ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 59 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
28.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/837
tal-21 ta' April 2016
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014-2021, il-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perijodu 2014-2021, il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, u l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(5), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Għadu meħtieġ li jittaffew id-differenzi ekonomiċi u soċjali fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea. Għaldaqstant, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ġdid għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati taż-ŻEE-EFTA u mekkaniżmu finanzjarju Norveġiż ġdid. |
(2) |
Fis-7 ta' Ottubru 2013, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tibda negozjati mar-Repubblika tal-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar ftehim dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji futuri tal-Istati taż-ŻEE-EFTA għall-koeżjoni ekonomika u soċjali fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem l-Unjoni, Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perijodu 2014-2021. Dan ser jieħu l-forma ta' Protokoll, li jkollu n-numru 38c, għall-Ftehim taż-ŻEE. Il-Kummissjoni nnegozjat ukoll, f'isem l-Unjoni, Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perijodu 2014-2021. |
(3) |
Id-dispożizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw mill-Iżlanda u n-Norveġja, stipulati fil-Protokolli Addizzjonali għall-Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles rispettivi tagħhom mal-Komunità Ekonomika Ewropea, skadew fit-30 ta' April 2014 u għandhom jiġu riveduti skont l-Artikolu 1 ta' dawk il-protokolli. Il-Kummissjoni, għalhekk, innegozjat Protokolli Addizzjonali ġodda għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja u għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda. |
(4) |
Is-sostituzzjoni tal-mekkaniżmi finanzjarji eżistenti b'mekkaniżmi finanzjarji ġodda, li huma relattivi għal perijodi differenti ta' żmien, ammonti differenti ta' fondi u dispożizzjonijiet differenti ta' implimentazzjoni, kif ukoll it-tiġdid u l-estensjoni ta' konċessjonijiet relattivi għal ċerti prodotti ta' ħut u prodotti tal-baħar, ikkunsidrati komplessivament, jikkostitwixxu żvilupp importanti tal-assoċjazzjoni mal-Istati taż-ŻEE-EFTA, li jiġġustifika l-użu tal-Artikolu 217 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
(5) |
Kull wieħed minn dawk il-Ftehimiet u Protokolli Addizzjonalijipprovdi għall-applikazzjoni provviżorja tiegħu stess qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu. |
(6) |
Il-Ftehimiet u l-Protokolli Addizzjonali għandhom jiġu ffirmati u applikati provviżorjament, sa meta jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tagħhom, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014-2021, il-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perijodu 2014-2021, il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, u l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda huwa b'dan awtorizzat f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmija Ftehimiet u Protokolli Addizzjonali.
It-testi tal-Ftehimiet u l-Protokolli Addizzjonali huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar il-peruna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehimiet u l-Protokolli addizzjonali f'isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014-2021 u l-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perijodu 2014-2021 għandhom jiġu applikati b'mod provviżorju, skont l-Artikolu 3 u l- Artikolu 11(3) tal-Ftehimiet, mill-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-depożitu tal-aħħar notifika għal dan l-għan, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tal-imsemmija Ftehimiet.
Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja għandu jkun applikat b'mod proviżorju mill-ewwel jum tat-tielet xahar wara d-depożitu tal-aħħar notifika għal dak l-għan, skont l-Artikolu 5 (3) tal-imsemmi Protokoll.
Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda għandu jkun applikat b'mod proviżorju mill-ewwel jum tat-tielet xahar wara d-depożitu tal-aħħar notifika għal dak l-għan, skont l-Artikolu 4(3) tal-imsemmi Protokoll.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħħa.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta' April 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
G.A. VAN DER STEUR
28.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/3 |
FTEHIM
bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipalità tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014-2021
L-UNJONI EWROPEA,
L-IŻLANDA,
IL-PRINĊIPALITÀ TAL-LIECHTENSTEIN,
IR-RENJU TAN-NORVEĠJA,
BILLI l-Partijiet għal dan il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE”) qablu dwar il-bżonn li jitnaqqsu d-differenzi ekonomiċi u soċjali bejn ir-reġjuni tagħhom bil-għan li jippromwovu it-tisħiħ kontinwu u bilanċjat tar-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi bejniethom,
BILLI, sabiex jikkontribwixxu għal dak il-għan, l-Istati tal-EFTA stabilixxew Mekkaniżmu Finanzjarju fil-kuntest taż-Żona Ekonomika Ewropea,
BILLI d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perijodu 2004-2009 ġew stabbiliti fil-Protokoll 38a u l-Addendum għall-Protokoll 38a għall-Ftehim taż-ŻEE,
BILLI d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perijodu 2009-2014 ġew stabbiliti fil-Protokoll 38b u l-Addendum għall-Protokoll 38b għall-Ftehim taż-ŻEE,
BILLI l-bżonn li jitnaqqsu d-differenzi ekonomiċi u soċjali fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea għadu hemm, u għalhekk għandhu jiġi stabbilit mekkaniżmu ġdid għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati taż-ŻEE-EFTA għall-perijodu 2014-2021,
IDDEĊIDEW LI JIKKONKLUDU L-FTEHIM LI ĠEJ:
Artikolu 1
It-test tal-Protokoll 117 tal-Ftehim taż-ŻEE għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
“Dispożizzjonijiet li jirregolaw il-Mekkaniżmi Finanzjarji huma stipulati fil-Protokoll 38, il-Protokoll 38a, l-Addendum għall-Protokoll 38a, il-Protokoll 38b, l-Addendum għall-Protokoll 38b u l-Protokoll 38c.”.
Artikolu 2
Protokoll 38c ġdid għandu jiddaħħal wara l-Protokoll 38b għall-Ftehim taż-ŻEE. It-test tal-Protokoll 38c huwa pprovdut fl-Anness għal dan il-Ftehim.
Artikolu 3
Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri rispettivi tagħhom. L-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara li jkun depożitat l-aħħar strument ta' ratifika jew ta' approvazzjoni.
Sa meta jitlestew il-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, dan il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mill-ewwel jum tal-ewwel xahar wara li tkun ġiet depożitata l-aħħar ratifika għal dan il-għan.
Artikolu 4
Dan il-Ftehim, imħejji f'eżemplari oriġinali wieħed bl-ilsien Bulgaru, Kroat, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Żvediż, Islandiż u Norveġiż, bit-test f'kull wieħed minn dawn l-ilsna ugwalment awtentiku, għandu jiġi ddepożitat mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li ser jibgħat kopja ċertifikata lil kull waħda mill-Partijiet għal dan il-Ftehim.
Съставено в Брюксел на трети май две хиляди и шестнадесета година.
Hecho en Bruselas, el tres de mayo de dos mil dieciséis.
V Bruselu dne třetího května dva tisíce šestnáct.
Udfærdiget i Bruxelles den tredje maj to tusind og seksten.
Geschehen zu Brüssel am dritten Mai zweitausendsechzehn.
Kahe tuhande kuueteistkümnenda aasta maikuu kolmandal päeval Brüsselis.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις τρεις Μαΐου δύο χιλιάδες δεκαέξι.
Done at Brussels on the third day of May in the year two thousand and sixteen.
Fait à Bruxelles, le trois mai deux mille seize.
Sastavljeno u Bruxellesu trećeg svibnja godine dvije tisuće šesnaeste.
Fatto a Bruxelles, addì tre maggio duemilasedici.
Briselē, divi tūkstoši sešpadsmitā gada trešajā maijā.
Priimta du tūkstančiai šešioliktų metų gegužės trečią dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenhatodik év május havának harmadik napján.
Magħmul fi Brussell, fit-tielet jum ta' Mejju fis-sena elfejn u sittax.
Gedaan te Brussel, drie mei tweeduizend zestien.
Sporządzono w Brukseli dnia trzeciego maja roku dwa tysiące szesnastego.
Feito em Bruxelas, em três de maio de dois mil e dezasseis.
Întocmit la Bruxelles la trei mai două mii șaisprezece.
V Bruseli tretieho mája dvetisícšestnásť.
V Bruslju, dne tretjega maja leta dva tisoč šestnajst.
Tehty Brysselissä kolmantena päivänä toukokuuta vuonna kaksituhattakuusitoista.
Som skedde i Bryssel den tredje maj år tjugohundrasexton.
Gjört í Brussel þriðja dag maímánaðar árið tvö þúsund og sextán.
Utferdiget i Brussel den tredje mai to tusen og seksten.
За Европейския съюз
Рог la Unión Europea
Za Evropskou unii
For Den Europæiske Union
Für die Europäische Union
Euroopa Liidu nimel
Για την Ευρωπαϊκή Ένωση
For the European Union
Pour l'Union européenne
Za Europsku uniju
Per l'Unione europea
Eiropas Savienības vārdā –
Europos Sąjungos vardu
Az Európai Unió részéről
Għall-Unjoni Ewropea
Voor de Europese Unie
W imieniu Unii Europejskiej
Pela União Europeia
Pentru Uniunea Europeană
Za Európsku úniu
Za Evropsko unijo
Euroopan unionin puolesta
För Europeiska unionen
Fyrir Ísland
Für das Fürstentum Liechtenstein
For Kongeriket Norge
ANNESS
PROTOKOLL 38C
dwar il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE (2014-2021)
Artikolu 1
1. L-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja (“l-Istati tal-EFTA”) għandhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis tad-differenzi ekonomiċi u soċjali fiż-Żona Ekonomika Ewropea u għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet tagħhom mal-Pajjiżi Benefiċjarji, permezz tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji fis-setturi ta' prijorità elenkati fl-Artikolu 3.
2. Il-programmi kollha u l-attivitajiet iffinanzjati permezz tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014-2021 għandhom ikunu bbażati fuq valuri komuni ta' rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi.
Artikolu 2
1. L-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artiklu 1 għandha tkun ta' EUR 1 548,1 miljun, li għandhom ikunu disponibbli biex jiġu kommessi f'porzjonijiet annwali ta' EUR 221,16 miljun matul il-perijodu ta' bejn l-1 ta' Mejju 2014 u t-30 ta' April 2021 inklużi.
2. L-ammont totali għandu jikkonsisti minn allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż kif speċifikat fl-Artikolu 6 u fond globali għal kooperazzjoni reġjonali kif speċifikat fl-Artikolu 7.
Artikolu 3
1. L-allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għandhom isiru disponibbli għas-setturi ta' prijorità li ġejjin:
(a) |
Innovazzjoni, riċerka, edukazzjoni u kompetittività; |
(b) |
Inklużjoni soċjali, impjieg taż-żgħażagħ u tnaqqis tal-faqar; |
(c) |
Ambjent, enerġija, tibdil fil-klima u ekonomija b'użu baxx tal-karbonju; |
(d) |
Kultura, soċjetà ċivili, governanza tajba, drittijiet u libertajiet fundamentali; |
(e) |
Ġustizzja u affarijiet interni. |
L-oqsma tal-programm fi ħdan is-setturi prijoritarji li jiddefinixxu l-objettivi u l-oqsma ta' appoġġ huma stabbiliti fl-Anness għal dan il-Protokoll.
2. |
|
Artikolu 4
1. Sabiex tinkiseb konċentrazzjoni fuq setturi ta' prijorità u biex tiġi żgurata implimentazzjoni effiċjenti, f'konformità mal-objettivi ġenerali msemmija fl-Artikolu 1, u filwaqt li titqies l-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, inkluż enfasi fuq l-impjiegi, prijoritajiet nazzjonali, rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż u Ftehimiet ta' Sħubija fil-qafas tal-politika ta' koeżjoni tal-UE konklużi mal-Kummissjoni Ewropea, l-Istati tal-EFTA għandhom jikkonkludu ma' kull Stat Benefiċjarju, Memorandum ta' Ftehim skont l-Artikolu 10, il-paragrafu 3.
2. Konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea għandhom isiru fuq livell strateġiku u għandhom jinżammu matul in-negozjati tal-Memoranda ta' Ftehim kif definit fl-Artikolu 10, il-paragrafu 3, bil-ħsieb li tiġi promossa l-komplementarjetà u sinerġiji mal-politika ta' koeżjoni tal-UE, kif ukoll jesploraw opportunitajiet għall-applikazzjoni ta' strumenti finanzjarji biex jiżdied l-impatt tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji.
Artikolu 5
1. Il-kontribut tal-EFTA għandu, fir-rigward ta' dawk il-programmi taħt l-allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li għalihom l-Istati Benefiċjarji għandhom ikollhom ir-responsabbiltà tal-implimentazzjoni, ma jaqbiżx il-85 % tal-ispiża tal-programm, sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Istati tal-EFTA.
2. Ir-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat għandhom jiġu rrispettati.
3. Ir-responsabbiltà tal-Istati tal-EFTA għall-proġetti hija limitata li tipprovdi l-fondi skont il-pjan maqbul. Ma hi ser tkun assunta l-ebda responsabbiltà lejn partijiet terzi.
Artikolu 6
L-allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għandhom isiru disponibbli lill-Istati Benefiċjarji li ġejjin: il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Greċja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja skont id-distribuzzjoni segwenti:
Stat Benefiċjarju |
Fondi (miljuni EUR) |
Bulgarija |
115,0 |
Kroazja |
56,8 |
Ċipru |
6,4 |
Repubblika Ċeka |
95,5 |
Estonja |
32,3 |
Greċja |
116,7 |
Ungerija |
108,9 |
Latvja |
50,2 |
Litwanja |
56,2 |
Malta |
4,4 |
Polonja |
397,8 |
Portugall |
102,7 |
Rumanija |
275,2 |
Slovakkja |
54,9 |
Is-Slovenja |
19,9 |
Artikolu 7
1. Il-fond globali għall-koperazzjoni reġjonali għandu jkun disponibbli għal ammont ta' EUR 55,25 miljun. Dan għandu jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE kif definit fl-Artikolu 1.
2. 70 % tal-fond għandu jkun disponibbli għall-promozzjoni tal-impjiegi għaż-żgħażagħ sostenibbli u ta' kwalità, b'enfasi partikolari fuq l-oqsma li ġejjin:
(a) |
Programmi ta' mobilità ta' xogħol u ta' taħriġ għaż-żgħażagħ, li jiffokaw speċifikament fuq dawk li mhumiex f'impjieg, edukazzjoni jew taħriġ; |
(b) |
Programmi ta' tagħlim doppju, apprendistat, inklużjoni taż-żgħażagħ; |
(c) |
Il-kondiviżjoni tal-għarfien, l-iskambju tal-aħjar prattiki u t-tagħlim reċiproku bejn l-organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet li jipprovdu servizzi favur l-impjieg taż-żgħażagħ. |
Din il-parti tal-fond għandha tkun disponibbli għal proġetti li jinvolvu Stati Benefiċjarji u Stati Membri oħra tal-UE b'rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ ogħla minn 25 % (Sena ta' referenza tal-Eurostat 2013), u għandha tinvolvi mill-inqas żewġ pajjiżi, li fosthom mill-anqas wieħed ikun Stat benefiċjarju. L-Istati tal-EFTA jistgħu jipparteċipaw bħala msieħba.
3. 30 % tal-fond għandhom ikunu disponibbli għal kooperazzjoni reġjonali f'setturi ta' prijorità elenkati fl-Artikolu 3, b'mod partikolari l-iskambju ta' għarfien, skambju politiku tal-aħjar prattiki u l-bini ta' istituzzjonijiet.
Din il-parti tal-fond għandha tkun disponibbli għal proġetti li jinvolvu Stati Benefiċjarji u pajjiżi terzi ġirien. Il-proġetti għandhom jinvolvu mill-inqas tliet pajjiżi, inklużi mill-inqas żewġ Stati Benefiċjarji. L-Istati tal-EFTA jistgħu jipparteċipaw bħala msieħba.
Artikolu 8
Reviżjoni ta' nofs it-terminu għandha titwettaq mill-Istati tal-EFTA sal-2020 bil-għan li jitqassmu mill-ġdid fondi mhux impenjati disponibbli fi ħdan l-allokazzjonijiet lill-Istati Benefiċjarji individwali kkonċernati.
Artikolu 9
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja pprovduta f'dan il-protokoll għandha tkun ikkordinata mill-qrib flimkien mal-kontribuzzjoni bilaterali min-Norveġja pprovduta fil-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż.
2. B'mod partikolari, l-Istati tal-EFTA għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta' applikazzjoni u l-modalitajiet ta' implimentazzjoni jkunu essenzjalment l-istess għaż-żewġ mekkaniżmi finanzjarji msemmija fil-paragrafu preċedenti.
3. Kwalunkwe bidliet relevanti fil-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu kkunsidrati, kif xieraq.
Artikolu 10
Dan li ġej japplika għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzarju taż-ŻEE:
1. |
L-ogħla grad ta' trasparenza, responsabbilità u kosteffiċjenza għandu jkun applikat fil-fażijiet kollha ta' implimentazzjoni, flimkien mal-prinċipji ta' governanza tajba, sħubija u governanza f'diversi livelli, żvilupp sostenibbli, u ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u nuqqas ta' diskriminazzjoni. L-objettivi tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għandhom ikunu segwiti fil-qafas tal-koperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Benefiċjarji u l-Istati tal-EFTA. |
2. |
|
3. |
L-Istati tal-EFTA għandhom jikkonkludu ma' kull Stat Benefiċjarju Memorandum ta' Ftehim li jikkonċerna l-allokazzjoni speċifika rispettiva għall-pajjiż, minbarra l-fond kif imsemmi fil-paragrafu 2(a), li għandu jistipula qafas ta' programmar multiannwali u l-istrutturi ta' ġestjoni u kontroll.
|
4. |
L-ispejjeż tal-ġestjoni tal-Istati tal-EFTA għandhom ikunu koperti mill-ammont totali msemmi fl-Artikolu 2, paragrafu 1, u għandhom ikunu speċifikati fid-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. |
5. |
L-Istati tal-EFTA għandhom jistabbilixxu Kumitat għall-ġestjoni ġenerali tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE. Iktar dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE ser jinħarġu mill-Istati tal-EFTA wara konsultazzjonijiet mal-Istati Benefiċjarji li jistgħu jkunu megħjuna mill-Kummissjoni Ewropea. L-Istati tal-EFTA għandhom ifittxu li joħorġu dawn id-dispożizzjonijiet qabel l-iffirmar tal-Memoranda ta' Qbil. |
6. |
L-Istati tal-EFTA għandhom jirrapportaw dwar il-kontribut tagħhom lejn l-objettivi tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE u, kif xieraq, għall-ħdax-il objettiv tematiku tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 (1). |
Artikolu 11
Fit-tmiem tal-perijodu kif definit fl-Artikolu 2 u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u d-dmirijiet taħt il-Ftehim, il-Partijiet Kontraenti, fid-dawl tal-Artikolu 115 tal-Ftehim, għandhom jirrivedu l-bżonn li jkunu indirizzati d-differenzi ekonomiċi u soċjali fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea.
ANNESS GĦALL-PROTOKOLL 38C
Innovazzjoni, Riċerka, Edukazzjoni u Kompetittività
1. |
Żvilupp tan-Negozju, Innovazzjoni u SMEs |
2. |
Riċerka |
3. |
Edukazzjoni, Boroż ta' Studju, Apprendistati, u Intraprenditorija taż-Żgħażagħ |
4. |
Bilanċ bejn il-Ħajja Privata u x-Xogħol |
Inklużjoni Soċjali, Impjieg taż-Żgħażagħ u Tnaqqis tal-Faqar
5. |
Sfidi Ewropej tas-Saħħa Pubblika |
6. |
Inklużjoni tar-Roma u Għoti tas-Setgħa |
7. |
Tfal u Żgħażagħ f'riskju |
8. |
Parteċipazzjoni taż-Żgħażagħ fis-Suq tax-Xogħol |
9. |
Tnaqqis tal-Faqar u Żvilupp Lokali |
Ambjent, Enerġija, Tibdil fil-Klima u Ekonomija b'Użu Baxx tal-Karbonju
10. |
Ambjent u Ekosistemi |
11. |
Enerġija Rinnovabbli, Effiċjenza tal-Enerġija, Sigurtà tal-Enerġija |
12. |
Mitigazzjoni u Adattament għat-Tibdil fil-Klima |
Kultura, Soċjetà Ċivili, Governanza Tajba, Drittijiet u Libertajiet Fundamentali
13. |
Intraprenditorjat Kulturali, Wirt Kulturali u Kooperazzjoni Kulturali |
14. |
Soċjetà Ċivili |
15. |
Governanza Tajba, Istituzzjonijiet Responsabbli, Trasparenza |
16. |
Drittijiet tal-Bniedem — Implimentazzjoni Nazzjonali |
Ġustizzja u Affarijiet Interni
17. |
Asil u Migrazzjoni |
18. |
Servizzi Korrezzjonali u Detenzjoni qabel il-Proċess |
19. |
Kooperazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità |
20. |
Effettività u Effiċjenza tas-Sistema Ġudizzjarja, it-tisħiħ tal-Istat tad-Dritt |
21. |
Vjolenza Domestika u Dik Sessista |
22. |
Prevenzjoni tad-Diżastri u Preparatezza Għalihom |
(1) (1) It-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni; 2) it-tisħiħ tal-aċċess għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u l-użu u l-kwalità tagħhom 3) it-tisħiħ tal-kompetittività tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju (“SMEs”), tas-settur agrikolu u tas-settur tas-sajd u l-akkwakultura; 4) l-appoġġ tal-bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju fis-setturi kollha; 5) il-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji; 6) il-preservazzjoni u l-ħarsien tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi; 7) il-promozzjoni ta' trasport sostenibbli u t-tneħħija ta' ostakoli fl-infrastrutturi tan-netwerks ewlenin; 8) il-promozzjoni tal-impjieg sostenibbli u ta' kwalità u s-sostenn tal-mobilità tax-xogħol; 9) il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-faqar u kull diskriminazzjoni; 10) l-investiment fl-edukazzjoni it-taħriġ, u t-taħriġ vokazzjonali għal ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja; 11) it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-partijiet interessati u amministrazzjoni pubblika effiċjenti.
28.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/11 |
FTEHIM
bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perijodu 2014-2021
Artikolu 1
1. Ir-Renju tan-Norveġja jintrabat li jikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-disparitajiet ekonomiċi u soċjali fiż-Żona Ekonomika Ewropea u għat-tisħiħ tar-relazzjonjiet tiegħu mal-Istati Benefiċjarji, separatament permezz tal-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż fis-setturi ta' prijorità elenkati fl-Artikolu 3.
2. Il-programmi u l-attivitajiet kollha ffinanzjati permezz tal-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż 2014-2021 għandhom ikunu bbażati fuq valuri komuni ta' rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi.
Artikolu 2
1. L-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja pprovduta fl-Artikolu 1 għandu jkun ta' EUR 1 253,7 miljun, li għandu jkun disponibbli biex jiġu kommessi f'porzjonijiet annwali ta' EUR 179,1 miljun matul il-perijodu ta' bejn l-1 ta' Mejju 2014 u t-30 ta' April 2021 inklużi.
2. L-ammont totali jikkonsisti minn allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż kif speċifikat fl-Artikolu 6 u fond globali għal kooperazzjoni reġjonali kif speċifikat fl-Artikolu 7.
Artikolu 3
1. L-allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għandhom isiru disponibbli għas-setturi ta' prijorità li ġejjin:
(a) |
Innovazzjoni, riċerka, edukazzjoni u kompetittività; |
(b) |
Inklużjoni soċjali, impjieg taż-żgħażagħ u tnaqqis tal-faqar; |
(c) |
Ambjent, enerġija, tibdil fil-klima u ekonomija b'użu baxx tal-karbonju; |
(d) |
Kultura, soċjetà ċivili, governanza tajba, drittijiet u libertajiet fundamentali; |
(e) |
Ġustizzja u affarijiet interni. |
L-oqsma tal-programm fi ħdan is-setturi prijoritarji li jiddefinixxu l-objettivi u l-oqsma ta' appoġġ huma stabbiliti fl-Anness għal dan il-Ftehim.
2. |
|
Artikolu 4
1. Sabiex tinkiseb konċentrazzjoni fuq setturi ta' prijorità u biex tiġi żgurata implimentazzjoni effiċjenti, f'konformità mal-objettivi ġenerali msemmija fl-Artikolu 1, u filwaqt li titqies l-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, inkluż enfasi fuq l-impjiegi, prijoritajiet nazzjonali, rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż u Ftehimiet ta' Sħubija fil-qafas tal-politika ta' koeżjoni tal-UE konklużi mal-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tan-Norveġja għandu jikkonkludi ma' kull Stat Benefiċjarju, Memorandum ta' Ftehim skont l-Artikolu 10, il-paragrafu 3.
2. Konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea għandhom isiru fuq livell strateġiku u jinżammu matul in-negozjati tal-Memoranda ta' Ftehim kif definit fl-Artikolu 10, paragrafu 3, bil-ħsieb li tiġi promossa l-komplementarjetà u sinerġiji mal-politika ta' koeżjoni tal-UE, kif ukoll jesploraw opportunitajiet għall-applikazzjoni ta' strumenti finanzjarji biex jiżdied l-impatt tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji.
Artikolu 5
1. Il-kontribut mir-Renju tan-Norveġja għandu, fir-rigward ta' dawk il-programmi taħt l-allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li għalihom l-Istati Benefiċjarji għandhom ikollhom ir-responsabbiltà tal-implimentazzjoni, ma jaqbiżx il-85 % tal-ispiża tal-programm, sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mir-Renju tan-Norveġja.
2. Ir-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat ser ikunu rrispettati.
3. Ir-responsabbiltà tar-Renju tan-Norveġja għall-proġetti hija limitata li tipprovdi l-fondi skont il-pjan maqbul. Ma hi ser tkun assunta l-ebda responsabbiltà lejn partijiet terzi.
Artikolu 6
L-allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għandhom isiru disponibbli lill-Istati Benefiċjarji li ġejjin: il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja skont id-distribuzzjoni li ġejja:
Stat Benefiċjarju |
Fondi (miljuni EUR) |
Bulgarija |
95,1 |
Kroazja |
46,6 |
Ċipru |
5,1 |
Repubblika Ċeka |
89,0 |
Estonja |
35,7 |
Ungerija |
105,7 |
Latvja |
51,9 |
Litwanja |
61,4 |
Malta |
3,6 |
Polonja |
411,5 |
Rumanija |
227,3 |
Slovakkja |
58,2 |
Slovenja |
17,8 |
Artikolu 7
1. Il-fond globali għal koperazzjoni reġjonali għandu jkun disponibbli għal ammont ta' EUR 44,75 miljun. Dan jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi tal-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż kif definit fl-Artikolu 1.
2. 60 % tal-fond għandu jkun disponibbli għall-promozzjoni tal-impjiegi għaż-żgħażagħ sostenibbli u ta' kwalità, b'enfasi partikolari fuq l-oqsma li ġejjin:
(a) |
Programmi ta' mobilità ta' xogħol u ta' taħriġ għaż-żgħażagħ, li jiffokaw speċifikament fuq dawk li mhumiex f'impjieg, edukazzjoni jew taħriġ; |
(b) |
Programmi ta' tagħlim doppju, apprendistat, inklużjoni taż-żgħażagħ; |
(c) |
Il-kondiviżjoni tal-għarfien, l-iskambju tal-aħjar prattiki u t-tagħlim reċiproku bejn l-organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet li jipprovdu servizzi favur l-impjieg taż-żgħażagħ. |
Din il-parti tal-fond tkun disponibbli għal proġetti li jinvolvu Stati Benefiċjarji u Stati Membri oħra tal-UE b'rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ ogħla minn 25 % (Sena ta' referenza tal-Eurostat 2013), u għandha tinvolvi mill-inqas żewġ pajjiżi, li fosthom mill-anqas wieħed irid ikun Stat benefiċjarju. Entitajiet Norveġiżi jistgħu jipparteċipaw bħala msieħba.
3. 40 % tal-fond għandu jkun disponibbli għal kooperazzjoni reġjonali f'setturi ta' prijorità elenkati fl-Artikolu 3, b'mod partikolari l-iskambju ta' għarfien, skambju politiku tal-aħjar prattiki u l-bini ta' istituzzjonijiet.
Din il-parti tal-fond għandha tkun disponibbli għal proġetti li jinvolvu Stati Benefiċjarji u pajjiżi terzi ġirien. Il-proġetti jinvolvu mill-inqas tliet pajjiżi, inklużi mill-inqas żewġ Stati Benefiċjarji. Entitajiet Norveġiżi jistgħu jipparteċipaw bħala msieħba.
Artikolu 8
Reviżjoni ta' nofs it-terminu titwettaq mir-Renju tan-Norveġja sal-2020 bil-għan li jitqassmu mill-ġdid fondi mhux impenjati disponibbli fi ħdan l-allokazzjonijiet lill-Istati Benefiċjarji individwali kkonċernati.
Artikolu 9
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja pprovduta fl-Artikolu 1 għandha tkun koordinata mill-qrib mal-kontribuzzjoni mill-Istati tal-EFTA pprovduta fil-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE.
2. B'mod partikolari, ir-Renju tan-Norveġja għandu jiżgura li l-proċeduri ta' applikazzjoni u l-modalitajiet ta' implimentazzjoni jkunu essenzjalment l-istess għaż-żewġ mekkaniżmi finanzjarji msemmija fil-paragrafu preċedenti.
3. Kwalunkwe bidliet rilevanti fil-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni Ewropea jkunu kkunsidrati, kif xieraq.
Artikolu 10
Dan li ġej għandu japplika għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzarju tan-Norveġja:
1. |
L-ogħla grad ta' trasparenza, responsabbilità u kosteffiċjenza għandu jkun applikat fil-fażijiet kollha ta' implimentazzjoni, flimkien mal-prinċipji ta' governanza tajba, sħubija u governanza f'diversi livelli, żvilupp sostenibbli, u ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u nuqqas ta' diskriminazzjoni. L-objettivi tal-Mekkaniżmu Finanzjarju tan-Norveġja għandhom ikunu segwiti fil-qafas tal-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Benefiċjarji u r-Renju tan-Norveġja. |
2. |
Ir-Renju tan-Norveġja għandu jopera u jkun responsabbli għall-implimentazzjoni, inkluż il-ġestjoni u l-kontroll, tal-fondi li ġejjin:
|
3. |
Ir-Renju tan-Norveġja għandu jikkonkludi ma' kull Stat Benefiċjarju, Memorandum ta' Ftehim dwar l-allokazzjoni speċifika rispettiva għall-pajjiż, minbarra l-fondi msemmija fil-paragrafu 2, li għandu jistipula qafas ta' programmar multiannwali u l-istrutturi ta' ġestjoni u kontroll.
|
4. |
L-ispejjeż tal-ġestjoni tar-Renju tan-Norveġja għandhom ikunu koperti mill-ammont totali msemmi fl-Artikolu 2, paragrafu 1, u għandhom ikunu speċifikati fid-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. |
5. |
Ir-Renju tan-Norveġja, jew entità maħtura minnu, għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni ġenerali tal-Mekkaniżmu Finanzjarju tan-Norveġja. Iktar dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzjarju tan-Norveġja ser jinħarġu mir-Renju tan-Norveġja wara konsultazzjoni mal-Istati Benefiċjarji li jistgħu jkunu megħjuna mill-Kummissjoni Ewropea. Ir-Renju tan-Norveġja għandu jfittex li joħroġ dawn id-dispożizzjonijiet qabel l-iffirmar tal-Memoranda ta' Qbil. |
6. |
Ir-Renju tan-Norveġja għandu jirrapporta dwar il-kontribut tiegħu lejn l-objettivi tal-Mekkaniżmu Finanzjarju tan-Norveġja u, kif xieraq, għall-ħdax-il objettiv tematiku għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 (1). |
Artikolu 11
1. Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri rispettivi tagħhom. L-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
2. Huwa għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara li jkun depożitat l-aħħar strument ta' ratifika jew ta' approvazzjoni.
3. Sa meta jitlestew il-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, dan il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mill-ewwel jum tal-ewwel xahar wara li tkun ġiet depożitata l-aħħar ratifika għal dan il-għan.
Artikolu 12
Dan il-Ftehim, imfassal f'oriġinali wieħed bl-ilsien Bulgaru, Ċek, Kroat, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Żvediż u Norveġiż, bit-test f'kull wieħed minn dawn l-ilsna jkun ugwalment awtentiku, jiġi depożitat mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li ser jibgħat kopja ċertifikata lil kull waħda mill-Partijiet għal dan il-Ftehim.
Съставено в Брюксел на трети май две хиляди и шестнадесета година.
Hecho en Bruselas, el tres de mayo de dos mil dieciséis.
V Bruselu dne třetího května dva tisíce šestnáct.
Udfærdiget i Bruxelles den tredje maj to tusind og seksten.
Geschehen zu Brüssel am dritten Mai zweitausendsechzehn.
Kahe tuhande kuueteistkümnenda aasta maikuu kolmandal päeval Brüsselis.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις τρεις Μαΐου δύο χιλιάδες δεκαέξι.
Done at Brussels on the third day of May in the year two thousand and sixteen.
Fait à Bruxelles, le trois mai deux mille seize.
Sastavljeno u Bruxellesu trećeg svibnja godine dvije tisuće šesnaeste.
Fatto a Bruxelles, addì tre maggio duemilasedici.
Briselē, divi tūkstoši sešpadsmitā gada trešajā maijā.
Priimta du tūkstančiai šešioliktų metų gegužės trečią dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenhatodik év május havának harmadik napján.
Magħmul fi Brussell, fit-tielet jum ta' Mejju fis-sena elfejn u sittax.
Gedaan te Brussel, drie mei tweeduizend zestien.
Sporządzono w Brukseli dnia trzeciego maja roku dwa tysiące szesnastego.
Feito em Bruxelas, em três de maio de dois mil e dezasseis.
Întocmit la Bruxelles la trei mai două mii șaisprezece.
V Bruseli tretieho mája dvetisícšestnásť.
V Bruslju, dne tretjega maja leta dva tisoč šestnajst.
Tehty Brysselissä kolmantena päivänä toukokuuta vuonna kaksituhattakuusitoista.
Som skedde i Bryssel den tredje maj år tjugohundrasexton.
Utferdiget i Brussel den tredje mai to tusen og seksten.
За Европейския съюз
Рог la Unión Europea
Za Evropskou unii
For Den Europæiske Union
Für die Europäische Union
Euroopa Liidu nimel
Για την Ευρωπαϊκή Ένωση
For the European Union
Pour l'Union européenne
Za Europsku uniju
Per l'Unione europea
Eiropas Savienības vārdā –
Europos Sąjungos vardu
Az Európai Unió részéről
Għall-Unjoni Ewropea
Voor de Europese Unie
W imieniu Unii Europejskiej
Pela União Europeia
Pentru Uniunea Europeană
Za Európsku úniu
Za Evropsko unijo
Euroopan unionin puolesta
För Europeiska unionen
For Kongeriket Norge
(1) (1) It-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni; 2) it-tisħiħ tal-aċċess għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u l-użu u l-kwalità tagħhom 3) it-tisħiħ tal-kompetittività tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju (“SMEs”), tas-settur agrikolu u tas-settur tas-sajd u l-akkwakultura; 4) l-appoġġ tal-bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju fis-setturi kollha; 5) il-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji; 6) il-preservazzjoni u l-ħarsien tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi; 7) il-promozzjoni ta' trasport sostenibbli u t-tneħħija ta' ostakoli fl-infrastrutturi tan-netwerks ewlenin; 8) il-promozzjoni tal-impjieg sostenibbli u ta' kwalità u s-sostenn tal-mobilità tax-xogħol; 9) il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-faqar u kull diskriminazzjoni; 10) l-investiment fl-edukazzjoni it-taħriġ, u t-taħriġ vokazzjonali għal ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja; 11) it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-partijiet interessati u amministrazzjoni pubblika effiċjenti.
ANNESS
GĦALL-FTEHIM BEJN IR-RENJU TAN-NORVEĠJA U L-UNJONI EWROPEA DWAR MEKKANIŻMU FINANZJARJU NORVEĠIŻ GĦALL-PERIJODU 2014-2021
Innovazzjoni, Riċerka, Edukazzjoni u Kompetittività
1. |
Żvilupp tan-Negozju, Innovazzjoni u SMEs |
2. |
Riċerka |
3. |
Edukazzjoni, Boroż ta' Studju, Apprendistati, u Intraprenditorija taż-Żgħażagħ |
4. |
Bilanċ bejn il-Ħajja Privata u x-Xogħol |
5. |
Djalogu Soċjali — Xogħol Deċenti |
Inklużjoni Soċjali, Impjieg taż-Żgħażagħ u Tnaqqis tal-Faqar
6. |
Sfidi Ewropej tas-Saħħa Pubblika |
7. |
Inklużjoni tar-Roma u Għoti tas-Setgħa |
8. |
Tfal u Żgħażagħ f'riskju |
9. |
Parteċipazzjoni taż-Żgħażagħ fis-Suq tax-Xogħol |
10. |
Tnaqqis tal-Faqar u Żvilupp Lokali |
Ambjent, Enerġija, Tibdil fil-Klima u Ekonomija b'Użu Baxx tal-Karbonju
11. |
Ambjent u Ekosistemi |
12. |
Enerġija Rinnovabbli, Effiċjenza tal-Enerġija, Sigurtà tal-Enerġija |
13. |
Mitigazzjoni u Adattament għat-Tibdil fil-Klima |
Kultura, Soċjetà Ċivili, Governanza Tajba, Drittijiet u Libertajiet Fundamentali
14. |
Intraprenditorjat Kulturali, Wirt Kulturali u Kooperazzjoni Kulturali |
15. |
Soċjetà Ċivili |
16. |
Governanza Tajba, Istituzzjonijiet Responsabbli, Trasparenza |
17. |
Drittijiet tal-Bniedem — Implimentazzjoni Nazzjonali |
Ġustizzja u Affarijiet Interni
18. |
Ażil u Migrazzjoni |
19. |
Servizzi Korrezzjonali u Detenzjoni qabel il-Proċess |
20. |
Kooperazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità |
21. |
Effettività u Effiċjenza tas-Sistema Ġudizzjarja, it-tisħiħ tal-Istat tad-Dritt |
22. |
Vjolenza Domestika u Dik Sessista |
23. |
Prevenzjoni tad-Diżastri u Preparatezza Għalihom |
28.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/18 |
PROTOKOLL ADDIZZJONALI
għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda
L-UNJONI EWROPEA
u
L-IŻLANDA
WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda ffirmat fit-22 ta' Lulju 1972, u l-arranġamenti eżistenti għall-kummerċ tal-ħut u prodotti tas-sajd bejn l-Iżlanda u l-Komunità,
WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda dwar id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-perijodu 2009-2014 għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti ħut u prodotti tas-sajd, u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,
WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu;
IDDEĊIDEW LI JIKKONKLUDU DAN IL-PROTOKOLL:
Artikolu 1
1. Id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għal importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta' ċerti ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw fl-Iżlanda huma stabbiliti f'dan il-Protokoll u fl-Anness tiegħu. Il-kwoti tariffarji annwali bla dazju huma stabbiliti fl-Anness għal dan il-Protokoll. Dawn il-kwoti tariffarji għandhom japplikaw mill-jum li fih l-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll issir effettiva, skont il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 4, sat-30 ta' April 2021.
2. Fi tmiem dan il-perijodu, il-Partijiet Kontraenti ser jivvalutaw il-ħtieġa li jinżammu d-dispożizzjonijiet speċjali msemmija fil-paragrafu 1 u, jekk ikun meħtieġ, jirrevedu l-livelli tal-kwoti filwaqt li jitqiesu l-interessi rilevanti kollha.
Artikolu 2
1. Il-kwoti tariffarji jinfetħu mill-jum li fih l-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll issir effettiva, skont il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 4.
2. Il-volumi tal-kwoti tariffarji huma stabbiliti fl-Anness għal dan il-Protokoll. L-ewwel kwota tariffarja tkun disponibbli mid-data tal-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll sat-30 ta' April 2017. Mill-1 ta' Mejju 2017 'il quddiem, il-kwoti tariffarji sussegwenti għandhom jiġu allokati kull sena mill-1 ta' Mejju sat-30 ta' April sal-aħħar tal-perijodu msemmi fl-Artikolu 1 ta' dan il-Protokoll.
3. Il-volumi tal-kwoti tariffarji li jkopru l-perijodu mill-1 ta' Mejju 2014 sal-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll għandhom ikunu allokati proporzjonalment u disponibbli għall-bqija tal-perijodu msemmi fl-Artikolu 1 ta' dan il-Protokoll.
Artikolu 3
Ir-regoli tal-oriġini applikabbli għall-kwoti tariffarji elenkati fl-Anness ta' dan il-Protokoll għandhom ikunu dawk stipulati fil-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda ffirmat fit-22 ta' Lulju 1972.
Artikolu 4
1. Dan il-Protokoll għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri rispettivi tagħhom. L-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
2. Huwa għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara li jkun depożitat l-aħħar strument ta' ratifika jew ta' approvazzjoni.
3. Sakemm jitwettqu l-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, dan il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-ewwel jum tat-tielet xahar wara li jsir id-depożitu tal-aħħar notifika għal dan l-għan.
Artikolu 5
Dan il-Protokoll, imħejji f'oriġinal wieħed bl-ilsien Bulgaru, Kroat, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż u l-Iżlandiż, bit-test f'kull wieħed minn dawn l-ilsna jkun ugwalment awtentiku, jiġi ddepożitat mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li ser jibgħat kopja ċċertifikata lil kull waħda mill-Partijiet.
Съставено в Брюксел на трети май през две хиляди и шестнадесета година.
Hecho en Bruselas, el tres de mayo de dos mil dieciséis.
V Bruselu dne třetího května dva tisíce šestnáct.
Udfærdiget i Bruxelles den tredje maj to tusind og seksten.
Geschehen zu Brüssel am dritten Mai zweitausendsechzehn.
Kahe tuhande kuueteistkümnenda aasta maikuu kolmandal päeval Brüsselis.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις τρεις Μαΐου δύο χιλιάδες δεκαέξι.
Done at Brussels on the third day of May in the year two thousand and sixteen.
Fait à Bruxelles, le trois mai deux mille seize.
Sastavljeno u Bruxellesu trećeg svibnja godine dvije tisuće šesnaeste.
Fatto a Bruxelles, addì tre maggio duemilasedici.
Briselē, divi tūkstoši sešpadsmitā gada trešajā maijā.
Priimta du tūkstančiai šešioliktų metų gegužės trečią dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenhatodik év május havának harmadik napján.
Magħmul fi Brussell, fit-tielet jum ta' Mejju fis-sena elfejn u sittax.
Gedaan te Brussel, drie mei tweeduizend zestien.
Sporządzono w Brukseli dnia trzeciego maja roku dwa tysiące szesnastego.
Feito em Bruxelas, em três de maio de dois mil e dezasseis.
Întocmit la Bruxelles la trei mai două mii șaisprezece.
V Bruseli tretieho mája dvetisícšestnásť.
V Bruslju, dne tretjega maja leta dva tisoč šestnajst.
Tehty Brysselissä kolmantena päivänä toukokuuta vuonna kaksituhattakuusitoista.
Som skedde i Bryssel den tredje maj år tjugohundrasexton.
Gjört í Brussel þriðja dag maímánaðar árið tvö þúsund og sextán.
За Европейския съюз
Рог la Unión Europea
Za Evropskou unii
For Den Europæiske Union
Für die Europäische Union
Euroopa Liidu nimel
Για την Ευρωπαϊκή Ένωση
For the European Union
Pour l'Union européenne
Za Europsku uniju
Per l'Unione europea
Eiropas Savienības vārdā –
Europos Sąjungos vardu
Az Európai Unió részéről
Għall-Unjoni Ewropea
Voor de Europese Unie
W imieniu Unii Europejskiej
Pela União Europeia
Pentru Uniunea Europeană
Za Európsku úniu
Za Evropsko unijo
Euroopan unionin puolesta
För Europeiska unionen
Fyrir Ísland
ANNESS
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1 TAL-PROTOKOLL
Addizzjonalment għall-kwoti tariffarji mingħajr dazju permanenti eżistenti, l-Unjoni Ewropea għandha tiftaħ il-kwoti tariffarji annwali mingħajr dazju li ġejjin għall-prodotti li joriġinaw mill-Iżlanda:
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Volum annwali (1.5-30.4) tal-kwota tariffarja f'piż nett sakemm mhux speċifikat mod ieħor (*) |
0303 51 00 |
Aringi tal-ispeċi Clupea harengus u Clupea pallasii, iffriżati, eskluż il-fwied u l-bajd (1) |
950 tunnellata |
0306 15 90 |
Awwisti Norveġiżi ffriżati (Nephrops norvegicus) |
1 000 tunnellata |
0304 49 50 |
Flettet ta' skorfon (Sebastes spp.), friski jew imkessħin |
2 000 tunnellata |
1604 20 90 |
Preparazzjonijiet oħra ta' ħut |
2 500 tunnellata |
(1) Il-benefiċċju tal-kwota tariffarja m'għandux jingħata lill-merkanzija ddikjarata għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fil-perijodu bejn il-15 ta' Frar u l-15 ta' Ġunju.
(*) Il-kwantitajiet għandhom jiżdiedu f'konformità mal-Artikolu 2(3) tal-Protokoll Addizzjonali.
28.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/22 |
PROTOKOLL ADDIZZJONALI
għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja
L-UNJONI EWROPEA
u
R-RENJU TAN-NORVEĠJA
WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja ffirmat fl-14 ta' Mejju 1973, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u l-arranġamenti eżistenti għall-kummerċ fil-ħut u prodotti tas-sajd bejn in-Norveġja u l-Komunità,
WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-perijodu 2009-2014 għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti ħut u prodotti tas-sajd, u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,
WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja wara l-adeżjoni tal-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 2 u 3 tiegħu,
IDDEĊIDEW LI JIKKONKLUDU DAN IL-PROTOKOLL:
Artikolu 1
1. Id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għalL-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' ċerti ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw fin-Norveġja huma stabbiliti f'dan il-Protokoll u fl-Anness tiegħu.
2. Il-kwoti tariffarji annwali bla dazju huma stabbiliti fl-Anness għal dan il-Protokoll. Dawn il-kwoti għandhom ikopru l-perijodu mill-1 ta' Mejju 2014 sat-30 ta' April 2021. Il-livelli ta' kwoti għandhom ikunu riveduti sal-aħħar tal-perijodu waqt li jitqiesu l-interessi rilevanti kollha.
Artikolu 2
1. Il-kwoti tariffarji għandhom jinfetħu mill-jum li fih l-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll issir effettiva, skont il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 5.
2. L-ewwel kwota tariffarja għandha tkun disponibbli mid-data tal-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll sat-30 ta' April 2017. Mill-1 ta' Mejju 2017 'il quddiem, il-kwoti tariffarji sussegwenti għandhom jiġu allokati kull sena mill-1 ta' Mejju sat-30 ta' April sal-aħħar tal-perijodu msemmi fl-Artikolu 1 ta' dan il-Protokoll.
3. Il-volumi tal-kwoti tariffarji li jkopru l-perijodu mill-1 ta' Mejju 2014 sal-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll għandhom ikunu allokati proporzjonalment u jkunu disponibbli għall-bqija tal-perijodu msemmi fl-Artikolu 1 ta' dan il-Protokoll.
Artikolu 3
In-Norveġja għandha tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura l-kontinwazzjoni tal-arranġamenti li jippermettu t-tranżitu ħieles tal-ħut u l-prodotti tas-sajd li jaslu fin-Norveġja minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.
Meta jitqies il-perijodu mill-1 ta' Mejju 2014 għall-applikazzjoni proviżorja ta' dan il-Protokoll meta l-arranġament ta' tranżitu kien għadu mhux fis-seħħ, l-arranġament għandu japplika għal seba' snin minn dak il-jum li fih l-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll issir effettiva.
Artikolu 4
Ir-regoli tal-oriġini applikabbli għall-kwoti tariffarji mniżżla fl-Anness għal dan il-Protokoll għandhom ikunu dawk stipulati fil-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja ffirmat fl-14 ta' Mejju 1973.
Artikolu 5
1. Dan il-Protokoll għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri rispettivi tagħhom. L-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
2. Huwa għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara li jkun depożitat l-aħħar strument ta' ratifika jew ta' approvazzjoni.
3. Sakemm jitwettqu l-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, dan il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-ewwel jum tat-tielet xahar wara li jsir id-depożitu tal-aħħar notifika għal dan l-għan.
Artikolu 6
Dan il-Protokoll, imħejji f'oriġinal wieħed bl-ilsien Bulgaru, Kroat, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż u Norveġiż, bit-test f'kull wieħed minn dawn l-ilsna jkun ugwalment awtentiku, jiġi ddepożitat mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li ser jibgħat kopja ċċertifikata lil kull waħda mill-Partijiet.
Съставено в Брюксел на трети май през две хиляди и шестнадесета година.
Hecho en Bruselas, el tres de mayo de dos mil dieciséis.
V Bruselu dne třetího května dva tisíce šestnáct.
Udfærdiget i Bruxelles den tredje maj to tusind og seksten.
Geschehen zu Brüssel am dritten Mai zweitausendsechzehn.
Kahe tuhande kuueteistkümnenda aasta maikuu kolmandal päeval Brüsselis.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις τρεις Μαΐου δύο χιλιάδες δεκαέξι.
Done at Brussels on the third day of May in the year two thousand and sixteen.
Fait à Bruxelles, le trois mai deux mille seize.
Sastavljeno u Bruxellesu trećeg svibnja godine dvije tisuće šesnaeste.
Fatto a Bruxelles, addì tre maggio duemilasedici.
Briselē, divi tūkstoši sešpadsmitā gada trešajā maijā.
Priimta du tūkstančiai šešioliktų metų gegužės trečią dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenhatodik év május havának harmadik napján.
Magħmul fi Brussell, fit-tielet jum ta’ Mejju fis-sena elfejn u sittax.
Gedaan te Brussel, drie mei tweeduizend zestien.
Sporządzono w Brukseli dnia trzeciego maja roku dwa tysiące szesnastego.
Feito em Bruxelas, em três de maio de dois mil e dezasseis.
Întocmit la Bruxelles la trei mai două mii șaisprezece.
V Bruseli tretieho mája dvetisícšestnásť.
V Bruslju, dne tretjega maja leta dva tisoč šestnajst.
Tehty Brysselissä kolmantena päivänä toukokuuta vuonna kaksituhattakuusitoista.
Som skedde i Bryssel den tredje maj år tjugohundrasexton.
Gjört í Brussel þriðja dag maímánaðar árið tvö þúsund og sextán.
За Европейския съюз
Рог la Unión Europea
Za Evropskou unii
For Den Europæiske Union
Für die Europäische Union
Euroopa Liidu nimel
Για την Ευρωπαϊκή Ένωση
For the European Union
Pour l'Union européenne
Za Europsku uniju
Per l'Unione europea
Eiropas Savienības vārdā –
Europos Sąjungos vardu
Az Európai Unió részéről
Għall-Unjoni Ewropea
Voor de Europese Unie
W imieniu Unii Europejskiej
Pela União Europeia
Pentru Uniunea Europeană
Za Európsku úniu
Za Evropsko unijo
Euroopan unionin puolesta
För Europeiska unionen
For Kongeriket Norge
ANNESS
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1 TAL-PROTOKOLL
Addizzjonalment għall-kwoti tariffarji mingħajr dazju permanenti eżistenti, l-Unjoni Ewropea għandha tiftaħ il-kwoti tariffarji annwali mingħajr dazju li ġejjin għall-prodotti li joriġinaw min-Norveġja:
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Volum annwali (01.05-30.04) tal-kwota tariffarja f'piż nett sakemm mhux speċifikat mod ieħor (*) |
0303 19 00 |
Salmonidae ffriżat ieħor |
2 000 tunnellata |
0303 51 00 |
Aringi tal-ispeċi Clupea harengus u Clupea pallasii, iffriżati, eskluż il-fwied u l-bajd (1), |
26 500 tunnellata |
0303 54 10 |
Kavalli tal-ispeċi Scomber scombrus u Scomber japonicus, iffriżati, eskluż il-fwied u l-bajd (1), |
25 000 tunnellata |
ex 0304 89 49 ex 0304 99 99 |
Kavalli, fletti ffriżati u faldi ffriżati |
11 300 tunnellata |
0303 55 30 |
Sawrell taċ-Ċile (Trachurus murphyi), friżat |
2 200 tunnellata |
ex 0303 55 90 |
Ħut ieħor, iffriżat, għajr sawrella kaħla (scad) (Caranx trachurus) |
|
0303 56 00 |
Cobia (Rachycentron canadum) |
|
0303 69 90 |
Ħut ieħor, iffriżat |
|
0303 82 00 |
Raj (Rajidae) |
|
0303 89 55 |
Awrat (Sparus aurata) |
|
0303 89 90 |
Ħut ieħor, iffriżat il-prodotti kollha ħlief fwied u bajd |
|
0304 86 00 |
Flettet friżati tal-aringa tal-ispeċi Clupea harengus u Clupea pallasii. |
55 600 tunnellata |
ex 0304 99 23 |
Biċċiet iffriżati tal-aringa tal-ispeċi Clupea harengus u Clupea pallasii (1). |
|
ex 0304 49 90 |
Flettet friski tal-aringa tal-ispeċi Clupea harengus u Clupea pallasii. |
9 000 tunnellata |
ex 0304 59 50 |
Biċċiet friski tal-aringa tal-ispeċi Clupea harengus u Clupea pallasii. |
|
ex 1605 21 10 ex 1605 21 90 ex 1605 29 00 |
Gambli u gambli kbar, imqaxxrin u ffriżati, preparati jew preservati |
7 000 tunnellata |
ex 1604 12 91 ex 1604 12 99 |
Aringa, imħawra u/ jew ippriservata fil-ħall, fis-salmura |
11 400 tunellata netti mingħajr likwidi |
0305 10 00 |
Dqiq, pasti u gerbub ta' ħut, tajbin għal konsum uman |
1 000 tunnellata |
(1) Il-benefiċċju tal-kwoti tat-tariffa m'għandux jingħata għal oġġetti ddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perijodu mill-15 ta' Frar sal-15 ta' Ġunju.
(*) Il-kwantitajiet għandhom jiżdiedu f'konformità mal-Artikolu 2(3) tal-Protokoll Addizzjonali.
28.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/838
tat-23 ta' Mejju 2016
dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 218(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Fl-10 ta' Mejju 2010 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-Ġeorġja għall-konklużjoni ta' Ftehim ġdid bejn l-Unjoni u l-Ġeorġja biex jissostitwixxi l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (2). |
(2) |
Dawk in-negozjati kienu ffinalizzati b'suċċess, u l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) ġie inizjalat fid-29 ta' Novembru 2013. |
(3) |
F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2014/494/UE (3), il-Ftehim ġie iffirmat fis-27 ta' Ġunju 2014, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard. |
(4) |
Skont l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huwa xieraq li l-Kunsill jawtorizza lill-Kummissjoni tapprova l-modifiki għall-Ftehim li għandhom jiġu adottati mill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni Kummerċjali, kif stipulat fl-Artikolu 408(4) tal-Ftehim, kif propost mis-Sottokumitat Indikazzjonijiet Ġeografiċi skont l-Artikolu 179 tal-Ftehim. |
(5) |
Huwa opportun li jiġu stabbiliti l-proċeduri rilevanti għall-ħarsien tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li jingħataw ħarsien skont il-Ftehim. |
(6) |
Il-Ftehim ma għandux jiġi interpretat bħala wieħed li jagħti xi drittijiet jew li jimponi xi obbligi li jistgħu jitqajmu direttament quddiem il-qrati u t-tribunali tal-Unjoni jew tal-Istati Membri. |
(7) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (4).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 431(1) tal-Ftehim (5).
Artikolu 3
Għall-finijiet tal-Artikolu 179 tal-Ftehim, il-modifiki li jsiru fil-Ftehim permezz ta' deċiżjonijiet tas-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni f'isem l-Unjoni. Fejn il-partijiet interessati ma jistgħux jaqblu wara oġġezzjonijiet relatati ma' indikazzjoni ġeografika, il-Kummissjoni għandha tadotta pożizzjoni li tkun ibbażata fuq il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 57(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).
Artikolu 4
1. Isem protett taħt is-Subtaqsima 3 “Indikazzjonijiet Ġeografiċi” tal-Kapitolu 9 tat-Titolu IV tal-Ftehim jista' jintuża minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza prodotti agrikoli, prodotti tal-ikel, inbejjed, inbejjed aromatizzati jew spirti li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni korrispondenti.
2. F'konformità mal-Artikolu 175 tal-Ftehim, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jinfurzaw il-protezzjoni provduta fl-Artikoli 170 sa 174 tal-Ftehim, anke fuq it-talba ta' parti interessata.
Artikolu 5
Il-Ftehim ma għandux jiġi interpretat bħala li jagħti xi drittijiet jew jimponi xi obbligi li jistgħu jiġu invokati direttament quddiem il-qrati u t-tribunali tal-Unjoni jew tal-Istati Membri.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Mejju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Kunsent mogħti fit-18 ta' Diċembru 2014 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (ĠU L 205, 4.8.1999, p. 3).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/494/UE tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (ĠU L 261, 30.8.2014, p. 1).
(4) Il-Ftehim ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 261, 30.8.2014, p. 4) flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-firma.
(5) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
(6) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar l-iskemi tal-kwalità għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).
28.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/839
tat-23 ta' Mejju 2016
dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 218(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Fil-15 ta' Ġunju 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mar-Repubblika tal-Moldova għall-konklużjoni ta' ftehim ġdid bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Moldova biex jissostitwixxi l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (2). |
(2) |
Dawk in-negozjati ġew finalizzati b'suċċess u l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), ġie inizjalat fid-29 ta' Novembru 2013. |
(3) |
F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/492/UE (3), il-Ftehim ġie iffirmat fis-27 ta' Ġunju 2014, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard. |
(4) |
Skont l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huwa xieraq li l-Kunsill jawtorizza lill-Kummissjoni tapprova l-modifiki għall-Ftehim li għandhom jiġu adottati mill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni Kummerċjali, kif stabbilit fl-Artikolu 438(4) tal-Ftehim, kif propost mis-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi skont l-Artikolu 306 tal-Ftehim. |
(5) |
Huwa opportun li jiġu stabbiliti l-proċeduri rilevanti għall-protezzjoni ta' dawk l-indikazzjonijiet ġeografiċi li tingħatalhom protezzjoni skont il-Ftehim. |
(6) |
Il-Ftehim ma għandux jiġi interpretat bħala wieħed li jagħti xi drittijiet jew li jimponi xi obbligi li jistgħu jiġu invokati direttament quddiem il-qrati u t-tribunali tal-Unjoni jew tal-Istati Membri. |
(7) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni. (4)
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 464(1) tal-Ftehim (5).
Artikolu 3
Għall-finijiet tal-Artikolu 306 tal-Ftehim, il-modifiki li jsiru fil-Ftehim permezz ta' deċiżjonijiet tas-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni f'isem l-Unjoni. Fejn il-partijiet interessati ma jistgħux jilħqu qbil wara oġġezzjonijiet li jirrigwardaw xi indikazzjoni ġeografika, il-Kummissjoni għandha tadotta pożizzjoni abbażi tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 57(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).
Artikolu 4
1. Isem protett taħt is-Subtaqsima 3 “Indikazzjonijiet Ġeografiċi” tal-Kapitolu 9 tat-Titolu V tal-Ftehim jista' jintuża minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza prodotti agrikoli, prodotti tal-ikel, inbejjed, inbejjed aromatizzati jew spirti li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni korrispondenti.
2. F'konformità mal-Artikolu 301 tal-Ftehim, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jinfurzaw il-protezzjoni prevista fl-Artikoli 297 sa 300 tal-Ftehim, inkluż fuq it-talba ta' parti interessata.
Artikolu 5
Il-Ftehim ma għandux jiġi interpretat b'mod li jagħti xi drittijiet jew jimponi xi obbligi li jistgħu jiġu invokati direttament quddiem il-qrati u t-tribunali tal-Unjoni jew tal-Istati Membri.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Mejju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Kunsens mogħti fit-13 ta' Novembru 2014 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika tal-Moldova (ĠU L 181, 24.6.1998, p. 3).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/492/UE tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (ĠU L 260, 30.8.2014, p. 1).
(4) Il-Ftehim ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 260, 30.8.2014, p. 3) flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.
(5) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
(6) Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar l-iskemi tal-kwalità għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).
REGOLAMENTI
28.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/30 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/840
tas-27 ta' Mejju 2016
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012. |
(2) |
Żewġ persuni ma għandhomx jinżammu iktar fuq il-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012. |
(3) |
L-informazzjoni li tirrigwarda ċerti persuni elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandha tiġi aġġornata. |
(4) |
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Mejju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
A.G. KOENDERS
ANNESS
I. |
L-entrati li jikkonċernaw il-persuni li ġejjin jitneħħew mil-lista li tinsab fit-Taqsima A tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012:
|
II. |
L-entrati li jikkonċernaw il-persuni elenkati hawn taħt, kif indikat fit-Taqsima A tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012, huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:
|
28.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/36 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/841
tas-27 ta' Mejju 2016
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 (2) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/849. |
(3) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 tipprojbixxi l-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment lejn ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (il-“Korea ta' Fuq”) ta' aktar oġġetti, materjali u tagħmir relatat ma' oġġetti u teknoloġija b'użu doppju. Hija tipprojbixxi wkoll it-trasferimenti ta' fondi lejn u mill-Korea ta' Fuq sakemm ma jkunux speċifikament awtorizzati minn qabel, kif ukoll l-investiment mill-Korea ta' Fuq u ċ-ċittadini tagħha fit-territorji taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri u l-investiment minn ċittadini jew entitajiet tal-Unjoni fil-Korea ta' Fuq. Barra minn hekk, hija tipprojbixxi lil kwalunkwe inġenju tal-ajru operat minn trasportaturi mill-Korea ta' Fuq jew li joriġina mill-Korea ta' Fuq milli jinżel, jitlaq jew itir minn fuq it-territorju tal-Istati Membri, kif ukoll lil kwalunkwe bastiment li huwa proprjetà, operat jew b'ekwipaġġ mill-Korea ta' Fuq milli jidħol fil-portijiet tal-Istati Membri. Hija tintroduċi projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta' oġġetti ta' lussu mill-Korea ta' Fuq, kif ukoll projbizzjonijiet fuq il-forniment ta' appoġġ finanzjarju għal kummerċ mal-Korea ta' Fuq. Ġiet introdotta wkoll eżenzjoni, għall-kuntratti li saru qabel, mill-obbligu li jiġu ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ta' ċerti persuni u entitajiet mill-Korea ta' Fuq. |
(4) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 1, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
(*) Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1)." (**) Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).”." |
(2) |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: “4. Għandu jkun ipprojbit:
L-Anness Ic għandu jinkludi d-deheb, il-mineral tat-titanju, il-mineral tal-vanadju u l-minerali rari mill-art imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 4. L-Anness Id għandu jinkludi l-faħam, il-ħadid u l-mineral tal-ħadid imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 4. L-Anness If għandu jinkludi l-prodotti petrolifiċi msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 4.”. |
(3) |
L-Artikolu 3a huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 3a 1. B'deroga mill-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3(1), l-awtorità kompetenti rilevanti ta' Stat Membru, kif indikat fis-siti web elenkati fl-Anness II, tista' tawtorizza, taħt dawk it-termini u l-kondizzjonijiet li hija tqis xierqa, il-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni direttament jew indirettament tal-oġġetti u t-teknoloġija, inkluż is-software, imsemmija fl-Artikolu 2(1) jew l-assistenza jew s-servizzi ta' senserija msemmija fl-Artikolu 3(1), dment li l-oġġetti u t-teknoloġija, l-assistenza jew is-servizzi ta' senserija jkunu għall-finijiet ta' ikel, ta' agrikoltura, mediċi jew finijiet umanitarji oħrajn. 2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni fi żmien erba' ġimgħat bl-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont dan l-Artikolu. 3. B'deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 2(1) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 3(1), l-awtorità rilevanti kompetenti tal-Istat Membru, kif indikat fis-siti web elenkati fl-Anness II, tista' tawtorizza t-tranżazzjonijiet imsemmija hemmhekk taħt dawk il-kondizzjonijiet li hija tqis xierqa u dment li l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ikun approva t-talba 4. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe talba għall-approvazzjoni li huwa jkun ippreżenta lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU skont il-paragrafu 3.”. |
(4) |
L-Artikolu 3b huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 3b 1. Flimkien mal-obbligu li l-awtoritajiet doganali kompetenti jiġu pprovduti bl-informazzjoni ta' qabel il-wasla u wara t-tluq kif stabbilit fid-dispożizzjonijiet rilevanti li jirrigwardaw id-dikjarazzjonijiet sommarji tad-dħul u l-ħruġ flimkien mad-dikjarazzjonijiet tad-dwana Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***), Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (****) u Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2447 (*****), il-persuna li tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tiddikjara jekk l-oġġetti humiex koperti mil-Lista Komuni tal-UE ta' Tagħmir Militari jew minn dan ir-Regolament u, meta l-esportazzjoni tagħhom tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni, tispeċifika l-oġġetti u t-teknoloġija koperti mil-liċenzja tal-esportazzjoni mogħtija. 2. L-elementi addizzjonali meħtieġa msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiġu ppreżentati bl-użu ta' dikjarazzjoni doganali jew, fin-nuqqas ta' tali dikjarazzjoni, fi kwalunkwe forma miktuba, kif xieraq. (***) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1)." (****) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343 29.12.2015, p. 1)." (*****) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343 29.12.2015, p. 558).”." |
(5) |
L-Artikolu 3c jitħassar. |
(6) |
L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 4 1. Għandu jkun ipprojbit:
2. B'deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 1, il-projbizzjoni msemmija fih ma għandhiex tapplika għal oġġetti personali tal-vjaġġaturi jew għal oġġetti ta' natura mhux kummerċjali għall-użu personali tal-vjaġġaturi li jkunu jinsabu fil-valiġġi tagħhom. 3. Il-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal oġġetti li huma neċessarji għal finijiet uffiċjali ta' missjonijiet diplomatiċi jew konsulari ta' Stat Membru fil-Korea ta' Fuq jew ta' organizzazzjonijiet internazzjonali li jgawdu minn immunitajiet f'konformità mal-liġi internazzjonali, jew għall-oġġetti personali tal-persunal tagħhom. 4. L-awtorità kompetenti rilevanti ta' Stat Membru, kif indikat fis-siti web elenkati fl-Anness II, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, tranżazzjoni fir-rigward ta' oġġetti msemmija fil-punt 17 tal-Anness III, dment li l-oġġetti jkunu għal finijiet umanitarji.”. |
(7) |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 5 1. Merkanzija fl-Unjoni jew fi tranżitu fl-Unjoni, inkluż f'ajruporti, f'portijiet ħielsa u f'żoni ħielsa, kif imsemmi fl-Artikoli 243 sa 249 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, tkun soġġetta għal spezzjoni biex jiġi żgurat li ma jkunx fiha oġġetti pprojbiti mir-Riżoluzzjonijiet 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew minn dan ir-Regolament fejn:
2. Meta l-merkanzija ma taqax fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-merkanzija fl-Unjoni jew fi tranżitu fl-Unjoni, inkluż f'ajruporti, f'portijiet u f'żoni ħielsa, għandha tkun soġġetta għal spezzjoni meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jaħseb li jista' jkun fiha oġġetti li l-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita minn dan ir-Regolament fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-invjolabbiltà u l-protezzjoni tal-basktijiet diplomatiċi u konsulari previsti fil-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi tal-1961 u l-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari tal-1963. 4. Il-forniment ta' servizzi ta' trażbord jew ta' servizzi ta' forniment għall-bastimenti, jew xi servizzi oħra għall-bastimenti, lil bastimenti tal-Korea ta' Fuq huwa pprojbit fejn il-fornituri tas-servizz ikollhom informazzjoni, inkluż mingħand l-awtoritajiet kompetenti tad-dwana fuq il-bażi tal-informazzjoni ta' qabel il-wasla u ta' qabel it-tluq imsemmija fl-Artikolu 3a(1), li tipprovdi bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li l-bastimenti qed iġorru oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti minn dan ir-Regolament, sakemm il-forniment ta' dawn is-servizzi ma jkunx neċessarju għal finijiet umanitarji.”. |
(8) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 5b 1. Għandu jkun ipprojbit, fit-territorju tal-Unjoni, li jiġi aċċettat jew approvat investiment fi kwalunkwe attività kummerċjali meta dan l-investiment isir minn:
2. Għandu jkun ipprojbit:
Artikolu 5c 1. It-trasferiment ta' fondi lejn u mill-Korea ta' Fuq għandu jkun ipprojbit, dment li ma jikkonċernax tranżazzjoni msemmija fil-paragrafu 3. 2. Għandu jkun ipprojbit għal istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 16 li jidħlu, jew ikomplu jipparteċipaw fi kwalunkwe tranżazzjoni ma':
dment li dawn it-tranżazzjonijiet ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 3 u ġew awtorizzati skont il-punt (a) tal-paragrafu 4, jew ma jeħtiġux awtorizzazzjoni skont il-punt (b) tal-paragrafu 4. 3. It-tranżazzjonijiet li ġejjin jistgħu jiġu awtorizzati skont il-paragrafu 4:
4. It-tranżazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 li jinvolvu t-trasferimenti ta' fondi lejn u mill-Korea ta' Fuq għal ammonti:
5. L-ebda awtorizzazzjoni minn qabel ma għandha tkun meħtieġa għal tranżazzjoni jew trasferiment ta' fondi li huma neċessarji għall-finijiet uffiċjali ta' missjoni diplomatika jew konsulari ta' Stat Membru jew ta' organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi minn immunitajiet fil-Korea ta' Fuq f'konformità mal-liġi internazzjonali. 6. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-punti (a) tal-paragrafu 4. 7. Għal tranżazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu3, l-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji msemmija fl-Artikolu 16 għandhom, fl-attivitajiet tagħhom ma' istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu2:
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-FIU, jew kwalunkwe awtorità kompetenti oħra li sservi bħala ċentru nazzjonali għar-riċeviment u l-analiżi tar-rapporti ta' tranżazzjonijiet suspettużi, għandha tirċievi r-rapporti dwar il-finanzjament potenzjali tal-proliferazzjoni u għandu jkollha aċċess, direttament jew indirettament, fuq bażi fil-pront għall-informazzjoni finanzjarja, amministrattiva u tal-infurzar tal-liġi li hija tkun teħtieġ biex twettaq din il-funzjoni sew, inkluża l-analiżi tar-rapporti ta' tranżazzjonijiet suspettużi. 8. Ir-rekwiżit għal awtorizzazzjoni minn qabel fil-paragrafu 3 għandu japplika indipendentement minn jekk it-trasferiment tal-fondi jkunx eżegwit f'operazzjoni waħda jew f'diversi operazzjonijiet li jidhru li jkunu marbutin ma' xulxin. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “l-operazzjonijiet li jidhru li jkunu marbutin ma' xulxin” jinkludu:
9. Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxja u b'intenzjoni, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun iċ-ċirkumvenzjoni tal-projbizzjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu. (******) Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15)." (*******) Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi (ĠU L 345, 8.12.2006, p. 1).”." |
(9) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 8 1. B'deroga mill-Artikolu 6, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikati fis-siti web elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi friżati, jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
2. B'deroga mill-Artikolu 6, u bil-kondizzjoni li pagament minn persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness V jkun dovut skont kuntratt jew ftehim li ġie konkluż minn, jew skont obbligu għall-persuna, l-entità jew il-korp ikkonċernat li nħoloq qabel id-data li fiha dik il-persuna, l-entità jew il-korp kienu ġew indikati, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikati fis-siti web elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li:
3. L-Istat Membru kkonċernat għandu, mill-anqas għaxart ijiem qabel l-għoti ta' kull awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 2, jinnotifika lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni b'dik id-deċiżjoni u bil-ħsieb tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni.”. |
(10) |
L-Artikolu 9b huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 9b 1. Għandu jkun ipprojbit l-għoti ta' finanzjament jew ta' assistenza finanzjarja għall-kummerċ mal-Korea ta' Fuq, inkluż l-għoti ta' krediti tal-esportazzjoni, garanziji jew assigurazzjoni lil persuni jew entitajiet involuti f'tali kummerċ, fejn tali appoġġ finanzjarju jista' jikkontribwixxi għal:
2. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw fir-rigward ta' kuntratti u ftehimiet għall-għoti ta' appoġġ finanzjarju konklużi qabel id-29 ta' Mejju 2016. 3. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw fir-rigward tal-għoti ta' appoġġ finanzjarju għal kummerċ fl-ikel, l-agrikoltura, mediku jew għal finijiet umanitarji oħra.”. |
(11) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 9c 1. Ebda pretensjoni b'konnessjoni ma' xi kuntratt jew tranżazzjoni fejn il-prestazzjoni tagħhom ġiet effettwata, direttament jew indirettament, b'mod sħiħ jew parzjalment, mill-miżuri imposti minn dan ir-Regolament, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kull pretensjoni oħra ta' dak it-tip, bħall-pretensjoni għal kumpens jew il-pretensjoni taħt garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kull għamla, ma għandha tiġi ssodisfata, jekk din issir minn:
2. Il-prestazzjoni ta' kuntratt jew tranżazzjoni għandha tkun ikkunsidrata bħala milquta mill-miżuri imposti minn dan ir-Regolament fejn l-eżistenza jew il-kontenut tal-pretensjoni jirriżultaw direttament jew indirettament minn dawk il-miżuri. 3. F'kull proċedura għall-infurzar ta' pretensjoni, l-oneru tal-prova li l-issodisfar tal-pretensjoni mhuwiex ipprojbit mill-paragrafu 1, għandu jkun fuq il-persuna li titlob l-infurzar ta' dik il-pretensjoni. 4. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għal rieżami ġudizzjarju tal-legalità tan-nuqqas ta' prestazzjoni ta' obbligi kuntrattwali skont dan ir-Regolament.”. |
(12) |
L-Artikolu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 11 1. L-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, imwettaq in bona fede fuq il-bażi li tali azzjoni tkun konformi ma' dan ir-Regolament, ma għandu joħloq responsabbiltà tal-ebda tip fuq in-naħa tal-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jkunu qegħdin jimplimentawh, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma b'riżultat ta' negliġenza. 2. Azzjonijiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ma għandhom iwasslu għall-ebda responsabbiltà min-naħa tagħhom jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom l-ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament.”. |
(13) |
L-Artikolu 11a huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 11 a 1. Għandu jkun ipprojbit li jingħata aċċess għall-portijiet fit-territorju tal-Unjoni lil kwalunkwe bastiment:
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika:
3. B'deroga mill-projbizzjoni fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti rilevanti tal-Istat Membru, kif indikat fis-siti web elenkati fl-Anness II, tista' tawtorizza bastiment jidħol fil-port jekk:
4. Għandu jkun ipprojbit li inġenji tal-ajru operati minn trasportaturi tal-Korea ta' Fuq jew li joriġinaw mill-Korea ta' Fuq jitlqu minn, jinżlu fi jew itiru minn fuq it-territorju tal-Unjoni. 5. Il-paragrafu 4 ma għandux japplika:
6. B'deroga mill-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti rilevanti ta' Stat Membru, kif indikat fis-siti web elenkati fl-Anness II, tista' tawtorizza inġenju tal-ajru jitlaq minn, jinżel fi jew itir minn fuq it-territorju tal-Unjoni, jekk dik l-awtorità kompetenti tkun iddeterminat minn qabel li dan huwa meħtieġ għal skopijiet umanitarji jew għal kwalunkwe skop ieħor konsistenti mal-objettivi ta' dan ir-Regolament.”. |
(14) |
L-Artikolu 11c jitħassar. |
(15) |
It-test li jinsab fl-Anness ta' dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Anness If. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Mejju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
A.G. KOENDERS
(1) Ara l-paġna 79 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 1).
ANNESS
“ANNESS IF
PRODOTTI PETROLIFIĊI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(4)
|
2707 |
Żjut u prodotti oħrajn mid-distillazzjoni ta' qatran tal-faħam f'temperatura għolja; prodotti simili li fihom il-piż tal-kostitwenti aromatiċi jaqbeż dak tal-kostitwenti mhux aromatiċi |
||
|
2709 |
Żjut minerali (petroleum) u żjut miksubin minn minerali bituminużi, mhux raffinati |
||
|
2710 |
Żjut minerali (petroleum) u żjut miksubin minn minerali bituminużi, ħlief dawk mhux raffinati; preparazzjonijiet li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra, li fihom 70 % jew aktar tal-piż ta' żjut minerali (petroleum) jew żjut miksubin minn minerali bituminużi, meta dawn iż-żjut ikunu l-kostitwenti bażiċi tal-preparazzjonijiet; żjut għar-rimi |
||
|
2711 |
Gassijiet tal-petroleum u idrokarbonji gassużi oħra |
||
|
2712 10 |
|
||
|
2712 20 |
|
||
Ex |
2712 90 |
|
||
|
2713 |
Kokk tal-petroleum, qatran tal-petroleum u fdalijiet oħrajn tal-petroleum jew ta' żjut miksubin minn minerali bituminużi |
||
Ex |
2714 |
Qatran u asfalt, naturali; “shale” tal-qatran jew taż-żejt u ramel taż-żift; asfaltiti u blat asfaltiku |
||
Ex |
2715 |
Taħlitiet bituminużi bbażati fuq asfalt naturali, fuq qatran naturali, fuq qatran ta' żejt minerali (petroleum), fuq żift minerali jew fuq qatran (tar pitch) minerali (per eżempju, gomom/siment bituminużi, “cut-backs”) |
||
|
|
|
||
|
3403 11 |
|
||
|
3403 19 |
|
||
|
|
|
||
Ex |
3403 91 |
|
||
Ex |
3403 99 |
|
||
|
|
|
||
Ex |
3824 90 92 |
|
||
Ex |
3824 90 93 |
|
||
Ex |
3824 90 96 |
|
||
|
3826 00 10 |
|
||
|
3826 00 90 |
|
28.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/47 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/842
tas-27 ta' Mejju 2016
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 167/2008 rigward l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u l-isem kummerċjali ta' koċċidjostat
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
KRKA d.d. ressqet applikazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 li tipproponi bidla fl-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni rigward ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 167/2008 (2) fejn jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' koċċidjostat (Kokcisan 120G). |
(2) |
L-applikant jiddikjara li, b'effett mill-5 ta' Frar 2016, huwa ttrasferixxa d-drittijiet għat-tqegħid fis-suq tal-addittiv tal-għalf Kokcisan 120G lil Huvepharma EOOD. Barra minn hekk, Huvepharma EOOD, bħala s-sid il-ġdid tad-drittijiet għat-tqegħid fis-suq tal-addittiv tal-għalf jitlob bidla fl-isem kummerċjali tal-addittiv tal-għalf. L-applikant ressaq id-dejta rilevanti li tappoġġa t-talba tiegħu. |
(3) |
Il-bidliet proposti fit-termini tal-awtorizzazzjoni għandhom natura purament amministrattiva u ma jinvolvux valutazzjoni ġdida tal-addittiv ikkonċernat. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ġiet mgħarrfa bl-applikazzjoni. |
(4) |
Sabiex l-addittiv tal-għalf ikun jista' jitqiegħed fis-suq bl-isem Huvepharma EOOD u taħt l-isem kummerċjali l-ġdid, jeħtieġ li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjoni. |
(5) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 167/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Billi r-raġunijiet tas-sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-emendi magħmula b'dan ir-Regolament lir-Regolament (KE) Nru 167/2008, huwa xieraq li jiġi stipulat perjodu tranżitorju li matulu jistgħu jintużaw il-ħażniet eżistenti tal-addittiv, tat-taħlitiet minn qabel u tal-għalf kompost li fih l-addittiv. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 167/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fit-tieni kolonna, il-kliem “KRKA, d.d., Novo mesto, is-Slovenja” jinbidlu bil-kliem “Huvepharma EOOD, il-Bulgarija”; |
(2) |
Fit-tielet kolonna, il-kliem “Kokcisan 120G” jinbidlu b' “Huvesal 120 G”. |
Artikolu 2
Il-ħażniet eżistenti tal-addittiv, tat-taħlitiet minn qabel u tal-għalf kompost li jkun fihom l-additiv, li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet applikabbli qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw kollha.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
fi Brussell, is-27 ta' Mejju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 167/2008 tat-22 Frar 2008 li jikkonċerna awtorizzazzjoni ġdida għal għaxar snin ta' coccidiostat bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 50, 23.2.2008, p. 14).
28.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/49 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/843
tat-27 ta' Mejju 2016
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-27 ta' Mejju 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
IL |
428,2 |
MA |
117,9 |
|
TR |
60,8 |
|
ZZ |
202,3 |
|
0707 00 05 |
TR |
99,6 |
ZZ |
99,6 |
|
0709 93 10 |
TR |
99,6 |
ZZ |
99,6 |
|
0805 10 20 |
EG |
47,2 |
IL |
42,6 |
|
MA |
59,4 |
|
TR |
68,5 |
|
ZA |
77,6 |
|
ZZ |
59,1 |
|
0805 50 10 |
AR |
171,6 |
TR |
143,1 |
|
ZA |
177,5 |
|
ZZ |
164,1 |
|
0808 10 80 |
AR |
109,4 |
BR |
107,5 |
|
CL |
126,5 |
|
CN |
102,3 |
|
NZ |
149,7 |
|
US |
192,9 |
|
ZA |
112,3 |
|
ZZ |
128,7 |
|
0809 29 00 |
TR |
531,7 |
US |
855,4 |
|
ZZ |
693,6 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DIRETTIVI
28.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/51 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/844
tas-27 ta' Mejju 2016
li temenda d-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 100(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 10(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Xi konvenzjonijiet internazzjonali ddefiniti fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2009/45/KE ġew emendati. |
(2) |
Skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2009/45/KE, l-Annessi ta' dik id-Direttiva jistgħu jiġu emendati sabiex jiġu applikati l-emendi li jkunu saru għall-konvenzjonijiet internazzjonali. |
(3) |
Għalhekk, id-Direttiva 2009/45/KE għandha tiġi emendata kif xieraq. |
(4) |
Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (“COSS”), li ġie stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Direttiva 2009/45/KE qed jiġi emendat skont l-Anness ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-1 ta' Lulju 2017. Huma għandhom jibagħtu t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom it-tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Mejju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 163, 25.6.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru tal-2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) u li jemenda r-Regolamenti dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġis minn bastimenti (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1).
ANNESS
L-Anness I tad-Direttiva 2009/45/KE qed jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Fil-Kapitolu II-1:
|
(2) |
Fil-Kapitolu II-2:
|
(3) |
fil-Kapitolu III:
|
(1) Opri tal-baħar tas-sopravivenza jistgħu jkunu dgħajjes tas-sopravivenza jew ċattri tas-sopravivenza jew kombinazzjoni tat-tnejn f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament III/2.2. Meta jkun ġustifikat min-natura mkennija tal-vjaġġi u/jew mill-kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli taż-żona tal-operat, b'konsiderazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet fl-IMO MSC/Circ.1046 l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista' taċċetta, jekk dan ma jiġix irrifjutat mill-Istat Membru ospitanti:
(a) |
ċattri tas-salvataġġ li jintefħu li huma miftuħa u riversibbli li ma jikkonformawx mat-taqsima 4.2 jew 4.3 tal-Kodiċi LSA sakemm tali ċattri tas-salvataġġ jikkonformaw kompletament mar-rekwiżiti tal-Anness 10 tal-Kodiċi tal-Opri tal-Baħar b'Veloċità Għolja tal-1994 u għal bastimenti mibnija fl-1 ta' Jannar 2012 jew wara, l-Anness 11 tal-Kodiċi tal-Opri tal-Baħar b'Veloċità Għolja tal-2000. |
(b) |
ċattri tas-salvataġġ li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-paragrafi 4.2.2.2.1 u 4.2.2.2.2 tal-Kodiċi LSA dwar l-iżolament kontra l-kesħa tal-art taċ-ċattra tas-salvataġġ. |
L-opri tal-baħar tas-sopravivenza għal bastimenti eżistenti tal-klassi B, Ċ u D għandhom jikkonformaw mar-Regolamenti rilevanti tas-SOLAS 74 għall-bastimenti eżistenti kif emendati fis-17 ta' Marzu 1998. Il-bastimenti tal-passiġġieri Ro-Ro għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament III/5-1 kif applikabbli.
Is-sistema jew sistemi tal-evakwazzjoni mill-baħar li jikkonformaw mat-taqsima 6.2 tal-Kodiċi LSA jistgħu jiġu sostitwiti għall-kapaċità ekwivalenti ta' ċattri tas-salvataġġ kif meħtieġ fit-tabella, inkluż it-tagħmir tal-varar tagħhom fejn applikabbli.
(2) L-opri tal-baħar tas-sopravivenza għandhom, sa fejn ikun prattikabbli, jiġu distribwiti ugwalment fuq kull naħa tal-bastiment.
(3) Il-kapaċità totali/aggregata tal-opri tal-baħar tas-sopravivenza, inkluż ċattri tas-salvataġġ addizzjonali, għandhom ikunu f'konformità mar-rekwiżiti fit-tabella hawn fuq, jiġifieri, 1,10N = 110 % u 1,25N = 125 % tal-għadd totali ta' persuni (N) li l-bastiment huwa ċċertifikat li jġorr. Għandu jinġarr għadd suffiċjenti ta' opri tal-baħar tas-sopravivenza sabiex ikun żgurat li fil-każ li tintilef jew ma tibqax topera opra tal-baħar tas-sopravivenza waħda, l-opri tal-baħar tas-sopravivenza li jifdal jistgħu jakkomodaw l-għadd totali ta' persuni li l-bastiment huwa ċċertifikat li jġorr. Jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżit tal-istivar taċ-ċattri tas-sopravivenza fir-Regolament III/7.5 jistgħu jkunu meħtieġa iktar ċattri tas-sopravivenza.
(4) L-għadd ta' dgħajjes tas-sopravivenza u/jew dgħajjes tas-salvataġġ, għandu jkun biżżejjed biex jiġi żgurat li jipprovdu għall-abbandun tal-għadd totali ta' persuni li l-bastiment huwa ċċertifikat li jġorr, mhux iktar minn disa' ċattri tas-sopravivenza li għandhom jiġu ggwidati minn kull dgħajsa tas-sopravivenza jew dgħajsa tas-salvataġġ.
(5) It-tagħmir tal-varar tad-dgħajjes tas-salvataġġ għandu jikkonforma mar-rekwiżiti ta' Regolament III/10.
Jekk dgħajsa tas-salvataġġ tikkonforma mar-rekwiżiti tat-taqsima 4.5 jew 4.6 tal-Kodiċi LSA tista' tiġi inkluża fil-kapaċità tal-opra tal-baħar tas-sopravivenza speċifikata fit-tabella hawn fuq.
Dgħajsa tas-sopravivenza tista' tiġi aċċettata bħala dgħajsa tas-salvataġġ sakemm l-arranġamenti ta' varar u ta' rkupru tagħha jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti ta' dgħajsa tas-salvataġġ.
Tal-inqas waħda mid-dgħajjes tas-salvataġġ, jekk ikun meħtieġ li tali dgħajsa tinġarr fuq bastiment Ro-Ro tal-passiġġieri għandha tkun dgħajsa tas-salvataġġ veloċi li tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament III/5-1.3.
Meta l-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tikkunsidra li l-installazzjoni ta' dgħajsa tas-salvataġġ jew ta' dgħajsa tas-salvataġġ veloċi abbord ta' bastiment hija fiżikament impossibbli, tali bastiment jista' jiġi eżentat milli jġorr dgħajsa tas-salvataġġ, sakemm il-bastiment jikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a) |
il-bastiment huwa adattat biex jippermetti li persuna li jkollha bżonn l-għajnuna tiġi rkuprata mill-ilma; |
(b) |
l-irkupru ta' persuna li jkollha bżonn l-għajnuna jista' jiġi osservat mill-pont tan-navigazzjoni; u |
(c) |
il-bastiment jista' jiġi mmanuvrat b'mod suffiċjenti biex jasal qrib u jirkupra persuni fl-iktar kondizzjonijiet ħżiena intiżi. |
(6) Ta' lanqas baga tas-salvataġġ waħda fuq kull naħa għandha tiġi mgħammra b'ħabel tas-salvataġġ li ma jegħriqx li jkun ugwali fit-tul għal mhux inqas mid-doppju li fih jinżamm fuq wiċċ l-ilma fl-iktar kundizzjoni ħafifa tal-baħar jew 30 metru, liema minnhom tkun l-akbar.
Żewġ bagi tas-salvataġġ għandhom ikunu mgħammra b'sinjal tad-duħħan li jixgħel waħdu u dawl li jixgħel waħdu; għandhom ikunu kapaċi li jinfetħu malajr mill-pont tan-navigazzjoni. Il-bqija tal-bagi tas-salvataġġ għandhom ikunu mgħammra b'dawl li jixgħel waħdu, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.1.2 tal-Kodiċi LSA.
(7) Il-murtali tal-periklu, li jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-taqsima 3.1 tal-Kodiċi LSA, għandhom jinħażnu fuq il-pont tan-navigazzjoni jew fil-pożizzjoni tad-dawran.
(8) Għandha tiġi pprovduta ġakketta tas-salvataġġ li tintefaħ għal kull persuna li għandha twettaq xogħol abbord f'żoni esposti. Dawn il-ġgieget tas-salvataġġ li jintefħu jistgħu jiġu inklużi fl-għadd totali ta' ġgieget tas-salvataġġ meħtieġa permezz ta' din id-Direttiva.
(9) Għandu jiġi pprovdut għadd ta' ġkieket tas-salvataġġ adattati għat-tfal ugwali għal mill-inqas 10 % tal-għadd tal-passiġġieri abbord jew tali għadd ikbar skont il-bżonn biex tingħata ġakketta tas-salvataġġ lil kull tifel jew tifla.
(10) Għandu jiġi pprovdut għadd ta' ġkieket tas-salvataġġ adattati għat-trabi ugwali għal mill-inqas 2,5 % tal-għadd tal-passiġġieri abbord jew tali għadd ikbar skont il-bżonn biex tingħata ġakketta tas-salvataġġ lil kull tarbija.
(11) |
Il-bastimenti kollha għandhom jġorru għadd suffiċjenti ta' ġkieket tas-salvataġġ għall-persuni li jkunu għassa u għal użu fi stazzjoniet tal-opri tal-baħar tas-sopravivenza li jinsabu f'post remot. Il-ġgieget tas-salvataġġ li jinġarru għal persuni li jagħmlu l-għassa għandhom jinżammu fuq il-pont, fil-kamra tal-kontroll tal-makkinarju jew f'xi stazzjon ieħor tal-għassa. Sa mhux iktar tard mill-ewwel stħarriġ perjodiku wara l-1 ta' Jannar 2012 il-bastimenti kollha tal-passiġġieri għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tan-noti tal-qiegħ 12 u 13. |
(12) Jekk il-ġgieget tas-salvataġġ tal-adulti ma jkunux iddisinnjati biex jiġu lil persuni li jiżnu iktar minn 140 kg u li għandhom id-dawra tas-sider li tkun tasal sa 1 750 mm, għandu jkun disponibbli abbord għadd ta' aċċessorji adattati tajbin biex il-ġkieket ikunu jistgħu jintlibsu b'mod sikur fuq dawn il-persuni.
(13) Fuq il-bastimenti tal-passiġġieri kollha, kull ġakketta tas-salvataġġ għandha tkun mgħammra b'dawl f'konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2.2.3. tal-Kodiċi LSA. Il-bastimenti kollha Ro-Ro tal-passiġġieri għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament III/5.5.2.
(14) Bastimenti b'tul ta' inqas minn 24 metru mhumiex meħtieġa jġorru abbord apparat li jitfa' l-ħbula”
DEĊIŻJONIJIET
28.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/66 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/845
tat-23 ta' Mejju 2016
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt, u t-twaqqif ta' gruppi ta' ħidma speċjalizzati u l-adozzjoni tat-termini ta' referenza tagħhom
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 207 u 212, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim Qafas ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2014; |
(2) |
Sabiex jingħata kontribut għall-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim, il-qafas istituzzjonali tiegħu għandu jiġi kkompletat mill-aktar fis possibbli permezz tal-adozzjoni mill-Kumitat Konġunt tar-regoli ta' proċedura tiegħu stess. |
(3) |
Skont l-Artikolu 44 tal-Ftehim, ġie stabbilit Kumitat Konġunt, sabiex jiżgura, inter alia, il-funzjonament u l-implimentazzjoni korretti tal-Ftehim (il-“Kumitat Konġunt”). |
(4) |
Sabiex jingħata kontribut għall-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim, għandhom jiġu adottati r-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt. |
(5) |
Sabiex ikunu jistgħu jsiru diskussjonijiet fil-livell ta' esperti dwar l-oqsma ewlenin li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim, jistgħu jiġu stabbiliti gruppi ta' ħidma speċjalizzati. |
(6) |
Għalhekk, il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt u l-istabbiliment ta' gruppi ta' ħidma speċjalizzati għandha tkun ibbażata fuq l-abbozzi tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt mehmuża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 44 tal-Ftehim f'dak li għandu x'jaqsam ma':
(a) |
l-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt; u |
(b) |
l-istabbiliment ta' gruppi ta' ħidma speċjalizzati u l-adozzjoni tat-termini ta' referenza tagħhom, |
għandha tissejjes fuq l-abbożżi tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.
2. Tibdiliet minuri fl-abbozzi tad-deċiżjonijiet jistgħu jiġu miftiehma mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Mejju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/278/UE tat-12 ta' Mejju 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni ta' materji relatati mar-riammissjoni (ĠU L 145, 16.5.2014, p. 1).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru 1/2016 TAL-KUMITAT UE-REPUBBLIKA TAL-KOREA
ta' …
li tadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu
IL-KUMITAT KONĠUNT BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-KOREA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2014, |
(2) |
Sabiex isir kontribut għall-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim, ir-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt għandhom jiġu adottati, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu Uniku
Ir-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt, kif stipulati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, huma b'dan adottati.
Magħmul fi …,
Għall- UE-Repubblika tal-Korea Kumitat Konġunt
Il-President
ANNESS
REGOLI TA' PROĊEDURA TAL-KUMITAT KONĠUNT
Artikolu 1
Kompożizzjoni u President
1. Il-Kumitat Konġunt, stabbilit skont l-Artikolu 44 tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), għandu jwettaq il-ħidmiet tiegħu kif previst fl-Artikolu 44 tal-Ftehim.
2. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun kompost minn rappreżentanti taż-żewġ Partijiet fil-livell xieraq.
3. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun ippresedut alternattivament minn kull waħda mill-Partijiet, għal perijodu ta' sena kalendarja. Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jew il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Korea għandhom jippresjedu l-Kumitat Konġunt. Il-President jista' jiddelega l-awtorità tiegħu.
4. L-ewwel perijodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kumitat Konġunt u jispiċċa fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.
Artikolu 2
Laqgħat
1. Il-Kumitat Konġunt għandu normalment jiltaqa' darba fis-sena. Il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt għandhom jiġu msejħa mill-President u għandhom jinżammu fi Brussell u Seoul, f'data stabbilita bi qbil reċiproku. Laqgħat straordinarji tal-Kumitat Konġunt jistgħu jsiru b'talba ta' waħda mill-Partijiet, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.
2. Il-Kumitat Konġunt għandu normalment jiltaqa' fil-livell ta' uffiċjali għolja, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Partijiet.
Artikolu 3
Pubbliċità
Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt ma għandhomx ikunu pubbliċi.
Artikolu 4
Parteċipanti
1. Qabel kull laqgħa, il-President għandu jiġi infurmat, permezz tas-Segretarjat, dwar il-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjoni ta' kull Parti.
2. Fejn ikun xieraq u bi qbil reċiproku bejn iż-żewġ Partijiet, esperti jew rappreżentanti ta' korpi oħra jistgħu jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-Kumitat Konġunt bħala osservaturi jew sabiex jipprovdu informazzjoni dwar suġġett partikolari.
Artikolu 5
Segretarjat
Rappreżentant tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u rappreżentant tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Korea għandhom flimkien iservu bħala Segretarji tal-Kumitat Konġunt. Il-komunikati kollha lil u mingħand il-President tal-Kumitat Konġunt għandhom jiġu mgħoddija lis-Segretarji. Korrispondenza lil u mill-President tal-Kumitat Konġunt tista' ssir permezz ta' kwalunkwe mezz bil-miktub, inkluża l-posta elettronika.
Artikolu 6
Aġendi għal-laqgħat
1. Il-President għandu jfassal aġenda proviżorja għal kull laqgħa. L- aġenda proviżorja għandha tiġi trażmessa, flimkien mad-dokumenti rilevanti, lill-Parti l-oħra sa mhux iktar tard minn 15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa.
2. L-aġenda proviżorja għandha tinkludi punti li jkunu ppreżentati lill-President sa mhux aktar tard minn 21 jum qabel il-bidu tal-laqgħa.
3. L-aġenda għandha tiġi adottata mill-Kumitat Konġunt fil-bidu ta' kull laqgħa. Punti apparti dawk li jidhru fl-aġenda proviżorja jistgħu jitqiegħdu fuq l-aġenda jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir hekk.
4. Il-President jista', bi qbil maż-żewġ Partijiet, iqassar l-iskadenzi msemmija fil-paragrafu 1 sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet ta' każ partikolari.
Artikolu 7
Minuti
1. L-abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa għandhom jitħejjew b'mod konġunt miż-żewġ Segretarji, normalment fi żmien 30 jum kalendarju mid-data tal-laqgħa. L-abbozz tal-minuti għandu jkun ibbażat fuq sinteżi mill-President tal-konklużjonijiet li jkun wasal għalihom il-Kumitat Konġunt.
2. Il-minuti għandhom jiġu approvati miż-żewġ Partijiet fi żmien 45 jum kalendarju mid-data tal-laqgħa jew sa kwalunkwe data oħra li jiftiehmu dwarha l-Partijiet. Malli jintlaħaq qbil dwar l-abbozz tal-minuti, żewġ kopji oriġinali għandhom jiġu ffirmati mill-President u mis-Segretarji. Kull Parti għandha tirċievi kopja oriġinali.
Artikolu 8
Deliberazzjonijiet
1. Meta l-Kumitat Konġunt jadotta deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet, tali atti għandu jkollhom it-titolu “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni” rispettivament, segwit b'numru tas-serje, id-data tal-adozzjoni tagħhom u deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom. Kull deċiżjoni għandha tiddikjara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom isiru bi qbil reċiproku bejn il-Partijiet.
2. Il-Kumitat Konġunt jista' jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir hekk. Permezz ta' qbil reċiproku bejn il-Partijiet, tista' tkun prevista data ta' skadenza għat-tlestija tal-proċedura bil-miktub, li fit-tmiem tagħha l-President tal-Kumitat Konġunt jista' jiddikjara, sakemm waħda mill-Partijiet ma tikkomunikax mod ieħor, li ntlaħaq qbil reċiproku bejn il-Partijiet.
3. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt għandhom jiġu awtentikati permezz ta' żewġ kopji oriġinali ffirmati mill-Presidenti tal-Kumitat Konġunt.
4. Kull Parti tista' tiddeċiedi fuq il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.
Artikolu 9
Korrispondenza
1. Korrispondenza indirizzata lill-Kumitat Konġunt għandha tintbagħat lil wieħed mis-Segretarji, li min-naħa tiegħu jgħarraf lis-Segretarju l-ieħor.
2. Is-Segretarjat għandu jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lill-Kumitat Konġunt tintbagħat lill-President u tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 10 ta' dawn ir-regoli ta' proċedura.
3. Il-korrispondenza mill-President għandha tintbagħat lill-Partijiet mis-Segretarjat u tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 10 ta' dawn ir-regoli ta' proċedura.
Artikolu 10
Dokumenti
1. Meta d-deliberazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt ikunu bbażati fuq dokumenti ta' appoġġ bil-miktub, tali dokumenti għandhom jiġu nnumerati u ċċirkolati mis-Segretarjat lill-Membri.
2. Kull Segretarju għandu jkun responsabbli għaċ-ċirkolazzjoni tad-dokumenti lill-Membri adatti fin-naħa tagħha jew tiegħu fil-Kumitat Konġunt u sistematikament għall-ikkupjar lis-Segretarju l-ieħor.
Artikolu 11
Spejjeż
1. Kull Parti għandha tieħu ħsieb kwalunkwe spejjeż li ġġarrab bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt, kemm fir-rigward tal-impjegati, l-ivvjaġġar u n-nefqa tal-għajxien, kif ukoll fir-rigward tan-nefqa tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet.
2. In-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.
Artikolu 12
Emenda fir-regoli ta' proċedura
Dawn ir-regoli ta' proċedura jistgħu jiġu emendati permezz ta' qbil reċiproku bejn il-Partijiet, f'konformità mal-Artikolu 8.
Artikolu 13
Gruppi ta' ħidma speċjalizzati
1. Il-Kumitat Konġunt jista' jiddeċiedi li jwaqqaf aktar gruppi ta' ħidma speċjalizzati sabiex jgħinuh fit-twettiq ta' dmirijietu.
2. Il-Kumitat Konġunt jista' jiddeċiedi li jabolixxi kwalunkwe grupp ta' ħidma speċjalizzat eżistenti, biex jiddefinixxi jew jemenda t-termini ta' referenza tiegħu jew biex iwaqqaf aktar gruppi ta' ħidma speċjalizzati.
3. Il-gruppi ta' ħidma speċjalizzati għandhom jirrapportaw lill-Kumitat Konġunt wara kull waħda mil-laqgħat tagħhom.
4. Il-gruppi ta' ħidma speċjalizzati ma għandu jkollhom l-ebda setgħa li jieħdu deċiżjonijiet iżda jistgħu jippreżentaw rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat Konġunt.
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru 2/2016 TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-REPUBBLIKA TAL-KOREA
ta' …
dwar l-istabbiliment ta' gruppi ta' ħidma speċjalizzati u l-adozzjoni tat-termini ta' referenza tagħhom
IL-KUMITAT KONĠUNT UE-REPUBBLIKA TAL-KOREA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikoli 44 tiegħu, u l-Artikolu 13 tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt,
Billi:
(1) |
Sabiex jiġu permessi diskussjonijiet fil-livell ta' esperti dwar l-oqsma ewlenin li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim, għandhom jiġu stabbiliti gruppi ta' ħidma speċjalizzati. Bi qbil ulterjuri tal-Partijiet, kemm il-lista ta' gruppi ta' ħidma speċjalizzati kif ukoll il-kamp ta' applikazzjoni tal-gruppi ta' ħidma speċjalizzati individwali jistgħu jiġu modifikati. |
(2) |
Skont l-Artikolu 13 tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt, il-Kumitat Konġunt jista' jistabbilixxi gruppi ta' ħidma speċjalizzati sabiex jgħinuh fil-prestazzjoni tal-kompiti tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu Uniku
Il-gruppi ta' ħidma speċjalizzati elenkati fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni huma b'dan stabbiliti. It-termini ta' referenza tal-gruppi ta' ħidma speċjalizzati għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi,
Għall- UE-Repubblika tal-Korea Kumitat Konġunt
Il-President
ANNESS I
KUMITAT KONĠUNT UE-REPUBBLIKA TAL-KOREA GRUPPI TA' ĦIDMA SPEĊJALIZZATI
(1) |
Grupp ta' ħidma speċjalizzat dwar l-enerġija, l-ambjent, il-bidla fil-klima. |
(2) |
Grupp ta' ħidma speċjalizzat dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu. |
ANNESS II
TERMINI TA' REFERENZA TAL-GRUPPI TA' ĦIDMA SPEĊJALIZZATI STABBILITI BIL-FTEHIM QAFAS BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MINN NAĦA WAĦDA, U R-REPUBBLIKA TAL-KOREA, MIN-NAĦA L-OĦRA
Artikolu 1
1. Fil-laqgħat tiegħu, kull grupp ta' ħidma speċjalizzat jista' jittratta l-implimentazzjoni tal-Ftehim fl-oqsma li huwa jkopri.
2. Il-gruppi ta' ħidma speċjalizzati jistgħu jiddiskutu wkoll suġġetti jew proġetti speċifiċi relatati mal-qasam rilevanti ta' kooperazzjoni bilaterali.
3. Każi individwali jistgħu ukoll jiġu diskussi meta dan jintalab minn waħda miż-żewġ Partijiet.
Artikolu 2
Il-gruppi ta' ħidma speċjalizzati għandhom jaħdmu taħt l-awtorità tal-Kumitat Konġunt. Huma għandhom jirrapportaw u jibagħtu l-minuti u l-konklużjonijiet tagħhom lill-President tal-Kumitat Konġunt fi żmien 30 jum kalendarju wara kull laqgħa.
Artikolu 3
Il-gruppi ta' ħidma speċjalizzati għandhom ikunu komposti minn rappreżentanti tal-Partijiet.
Bi qbil tal-Partijiet, il-gruppi ta' ħidma speċjalizzati jistgħu jistiednu esperti għal-laqgħat tagħhom u jistgħu jisimgħuhom rigward punti speċifiċi fuq l-aġenda, kif ikun xieraq.
Artikolu 4
Il-gruppi ta' ħidma speċjalizzati għandhom ikunu ppreseduti alternattivament mill-Partijiet, skont ir-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt.
Artikolu 5
Rappreżentant tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u rappreżentant tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Korea għandhom flimkien iservu bħala Segretarji tal-gruppi ta' ħidma speċjalizzati. Il-komunikati kollha li jikkonċernaw il-gruppi ta' ħidma speċjalizzati speċifiċi għandhom jiġu mgħoddija liż-żewġ Segretarji.
Artikolu 6
1. Il-gruppi ta' ħidma speċjalizzati għandhom jiltaqgħu kull meta hekk ikunu jitolbu ċ-ċirkostanzi fuq qbil tal-Partijiet, fuq il-bażi ta' talba bil-miktub minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet. Kull laqgħa għandha ssir fi żmien u f'post li dwarhom ikun hemm qbil mill-Partijiet.
2. Malli jirċievi talba minn waħda mill-Partijiet għal laqgħa tal-grupp ta' ħidma speċjalizzat, is-Segretarju tal-Parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien 15-il jum ta' xogħol.
3. F'każi ta' urġenza partikolari, il-laqgħat tal-gruppi ta' ħidma speċjalizzati jistgħu jitlaqqgħu fi żmien iqsar, jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu.
4. Qabel kull laqgħa, il-President għandu jkun informat bil-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjoni taż-żewġ Partijiet.
5. Il-laqgħat tal-gruppi ta' ħidma speċjalizzati jkunu msejħa b'mod konġunt miż-żewġ Segretarji.
Artikolu 7
Il-punti biex ikunu inklużi fl-aġenda jitressqu quddiem is-Segretarji mill-inqas 15-il jum ta' xogħol qabel id-data tal-laqgħa tal-grupp ta' ħidma speċjalizzat ikkonċernat. Kwalunkwe dokument ta' sostenn għandu jkun ipprovdut lis-Segretarji mill-inqas għaxart (10) ijiem ta' xogħol qabel il-laqgħa. Is-Segretarji jikkomunikaw l-abbozz tal-aġenda mhux aktar tard minn ħames (5) ijiem ta' xogħol qabel il-laqgħa. L-aġenda għandha tkun finalizzata bi qbil bejn iż-żewġ Partijiet. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, bi qbil taż-żewġ Partijiet, jistgħu jiġu miżjuda punti għall-aġenda f'limiti iqsar ta' żmien.
Artikolu 8
Għadhom jittieħdu l-minuti għal kull laqgħa.
Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-gruppi ta' ħidma speċjalizzati ma għandhomx ikunu pubbliċi.
28.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/76 |
DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2016/846 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tal-24 ta' Mejju 2016
li taħtar imħallfin fil-Qorti Ġenerali
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 48 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kif emendat mir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), jipprevedi li l-Qorti Ġenerali għandha tikkonsisti minn erbgħin imħallef mill-25 ta' Diċembru 2015. L-Artikolu 2(a) ta' dak ir-Regolament jiddetermina t-tul tal-mandat ta' tnax-il imħallef addizzjonali sabiex tmiem dan il-mandat ikun jikkorrispondi mat-tiġdid parzjali tal-Qorti Ġenerali li ser isiru fl-1 ta' Settembru 2016 u l-1 ta' Settembru 2019. |
(2) |
Il-kandidaturi tas-Sinjura Inga REINE, tas-Sur Fredrik SCHALIN u tas-Sur Peter George XUEREB ġew proposti għall-karigi ta' mħallfin addizzjonali fil-Qorti Ġenerali. |
(3) |
Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sinjura Inga REINE, tas-Sur Fredrik SCHALIN u tas-Sur Peter George XUEREB għall-qadi tad-dmirijiet ta' mħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għandhom jinħatru mħallfin fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni sal-31 ta' Awwissu 2019:
— |
Is-Sinjura Inga REINE, |
— |
Is-Sur Fredrik SCHALIN, |
— |
Is-Sur Peter George XUEREB. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Mejju 2016.
Il-President
P. DE GOOIJER
(1) Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 341, 24.12.2015, p. 14).
28.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/77 |
DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2016/847 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tal-24 ta' Mejju 2016
li taħtar Imħallef fil-Qorti Ġenerali
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-mandati ta' erbatax-il imħallef tal-Qorti Ġenerali ser jiskadu fil-31 ta' Awwissu 2016. Jeħtieġ li jsir il-proċess ta' ħatriet għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2016 sal-31 ta' Awwissu 2022. |
(2) |
Is-Sur Lauri MADISE ġie propost għat-tiġdid tal-mandat tiegħu. |
(3) |
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sur Lauri MADISE għall-funzjoni ta' mħallef fil-Qorti Ġenerali, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Lauri MADISE huwa b'dan maħtur imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2016 sal-31 ta' Awwissu 2022.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Mejju 2016.
Il-President
P. DE GOOIJER
28.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/78 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2016/848
tal-25 ta' Mejju 2016
li taħtar membru, propost mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Daniż,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta' Settembru 2015 u fl-1 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE, Euratom) 2015/1600 (1) u (UE, Euratom) 2015/1790 (2) li jaħtru l-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020. |
(2) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Mikkel DALSGAARD, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Klaus MATTHIESEN, Head of Negotiations, Confederation of Professionals in Denmark (FTF), huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2020.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Mejju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
J.R.V.A. DIJSSELBLOEM
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/1600 tat-18 ta' Settembru 2015 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020 (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 53).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/1790 tal-1 ta' Ottubru 2015 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020 (ĠU L 260, 7.10.2015, p. 23).
28.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/79 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/849
tas-27 ta' Mejju 2016
dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/800/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (“ir-RDPK”) li, fost l-oħrajn, implimentat ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“UNSCRs”) 1718 (2006) u 1874 (2009). |
(2) |
Fis-7 ta' Marzu 2013, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta l-UNSCR 2094 (2013), biex ikkundanna bil-qawwa t-test nukleari imwettaq mir-RDPK fit-12 ta' Frar 2013 bi ksur u b'nuqqas sfaċċat ta' osservanza tal-UNSCRs. |
(3) |
Fit-22 ta' April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/183/PESK (2) li ssostitwixxiet id-Deċiżjoni 2010/800/PESK u, fost l-oħrajn, implimentat l-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) u 2094 (2013). |
(4) |
Fit-2 ta' Marzu 2016, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta l-UNSCR 2270 (2016), li tesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar it-test nukleari mwettaq mir-RDPK fis-6 ta' Jannar 2016 bi ksur tal-UNSCR rilevanti, u tkompli tikkundanna t-tlugħ tar-RDPK tas-7 ta' Frar 2016, fejn intużat teknoloġija ta' missili ballistiċi u kisret b'mod gravi l-UNSCRs rilevanti, u ddeterminat li għad hemm theddida ċara għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali fir-reġjun u lil hinn minnu. |
(5) |
Fil-31 ta' Marzu 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/476 (3), li emendat id-Deċiżjoni 2013/183/PESK u implimentat l-UNSCR 2270 (2016). |
(6) |
Fid-dawl tal-azzjonijiet tar-RDPK aktar kmieni din is-sena, meqjusa bħala theddida gravi għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali fir-reġjun u lil hinn minnu, il-Kunsill iddeċieda li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali. |
(7) |
L-UNSCR 2270 (2016), li tesprimi tħassib kbir li l-bejgħ tal-armi tar-RDPK iġġenera introjtu li jintuża għall-armi nukleari u l-missili ballistiċi, tipprovdi li r-restrizzjonijiet fuq l-armi għandhom ikopru l-armi kollha u kull materjal relatat, inklużi armi ħfief u ta' kalibru żgħir u l-materjal relatat tagħhom. Hija wkoll tkompli testendi projbizzjonijiet fuq it-trasferiment u l-akkwist ta' kwalunkwe oġġett li jista' jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet operazzjonali tal-forzi armati tar-RDPK jew għal esportazzjonijiet li jappoġġaw jew itejbu l-kapaċitajiet operazzjonali tal-forzi armati ta' Stat Membru ieħor barra r-RDPK. |
(8) |
L-UNSCR 2270 (2016) tispeċifika li l-projbizzjoni fuq l-akkwist ta' assistenza teknika relatata mal-armi tipprojbixxi lill-Istati Membri tan-NU milli jospitaw lil ħarrieġa, konsulenti, jew uffiċjali oħra għall-fini ta' taħriġ militari, paramilitari jew taħriġ relatat mal-pulizija. |
(9) |
L-UNSCR 2270 (2016) tafferma li l-projbizzjonijiet fuq it-trasferiment, l-akkwist u provvista ta' assistenza teknika ma' ċerti oġġetti japplikaw ukoll fir-rigward tat-trasport ta' oġġetti lejn jew mir-RDPK għat-tiswija, il-manutenzjoni, ir-restawr, l-ittestjar, ir-reverse-engineering, u l-kummerċjalizzazzjoni, irrispettivament mill-fatt jekk is-sjieda jew il-kontroll jiġux trasferiti, u tissottolinja li l-miżuri ta' projbizzjoni ta' viża għandhom japplikaw ukoll għal kwalunkwe individwu li jivvjaġġa għal dawk il-finijiet. |
(10) |
Il-Kunsill iqis li hu xieraq li jiġu pprojbiti l-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment lir-RDPK ta' aktar oġġetti, materjal, tagħmir relatat ma' oġġetti u teknoloġija b'użu doppju. |
(11) |
L-UNSCR 2270 (2016) testendi l-lista ta' individwi u entitajiet soġġetti għal iffriżar tal-assi u miżuri ta' projbizzjoni ta' viżi u tipprovdi li l-iffriżar tal-assi għandu japplika fir-rigward ta' entitajiet tal-Gvern tar-RDPK jew tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, f'każijiet fejn l-Istat Membru tan-NU jiddetermina li huma assoċjati mal-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK jew attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCR rilevanti. |
(12) |
L-UNSCR 2270 (2016), li tesprimi tħassib li r-RDPK qed tabbuża mill-privileġġi u l-immunitajiet mogħtija lilha taħt il-Konvenzjonijiet ta' Vjenna dwar Relazzjonijiet Diplomatiċi u Konsulari, tistabbilixxi miżuri addizzjonali mmirati li jipprevjenu diplomatiċi tar-RDPK jew rappreżentanti governattivi jew individwi minn Stati terzi milli jaġixxu f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' individwi jew entitajiet iddeżinjati jew milli jipparteċipaw f'attivitajiet ipprojbiti. |
(13) |
L-UNSCR 2270 (2016) tiċċara aktar l-ambitu tal-obbligu għall-Istati Membri tan-NU li jipprevjenu t-taħriġ speċjalizzat ta' ċittadini tar-RDPK f'ċerti dixxiplini sensittivi. |
(14) |
L-UNSCR 2270 (2016) testendi wkoll l-ambitu tal-miżuri applikabbli għas-settur tat-trasport u s-settur finanzjarju. |
(15) |
Fil-kuntest tal-miżuri applikabbli għas-settur finanzjarju, il-Kunsill jikkunsidra li huwa xieraq li jiġu pprojbiti trasferimenti ta' fondi minn u lejn ir-RDPK sakemm ma jkunx speċifikament awtorizzat minn qabel, kif ukoll l-investiment mir-RDPK fit-territorji taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri u investiment minn ċittadini tal-Istati Membri jew entitajiet fir-RDPK. |
(16) |
Flimkien mal-miżuri previsti fl-UNSCR rilevanti, l-Istati Membri għandhom jiċħdu l-permess ta' inżul, titjir minn jew titjir fuq it-territorju tagħhom lil kwalunkwe inġenju tal-ajru, operat minn trasportaturi tar-RDPK jew li joriġina mir-RDPK. L-Istati Membri għandhom ukoll jipprojbixxu d-dħul fil-portijiet tagħhom ta' kwalunkwe bastiment li huwa proprjetà tar-RDPK, operat minnha jew bl-ekwipaġġ tagħha. |
(17) |
L-UNSCR 2270 (2016) tipprojbixxi l-akkwist ta' ċerti minerali u l-esportazzjoni ta' karburant għall-avjazzjoni. |
(18) |
Il-Kunsill iqis li l-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni ta' oġġetti ta' lussu għandha tiġi estiża biex tkopri l-importazzjoni ta' tali prodotti mir-RDPK. |
(19) |
L-UNSCR 2270 (2016) tkompli testendi il-projbizzjonijiet fuq il-forniment ta' appoġġ finanzjarju għall-kummerċ mar-RDPK. |
(20) |
Barra minn hekk, il-Kunsill iqis li huwa xieraq li jestendi l-projbizzjonijiet fuq appoġġ finanzjarju pubbliku għall-kummerċ mar-RDPK, b'mod partikolari biex jiġi evitat li xi appoġġ finanzjarju jikkontribwixxi għal attivitajiet nukleari sensittivi għall-proliferazzjoni, jew għall-iżvilupp ta' sistemi ta' kunsinna ta' armi nukleari. |
(21) |
L-UNSCR 2270 (2016) tfakkar li t-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF) appellat lill-pajjiżi biex japplikaw diliġenza dovuta msaħħa u kontromiżuri effettivi għall-protezzjoni tal-ġurisdizzjonijiet tagħhom mill-attività finanzjarja illeċita tar-RDPK, u tappella lill-Istati Membri tan-NU biex japplikaw ir-Rakkomandazzjoni 7 tal-FATF, in-Nota Interpretattiva tagħha u l-gwida relatata għall-implimentazzjoni effettiva tas-sanzjonijiet finanzjarji mmirati marbutin mal-proliferazzjoni. |
(22) |
L-UNSCR 2270 (2016) tissottolinja wkoll li l-miżuri imposti minnha ma għandhomx l-intenzjoni li jkollhom konsegwenzi umanitarji negattivi għall-popolazzjoni ċivili tar-RDPK jew li jaffettwaw b'mod negattiv l-attivitajiet li mhumiex projbiti mill-UNSCR rilevanti, jew il-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u organizzazzjonijiet mhux governattivi li jwettqu attivitajiet ta' assistenza u sokkors fir-RDPK għall-benefiċċju tal-popolazzjoni ċivili. |
(23) |
L-UNSCR 2270 (2016) tesprimi l-impenn tagħha lejn soluzzjoni paċifika, diplomatika u politika għas-sitwazzjoni. Hija tafferma mill-ġdid l-appoġġ għat-Taħditiet bejn Sitt Partijiet u ssejjaħ biex dawn jissoktaw. |
(24) |
L-UNSCR 2270 (2016) tafferma li l-azzjonijiet tar-RDPK għandhom jinżammu taħt analiżi kontinwa u li l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU huwa lest li jsaħħaħ, jimmodifika, jissospendi jew jirrevoka l-miżuri skont x'ikun meħtieġ fid-dawl tal-konformità tar-RDPK u hu determinat li jieħu aktar miżuri sinifikanti fil-każ ta' test nukleari jew tlugħ ieħor tar-RDPK. |
(25) |
Fi Frar 2016, il-Kunsill wettaq reviżjoni skont l-Artikolu 22(2) tad-Deċiżjoni 2013/183/PESK u l-Artikolu 6(2) u (2a) tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 (4) u kkonferma li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi II ta' dik id-Deċiżjoni u fl-Annessi V ta' dak ir-Regolament għandhom jibqgħu elenkati. |
(26) |
Din id-Deċiżjoni tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, id-dritt għall-proprjetà u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi applikata skont dawk id-drittijiet u prinċipji. |
(27) |
Din id-Deċiżjoni tirrispetta bis-sħiħ ukoll l-obbligi tal-Istati Membri taħt il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u n-natura legalment vinkolanti tal-UNSCRs. |
(28) |
Għall-finijiet ta' ċarezza, id-Deċiżjoni 2013/183/PESK għandha titħassar u tiġi sostitwita b'Deċiżjoni ġdida. |
(29) |
Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
KAPITOLU I
RESTRIZZJONIJIET FUQ L-ESPORTAZZJONI U L-IMPORTAZZJONI
Artikolu 1
1. Għandhom ikunu pprojbiti l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni diretti jew indiretti tal-oġġetti u t-teknoloġija li ġejjin, inkluż is-software, lir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri jew bi transitu fi jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-ajruplani li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, kemm jekk joriġina u kif ukoll jekk ma joriġinawx fit-territorji tal-Istati Membri:
(a) |
armi u materjal relatat ta' kull tip, inklużi armamenti u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u spare parts għal dan imsemmi qabel, bl-eċċezzjoni ta' vetturi mhux tal-kumbattiment li nbnew jew li ġew mgħammra b'materjal biex jipprovdu protezzjoni ballistika u huma maħsuba biss għall-użu protettiv tal-persunal tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha fir-RDPK; |
(b) |
l-oġġetti, il-materjal, it-tagħmir, il-beni u t-teknoloġija kollha kif stabbiliti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 12 tal-UNSCR 1718 (2006) (“il-Kumitat tas-Sanzjonijiet”) skont il-paragrafu 8(a)(ii) tal-UNSCR 1718 (2006), il-paragrafu 5(b) tal-UNSCR 2087 (2013) u l-paragrafu 20 tal-UNSCR 2094 (2013), li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva; |
(c) |
ċerti oġġetti, materjal, tagħmir, merkanzija u teknoloġija oħra li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva jew li jistgħu jikkontribwixxu għall-attivitajiet militari tagħha, inklużi l-oġġetti u t-teknoloġija b'użu doppju kollha elenkati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 (5); |
(d) |
kwalunkwe oġġett, materjal u tagħmir ieħor relatat mal-oġġetti u t-teknoloġija b'użu doppju; l-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan il-punt; |
(e) |
ċerti komponenti ewlenin għas-settur tal-missili ballistiċi, bħal ċerti tipi ta' aluminju li jintuża f'sistemi relatati mal-missili ballistiċi; l-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan il-punt; |
(f) |
kwalunkwe oġġett ieħor li jista' jikkontribwixxi għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva, għal attivitajiet ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni, jew għall-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawk l-UNSCRs jew minn din id-Deċiżjoni; l-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan il-punt; |
(g) |
kwalunkwe oġġett ieħor, ħlief ikel jew mediċina, jekk xi Stat Membru jiddetermina li jkun jista' jikkontribwixxi direttament għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet operazzjonali tal-forzi armati tar-RDPK jew għal esportazzjonijiet li jappoġġaw jew itejbu l-kapaċitajiet operazzjonali tal-forzi armati ta' Stat ieħor barra mir-RDPK. |
2. Għandu jiġi pprojbit ukoll li:
(a) |
jiġi pprovdut taħriġ tekniku, pariri, servizzi, assistenza, jew servizzi ta' senserija, jew servizzi intermedjarji oħrajn, relatati ma' oġġetti jew teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 u l-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni jew l-użu ta' dawn l-oġġetti, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fir-RDPK jew għall-użu tagħha; |
(b) |
tiġi pprovduta assistenza finanzjarja jew ta' finanzjament relatata ma' oġġetti jew teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, inklużi, b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq il-krediti għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' dawk l-oġġetti jew dik it-teknoloġija, jew għall-għoti ta' taħriġ tekniku relatat, pariri, servizzi, assistenza, jew servizzi ta' senserija, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fir-RDPK jew għall-użu tagħha; |
(c) |
li wieħed jipparteċipa, konxjament jew intenzjonalment, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom hu li jkunu evitati l-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b). |
3. L-akkwist mir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew ajruplani li jtajru l-bandiera ta' Stati Membri, ta' oġġetti jew teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll il-forniment liċ-ċittadini tal-Istati Membri ta' taħriġ tekniku, konsulenza, servizzi, assistenza, finanzjament u assistenza finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2 mir-RDPK, għandu wkoll ikun pprojbit, kemm jekk joriġina fit-territorju tar-RDPK kif ukoll jekk le.
Artikolu 2
Il-miżuri imposti mill-Artikolu 1(1)(g) ma għandhomx japplikaw għall-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' oġġett, jew l-akkwist tiegħu, fejn:
(a) |
l-Istat Membru jiddetermina li tali attività hija esklużivament għal finijiet umanitarji jew esklużivament għall-finijiet ta' għajxien li mhux ser jintużaw minn persuni jew entitajiet tar-RDPK biex jiġġeneraw introjtu, u mhijiex relatata ma' ebda attività pprojbita mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni, dment li l-Istat Membru jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet minn qabel b'tali determinazzjoni u jinforma lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar il-miżuri meħuda għall-prevenzjoni tal-iżvijar tal-oġġett għal tali finijiet oħra; jew |
(b) |
il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina, skont il-każ, li forniment, bejgħ jew trasferiment partikolari ma jmurx kontra l-objettivi tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016). |
Artikolu 3
1. Il-bejgħ, xiri, trasport jew senserija diretti jew indiretti ta' deheb u metalli prezzjużi, kif ukoll ta' djamanti, lil, minn jew għall-Gvern tar-RDPK, il-korpi, korporazzjonijiet u aġenziji pubbliċi tiegħu jew il-Bank Ċentrali tar-RDPK, kif ukoll persuni u entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom, għandhom ikunu pprojbiti.
2. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan l-Artikolu.
Artikolu 4
1. L-akkwist mir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, ta' deheb, minerali tat-titanju, minerali tal-vanadju u minerali terrestri skarsi, għandu jiġi pprojbit, irrispettivament minn jekk joriġinawx fit-territorju tar-RDPK jew le.
2. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan l-Artikolu.
Artikolu 5
Il-kunsinna ta' karti tal-flus u muniti ddenominati tar-RDPK li jkunu għadhom kif ġew stampati jew ħarġu miz-zekka jew għadhom ma nħarġux, lill-Bank Ċentrali tar-RDPK jew għall-benefiċċju tiegħu għandha tkun ipprojbita.
Artikolu 6
1. Il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment diretti jew indiretti ta' merkanzija ta' lussu lir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri jew bi transitu fi jew mit-territorju tal-Istati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-ajruplani li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, għandhom ikunu pprojbiti kemm jekk joriġinaw u kif ukoll jekk ma joriġinawx fit-territorji tal-Istati Membri.
2. L-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasferiment ta' oġġetti ta' lussu mir-RDPK għandhom ikunu pprojbiti.
3. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti mill-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 7
1. L-akkwist ta' faħam, ħadid, u minerali tal-ħadid mir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew ta' inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, għandu jkun ipprojbit, irrispettivament minn jekk dawn joriġinawx fit-territorju tar-RDPK jew le. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan il-paragrafu.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fir-rigward ta' faħam li l-Istat Membru akkwistant jikkonferma, abbażi ta' informazzjoni kredibbli, li joriġina minn barra r-RDPK u li kien ġie trasportat mir-RDPK unikament biex jiġi esportat mill-Port ta' Rajin (Rason), dment li l-Istat Membru jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet minn qabel u li tali tranżazzjonijiet mhumiex relatati mal-ġenerazzjoni ta' introjtu għall-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK jew għal attivitajiet oħra pprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni.
3. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fir-rigward ta' tranżazzjonijiet li huma determinati li jkunu esklużivament għall-finijiet ta' għajxien u mhumiex relatati mal-ġenerazzjoni ta' introjtu għall-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK jew għal attivitajiet oħra ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) minn jew din id-Deċiżjoni.
Artikolu 8
1. Il-bejgħ jew il-forniment ta' karburant għall-avjazzjoni, inkluż gażolina għall-avjazzjoni, karburant tal-ġettijiet tat-tip nafta, karburant tal-ġettijiet tat-tip kerosin, u karburant tar-rockets tat-tip kerosin lir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, għandu jkun ipprojbit sew jekk joriġina mit-territorji tal-Istati Membri u sew jekk le.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun approva minn qabel, skont il-każ u fuq bażi eċċezzjonali, it-trasferiment lejn ir-RDPK ta' prodotti bħal dawn għal ħtiġijiet umanitarji essenzjali vverifikati u soġġett għal arranġamenti speċifikati għall-monitoraġġ effettiv tal-kunsinna u l-użu.
3. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fir-rigward tal-bejgħ jew il-forniment ta' karburant għall-avjazzjoni lil xi inġenju tal-ajru ċivili tal-passiġġieri barra mir-RDPK esklużivament biex jintuża matul it-titjira tiegħu lejn ir-RDPK u t-titjira ta' ritorn tiegħu.
Artikolu 9
L-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasferiment mir-RDPK ta' prodotti petrolifiċi mhux koperti mill-UNSCR 2270 (2016) għandhom ikunu projbiti. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan l-Artikolu.
KAPITOLU II
RESTRIZZJONIJIET FUQ SOSTENN FINANZJARJU GĦALL-KUMMERĊ
Artikolu 10
1. L-Istati Membri m'għandhomx jipprovdu appoġġ finanzjarju pubbliku għall-kummerċ mar-RDPK, inkluż l-għoti ta' krediti għall-esportazzjoni, garanziji jew assigurazzjoni, liċ-ċittadini jew entitajiet tagħhom involuti f'tali kummerċ. Dan m'għandux jaffettwa l-impenji stabbiliti qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni dment li tali appoġġ finanzjarju ma jikkontribwixxix għall-programmi jew attivitajiet tar-RDPK relatati mal-armi nukleari jew mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva, jew attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) jew 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni.
2. Għandu jkun ipprojbit l-appoġġ finanzjarju privat għall-kummerċ mar-RDPK, inkluż l-għoti ta' krediti, garanziji jew assigurazzjoni għall-esportazzjoni, liċ-ċittadini jew l-entitajiet, tal-Istati Membri, involuti f'tali kummerċ, fejn tali appoġġ finanzjarju jista' jikkontribwixxi għall-programmi jew attivitajiet tar-RDPK relatati mal-armi nukleari jew mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva, jew attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) jew 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni, jew għall-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawk l-UNSCRs jew minn din id-Deċiżjoni.
3. Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx jikkonċernaw il-kummerċ għal finijiet alimentari, agrikoli, mediċi jew finijiet oħra umanitarji.
KAPITOLU III
RESTRIZZJONIJIET FUQ INVESTIMENT
Artikolu 11
1. Għandu jkun ipprojbit l-investiment fit-territorji taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri mir-RDPK, iċ-ċittadini tagħha, jew minn entitajiet inkorporati fir-RDPK jew soġġetti għall-ġurisdizzjoni tagħha, jew minn persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew minn entitajiet li jappartjenu lilhom jew ikkontrollati minnhom.
2. Dawn li ġejjin għandhom ikunu pprojbiti:
(a) |
l-akkwist jew l-estensjoni ta' parteċipazzjoni f'entitajiet fir-RDPK, jew entitajiet Nord Koreani jew entitajiet li huma proprjetà Nord Koreana barra mir-RDPK, li huma involuti f'attivitajiet li jinvolvu l-attivitajiet jew il-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew armi oħra ta' qerda massiva, jew f'attivitajiet fis-setturi tal-industriji tal-minjieri, tar-raffinazzjoni u tal-kimiċi, inkluż l-akkwist b'mod sħiħ ta' tali entitajiet u l-akkwist ta' ishma, u titoli oħrajn ta' natura parteċipattiva; |
(b) |
l-għoti ta' kwalunkwe finanzjament jew assistenza finanzjarja lil entitajiet fir-RDPK jew entitajiet Nord Koreani jew entitajiet li huma proprjetà Nord Koreana barra mir-RDPK, li huma involuti f'attivitajiet imsemmija fil-punt (a) jew għall-iskop dokumentat tal-finanzjament ta' tali entitajiet fir-RDPK; |
(c) |
il-ħolqien ta' kwalunkwe impriża konġunta ma' entitajiet fir-RDPK li huma involuti fl-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) jew ma' kwalunkwe impriża sussidjarja jew affiljata taħt il-kontroll tagħhom; |
(d) |
il-forniment ta' servizzi ta' investiment direttament relatati mal-attivitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (c). |
KAPITOLU IV
SETTUR FINANZJARJU
Artikolu 12
L-Istati Membri ma għandhomx jidħlu f'impenji ġodda għal għotjiet, assistenza finanzjarja jew self aġevolanti lir-RDPK, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom f'istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, ħlief għal finijiet umanitarji u ta' żvilupp li jindirizzaw direttament il-ħtieġa tal-popolazzjoni ċivili jew il-promozzjoni ta' denuklearizzazzjoni. L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw ukoll viġilanza bil-ħsieb li jitnaqqsu l-impenji attwali u, jekk possibbli, li jtemmuhom.
Artikolu 13
Sabiex jiġi impedut il-forniment tas-servizzi finanzjarji jew it-trasferiment lejn, permezz ta', jew mit-territorju tal-Istati Membri, jew minn jew għal ċittadini tal-Istati Membri jew entitajiet organizzati skont il-liġijiet tagħhom, jew persuni jew istituzzjonijiet finanzjarji fil-ġurisdizzjoni tagħhom, ta' kwalunkwe assi finanzjarji jew assi jew riżorsi oħrajn, inklużi ammonti kbar ta' flus kontanti, li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi jew attivitajiet tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva, jew attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCR 718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) 2094 (2013), 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni, jew għall-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawk ir-Riżoluzzjonijiet jew minn din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:
(1) |
M'għandu jsir ebda trasferiment ta' fondi lil, jew minn, ir-RDPK, ħlief għal trasferimenti li jaqgħu fl-ambitu tal-punt (3) u li ġew awtorizzati f'konformità mal-punt (4). |
(2) |
L-istituzzjonijiet finanzjarji fil-ġurisdizzjoni ta' Stati Membri m'għandhomx jidħlu, jew ikomplu jieħdu sehem, fi kwalunkwe tranżazzjoni ma':
sakemm tali tranżazzjonijiet ma jaqgħux fl-ambitu tal-punt (3) u ma ġewx awtorizzati f'konformità mal-punt (4). |
(3) |
Jistgħu jsiru t-tranżazzjonijiet li ġejjin, soġġett għall-awtorizzazzjoni minn qabel imsemmija fil-punt (4):
|
(4) |
Kwalunkwe trasferiment ta' fondi lejn jew mir-RDPK għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt (3) għandu jeħtieġ l-awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jekk jeċċedi EUR 15 000. L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija. |
(5) |
L-awtorizzazzjoni minn qabel imsemmija fil-punt (4) m'għandhiex tkun meħtieġa għal kwalunkwe trasferiment ta' fondi jew tranżazzjoni meħtieġa għall-iskopijiet offiċjali ta' missjoni diplomatika jew konsulari ta' Stat Membru fir-RDPK. |
(6) |
L-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu meħtieġa, fl-attivitajiet tagħhom mal-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji kif dispost fil-punt (2), li:
|
Artikolu 14
1. Il-ftuħ ta' fergħat, sussidjarji, jew uffiċċji ta' rappreżentanza ta' banek tar-RDPK, inkluż il-Bank Ċentrali tar-RDPK, il-fergħat u s-sussidjarji tiegħu, u ta' entitajiet finanzjarji oħrajn imsemmija fil-punt (2) tal-Artikolu 13, fit-territorji tal-Istati Membri għandu jkun projbit.
2. Il-fergħat, sussidjarji u uffiċċji ta' rappreżentanza eżistenti għandhom jingħalqu fi żmien disgħin jum mill-adozzjoni tal-UNSCR 2270 (2016).
3. Sakemm ma jkunux ġew approvati minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, għandu jkun ipprojbit għall-banek tar-RDPK, inkluż il-Bank Ċentrali tar-RDPK, il-fergħat u s-sussidjarji tiegħu, u għal entitajiet finanzjarji oħrajn imsemmija fil-punt (2) tal-Artikolu 13, li:
(a) |
jistabbilixxu intrapriżi konġunti ġodda ma' banek taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri; |
(b) |
jieħdu interess titolari f'banek taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri; |
(c) |
jistabbilixxu jew li jżommu relazzjonijiet bankarji korrispondenti ma' banek taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri. |
4. Impriżi konġunti eżistenti, interessi titolari u relazzjonijiet bankarji korrispondenti ma' banek tar-RDPK għandhom jintemmu fi żmien 90 jum mill-adozzjoni tal-UNSCR 2270 (2016).
5. Istituzzjonijiet finanzjarji fit-territorji tal-Istati Membri jew taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom għandhom jiġu pprojbiti milli jiftħu uffiċċji ta' rappreżentanza, sussidjarji, fergħat jew kontijiet bankarji fir-RDPK.
6. Uffiċċji ta' rappreżentanza, sussidjarji jew kontijiet bankarji eżistenti fir-RDPK għandhom jingħalqu fi żmien 90 jum mill-adozzjoni tal-UNSCR 2270 (2016) jekk l-Istat Membru rilevanti jkollu informazzjoni kredibbli li tipprovdi raġunijiet ġustifikati għaliex wieħed jemmen li tali servizzi finanzjarji jistgħu jikkontribwixxu għal programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK, jew għal attivitajiet oħra pprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016).
7. Il-paragrafu 6 ma għandux japplika jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina, skont il-każ, li tali uffiċċji, sussidjarji jew kontijiet huma meħtieġa biex tingħata assistenza umanitarja jew għall-attivitajiet ta' missjonijiet diplomatiċi fir-RDPK skont il-Konvenzjonijiet ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi u Konsulari, l-attivitajiet tan-NU jew l-aġenziji speċjalizzati tagħha jew organizzazzjonijiet relatati, jew għal kwalunkwe fini ieħor konsistenti mal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016).
8. Uffiċċji ta' rappreżentanza, sussidjarji jew kontijiet bankarji eżistenti fir-RDPK għandhom jingħalqu jekk l-Istat Membru rilevanti jkollu informazzjoni kredibbli li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li tali servizzi finanzjarji jistgħu jikkontribwixxu għal programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK jew għal attivitajiet oħra pprojbiti minn din id-Deċiżjoni.
9. Stat Membru jista' jagħti eżenzjonijiet mill-paragrafu 8 jekk huwa jiddetermina skont il-każ li tali uffiċċji, sussidjarji jew kontijiet huma meħtieġa biex titwassal għajnuna umanitarja, għal attivitajiet ta' missjonijiet diplomatiċi fir-RDPK skont il-Konvenzjonijiet ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi u Konsulari, l-attivitajiet tan-NU jew l-aġenziji speċjalizzati tagħha jew organizzazzjonijiet relatati, jew għal kwalunkwe fini ieħor konsistenti ma din id-Deċiżjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra minn qabel bl-intenzjoni tiegħu li jagħti eżenzjoni.
Artikolu 15
Il-bejgħ jew ix-xiri diretti jew indiretti, jew is-senserija jew l-assistenza fil-ħruġ ta' bonds pubbliċi jew iggarantiti mill-awtoritajiet pubbliċi tar-RDPK maħruġa wara t-18 ta' Frar 2013 lil jew mill-Gvern tar-RDPK, il-korpi, il-korporazzjonijiet u l-aġenziji pubbliċi tiegħu, il-Bank Ċentrali tar-RDPK, jew banek domiċiljati fir-RDPK, jew fergħat u sussidjarji fi u barra l-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri ta' banek domiċiljati fir-RDPK, jew entitajiet finanzjarji li la huma domiċiljati fir-RDPK u lanqas ma huma fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, iżda huma kkontrollati minn persuni jew entitajiet domiċiljati fir-RDPK, kif ukoll kwalunkwe persuna jew entità li taġixxi f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom, għandhom jiġu pprojbiti.
KAPITOLU V
SETTUR TAT-TRASPORT
Artikolu 16
1. L-Istati Membri għandhom jispezzjonaw, f'konformità mal-awtoritajiet u l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom u b'mod konsistenti mal-liġi internazzjonali, inklużi l-Konvenzjonijiet ta' Vjenna dwar Relazzjonijiet Diplomatiċi u Konsulari, il-merkanzija kollha lejn u mir-RDPK fit-territorju tagħhom, jew fi transitu mit-territorju tagħhom, inkluż fl-ajruporti, fil-portijiet tal-baħar u fiż-żoni ta' kummerċ ħieles tagħhom, jew il-merkanzija intermedjata jew iffaċilitata mir-RDPK jew minn ċittadini tar-RDPK, jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li huma proprjetà jew ikkontrollati minnhom, jew minn persuni jew entitajiet elenkati fl-Anness I, jew merkanzija li qed tiġi ttrasportata fuq inġenji tal-ajru jew bastimenti tal-baħar li jtajru l-bandiera tar-RDPK, għall-finijiet tal-iżgurar li l-ebda oġġett ma jiġi ttrasferit bi ksur tal- UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016).
2. F'konformità mal-awtoritajiet u l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom u b'mod konsistenti mal-liġi internazzjonali, inklużi l-Konvenzjonijiet ta' Vjenna dwar Relazzjonijiet Diplomatiċi u Konsulari, l-Istati Membri għandhom jispezzjonaw il-merkanzija kollha lejn u mir-RDPK fit-territorju tagħhom, jew li tkun għaddejja mit-territorju tagħhom, jew merkanzija intermedjata jew iffaċilitata mir-RDPK jew minn ċittadini tar-RDPK, jew minn persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom, inkluż fl-ajruporti u l-portijiet tagħhom, jekk huma ikollhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-merkanzija tinkludi oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni.
3. L-Istati Membri għandhom jispezzjonaw il-bastimenti fl-ibħra internazzjonali, bil-kunsens tal-Istat tal-bandiera, jekk huma għandhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-merkanzija ta' tali bastimenti tinkludi oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni.
4. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw, skont il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, ma' ispezzjonijiet skont il-paragrafi 1 u 3.
5. Ajruplani u bastimenti li jġorru merkanzija lejn u mir-RDPK għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit ta' informazzjoni addizzjonali ta' qabel il-wasla u ta' qabel it-tluq għall-merkanzija kollha li tinġieb ġewwa jew li toħroġ minn Stat Membru.
6. F'każijiet fejn issir l-ispezzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 3, l-Istati Membri għandhom jikkonfiskaw u jiddisponu mill-oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni f'konformità mal-paragrafu 14 tal-UNSCR 1874 (2009) u l-paragrafu 8 tal-UNSCR 2087 (2013).
7. L-Istati Membri għandhom jiċħdu d-dħul fil-portijiet tagħhom ta' kwalunkwe bastiment li jkun irrifjuta li jippermetti ispezzjoni wara li tali ispezzjoni tkun ġiet awtorizzata mill-Istat li tiegħu l-bastiment itajjar il-bandiera, jew jekk kwalunkwe bastiment li jtajjar il-bandiera tar-RDPK jkun irrifjuta li jiġi ispezzjonat skont il-paragrafu 12 tal-UNSCR 1874 (2009).
8. Il-paragrafu 7 ma għandux japplika fejn ikun meħtieġ dħul għal skopijiet ta' ispezzjoni, jew fil-każ ta' emerġenza jew fil-każ ta' ritorn lejn il-port ta' oriġini tal-bastiment.
Artikolu 17
1. L-Istati Membri għandhom jiċħdu l-permess ta' nżul, titjir minn jew titjir fuq it-territorju tagħhom għal kwalunkwe inġenju tal-ajru operat minn trasportaturi tar-RDPK jew li joriġina mir-RDPK skont l-awtoritajiet u l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom u b'mod konsistenti mad-dritt internazzjonali, partikolarment ma' ftehimiet internazzjonali rilevanti dwar l-avjazzjoni ċivili.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fil-każ ta' nżul ta' emerġenza jew taħt il-kondizzjoni ta' inżul għal ispezzjoni.
3. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fil-każ li l-Istat Membru rilevanti jiddetermina minn qabel li tali dħul ikun meħtieġ għal finijiet umanitarji jew għal kwalunkwe għan ieħor b'mod konsistenti mal-objettivi ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 18
1. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu d-dħul fil-portijiet tagħhom ta' kwalunkwe bastiment li huwa proprjetà tar-RDPK, operat minnha jew bl-ekwipaġġ tagħha.
2. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu d-dħul fil-portijiet tagħhom ta' kwalunkwe bastiment jekk ikollhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-bastiment huwa ta' proprjetà jew ikkontrollat, direttament jew indirettament, minn persuna jew entità elenkata fl-Annessi I, II jew III, jew li fih merkanzija li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħha huma pprojbiti skont il-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni.
3. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fil-każ ta' emerġenza, fil-każ ta' ritorn fil-port ta' oriġini tal-bastiment, fejn id-dħul ikun meħtieġ għall-fini ta' ispezzjoni jew jekk l-Istat Membru rilevanti jiddetermina minn qabel li tali dħul ikun meħtieġ għal finijiet umanitarji jew għal kwalunkwe fini ieħor konsistenti mal-objettivi ta' din id-Deċiżjoni.
4. Il-paragrafu 2 ma għandux japplika fil-każ ta' emerġenza, fil-każ ta' ritorn fil-port ta' oriġini tal-bastiment, fejn id-dħul ikun meħtieġ għall-fini ta' ispezzjoni jew jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina minn qabel li tali dħul ikun meħtieġ għal finijiet umanitarji jew għal kwalunkwe fini ieħor b'mod konsistenti mal-objettivi tal-UNSCR 2270 (2016) jew jekk l-Istat Membru rilevanti jiddetermina minn qabel li tali dħul ikun meħtieġ għal finijiet umanitarji jew għal kwalunkwe fini ieħor konsistenti mal-objettivi ta' din id-Deċiżjoni. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe dħul li huwa jkun awtorizza.
Artikolu 19
L-għoti miċ-ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri ta' servizzi ta' bunkeringjew forniment lill-bastimenti, jew tip ta' manutenzjoni oħra ta' bastimenti, lill-bastimenti tar-RDPK għandhom jiġu pprojbiti jekk huma jkollhom informazzjoni li tipprovdi bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li l-bastimenti qegħdin iġorru oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni sakemm l-għoti ta' tali servizzi ma jkunx meħtieġ għall-finijiet umanitarji jew sakemm il-merkanzija ma tkunx ġiet ispezzjonata, u kkonfiskata u mormija jekk meħtieġ, f'konformità mal-Artikolu 16 (1), (2), (3) u (6).
Artikolu 20
1. Għandu jiġi pprojbit il-kiri jew in-noleġġ ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru li jtajru bandieri tal-Istati Membri jew il-forniment ta' servizzi ta' ekwipaġġ lir-RDPK, lil kwalunkwe persuna jew entità elenkata fl-Annessi I, II jew III, lil kwalunkwe entità oħra tar-RDPK, lil kwalunkwe persuna jew entità oħra li l-Istat Membru jiddetermina li tkun assistiet fl-evażjoni ta' sanzjonijiet jew fil-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew ta' din id-Deċiżjoni, lil kwalunkwe persuna jew entità li taġixxi f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' kwalunkwe wieħed minn dawk imsemmija hawn fuq, jew lil kwalunkwe entità proprjetà ta' jew ikkontrollata minn kwalunkwe minn dawk imsemmija hawn fuq.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-kiri, in-noleġġ jew il-forniment ta' servizzi ta' ekwipaġġ dment li l-Istat Membru rilevanti jkun innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bil-quddiem, skont il-każ, u jkun ipprovda lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet l-informazzjoni li turi li tali attivitajiet huma esklużivament għal finijiet ta' għajxien u li mhux ser jintużaw minn persuni jew entitajiet tar-RDPK biex jiġġeneraw introjtu, kif ukoll informazzjoni dwar miżuri meħudin biex jimpedixxu tali attivitajiet milli jikkontribwixxu għal ksur tad-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016).
3. Stat Membru jista' jagħti eżenzjoni mill-paragrafu 1 jekk huwa jiddetermina skont il-każ li tali attivitajiet huma esklużivament għal finijiet ta' għajxien li mhumiex ser jintużaw minn persuni jew entitajiet tar-RDPK biex jiġġeneraw introjtu, u sakemm huwa jkollu informazzjoni dwar miżuri meħudin biex jimpedixxu tali attivitajiet milli jikkontribwixxu għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra minn qabel bl-intenzjoni tiegħu li jagħti l-eżenzjoni.
Artikolu 21
L-Istati Membri għandhom ineħħu mir-reġistru kwalunkwe bastiment proprjetà tar-RDPK, operat minnha jew bl-ekwipaġġ tagħha u ma għandhom jirreġistraw ebda bastiment bħal dan li jkun tneħħa mir-reġistru minn Stat ieħor skont il-paragrafu 19 tal-UNSCR 2270 (2016).
Artikolu 22
1. Għandu jkun ipprojbit li jiġu rreġistrati bastimenti fir-RDPK, li tinkiseb awtorizzazzjoni għal bastiment biex juża l-bandiera tar-RDPK, jew li wieħed ikollu, jikri, iħaddem, jew jipprovdi kwalunkwe klassifikazzjoni, ċertifikazzjoni jew servizz assoċjat lil bastiment, jew li jiġi assigurat kwalunkwe bastiment li jtajjar bandiera tar-RDPK.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal attivitajiet innotifikati bil-quddiem lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, skont il-każ, dment li l-Istat Membru rilevanti jkun ipprovda lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet informazzjoni dettaljata dwar l-attivitajiet, inklużi l-ismijiet tal-persuni u l-entitajiet involuti fihom, informazzjoni li turi li dawk l-attivitajiet huma esklużivament għal finijiet ta' għajxien li mhux ser jintużaw minn persuni jew entitajiet tar-RDPK biex jiġġeneraw introjtu u informazzjoni dwar miżuri meħudin biex jimpedixxu tali attivitajiet milli jikkontribwixxu għal ksur tal-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) u 2270 (2016).
KAPITOLU VI
RESTRIZZJONIJIET FUQ AMMISSJONI U RESIDENZA
Artikolu 23
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, ta':
(a) |
il-persuni ddeżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà bħala responsabbli għal-linji ta' politika tar-RDPK, inkluż permezz ta' appoġġ jew promozzjoni, fir-rigward ta' programmi tagħha relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva, flimkien mal-membri tal-familji tagħhom, jew persuni li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, kif elenkat fl-Anness I; |
(b) |
il-persuni mhux koperti bl-Anness I, kif elenkati fl-Anness II, li:
|
(c) |
il-persuni mhux koperti bl-Anness I jew l-Anness II li jaħdmu f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità elenkata fl-Anness I jew l-Anness II jew persuni li qed jassistu fl-evażjoni minn sanzjonijiet jew li jiksru d-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew ta' din id-Deċiżjoni, kif elenkat fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni. |
2. Il-punt (a) tal-paragrafu 1 m'għandux japplika fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina skont il-każ li tali vjaġġar huwa ġustifikat għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja, inklużi obbligi reliġjużi, jew fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jikkonkludi li eżenzjoni tippromwovi b'xi mod l-objettivi tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016).
3. Il-paragrafu 1 ma jobbligax Stat Membru li jiċħad id-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess.
4. Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut b'obbligu tal-liġi internazzjonali, jiġifieri:
(a) |
bħala pajjiż li jospita organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali; |
(b) |
bħala pajjiż ospitanti ta' konferenza internazzjonali imsejħa min-NU jew taħt l-awspiċji tan-NU; |
(c) |
taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; |
(d) |
taħt it-Trattat ta' Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt Lateran) konkluż mis-Santa Sede (Stat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja. |
5. Il-paragrafu 4 għandu jkun meqjus li japplika wkoll f'każijiet fejn Stat Membru ikun pajjiż ospitanti tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).
6. Il-Kunsill għandu jkun debitament informat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafi 4 jew 5.
7. L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti fil-punt (b) tal-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar huwa ġustifikat għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja urġenti, jew għal raġunijiet ta' attendenza f'laqgħat intergovernattivi u dawk promossi jew ospitati mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-presidenza attwali tal-OSKE, fejn jitmexxa djalogu politiku li jippromwovi direttament l-objettivi tal-politika ta' miżuri restrittivi, inklużi d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fir-RDPK.
8. Stat Membru li jkun jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 7 għandu jinnotifika bil-miktub lill-Kunsill dwarhom. L-eżenzjoni għandha titqies bħala mogħtija dment li Membru wieħed jew aktar tal-Kunsill ma jqajjimx oġġezzjoni bil-miktub fi żmien jumejn ta' xogħol minn meta tiġi rċevuta n-notifika tal-eżenzjoni proposta. Fil-każ li xi membru wieħed jew aktar tal-Kunsill iqajmu oġġezzjoni, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.
9. Il-punt (c) tal-paragrafu 1 m'għandux japplika fil-każ ta' transitu tar-rappreżentanzi tal-Gvern tar-RDPK lejn il-Kwartieri Ġenerali tan-NU biex jespletaw xogħol tan-NU.
10. F'każijiet fejn, skont il-paragrafi 4, 5, 7 u 9 Stat Membru jawtorizza d-dħul jew transitu fit-territorju tiegħu tal-persuni elenkati fl-Anness I, II jew III, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-għan li għalih tkun ingħatat u lill-persuni konċernati b'dan.
11. L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw viġilanza u trażżin fir-rigward tad-dħul fit-territorji tagħhom jew it-transitu minnhom ta' persuni li jaħdmu f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità ddeżinjata elenkata fl-Anness I.
Artikolu 24
1. L-Istati Membri għandhom ikeċċu ċittadini tar-RDPK li huma jiddeterminaw li qed jaħdmu f'isem, jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità elenkata fl-Anness I jew l-Anness II, jew dawk li huma jiddeterminaw li qed jassistu fl-evażjoni minn sanzjonijiet jew jiksru d-dispożizzjonijiet tal-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew ta' din id-Deċiżjoni, mit-territorji tagħhom għall-fini ta' ripatrijazzjoni lejn ir-RDPK, b'mod konsistenti mal-liġi nazzjonali u internazzjonali applikabbli.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn il-preżenza ta' persuna hija meħtieġa għall-finijiet tat-twettiq ta' proċess ġudizzjarju jew esklużivament għal skopijiet mediċi, ta' sigurtà jew umanitarji oħrajn.
Artikolu 25
1. L-Istati Membri għandhom ikeċċu persunal diplomatiku, rappreżentanti tal-gvern jew ċittadini oħra tar-RDPK li jaġixxu f'kapaċità governattiva li huma jiddeterminaw li qed jaħdmu f'isem, jew taħt id-direzzjoni ta', persuna jew entità elenkata fl-Annessi I, II jew III jew ta' persuna jew entitajiet li qed jassistu fl-evażjoni minn sanzjonijiet jew jiksru d-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew ta' din id-Deċiżjoni mit-territorji tagħhom għall-fini ta' ripatrijazzjoni lejn ir-RDPK, b'mod konsistenti mal-liġi nazzjonali u internazzjonali applikabbli.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika f'każ ta' transitu ta' rappreżentanti tal-Gvern tar-RDPK lejn il-Kwartieri Ġenerali tan-NU jew faċilitajiet oħra tan-NU biex jespletaw xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti.
3. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika meta l-preżenza ta' persuna hija meħtieġa għat-twettiq ta' proċess ġudizzjarju jew esklużivament għal finijiet mediċi, ta' sikurezza jew finijiet umanitarji oħra, jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina skont il-każ li t-tkeċċija ta' persuna tmur kontra l-objettivi tal-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) u 2270 (2016), jew l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina skont il-każ li t-tkeċċija ta' persuna tmur kontra l-objettivi ta' din id-Deċiżjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe deċiżjoni li ma titkeċċiex persuna msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 26
1. L-Istati Membri għandhom ikeċċu kwalunkwe ċittadin ta' pajjiż terz li huma jiddeterminaw li jkun qed jaħdem f'isem, jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità elenkata fl-Annessi I jew II, li qed jassisti fl-evażjoni minn sanzjonijiet jew jikser id-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew ta' din id-Deċiżjoni, mit-territorji tagħhom għall-fini ta' ripatrijazzjoni lejn l-istat ta' ċittadinanza ta' dik il-persuna, b'mod konsistenti mal-liġi nazzjonali u internazzjonali applikabbli.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn il-preżenza ta' persuna hija meħtieġa għat-twettiq ta' proċess ġudizzjarju jew esklużivament għal finijiet mediċi, ta' sikurezza jew finijiet umanitarji oħra, jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina skont il-każ li t-tkeċċija ta' persuna tmur kontra l-objettivi tal-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) u 2270 (2016), jew jekk l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina skont il-każ li t-tkeċċija ta' persuna tmur kontra l-objettivi ta' din id-Deċiżjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe deċiżjoni li ma titkeċċiex persuna msemmija fil-paragrafu 1.
3. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika f'każ ta' transitu ta' rappreżentanti tal-Gvern tar-RDPK lejn il-Kwartieri Ġenerali tan-NU jew lejn faċilitajiet oħra tan-NU biex jespletaw xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti.
KAPITOLU VII
IFFRIŻAR TA' FONDI U RIŻORSI EKONOMIĊI
Artikolu 27
1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, huma proprjetà ta', miżmumin jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, minn, il-persuni u l-entitajiet li ġejjin għandhom jiġu ffriżati:
(a) |
il-persuni u l-entitajiet iddeżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU bħala li huma impenjati jew jipprovdu appoġġ għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva, jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet tagħhom jew ikkontrollati minnhom, inkluż permezz ta' mezzi illeċiti, kif elenkat fl-Anness I; |
(b) |
il-persuni u entitajiet mhux koperti bl-Anness I, kif elenkat fl-Anness II, li:
|
(c) |
il-persuni u l-entitajiet mhux koperti bl-Anness I jew l-Anness II li jaħdmu f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità elenkata fl-Anness I jew l-Anness II jew persuni li qed jassistu fl-evażjoni minn sanzjonijiet jew jiksru d-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew ta' din id-Deċiżjoni, kif elenkat fl-Anness III għal din id-Deċiżjoni. |
(d) |
l-entitajiet tal-Gvern tar-RDPK jew tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, jew minn persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew minn entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom, li l-Istat Membru jiddetermina li huma assoċjati mal-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK jew attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016). |
2. L-ebda fond jew riżors ekonomiku ma għandu jsir disponibbli, direttament jew indirettament, lill-persuni jew lill-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 jew għall-benefiċċju tagħhom.
3. Jistgħu jsiru wkoll eżenzjonijiet għal fondi u riżorsi ekonomiċi li jkunu:
(a) |
meħtieġa sabiex jiġu sodisfatti ħtiġijiet bażiċi, inklużi ħlasijiet għal prodotti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, premiums ta' assigurazzjoni, u ħlasijiet għal servizzi ta' utilità pubblika; |
(b) |
maħsuba esklużivament għall-pagament ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta' spejjeż li huma assoċjati mal-provvista ta' servizzi legali; jew |
(c) |
maħsubin esklużivament għall-ħlas ta' onorarji jew kontijiet għal servizz, skont il-liġijiet nazzjonali, għal servizzi ta' rutina fiż-żamma jew il-manteniment ta' fondi ffriżati, jew riżorsi ekonomiċi, |
wara n-notifika fejn adatt mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar l-intenzjoni li jawtorizza l-aċċess għal tali fondi u riżorsi ekonomiċi u fin-nuqqas ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn tali notifika.
4. Jistgħu wkoll isiru eżenzjonijiet għal fondi jew riżorsi ekonomiċi li jkunu:
(a) |
meħtieġa għal spejjeż straordinarji. Fejn adatt, l-Istat Membru kkonċernat għandu l-ewwel jinnotifika u jikseb l-approvazzjoni mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet; jew |
(b) |
is-suġġett ta' garanzija jew sentenza ġuridika, amministrattiva jew arbitrali, f'liema każ il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jistgħu jintużaw biex jissodisfaw dik il-garanzija jew is-sentenza, bil-kondizzjoni li l-garanzija jew is-sentenza kienet ingħatat qabel id-data li fiha l-persuna jew l-entità msemmija fil-paragrafu 1 ġiet iddeżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kunsill, u mhijiex għall-benefiċċju ta' persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1. Fejn adatt l-Istat Membru kkonċernat għandu l-ewwel jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet. |
5. Il-paragrafu 2 m'għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta':
(a) |
mgħax jew introjtu ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew |
(b) |
ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew saru effettivi qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri restrittivi, |
bil-kondizzjoni li tali imgħax, introjtu ieħor u ħlasijiet ikomplu jkunu soġġetti għall-paragrafu 1.
6. Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni lil persuna jew entità ddeżinjata elenkata fl-Anness II milli tagħmel ħlas dovut taħt kuntratt li sar qabel ma tali persuna jew entità ġiet elenkata, dment li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li:
(a) |
il-kuntratt ma jkunx relatat ma' xi wieħed mill-oġġetti, materjal, tagħmir, merkanzija, teknoloġiji, assistenza, taħriġ, assistenza finanzjarja, investiment, servizzi ta' senserija jew servizzi msemmijin fl-Artikolu 1; |
(b) |
il-ħlas ma jiġix riċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1, |
u wara notifika mill-Istat Membru rilevanti dwar il-ħsieb li jagħmel jew jirċievi tali ħlasijiet jew sabiex jawtorizza, fejn adatt, li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ma jibqgħux iffriżati għal dan il-għan, għaxart ijiem ta' xogħol qabel tali awtorizzazzjoni.
7. Fir-rigward tal-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni Nazzjonali tal-Korea (KNIC):
(a) |
L-Istati Membri rilevanti jistgħu jawtorizzaw li persuni u entitajiet tal-Unjoni jirċievu ħlasijiet mill-KNIC dment li:
|
(b) |
L-Istati Membru rilevanti jista' jawtorizzaw lil persuni u entitajiet tal-Unjoni jagħmlu ħlasijiet lill-KNIC esklużivament sabiex jiksbu servizzi ta' assigurazzjoni meħtieġa għall-attivitajiet ta' tali persuni jew entitajiet fir-RDPK dment li dawn l-attivitajiet mhumiex projbiti skont din id-Deċiżjoni. |
(c) |
Ebda awtorizzazzjoni bħal din ma għandha tkun meħtieġa għal ħlasijiet minn jew lill-KNIC li jkunu meħtieġa għall-finijiet uffiċjali ta' missjoni diplomatika jew konsulari ta' Stat Membru fir-RDPK. |
(d) |
Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni lill-KNIC milli tagħmel ħlas dovut skont kuntratt konkluż qabel ma din ġiet elenkata, dment li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li:
|
Stat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu.
Artikolu 28
Il-punt (d) tal-Artikolu 27(1) ma għandux japplika fir-rigward ta' fondi, assi finanzjarji oħra jew riżorsi ekonomiċi oħra li huma meħtieġa biex jitwettqu attivitajiet tal-missjonijiet tar-RDPK għan-NU u l-aġenziji speċjalizzati tagħha u organizzazzjonijiet relatati jew missjonijiet diplomatiċi u konsulari oħra tar-RDPK, jew għal kwalunkwe fond, assi finanzjarji oħra jew riżorsi ekonomiċi oħra li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina bil-quddiem, skont il-każ, li jkunu meħtieġa għall-għoti ta' għajnuna umanitarja, id-denuklearizzazzjoni jew kwalunkwe fini ieħor b'mod konsistenti mal-objettivi tal-UNSCR 2270 (2016).
Artikolu 29
1. L-uffiċċji rappreżentattivi tal-entitajiet elenkati fl-Anness I għandhom jingħalqu.
2. Il-parteċipazzjoni diretta jew indiretta f'impriżi konġunti jew kwalunkwe arranġament kummerċjali ieħor minn entitajiet elenkati fl-Anness I, kif ukoll minn persuni jew entitajiet li jaġixxu għalihom jew f'isimhom, hija pprojbita.
KAPITOLU VIII
MIŻURI RESTRITTIVI OĦRAJN
Artikolu 30
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jeżerċitaw viġilanza u jipprevjenu tagħlim jew taħriġ speċjalizzat ta' ċittadini tar-RDPK, fit-territorji tagħhom jew minn ċittadini tagħhom, f'dixxiplini li jikkontribwixxu għall-attivitajiet nukleari sensittivi ta' proliferazzjoni tar-RDPK u għall-iżvilupp ta' sistemi ta' twassil ta' armi nukleari, inkluż tagħlim jew taħriġ fil-fiżika avvanzata, simulazzjoni avvanzata bil-kompjuter u xjenzi tal-kompjuter relatati, in-navigazzjoni ġeospazjali, l-inġinerija nukleari, l-inġinerija ajruspazjali, l-inġinerija ajrunawtika u dixxiplini relatati.
Artikolu 31
L-Istati Membri għandhom, f'konformità mal-liġi internazzjonali, jeżerċitaw viġilanza akbar fuq il-persunal diplomatiku tar-RDPK sabiex tali persuni jinżammu milli jikkontribwixxu għall-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK, jew attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni, jew għall-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawk l-UNSCRs jew minn din id-Deċiżjoni.
KAPITOLU IX
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 32
Ebda pretensjoni f'rabta ma' kwalunkwe kuntratt jew tranżazzjoni li t-twettiq tagħhom kien ġie affettwat, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont l-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016), inklużi miżuri tal-Unjoni jew ta' kwalunkwe Stat Membru skont, kif meħtieġ minn jew b'konnessjoni ma', l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew miżuri koperti minn din id-Deċiżjoni, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni ta' dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni koperta minn garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kwalunkwe forma, ma għandha tiġi sodisfatta, jekk issir minn:
(a) |
il-persuni jew l-entitajiet iddeżinjati elenkati fl-Annessi I, II jew III; |
(b) |
lil kwalunkwe persuna jew entità oħra fir-RDPK, inkluż il-Gvern tar-RDPK, il-korpi, korporazzjonijiet u aġenziji pubbliċi tiegħu; jew |
(c) |
kwalunkwe persuna jew entità li taġixxi permezz ta', jew f'isem, kwalunkwe waħda mill-persuni jew entitajiet imsemmija fil-punti (a) jew (b). |
Artikolu 33
1. Il-Kunsill għandu jadotta modifiki għall-Anness I abbażi tad-determinazzjonijiet li jsiru mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
2. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'unanimità fuq proposta mill-Istati Membri jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jistabbilixxi l-listi fl-Anness II jew III u jadotta modifiki għalihom.
Artikolu 34
1. Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jelenka persuna jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi tali persuna jew entità fl-Anness I.
2. Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna jew entità għall-miżuri msemmija fil-punti (b) jew (c) tal-Artikolu 23(1) jew il-punt (b) tal-Artikolu 27(1), huwa għandu jemenda l-Anness II jew III kif opportun.
3. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu lill-persuna jew l-entità msemmija fil-paragrafi 1 u 2, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' notifika, u jipprovdi lil dik il-persuna jew entità opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.
4. Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn jiġu ppreżentati provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jerġa' jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew entità kif adatt.
Artikolu 35
1. L-Annessi I, II u III għandhom jinkludu r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni u l-entitajiet elenkati, kif provduti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fir-rigward tal-Anness I.
2. L-Annessi I, II u III għandhom jinkludu wkoll, fejn tkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa biex il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jiġu identifikati, kif provduta mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fir-rigward tal-Anness I. Fir-rigward tal-persuni, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Anness I għandu jinkludi wkoll id-data ta' deżinjazzjoni fil-lista mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
Artikolu 36
1. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta, jew, jekk meħtieġ, emendata, b'mod partikolari fir-rigward tal-kategoriji ta' persuni, entitajiet jew oġġetti jew persuni, entitajiet jew oġġetti addizzjonali li għandhom ikunu koperti mill-miżuri restrittivi, jew skont l-UNSCRs rilevanti.
2. Il-miżuri msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 23(1) u l-punti (b) u (c) tal-Artikolu 27(1) għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari u ta' mill-inqas kull 12-il xahar. Huma għandhom jieqfu japplikaw fir-rigward ta' persuni u entitajiet ikkonċernati jekk il-Kunsill jiddetermina, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2), li l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom m'għadhomx jiġu sodisfatti.
Artikolu 37
Id-Deċiżjoni 2013/183/PESK hija mħassra.
Artikolu 38
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Mejju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
A.G. KOENDERS
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/800/PESK tat-22 ta' Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK (ĠU L 341, 23.12.2010, p. 32).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK tat-22 ta' April 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/800/PESK (ĠU L 111 23.4.2013, p. 52).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/476 tal-31 ta' Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 85, 1.4.2016, p. 38).
(4) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 1).
(5) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1).
ANNESS I
Lista ta' persuni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 23(1) u ta' persuni u entitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 27(1)
A. Persuni
|
Isem |
Psewdonimu |
Data tat-twelid |
Data tad-deżinjazzjoni min-NU |
Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet |
1. |
Yun Ho-jin |
magħruf ukoll bħala Yun Ho-chin |
13.10.1944 |
16.7.2009 |
Direttur tan-Namchongang Trading Corporation; jieħu ħsieb l-importazzjoni ta' oġġetti meħtieġa għall-programm ta' arrikkament tal-uranju. |
2. |
Re Je-Son |
Isem bil-Korean: ; Isem biċ-Ċiniż:
magħruf ukoll bħala Ri Che Son |
1938 |
16.7.2009 |
Ministru tal-Industrija tal-Enerġija Atomika minn April 2014. Ex-Direttur tal-General Bureau of Atomic Energy (GBAE), l-aġenzija ewlenija li tmexxi l-programm nukleari tar-RDPK; iffaċilita diversi inizjattivi nukleari inkluż il-ġestjoni mill-GBAE ta' Yongbyon Nuclear Research Center uNamchongang Trading Corporation. |
3. |
Hwang Sok-hwa |
|
|
16.7.2009 |
Direttur tal-General Bureau of Atomic Energy (GBAE); involut fil-programm nukleari tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea; bħala Kap tal-Uffiċċju ta' Gwida Xjentifika fil-GBAE, serva fil-Kumitat Xjentifiku ġewwa l-Joint Institute for Nuclear Research. |
4. |
Ri Hong-sop |
|
1940 |
16.7.2009 |
Ex-direttur ta' Yongbyon Nuclear Research Centre, ħa ħsieb tliet faċilitajiet prinċipali li jassistu fil-produzzjoni ta' plutonju adattat għall-armi: il-Faċilità għall-Fabbrikazzjoni tal-Karburant, ir-Reattur Nukleari u l-Impjant tar-Riproċessar. |
5. |
Han Yu-ro |
|
|
16.7.2009 |
Direttur tal-Korea Ryongaksan General Trading Corporation; involut fil-programm tal-missili ballistiċi tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea. |
6. |
Paek Chang-Ho |
Pak Chang-Ho; Paek Ch'ang-Ho |
Passaport: 381420754 Data tal-Ħruġ tal-Passaport: 7.12.2011 Data ta' skadenza: 7.12.2016 Data tat-twelid: 18.6.1964; Post tat-Twelid Kaesong, RDPK |
22.1.2013 |
Uffiċjal għoli u kap taċ-ċentru ta' kontroll tas-satelliti tal-Korean Committee for Space Technology. |
7. |
Chang Myong- Chin |
Jang Myong-Jin |
19.2.1968; Data tat-twelid alternattiva 1965 jew 1966 |
22.1.2013 |
Amministratur Ġenerali ta' Sohae Satellite Launching Station u kap taċ-ċentru ta' llanċjar minn fejn sar l-illanċjar fit-13 ta' April u fit-12 ta' Diċembru 2012. |
8. |
Ra Ky'ong-Su |
Ra Kyung-Su Chang, Myong Ho |
4.6.1954; Passaport: 645120196 |
22.1.2013 |
Ra Ky'ong-Su huwa uffiċjal ta' Tanchon Commercial Bank (TCB). F'din il-kapaċità hu ffaċilita t-transazzjonijiet għal TCB. Tanchon Commercial Bank ġie deżinjat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 bħala l-entità finanzjarja ewlenija tar-RDPK responsabbli għall-bejgħ ta' armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta' armi bħal dawn. |
9. |
Kim Kwang-il |
|
1.9.1969; Passaport: PS381420397 |
22.1.2013 |
Kim Kwang-il huwa uffiċjal ta' Tanchon Commercial Bank (TCB). F'din il-kapaċità, hu ffaċilita transazzjonijiet għal TCB u l-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Tanchon Commercial Bank ġie deżinjat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 bħala l-entità finanzjarja ewlenija tar-RDPK responsabbli għall-bejgħ ta' armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta' armi bħal dawn. KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u esportatriċi prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK. |
10. |
Yo'n Cho'ng Nam |
|
|
7.3.2013 |
Kap Rappreżentant tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Il-KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK. |
11. |
Ko Ch'o'l-Chae |
|
|
7.3.2013 |
Viċi Kap Rappreżentant tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Il-KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi ul-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK. |
12. |
Mun Cho'ng- Ch'o'l |
|
|
7.3.2013 |
Mun Cho'ng-Ch'o'l huwa uffiċjal ta' TCB. F'din il-kapaċità hu ffaċilita transazzjonijiet għal TCB. Tanchon Commercial Bank ġie deżinjat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u huwa l-entità finanzjarja prinċipali tar-RDPK għall-bejgħ tal-armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta' armi bħal dawn. |
13. |
Choe Chun-Sik |
Choe Chun Sik; Ch'oe Ch'un Sik |
Data tat-twelid: 12.10.1954; Ċittadinanza: RDPK |
2.3.2016 |
Choe Chun-sik kien id-direttur tas-Second Academy of Natural Sciences (SANS) u kien il-kap tal-programm ta' missili ta' distanza twila tar-RDPK. |
14. |
Choe Song Il |
|
Passaport: 472320665 Data ta' skadenza: 26.9.2017; Passaport: 563120356 Ċittadinanza: RDPK |
2.3.2016 |
Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank (TCB) fil-Vjetnam. |
15. |
Hyon Kwang II |
Hyon Gwang Il |
Data tat-twelid: 27.5.1961; Ċittadinanza: RDPK |
2.3.2016 |
Hyon Kwang II huwa d-Direttur tad-Dipartiment għall-Iżvilupp Xjentifiku fin-National Aerospace Development Administration. |
16. |
Jang Bom Su |
Jang Pom Su |
Data tat-twelid: 15.4.1957; Ċittadinanza: RDPK |
2.3.2016 |
Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank (TCB) fis-Sirja. |
17. |
Jang Yong Son |
|
Data tat-twelid: 20.2.1957; Ċittadinanza: RDPK |
2.3.2016 |
Rappreżentant tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) fl-Iran. |
18. |
Jon Myong Guk |
Cho 'n Myo 'ng-kuk |
Passaport: 4721202031; Data ta' skadenza: 21.2.2017; Ċittadinanza: RDPK; Data tat-twelid: 18.10.1976 |
2.3.2016 |
Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank (TCB) fis-Sirja. |
19. |
Kang Mun Kil |
Jiang Wen-ji |
Passaport: PS472330208; Data ta' skadenza: 4.7.2017; Ċittadinanza: RDPK; |
2.3.2016 |
Kang Mun Kil wettaq attivitajiet ta' akkwist nukleari bħala rappreżentant ta' Namchongang, magħruf ukoll bħala Namhung. |
20. |
Kang Ryong |
|
Data tat-twelid: 21.8.1969; Ċittadinanza: RDPK |
2.3.2016 |
Rappreżentant tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) fis-Sirja. |
21. |
Kim Jung Jong |
Kim Chung Chong |
Passaport: 199421147 Data ta' skadenza: 29.12.2014; Passaport: 381110042, Data ta' skadenza: 25.1.2016; Passaport: 563210184, Data ta' skadenza: 18.6.2018; Data tat-twelid: 7.11.1966, Ċittadinanza: RDPK |
2.3.2016 |
Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank fil-Vjetnam. |
22. |
Kim Kyu |
|
Data tat-twelid: 30.7.1968, Ċittadinanza: RDPK |
2.3.2016 |
Uffiċjal għall-Affarijiet Barranin tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). |
23. |
Kim Tong My'ong |
Kim Chin-So'k; Kim Tong-Myong; Kim Jin-Sok; Kim, Hyok-Chol |
Data tat-twelid: 1964; Ċittadinanza: RDPK |
2.3.2016 |
Kim Tong My'ong huwa l-President ta' Tanchon Commercial Bank u kellu diversi pożizzjonijiet ma' Tanchon Commercial Bank minn tal-anqas mill-2002 lil hawn. Huwa kellu wkoll rwol fil-ġestjoni tal-affarijiet ta' Amroggang. |
24. |
Kim Yong Chol |
|
Data tat-twelid: 18.2.1962; Ċittadinanza: RDPK |
2.3.2016 |
Rappreżentant tal-KOMID fl-Iran. |
25. |
Ko Tae Hun |
Kim Myong Gi |
Passaport: 563120630; Data ta' skadenza: 20.3. 2018, Data tat-twelid: 25.5.1972; Ċittadinanza: RDPK |
2.3.2016 |
Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank. |
26. |
Ri Man Gon |
|
Data tat-twelid: 29.10.1945; Numru tal-passaport: P0381230469; Data ta' skadenza: 6.4.2016; Ċittadinanza: RDPK |
2.3.2016 |
Ri Man Gon huwa l-Ministru tal-Munitions Industry Department. |
27. |
Ryu Jin |
|
Data tat-twelid: 7.8.1965; Numru tal-Passaport: 563410081; Ċittadinanza: RDPK |
2.3.2016 |
Rappreżentant tal-KOMID fis-Sirja. |
28. |
Yu Chol U |
|
Ċittadinanza: RDPK |
|
Yu Chol U huwa d-Direttur tan-National Aerospace Development Administration. |
B. Entitajiet
|
Isem |
Psewdonimu |
Lokalità |
Data tad-deżinjazzjoni min-NU |
Informazzjoni oħra |
||||
1. |
Korea Mining Development Trading Corporation |
magħrufa ukoll bħala CHANGGWANG SINYONG CORPORATION; magħrufa wkoll bħala EXTERNAL TECHNOLOGY GENERAL CORPORATION; magħrufa wkoll bħala DPRKN MINING DEVELOPMENT TRADING COOPERATION; magħrufa wkoll bħala “KOMID” |
Distrett Ċentrali, Pyongyang, RDPK |
24.4.2009 |
Negozjant tal-armi primarju u esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatat ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali. |
||||
2. |
Korea Ryonbong General Corporation |
magħrufa wkoll bħala KOREA YONBONG GENERAL CORPORATION; qabel magħrufa bħala LYON-GAKSAN GENERAL TRADING CORPORATION |
Pot'onggang District, Pyongyang, DPRK; Rakwon- dong, Pothonggang District, Pyongyang, DPRK |
24.4.2009 |
Konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwisti għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u l-appoġġ għall-bejgħ relatat mal-militar ta' dak il-pajjiż. |
||||
3. |
Tanchon Commercial Bank |
qabel magħrufa bħala CHANGGWANG CREDIT BANK; qabel magħrufa bħala KOREA CHANGGWANG CREDIT BANK |
Saemul 1- Dong Pyongchon District, Pyongyang, DPRK |
24.4.2009 |
L-entità finanzjarja prinċipali tar-RDPK għall-bejgħ tal-armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta' armi bħal dawn. |
||||
4. |
Namchongang Trading Corporation |
NCG; NAMCHONGANG TRADING;NAM CHON GANG CORPORATION; NOMCHONGANG TRADING CO.; NAM CHONG GAN TRADING CORPORATION; Namhung Trading Corporation |
Pyongyang, RDPK |
16.7.2009 |
Namchongang hija kumpannija kummerċjali tar-RDPK subordinata għall-General Bureau of Atomic Energy (GBAE). Namchongang kienet involuta fl-akkwist ta' pompi tal-vakwu ta' oriġini Ġappuniża li ġew identifikati f'faċilità nukleari tar-RDPK, kif ukoll ta' akkwist relatat ma' oġġetti nukleari assoċjat ma' individwu Ġermaniż. Din kienet involuta wkoll mill-aħħar tas-snin 90 fix-xiri ta' tubi tal-aluminju u tagħmir ieħor speċifikament adattat għal programm ta' arrikkiment tal-uranju. Ir-rappreżentant tagħha huwa ex-diplomatiku li serva bħala rappreżentant tar-RDPK għall-ispezzjoni mill-International Atomic Energy Agency (IAEA) tal-faċilitajiet Nukleari ta' Yongbyon fl-2007. L-attivitajiet ta' proliferazzjoni ta' Namchongang huma ta' tħassib kbir b'kunsiderazzjoni tal-attivitajiet ta' proliferazzjoni passati tar-RDPK. |
||||
5. |
Hong Kong Electronics |
magħrufa wkoll bħala HONG KONG ELECTRONICS KISH CO |
Sanaee St., Kish Island, Iran |
16.7.2009 |
Proprjetà ta' jew ikkontrollata minn, jew taġixxi jew bil-ħsieb li taġixxi għal jew f'isem Tanchon Commercial Bank u KOMID. Hong Kong Electronics ittrasferiet miljuni ta' dollari ta' fondi relatati mal-proliferazzjoni f'isem Tanchon Commercial Bank u KOMID (it-tnejn deżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009) mill-2007. Hong Kong Electronics iffaċilitat il-moviment tal-flus mill-Iran għar-RDPK f'isem KOMID. |
||||
6. |
Korea Hyoksin Trading Corporation |
magħrufa wkoll bħala KOREA HYOKSIN EXPORT AND IMPORT CORPORATION |
Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, RDPK. |
16.7.2009 |
Kumpannija tar-RDPK ibbażata fi Pyongyang li hija subordinata għall-Korea Ryonbong General Corporation (deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009) u hija involuta fl-iżvilupp ta' armi ta' qerda massiva. |
||||
7. |
General Bureau of Atomic Energy (GBAE) |
magħruf ukoll bħala General Department of Atomic Energy (GDAE) |
Haeudong, Pyongchen District, Pyongyang, RDPK. |
16.7.2009 |
Il-GBAE huma responsabbli għall-programm nukleari tar-RDPK, li jinkludi l-Yongbyon Nuclear Research Centre u r-reattur ta' riċerka ta' produzzjoni nukleari tiegħu ta' 5 MWe (25 MWt), kif ukoll tal-faċilitajiet tiegħu ta' fabbrikazzjoni u ripproċessar tal-karburant. Il-GBAE kellu laqgħat u diskussjonijiet relatati ma' kwistjonijiet nukleari mal-International Atomic Energy Agency. Il-GBAE huwa l-aġenzija primarja tal-Gvern tar-RDPK li tieħu ħsieb il-programmi nukleari, inkluż l-operat taċ-Ċentru ta' Riċerka Nukleari ta' Yongbyon. |
||||
8. |
Korean Tangun Trading Corporation |
|
Pyongyang, RDPK. |
16.7.2009 |
Korea Tangun Trading Corporation hija subordinata tas-Second Academy of Natural Sciences tar-RDPK u hija primarjament responsabbli għall-akkwist tal-oġġetti bażiċi u t-teknoloġiji li jappoġġaw il-programmi ta' difiża tar-RDPK għar-riċerka u l-iżvilupp, inklużi, iżda mhux limitati, għall-armi ta' qerda massiva u għal programmi ta' sistemi ta' forniment u akkwist, inklużi materjali li huma kkontrollati jew ipprojbiti taħt ir-reġimi rilevanti ta' kontroll multilaterali. |
||||
9. |
Korean Committee for Space Technology |
DPRK Committee for Space Technology; Department of Space Technology of the DPRK; Committee for Space Technology; KCST |
Pyongyang, RDPK |
22.1.2013 |
Il-Korean Committee for Space Technology (KCST) orkestra l-illanċjar tar-RDPK fit-13 ta' April 2012 u fit-12 ta' Diċembru 2012 permezz taċ-ċentru għall-kontroll satellitari u ż-żona ta' llanċjar ta' Sohae. |
||||
10. |
Bank of East Land |
Dongbang Bank; Tongbang U'Nhaeng; Tongbang Bank P.O. |
P.O.32, BEL Building, Jonseung-Dung, Moranbong District, Pyongyang, DPRK. |
22.1.2013 |
L-istituzzjoni finanzjarja ta' RDPK Bank of East Land tiffaċilita transazzjonijiet relatati mal-armi għal, u appoġġ ieħor lill-manifattur u l-esportatur Green Pine Associated Corporation (Green Pine). Bank of East Land ħadem b'mod attiv ma' Green Pine biex jittrasferixxi fondi b'mod sabiex jiġu evitati s-sanzjonijiet. Fl-2007 u fl-2008 Bank of East Land iffaċilita transazzjonijiet li jinvolvu Green Pine u istituzzjonijiet finanzjarji Iranjani, li jinkludu Bank Melli u Bank Sepah. Il-Kunsill tas-Sigurtà ddeżinja lil Bank Sepah fir-Riżoluzzjoni 1747 (2007) minħabba li pprovda appoġġ lill-programm tal-missili ballistiċi tal-Iran. Green Pine kienet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2012. |
||||
11. |
Korea Kumryong Trading Corporation |
|
|
22.1.2013 |
Użata prinċipalment bħala psewdonimu minn Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) biex twettaq attivitajiet ta' akkwist. Il-KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK. |
||||
12. |
Tosong Technology Trading Corporation |
|
Pyongyang, RDPK |
22.1.2013 |
Il-Korea Mining Development Corporation (KOMID) hija l-kumpannija omm ta' Tosong Technology Trading Corporation. KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u esportatriċi prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK. |
||||
13. |
Korea Ryonha Machinery Joint Venture Corporation |
Chosun Yunha Machinery Joint Operation Company; Korea Ryenha Machinery J/V Corporation; Ryonha Machinery Joint Venture Corporation; Ryonha Machinery Corporation; Ryonha Machinery; Ryonha Machine Tool; Ryonha Machine Tool Corporation; Ryonha Machinery Corp; Ryonhwa Machinery Joint Venture Corporation; Ryonhwa Machinery JV; Huichon Ryonha Machinery General Plant; Unsan; Unsan Solid Tools; u Millim Technology Company |
|
22.1.2013 |
Korea Ryonbong General Corporation hija l-kumpannija omm ta' Korea Ryonha Machinery Joint Venture Corporation. Korea Ryonbong General Corporation ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwisti għall-industriji tad-difiża u l-appoġġ għall-bejgħ militari relatat tar-RDPK. |
||||
14. |
Leader (Hong Kong) International |
Leader International Trading Limited; Leader (Hong Kong) International Trading Limited |
LM-873, RM B, 14/F, Wah Hen Commercial Centre, 383 Hennessy Road, Wanchai, Hong Kong, China. |
22.1.2013 |
Leader International (Numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpannija ta' Hong Kong 1177053), tiffaċilita vjeġġi f'isem il-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat f'April 2009 u hija l-kummerċjant ewlieni fl-armi u l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK. |
||||
15. |
Green Pine Associated Corporation |
Cho'ngsong United Trading Company; Chongsong Yonhap; Ch'o'ngsong Yo'nhap; Chosun Chawo'n Kaebal T'uja Hoesa; Jindallae; Ku'm- haeryong Company LTD; Natural Resources Development and Investment Corporation; Saeingp'il Company |
c/o Reconnaissance General Bureau Headquarters, HyongjesanGuyok, Pyongyang, DPRK; Nungrado, Pyongyang, DPRK |
2.5.2015 |
Green Pine Associated Corporation ('Green Pine') assumiet ħafna mill-attivitajiet tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Il-KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK. Green Pine hija responsabbli wkoll għal madwar nofs l-armi u materjal relatat esportat mir-RDPK. Green Pine ġiet identifikata għal sanzjonijiet għall-esportazzjoni tal-armi jew materjal relatat mill-Korea ta' Fuq. Green Pine tispeċjalizza fil-produzzjoni ta' inġenji u armamenti militari marittimi, bħal sottomarini, dgħajjes militari u sistemi ta' missili, u esportat torpedoes u assistenza teknika lil ditti Iranjani relatati mad-difiża. |
||||
16. |
Amroggang Development Banking Corporation |
Amroggang Development Bank; Amnokkang Development Bank |
Tongan-dong, Pyongyang, RDPK |
2.5.2012 |
Amroggang, li kienet stabbilita fl-2006, hija kumpannija relatata mal-Tanchon Commercial Bank amministrata minn uffiċjali ta' Tanchon. Tanchon għandu rwol fil-finanzjament tal-bejgħ minn KOMID ta' missili ballistiċi u kien ukoll involut fi transazzjonijiet ta' missili ballistiċi minn KOMID għal Shahid Hemmat Industrial Group (SHIG) tal-Iran. Tanchon Commercial Bank ġie deżinjat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hu l-entità finanzjarja prinċipali tar-RDPK għall-bejgħ tal-armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta' armi bħal dawn. KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u esportatriċi prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK. Il-Kunsill tas-Sigurtà ddeżinja lill-SHIG fir-Riżoluzzjoni 1737 (2006) bħala entità involuta fil-programm ta' missili ballistiċi tal-Iran. |
||||
17. |
Korea Heungjin Trading Company |
Hunjin Trading Co.; Korea Henjin Trading Co.; Korea Hengjin Trading Company |
Pyongyang, DPRK. |
2.5.2012 |
Il-Korea Heungjin Trading Company tintuża mill- KOMID għal finijiet kummerċjali. Hu ssuspettat li hija kienet involuta fil-forniment ta' oġġetti relatati mal-missili lill-Shahid Hemmat Industrial Group (SHIG) tal-Iran. Heungjin ġiet assoċjata mal-KOMID, u, b'mod aktar speċifiku, l-uffiċju tal-akkwisti tal-KOMID. Heungjin intużat għall-akkwist ta' kontrollatur diġitali avvanzat b'applikazzjonijiet fit-tfassil tal-missili. KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u esportatriċi prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK. Il-Kunsill tas-Sigurtà ddeżinja lill-SHIG fir-Riżoluzzjoni 1737 (2006) bħala entità involuta fil-programm ta' missili ballistiċi tal-Iran. |
||||
18. |
Second Academy of Natural Sciences |
2nd Academy of Natural Sciences; Che 2 Chayon Kwahakwon; Academy of Natural Sciences; Chayon Kwahak-Won; National Defense Academy; Kukpang Kwahak-Won; Second Academy of Natural Sciences Research Institute; Sansri |
Pyongyang, DPRK |
7.3.2013 |
Is-Second Academy of Natural Sciences hija organizzazzjoni ta' livell nazzjonali għar-riċerka u l-iżvilupp tas-sistemi ta' armamenti avvanzati tar-RDPK, inklużi missili u probabbilment armamenti nukleari. Is-Second Academy of Natural Sciences tuża numru ta' organizzazzjonijiet subordinati biex tikseb teknoloġija, tagħmir, u informazzjoni minn barra l-pajjiż, inkluża Tangun Trading Corporation, għall-użu fil-programmi ta' missili u probabbilment ta' armamenti nukleari tar-RDPK. Korea Tangun Trading Corporation ġiet iddeżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'Lulju 2009 u hija primarjament responsabbli għall-akkwist tal-oġġetti bażiċi u t-teknoloġiji li jappoġġaw il-programmi ta' difiża tar-RDPK għar-riċerka u l-iżvilupp, inklużi, iżda mhux limitati, tal-armi ta' qerda massiva u ta' programmi ta' sistemi ta' forniment u akkwist, inklużi materjali li huma kkontrollati jew ipprojbiti taħt ir-reġimi rilevanti ta' kontroll multilaterali. |
||||
19. |
Korea Complex Equipment Import Corporation |
|
Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, DPRK. |
7.3.2013 |
Korea Ryonbong General Corporation hija l-kumpannija omm ta' Korea Complex Equipment Import Corporation. Korea Ryonbong General Corporation ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwisti għall-industriji tad-difiża u l-appoġġ għall-bejgħ militari relatat tar-RDPK. |
||||
20. |
Ocean Maritime Management Company, Limited (OMM) |
|
Donghung Dong, Central District. PO BOX 120. Pyongyang, DPRK; |
28.7.2014 |
Ocean Maritime Management Company, Limited (Numru tal-OMI: 1790183) huwa l-operatur/ġestjonarju tal-bastiment Chong Chon Gang. Kellu rwol ewlieni fl-arranġamenti għall-ġarr ta' merkanzija moħbija ta' armi u materjal relatat minn Kuba lejn ir-RDPK f'Lulju 2013. Bħala tali, Ocean Maritime Management Company, Limited ikkontribwixxiet f'attivitajiet ipprojbiti mir-riżoluzzjonijiet, b'mod partikolari l-embargo fuq l-armi impost bir-riżoluzzjoni 1718 (2006), kif emendata bir-riżoluzzjoni 1874 (2009), u kkontribwixxiet fl-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawn ir-riżoluzzjonijiet. |
||||
Bastimenti b' Numru tal-OMI: |
|
|
|
|
|||||
|
|
|
2.3.2016 |
|
|||||
|
|
|
2.3.2016 |
|
|||||
|
|
|
2.3.2016 |
|
|||||
|
|
|
2.3.2016 |
|
|||||
|
|
|
2.3.2016 |
|
|||||
|
|
|
2.3.2016 |
|
|||||
|
|
|
2.3.2016 |
|
|||||
|
|
|
2.3.2016 |
|
|||||
|
|
|
2.3.2016 |
|
|||||
|
|
|
2.3.2016 |
|
|||||
|
|
|
2.3.2016 |
|
|||||
|
|
|
2.3.2016 |
|
|||||
|
|
|
2.3.2016 |
|
|||||
|
|
|
2.3.2016 |
|
|||||
|
|
|
2.3.2016 |
|
|||||
|
|
|
2.3.2016 |
|
|||||
|
|
|
2.3.2016 |
|
|||||
|
|
|
2.3.2016 |
|
|||||
|
|
|
2.3.2016 |
|
|||||
|
|
|
2.3.2016 |
|
|||||
|
|
|
2.3.2016 |
|
|||||
|
|
|
2.3.2016 |
|
|||||
|
|
|
2.3.2016 |
|
|||||
|
|
|
2.3.2016 |
|
|||||
|
|
|
2.3.2016 |
|
|||||
|
|
|
2.3.2016 |
|
|||||
|
|
|
2.3.2016 |
|
|||||
21. |
Academy of National Defense Science |
|
Pyongyang, DPRK |
2.3.2016 |
L-Academy of National Defense Science hija involuta fl-isforzi tar-RDPK biex jiġi avvanzat l-iżvilupp tal-programmi tal-missili ballistiċi u l-armi nukleari tagħha. |
||||
22. |
Chongchongang Shipping Company |
Chong Chon Gang Shipping Co. Ltd. |
Indirizz: 817 Haeun, Donghung-dong, Central District, Pyongyang, DPRK; Indirizz Alternattiv: 817, Haeum, Tonghun-dong, Chung-gu, Pyongyang, DPRK; Numru tal-OMI: 5342883 |
2.3.2016 |
Iċ-Chongchongang Shipping Company, permezz tal-bastiment tagħha, iċ-Chong Chon Gang, ippruvat timporta direttament il-vjeġġ illeċitu ta' armi konvenzjonali fir-RDPK f'Lulju 2013. |
||||
23. |
Daedong Credit Bank (DCB) |
DCB; Taedong Credit Bank |
Indirizz: Suite 401, Potonggang Hotel, Ansan-Dong, Pyongchon District, Pyongyang, DPRK; Indirizz Alternattiv: Ansan-dong, Botonggang Hotel, Pongchon, Pyongyang, DPRK; SWIFT: DCBK KKPY |
2.3.2016 |
Daedong Credit Bank ipprovda servizzi finanzjarji lill-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) u t-Tanchon Commercial Bank. Tal-inqas mill-2007, id-DCB iffaċilita mijiet ta' transazzjonijiet finanzjarji li jiswew miljuni ta' dollari f'isem il-KOMID u t-Tanchon Commercial Bank. F'xi każijiet, id-DCB iffaċilita konxjament transazzjonijiet billi uża prattiki finanzjarji qarrieqa. |
||||
24. |
Hesong Trading Company |
|
Pyongyang, DPRK |
2.3.2016 |
Il-Korea Mining Development Corporation (KOMID) hija l-kumpannija omm ta' Hesong Trading Corporation. |
||||
25. |
Korea Kwangson Banking Corporation (KKBC) |
KKBC |
Jungson-dong, Sungri Street, Central District, Pyongyang, DPRK |
2.3.2016 |
Il-KKBC tipprovdi servizzi finanzjarji b'appoġġ għal Tanchon Commercial Bank u Korea Hyoksin Trading Corporation, subordinata tal-Korea Ryonbong General Corporation. Tanchon Commercial Bank uża lill-KKBC biex jiffaċilita trasferimenti ta' fondi li x'aktarx jammontaw għal miljuni ta' dollari, inklużi trasferimenti li jinvolvu fondi relatati mal-Korea Mining Development Corporation. |
||||
26. |
Korea Kwangsong Trading Corporation |
|
Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, DPRK |
2.3.2016 |
Il-Korea Ryonbong General Corporation hija l-kumpannija omm ta' Korea Kwangsong Trading Corporation. |
||||
27. |
Ministeru għall-Industrija tal-Enerġija Atomika |
MAEI |
Haeun-2-dong, Pyongchon District, Pyongyang, DPRK |
2.3.2016 |
Il-Ministeru għall-Industrija tal-Enerġija Atomika nħoloq fl-2013 bil-għan li tiġi mmodernizzata l-industrija tal-enerġija atomika tar-RDPK biex tiżdied il-produzzjoni ta' materjal nukleari, tittejjeb il-kwalità tiegħu, u tiġi żviluppata aktar industrija nukleari indipendenti tar-RDPK. Bħala tali, il-MAEI huwa magħruf bħala attur kritiku fl-iżvilupp ta' armi nukleari tar-RDPK u huwa nkarigat mill-operazzjoni ta' kuljum tal-programm tal-armi nukleari tal-pajjiż, u taħtu hemm organizzazzjonijiet oħra relatati mal-kwistjonijiet nukleari. Taħt dan il-ministeru hemm għadd ta' organizzazzjonijiet u ċentri ta' riċerka relatati mal-qasam nukleari, kif ukoll żewġ kumitati: Kumitat għall-Applikazzjoni tal-Isotopi u Kumitat għall-Enerġija Nukleari. Il-MAEI jidderieġi wkoll ċentru ta' riċerka nukleari f'Yongbyun, is-sit tal-faċilitajiet magħrufa tal-plutonju tar-RDPK. Barra minn hekk, fir-rapport tal-Grupp ta' Esperti (POE) tal-2015, il-POE ddikjara li Ri Je-son, ex-direttur tal-GBAE li ġie deżinjat mill-Kumitat stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 1718 (2006) fl-2009 għal involviment fi programmi relatati mal-qasam nukleari jew għal appoġġ għalihom, inħatar kap tal-MAEI fid-9 ta' April 2014. |
||||
28. |
Munitions Industry Department |
Military Supplies Industry Department |
Pyongyang, DPRK |
2.3.2016 |
Il-Munitions Industry Department huwa involut f'aspetti ewlenin tal-programm ta' missili tar-RDPK. L-MID huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-iżvilupp tal-missili ballistiċi tar-RDPK, inkluż it-Taepo Dong-2. L-MID jissorvelja l-programmi tal-produzzjoni tal-armi u ta' R&Ż tar-RDPK, inkluż il-programm tal-missili ballistiċi tar-RDPK. Is-Second Economic Committee u s-Second Academy of Natural Sciences — ukoll deżinjati f'Awwissu 2010 — huma subordinati għal MID. Fis-snin reċenti l-MID ħadem biex jiżviluppa l-KN08 road-mobile ICBM. |
||||
29. |
National Aerospace Development Administration |
NADA |
DPRK |
2.3.2016 |
In-NADA hija involuta fl-iżvilupp tax-xjenza u t-teknoloġija spazjali tar-RDPK, inklużi l-illanċjar ta' satelliti u carrier rockets. |
||||
30. |
Office 39 |
Office #39; Office No. 39; Bureau 39; Central Committee Bureau 39; Third Floor; Division 39 |
DPRK |
2.3.2016 |
Entità tal-gvern tar-RDPK. |
||||
31. |
Reconnaissance General Bureau |
Chongch'al Ch'ongguk; KPA Unit 586; RGB |
Hyongjesan- Guyok, Pyongyang, DPRK; Indirizz Alternattiv: Nungrado, Pyongyang, DPRK |
2.3.2016 |
Ir-Reconnaissance General Bureau huwa l-organizzazzjoni ewlenija tal-intelligence tar-RDPK, maħluqa fil-bidu tal-2009 bil-fużjoni ta' organizzazzjonijiet tal-intelligence eżistenti mill-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, l-Operations Department u l-Office 35, u r-Reconnaissance Bureau tal-Armata tal-Poplu Korean. Ir-Reconnaissance General Bureau jinnegozja armi konvenzjonali u jikkontrolla l-kumpannija tal-armi konvenzjonali tar-RDPK Green Pine Associated Corporation. |
||||
32. |
Second Economic Committee |
|
Kangdong, DPRK |
2.3.2016 |
Is-Second Economic Committee huwa involut f'aspetti ewlenin tal-programm ta' missili tar-RDPK. Is-Second Economic Committee huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-produzzjoni tal-missili ballistiċi tar-RDPK, u jidderieġi l-attivitajiet tal-KOMID. |
ANNESS II
Lista ta' persuni msemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 23(1) u ta' persuni u entitajiet imsemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 27(1)
I. |
Persuni u entitajiet responsabbli għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew fuq id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom. A. Persuni
B. Entitajiet
|
II. |
Persuni u entitajiet li jipprovdu servizzi finanzjarji li jistgħu jikkontribwixxu għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda tal-massiva. A. Persuni
B. Entitajiet
|
III. |
Il-persuni u l-entitajiet li huma involuti fil-forniment lil jew mir-RDPK ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, jew ta' oġġetti, materjal, tagħmir, beni jew teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva A. Persuni B. Entitajiet |
ANNESS III
Lista ta' persuni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 23(1) u l-punt (c) tal-Artikolu 27(1)
…
28.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/125 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/850
tas-27 ta' Mejju 2016
li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK (1). |
(2) |
Fit-28 ta' Mejju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/837 (2), li testendi l-miżuri restrittivi indikati fid-Deċiżjoni 2013/255/PESK sal-1 ta' Ġunju 2016. |
(3) |
Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom ikomplu jiġu estiżi sal-1 ta' Ġunju 2017. |
(4) |
Żewġ persuni ma għandhomx jinżammu iktar fuq il-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK. |
(5) |
L-informazzjoni li tirrigwarda ċerti persuni elenkati fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK għandha tiġi aġġornata. |
(6) |
Id-Deċiżjoni 2013/255/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 34 tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 34
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-1 ta' Ġunju 2017. Hija għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Tista' tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”.
Artikolu 2
L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Mejju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
A.G. KOENDERS
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/837 tat-28 ta' Mejju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 132, 29.5.2015, p. 82).
ANNESS
I. |
L-entrati li jikkonċernaw il-persuni li ġejjin jitneħħew mil-lista ta' persuni li tinsab fit-Taqsima A tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:
|
II. |
L-entrati li jikkonċernaw il-persuni elenkati hawn taħt, kif indikat fit-Taqsima A tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK, huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:
|
28.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/131 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/851
tas-26 ta' Mejju 2016
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni 2009/719/KE fir-rigward tal-awtorizzazzjoni biex il-Kroazja tirrevedi l-programm ta' monitoraġġ annwali tagħha tal-BSE
(notifikata bid-dokument C(2016) 3097)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni tal-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs) fl-annimali. Jeħtieġ li kull Stat Membru jwettaq programm ta' monitoraġġ annwali tat-TSEs fuq il-bażi ta' sorveljanza attiva u passiva, f'konformità mal-Anness III tiegħu. Barra minn hekk, l-Artikolu 6(1b) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jipprevedi li tista' ssir reviżjoni tal-programm ta' monitoraġġ annwali għal dawk l-Istati Membri li jistgħu juru titjib fis-sitwazzjoni epidjemoloġika ta' pajjiżhom, skont ċerti kriterji stabbiliti fil-punt 7 tal-Parti I tal-Kapitolu A tal-Anness III ta' dak ir-Regolament. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/719/KE (2) tawtorizza lill-Istati Membri elenkati fl-Anness tagħha biex jirrevedu l-programm ta' monitoraġġ annwali tagħhom tal-Enċifalopatija Sponġiformi Bovina (BSE) f'konformità mal-Artikolu 6(1b) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001. Bħalissa hemm 25 Stat Membru elenkat f'dak l-Anness, jiġifieri l-Istati Membri kollha minbarra l-Bulgarija, il-Kroazja u r-Rumanija. |
(3) |
Fit-22 ta' Jannar 2015, il-Kroazja ppreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-programm ta' monitoraġġ annwali tagħha tal-BSE. |
(4) |
Fit-8 ta' Frar 2016, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ippubblikat rapport xjentifiku dwar l-evalwazzjoni tar-reviżjoni tal-iskema tal-monitoraġġ tal-BSE fil-Kroazja (3) (iktar 'il quddiem “ir-rapport tal-EFSA”). Ir-rapport tal-EFSA jindika li ż-żieda tal-Kroazja fl-unità epidemjoloġika li tinkludi 25 Stat Membru li bħalissa huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2009/719/KE, jekk wieħed jassumi l-implimentazzjoni tal-iskema ta' sorveljanza attwali kif awtorizzata permezz tad-Deċiżjoni 2009/719/KE għall-25 Stat Membru, kieku tirriżulta fil-possibbiltà, f'unità epidemjoloġika magħmula minn dawk il-25 Stat Membru flimkien mal-Kroazja, li tiġi identifikata l-BSE bi prevalenza tad-disinn ta' mill-anqas 1 għal kull 3 789 838 tal-popolazzjoni bovina adulta b'livell ta' fiduċja ta' 95 %. Dik il-prevalenza tad-disinn hija aktar sensittiva mill-prevalenza tad-disinn minima meħtieġa għas-sorveljanza tat-Tip A, li hija definita fil-punt 1(a) tal-Kapitolu D tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 bħala każ 1 għal kull 100 000 fil-popolazzjoni adulta tal-annimali bovini tal-pajjiż jew reġjun, b'livell ta' fiduċja ta' 95 %. |
(5) |
Mill-14 sat-23 ta' Ġunju 2010 u mis-26 ta' Novembru sas-6 ta' Diċembru 2012, il-Kummissjoni wettqet verifiki fil-Kroazja sabiex jiġu evalwati l-miżuri dwar il-BSE (“il-verifiki tal-Kummissjoni”). Il-verifiki tal-Kummissjoni koprew l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-annimali bovini u l-implimentazzjoni tal-projbizzjoni fuq l-għalf fil-Kroazja. Għalhekk, l-eżitu tal-verifiki tal-Kummissjoni kien użat bħala element sabiex tiġi evalwata l-konformità tal-applikazzjoni ppreżentata mill-Kroazja mal-kriterji stabbiliti fil-punti 7.1(b) u (c) tal-Parti I tal-Kapitolu A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001. |
(6) |
Abbażi tal-informazzjoni inkluża fl-applikazzjoni ppreżentata mill-Kroazja biex tirrevedi l-programm ta' monitoraġġ annwali tagħha tal-BSE, tal-informazzjoni pprovduta mir-rapport tal-EFSA, u tal-informazzjoni li tirriżulta mill-verifiki tal-Kummissjoni, l-applikazzjoni ppreżentata mill-Kroazja ġiet ivvalutata b'mod favorevoli. Huwa għalhekk xieraq li l-Kroazja tiġi awtorizzata tirrevedi l-programm ta' monitoraġġ annwali tagħha tal-BSE taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk mogħtija lill-25 Stat Membru li bħalissa huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2009/719/KE. |
(7) |
Għalhekk, l-Anness tad-Deċiżjoni 2009/719/KE għandu jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Anness tad-Deċiżjoni 2009/719/KE, l-entrata “— il-Kroazja” tiddaħħal wara l-entrata “— Franza” u qabel l-entrata “— l-Italja”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Mejju 2016.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/719/KE tat-28 ta' Settembru 2009 li tawtorizza ċerti Stati Membri jirrevedu l-programm ta' monitoraġġ annwali tagħhom tal-BSE (ĠU L 256, 29.9.2009, p. 35).
(3) EFSA Journal 2016;14(2):4399.