ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 116

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
30 ta' April 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra

1

 

*

Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

2

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/672 tad-29 ta' April 2016 li japprova l-aċidu peraċetiku bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fi prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 2, 3, 4, 5 u 6 ( 1 )

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/673 tad-29 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku ( 1 )

8

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/674 tad-29 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq ċertu frott u ħxejjex

23

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/675 tad-29 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1519 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009

27

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/676 tad-29 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1518 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

31

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/677 tad-29 ta' April 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

35

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/678 tad-29 ta' April 2016 skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prodott magħmul mill-inwar imnixxef tal-ispika mqiegħed ġo kuxxinett imqiegħed fis-suq biex ikeċċi l-baħrijiet ( 1 )

37

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/446 tat-23 ta' Marzu 2016 li temenda u testendi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/34/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) ( ĠU L 78, 24.3.2016 )

39

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' l-ammiali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 91/102/KEE u 64/432/KEE ( ĠU L 5, 9.1.2004 ) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 03 Volum 042 p. 56)

39

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

30.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 116/1


Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra

Il-partijiet li ġejjin tal-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Astana fil-21 ta' Diċembru 2015, ser jiġi applikat proviżorjament mill-1 ta' Mejju 2016 bis-saħħa tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim (1), safejn dawn ikopru materji li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni:

 

Titolu I;

 

Titolu II: l-Artikoli 4, 5, 9 u 10;

 

Titolu III (bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 56 u 58, l-Artikolu 62 sal-punt li jikkonċerna l-infurzar kriminali tad-drittijiet dwar il-proprjetà intellettwali, u l-Artikolu 147);

L-applikazzjoni provviżorja tal-Artikolu 141 m'għandhiex taffettwa d-drittijiet sovreni tal-Istati Membri fuq ir-riżorsi tagħhom tal-idrokarburi skont id-dritt internazzjonali, inklużi d-drittijiet u l-obbligi tagħhom bħala Partijiet għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982 dwar il-Liġi tal-Baħar.

 

Titolu IV: il-Kapitoli 5, 6 u 7 (bl-eċċezzjoni tal-punt (c) tal-Artikolu 210 u l-punti (b), (f), (g), (h) u (i) tal-Artikolu 212), u l-Kapitoli 12 u 15;

 

Titolu V: l-Artikolu 235 u l-Artikolu 238 (bl-eċċezzjoni tal-paragrafi 2 u 3);

 

Titolu VI: Kapitoli 5 u 9;

 

Titolu VII;

 

Titolu VIII (safejn id-dispożizzjonijiet ta' dak it-Titolu huma limitati għall-fini li tiġi żgurata l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim);

 

Titolu IX (bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 281(7), safejn dawk id-dispożizzjonijiet ta' dak it-Titolu huma limitati għall-fini li tiġi żgurata l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim f'konformità ma' dan l-Artikolu);

 

L-Annessi minn I sa VII kif ukoll il-Protokoll dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka fi Kwistjonijiet Doganali.


(1)  ĠU L 29, 4.2.2016, p. 1.


30.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 116/2


Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (1), li għalih kienu ġew iddepożitati l-istrumenti ta' approvazzjoni fit-23 ta' Lulju 2014 u t-23 ta' Marzu 2016 rispettivament, f'konformità mal-Artikolu 4(2) tiegħu, daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2016.


(1)  ĠU L 373, 31.12.2014, p. 3.


REGOLAMENTI

30.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 116/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/672

tad-29 ta' April 2016

li japprova l-aċidu peraċetiku bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fi prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 2, 3, 4, 5 u 6

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi eżistenti li għandhom jiġu evalwati biex possibbilment jiġu approvati għall-użu fi prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi l-aċidu peraċetiku.

(2)

L-aċidu peraċetiku ġie evalwat skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament u tal-Kunsill (3) għall-użu fil-prodotti tat-tip 1, il-prodotti bijoċidali tal-iġjene tal-bniedem, fil-prodotti tat-tip 2, id-diżinfettanti taż-żona privata u taż-żona tas-saħħa pubblika u prodotti bijoċidali oħrajn, fil-prodotti tat-tip 3, il-prodotti bijoċidali tal-iġjene veterinarja, fil-prodotti tat-tip 4, id-diżinfettanti taż-żona tal-ikel u tal-għalf, fil-prodotti tat-tip 5, id-diżinfettanti tal-ilma tax-xorb, fil-prodotti tat-tip 6, il-preservattivi ta' ġol-bottijiet, kif definiti fl-Anness V ta' dik id-Direttiva, li jikkorrispondu rispettivament għall-prodotti tat-tipi 1, 2, 3, 4, 5 u 6, kif definiti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

Il-Finlandja ntgħażlet bħala l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni u fis-16 ta' Jannar 2013, ressqet ir-rapporti tal-valutazzjoni flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha.

(4)

Skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014, il-Kumitat tal-Prodotti Bijoċidali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ta l-opinjonijiet tiegħu fit-30 ta' Settembru 2015, filwaqt li qies il-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni.

(5)

Skont dawk l-opinjonijiet, il-prodotti bijoċidali użati għall-prodotti tat-tipi 1, 2, 3, 4, 5 u 6 u li fihom l-aċidu peraċetiku jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, sakemm ikunu konformi ma' ċerti kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu tiegħu.

(6)

Għaldaqstant jixraq li l-użu tal-aċidu peraċetiku fi prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 2, 3, 4, 5 u 6 jiġi approvat soġġett għall-konformità ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet.

(7)

Għall-użu fil-prodotti tat-tip 4, l-evalwazzjoni ma indirizzatx l-inkorporazzjoni tal-prodotti bijoċidali li fihom l-aċidu peraċetiku f'materjali u f'oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt dirett jew indirett mal-ikel skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Dawn il-materjali jistgħu jeħtieġu l-istabbiliment ta' limiti speċifiċi għall-migrazzjoni fl-ikel, kif hemm referenza fl-Artikolu 5(1)(e) ta' dak ir-Regolament. Għaldaqstant, l-approvazzjoni ma għandhiex tkopri tali użu sakemm il-Kummissjoni ma tkunx stabbiliet limiti bħal dawn jew inkella jkun ġie stabbilit, skont dak ir-Regolament, li dawn il-limiti mhumiex meħtieġa.

(8)

L-aċidu peraċetiku huwa soluzzjoni milwiema li fiha l-aċidu aċetiku u l-perossidu tal-idroġenu. Minħabba l-preżenza tal-perossidu tal-idroġenu, li jista' jintuża fil-produzzjoni ta' prekursuri tal-isplussivi, ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għandu jkompli japplika għall-perossidu tal-idroġenu.

(9)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli qabel sustanza attiva tkun approvata, biex il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri preparatorji meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-aċidu peraċetiku għandu jiġi approvat bħala sustanza attiva għall-użu fi prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 2, 3, 4, 5 u 6, sakemm jiġu ssodisfati l-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 1).


ANNESS

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri tal-Identifikazzjoni

Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1)

Data tal-approvazzjoni

Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni

Tip ta' prodott

Kundizzjonijiet speċifiċi

Aċidu peraċetiku

Isem tal-IUPAC:

Aċidu perossietanojku

Nru tal-KE: 201-186-8

Nru tal-CAS: 79-21-0

L-ispeċifikazzjoni hija bbażata fuq il-materjali tal-bidu, il-perossidu tal-idroġenu u l-aċidu aċetiku li jintużaw għall-manifattura tal-aċidu peraċetiku.

L-aċidu peraċetiku f'soluzzjoni milwiema li fiha l-aċidu aċetiku u l-perossidu tal-idroġenu.

fl-1 ta' Ottubru 2017.

fit-30 ta' Settembru 2027.

1

Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kull użu kopert mill-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda li mhuwiex indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Minħabba l-preżenza tal-perossidu tal-idroġenu, l-awtorizzazzjonijiet ta' prodotti bijoċidali għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 98/2013.

(2)

Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzativi xierqa għall-utenti professjonali.

2

Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kull użu kopert mill-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda li mhuwiex indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Minħabba l-preżenza tal-perossidu tal-idroġenu, l-awtorizzazzjonijiet ta' prodotti bijoċidali għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 98/2013.

(2)

Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzativi xierqa għall-utenti professjonali. Il-prodotti għandhom jintużaw bit-tagħmir protettiv personali adegwat meta l-esponiment ma jkunx jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħrajn.

(3)

Fid-dawl tar-riskji identifikati għall-ilma tal-wiċċ, il-prodotti li jintużaw għad-diżinfezzjoni tal-ilma mormi ma għandhomx ikunu awtorizzati, sakemm ma jintweriex li r-riskji jistgħu jitnaqqsu għal livell aċċettabbli.

3

Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kull użu kopert mill-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda li mhuwiex indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Minħabba l-preżenza tal-perossidu tal-idroġenu, l-awtorizzazzjonijiet ta' prodotti bijoċidali għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 98/2013.

(2)

Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzativi xierqa għall-utenti professjonali. Il-prodotti għandhom jintużaw bit-tagħmir protettiv personali adegwat meta l-esponiment ma jkunx jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħrajn.

4

Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kull użu kopert mill-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda li mhuwiex indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Minħabba l-preżenza tal-perossidu tal-idroġenu, l-awtorizzazzjonijiet ta' prodotti bijoċidali għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 98/2013.

(2)

Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzativi xierqa għall-utenti professjonali. Il-prodotti għandhom jintużaw bit-tagħmir protettiv personali adegwat meta l-esponiment ma jkunx jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħrajn.

(3)

Il-prodotti ma għandhomx jiġu inkorporati f'materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004, sakemm il-Kummissjoni ma tkunx stabbiliet limiti speċifiċi għall-migrazzjoni tal-aċidu peraċetiku fl-ikel jew inkella jkun ġie stabbilit skont dak ir-Regolament li dawn il-limiti mhumiex meħtieġa.

5

Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kull użu kopert mill-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda li mhuwiex indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Minħabba l-preżenza tal-perossidu tal-idroġenu, l-awtorizzazzjonijiet ta' prodotti bijoċidali għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 98/2013.

(2)

Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzativi xierqa għall-utenti professjonali. Il-prodotti għandhom jintużaw bit-tagħmir protettiv personali adegwat meta l-esponiment ma jkunx jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħrajn.

6

Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kull użu kopert mill-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda li mhuwiex indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Minħabba l-preżenza tal-perossidu tal-idroġenu, l-awtorizzazzjonijiet ta' prodotti bijoċidali għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 98/2013.

(2)

Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzativi xierqa għall-utenti professjonali. Il-prodotti għandhom jintużaw bit-tagħmir protettiv personali adegwat meta l-esponiment ma jkunx jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħrajn.


(1)  Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva li ntuża għall-valutazzjoni li saret b'konformità mal-Artikolu 89(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq tista' tkun ta' purezza ugwali jew differenti, jekk tkun ġiet ippruvata teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.


30.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 116/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/673

tad-29 ta' April 2016

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3), l-Artikolu 16(1) u (3)(a) u l-Artikoli 19(3), 20(3), 21(2), 22(1) u 38(a) tiegħu,

Billi:

(1)

L-algi tal-baħar u algi oħrajn huma koperti mill-Kapitolu 12 tan-nomenklatura ta' Brussell, imniżżla fl-Anness I tat-Trattat. L-algi tal-baħar u algi oħrajn huma għalhekk prodotti agrikoli li jaqgħu taħt il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Billi “algi oħrajn” tinkludi “mikroalgi”, il-mikroalgi huma koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

(2)

Billi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (2), sa issa ma ġew stabbiliti l-ebda regoli ta' produzzjoni dettaljati għall-mikroalgi użati bħala ikel u tqajmu mistoqsijiet fir-rigward ta' liema regoli ta' produzzjoni l-operaturi jridu jirrispettaw meta jkabbru l-mikroalgi għall-użu bħala ikel, hemm bżonn li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni u jiġu stabbiliti regoli ta' produzzjoni ddettaljati għal dawk il-prodotti.

(3)

Il-produzzjoni tal-mikroalgi tixbah lil dik tal-algi f'ħafna aspetti, anki jekk ma ssirx fil-baħar. Barra minn hekk, meta jintużaw ulterjorment bħala għalf għall-annimali tal-akkwakultura, il-mikroalgi, bħal ħafna algi tal-baħar u fitoplankton multiċellolari, diġà huma suġġetti għar-regoli ta' produzzjoni ddettaljati għall-ġbir u t-tkabbir tal-algi abbażi tal-Artikolu 6a tar-Regolament (KE) Nru 889/2008. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi ċċarat li r-regoli dettaljati tal-produzzjoni għall-alga tal-baħar għandhom japplikaw ukoll għall-produzzjoni tal-mikroalgi għall-użu ulterjuri bħala ikel.

(4)

Il-miżuri tranżizzjonali għall-użu taż-żgħar mhux organiċi u taż-żerriegħa mill-mafqsiet tal-frott tal-baħar bivalvi mhux organiċi fil-produzzjoni organika stipulati fl-Artikolu 25e(3) u fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 25o(1) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 jiskadu fil-31 ta' Diċembru 2015, u dan jimplika li wara dik id-data ż-żgħar kollha u ż-żerriegħa tal-frott tal-baħar kollha użati fil-produzzjoni organika jridu jkunu organiċi. Peress li deher li ż-żgħar organiċi u ż-żerriegħa tal-frott tal-baħar bil-qoxra organiċi mhumiex disponibbli fi kwantitajiet suffiċjenti, dik id-data għandha tiġi posposta b'sena sabiex jingħata żmien lill-operaturi biex jiżviluppaw żgħar organiċi u żerriegħa tal-frott tal-baħar bil-qoxra organiċi fi kwantitajiet suffiċjenti.

(5)

Skont l-Artikolu 29d(4) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008, il-Kummissjoni għandha terġa' teżamina l-użu ta' ċerti prattiki, proċessi u trattamenti enoloġiċi qabel l-1 ta' Awwissu 2015 bil-ħsieb li gradwalment dawn il-prattiki jinqatgħu jew jiġu ristretti aktar.

(6)

Il-Kummissjoni talbet lill-Grupp ta' esperti għal pariri tekniċi dwar il-produzzjoni organika (“EGTOP”) biex tevalwa l-effett ta' dawn il-prattiki, proċessi u trattamenti enoloġiċi fuq ċertu karatteristiċi essenzjali tal-inbid organiku u jekk humiex disponibbli metodi alternattivi biex jissostitwuhom. L-EGTOP irrakkomanda (3) li għandha tkompli tippermetti l-użu tagħhom fil-produzzjoni organika tal-inbid minħabba n-nuqqas ta' alternattivi vijabbli fil-preżent. Huwa rrakkomanda wkoll li tivvaluta mill-ġdid dawk it-tekniki wara ċertu perjodu bl-istess għan bħal dak attwali, jiġifieri li jitneħħew gradwalment jew jiġu ristretti aktar. Għalhekk, l-iskadenza tal-1 ta' Awwissu 2015 għandha tiġi estiża bi tliet snin.

(7)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom il-possibilità li jawtorizzaw eċċezzjonijiet mir-regoli ta' produzzjoni għall-annimali fuq bażi temporanja meta ċirkustanzi speċifiċi jżommu l-operaturi milli jkomplu jew jibdew mill-ġdid il-produzzjoni organika. B'mod partikolari, f'każ ta' mortalità għolja ta' annimali kawżata minn ċirkostanzi ta' saħħa jew ta' katastrofi, huma jistgħu jippermettu li merħla jew qatgħa tiġi rikostitwita jew imġedda b'annimali mhux organiċi, meta ma jkunux disponibbli annimali mkabbra b'mod organiku. Għandu jiġi ċċarat li f'tali każ, il-perjodu ta' konverżjoni rispettiv xorta jrid jiġi rispettat fir-rigward tal-annimali mhux organiċi introdotti fil-merħla jew fil-qatgħa.

(8)

Barra minn hekk, peress li l-possibbiltajiet li jintużaw żgħar mhux organiċi fi produzzjoni organika ġew limitati f'dawn l-aħħar snin, huwa xieraq li jkun hemm provvediment għal regoli ta' produzzjoni eċċezzjonali simili f'każ ta' mortalità għolja għall-annimali tal-akkwakultura.

(9)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 jelenka l-prodotti li huma awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika skont l-Artikolu 12(1)(h) u l-Artikolu 16(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Dawk il-prodotti ġew ikklassifikati f'seba' (7) gruppi abbażi ta' kriterji differenti, bħal pereżempju l-użu jew l-oriġini. Huwa utli li tiġi ssimplifikata l-preżentazzjoni u li jintużaw biss il-kriterji ta' oriġini għall-klassifikazzjoni.

(10)

Il-kolonna tal-lemin tat-tabella fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 tispeċifika d-deskrizzjoni, ir-rekwiżit kompożizzjonali u l-kundizzjonijiet għall-użu tal-prodotti elenkati f'dak l-Anness, li jinkludu mikrorganiżmi u sustanzi. Il-kundizzjonijiet għall-użu ta' dawk il-prodotti fi produzzjoni organika, u b'mod partikolari l-kategorija tal-użu korrispondenti (bħal insettiċida, akariċida jew fungiċida) għandhom, madankollu, jikkonformaw mal-kundizzjonijiet għall-użu ta' sustanzi attivi kif stipulat fl-Anness għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4) għall-biedja b'mod ġenerali. Jekk l-użu huwa ristrett minn dak ir-Regolament għall-biedja b'mod ġenerali, l-awtorizzazzjonijiet għall-użu huma wkoll ristretti għall-produzzjoni organika. Barra minn hekk, l-esperjenza wriet li l-kundizzjonijiet għall-użu tal-prodotti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 huma ħafna drabi l-istess fl-agrikoltura organika bħal fl-agrikultura konvenzjonali u li r-restrizzjonijiet ta' użu huma limitati.

(11)

Is-sistema għandha għalhekk tkun issimplifikata biex jiġi evitat li l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 jelenka l-użi li mhumiex approvati aktar skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011. Fl-istess ħin, għandu jiġi indikat li l-użi kollha li huma approvati għal biedja b'mod ġenerali bir-Regolament (UE) Nru 540/2011 huma awtomatikament awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika, ħlief fejn ikun indikat speċifikament li kundizzjonijiet aktar restrittivi japplikaw għal ċerti użi.

(12)

Skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, l-Istati Membri ppreżentaw dossiers dwar ċertu sustanzi lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, bil-ħsieb li jiġu awtorizzati u inklużi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 889/2008. Dawk id-dossiers ġew eżaminati mill-EGTOP u mill-Kummissjoni.

(13)

Fir-rakkomandazzjonijiet (5) tiegħu, l-EGTOP ikkonkluda, fost l-oħrajn, li s-sustanzi tad-diossidu tal-karbonju, tal-kieselgur (trab tad-diatomi), tal-aċidi xaħmin u tal-bikarbonat tal-potassju jikkonformaw mal-objettivi u l-prinċipji organiċi. Għaldaqstant, dawk is-sustanzi għandhom jiġu inklużi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 889/2008. Barra minn hekk, sabiex jiġu allinjati l-ismijiet ta' sustanzi attivi mar-Regolament (UE) Nru 540/2011, huwa xieraq li jinbidel l-isem tal-aċidu grass melħ tal-potassa (sapun artab) u jsir aċidi grassi.

(14)

Skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), sustanzi bażiċi huma sustanzi li huma ta' użu fil-protezzjoni tal-pjanti, iżda mhumiex użati b'mod predominanti għal dan l-għan. Ħafna minnhom tradizzjonalment kienu jintużaw fil-biedja organika anki qabel ma ġew ikklassifikati bħala sustanzi bażiċi. Fost dawn, hemm numru ta' prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali. Huwa xieraq li jiġi awtorizzat l-użu ta' dawk is-sustanzi bażiċi fil-biedja organika u għalhekk jiġu inklużi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 jekk jissodisfaw iż-żewġ kriterji ta' kopertura mid-definizzjoni ta' “prodott tal-ikel” fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u b'oriġini mill-pjanti jew mill-annimali.

(15)

L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 jelenka l-addittivi tal-għalf li huma awtorizzati fi prodotti organiċi skont l-Artikolu 14(1)(d) u l-Artikolu 16(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

(16)

Biex jiġi allinjat l-approċċ meħud fir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), il-preżentazzjoni tal-Anness VI għandha tiġi modifikata. B'mod partikolari, il-kolonna tax-xellug tat-tabella tal-Anness VI għandha tiġi emendata billi jiġi indikat in-numru ta' identifikazzjoni speċifiku tal-addittivi jew tal-gruppi funzjonali u l-klassifikazzjoni fil-grupp tal-“addittivi teknoloġiċi” u “addittivi nutrizzjonali” għandha tkun konformi mal-klassifikazzjoni użata fir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Anki l-isem tas-sustanzi tal-grupp ta' “addittivi żootekniċi” fit-Taqsima 4 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 għandu jiġu allinjat mat-test tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(17)

Skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, l-Istati Membri ppreżentaw dossiers dwar ċertu addittivi tal-għalf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, bil-ħsieb li jiġu awtorizzati u inklużi fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 889/2008. Dawk id-dossiers ġew eżaminati mill-EGTOP u mill-Kummissjoni. Skont ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-EGTOP fir-rigward ta' materjali tal-għalf u addittivi tal-għalf (9), l-użu ta' dawn is-sustanzi li l-EGTOP ikkunsidra bħala kompatibbli mal-objettivi u l-prinċipji organiċi għandu jiġi awtorizzat: ħmira selenizzata, klorur tad-diram triidrossidu (TBCC) u idrossiklorur taż-żingu monoidrat (TBZC).

(18)

Fid-dawl tal-bidliet introdotti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 131/2014 (10), (UE) 2015/861 (11) u (UE) 2015/1152 (12), jeħtieġ li jiġu sostitwiti s-sustanzi “estratti b'kontenut qawwi ta' tokoferolu ta' oriġini naturali”, “jodju E2” u “kobalt E3”, li m'għadhomx jeżistu u minflokhom jidħlu dawk ġodda mill-istess kategorija, rispettivament. Barra minn dan, ċertu impreċiżjonijiet fir-rigward tan-numri ta' identifikazzjoni tal-bentonitmontmorillonit u tal-klinoptilolit fil-grupp funzjonali “(d) Leganti, u aġenti antiagglomeranti” għandhom jiġu korretti.

(19)

L-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 jelenka ċerti sustanzi li huma awtorizzati fil-produzzjoni ta' ikel organiku ipproċessat, ħmira u prodotti tal-ħmira skont l-Artikolu 19(2)(b) u l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

(20)

Biex ikun hemm koerenza mar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), jenħtieġ li jinbidlu l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-użu tal-ġell jew tas-soluzzjoni kollojdali tad-diossidu tas-siliċju (E 551) u l-kriterji speċifiċi ta' purità tal-bentonit. L-awtorizzazzjoni eżistenti tal-kawlina (E 559) għandha tiġi rtirata billi skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 l-użu ta' dan l-addittiv ġie awtorizzat sal-31 ta' Jannar 2014.

(21)

Skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, l-Istati Membri ppreżentaw dossiers dwar addittiv tal-ikel, aġenti tal-ipproċessar u ċertu sustanzi oħra lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, bil-ħsieb li jiġu awtorizzati u inklużi fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 889/2008. Dawk id-dossiers ġew eżaminati mill-EGTOP u mill-Kummissjoni.

(22)

Skont ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-EGTOP fir-rigward tal-addittivi tal-ikel (14), l-użu ta' dawn is-sustanzi li l-EGTOP ikkunsidra bħala kompatibbli mal-objettivi u l-prinċipji organiċi għandu jiġi awtorizzat: ix-xama' tan-naħal (E 901), ix-xama' tal-karnawba,(E 903), gomma tal-ġellan (E 418) and eritritol (E 968).

(23)

Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet għall-użu tal-addittivi li ġejjin għandhom jiġu emendati skont ir-rakkomandazzjoni tal-EGTOP: id-diossidu tal-kubrit, il-metabisulfit tal-potassju, l-estratt b'kontenut qawwi ta' tokoferol, il-leċitini, l-aċidu ċitriku, iċ-ċitrat tas-sodju, l-aċidu tartariku, il-gliċerol, il-karbonat tas-sodju, il-ġell jew is-soluzzjoni kollojdali tad-diossidu tas-siliċju u l-idrossidu tas-sodju. Il-leċitina derivata minn materja prima organika hija disponibbli fis-suq, iżda jenħtieġu kwalitajiet xierqa ta' leċitina ta' dan it-tip għall-biċċa l-kbira tal-użi fl-industrija tal-ipproċessar tal-ikel organiku Il-kwalitajiet xierqa għall-produzzjoni organika tal-ikel mhumiex attwalment disponibbli fi kwantitajiet suffiċjenti. Minħabba n-nuqqas temporanju tal-kwalitajiet differenti tal-leċitina organika meħtieġa għall-produzzjoni organika tal-ikel, għandu jkun stipulat li matul perjodu tranżizzjonali ta' tliet snin, il-leċitina mhux derivata minn materja prima organika tista' tintuża fil-produzzjoni ta' ikel organiku.

(24)

Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-EGTOP rigward l-aġenti tal-ipproċessar, l-aċidu aċetiku/il-ħall, il-kloridrat tat-tijamina, il-fosfat tad-diammonju, il-karbonat tas-sodju u l-fibra tal-injam għandhom jkunu awtorizzati. Fir-rigward tal-karbonat tas-sodju, l-aċidu ċitriku, l-idrossidu tas-sodju, iż-żjut veġetali, il-bentonit, ix-xama' tan-naħal u x-xama' tal-karnawba, il-kundizzjonijiet speċifiċi għandhom jiġu emendati.

(25)

Għall-aġenti tal-ipproċessar użati fil-produzzjoni tal-ħmira, għandu jkun meħtieġ li l-lamtu tal-patata u ż-żjut veġetali jintużaw biss jekk ġejjin minn produzzjoni organika, peress li dawk l-aġenti tal-ipproċessar huma issa disponibbli fil-forma organika tagħhom fi kwantità u kwalità suffiċjenti.

(26)

Fl-aħħar nett, fl-Annessi II, VI u VIII tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 ma għadhiex rilevanti r-referenza għar-Regolament li permezz tiegħu ġew awtorizzati l-prodotti jew is-sustanzi.

(27)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 għalhekk jiġi emendat skont dan.

(28)

Biex l-operaturi u l-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll ikollhom żmien raġonevoli biex jadattaw għall-fatt li r-regoli dettaljati tal-produzzjoni għall-algi japplikaw ukoll għall-produzzjoni tal-mikroalgi għal użu ulterjuri bħala ikel, l-emenda tal-Artikolu 6a tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 għandha tapplika minn 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(29)

Sabiex ikun hemm kontinwità u estensjoni tal-possibbiltà tal-użu ta' żgħar mhux organiċi u żerriegħa mill-mafqsiet tal-frott tal-baħar bil-qoxra bivalvi, l-emenda tal-Artikoli 25e(3) u 25o(1) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 għandha tapplika b'mod retroattiv mill-1 ta' Jannar 2016.

(30)

Sabiex l-operaturi jkollhom il-possibbiltà li jadattaw għall-modifiki introdotti fir-rigward ta' ċerti prodotti u sustanzi għall-użu fil-produzzjoni ta' ikel organiku pproċessat, tal-ħmira u tal-prodotti tal-ħmira, l-emendi tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 għandhom japplikaw minn sitt (6) xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(31)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-produzzjoni organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 889/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 6a jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 6a

Kamp ta' applikazzjoni

Dan il-Kapitolu jistabbilixxi regoli tal-produzzjoni ddettaljati għall-algi.

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu “l-algi” tinkludi algi tal-baħar multiċellolari, fitoplankton u mikroalgi.”

(2)

Fl-Artikolu 25e, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Il-perċentwal massimu ta' żgħar tal-akkwakultura mhux organiċi mdaħħla fl-istabbiliment għandu jkun 80 % sal-31 ta' Diċembru 2011, 50 % sal-31 ta' Diċembru 2014 u 0 % sal-31 ta' Diċembru 2016.”

(3)

Fl-Artikolu 25o(1), it-tielet subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Madankollu, il-perċentwal massimu ta' żerriegħa mill-mafqsiet tal-frott tal-baħar bil-qoxra bivalvi li tista' tiddaħħal fl-unitajiet organiċi tal-produzzjoni għandu jkun 80 % sal-31 ta' Diċembru 2011, 50 % sal-31 ta' Diċembru 2014 u 0 % sal-31 ta' Diċembru 2016.”

(4)

Fl-Artikolu 29d(4), id-data tal-“1 ta' Awwissu 2015” għandha tinbidel u ssir l-“1 ta' Awwissu 2018”.

(5)

Fl-Artikolu 47, l-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

fil-każ ta' rata għolja ta' mwiet ta' annimali kkawżata minn ċirkustanzi ta' saħħa jew katastrofiċi, it-tiġdid jew il-kostituzzjoni mill-ġdid tal-merħla jew tal-qatgħa b'annimali mhux organiċi, meta annimali mkabbra b'mod organiku ma jkunux disponibbli u sakemm il-perjodu ta' konverżjoni rispettiv ikun ġie applikat għall-annimali mhux organiċi;”;

(b)

jiżdied il-punt (f) li ġej:

“(f)

fil-każ ta' rata għolja ta' mwiet ta' annimali tal-akkwakultura kkawżata miċ-ċirkustanzi elenkati fl-Artikolu 57(1)(a) sa (d) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), it-tiġdid jew il-kostituzzjoni mill-ġdid tal-istokk tal-akkwakultura b'annimali tal-akkwakultura li mhumiex organiċi, meta annimali mkabbra b'mod organiku ma jkunux disponibbli, u sakemm tal-inqas l-aħħar żewġ terzi ta' tul iċ-ċiklu tal-produzzjoni huma ġestiti b'ġestjoni organika.

(*)  Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).”"

(6)

L-Anness II jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(7)

L-Anness VI jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament;

(8)

L-Anness VIII huwa emendat skont l-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punti li ġejjin tal-Artikolu 1 japplikaw mid-data indikata għalihom:

(a)

il-punt (1) għandu japplika mis-7 ta' Mejju 2017;

(b)

il-punti (2) u (3) għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2016;

(c)

il-punt (8) għandu japplika mis-7 ta' Novembru 2016.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).

(3)  Rapport finali:

http://ec.europa.eu/agriculture/organic/eu-policy/expert-advice/documents/final-reports/

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(5)  Rapport finali:

http://ec.europa.eu/agriculture/organic/eu-policy/expert-advice/documents/final-reports/egtop-final-report-on-ppp-ii_en.pdf

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29).

(9)  Rapport finali:

http://ec.europa.eu/agriculture/organic/eu-policy/expert-advice/documents/final-reports/egtop-final-report-feed-ii_en.pdf

(10)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 131/2014 tal-11 ta' Frar 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 601/2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' aċetat tal-kobalt(II) tetraidrat, karbonat tal-kobalt(II), idrossidu karbonat tal-kobalt(II) (2:3) monoidrat, sulfat tal-kobalt(II) ettaidrat u idrossidu karbonat tal-kobalt(II) (2:3) monoidrat miksi u granulat bħala addittivi tal-għalf (ĠU L 41, 12.2.2014, p. 3).

(11)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/861 tat-3 ta' Ġunju 2015 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-jodur tal-potassju, il-jodat tal-kalċju anidru u l-jodat tal-kalċju anidru miksi u granulat bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 137, 4.6.2015, p. 1).

(12)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1152 tal-14 ta' Lulju 2015 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' estratti tat-tokoferol minn żjut veġetali, estratti b'kontenut rikk ta' tokoferol minn żjut veġetali (rikki fit-tip delta) u t-tokoferol tat-tip alfa bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet tal-annimali kollha (ĠU L 187, 15.7.2015, p. 5).

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).

(14)  Rapporti finali:

 

http://ec.europa.eu/agriculture/organic/eu-policy/expert-advice/documents/final-reports/final_report_egtop_on_organic_food_en.pdf

 

http://ec.europa.eu/agriculture/organic/eu-policy/expert-advice/documents/final-reports/egtop-final-report-food-ii_en.pdf

 

http://ec.europa.eu/agriculture/organic/eu-policy/expert-advice/documents/final-reports/egtop-final-report-food-iii_en.pdf


ANNESS I

“ANNESS II

Pestiċidi — Prodotti msemmija fl-Artikolu 5(1)

Is-sustanzi kollha elenkati f'dan l-Anness għandhom jikkonformaw tal-anqas mal-kundizzjonijiet għall-użu kif speċifikat fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (1) Kundizzjonijiet aktar restrittivi għall-użu fil-produzzjoni organika huma speċifikati fit-tieni kolonna ta' kull tabella.

1.   Sustanzi ta' oriġini mill-pjanti jew mill-annimali

Isem

Deskrizzjoni, rekwiżiti kompożizzjonali, kundizzjonijiet għall-użu

Ażadiraktina estratta minn Azadirachta indica (Is-siġra tan-neem)

 

Sustanzi bażiċi

Is-sustanzi bażiċi biss fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li huma koperti bid-definizzjoni ta' “prodott tal-ikel” fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u li għandhom oriġini mill-pjanti jew mill-annimali.

Sustanzi li ma għandhomx jintużaw bħala erbiċidi, iżda biss għall-kontroll ta' pesti u mard.

Xama' tan-naħal

Bħala aġent għaż-żbir/protezzjoni għall-feriti biss.

Proteini idrolizzati minbarra l-ġelatina

 

Laminarin

Il-kelp għandu jitkabbar organikament skont l-Artikolu 6d jew jinħasad b'mod sostenibbli skont l-Artikolu 6c.

Feromoni

F'nases u f'distributuri biss.

Żjut tal-pjanti

Kull użu awtorizzat, ħlief bħala erbiċida.

Piretrini estratti minn Chrysanthemum cinerariaefolium

 

Piretrojdi (id-deltametrina jew il-lambdaċjalotrina biss)

F'nases b'sustanzi speċifiċi li jattiraw, biss; kontra Bactrocera oleae u Ceratitis capitata Wied, biss.

Kwassja estratta minn Quassia amara

Bħala insettiċida biss, repellent.

Repellenti permezz ta' riħa, ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/xaħam tan-nagħaġ

Fuq partijiet tal-għelejjel mhux tajbin għall-ikel u fejn materjal tal-għelejjel ma jiġix inġerit min-nagħaġ jew mill-mogħoż, biss

2.   Mikroorganiżmi jew sustanzi prodotti minn mikroorganiżmi

Isem

Deskrizzjoni, rekwiżiti kompożizzjonali, kundizzjonijiet għall-użu

Mikroorganiżmi

Li ma joriġinawx minn OĠM.

Spinosad

 

3.   Sustanzi oħra għajr dawk imsemmija fit-Taqsima 1 u 2

Isem

Deskrizzjoni, rekwiżiti kompożizzjonali, kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet għall-użu

Silikat tal-aluminju (Kaolin)

 

Idrossidu tal-kalċju

Meta jintuża bħala fungiċida, fis-siġar tal-frott biss, inkluż mixtliet, għall-kontroll ta' Nectria galligena.

Diossidu tal-karbonju

 

Komposti tar-ram fil-forma ta': idrossidu tar-ram, ossiklorur tar-ram, ossidu tar-ram, taħlita Bordeaux, u sulfat tar-ram tribażiku

Sa 6 kg ta' ram, għal kull ettaru, fis-sena.

Għall-għelejjel perenni, b'deroga mill-ewwel paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-limitu ta' 6 kg ta' ram jista' jinqabeż f'sena partikolari sakemm il-kwantità medja effettivament użata tul perjodu ta' 5 snin li jkun jikkonsisti minn dik is-sena u l-erba' snin preċedenti ma tkunx taqbeż is-6 kg.

Etilen

 

Aċidu xaħmi

Kull użu awtorizzat, ħlief bħala erbiċida.

Il-fosfat ferriku (l-ortofosfat tal-ħadid (III))

Preparazzjonijiet li għandhom jindilku fil-wiċċ bejn il-pjanti kkultivati”

Kieselgur (trab tad-diatomi)

 

Kubrit tal-ġir (polisulfur tal-kalċju)

 

Żejt tal-paraffina

 

Il-karbonat tal-idroġenu tal-potassju (magħruf ukoll bħala bikarbonat tal-potassju)

 

Ramel kwarzuż

 

Kubrit

 


(1)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).


ANNESS II

“ANNESS VI

Addittivi tal-għalf użati fin-nutrizzjoni tal-annimali msemmija fl-Artikolu 22(g), fl-Artikolu 24(2) u fl-Artikolu 25 m(2)

L-addittivi tal-għalf elenkati f'dan l-Anness għandhom jiġu approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

1.   ADDITTIVI TEKNOLOĠIĊI

(a)   Preservattivi

Numri tal-identità jew Gruppi funzjonali

Sustanza

Deskrizzjoni u kundizzjonijiet għall-użu

 

E 200

Aċidu sorbiku

 

 

E 236

Aċidu formiku

 

 

E 237

Format tas-sodju

 

 

E 260

Aċidu aċetiku

 

 

E 270

Aċidu lattiku

 

 

E 280

Aċidu propjoniku

 

 

E 330

Aċidu ċitriku

 

(b)   Antiossidanti

Numru tal-identità jew Gruppi funzjonali

Sustanza

Deskrizzjoni u kundizzjonijiet għall-użu

 

1b306(i)

Estratti tat-tokoferol minn żjut veġetali

 

 

1b306(ii)

Estratti b'kontenut qawwi ta' tokoferol minn żjut veġetali (rikki fit-tip delta)

 

(c)   Emulsifikanti, stabiliżżaturi, aġenti tat-tgħaqqid, u aġenti ġelifikanti

Numri tal-identità jew Gruppi funzjonali

Sustanza

Deskrizzjoni u kundizzjonijiet għall-użu

 

E 322

Leċitini

Meta jkunu ġejjin minn materja prima organika biss.

L-użu huwa ristrett għall-għalf tal-annimali tal-akkwakultura.

(d)   Leganti u antiagglomeranti

Numru tal-identità jew Gruppi funzjonali

Sustanza

Deskrizzjoni u kundizzjonijiet għall-użu

 

E 535

Ferroċanur tas-sodju

Ir-rata tad-doża massima hija ta' 20 mg/kg NaCl, ikkalkulata bħala anjon tal-ferroċanur.

 

E 551b

Silika kollojdali

 

 

E 551c

Kieselgur (trab tad-dijatomi, ippurifikat)

 

 

1m558i

Bentonit

 

 

E 559

Tafal tal-kawlina, mingħajr asbestos

 

 

E 560

Taħlitiet naturali ta' steariti u klorit

 

 

E 561

Vermikulit

 

 

E 562

Sepjolit

 

 

E 566

Natrolit-Fonolit

 

 

1g568

Klinoptilolit ta' oriġini sedimentarja

 

 

E 599

Perlit

 

(e)   Addittivi tal-foraġġ insilat

Numru tal-identità jew Gruppi funzjonali

Sustanza

Deskrizzjoni u kundizzjonijiet għall-użu

1k

Enżimi u mikroorganiżmi

L-użu huwa ristrett għall-produzzjoni tal-foraġġ insilat meta l-kundizzjonijiet tat-temp ma jippermettux fermentazzjoni adegwata.

2.   ADDITTIVI SENSORJI

Numru tal-identità jew Gruppi funzjonali

Sustanza

Deskrizzjoni u kundizzjonijiet għall-użu

2b

Komposti aromatiċi

Estratti minn prodotti agrikoli biss

3.   ADDITTIVI NUTRIZZJONALI

(a)   vitamini, provitamini u sustanzi definiti sew kimikament li għandhom effett simili

Numru tal-identità jew Gruppi funzjonali

Sustanza

Deskrizzjoni u kundizzjonijiet għall-użu

3a

Vitamini u provitamini

Derivati minn prodotti agrikoli.

Jekk ikunu dderivati b'mod sintetiku, għall-annimali monogastriċi u għall-annimali tal-akkwakultura jistgħu jintużaw biss dawk li jkunu identiċi għall-vitamini li ġejjin mill-prodotti agrikoli.

Jekk ikunu dderivati b'mod sintetiku, għall-annimali ruminanti jistgħu jintużaw biss vitamini A, D u E identiċi għall-vitamini li ġejjin mill-prodotti agrikoli; l-użu huwa suġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istati Membri abbażi ta' valutazzjoni tal-possibbiltà li r-ruminanti organiċi jiksbu l-kwantitajiet neċessarji ta' dawn il-vitamini mir-razzjonijiet tal-għalf tagħhom.

(b)   Komposti ta' mikroelementi

Numri tal-identità jew Gruppi funzjonali

Sustanza

Deskrizzjoni u kundizzjonijiet għall-użu

 

E1 Ħadid

Ossidu ferriku

Karbonat ferruż

Sulfat ferruż, ettaidrat

Sulfat ferruż, monoidrat

 

 

3b201

Jodjur tal-potassju

 

3b202

Jodat tal-kalċju, anidru

3b203

Jodat tal-kalċju, anidru miksi u granulat

 

3b301

Aċetat tal-kobalt(II) tetraidrat

 

3b302

Karbonat tal-kobalt(II)

3b303

Idrossidu karbonat tal-kobalt(II) (2:3) monoidrat

3b304

Karbonat tal-kobalt(II) miksi u granulat

3b305

Sulfat tal-kobalt(II) ettaidrat

 

E4 Ram

Karbonat kupriku bażiku, monoidrat

Ossidu kupriku

Sulfat kupriku, pentaidrat

 

3b409

Triidrossidu klorur tad-diram (TBCC)

 

E5 Manganiż

Ossidu manganuż

Sulfat manganuż, monoidrat

Karbonat manganuż

 

 

E6 Żingu

Ossidu taż-żingu

Sulfat taż-żingu, monoidrat

Sulfat taż-żingu eptaidrat

 

3b609

Idrossiklorur taż-żingu monoidrat (TBZC)

 

E7 Molibdenu

Molibdat tas-sodju

 

 

E8 Selenju

Selenit tas-sodju

Selenat tas-sodju

 

3b8.10, 3b8.11, 3b8.12, 3b813 u 3b817

Ħmira selenizzata inattivata

4.   ADDITTIVI ŻOOTEKNIĊI

Numru tal-identità jew Gruppi funzjonali

Sustanza

Deskrizzjoni u kundizzjonijiet għall-użu

4a, 4b, 4c u 4d

Enżimi u mikroorganiżmi fil-kategorija ta' ‘addittivi żootekniċi’”

 


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29).


ANNESS III

L-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

In-nota ta' fuq it-titolu tat-Taqsima A, in-nota ta' taħt it-titolu tat-Taqsima B u l-ewwel kolonna tat-tabelli fit-Taqsimiet A u B bl-intestatura “Awtorizzazzjoni” huma mħassra.

(2)

It-Taqsima A hija emendata kif ġej:

(a)

Ir-ringieli relatati mad-diossidu tal-kubrit, il-metabisulfit tal-potassju, l-estratt b'kontenut qawwi ta' tokoferol, il-leċitini, l-aċidu ċitriku, iċ-ċitrat tas-sodju, l-aċidu tartariku, il-gliċerina, il-karbonat tas-sodju, l-idrossidu tas-sodju, id-diossidu tas-silikon għandhom jinbidlu bir-ringieli li ġejjin:

“E 220

Diossidu tal-kubrit

X

X (għall-inbid mill-għasel biss)

Fi nbejjed tal-frott (*) u nbid mill-għasel bi u mingħajr zokkor miżjud): 100 mg (**)

E 224

Metabisulfit tal-potassju

X

X (għall-inbid mill-għasel biss)

Fi nbejjed tal-frott (*) u nbid mill-għasel bi u mingħajr zokkor miżjud): 100 mg (**).

E 306 (*)

Estratt b'kontenut qawwi ta' tokoferol

X

X

Antiossidant

E 322 (*)

Leċitini

X

X

Prodotti tal-ħalib (2)

Meta jkunu ġejjin minn materja prima organika biss (***)

E 330

Aċidu ċitriku

X

X

 

E 331

Ċitrat tas-sodju

X

X

 

E 334

Aċidu tartariku (L(+)–)

X

X (għall-inbid mill-għasel biss)

 

E 422

Gliċerol

X

 

Minn oriġini tal-pjanti.

Għall-estratti ta' pjanti u ħwawar

E 500

Karbonat tas-sodju

X

X

 

E 551

Ġell tad-diossidu tas-siliċju jew soluzzjoni kollojdali

X

X

Għal ħxejjex aromatiċi u ħwawar f'forma ta' trab niexef, taħwir u żaftur

E 524

Idrossidu tas-sodju

X

 

Trattament tas-superfiċe tal-“Laugengebäck” u r-regolament tal-aċidità fit-taħwir organiku

(b)

ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu fl-ordni tan-numru tal-kodiċi:

“E 418

Gomma tal-ġellan

X

X

Forma high-acyl biss

E 901

Xama' tan-naħal

X

 

Bħala aġent tal-kisja tleqq għall-prodotti tal-ħelu biss.

Xama' tan-naħal minn trobbija organika tan-naħal

E 903

Xama' tal-Karnawba

X

 

Bħala aġent tal-kisja tleqq għall-prodotti tal-ħelu biss.

Meta jkunu ġejjin minn materja prima organika biss”

(c)

tiżdied ir-ringiela li ġejja:

“E 968

Eritritol

X

X

Meta jkunu ġejjin mill-produzzjoni organika biss mingħajr l-użu ta' teknoloġija ta' skambju ta' joni”

(3)

It-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(a)

ir-ringieli li għandhom x'jaqsmu mal-karbonat tas-sodju, l-aċidu ċitriku, l-idrossidu tas-sodju, iż-żjut veġetali, il-bentonite, ix-xama' tan-naħal jew ix-xama' tal-karnawba jinbidlu bir-ringieli li ġejjin:

“Karbonat tas-sodju

X

X

 

Aċidu ċitriku

X

X

 

Idrossidu tas-sodju

X

 

Għall-produzzjoni taz-zokkor (zokkrijiet).

Għall-produzzjoni taż-żejt ħlief għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa

Żjut veġetali

X

X

Aġent għad-dlik, kontra t-twaħħil jew kontra r-ragħwa.

Meta jkunu ġejjin mill-produzzjoni organika biss

Bentonit

X

X

Aġent għat-twaħħil għall-inbid mill-għasel (1)

Xama' tan-naħal

X

 

Aġent kontra t-twaħħil

Xama' tan-naħal minn trobbija organika tan-naħal

Xama' tal-Karnawba

X

 

Aġent kontra t-twaħħil

Meta jkunu ġejjin minn materja prima organika biss”

(b)

Ir-ringiela li tikkonċerna l-kawlina hija mħassra;

(c)

jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

“Aċidu aċetiku/ħall

 

X

Meta jkunu ġejjin mill-produzzjoni organika biss.

Għall-ipproċessar tal-ħut, minn sors bijoteknoloġiku biss, ħlief jekk prodott minn OĠM

Kloridrat tat-tijamina

X

X

Għall-użu fl-ipproċessar tal-inbejjed tal-frott biss, inkluż sidru u sidru tal-lanġas u inbid mill-għasel

Fosfat tad-diammonju

X

X

Għall-użu fl-ipproċessar tal-inbejjed tal-frott biss, inkluż sidru u sidru tal-lanġas u inbid mill-għasel

Fibra tal-injam

X

X

Is-sors tal-injam għandu jkun ristrett għal injam iċċertifikat, prodott b'mod sostenibbli.

L-injam użat ma jridx ikun fih komponenti tossiċi (trattament ta' wara l-ħsad, tossini li jidhru b'mod naturali jew tossini minn mikroorganiżmi)”

(4)

Fit-Taqsima C, ir-ringieli li jirrigwardaw il-lamtu tal-patata u ż-żjut veġetali għandhom jinbidlu bir-ringieli li ġejjin:

“Lamtu tal-patata

X

X

Għall-iffiltrar

Meta jkunu ġejjin mill-produzzjoni organika biss

Żjut veġetali

X

X

Aġent għad-dlik, kontra t-twaħħil jew kontra r-ragħwa.

Meta jkunu ġejjin mill-produzzjoni organika biss”


(*)  F'dan il-kuntest, l-“inbid tal-frott” huwa ddefinit bħala nbid magħmul minn frott ta' xorta oħra mill-għeneb (inklużi s-sidru u s-sidru tal-lanġas (perry)).

(**)  Il-livelli massimi disponibbli mis-sorsi kollha, espressi bħala SO2 f'mg/l.

(***)  Mill-1 ta' Jannar 2019.”


30.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 116/23


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/674

tad-29 ta' April 2016

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 183(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (2) jistipula s-sorveljanza tal-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness XVIII tiegħu. Din is-sorveljanza għandha titwettaq skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (3).

(2)

Għall-finijiet tal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) li ġie konkluż matul il-laqgħa tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, u fid-dawl tal-aktar dejta reċenti disponibbli għall-2013, l-2014 u l-2015, il-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq ċertu frott u ħxejjex għandu jiġi emendat b'effett mill-1 ta' Mejju 2016.

(3)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 għandu jiġi emendat skont dan. Għal raġunijiet ta' leġġibbiltà, jenħtieġ li l-Anness XVIII ta' dak ir-Regolament jinbidel fl-intier tiegħu.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tibda tapplika mill-aktar fis wara li toħroġ l-informazzjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVIII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.


ANNESS

“ANNESS XVIII

DAZJI ADDIZZJONALI TAL-IMPORTAZZJONI: TITOLU IV, KAPITOLU I, TAQSIMA 2

Bla preġudizzju għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata bħala indikattiva biss. Il-kamp ta' applikazzjoni tad-dazji addizzjonali għall-finijiet ta' dan l-Anness huwa ddeterminat mill-ambitu tal-kodiċijiet NM kif kienu meta seħħet l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.

Numru tal-ordni

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu tal-applikazzjoni

Livelli tal-iskattar (f'tunnellati)

78.0015

0702 00 00

Tadam

Mill-1 ta' Ottubru 2016 sal-31 ta' Mejju 2017

459 296

78.0020

Mill-1 ta' Ġunju 2016 sat-30 ta' Settembru 2016

33 923

78.0065

0707 00 05

Ħjar

Mill-1 ta' Mejju 2016 sal-31 ta' Ottubru 2016

20 972

78.0075

Mill-1 ta' Novembru 2016 sat-30 ta' April 2017

15 253

78.0085

0709 91 00

Qaqoċċ

Mill-1 ta' Novembru 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016

16 157

78.0100

0709 93 10

Zukkini

Mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016

258 846

78.0110

0805 10 20

Larinġ

Mill-1 ta' Diċembru 2015 sal-31 ta' Mejju 2016

713 508

78.0120

0805 20 10

Klementini

Mill-1 ta' Novembru 2015 sal-aħħar ta' Frar 2016

267 618

78.0130

0805 20 30

0805 20 50

0805 20 70

0805 20 90

Mandolin (inklużi l-varjetajiet tangerine u satsuma); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili

Mill-1 ta' Novembru 2015 sal-aħħar ta' Frar 2016

105 541

78.0155

0805 50 10

Lumi

Mill-1 ta' Ġunju 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016

293 087

78.0160

Mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Mejju 2016

65 269

78.0170

0806 10 10

Għeneb tal-mejda

Mill-21 ta' Lulju 2016 sal-20 ta' Novembru 2016

70 580

78.0175

0808 10 80

Tuffieħ

Mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Awwissu 2016

667 666

78.0180

Mill-1 ta' Settembru 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016

54 155

78.0220

0808 30 90

Lanġas

Mill-1 ta' Jannar 2016 sat-30 ta' April 2016

170 513

78.0235

Mill-1 ta' Lulju 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016

118 018

78.0250

0809 10 00

Berquq

Mill-1 ta' Ġunju 2016 sal-31 ta' Lulju 2016

4 939

78.0265

0809 29 00

Ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa

Mill-21 ta' Mejju 2016 sal-10 ta' Awwissu 2016

29 166

78.0270

0809 30

Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk

Mill-11 ta' Ġunju 2016 sat-30 ta' Settembru 2016

3 849

78.0280

0809 40 05

Għanbaqar

Mill-11 ta' Ġunju 2016 sat-30 ta' Settembru 2016

18 155 ”


30.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 116/27


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/675

tad-29 ta' April 2016

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1519 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikoli 23(4) tiegħu,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 598/2009 (2) il-Kunsill impona dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil kif definit fil-premessa (10) hawn taħt li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka.

(2)

Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 443/2011 (3), wara investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni, il-Kunsill estenda d-dazju kompensatorju definittiv fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka għal importazzjonijiet tal-bijodiżil ikkunsinnati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kanada kif ukoll jekk le (“il-miżuri estiżi”).

(3)

Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2014 (4), wara rieżami interim parzjali dwar il-miżuri antisussidju applikabbli fuq importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka, kif estiżi għal importazzjonijiet ikkunsinnati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarat li joriġinaw mill-Kanada kif ukoll jekk le, il-Kunsill temm ir-rieżami interim parzjali mingħajr ma ġew emendati l-miżuri fis-seħħ kif estiżi.

(4)

Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1519 (5), wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kumissjoni”) imponiet dazju kompensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka (“miżuri fis-seħħ”).

B.   TALBA GĦAL RIEŻAMI

(5)

Il-Kummissjoni irċeviet talba għal rieżami (“it-talba għal rieżami”) interim parzjali skont l-Artikoli 19 u 23(6) tar-Regolament bażiku.

(6)

It-talba għal rieżami tressqet minn DSM Nutritional Products Kanada Inc., (“l-applikant”), produttur esportatur mill-Kanada, u kienet limitata fil-kamp ta' applikazzjoni għall-possibbiltà li tikseb eżenzjoni mill-miżuri estiżi.

(7)

Fit-talba għal rieżami l-applikant iddikjara li hu produttur ġenwin tal-prodott taħt rieżami u li jista' jipproduċi l-kwantità kollha li bagħat lejn l-Unjoni mill-bidu tal-perjodu ta' investigazzjoni tal-investigazzjoni ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni msemmija fil-premessa (2) li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri estiżi eżistenti.

(8)

Barra minn hekk, l-applikant allega li hu mhuwiex relatat ma' ebda produtturi esportaturi soġġetti għall-miżuri fis-seħħ, u li ma kienx qiegħed jevita l-miżuri fis-seħħ.

C.   BIDU TA' RIEŻAMI INTERIM PARZJALI

(9)

Il-Kummissjoni ddeterminat li t-talba għal rieżami kien fiha biżżejjed evidenza prima facie sabiex tiġġustifika l-bidu ta' rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 19 u 23(6) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant fid-19 ta' Mejju 2015 il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni permezz ta' notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (6) (“in-notifika tal-bidu”).

D.   PRODOTT TAĦT RIEŻAMI

(10)

Il-prodott taħt rieżami huwa esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, spiss magħruf bħala “bijodiżil”, f'forma pura jew f'taħlita li fiha iktar minn 20 % tal-piż esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili (“il-prodott taħt rieżami”, jew “bijodiżil”), li bħalissa huwa kklassifikat fil-kodiċi NM ex 1516 20 98, ex 1518 00 91, ex 1518 00 99, ex 2710 19 43, ex 2710 19 46, ex 2710 19 47, ex 2710 20 11, ex 2710 20 15, ex 2710 20 17, ex 3824 90 92, ex 3826 00 10 u ex 3826 00 90 li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerka.

E.   PERJODU TA' INVESTIGAZZJONI

(11)

Il-perjodu ta' rappurtar għal din l-investigazzjoni kopra l-perjodu mill-1 ta' April 2014 sal-31 ta' Marzu 2015 (“perjodu ta' rappurtar”). Kien hemm ġbir ta' dejta wkoll mill-1 ta' April 2009 sat-tmiem tal-perjodu ta' rappurtar.

F.   PARTIJIET INTERESSATI

(12)

Il-Kummissjoni għarrfet uffiċjalment lill-applikant u lir-rappreżentanti tal-Kanada dwar il-bidu tar-rieżami interim parzjali. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu ta' żmien stipulat fin-notifika ta' bidu. L-applikant biss ippreżenta ruħu. Ma ntalbet l-ebda seduta.

(13)

Il-Kummissjoni rċeviet it-tweġiba għall-kwestjonarju mibgħuta mill-applikant, li ġiet ivverifikata fuq il-post fl-istabbiliment tal-applikant fil-Kanada.

G.   RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI

(14)

L-applikant ġie stabbilit fl-1997 bħal manifattur tas-supplimenti nutrizzjonali tal-Omega 3.

(15)

L-investigazzjoni stabbiliet li l-applikant huwa produttur ġenwin tal-bijodiżil li jirriżulta bħala prodott sekondarju mill-proċess ta' manifattura tal-konċentrati taż-żejt tal-ħuta Omega 3, in-negozju ewlieni tiegħu.

(16)

L-investigazzjoni kkonfermat ukoll li l-applikant ma huwa relatat ma' ebda produttur tal-bijodiżil fl-Istati Uniti tal-Amerka soġġett għall-miżuri.

(17)

Barra minn hekk, l-investigazzjoni kkonfermat li l-bijodiżil esportat lejn is-suq tal-Unjoni kien tabilħaqq prodott mill-applikant.

(18)

Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma kixfet ebda evidenza li l-applikant xtara bijodiżil mill-Istati Uniti tal-Amerka, jew li trasborda bijodiżil manifatturat fl-Istati Uniti lejn l-Unjoni.

(19)

Fid-dawl tas-sejbiet fil-premessi (14) sa (18), il-Kummissjoni stabbiliet li l-applikant huwa produttur ġenwin tal-prodott taħt rieżami u li għalhekk għandu jkun eżentat mill-miżuri estiżi.

(20)

Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa dwar l-intenzjoni li tingħata l-eżenzjoni lill-applikant u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Ma waslu ebda kummenti li setgħu biddlu d-deċiżjoni li tiġi tterminata l-investigazzjoni ta' rieżami.

(21)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (7).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1519 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Id-dazju kompensatorju definittiv applikabbli lill-“kumpaniji l-oħrajn kollha” kif stipulat fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2, huwa estiż għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' esteri monoalkiliċi ta' aċidi xaħmin u/jew ta' żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, magħruf b'mod komuni bħala “bijodiżil”, f'forma pura jew f'taħlita li fiha bil-piż aktar minn 20 % ta' esteri monoalkiliċi ta' aċidi xaħmin u/jew ta' żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, ikkunsinnat mill-Kanada, kemm jekk iddikjarat li joriġina mill-Kanada kif ukoll jekk le, li attwalment huwa kklassifikat taħt il-kodiċi NM ex 1516 20 98 (kodiċi TARIC 1516209821), ex 1518 00 91 (kodiċi TARIC 1518009121), ex 1518 00 99 (kodiċi TARIC 1518009921), ex 2710 19 43 (kodiċi TARIC 2710194321), ex 2710 19 46 (kodiċi TARIC 2710194621), ex 2710 19 47 (kodiċi TARIC 2710194721), ex 2710 20 11 (kodiċi TARIC 2710201121), ex 2710 20 15 (kodiċi TARIC 2710201521), ex 2710 20 17 (kodiċi TARIC 2710201721), ex 3824 90 92 (kodiċi TARIC 3824909210), ex 3826 00 10 (kodiċijiet TARIC 3826001020, 3826001030, 3826001040, 3826001089) u ex 3826 00 90 (kodiċi TARIC 3826009011), bl-eċċezzjoni ta' dawk prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt:

Pajjiż

Kumpanija

Kodiċi addizzjonali TARIC

Il-Kanada

BIOX Corporation, Oakville, Ontario, Kanada

B107

DSM Nutritional Products Kanada Inc, Dartmouth, Nova Scotia, Kanada

C114

Rothsay Biodiesel, Guelph, Ontario, Kanada

B108

Id-dazju li għandu jiġi estiż ikun dak stabbilit għall-“Kumpaniji l-oħra kollha” fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 598/2009, li huwa dazju kompensatorju definittiv ta' EUR 237 kull tunnellata netta.

Id-dazju kompensatorju fuq it-taħlitiet jkun applikabbli, bħala proporzjon, fit-taħlita, bil-piż, tal-kontenut totali ta' esteri monoalkiliċi ta' aċidi xaħmin u żejt tal-gass paraffiniku miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili (il-kontenut tal-bijodiżil).”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 598/2009 tas-7 ta' Lulju 2009 li jimponi dazju kompensatorju definittiv u jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 179, 10.7.2009, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 443/2011 tal-5 ta' Mejju 2011 li jestendi d-dazju kompensatorju definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 598/2009 fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka għall-importazzjonijiet ta' bijodiżil ikkunsinnati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kanada, kif ukoll jekk le, u li jestendi d-dazju kompensatorju definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 598/2009 fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil f'taħlita li fiha bil-piż 20 % jew inqas ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka, u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkunsinnati minn Singapore (ĠU L 122, 11.5.2011, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 391/2014 tal-14 ta' April 2014 li jtemm ir-rieżami interim parzjali li jikkonċerna miżuri antisussidju applikabbli għal importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerka, kif estiżi għall-importazzjonijiet ikkunsinnati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarat li joriġina mill-Kanada, kif ukoll jekk le (ĠU L 115, 17.4.2014, p. 14)

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1519 tal-14 ta' Settembru 2015 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 (ĠU L 239, 15.9.2015, p. 99).

(6)  Notifika ta' bidu ta' rieżami interim parzjali tal-miżuri kompensatorji applikabbli għal importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerka, kif estiżi għall-importazzjonijiet ikkunsinnati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kanada kif ukoll jekk le (ĠU C 162, 19.5.2015, p. 9).

(7)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat- 30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).


30.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 116/31


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/676

tad-29 ta' April 2016

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1518 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(3) u 13(4) tiegħu,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 599/2009 (2) il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil kif definit fil-premessa (10) hawn taħt li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka.

(2)

Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 444/2011 (3), wara investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni, il-Kunsill estenda d-dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka għal importazzjonijiet tal-bijodiżil ikkunsinnati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kanada kif ukoll jekk le (“il-miżuri estiżi”).

(3)

Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 392/2014 (4), wara rieżami interim parzjali dwar il-miżuri antidumping applikabbli fuq importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka, kif estiżi għal importazzjonijiet ikkunsinnati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarat li joriġinaw mill-Kanada kif ukoll jekk le, il-Kunsill temm ir-rieżami interim parzjali mingħajr ma ġew emendati l-miżuri fis-seħħ kif estiżi.

(4)

Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1518 (5), wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka (“miżuri fis-seħħ”).

B.   TALBA GĦAL RIEŻAMI

(5)

Il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami (“it-talba għal rieżami”) interim parzjali skont l-Artikoli 11(3) u 13(4) tar-Regolament bażiku.

(6)

It-talba għal rieżami tressqet minn DSM Nutritional Products Kanada Inc., (“l-applikant”), produttur esportatur mill-Kanada, u kienet limitata fil-kamp ta' applikazzjoni għall-possibbiltà li tikseb eżenzjoni mill-miżuri estiżi.

(7)

Fit-talba għal rieżami l-applikant iddikjara li hu produttur ġenwin tal-prodott taħt rieżami u li jista' jipproduċi l-kwantità kollha li bagħat lejn l-Unjoni mill-bidu tal-perjodu ta' investigazzjoni tal-investigazzjoni ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri estiżi.

(8)

Barra minn hekk, l-applikant allega li hu mhuwiex relatat ma' ebda produtturi esportaturi soġġetti għall-miżuri fis-seħħ, u li ma kienx qiegħed jevita l-miżuri fis-seħħ.

C.   BIDU TA' RIEŻAMI INTERIM PARZJALI

(9)

Il-Kummissjoni ddeterminat li t-talba għal rieżami kien fiha biżżejjed evidenza prima facie sabiex tiġġustifika l-bidu ta' rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) u 13(4) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant fid-19 ta' Mejju 2015 il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni permezz ta' notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (6) (“in-notifika tal-bidu”).

D.   PRODOTT TAĦT RIEŻAMI

(10)

Il-prodott taħt rieżami huwa esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, spiss magħruf bħala “bijodiżil”, f'forma pura jew f'taħlita li fiha iktar minn 20 % tal-piż esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili (“il-prodott taħt rieżami”, jew “bijodiżil”), li bħalissa huwa kklassifikat fil-kodiċi NM ex 1516 20 98, ex 1518 00 91, ex 1518 00 99, ex 2710 19 43, ex 2710 19 46, ex 2710 19 47, ex 2710 20 11, ex 2710 20 15, ex 2710 20 17, ex 3824 90 92, ex 3826 00 10 u ex 3826 00 90 li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerka.

E.   PERJODU TA' INVESTIGAZZJONI

(11)

Il-perjodu ta' rappurtar għal din l-investigazzjoni kopra l-perjodu mill-1 ta' April 2014 sal-31 ta' Marzu 2015 (“perjodu ta' rappurtar”). Kien hemm ġbir ta' dejta wkoll mill-1 ta' April 2009 sat-tmiem tal-perjodu ta' rappurtar.

F.   PARTIJIET INTERESSATI

(12)

Il-Kummissjoni għarrfet uffiċjalment lill-applikant u lir-rappreżentanti tal-Kanada dwar il-bidu tar-rieżami interim parzjali. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu ta' żmien stipulat fin-notifika ta' bidu. L-applikant biss ippreżenta ruħu. Ma ntalbet l-ebda seduta.

(13)

Il-Kummissjoni rċeviet it-tweġiba għall-kwestjonarju mibgħuta mill-applikant, li ġiet ivverifikata fuq il-post fl-istabbiliment tal-applikant fil-Kanada.

G.   RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI

(14)

L-applikant ġie stabbilit fl-1997 bħal manifattur tas-supplimenti nutrizzjonali tal-Omega 3.

(15)

L-investigazzjoni stabbiliet li l-applikant huwa produttur ġenwin tal-bijodiżil li jirriżulta bħala prodott sekondarju mill-proċess ta' manifattura tal-konċentrati taż-żejt tal-ħuta Omega 3, in-negozju ewlieni tiegħu.

(16)

L-investigazzjoni kkonfermat ukoll li l-applikant ma huwa relatat ma' ebda produttur tal-bijodiżil fl-Istati Uniti tal-Amerka soġġett għall-miżuri fis-seħħ.

(17)

Barra minn hekk, l-investigazzjoni kkonfermat li l-bijodiżil esportat lejn is-suq tal-Unjoni kien tabilħaqq prodott mill-applikant.

(18)

Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma kixfet ebda evidenza li l-applikant xtara bijodiżil mill-Istati Uniti tal-Amerka, jew li trasborda bijodiżil manifatturat fl-Istati Uniti lejn l-Unjoni.

(19)

Fid-dawl tas-sejbiet fil-premessi (14) sa (18) il-Kummissjoni stabbiliet li l-applikant huwa produttur ġenwin tal-prodott taħt rieżami u li għalhekk għandu jkun eżentat mill-miżuri estiżi.

(20)

Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa dwar l-intenzjoni li tingħata l-eżenzjoni lill-applikant u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Ma waslu ebda kummenti li setgħu biddlu d-deċiżjoni li tiġi tterminata l-investigazzjoni ta' rieżami.

(21)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1518 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Id-dazju antidumping definittiv applikabbli lill-“kumpaniji l-oħrajn kollha” kif stipulat fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2, huwa b'dan estiż għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' esteri monoalkiliċi ta' aċidi xaħmin u/jew ta' żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, magħruf b'mod komuni bħala “bijodiżil”, f'forma pura jew f'taħlita li fiha bil-piż aktar minn 20 % ta' esteri monoalkiliċi ta' aċidi xaħmin u/jew ta' żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, ikkunsinnat mill-Kanada, kemm jekk iddikjarat li joriġina mill-Kanada kif ukoll jekk le, li attwalment huwa kklassifikat taħt il-kodiċi NM ex 1516 20 98 (kodiċi TARIC 1516209821), ex 1518 00 91 (kodiċi TARIC 1518009121), ex 1518 00 99 (kodiċi TARIC 1518009921), ex 2710 19 43 (kodiċi TARIC 2710194321), ex 2710 19 46 (kodiċi TARIC 2710194621), ex 2710 19 47 (kodiċi TARIC 2710194721), ex 2710 20 11 (kodiċi TARIC 2710201121), ex 2710 20 15 (kodiċi TARIC 2710201521), ex 2710 20 17 (kodiċi TARIC 2710201721), ex 3824 90 92 (kodiċi TARIC 3824909210), ex 3826 00 10 (kodiċijiet TARIC 3826001020, 3826001030, 3826001040, 3826001089) u ex 3826 00 90 (kodiċi TARIC 3826009011), bl-eċċezzjoni ta' dawk prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt:

Pajjiż

Kumpanija

Kodiċi addizzjonali TARIC

Il-Kanada

BIOX Corporation, Oakville, Ontario, Kanada

B107

DSM Nutritional Products Kanada Inc, Dartmouth, Nova Scotia, Kanada

C114

Rothsay Biodiesel, Guelph, Ontario, Kanada

B108

Id-dazju li għandu jiġi estiż ikun dak stabbilit għall-“kumpaniji l-oħra kollha” fl-Artikolu 1, paragrafu 2, li huwa dazju antidumping definittiv ta' EUR 172,2 kull tunnellata netta.

Id-dazju antidumping fuq it-taħlitiet ikun applikabbli proporzjonalment fit-taħlita, skont il-piż, tal-kontenut totali tal-esteri monoalkiliċi ta'aċidi xaħmin u żejt tal-gass paraffiniku miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili (kontenut ta' bijodiżil).”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 599/2009 tas-7 ta' Lulju 2009 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 179, 10.7.2009, p. 26).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 444/2011 tal-5 ta' Mejju 2011 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 599/2009 għall-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka għall-importazzjonijiet ta' bijodiżil ikkunsinnati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarat li joriġinaw mill-Kanada, kif ukoll jekk le, u li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 599/2009 fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil f'taħlita li fiha bil-piż 20 % jew inqas ta' bijodiżil li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerka, u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkunsinnati minn Singapore (ĠU L 122, 11.5.2011, p. 12).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 392/2014 tal-14 ta' April 2014 li jittermina r-rieżami interim parzjali rigward il-miżuri antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerka, kif estiżi għal importazzjonijiet ikkunsinnati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kanada, kif ukoll jekk le (ĠU L 115, 17.4.2014, p. 17)

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1518 tal-14 ta' Settembru 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 239, 15.9.2015, p. 69)

(6)  Notifika ta' bidu ta' rieżami interim parzjali tal-miżuri tal-antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerka, kif estiżi għall-importazzjonijiet ikkunsinnati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kanada kif ukoll jekk le (ĠU C 162, 19.5.2015, p. 13)


30.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 116/35


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/677

tad-29 ta' April 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

262,4

MA

90,3

ZZ

176,4

0707 00 05

MA

83,2

TR

118,9

ZZ

101,1

0709 93 10

MA

95,4

TR

124,4

ZZ

109,9

0805 10 20

AR

115,8

EG

50,9

IL

84,9

MA

55,5

TR

39,9

ZZ

69,4

0805 50 10

MA

147,0

TR

130,3

ZA

143,4

ZZ

140,2

0808 10 80

AR

110,2

BR

102,8

CL

111,7

CN

150,1

NZ

138,0

US

225,1

ZA

97,2

ZZ

133,6

0808 30 90

AR

126,7

CL

122,8

CN

73,7

ZA

118,8

ZZ

110,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

30.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 116/37


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/678

tad-29 ta' April 2016

skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prodott magħmul mill-inwar imnixxef tal-ispika mqiegħed ġo kuxxinett imqiegħed fis-suq biex ikeċċi l-baħrijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat r-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-28 ta' Mejju 2015, il-Ġermanja talbet lill-Kummissjoni tiddeċiedi, skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, jekk prodott magħmul mill-inwar imnixxef tal-ispika mqiegħed ġo kuxxinett imqiegħed fis-suq biex ikeċċi l-baħrijiet hux prodott bijoċidali jew oġġett trattat għall-fini tal-Artikolu 3(1)(a) jew (1) ta' dak ir-Regolament.

(2)

Skont gwida maqbula tal-Unjoni (2), organiżmi sħaħ ħajjin jew mejtin u mhux proċessati (pereżempju il-ħmira, batterja lijofilizzata) jew partijiet minnhom (pereżempju partijiet tal-ġisem, demm, friegħi, weraq, ward, eċċ.) ma jitqiesux bħala sustanza, taħlitiet jew oġġetti fit-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Għaldaqstant, l-inwar imnixxef tal-ispika ma għandux jitqies bħala sustanza, taħlita jew oġġett fit-tifsira ta' dak ir-Regolament u għaldaqstant ma għandux jitqies bħala prodott bijoċidali jew bħala oġġett trattat f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Prodott magħmul mill-inwar imnixxef tal-ispika f'kuxxinett la huwa prodott bijoċidali u lanqas oġġett trattat għall-fini tal-Artikolu 3(1)(a) u (1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Gwida għall-Anness V Eżenzjonijiet mill-obbligu ta' reġistrazzjoni (paġna 21), disponibbli minn http://echa.europa.eu/documents/10162/13632/annex_v_en.pdf

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


Rettifika

30.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 116/39


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/446 tat-23 ta' Marzu 2016 li temenda u testendi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/34/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 78 tal-24 ta' Marzu 2016 )

F'paġna 75, l-Artikolu 1, il-punt (2),

minflok:

“‘2.   L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-EUTM Mali għall-perijodu mid-19 ta' Mejju 2016 sat-18 ta' Mejju 2018 għandu jkun ta' EUR 33 400 000. Il-perċentwal tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/528 (*) għandu jkun 60 % u l-perċentwal għall-impenn imsemmi fl-Artikolu 34(3) ta' dik id-Deċiżjoni għandu jkun 10 %.”,

aqra:

“‘2.   L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-EUTM Mali għall-perijodu mid-19 ta' Mejju 2016 sat-18 ta' Mejju 2018 għandu jkun ta' EUR 33 400 000. Il-perċentwal tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/528 (*) għandu jkun 10 % u l-perċentwal għall-impenn imsemmi fl-Artikolu 34(3) ta' dik id-Deċiżjoni għandu jkun 60 %.”.


30.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 116/39


Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' l-ammiali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 91/102/KEE u 64/432/KEE

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 5 tad-9 ta' Jannar 2004 )

(Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 03 Volum 042 p. 56)

Fit-titolu fil-paġna tal-Werrej u t-titolu fil-paġna 56:

minflok:

“Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' l-ammiali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 91/102/KEE u 64/432/KEE”,

aqra:

“Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 91/102/KEE u 64/432/KEE”.

Fil-paġna 62, l-Artikolu 16 li jikkonċerna l-Artikolu 3(2)(d) tad-Direttiva 64/432/KEE:

minflok:

“L-Artikolu 3(2)(d) tad-Direttiva 64/432/KEE huwa mibdul bit-test li ġej:

‘(d)

ikun identifikat…”,

aqra:

“L-Artikolu 3(2)(c) tad-Direttiva 64/432/KEE huwa mibdul bit-test li ġej:

‘(c)

ikun identifikat…”.