ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 115

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
29 ta' April 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Trinidad u Tobago dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/662 tal-1 ta' April 2016 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2017, l-2018 u l-2019 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom ( 1 )

2

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/663 tas-26 ta' April 2016 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

16

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/664 tas-26 ta' April 2016 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

19

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/665 tas-26 ta' April 2016 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

22

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/666 tas-26 ta' April 2016 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

25

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/667 tas-27 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma

28

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/668 tas-27 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd

31

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/669 tat-28 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 808/2014 fir-rigward tal-emenda u l-kontenut tal-programmi tal-iżvilupp rurali, il-pubbliċità għal dawn il-programmi, u r-rati tal-konverżjoni għal unitajiet tal-bhejjem

33

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/670 tat-28 ta' April 2016 li tintroduċi s-sorveljanza minn qabel tal-Unjoni għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi

37

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/671 tat-28 ta' April 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

48

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

29.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/1


Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Trinidad u Tobago dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Trinidad u Tobago dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2016 f'konformità mal-Artikolu 8(1) tal-Ftehim, peress li l-aħħar notifika li l-proċeduri interni kienu tlestew saret fit-8 ta' Marzu 2016 minn Trinidad u Tobago.


REGOLAMENTI

29.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/2


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/662

tal-1 ta' April 2016

dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2017, l-2018 u l-2019 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 (2) ġie stabbilit l-ewwel programm Komunitarju multiannwali kkoordinat li jkopri s-snin 2009, 2010 u 2011. Il-programm tkompla permezz ta' Regolamenti konsekuttivi tal-Kummissjoni. L-aktar wieħed riċenti kien ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/595 (3).

(2)

Hemm bejn tletin u erbgħin oġġett tal-ikel li jikkostitwixxu l-komponenti ewlenin tad-dieta fl-Unjoni. Peress li l-użi tal-pestiċidi juru bidliet sinifikanti tul perjodu ta' tliet snin, il-pestiċidi f'dawk il-prodotti tal-ikel għandhom jiġu ssorveljati tul sensiela ta' ċikli ta' tliet snin biex l-esponiment tal-konsumatur u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jkunu jistgħu jiġu vvalutati.

(3)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”, bagħtet rapport xjentifiku dwar valutazzjoni tad-disinn tal-programm ta' monitoraġġ tal-pestiċidi. Hija kkonkludiet li rata ta' skorriment tal-MRL li tkun ogħla minn 1 % tista' tiġi stmata b'marġini ta' żball ta' 0,75 % billi jintgħażlu 683 unità ta' kampjun għal minimu ta' 32 oġġett differenti tal-ikel (4). Il-ġbir ta' dawn il-kampjuni għandu jitqassam fost l-Istati Membri skont il-kobor tal-popolazzjoni, b'minimu ta' 12-il kampjun għal kull prodott u għal kull sena.

(4)

Ir-riżultati analitiċi mill-programmi uffiċjali ta' kontroll tal-Unjoni preċedenti tqiesu biex jiġi żgurat li l-firxa ta' pestiċidi koperti mill-programm ta' kontroll tkun rappreżentattiva tal-pestiċidi użati.

(5)

Gwida dwar il-proċeduri ta' kontroll analitiku tal-kwalità u ta' validazzjoni tal-analiżijiet tar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel u fl-għalf, “Analytical quality control and validation procedures for pesticide residues analysis in food and feed” tinsab ippubblikata fis-sit web tal-Kummissjoni (5).

(6)

Fejn id-definizzjoni ta' residwu ta' pestiċida tinkludi sustanzi attivi oħra, metaboliti jew prodotti li jirriżultaw minn proċessi ta' degradazzjoni jew ta' reazzjoni, dawk il-komposti għandhom jiġu rrappurtati separatament sakemm jiġu mkejla b'mod individwali.

(7)

L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel laħqu qbil dwar il-miżuri ta' implimentazzjoni, bħad-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni (SSD) (6)  (7) għas-sottomissjoni tar-riżultati tal-analiżi tar-residwi tal-pestiċidi, li huma relatati mat-tressiq tal-informazzjoni mill-Istati Membri.

(8)

Għall-proċeduri tat-teħid ta' kampjuni għandha tapplika d-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE (8), li tinkorpora l-metodi tat-teħid ta' kampjuni rakkomandati mill-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius.

(9)

Jenħtieġ li jiġi evalwat jekk il-livelli massimi ta' residwi għall-ikel tat-trabi u tat-tfal żgħar, stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE (9) u fl-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE (10) humiex qed jiġu rrispettati, billi jitqiesu biss id-definizzjonijiet tar-residwi kif inhuma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(10)

Fir-rigward tal-metodi ta' residwu uniku, l-Istati Membri jistgħu jkunu kapaċi jilħqu l-obbligi ta' analiżi tagħhom billi jirrikorru għal-laboratorji uffiċjali li diġà jkollhom il-metodi vvalutati meħtieġa.

(11)

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-informazzjoni li tikkonċerna s-sena kalendarja preċedenti sal-31 ta' Awwissu ta' kull sena.

(12)

Sabiex tkun evitata kwalunkwe konfużjoni minħabba koinċidenza bejn il-programmi multiannwali konsekuttivi, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/595 għandu jitħassar fl-interess taċ-ċertezza tad-dritt. Madankollu, dan għandu jkompli japplika għall-kampjuni ttestjati fl-2016.

(13)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Matul is-snin 2017, 2018 u 2019, l-Istati Membri għandhom jieħdu u janalizzaw kampjuni għall-kombinamenti ta' prodotti/pestiċidi, kif stipulat fl-Anness I.

L-għadd ta' kampjuni ta' kull prodott, fosthom oġġetti tal-ikel għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar, u prodotti li joriġinaw mill-biedja organika, għandu jkun dak stipulat fl-Anness II.

Artikolu 2

1.   Il-lott li minnu jittieħdu l-kampjuni jintgħażel b'mod każwali.

Il-proċedura tat-teħid ta' kampjuni u l-għadd ta' unitajiet għandhom ikunu konformi mad-Direttiva 2002/63/KE.

2.   Il-kampjuni kollha, inklużi dawk tal-oġġetti tal-ikel maħsubin għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar għandhom jiġu analizzati għall-pestiċidi stabbiliti fl-Anness I, skont id-definizzjonijiet tar-residwi stipulati fir-Regolament (KE) Nru 396/2005.

3.   Għall-oġġetti tal-ikel maħsubin għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar, il-kampjuni jridu jiġu vvalutati fuq il-prodotti kif jiġu proposti lesti għall-konsum, jew wara li jiġu rikostitwiti skont l-istruzzjonijiet tal-manifatturi, filwaqt li jitqiesu l-limiti massimi ta' residwu (MRLs) stipulati fid-Direttivi 2006/125/KE u 2006/141/KE. F'każijiet meta dawn l-oġġetti tal-ikel ikunu ta' tip li jistgħu jiġu kkunsmati kemm kif jinbiegħu kif ukoll f'forma rikostitwita, ir-riżultati għandhom jiġu rrappurtati fir-rigward tal-prodott mhux rikostitwit kif jinbiegħ.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jissottomettu r-riżultati tal-analiżi tal-kampjuni ttestjati fl-2017, fl-2018 u fl-2019 sal-31 ta' Awwissu tal-2018, l-2019 u l-2020 rispettivament. Ir-riżultati għandhom jintbagħtu skont id-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni (SSD).

Fejn id-definizzjoni ta' residwu ta' pestiċida tinkludi iżjed minn kompost wieħed (sustanza attiva, metabolit u/jew prodotti li jirriżultaw mid-degradazzjoni jew minn reazzjoni), l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw ir-riżultati tal-analiżi skont id-definizzjoni sħiħa tar-residwi. Barra minn hekk, ir-riżultati ta' kull wieħed mill-analiti li jiffurmaw parti mid-definizzjoni tar-residwi għandhom jintbagħtu separatament, sakemm dawn jiġu mkejla fuq bażi individwali.

Artikolu 4

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/595 jitħassar.

Madankollu, dan ikompli japplika għall-kampjuni li jiġu ttestjati fl-2016.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2017.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 tal-5 ta' Diċembru 2008 li jikkonċerna programm Komunitarju kkoordinat ta' kontroll multiannwali għall-2009, 2010 u 2011 sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali u biex tevalwa l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 9).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/595 tal-15 ta' April 2015 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2016, l-2017 u l-2018 biex tiġi żgurata konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jivvaluta l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 99, 16.4.2015, p. 7).

(4)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; il-programm ta' monitoraġġ tal-pestiċidi: il-valutazzjoni tad-disinn. EFSA Journal 2015;13(2):4005.

(5)  Id-Dokument Nru. SANTE/11945/2015 http://ec.europa.eu/food/plant/docs/plant_pesticides_mrl_guidelines_wrkdoc_11945_en.pdf l-aktar verżjoni riċenti tiegħu.

(6)  Deskrizzjoni Standard tal-kampjuni għall-ikel u l-għalf (EFSA Journal 2010; 8(1): 1457).

(7)  L-użu tad-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni tal-EFSA għar-rappurtar ta' dejta dwar il-kontroll marbut mar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel u fl-għalf skont ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 (EFSA Journal 2014; 12(1):3545).

(8)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE tal-11 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta' teħid ta' kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta' residwi ta' pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali u li tħassar id-Direttiva 79/700/KEE (ĠU L 187, 16.7.2002, p. 30).

(9)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli ta' prosegwiment u li temenda d-Direttiva 1999/21/KE (ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1).

(10)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta' Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 16).


ANNESS I

Parti A: Prodotti li joriġinaw mill-pjanti  (1) li għandu jittieħed kampjun minnhom fl-2017, fl-2018 u fl-2019.

2017

2018

2019

(a)

(b)

(c)

Larinġ (2)

Għeneb għall-ikel (2)

Tuffieħ (2)

Lanġas (2)

Banana (2)

Frawli (2)

Frott tal-kiwi (2)

Grejpfrut (2)

Ħawħ, inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili (2)

Pastard (2)

Brunġiel (2)

Inbid (aħmar jew abjad) magħmul mill-għeneb. (Jekk l-ebda fattur speċifiku tal-ipproċessar għall-inbid ma jkun disponibbli, jista' jiġi applikat fattur prestabbilit ta' 1. L-Istati Membri huma mitluba li jirrappurtaw il-fatturi tal-ipproċessar tal-inbid użati fir-“Rapport Sommarju Nazzjonali”).

Basal (2)

Brokkoli (2)

Ħass (2)

Karrotti (2)

Bettieħ (2)

Kaboċċa kkapoċċata (2)

Patata (2)

Faqqiegħ ikkultivat (2)

Tadam (2)

Fażola (imnixxfa) (2)

Bżar ħelu/kapsikum (2)

Spinaċi (2)

Ħbub tas-segala (3)

Ħbub tal-qamħ (3)

Ħbub tax-xgħir (3)  (4)

Ħbub tar-ross imfesdaq (5)

Żejt taż-żebbuġa verġni (Jekk l-ebda fattur speċifiku ta' pproċessar għaż-żejt mhuwa disponibbli, jista' jiġi applikat fattur prestabbilit ta' 5 għal sustanzi li jinħallu fix-xaħam, filwaqt li titqies ir-rendita standard tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa ta' 20 % tal-ħsad taż-żebbuġ; għal sustanzi li jinħallu f'sustanzi mhux xaħmin, jista' jintuża fattur standard ta' pproċessar għaż-żejt ta' 1. L-Istati Membri huma mitluba li jirrappurtaw il-fatturi tal-ipproċessar użati fir-“Rapport Sommarju Nazzjonali”).

Ħbub tax-xgħir (3)  (6)

Parti B: Prodotti li joriġinaw mill-annimali  (7) li għandu jittieħed kampjun minnhom fl-2017, fl-2018 u fl-2019.

2017

2018

2019

(f)

(d)

(e)

Xaħam tat-tjur (8)

Xaħam tal-bovini (8)

Ħalib tal-baqar (9)

Xaħam tan-nagħaġ (8)

Bajd tat-tiġieġ (8)  (10)

Xaħam tal-majjal (8)

Parti C: Kombinamenti ta' pestiċidi/prodotti li għandhom jiġu ssorveljati fi/fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti

 

2017

2018

2019

Rimarki

2,4-D

(a)

(b)

(c)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fi u fuq il-larinġ, il-pastard, il-ħbub tar-ross u l-fażola mnixxfa fl-2017; fi u fuq il-grejpfrut, l-għeneb tal-mejda, il-brunġiel, il-brokkoli fl-2018; fi u fuq il-ħass, l-ispinaċi u t-tadam fl-2019;

2-Fenilfenol

(a)

(b)

(c)

 

Abamektina

(a)

(b)

(c)

 

Aċefat

(a)

(b)

(c)

 

Aċetamiprid

(a)

(b)

(c)

 

Akrinatrina

(a)

(b)

(c)

 

Aldikarb

(a)

(b)

(c)

 

Aldrina u dieldrina

(a)

(b)

(c)

 

Ażinfos-metil

(a)

(b)

(c)

 

Ażoksistrobina

(a)

(b)

(c)

 

Bifentrina

(a)

(b)

(c)

 

Bifenil

(a)

(b)

(c)

 

Bitertanol

(a)

(b)

(c)

 

Boskalid

(a)

(b)

(c)

 

Jon tal-bromur

(a)

(b)

(c)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fi u fuq il-ħbub tar-ross fl-2017. fi u fuq il-bżar ħelu fl-2018; fi u fuq il-ħass u t-tadam fl-2019.

Bromopropilat

(a)

(b)

(c)

 

Bupirimat

(a)

(b)

(c)

 

Buprofeżin

(a)

(b)

(c)

 

Kaptan

(a)

(b)

(c)

 

Karbaril

(a)

(b)

(c)

 

Karbendażim u benomil

(a)

(b)

(c)

 

Karbofuran

(a)

(b)

(c)

 

Klorantraniliprol

(a)

(b)

(c)

 

Klorfenapir

(a)

(b)

(c)

 

Klormekwat

(a)

(b)

(c)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fi u fuq il-karrotti, il-lanġas, il-ħbub tas-segala u l-ħbub tar-ross fl-2017; fi u fuq il-brunġiel, l-għeneb tal-mejda, faqqiegħ ikkultivat u l-ħbub tal-qamħ fl-2018; fi u fuq it-tadam u l-ħbub tal-ħafur fl-2019.

Klorotalonil

(a)

(b)

(c)

 

Klorprofam

(a)

(b)

(c)

 

Klorpirifos

(a)

(b)

(c)

 

Klorpirifos-metil

(a)

(b)

(c)

 

Klofenteżina

(a)

(b)

(c)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata għall-prodotti kollha elenkati minbarra ċ-ċereali.

Klotijanidin

(a)

(b)

(c)

Ara wkoll it-tijametoksam.

Ċiflutrin

(a)

(b)

(c)

 

Ċimoksanil

(a)

(b)

(c)

 

Ċipermetrina

(a)

(b)

(c)

 

Ċiprokonażol

(a)

(b)

(c)

 

Ċiprodinil

(a)

(b)

(c)

 

Ċiromażina

(a)

(b)

(c)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fi u fuq il-patata, il-basal u l-karrotti fl-2017; fi u fuq il-brunġiel, il-bżar ħelu, il-bettieħ u l-faqqiegħ ikkultivat fl-2018; fi u fuq il-ħass u t-tadam u fl-2019.

Deltametrina

(a)

(b)

(c)

 

Diażinon

(a)

(b)

(c)

 

Diklorvos

(a)

(b)

(c)

 

Dikloran

(a)

(b)

(c)

 

Dikofol

(a)

(b)

(c)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata għall-prodotti kollha elenkati minbarra ċ-ċereali.

Dietofenkarb

(a)

(b)

(c)

 

Difenokonażol

(a)

(b)

(c)

 

Diflubenżuron

(a)

(b)

(c)

 

Dimetoat

(a)

(b)

(c)

 

Dimetomorf

(a)

(b)

(c)

 

Dinikonażol

(a)

(b)

(c)

 

Difenilammina

(a)

(b)

(c)

 

Ditijanon

(a)

(b)

(c)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fi u fuq il-lanġas u l-ħbub tar-ross fl-2017; fi u fuq l-għeneb tal-mejda fl-2018; fi u fuq it-tuffieħ u l-ħawħ fl-2019.

Ditijokarbamati

(a)

(b)

(c)

Għandu jiġi analizzat fi u fuq il-prodotti kollha elenkati, għajr il-brokkoli, il-pastard, il-kaboċċi kkappoċċati, iż-żejt taż-żebbuġa, l-inbid u l-basal.

Dodina

(a)

(b)

(c)

 

Endosulfan

(a)

(b)

(c)

 

EPN

(a)

(b)

(c)

 

Epoksikonażol

(a)

(b)

(c)

 

Etefon

(a)

(b)

(c)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fi u fuq il-larinġ u l-lanġas fl-2017; fi u fuq il-bżar ħelu, il-ħbub tal-qamħ u l-għeneb tal-mejda fl-2018; fi u fuq it-tuffieħ, il-ħawħ, it-tadam u l-inbid fl-2019.

Etijon

(a)

(b)

(c)

 

Etirimol

(a)

(b)

(c)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fi u fuq il-prodotti kollha elenkati minbarra ċ-ċereali.

Etofenproks

(a)

(b)

(c)

 

Famoksadon

(a)

(b)

(c)

 

Fenamidon

(a)

(b)

(c)

 

Fenamifos

(a)

(b)

(c)

 

Fenarimol

(a)

(b)

(c)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fi u fuq il-prodotti kollha elenkati minbarra ċ-ċereali.

Fenażakin

(a)

(b)

(c)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fi u fuq il-prodotti kollha elenkati minbarra ċ-ċereali.

Fenbukonażol

(a)

(b)

(c)

 

Ossidu tal-fenbutatin

(a)

(b)

(c)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fi u fuq il-larinġ u l-lanġas fl-2017; fi u fuq il-brunġiel, il-grejpfrut,il-bżar ħelu u l-għeneb tal-mejda fl-2018. fi u fuq it-tuffieħ, il-frawli, il-ħawħ, it-tadam u l-inbid fl-2019.

Feneżammid

(a)

(b)

(c)

 

Fenitrotijon

(a)

(b)

(c)

 

Fenoksikarb

(a)

(b)

(c)

 

Fenpropatrina

(a)

(b)

(c)

 

Fenpropidina

(a)

(b)

(c)

 

Fenpropimorf

(a)

(b)

(c)

 

Fenpirossimat

(a)

(b)

(c)

 

Fentijon

(a)

(b)

(c)

 

Fenvalerat

(a)

(b)

(c)

 

Fipronil

(a)

(b)

(c)

 

Flonikamid

(a)

(b)

(c)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fi u fuq il-patata, il-lanġas u l-ħbub tar-ross, il-ħbub tas-segala fl-2017; fi u fuq il-brunġiel, l-għeneb tal-mejda, il-grejpfrut, il-bettieħ, il-bżar ħelu u l-ħbub tal-qamħ fl-2018; fi u fuq it-tuffieħ, il-ħawħ, l-ispinaċi, il-ħass, it-tadam, il-ħabba tal-ħafur, il-ħabba tax-xgħir fl-2019.

Fludioksonil

(a)

(b)

(c)

 

Flufenoksuron

(a)

(b)

(c)

 

Fluważifop-P-butil

(a)

(b)

(c)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fi u fuq il-pastard, il-fażola mnixxfa, il-patata u l-karrotti fl-2017; fi u fuq il-brunġiel, il-brokkoli, il-bżar ħelu u l-ħbub tal-qamħ fl-2018; fi u fuq il-frawli, il-kaboċċa kkapoċċata, il-ħass, l-ispinaċi u t-tadam fl-2019.

Flubendiammid

(a)

(b)

(c)

 

Fluwopiram

(a)

(b)

(c)

 

Flukwinkonażol

(a)

(b)

(c)

 

Flusilażol

(a)

(b)

(c)

 

Flutrijafol

(a)

(b)

(c)

 

Folpet

(a)

(b)

(c)

 

Formetanat

(a)

(b)

(c)

 

Fostijażat

(a)

(b)

(c)

 

Glifosat

(a)

(b)

(c)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fi u fuq il-lanġas, il-larinġ u l-ħbub tas-segala fl-2017; fi u fuq l-għeneb tal-mejda u l-ħbub tal-qamħ fl-2018; fi u fuq it-tuffieħ, il-ħawħ, l-inbid, il-ħabba tax-xgħir u l-ħabba tal-ħafur fl-2019.

Aloksifop inkluż l-aloksifop-P

 

(b)

(c)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fi u fuq il-brokkoli, il-bżar ħelu u l-ħbub tal-qamħ fl-2018; fi u fuq il-frawli u l-kaboċċi kkappoċċati fl-2019. Is-sustanza ma għandhiex tiġi analizzata fi jew fuq kwalunkwe prodott fl-2017.

Eżakonażol

(a)

(b)

(c)

 

Eksitijażoks

(a)

(b)

(c)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata għall-prodotti kollha elenkati minbarra ċ-ċereali.

Imażalil

(a)

(b)

(c)

 

Imidakloprid

(a)

(b)

(c)

 

Indoksakarb

(a)

(b)

(c)

 

Iprodion

(a)

(b)

(c)

 

Iprovalikarb

(a)

(b)

(c)

 

Iżokarbofos

(a)

(b)

(c)

 

Iżoprotijolan

(a)

 

 

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fuq il-ħbub tar-ross fl-2017. Is-sustanza ma għandhiex tiġi analizzata fi jew fuq kwalunkwe prodott fl-2018 u fl-2019.

Kreżoksim-metil

(a)

(b)

(c)

 

Lambda-ċjalotrina

(a)

(b)

(c)

 

Linuron

(a)

(b)

(c)

 

Lufenuron

(a)

(b)

(c)

 

Malatijon

(a)

(b)

(c)

 

Mandipropammid

(a)

(b)

(c)

 

Mepanipirim

(a)

(b)

(c)

 

Mepikwat

(a)

(b)

(c)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fi u fuq il-lanġas, il-ħbub tas-segala u l-ħbub tar-ross fl-2017; fi u fuq il-faqqiegħ ikkultivat u l-ħbub tal-qamħ fl-2018; fi u fuq il-ħbub tax-xgħir, il-ħbub tal-ħafur fl-2019.

Metalaksil u metalaksil-M

(a)

(b)

(c)

 

Metamidofos

(a)

(b)

(c)

 

Metidatijon

(a)

(b)

(c)

 

Metijokarb

(a)

(b)

(c)

 

Metomil u tijodikarb

(a)

(b)

(c)

 

Metossifenożid

(a)

(b)

(c)

 

Monokrotofos

(a)

(b)

(c)

 

Miklobutanil

(a)

(b)

(c)

 

Oksadiksil

(a)

(b)

(c)

 

Oksamil

(a)

(b)

(c)

 

Oksidemeton-metil

(a)

(b)

(c)

 

Paklobutrażol

(a)

(b)

(c)

 

Paratijon

(a)

(b)

(c)

 

Paratijon-metil

(a)

(b)

(c)

 

Penkonażol

(a)

(b)

(c)

 

Penċikuron

(a)

(b)

(c)

 

Pendimetalina

(a)

(b)

(c)

 

Permetrina

(a)

(b)

(c)

 

Fosmet

(a)

(b)

(c)

 

Pirimikarb

(a)

(b)

(c)

 

Pirimifos-metil

(a)

(b)

(c)

 

Proċimidon

(a)

(b)

(c)

 

Profenofos

(a)

(b)

(c)

 

Propamokarb

(a)

(b)

(c)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fi u fuq il-karrotti, il-pastard, il-basal u il-patata fl-2017; fi u fuq l-għeneb tal-mejda, il-bettieħ, il-brunġiel, il-brokkoli, il-bżar ħelu u l-ħbub tal-qamħ fl-2018; fi u fuq il-frawli, il-kaboċċi kkapoċċati, l-ispinaċi, il-ħass, it-tadam u l-ħbub tax-xgħir fl-2019.

Propargit

(a)

(b)

(c)

 

Propikonażol

(a)

(b)

(c)

 

Propiżammid

(a)

(b)

(c)

 

Pimetrożina

 

(b)

(c)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fi u fuq il-brunġiel u l-bżar ħelu fl-2018; fi u fuq il-kaboċċi kkapoċċati, il-ħass, il-frawli, l-ispinaċi u t-tadam fl-2019. Is-sustanza ma għandhiex tiġi analizzata fi jew fuq kwalunkwe prodott fl-2017.

Piraklostrobin

(a)

(b)

(c)

 

Piridaben

(a)

(b)

(c)

 

Pirimetanil

(a)

(b)

(c)

 

Piriproksifen

(a)

(b)

(c)

 

Kinoksifen

(a)

(b)

(c)

 

Spinosad

(a)

(b)

(c)

 

Spirodiklofen

(a)

(b)

(c)

 

Spiromesifen

(a)

(b)

(c)

 

Spiroksamina

(a)

(b)

(c)

 

Taw-Fluvalinat

(a)

(b)

(c)

 

Tebukonażol

(a)

(b)

(c)

 

Tebufenożid

(a)

(b)

(c)

 

Tebufenpirad

(a)

(b)

(c)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fi u fuq il-prodotti kollha elenkati minbarra ċ-ċereali.

Teflubenżuron

(a)

(b)

(c)

 

Teflutrina

(a)

(b)

(c)

 

Terbutilażina

(a)

(b)

(c)

 

Tetrakonażol

(a)

(b)

(c)

 

Tetradifon

(a)

(b)

(c)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fi u fuq il-prodotti kollha elenkati minbarra ċ-ċereali.

Tijabendażol

(a)

(b)

(c)

 

Tijakloprid

(a)

(b)

(c)

 

Tijametoksam

(a)

(b)

(c)

 

Tijofanat-metil

(a)

(b)

(c)

 

Tolklofos-metil

(a)

(b)

(c)

 

Tolilfluwanid

(a)

(b)

(c)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fi u fuq il-prodotti kollha elenkati minbarra ċ-ċereali.

Triadimefon u triadimenol

(a)

(b)

(c)

 

Triażofos

(a)

(b)

(c)

 

Trifloksistrobin

(a)

(b)

(c)

 

Triflumuron

(a)

(b)

(c)

 

Vinklożolin

(a)

(b)

(c)

 

Parti D: Kombinamenti ta' pestiċidi/prodotti li għandhom jiġu ssorveljati fi/fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali

 

2017

2018

2019

Rimarki

Aldrin u dieldrin

(f)

(d)

(e)

 

Bifentrin

(f)

(d)

(e)

 

Klordan

(f)

(d)

(e)

 

Klorpirifos

(f)

(d)

(e)

 

Klorpirifos-metil

(f)

(d)

(e)

 

Ċipermetrina

(f)

(d)

(e)

 

DDT

(f)

(d)

(e)

 

Deltametrina

(f)

(d)

(e)

 

Diażinon

(f)

(d)

(e)

 

Endosulfan

(f)

(d)

(e)

 

Famoksadon

(f)

(d)

(e)

 

Fenvalerat

(f)

(d)

(e)

 

Ettakloru

(f)

(d)

(e)

 

Eżaklorobenżen

(f)

(d)

(e)

 

Eżaklorċikloeżan (HCH, Alfa-Isomeru)

(f)

(d)

(e)

 

Eżaklorċikloeżan (HCH, Beta-Isomeru)

(f)

(d)

(e)

 

Indoksakarb

 

 

(e)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-ħalib fl-2019;

Lindan

(f)

(d)

(e)

 

Metoksiklor

(f)

(d)

(e)

 

Paratijon

(f)

(d)

(e)

 

Permetrina

(f)

(d)

(e)

 

Pirimifos-metil

(f)

(d)

(e)

 


(1)  Għall-prodotti naturali li jridu jiġu analizzati, il-partijiet tal-prodotti li għalihom japplikaw l-MRLs għandhom jiġu analizzati għall-prodott ewlieni tal-grupp jew tas-sottogrupp kif elenkati fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 752/2014 sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.

(2)  Jiġu analizzati prodotti mhux ipproċessati (inkluż prodotti ffriżati).

(3)  Jekk l-ebda kampjun suffiċjenti ta' segala, qamħ, ħafur jew żerriegħa tax-xgħir ma huma disponibbli, jista' jiġi analizzat ukoll id-dqiq tal-qamħ sħiħ tas-segala, tal-qamħ, tal-ħafur u tax-xgħir u jiġi rrappurtat fattur ta' pproċessar. Jekk il-fatturi speċifiċi tal-ipproċessar ma jkunux disponibbli, jista' jiġi applikat fattur prestabbilit ta' 1.

(4)  Jekk ma jkunx hemm għadd suffiċjenti ta' kampjuni tal-ħbub tal-ħafur disponibbli, il-parti tal-għadd ta' kampjuni meħtieġa għall-ħabba tal-ħafur li ma setgħetx tittieħed, tista' tiżdied mal-għadd ta' kampjuni għall-ħabba tax-xgħir, bir-riżultat li l-għadd tal-kampjuni għall-ħabba tal-ħafur ikun inqas u l-għadd tal-kampjuni għall-ħabba tax-xgħir jiżdied b'mod proporzjonali.

(5)  Fejn xieraq, jistgħu jiġu analizzati wkoll ħbub tar-ross illostrat. Għandu jiġi rrappurtat lill-EFSA jekk ġiex analizzat ross illostrat jew ross imfesdaq. Jekk ġie analizzat ross illostrat, għandu jiġi rrappurtat fattur ta' pproċessar. Jekk il-fatturi speċifiċi tal-ipproċessar ma jkunux disponibbli, jista' jiġi applikat fattur prestabbilit ta' 0.5.

(6)  Jekk ma jkunx hemm għadd suffiċjenti ta' kampjuni tal-ħbub tax-xgħir disponibbli, il-parti tal-għadd ta' kampjuni meħtieġa għall-ħabba tax-xgħir li ma setgħetx tittieħed, tista' tiżdied mal-għadd ta' kampjuni għall-ħabba tal-ħafur, bir-riżultat li l-għadd tal-kampjuni għall-ħabba tax-xgħir ikun inqas u l-għadd tal-kampjuni għall-ħabba tal-ħafur jiżdied b'mod proporzjonali.

(7)  Għall-prodotti naturali li jridu jiġu analizzati, il-partijiet tal-prodotti li għalihom japplikaw l-MRLs għandhom jiġu analizzati għall-prodott ewlieni tal-grupp jew tas-sottogrupp kif elenkati fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 752/2014 sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.

(8)  Jiġu analizzati prodotti mhux ipproċessati (inkluż prodotti ffriżati).

(9)  Ħalib frisk (mhux ipproċessat) għandu jiġu analizzat, inkluż il-ħalib iffriżat, ippasturizzat, imsaħħan sterilizzat jew iffiltrat.

(10)  Bajd sħiħ mingħajr il-qoxra għandu jkun analizzat.


ANNESS II

L-għadd ta' kampjuni msemmija fl-Artikolu 1

(1)

L-għadd ta' kampjuni li għandhom jittieħdu għal kull prodott u li għandhom jiġu analizzati għall-pestiċidi elenkati fl-Anness I minn kull Stat Membru huwa stabbilit fit-tabella fil-punt (5).

(2)

Barra mill-kampjuni meħtieġa skont it-tabella fil-punt (5), fl-2017 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza ħames kampjuni ta' formuli tat-trabi u ħames kampjuni ta' formuli ta' prosegwiment għat-trabi.

Barra mill-kampjuni meħtieġa skont l-istess tabella, fl-2018 kull Stat Membru għandu jieħu għaxar kampjuni ta' ikel tat-trabi pproċessat b'bażi ta' ċereali u janalizzahom.

Barra mill-kampjuni meħtieġa skont dik it-tabella, fl-2019 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għaxar kampjuni ta' ikel tat-trabi u tat-tfal żgħar għajr formuli tat-trabi, formuli ta' prosegwiment u ikel tat-trabi pproċessat abbażi ta' ċereali.

(3)

Skont it-tabella fil-punt (5), il-kampuni minn komoditajiet li joriġinaw mill-biedja organika, fejn ikunu disponibbli, għandhom jittieħdu b'mod li hu proporzjonat mas-sehem tas-suq ta' dawk il-komoditajiet f'kull Stat Membru, b'minimu ta' 1.

(4)

L-Istati Membri li jużaw metodi ta' analiżi ta' residwi multipli jistgħu jużaw metodi ta' skrinjar kwalitattiv fuq sa 15 % tal-kampjuni li għandhom jittieħdu u jiġu analizzati skont it-tabella f'punt (5). Meta Stat Membru juża metodi ta' skrinjar kwalitattiv, għandu janalizza l-bqija tal-kampjuni permezz ta' metodi kwantitattivi ta' residwi multipli.

Jekk ir-riżultati tal-iskrinjar kwalitattiv ikunu pożittivi, l-Istati Membri għandhom jużaw metodu ta' mmirar li jintuża s-soltu biex jikkwantifikaw is-sejbiet.

(5)

Għadd minimu ta' kampjuni għal kull Stat Membru għal kull prodott:

Stat Membru

Kampjuni

 

Stat Membru

Kampjuni

BE

12

 

LU

12

BG

12

HU

12

CZ

12

MT

12

DK

12

NL

18

DE

97

AT

12

EE

12

PL

47

EL

12

PT

12

ES

50

RO

20

FR

71

SI

12

IE

12

SK

12

IT

69

FI

12

CY

12

SE

12

LV

12

UK

71

LT

12

HR

12

L-GĦADD TOTALI TA' KAMPJUNI: 683


29.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/663

tas-26 ta' April 2016

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid xi subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi previst li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Stephen QUEST

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Magna elettronika li tiffunzjona bħala interfaċċja ta' awdjo jew mikser tas-sawnd (l-hekk imsejjaħ “apparat preamplifkatur analoġiku/diġitali mikser u konvertitur”) b'dimensjonijiet ta' madwar 48 × 18 × 9 cm. Din hija magħmula minn proċessuri ta' sawnd u effetti, konverter analoġiku għal diġitali u diġitali għal analoġiku u mikrofonu amplifikatur, f'qafas b'elementi ta' operat u ta' viżwalizzazzjoni u diversi inputs u outputs diġitali, ottiċi u analoġiċi kif ukoll portijiet FireWire.

Għandha l-karatteristiċi ewlenin li ġejjin:

Konnettività ibrida FireWire/USB2 (kapaċità li tiġi kollegata ma' magna għall-ipproċessar awtomatiku tad-dejta (ADP),

mikser bi 28 input b'effetti ta' pproċessar ta' sinjali diġitali,

softwer speċjali għall-immiksjar,

jacks għall-headphones separati fuq il-pannell ta' quddiem, kull wieħed b'volum ta' kontroll indipendenti, u

arloġġ tal-istatus LED fuq il-panell ta' quddiem.

Il-magna hija maħsuba għall-użu fi produzzjonijiet ta' mużika diġitali fi studjows tas-sawnd jew live fuq il-palk. Tista' taħdem f'żewġ modalitajiet: flimkien ma' magna ADP jew b'modalità awtonoma.

Meta l-magna tintuża flimkien ma' magna ADP, hija sservi biex tikkonverti jew tipproċessa sinjali awdjo pprovduti minn sorsi awdjo esterni u għall-preamplikazzjoni tas-sinjali tal-mikrofonu. Fil-modalità awtonoma, il-magna tista' tintuża bħala mikser b'effetti integrati.

8543 70 90

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, ara n-nota 5(E) tal-Kapitolu 84 u mill-formulazzjoni tal-kodiċijiet tan-NM 8543 , 8543 70 u 8543 70 90 .

Peress li l-magna twettaq funzjoni speċifika li mhix ipproċessar ta' dejta (preamplifikazzjoni u miksing) hija għandha tkun ikklassifikata fl-intestatura xierqa għall-funzjoni rispettiva jew, fin-nuqqas ta' dan, f'intestatura residwa.

Il-funzjoni tal-magna mhix koperta b'mod aktar speċifiku minn xi intestatura tal-Kapitolu 85. Il-magna għandha tiġi kkunsidrata bħala unità ta' mmiksjar koperta mill-intestatura 8543 (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni dwar is-Sistema Armonizzata għall-intestatura 8543 , ir-raba' paragrafu, punt (4)).

Għalhekk il-magna għandha tiġi kklassifikata taħt il-kodiċi NM 8543 70 90 bħal magni u apparat ieħor, b'funzjonijiet individwali, mhux speċifikati jew inklużi band'oħra fil-Kapitolu 85.


29.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/19


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/664

tas-26 ta' April 2016

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha, jew li żżid xi subdiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Stephen QUEST

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Apparat portabbli li jaħdem bil-batteriji li permezz tiegħu jistgħu jiġu rrekordjati stampi vidjow, b'dimensjonijiet ta' madwar 10 × 5 × 2 cm u piż ta' madwar 120 g, li jikkonsisti f'dawn li ġejjin:

lenti tal-kamera,

skrin LCD b'tul djagonali ta' madwar 5 cm (2 pulzieri),

mikrofonu,

lawdspiker,

proċessur,

batterija Li-ion interna,

memorja interna b'kapaċità massima ta' 8 GB,

konnettur integrat USB (tat-tip “flip out”),

ħruġ għal sinjali HDMI,

sensur tal-immaġini CMOS integrat.

L-apparat huwa mgħammar b'funzjoni ta' żum diġitali b'żewġ passi. Dan huwa kapaċi jirrekordja stampi vidjow b'riżoluzzjoni ta' 1 280 × 720 pixel bi 30 immaġni kull sekonda għal massimu ta' sagħtejn. L-apparat ma jistax jintuża għat-teħid ta' ritratti jew stampi fissi.

L-istampi vidjow irrekordjati permezz tal-apparat jistgħu jiġu trasferiti għal fuq magna għall-ipproċessar awtomatiku tad-dejta (ADP) permezz tal-interfaċċa USB integrata, jew għal fuq sett tat-televixin permezz ta' kejbil tat-tip mikro-HDMI.

Mal-preżentazzjoni, il-fajls f'format vidjow jistgħu jiġu trasferiti għal fuq l-apparat minn magna ADP, permezz tal-interfaċċa USB integrata. L-apparat jista' jintuża wkoll bħala apparat għall-ħżin li jista' jitneħħa.

8525 80 99

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 8525 , 8525 80 u 8525 80 99 .

Minħabba li l-apparat jista' jirrekordja biss stampi vidjow, il-klassifikazzjoni bħala kamera diġitali taħt il-kodiċi NM 8525 80 30 hija eskluża. Il-fatt li l-apparat m'għandux funzjoni ta' żum ottiku ma jipprekludix il-klassifikazzjoni tiegħu bħala vidjowkamera li tirrekordja. (ara l-Kawża C — 178/14, Vario Tek, ECLI:EU:C:2015:152, il-paragrafi 17 sa 29). Minħabba l-karatteristiki oġġettivi tiegħu, l-apparat jitqies bħala vidjowkamera li tirrekordja.

Il-fajls vidjow jistgħu jiġu trasferiti għal fuq l-apparat minn magna ADP u jinħażnu fih, u l-apparat huwa kapaċi jwettaq din il-funzjoni b'mod awtonomu mingħajr ebda modifika. Għalhekk, l-apparat jitqies li hu kapaċi jirrekordja l-fajls vidjow minn sorsi oħra apparti mill-kamera tat-telekamera integrata. (ara l-Kawża C — 178/14, Vario Tek, ECLI:EU:C:2015:152, il-paragrafi 30 sa 39).

B'hekk, il-klassifikazzjoni tal-apparat taħt il-kodiċi NM 8525 80 91 bħala vidjowkameras li jistgħu jirreġistraw biss ħoss u immaġni meħudin b'telekamera hija eskluża.

Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8525 80 99 bħala vidjowkameras li jirrekordjaw oħra.


29.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/22


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/665

tas-26 ta' April 2016

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid xi subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Stephen QUEST

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Apparat elettriku li jinżamm fl-idejn (imsejjaħ “pistola tal-kolla”) imfassal biex japplika kolla mdewba u taħraq fuq injam u materjali oħrajn. Il-korp tal-apparat huwa magħmul mill-plastik u għandu żennuna interkambjabbli magħmula minn metall ta' valur baxx. Iż-żennuna tista' tiġi aġġustata sabiex il-fluss tal-kolla jkun jista' jiġi rregolat.

Meta l-apparat ikun imqabbad, it-tubu ta' trasferiment ikkontrollat minn termostat jissaħħan u min-naħa tiegħu mbagħad isaħħan bastun sostitwibbli tal-kolla (b'temperatura massima ta' 207 °Celsius). Il-kolla tirtab u tista' tiġi applikata fuq il-materjali li jkunu jridu jitwaħħlu bil-kolla.

Huwa mfassal biex jintuża prinċipalment mill-professjonisti, pereżempju fl-industrija tal-imballaġġ, fl-industrija tal-għamara, jew biex tintrama stand.

Ara l-istampa (*)

8419 89 98

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 3 tat-Taqsima XVI, u mill-formulazzjoni tal-kodiċijiet NM 8419 , 8419 89 u 8419 89 98 .

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8205 bħala biċċa għodda tal-idejn ta' metall ta' valur baxx, li mhijiex inkluża jew speċifikata band'oħra, hija eskluża, minħabba li l-funzjoni tal-apparat hija speċifikata fil-Kapitolu 84.

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8424 bħala tagħmir mekkaniku għal xħit, tixrid jew traxxix ta' likwidi jew trabijiet, jew bħala apparat għat-traxxix hija eskluża wkoll minħabba li l-kolla ma tinxteħitx, ma tixxerridx u lanqas tittraxxa.

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8516 bħala tagħmir elettrotermiku ta' tip użat għal għanijiet tad-dar hija eskluża wkoll minħabba li l-apparat huwa mfassal biex jintuża mill-professjonisti u mhuwiex ta' tip normalment użat fid-djar (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (HSEN) għall-intestatura 8516 , (E)).

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8465 bħala biċċa għodda tal-magni biex taħdem l-injam hija wkoll eskluża minħabba li l-apparat ma jaħdimx l-injam. Barra minn hekk, jinżamm fl-idejn u ma jiġix immuntat band'oħra (ara wkoll l-HSEN għall-intestatura 8465 ).

L-apparat huwa mfassal għat-trattament ta' materjali bi proċess li jinvolvi bidla ta' temperatura bit-tisħin (funzjoni li taqa' taħt l-intestatura 8419 ), liema trattament huwa kkunsidrat bħala l-funzjoni prinċipali tiegħu, u biex jirregola l-fluss tal-kolla u l-applikazzjoni tagħha (funzjoni individwali, mhux speċifikata jew inkluża band'oħra).

Għaldaqstant għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8419 89 98 bħala makkinarju ieħor, imsaħħan bl-elettriku, għat-trattament ta' materjali.

Image

(*)  L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta' informazzjoni.


29.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/25


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/666

tas-26 ta' April 2016

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid xi subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi previst li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Stephen QUEST

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Konvertitur statiku f'qafas tal-plastik (l-hekk imsejjaħ “adapter AC/DC”) iddisinjat biex jikkonverti kurrent alternat (AC) (100–240 V) f'kurrent dirett (DC) 12 V, 1,5 A).

Il-qafas huwa mgħammar bi plakka għall-konnessjoni mal-AC u b'kejbil tal-elettriku ta' 1,5 m mgħammar b'konnettur DC biex l-adapter AC/DC jkun jista' jiġi mqabbad ma' apparati differenti.

L-adapter AC/DC huwa ppreżentat biex jipprovdi l-enerġija għal Set-top box (STB). Jista' jintuża wkoll għall-forniment tal-enerġija diversi apparati, pereżempju, apparati tat-telekomunikazzjoni, magni għall-ipproċessar awtomatiku tad-dejta, apparat għar-reġistrazzjoni awdjo/vidjo jew apparat tar-riproduzzjoni, apparat domestiku u apparat għall-għajnuna għan-navigazzjoni bir-radju.

Ara l-istampa (*)

8504 40 82

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM 8504 , 8504 40 u 8504 40 82 .

Il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi NM 8504 40 30 bħala konvertitur statiku tat-tip użat ma' apparat tat-telekomunikazzjoni, magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-dejta u l-unitajiet tagħhom hija eskluża minħabba li l-adapter AC/DC huwa maħsub biex jipprovdi kurrent għal varjetà ta' apparat elettriku.

L-adapter AC/DC għandu għalhekk jiġi kklassifikat skont il-kodiċi tan-NM bin-numru 8504 40 82 bħala rettifikatur.

Image

(*)  l-istampa sservi ta' informazzjoni biss.


29.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/28


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/667

tas-27 ta' April 2016

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 jipprevedi li l-Kummissjoni żżomm lista ta' awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fl-Anness III.

(2)

Id-dettalji ta' kuntatt tal-Awtoritajiet tal-Kimberley Process fil-Belġju, fil-Ġermanja u fir-Renju Unit għandhom jitranġaw.

(3)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 qed jiġi sostitwit bl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Federica MOGHERINI

Viċi President


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 28.


ANNESS

“ANNESS III

Lista tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kompiti tagħhom kif imsemmija fl-Artikoli 2 u 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002

IL-BELĠJU

Federale Overheidsdienst Economie, KMO, Middenstand en Energie, Algemene Directie Economische Analyses en Internationale Economie, Dienst Vergunningen.

Service Public Fédéral Economie, PME, Classes moyennes et Energie, Direction générale des Analyses économiques et de l'Economie internationale, Service Licence.

Italiëlei 124, bus 71

B-2000 Antwerpen

Tel. +32 22775459

Fax +32 22775461

Posta elettronika: kpcs-belgiumdiamonds@economie.fgov.be

Fil-Belġju l-kontrolli tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet ta' djamanti mhux maħduma meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 2368/2002 u t-trattament doganali jsiru biss fi:

The Diamond Office,

Hovenierstraat 22

2018 Antwerpen

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Fir-Repubblika Ċeka, il-kontrolli tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet ta' djamanti mhux maħduma meħtieġa mir-Regolament Nru 2368/2002 u t-trattament doganali jsiru biss fi:

Generální ředitelství cel

Budějovická 7

140 96 Praha 4

Česká republika

Tel. +420 261333841, +420 261333859, mowbajl +420 737213 793

Fax +420 261333870

Posta elettronika: diamond@cs.mfcr.cz

Servizz permanenti fl-uffiċċju doganali magħżul — Praha Ruzyně

Tel. +420 220113788 (mit-Tnejn sal-Ġimgħa -7:30am — 15:30pm)

Tel. +420 220119678 (Sibtijiet, Ħdud u l-bqija — 15:30pm — 7:30am)

IL-ĠERMANJA

Fil-Ġermanja, il-kontrolli tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet ta' djamanti mhux maħduma meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 2368/2002, inkluż il-ħruġ ta' ċertifikati tal-UE, isiru biss mill-awtorità li ġejja:

Hauptzollamt Koblenz

Zollamt Idar-Oberstein

Zertifizierungsstelle für Rohdiamanten

Hauptstraβe 197

55743 Idar-Oberstein

Tel. +49 678156270

Fax +49 6781562719

Posta elettronika: poststelle.za-idar-oberstein@zoll.bund.de

Għall-finijiet tal-Artikoli 5(3), 6, 9, 10, 14(3), 15 u 17 ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-obbligi ta' rappurtar lill-Kummissjoni, l-awtorità li ġejja taġixxi bħala l-awtorità Ġermaniża kompetenti:

Generalzolldirektion

— Direktion VI —

Recht des grenzüberschreitenden Warenverkehrs/Besonderes Zollrecht

Krelingstraβe 50

D-90408 Nürnberg

Tel. +49 9113763754

Fax +49 9113762273

Posta elettronika: DVIA3.gzd@zoll.bund.de

IL-PORTUGALL

Autoridade Tributária e Aduaneira

Direção de Serviços de Regulação Aduaneira

R. da Alfândega, 5

1149-006 Lisboa

Tel. +351 218813888/9

Fax +351 218813941

Posta elettronika: dsra@at.gov.pt

Fil-Portugall il-kontrolli tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet ta' djamanti mhux maħduma meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 2368/2002 u t-trattament doganali jsiru biss fi:

Alfândega do Aeroporto do Lisboa

Aeroporto de Lisboa,

Terminal de Carga, Edifício 134

1750-364 Lisboa

Tel. +351 210030080

Fax +351 210037777

Indirizz tal-posta elettronika: aalisboa-kimberley@at.gov.pt

IR-RUMANIJA

Autoritatea Națională pentru Protecția Consumatorilor

(L-Awtorità Nazzjonali għall-Ħarsien tal-Konsumatur)

1 Bd. Aviatorilor Nr. 72, sectorul 1 București, România

(72 Aviatorilor Bvd., settur 1, Bucharest, ir-Rumanija)

Cod postal (Kodiċi postali) 011865

Tel. +40 213184635 / 3129890 / 3121275

Fax +40 213184635 / 3143462

www.anpc.ro

IR-RENJU UNIT

Government Diamond Office

Conflict Department

Room WH.1.163

Foreign and Commonwealth Office

King Charles Street

Londra

SW1 A 2AH

Tel. +44 2070086903 / 5797

Fax +44 2070083905

Posta elettronika: KPUK@fco.gov.uk”


29.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/31


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/668

tas-27 ta' April 2016

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 183(b) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stabbilixxa regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u ffissal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd.

(2)

Mill-kontroll li jsir regolarment tal-informazzjoni li abbażi tagħha jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti għandhom jiġu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

(3)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Biex din il-miżura żgur tibda tapplika mill-aktar fis wara li toħroġ l-informazzjoni, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 tat-28 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi r-regolamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' dazji addizzjonali tal-importazzjoni u l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u biex iħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47).


ANNESS

“ANNESS I

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija prevista fl-Artikolu 3

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ, preżentazzjoni 70 %, iffriżati

128,0

0

AR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ, preżentazzjoni 65 %, iffriżati

131,1

0

AR

129,3

0

BR

0207 14 10

Qatgħat mingħajr għadam tas-sriedaq jew tat-tiġieġ, iffriżati

251,8

15

AR

183,6

38

BR

281,2

6

CL

220,4

24

TH

0207 27 10

Qatgħat mingħajr għadam tad-dundjani, iffriżati

370,6

0

BR

211,8

26

CL

0408 91 80

Bajd, mhux fil-qoxra, imnixxef

507,6

0

AR

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin tas-sriedaq u tat-tiġieġ

190,3

29

BR


(1)  Nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħrajn”.”


29.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/33


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/669

tat-28 ta' April 2016

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 808/2014 fir-rigward tal-emenda u l-kontenut tal-programmi tal-iżvilupp rurali, il-pubbliċità għal dawn il-programmi, u r-rati tal-konverżjoni għal unitajiet tal-bhejjem

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3), l-Artikoli 12 u 41 u l-Artikolu 66(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 (2) jistabbilixxi l-għadd massimu ta' emendi fil-programmi tal-iżvilupp rurali li l-Istati Membri jistgħu jressqu lill-Kummissjoni. Meta l-appoġġ ikollu l-għamla ta' strument finanzjarju, għandhom japplikaw regoli speċifiċi ħalli l-Istati Membri jingħataw il-flessibbiltà meħtieġa fl-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju. Għaldaqstant l-għadd massimu ta' emendi fil-programm ma jgħoddx għall-emendi relatati mal-programmazzjoni tal-istrumenti finanzjarji.

(2)

L-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 jistabbilixxi regoli għall-konverżjoni tal-unitajiet, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar ir-rati tal-konverżjoni tad-diversi kategoriji ta' annimali għal unitajiet tal-bhejjem. Għandu jiġi ċċarat li dawn ir-rati tal-konverżjoni ma japplikawx biss għall-impenji tat-trobbija ta' razez lokali fil-periklu li jintilfu għall-biedja iżda għal kull impenn relatat mal-bhejjem skont l-Artikoli 28, 29 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

(3)

Il-punt 8(2) tal-Parti 1 u l-punt 5(2) tal-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 jistabbilixxu ċertu regoli dwar id-deskrizzjoni tal-miżuri fil-programmi tal-iżvilupp rurali u l-oqfsa nazzjonali. Meta l-appoġġ ikollu l-għamla ta' strument finanzjarju, għandhom japplikaw regoli speċifiċi ħalli l-Istati Membri jkollhom il-flessibbiltà meħtieġa fl-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju.

(4)

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 808/2014 jiddefinixxi r-rati tal-konverżjoni tal-annimali għall-unitajiet tal-bhejjem imsemmija fl-Artikolu 9 jipprovdi li dawk ir-rati tal-konverżjoni jistgħu jiġu miżjuda għall-kategoriji kollha li hemm fit-tabella u jitnaqqsu għal tjur ieħor, filwaqt li titqies l-evidenza xjentifika li trid tiġi spjegata u ġġustifikata kif jixraq fil-programmi tal-iżvilupp rurali. L-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jnaqqsu dawk ir-rati tal-konverżjoni mhux biss għal “tjur tal-irziezet ieħor” iżda għal kull kategorija li hemm fit-tabella meta dan ikun ġustifikat u bbażat fuq l-evidenza xjentifika.

(5)

Il-punt 2.2 tal-Parti 1 tal-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-informazzjoni u l-azzjonijiet pubbliċitarji mill-benefiċjarji waqt l-implimentazzjoni ta' operazzjoni. Il-punt 2.2(b) jipprevedi rekwiżiti differenti skont l-ammont totali ta' appoġġ pubbliku. Għandu jiġi stabbilit livell limitu uniku ta' EUR 50 000 ħalli jkunu żgurati rekwiżiti proporzjonati u armonizzati. Barra minn hekk, sabiex titqies in-natura partikolari ta' dawn il-miżuri relatati maż-żona u mal-annimali u miżuri oħrajn li ma jikkonċernawx l-investimenti, l-Istati Membri għandhom jitħallew jiddeċiedu jekk dawn il-miżuri għandhomx ikunu kkonċernati mill-obbligi ta' informazzjoni.

(6)

Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 808/2014 għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014 jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2), jiżdied dan il-punt (e) li ġej:

“(e)

f'każ ta' emendi relatati mal-istrumenti finanzjarji li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.”

(2)

L-Artikolu 9 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 9

1.   Meta l-impenji skont l-Artikoli 28, 29 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 ikunu jirreferu għal unitajiet tal-bhejjem, għandhom japplikaw ir-rati tal-konverżjoni tal-bosta kategoriji tal-annimali għal unitajiet tal-bhejjem kif stabbiliti fl-Anness II.

2.   Meta l-impenji skont l-Artikoli 28, 29 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jiġu espressi f'unitajiet differenti minn dawk stipulati fl-Anness II ta' dak ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jikkalkulaw il-pagamenti abbażi ta' dawk l-unitajiet l-oħra. F'dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konformità mal-ammonti massimi fis-sena eliġibbli għall-appoġġ tal-FAEŻR kif stipulati f'dak l-Anness.

3.   Ħlief għall-pagamenti għall-impenji tat-trobbija ta' razez lokali f'perikolu li jinqerdu mill-biedja msemmijin fl-Artikolu 28(10)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, il-pagamenti skont l-Artikoli 28, 29 u 34 ta' dak ir-Regolament ma jistgħux jingħataw skont l-unità tal-bhejjem.”

(3)

L-Anness I huwa emendat kif stipulat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(4)

L-Anness II jinbidel bit-test tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

(5)

L-Anness III huwa emendat kif stipulat fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 18).


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-punt 8(2) tal-Parti 1, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

il-kamp ta' applikazzjoni, il-livell ta' appoġġ, il-benefiċjarji eliġibbli, u meta rilevanti, il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont jew ir-rata tal-appoġġ maqsuma skont is-submiżura u/jew it-tip ta' operazzjoni meta meħtieġ. Għal kull tip ta' operazzjoni jiġu speċifikati l-ispejjeż eliġibbli, il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà, l-ammonti applikabbli, u r-rati tal-appoġġ u l-prinċipji għall-istabbiliment tal-kriterji tal-għażla. Meta l-appoġġ jingħata għal strument finanzjarju implimentat skont il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, issir deskrizzjoni tat-tip ta' strument finanzjarju, il-kategoriji ġenerali tal-benefiċjarji finali, il-kategoriji ġenerali tal-ispejjeż eliġibbli, il-livell massimu ta' appoġġ u l-prinċipji għall-istabbiliment tal-kriterji tal-għażla.”

(2)

Fil-punt 5(2) tal-Parti 2, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

il-kamp ta' applikazzjoni, il-livell ta' appoġġ, il-benefiċjarji eliġibbli, u meta rilevanti, il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont jew ir-rata tal-appoġġ maqsuma skont is-submiżura u/jew it-tip ta' operazzjoni meta meħtieġ. Għal kull tip ta' operazzjoni jiġu speċifikati l-ispejjeż eliġibbli, il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà, l-ammonti applikabbli, u r-rati tal-appoġġ u l-prinċipji għall-istabbiliment tal-kriterji tal-għażla. Meta l-appoġġ jingħata għal strument finanzjarju implimentat skont il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, issir deskrizzjoni tat-tip ta' strument finanzjarju, il-kategoriji ġenerali tal-benefiċjarji finali, il-kategoriji ġenerali tal-ispejjeż eliġibbli, il-livell massimu ta' appoġġ u l-prinċipji għall-istabbiliment tal-kriterji tal-għażla.”


ANNESS II

“ANNESS II

Ir-rata tal-konverżjoni tal-annimali għal unitajiet tal-bhejjem (“LU”) imsemmija fl-Artikolu 9(1) u (2).

(1)

Barrin, baqar u annimali bovini oħra li jaqbżu s-sentejn, u annimali ekwini li jaqbżu s-sitt xhur

1,0 LU

(2)

Annimali bovini minn sitt xhur sa sentejn

0,6 LU

(3)

Annimali bovini taħt is-sitt xhur

0,4 LU

(4)

Nagħaġ u mogħoż

0,15 LU

(5)

Majjali nisa għat-tgħammir > 50Kg

0,5 LU

(6)

Ħnieżer oħra

0,3 LU

(7)

Tiġieġ għall-bajd

0,014 LU

(8)

Tjur tal-irziezet ieħor

0,03 LU

Għall-kategoriji jew għas-sottokategoriji tal-annimali f'din it-tabella, ir-rati tal-konverżjoni jistgħu jiġu miżjuda jew imnaqqsa b'mod eċċezzjonali, filwaqt li titqies l-evidenza xjentifika li għandha tiġi spjegata u ġġustifikata kif jixraq fil-programmi tal-iżvilupp rurali.

B'mod eċċezzjonali jistgħu jiżdiedu kategoriji oħrajn tal-annimali. Ir-rati tal-konverżjoni għal kategoriji bħal dawn għandhom jiġu stabbiliti meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi partikolari u l-evidenza xjentifika li għandha tiġi spjegata u ġġustifikata kif jixraq fil-programmi tal-iżvilupp rurali.”


ANNESS III

Fil-punt 2.2 tal-Parti 1 tal-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

għall-operazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-punt (c), l-appoġġ pubbliku totali li jkun jaqbeż il-EUR 50 000, tal-inqas iqiegħed powster (mhux iżgħar minn A3) jew plakka b'informazzjoni dwar il-proġett, li tenfasizza l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni, u f'post fejn il-pubbliku jkun jista' jaqraha. Madankollu l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li dan ir-rekwiżit ma japplikax għal operazzjonijiet skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 21(1) (li jikkonċerna d-dħul mitluf u l-ispejjeż tal-manutenzjoni) u l-Artikoli 28 sa 31, 33, 34 u 40 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, jew jistgħu jiddeċiedu li għal dawk l-operazzjonijiet, dak il-livell limitu għandu jiżdied. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għal operazzjonijiet oħra li ma jirriżultawx f'investiment meta, minħabba n-natura tal-operazzjoni ffinanzjata, ma jkunx jista' jiġi identifikat post xieraq għall-powster jew għall-plakka, jew jistgħu jiddeċiedu li għal dawk l-operazzjonijiet, dak il-livell limitu għandu jiżdied. Il-plakka spjegatorja għandha titqiegħed fil-binja tal-gruppi għall-azzjoni lokali ffinanzjati mil-LEADER;”


29.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/37


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/670

tat-28 ta' April 2016

li tintroduċi s-sorveljanza minn qabel tal-Unjoni għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar Salvagwardji u Regoli Komuni għall-esportazzjoni,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2015/478, sorveljanza minn qabel tal-Unjoni tista' tkun introdotta fejn ix-xejra fl-importazzjonijiet ta' prodott thedded li tikkawża dannu lill-produtturi tal-Unjoni, u fejn l-interessi tal-Unjoni hekk jeħtieġu. L-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2015/755 jipprevedi wkoll il-possibbiltà li jintroduċi sorveljanza minn qabel fejn l-interessi tal-Unjoni jirrikjedu dan.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat komunikazzjoni fis-16 ta' Marzu 2016 li tistabbilixxi l-possibbiltajiet kif jistgħu jingħelbu sfidi reċenti li jiffaċċjaw il-produtturi Ewropej tal-azzar (3).

(3)

L-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti tal-ħadid u tal-azzar b'mod ġenerali żdiedu bi 32 % bejn l-2012 u l-2015, minn 41,8 miljun tunnellata għal 55,0 miljun tunnellata. Matul l-istess perjodu, il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-azzar globali naqsu bi 17 %. Min-naħa l-oħra, l-esportazzjonijiet tal-Unjoni ta' prodotti tal-azzar naqsu bi kważi medja ta' 20 %, minn 62,3 fl-2012 għal 50,7 miljun tunnellata fl-2015 (4).

(4)

Ix-xejriet huma saħansitra aktar evidenti għal prodotti tal-azzar li qabel kienu soġġetti għal sorveljanza minn qabel tal-Unjoni sal-2012 (5). Għal dawn il-prodotti, l-importazzjonijiet żdiedu bi 53 % matul l-istess perjodu, minn 13,3 miljun tunnellata fl-2012 għal 20,2 miljun tunnellata fl-2015, u l-prezzijiet tal-importazzjoni naqsu b'medja ta' 22 % (6).

(5)

Sa mill-bidu tas-snin 2000, il-kapaċità għall-produzzjoni tal-azzar fil-livell globali żdiedet rapidament b'ħafna tal-kapaċità l-ġdida maħluqa fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“iċ-Ċina”). Kapaċità nominali tax-xogħol tal-azzar tad-Dinja kienet stmata li tlaħħaq it-2 243 miljun tunnellata fl-2014, skont l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (“OECD”), livell li huwa aktar mid-doppju tal-livell ta' kapaċità ta' 1 060 miljun tunnellata osservati fl-2000.

(6)

B'mod parallel, l-esportazzjonijiet kumplessivi prinċipalment miċ-Ċina żdiedu b'mod drammatiku, minħabba r-riċessjoni ekonomika kumplessiva u t-tnaqqis fid-domanda domestika. Din naqqset il-prezzijiet tal-azzar madwar id-dinja. Iċ-Ċina llum hija l-ewwel produttur tal-azzar fid-dinja bi 822,7 miljun tunnellata ta' azzar mhux maħdum, fl-2014 (7), li huwa kważi nofs il-produzzjoni globali tal-azzar. Il-kapaċità eċċessiva Ċiniża hija stmata li hi madwar 350 miljun tunnellata (8). Dan jirrappreżenta madwar 40 % tal-produzzjoni taċ-Ċina u kważi d-doppju tat-total annwali tal-Unjoni fil-produzzjoni tal-azzar.

(7)

Diġà fl-2015 10 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi laħqu l-Unjoni, li jammontaw għal aktar minn 30 % tal-importazzjonijiet totali tal-Unjoni. B'konsegwenza ta' dan, żieda modesta ta' domanda domestika tal-Unjoni ttieħdet bis-sħiħ mill-importazzjonijiet. Minħabba li l-Unjoni hija suq importanti għall-azzar f'dak li għandu x'jaqsam ma' daqs u ma' prezz, huwa probabbli ħafna li kwalunkwe kapaċità tal-azzar żejda se terġa' tiġi diretta lejn l-Unjoni.

(8)

Fl-istess ħin, l-aċċess għas-swieq ta' pajjiżi terzi naqas b'mod sinifikanti riċentement. Il-gvernijiet qegħdin dejjem aktar jirrikorru għal azzjonijiet ta' politika kummerċjali b'reazzjoni għall-kriżi globali li qed tiffaċċja l-industrija tal-azzar u ħafna ekonomiji li preċedentement ma kinux jużaw dawn il-miżuri issa qed jadottawhom. Dawn il-miżuri ħadu forom differenti ta' ostakli kummerċjali, inklużi żidiet fit-tariffi, il-miżuri tal-antidumping u ta' kontra s-sussidji, u jikkonċernaw swieq b'sehem sinifikanti tal-konsum globali (9). Dan ikompli jżid il-possibbiltajiet ta' devjazzjoni tal-kummerċ tal-azzar fl-Unjoni.

(9)

L-industrija tal-azzar tal-Unjoni tibqa' fuq quddiem fid-dinja fil-qasam speċjalizzat tat-teknoloġija avvanzata tal-prodotti. Madankollu, il-pożizzjoni kompettitiva ta' dawk li jagħmlu l-azzar tal-Unjoni fuq is-suq globali tal-azzar iddeterjora fl-aħħar snin. Il-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-azzar tal-Unjoni ilha sejra lura b'rata mgħaġġla f'dawn l-aħħar snin. Medja tal-profittabbiltà operattiva hija taħt il-livelli sostenibbli, l-investimenti kienu qegħdin jonqsu, il-livelli tal-impjieg naqsu u ftit li xejn hemm lok għall-espansjoni. L-industrija tal-Unjoni trid tiffaċċja spejjeż għolja tal-enerġija u d-dipendenza fuq materja prima importata.

(10)

Barra minn hekk, anki jekk il-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum fl-Unjoni baqa' relattivament stabbli fil-perjodu 2013–2015 għal madwar 166 sa 169 miljun tunnellata fis-sena, matul it-tieni semestru tal-2015 kien hemm tnaqqis sinifikanti ta' madwar 10 % meta mqabbel mal-ewwel semestru.

(11)

Fuq il-bażi ta' xejriet reċenti fl-importazzjonijiet tal-prodotti tal-azzar, tal-qagħda vulnerabbli attwali tal-industrija tal-Unjoni, id-domanda dgħajfa kontinwa fis-suq tal-Unjoni u l-probabbiltà li l-kapaċità attwali u futuri żejda se jerġgħu jiġu diretti lejn l-Unjoni jekk id-domanda tirkupra, theddida ta' ħsara għall-produtturi tal-Unjoni hija għalhekk meqjusa li teżisti.

(12)

Għalhekk, l-interess tal-Unjoni jeħtieġ li l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar għandhom ikunu soġġetti għal sorveljanza minn qabel tal-Unjoni biex tkun ipprovduta informazzjoni avvanzata dwar l-istatistika li tippermetti analiżi rapida tax-xejriet fl-importazzjonijiet minn pajjiżi kollha li mhumiex membri fl-UE. Dejta kummerċjali rapida u antiċipata hija meħtieġa biex tittratta mal-vulnerabbiltà tas-suq tal-UE tal-azzar meta dan jiffaċċja bidliet għall-għarrieda fis-swieq dinjija tal-azzar. Dan huwa b'mod partikolari importanti fil-qagħda tal-kriżi preżenti mmarkata b'inċertezzi fir-rigward ta' jekk id-domanda terġax tirkupra strutturalment u jekk l-industrija tal-UE tistax tibbenefika minn dan.

(13)

Fid-dawl tal-iżviluppi fis-suq ta' ċerti prodotti tal-azzar, huwa xieraq li l-ambitu tas-sorveljanza minn qabel jinkludi l-prodotti mniżżla fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

(14)

It-tlestija tas-suq intern jeħtieġ li l-formalitajiet li għandhom jitwettqu minn kwalunkwe importatur lejn l-Unjoni għandhom ikunu identiċi kull fejn il-prodotti jistgħu jiġu maħruġa mid-dwana.

(15)

Sabiex jitħaffef il-ġbir tad-dejta, ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament għandu jkun soġġett għal wirja ta' dokument ta' sorveljanza li jilħaq kriterji uniformi. Dan ir-rekwiżit jibda japplika wara wieħed u għoxrin (21) jum tax-xogħol wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sabiex ma jipprevenix ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti li jkunu fi triqthom lejn l-Unjoni u biex jingħata żmien biżżejjed lill-importaturi li jitolbu d-dokumenti neċessarji.

(16)

Dan id-dokument għandu, fuq sempliċi applikazzjoni mill-importatur, jiġi approvat mill-awtoritajiet tal-Istati Membri sa ċertu perjodu iżda mingħajr ma l-importatur jikseb id-dritt li jimporta. Id-dokument għandu għalhekk ikun validu sakemm ir-regoli tal-importazzjoni jibqgħu ma jinbidlux.

(17)

Id-dokumenti tas-sorveljanza maħruġa bil-għanijiet tas-sorveljanza minn qabel tal-Unjoni għandhom ikunu validi madwar l-Unjoni, irrespettivament minn liema Stat Membru jkun ħareġ.

(18)

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jaqsmu bejniethom it-tagħrif li jirriżulta mis-sorveljanza minn qabel tal-Unjoni bl-aktar mod komplet possibbli.

(19)

Il-ħruġ tad-dokumenti tas-sorveljanza, filwaqt li jibqgħu soġġetti għal kundizzjonijiet standard fil-livell tal-Unjoni, hija tar-responsabilità tal-awtoritajiet nazzjonali.

(20)

Sabiex jitnaqqas ir-restrizzjonijiet żejda u ma jitħarbtux l-attivitajiet tal-kumpaniji qrib il-fruntieri, importazzjonijiet li l-piż nett tagħhom ma jaqbiżx l-2 500 kilogramma għandhom ikunu esklużi mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament,

(21)

L-Unjoni għandha integrazzjoni ekonomika mill-qrib ħafna man-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein fiż-Żona Ekonomika Ewropea (“ŻEE”). Barra minn hekk, skont il-Ftehim taż-ŻEE l-membri taż-ŻEE, fil-prinċipju, ma japplikawx miżuri ta' difiża kummerċjali fir-relazzjonijiet reċiproċi tagħhom. Għal dawn ir-raġunijiet, prodotti li joriġinaw fin-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein għandhom jiġu esklużi mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(1)   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni ta' ċerti prodotti tal-ħadid u l-azzar elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament ikunu soġġetti għal sorveljanza minn qabel mill-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2015/478 u r-Regolament (UE) 2015/755. Dan japplika għal importazzjonijiet li l-piż nett tagħhom jeċċedi 2 500 kilogramma.

(2)   Il-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament hija bbażata fuq in-nomenklatura tariffarja u statistika tal-Unjoni (“TARIC”). L-oriġini tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament jiġi determinat skont l-Artikolu 60 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (10).

(3)   Prodotti li joriġinaw min-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein huma eżentati.

Artikolu 2

(1)   Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta' dokument ta' sorveljanza maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti ta' xi Stat Membru.

(2)   Il-paragrafu 1 jibda japplika wieħed u għoxrin (21) jum tax-xogħol wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(3)   Id-dokument ta' sorveljanza msemmi fil-paragrafu 1 jinħareġ awtomatikament mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, mingħajr ħlas u fil-kwantitajiet mitluba, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tkun ppreżentata applikazzjoni minn xi importatur lejn l-Unjoni, ikun fejn ikun stabbilit fl-Unjoni. Din l-applikazzjoni titqies bħala li wasslet għand l-awtorità nazzjonali kompetenti mhux aktar tard minn tlett ijiem wara li tintbagħat, sakemm ma jiġix ippruvat mod ieħor.

(4)   Dokument ta' sorveljanza maħruġ minn waħda mill-awtoritajiet imnizzlin fl-Anness II ikun validu mal-Unjoni kollha.

(5)   Id-dokument ta' sorveljanza jsir fuq formula li tkun konformi mal-mudell fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/478 jew fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/755 għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(6)   L-applikazzjoni tal-importatur tinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)

l-isem sħiħ u l-indirizz tal-applikant (inklużi n-numru tat-telefown u l-e-mail jew in-numru tal-fax u kull numru ieħor li jidentifika l-applikant mal-awtorità nazzjonali kompetenti), kif ukoll in-numru tar-reġistrazzjoni tal-VAT tal-applikant jekk hu obbligat li jħallas il-VAT;

(b)

fejn hu xieraq, l-isem sħiħ u l-indirizz ta' min jagħmel id-dikjarazzjoni jew ta' xi rappreżentant maħtur mill-applikant (inklużi n-numru tat-telefown u l-e-mail jew in-numru tal-fax);

(c)

deskrizzjoni tal-merkanzija li tagħti:

(1)

l-isem tal-kummerċ tagħhom,

(2)

il-kodiċi TARIC,

(3)

il-post ta' oriġini tagħhom u l-post tal-konsenja tagħhom;

(d)

il-kwantità ddikjarata, f'kilogrammi u, fejn xieraq, kull unità addizzjonali oħra (pari, oġġetti, eċċ.);

(e)

il-valur tal-merkanzija, CIF mal-fruntiera tal-Unjoni, f'euro;

(f)

id-dikjarazzjoni li ġejja, datata u ffirmata mill-applikant, bl-isem tal-applikant imniżżel b'ittri kbar: “Jiena, is-sottoskritt, niċċertifika li l-informazzjoni mogħtija f'din l-applikazzjoni hija vera u mogħtija in bona fide, u li jiena stabbilit fl-Unjoni.”

L-importatur jippreżenta wkoll evidenza kummerċjali tal-intenzjoni biex jimporta, bħal kopja tal-kuntratt ta' bejgħ jew xiri jew tal-fattura proforma. Jekk hekk mitlub, pereżempju fil-każijiet meta l-oġġetti ma jkunux mixtrija b'mod dirett fil-pajjiż tal-produzzjoni, l-importatur jippreżenta ċertifikat tal-produzzjoni maħruġ mill-fabbrika li tipproduċi l-azzar.

(7)   Mingħajr preġudizzju għal tibdil li jista' jkun hemm fir-regolamenti ta' importazzjoni fis-seħħ jew deċiżjonijiet meħuda fil-qafas ta' ftehim jew amministrazzjoni ta' kwota:

(a)

il-perjodu ta' validità tad-dokument ta' sorveljanza huwa hawnhekk stabbilit għal erba' xhur,

(b)

dokumenti ta' sorveljanza mhux użati jew użati parzjalment jistgħu jiġġeddu għal perjodu ugwali.

(8)   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu s-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet jew tat-talbiet li jiġu trasmessi jew stampati bil-mezzi elettroniċi, skont il-kundizzjonijiet iffisati minnhom. Madankollu, id-dokumenti u x-xhieda kollha għandhom ikunu magħmula disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti meta dawn jitolbuhom.

(9)   Id-dokument tas-sorveljanza jista' jinħareġ bil-mezzi elettroniċi safejn u sakemm l-uffiċċji tad-dwana involuti jkollhom aċċess għad-dokument permezz ta' network tal-kompjuters.

Artikolu 3

(1)   Jekk jinstab li l-prezz unitarju li bih saret it-transazzjoni kummerċjali jvarja mill-prezz muri fid-dokument ta' sorveljanza b'inqas minn 5 % sew b'żieda sew bi tnaqqis jew li l-kwantità totali tal-prodotti ppreżentati għall-importazzjoni taqbeż il-kwantità murija fid-dokument ta' sorveljanza b'inqas minn 5 %, il-permess ta' ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti msemmija ma jkunx prekluż.

(2)   L-applikazzjonijiet għal dokumenti ta' sorveljanza u d-dokumenti nfushom ikunu konfidenzjali. L-aċċess tagħhom ikun ristrett għall-awtoritajiet kompetenti u għall-applikant.

Artikolu 4

(1)   L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni fuq bażi regolari u aġġornata kemm jista' jkun u tal-inqas sal-aħħar jum ta' kull xahar, id-dettalji dwar il-kwantitajiet u l-valuri (ikkalkolati f'euro), li għalihom inħarġu dokumenti ta' sorveljanza.

L-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri tkun maqsuma skont il-prodott, il-kodiċi TARIC u l-pajjiż.

(2)   L-Istati Membri jinnotifikaw kull anomalija jew każi ta' frodi li jiltaqgħu magħhom u, fejn ikun rilevanti, ir-raġuni li għaliha ċaħdu dokument ta' sorveljanza.

Artikolu 5

Kull avviż li jingħata skont dan ir-Regolament jingħata lill-Kummissjoni u jiġi kkomunikat b'mod elettroniku permezz tas-sistema integrata stabbilita għal dan il-għan, sakemm minħabba raġunijiet tekniċi imperattivi ma jkunx meħtieġ li jintużaw temporanjament mezzi oħra ta' komunikazzjoni.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta' Mejju 2020.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16.

(2)  ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33.

(3)  L-Azzar: Inħarsu l-impjiegi u t-tkabbir sostenibbli fl-Ewropa (p. 2.) http://ec.europa.eu/DocsRoom/documents/15947

(4)  Sors: L-Eurostat

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1241/2009 tas-16 ta' Diċembru 2009 li jkompli u jaġġorna l-ambitu tas-sorveljanza minn qabel ta' importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 332, 17.12.2009, p. 54).

(6)  Sors: L-Eurostat.

(7)  Sors: Assoċjazzjoni Dinjija tal-Azzar https://www.worldsteel.org/media-centre/press-releases/2015/World-crude-steel-output-increases-by-1.2--in-2014.html

(8)  Sors: L-Azzar: Inħarsu l-impjiegi u t-tkabbir sostenibbli fl-Ewropa (p. 2.) http://ec.europa.eu/DocsRoom/documents/15947

(9)  Sors: WTO: Ħarsa ġenerali lejn l-Iżvilupp fl-Ambjent Kummerċjali Internazzjonali https://www.wto.org/english/news_e/news15_e/trdev_09dec15_e.htm

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).


ANNESS I

Il-lista tal-prodotti soġġetti għas-sorveljanza minn qabel

7207 11 14

7304

7208

7305

7209

7306

7210

7307 19 10

7211

7307 23

7212

7307 91 00

7213

7307 93 11

7214

7307 93 19

7215

7307 99 80

7216

7318 12 90

7217

7318 14 91

7219

7318 14 99

7220

7318 15 41

7221

7318 15 59

7222

7318 15 69

7223

7318 15 81

7225

7318 15 89

7226

7318 15 90

7227

7318 16 91

7228

7318 16 99

7301

7318 19 00

7302

7318 21 00

7303

7318 22 00


ANNESS II

СПИСЪК НА КОМПЕТЕНТНИТЕ НАЦИОНАЛНИ ОРГАНИ

LISTA DE LAS AUTORIDADES NACIONALES COMPETENTES

SEZNAM PŘÍSLUŠNÝCH VNITROSTÁTNÍCH ORGÁNŮ

LISTE OVER KOMPETENTE NATIONALE MYNDIGHEDER

LISTE DER ZUSTÄNDIGEN BEHÖRDEN DER MITGLIEDSTAATEN

PÄDEVATE RIIKLIKE ASUTUSTE NIMEKIRI

ΔΙΕΥΘΥΝΣΕΙΣ ΤΩΝ ΑΡΧΩΝ ΕΚΔΟΣΗΣ ΑΔΕΙΩΝ ΤΩΝ ΚΡΑΤΩΝ ΜΕΛΩΝ

LIST OF THE COMPETENT NATIONAL AUTHORITIES

LISTE DES AUTORITÉS NATIONALES COMPÉTENTES

POPIS NADLEŽNIH NACIONALNIH TIJELA

ELENCO DELLE COMPETENTI AUTORITÀ NAZIONALI

VALSTU KOMPETENTO IESTĀŽU SARAKSTS

ATSAKINGŲ NACIONALINIŲ INSTITUCIJŲ SĄRAŠAS

AZ ILLETÉKES NEMZETI HATÓSÁGOK LISTÁJA

LISTA TAL-AWTORITAJIET NAZZJONALI KOMPETENTI

LIJST VAN BEVOEGDE NATIONALE INSTANTIES

WYKAZ WŁAŚCIWYCH ORGANÓW KRAJOWYCH

LISTA DAS AUTORIDADES NACIONAIS COMPETENTES

LISTA AUTORITĂȚILOR NAȚIONALE COMPETENTE

ZOZNAM PRÍSLUŠNÝCH ŠTÁTNYCH ORGÁNOV

SEZNAM PRISTOJNIH NACIONALNIH ORGANOV

LUETTELO TOIMIVALTAISISTA KANSALLISISTA VIRANOMAISISTA

FÖRTECKNING ÖVER BEHÖRIGA NATIONELLA MYNDIGHETER

BELGIQUE/BELGIË

Service public fédéral économie, PME, Classes moyennes & énergie

Direction généralé du Potentiel économique

Service Licences

Rue du Progrès 50

B-1210 Brussel

Faks (32-2) 277 50 63

Federale Overheidsdienst Economie, KMO,

Middenstand & Energie

Algemene Directie Economisch Potentieel

Dienst Vergunningen

Vooruitgangstraat 50

B-1210 Brussel

Faks (32-2) 277 50 63

БЪЛГАРИЯ

Министерство на икономиката и енергетиката

дирекция “Регистриране, лицензиране и контрол”

ул. “Славянска” № 8

1052 София

Факс: Faks (359-2) 981 50 41

Faks (359-2) 980 47 10

ČESKÁ REPUBLIKA

Ministerstvo průmyslu a obchodu

Licenèní správa

Na Frantisku 32

CZ-110 15 Praha 1

Faks (420) 224 21 21 33

DANMARK

Erhvervs- og Byggestyrelsen

Økonomi- og Erhvervsministeriet

Vejlsøvej 29

DK-2100 København Ø

Fax (45) 35 46 60 01

DEUTSCHLAND

Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle,

(BAFA)

Frankfurter Strasse 29-35

D-65760 Eschborn 1

Faks (49) 6196 90 88 00

EESTI

Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium

Harju 11

EE-15072 Tallinn

Faks: +372 631 3660

IRELAND

Department of Enterprise, Trade and Employment

Import/Export Licensing, Block C

Earlsfort Centre

Hatch Street

IE-Dublin 2

Faks (+ 353)-1-631 25 62

ΕΛΛΑΔΑ

Υπουργείο Οικονομίας, Ανάπτυξης και Τουρισμού

Γενική Διεύθυνση Διεθνούς Οικονομικής και Εμπορικής Πολιτικής

Δ/νση Συντονισμού Εμπορίου και Εμπορικών Καθεστώτων

Τμήμα Β': Ειδικών Καθεστώτων Εισαγωγών

Οδός Κορνάρου 1

GR 105 63 Αθήνα

Τηλ..: +30 210 3286041-43

Φαξ: +30 210 3286094

E-Mail: e3a@mnec.gr

ESPAÑA

Ministerio de Industria, Turismo y Comercio

Secretaría General de Comercio Exterior

Subdirección General de Comercio Exterior de Productos Industriales

Paseo de la Castellana 162

E-28046 Madrid

Faks (+ 34) 91 349 36 70

FRANCE

Ministère de l'économie, des finances et de l'industrie

Direction générale des entreprises

Sous-direction des biens de consommation

Bureau textile-importations

Le Bervil

12, rue Villiot

F-75572 Paris Cedex 12

Faks (33) 153 44 91 81

REPUBLIKA HRVATSKA

Ministarstvo vanjskih i europskih poslova

Trg N. Š. Zrinskog 7-8,

10000 Zagreb

Tel. (385) 1 6444626

Faks: (385) 1 6444601

ITALIA

Ministero dello Sviluppo Economico

Direzione Generale per la Politica Commerciale

DIV. III

Viale America, 341

I-00144 Roma

Faks (39) 06 59 93 26 36

E-mail: dgpci.div3@mise.gov.it

ΚΥΠΡΟΣ

Υπουργείο Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού

Υπηρεσία Εμπορίου

Μονάδα Έκδοσης Αδειών Εισαγωγής/Εξαγωγής

Οδός Ανδρέα Αραούζου Αρ. 6

CY-1421 Λευκωσία

Φαξ (357) 22 37 51 20

LATVIJA

Latvijas Republikas Ârlietu ministrija

K. Valdemāra iela 3

LV-1395 Rīga

Faks: +371-67 828 121

LIETUVA

Lietuvos Respublikos ūkio ministerija

Investicijų ir eksporto departamentas

Gedimino pr. 38/2

LT-01104 Vilnius

Faks +370 706 64 762

LUXEMBOURG

Ministère de l'économie et du commerce extérieur

Office des licences

BP 113

L-2011 Lussemburgu

Faks (352) 46 61 38

MAGYARORSZÁG

Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal

Margit krt. 85.

HU-1024 Budapest

Faks (36-1) 336 73 02

MALTA

Diviżjoni għall-Kummerċ

Servizzi Kummerċjali

Lascaris

MT-Valletta CMR02

Faks (356) 25 69 02 99

NEDERLAND

Belastingdienst/Douane centrale dienst voor in- en uitvoer

Postbus 30003, Engelse Kamp 2

NL-9700 RD Groningen

Faks (31-50) 523 23 41

ÖSTERREICH

Bundesministerium für Wissenschaft, Forschung und Wirtschaft

Abteilung C2/9 — Außenwirtschaftskontrolle

A- 1011 Wien, Stubenring 1

POST.C29@bmwfw.gv.at

Faks: 01/71100/8366

POLSKA

Ministerstwo Gospodarki

Plac Trzech Krzyży 3/5

00-507 Warszawa

Polska

Faks (48-22) 693 40 21/693 40 22

PORTUGAL

Ministério das Finanças

Autoridade Tributária e Aduaneira

Rua da Alfândega, n.o 5, r/c

P-1149-006 Lisboa

Faks (+ 351) 218 81 39 90

ROMÂNIA

Ministerul Economiei, Comerțului și Relațiilor cu Mediul de Afaceri

Departamentul de Comerț Exterior și Relații Internaționale

Direcția Politici Comerciale

Calea Victoriei, nr. 152, sector 1,

București 010096

Tel. +40 40 10 504

Faks: +40 40 10 594

e-mail: dgre@dce.gov.ro

SLOVENIJA

Ministrstvo za finance

Carinska uprava Republike Slovenije

Carinski urad Jesenice

Spodnji plavž 6C

SI-4270 Jesenice

Faks (386-4) 297 44 72

SLOVENSKO

Ministerstvo hospodárstva

Mierová 19

827 15 Bratislava 212

Slovenská republika

Faks (421-2) 43 42 39 15

SUOMI/FINLAND

Tulli

PL 512

FI-00101 Helsinki

Sähköposti: kirjaamo@tulli.fi<mailto:kirjaamo@tulli.fi

Tullen

PB 512

FI-00101 Helsingfors

E-mail: kirjaamo@tulli.fi<mailto:kirjaamo@tulli.fi

SVERIGE

Kommerskollegium

Box 6803

S-113 86 Stockholm

Faks (46-8) 30 67 59

UNITED KINGDOM

Department of Trade and Industry

Import Licensing Branch

Queensway House — West Precinct

Billingham

UK-TS23 2NF

Fax (44-1642) 36 42 69


29.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/48


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/671

tat-28 ta' April 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

268,0

MA

87,9

ZZ

178,0

0707 00 05

MA

83,2

TR

118,9

ZZ

101,1

0709 93 10

MA

95,4

TR

128,0

ZZ

111,7

0805 10 20

AR

115,8

EG

46,6

IL

85,7

MA

58,2

TR

34,3

ZZ

68,1

0805 50 10

TR

130,3

ZA

143,4

ZZ

136,9

0808 10 80

AR

111,1

BR

101,9

CL

125,4

CN

73,3

NZ

140,7

US

195,0

ZA

97,7

ZZ

120,7

0808 30 90

AR

140,2

CL

101,3

CN

93,1

ZA

124,3

ZZ

114,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.