ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 97

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
13 ta' April 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/568 tad-29 ta' Jannar 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex jiġi ddeterminat jekk l-ammonti irrekuperabbli għandhomx jiġu rimborżati mill-Istati Membri fir-rigward tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/569 tat-12 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

6

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/570 tat-12 ta' April 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

8

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/571 tal-11 ta' April 2016 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fil-Kumitat tar-Reġjuni

10

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/572 tal-11 ta' April 2016 li taħtar membru supplenti, propost mir-Renju ta' Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

11

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/573 tat-12 ta' April 2016 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea

12

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

13.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 97/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/568

tad-29 ta' Jannar 2016

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex jiġi ddeterminat jekk l-ammonti irrekuperabbli għandhomx jiġu rimborżati mill-Istati Membri fir-rigward tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1) u b'mod partikolari l-ħames subparagrafu tal-Artikolu 122(2) tiegħu,

Billi:

(1)

B'konformità mar-raba' subparagrafu tal-Artikolu 122(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, meta l-ammonti mħallsa indebitament lil benefiċjarju ma jistgħux jiġu rkuprati u dan huwa riżultat ta' difett jew negliġenza min-naħa ta' Stat Membru, l-Istat Membru għandu jkun responsabbli għar-rimborż tal-ammonti kkonċernati lill-baġit tal-Unjoni.

(2)

Id-dokument dwar ammonti irrekuperabbli sottomess mill-Awtorità taċ-Ċertifikazzjoni lill-Kummissjoni, bħala parti tal-kontijiet annwali skont l-Artikolu 137(1)(b) u l-Artikolu 138(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 kull sena mill-2016 sa u inkluż l-2025, jistabbilixxi l-ammonti irrekuperabbli fil-livell ta' kull prijorità. Dan id-dokument għandu jinkludi wkoll informazzjoni espliċita dwar l-ammonti irrekuperabbli, skont l-Istat Membru, jiġu rimborżati lill-baġit tal-Unjoni, b'mod partikolari permezz ta' miżuri amministrattivi u legali meħuda mill-Istat Membru sabiex effettivament issegwi l-irkupru ta' ammonti irrekuperabbli. Madankollu, peress li dan id-dokument jirreferi għal ammonti li qabel kienu inklużi f'kontijiet ċertifikati mressqa lill-Kummissjoni, għandu jiġi ppreżentat għall-ewwel darba fl-2017.

(3)

Skont il-punt (b) tal-Artikolu 126 u mal-Artikolu 137(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-ammonti mnaqqsa qabel is-sottomissjoni ta' kontijiet ċertifikati ma jistgħux jitqiesu bħala rkupri jekk ikunu relatati man-nefqa inkluża fl-applikazzjoni finali għal ħlas interim ta' sena partikolari ta' kontabilità li għaliha l-kontijiet huma preparati. Għalhekk għandu jiġi ċċarat li l-informazzjoni dwar ammonti irrekuperabbli sottomessi taħt dan ir-Regolament Delegat għandha tikkonċerna biss l-ammonti diġà inklużi f'kontijiet ċertifikati li ġew sottomessi qabel lill-Kummissjoni.

(4)

Biex jippermetti lill-Kummissjoni tiddeċiedi jekk ammonti irrekuperabbli għandhomx jitħallsu lura lill-baġit tal-Unjoni, l-Istat Membru għandu jissottometti l-informazzjoni meħtieġa, fil-livell ta' kull operazzjoni u benefiċjarju, qabel l-iskadenza stabbilita għas-sottomissjoni tal-kontijiet fl-Artikolu 59(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). B'konformità ma' dik id-dispożizzjoni, għandu jkun possibbli li tiġi estiża wkoll l-iskadenza għad-dokument dwar ammonti irrekuperabbli.

(5)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji li jippermettu lill-Kummissjoni li tivvaluta jekk Stat Membru għandu tort jew kienx negliġenti fl-irkupru waqt il-miżuri amministrattivi u legali. Il-preżenza ta' wieħed jew aktar minn dawn il-kriterji ma għandhiex awtomatikament tifisser li l-Istat Membru kellu fil-fatt tort jew kien negliġenti.

(6)

Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, il-Kummissjoni għandha tikkonkludi l-valutazzjoni tagħha sa skadenza mogħtija u l-Istati Membri għandhom jirreaġixxu għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni sa skadenza oħra stipulata. Għall-istess raġunijiet, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tikkonkludi l-valutazzjoni tagħha anki meta l-Istat Membru ma jipprovdix informazzjoni addizzjonali. Madankollu, fil-każijiet ta' qabel falliment jew ta' suspett ta' frodi, kif imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 122(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-iskadenzi ma għandhomx japplikaw.

(7)

Skont it-tieni sentenza tar-raba' subparagrafu tal-Artikolu 122(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jirkuprawx minn benefiċjarju ammont imħallas indebitament fil-livell ta' operazzjoni fis-sena ta' kontabilità konċernata li ma jaqbiżx EUR 250, interessi mhux inklużi, f'kontribuzzjoni mill-Fondi. F'dan il-każ, l-ammont ma għandux għalfejn jiġi rimborżat lill-baġit tal-Unjoni. Ebda informazzjoni mhi se tiġi mitluba fuq tali ammonti de minimis.

(8)

Fir-rigward tal-programmi taħt il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea soġġetti għar-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), dak ir-Regolament ma jistabbilixxix sistema differenti fir-rigward tal-ammonti msemmija fit-tieni sentenza tar-raba' subparagrafu tal-Artikolu 122(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Hu għalhekk li l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi li jkunu qegħdin jipparteċipaw fi programm ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea partikolari li jiddeċiedu li la l-benefiċjarju ewlieni u lanqas l-awtorità ta' ġestjoni tal-programm mhi obbligata li tirkupra ammont imħallas indebitament li ma jaqbiżx EUR 250, interessi mhux inklużi, f'kontribuzzjoni mill-Fondi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sottomissjoni ta' informazzjoni dwar ammonti irrekuperabbli

1.   Fejn Stat Membru jqis li ammont ta' flus mħallsa indebitament lil benefiċjarju, li qabel kienu inklużi f'kontijiet ċertifikati sottomessi lill-Kummissjoni, hu irrekuperabbli, u fejn hi kkonkludiet li dan l-ammont ma għandux jiġi rimborżat lill-baġit tal-Unjoni, l-awtorità ta' ċertifikazzjoni għandha tissottometti talba lill-Kummissjoni biex tikkonferma din il-konklużjoni.

2.   L-awtorità ta' ċertifikazzjoni għandha tissottometti talba msemmija fil-paragrafu 1, fil-livell ta' kull operazzjoni, fil-formola stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament permezz tas-sistema elettronika ta' skambju ta' dejta stabbilita fl-Artikolu 74(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

3.   L-Istat Membru għandu jissottometti talba stabbilita skont il-paragrafi 1 u 2 kull sena mill-2017 sa u inkluż l-2025 sal-15 ta' Frar fir-rigward tas-sena ta' kontabilità preċedenti. Il-Kummissjoni tista' eċċezzjonalment testendi l-iskadenza sal-1 ta' Marzu, fuq talba mill-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 2

Il-kundizzjonijiet għad-determinazzjoni ta' tort jew negliġenza min-naħa tal-Istati Membri

Il-kriterji segwenti huma indikattivi ta' tort jew negliġenza min-naħa tal-Istat Membru:

(a)

l-Istat Membru ma ssottometta ebda deskrizzjoni ta' miżuri amministrattivi u legali, bid-dati, meħuda mill-Istat Membru biex jirkupra l-ammont rilevanti (jew biex inaqqas jew jikkanċella l-livell ta' appoġġ jew jirtira d-dokument b'konformità mal-Artikolu 125(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, fejn tali rtirar hu soġġett għal proċedura separata);

(b)

l-Istat Membru ma pprovda ebda kopja tal-ewwel ordni ta' rkupru jew ordni sussegwenti (u ta' kwalunkwe kopja tal-ittra li tnaqqas jew tikkanċella l-livell ta' appoġġ jew tirtira d-dokument skont l-Artikolu 125(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, fejn tali rtirar hu soġġett għal proċedura separata);

(c)

l-Istat Membru ma pprovdiex id-data tal-aħħar ħlas tal-kontribuzzjoni pubblika lill-benefiċjarju tal-operazzjoni inkwistjoni u kopja tal-prova ta' dan il-ħlas;

(d)

l-Istat Membru, wara li ġiet skoperta l-irregolarità, għamel ħlas wieħed jew aktar mhux dovuti lill-benefiċjarju fir-rigward ta' parti mill-operazzjoni li ġiet affettwata mill-irregolarità;

(e)

l-Istat Membru ma bagħatx l-ittra li tnaqqas il-livell ta' appoġġ jew li tirtira d-dokument b'konformità mal-Artikolu 125(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, fejn tali rtirar huwa soġġett għal proċedura separata, jew ħa kwalunkwe deċiżjoni ekwivalenti fi żmien 12-il xahar minn meta ġiet skoperta l-irregolarità;

(f)

l-Istat Membru ma tax bidu għal proċedura ta' rkupru fi żmien 12-il xahar mill-għoti li qed ikun b'mod definittiv ridott jew ikkanċellat (jew wara proċedura amministrattiva jew ġudizzjarja jew permezz ta' ftehim tal-benefiċjarju);

(g)

l-Istat Membru ma eżawrixxiex il-possibbiltajiet ta' rkupru kollha disponibbli permezz tal-qafas istituzzjonali u legali nazzjonali;

(h)

l-Istat Membru ma pprovdiex dokumenti relatati ma' proċeduri ta' insolvenza u ta' falliment, meta applikabbli;

(i)

l-Istat Membru ma weġibx għat-talba tal-Kummissjoni għal aktar informazzjoni skont l-Artikolu 3.

Artikolu 3

Il-proċedura biex jiġi ddeterminat jekk ammont irrekuperabbli għandux jiġi rimborżat mill-Istati Membri

1.   Abbażi tal-informazzjoni ppreżentata mill-Istat Membru skont l-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tevalwa kull każ sabiex tikkonkludi jekk in-nuqqas li jiġi rkuprat ammont huwiex riżultat ta' tort jew negliġenza min-naħa tal-Istat Membru, hi u tqis b'mod xieraq iċ-ċirkostanzi speċifiċi u l-qafas istituzzjonali u legali tal-Istat Membru. Fejn wieħed jew aktar mill-kriterji elenkati fl-Artikolu 2 huma ssodisfati, il-Kummissjoni tista' xorta waħda tikkonkludi li l-Istat Membru ma kellux tort jew ma kienx negliġenti.

2.   Sal-31 ta' Mejju tas-sena li fiha l-kontijiet huma ppreżentati, il-Kummissjoni tista':

(a)

titlob bil-miktub lill-Istat Membru li jippreżenta aktar informazzjoni dwar miżuri amministrattivi u legali meħuda biex jirkupra kwalunkwe kontribuzzjoni tal-Unjoni mħallsa indebitament lil benefiċjarji; jew

(b)

titlob bil-miktub lill-Istat Membru biex ikompli bil-proċedura ta' rkupru tiegħu.

Meta l-Kummissjoni tkun ħadet l-opzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, għandhom japplikaw il-paragrafi 5 sa 8.

3.   Jekk il-Kummissjoni ma taġixxix skont u sal-iskadenza stipulata fil-paragrafu 2, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni ma għandhiex tiġi rimborżata mill-Istat Membru.

4.   L-iskadenza stipulata fil-paragrafu 2(a) u (b) ma għandhiex tapplika għal dawk l-irregolaritajiet ta' qabel falliment jew f'każijiet ta' frodi suspettati.

5.   L-Istat Membru għandu jirrispondi fi żmien tliet xhur għat-talba ta' informazzjoni mibgħuta mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2.

6.   Jekk l-Istat Membru ma jissottomettix iktar informazzjoni kif mitlub skont il-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tkompli l-valutazzjoni tagħha bbażata fuq l-informazzjoni disponibbli.

7.   Fi żmien tliet xhur minn meta tkun irċeviet it-tweġiba mingħand l-Istat Membru, jew, fl-assenza ta' tweġiba sal-iskadenza, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru fejn tikkonkludi li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tkun rimborżata mill-Istat Membru hi u tistabbilixxi l-bażi għall-konklużjoni tagħha, u titlob lill-Istat Membru biex jipprovdi l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn. Jekk il-Kummissjoni ma taġixxix skont u sal-iskadenza stipulata fis-sentenza preċedenti, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni ma għandhiex tiġi rimborżata mill-Istat Membru.

8.   Fi żmien 6 xhur wara l-iskadenza għal kummenti mill-Istat Membru msemmija fil-paragrafu 7, il-Kummissjoni għandha tikkonkludi l-valutazzjoni tagħha abbażi tal-informazzjoni disponibbli u, meta hi ssostni l-konklużjoni tagħha li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tiġi rimborżata mill-Istat Membru, għandha tadotta deċiżjoni. Jekk il-Kummissjoni ma taġixxix skont u sal-iskadenza stipulata fis-sentenza preċedenti, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni ma għandhiex tiġi rimborżata mill-Istat Membru.

Għall-iskop tal-kalkolu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni li għandha tiġi rimborżata mill-Istat Membru, ir-rata ta' kofinanzjament fil-livell ta' kull assi ta' prijorità, kif stabbilit fil-pjan ta' finanzjament fis-seħħ fil-mument tat-talba, għandha tapplika.

Artikolu 4

L-għoti ta' informazzjoni dwar l-ammonti mhux irkuprati li ma jaqbżux EUR 250 f'kontribuzzjoni mill-Fondi

Fejn Stat Membru jiddeċiedi li ma jirkuprax minn benefiċjarju ammont imħallas indebitament jitħallas fil-livell ta' operazzjoni fis-sena ta' kontabilità konċernata li ma jaqbiżx EUR 250, interessi mhux inklużi, f'kontribuzzjoni mill-Fondi, ebda informazzjoni ma teħtieġ li tiġi provduta lill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Jannar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(2)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259).


ANNESS

Is-sottomissjoni ta' informazzjoni dwar ammonti irrekuperabbli

a

b

c

d

e

f

g

h

i

j

k

l

m

n

o

p

q

Prijorità (1)

L-isem tal-operazzjoni u n-numru ta' identifikazzjoni tal-IT

Isem il-benefiċjarju

Data u prova tal-aħħar ħlas ta' kontribuzzjoni pubblika lill-benefiċjarju għall-operazzjoni kkonċernata

In-natura tal-irregolarità (in-natura għandha tiġi definita mill-Istat Membru)

Korp li sab l-irregolarità (indika liema: MA, CA jew AA jew ieħor, jew isem il-korp tal-UE)

Data tal-iskoperta tal-irregolarità (2)

Nefqa totali dikjarata irrekuperabbli

Nefqa pubblika korrispondenti għal ammonti dikjarati irrekuperabbli

Ammont ta' kontribuzzjoni irrekuperabbli tal-Unjoni (3)

Is-sena(snin) ta' kontabilità li fiha/fihom kienet iddikjarat in-nefqa li tikkorrispondi għall-kontribuzzjoni irrekuperabbli tal-Unjoni

Id-data tat-tnedija tal-proċedimenti ta' rkupru

Kopja tal-ewwel u kwalunkwe ordnijiet ta' rkupru sussegwenti (4)

Id-data li fiha ġie ddikjarat li l-ispejjeż ma jistgħux jiġu rkuprati

Raġuni għall-irrekuperabbiltà (5)

Dokumenti relatati ma' proċeduri ta' falliment, meta applikabbli

Indika jekk il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandhiex titħallas mill-baġit tal-Unjoni (IVA/LE) (6)

<type=“S” maxlength=“500” input=“S”>

<type=“S” maxlength=“250” input=“M”>  (7)

<type=“S” maxlength=“250” input=“M”>

<type=“D” input=“M”> + <ATT>

<type=“S” maxlength=“250” input=“M”>

<type=“S” maxlength=“250” input=“M”>

<type=“D” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“D” input=“S”>

<type=“D” input=“M”>

<ATT>

<type=“D” input=“M”>

<type=“S” maxlength=“500” input=“M”>

<ATT>

<type=“B” input=“M”>

Pr. 1

Op 1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Op 2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Subtotal

<tip=“Cu” input=“G”>

<tip=“Cu” input=“G”>

<tip=“Cu” input=“G”>

 

Pr. 2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Subtotal

<tip=“Cu” input=“G”>

<tip=“Cu” input=“G”>

<tip=“Cu” input=“G”>

 

Pr. n

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Subtotal

<tip=“Cu” input=“G”>

<tip=“Cu” input=“G”>

<tip=“Cu” input=“G”>

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

<tip=“Cu” input=“G”>

<tip=“Cu” input=“G”>

<tip=“Cu” input=“G”>

 


(1)  Li tikkorrispondi mal-informazzjoni dwar il-prijorità mogħtija fil-kontijiet, skont l-Appendiċi 5 tal-Anness VII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1011/2014. Ir-rapportar għandu jkun f'livell ta' prijorità u fil-livell ta' kategorija ta' reġjun, jekk applikabbli.

(2)  Id-data li fiha ġiet stabbilita l-konklużjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja tal-irregolarità.

(3)  Ikkalkulat skont ir-rata ta' kofinanzjament fil-livell ta' prijorità, kif stabbilit fil-pjan ta' finanzjament fis-seħħ fil-mument tat-talba.

(4)  Barra minn hekk, meta applikabbli, kopja tal-ittra li tnaqqas/tikkanċella l-livell ta' appoġġ u/jew tirtira d-dokument f'termini tal-Artikolu 125(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(5)  Indika jekk ir-raġuni għall-irrekuperabbiltà hix il-falliment tal-benefiċjarju. Jekk le, indika r-raġuni applikabbli.

(6)  Meta ssir talba li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha titħallas mill-baġit tal-Unjoni, l-Istat Membru jikkonferma li hu eżawrixxa l-possibbiltajiet kollha ta' rkupru disponibbli permezz tal-qafas istituzzjonali u legali nazzjonali

(7)  Didaskalija għall-karatteristiċi tal-oqsma: tip: N = Numru, D = Data, S = String, Cu = Munita B = Boolean — input: M = Manwali, S = Selezzjoni, G = Iġġenerat mis-sistema — “tulmassimu” = Numru massimu ta' karattri inklużi l-ispazji — ATT: Dokumenti mehmużin.


13.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 97/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/569

tat-12 ta' April 2016

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1)(d) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 jelenka persuni, entitajiet u korpi li, peress li ġew innominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) u huma koperti mill-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

(2)

Fil-21 ta' Marzu 2016, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà ddeċidiet skont ir-riżoluzzjoni 1718 (2006), li erba' bastimenti speċifikati fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2270 (2016), mhumiex riżorsi ekonomiċi kkontrollati jew operati minn Ocean Maritime Management u għalhekk mhumiex soġġetti għall-iffriżar tal-assi impost minn UNSCR 1718 (2006).

(3)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament:

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)   ĠU L 88, 29.3.2007, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007, l-annotazzjoni “Ocean Maritime Management Company, Limited (OMM) (aka OMM). Indirizz: (a) Donghung Dong, Central District, PO Box 120, Pyongyang, DPRK; (b) Dongheung-dong Changgwang Street, Chung-Ku, PO Box 125, Pyongyang, DPRK. Informazzjoni oħra: (a) Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) Numru: 1790183; (b) Ocean Maritime Management Company, Limited kellha rwol prinċipali fl-arranġament tal-vjaġġi tal-merkanzija ta' armi moħbija u ta' materjal relatat minn Kuba għar-RDPK f'Lulju 2013. Bħala tali, Ocean Maritime Management Company, Limited ikkontribwiet f'attivitajiet ipprojbiti mir-riżoluzzjonijiet, b'mod partikolari l-embargo fuq l-armi impost bir-riżoluzzjoni 1718 (2006), kif modifikata permezz tar-riżoluzzjoni 1874 (2009), u kkontribwiet għall-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawn ir-riżoluzzjonijiet, (c) Ocean Maritime Management Company, Limited hija l-operatur/ġestjonarju tal-bastimenti li ġejjinbin-Numru IMO: (a) Chol Ryong (Ryong Gun Bong) 8606173 (b) Chong Bong (Greenlight) (Blue Nouvelle) 8909575, (c) Chong Rim 2 8916293, (d) Dawnlight 9110236, (e) Ever Bright 88 (J Star) 8914934, (f) Gold Star 3 (benevolence 2) 8405402, (g) Hoe Ryong 9041552, (h) Hu Chang (O Un Chong Nyon) 8330815, (i) Hui Chon (Hwang Gum San 2) 8405270, (j) JH 86 8602531, (k) Ji Hye San (Hyok Sin 2) 8018900, (l) Jin Tai 9163154, (m) Jin Teng 9163166, (n) Kang Gye (Pi Ryu Gang) 8829593, (o) Mi Rim 8713471, (p) Mi Rim 2 9361407, (q) Rang (Po Thong Gang) 8829555, (r) Orion Star (Richocean) 9333589, (s) Ra Nam 2 8625545, (t) Ra Nam 3 9314650, (u) Ryo Myong 8987333, v) Ryong Rim (Jon Jin 2) 8018912, (w) Se Pho (Rak Won 2) 8819017, (x) Songjin (Jang Ja San Chong Nyon Ho) 8133530, (y) South Hill 2 8412467, (z) South Hill 5 9138680, (aa) Tan Chon (Ryon Gang 2) 7640378, (bb) Thae Pyong San (Petrel 1) 9009085, (cc) Tong Hung San (Chong Chon Gang) 7937317, (dd) Grand Karo 8511823, (ee) Tong Hung 8661575. Data tal-ħatra: 28.7.2014 ”, taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet”, hija sostitwita b'dan li ġej:

“Ocean Maritime Management Company, Limited (OMM) (aka OMM). Indirizz: (a) Donghung Dong, Central District, PO Box 120, Pyongyang, DPRK; (b) Dongheung-dong Changgwang Street, Chung-Ku, PO Box 125, Pyongyang, DPRK. Informazzjoni oħra: (a) Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) Numru: 1790183; (b) Ocean Maritime Management Company, Limited kellha rwol prinċipali fl-arranġament tal-vjaġġi tal-merkanzija ta' armi moħbija u ta' materjal relatat minn Kuba għar-RDPK f'Lulju 2013. Bħala tali, Ocean Maritime Management Company, Limited ikkontribwiet f'attivitajiet ipprojbiti mir-riżoluzzjonijiet, b'mod partikolari l-embargo fuq l-armi impost bir-riżoluzzjoni 1718 (2006), kif modifikata permezz tar-riżoluzzjoni 1874 (2009), u kkontribwiet għall-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawn ir-riżoluzzjonijiet, (c) Ocean Maritime Management Company, Limited hija l-operatur/ġestjonarju tal-bastimenti li ġejjin bin-Numru IMO: (a) Chol Ryong (Ryong Gun Bong) 8606173, (b) Chong Bong (Greenlight) (Blue Nouvelle) 8909575, (c) Chong Rim 2 8916293, (d) Dawnlight 9110236, (e) Ever Bright 88 (J Star) 8914934, (f) Gold Star 3 (benevolence 2) 8405402, (g) Hoe Ryong 9041552, (h) Hu Chang (O Un Chong Nyon) 8330815, (i) Hui Chon (Hwang Gum San 2) 8405270, (j) Ji Hye San (Hyok Sin 2) 8018900, (k) Kang Gye (Pi Ryu Gang) 8829593, (l) Mi Rim 8713471, (m) Mi Rim 2 9361407, (n) Rang (Po Thong Gang) 8829555, (o) Orion Star (Richocean) 9333589, (p) Ra Nam 2 8625545, (q) Ra Nam 3 9314650, (r) Ryo Myong 8987333, (s) Ryong Rim (Jon Jin 2) 8018912, (t) Se Pho (Rak Won 2) 8819017, (u)Songjin (Jang Ja San Chong Nyon Ho) 8133530, (v) South Hill 2 8412467, (w) South Hill 5 9138680, (x) Tan Chon (Ryon Gang 2) 7640378, (y) Thae Pyong San (Petrel 1) 9009085, (z) Tong Hung San (Chong Chon Gang) 7937317, (aa) Tong Hung 8661575. Data tal-ħatra: 28.7.2014.”


13.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 97/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/570

tat-12 ta' April 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

180,1

MA

93,1

SN

164,2

TR

98,9

ZZ

134,1

0707 00 05

MA

79,7

TR

130,6

ZZ

105,2

0709 93 10

MA

91,2

TR

146,7

ZZ

119,0

0805 10 20

EG

48,9

IL

77,7

MA

55,3

TR

50,4

ZZ

58,1

0805 50 10

MA

91,9

TR

65,0

ZZ

78,5

0808 10 80

AR

104,9

BR

167,6

CL

116,9

US

154,5

ZA

91,3

ZZ

127,0

0808 30 90

AR

105,3

CL

101,9

ZA

118,4

ZZ

108,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

13.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 97/10


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/571

tal-11 ta' April 2016

li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sinjura Martina MÜNCH, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Hija b'dan maħtura membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Frau Barbara HACKENSCHMIDT, Mitglied des Landtags Brandenburg.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-11 ta' April 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M.H.P. VAN DAM


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


13.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 97/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/572

tal-11 ta' April 2016

li taħtar membru supplenti, propost mir-Renju ta' Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sinjura Maria Sol CALZADO GARCÍA, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Hija b'dan maħtura membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Sr. D. Ángel Luis SÁNCHEZ MUÑOZ, Secretario General de Acción Exterior, Junta de Andalucía.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-11 ta' April 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M.H.P. VAN DAM


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


13.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 97/12


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/573

tat-12 ta' April 2016

li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK tat-22 ta' April 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/800/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/183/PESK.

(2)

Fil-21 ta' Marzu 2016, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit permezz tar-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti neħħa erba' bastimenti mil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' April 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

A.G. KOENDERS


(1)   ĠU L 111, 23.4.2013, p. 52.


ANNESS

Il-bastimenti bin-numri IMO elenkati hawn taħt huma mħassra mil-lista li tinsab fl-entrata 20 tal-parti B (Entitajiet) tal-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK:

(j)

JH 86 8602531

(l)

Jin Tal 9163154

(m)

Jin Teng 9163166

(dd)

Grand Karo 8511823