ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 125

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
13 ta' Mejju 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/709 tas-26 ta' Jannar 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' derogi li jikkonċernaw muniti b'restrizzjonijiet fuq id-disponibbiltà ta' assi likwidi ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/710 tat-12 ta' Mejju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 f'dak li għandu x'jaqsam mas-sustanza karbonat tar-ram ( 1 )

6

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/711 tat-12 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

9

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/712 tat-12 ta' Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine)

11

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/713 tat-12 ta' Mejju 2016 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja

12

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/714 tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-estensjoni tal-azzjoni li ħadu n-Netherlands dwar id-disponibbiltà fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali VectoBacWG u Aqua-K-Othrine skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2016) 2682)

14

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/715 tal-11 ta' Mejju 2016 li tistabbilixxi miżuri fir-rigward ta' ċertu frott f'xi pajjiżi terzi biex jipprevjenu l-introduzzjoni fl-Unjoni u t-tixrid tal-organiżmu ta' ħsara Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa (notifikata bid-dokument C(2016) 2684)

16

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/716 tal-11 ta' Mejju 2016 li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/733/UE li timplementa r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-approvazzjoni ta' postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għall-impjieg u l-istabbiliment mill-ġdid tal-EURES (notifikata bid-dokument C(2016) 2772)  ( 1 )

24

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

13.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/709

tas-26 ta' Jannar 2016

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' derogi li jikkonċernaw muniti b'restrizzjonijiet fuq id-disponibbiltà ta' assi likwidi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 419(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja stabbilixxa l-istandards internazzjonali rigward il-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità u l-għodod ta' monitoraġġ tar-riskju tal-likwidità (2) (standards tal-BCBS).

(2)

Sabiex jiġu żgurati sorveljanza u applikazzjoni effettivi tad-derogi previsti fl-Artikolu 419(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll monitoraġġ effettiv tal-konformità tal-istituzzjonijiet mar-rekwiżiti applikabbli għal dawk id-derogi, skont l-istandards tal-BCBS, l-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti meta huma jkollhom l-intenzjoni li japplikaw dawn id-derogi jew meta huma jkollhom l-intenzjoni li jagħmlu bidla materjali għall-applikazzjoni ta' dawk id-derogi.

(3)

L-istandards tal-BCBS jistabbilixxu prinċipji ta' gwida għas-superviżuri f'ġuriżdizzjonijiet b'assi likwidi ta' kwalità għolja insuffiċjenti. F'konformità mal-Prinċipju 3 ta' dawk il-prinċipji ta' gwida għas-superviżuri, qabel tiġi applikata xi deroga, sabiex jintwerew ħtiġijiet ġustifikati, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu passi raġonevoli, sa fejn ikun prattikabbli, biex jiżguraw l-użu ta' assi likwidi ta' kwalità għolja u t-tnaqqis tal-livell globali ta' riskju ta' likwidità tagħhom, biex titjieb il-konformità mar-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità.

(4)

F'konformità mal-Prinċipji 1 u 4 tal-prinċipji ta' gwida għas-superviżuri stabbiliti fl-istandards tal-BCBS, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet ma japplikawx id-derogi bħala għażla ekonomika li timmassimizza l-profitti tagħhom permezz tal-għażla ta' assi likwidi alternattivi ta' kwalità għolja bbażati primarjament fuq konsiderazzjonijiet ta' rendiment. F'konformità ma' dawn il-prinċipji, huwa meħtieġ ukoll li jiġi stabbilit mekkaniżmu għal-limitazzjoni tal-użu tad-derogi biex jitnaqqsu r-riskji ta' nuqqas ta' eżekuzzjoni ta' assi alternattivi. Filwaqt li jiġu kkunsidrati l-istandards tal-BCBS jeħtieġ ukoll li jsir provvediment għal telf impost xieraq għall-finijiet tad-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li jiġu stabbiliti regoli dwar it-tariffa għall-finijiet tad-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(b) ta' dak ir-Regolament. B'mod partikolari, fir-rigward tad-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sabiex jiġi żgurat li l-prezz imħallas minn istituzzjoni għal linja ta' kreditu ta' bank ċentrali jkun ġust, it-tariffa għandha tkun magħmula minn żewġ elementi. L-ewwel element għandu jpatti għar-rendiment ogħla ggwadanjat fuq l-assi miżmuma, biex tiġi żgurata l-linja ta' kreditu sabiex tiżgura li l-prezz jirrifletti l-benefiċċji li jakkumulaw indipendentement mill-ammont attwalment miġbud. It-tieni element għandu jirrifletti l-ammont tal-linja ta' kreditu miġbud.

(5)

F'konformità mal-Prinċipju 2 tal-prinċipji ta' gwida għas-superviżuri stabbiliti fl-istandards tal-BCBS, l-użu ta' derogi għandu jkun limitat għall-istituzzjonijiet kollha bi skoperturi fil-munita rilevanti. Skont l-Artikolu 419(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, id-derogi applikati għandhom ikunu proporzjonati b'mod invers għad-disponibbiltà tal-assi rilevanti. Għal dawk ir-raġunijiet, l-użu ta' derogi għandu jkun limitat għal perċentwal ta' ħruġ nett tal-likwidità ta' istituzzjoni ta' kreditu f'munita rilevanti li tikkorrispondi għan-nuqqas rilevanti f'assi likwidi f'dik il-munita.

(6)

Dan ir-Regolament huwa msejjes fuq l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati ppreżentati mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) lill-Kummissjoni.

(7)

L-EBA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa f'dak li għandu x'jaqsam mal-istandards tekniċi regolatorji abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(8)

Skont il-proċedura fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, il-Kummissjoni approvat b'emendi l-abbozz tal-istandard regolatorju sottomess mill-EBA wara li kienet bagħtet l-abbozz tal-istandard regolatorju lura lill-EBA bl-ispjegazzjoni tar-raġunijiet għall-emendi. L-EBA ipprovdiet opinjoni formali li tappoġġa dawk l-emendi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jispeċifika l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tad-derogi msemmija fl-Artikolu 419(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar muniti b'limitazzjonijiet fuq id-disponibbiltà ta' assi likwidi.

Artikolu 2

Notifika tad-deroga

1.   Istituzzjoni ta' kreditu għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti li beħsiebha tapplika waħda jew iż-żewġ derogi previsti fl-Artikolu 419(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. In-notifika għandha tingħata bil-miktub 30 jum qabel id-data tal-ewwel applikazzjoni tad-deroga.

Fejn istituzzjoni beħsiebha tagħmel xi bidla materjali fl-applikazzjoni tagħha tad-deroga (i) kif notifikat skont l-ewwel subparagrafu, hija għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tagħha 30 jum qabel id-data tal-ewwel applikazzjoni dwar tali bidla.

F'ċirkostanzi eċċezzjonali fejn, minħabba żviluppi mhux mistennija tas-suq, avvenimenti idjosinkratiċi jew fatturi oħra lil hinn mill-kontroll tal-istituzzjoni, ma jkunx possibbli li l-awtoritajiet kompetenti jiġu notifikati dwar bidla materjali 30 jum qabel l-ewwel applikazzjoni tagħha, l-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu notifika preliminari lill-awtoritajiet kompetenti qabel l-applikazzjoni ta' bidla materjali. In-notifika preliminari tipprovdi deskrizzjoni tan-natura tal-bidla materjali flimkien ma' indikazzjoni tal-punt safejn id-deroga maħsuba tista' tiġi applikata, espressa bħala perċentwal tal-assi likwidi meħtieġa li jinżammu minn istituzzjoni biex jintlaħaq ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità. In-notifika preliminari għandha tiġi kompluta permezz ta' notifika f'konformità mat-tieni subparagrafu fi żmien 30 jum tal-ewwel applikazzjoni ta' xi deroga.

L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti kull sena dwar jekk ikollhomx l-intenzjoni li jkomplu japplikaw id-deroga notifikata skont l-ewwel subparagrafu.

2.   In-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' paragrafu 1 għandha tispeċifika l-informazzjoni li ġejja:

(a)

jekk in-notifika tikkonċernax id-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew id-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(b) ta' dak ir-Regolament, jew it-tnejn li huma;

(b)

konferma tal-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 419(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżiti tal-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament;

(c)

jekk in-notifika tikkonċernax id-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, konferma ta' konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament;

(d)

jekk in-notifika tikkonċernax id-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, konferma tal-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 5 u 6 ta' dan ir-Regolament;

(e)

stima tal-applikazzjoni futura tal-istituzzjoni ta' deroga/i f'termini tad-deroga li għandha tiġi applikata, espressa bħala perċentwal, u l-varjazzjoni tagħha matul iż-żmien flimkien ma' paragun bejn il-pożizzjoni ta' likwidità tal-istituzzjoni jekk tapplika d-deroga/i prevista/i fl-Artikolu 419(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-pożizzjoni tal-likwidità tagħha jekk ma tapplikax id-deroga/i prevista/i f'dak l-Artikolu.

Artikolu 3

Valutazzjoni tal-ħtiġijiet ġustifikati

Istituzzjoni għandha titqies li għandha ħtiġijiet ġustifikati għal assi likwidi għall-finijiet tal-Artikolu 419(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 meta l-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati biss:

(a)

jekk hi naqqset, permezz ta' ġestjoni tajba tal-likwidità, il-ħtieġa għal assi likwidi fil-firxa sħiħa ta' negozju mwettaq mill-istituzzjoni;

(b)

jekk l-investimenti ta' assi likwidi tagħha huma konsistenti mad-disponibbiltà ta' dawk l-assi fil-munita relevanti.

Artikolu 4

L-applikazzjoni tad-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.   Istituzzjoni għandha tieħu l-passi raġonevoli kollha biex tissodisfa r-rekwiżit ta' kopertura ta' likwidità stabbilit fl-Artikolu 412 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 qabel ma tiġi applikata d-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(a) ta' dak ir-Regolament.

2.   Istituzzjoni għandha tiżgura li, f'kull ħin, hija tkun tista' tidentifika operazzjonalment l-assi likwidi użati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' kopertura tal-likwidità f'munita barranija u assi likwidi miżmuma bħala riżultat tal-applikazzjoni tad-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3.   Istituzzjoni għandha tiżgura li l-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-munita barranija tagħha jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

diskrepanzi fil-muniti li jirriżultaw mill-użu tad-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġu adegwatament imkejla, immonitorjati, ikkontrollati u ġustifikati;

(b)

assi likwidi inkonsistenti mad-distribuzzjoni skont il-munita tal-ħruġ tal-likwidità wara t-tnaqqis ta'flussi ta' dħul jistgħu jiġu likwidati fil-munita tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti rilevanti kull meta jkun meħtieġ;

(c)

l-evidenza storika relatata ma' perjodi ta' stress tappoġġa l-konklużjoni li l-istituzzjoni tkun tista' minnufih tillikwida l-assi msemmija fil-punt (b).

4.   Istituzzjoni li tuża l-assi likwidi f'munita għajr il-munita tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti rilevanti biex tkopri l-ħtiġijiet ta' likwidità fil-munita msemmija l-aħħar għandha tapplika telf impost ta' 8 % fuq il-valur ta' dawk l-assi flimkien ma' kwalunkwe valwazzjoni negattiva tad-dejn skont l-Artikolu 418 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Fejn l-assi likwidi jkunu denominati f'munita li mhijiex negozjata b'mod attiv fis-swieq tal-muniti barranin madwar id-dinja, it-telf impost addizzjonali se jkun ogħla għal 8 % u l-ogħla ċaqliq fir-rata tal-kambju ta' kull xahar bejn iż-żewġ muniti fl-10 snin ta' qabel id-data ta' referenza ta' rappurtar rilevanti.

Jekk il-munita tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti rilevanti tkun formalment marbuta ma' munita oħra b'mekkaniżmu li bih il-banek ċentrali taż-żewġ muniti jkunu marbuta li jappoġġjaw ir-rata tal-kambju fissa, l-istituzzjoni tista' tapplika valwazzjoni negattiva tad-dejn daqs il-wisa' tal-faxxa tar-rati tal-kambju.

Artikolu 5

Applikazzjoni tad-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.   Istituzzjoni għandha tieħu l-passi raġonevoli kollha biex tissodisfa r-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità stabbilit fl-Artikolu 412 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 qabel tapplika d-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(b) ta' dak ir-Regolament.

2.   Istituzzjoni għandha tikseb mingħand il-Bank Ċentrali fir-rigward ta' muniti b'limitazzjonijiet fuq id-disponibbiltà ta' assi likwidi, linja ta' kreditu li tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-linja ta' kreditu tispeċifika li l-istituzzjoni jkollha intitolament legalment vinkolanti biex taċċessal-faċilitajiet ta' kreditu u li l-intitolament ikun stipulat fi ftehim bil-miktub;

(b)

wara d-deċiżjoni li tingħata linja ta' kreditu, l-aċċess għal faċilitajiet ta' kreditu mhux soġġett għal deċiżjoni ta' kreditu mill-Bank Ċentrali;

(c)

il-faċilitajiet ta' kreditu jistgħu jintużaw mill-istituzzjoni mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn ġurnata waħda wara li jiġi avżat il-Bank Ċentrali;

(d)

il-linja ta' kreditu tkun dejjem disponibbli għal perjodu li jaqbeż il-perjodu ta' 30 jum tar-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità speċifikat fl-Artikolu 412(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3.   Istituzzjoni għandha tiddepożita kollateral fil-Bank Ċentrali, li, wara li jkun ġie suġġett għal kull valwazzjoni negattiva tad-dejn applikata mill-Bank Ċentrali, ikun dejjem daqs jew ikbar mill-ammont massimu li jista' jinġibed fuq il-linja ta' kreditu.

Artikolu 6

Tariffa pagabbli għall-għoti ta' linja ta' kreditu

1.   Istituzzjoni għandha tħallas tariffa stabbilita mill-Bank Ċentrali. It-tariffa tkun magħmula minn żewġ komponenti għal-linja ta' kreditu msemmija fl-Artikolu 5(2) ta' dan ir-Regolament u trid tiżgura li ma hemm l-ebda vantaġġ jew żvantaġġ ekonomiku li jirriżulta mill-applikazzjoni tad-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, meta mqabbla ma' istituzzjonijiet li ma japplikawx id-deroga.

2.   It-tariffa li għandha titħallas minn istituzzjoni għal-linja ta' kreditu tkun is-somma tal-komponenti li ġejjin:

(a)

ammont li huwa bbażat fuq l-ammont tal-linja ta' kreditu prelevat;

(b)

ammont li jqarreb id-differenza bejn dawn li ġejjin:

(i)

ir-rendiment fuq l-assi użati biex tiġi żgurata l-linja ta' kreditu;

(ii)

ir-rendiment fuq portafoll rappreżentattiv ta' assi tat-tip previst fil-punti minn (a) sa (d) tal-Artikolu 416(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

L-ammont imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu jista' jiġi aġġustat biex jikkunsidra kwalunkwe differenza materjali fir-riskju ta' kreditu bejn is-settijiet ta' assi msemmija f'dak il-punt.

Artikolu 7

Limitu fuq l-użu ta' derogi

1.   Meta jiġu applikati d-derogi previsti fl-Artikolu 419(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jaqbżu l-perċentwal rilevanti stabbilit fir-rigward ta' munita mill-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 419(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.   Għall-finijiet ta' paragrafu 1, meta jiġu applikati d-derogi previsti fl-Artikolu 419(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-perċentwal bħala l-perċentwal li X jirrappreżenta Y fejn:

(a)

“X” huwa s-somma tal-valur tal-assi likwidi kollha li għalihom tapplika d-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, wara l-applikazzjoni ta' kull telf impost u l-ammont massimu li jista' jinġibed fuq linja ta' kreditu li għaliha tapplika d-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

“Y” huwa l-ammont tal-assi likwidi meħtieġ li jinżamm minn istituzzjoni biex tissodisfa r-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità skont l-Artikolu 412 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 8

Dispożizzjonijiet finali

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Jannar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(2)  Il-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja, Basel III: The Liquidity Coverage Ratio and liquidity risk monitoring tools (Il-Proporzjon tal-Kopertura tal-Likwidità u l-għodod ta' monitoraġġ tar-riskju tal-likwidità), Jannar 2013

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


13.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/710

tat-12 ta' Mejju 2016

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 f'dak li għandu x'jaqsam mas-sustanza “karbonat tar-ram”

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta' limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini fformulata mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, il-limitu massimu ta' residwi (minn hawn 'il quddiem, “MRL”) għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali għandu jiġi stabbilit f'Regolament.

(2)

It-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (2) tistabbilixxi s-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fejn jidħlu l-MRLs fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali.

(3)

Il-karbonat tar-ram għadu ma ddaħħalx f'din it-tabella.

(4)

Lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-EMA”) intbagħtitilha applikazzjoni għall-istabbiliment tal-limiti massimi ta' residwi għall-karbonat tar-ram fl-ispeċijiet kollha li jipproduċu l-ikel.

(5)

Abbażi tal-opinjoni tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju, l-EMA rrakkomandat li l-iffissar tal-MRLs għall-karbonat tar-ram fl-ispeċijiet kollha li jipproduċu l-ikel mhuwiex meħtieġ għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem.

(6)

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, l-EMA għandha tqis li jew tuża l-limiti massimi ta' residwi stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva li tinsab f'oġġett tal-ikel partikulari għal oġġett tal-ikel ieħor li ġej mill-istess speċi, jew inkella li tuża l-limiti massimi ta' residwi stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva fi speċi waħda jew iktar għal speċijiet oħrajn.

(7)

Billi skont l-opinjoni tal-EMA ma għandu jiġi stabbilit l-ebda MRL għall-karbonat tar-ram għall-ispeċijiet kollha li jipproduċu l-ikel, l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009 ma japplikax.

(8)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta' Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).


ANNESS

Fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010, tiddaħħal entrata f'ordni alfabetika għal din is-sustanza:

Sustanza farmakoloġikament attiva

Residwu markatur

Speċi tal-annimali

MRL

Tessuti fil-mira

Dispożizzjonijiet oħrajn (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009)

Klassifikazzjoni Terapewtika

“Karbonat tar-ram

MHUX APPLIKABBLI

L-ispeċijiet kollha li jipproduċu l-ikel

MRL mhux neċessarju

MHUX APPLIKABBLI

L-EBDA ENTRATA

L-apparat alimentari u l-metaboliżmu/Is-supplimenti minerali”


13.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/711

tat-12 ta' Mejju 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

91,1

TR

73,2

ZZ

82,2

0707 00 05

TR

116,3

ZZ

116,3

0709 93 10

TR

144,6

ZZ

144,6

0805 10 20

EG

55,7

IL

89,2

MA

57,0

TR

35,6

ZA

78,5

ZZ

63,2

0805 50 10

ZA

157,2

ZZ

157,2

0808 10 80

AR

117,9

BR

99,6

CL

115,3

CN

101,6

NZ

134,6

US

163,3

ZA

101,4

ZZ

119,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

13.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/712

tat-12 ta' Mejju 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/486/PESK (1).

(2)

Id-Deċiżjoni 2014/486/PESK, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2249 (2), ipprovdiet lill-EUAM Ukraine ammont ta' referenza sat-30 ta' Novembru 2016 u mandat sat-30 ta' Novembru 2017.

(3)

L-ammont ta' referenza għandu jiġi adattat u d-Deċiżjoni 2014/486/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 14(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata ma' EUAM Ukraine sat-30 ta' Novembru 2014 għandu jkun ta' EUR 2 680 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata ma' EUAM Ukraine għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2014 sat-30 ta' Novembru 2015 għandu jkun ta' EUR 13 100 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata ma' EUAM Ukraine għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2015 sat-30 ta' Novembru 2016 għandu jkun ta' EUR 17 670 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodi sussegwenti għandu jiġi deċiż mill-Kunsill”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) (ĠU L 217, 23.7.2014, p. 42).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2249 tat-3 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar- Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) (ĠU L 318, 4.12.2015, p. 38).


13.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/713

tat-12 ta' Mejju 2016

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-10 ta' Novembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK (1) li tistabbilixxi l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea Atalanta.

(2)

Fil-21 ta' Novembru 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/827/PESK (2) li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK u estendiet Atalanta sat-12 ta' Diċembru 2016.

(3)

L-Unjoni stabbilixxiet il-programm CRIMARIO biex issaħħaħ l-għarfien tas-sitwazzjoni marittima fl-Oċean Indjan. Atalanta għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta' CRIMARIO skont il-mezzi u l-kapaċitajiet tagħha.

(4)

Atalanta għandha titħalla tikkondividi mas-sħab rilevanti informazzjoni, minbarra data personali, dwar attivitajiet marittimi illegali jew mhux awtorizzati miġbura matul l-operazzjonijiet ta' rutina kontra l-piraterija.

(5)

Ir-Riżoluzzjoni 2244 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti estendiet il-mandat tal-Grupp ta' Monitoraġġ tas-Somalja u l-Eritrea (SEMG), b'mod partikolari fir-rigward tal-embargo fuq l-armi lis-Somalja u l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-faħam tal-kannol Somalu, u laqgħet l-isforzi tal-Forzi Marittimi Kkombinati (CMF) fl-impenn tagħhom biex ixekklu l-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-faħam tal-kannol lejn u mis-Somalja, filwaqt li esprimiet tħassib li l-kummerċ tal-faħam tal-kannol jipprovdi finanzjament lill-Al-Shabaab.

(6)

L-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, il-punt (l) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(l)

tassisti permezz ta' appoġġ loġistiku, il-provvista ta' għarfien espert jew taħriġ fuq il-baħar, fuq talba tagħhom u skont il-mezzi u l-kapaċitajiet eżistenti, lil EUCAP Nestor, EUTM Somalia, ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Qarn tal-Afrika, id-Delegazzjoni tal-UE għas-Somalja fir-rigward tal-mandati tagħhom u ż-żona ta' operazzjoni ta' Atalanta u tikkontribwixxi fl-implimentazzjoni tal-programmi rilevanti tal-UE, b'mod partikolari l-programm reġjonali ta' sigurtà Marittima (MASE) taħt l-għaxar FEŻ u CRIMARIO;”.

(2)

L-Artikolu 15(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Ir-RGħ huwa b'dan awtorizzat li jikkomunika lill-Forzi Marittimi ta' Koalizzjoni (“CMF”) immexxija mill-Istati Uniti, permezz tal-Kwartieri Ġenerali tagħhom, kif ukoll lil Stati terzi li mhux qed jieħdu sehem fis-CMF u lil organizzazzjonijiet internazzjonali, li jinsabu fiż-żona tal-operazzjoni militari tal-UE, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE ġġenerati għall-fini tal-operazzjoni militari tal-UE fil-livell ta' RESTREINT UE, fuq il-bażi ta' reċiproċità, fejn komunikazzjoni bħal din fil-post tal-operazzjoni hija meħtieġa għal raġunijiet operattivi, skont ir-regolamenti ta' sigurtà tal-Kunsill u soġġett għal arranġamenti bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tal-partijiet terzi msemmija hawn fuq.”.

(3)

Fl-Artikolu 15, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Atalanta hija b'dan awtorizzata li tikkondividi mal-SEMG u l-CMF informazzjoni, minbarra data personali, dwar attivitajiet illegali jew mhux awtorizzati, miġbura matul l-operazzjonijiet kontra l-piraterija.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/827/PESK tal-21 ta' Novembru 2014 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (ĠU L 335, 22.11.2014, p. 19).


13.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/14


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/714

tal-11 ta' Mejju 2016

dwar l-estensjoni tal-azzjoni li ħadu n-Netherlands dwar id-disponibbiltà fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali VectoBacWG u Aqua-K-Othrine skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2016) 2682)

(It-test bin-Netherlandiż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1) (minn hawn 'il quddiem, “ir-Regolament”), u b'mod partikolari l-Artikolu 55(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament, fis-7 ta' Ottubru 2015, in-Netherlands adottaw deċiżjoni biex jippermettu temporanjament it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' VectoBacWG u ta' Aqua-K-Othrine għall-kontroll tal-larvi u tal-adulti tal-ispeċijiet eżotiċi invażivi ta' nemus minn operaturi ċċertifikati, Aedes albopictus u Aedes japonicus, (minn hawn 'il quddiem, “nemus”) għal perjodu sal-1 ta' Novembru 2015. Minħabba t-tmiem tal-istaġun tan-nemus, ma kienx hemm għalfejn li dan il-permess jinżamm ukoll tul l-istaġun tax-xitwa. In-Netherlands infurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra mingħajr dewmien dwar din l-azzjoni u dwar il-ġustifikazzjoni għaliha skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament.

(2)

VectoBacWG fih il-Bacillus thuringiensis subsp. israelensis tas-serotip H14 u tar-razza AM65-52 (minn hawn 'il quddiem, “Bacillus thuringiensis israelensis”) bħala sustanza attiva u Aqua-K-Othrine fih id-deltametrina bħala sustanza attiva, it-tnejn li huma għall-użu fil-prodotti tat-tip 18 kif iddefinit fl-Anness V tar-Regolament. Skont l-informazzjoni pprovduta min-Netherlands, il-miżura temporanja kienet meħtieġa għall-ħarsien tas-saħħa pubblika billi dawn in-nemus, li fin-Netherlands jinstabu fl-istabbilimenti tal-kumpaniji tal-bejgħ tat-tajers, fiċ-ċimiterji u fil-ġonna, jistgħu jġorru mard tropikali bħad-dengue u ċ-chikungunya. Il-possibbiltà tat-tixrid għandha tiġi evitata kemm jista' jkun u malajr kemm jista' jkun.

(3)

Fit-12 ta' Jannar 2016, il-Kummissjoni rċeviet talba mingħand in-Netherlands sabiex tiddeċiedi dwar jekk il-miżura tistax tiġi estiża skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament. It-talba saret minħabba l-fatt li inkella fin-Netherlands ma jkunx hemm disponibbli prodotti alternattivi xierqa għall-kontroll tan-nemus li jġorr il-mard fl-1 ta' April 2016 meta hu mistenni li jibda l-istaġun il-ġdid tan-nemus.

(4)

Is-sustanzi attivi Bacillus thuringiensis israelensis u d-deltametrina (KE Nru 258-256-6, Nru CAS 52918-63-5) t-tnejn kienu ġew evalwati fil-programm ta' ħidma għall-eżami sistematiku tas-sustanzi attivi kollha li diġà kienu fis-suq fl-14 ta' Mejju 2000, kif stipulat fl-Artikolu 89 tar-Regolament.

(5)

Wara l-approvazzjoni taż-żewġ sustanzi attivi, l-applikazzjonijiet għall-ewwel awtorizzazzjoni ta' VectoBacWG u ta' Aqua-K-Othrine tressqu skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 89(3) tar-Regolament, fil-Greċja u fi Franza, rispettivament, u għadhom qed jiġu evalwati. L-applikazzjonijiet bil-għan li jiksbu r-rikonoxximent reċiproku f'sekwenza fin-Netherlands skont l-Artikolu 33 tar-Regolament, huma mistennija li jiġu ppreżentati ladarba l-Greċja u Franza jkunu taw l-awtorizzazzjonijiet tagħhom.

(6)

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard jirrikonoxxi li n-nemus infirex drammatikament fil-livell dinji, iffaċilitat b'mod partikolari mill-attivitajiet tal-bniedem, u għandu l-potenzjal li jsir theddida serja għas-saħħa.

(7)

Fl-istennija li fin-Netherlands tingħata l-awtorizzazzjoni għal VectoBacWG u Aqua-K-Othrine, skont l-Artikolu 33 tar-Regolament, jixraq li n-Netherlands jitħallew jestendu l-miżura temporanja għal perjodu totali ta' mhux aktar minn 550 jum.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, in-Netherlands jistgħu jestendu, għal perjodu totali ta' mhux aktar minn 550 jum, il-miżura għat-tqegħid fis-suq u għall-użu ta' VectoBacWG, li fih il-Bacillus thuringiensis israelensis, u ta' Aqua-K-Othrine, li fih id-deltametrina (KE Nru 258-256-6, Nru CAS 52918-63-5), għall-prodotti tat-tip 18 kif inhu ddefinit fl-Anness V tar-Regolament (insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta' artropodi oħra) għall-kontroll tan-nemus li jġorr il-mard.

Artikolu 2

Huma u jieħdu l-azzjoni msemmija fl-Artikolu 1, in-Netherlands għandhom jassiguraw li dawn il-prodotti jintużaw biss minn operaturi ċċertifikati u bis-superviżjoni tal-awtorità kompetenti.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Netherlands.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.


13.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/16


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/715

tal-11 ta' Mejju 2016

li tistabbilixxi miżuri fir-rigward ta' ċertu frott f'xi pajjiżi terzi biex jipprevjenu l-introduzzjoni fl-Unjoni u t-tixrid tal-organiżmu ta' ħsara Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa

(notifikata bid-dokument C(2016) 2684)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari t-tielet sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

Il-Guignardia citricarpa Kiely (ir-razez kollha li huma patoġeniċi għaċ-ċitru) huwa elenkat fil-punt (c)11 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2000/29/KE bħala organiżmu ta' ħsara li mhuwiex magħruf li jeżisti fl-Unjoni. Mill-2011, wara l-approvazzjoni ta' kodiċi ġdid għan-nomenklatura fungali mill-Kungress Botaniku Internazzjonali (International Botanical Congress), dak l-organiżmu sar magħruf bħala Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ bħala “Phyllosticta citricarpa”.

(2)

Minħabba l-għadd kbir rikorrenti ta' interċettazzjonijiet ta' frott taċ-ċitru li joriġina mill-Brażil u mill-Afrika t'Isfel, biex jiġi introdott fl-Unjoni l-frott taċ-ċitru kien soġġett għal miżuri speċifiċi. Dawk il-miżuri ġew stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/416/KE (2) għall-frott taċ-ċitru li joriġina mill-Brażil u bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/422/UE (3) għall-frott taċ-ċitru li joriġina mill-Afrika t'Isfel.

(3)

Fid-dawl tal-interċettazzjonijiet rikorrenti tal-Phyllosticta citricarpa għall-frott taċ-ċitru li joriġina mill-Brażil, għandhom jiġu stabbiliti kundizzjonijiet xierqa li jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni u d-dokumentazzjoni qabel ma l-frott jiġi esportat. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom japplikaw f'każ li l-frott taċ-ċitru jkun prodott f'post fejn ma ġie osservat l-ebda sintomu tal-Phyllosticta citricarpa.

(4)

L-għadd kbir rikorrenti ta' interċettazzjonijiet tal-Phyllosticta citricarpa ġie nnotifikat fl-2015 mill-Istati Membri, bħala riżultat tal-importazzjonijiet tal-frott taċ-ċitru li joriġinaw mill-Urugwaj. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri għal dak il-frott li joriġina mill-Urugwaj li għandhom ikunu simili għall-miżuri adottati għal dak il-frott li joriġina mill-Afrika t'Isfel. Peress li ħafna minn dawk l-interċettazzjonijiet saru fuq il-frott ta' Citrus sinensis (L.) Osbeck “Valencia”, barra milli jiġu applikati l-miżuri adottati għall-frott taċ-ċitru kollu, dak il-frott għandu jiġi ttestjat għal infezzjoni moħbija.

(5)

Fid-dawl tal-valutazzjoni tar-riskju dwar organiżmi ta' ħsara (4) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, l-importazzjoni tal-frott taċ-ċitru intiż esklussivament għall-ipproċessar f'meraq għandha inqas riskju li tittrasferixxi l-Phyllosticta citricarpa lejn pjanta ospitanti xierqa peress li tkun soġġetta għal kontrolli uffiċjali fl-Unjoni li jistabbilixxu rekwiżiti speċifiċi li jikkonċernaw il-moviment, l-ipproċessar, il-ħżin, il-kontenituri, l-ippakkjar u t-tikkettar. Għalhekk, l-importazzjonijiet jistgħu jsiru taħt rekwiżiti inqas stretti.

(6)

Sabiex jiġu introdotti fl-Unjoni, għandha tiġi żgurata t-traċċabilità sħiħa tal-frott speċifikat. L-aspetti relatati mal-għalqa tal-produzzjoni, mal-faċilitajiet ta' ppakkjar u mal-operaturi li jieħdu sehem fil-ġestjoni tal-frott speċifikat għandhom ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni uffiċjali. Matul il-passaġġ tagħhom mill-għalqa tal-produzzjoni sal-Unjoni, il-frott speċifikat għandu jkun akkumpanjat b'dokumenti maħruġa taħt is-sorveljanza tal-Organizzazzjoni Nazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti.

(7)

Għal raġunijiet ta' ċarezza, ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Deċiżjoni 2004/416/KE u fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/422/UE għandhom jinbidlu b'sett ġdid ta' rekwiżiti miġbura f'att wieħed għall-frott taċ-ċitru li joriġina mill-Brażil, mill-Afrika t'Isfel u mill-Urugwaj. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2004/416/KE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/422/UE għandhom jitħassru.

(8)

Il-miżuri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw mill-1 ta' Ġunju 2016 biex l-Organizzazzjonijiet Nazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti, il-korpi uffiċjali responsabbli u l-operaturi kkonċernati jkollhom biżżejjed żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda.

(9)

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Marzu 2019.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi miżuri fir-rigward ta' ċertu frott li joriġina mill-Brażil, mill-Afrika t'Isfel u mill-Urugwaj biex jipprevjenu l-introduzzjoni fl-Unjoni u t-tixrid tal-organiżmu ta' ħsara Phyllosticta citricarpa.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Phyllosticta citricarpa” tfisser Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa, magħrufa wkoll bħala Guignardia citricarpa Kiely skont id-Direttiva 2000/29/KE;

(b)

“frott speċifikat” tfisser frott ta' Citrus L., Fortunella Swingle, Poncirus Raf., u l-ibridi tagħhom għajr il-frott ta' Citrus aurantium L. u Citrus latifolia Tanaka li joriġinaw mill-Brażil, mill-Afrika t'Isfel jew mill-Urugwaj.

KAPITOLU II

MIZURI FIR-RIGWARD TA' FROTT SPEĊIFIKAT GĦAJR IL-FROTT INTIŻ ESKLUSSIVAMENT GĦALL-IPPROĊESSAR INDUSTRIJALI F'MERAQ

Artikolu 3

Introduzzjoni fl-Unjoni ta' frott speċifikat, għajr il-frott intiż esklussivament għall-ipproċessar industrijali f'meraq

1.   B'deroga mill-punti 16.4(c) u (d) tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE, il-frott speċifikat li joriġina mill-Brażil, mill-Afrika t'Isfel jew mill-Urugwaj, għajr il-frott intiż esklussivament għall-ipproċessar industrijali f'meraq, għandu jiġi introdott fl-Unjoni skont l-Artikoli 4 sa 7 ta' din id-Deċiżjoni.

2.   Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 16.1, 16.2, 16.3 u 16.5 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE.

Artikolu 4

Introduzzjoni fl-Unjoni ta' frott speċifikat li joriġina mill-Brażil

Il-frott speċifikat li joriġina mill-Brażil għandu jiġi introdott fl-Unjoni biss jekk ikun akkumpanjat b'ċertifikat fitosanitarju, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-punt (ii) tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, li taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali” jiddikjara uffiċjalment li fil-post ta' produzzjoni ma ġie osservat l-ebda sintomu tal-Phyllosticta citricarpa sa mill-bidu tal-aħħar ċiklu ta' veġetazzjoni, u li f'eżami uffiċjali xieraq l-ebda frott maħsud fil-post ta' produzzjoni ma wera s-sintomi ta' dak l-organiżmu ta' ħsara.

Artikolu 5

Introduzzjoni fl-Unjoni ta' frott speċifikat li joriġina mill-Afrika t'Isfel u mill-Urugwaj

Il-frott speċifikat li joriġina mill-Afrika t'Isfel u mill-Urugwaj għandu jkun akkumpanjat minn ċertifikat fitosanitarju, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-punt (ii) tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, li taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali” jkun fih l-elementi li ġejjin:

(a)

dikjarazzjoni li l-frott speċifikat joriġina f'għalqa ta' produzzjoni li kienet soġġetta għal trattamenti kontra l-Phyllosticta citricarpa mwettqa f'ħin xieraq sa mill-bidu tal-aħħar ċiklu ta' veġetazzjoni;

(b)

dikjarazzjoni li twettqet spezzjoni uffiċjali xierqa fl-għalqa ta' produzzjoni matul l-istaġun ta' tkabbir u li fil-frott speċifikat ma nstab l-ebda sintomu tal-Phyllosticta citricarpa sa mill-bidu tal-aħħar ċiklu ta' veġetazzjoni;

(c)

dikjarazzjoni li ttieħed kampjun f'xi punt minn meta jasal il-frott sa ma jiġi ppakkjat f'faċilitajiet ta' ppakkjar ta' mill-inqas 600 frotta ta' kull speċi għal kull 30 tunnellata, jew parti minnhom, kemm jista' jkun magħżula abbażi ta' kull sintomu possibbli tal-Phyllosticta citricarpa u l-frott kollu li jkun ittieħed kamjun tiegħu u li juri xi sintomu, ikun ġie ttestjat u nstab ħieles minn dak l-organiżmu ta' ħsara;

(d)

fil-każ ta' Citrus sinensis (L.) Osbeck “Valencia”, minbarra d-dikjarazzjonijiet imsemmija f'(a), (b) u (c) trid tiġi pprovduta: dikjarazzjoni li ttieħed kampjun għal kull 30 tunnellata, jew parti minnhom, u li ġie ttestjat għal infezzjoni moħbija u nstab ħieles mill-Phyllosticta citricarpa.

Artikolu 6

Rekwiżiti fl-Unjoni li jikkonċernaw l-ispezzjoni tal-frott speċifikat li joriġina mill-Afrika t'Isfel u mill-Urugwaj

1.   Il-frott speċifikat li joriġina mill-Afrika t'Isfel u mill-Urugwaj għandu jiġi spezzjonat viżwalment fil-punt tad-dħul jew fil-post tad-destinazzjoni stabbiliti skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE (5). Dawk l-ispezzjonijiet għandhom jitwettqu fuq kampjun ta' mill-inqas 200 frotta ta' kull speċi ta' frott speċifikat, f'lottijiet ta' 30 tunnellata l-wieħed, jew fuq parti minnhom, li jintgħażlu abbażi ta' kull sintomu possibbli tal-Phyllosticta citricarpa.

2.   Jekk waqt l-ispezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jinstabu xi sintomi tal-Phyllosticta citricarpa, il-preżenza ta' dak l-organiżmu ta' ħsara għandha tiġi kkonfermata jew rrifjutata billi jiġi ttestjat il-frott li juri dawn is-sintomi.

3.   Jekk il-preżenza tal-Phyllosticta citricarpa tiġi kkonfermata, il-lott li minnu ttieħed il-kampjun ma għandux jingħata permess jidħol fl-Unjoni.

Artikolu 7

Rekwiżiti ta' traċċabilità

Għall-finijiet tat-traċċabilità, il-frott speċifikat għandu jiġi introdott fl-Unjoni biss jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjijn:

(a)

l-għalqa ta' produzzjoni, il-faċilitajiet ta' ppakkjar, l-esportaturi u kwalunkwe operatur ieħor involut fil-ġestjoni tal-frott speċifikat, ikunu ġew irreġistrati uffiċjalment għal dak il-għan;

(b)

matul il-passaġġ tagħhom mill-għalqa tal-produzzjoni sal-Unjoni, il-frott speċifikat jkun ġie akkumpanjat b'dokumenti maħruġa taħt is-sorveljanza tal-Organizzazzjoni Nazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti;

(c)

fil-każ tal-frott speċifikat li joriġina mill-Afrika t'Isfel u mill-Urugwaj, minbarra l-punti (a) u (b), trid tinżamm informazzjoni ddettaljata dwar it-trattamenti li jkunu saru qabel u wara l-ħsad.

KAPITOLU III

MIZURI FIR-RIGWARD TA' FROTT SPEĊIFIKAT INTIŻ ESKLUSSIVAMENT GĦALL-IPPROĊESSAR INDUSTRIJALI F'MERAQ

Artikolu 8

Introduzzjoni u moviment fl-Unjoni ta' frott speċifikat intiż esklussivament għall-ipproċessar industrijali f'meraq

1.   B'deroga mill-punt 16.4(d) tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE, il-frott speċifikat taċ-ċitru li joriġina mill-Brażil, mill-Afrika t'Isfel jew mill-Urugwaj intiż esklussivament għall-ipproċessar industrijali f'meraq, għandu jiġi introdott u mċaqlaq fl-Unjoni skont l-Artikoli 9 sa 17 ta' din id-Deċiżjoni.

2.   Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 16.1, 16.2, 16.3 u 16.5 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE.

Artikolu 9

Ċertifikati fitosanitarji

1.   Il-frott speċifikat għandu jkun akkumpanjat minn ċertifikat fitosanitarju, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-punt (ii) tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2000/29/KE. Iċ-ċertifikat fitosanitarju għandu jinkludi l-elementi li ġejjin taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali”:

(a)

dikjarazzjoni li l-frott speċifikat joriġina f'għalqa ta' produzzjoni li kienet soġġetta għal trattamenti xierqa kontra l-Phyllosticta citricarpa mwettqa f'ħin xieraq;

(b)

dikjarazzjoni li twettqet spezzjoni viżwali uffiċjali xierqa waqt l-ippakkjar u li f'dik l-ispezzjoni ma nstab l-ebda sintomu tal-Phyllosticta citricarpa fil-frott speċifikat maħsud fl-għalqa ta' produzzjoni;

(c)

il-kliem “Frott intiż esklussivament għall-ipproċessar industrijali f'meraq”.

2.   Iċ-ċertifikat fitosanitarju jrid jinkludi n-numri ta' identifikazzjoni tal-kontenituri u n-numri uniċi tat-tabelli fuq il-pakketti individwali kif imsemmija fl-Artikolu 17.

Artikolu 10

Rekwiżiti ta' traċċabilità u moviment tal-frott speċifikat fil-pajjiż terż ta' oriġini

Għall-finijiet ta' traċċabilità, il-frott speċifikat għandu jiġi introdott fl-Unjoni biss jekk joriġina f'post ta' produzzjoni rreġistrat uffiċjalment u jekk tkun saret reġistrazzjoni uffiċjali tal-moviment ta' dak il-frott mill-post ta' produzzjoni sal-punt ta' esportazzjoni fl-Unjoni. Il-kodiċi tal-unità ta' produzzjoni rreġistrat għandu jissemma fiċ-ċertifikat fitosanitarju msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-punt (ii) tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali”.

Artikolu 11

Punti ta' dħul tal-frott speċifikat

1.   Il-frott speċifikat għandu jiġi introdott permezz ta' punti ta' dħul, magħżula mill-Istat Membru li fih jinsabu dawk il-punti ta' dħul.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw biżżejjed minn qabel lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi terzi kkonċernati bil-punti ta' dħul magħżula u bl-isem u bl-indirizz tal-korp uffiċjali ta' kull punt ta' dħul.

Artikolu 12

Spezzjoni tal-punti ta' dħul tal-frott speċifikat

1.   Il-frott speċifikat għandu jiġi spezzjonat viżwalment fil-punt ta' dħul mill-korp uffiċjali responsabbli.

2.   Jekk waqt l-ispezzjonijiet jinstabu xi sintomi tal-Phyllosticta citricarpa, il-preżenza ta' dak l-organiżmu ta' ħsara għandha tiġi kkonfermata jew rrifjutata billi jiġi ttestjat il-frott. Jekk il-preżenza tal-organiżmu ta' ħsara tiġi kkonfermata, il-lott li minnu ttieħed il-kampjun ma għandux jingħata permess jidħol fl-Unjoni.

Artikolu 13

Rekwiżiti għall-importaturi

1.   L-importaturi tal-frott speċifikat għandhom jinnotifikaw id-dettalji ta' kull kontenitur qabel ma jasal fil-punt ta' dħul lill-korp uffiċjali responsabbli fl-Istat Membru li fih jinsab il-punt ta' dħul, u fejn applikabbli, lill-korp uffiċjali responsabbli tal-Istat Membru fejn se jsir l-ipproċessar.

In-notifika għandha tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-volum tal-frott speċifikat taċ-ċitru;

(b)

in-numri ta' identifikazzjoni tal-kontenituri;

(c)

id-data mistennija ta' introduzzjoni u l-punt ta' dħul fl-Unjoni,

(d)

l-ismijiet, l-indirizzi u l-postijiet tal-bini msemmija fl-Artikolu 15.

2.   L-importaturi, malli tkun magħrufa, għandhom jinformaw lill-korpi uffiċjali responsabbli msemmija fil-paragrafu 1 b'kull bidla li ssir fl-informazzjoni elenkata f'dak il-paragrafu u, fi kwalunkwe każ qabel ma l-kunsinna tasal fil-punt ta' dħul.

Artikolu 14

Moviment fl-Unjoni tal-frott speċifikat

1.   Il-frott speċifikat ma għandux jiċċaqlaq fi Stat Membru għajr dak l-Istat Membru li minnu ġie introdott fl-Unjoni sakemm il-korpi uffiċjali responsabbli tal-Istati Membri kkonċernati jaqblu li jseħħ dan il-moviment.

2.   Wara li jitwettqu l-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 12, il-frott speċifikat għandu jiġi ttrasportat direttament u mingħajr dewmien fil-bini tal-ipproċessar imsemmi fl-Artikolu 15 jew f'faċilità ta' ħżin. Kull moviment tal-frott speċifikat għandu jkun taħt is-superviżjoni tal-korp uffiċjali responsabbli tal-Istat Membru fejn jinsab il-punt ta' dħul u, fejn xieraq, tal-Istat Membru fejn se jsir l-ipproċessar.

3.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw biex jiżguraw li jkun hemm konformità ma' dan l-Artikolu.

Artikolu 15

Rekwiżiti li jikkonċernaw l-ipproċessar tal-frott speċifikat

1.   L-ipproċessar f'meraq tal-frott speċifikat għandu jsir f'bini li jinsab f'żona fejn ma jiġix prodott frott taċ-ċitru. Il-bini għandu jiġi rreġistrat u approvat uffiċjalment għal dik il-għan mill-korp uffiċjali responsabbli tal-Istat Membru li fih jinsab il-bini.

2.   L-iskart u l-prodotti inċidentali tal-frott speċifikat għandhom jintużaw jew jinqerdu fit-territorju tal-Istat Membru fejn ikun ġie pproċessat dak il-frott, f'żona fejn ma jiġix prodott frott taċ-ċitru.

3.   Il-prodotti inċidentali għandhom jinqerdu bi dfin fil-fond jew jintużaw b'metodu approvat mill-korp uffiċjali responsabbli tal-Istat Membru fejn il-frott speċifikat ġie pproċessat u taħt is-superviżjoni tal-korp uffiċjali b'mod li jipprevjeni kull riskju potenzjali ta' tixrid tal-Phyllosticta citricarpa.

4.   Il-proċessur għandu jżomm rekords tal-frott speċifikat li jkun ipproċessat u jżommhom għad-dispożizzjoni tal-korp uffiċjali responsabbli tal-Istat Membru fejn il-frott speċifikat ikun ġie proċessat. Dawk ir-rekords għandhom jindikaw in-numri u l-marki distinti tal-kontenituri, il-volumi tal-frott speċifikat importati, il-volumi ta' skart u ta' prodotti inċidentali użati jew meqruda u l-informazzjoni ddettaljata dwar l-użu jew il-qerda tagħhom.

Artikolu 16

Rekwiżiti li jikkonċernaw il-ħżin tal-frott speċifikat

1.   Jekk il-frott speċifikat ma jiġix ipproċessat immedjatament, dan għandu jinħażen f'faċilità rreġistrata u approvata għal dak il-għan mill-korp uffiċjali responsabbli tal-Istat Membru fejn tinsab il-faċilità.

2.   Il-lottijiet tal-frott speċifikat għandhom jibqgħu identifikabbli separatament.

3.   Il-frott speċifikat għandu jinħażen b'mod li jipprevjeni kull riskju potenzjali ta' tixrid tal-Phyllosticta citricarpa.

Artikolu 17

Kontenituri, ippakkjar u tikkettar

Il-frott speċifikat għandu jiġi introdott u mċaqlaq fl-Unjoni jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jiġu inklużi f'pakketti individwali f'kontenitur;

(b)

titwaħħal tikketta ma' kull kontenitur u ma' kull pakkett individwali msemmi fil-punt (a) li jkollha l-informazzjoni li ġejja:

(i)

numru uniku fuq kull pakkett individwali;

(ii)

il-piż nett iddikjarat tal-frott;

(iii)

marka li tiddikjara: “Frott intiż esklussivament għall-ipproċessar industrijali f'meraq.”

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 18

Obbligi ta' rappurtar

1.   Kull sena qabel il-31 ta' Diċembru, l-Istati Membri importaturi għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'informazzjoni dwar l-ammont ta' frott speċifikat introdott fl-Unjoni skont din id-Deċiżjoni matul l-istaġun ta' importazzjoni preċedenti.

2.   Kull sena qabel il-31 ta' Diċembru, l-Istati Membri li fit-territorju tagħhom il-frott speċifikat jiġi pproċessat f'meraq, għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra li jinkludi l-elementi kollha li ġejjin:

(a)

l-ammont ta' frott speċifikat ipproċessat fit-territorju tagħhom skont din id-Deċiżjoni matul l-istaġun ta' importazzjoni preċedenti;

(b)

il-volum ta' skart u ta' prodotti inċidentali meqruda u l-informazzjoni ddettaljata dwar l-użu jew il-qerda tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 15(3).

3.   Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi wkoll ir-riżultati tal-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti tal-frott speċifikat imwettqa skont l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2000/29/KE u ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 19

Notifiki

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-pajjiż terz ikkonċernat malli tiġi kkonfermata sejba tal-Phyllosticta citricarpa.

Artikolu 20

Tħassir

Id-Deċiżjoni 2004/416/KE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/422/UE huma mħassra.

Artikolu 21

Data ta' applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Ġunju 2016.

Artikolu 22

Data ta' skadenza

Din id-Deċiżjoni tiskadi fil-31 ta' Marzu 2019.

Artikolu 23

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/416/KE tad-29 ta' April 2004 dwar miżuri ta' emerġenza fir-rigward ta' ċertu frott taċ-ċitru li joriġina mill-Brażil (ĠU L 151, 30.4.2004, p. 76).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/422/UE tat-2 ta' Lulju 2014 li tistabbilixxi l-miżuri rigward ċertu frott taċ-ċitru li joriġina mill-Afrika t'Isfel li jipprevjenu l-introduzzjoni u l-firxa fl-Unjoni tal-Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa (ĠU L 196, 3.7.2014, p. 21).

(4)  Il-Bord tal-EFSA dwar is-Saħħa tal-Pjanti, 2014. “Scientific Opinion on the risk of Phyllosticta citricarpa (Guignardia citricarpa) for the EU territory with identification and evaluation of risk reduction options”. EFSA Journal 2014;12(2):3557, 243 pp. doi:10.2903/j.efsa.2014.3557

(5)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE tas-7 ta' Ottubru 2004 dwar il-kontrolli tal-identità u s-saħħa tal-pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra, elenkati f'Parti B tal-Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE, li jistgħu jiġu esegwiti f'post ieħor li mhuwiex il-punt tad-dħul fil-Komunità jew f'post ieħor fil-qrib u tispeċifika l-kundizzjonijiet li jirrigwardaw dawn il-kontrolli (ĠU L 313, 12.10.2004, p. 16).


13.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/24


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/716

tal-11 ta' Mejju 2016

li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/733/UE li timplementa r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-approvazzjoni ta' postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għall-impjieg u l-istabbiliment mill-ġdid tal-EURES

(notifikata bid-dokument C(2016) 2772)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jissostitwixxi l-qafas regolatorju dwar EURES kif stabbilit fil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 492/2011.

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/733/UE (3) tistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar il-funzjonament tan-Netwerk tas-Servizzi Ewropej tax-Xogħol (“in-netwerk EURES”), b'mod partikolari fir-rigward tal-approvazzjoni ta' postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għall-impjieg.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2016/589 jistabbilixxi regoli ġodda dwar l-approvazzjoni ta' postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għall-impjieg u jistabbilixxi mill-ġdid in-netwerk EURES billi jintegra l-aspetti kollha koperti mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/733/UE.

(4)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/733/UE għandha għalhekk, għal raġunijiet ta' ċertezza u ċarezza legali, titħassar l-aktar tard fid-data meta jidħol fis-seħħ ir-Regolament (UE) 2016/589;

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/733/UE titħassar b'effett mit-12 ta' Mejju 2016, id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2016/589.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni

Marianne THYSSEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 141, 27.5.2011 p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' April 2016 dwar netwerk Ewropew ta' servizzi tal-impjiegi (EURES), aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta' mobilità u integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol u li jemenda Regolamenti (UE) Nru 492/2011 u (UE) Nru 1296/2013 (ĠU L 107, 22.4.2016, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/733/UE tas-26 ta' Novembru 2012 li timplimenta r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-approvazzjoni ta' postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għall-impjieg u l-istabbiliment mill-ġdid tal-EURES (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 21).