ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 101

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
16 ta' April 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/581 tal-11 ta' April 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/582 tal-15 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 333/2007 fir-rigward tal-analiżi tal-arseniku inorganiku, taċ-ċomb u tal-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi u ta' ċerti kriterji ta' prestazzjoni għall-analiżi ( 1)

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/583 tal-15 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1332/2011 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi għall-evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru ( 1)

7

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/584 tal-15 ta' April 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

10

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2016/585 tat-12 ta' Frar 2016 li temenda, għal skopijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb, il-kadmju, il-kromju eżavalenti u l-eteri tad-difenil polibromurat (PBDE) fil-parts tal-bdil irkuprati minnn u użati għat-tiswija jew ir-rinnovament ta' mezzi mediċi jew mikroskopji tal-elettroni ( 1)

12

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/586 tal-14 ta' April 2016 dwar l-istandards tekniċi għall-mekkaniżmu tar-rikarika tas-sigaretti elettroniċi (notifikat bid-dokument C(2016) 2093)  ( 1)

15

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/587 tal-14 ta' April 2016 dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fis-sistema ta' illuminazzjoni esterna ta' effiċjenza għolja tal-vetturi li tuża dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva biex jonqsu l-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1)

17

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/588 tal-14 ta' April 2016 dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fl-alternaturi ta' effiċjenza għolja ta' 12 Volts bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1)

25

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli tranżizzjonali għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni fejn is-sistemi rilevanti għadhom ma sarux operazzjonali u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 ( ĠU L 69, 15.3.2016 )

33

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

16.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/581

tal-11 ta' April 2016

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Lulju 2013, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tibda negozjati ma' ċerti Membri oħrajn tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ skont l-Artikolu XXIV:6 tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994, fil-kuntest tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Kroazja.

(2)

In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni fil-qafas tad-direttivi ta' negozjar adottati mill-Kunsill.

(3)

Dawk in-negozjati ġew konklużi u Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 rigward il-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea ġie inizjalat fit-18 ta' Diċembru 2015.

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f'isem l-Unjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII ta' GATT 1994 rigward il-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea huwa b'dan awtorizzat f'isem l-Unjoni Ewropea, soġġett għall-konklużjoni t' dak il-Ftehim (1).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-11 ta' April 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M.H.P. VAN DAM


(1)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


REGOLAMENTI

16.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/582

tal-15 ta' April 2016

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 333/2007 fir-rigward tal-analiżi tal-arseniku inorganiku, taċ-ċomb u tal-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi u ta' ċerti kriterji ta' prestazzjoni għall-analiżi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 (2) jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel

(2)

Il-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (3). Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1006 (4) emenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 biex jistabbilixxi l-livelli massimi ta' arseniku inorganiku, u għalhekk huwa xieraq li jiġu stipulati proċeduri speċifiċi relatati mal-analiżi għall-arseniku inorganiku.

(3)

L-istandard EN 13804 relatat mad-determinazzjoni tal-elementi u tal-ispeċi kimika tagħhom ġie aġġornat, u għaldaqstant huwa xieraq li r-referenza għal dak l-istandard tiġi aġġornata skont dan.

(4)

Il-livelli massimi ta' idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAH) fiż-żerriegħa tal-kawkaw u fil-prodotti dderivati jridu jkunu stabbiliti abbażi tax-xaħam. It-testijiet tal-profiċjenza mwettqa mil-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-PAH jindikaw diverġenzi fid-determinazzjoni tal-kontenut tax-xaħam. Għalhekk, huwa xieraq li l-approċċ għad-determinazzjoni tal-kontenut tax-xaħam jiġi armonizzat.

(5)

Fuq parir tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-metalli tqal fl-għalf u fl-ikel, huwa xieraq li jiġu emendati d-definizzjoni tal-limitu ta' kwantifikazzjoni u l-kriterji ta' prestazzjoni marbuta mal-limitu ta' identifikazzjoni għall-metodi ta' analiżi għaċ-ċomb, għall-kadmju, għall-merkurju u għal-landa inorganika.

(6)

Huwa xieraq li d-dispożizzjonijiet marbuta mal-metodi tat-teħid ta' kampjuni u ta' analiżi japplikaw ukoll 'il barra mill-qafas tal-kontrolli uffiċjali.

(7)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 333/2007 għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 333/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-titolu jinbidel b'dan li ġej:

“Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 tat-28 ta' Marzu 2007 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' mikroelementi u ta' kontaminanti tal-ipproċessar fl-oġġetti tal-ikel”;

(2)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   It-teħid ta' kampjuni u l-analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' ċomb, ta' merkurju, ta' landa inorganika, ta' arseniku inorganiku, ta' 3-MCPD u ta' idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (“PAH”) elenkati fit-Taqsimiet 3, 4 u 6 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandhom jitwettqu skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.”;

(3)

L-Anness huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 tat-28 ta' Marzu 2007 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali ta' livelli ta' ċomb, kadmju, merkurju, landa inorganika, 3-MCPD u benzo(a)pyrene fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 29).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1006 tal-25 ta' Ġunju 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi ta' arseniku inorganiku fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 161, 26.6.2015, p. 14).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 333/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-punt C.2.2.1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“C.2.2.1.   Proċeduri speċifiċi għaċ-ċomb, għall-kadmju, għall-merkurju, għal-landa inorganika u għall-arseniku inorganiku

L-analista għandu jiżgura li l-kampjuni ma jiġux ikkontaminati waqt it-tħejjija tal-kampjuni. Kull meta jkun possibbli, l-apparat u t-tagħmir li jiġi f'kuntatt mal-kampjun ma għandux ikun fihom dawk il-metalli li jridu jiġu ddeterminati u għandhom ikunu magħmula minn materjali inerti, pereżempju plastik bħal polipropilen, politetrafluworoetilen (PTFE), eċċ. Dawn għandhom jitnaddfu bl-aċidu sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' kontaminazzjoni. Għax-xfafar jista' jintuża azzar li ma jissaddadx ta' kwalità għolja.

Hemm bosta proċeduri speċifiċi sodisfaċenti ta' tħejjija tal-kampjuni li jistgħu jintużaw għall-prodotti kkonċernati. Għal dawk l-aspetti li mhumiex koperti speċifikament b'dan ir-Regolament, l-Istandard tal-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) “Oġġetti tal-ikel. Determinazzjoni tal-elementi u tal-ispeċi kimika tagħhom. Kunsiderazzjonijiet ġenerali u rekwiżiti speċifiċi” (*1) jitqies li huwa sodisfaċenti iżda metodi oħra ta' tħejjija tal-kampjun jistgħu ikunu daqstant validi.

Fil-każ tal-landa inorganika, għandha tingħata attenzjoni sabiex jiġi żgurat li l-materjal kollu jittieħed f'soluzzjoni peress li huwa magħruf li faċilment isir telf, b'mod partikolari minħabba l-idroliżi, li bħala riżultat tagħha tinħoloq l-ispeċi ossida ta' Sn(IV) idratata u insolubbli.

(*1)  L-istandard EN 13804:2013, “Oġġetti tal-ikel. Determinazzjoni tal-elementi u tal-ispeċi kimika tagħhom. Kunsiderazzjonijiet ġenerali u rekwiżiti speċifiċi”, CEN, Rue de Stassart 36, B-1050 Bruxelles/Brussell.”"

(2)

Fil-punt C.2.2.2 Proċeduri speċifiċi għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi, jinżdied il-paragrafu li ġej:

“Għall-analiżi tal-PAH fil-kawkaw u fil-prodotti dderivati mill-kawkaw, id-determinazzjoni tal-kontenut tax-xaħam titwettaq skont il-metodu uffiċjali Nru 963.15 tal-Metodi Uffiċjali ta' Analiżi (AOAC) għad-determinazzjoni tal-kontenut tax-xaħam fiż-żerriegħa tal-kawkaw u fil-prodotti dderivati. Jistgħu jiġu applikati proċeduri ekwivalenti ta' determinazzjoni tax-xaħam li fihom ikun jista' jintwera li l-proċedura ta' determinazzjoni tax-xaħam li tkun intużat tipprovdi valur indaqs (ekwivalenti) ta' kontenut tax-xaħam.”

(3)

Fil-punt C.3.1 Definizzjonijiet, id-definizzjoni ta' LOQ hija sostwita b'dan li ġej:

“‘LOQ’

=

Limitu ta' kwantifikazzjoni, l-iżjed kontenut baxx ta' analita li jista' jitkejjel b'ċertezza statistika raġonevoli. Jekk kemm l-eżattezza kif ukoll il-preċiżjoni jkunu kostanti f'firxa ta' konċentrazzjoni madwar il-limitu ta' identifikazzjoni, allura l-limitu ta' kwantifikazzjoni jkun numerikament daqs 10 darbiet id-devjazzjoni standard tal-medja tad-determinazzjonijiet b'matriċi vojta (n > 20).”

(4)

Fil-punt C.3.3.1 Kriterji ta' prestazzjoni, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

Kriterji ta' prestazzjoni għall-metodi ta' analiżi għaċ-ċomb, għall-kadmju, għall-merkurju, għal-landa inorganika u għall-arseniku inorganiku

Tabella 5

Parametru

Kriterju

Applikabbiltà

Ikel speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006

Speċifiċità

Mingħajr interferenzi matriċi jew spettrali

Ripetibbiltà (RSDr)

HORRATr inqas minn 2

Riproduċibbiltà (RSDR)

HORRATR inqas minn 2

Irkupru

Japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-punt D.1.2

LOD

= tliet għexieren ta' LOQ

LOQ

Landa inorganika

≤ 10 mg/kg

Ċomb

ML ≤ 0,01 mg/kg

0,01 < ML ≤ 0,02 mg/kg

0,02 < ML < 0,1 mg/kg

ML ≥ 0,1 mg/kg

≤ ML

≤ żewġ terzi tal-ML

≤ tnejn minn ħamsa tal-ML

≤ wieħed minn ħamsa tal-ML

Kadmju, merkurju, arseniku inorganiku

ML huwa < 0,100 mg/kg

ML huwa ≥ 0,100 mg/kg

≤ tnejn minn ħamsa tal-ML

≤ wieħed minn ħamsa tal-ML”

(5)

Il-punt C.3.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“C.3.2.   Rekwiżiti ġenerali

Il-metodi ta' analiżi li jintużaw għall-finijiet ta' kontroll tal-ikel għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Il-metodi ta' analiżi għal-landa totali huma xierqa għall-kontroll dwar il-livelli ta' landa inorganika.

Għall-analiżi taċ-ċomb fl-inbid, japplikaw il-metodi u r-regoli stabbiliti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV) (*2), f'konformità mal-Artikolu 80(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (*3).

Il-metodi ta' analiżi għal-landa totali huma xierqa għall-finijiet ta' skrinjar għall-kontroll dwar il-livelli ta' arseniku inorganiku. Jekk il-konċentrazzjoni totali ta' arseniku tkun taħt il-livell massimu ta' arseniku inorganiku, mhu meħtieġ ebda ttestjar iktar u l-kampjun jitqies li huwa konformi mal-livell massimu ta' arseniku inorganiku. Jekk il-konċentrazzjoni totali ta' arseniku tkun daqs il-livell massimu ta' arseniku inorganiku jew ogħla minnu, irid jitwettaq ittestjar ta' segwitu sabiex jiġi ddeterminat jekk il-konċentrazzjoni tal-arseniku inorganiku hijiex ogħla mil-livell massimu ta' arseniku inorganiku.

(*2)  Organisation internationale de la vigne et du vin."

(*3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).”"



16.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/583

tal-15 ta' April 2016

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1332/2011 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi għall-evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 8(5), u 9(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1332/2011 (2) jirrikjedi li ajruplani li jaħdmu b'magna b'turbina, b'massa massima ċċertifikata waqt it-tluq (MCTOM) ta' iktar minn 5 700 kg, jew li huma awtorizzati li jġorru aktar minn 19-il passiġġier, għandhom jiġu mgħammra bil-verżjoni l-ġdida 7.1 tas-softwer tas-sistema għall-evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru (ACAS II) biex jiġu evitati kolliżjonijiet fl-ajru. Dan ir-rekwiżit japplika wkoll għall-operaturi ta' ċerti ajruplani reġistrati f'pajjiż terz.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1332/2011 jirrikejdi li anki l-operaturi tal-ajru tal-Unjoni li huma suġġetti għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (3) jinstallaw il-verżjoni l-ġdida 7.1 tas-softwer tal-ACAS II fuq l-ajruplani tagħhom. Madankollu, din id-dispożizzjoni hija skaduta għaliex ir-Regolament (KEE) Nru 3922/91 ma għadux japplika għal dawk l-operaturi minn mindu tħassar l-Anness III. Minflok, għal dawn l-operaturi issa japplika r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (4) u fih ir-regoli meħtieġa f'dan ir-rigward. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet skaduti fir-Regolament (UE) Nru 1332/2011 għandhom jitħassru.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 1332/2011 fih regoli dwar il-proċeduri operattivi applikabbli f'sitwazzjonijiet fejn l-ACAS II jagħti indikazzjoni lill-ekwipaġġ tat-titjira b'suġġeriment ta' manuvrar biex tiġi żgurata s-separazzjoni tal-ajruplan mit-theddid kollu jew biex tinżamm is-separazzjoni eżistenti (riżoluzzjoni konsultattiva). Billi dawk ir-regoli huma ktiċiċi għas-sikurezza kemm għall-piloti u kemm għall-kontrolluri, speċjalment rigward l-interazzjoni ta' bejniethom, dawn huma indirizzati aħjar fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 (5) minflok. Għalhekk, ir-regoli relatati ma' proċeduri operattivi ta' dan it-tip stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1332/2011 għandhom jitħassru.

(4)

Għaldaqstant ir-Regolament (UE) Nru 1332/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-opinjoni (6) tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni f'konformità mal-Artikoli 17(2)(b) u 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1332/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 4 jitħassar;

(2)

fl-Artikolu 5, il-paragrafi 2 u 3 huma jinbidlu b'dan li ġej:

“2.   L-Artikolu 3 japplika mill-1 ta' Marzu 2012.

3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, fil-każ ta' inġenju tal-ajru b'ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbilità maħruġ qabel l-1 ta' Marzu 2012, l-Artikolu 3 għandu japplika mill-1 ta' Diċembru 2015.”;

(3)

l-Anness huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-25 ta' Awwissu 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1332/2011 tas-16 ta' Diċembru 2011 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi għall-evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru (ĠU L 336, 20.12.2011, p. 20).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-htigijiet teknici u proceduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni civili (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1).

(6)  L-Opinjoni tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni Nru 4/2014 tas-16 ta' Diċembru 2014 għall-emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru (SERA Parti C).


ANNESS

“ANNESS

Sistemi għall-evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru (ACAS) II

(Parti-ACAS)

AUR.ACAS.1005 Rekwiżit tal-prestazzjoni

(1)

L-ajruplani bil-magna mħaddma bit-turbini li ġejjin għandhom ikunu mgħammra bil-verżjoni 7.1 tas-sistema għall-evitar ta' kolliżjonijiet tal-ACAS II:

(a)

ajruplani b'massa tat-tlugħ iċċertfikata massima li taqbeż 5 700 kg;

(b)

ajruplani awtorizzati biex iġorru iktar minn 19-il passiġġier.

(2)

L-inġenji tal-ajru mhux imsemmija fil-punt (1) li huma mgħammra bl-ACAS II fuq bażi volontarja għandu jkollhom il-verżjoni 7.1 tas-sistema għall-evitar ta' kolliżjonijiet.

(3)

Il-punt (1) ma għandux japplika għal sistemi ta' inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ.

AUR.ACAS.1010 Taħriġ tal-ACAS II

L-operaturi għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operattivi u l-programm tat-taħriġ tal-ACAS II biex l-ekwipaġġ tat-titjira jkun imħarreġ b'mod xieraq fl-evitar ta' kolliżjonijiet u jsir kompetenti fl-użu tat-tagħmir tal-ACAS II.”


16.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/584

tal-15 ta' April 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

279,2

MA

93,6

SN

175,5

TR

94,1

ZZ

160,6

0707 00 05

MA

80,7

TR

119,1

ZZ

99,9

0709 93 10

MA

94,0

TR

137,2

ZZ

115,6

0805 10 20

EG

48,6

IL

77,8

MA

55,6

TR

38,9

ZZ

55,2

0808 10 80

AR

89,5

BR

98,6

CL

121,6

CN

131,9

US

155,0

ZA

81,6

ZZ

113,0

0808 30 90

AR

102,2

CL

106,8

CN

90,5

ZA

111,1

ZZ

102,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DIRETTIVI

16.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/12


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/585

tat-12 ta' Frar 2016

li temenda, għal skopijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb, il-kadmju, il-kromju eżavalenti u l-eteri tad-difenil polibromurat (PBDE) fil-parts tal-bdil irkuprati minnn u użati għat-tiswija jew ir-rinnovament ta' mezzi mediċi jew mikroskopji tal-elettroni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE tipprojbixxi l-użu taċ-ċomb, tal-kadmju, tal-kromju eżavalenti u tal-eteri tad-difenil polibromurat (PBDE) fit-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq.

(2)

Hemm stabbiliti prattiki ta' rinnovament għat-tagħmir tal-immaġini bħat-tagħmir tal-produzzjoni tal-immaġni bir-reżonanza manjetika, l-apparat tat-tomografija bil-kompjuter, il-mezzi dijanjostiċi in vitro, l-apparat għall-monitoraġġ tal-pazjenti u l-mikroskopji tal-elettroni. Xi wħud mill-parts tal-bdil irkuprati użati mill-ġdid għar-rinnovament ikun fihom ammonti żgħar ta' ċomb, kadmju, kromju eżavalenti, jew PBDE.

(3)

L-eżenzjoni stipulata fil-punt 31 tal-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE ma tippermettix l-użu tal-parts ta' bdil irkuprati minn tagħmir użat li ma kienx diġà mqiegħed fis-suq tal-Unjoni u għaldaqstant tillimita d-disponibilità tal-parts ta' bdil irkuprati.

(4)

Tqabbil tal-impatti ambjentali tal-użu tal-parts rinnovati f'tali każijiet mal-impatti ambjentali tas-sostituzzjoni tal-parts rinnovati ma' oħrajn ġodda juri li t-total tal-impatti negattivi tas-sostituzzjoni fuq l-ambjent, is-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi huma ikbar mill-benefiċċji totali tagħha.

(5)

Meta wieħed iqis li r-restrizzjoni tas-sustanza se tibda japplika fuq tagħmir differenti kkonċernat f'dati differenti kif previst fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2011/65/UE, għandha tiġi stabbilita data ta' skadenza differenti għall-eżenzjoni għal kull tip ta' tagħmir.

(6)

Id-Direttiva 2011/65/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Biex tiġi żgurata tranżizzjoni mingħajr skossi għall-operaturi tas-suq mid-dispożizzjonijiet l-qodma għad-dispożizzjonijiet proposti u biex jiġi evitat tfixkil tas-suq uniku, huwa xieraq li tiġi stabbilita data għall-applikazzjoni simultanja mill-Istati Membri tad-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom li tipprovdi wkoll perjodu raġonevoli ta' żmien wara d-data tat-traspożizzjoni.

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit-28 ta' Frar 2017, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mis-6 ta' Novembru 2017.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.


ANNESS

L-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/EU tiġi emendata kif ġej:

(1)

Il-punt 31 jitħassar.

(2)

Jiżdied il-punt 31a li ġej:

“31a.

Iċ-ċomb, il-kadmju, il-kromju eżavalenti u l-eteri tad-difenil polibrominati (PBDE) fil-parts tal-bdil irkuprati minn u użati għat-tiswija jew ir-rinnovament tal-mezzi mediċi, inklużi l-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro, jew il-mikroskopji tal-elettroni u l-aċċessorji tagħhom, bil-kundizzjoni li dan l-użu mill-ġdid iseħħ f'sistemi ta' rkupru bejn negozju u ieħor f'ċiklu magħluq u verifikabbli, u li kull użu mill-ġdid tal-parts jiġi nnotifikat lill-konsumatur.

Tiskadi:

(a)

fil-21 ta' Lulju 2021 għall-użu tal-mezzi mediċi għajr il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro;

(b)

fil-21 ta' Lulju 2023 għall-użu fil-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro;

(c)

fil-21 ta' Lulju 2024 għall-użu fil-mikroskopji tal-elettroni u l-aċċessorji tagħhom.”


DEĊIŻJONIJIET

16.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/15


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/586

tal-14 ta' April 2016

dwar l-istandards tekniċi għall-mekkaniżmu tar-rikarika tas-sigaretti elettroniċi

(notifikat bid-dokument C(2016) 2093)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(13) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 20(3)(g) tad-Direttiva 2014/40/UE jesiġi li l-Istati Membri jiżguraw li s-sigaretti elettroniċi u l-kontenituri tar-rikarika tagħhom ikollhom mekkaniżmu li jiżgura li jimtlew mill-ġdid bla ma jnixxu.

(2)

L-Artikolu 20(13) tad-Direttiva 2014/40/UE jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-istandards tekniċi għall-mekkaniżmu tar-rikarika tas-sigaretti elettroniċi permezz ta' att ta' implimentazzjoni.

(3)

Minħabba t-tossiċità tal-likwidi li fihom in-nikotina użati fis-sigaretti elettroniċi u l-kontenituri tar-rikarika, huwa xieraq li jiġi żgurat li s-sigaretti elettroniċi jkunu jistgħu jerġgħu jimtlew b'mod li jimminimizza r-riskju li dawn il-likwidi jmissu mal-ġilda u jinbelgħu bi żball.

(4)

Abbażi tar-rispons tal-partijiet interessati u ħidmet kuntrattur estern, ġew identifikati standards tekniċi maħsuba biex jiżguraw li l-mekkaniżmi tar-rikarika konformi jipprovdu protezzjoni adegwata kontra t-tnixxija.

(5)

L-istandards tekniċi identifikati jinkludu wkoll miżuri li jiżguraw li l-konsumaturi jkunu infurmati kif xieraq dwar kif joperaw il-mekkaniżmi tar-rikarika sabiex jiġi żgurat li l-mili mill-ġdid isir bla tnixxija.

(6)

Il-partijiet interessati jaf ikunu jixtiequ jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar mekkaniżmi alternattivi li jkunu żviluppaw biex jiżguraw mili mill-ġdid bla tnixxija, u dan jista' jwassal biex din id-Deċiżjoni tiġi riveduta.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 2014/40/UE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-istandards tekniċi għall-mekkaniżmu tar-rikarika tas-sigaretti elettroniċi manifatturati jew importati fl-Unjoni.

Artikolu 2

Rekwiżiti għall-mekkaniżmu tar-rikarika

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sigaretti elettroniċi u l-kontenituri tar-rikarika jitqiegħdu fis-suq biss jekk il-mekkaniżmu tar-rikarika tas-sigaretti elettroniċi jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jinvolvi l-użu ta' kontenitur tar-rikarika b'tagħmir imwaħħal sew ta' żennuna twila mill-inqas 9 mm, li tkun idjaq mill-fetħa tat-tank tas-sigaretti elettroniċi li tintuża magħhom u li tidħol fiha bla diffikultà filwaqt li jkollha mekkaniżmu li jikkontrolla l-fluss li ma jitfax iktar minn 20 qatra tal-likwidu tal-mili mill-ġdid kull minuta meta jitqiegħed b'mod vertikali u jkun suġġett għal pressjoni atmosferika biss ta' 20 °C ± 5 °C;

(b)

dan jopera permezz ta' sistema ta' dokkjar li jirrilaxxa l-likwidi ta' rikarika biss fit-tank tas-sigarett elettroniku meta s-sigarett elettroniku u l-kontenitur tar-rikarika jkunu konnessi.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sigaretti elettroniċi u l-kontenituri tar-rikarika jinkludu struzzjonijiet xierqa dwar il-mili mill-ġdid, inklużi dijagrammi, bħala parti tal-istruzzjonijiet għall-użu stipulati mill-Artikolu 20(4)(a)(i) tad-Direttiva 2014/40/UE.

Is-sigaretti elettroniċi li jimtlew mill-ġdid u l-kontenituri tar-rikarika b'mekkaniżmu tar-rikarika tat-tip imsemmi fil-paragrafu 1(a) għandhom jindikaw kemm hi wiesgħa ż-żennuna jew il-fetħa tat-tank fl-istruzzjonijiet għall-użu b'mod li jippermetti lill-konsumaturi jidentifikaw il-kompatibbiltà tas-sigaretti elettroniċi mal-kontenituri tar-rikarika.

Is-sigaretti elettroniċi li jimtlew mill-ġdid u l-kontenituri tar-rikarika b'mekkaniżmu tar-rikarika tat-tip imsemmi fil-paragrafu 1(b) għandhom jispeċikaw, fl-istruzzjonijiet dwar l-użu, it-tipi tas-sistemi ta' dokkjar li magħhom ikunu kompatibbli t-tali sigaretti elettroniċi u kontenituri tar-rikarika.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 127, 29.4.2014, p. 1.


16.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/17


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/587

tal-14 ta' April 2016

dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fis-sistema ta' illuminazzjoni esterna ta' effiċjenza għolja tal-vetturi li tuża dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva biex jonqsu l-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjoni li ġiet imressqa mill-manifattur Mazda Motor Europe GmbH fis-7 ta' Lulju 2015 għall-approvazzjoni ta' illuminazzjoni bl-użu ta' dijodi li jemettu d-dawl (LED), u l-applikazzjoni li ġiet imressqa minn Honda fit-8 ta' Jannar 2016 għall-approvazzjoni ta' illuminazzjoni esterna ta' effiċjenza għolja li tuża dijodi li jemettu d-dawl ġew ivvalutati skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (2) u skont il-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009.

(2)

L-informazzjoni li nbagħtet fl-applikazzjonijiet ta' Mazda u Honda turi li l-kundizzjonijiet u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u fl-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 ġew issodisfati. Bħala riżultat, l-illuminazzjoni esterna ta' effiċjenza għolja tal-vetturi li tuża LEDs ta' Mazda u Honda għandha tiġi approvata bħala teknoloġija innovattiva.

(3)

Bid-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2014/128/UE (3), (UE) 2015/206 (4) u (UE) 2016/160 (5), il-Kummissjoni approvat tliet applikazzjonijiet b'rabta ma' teknoloġiji li jikkontribwixxu lejn it-titjib tal-effiċjenza ta' sistemi ta' illuminazzjoni esterna. Fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba mill-valutazzjoni ta' dawn l-applikazzjonijiet, kif ukoll mill-applikazzjonijiet Mazda u Honda, intwera b'mod sodisfaċenti u konklużiv li illuminazzjoni esterna ta' effiċjenza għolja li tuża LEDs li tinkludi kombinament xieraq ta' dwal LED esterni ta' effiċjenza għolja bħall-fanal ta' quddiem tar-raġġi baxxi, il-fanal ta' quddiem tar-raġġi għoljin, il-fanali ta' quddiem, il-fanali ta' quddiem kontra ċ-ċpar, il-fanali ta' wara kontra ċ-ċpar, id-dwal tal-indikaturi ta' quddiem, id-dwal tal-indikaturi ta' wara, id-dwal tal-pjanċi u d-dwal tar-rivers jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, u jipprovdu tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 ta' mill-inqas 1 g ta' CO2/km meta mqabbel ma' pakkett ta' illuminazzjoni esterna ta' referenza li jinkludi l-istess kombinament ta' dwal tal-vetturi.

(4)

Għaldaqstant, huwa xieraq li l-manifatturi jingħataw il-possibbiltà li jiċċertifikaw l-iffrankar ta' CO2 minn illuminazzjoni esterna ta' effiċjenza għolja li tuża LEDs li tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet. Sabiex jiġi żgurat li jkunu biss sistemi ta' illuminazzjoni esterna li jużaw LEDs u li huma konformi ma' dawk il-kundizzjonijiet li jiġu proposti għal ċertifikazzjoni, il-manifattur għandu jipprovdi rapport ta' verifika minn korp ta' verifika indipendenti li jikkonferma l-konformità flimkien mal-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni ppreżentata lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip.

(5)

Jekk l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tqis li s-sistema ta' illuminazzjoni li tuża LEDs ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni, l-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar għandha tiġi miċħuda.

(6)

Huwa xieraq li l-metodoloġija tal-ittestjar tiġi approvata biex jiġi ddeterminat l-iffrankar ta' CO2 minn sistemi ta' illuminazzjoni esterna li jużaw LEDs.

(7)

Sabiex jiġi ddeterminat l-iffrankar ta' CO2 minn sistema ta' illuminazzjoni esterna li tuża LEDs, jeħtieġ li tiġi stabbilita t-teknoloġija ta' referenza li magħha għandu jsir tqabbil u skont liema għandha tiġi evalwata l-effiċjenza tas-sistema ta' illuminazzjoni li tuża LEDs. Fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba, ikun xieraq li s-sistemi ta' illuminazzjoni tal-aloġenu jitqiesu bħala t-teknoloġija ta' referenza.

(8)

L-iffrankar minn illuminazzjoni esterna li tuża LEDs jista' jintwera parzjalment permezz tat-test imsemmi fl-Anness XII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (6). Għalhekk jeħtieġ li jiġi żgurat li din il-kopertura parzjali tiġi kkunsidrata fil-metodoloġija tgħall-ittestjar tal-iffrankar tas-CO2 minn illuminazzjoni esterna li tuża LEDs.

(9)

Sabiex jiġi ffaċilitat użu usa' ta' illuminazzjoni esterna ta' effiċjenza għolja li tuża LEDs f'vetturi ġodda, manifattur għandu jkollu wkoll il-possibbiltà li japplika għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2 minn diversi sistemi ta' illuminazzjoni esterna li tuża LEDs b'applikazzjoni waħda ta' ċertifikazzjoni. Madankollu, huwa xieraq li jiġi żgurat li fejn tintuża din il-possibbiltà jiġi applikat mekkaniżmu li jinċentiva l-użu esklussiv ta' dawk is-sistemi ta' illuminazzjoni esterna li tuża LEDs li joffru l-ogħla effiċjenza.

(10)

Bil-għan li jiġi ddeterminat il-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni ġenerali li għandu jintuża fid-dokumenti rilevanti tal-approvazzjoni tat-tip skont l-Annessi I, VIII u IX tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), għandu jiġi speċifikat il-kodiċi individwali li jrid jintuża għat-teknoloġija innovattiva għas-sistemi ta' illuminazzjoni esterna ta' effiċjenza għolja li tuża LEDs,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Approvazzjoni

It-teknoloġija użata fid-dijodi li jemettu d-dawl (LEDs) Mazda u fis-sistema ta' illuminazzjoni bl-LEDs Honda hija approvata bħala teknoloġija innovattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.

Artikolu 2

Applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2

1.   Il-manifattur jista' japplika għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2 minn sistema waħda jew aktar ta' illuminazzjoni esterna li tuża LEDs maħsuba għall-użu f'vetturi M1 li jinkludu wieħed jew kombinament tat-tipi ta' illuminazzjoni b'LED li ġejjin,

(a)

il-fanal ta' quddiem tar-raġġi baxxi;

(b)

il-fanal ta' quddiem tar-raġġi għoljin;

(c)

il-fanali ta' quddiem;

(d)

il-fanali ta' quddiem kontra ċ-ċpar;

(e)

il-fanali ta' wara kontra ċ-ċpar;

(f)

id-dwal tal-indikaturi ta' quddiem;

(g)

id-dwal tal-indikaturi ta' wara;

(h)

id-dwal tal-pjanċi;

(i)

id-dwal tar-rivers.

Id-dawl LED jew il-kombinament ta' dwal LED li jiffurmaw l-illuminazzjoni esterna ta' effiċjenza għolja tal-vetturi li tuża LEDs għandhom, bħala minimu, jipprovdu t-tnaqqis ta' CO2 speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 725/2011.

2.   Applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar minn sistema waħda jew aktar ta' illuminazzjoni esterna li tuża LEDs għandha tkun akkumpanjata minn rapport ta' verifika indipendenti li jiċċertifika li dik jew dawk is-sistemi ta' illuminazzjoni b'LED hija jew huma konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

3.   L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiċħad l-applikazzjoni għal ċertifikazzjoni jekk issib li sistema waħda jew aktar ta' illuminazzjoni esterna li tuża LEDs mhijiex jew mhumiex konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

Artikolu 3

Ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2

1.   It-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-użu ta' illuminazzjoni esterna ta' effiċjenza għolja tal-vetturi li tuża LEDs imsemmija fl-Artikolu 2(1) għandu jiġi kkalkulat permezz tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness.

2.   Meta manifattur jippreżenta applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2 minn diversi sistemi ta' illuminazzjoni esterna ta' effiċjenza għolja msemmija fl-Artikolu 2(1) fir-rigward ta' verżjoni waħda ta' vettura, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiddetermina liema mis-sistemi ta' illuminazzjoni esterna ta' effiċjenza għolja li tuża LEDs li ġiet ittestjata trendi l-inqas iffrankar ta' CO2, u għandha tirreġistra l-aktar valur baxx fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti. Dak il-valur għandu jkun indikat fiċ-ċertifikat ta' konformità skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.

Artikolu 4

Kodiċi tal-ekoinnovazzjoni

Il-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni Nru 19 għandu jiddaħħal fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip meta ssir referenza għal din id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal- 25 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/128/UE tal-10 ta' Marzu 2014 dwar l-approvazzjoni tal-modulu LED bir-raġġ baxx “E-Light” bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 70, 11.3.2014, p. 30).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/206 tad-9 ta' Frar 2015 dwar l-approvazzjoni tad-dawl effiċjenti fuq barra tad-Daimler AG bl-użu ta' dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva biex jonqsu l-emissjonijiet tad-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 33, 10.2.2015, p. 52).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/160 tal-5 ta' Frar 2016 dwar l-approvazzjoni tas-sistema ta' illuminazzjoni esterna effiċjenti tat-Toyota Motor Europe li tuża dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva biex jonqsu l-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 31, 6.2.2016, p. 70).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).

(7)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).


ANNESS

IL-METODOLOĠIJA BIEX JIĠI KKALKULAT L-IFFRANKAR TAS-CO2 MINN ILLUMINAZZJONI ESTERNA TAL-VETTURI BL-UŻU TA' DIJODI LI JEMETTU D-DAWL (LEDS).

1.   INTRODUZZJONI

Sabiex jiġi stabbilit it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 li jista' jiġi attribwit lil pakkett ta' dwal LED esterni ta' effiċjenza għolja li jikkonsisti minn kombinament xieraq ta' dwal tal-vetturi imsemmija fl-Artikolu 2 għall-użu f'vettura tat-tip M1, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dawn li ġejjin:

(1)

Il-kundizzjonijiet tal-ittestjar;

(2)

It-tagħmir tat-testijiet;

(3)

Il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija;

(4)

Il-kalkolu tal-iffrankar tas-CO2;

(5)

Il-kalkolu tal-iżball statistiku.

2.   SIMBOLI, PARAMETRI U UNITAJIET

Simboli bil-Latin

Formula

Iffrankar totali tas-CO2 [g CO2/km]

CO2

Diossidu tal-karbonju

CF

Il-fattur ta' konverżjoni (l/100 km) — (g CO2/km) [g CO2/l] kif iddefinit fit-Tabella 3

m

In-numru ta' dwal LED esterni ta' effiċjenza għolja li jiffurmaw il-pakkett

n

In-numru ta' kemm il darba tkejjel il-kampjun

P

Il-konsum tal-enerġija mid-dwal tal-vettura [W]

Formula

Id-devjazzjoni standard tal-konsum ta' enerġija mid-dwal LED [W]

Formula

Id-devjazzjoni standard tal-medja tal-konsum ta' enerġija mid-dwal LED [W]

Formula

Id-devjazzjoni standard tal-iffrankar totali tas-CO2 [g CO2/km]

UF

Il-fattur tal-użu [-] kif definit fit-Tabella 4

v

Il-veloċità medja tas-sewqan taċ-Ċiklu tas-Sewqan Ewropew il-Ġdid (NEDC) [km/h]

VPe

Il-konsum tal-enerġija effettiva [l/kWh] kif iddefinit fit-Tabella 2

Image

Is-sensittività tal-iffrankar tas-CO2 ikkalkulat b'rabta mal-konsum ta' enerġija mid-dwal LED

Simboli Griegi

Δ

Id-differenza

ηA

L-effiċjenza tal-alternatur [%]

Simboli miktubin taħt il-vers

L-indiċi (i) jirreferi għad-dwal tal-vettura

L-indiċi (j) jirreferi għall-kejl tal-kampjun

EI

Eko-innovattiv

RW

Il-kundizzjonijiet tal-ħajja reali

TA

Il-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip

B

Ix-xenarju ta' referenza

3.   IL-KUNDIZZJONIJIET TAL-ITTESTJAR

Il-kundizzjonijiet tal-ittestjar għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament NU/EKE Nru 112 (1) dwar dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' fanali ta' quddiem ta' vetturi bil-mutur li jemettu raġġ baxx assimetriku jew raġġ tas-sewqan jew it-tnejn u mgħammra b'fanali tal-filament u/jew moduli tad-dijodi li jemettu d-dawl (LED). Il-konsum tal-enerġija għandu jiġi kkalkulat skont il-punt 6.1.4. tar-Regolament NU/EKE Nru 112 u l-punti 3.2.1 u 3.2.2 tal-Anness 10 tal-istess Regolament.

4.   TAGĦMIR TAT-TEST

Għandu jintuża t-tagħmir li ġej, kif muri fl-Illustrazzjoni:

Unità tal-provvista tal-enerġija (jiġifieri provvista ta' vultaġġ varjabbli);

Żewġ Multi Miters Diġitali, wieħed għall-kejl tal-kurrent dirett, u l-ieħor għall-kejl tal-vultaġġ tal-kurrent dirett. Fl-Illustrazzjoni tintwera konfigurazzjoni possibbli ta' test, fejn il-miter tal-vultaġġ tal-kurrent dirett huwa integrat fl-unità għall-provvista tal-enerġija.

Image

Konfigurazzjoni tat-test

Monitor tal-kurrent

Provvista ta’ vultaġġ varjabbli

Fanal LED

5.   KEJL U DETERMINAZZJONI TAL-IFFRANKAR TA' ENERĠIJA

Għal kull tip ta' dawl LED estern ta' effiċjenza għolja inkluż fil-pakkett, il-kejl tal-kurrent għandu jsir kif muri fl-Illustrazzjoni b'vultaġġ ta' 13,2 V. Modulu(i) LED imħaddem(imħaddma) b'ger tal-kontroll ta' sors tad-dawl elettroniku għandu(għandhom) jitkejjel(jitkejlu) kif speċifikat mill-applikant.

Il-manifatur jista' jitlob li jsir kejl ieħor tal-kurrent f'vultaġġi addizzjonali oħra. F'dak il-każ, il-manifattur irid jgħaddi lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip dokumentazzjoni verifikata dwar il-ħtieġa li jitwettaq dan il-kejl addizzjonali. Il-kalkoli tal-kurrenti f'kull wieħed minn dawn il-voltaġġi addizzjonali għandhom jitwettqu b'mod konsekuttiv għal mill-inqas ħames (5) darbiet. Il-vultaġġi installati eżatti u l-kurrent imkejjel iridu jitniżżlu f'erba' ċifri deċimali.

Il-konsum tal-enerġija għandu jiġi determinat billi l-vultaġġ installat jiġi mmultiplikat bil-kurrent imkejjel. Il-medja ta' konsum tal-enerġija għal kull dawl LED estern ta' effiċjenza għolja (Formula) għandha tiġi kkalkulata. Kull valur irid jitniżżel f'erba' (4) ċifri deċimali. Meta mutur ta' veloċità gradwali jew kontrollur elettroniku jintuża għall-provvista tal-elettriku fil-fanali LED, it-tagħbija elettrika ta' din il-parti tal-komponent trid tiġi eskluża mill-kejl.

L-iffrankar tal-enerġija ta' kull dawl LED estern ta' effiċjenza għolja (ΔPi) għandu jiġi kkalkulat billi tintuża l-formula li ġejja:

Formula 1

Formula

fejn il-konsum tal-enerġija tad-dawl tal-vetturi ta' referenza korrispondenti huwa definit mit-Tabella 1.

Tabella 1

Il-ħtiġijiet enerġetiċi għat-tipi differenti ta' dwal tal-vetturi ta' referenza

Dawl tal-vettura

Enerġija elettrika totali (PB)

[W]

Il-fanal ta' quddiem tar-raġġi baxxi

137

Il-fanal ta' quddiem tar-raġġi għoljin

150

Il-fanali ta' quddiem

12

Id-dwal tal-pjanċi

12

Il-fanali ta' quddiem kontra ċ-ċpar

124

Il-fanali ta' wara kontra ċ-ċpar

26

Il-fanal tal-indikaturi ta' quddiem

13

Il-fanal tal-indikaturi ta' wara

13

Il-fanal tar-rivers

52

6.   IL-KALKOLU TAL-IFFRANKAR TA' CO2

L-iffrankar totali ta' CO2 tal-pakkett ta' illuminazzjoni għandu jiġi kkalkulat bl-użu tal-Formula 2.

Formula 2

Formula

fejn

v

:

Il-veloċità medja tas-sewqan tal-NEDC [km/h], li hija 33,58 km/h

ηA

:

L-effiċjenza tal-alternatur [%], li hija ta' 67 %

VPe

:

Il-konsum tal-enerġija effettiva [l/kWh] kif iddefinit fit-Tabella 2

Tabella 2

Il-konsum ta' enerġija effettiva

It-tip ta' magna

Il-konsum ta' enerġija effettiva (VPe)

[l/kWh]

Petrol

0,264

Magna petrol bit-turbo

0,280

Diżil

0,220

CF

:

Il-fattur ta' konverżjoni (l/100 km) — (g CO2/km) [g CO2/l] kif iddefinit fit-Tabella 3

Tabella 3

Il-fattur ta' konverżjoni tal-fjuwil

Tip ta' fjuwil

Il-fattur ta' konverżjoni (l/100 km) — (g CO2/km) (CF)

[g CO2/l]

Petrol

2 330

Diżil

2 640

UF

:

Il-fattur tal-użu tad-dawl tal-vettura [-] kif definit fit-Tabella 4

Tabella 4

Il-fattur tal-użu għal tipi differenti ta' dwal tal-vetturi

Dawl tal-vettura

Il-fattur tal-użu (UF)

[-]

Il-fanal ta' quddiem tar-raġġi baxxi

0,33

Il-fanal ta' quddiem tar-raġġi għoljin

0,03

Il-fanali ta' quddiem

0,36

Id-dwal tal-pjanċi

0,36

Il-fanali ta' quddiem kontra ċ-ċpar

0,01

Il-fanali ta' wara kontra ċ-ċpar

0,01

Il-fanal tal-indikaturi ta' quddiem

0,15

Il-fanal tal-indikaturi ta' wara

0,15

Il-fanal tar-rivers

0,01

7.   IL-KALKOLU TAL-IŻBALL STATISTIKU

L-iżbalji statisiċi fir-riżultati tal-metodoloġija tal-ittestjar ikkawżati mill-kejl għandhom jiġu kkwantifikati. Għal kull dawl LED estern ta' effiċjenza għolja inkluż fil-pakkett, id-devjazzjoni standard tiġi kkalkulata kif definit mill-Formula 3.

Formula 3

Formula

fejn:

n

:

L-għadd ta' drabi ta' kejl tal-kampjun, li huwa mill-inqas ħamsa (5).

Id-devjazzjoni standard tal-konsum tal-enerġija ta' kull dawl LED estern ta' effiċjenza għolja (Formula) twassal għal żball fl-iffrankar tas-CO2 (Formula). Dan l-iżball għandu jiġi kkalkulat permezz tal-Formula 4

Formula 4

Image

8.   SINIFIKAT STATISTIKU

Għal kull tip, varjant u verżjoni ta' vettura mgħammra bil-kombinament ta' dwal LED esterni ta' effiċjenza għolja jrid jintwera li l-iżball fl-iffrankar tas-CO2 ikkalkulat skont il-Formula 4 mhuwiex ikbar mid-differenza bejn l-għadd totali ta' CO2 iffrankat u l-limitu minimu ta' ffrankar speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (ara l-Formula 5).

Formula 5

Formula

fejn:

MT

:

Il-limitu minimu [g CO2/km], li huwa ta' 1 g CO2/km

Meta, bħala riżultat tal-kalkolu li juża l-Formula 5, it-total tal-iffrankar ta' emissjonijiet ta' CO2 tal-pakkett ta' dwal LED esterni ta' effiċjenza għolja jkun taħt il-limitu speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, japplika it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) ta' dak ir-Regolament.


(1)  E/ECE/324/Rev.2/Add.111/Rev.3 — E/ECE/TRANS/505/Rev.2/Add.111/Rev.3, id-9 ta' Jannar 2013.


16.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/25


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/588

tal-14 ta' April 2016

dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fl-alternaturi ta' effiċjenza għolja ta' 12 Volts bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjoni mressqa mill-fornitur Valeo Equipments Electriques Moteur fit-3 ta' Novembru 2015 għall-approvazzjoni tal-alternatur Valeo ta' effiċjenza għolja b'dijodi ta' effiċjenza għolja, u l-applikazzjoni mressqa mill-fornitur Robert Bosch GmbH fl-10 ta' Ġunju 2015 għall-approvazzjoni tal-alternatur Bosch ta' effiċjenza għolja b'dijodi MOS sinkronizzati (MGD) ġew ivvalutati skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (2) u skont il-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009.

(2)

L-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni Valeo u fl-applikazzjoni Bosch turi li l-kundizzjonijiet u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u fl-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 ġew issodisfati. Bħala riżultat ta' dan, l-alternaturi ta' effiċjenza għolja Valeo u Bosch għandhom ikunu approvati bħala teknoloġiji innovattivi.

(3)

Il-Kummissjoni approvat sitt applikazzjonijiet b'rabta ma' teknoloġiji li jikkontribwixxu lejn it-titjib tal-effiċjenza tal-alternaturi permezz tad- Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/341/UE (3), 2014/465/UE (4), (UE) 2015/158 (5), (UE) 2015/295 (6) u (UE) 2015/2280 (7). Fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba mill-valutazzjoni ta' dawn l-applikazzjonijiet u mill-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet Valeo u Bosch, intwera b'mod sodisfaċenti u konklużiv li alternatur ta' 12 Volts (12 V) b'effiċjenza minima li tvarja bejn 73,4 % u 74,2 %, skont is-sistema tal-motopropulsjoni, u b'massa li ma taqbiżx il-massa tal-alternatur ta' referenza b'aktar minn massimu ta' 3 kg jissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 u jipprovdi tnaqqis fl-emissjonijiet ta' CO2 ta' mill-inqas 1 g CO2/km meta mqabbel mal-alternatur ta' referenza b'effiċjenza ta' 67 %.

(4)

Għaldaqstant, huwa xieraq li l-manifatturi jingħataw il-possibbiltà li jiċċertifikaw l-iffrankar tas-CO2 minn alternaturi ta' effiċjenza għolja ta' 12 V li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet. Sabiex jiġi żgurat li jkunu biss alternaturi li huma konformi ma' dawk il-kundizzjonijiet li jiġu proposti għaċ-ċertifikazzjoni, il-manifattur għandu jipprovdi rapport ta' verifika minn korp ta' verifika indipendenti li jikkonferma l-konformità flimkien mal-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni ppreżentata lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip.

(5)

Jekk l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tqis li l-alternatur ta' 12 V ma jissodisfax il-kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni, l-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar għandha tiġi miċħuda.

(6)

Huwa xieraq li l-metodoloġija tal-ittestjar tiġi approvata biex jiġi ddeterminat l-iffrankar ta' CO2 minn alternaturi ta' effiċjenza għolja ta' 12 V.

(7)

Sabiex jiġi ddeterminat l-iffrankar ta' CO2 minn alternatur ta' effiċjenza għolja ta' 12 V, jeħtieġ li tiġi stabbilita t-teknoloġija ta' referenza li magħha għandu jsir tqabbil biex tiġi vvalutata l-effiċjenza tal-alternatur. Fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba, huwa xieraq li alternatur ta' 12 V b'effiċjenza ta' 67 % jitqies bħala teknoloġija ta' referenza.

(8)

L-iffrankar minn alternatur ta' effiċjenza għolja ta' 12 V jista' jintwera parzjalment permezz tat-test imsemmi fl-Anness XII għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (8). Għalhekk jeħtieġ li jiġi żgurat li din il-kopertura parzjali tiġi kkunsidrata fil-metodoloġija tal-ittestjar għall-iffrankar ta' CO2 minn alternaturi ta' effiċjenza għolja ta' 12 V.

(9)

Sabiex ikun iffaċilitat użu usa' ta' alternaturi ta' effiċjenza għolja ta' 12 V f'vetturi ġodda, manifattur għandu jkollu wkoll il-possibbiltà li japplika għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2 minn diversi alternaturi ta' effiċjenza għolja ta' 12 V permezz ta' applikazzjoni waħda għal ċertifikazzjoni. Madankollu huwa xieraq li jiġi żgurat li meta tintuża din il-possibbiltà jiġi applikat mekkaniżmu li jinċentiva biss l-użu ta' dawk l-alternaturi li joffru l-ogħla effiċjenza.

(10)

Bil-għan li jiġi stabbilit il-kodiċi ġenerali tal-ekoinnovazzjoni li għandu jintuża fid-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti skont l-Annessi I, VIII u IX tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), għandu jiġi speċifikat il-kodiċi individwali li għandu jintuża għat-teknoloġija innovattiva għal alternaturi ta' effiċjenza għolja ta' 12 V,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Approvazzjoni

It-teknoloġija użata fl-alternatur Valeo ta' effiċjenza għolja b'dijodi ta' effiċjenza għolja u fl-alternatur Bosch ta' effiċjenza għolja b'dijodi MOS sinkronizzati hija approvata bħala teknoloġija innovattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.

Artikolu 2

Applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2

1.   Il-manifattur jista' japplika għal ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2 minn alternatur ta' effiċjenza għolja ta' 12 Volts (V) wieħed jew aktar għall-użu f'vetturi M1, bil-kundizzjoni li l-alternatur ikun/l-alternaturi jkunu konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-komponent ikun jintuża biss għall-iċċarġjar tal-batterija tal-vettura, u biex jalimenta s-sistema tal-elettriku tal-vettura meta l-magna tal-kombustjoni tagħha tkun operattiva;

(b)

il-massa tal-alternatur b'effiċjenza għolja ma taqbiżx il-massa tal-alternatur ta' referenza ta' 7 kg b'aktar minn 3 kg;

(c)

l-effiċjenza tiegħu tkun ta' mill-inqas:

(i)

73,8 % għall-vetturi li jaħdmu bil-petrol;

(ii)

73,4 % għall-vetturi li jaħdmu bil-petrol bit-turbo;

(iii)

74,2 % għall-vetturi li jaħdmu bid-diżil.

2.   Applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar minn alternatur ta' effiċjenza għolja wieħed jew aktar għandha tkun akkumpanjata minn rapport ta' verifika indipendenti li jiċċertifika li l-alternatur huwa jew l-alternaturi huma konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

3.   L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiċħad l-applikazzjoni għal ċertifikazzjoni f'każ li jidhrilha li l-alternatur jew alternaturi ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

Artikolu 3

Ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2

1.   It-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 mill-użu ta' alternatur ta' effiċjenza għolja msemmi fl-Artikolu 2(1) għandu jiġi ddeterminat bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness.

2.   Meta manifattur jippreżenta applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2 minn aktar minn alternatur wieħed imsemmi fl-Artikolu 2(1) fir-rigward ta' verżjoni waħda ta' vettura, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiddetermina liema mill-alternaturi li ġew ittestjati jrendi l-inqas iffrankar ta' CO2, u għandha tirreġistra l-aktar valur baxx fid-dokumentazzjoni rilevanti tal-approvazzjoni tat-tip. Dak il-valur għandu jkun indikat fiċ-ċertifikat ta' konformità skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.

Artikolu 4

Kodiċi tal-ekoinnovazzjoni

Il-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni Nru 17 għandu jiddaħħal fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip meta ssir referenza għal din id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/341/UE tas-27 ta' Ġunju 2013 dwar l-approvazzjoni tal-Alternatur ta' Ġenerazzjoni Effiċjenti Valeo bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 179, 29.6.2013, p. 98).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/465/UE tas-16 ta' Lulju 2014 dwar l-approvazzjoni tal-alternatur effiċjenti DENSO bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/341/UE (ĠU L 210, 17.7.2014, p. 17).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/158 tat-30 ta' Jannar 2015 dwar l-approvazzjoni ta' żewġ alternaturi ta' effiċjenza għolja Robert Bosch GmbH bħala t-teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 26, 31.1.2015, p. 31).

(6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/295 tal-24 ta' Frar 2015 dwar l-approvazzjoni tal-alternatur effiċjenti MELCO GXi bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 53, 25.2.2015, p. 11).

(7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2280 tas-7 ta' Diċembru 2015 dwar l-approvazzjoni tal-alternatur effiċjenti DENSO bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 322, 8.12.2015, p. 64).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).

(9)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).


ANNESS

IL-METODOLOĠIJA BIEX JIĠI KKALKULAT L-IFFRANKAR TAS-CO2 MINN ALTERNATUR TA' EFFIĊJENZA GĦOLJA TA' 12 V

1.   INTRODUZZJONI

Sabiex jiġi kkalkulat l-iffrankar tas-CO2 li jista' jiġi attribwit għall-użu ta' alternatur ta' effiċjenza għolja f'vettura tat-tip M1, jeħtieġ li jiġu speċifikati dawn li ġejjin:

(1)

il-kundizzjonijiet tal-ittestjar;

(2)

it-tagħmir tat-testijiet;

(3)

id-determinazzjoni tal-effiċjenza tal-alternatur ta' effiċjenza għolja u tal-alternatur tax-xenarju ta' referenza;

(4)

il-kalkolu tal-iffrankar tas-CO2;

(5)

Il-kalkolu tal-iżball statistiku.

Simboli, parametri u unitajiet

Simboli bil-Latin

Formula

Iffrankar totali tas-CO2 [g CO2/km]

CO2

Diossidu tal-karbonju

CF

Il-fattur ta' konverżjoni (l/100 km) — (g CO2/km) [g CO2/l] kif iddefinit fit-Table 3

h

Il-frekwenza kif iddefinita fit-Tabella 1

I

L-intensità tal-kurrent li bih għandu jitwettaq il-kejl [f'A]

m

In-numru ta' kemm il darba tkejjel il-kampjun

M

It-torque [f'Nm]

n

Il-frekwenza tar-rotazzjoni [f'min– 1] kif iddefinita fit-Tabella 1

P

Il-potenza [f'W]

Formula

Id-devjazzjoni standard tal-effiċjenza tal-alternatur eko-innovattiv [%]

Formula

Id-devjazzjoni standard tal-medja tal-effiċjenza tal-alternatur eko-innovattiv [%]

Formula

Id-devjazzjoni standard tal-iffrankar totali tas-CO2 [g CO2/km]

U

Il-vultaġġ tat-test li fih għandu jitwettaq il-kejl [f'V]

v

Il-veloċità medja tas-sewqan taċ-Ċiklu tas-Sewqan Ewropew il-Ġdid (NEDC) [km/h]

VPe

Il-konsum tal-potenza effettiva [l/kWh] kif iddefinit fit-Table 2

Image

Is-sensittività tal-iffrankar tas-CO2 ikkalkulat b'rabta mal-effiċjenza tal-alternatur eko-innovattiv

Simboli Griegi

Δ

Id-differenza

η

L-effiċjenza tal-alternatur ta' referenza [%]

ηEI

L-effiċjenza tal-alternatur ta' effiċjenza għolja [%]

Formula

L-effiċjenza medja tal-alternatur eko-innovattiv fil-punt tat-tħaddim i [%]

Simboli miktubin taħt il-vers

L-indiċi (i) jirreferi għall-punt tat-tħaddim

L-indiċi (j) jirreferi għall-kejl tal-kampjun

EI

Eko-innovattiv

m

Mekkaniku

RW

Il-kundizzjonijiet tal-ħajja reali

TA

Il-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip

B

Ix-xenarju ta' referenza

2.   KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST

Il-kundizzjonijiet tal-ittestjar għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati fl-istandard tal-ISO 8854:2012 (1).

Tagħmir tat-test

It-tagħmir tat-test għandu jkun skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-istandard tal-ISO 8854:2012.

3.   KEJL U DETERMINAZZJONI TAL-EFFIĊJENZA

L-effiċjenza tal-alternatur ta' effiċjenza għolja għandha tiġi stabbilita skont l-istandard tal-ISO 8854:2012, ħlief għall-elementi speċifikati f'dan il-paragrafu.

Il-kejl għandu jsir f'diversi punti tat-tħaddim i, kif iddefinit fit-Table 1. L-intensità tal-kurrent tal-alternatur hija ddefinita bħala nofs il-kurrent nominali għall-punti kollha tat-tħaddim. Għal kull veloċità, il-vultaġġ u l-kurrent tal-output tal-alternatur għandhom jinżammu kostanti, u l-vultaġġ għandu jkun dejjem ta' 14,3 V.

Tabella 1

Punti ta' tħaddim

Il-punt ta' tħaddim

i

Il-ħin ta' żamma

[s]

Il-frekwenza tar-rotazzjoni

ni [min– 1]

Il-frekwenza

hi

1

1 200

1 800

0,25

2

1 200

3 000

0,40

3

600

6 000

0,25

4

300

10 000

0,10

L-effiċjenza għandha tiġi kkalkulata skont il-Formula 1.

Formula 1

Formula

Il-kejl kollu tal-effiċjenza għandu jsir b'mod konsekuttiv għal mill-inqas ħames (5) darbiet. Għandu jiġi kkalkulat il-kejl medju f'kull punt tat-tħaddim (Formula).

L-effiċjenza tal-alternatur eko-innovattiv (ηEI) għandha tiġi kkalkulata skont il-Formula 2.

Formula 2

Formula

L-alternatur ta' effiċjenza għolja jwassal biex tiġi ffrankata l-potenza mekkanika fil-kundizzjonijiet tal-ħajja reali (ΔPmRW) u fil-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip (ΔPmTA) kif iddefinit fil-Formula 3.

Formula 3

ΔPm = ΔPmRW – ΔPmTA

Fejn il-potenza mekkanika ffrankata bil-kundizzjonijiet tal-ħajja reali (ΔPmRW) tiġi kkalkulata skont il-Formula 4 u l-potenza mekkanika ffrankata bil-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip (ΔPmTA) tiġi kkalkulata skont il-Formula 5.

Formula 4

Formula

Formula 5

Formula

fejn

PRW

:

Ir-rekwiżit tal-potenza bil-kundizzjonijiet “tal-ħajja reali” [f'W], jiġifieri 750 W

PTA

:

Ir-rekwiżit tal-potenza bil-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip [f'W], jiġifieri 350 W

ηB

:

L-effiċjenza tal-alternatur ta' referenza [%], jiġifieri 67 %

Il-kalkolu tal-iffrankar tas-CO2

L-iffrankar tas-CO2 tal-alternatur ta' effiċjenza għolja għandu jiġi kkalkulat billi tintuża l-formula li ġejja.

Formula 6

Formula

fejn

v

:

Il-veloċità medja tas-sewqan tal-NEDC [km/h], li hija 33,58 km/h

VPe

:

Huwa l-konsum tal-potenza effettiva kif iddefinit fit-Table 2 li ġejja

Tabella 2

Il-konsum tal-potenza effettiva

It-tip ta' magna

Il-konsum tal-potenza effettiva (VPe)

[l/kWh]

Petrol

0,264

Magna petrol bit-turbo

0,280

Diżil

0,220

CF

:

Huwa l-fattur speċifikat fit-Table 3 li ġejja

Tabella 3

Il-fattur ta' konverżjoni tal-fjuwil

Tip ta' karburant

Il-fattur ta' konverżjoni (l/100 km) — (g CO2/km) (CF)

[g CO2/l]

Petrol

2 330

Diżil

2 640

Kalkolu tal-livell tal-iżball statistiku

Għandhom jiġu kkwantifikati l-iżbalji statistiċi fir-riżultati tal-metodoloġija tal-ittestjar ikkawżati mill-kejl. Id-devjazzjoni standard għandha tiġi kkalkulata għal kull punt tat-tħaddim kif iddefinit mill-formula li ġejja:

Formula 7

Formula

Id-devjazzjoni standard tal-valur tal-effiċjenza tal-alternatur ta' effiċjenza għolja (Formula) tiġi kkalkulata skont il-formula 8:

Formula 8

Formula

Id-devjazzjoni standard tal-effiċjenza tal-alternatur (Formula) twassal għal żball fl-iffrankar tas-CO2 (Formula). Dak l-iżball għandu jiġi kkalkulat skont il-Formula 9:

Formula 9

Image

Sinifikat statistiku

Għal kull tip, varjant u verżjoni ta' vettura mgħammra bl-alternatur ta' effiċjenza għolja jrid jintwera li l-iżball fl-iffrankar tas-CO2 ikkalkulat skont il-Formula 9 mhuwiex ikbar mid-differenza bejn l-għadd totali ta' CO2 iffrankat u l-limitu minimu ta' ffrankar speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (ara l-Formula 10).

Formula 10

Formula

fejn:

MT

:

Il-limitu minimu [g CO2/km], li huwa ta' 1 g CO2/km

Rapport tat-test u ta' valutazzjoni

Ir-rapport għandu jinkludi:

Il-mudell u l-massa tal-alternaturi ttestjati

Deskrizzjoni tal-bank tat-test

Ir-riżultati tat-test (valuri mkejla)

Ir-riżultati kkalkulati u l-formuli korrispondenti

L-alternatur ta' effiċjenza għolja li għandu jiġi installat fil-vetturi

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiċċertifika l-iffrankar tas-CO2 abbażi tal-kejl relatat mal-alternatur ta' effiċjenza għolja u mal-alternatur ta' referenza billi tuża l-metodoloġija tal-ittestjar stabbilita f'dan l-Anness. F'każ li jiġu ffrankati inqas emissjonijiet tas-CO2 mil-limitu speċifikat fl-Artikolu 9(1), japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011.


(1)  L-istandard tal-ISO 8854:2012 Vetturi tat-triq — Alternaturi bir-regolaturi — Metodi ta' ttestjar u rekwiżiti ġenerali. Numru ta' referenza ISO 8854:2012, ippubblikat fl-1 ta' Ġunju 2012.


Rettifika

16.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/33


Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli tranżizzjonali għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni fejn is-sistemi rilevanti għadhom ma sarux operazzjonali u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 69 tal-15 ta' Marzu 2016 )

F'paġna 39, l-Anness 2, l-Anness 3, l-Anness 4 u l-Anness 5 jinbidlu kif ġej:

ANNESS 2

Image

Test ta 'immaġni

UNJONI EWROPEA

APPLIKAZZJONI GĦAL INFORMAZZJONI VINKOLANTI DWAR IT-TARIFFI (BTI)

1. Applikant (isem sħiħ u indirizz)

Numru tat-telefon:

Numru tal-fax

ID Doganali/Nru EORI:

Għall-użu uffiċjali

Numru tar-reġistrazzjoni:

Post tal-Irċevuta:

Data tal-Irċevuta:

Sena Xahar Jum

Lingwa tal-Applikazzjoni tal-BTI:

l-immaġni li għandhom jiġu skennjati:

Iva # … Le

Data tal-ħruġ:

Sena Xahar Jum

Uffiċjal tal-ħruġ:

Il-Kampjuni kollha rritornati:

2. Detentur (isem sħiħ u indirizz)

(Kunfidenzjali)

Numru tat-telefon:

Numru tal-fax

ID Doganali/Nru EORI:

Nota importanti

Bil-firma tad-dikjarazzjoni, l-applikant jaċċetta r-responsabbiltà fir-rigward tal-akkuratezza u l-kompletezza tad-dettalji mogħtija f’din il-formola, kif ukoll fuq kull folja ta’ tkomplija mressqa magħha. L-applikant jaċċetta li din l-informazzjoni u kwa-lunkwe ritratt(i), stampa(i), fuljett(i) eċċ.jistgħu jinħażnu fuq bażi tad-dejta tal-Kummissjoni Ewropea u li d-dejta, inklużi ritratt(i), stampa(i), fuljett (i) eċċ., li tressqu mal-applikazzjoni jew miksuba (jew jistgħu jinkisbu) mill-amministrazzjoni, u li ma jkunux ġew immarkati f’kaxxi 2 u 9 tal-applikazzjoni bħala kunfidenzjali jistgħu jiġu żvelati lill-pubbliku permezz tal-Internet.

3. Aġent jew Rappreżentant (isem sħiħ u indirizz)

Numru tat-telefon:

Numru tal-fax

ID Doganali/Nru EORI:

4. Ħruġ mill-ġdid ta’ BTI

Jekk qed tapplika għall-ħruġ mill-ġdid ta’ BTI, jekk jogħġbok imla din il-kaxxa.

Numru ta’ Referenza tal-BTI:

Validu minn:

Sena Xahar Jum

Kodiċi tan-Nomenklatura:

5. In-Nomenklatura Doganali

Jekk jogħġbok indika taħt liema nomenklatura għandhom jiġu kklassifikati l-oġġeti:

Sistema armonizzata (HS)

Nomenklatura Magħquda (NM)

TARIC

Nomenklatura tar-rifużjoni

Oħra (Speċifika):

6. It-tip ta’ tranżazzjoni

Din l-applikazzjoni marbuta ma’ importazzjoni jew esportaz-zjoni li mistennija li sseħħ verament?

Iva Le

7. Il-klassifikazzjoni prevista

Jekk jogħġbok indika taħt liema nomenklatura għandhom jiġu kklassifikati l-oġġetti.

Kodiċi tan-Nomenklatura:

8. Deskrizzjoni tal-oġġetti

Inkludi fejn huwa meħtieġ, il-kompożizzjoni preċiża tal-oġġetti, il-metodu ta’ analiżi użat, it-tip ta’ proċess ta’ manifattura li jkunu għaddew minnha, il-valur, inklużi l-komponenti, l-użu ta’ dan il-prodott, l-isem kummerċjali tas-soltu u fejn xieraq, l-ippakkeġġjar għall-bejgħ bl-imnut fil-każ ta’ settijiet ta’ prodotti (jekk jogħġbok uża folja separata jekk aktar spazju huwa meħtieġ).

Image

Test ta 'immaġni

9. Denominazzjoni kummerċjali u t-tagħrif addizzjonali (*) (Kunfidenzjali)

10. Kampjuni, eċċ.

Jekk jogħġbok indika liema minn dawn li ġejjin jiġu mehmuża mal-applikazzjoni tiegħek (fejn xieraq).

Deskrizzjoni

Fuljetti

Ritratti

Kampjuni

Oħrajn

Tixtieq li l-kampjuni tiegħek jintbagħtu lura?

Iva Le

Il-kostijiet speċjali mġarrba mill-awtoritajiet Doganali bħala riżultat ta’ analiżi, rapporti tal-esperti jew ir-ritorn ta’ kampjuni, jistgħu jiġu mitluba mill-applikant.

11. Applikazzjonijiet oħra tal-BTI (*) u BTI oħra miżmuma (*)

Jekk jogħġbok indika jekk inti applikajt għal, jew jekk inħarġitlekx BTI għal oġġetti identiċi jew simili f’uffiċċji doganali oħra jew fi Stati Membri oħra.

Iva Le

Jekk iva, agħti d-dettalji u ehmeż fotokopja tal-BTI:

Il-pajjiż tal-applikazzjoni:

Il-post tal-applikazzjoni:

Data tal-Applikazzjoni:

Sena Xahar Jum

Ir-referenza tal-BTI:

Data tal-bidu tal-Validità:

Sena Xahar Jum

Kodiċi tan-Nomenklatura:

Il-pajjiż tal-applikazzjoni:

Il-post tal-applikazzjoni:

Data tal-applikazzjoni:

Sena Xahar Jum

Ir-referenza tal-BTI:

Data tal-bidu tal-validità:

Sena Xahar Jum

Kodiċi tan-Nomenklatura:

12. BTI li nħarġet għal Detenturi oħra (*)

Jekk jogħġbok indika jekk taf li hemm BTI għal prodotti identiċi jew simili li diġà nħarġu lil detenturi oħra.

Iva Le

Jekk iva, jekk jogħġbok agħti d-dettalji:

Il-pajjiż tal-ħruġ:

Ir-referenza tal-BTI:

Data tal-bidu tal-validità:

Sena Xahar Jum

Kodiċi tan-Nomenklatura:

Il-pajjiż tal-ħruġ:

Ir-referenza tal-BTI:

Data tal-bidu tal-validità:

Sena Xahar Jum

Kodiċi tan-Nomenklatura:

13. Data u Firma

Referenza tiegħek:

Data:

Sena Xahar Jum

Firma:

Għall-Użu Uffiċjali:

(*) Jekk jogħġbok uża folja separata jekk teħtieġ aktar spazju.

ANNESS 3

Image

Test ta 'immaġni

UNJONI EWROPEA - DEĊIŻJONI DWAR INFORMAZZJONI TA’ TARIFFA VINKOLANTI

BTI

1

1. Awtorità doganali kompetenti

2. Ir-referenza tal-BTI

KOPJA GĦAD-DETENTUR

3. Applikant (isem u indirizz) kunfidenzjali

4. Data tal-bidu tal-validità

Avviż importanti

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill din il-BTI tibqa’ valida għal 3 snin mid-data tal-bidu tal-validità.

L-informazzjoni pprovduta se tkun maħżuna fuq dejtabase tal-Kummissjoni Ewropea għall-fini tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) 2015/2447 u d-dejta tad-deċiżjoni dwar il-BTI, inklużi kwalunkwe ritratti, stampi, fuljetti, eċċ., iżda bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni li tinsab fil-kaxxi 3 u 8, tista’ tkun żvelata lill-pubbliku permezz tal-Internet.

Id-detentur għandu jkollu d-dritt li jappella kontra din il-BTI.

5. Dejta u referenza tal-applikazzjoni

6. Il-klassifikazzjoni tal-oġġetti fin-nomenklatura doganali

1

7. Deskrizzjoni tal-oġġetti

8. Denominazzjoni kummerċjali u t-tagħrif addizzjonali kunfidenzjali

9. Il-ġustifikazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-oġġetti

10. Din id-deċiżjoni dwar il-BTI inħarġet abbażi tal-materjal li ġej, ipprovdut mill-applikant

Deskrizzjoni

Fuljetti

Ritratti

Kampjuni

Oħra

Post: Firma

Data: Timbru

Image

Test ta 'immaġni

UNJONI EWROPEA - DEĊIŻJONI DWAR INFORMAZZJONI TA’ TARIFFA VINKOLANTI

BTI

2

1. Awtorità doganali kompetenti

2. Ir-referenza tal-BTI

KOPJA GĦALL-KUMMISSJONI

3. Applikant (isem u indirizz) kunfidenzjali

4. Data tal-bidu tal-validità

Avviż importanti

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artiko-lu 34(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill din il-BTI tibqa’ valida għal 3 snin mid-data tal-bidu tal-validità.

L-informazzjoni pprovduta se tkun maħżuna fuq dejtabase tal-Kummissjoni Ewropea għall-fini tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) 2015/2447 u d-dejta tal-BTI, inklużi kwalunkwe ritratti, stampi, fuljetti, eċċ., iżda bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni li tinsab fil-kaxxi 3 u 8, tista’ tkun żvelata lill-pubbliku permezz tal-Internet.

Id-detentur għandu jkollu d-dritt li jappella kontra din il-BTI.

5. Dejta u referenza tal-applikazzjoni

6. Il-klassifikazzjoni tal-oġġetti fin-nomenklatura doganali

2

7. Deskrizzjoni tal-oġġetti

8. Denominazzjoni kummerċjali u t-tagħrif addizzjonali kunfidenzjali

9. Il-ġustifikazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-oġġetti

10. Din id-deċiżjoni dwar il-BTI inħarġet abbażi tal-materjal li ġej, ipprovdut mill-applikant

Deskrizzjoni

Fuljetti

Ritratti

Kampjuni

Oħra

Post: Firma

Data: Timbru

Image

Test ta 'immaġni

UNJONI EWROPEA - DEĊIŻJONI DWAR INFORMAZZJONI TA’ TARIFFA VINKOLANTI

BTI

3

1. Awtorità doganali kompetenti

2. Ir-referenza tal-BTI

KOPJA GĦALL-ISTAT MEMBRU

3. Applikant (isem u indirizz) kunfidenzjali

4. Data tal-bidu tal-validità

Avviż importanti

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artiko-lu 34(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill din il-BTI tibqa’ valida għal 3 snin mid-data tal-bidu tal-validità.

L-informazzjoni pprovduta se tkun maħżuna fuq dejtabase tal-Kummissjoni Ewropea għall-fini tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) 2015/2447 u d-dejta tal-BTI, inklużi kwalunkwe ritratti, stampi, fuljetti, eċċ., iżda bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni li tinsab fil-kaxxi 3 u 8, tista’ tkun żvelata lill-pubbliku permezz tal-Internet.

Id-detentur għandu jkollu d-dritt li jappella kontra din il-BTI.

5. Dejta u referenza tal-applikazzjoni

6. Il-klassifikazzjoni tal-oġġetti fin-nomenklatura doganali

3

7. Deskrizzjoni tal-oġġetti

8. Denominazzjoni kummerċjali u t-tagħrif addizzjonali kunfidenzjali

9. Il-ġustifikazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-oġġetti

10. Din id-deċiżjoni dwar il-BTI inħarġet abbażi tal-materjal li ġej, ipprovdut mill-applikant

Deskrizzjoni

Fuljetti

Ritratti

Kampjuni

Oħra

Post: Firma

Data: Timbru

Image

Test ta 'immaġni

UNJONI EWROPEA - DEĊIŻJONI DWAR INFORMAZZJONI TA’ TARIFFA VINKOLANTI

BTI

4

11. L-awtorità doganali kompetenti li għandha tiġi kkuntattjata għal informazzjoni addizzjonali

(isem, indirizz, telefon, telefax)

12. Ir-referenza tal-BTI

KOPJA GĦALL-KUMMISSJONI

13. Lingwa

4

14. Kliem tat-tiftix:

bg

fi

nl

cs

fr

pl

da

hr

pt

de

hu

ro

el

it

sk

en

lt

sl

es

lv

sv

et

mt

Image

Test ta 'immaġni

UNJONI EWROPEA - DEĊIŻJONI DWAR INFORMAZZJONI TA' TARIFFA VINKOLANTI

BTI

5

11. L-awtorità doganali kompetenti li għandha tiġi kkuntattjata għal informazzjoni addizzjonali

(isem, indirizz, telefon, telefax)

12. Ir-referenza tal-BTI

KOPJA GĦALL-ISTAT MEMBRU

13. Lingwa

5

14. Kliem tat-tiftix:

bg

fi

nl

cs

fr

pl

da

hr

pt

de

hu

ro

el

it

sk

en

lt

sl

es

lv

sv

et

mt

ANNESS 4

Image

Test ta 'immaġni

UNJONI EWROPEA

APPLIKAZZJONI GĦAL DEĊIŻJONI TA’ INFORMAZZJONI VINKOLANTI DWAR IT-TARIFFI (BTI)

1. Applikant (obbligatorju)

Isem: (kunfidenzjali)

Triq u numru:

Pajjiż:

Kodiċi postali:

Belt:

Identifikazzjoni tal-applikant:

Nru. EORI:

Għall-użu uffiċjali

Numru tar-reġistrazzjoni:

Numru ta’ referenza nazzjonali (jekk hemm):

Post tal-irċevuta:

Data tal-irċevuta:

Sena Xahar Jum

Status tal-applikazzjoni:

2. Il-post fejn jinżammu jew huma aċċessibbli l-kontijiet ewlenin għall-finijiet doganali

(jekk differenti minn dak ta’ hawn fuq)

Triq u numru:

Pajjiż:

Kodiċi postali:

Belt:

6. It-tip ta’ tranżazzjoni (obbligatorju)

Jekk jogħġbok indika jekk hux beħsiebek tuża d-deċiżjoni dwar il-BTI li tirriżulta minn din l-applikazzjoni għal waħda mill-proċeduri doganali li ġejjin:

3. Ir-rappreżentant doganali (jekk applikabbli)

Isem:

Triq u numru:

Pajjiż:

Kodiċi postali:

Belt:

L-identifikazzjoni tar-rappreżentant:

Nru. EORI:

7. In-Nomenklatura Doganali (obbligatorju)

Jekk jogħġbok indika taħt liema nomenklatura għandhom jiġu kklassifikati l-oġġeti:

Nomenklatura Magħquda (NM)

TARIC

Nomenklatura tar-rifużjoni

Oħra (Speċifika):

4. Il-persuna ta’ kuntatt responsabbli għall-applikazzjoni

(obbligatorju)

Isem:

Numru tat-telefown:

Numru tal-fax

Indirizz tal-posta elettronika:

8. Kodiċi tal-prodott bażiku

Indika l-kodiċi tan-nomenklatura doganali li taħtha l-applikant jistenna li jkunu klassifikati l-oġġetti.

5. Ħruġ mill-ġdid tad-deċiżjoni dwar il-BTI (obbligatorju)

Indika jekk l-applikazzjoni tikkonċerna ħruġ mill-ġdid ta’ deċiżjoni dwar il-BTI.

Iva Le

Jekk iva, ipprovdi d-dettalji rilevanti.

In-numru ta’ referenza tad-deċiżjoni dwar il-BTI:

Validu minn:

Sena Xahar Jum

Kodiċi tal-Prodott Bażiku:

9. Deskrizzjoni tal-oġġetti (obbligatorju)

Deskrizjoni dettaljata tal-oġġetti li tippermetti l-identifikazzjoni tagħhom u d-determinazzjoni tal-klassifika tagħhom fin-nomenklatura doganali. Din għandha tinkludi wkoll dettalji dwar il-kompożizzjoni tal-oġġetti u kwalunkwe metodi ta’ eżami użati għal din id-determinazzjoni, meta l-klassifika tkun tiddependi minnha. Kwalunkwe dettalji li l-applikant iqishom bħala kunfidenzjali għandhom jitniżżlu f’8. Denominazzjoni kummerċjali u t-tagħrif addizzjonali.

Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera

Iva Le

Proċeduri speċjali

(Speċifika)

Iva Le

Esportazzjoni

Iva Le

Image

Test ta 'immaġni

10. Denominazzjoni kummerċjali u t-tagħrif addizzjonali (*) (kunfidenzjali)

Indika kwalunkwe dettalji li l-applikant jixtieq li jitqiesu bħala kunfidenzjali, inkluż il-marka kummerċjali u n-numru tal-mudell tal-oġġetti.

11. Kampjuni, eċċ.

Indika jekk hemmx kampjuni, ritratti, disinji, katalogi jew dokumenti oħra disponibbli li jistgħu jgħinu lill-awtoritajiet doganali biex jiddeterminaw il-klassifikazzjoni korretta tal-oġġetti fin-nomenklatura doganali, mehmuża bħala annessi.

Kampjuni Ritratti Fuljetti Oħrajn

Tixtieq li l-kampjuni tiegħek jintbagħtu lura?

Iva Le

Il-kostijiet speċjali mġarrba mill-awtoritajiet Doganali bħala riżultat ta’ analiżi, rapporti tal-esperti jew ir-ritorn ta’ kampjuni, jistgħu jiġu mitluba mill-applikant.

12. Applikazzjonijiet oħra tal-BTI u BTI oħra miżmuma

Jekk jogħġbok indika jekk applikajtx għal, jew jekk inħarġulekx BTIs għal oġġetti identiċi jew simili f’uffiċċji doganali oħra jew fi Stati Membri oħra.

Iva Le

Jekk iva, jekk jogħġbok agħti d-dettalji:

Il-pajjiż tal-applikazzjoni:

Il-post tal-applikazzjoni:

Data tal-applikazzjoni:

Sena Xahar Jum

In-numru ta’ referenza tad-deċiżjoni dwar il-BTI:

Data tal-bidu tad-deċiżjoni:

Sena Xahar Jum

Kodiċi tal-Prodott Bażiku:

Il-pajjiż tal-applikazzjoni:

Il-post tal-applikazzjoni:

Data tal-applikazzjoni:

Sena Xahar Jum

In-numru ta’ referenza tad-deċiżjoni dwar il-BTI:

Data tal-bidu tad-deċiżjoni:

Sena Xahar Jum

Kodiċi tal-Prodott Bażiku:

13. Deċiżjonijiet dwar BTIs li nħarġu għal-Detenturi oħra (obbligatorju)

Jekk jogħġbok indika jekk taf li hemm BTIs għal oġġetti identiċi jew simili li diġà nħarġu lil detenturi oħra.

Iva Le

Jekk iva, jekk jogħġbok agħti d-dettalji:

In-numru ta’ referenza tad-deċiżjoni dwar il-BTI:

Data tal-bidu tad-deċiżjoni:

Sena Xahar Jum

Kodiċi tal-Prodott Bażiku:

In-numru ta’ referenza tad-deċiżjoni dwar il-BTI:

Data tal-bidu tad-deċiżjoni:

Sena Xahar Jum

Kodiċi tal-Prodott Bażiku:

14. Taf b’xi proċedimenti legali jew amministrattivi li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tariffarja pendenti fl-UE, jew deċiżjoni tal-qorti dwar il-klassifikazzjoni tat-tariffi diġà mogħtija fl-UE, dwar l-oġġetti deskritt fil-kaxxi 9 u 10?

(obbligatorju)

Iva Le

Jekk iva, jekk jogħġbok agħti d-dettalji:

Pajjiż:

Isem il-qorti:

L-indirizz tal-qorti:

Numru ta’ referenza tal-każ:

15. Data u Awtentikazzjoni (obbligatorju)

Data:

Sena Xahar Jum

Firma:

Nota importanti

Meta jawtentifika din l-applikazzjoni, l-applikant jaċċetta r-responsabbiltà fir-rigward tal-akkuratezza u l-kompletezza tad-dejta li tinsab fiha, kif ukoll għal kwalunkwe informazzjoni addizzjonali pprovduta magħha. L-applikant jaċċetta li dawn id-dejta u kwalunkwe ritratt(i), stampa(i), fuljett(i) eċċ.jistgħu jinħażnu fuq bażi tad-dejta tal-Kummissjoni Ewropea u li d-dejta, inklużi ritratt(i), stampa(i), fuljett(i) eċċ., li tressqu ma’ din l-applikazzjoni jew miksuba (jew jistgħu jinkisbu) mill-amministrazzjoni, u li ma jkunux ġew immarkati taħt l-elementi tad-dejta Nri 1, 2 u 8 ta’ din l-applikazzjoni bħala kunfidenzjali jiġu żvelati lill-pubbliku permezz tal-Internet.

16. Informazzjoni addizzjonali

ANNESS 5

Image

Test ta 'immaġni

UNJONI EWROPEA - DEĊIŻJONI DWAR INFORMAZZJONI TA’ TARIFFA VINKOLANTI

BTI

1. L-awtorità doganali li tieħu d-deċiżjoni

2. In-numru ta’ referenza tad-deċiżjoni dwar il-BTI

3. Detentur (kunfidenzjali)

Isem:

Triq u numru:

Pajjiż:

Kodiċi postali:

Belt:

Identifikazzjoni tal-applikant:

Nru. EORI:

4. Perjodu ta’ validità

Nota importanti

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artiko- lu 34(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 952/2013 ta’ tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill din il-BTI tibqa’ valida għal 3 snin mid-data tal-bidu tal-validità.

L-informazzjoni pprovduta se tkun maħżuna fuq bażi tad-dejta tal-Kummissjoni Ewropea għall-fini tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) 2015/2447 u d-dejta tal-BTI, inklużi kwalunkwe ritratti, stampi, fuljetti, eċċ., iżda bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni li tinsab fil-kaxxi 3 u 8, tista’ tkun żvelata lill-pubbliku permezz tal-Internet.

Id-detentur għandu jkollu d-dritt li jappella kontra din il-BTI.

5. Data u numru tar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni

Numru tar-reġistrazzjoni:

6. Kodiċi tal-prodott bażiku

7. Deskrizzjoni tal-oġġetti

8. Denominazzjoni kummerċjali u t-tagħrif addizzjonali (kunfidenzjali)

9. Il-ġustifikazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-oġġetti

10. Din id-deċiżjoni dwar il-BTI inħarġet abbażi tal-materjal li ġej, ipprovdut mill-applikant

Deskrizzjoni

Fuljetti

Ritratti

Kampjuni

Oħra

Post: Firma

Data: Timbru

sena

xahar

jum

Data tal-bidu tad-deċiżjoni:

Data tal-iskadenza tad-deċiżjoni:

Data tat-tmiem tal-użu estiż:

Kwantità:

Raġuni għall-invalidazzjoni::

sena

xahar

jum

Data:

Image

Test ta 'immaġni

UNJONI EWROPEA - DEĊIŻJONI DWAR INFORMAZZJONI TA’ TARIFFA VINKOLANTI

BTI

11. Kliem tat-tiftix:

12. Stampi