil jew mir-RDPK ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, jew ta' oġġetti, materjal, tagħmir, beni jew teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva

A.   Persuni

B.   Entitajiet


ANNESS III

Lista ta' persuni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 23(1) u l-punt (c) tal-Artikolu 27(1)


28.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/125


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/850

tas-27 ta' Mejju 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK (1).

(2)

Fit-28 ta' Mejju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/837 (2), li testendi l-miżuri restrittivi indikati fid-Deċiżjoni 2013/255/PESK sal-1 ta' Ġunju 2016.

(3)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom ikomplu jiġu estiżi sal-1 ta' Ġunju 2017.

(4)

Żewġ persuni ma għandhomx jinżammu iktar fuq il-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(5)

L-informazzjoni li tirrigwarda ċerti persuni elenkati fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK għandha tiġi aġġornata.

(6)

Id-Deċiżjoni 2013/255/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 34 tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 34

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-1 ta' Ġunju 2017. Hija għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Tista' tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”.

Artikolu 2

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Mejju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

A.G. KOENDERS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/837 tat-28 ta' Mejju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 132, 29.5.2015, p. 82).


ANNESS

I.

L-entrati li jikkonċernaw il-persuni li ġejjin jitneħħew mil-lista ta' persuni li tinsab fit-Taqsima A tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:

 

Nru 15. Mohamed Farahat (magħruf ukoll bħala Muhammad Farahat)

 

Nru 17. Muhammad (Image) Nasif (Image) (magħruf ukoll bħala Naseef, Nassif, Nasseef) Khayrbik (Image)

II.

L-entrati li jikkonċernaw il-persuni elenkati hawn taħt, kif indikat fit-Taqsima A tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK, huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

8.

Rami (

Image

) Makhlouf (

Image

)

Data tat-twelid: 10 ta' Lulju 1969;

Post tat-twelid: Damasku;

Passaport Nru 454224

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja b'interessi fis-setturi tat-telekomunikazzjoni, is-servizzi finanzjarji, it-trasport u l-proprjetà; għandu interess finanzjarju u/jew għandu karigi għoljin u eżekuttivi fis-Syriatel, l-ikbar operatur tat-telefon ċellulari fis-Sirja, il-fondi ta' investiment Al Mashreq, Bena Properties u Cham Holding.

Huwa jipprovdi finanzjament u appoġġ lir-reġim Sirjan, permezz tal-interessi kummerċjali tiegħu.

Huwa membru influwenti ta' tal-familja Makhlouf u hu marbut mill-qrib mal-familja Assad; kuġin tal-President Bashar Al-Assad;

9.5.2011

18.

Mohammed (

Image

) Hamcho (

Image

)

Data tat-twelid: 20 ta' Mejju 1966

Nru tal-Passaport 002954347

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'interessi fis-setturi tal-inġinerija u l-bini, il-mezzi tax-xandir, l-ospitalità u s-saħħa. Għandu interess finanzjarju u/jew għandu karigi għoljin u eżekuttivi f'għadd ta' kumpaniji fis-Sirja, b'mod partikolari Hamsho International, Hamsho Communication, Mhg International, Jupiter for Investment and Tourism project u Syria Metal industries.

Jaqdi rwol importanti fil-komunità kummerċjali fis-Sirja bħala segretarju ġenerali tal-Kamra tal-Kummerċ ta' Damasku (maħtur mill-Ministru ta' dakinhar għall-Ekonomija, Khodr Orfali, f'Diċembru 2014), president tal-Kunsilli ta' Negozju Bilaterali bejn iċ-Ċina u s-Sirja (sa minn Marzu 2014) u president tal-Kunsill Sirjan tal-Metall u tal-Azzar (sa minn Diċembru 2015).

Għandu relazzjonijiet ta' negozju mill-qrib ma' figuri ewlenin tar-reġim Sirjan, inkluż Maher Al-Assad.

Mohammed Hamcho jgawdi mir-reġim Sirjan u jagħtih appoġġ permezz tal-interessi kummerċjali tiegħu, u huwa assoċjat ma' persuni li jgawdu mir-reġim u jappoġġawh.

27.1.2015

22.

Ihab (

Image

) (magħruf ukoll bħala Ehab, Iehab) Makhlouf (

Image

)

Data tat-twelid: 21 ta' Jannar 1973;

Post tat-twelid: Damasku;

Passaport Nru N002848852

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja. Ihab Makhlouf huwa l-Viċi President, u azzjonist tas-Syriatel, l-ikbar operatur tat-telefon ċellulari fis-Sirja. Għandu wkoll interessi kummerċjali f'bosta kumpaniji u entitajiet Sirjani oħrajn, inkluż Ramak Construction Co u Syrian International Private University for Science and Technology (SIUST).

Bħala Viċi President tas-Syriatel, li tagħti parti sinifikanti mill-profitti tagħha lill-gvern Sirjan permezz tal-kuntratt tagħha ta' għoti ta' liċenzja, Ihab Makhlouf qiegħed wkoll direttament jappoġġa lir-reġim Sirjan.

Huwa membru influwenti tal-familja Makhlouf u hu marbut mill-qrib mal-familja Assad; kuġin tal-President Bashar Al-Assad.

23.5.2011

28.

Khalid (

Image

) (magħruf ukoll bħala Khaled) Qaddur (

Image

) (magħruf ukoll bħala Qadour, Qaddour, Kaddour)

 

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'interessi u/jew attivitajiet fis-setturi tat-telekomunikazzjoni, iż-żejt u l-industrija tal-plastik u relazzjonijiet ta' negozju mill-qrib ma' Maher Al-Assad.

Huwa jgawdi mir-reġim Sirjan u jagħtih appoġġ, permezz tal-interessi kummerċjali tiegħu.

Soċju ta' Maher Al-Assad, inkluż permezz tal-attivitajiet tiegħu ta' negozju.

27.1.2015

29.

Ra'if (

Image

) Al-Quwatly (

Image

) (magħruf ukoll bħala Ri'af Al-Quwatli magħruf ukoll bħala Raeef Al-Kouatly)

Data tat-twelid: 3 ta' Frar 1967;

Post tat-twelid: Damasku

Soċju fin-negozju ta' Maher Al-Assad u responsabbli għall-amministrazzjoni ta' xi wħud mill-interessi tiegħu fin-negozju; sors ta' finanzjament għar-reġim.

23.6.2011

32

Is-Sur Mohammed (

Image

) Makhlouf (

Image

) (magħruf ukoll bħala Abu Rami)

Data tat-twelid: 19 ta' Ottubru 1932;

Post tat-twelid: Latakia, Sirja

Membru influwenti tal-familja Makhlouf, soċju fin-negozju u missier Rami, Ihab u Iyad Makhlouf. Assoċjat mill-qrib mal-familja Assad u z-ziju ta' Bashar u Mahir al-Assad min-naħa ta' ommhom. Imsejjaħ ukoll Abu Rami.

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'interessi u/jew attivitajiet f'bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja, inklużi interessi fi u/jew influwenza sinifikanti fil-General Organisation of Tobacco u s-settur taż-żejt u l-gass, tal-armi u dak bankarju.

Involut fi ftehim kummerċjali għar-reġim ta' Assad fl-akkwist tal-armi u fil-banek. Minħabba l-firxa tar-rabtiet kummerċjali u politiċi tiegħu mar-reġim huwa jagħti appoġġ lir-reġim Sirjan u jgawdi minnu.

1.8.2011

33.

Ayman (

Image

) Jabir (

Image

) (magħruf ukoll bħala Aiman Jaber)

Post tat-twelid: Latakia

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, involut fis-setturi tal-azzar, tal-mezzi tax-xandir, tal-oġġetti ta' konsum u taż-żejt, inkluż fil-kummerċ f'dawn il-prodotti. Għandu interess finanzjarju u/jew karigi eżekuttivi għoljin f'għadd ta' kumpaniji u entitajiet fis-Sirja, b'mod partikolari l-Al Jazira (magħruf ukoll bħala Al Jazerra; El Jazireh), Dunia TV, u Sama Satellite Channel.

Permezz tal-kumpanija tiegħu Al Jazira, Ayman Jaber iffaċilita l-importazzjoni taż-żejt minn Overseas Petroleum Trading għas-Sirja.

Ayman Jaber igawdi mir-reġim u jagħtih appoġġ, permezz tal-interessi kummerċjali tiegħu.

Jipprovdi appoġġ dirett u jaqdi rwol ewlieni f'attivitajiet ta' milizzji affiljati mar-reġim magħrufa bħala x-Shabiha u/jew Suqur as-Sahraa.

Soċju ta' Rami Makhlouf permezz tal-attivitajiet tan-negozju tiegħu u soċju ta' Maher Al-Assad permezz tar-rwol tiegħu f'milizzji affiljati mar-reġim.

27.1.2015

41.

Ali (

Image

) Douba (

Image

)

Data tat-twelid: 1933

Post tat-twelid: Karfis, is-Sirja

Responsabbli għall-qtil f'Hama fl-1980, ġie msejjaħ lura f'Damasku bħala konsulent speċjali tal-President Bashar Al-Assad.

23.8.2011

48.

Samir (

Image

) Hassan (

Image

)

 

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'interessi u/jew attivitajiet f'bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja. Għandu interessi fi u/jew għandu influwenza sinifikanti fl-Amir Group u Cham Holdings, żewġ konglomerati b'interessi fis-setturi tal-proprjetà, it-turiżmu, it-trasport u l-finanzi. Sa minn Marzu 2014, huwa okkupa l-kariga ta' President għar-Russja tal-Kunsilli ta' Negozju Bilaterali wara l-ħatra tiegħu mill-Ministru tal-Ekonomija, Khodr Orfali.

Samir Hassan jappoġġa l-isforz ta' gwerra tar-reġim permezz ta' donazzjonijiet ta' flus.

Samir Hassan huwa assoċjat ma' persuni li jgawdu mir-reġim u jappoġġawh. B'mod partikolari, huwa assoċjat ma' Rami Makhlouf u Issam Anbouba, li ġew identifikati mill-Kunsill u jgawdi mir-reġim Sirjan.

27.9.2014

108.

Mohammad (

Image

) (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammed) Al-Jleilati (

Image

)

Data tat-twelid: 1945;

Post tat-twelid: Damasku

Il-Ministru għall-Finanzi ta' qabel, fil-kariga sad-9 ta' Frar 2013. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

1.12.2011

111.

Joseph(

Image

) Suwaid (

Image

)

Data tat-twelid: 1958;

Post tat-twelid: Damasku

Il-Ministru għall-Istat ta' qabel, fil-kariga sa mill-inqas il-21 ta' Jannar 2014. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.3.2012

112.

Hussein (

Image

) (magħruf ukoll bħala Hussain) Mahmoud (

Image

) Farzat (

Image

) (magħruf ukoll bħala: Hussein Mahmud Farzat)

Data tat-twelid: 1957;

Post tat-twelid: Hama

Il-Ministru għall-Istat ta' qabel, fil-kariga sa mill-inqas l-2014. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.3.2012

114.

Emad (

Image

) Abdul-Ghani (

Image

) Sabouni (

Image

) (magħruf ukoll bħala: Imad Abdul Ghani Al Sabuni)

Data tat-twelid: 1964;

Post tat-twelid: Damasku

Il-Ministru ta' qabel għat-Telekomunikazzjoni u t-Teknoloġija, fil-kariga sa mill-inqas April 2014. Bħala exks Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

27.2.2012

117.

Adnan (

Image

) Hassan (

Image

) Mahmoud (

Image

)

Data tat-twelid: 1966;

Post tat-twelid: Tartous

Il-Ministru tal-Informazzjoni ta' qabel. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.9.2011

192

Hashim Anwar al-Aqqad magħruf ukoll bħala Hashem Aqqad, Hashem Akkad, Hashim Akkad

Data tat-twelid: 1961

Post tat-twelid: Mohagirine, is-Sirja

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'interessi u/jew attivitajiet f'bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja. Għandu interessi fi u/jew għandu influwenza sinifikanti f'Anwar Akkad Sons Group (AASG) u s-sussidjarja tiegħu United Oil. L-AASG huwa konglomerat b'interessi f'setturi bħaż-żejt, il-gass, is-sustanzi kimiċi, l-assigurazzjoni, il-makkinarju industrijali, il-proprjetà, it-turiżmu, wirjiet, l-għoti ta' kuntratti, l-assigurazzjoni, u tagħmir mediku.

Hashim Anwar al-Aqqad ħadem ukoll bħala membru tal-Parlament Sirjan diġà fl-2012.

Al-Aqqad ma kienx jibqa' jirnexxi mingħajr għajnuna mingħand ir-reġim. Minħabba l-firxa tar-rabtiet kummerċjali u politiċi tiegħu mar-reġim huwa jagħti appoġġ lir-reġim Sirjan u jgawdi minnu.

23.7.2014

201

Wael Abdulkarim

(magħruf ukoll bħala Wael Al Karim)

Al Karim for Trade and Industry, PO Box 111, 5797 Damasku, is-Sirja

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja fl-industriji taż-żejt, is-sustanzi kimiċi u l-manifattura. Speċifikament, jirrappreżenta lill-Abdulkarim Group, magħruf ukoll bħala Al Karim Group/Alkarim for Trade and Industry/Al Karim Trading and Industry/Al Karim for Trade and Industry. Abdulkarim Group huwa manifattur ewlieni ta' lubrikanti, grease u sustanzi kimiċi industrijali fis-Sirja.

7.3.2015

203

George Haswani

(magħruf ukoll bħala Heswani; Hasawani; Al Hasawani)

Indirizz: Damascus Province, Yabroud, Al Jalaa St, Syria

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'interessi u/jew attivitajiet fis-setturi tal-inġinerija, tal-bini u taż-żejt u l-gass. Għandu interessi fi u/jew għandu influwenza sinifikanti f'għadd ta' kumpaniji u entitajiet fis-Sirja, b'mod partikolari HESCO Engineering and Construction Company, kumpanija ewlenija tal-inġinerija u tal-bini.

George Haswani għandu rabtiet mill-qrib mar-reġim Sirjan. Huwa jagħti appoġġ lir-reġim u jgawdi minnu permezz tar-rwol tiegħu bħala medjatur f'negozjati għax-xiri taż-żejt mingħand l-ISIL mir-reġim Sirjan. Huwa jgawdi wkoll mir-reġim permezz ta' trattament favorevoli inkluż l-għoti ta' kuntratt (bħala sottokuntrattur) ma' Stroytransgaz, kumpanija ewlenija taż-żejt Russa.

7.3.2015


28.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/131


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/851

tas-26 ta' Mejju 2016

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni 2009/719/KE fir-rigward tal-awtorizzazzjoni biex il-Kroazja tirrevedi l-programm ta' monitoraġġ annwali tagħha tal-BSE

(notifikata bid-dokument C(2016) 3097)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni tal-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs) fl-annimali. Jeħtieġ li kull Stat Membru jwettaq programm ta' monitoraġġ annwali tat-TSEs fuq il-bażi ta' sorveljanza attiva u passiva, f'konformità mal-Anness III tiegħu. Barra minn hekk, l-Artikolu 6(1b) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jipprevedi li tista' ssir reviżjoni tal-programm ta' monitoraġġ annwali għal dawk l-Istati Membri li jistgħu juru titjib fis-sitwazzjoni epidjemoloġika ta' pajjiżhom, skont ċerti kriterji stabbiliti fil-punt 7 tal-Parti I tal-Kapitolu A tal-Anness III ta' dak ir-Regolament.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/719/KE (2) tawtorizza lill-Istati Membri elenkati fl-Anness tagħha biex jirrevedu l-programm ta' monitoraġġ annwali tagħhom tal-Enċifalopatija Sponġiformi Bovina (BSE) f'konformità mal-Artikolu 6(1b) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001. Bħalissa hemm 25 Stat Membru elenkat f'dak l-Anness, jiġifieri l-Istati Membri kollha minbarra l-Bulgarija, il-Kroazja u r-Rumanija.

(3)

Fit-22 ta' Jannar 2015, il-Kroazja ppreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-programm ta' monitoraġġ annwali tagħha tal-BSE.

(4)

Fit-8 ta' Frar 2016, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ippubblikat rapport xjentifiku dwar l-evalwazzjoni tar-reviżjoni tal-iskema tal-monitoraġġ tal-BSE fil-Kroazja (3) (iktar 'il quddiem “ir-rapport tal-EFSA”). Ir-rapport tal-EFSA jindika li ż-żieda tal-Kroazja fl-unità epidemjoloġika li tinkludi 25 Stat Membru li bħalissa huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2009/719/KE, jekk wieħed jassumi l-implimentazzjoni tal-iskema ta' sorveljanza attwali kif awtorizzata permezz tad-Deċiżjoni 2009/719/KE għall-25 Stat Membru, kieku tirriżulta fil-possibbiltà, f'unità epidemjoloġika magħmula minn dawk il-25 Stat Membru flimkien mal-Kroazja, li tiġi identifikata l-BSE bi prevalenza tad-disinn ta' mill-anqas 1 għal kull 3 789 838 tal-popolazzjoni bovina adulta b'livell ta' fiduċja ta' 95 %. Dik il-prevalenza tad-disinn hija aktar sensittiva mill-prevalenza tad-disinn minima meħtieġa għas-sorveljanza tat-Tip A, li hija definita fil-punt 1(a) tal-Kapitolu D tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 bħala każ 1 għal kull 100 000 fil-popolazzjoni adulta tal-annimali bovini tal-pajjiż jew reġjun, b'livell ta' fiduċja ta' 95 %.

(5)

Mill-14 sat-23 ta' Ġunju 2010 u mis-26 ta' Novembru sas-6 ta' Diċembru 2012, il-Kummissjoni wettqet verifiki fil-Kroazja sabiex jiġu evalwati l-miżuri dwar il-BSE (“il-verifiki tal-Kummissjoni”). Il-verifiki tal-Kummissjoni koprew l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-annimali bovini u l-implimentazzjoni tal-projbizzjoni fuq l-għalf fil-Kroazja. Għalhekk, l-eżitu tal-verifiki tal-Kummissjoni kien użat bħala element sabiex tiġi evalwata l-konformità tal-applikazzjoni ppreżentata mill-Kroazja mal-kriterji stabbiliti fil-punti 7.1(b) u (c) tal-Parti I tal-Kapitolu A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

(6)

Abbażi tal-informazzjoni inkluża fl-applikazzjoni ppreżentata mill-Kroazja biex tirrevedi l-programm ta' monitoraġġ annwali tagħha tal-BSE, tal-informazzjoni pprovduta mir-rapport tal-EFSA, u tal-informazzjoni li tirriżulta mill-verifiki tal-Kummissjoni, l-applikazzjoni ppreżentata mill-Kroazja ġiet ivvalutata b'mod favorevoli. Huwa għalhekk xieraq li l-Kroazja tiġi awtorizzata tirrevedi l-programm ta' monitoraġġ annwali tagħha tal-BSE taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk mogħtija lill-25 Stat Membru li bħalissa huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2009/719/KE.

(7)

Għalhekk, l-Anness tad-Deċiżjoni 2009/719/KE għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness tad-Deċiżjoni 2009/719/KE, l-entrata “— il-Kroazja” tiddaħħal wara l-entrata “— Franza” u qabel l-entrata “— l-Italja”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/719/KE tat-28 ta' Settembru 2009 li tawtorizza ċerti Stati Membri jirrevedu l-programm ta' monitoraġġ annwali tagħhom tal-BSE (ĠU L 256, 29.9.2009, p. 35).

(3)  EFSA Journal 2016;14(2):4399.