ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 121

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
11 ta' Mejju 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/698 tat-8 ta' April 2016 li jikkoreġi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli tranżizzjonali għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni fejn is-sistemi rilevanti għadhom ma sarux operazzjonali u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/699 tal-10 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi l-livelli massimi tal-baġit għall-2016 applikabbli għal ċerti skemi diretti ta' appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

11

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/700 tal-10 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

20

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/701 tal-4 ta' Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2007/453/KE fir-rigward tal-istatus tal-BSE ta' Franza (notifikata bid-dokument C(2016) 2600)  ( 1 )

22

 

*

Deċiżjoni (UE) 2016/702 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' April 2016 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/774 dwar programm ta' xiri ta' assi ta' swieq sekondarji mis-settur pubbliku (BĊE/2016/8)

24

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

11.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/698

tat-8 ta' April 2016

li jikkoreġi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli tranżizzjonali għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni fejn is-sistemi rilevanti għadhom ma sarux operazzjonali u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 279 tiegħu,

Billi:

(1)

Wara l-adozzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341 (2), fil-parti li tikkonċerna s-simplifikazzjonijiet tal-Anness 12 ta' dak ir-Regolament Delegat, instabu ċerti inkonsistenzi mas-sistemi stabbiliti permezz tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, fi tlieta mill-formoli, inklużi referenzi għall-proċeduri li ma baqgħux jeżistu. Dawn l-inkonsistenzi jaffettwaw iċ-ċarezza legali u għandhom jiġu kkoreġuti.

(2)

Barra minn hekk, ġie osservat li, fil-parti li tikkonċerna s-simplifikazzjonijiet tal-Anness 12 tar-Regolament (UE) 2016/341, ċerti formoli kienu tħallew barra bi żball.

(3)

Għalhekk ir-Regolament Delegat (UE) 2016/341 għandu jiġi kkoreġut skont dan.

(4)

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-1 ta' Mejju 2016 sabiex ikun jista' jiġi applikat b'mod sħiħ il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Rettifiki għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341

Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/341, l-Anness 12 huwa kkoreġut kif ġej:

(1)

il-formoli “Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tal-użu tad-dikjarazzjoni ssimplifikata u l-Entrata fir-reġistri tad-dikjarant”, “Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni biex jintużaw is-simplifikazzjonijiet, Formola ta' tkomplija — IMPORTAZZJONI) u Noti ta' spjega għall-kaxxi differenti tal-formola ta' applikazzjoni” jinbidlu bil-formoli stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(2)

jiżdiedu l-formoli li jinsabu fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-Regolament japplika mill-1 ta' Mejju 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli tranżizzjonali għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni fejn is-sistemi elettroniċi rilevanti għadhom mhux operazzjonali u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, ĠU L 69, 15.3.2016, p. 1


ANNESS I

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Noti ta' spjega għall-kaxxi differenti tal-formola ta' applikazzjoni

Kumment ġenerali:

Jekk meħtieġ l-informazzjoni mitluba tista' tiġi ppreżentata f'anness separat mill-formola tal-applikazzjoni, b'referenza għall-kaxxa tal-formola konċernata.

L-Istati Membri jistgħu jkunu jeħtieġu aktar informazzjoni.

1.

Daħħal l-isem sħiħ u n-numru EORI tal-applikant. L-applikant huwa l-persuna li se tinħarġilha l-awtorizzazzjoni.

1.a

Daħħal in-numru ta' Identità tal-Kumpanija.

1.b

Jekk applikabbli, daħħal kwalunkwe numru ta' referenza interna, li jerreferi għal din l-applikazzjoni fl-awtorizzazzjoni.

1.c

Daħħal l-informazzjoni tal-kuntatt rilevanti (persuna ta' kuntatt, indirizz ta' kuntatt, numri tat-telefon u tal-feks, indirizz tal-posta elettronika)

1.d

Indika t-tip ta' rappreżentazzjoni għal preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni billi timmarka “X” fil-kaxxa adattata.

2.

Indika liema tip ta' simplifikazzjoni (entrata fir-rekords, dikjarazzjoni simplifikata jew awtorizzazzjoni ċentralizzata) u liema proċedura doganali (għal importazzjoni u/jew esportazzjoni) li qed issir applikazzjoni għaliha billi timmarka “X” fil-kaxxa adattata.

3.

Daħħal il-kodiċi rilevanti:

1.

l-ewwel applikazzjoni għal awtorizzazzjoni

2.

applikazzjoni għal awtorizzazzjoni modifikata jew mġedda (indika wkoll in-numru ta' awtorizzazzjoni xieraq).

4.a

Indika jekk l-istatus tal-operatur ekonomiku awtorizzat huwiex iċċertifikat; jekk “IVA”, daħħal in-numru korrispondenti.

4.b

Daħħal it-tip, ir-referenza u — jekk applikabbli — id-data tal-iskadenza tal-awtorizzazzjoni(jiet) rilevanti li għaliha/hom se tintuża s-simplifikazzjoni doganali li għaliha saret applikazzjoni; fil-każ li għadha kif saret applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, daħħal it-tip ta' awtorizzazzjoni(jiet) li għaliha/hom saret l-applikazzjoni u d-data tal-applikazzjoni

5.

Informazzjoni dwar kontijiet prinċipali, materjal ieħor kummerċjali, fiskali jew ta' kontabbiltà

5.a

Daħħal l-indirizz sħiħ tal-post fejn jinżammu l-kontijiet prinċipali.

5.b

Niżżel it-tip ta' kontijiet (elettroniċi jew miżmuma fuq karti, u t-tip tas-sistema u softwer użati).

6.

Daħħal l-għadd ta' formoli ta' tkomplija mehmuża ma' din l-applikazzjoni.

7.

Informazzjoni dwar rekords (kontijiet relatati mad-dwana).

7.a

Daħħal l-indirizz sħiħ tal-post fejn jinżammu r-rekords.

7.b

Daħħal it-tip ta' rekords (elettroniċi jew miżmuma fuq karti, u t-tip tas-sistema u softwer li jintużaw).

7.c

Daħħal, jekk applikabbli, informazzjoni rilevanti oħra dwar ir-rekords.

8.

Informazzjoni dwar it-tip ta' oġġetti u tranżazzjonijiet.

8.a

Daħħal, jekk applikabbli, il-Kodiċi rilevanti tan-NM, inkella għall-anqas il-kapitoli tan-NM u d-deskrizzjoni tal-oġġetti.

8.b

Daħħal l-informazzjoni rilevanti darba fix-xahar.

8.c

Daħħal l-informazzjoni rilevanti darba fix-xahar.

9.

Informazzjoni dwar il-postijiet awtorizzati tal-oġġetti u dwar l-uffiċċju doganali responsabbli.

9.a u b

Daħħal l-isem, l-indirizz u l-informazzjoni tal-kuntatt sħaħ

10.

Daħħal l-isem, l-indirizz u l-informazzjoni tal-kuntatt sħaħ tal-uffiċċji doganali rilevanti fejn se tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni simplifikata.

11.

Daħħal, jekk applikabbli, l-isem, l-indirizz u l-informazzjoni tal-kuntatt sħaħ tal-uffiċċju ta' sorveljanza.

12.

Indika, billi timmarka “X” fil-kaxxa adattata, it-tip ta' dikjarazzjoni simplifikata; fil-każ tal-użu ta' dokumenti kummerċjali jew amministrattivi oħra, iridu jiġu speċifikati t-tip ta' dokumenti li qed jintużaw.


ANNESS II

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

11.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/699

tal-10 ta' Mejju 2016

li jistabbilixxi l-livelli massimi tal-baġit għall-2016 applikabbli għal ċerti skemi diretti ta' appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1) u b'mod partikolari l-Artikoli 22(1), 36(4), 42(2), 47(3), 49(2), 51(4) u 53(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Għal kull Stat Membru li jimplimenta l-iskema ta' pagament bażiku stipulata fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 22(1) ta' dak ir-Regolament għall-2016 għandu jiġi ffissat mill-Kummissjoni billi jitnaqqsu mil-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II ta' dak ir-Regolament l-ammonti massimi ffissati skont l-Artikoli 42, 47, 49, 51 u 53 ta' dak ir-Regolament. Skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandhom jiġu kkunsidrati kwalunkwe żidiet applikati mill-Istati Membri skont din id-dispożizzjoni.

(2)

Għal kull Stat Membru li jimplimenta l-iiskema ta' pagament uniku skont l-erja stipulata fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 36(4) ta' dak ir-Regolament għall-2016 għandu jiġi ffissat mill-Kummissjoni billi jitnaqqsu mil-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II ta' dak ir-Regolament l-ammonti massimi ffissati skont l-Artikoli 42, 47, 49, 51 u 53 ta' dak ir-Regolament.

(3)

Għal kull Stat Membru li jagħti l-pagament ridistributtiv previst fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 42(2) ta' dak ir-Regolament għas-sena 2016 għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-persentaġġ notifikat minn dawk l-Istati Membri skont l-Artikolu 42(1) ta' dak ir-Regolament.

(4)

Fir-rigward tal-pagament għal prattiki agrikoli li huma ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent previst fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fl-2016, il-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl- Artikolu 47(3) ta' dak ir-Regolament għall-2016 għandhom jiġu kkalkulati skont l-Artikolu 47(1) ta' dak ir-Regolament u jammontaw għal 30 % tal-limitu massimu nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti kif stabbilit fl-Anness II ta' dak ir-Regolament.

(5)

Għal Stati Membri li jagħtu l-pagament għal żoni b'restrizzjonijiet naturali previst fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 49(2) ta' dak ir-Regolament għall-2016 għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-persentaġġ notifikat mill-Istati Membri rilevanti skont l-Artikolu 49(1) ta' dak ir-Regolament.

(6)

Fir-rigward tal-pagament għal bdiewa żgħażagħ, previst fil-Kapitolu 5 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 51(4) ta' dak ir-Regolament għall-2016 għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-persentaġġ notifikat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 51(1) ta' dak ir-Regolament u ma għandhomx ikunu ogħla minn 2 % tal-limitu massimu annwali ffissat fl-Anness II.

(7)

Meta l-ammont totali tal-pagament għal bdiewa żgħażagħ applikat fl-2016 fi Stat Membru jaqbeż il-limitu massimu stabbilit skont l-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għal dak l-Istat Membru, id-differenza għandha tiġi ffinanzjata mill-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 51(2) ta' dak ir-Regolament filwaqt li jiġi rrispettat l-ammont massimu stabbilit fl-Artikolu 51(1) ta' dak ir-Regolament. Għal raġunijiet ta' ċarezza, huwa xieraq li jiġi stabbilit dan l-ammont massimu għal kull Stat Membru.

(8)

Għal kull Stat Membru li jagħti l-appoġġ akkoppjat volontarju previst fil-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fl-2016, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 53(7) ta' dak ir-Regolament għall-2016 fuq il-bażi tal-persentaġġ notifikat mill-Istat Membru rilevanti skont l-Artikolu 54(1) ta' dak ir-Regolament.

(9)

Fir-rigward tas-sena 2016, l-implimentazzjoni tal-iskemi diretti ta' appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 bdiet fl-1 ta' Jannar 2016. Għal raġunijiet ta' konsistenza bejn l-applikabbiltà ta' dak ir-Regolament għas-sena tat-talba 2016 u l-applikabbiltà tal-limiti massimi baġitarji korrispondenti, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2016 għall-iskema ta' pagament bażiku msemmija fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt I tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2016 applikabbli għall-iskema ta' pagament uniku skont l-erja msemmija fl-Artikolu 36(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt II tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

3.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2016 għall-pagament ridistributtiv imsemmija fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament(UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt III tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

4.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2016 għall-pagamenti ta' prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent imsemmija fl-Artikolu 47(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt IV tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

5.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2016 għall-pagament għal żoni b'restrizzjonijiet naturali msemmija fl-Artikolu 49(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt V tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

6.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2016 għall-pagament għal bdiewa żgħażagħ imsemmija fl-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt VI tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

7.   L-ammonti massimi għall-2016 għall-pagament għal bdiewa żgħażagħ imsemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt VII tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

8.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2016 għall-appoġġ akkoppjat volontarju msemmija fl-Artikolu 53(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt VII tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' Jannar 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.


ANNESS

I.   Il-livelli massimi tal-baġit għall-iskema ta' pagament bażiku msemmija fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2016

Il-Belġju

225 595

Id-Danimarka

564 769

Il-Ġermanja

3 042 977

L-Irlanda

828 429

Il-Greċja

1 182 879

Spanja

2 816 109

Franza

3 199 094

Il-Kroazja

87 941

L-Italja

2 314 333

Il-Lussemburgu

22 819

Malta

648

In-Netherlands

513 025

L-Awstrija

470 847

Il-Portugall

284 807

Is-Slovenja

73 581

Il-Finlandja

269 562

L-Iżvezja

401 642

Ir-Renju Unit

2 091 382

II.   Il-livelli massimi tal-baġit għall-iskema ta' pagament uniku skont l-erja msemmija fl-Artikolu 36(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2016

Il-Bulgarija

378 949

Ir-Repubblika Ċeka

462 535

L-Estonja

75 612

Ċipru

30 805

Il-Latvja

109 970

Il-Litwanja

171 472

L-Ungerija

734 076

Il-Polonja

1 551 652

Ir-Rumanija

898 240

Is-Slovakkja

250 297

III.   Il-livelli massimi tal-baġit għall-pagament ridistributtiv imsemmija fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2016

Il-Belġju

48 186

Il-Bulgarija

55 868

Il-Ġermanja

341 633

Franza

727 067

Il-Kroazja

20 287

Il-Litwanja

66 377

Il-Polonja

281 810

Ir-Rumanija

94 709

Ir-Renju Unit

32 334

IV.   Il-livelli massimi tal-baġit għall-pagamenti għal prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent kif imsemmija fl-Artikolu 47(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2016

Il-Belġju

152 932

Il-Bulgarija

237 735

Ir-Repubblika Ċeka

253 212

Id-Danimarka

255 805

Il-Ġermanja

1 464 143

L-Estonja

34 369

L-Irlanda

364 041

Il-Greċja

569 748

Spanja

1 455 505

Franza

2 181 201

Il-Kroazja

60 860

L-Italja

1 155 242

Ċipru

15 068

Il-Latvja

61 729

Il-Litwanja

132 753

Il-Lussemburgu

10 064

L-Ungerija

403 338

Malta

1 572

In-Netherlands

221 052

L-Awstrija

207 726

Il-Polonja

1 018 590

Il-Portugall

172 186

Ir-Rumanija

531 741

Is-Slovenja

41 099

Is-Slovakkja

132 443

Il-Finlandja

157 027

L-Iżvezja

209 189

Ir-Renju Unit

953 964

V.   Il-livelli massimi tal-baġit għall-pagament għal żoni b'restrizzjonijiet naturali msemmija fl-Artikolu 49(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2016

Id-Danimarka

2 857

VI.   Il-livelli massimi tal-baġit għall-pagament għal bdiewa żgħażagħ imsemmija fl-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2016

Il-Belġju

8 495

Il-Bulgarija

1 030

Ir-Repubblika Ċeka

1 688

Id-Danimarka

5 116

Il-Ġermanja

48 805

L-Estonja

344

L-Irlanda

24 269

Il-Greċja

37 983

Spanja

97 034

Franza

72 707

Il-Kroazja

4 057

L-Italja

38 508

Ċipru

352

Il-Latvja

3 200

Il-Litwanja

5 531

Il-Lussemburgu

503

L-Ungerija

5 378

Malta

21

In-Netherlands

14 737

L-Awstrija

13 848

Il-Polonja

33 953

Il-Portugall

11 479

Ir-Rumanija

15 000

Is-Slovenja

2 055

Is-Slovakkja

1 348

Il-Finlandja

5 234

L-Iżvezja

10 459

Ir-Renju Unit

49 491

VII.   L-ammonti massimi għall-pagament għal bdiewa żgħażagħ imsemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2016

Il-Belġju

10 195

Il-Bulgarija

15 849

Ir-Repubblika Ċeka

16 881

Id-Danimarka

17 054

Il-Ġermanja

97 610

L-Estonja

2 291

L-Irlanda

24 269

Il-Greċja

37 983

Spanja

97 034

Franza

145 413

Il-Kroazja

4 057

L-Italja

77 016

Ċipru

1 005

Il-Latvja

4 115

Il-Litwanja

8 850

Il-Lussemburgu

671

L-Ungerija

26 889

Malta

105

In-Netherlands

14 737

L-Awstrija

13 848

Il-Polonja

67 906

Il-Portugall

11 479

Ir-Rumanija

35 449

Is-Slovenja

2 740

Is-Slovakkja

8 830

Il-Finlandja

10 468

L-Iżvezja

13 946

Ir-Renju Unit

63 598

VIII.   Il-livelli massimi tal-baġit għall-appoġġ akkopjat volontarju msemmija fl-Artikolu 53(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2016

Il-Belġju

85 270

Il-Bulgarija

118 867

Ir-Repubblika Ċeka

126 606

Id-Danimarka

24 135

L-Estonja

4 237

L-Irlanda

3 000

Il-Greċja

148 432

Spanja

584 919

Franza

1 090 601

Il-Kroazja

30 430

L-Italja

423 589

Ċipru

4 000

Il-Latvja

30 865

Il-Litwanja

66 377

Il-Lussemburgu

160

L-Ungerija

201 669

Malta

3 000

In-Netherlands

3 500

L-Awstrija

14 541

Il-Polonja

509 295

Il-Portugall

117 535

Ir-Rumanija

232 779

Is-Slovenja

20 550

Is-Slovakkja

57 390

Il-Finlandja

102 591

L-Iżvezja

90 648

Ir-Renju Unit

52 709


11.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/20


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/700

tal-10 ta' Mejju 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

82,4

SN

158,8

TN

71,5

TR

75,6

ZZ

97,1

0707 00 05

TR

95,4

ZZ

95,4

0709 93 10

TR

139,4

ZZ

139,4

0805 10 20

EG

49,7

IL

89,0

MA

54,5

TR

37,1

ZZ

57,6

0805 50 10

MA

119,8

ZA

180,7

ZZ

150,3

0808 10 80

AR

111,7

BR

101,3

CL

114,7

CN

116,3

NZ

146,5

US

168,4

ZA

92,3

ZZ

121,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

11.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/22


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/701

tal-4 ta' Mejju 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2007/453/KE fir-rigward tal-istatus tal-BSE ta' Franza

(notifikata bid-dokument C(2016) 2600)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula li l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom (“il-pajjiżi jew ir-reġjuni”) għandhom jiġu kklassifikati skont l-istatus tagħhom tal-enċefalopatija sponġiformi bovina (il-BSE), f'waħda minn tliet kategoriji: riskju negliġibbli tal-BSE, riskju kkontrollat tal-BSE, u riskju indeterminat tal-BSE.

(2)

L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE (2) jelenka l-pajjiżi jew ir-reġjuni skont l-istatus tagħhom tal-BSE.

(3)

L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (l-OIE) taqdi rwol ewlieni fil-kategorizzazzjoni tal-pajjiżi jew tar-reġjuni skont ir-riskju tagħhom tal-BSE.

(4)

Fis-26 ta' Mejju 2015, l-Assemblea Ġenerali tal-OIE adottat ir-Riżoluzzjoni Nru 21 dwar ir-Rikonoxximent tal-Istatus tar-Riskju tal-BSE tal-Pajjiżi Membri (3), li rrikonoxxiet lil Franza bħala pajjiż li għandu status ta' riskju negliġibbli tal-BSE. Fl-4 ta' Awwissu 2015, id-Deċiżjoni 2007/453/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1356 (4) biex tirrifletti l-istatus ta' riskju negliġibbli tal-BSE ta' Franza, u ta' pajjiżi oħra, fil-liġi tal-UE.

(5)

Fl-24 ta' Marzu 2016, Franza nnotifikat lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-OIE, bis-sejba ta' każ tal-BSE klassika, f'annimal bovin fi Franza imwieled f'April 2011.

(6)

Skont l-Artikolu 11.4.3 tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE (5), waħda mill-kundizzjonijiet għall-għoti u għaż-żamma tal-istatus ta' riskju negliġibbli tal-BSE ta' pajjiż hija li, jekk ikun hemm każ indiġenu tal-BSE klassika fil-pajjiż, l-annimal ikkonċernat irid ikun twieled iktar minn 11-il sena ilu. Għalhekk, wara li saret in-notifika minn Franza li kkonfermat il-każ ta' BSE klassika f'annimal bovin ta' ħames snin, il-Kummissjoni Xjentifika għall-Mard tal-Annimali tal-OIE ssospendiet l-istatus ta' riskju negliġibbli tal-BSE ta' Franza, kif rikonoxxut mir-Riżoluzzjoni Nru 21, u reġgħet tatha l-istatus ta' pajjiż b'riskju kkontrollat tal-BSE, b'effett mill-25 ta' Marzu 2016.

(7)

Għalhekk, għandha tiġi emendata l-lista tal-pajjiżi fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE ħalli tirrifletti dik id-deċiżjoni.

(8)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2007/453/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrata “— Franza” titneħħa mill-Parti “A. Pajjiżi jew reġjuni b'riskju negliġibbli tal-BSE”;

(2)

l-entrata “— Franza” tiddaħħal fil-Parti “B. Pajjiżi jew reġjuni b'riskju kkontrollat tal-BSE”, wara “— Spanja” u qabel “— il-Litwanja”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84).

(3)  http://www.oie.int/fileadmin/Home/eng/Animal_Health_in_the_World/docs/pdf/2015_A_RESO_R21_BSE.pdf

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1356 tal-4 ta' Awwissu 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2007/453/KE fir-rigward tal-istatus tal-BSE tar-Repubblika Ċeka, ta' Franza, ta' Ċipru, tal-Liechtenstein u tal-Iżvizzera (ĠU L 209, 6.8.2015, p. 5).

(5)  http://www.oie.int/international-standard-setting/terrestrial-code/access-online/


11.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/24


DEĊIŻJONI (UE) 2016/702 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-18 ta' April 2016

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/774 dwar programm ta' xiri ta' assi ta' swieq sekondarji mis-settur pubbliku (BĊE/2016/8)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u, b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12.1 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikolu 18.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/10) (1) stabbilixxiet programm ta' xiri ta' assi tas-settur pubbliku mis-swieq sekondarji (iktar 'il quddiem il-“PSPP”), li espanda l-programmi ta' xiri ta' assi eżistenti biex jinkludi titoli tas-settur pubbliku. Flimkien mat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti, il-programm ta' xiri ta' titoli ggarantiti b'assi u l-programm li ġej ta' xiri mis-settur korporattiv, il-PSPP huwa parti mill-programm ta' xiri ta' assi estiż (APP). L-għan tal-APP huwa li jkompli jtejjeb it-trasmissjoni tal-politika monetarja, sabiex jiffaċilita l-għoti ta' kreditu lill-ekonomija taż-żona tal-euro, iħaffef il-kundizzjonijiet għat-teħid ta' self minn unitajiet domestiċi u ditti u jikkontribwixxi sabiex ir-rati tal-inflazzjoni jinġiebu lura għal livelli li huma taħt iżda qrib għal 2 % fuq medda ta' żmien medju, b'mod konsistenti mal-objettiv primarju tal-Bank Ċentrali Ewropew li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet.

(2)

B'mod konformi mal-mandat tal-Kunsill Governattiv biex jiżgura l-istabilità tal-prezzijiet, ċerti karatteristiċi tal-PSPP għandhom jiġu mmodifikati sabiex jiġi żgurat aġġustament sostnut fit-trajettorja tal-inflazzjoni lejn livelli li huma taħt, iżda qrib it-2 %, fuq medda ta' żmien medju. Il-bidliet huma konformi mal-mandat tal-politika monetarja tal-Kunsill Governattiv u jirriflettu kif suppost kunsiderazzjonijiet tal-ġestjoni tar-riskju.

(3)

B'mod aktar speċifiku, sabiex tikseb l-objettivi tal-PSPP, il-likwidità pprovduta lis-suq permezz tax-xiri kkombinat ta' kull xahar taħt l-APP għandha tiżdied għal EUR 80 biljun.

(4)

Barra minn hekk, għandhom jiżdiedu l-limiti ta' ishma għall-emittent u l-ħarġa għal titoli negozjabbli maħruġa minn organizzazzjonijiet internazzjonali eliġibbli u banek multilaterali tal- iżvilupp. Il-limitu minimu ġdid kien iddeterminat sabiex jiġi żgurat li x-xirjiet previsti jkomplu jkunu proporzjonati mal-għanijiet tal-PSPP, ukoll meta jitqies li r-riskju ta' xkiel għal ristrutturar tad-dejn ordnat huwa limitat.

(5)

B'bidu f'April 2016, l-allokazzjoni bejn xirjiet ta' titoli ta' dejn negozjabbli eliġibbli maħruġa minn organizzazzjonijiet internazzjonali u banek multilaterali tal-iżvilupp u xirjiet ta' titoli t'a dejn negozjabbli eliġibbli oħrajn taħt il-PSPP għandhom jiġu mmodifikati sabiex jinkisbu l-objettivi tal-PSPP u tiġi żgurata l-implimentazzjoni tiegħu bla xkiel għat-tul kollu tal-PSPP u l-volum ta' xiri miżjud tiegħu.

(6)

Barra minn hekk, għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kreditu mill-istituzzjoni esterna ta' valutazzjoni tal-kreditu (ECAI) ta' strumenti ta' dejn negozjabbli, il-klassifikazzjonijiet tal-ħarġiet minn ECAI għandhom jiġu meqjusa meta la l-emittent u lanqas il-garanti ma jkollhom klassifikazzjoni minn ECAI. Madankollu, it-titolu negozjabbli għandhu xorta waħda jkollu l-klassifikazzjoni tal-ħarġa meħtieġa sabiex jikkonforma mal-kriterji ta' eliġibbiltà għal assi negozjabbli għal operazzjonijiet tal-kreditu tal-Eurosistema. Id-Deċiżjoni (UE) 2015/774 (BĊE/2015/10) għandha tqis il-fatt li dawk il-kriterji ta' eliġibbiltà issa jinsabu fil-Parti Erbgħa tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (2).

(7)

Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2015/774 (BĊE/2015/10) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi

Id-Deċiżjoni (UE) 2015/774 (BĊE/2015/10) hija emendata skont kif ġej:

1.

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 huwa mibdul b'li ġej:

“2.   Sabiex ikunu eliġibbli għal xiri taħt il-PSPP, it-titoli ta' dejn negozjabbli għandhom jikkonformaw mal-kriterji ta' eliġibbiltà għal assi negozjabbli għal operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema skont il-Parti Erbgħa tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (*), bla ħsara għar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-emittent jew il-garanti tat-titoli ta' dejn negozjabbli għandu jkollu valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu tal-inqas tal-Livell 3 ta' Kwalità ta' Kreditu fl-iskala ta' klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema espressa fil-forma ta' mill-inqas klassifikazzjoni waħda ta' kreditu pubbliku mogħtija minn istituzzjoni esterna ta' valutazzjoni tal-kreditu (ECAI) aċċettata fi ħdan il-qafas ta' valutazzjoni ta' kreditu tal-Eurosistema;

(b)

jekk ikun hemm disponibbli diversi klassifikazzjonijiet tal-emittent minn ECAI jew klassifikazzjonijiet tal-garanti minn ECAI, għandha tapplika r-regola tal-ewwel l-aħjar, jiġifieri għandha tapplika l-aħjar klassifikazzjoni tal-emittent minn ECAI jew klassifikazzjoni tal-garanti minn ECAI disponibbli. Jekk l-issodisfar tar-rekwiżiti tal-kwalità ta' kreditu jiġi stabbilit abbażi ta' klassifikazzjoni tal-garanti minn ECAI, il-garanzija għandha tissodisfa l-karatteristiċi ta' garanzija aċċettabbli kif stipulat fl-Artikolu 87 u l-Artikoli 113 sa 115 tal-Linja Gwida (UE) 2015/30 (BĊE/2014/60);

(c)

fin-nuqqas ta' klassifikazzjoni ta' emittent minn ECAI u klassifikazzjoni ta' garanti minn ECAI, titolu ta' dejn negozjabbli għandu jkollu ta' mill-inqas klassifikazzjoni ta' ħruġ waħda minn ECAI ta' mill-inqas tal-Livell 3 ta' Kwalità tal-Kreditu fl-iskala ta' klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema;

(d)

jekk il-valutazzjoni ta' kreditu pprovduta minn ECAI aċċettat għall-emittent, il-garanti jew il-ħruġ ma tikkonformax ma' tal-inqas il-Livell 3 ta' Kwalità ta' Kreditu fl-iskala tal-klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema, it-titoli ta' dejn negozjabbli għandhom ikunu eliġibbli biss jekk jinħarġu jew ikunu ggarantiti għal kollox mill-gvernijiet ċentrali tal-Istati Membri taż-żona tal-euro skont programm ta' assistenza finanzjarja u li fir-rigward tiegħu l-applikazzjoni tal-limitu tal-kwalità ta' kreditu tal-Eurosistema jiġi sospiż mill-Kunsill Governattiv bis-saħħa tal-Artikolu 8 tal-Linja Gwida BĊE/2014/31 (**);

(e)

fil-każ ta' reviżjoni ta' programm ta' assistenza finanzjarja li jkun għaddej, l-eliġibbiltà għal xiri PSPP għandha tiġi sospiża u għandha tkompli biss fil-każ li jkun hemm eżitu pożittiv tar-reviżjoni.

(*)  Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3)."

(**)  Linja Gwida BĊE/2014/31 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta' Lulju 2014 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (ĠU L 240, 13.8.2014, p. 28).”;"

2.

L-Artikolu 5 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Limiti tax-xiri

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 3, limitu ta' ħruġ ta' ishma skont in-numru tal-identifikazzjoni ta' titoli internazzjonali (ISIN) għandu japplika taħt il-PSPP għal titoli ta' dejn negozjabbli li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3, wara li jiġu kkonsolidati l-investimenti fil-portafolli tal-banek ċentrali tal-Eurosistema. Il-limitu tal-ħruġ ta' ishma għandu jkun skont kif ġej:

(a)

50 % għal kull ISIN għal titoli ta' dejn negozjabbli eliġibbli maħruġa minn organizzazzjonijiet internazzjonali eliġibbli u banek multilaterali ta' żvilupp;

(b)

33 % għal kull ISIN għal titoli ta' dejn negozjabbli eliġibbli oħrajn, bl-eċċezzjoni ta' 25 % għal kull ISIN għal dawk it-titoli ta' dejn negozjabbli eliġibbli li jkun fihom klawsola ta' azzjoni kollettiva (collective action clause — CAC) li tvarja mill-mudell għaż-żona tal-euro CAC elaborat mill-Kumitat Finanzjarju u Ekonomiku u implimentat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 12(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu ta' Stabbiltà Ewropew, iżda ser jiżdied għal 33 %, soġġett għal verifika fuq il-bażi ta' każ b'każ li parteċipazzjoni ta' 33 % għal kull ISIN mhux ser twassal lill-banek ċentrali tal-Eurosistema biex jilħqu parteċipazzjonijiet minoritarji li jistgħu jimblukkaw proċeduri ta' ristrutturar ordnat ta' dejn.

2.   Kull titolu ta' dejn negozjabbli eliġibbli għal xiri taħt il-PSPP u li jkollu l-maturitajiet rimanenti speċifikati fl-Artikolu 3 għandhom ikunui soġġetti għal limitu aggregat, wara l-konsolidazzjoni ta' parteċipazzjonijiet fil-portafolji kollha tal-banek ċentrali tal-EUrosistema, ta':

(a)

50 % tat-titoli pendenti ta' emittent li jkun organizzazzjoni internazzjonali eliġibbli jew bank multilaterali ta' żvilupp; jew

(b)

33 % tat-titoli pendenti ta' emittent li ma jkunx organizzazzjoni internazzjonali eliġibbli jew bank multilaterali ta' żvilupp.

3.   Fir-rigward tat-titoli ta' dejn imsemmijin fil-punt (d) tal-Artikolu 3(2), japplikaw limiti ta' ishma differenti għall-emittenti u l-ħruġ. Dawn il-limiti għandhom jiġu ffissati mill-Kunsill Governattiv waqt li jqis kif meħtieġ kunsiderazzjonijiet ta' ġestjoni tar-riskju tal-funzjonament tas-suq.”;

3.

fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'li ġej:

“1.   Mill-valur nominali totali ta' xierjiet ta' titoli ta' dejn negozjabbli eliġibbli taħt il-PSPP, 10 % għandhom jinxtraw f'titoli maħruġin minn organizzazzjonijiet internazzjonali eliġibbli u banek multilaterali tal-iżvilupp, u 90 % ta' dak il-valur nominali għandhom jinxtraw f'titoli maħruġin minn gvernijiet ċentrali, reġjonali jew lokali eliġibbli u aġenziji rikonoxxuti jew, fejn applikabbli skont l-Artikolu 3(4) ta' din id-Deċiżjoni, f'titoli maħruġa minn korporazzjonijiet pubbliċi eliġibbli mhux finanzjarji. Din l-allokazzjoni hija suġġetta għal reviżjoni mill-Kunsill Governattiv. Xirjiet ta' titoli ta' dejn maħruġin minn organizzazzjonijiet internazzjonali u banek multilaterali tal-iżvilupp u gvernijiet reġjonali u lokali eliġibbli għandhom isiru biss mill-BĊNi.”;

4.

fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 huwa mibdul b'li ġej:

“2.   Is-sehem tal-BĊNi tal-valur nominali totali ta' xierjiet ta' titoli ta' dejn negozjabbli eliġibbli taħt il-PSPP għandu jkun ta' 90 %, u l-10 % li jifdal għandhom jinxtraw mill-BĊE. It-tqassim tax-xirjiet bejn il-ġurisdizzjonijiet għandu jkun skont l-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE kif imsemmi fl-Artikolu 29 tal-Istatut tas-SEBĊ.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-19 ta' April 2016. Għandha tapplika mid-19 ta' April 2016.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta' April 2016.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Marzu 2015 dwar programm ta' xiri ta' assi ta' swieq sekondarji mis-settur pubbliku (BĊE/2015/10)(ĠU L 121, 14.5.2015, p. 20).

(2)  Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).