ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 77

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
23 ta' Marzu 2016


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)

1

 

*

Regolament (UE) 2016/400 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-klawżola ta’ salvagwardja u l-mekkaniżmu ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra

53

 

*

Regolament (UE) 2016/401 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni previst fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra

62

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli ( ĠU L 60, 2.3.2013 )

65

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej ( ĠU L 192, 22.7.2011 )

70

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

23.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/1


REGOLAMENT (UE) 2016/399 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-9 ta' Marzu 2016

dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)

(kodifikazzjoni)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2)(b) u (e) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ġie emendat b'mod sostanzjali diversi drabi (3). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, dak ir-Regolament għandu jiġu kkodifikat.

(2)

L-adozzjoni ta’ miżuri taħt l-Artikolu 77(2)(e) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), biex ikun żgurat li ma jkun hemm ebda kontrolli fuq persuni li jaqsmu fruntieri interni, tagħmel parti mill-għan tal-Unjoni li tistabbilixxi żona mingħajr fruntieri interni fejn il-moviment liberu tal-persuni jkun żgurat, kif stabbilit fl-Artikolu 26(2) TFUE.

(3)

Skont l-Artikolu 67(2) TFUE, il-ħolqien ta’ żona fejn persuni jistgħu jiċċaqalqu b’mod liberu għandha tkun appoġġjata minn miżuri oħra. Il-politika komuni ta’ qsim ta’ fruntieri esterni, kif prevista mill-Artikolu 77(1)(b) TFUE, hi tali miżura.

(4)

Miżuri komuni dwar il-qsim tal-fruntieri interni minn persuni u l-kontrolli fuq il-fruntieri esterni għandhom jirriflettu l-acquis ta’ Schengen inkorporat fil-qafas tal-Unjoni, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni (4) u tal-Manwal Komuni (5).

(5)

Regoli komuni dwar il-moviment liberu ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntieri la jqiegħed f’dubju u lanqas ma jaffetwa d-drittijiet ta’ moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familji tagħhom u ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u membri tal-familji tagħhom li, skont ftehimiet bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u dawk il-pajjiżi terzi, min-naħa l-oħra, għandhom drittijiet għal moviment liberu ekwivalenti għal dawk taċ-ċittadini tal-Unjoni.

(6)

Il-kontrolli fuq il-fruntieri huma fl-interess mhux biss tal-Istat Membru li fil-fruntieri esterni tiegħu jsiru dawn il-kontrolli, iżda tal-Istati Membri kollha li abolixxew il-kontrolli fuq il-fruntieri interni. Il-kontrolli fuq il-fruntiera għandhom jgħinu fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin u biex tkun prevenuta kull theddida għas-sigurtà interna, l-politika pubblika, is-saħħa pubblika u r-relazzjonijiet internazzjonali tal-Istati Membri.

(7)

Il-verifiki fuq il-fruntiera għandhom jitwettqu b’mod li tkun irrispettata b’mod sħiħ id-dinjità umana. Il-kontrolli fuq il-fruntiera għandhom jitwettqu b’mod professjonali u rispettuż u jkunu proporzjonati mal-objettivi mfittxija.

(8)

Il-kontrolli fuq il-fruntiera jikkonsistu mhux biss fil-verifiki fuq persuni f’punti ta’ qsim tal-fruntiera u s-sorveljanza bejn dawn il-punti ta’ qsim tal-fruntiera, iżda wkoll analiżi tar-riskji għas-sigurtà interna u analiżi tat-theddid li jista’ jaffettwa s-sigurtà ta’ fruntieri esterni. Għalhekk hemm bżonn li jkunu stabbiliti l-kondizzjonijiet, il-kriterji u r-regoli dettaljati li jirregolaw il-verifiki f’punti ta’ qsim u s-sorveljanza fil-fruntieri, inklużi verifiki fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS).

(9)

Hu meħtieġ li jiġu previsti regoli li jittrattaw il-kalkolu tat-tul ta' żmien awtorizzat għal soġġorni għal perijodu qasir fl-Unjoni. Regoli ċari, sempliċi u armonizzati fl-atti legali kollha li jittrattaw din il-kwistjoni jkunu ta' benefiċċju kemm għal min jivvjaġġa kif ukoll għall-awtoritajiet tal-fruntiera u tal-viża.

(10)

Peress illi huwa biss permezz ta' verifika tal-marki tas-swaba' li wieħed jista' jikkonferma b'ċertezza li l-persuna li tixtieq tidħol fiż-żona Schengen hija l-istess waħda li tkun inħarġitilha l-viża, għandhom isiru dispożizzjonijiet dwar l-użu fil-fruntieri esterni tas-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) prevista mir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(11)

Sabiex jivverifikaw jekk il-kundizzjonijiet għad-dħul għal ċittadini ta' pajjiżi terzi stabbiliti f'dan ir- Regolament humhiex sodisfatti u biex jirnexxilhom jiġġestixxu dmirijiethom, il-gwardjani tal-fruntieri għandhom jużaw kull informazzjoni meħtieġa li tkun disponibbli, inkluża d-data li tista' tiġi konsultata mill-VIS.

(12)

Sabiex tiġi prevenuta l-evażjoni tal-punti tal-qsim tal-fruntiera fejn tista' tintuża l-VIS u biex tiġi garantita l-effettività sħiħa tal-VIS, hemm bżonn partikolari li l-VIS tintuża b'manjiera armonizzata meta jsiru l-verifiki għad-dħul fil-fruntieri esterni.

(13)

Ladarba f'każijiet ta' ripetizzjoni ta' applikazzjonijiet għall-viża jkun il-każ li d-data bijometrika tiġi użata mill-ġdid u kkupjata mill-ewwel applikazzjoni fil-VIS, l-użu tal-VIS għall-verifiki għad-dħul fil-fruntieri esterni għandu jkun tassattiv.

(14)

L-użu tal-VIS għandu jinvolvi tfittxija sistematika fil-VIS li tuża n-numru tal-istiker tal-viża flimkien ma' verifika tal-marki tas-swaba'. Madankollu, minħabba l-impatt li jistgħu jkollhom tfixxijiet bħal dawn fuq il-ħin ta’ stennija fil-punti ta' qsim tal-fruntieri, għandu jkun possibbli għal perijodu ta' tranżizzjoni permezz ta' deroga u f'ċirkostanzi definiti b'mod strett, li tkun ikkonsultata l-VIS mingħajr verifikazzjoni sistematika tal-marki tas-swaba'. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li din id-deroga tiġi użata biss fejn il-kundizzjonijiet imsemmija jkunu kompletament sodisfatti u li t-tul u l-frekwenza tal-applikazzjoni ta' din id-deroga tinżamm strettament minima fil-punti tal-qsim tal-fruntieri individwali.

(15)

Biex ikun evitat ħin ta’ stennija eċċessiv fuq il-fruntieri għandu jkun previst li l-verifiki fuq il-fruntieri esterni jiġu mnaqqsa f’każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux prevedibbli. L-ittimbrar sistematiku tad-dokumenti ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz jibqa’ obbligu f’każ li l-verifiki fuq il-fruntieri jiġu mnaqqsa. L-ittimbrar jagħmilha possibbli li jkunu stabbiliti, b’ċertezza, id-data u l-post ta’ qsim tal-fruntiera, mingħajr ma jiġi stabbilit fil-każijiet kollha li l-miżuri kollha meħtieġa għall-kontroll tad-dokument tal-ivvjaġġar ikunu ġew imwettqa.

(16)

Biex jitnaqqas il-ħin ta’ stennija ta’ persuni li għandhom id-dritt tal-Unjoni għal moviment liberu, għandhom ikunu pprovduti korsiji separati, meta ċ-ċirkostanzi jippermettu, fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri, u li jkunu identifikati permezz ta’ indikazzjonijiet uniformi fl-Istati Membri kollha. Korsiji separati għandhom ikunu pprovduti f’ajruporti internazzjonali. Meta jkun meqjus xieraq u jekk iċ-ċirkostanzi lokali jippermettu dan, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-installazzjoni ta’ korsiji separati f’punti ta’ qsim tal-fruntieri marittimi u tal-art.

(17)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta’ kontroll fil-fruntieri esterni ma jikkostitwixxux ostakolu kbir għal skambji kummerċjali, soċjali u kulturali. Għal dan il-għan huma għandhom iħaddmu numru adegwat ta’ persunal u riżorsi.

(18)

L-Istati Membri għandhom jinnominaw is-servizz jew is-servizzi nazzjonali responsabbli għax-xogħol ta’ kontroll fuq il-fruntiera skont il-liġi nazzjonali tagħhom. Fejn iktar minn servizz wieħed huwa responsabbli fl-istess Stat Membru, għandu jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib u kostanti bejniethom.

(19)

Il-kooperazzjoni operattiva u l-assistenza bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-kontrolli fuq il-fruntiera għandhom ikunu amministrati u kkoordinati mill-“Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal Istati Membri (‘l-Aġenzija’), stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 (7).

(20)

Dan ir-Regolament hu mingħajr preġudizzju għall-verifiki mwettqa taħt is-setgħat ġenerali tal-pulizija u l-verifiki ta’ sigurtà fuq persuni identiċi għal dawk imwettqa għal titjiriet domestiċi, għall-possibbiltajiet tal-Istati Membri li jwettqu kontrolli eċċezzjonali fuq il-bagalji skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3925/91 (8), u għal-liġi nazzjonali dwar il-pussess ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar jew tal-identità u dwar il-ħtieġa li persuni jinnotifikaw lill-awtoritajiet bil-preżenza tagħhom fuq it-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.

(21)

F’żona fejn il-persuni jistgħu jiċċirkolaw b’mod liberu, id-dħul mill-ġdid tal-kontrolli fuq il-fruntiera fil-fruntieri interni għandu jibqa’ l-eċċezzjoni. Il-kontrolli fuq il-fruntiera m'għandhomx jitwettqu jew ikunu imposti formalitajiet biss minħabba li jkun hemm qsim ta' tali fruntiera.

(22)

Il-ħolqien ta' żona li fiha l-moviment liberu tal-persuni bejn il-fruntieri interni huwa żgurat huwa waħda mill-kisbiet ewlenin tal-Unjoni. F'żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni, jeħtieġ li jkun hemm rispons komuni għal sitwazzjonijiet li jaffettwaw b'mod serju l-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna ta' dik iż-żona, jew ta' partijiet minnha, jew ta' wieħed jew aktar Stati Membri billi jippermetti l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali, mingħajr ma jipperikola l-prinċipju tal-moviment liberu tal-persuni. Minħabba l-impatt li tali miżuri bħala l-aħħar soluzzjoni jista' jkollhom fuq il-persuni kollha li għandhom id-dritt li jiċċaqilqu fiż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-introduzzjoni mill-ġdid ta' tali miżuri għandhom jiġu stabbiliti, sabiex jiġi assigurat li dawn huma eċċezzjonali u li l-prinċipju tal-proporzjonalità jiġi rrispettat. L-għan u t-tul taż-żmien ta' kwalunkwe introduzzjoni mill-ġdid temporanja ta' tali miżuri għandhom ikunu ristretti għall-minimu indispensabbli meħtieġ sabiex tiġi ndirizzata t-theddida serja għall-ordni pubbliku jew is-sigurta' interna.

(23)

Billi moviment liberu ta' persuni huwa affettwat mill-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni, kull deċiżjoni biex jiġi introdott mill-ġdid tali kontroll għandha tittieħed f'konformità mal-kriterji maqbula komunement u għandha tiġi nnotifikata debitament lill-Kummissjoni jew tkun irrakkomandata minn istituzzjoni tal-Unjoni. Fi kwalunkwe każ, l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni għandha tibqa' tkun eċċezzjoni u għandha ssir bħala l-aħħar soluzzjoni, għal għan u perijodu ta' żmien strettament limitati, ibbażata fuq kriterji oġġettivi speċifiċi u fuq valutazzjoni tan-neċessità tagħha li għandha tkun issorveljata fil-livell tal-Unjoni. Fejn theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna tirrikjedi azzjoni immedjata, Stat Membru għandu jkun jista' jintroduċi mill-ġdid il-kontrolli fuq il-fruntieri interni għal perijodu li ma jaqbiżx l-għaxart ijiem. Kull estensjoni ta' dak il-perijodu teħtieġ li tkun issorveljata fil-livell tal-Unjoni.

(24)

In-neċessità u l-proporzjonalità tal-introduzzjoni mill-ġdid ta' kontrolli fuq il-fruntieri interni għandhom jiġu bbilanċjati kontra t-theddida għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna li tagħti lok għall-ħtieġa ta' tali introduzzjoni mill-ġdid, kif ukoll għandu jsir għal miżuri alternattivi li jistgħu jittieħdu f'livell nazzjonali jew fil-livell tal-Unjoni, jew fit-tnejn, u l-impatt ta' tali kontroll fuq il-moviment liberu ta' persuni fiż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni.

(25)

L-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni tista' eċċezzjonalment tkun neċessarja fil-każ ta' theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fil-livell taż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni jew fil-livell nazzjonali, b'mod partikolari wara inċidenti jew theddidiet terroristiċi, jew minħabba theddidiet li jirriżultaw mill-kriminalità organizzata.

(26)

Il-migrazzjoni u l-qsim tal-fruntieri esterni minn numru kbir ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi m'għandux, bħala tali, jitqies bħala theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna.

(27)

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, deroga mill-prinċipju fundamentali tal-moviment liberu tal-persuni għandha tiġi interpretata b'mod strett u l-kunċett ta' ordni pubbliku jippresupponi l-eżistenza ta' theddida ġenwina, attwali u serja biżżejjed li taffettwa wieħed mill-interessi fundamentali tas-soċjetà.

(28)

Abbażi tal-esperjenza miksuba fir-rigward tal-funzjonament taż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni u sabiex tgħin li tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti tal-acquis ta' Schengen, il-Kummissjoni tista' tfassal linji gwida dwar l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni, f'każijiet li jirrikjedu tali miżura fuq bażi temporanja u f'każijiet li fihom jeħtieġ li tittieħed azzjoni immedjata. Dawk il-linji gwida għandhom jipprovdu indikaturi ċari biex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni taċ-ċirkostanzi li jistgħu jikkostitwixxu theddidiet serji għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna.

(29)

Fejn f'rapport ta' evalwazzjoni mfassal f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 (9) jiġu identifikati nuqqasijiet serji fl-eżekuzzjoni ta' kontrolli fuq il-fruntieri esterni, u sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rakkomandazzjonijiet adottati f'konformità ma' dak ir-Regolament, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tirrakkomanda li l-Istat Membru evalwat jieħu ċerti miżuri speċifiċi bħall-iskjerament ta' timijiet tal-għassa tal-fruntieri Ewropej, il-preżentazzjoni ta' pjanijiet strateġiċi jew, bħala l-aħħar soluzzjoni u b'kont meħud tal-gravità tas-sitwazzjoni, l-għeluq ta' punt speċifiku ta' qsim tal-fruntiera. Dawk is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 (10) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Fid-dawl tat-termini tal-Artikolu 2(2)(b)(iii) ta' dak ir-Regolament, tkun applikabbli l-proċedura ta' eżami.

(30)

L-introduzzjoni mill-ġdid temporanja ta' kontrolli f'ċerti fruntieri interni taħt proċedura speċifika fil-livell tal-Unjoni tista' tkun ġustifikata fil-każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali u bħala miżura tal-aħħar soluzzjoni fejn il-funzjonament ġenerali taż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni jitqiegħed f'riskju kawża ta' nuqqasijiet serji persistenti relatati mal-kontrolli fuq il-fruntieri esterni identifikati fil-kuntest ta' proċess rigoruż ta' evalwazzjoni f'konformità mal-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament (UE) Nru 1053/2013, fejn dawk iċ-ċirkostanzi jikkostitwixxu theddida serja għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna f'dik iż-żona jew f'partijiet minnha. Tali proċedura speċifika għall-introduzzjoni mill-ġdid temporanja ta' kontrolli f'ċerti fruntieri interni tista' ssir applikabbli wkoll, taħt l-istess kondizzjonijiet, bħala riżultat tan-nuqqas serju tal-Istat Membru evalwat milli jissodisfa l-obbligi tiegħu. Minħabba n-natura politikament sensittiva tal-introduzzjoni mill-ġdid ta' kontrolli f'ċerti fruntieri interni, li għandhom effett fuq is-setgħat eżekuttivi u ta' infurzar nazzjonali fir-rigward tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni, għandhom jiġu konferiti setgħat ta' implimentazzjoni, biex jiġu adottati rakkomandazzjonijiet taħt dik il-proċedura speċifika fil-livell tal-Unjoni, lill-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.

(31)

Qabel ma tiġi adottata xi rakkomandazzjoni għall-introduzzjoni mill-ġdid temporanja ta' kontrolli ta' ċerti fruntieri interni, għandha tiġi esplorata b'mod sħiħ u f'waqtu l-possibbiltà li wieħed jirrikorri għal miżuri mmirati biex jindirizzaw is-sitwazzjoni, inkluża għajnuna mill-korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni bħall-Aġenzija, jew l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija ('Europol'), stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI (11) u miżuri ta' appoġġ tekniku jew finanzjarju fil-livell nazzjonali, fil-livell tal-Unjoni jew it-tnejn. Fejn jiġi identifikat nuqqas serju, il-Kummissjoni tista' tipprovdi miżuri ta' appoġġ finanzjarju biex tgħin lill-Istat Membru kkonċernat. Barra minn hekk, kull rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni u tal-Kunsill għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni sostanzjata.

(32)

Il-Kummissjoni għandha jkollha l-possibbiltà li tadotta atti implimentattivi li jkunu immedjatament applikabbli fejn, f'każijiet debitament ġustifikati marbuta mal-ħtieġa tal-estensjoni ta' kontrolli fuq il-fruntieri interni, dan ikun meħtieġ minn raġunijiet imperattivi ta' urġenza.

(33)

Ir-rapporti ta' evalwazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament (UE) Nru 1053/2013 għandhom jiffurmaw il-bażi li tagħti lok għall-applikazzjoni tal-miżuri speċifiċi fil-każ ta' nuqqasijiet serji relatati mal-kontrolli fuq il-fruntieri esterni u l-proċedura speċifika f'każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali li jqiegħdu l-funzjonament ġenerali taż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni f'riskju previst f'dan ir-Regolament. L-Istati Membri u l-Kummissjoni b'mod konġunt jagħmlu evalwazzjonijiet regolari, oġġettivi u imparzjali sabiex jivverifikaw l-applikazzjoni korretta ta' dan ir-Regolament u l-Kummissjoni tikkoordina l-evalutazzjonijiet f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri. Il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni jikkonsisti fl-elementi li ġejjin: programmi pluriennali u annwali ta' evalwazzjoni, visiti fuq il-post imħabbra u għal għarrieda li jsiru minn grupp żgħir ta' rappreżentanti tal-Kummissjoni u esperti nominati mill-Istati Membri, rapporti dwar l-eżitu tal-evalwazzjoni adottata mill-Kummissjoni u r-rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet ta' rimedju adottati mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni, azzjonijiet ta' segwitu, monitoraġġ u rappurtar adatti.

(34)

Peress li l-objettiv tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 u l-emendi suċċessivi tiegħu, jiġifieri l-istabbiliment ta’ regoli applikabbli għall-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri, ma setax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri iżda seta’, minflok, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni setgħet tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif spjegat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dak ir-Regolament u l-emendi suċċessivi tiegħu ma marrux lil hinn minn dak li kien meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv.

(35)

Is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta’ miżuri addizzjonali li jirregolaw is-sorveljanza kif ukoll ta’ emendi għall-Annessi ta' dan ir-Regolament. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f’ħin xieraq u adatta tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(36)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Huwa għandu jiġi implimentat skont l-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-protezzjoni internazzjonali u non-refoulement.

(37)

B’deroga mill-Artikolu 355 TFUE, l-uniċi territorji ta’ Franza u l-Olanda li għalihom japplika dan ir-Regolament huma dawk li jinsabu fl-Ewropa. Huwa ma jaffettwax l-arranġamenti speċifiċi li japplikaw għal Ceuta u Melilla, kif definiti fil-Ftehim dwar l-Adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja għall-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 (12).

(38)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat- TFUE, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, u mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Billi dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen skont, id-Danimarka għandha, skont l-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament jekk hix ser timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha jew le.

(39)

Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (13) li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt A tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (14).

(40)

Fir-rigward tal-Isvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fit-tifsira tal-Ftehim iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (15), li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(A) tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (16).

(41)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (17) li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE kkunsidrat konġuntement mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (18).

(42)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (19); ir-Renju Unit għaldaqstant mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhux marbut bih jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

(43)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda ma tieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (20). L-Irlanda għaldaqstant mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolamentu mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(44)

Fir-rigward tal-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1, l-Artikolu 6(5)(a), Titolu III u d-dispożizzjonijiet tat-Titolu II u l-annessi tiegħu li jirreferu għas-SIS u lill-VIS jikkostitwixxu dispożizzjonijiet li jibnu fuq l-acquis ta’ Schengen jew li huma relatati miegħu, fit-tifsira, rispettivament, tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2005 u tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2011,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u prinċipji

Dan ir-Regolament jipprovdi għall-assenza ta’ kontrolli fuq il-fruntiera ta’ persuni li jkunu qed jaqsmu l-fruntieri interni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni.

Huwa jipprevedi regoli li jirregolaw il-kontrolli fuq il-fruntiera ta’ persuni li jkunu qed jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati membri tal-Unjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“fruntieri interni” tfisser:

(a)

il-fruntieri tal-art komuni, inklużi l-fruntieri tax-xmajjar u l-lagi, tal-Istati Membri;

(b)

l-ajruporti tal-Istati Membri għal titjiriet interni;

(c)

il-portijiet tal-baħar, tax-xmajjar u tal-lagi tal-Istati Membri għal kollegamenti regolari interni bil-ferry;

2.

“fruntieri esterni” tfisser il-fruntieri tal-art tal-Istati Membri, inklużi l-fruntieri tax-xmajjar u l-lagi, il-fruntieri marittimi u l-ajruporti, il-portijiet tax-xmajjar, tal-baħar u tal-lagi tagħhom, sakemm m’humiex fruntieri interni;

3.

“titjira interna” tfisser kwalunkwe titjira esklussivament lejn jew minn territorji tal-Istati Membri u li ma tagħmilx inżul fit-territorju ta’ pajjiż terz;

4.

“kollegament regolari b’ferr” tfisser kwalunkwe kollegament b'ferry bejn l-istess żewġ portijiet jew aktar li jkunu fit-territorju tal-Istati Membri, li ma jżurx xi port barra t-territorju tal-Istati Membri, u li jikkonsisti fit-trasport ta’ passiġġieri u vetturi skont skeda ppubblikata;

5.

“persuni li għandhom id-dritt għal moviment liberu taħt il-liġi tal-Unjoni” tfisser:

(a)

ċittadini tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 20(1) TFUE, u ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li jeżerċita id-dritt tiegħu għal moviment liberu u li għalihom tapplika d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21);

(b)

ċittadini ta’ pajjiżi terzi u l-membri tal-familja tagħhom, tkun xi tkun iċ-ċittadinanza tagħhom, li skont xi ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u dawk il-pajjiżi terzi min-naħa l-oħra, għandhom id-drittijiet għal moviment liberu ekwivalenti għal dawk ta’ ċittadini tal-Unjoni;

6.

“ċittadin ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna li mhix ċittadin tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 20(1) TFUE u li mhix koperta mill-punt 5 ta' dan l-Artikolu;

7.

“persuni li għalihom ikun inħareġ allert sabiex ma jitħallewx jidħlu” tfisser kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz li għalih ikun inħareġ allert fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) skont u għall-finijiet tal-Artikoli 24 u 26 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22);

8.

“punt ta’ qsim tal-fruntiera” tfisser kwalunkwe punt ta’ qsim awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti sabiex ikunu jistgħu jinqasmu l-fruntieri esterni;

9.

“punt kondiviż tal-qsim tal-fruntiera” tfisser kwalunkwe punt tal-qsim tal-fruntiera li jkun jew fit-territorju ta' Stat Membru jew fit-territorju ta' pajjiż terz, li fih il-gwardji tal-fruntiera tal-Istat Membru u l-gwardji tal-fruntiera tal-pajjiż terz iwettqu kontrolli tal-ħruġ u tad-dħul skont il-liġi nazzjonali tagħhom u skont ftehim bilaterali;

10.

“kontroll fuq il-fruntiera” tfisser l-attività mwettqa fuq fruntiera, skont u għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, bħala risposta esklussivament għal xi intenzjoni ta’ qsim jew l-att ta’ qsim ta’ dik il-fruntiera, irrispettivament minn kull konsiderazzjoni oħra, li tikkonsisti f’verifiki fuq il-fruntiera u sorveljanza fuq il-fruntiera;

11.

“verifiki fuq il-fruntiera” tfisser il-verifiki mwettqa f’punti tal-qsim tal-fruntiera, sabiex ikun żgurat li persuni, il-mezzi tat-trasport tagħhom u l-oġġetti fil-pussess tagħhom jitħallew jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri jew jitilqu minnu;

12.

“sorveljanza fuq il-fruntiera” tfisser is-sorveljanza tal-fruntieri bejn il-punti ta’ qsim tal-fruntiera u s-sorveljanza ta’ punti ta’ qsim tal-fruntiera barra mill-ħinijiet stabbiliti ta’ ftuħ, sabiex persuni ma jitħallewx jevitaw il-verifiki fuq il-fruntiera;

13.

“verifika tat-tieni linja” tfisser verifika ulterjuri li tista’ titwettaq f’lok speċjali lil hinn mil-lok li fih titwettaq verifika fuq kull persuna (l-ewwel linja);

14.

“gwardja tal-fruntiera” tfisser kull uffiċjal pubbliku assenjat, skont il-liġi nazzjonali, ma’ xi punt ta’ qsim tal-fruntiera jew matul xi fruntiera jew fil-viċinanza immedjata ta’ dik il-fruntiera li jwettaq, skont dan ir-Regolament u l-liġi nazzjonali, xogħol ta’ kontroll ta’ fuq il-fruntiera;

15.

“trasportatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li l-professjoni tagħha hi dik li tipprovdi t-trasport ta’ persuni;

16.

“permess ta’ residenza” tfisser:

(a)

il-permessi ta’ residenza kollha maħruġa mill-Istati Membri skont il-format uniformi stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 (23) u għall-karti ta’ residenza maħruġa skont id-Direttiva 2004/38/KE;

(b)

kull dokument ieħor maħruġ minn Stat Membru lil ċittadin ta' pajjiż terz li jawtorizzah joqgħod fit-territorju tiegħu, li kien is-suġġett ta' notifika u pubblikazzjoni sussegwenti skont l-Artikolu 39, bl-eċċezzjoni ta':

(i)

permessi temporanji maħruġa sakemm tiġi eżaminata l-ewwel applikazzjoni għal permess ta' residenza kif imsemmi fil-punt (a) jew applikazzjoni għal asil; u,

(ii)

viżi maħruġa mill-Istati Membri fil-format uniformi stipulat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 (24);

17.

“bastiment tal-kruċiera” tfisser bastiment li jsegwi itinerarju partikolari skont programm determinat minn qabel, li jinkludi programm kollettiv ta’ attivitajiet għat-turisti f’diversi portijiet, u li normalment la jtella’ passiġġieri u lanqas ma jħalli passiġġieri jiżbarkaw waqt il-vjaġġ;

18.

“dgħajjes tad-divertiment” tfisser l-użu ta’ dgħajjes tad-divertiment għal skopijiet ta’ sport jew turiżmu;

19.

“sajd mal-kosta” tfisser sajd imwettaq permezz ta’ bastimenti li jirritornaw kuljum jew fi żmien 36 siegħa lejn port li jinsab fit-territorju ta’ xi Stat Membru mingħajr ma jidħlu f’port li jinsab f'pajjiż terz;

20.

“ħaddiem lil hinn mill-kosta” tfisser persuna li taħdem fi stallazzjoni offshore li tinsab barra l-ilmijiet territorjali imma f'żona ta' sfruttar ekonomiku marittimu tal-Istati Membri kif definit mil-liġi marittima internazzjonali, u li jirritorna regolarment bil-baħar jew bl-ajru fit-territorju tal-Istati Membri;

21.

“theddida għas-saħħa pubblika” tfisser kull marda b’potenzal ta’ epidemija kif definiti fir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u mard infettiv ieħor jew mard parassitiku kontaġjuż jekk ikunu s-suġġett ta’ dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni li japplikaw għal ċittadini tal-Istati Membri.

Artikolu 3

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għal kull persuna li taqsam il-fruntieri interni jew esterni tal-Istati Membri, mingħajr preġudizzju:

(a)

għad-drittijiet ta’ persuni li jgawdu mid-dritt għal moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni;

(b)

għad-drittijiet ta’ refuġjati u persuni li jitolbu protezzjoni internazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tan-non refoulement.

Artikolu 4

Drittijiet Fundamentali

Meta jiġi applikat dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jaġixxu b'rispett sħiħ tal-liġi relevanti tal-Unjoni, inklużi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”), il-liġi internazzjonali rilevanti, inkluża l-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatus tar-Refuġjati magħmula f’Ġinevra fit-28 ta’ Lulju 1951 (“il-Konvenzjoni ta' Ġinevra”), l-obbligi marbutin mal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari l-prinċipju ta' non-refoulement, u d-drittijiet fundamentali. Skont il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni, id-deċiżjonijiet taħt dan ir-Regolament għandhom jittieħdu fuq bażi individwali.

TITOLU II

FRUNTIERI ESTERNI

KAPITOLU I

Il-qsim ta’ fruntieri esterni u l-kondizzjonijiet għad-dħul

Artikolu 5

Qsim ta’ fruntieri esterni

1.   Il-fruntieri esterni jistgħu jinqasmu biss minn punti ta’ qsim tal-fruntiera u waqt il-ħinijiet tal-ftuħ stabbiliti. Il-ħinijiet tal-ftuħ għandhom ikunu indikati b’mod ċar fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera li mhumiex miftuħa għal 24 siegħa kuljum.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-lista ta’ punti ta’ qsim tal-fruntiera tagħhom lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, jistgħu jkunu permessi eċċezzjonijiet għall-obbligu li wieħed jaqsam fruntieri esterni biss f’punti ta’ qsim tal-fruntiera u waqt ħinijiet ta’ ftuħ stabbiliti:

(a)

għal individwi jew gruppi ta’ persuni, fejn hemm rekwiżit ta’ natura speċjali għall-qsim ta’ kultant tal-fruntieri esterni minn punti differenti minn dawk tal-qsim tal-fruntiera jew barra l-ħinijiet tal-ftuħ fissi, basta li jkunu fil-pussess tal-permessi meħtieġa mil-liġi nazzjonali u li dan ma jkunx f’konflitt mal-interessi tal-politika pubblika u s-sigurtà interna tal-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu arrangamenti speċifiċi fil-ftehimiet bilaterali. L-eżenzjonijiet ġenerali previsti mil-liġi nazzjonali u l-ftehimiet bilaterali għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39;

(b)

għal individwi jew gruppi ta' persuni f'każ ta' sitwazzjoni ta' emerġenza mhux prevista;

(c)

f'konformità mar-regoli speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 19 u 20 flimkien mal-Annessi VI u VII.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjonijiet previsti fil-paragrafu 2 jew għall-obbligi tagħhom ta’ protezzjoni internazzjonali, l-Istati Membri għandhom jintroduċu penali, skont il-liġi nazzjonali tagħhom, għall-qsim mhux awtorizzat ta’ fruntieri esterni f’postijiet li mhumiex punti ta’ qsim jew f’ħinijiet li mhumiex il-ħinijiet ta’ ftuħ stabbiliti. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 6

Kondizzjonijiet ta’ dħul għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi

1.   Fil-każ ta’ permanenza fit-territorju tal-Istati Membri ta’ mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta’ 180 jum, li jinkludi li jitqies il-perijodu ta' 180 jum li jippreċedi kull jum ta' soġġorn, il-kondizzjonijiet tad-dħul għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi għandhom ikunu kif ġej:

(a)

ikollhom dokument validu tal-ivvjaġġar li jintitola lid-detentur jaqsam il-fruntiera u li jkun jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(i)

il-validità tiegħu għandha testendi għal mill-inqas tliet xhur wara d-data ppjanata tat-tluq mit-territorju tal-Istati Membri; Fkaż ta’ emerġenza ġġustifikat, dan l-obbligu jista’ jitneħħa;

(ii)

għandu jkun inħareġ fl-għaxar snin preċedenti;

(b)

huma fil-pussess ta’ viża valida, jekk rikjesta skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 (25), ħlief meta jkunu detenturi ta’ permess validu ta’ residenza jew viża valida għal soġġorn fit-tul;

(c)

jiġġustifikaw l-għan u l-kondizzjonijiet tas-soġġorn li jkunu bi ħsiebhom jagħmlu u jkollhom mezzi biżżejjed ta’ sussistenza, kemm għall-perijodu tas-soġġorn li jkunu bi ħsiebhom jagħmlu kif ukoll għar-ritorn lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom jew transitu lejn pajjiż terz fejn ikunu ċerti li ser jitħallew jidħlu, jew ikunu f’pożizzjoni li jakkwistaw dawn il-mezzi legalment;

(d)

ma jkunux persuni li għalihom ikun inħareġ allert fis-SIS sabiex jiġi miċħud id-dħul;

(e)

mhumiex meqjusa bħala theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà interna, is-saħħa pubblika jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ xi Stat Membru partikolarment jekk l-ebda allert ma jkun inħareġ fid-databases nazzjonali tal-Istati Membri sabiex jiġi miċħud id-dħul għall-istess raġunijiet.

2.   Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-paragrafu 1, id-data tad-dħul għandha tkun ikkunsidrata bħala l-ewwel jum ta' soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri u d-data tal-ħruġ għandha tkun ikkunsidrata bħala l-aħħar jum tas-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri. Il-perijodi ta' soġġorn awtorizzati taħt permess ta' residenza jew viża ta' soġġorn fit-tul m'għandhomx jitqiesu fil-kalkolu tad-dewmien tas-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri.

3.   Lista mhix eżawrjenti ta’ dokumenti ta’ prova li l-gwardja tal-fruntiera jista’ jitlob minn ċittadin ta’ pajjiż terz sabiex jivverifika li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1(c) huma sodisfatti hija inkluża fl-Anness I.

4.   Il-mezzi ta’ sussistenza għandhom jiġu valutati skont it-tul u l-għan tas-soġġorn u b’referenza għall-prezzijiet medji għall-ikel u l-irqad fl-Istat Membru jew Stati Membri konċernati, li għandu jiġi determinat f’akkomadazzjoni rħisa immultiplikata bin-numru ta’ jiem ta’ soġġorn.

Ammonti ta’ referenza stabbiliti mill-Istati Membri għandhom ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39.

L-istima ta’ mezzi suffiċjenti ta’ sussitenza tista’ tkun ibbażata fuq flus, travellers cheques u karti ta’ kreditu li jkunu fil-pussess taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz. Dikjarazzjonijiet ta’ persuni li jagħmlu tajjeb għalihom, fejn dawn id-dikjarazzjonijiet huma previsti mil-liġi nazzjonali u ittri ta’ garanzija mill-ospitanti, kif definit mil-liġi nazzjonali, f’każ li ċ-ċittadin minn pajjiż terz ikun qed joqgħod ma’ persuna li tkun qed tospitah, jistgħu wkoll jikkostitwixxu evidenza ta’ mezzi suffiċjenti ta’ sussistenza.

5.   B’deroga mill-paragrfu 1:

(a)

ċittadini ta’ pajjiż terz li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 iżda li jkollhom permess ta’ residenza jew viża għal soġġorn fit-tul għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri l-oħra għal skop ta' transitu sabiex ikunu jistgħu jaslu fit-territorju tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta’ residenza jew il-viża għal soġġorn fit-tul, sakemm isimhom ma jkunx fuq il-lista nazzjonali ta’ allerti tal-Istat Membru li tiegħu jkunu qed jippruvaw jaqsmu l-fruntieri esterni u li l-allert ma jkunx akkumpanjat minn istruzzjonijiet biex jiġi rrifjutat id-dħul jew it-transitu;

(b)

ċittadini ta’ pajjiż terz li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, ħlief dik stabbilita fil-punt (b), u li jippreżentaw ruħhom fuq il-fruntiera jistgħu jiġu awtorizzati jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri, jekk tinħareġ viża fil-fruntiera skont l-Artikoli 35 u 36 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26).

L-Istati Membri għandhom jiġbru statistika dwar il-viżi maħruġa fil-fruntieri skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 u l-Anness XII tiegħu.

Jekk ma jkunx possibbli li titwaħħal viża fid-dokument, din għandha, b’mod ta’ eċċezzjoni, titwaħħal fuq folja separata li tiddaħħal fid-dokument. F’każ bħal dan, għandu jintuża l-format uniformi għall-formoli biex titwaħħal viża, stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 333/2002 (27).

(c)

Ċittadin(i) ta’ pajjiż terz li ma jissodisfawx xi kondizzjoni waħda jew aktar imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu awtorizzati minn xi Stat Membru biex jidħlu fit-territorju tiegħu għal raġunijiet umanitarji, għal raġunijiet ta’ interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali. Meta ċ-ċittadin minn pajjiż terz ikkonċernat ikun soġġett għal xi allert kif imsemmi fil-paragrafu 1(d), l-Istat Membru li jkun qed jawtorizza d-dħul tiegħu/tagħha fit-territorju tiegħu għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra b'dan.

KAPITOLU II

Il-kontroll ta’ fruntieri esterni u ċaħda tad-dħul

Artikolu 7

Twettiq ta’ verifiki fuq il-fruntiera

1.   Il-gwardji tal-fruntiera għandhom, fit-twettiq ta’ dmirijiethom, jirrispettaw b’mod sħiħ id-dinjità umana, b'mod partikolari f'każijiet li jinvolvu persuni vulnerabbli.

Kwalunkwe miżura li tittieħed fit-twettieq ta’ dmirijiethom għandha tkun proporzjonata għall-objettivi li tali miżuri jfittxu li jiksbu.

2.   Fit-twettiq ta’ verifiki fuq il-fruntiera, il-gwardji tal-fruntiera m’għandhomx jiddiskriminaw kontra persuni għal raġunijiet ta' sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, disabilità, età jew orjentazzjoni sesswali.

Artikolu 8

Verifiki fuq il-fruntiera fuq persuni

1.   Moviment transkonfini fi fruntieri esterni għandu jkun soġġett għal verifiki mill-gwardji tal-fruntiera. Il-verifiki għandhom jitwettqu skont dan il-kapitolu.

Il-verifiki jistgħu jkopru wkoll il-mezzi tat-trasport u l-oġġetti li jinsabu fil-pussess tal-persuni li jkunu qed jaqsmu l-fruntiera. Il-liġi tal-Istat Membru konċernat għandha tapplika għal kwalunkwe tiftix li jsir.

2.   Il-persuni kollha għandhom jgħaddu minn verifika minima sabiex jiġu stabbiliti l-identitajiet tagħhom abbażi tal-produzzjoni jew il-preżentazzjoni tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tagħhom. Tali verifika minima tikkonsisti f’verifika rapida u sempliċi, fejn ikun xieraq bl-użu ta’ mezzi tekniċi u billi tkun ikkonsultata informazzjoni esklussivament dwar dokumenti misruqa, misapproprijati, mitlufa u invalidati fid-databases rilevanti, dwar il-validità tad-dokument li jawtorizza lid-detentur leġittimu li jaqsam il-fruntiera u dwar il-preżenza ta’ sinjali ta’ falsifikazzjoni jew kontrafazzjoni.

Il-verifika minima msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun ir-regola għal persuni li jgawdu mid-dritt ta’ moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni.

Madankollu, fuq bażi mhux sistematika, meta jwettqu verifiki minimi fuq persuni li jgawdu mid-dritt ta' moviment liberu taħt il-liġi tal-Unjoni, il-gwardji tal-fruntiera jistgħu jikkonsultaw id-databases nazzjonali u Ewropej sabiex jiżguraw li persuna ma tirrappreżentax theddida ġenwina, preżenti u suffiċjentement serja għas-sigurtà interna, il-politika pubblika, ir-relazzjonijiet internazzjonali tal-Istati Membri jew theddida għas-saħħa pubblika.

Il-konsegwenzi ta’ tali konsultazzjonijiet m’għandhomx jipperikolaw id-dritt ta’ dħul ta’ persuni li jgawdu mid-dritt ta’ moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni fit-territorju tal-Istat Membru konċernat kif stabbilit fid-Direttiva 2004/38/KE.

3.   Mad-dħul u l-ħruġ, ċittadini ta’ pajjiżi terz għandhom ikunu soġġetti għal verifika bir-reqqa kif ġej:

(a)

verifiki bir-reqqa mad-dħul għandhom jinkludu l-verifika tal-kondizzjonijiet li jirregolaw id-dħul stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u, fejn hu applikabbli, ta’ dokumenti li jawtorizzaw ir-residenza u l-eżerċizzju ta’ attività professjonali. Dan għandu jinkludi eżami dettaljat tal-aspetti li ġejjin:

(i)

il-verifika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz huwa fil-pussess ta’ dokument validu biex jaqsam il-fruntiera u li ma jkunx skada, u li d-dokument ikun akkumpanjat, fejn applikabbli, mill-viża jew permess ta’ residenza meħtieġa;

(ii)

l-iskrutinju bir-reqqa tad-dokument tal-ivvjaġġar għal sinjali ta’ falsifikazzjoni jew kontrafazzjoni;

(iii)

l-eżami tat-timbri tad-dħul u tal-ħruġ fuq id-dokument tal-ivvjaġġar taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz kkonċernat, sabiex ikun verifikat, billi jitqabblu d-dati tad-dħul u tal-ħruġ, li dik il-persuna ma tkunx diġà qabżet it-tul massimu ta’ soġġorn awtorizzat fit-territorju tal-Istati Membri;

(iv)

il-verifika dwar il-punti ta’ tluq u destinazzjoni taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat u l-għan tas-soġġorn li bi ħsiebu jagħmel u, jekk meħtieġ, il-verifika tad-dokumenti ta’ sostenn korrispondenti;

(v)

il-verifika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat għandu mezzi suffiċjenti ta’ sussistenza għat-tul u l-għan tas-soġġorn li bi ħsiebu jagħmel, għar-ritorn tiegħu lejn il-pajjiż ta' oriġini jew transitu lejn pajjiż terz, li fihom huwa/hija j/tkun ċert/a li se t/jiġi ammess/a jew li jista'/tista' jikseb dawn il-mezzi b’mod leġittimu;

(vi)

il-verifika li ċ-ċitttadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat, il-mezz ta’ trasport tiegħu/tagħha u l-oġġetti li jkun qed iġorr ma jkunux ser jipperikolaw il-politika pubblika, is-sigurtà interna, is-saħħa pubblika jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ kwalunkwe mill-Istati Membri. Verifika bħal din għandha tinkludi konsultazzjoni diretta tad-data u l-allerti dwar persuni u, fejn ikun hemm bżonn, l-oġġetti li jinsabu fl-SIS u fil-fajls nazzjonali tad-data u l-azzjoni li għandha tittieħed, jekk ikun hemm, bħala riżultat ta’ allert;

(b)

jekk iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikollu viża msemmija fl-Artikolu 6(1)(b), il-verifiki bir-reqqa għad-dħul għandhom jinkludu wkoll il-verifika tal-identità tad-detentur tal-viża u tal-awtentiċità tal-viża, billi tiġi kkonsultata s-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;

(c)

b'deroga, konsultazzjoni mal-VIS tista' titwettaq billi jintuża n-numru tal-isticker tal-viża f'kull każ u, fuq għażla każwali, in-numru tal-istiker tal-viża flimkien mal-verifika tal-marki tas-swaba' meta:

(i)

ikun hemm traffiku tant intens li l-ħin ta' stennija fil-fruntieri jsir eċċessiv;

(ii)

ir-riżorsi kollha f'termini ta' persunal, ta' faċilitajiet u ta' organizzazzjoni jkunu diġà ġew eżawriti; u

(iii)

abbażi ta' evalwazzjoni, ma hemm l-ebda riskju relatat mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegal.

Madankollu, fil-każi kollha fejn hemm dubju dwar l-identitá tad-detentur tal-viża u/jew tal-awtentiċitá tal-viża, il-VIS għandha tiġi kkonsultata b'mod sistematiku billi jintuża n-numru tal-isticker tal-viża flimkien mal-verifika tal-marki tas-swaba'.

Din id-deroga tista' tiġi applikata biss fil-punti ta' qsim tal-fruntiera sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (i), (ii) u (iii);

(d)

id-deċiżoni li ssir konsultazzjoni mal-VIS skont il-punt (c) għandha tittieħed mill-gwardjan tal-fruntiera responsabbli mill-punt ta' qsim tal-fruntiera, jew minn livell ogħla.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lil Stati Membri oħrajn u lill-Kummissjoni b'tali deċiżjoni minnufih;

(e)

kull Stat Membru għandu, darba fis-sena, jittrasmetti rapport dwar l-applikazzjoni tal-punt (c) lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni, li għandu jinkludi n-numru ta' ċittadini ta' pajjiż terz, li saritilhom verifika permezz tal-VIS billi ntuża n-numru tal-isticker tal-viża biss u t-tul tal-ħin ta' stennija msemmi fil-punt (c)(i);

(f)

il-punti (c) u (d) għandhom japplikaw għal perijodu massimu ta' tliet snin, li jibda tliet snin wara li l-VIS tkun bdiet il-ħidmiet tagħha. Il-Kummissjoni għandha, qabel tmiem it-tieni sena tal-applikazzjoni tal-punti (c) u (d), tittrasmetti evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tagħhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Abbazi ta' dik l-evalwazzjoni, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' jistieden lill-Kummissjoni sabiex tipproponi emendi xierqa għal dan ir-Regolament;

(g)

verifiki bir-reqqa mal-ħruġ għandhom jinkludu:

(i)

il-verifika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun fil-pussess ta’ dokument validu sabiex jaqsam il-fruntiera;

(ii)

il-verifika tad-dokument tal-ivvjaġġar għal sinjali ta’ falsifikazzjoni jew kontrafazzjoni;

(iii)

meta possibbli, il-verifika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terx mhux meqjus bħala theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà interna jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ kwalunkwe mill-Istati Membri;

(h)

barra mill-verifiki msemmija fil-punt (g), verifiki bir-reqqa mal-ħruġ jistgħu jinkludu wkoll:

(i)

il-verifika li l-persuna hija fil-pussess ta’ viża valida, jekk meħtieġ skont ir-Regolament (KE) Nru 539/2001, ħlief meta jkollhom permess ta’ residenza validu; tali verifika tista' tinkludi l-konsultazzjoni tal-VIS skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;

(ii)

il-verifika li l-persuna ma qabżitx it-tul massimu ta’ soġġorn awtorizzat fit-territorju tal-Istati Membri;

(iii)

konsultazzjoni ta’ allerti dwar persuni u oġġetti inklużi fl-SIS u rapporti fil-fajls nazzjonali tad-data;

(i)

għall-finijiet tal-identifikazzjoni ta' kull persuna li jista' ma jkunx, jew ma jkunx għadu, jissodisfa l-kundizzjonijiet tad-dħul, waqfien jew residenza fit-territorju tal-Istati Membri, il-VIS tista' tiġi kkonsultata skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

4.   Meta jkunu jeżistu l-faċilitajiet u jekk mitlub miċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, dawn il-verifiki bir-reqqa għandhom jitwettqu f’żona li ma tkunx pubblika.

5.   Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu, ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu soġġetti għal verifika bir-reqqa fit-tieni linja għandhom jingħataw informazzjoni bil-miktub b'lingwa li jifhmu jew li hekk jista' raġonevolment ikun issopponut, u jekk meħtieġ f'forma effettiva oħra, li tiddikjara l-għan, u l-proċedura ta', tali verifika.

Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni u fil-lingwa/lingwi tal-pajjiż jew pajjiżi li jkollhom fruntiera mal-Istat Membru konċernat u għandha tindika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jista’ jitlob l-isem jew in-numru ta’ identifikazzjoni tas-servizz tal-gwardji tal-fruntiera li jkunu qed iwettqu l-verifika bir-reqqa fit-tieni linja kif ukoll l-isem tal-punt ta’ qsim tal-fruntiera u d-data ta’ meta nqasmet il-fruntiera.

6.   Verifiki fuq persuna li jkollha d-dritt għal moviment liberu taħt il-liġi tal-Unjoni għandhom jitwettqu skont id-Direttiva 2004/38/KE.

7.   Regoli dettaljati li jirregolaw l-informazzjoni li għandha tkun irreġistrata huma stabbiliti fl-Anness II.

8.   Meta japplika l-Artikolu 5(2)(a) jew (b), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll derogi mir-regoli stipulati f’dan l-Artikolu.

Artikolu 9

Tnaqqis tal-verifiki fuq il-fruntiera

1.   Verifiki fuq il-fruntiera fil-fruntieri esterni jistgħu jkunu mnaqqsa bħala riżultat ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti. Tali ċirkostanzi eċċezzjonali u imprevedibbli jitqiesu li jkunu dawk meta avvenimenti imprevedibbli jwasslu għal tali intensità ta’ traffiku li l-ħin ta’ stennija fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera jsir eċċessiv, u r-riżorsi kollha jkunu ġew eżawriti fir-rigward tal-persunal, il-faċilitajiet u l-organizzazzjoni.

2.   Fejn il-verifiki fuq il-fruntiera jkunu mnaqqsa skont il-paragrafu 1, il-verifiki fuq il-fruntiera fuq movimenti ta’ dħul għandhom fil-prinċipju jieħdu prijorità fuq il-verifiki fuq il-fruntiera ta’ movimenti ta’ ħruġ.

Id-deċiżjoni li jkunu mnaqqsa l-verifiki għandha tittieħed mill-gwardja tal-fruntiera li jkollu l-kmand tal-punt ta’ qsim tal-fruntiera.

Dan it-tnaqqis ta’ verifiki għandu jkun temporanju, ikun adattat għaċ-ċirkostanzi li jiġġustifikawh u għandu jinbeda gradwalment.

3.   F’każ illi l-verifiki fuq il-fruntiera jiġu mnaqqsa, il-gwardja tal-fruntiera għandu jittimbra d-dokumenti tal-ivvjaġġar ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz kemm mad-dħul kif ukoll mal-ħruġ, skont l-Artikolu 11.

4.   Kull Stat Membru għandu jibgħat darba fis-sena rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni.

Artikolu 10

Korsiji separati u informazzjoni fuq tabelli

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu korsiji separati, b’mod partikolari f’punti ta’ qsim tal-fruntieri tal-ajru parti sabiex iwettqu verifiki fuq persuni skont l-Artikolu 8. Dawn il-korsiji għandhom ikunu differenzjati permezz ta’ tabelli li jġibu l-indikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness III.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu korsiji separati fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri tal-baħar u tal-art tagħhom u fil-fruntieri bejn Stati Membri li ma japplikawx l-Artikolu 22 fil-fruntieri komuni tagħhom. It-tabelli li jkollhom l-indikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness III għandhom jintużaw jekk l-Istati Membri jipprovdu korsiji separati f’dawn il-fruntieri.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali korsiji jkunu murija b’mod ċar permezz ta' tabelli, inkluż meta r-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-użu tal-korsiji differenti ma jkunux applikati kif previst fil-paragrafu 4, sabiex ikunu żgurati l-aħjar livelli ta’ fluss ta’ persuni li jaqsmu l-fruntiera.

2.   Persuni li jgawdu mid-dritt ta’ moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni huma intitolati li jużaw il-korsiji indikati bit-tabella murija fit-taqsima A (“UE, ŻEE, CH”) tal-Anness III. Jistgħu jużaw ukoll il-korsiji indikati bit-tabella murija fil-parti B1 (“mhux meħtieġa viża”) u l-parti B2 (“il-passaporti kollha”) tal-Anness III.

Ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma jkollhomx l-obbligu li jkollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 539/2001 u ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkollhom permess ta' residenza validu jew viża ta' soġġorn fit-tul jistgħu jużaw il-korsiji indikati bit-tabella murija fil-parti B1 (“mhux meħtieġa viża”) tal-Anness III ta' dan ir-Regolament. Huma jistgħu wkoll jużaw il-korsiji indikati bit-tabella murija fil-parti B2 (“il-passaporti kollha”) tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Il-persuni l-oħra kollha għandhom jużaw il-korsiji indikati bit-tabella murija fil-parti B2 (“il-passaporti kollha”) tal-Anness III.

L-indikazzjonijiet fuq it-tabelli msemmija fl-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi jistgħu jkunu bil-lingwa jew bil-lingwi li kull Stat Membru jqis xierqa.

Id-disponibilità ta’ korsiji separati indikati bit-tabella murija fil-parti B1 (“mhux meħtieġa viża”) tal-Anness III mhix obbligatorja. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk għandux ikun hemm tali korsiji u f'liema punti ta' qsim tal-fruntiera skont il-ħtiġijiet prattiċi.

3.   F’punti ta’ qsim tal-fruntiera tal-baħar jew tal-art, l-Istati Membri jistgħu jisseparaw it-traffiku tal-vetturi f’korsiji differenti għall-vetturi ħfief u dawk tqal u karozzi tal-linja bl-użu ta’ tabelli kif muri fl-Anness III, parti C.

L-Istati Membri jistgħu jvarjaw l-indikazzjonijiet fuq dawn it-tabelli fejn xieraq fid-dawl taċ-ċirkostanzi lokali.

4.   Fil-każ ta’ żbilanċ temporanju fil-flussi tat-traffiku f’xi punt ta’ qsim tal-fruntiera partikolari, ir-regoli għall-użu ta’ korsiji differenti jistgħu ma jkunux applikati mill-awtoritajiet kompetenti għat-tul ta’ żmien meħtieġ biex dan l-iżbilanċ jiġi eliminat.

Artikolu 11

Ittimbrar tad-dokumenti tal-ivvjaġġar

1.   Id-dokumenti tal-ivvjaġġar ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz għandhom jiġu ttimbrati b’mod sistematiku mad-dħul u l-ħruġ. B’mod partikolari timbru tad-dħul jew ħruġ għandu jsir fuq:

(a)

id-dokumenti li fuqhom ikollhom viża valida, u li jippermettu lil ċittadini ta’ pajjiż terz jaqsmu l-fruntiera;

(b)

id-dokumenti li jippermettu lil ċittadini ta’ pajjiż terz, li tkun inħarġitilhom viża fuq il-fruntiera minn Stat Membru biex jaqsmu l-fruntiera;

(c)

id-dokumenti li jippermettu lil ċittadini ta’ pajjiż terz li m’humiex soġġetti għall-ħtieġa ta’ viża biex jaqsmu l-fruntiera.

2.   Id-dokumenti tal-ivvjaġġar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li għalihom tapplika d-Direttiva 2004/38/KE, iżda li ma jippreżentawx il-karta ta’ residenza prevista f’dik id-Direttiva, għandhom jiġu ttimbrati mad-dħul u mal-ħruġ.

Id-dokumenti tal-ivvjaġġar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jgawdu mid-dritt skont il-liġi tal-Unjoni għal moviment liberu, iżda li ma jippreżentawx il-karta ta’ residenza prevista fid-Direttiva 2004/38/KE, għandhom jiġu ttimbrati mad-dħul u mal-ħruġ.

3.   M’għandu jkun hemm l-ebda timbru ta’ dħul jew ta’ ħruġ:

(a)

fuq id-dokumenti tal-ivvjaġġar ta’ Kapijiet ta’ Stat u dinjitarji li l-wasla tagħhom tkun ġiet imħabbra bil-quddiem uffiċjalment permezz tal-kanali diplomatiċi;

(b)

fuq liċenzji ta’ bdoti jew ċertifikati ta’ membri tal-ekwipaġġ tal-ajru;

(c)

fuq dokumenti tal-ivvjaġġar ta’ baħħara li huma preżenti fit-territorju ta’ Stat Membru biss meta l-bastiment tagħhom jidħol f’port u jkunu fiż-żona tal-port fejn daħal il-bastiment;

(d)

fuq id-dokumenti tal-ivvjaġġar tal-ekwipaġġ u l-passiġġieri ta’ bastimenti tal-kruċiera li mhumiex soġġetti għall-verifiki fuq il-fruntiera skont il-punt 3.2.3 tal-Anness VI;

(e)

fuq dokumenti li jippermettu liċ-ċittadini ta’ Andorra, Monako u San Marino jaqsmu l-fruntiera;

(f)

għad-dokumenti tal-ivvjaġġar tal-ekwipaġġ ta’ ferroviji tal-passiġġieri u tal-merkanzija li joperaw konnessjonijiet internazzjonali;

(g)

għad-dokumenti tal-ivvjaġġar ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jippreżentaw karta ta’ residenza prevista fid-Direttiva 2004/38/KE.

Eċċezzjonalment, fuq talba ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, jista’ ma jsirx timbru ta’ dħul jew ta’ ħruġ, jekk it-timbru jista’ jikkawża diffikultajiet serji għal dik il-persuna. F’dak il-każ, id-dħul jew il-ħruġ għandu jkun irreġistrat fuq folja separata bl-indikazzjoni tal-isem u n-numru tal-passaport ta' dik il-persuna. Din il-folja għandha tingħata liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jżommu l-istatistika ta' każijiet eċċezzjonali bħal dawn u jistgħu jipprovdu dik l-istatistika lill-Kummissjoni.

4.   L-arranġamenti prattiċi għall-ittimbrar jinstabu fl-Anness IV.

5.   Kull meta jkun possibbli, iċ-ċittadini ta’ pajjiż terz għandhom ikunu informati bl-obbligu tal-gwardja tal-fruntiera li jittimbra d-dokument tal-ivvjaġġar tagħhom mad-dħul u mal-ħruġ, anke meta l-verifiki jiġu mnaqqsa skont l-Artikolu 9.

Artikolu 12

Preżunzjonijiet fir-rigward tat-twettiq tal-kondizzjonijiet tat-tul ta' soġġorn

1.   Jekk id-dokument tal-ivvjaġġar ta' ċittadin ta' pajjiż terz ma jkollux timbru tad-dħul, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jassumu li d-detentur ma jissodisfax, jew ma għadux jissodisfa, il-kondizzjonijiet ta' tul ta’ soġġorn applikabbli fl-Istat Membru konċernat.

2.   Il-preżunzjoni fil-paragrafu 1 tista' tiġi ribattuta meta ċittadin ta' pajjiż terz, bi kwalunkwe mezz, jipprovdi evidenza kredibbli bħal biljetti ta' trasport jew prova tal-preżenza tiegħu jew tagħha barra mit-territorju tal-Istati Membri, li turi li hu jew hi rrispetta(t) il-kondizzjonijiet li jirrelataw mat-tul ta’ soġġorn qasir.

F'dawn il-każijiet:

(a)

meta ċ-ċittadin ta' pajjiż terz jinsab fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw, skont il-liġi u l-prattika nazzjonali, fid-dokument tal-ivvjaġġar taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz id-data u l-post fejn il-persuna qasmet il-fruntiera esterna ta' wieħed mill-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen bis-sħiħ;

(b)

meta ċ-ċittadin ta' pajjiż terz jinsab fit-territorju ta' Stat Membru li fir-rigward tiegħu ma tteħditx id-deċiżjoni kkontemplata fl-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, fl-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni 2005 u fl-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni 2011, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw, skont il-liġi u l-prattika nazzjonali, fid-dokument tal-ivvjaġġar taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz id-data u l-post fejn il-persuna qasmet il-fruntiera esterna ta' dak l-Istat Membru.

Minbarra l-indikazzjonijiet imsemmija f’(a) u (b), tista’ tingħata formola kif muri fl-Anness VIII liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin u lill-Kummissjoni u lis-Segretarjat tal-Kunsill bil-prattiki nazzjonali tagħhom rigward l-indikazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu.

3.   Fil-każ li l-preżunzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiġix imwaqqa', iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jista' jerġa' jirritorna skont id-Direttiva 2008/115/KE (28) u skont il-liġi nazzjonali li tirrispetta lil dik id-Direttiva;

4.   Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mutatis mutandis fin-nuqqas tat-timbru tal-ħruġ.

Artikolu 13

Sorveljanza fuq il-fruntiera

1.   L-għan ewlieni tas-sorveljanza tal-fruntieri għandu jkun biex ma jitħalliex li jsir il-qsim mhux awtorizzat tal-fruntiera, sabiex tiġi miġġielda l-kriminalità transkonfinali u biex jittieħdu miżuri kontra persuni li jkunu qasmu l-fruntiera b’mod illegali. Persuna li tkun qasmet fruntiera illegalment u li m'għandha l-ebda dritt tibqa' fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat għandha tiġi arrestata u ssir soġġetta għall-proċeduri li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE.

2.   Il-gwardji tal-fruntiera għandhom jużaw unitajiet stazzjonarji jew mobbli biex iwettqu s-sorveljanza tal-fruntieri.

Din is-sorveljanza għandha sseħħ b’tali mod li ma tħallix u tiskoraġġixxi persuni milli jevitaw il-verifiki f’punti ta’ qsim tal-fruntiera.

3.   Is-sorveljanza bejn punti ta’ qsim tal-fruntiera għandha titwettaq minn gwardji tal-fruntiera li n-numru u l-metodi tagħhom għandhom jiġu adattati għar-riskji u t-theddid eżistenti jew previsti. Hija għandha tinvolvi bdil frekwenti u għall-għarrieda tal-perijodi ta’ sorveljanza, sabiex qsim mhux awtorizzat tal-fruntiera jkun dejjem f’riskju li jinqabad.

4.   Is-sorveljanza għandha ssir permezz ta’ unitajiet stazzjonarji jew mobbli li jwettqu dmirijiethom permezz ta’ rondi jew billi jistazzjonaw irwieħhom f’postijiet magħrufa li huma jew huma meqjusa sensittivi, bl-għan li b’din is-sorveljanza jinqabdu individwi li jkunu qed jaqsmu l-fruntiera illegalment. Is-sorveljanza tista’ titwettaq ukoll b’mezzi tekniċi, inklużi dawk elettroniċi.

5.   Il-Kummissjoni għandha jkollha s-segħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 37 rigward miżuri addizzjonali li jirregolaw is-sorveljanza.

Artikolu 14

Ċaħda tad-dħul

1.   Ċittadin ta’ pajjiż terz li ma jissodisfax il-kondizzjonijiet ta’ dħul kollha stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u li mhux wieħed mill-kategoriji ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 6(5) għandu jiġi mċaħħad milli jidħol fit-territorji tal-Istati Membri. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dritt tal-asil u l-protezzjoni internazzjonali jew il-ħruġ ta’ viżi għal soġġorn twil.

2.   Id-dħul jista’ jiġi miċħud biss b’deċiżjoni sostanzjata li tagħti r-raġunijiet preċiżi għaċ-ċaħda. Id-deċiżjoni għandha tittieħed minn awtorità li tingħata s-setgħa mil-liġi nazzjonali. Hi għandha tidħol fis-seħħ immedjatament.

Id-deċiżjoni sostanzjata li ssemmi r-raġunijiet preċiżi għaċ-ċaħda tingħata permezz ta’ formola standard, skont fl-Anness V, parti B, miktuba mill-awtorità li ngħatat is-setgħa mil-liġi nazzjonali biex tiċħad id-dħul. Il-formola standard mimlija għandha tingħata liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat, li għandu jirrikonoxxi li jkun irċieva d-deċiżjoni li tiċħad id-dħul permezz ta’ dik il-formola.

3.   Persuni li jkun mċaħħda d-dħul għandu jkollhom id-dritt ta’ appell. L-appelli għandhom isiru skont il-liġi nazzjonali. Indikazzjoni bil-miktub dwar il-punti ta’ kuntatt li jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar rappreżentanti kompetenti biex jaġixxu f’isem iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz skont il-liġi nazzjonali għandha wkoll tingħata liċ-ċittadin ta’ pajiż terz.

L-applikazzjoni għal appell m’għandiex ikollha l-effett li tissospendi d-deċiżjoni li tiċħad id-dħul.

Mingħajr preġudizzju għal xi kumpens mogħti skont il-liġi nazzjonali, iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat għandu jkun intitolat għal korrezzjoni tat-timbru tad-dħul ikkanċellat, u għal kwalunkwe kanċellazzjoni jew addizzjoni li tkun saret, mill-Istat Membru li jkun ċaħad id-dħul jekk l-appell jikkonkludi li d-deċiżjoni biex jiġi miċħud id-dħul ma kinitx fondata.

4.   Il-gwardji tal-fruntieri għandhom jiżguraw li ċittadin ta’ pajjiż terz li ġie miċħud lilu d-dħul ma jidħolx fit-territorju tal-Istat Membru konċernat.

5.   L-Istati Membri għandhom jiġbru statistika dwar in-numru ta’ persuni li jkun iċċaħdilhom id-dħul, ir-raġunijiet għaċ-ċaħda, iċ-ċittadinanza tal-persuni li jkun iċċaħdilhom id-dħul u t-tip ta’ fruntiera (art, ajru jew baħar) li fiha kien miċħud id-dħul u għandhom jippreżentaw din l-istatistika kull sena lill-Kummissjoni (Eurostat) skont ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 (29).

6.   Regoli dettaljati li jirregolaw id-dħul miċħud jingħataw fil-parti A tal-Anness V.

KAPITOLU III

Persunal u riżorsi għall-kontrolli fuq il-fruntiera u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri

Artikolu 15

Persunal u riżorsi għall-kontrolli fuq il-fruntiera

L-Istati Membri għandhom iħaddmu persunal u riżorsi xierqa u f’numri suffiċjenti sabiex iwettqu kontrolli fuq il-fruntieri esterni, skont l-Artikoli 7 sa 14, b’tali mod li jkun żgurat livell effiċjenti, għoli u uniformi ta’ kontrolli fuq il-fruntieri esterni tagħhom.

Artikolu 16

Implimentazzjoni tal-kontroll

1.   Il-kontrolli fuq il-fruntiera previsti fl-Artikoli 7 sa 14 għandhom jitwettqu mill-gwardji nazzjonali skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u l-liġi nazzjonali.

Fit-twettiq ta’ dawn il-kontrolli fuq il-fruntiera, is-setgħat biex jinbdew proċedimenti kriminali mogħtija lill-gwardji tal-fruntiera mil-liġi nazzjonali u li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament m’għandhomx jiġu affettwati.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-gwardji tal-fruntiera jkunu professjonisti speċjalizzati u mħarrġa sew, b'kont meħud tal-kurrikuli komuni għall-formazzjoni tal-gwardji tal-fruntiera stabbiliti u żviluppati mill-Aġenżija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri (‘l-Aġenzija') stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004. Il-kurrikuli ta’ taħriġ għandhom jinkludu taħriġ speċjalizzat biex jiġu individwati u trattati sitwazzjonijiet li jinvolvu persuni vulnerabbli, bħal minorenni mhux akkumpanjati u vittmi ta’ traffikar. L-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Aġenzija, għandhom iħeġġu lill-gwardji tal-fruntiera biex jitgħallmu l-lingwi meħtieġa għat-twettiq ta’ dmirijiethom.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-lista ta’ servizzi nazzjonali responsabbli għall-kontrolli fuq il-fruntiera taħt il-liġi nazzjonali tagħhom skont l-Artikolu 39.

3.   Biex jikkontrollaw il-fruntieri b’mod effettiv, kull Stat Membru għandu jiżgura li jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib u kontinwa bejn is-servizzi nazzjonali tiegħu responsabbli għall-kontrolli fuq il-fruntiera.

Artikolu 17

Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri

1.   L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin u għandhom iżommu kooperazzjoni kontinwa u mill-qrib bil-ħsieb li jkun hemm implimentazzjoni effettiva tal-kontrolli fuq il-fruntiera, skont l-Artikoli 7 sa 16. Huma għandhom jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti kollha.

2.   Il-kooperazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-amministrazzjoni tal-fruntieri esterni għandha tiġi koordinata mill-Aġenzija.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Aġenzija, l-Istati Membri jistgħu jibqgħu jikkooperaw f'livell operattiv ma' Stati Membri oħra u/jew pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni, inkluż l-iskambju ta’ uffiċjali ta’ kollegament, fejn tali kooperazzjoni tikkomplimenta l-azzjoni tal-Aġenzija.

L-Istati Membri għandhom jastjenu minn kwalunkwe attività li tista' tipperikola l-funzjonament tal-Aġenzija jew il-kisba tal-objettivi tagħha.

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Aġenzija dwar din il-kooperazzjoni operattiva msemmija fl-ewwel subparagrafu.

4.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu taħriġ dwar ir-regoli tal-kontrolli fuq il-fruntiera kif ukoll dwar id-drittijiet fundamentali. F’dan ir-rigward, għandu jittieħed kont tal-istandards komuni tat-taħriġ kif stabbiliti u żviluppati aktar mill-Aġenzija.

Artikolu 18

Kontrolli konġunti

1.   L-Istati Membri li ma japplikawx l-Artikolu 22 fil-fruntieri tal-art komuni tagħhom jistgħu, sad-data tal-applikazzjoni ta’ dak l-Artikolu, b’mod konġunt jikkontrollaw dawk il-fruntieri komuni, f’liema każ persuna tista’ tiġi mwaqqfa darba biss sabiex isirulha l-verifiki tad-dħul u tal-ħruġ, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà individwali tal-Istati Membri li tirriżulta mill-Artikoli 7 sa 14.

Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jikkonkludu bejniethom arranġamenti bilaterali.

2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-arranġamenti konklużi skont il-paragrafu 1.

KAPITOLU IV

Regoli speċifiċi għall-verifiki fuq il-fruntiera

Artikolu 19

Regoli speċifiċi għal tipi differenti ta’ fruntiera u l-mezzi differenti ta’ trasport użati biex jinqasmu l-fruntieri esterni

Ir-regoli speċifiċi stabbiliti fl-Anness VI għandhom japplikaw għall-verifiki mwettqa fit-tipi differenti ta’ fruntiera u l-mezzi differenti ta’ trasport użati biex jinqasmu l-punti ta' qsim tal-fruntieri.

Dawk ir-regoli speċifiċi jista' jkun fihom derogi mill-Artikoli 5 u 6 u l-Artikoli 8 sa 14.

Artikolu 20

Regoli speċifiċi għall-verifiki fuq ċerti kategoriji ta’ persuni

1.   Ir-regoli speċifiċi stabbiliti fl-Anness VII għandhom japplikaw għall-verifiki fuq il-kategoriji ta’ persuni li ġejjin:

(a)

Kapijiet ta’ Stat u membri tad-delegazzjoni tagħhom;

(b)

bdoti tal-ajru u membri oħra tal-ekwipaġġ;

(c)

baħħara;

(d)

żammiema ta’ passaporti diplomatiċi, uffiċjali jew tas-servizz u membri ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali;

(e)

ħaddiema transkonfini;

(f)

minorenni;

(g)

servizzi ta’ salvataġġ, il-pulizija u s-servizzi tat-tifi tan-nar u l-gwardja tal-fruntiera;

(h)

il-ħaddiema offshore.

Dawk ir-regoli speċifiċi jista' jkun fihom derogi mill-Artikoli 5 u 6 u l-Artikoli 8 sa 14.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-karti mudell maħruġa mill-Ministeri tagħhom lill-membri akkreditati tal-missjonijiet diplomatiċi u r-rappreżentazzjonijiet konsulari u lill-membri tal-familji tagħhom skont l-Artikolu 39.

KAPITOLU V

Miżuri speċifiċi fil-każ ta' nuqqasijiet serji relatati mal-kontrolli fuq il-fruntieri esterni

Artikolu 21

Miżuri fil-fruntieri esterni u l-appoġġ mill-Aġenzija

1.   F'każ li fit-twettiq tal-kontrolli fuq il-fruntieri esterni jiġu identifikati nuqqasijiet serji f'rapport ta' evalwazzjoni mfassal taħt l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1053/2013, u sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15 ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' tirrakkomanda, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li l-Istat Membru evalwat jieħu ċerti miżuri speċifiċi, li jistgħu jinkludu waħda jew it-tnejn li ġejjin:

(a)

jibda jiskjera timijiet tal-għassa tal-fruntiera Ewropea f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2007/2004;

(b)

jippreżenta l-pjanijiet strateġiċi tiegħu, abbażi ta' stima tar-riskji, inkluża informazzjoni dwar l-iskjerament ta' persunal u tagħmir, lill-Aġenzija għall-opinjoni tagħha dwarhom.

Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 38(2).

2.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 38(1) fuq bażi regolari dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u dwar l-impatt tagħhom fuq in-nuqqasijiet identifikati.

Hija għandha tinforma wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan.

3.   Fejn rapport ta' evalwazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 ikun ikkonkluda li l-Istat Membru evalwat qed jonqos serjament mill-obbligi tiegħu u jkollu għalhekk jirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni rilevanti fi żmien tliet xhur b'konformità mal-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1053/2013, u fejn, wara dak il-perijodu ta' tliet xhur, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-sitwazzjoni qed tippersisti, dan jista' jagħti lok għall-applikazzjoni tal-proċedura prevista f'dak l-Artikolu 29 ta' dan ir-Regolament fejn il-kondizzjonijiet kollha għal hekk jiġu sodisfatti.

TITOLU III

FRUNTIERI INTERNI

KAPITOLU I

Assenza ta’ kontrolli fuq il-fruntieri fil-fruntieri interni

Artikolu 22

Qsim tal-fruntieri interni

Fruntieri interni jistgħu jinqasmu minn kull punt mingħajr ma jsiru verifiki fuq il-fruntiera fuq persuni, tkun xi tkun iċ-ċittadinanza tagħhom.

Artikolu 23

Verifiki fit-territorju

L-assenza tal-kontrolli fuq il-fruntieri fil-fruntieri interni m’għandhiex taffettwa:

(a)

l-eżerċizzju ta’ setgħat ta’ pulizija mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri taħt il-liġi nazzjonali, safejn l-eżerċizzju ta’ dawn is-setgħat ma jkollux effett ekwivalenti għal verifiki fuq il-fruntiera; dan japplika wkoll f’żoni tal-fruntiera. Fit-tifsira tal-ewwel sentenza, l-eżerċizzju ta’ setgħat ta’ pulizija ma jistax, b’mod partikolari, ikun ikkunsidrat ekwivalenti għall-eżerċizzju ta’ kontrolli fuq il-fruntiera meta l-miżuri ta’ pulizija:

(i)

ma jkollhomx bħala objettiv il-kontrolli fuq il-fruntiera;

(ii)

ikunu bbażati fuq informazzjoni u esperjenza ġenerali ta’ pulizija dwar theddid possibbli għas-sigurtà pubblika u jkunu mmirati, b’mod partikolari, biex jiġġieldu l-kriminalità transkonfini;

(iii)

huma maħsuba u mwettqa b’mod li huwa differenti b’mod ċar minn verifiki sistematiċi fuq persuni fil-fruntieri esterni;

(iv)

huma mwettqa abbażi ta’ verifiki saltwarji;

(b)

il-verifiki ta’ sigurtà fuq persuni mwettqa f’portijiet u ajruporti mill-awtoritajiet kompetenti taħt il-liġi ta’ kull Stat Membru, minn uffiċjali tal-port jew ajruport jew trasportaturi, basta li tali verifiki jitwettqu wkoll fuq persuni li jivvjaġġaw fi Stat Membru;

(c)

il-possibbiltà għal Stat Membru li jipprovdi, permezz ta’ liġi, għal obbligu li wieħed ikun fil-pussess jew iġorr miegħu karti u dokumenti;

(d)

il-possibbiltà għal Stat Membru li bil-liġi jipprevedi obbligu fuq ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrapportaw il-preżenza tagħhom fit-territorju tiegħu skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni ('Konvenzjoni ta' Schengen').

Artikolu 24

Tneħħija ta’ ostakoli għat-traffiku f’punti ta’ qsim stradali fi fruntieri interni

L-Istati Membri għandhom ineħħu kull ostakolu għaċ-ċirkolazzjoni fluwida tat-traffiku fi fruntieri interni, b’mod partikolari kwalunkwe limitu ta’ veloċità li ma jkunx ibbażat b’mod esklussiv fuq konsiderazzjonjiet ta’ sigurtà stradali.

Fl-istess waqt, l-Istati Membri għandhom ikunu ppreparati biex jipprovdu għal faċilitajiet għal verifiki f’każ li jerġgħu jiddaħħlu kontrolli fuq il-fruntieri interni.

KAPITOLU II

Dħul mill-ġdid temporanju ta’ kontrolli fuq il-fruntiera fil-fruntieri interni

Artikolu 25

Qafas ġenerali għall-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni

1.   Fejn, f'żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni jkun hemm theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fi Stat Membru, dak l-Istat Membru jista' eċċezzjonalment jerġa' jintroduċi l-kontrolli fuq il-fruntieri fil-partijiet kollha tal-fruntieri interni tiegħu jew f'partijiet speċifiċi tagħhom għal perijodu limitat ta' mhux aktar minn 30 jum jew għall-perijodu prevedibbli tat-theddida serja jekk il-perijodu jaqbeż it-30 jum. L-iskop u t-tul ta’ żmien tal-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni m’għandux jaqbeż dak li hu strettament neċessarju b’risposta għat-theddida serja.

2.   Il-kontrolli fuq il-fruntieri interni għandhom jiġu introdotti mill-ġdid biss bħala l-aħħar soluzzjoni, u f'konformità mal-Artikoli 27, 28 u 29. Il-kriterji msemmija, rispettivament, fl-Artikoli 26 u 30, għandhom jiġu kkunsidrati f'kull każ fejn tiġi kkunsidrata deċiżjoni dwar l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni skont l-Artikolu 27, 28 jew 29 rispettivament.

3.   Jekk it-theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fl-Istat Membru konċernat tippersisti lil hinn mill-perijodu previst fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dak l-Istat Membru jista' jestendi l-kontrolli fuq il-fruntieri interni tiegħu, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kriterji msemmija fl-Artikolu 26 u f'konformità mal-Artikolu 27, għall-istess raġunijiet bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u, filwaqt li jittieħed kont ta' kwalunkwe element ġdid, għal perijodi li jistgħu jiġġeddu ta' mhux aktar minn 30 jum.

4.   Il-perijodu totali li matulu jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli fuq il-fruntieri interni, inkluż kwalunkwe estensjoni skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, m'għandux jaqbeż is-sitt xhur. Fejn hemm ċirkostanzi eċċezzjonali bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 29, dak il-perijodu totali jista' jiġi estiż għal żmien massimu ta' sentejn b'konformità mal-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu.

Artikolu 26

Kriterji għall-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni

Fejn Stat Membru jiddeċiedi, bħala l-aħħar soluzzjoni, li jintroduċi mill-ġdid b'mod temporanju kontrolli ta' xi waħda jew aktar mill-fruntieri interni tiegħu jew ta' xi partijiet minnhom jew jiddeċiedi li jestendi tali introduzzjoni mill-ġdid, taħt l-Artikolu 25 jew l-Artikolu 28(1), huwa għandu jivvaluta sa fejn miżura x'aktarx li tirrimedja b'mod adegwat it-theddida għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna, u għandu jevalwa l-proporzjonalità tal-miżura mqabbla ma' dik it-theddida. Meta jagħmel dawn il-valutazzjonijiet, l-Istat Membru għandu b'mod partikolari jqis dawn li ġejjin:

(a)

l-impatt probabbli ta' kwalunkwe theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fl-Istat Membru konċernat, inkluż wara inċidenti jew theddidiet terroristiċi kif ukoll dawk maħluqa mill-kriminalità organizzata;

(b)

l-impatt probabbli ta' tali miżura fuq moviment liberu ta' persuni fi ħdan iż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni.

Artikolu 27

Proċedura għall-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni skont l-Artikolu 25

1.   Fejn Stat Membru jippjana l-introduzzjoni mill-ġdid ta' kontrolli fuq il-fruntieri interni taħt l-Artikolu 25, huwa għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn erba' ġimgħat qabel l-introduzzjoni mill-ġdid ippjanata, jew fi żmien perijodu iqsar fejn iċ-ċirkostanzi li jwasslu għall-bżonn tal-introduzzjoni mill-ġdid ta' kontrolli fuq il-fruntieri interni jsiru magħrufa f'inqas minn erba' ġimgħat qabel l-introduzzjoni mill-ġdid ippjanata. Għal dak l-għan, l-Istat Membru għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

ir-raġunijiet għall-introduzzjoni mill-ġdid proposta, inkluż id-data relevanti kollha li tagħti dettalji tal-avvenimenti li jikkostitwixxu theddida serja għall-ordni pubbliku tiegħu jew għas-sigurtà interna tiegħu;

(b)

l-iskop tal-introduzzjoni mill-ġdid proposta, li jispeċifika f'liema parti jew partijiet tal-fruntieri interni ser jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli fuq il-fruntieri;

(c)

l-ismijiet tal-punti ta’ qsim awtorizzati;

(d)

id-data u t-tul ta’ żmien għall-introduzzjoni mill-ġdid ippjanata;

(e)

fejn ikun il-każ, il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri l-oħra.

Tista' tiġi ppreżentata wkoll b'mod konġunt notifika taħt l-ewwel subpragrafu minn żewġ Stati Membri jew aktar.

Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ titlob tagħrif addizzjonali mill-Istat Membru jew Stati Membri konċernati.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin li tiġi notifikata lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni skont dak il-paragrafu.

3.   L-Istati Membri li jagħmlu notifika taħt il-paragrafu 1 jistgħu, fejn ikun meħtieġ u f'konformità mal-liġi nazzjonali, jiddeċiedu li jikklassifikaw partijiet mill-informazzjoni.

Tali klassifikazzjoni m'għandhiex tipprekludi li l-informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni għall-Parlament Ewropew. It-trasmissjoni u t-trattament tal-informazzjoni u dokumenti mibgħutin lill-Parlament Ewropew taħt dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw mar-regoli rigward it-trasmissjoni u t-trattament tal-informazzjoni klassifikata li huma applikabbli bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni.

4.   Wara n-notifika mill-Istat Membru taħt il-paragrafu 1, u bil-għan tal-konsultazzjoni prevista fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni jew kwalunkwe Stat Membru ieħor jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 72 TFUE, joħorġu opinjoni.

Jekk, abbażi tal-informazzjoni li tinsab fin-notifika jew kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tkun irċeviet, il-Kummissjoni jkollha tħassib fir-rigward tal-ħtieġa jew proporzjonalità tal-introduzzjoni mill-ġdid ippjanata tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni, jew jekk tqis li jkun xieraq li ssir konsultazzjoni dwar xi aspett tan-notifika, hija għandha toħroġ opinjoni b'dak l-iskop.

5.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u kwalunkwe opinjoni tal-Kummissjoni jew tal-Istat Membru skont il-paragrafu 4, għandhom ikunu s-suġġett ta’ konsultazzjoni, inkluż, fejn ikun il-każ, laqgħat konġunti, bejn l-Istat Membru li qed jippjana jintroduċi mill-ġdid il-kontrolli fuq il-fruntieri interni, l-Istati Membri l-oħra, speċjalment dawk affettwati direttament minn tali miżuri, u l-Kummissjoni, bil-ħsieb li tiġi organizzata, fejn xieraq, kooperazzjoni reċiproka bejn l-Istati Membri u biex tiġi eżaminata l-proporzjonalità tal-miżuri mal-avvenimenti li jkunu taw lok għall-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fuq il-fruntieri u t-theddida għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna.

6.   Il-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 għandha ssir mill-inqas għaxart ijiem qabel id-data li fiha jkun ippjanat li jerġgħu jiġu introdotti l-kontrolli fuq il-fruntieri.

Artikolu 28

Proċedura speċifika għal każijiet li jeħtieġu azzjoni immedjata

1.   Fejn theddida serja għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna ta’ Stat Membru teħtieġ li tittieħed azzjoni urġenti, l-Istat Membru konċernat jista’, fuq bażi eċċezzjonali, immedjatament jintroduċi mill-ġdid il-kontrolli fuq il-fruntieri interni għal perijodu limitat ta' mhux aktar minn għaxart ijiem.

2.   Fejn Stat Membru jintroduċi mill-ġdid il-kontrolli fuq il-fruntieri interni tiegħu, huwa għandu, b'mod simultanju, jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar dan, u għandu jagħti l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(1), inklużi r-raġunijiet li jiġġustifikaw l-użu tal-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni tista' tikkonsulta lill-Istati Membri l-oħra immedjatament wara li tirċievi n-notifika.

3.   Jekk it-theddida serja għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna ddum aktar mill-perijodu previst fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istat Membru jista' jiddeċiedi li jestendi l-kontrolli fuq il-fruntieri interni għal perijodi li jistgħu jiġġeddu ta' mhux aktar minn 20 jum. Meta jagħmel dan, l-Istat Membru konċernat għandu jikkunsidra l-kriterji msemmija fl-Artikolu 26, inkluża valutazzjoni aġġornata tal-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-miżura, u għandu jikkunsidra kwalunkwe element ġdid.

F'każ li tittieħed tali estensjoni, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 27(4) u (5) għandhom japplikaw mutatis mutandis, u l-konsultazzjoni għandha ssir mingħajr dewmien wara li d-deċiżjoni ta' estensjoni tkun ġiet innotifikata lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25(4), il-perijodu totali li matulu jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli fuq il-fruntieri interni, abbażi tal-perijodu inizjali skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u kwalunkwe estensjoni taħt il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, m'għandux jaqbeż ix-xahrejn.

5.   Il-Kummissjoni għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew dwar in-notifiki magħmulin taħt dan l-Artikolu.

Artikolu 29

Proċedura speċifika fejn ċirkostanzi eċċezzjonali jqiegħdu f'riskju l-funzjonament ġenerali taż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni

1.   F'ċirkostanzi eċċezzjonali fejn il-funzjonament ġenerali taż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni jitqiegħed f'riskju minħabba nuqqasijiet serji persistenti relatati mal-kontrolli fuq il-fruntieri esterni kif imsemmi fl-Artikolu 21, u sa fejn dawk iċ-ċirkostanzi jikkostitwixxu theddida serja għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna fi ħdan iż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni jew f'partijiet minnha, jistgħu jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli fuq il-fruntieri interni f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għal perijodu ta' mhux aktar minn sitt xhur. Dak il-perijodu jista' jiġi estiz, mhux aktar minn tliet darbiet, b'perijodu ieħor ta' mhux aktar minn sitt xhur jekk iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali jippersistu.

2.   Il-Kunsill jista', bħala l-aħħar soluzzjoni u bħala miżura biex jipproteġi l-interessi komuni fi ħdan iż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni, fejn il-miżuri l-oħra kollha, b'mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikolu 21(1), ikunu ineffettivi fil-mitigazzjoni tat-theddida serja identifikata, jirrakkomanda li Stat Membru wieħed jew aktar jiddeċiedu li jintroduċu mill-ġdid il-kontrolli fuq il-fruntieri interni kollha tagħhom jew f'partijiet speċifiċi minnhom. Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għandha tkun ibbażata fuq proposta mill-Kummissjoni. L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tippreżenta tali proposta lill-Kunsill għal rakkomandazzjoni.

Fir-rakkomandazzjoni tiegħu, il-Kunsill għandu mill-anqas jindika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(1)(a) sa (e).

Il-Kunsill jista' jirrakkomanda estensjoni f'konformità mal-kondizzjonijiet u proċeduri stabbiliti f'dan l-Artikolu.

Qabel ma Stat Membru jerġa' jintroduċi l-kontrolli fuq il-fruntieri interni kollha tiegħu jew f'partijiet speċifiċi minnhom skont dan il-paragrafu, għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni dwar dan.

3.   Fil-każ li r-rakkomandazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma tiġix implimentata minn Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jinforma mingħajr dewmien lill-Kummissjoni bil-miktub dwar ir-raġunijiet tiegħu.

F'każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta r-raġunijiet mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat u l-konsegwenzi fuq il-protezzjoni tal-interessi komuni taż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni.

4.   Fejn ikun hemm raġunijiet ta' urġenza debitament ġustifikati, relatati ma' sitwazzjonijiet fejn iċ-ċirkostanzi li jagħtu lok għall-bżonn li jiġu estiżi l-kontrolli fuq il-fruntieri interni, f'konformità mal-paragrafu 2, ma jsirux magħrufa sa inqas minn 10 ijiem qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ introduzzjoni mill-ġdid preċedenti, il-Kummissjoni tista' tadotta kwalunkwe rakkomandazzjoni meħtieġa permezz ta' atti implimentattivi li jkunu immedjatament applikabbli f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 38(3). Fi żmien 14-il jum mill-adozzjoni ta' tali rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill proposta għal rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

5.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jistgħu jiġu adottati mill-Istati Membri fil-każ ta' theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna skont l-Artikoli 25, 27 u 28.

Artikolu 30

Kriterji għall-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni meta ċirkostanzi eċċezzjonali jqiegħdu f'riskju l-funzjonament ġenerali taż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni

1.   Fejn, bħala l-aħħar soluzzjoni, il-Kunsill jirrakkomanda, f'konformità mal-Artikolu 29(2), l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja ta' kontrolli ta' xi waħda jew aktar fruntieri jew ta' xi partijiet minnhom, huwa għandu jivvaluta sa fejn huwa probabbli li tali miżura tirrimedja adegwatament it-theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fi ħdan iż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni, u għandu jevalwa l-proporzjonalità tal-miżura mqabbla ma' dik it-theddida. Dik il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni dettaljata ppreżentata mill-Istat Membru jew l-Istati Membri konċernat(i) u mill-Kummissjoni u kull informazzjoni rilevanti oħra, inkluż kull informazzjoni miksuba skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Meta ssir tali valutazzjoni, għandu jittieħed kont b'mod partikolari tal-konsiderazzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-disponibbiltà ta' miżuri ta' appoġġ tekniku jew finanzjarju li setgħu jiġu jew ġew invokati fil-livell nazzjonali jew fil-livell Ewropew, jew it-tnejn, inkluż assistenza minn korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni bħall-Aġenzija, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30) jew l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (“Europol”) stabbilit bid-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI, u sa fejn tali miżuri x'aktarx jirrimedjaw b'mod adegwat it-theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fiż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni;

(b)

l-impatt attwali u dak futur probabbli ta' kwalunkwe nuqqas serju relatat mal-kontroll fil-fruntieri esterni identifikat fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet li jsiru skont ir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 u sa fejn tali nuqqas serju jikkostitwixxi theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fiż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni;

(c)

l-impatt probabbli tal-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fuq il-fruntieri fuq il-moviment liberu ta' persuni fi ħdan iż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni.

2.   Qabel ma tadotta proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 29(2), il-Kummissjoni tista:

(a)

titlob lill-Istati Membri, lill-Aġenzija, lill-Europol jew lil korpi, uffiċċji jew aġenziji oħra tal-Unjoni biex jagħtuha aktar informazzjoni;

(b)

tagħmel visiti fuq il-post, bl-appoġġ ta' esperti mill-Istati Membri u tal-Aġenzija, l-Europol jew kwalunkwe korp, uffiċċju jew aġenzija rilevanti oħrajn tal-Unjoni, sabiex tikseb jew tivverifika informazzjoni rilevanti għal dik ir-rakkomandazzjoni.

Artikolu 31

Informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill

Il-Kummissjoni u l-Istat Membru jew Stati Membri konċernati għandhom jinfurmaw lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill malajr kemm jista' jkun b'kull raġuni li tista' tagħti lok għall-applikazzjoni tal-Artikolu 21 u l-Artikoli 25 sa 30.

Artikolu 32

Dispożizzjonijiet li għandhom japplikaw meta l-kontrolli fuq il-fruntiera jiġu introdotti mill-ġdid fil-fruntieri interni

Fejn jerġgħu jiġu introdotti kontrolli fuq il-fruntiera fil-fruntieri interni, id-dispożizzjonijiet rilevanti fit-Titolu II għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 33

Rapport dwar l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ kontrolli fuq il-fruntieri interni

Fi żmien erba' ġimgħat mit-tneħħija tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni, l-Istat Membru li jkun għamel kontrolli fuq il-fruntieri interni għandu jippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni, li jiddeskrivi, b'mod partikolari, il-valutazzjoni inizjali u r-rispett tal-kriterji msemmija fl-Artikoli 26, 28 u 30, l-operazzjoni tal-verifiki, il-kooperazzjoni prattika mal-Istati Membri ġirien, l-impatt li rriżulta fuq il-moviment liberu ta' persuni, l-effettività tal-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni, inkluża valutazzjoni ex-post tal-proporzjonalità tal-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fuq il-fruntieri.

Il-Kummissjoni tista' toħroġ opinjoni dwar dik il-valutazzjoni ex-post tal-introduzzjoni mill-ġdid fuq bażi temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri fi fruntiera interna waħda jew aktar jew f'partijiet minnhom.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, tal-inqas darba fis-sena, rapport dwar il-funzjonament taż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni. Ir-rapport għandu jinkludi lista tad-deċiżjonijiet kollha li jerġgħu jiġu introdotti kontrolli fuq il-fruntieri interni meħuda matul is-sena rilevanti.

Artikolu 34

Informazzjoni għall-pubbliku

Il-Kummissjoni u l-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-pubbliku b'manjiera koordinata dwar deċiżjoni għall-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni u jindika b'mod partikolari d-data tal-bidu u t-tmiem ta' tali miżura, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet ta' sigurtà aktar importanti biex dan ma jsirx.

Artikolu 35

Kunfidenzjalità

Fuq it-talba tal-Istat Membru konċernat, l-Istati Membri l-oħra, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tkun ingħatat b’konnessjoni mal-introduzzjoni mill-ġdid u l-estensjoni tal-kontrolli fuq il-fruntiera u r-rapport li jkun tfassal skont l-Artikolu 33.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 36

Emendi għall-Annessi

Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 37 fir-rigward ta' emendi għall-Annessi III, IV u VIII.

Artikolu 37

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is- setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 13(5) u l-Artikolu 36 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien mhux determinat.

3.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 13(5) u l-Artikolu 36 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tieħu effett fil-jum ta’ wara l-publikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti speċifikata fiha. Din m'għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 13(5) u l-Artikolu 36 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn minn notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjonijiet li mhux ser joġġezzjonaw. Il-perijodu għandu jkun estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 38

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Fejn il-kumitat ma jagħtix opinjoni, il-Kummissjoni m'għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

Artikolu 39

Notifiki

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kumissjoni dwar:

(a)

il-lista ta’ permessi ta’ residenza, li tiddistingwi bejn dawk koperti mill-Artikolu 2(16)(a) u dawk koperti mill-Artikolu 2(16)(b) u akkumpanjata minn kampjun għall-permessi koperti mill-Artikolu 2(16)(b). Il-karti ta' residenza maħruġa f'konformità mad-Direttiva 2004/38/KE għandhom ikunu speċifikament immarkati bħala tali u għandu jiġu pprovduti kampjuni għal dawk il-karti ta' residenza li ma nħarġux skont il-format uniformi stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1030/2002;

(b)

il-lista tal-punt ta’ qsim tal-fruntiera tagħhom;

(ċ)

l-ammonti ta’ referenza meħtieġa għall-qsim tal-fruntieri esterni tagħhom stabbiliti kull sena mill-awtoritajiet nazzjonali;

(d)

il-lista tas-servizzi nazzjonali responsabbli mill-kontroll fuq il-fruntieri;

(e)

kampjun tal-karti mudell maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin;

(f)

l-eċċezzjonijiet għar-regoli dwar il-qsim tal-fruntieri esterni msemmijin fl-Artikolu 5(2)(a);

(g)

l-istatistika msemmija fl-Artikolu 11(3).

2.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni notifikata f’konformità mal-paragrafu 1 disponibbli għall-Istati Membri u l-pubbliku permezz tal-pubblikazzjoni fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u b’mezzi xierqa oħra.

Artikolu 40

Traffiku lokali fuq il-fruntiera

Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-Regoli tal-Unjoni dwar it-traffiku lokali fuq il-fruntiera u għal xi ftehim bilaterali eżistenti dwar it-traffiku lokali fuq il-fruntiera.

Artikolu 41

Ceuta u Melilla

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament m’għandhomx jaffettwaw ir-regoli speċjali li japplikaw għall-bliet ta’ Ceuta u Melilla, kif definit fid-Dikjarazzjoni tar-Renju ta’ Spanja dwar il-bliet ta’ Ceuta u Melilla fl-Att Finali tal-Ftehim dwar l-Adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja mal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 (31).

Artikolu 42

Notifika ta’ informazzjoni mill-Istati Membri

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet nazzjonali relatati mal-Artikolu 23(c) u (d), bil-penali kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) u bil-ftehimiet bilaterali awtorizzati minn dan ir-Regolament. Bidliet sussegwenti għal dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu nnotifikati fi żmien ħamest ijiem.

L-informazzjoni nnotifikata mill-Istati Membri għandha tiġi pubblikata fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 43

Mekkaniżmu ta' evalwazzjoni

1.   F'konformità mat-Trattati u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tagħhom dwar proċeduri ta' infrazzjoni, l-implimentazzjoni minn kull Stat Membru ta' dan ir-Regolament għandha tiġi evalwata permezz ta' mekkaniżmu ta' evalwazzjoni.

2.   Ir-regoli dwar il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni huma speċifikati fir-Regolament (UE) Nru 1053/2013. F'konformità ma' dak il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu, b'mod konġunt, evalwazzjonijiet regolari, oġġettivi u imparzjali sabiex jivverifikaw l-applikazzjoni korretta ta' dan ir-Regolament u l-Kummissjoni għandha tikkoordina l-evalwazzjonijiet f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri. Taħt dak il-mekkaniżmu, kull Stat Membru jiġi evalwat għall-inqas kull ħames snin minn grupp żgħir li jikkonsisti minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u esperti magħżula mill-Istati Membri.

L-evalwazzjonijiet jistgħu jikkonsistu minn visiti fuq il-post imħabbra jew għal għarrieda fi fruntieri esterni u interni.

F'konformità ma' dak il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni, il-Kummissjoni hija responsabbli għall-adozzjoni tal-programmi ta' evalwazzjoni multiannwali u annwali u r-rapporti ta' evalwazzjoni.

3.   Fil-każ ta' nuqqasijiet posssibbli, jistgħu jiġu indirizzati rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet ta' rimedju lill-Istati Membri kkonċernati.

Fejn jiġu identifikati nuqqasijiet serji fit-twettiq ta' kontrolli fuq il-fruntieri esterni f'rapport ta' evalwazzjoni adottat mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1053/2013, għandhom japplikaw l-Artikoli 21 u 29 ta' dan ir-Regolament.

4.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati fl-istadji kollha tal-evalwazzjoni u jintbagħtulhom id-dokumenti rilevanti kollha f'konformità mar-regoli dwar dokumenti klassifikati.

5.   Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat immedjatament u kompletament dwar kwalunkwe proposta biex jiġu emendati jew sostitwiti r-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1053/2013.

Artikolu 44

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness X.

Artikolu 45

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu, id-9 ta’ Marzu 2016.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

J. A. HENNIS-PLASSCHAERT


(1)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2016. (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' Frar 2016.

(2)  Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1).

(3)  Ara l-Anness IX.

(4)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.

(5)  ĠU C 313, 16.12.2002, p. 97.

(6)  Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perijodu qasir (Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).

(7)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-immaniġġjar tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1).

(8)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3925/91 tad-19 ta' Diċembru 1991 dwar l-eliminazzjoni ta’ kontrolli u formalitajiet applikabbli għall-bagalji tal-kabina u tal-istiva ta’ persuni fuq titjiriet intra-Komunitarji u l-bagalji ta’ persuni li jkunu qed jagħmlu vjaġġi bil-baħar intra-Komunitarji (ĠU L 374, 31.12.1991, p. 4).

(9)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).

(10)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(11)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37).

(12)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 69.

(13)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(14)  Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(15)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(16)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta' Jannar 2008 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunita' Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, applikazzjoni u żvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(17)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(18)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).

(19)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħu sehem f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(20)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002. p. 20).

(21)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).

(22)  Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II), (ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4).

(23)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz (ĠU L 157, 15.6.2002, p. 1).

(24)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 tad-29 ta' Mejju 1995 li jistabbilixxi format uniformi għall-viżi (ĠU L 164, 14.7.1995, p. 1).

(25)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta’ Marzu 2001 li jelenka il-pajjiżi terzi ċ-ċittadini ta’ liema għandu jkollhom fil-pussess tagħhom viżi meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ- ċittadini ta’ liema huma eżenti minn dak ir-rekwiżit (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1).

(26)  Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (il-Kodiċi tal-Viża) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).

(27)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 333/2002 tat-18 ta' Frar 2002 dwar format uniformi għall-formoli biex jitwaħħlu l-viżi maħruġa mill-Istati Membri lil persuni li għandhom dokumenti tal-ivvjaġġar mhux rikonoxxuti mill-Istati Membri li jħejju l-formola (ĠU L 53, 23.2.2002, p. 4).

(28)  Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).

(29)  Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-ġbir ta' statistika dwar ħaddiema barranin (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23).

(30)  Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 19 Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11).

(31)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 73.


ANNESS I

Dokumenti ta' prova biex jiġi vverifikat it-twettiq tal-kondizzjonijiet tad-dħul

Id-dokumenti ta' prova msemmija fl-Artikolu 6(3) jistgħu jinkludu dan li ġej:

(a)

għal vjaġġi ta' negozju:

(i)

stedina minn ditta jew awtorità sabiex wieħed jattendi laqgħat, konferenzi jew attivitajiet marbuta ma' kummerċ, industrija jew xogħol;

(ii)

dokumenti oħra li juru l-eżistenza ta' relazzjonijiet kummerċjali jew relazzjonijiet għal finijiet ta' xogħol;

(iii)

biljetti tad-dħul għal fieri u kungressi jekk wieħed ikun ser jattendi għal xi waħda minnhom.

(b)

għal vjaġġi li jsiru għall-finijiet ta' studju jew tipi oħra ta' taħriġ:

(i)

ċertifikat ta' reġistrazzjoni f'istitut ta' tagħlim sabiex wieħed jattendi korsijiet vokazzjonali jew teoretiċi fil-qafas ta' taħriġ bażiku jew aktar avvanzat;

(ii)

karti tal-istudent jew ċertifikati għall-korsijiet li wieħed ikun segwa;

(c)

għal vjaġġi li jsiru għall-finijiet ta' turiżmu jew għal raġunijiet privati:

(i)

dokumenti ta' prova dwar l-alloġġ;

stedina mill-persuna ospitanti jekk dan huwa applikabbli;

dokument ta' prova mill-istabbiliment li qed jipprovdi alloġġ jew kwalunkwe dokument ieħor adattat li jindika l-akkomodazzjoni prevista;

(ii)

dokumenti ta' prova dwar l-itinerarju:

konferma tal-prenotazzjoni ta' vjaġġ organizzat jew kwalunkwe dokument adattat ieħor li jindika l-pjanijiet ta' vjaġġ previsti;

(iii)

dokumenti ta' prova dwar ir-ritorn:

biljett tar-ritorn jew wieħed li jinkludi tluq u ritorn;

(d)

għal vjaġġi li jsiru għal avvenimenti politiċi, xjentifiċi, kulturali, sportivi jew reliġjużi jew għal raġunijiet oħra:

stediniet, biljetti tad-dħul, reġistrazzjonijiet jew programmi li jsemmu kull fejn hu possibbli l-isem tal-organizzazzjoni ospitanti u t-tul tas-soġġorn jew kwalunkwe dokument adatt ieħor li jindika l-għan taż-żjara.


ANNESS II

Reġistrazzjoni tal-informazzjoni

F'kull punt ta' qsim tal-fruntiera, l-informazzjoni kollha ta' servizz u kull informazzjoni oħra ta' importanza partikolari jridu jiġu rreġistrati b'mod manwali jew elettroniku. L-informazzjoni li trid tiġi rreġistrata għandha tinkludi b'mod partikolari:

(a)

l-ismijiet tal-gwardji tal-fruntiera responsabbli lokalment għall-kontrolli fuq il-fruntiera u tal-uffiċjali l-oħra f'kull tim;

(b)

it-tnaqqis fil-kontrolli fuq persuni applikat skont l-Artikolu 9;

(c)

il-ħruġ, fil-fruntiera, ta' dokumenti minflok passaporti u viżi;

(d)

persuni li jinqabdu u lmenti (reati kriminali u kontravenzjonijiet amministrattivi);

(e)

persuni miċħuda milli jidħlu skont l-Artikolu 14 (raġunijiet għaċ-ċaħda u ċittadinanzi);

(f)

il-kodiċi ta' sigurtà ta' timbri tad-dħul u tal-ħruġ, l-identità tal-gwardji tal-fruntiera li jingħataw timbri f'xi data jew xift partikolari, kif ukoll l-informazzjoni dwar timbri mitlufa jew misruqa;

(g)

ilmenti minn persuni soġġetti għal kontrolli;

(h)

miżuri oħra ta' importanza partikolari min-naħa tal-pulizija jew ġudizzjarji;

(i)

ġrajjiet partikolari.


ANNESS III

Mudelli ta' tabelli li jidentifikaw il-korsiji fil-punti ta' qsim tal-fruntiera

PARTI A

Image

 (1)

PARTI B1: “viża mhux meħtieġa”;

Image

PARTI B2: “il-passaporti kollha”.

Image

PARTI C

Image

 (1)

Image

 (1)

Image

 (1)

Image Image Image Image Image Image

(1)  Ma jinħtieġ ebda logo għan-Norveġja u l-Islanda.


ANNESS IV

Ittimbrar

1.

Id-dokumenti tal-ivvjaġġar taċ-ċittadini ta' pajjiż terz għandhom jiġu ttimbrati sistematikament mad-dħul u l-ħruġ, skont l-Artikolu 11. L-ispeċifikazzjonijiet ta' dawn it-timbri huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kumitat Esekuttiv ta' Schengen SCH/COM-EX (94) 16 rev u SCH/Gem-Handb (93) 15 (KUNFIDENZJALI).

2.

Il-kodiċi ta' sigurtà fuq it-timbri għandhom jiġu mibdula f'intervalli regolari ta' mhux iktar minn xahar.

3.

Meta ċittadini ta’ pajjiż terz, li għandhom l-obbligu li jkollhom viża, jidħlu u joħorġu, it-timbru għandu, bħala regola ġenerali, isir fuq il-paġna faċċata tal-paġna li fuqha jkun hemm imwaħħla l-viża.

Jekk dik il-paġna ma tistax tintuża, it-timbru għandu jiddaħħal fuq il-paġna li jmiss. Iż-żona li tinqara mill-magna m'għandhiex tiġi ttimbrata.

4.

L-Istati Membri għandhom jaħtru punti ta' kuntatt nazzjonali responsabbli għall-iskambju ta' informazzjoni dwar il-kodiċi ta' sigurtà tat-timbri għad-dħul u l-ħruġ użati fil-punti ta' qsim tal-fruntiera u għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra, lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar dawn. Dawn il-punti ta' kuntatt għandu jkollhom mingħajr dewmien aċċess għal informazzjoni dwar timbri komuni tad-dħul u l-ħruġ użati fil-fruntiera esterna tal-Istat Membru konċernat, u b'mod partikolari għal informazzjoni dwar dan li ġej:

(a)

il-punt ta' qsim tal-fruntiera li għalih jiġi assenjat timbru partikolari;

(b)

l-identità tal-gwardja tal-fruntiera li lilu jiġi assenjat timbru partikolari fi kwalunkwe ħin partikolari;

(c)

il-kodiċi ta' sigurtà ta' timbru partikolari fi kwalunkwe ħin partikolari.

Kwalunkwe mistoqsija dwar timbri komuni tad-dħul u tal-ħruġ għandha ssir permezz tal-punti ta' kuntatt nazzjonali msemmija hawn fuq.

Il-punti ta' kuntatt nazzjonali għandhom jgħaddu minnufih lill-punti ta' kuntatt l-oħra, lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, u lill-Kummissjoni informazzjoni dwar tibdil fil-punti ta' kuntatt kif ukoll dwar timbri mitlufa u misruqa.


ANNESS V

PARTI A

Proċeduri għaċ-ċaħda ta' dħul fil-fruntiera

1.

Meta jiċħad dħul, il-gwardja tal-fruntiera kompetenti għandu:

(a)

jimla l-formola standard għal dħul miċħud, kif muri fil-Parti B. Iċ-ċittadin tal-pajjiż terz ikkonċernat għandu jiffirma l-formola u għandu jingħata kopja tal-formola ffirmata. Jekk iċ-ċittadin tal-pajjiż terz jirrifjuta li jiffirma, il-gwardja tal-fruntiera għandu jindika dan ir-rifjut fil-formola taħt it-taqsima “kummenti”;

(b)

iwaħħal timbru ta' dħul fuq il-passaport, ingassat b'salib magħmul b'inka sewda li ma titħassarx, u jikteb faċċata tiegħu fuq in-naħa tal-lemin, ukoll b'inka li ma titħassarx, l-ittra/i li jikkorrispondu għar-raġuni(jiet) għaċ-ċaħda tad-dħul, li l-lista tagħhom hija mogħtija fuq il-formola standard għal dħul miċħud imsemmija hawn fuq;

(c)

il-viżi jiġu annullati jew revokati, jekk ikun il-każ, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(d)

iniżżel kull ċaħda ta' dħul f'reġistru jew f'lista u tingħata l-identità u ċ-ċittadinanza taċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat, ir-referenzi tad-dokument li jawtorizza liċ-ċittadin ta' pajjiż terz biex jaqsam il-fruntiera u r-raġuni għaliex, u d-data ta' meta ġie miċħud id-dħul;

2.

Jekk ċittadin ta' pajjiż terz, imċaħħad milli jidħol, ikun twassal fil-fruntiera minn trasportatur, l-awtorità lokalment responsabbli għandha:

(a)

tordna lit-trasportatur jinkariga ruħu miċ-ċittadin ta' pajjiż terz u jittrasportah mingħajr dewmien lejn il-pajjiż terz minn fejn ikun inġieb, lejn il-pajjiż terz li jkun ħareġ id-dokument li jawtorizzah jaqsam il-fruntiera, jew lejn kwalunkwe pajjiż terz ieħor fejn huwa ggarantit il-permess tad-dħul, jew li jsib mezz ta' tkomplija tat-trasportazzjoni skont l-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni ta' Schengen u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/51/KE (1);

(b)

sakemm titkompla t-trasportazzjoni, tieħu miżuri xierqa, skont il-liġi nazzjonali u wara li tqis iċ-ċirkostanzi lokali, biex ma tħallix li jidħlu illegalment iċ-ċittadini ta' pajjiż terz imċaħħda milli jidħlu.

3.

Jekk ikun hemm raġunijiet kemm sabiex ċittadin ta' pajjiż terz jiġi mċaħħad milli jidħol kif ukoll sabiex jiġi arrestat, il-gwardja tal-fruntiera għandu jikkuntattja lill-awtoritajiet responsabbli biex jiddeċiedu dwar l-azzjoni li għandha tittieħed skont il-liġi nazzjonali.

PARTI B

Formola standard għaċ-ċaħda ta' dħul fil-fruntiera

Image

Test ta 'immaġni

(1)  Direttiva tal-Kunsill 2001/51/KE tat-28 ta' Ġunju 2001 li tissuplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 (ĠU L 187, 10.7.2001, p. 45).


ANNESS VI

Regoli speċifiċi għal tipi differenti ta' fruntieri u l-mezzi differenti ta' trasport użati biex jinqasmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri

1.   Fruntieri tal-art

1.1.   Verifiki fuq it-traffiku stradali

1.1.1.   Sabiex ikunu żgurati verifiki effettivi fuq persuni, filwaqt li jkunu żgurati s-sigurtà u li t-traffiku stradali jibqa' għaddej mingħajr diffikultajiet, iċ-ċaqliq fil-punti ta' qsim tal-fruntiera għandhom ikunu regolati b'mod xieraq. F'każ ta' bżonn, l-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet bilaterali biex jikkanalizzaw u jimblukkaw it-traffiku. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan skont l-Artikolu 42.

1.1.2.   Fil-fruntieri tal-art, l-Istati Membri jistgħu, fejn iqisu li hu xieraq u jekk iċ-ċirkostanzi jippermettu, jinstallaw passaġġi jew iħaddmu korsiji separati f'ċerti punti ta' qsim tal-fruntiera, skont l-Artikolu 10.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu ma jużawx passaġġi jew korsiji separati fi kwalunkwe ħin, f'ċirkostanzi eċċezzjonali u fejn it-traffiku u l-kondizzjonijiet tal-infrastruttura jeħtieġu hekk.

L-Istati Membri jistgħu jikkooperaw mal-pajjiżi ġirien bil-ħsieb li jiġu installati passaġġi u korsiji separati fil-punti ta' qsim tal-fruntiera esterna.

1.1.3.   Bħala regola ġenerali, persuni li jivvjaġġaw f'vetturi jistgħu jibqgħu ġo fihom waqt il-verifiki. Madankollu, jekk iċ-ċirkostanzi jeħtieġu hekk, il-persuni jistgħu jiġu mitluba joħorġu mill-vetturi tagħhom. Verifiki bir-reqqa għandhom isiru, jekk iċ-ċirkostanzi lokali jippermettu, f'postijiet magħżula għal dak il-għan. Fl-interess tas-sigurtà tal-persunal, il-verifiki għandhom jitwettqu, fejn jista' jkun, minn żewġ gwardji tal-fruntiera.

1.1.4.   Punti kondiviżi għall-qsim tal-fruntieri

1.1.4.1.

L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu jew iżommu ftehimiet bilaterali mal-pajjiżi terzi ġirien tagħhom rigward l-istabbiliment ta’ punti kondiviżi għall-qsim tal-fruntieri, fejn il-gwardji tal-fruntiera tal-Istat Membru u l-gwardji tal-fruntiera tal-pajjiż terz iwettqu verifiki tal-ħruġ u tad-dħul wieħed wara l-ieħor f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom fit-territorju tal-parti l-oħra. Il-punti kondiviżi għall-qsim tal-fruntieri jistgħu jkunu fit-territorju tal-Istat Membru jew fit-territorju ta' pajjiż terz.

1.1.4.2.

Punti kondiviżi għall-qsim tal-fruntieri li jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru: ftehimiet bilaterali li jistabbilixxu punti kondiviżi għall-qsim tal-fruntieri li jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru għandhom jinkludu awtorizzazzjoni għal gwardji ta’ pajjiżi terzi biex jeżerċitaw id-dmirijiet tagħhom fl-Istat Membru, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:

(a)

Protezzjoni internazzjonali: ċittadin ta' pajjiż terz li jitlob protezzjoni internazzjonali fit-territorju ta' Stat Membru għandu jingħata aċċess għal proċeduri rilevanti tal-Istat Membru skont l-acquis tal-Unjoni dwar l-asil.

(b)

L-arrest ta' persuna jew is-sekwestru ta' proprjetà: jekk gwardji tal-fruntieri ta' pajjiż terz isiru konxji mill-fatti li jiġġustifikaw l-arrest jew it-tqegħid taħt protezzjoni ta' persuna jew is-sekwestru ta' proprjetà, huma għandhom jinformaw lill-awtoritajiet tal-Istat Membru b'dawn il-fatti u l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jiżguraw segwitu adatt skont il-liġi nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali, indipendentement miċ-ċittadinanza tal-persuna konċernata.

(c)

Persuni li jidħlu fit-territorju tal-Unjoni u li jgawdu mid-dritt ta’ moviment liberu taħt il-liġi tal-Unjoni: il-gwardji tal-fruntiera ta’ pajjiżi terzi m’għandhomx iżommu lill-persuni li jgawdu d-dritt ta’ moviment liberu taħt il-liġi tal-Unjoni milli jidħlu fit-territorju tal-Unjoni. Jekk ikun hemm raġunijiet li jiġġustifikaw ċaħda għall-ħruġ mill-pajjiż terz ikkonċernat, il-gwardji tal-fruntiera tal-pajjiż terz għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar dawn ir-raġunijiet u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-każ ikun segwit b’mod xieraq skont il-liġi nazzjonali, il-liġi tal-Unjoni u l-liġi internazzjonali.

1.1.4.3.

Punti kondiviżi għall-qsim tal-fruntieri li jinsabu fit-territorju tal-pajjiż terz: ftehimiet bilaterali li jistabbilixxu punti kondiviżi għall-qsim tal-fruntieri li jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru għandhom jinkludu awtorizzazzjoni għal gwardji ta’ pajjiżi terzi biex jeżerċitaw id-dmirijiethom fil-pajjiż terz. Għall-fini ta' dan ir-Regolament, kwalunkwe kontroll imwettaq mill-gwardji tal-fruntiera tal-Istati Membri f'punt kondiviż għall-qsim tal-fruntieri li jinsab fit-territorju ta' pajjiż terz għandu jitqies li jitwettaq fit-territorju tal-Istat Membru konċernat. Il-gwardji tal-fruntiera tal-Istati Membri għandhom jeżerċitaw dmirijiethom skont dan ir-Regolament u jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:

(a)

Protezzjoni internazzjonali: ċittadin ta' pajjiż terz li jkun għadda minn kontroll tal-ħruġ magħmul minn gwardji tal-fruntiera ta' pajjiż terz u sussegwentement jitlob il-protezzjoni internazzjonali lill-gwardji ta' Stat Membru li jkunu preżenti fil-pajjiż terz, għandu jingħata aċċess għall-proċeduri rilevanti tal-Istat Membru skont l-acquis tal-Unjoni dwar l-asil. L-awtoritajiet ta' pajjiż terz għandhom jaċċettaw it-trasferiment tal-persuna konċernata fit-territorju tal-Istati Membri.

(b)

L-arrest ta' persuna jew is-sekwestru ta' proprjetà: jekk xi gwardji tal-fruntiera ta' Stat Membru jsiru konxji minn fatti li jiġġustifikaw l-arrest jew l-għoti ta' protezzjoni lil persuna jew is-sekwestru ta' propjetà, huma għandhom jaġixxu skont il-liġi nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali. L-awtoritajiet ta' pajjiż terz għandhom jaċċettaw it-trasferiment tal-persuna jew l-oġġett ikkonċernat fit-territorju ta' Stat Membru.

(c)

Aċċess għas-sistemi tal-IT: il-gwardji tal-fruntiera tal-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw is-sistemi ta' informazzjoni biex jipproċessaw data personali skont l-Artikolu 8. L-Istati Membri għandhom jiġu permessi jistabbilixxu l-miżuri tekniċi u organizzattivi ta' sigurtà mitlubin mil-liġi tal-Unjoni sabiex tkun protetta d-data personali kontra l-qerda aċċidentali jew illegali jew it-telf aċċidentali, it-tibdil, l-iżvelar jew l-aċċess mhux awtorizzat, inkluż l-aċċess mill-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi.

1.1.4.4.

L-Istat Membru konċernat għandu jikkonsulta mal-Kummissjoni dwar il-kompatibbiltà tal-ftehim mal-liġi tal-Unjoni qabel ma jikkonkludi jew jemenda kwalunkwe ftehim bilaterali dwar punti kondiviżi ta’ qsim tal-fruntiera ma’ pajjiżi terzi ġirien. Ftehimiet bilaterali diġà eżistenti għandhom jiġi nnotifikati lill-Kummissjoni sal-20 ta' Jannar 2014.

Jekk il-Kummissjoni tqis li l-ftehim ikun inkompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, din għandha tinnotifika lill-Istat Membru konċernat. L-Istat Membru għandu jieħu l-passi kollha xierqa biex jemenda l-ftehim fi żmien raġonevoli b'tali mod li jelimina l-inkompatibbiltajiet stabbiliti.

1.2.   Verifiki fuq it-traffiku ferrovjarju

1.2.1.   Għandhom jitwettqu verifiki kemm fuq il-passiġġieri u kif ukoll fuq l-ekwipaġġ ta' ferroviji li jaqsmu l-fruntieri esterni, inklużi dawk fuq ferroviji tal-merkanzija jew ferroviji vojta. L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet bilaterali jew multilaterali dwar kif għandhom jitwettqu dawk il-verifiki, b'rispett tal-prinċipji stipulati fil-punt 1.1.4. Dawk il-verifiki għandhom jitwettqu b’wieħed mill-metodi li ġejjin:

fl-ewwel stazzjon tal-wasla jew fl-aħħar stazzjon tat-tluq fit-territorju ta' Stat Membru;

fuq il-ferrovija, waqt tranżitu bejn l-aħħar stazzjon tat-tluq f’pajjiż terz u l-ewwel stazzjon tal-wasla fit-territorju ta’ Stat Membru jew viċeversa;

fl-aħħar stazzjon tat-tluq jew fl-ewwel stazzjon tal-wasla fit-territorju ta' pajjiż terz.

1.2.2.   Barra minn hekk, u sabiex tiġi ffaċilitata ċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku tal-ferroviji tal-passiġġieri b'veloċità għolja, l-Istati Membri li jkunu fuq l-itinerarju ta' dawn il-ferroviji minn pajjiżi terzi jistgħu wkoll jiddeċiedu, bi qbil komuni mal-pajjiżi terzi konċernati u b’rispett tal-prinċipji stipulati fil-punt 1.1.4., li jwettqu verifiki fuq il-persuni fuq ferroviji li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi, bl-użu ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:

fl-istazzjonijiet f'pajjiż terz fejn il-persuni jimbarkaw fuq il-ferrovija;

fl-istazzjonijiet fejn il-persuni jiżbarkaw fit-territorju tal-Istati Membri;

fuq il-ferrovija waqt it-transitu bejn l-istazzjonijiet fit-territorju ta' pajjiż terz u l-istazzjonjiet fit-territorju tal-Istati Membri, bil-kondizzjoni li l-persuni jibqgħu fuq il-ferrovija.

1.2.3.   Fir-rigward ta' ferroviji b'veloċità għolja minn pajjiżi terzi li jagħmlu diversi waqfiet fit-territorju tal-Istati Membri, jekk it-trasportatur ferrovjarju jkun f'pożizzjoni li jtella' passiġġieri esklużivament għall-kumplament tal-vjaġġ fit-territorju tal-Istati Membri, tali passiġġieri għandhom ikunu soġġetti għal verifiki tad-dħul fuq il-ferrovija jew fl-istazzjon tad-destinazzjoni ħlief fejn il-kontrolli jkunu twettqu skont il-punti 1.2.1. jew 1.2.2. l-ewwel inċiż.

Il-persuni li jixtiequ jaqbdu l-ferrovija esklużivament għall-kumplament tal-vjaġġ fit-territorju tal-Istati Membri għandhom jirċievu avviż ċar qabel it-tluq tal-ferrovija li huma ser ikunu soġġetti għal verifiki tad-dħul matul il-vjaġġ jew fl-istazzjoni tad-destinazzjoni.

1.2.4.   Meta jivvjaġġaw fid-direzzjoni opposta, il-persuni abbord tal-ferrovija ikunu soġġetti għal kontrolli tal-ħruġ taħt arranġamenti simili.

1.2.5.   Il-gwardja tal-fruntiera jista' jordna li l-ispazji vojta tal-vaguni jiġi spezzjonat jekk meħtieġ bl-għajnuna tal-ispettur tal-ferrovija, biex jiġi żgurat li persuni jew oġġetti soġġetti għall-verifiki tal-fruntiera ma jkunux moħbija fihom.

1.2.6.   Fejn hemm raġunijiet biex wieħed jemmen li persuni li ġew irrapportati jew issuspettati li wettqu xi reat, jew ċittadini ta' pajjiż terz li bi ħsiebhom jidħlu illegalment, qed jistaħbew fuq ferrovija, il-gwardja tal-fruntiera, jekk ma jistax jaġixxi skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu, għandu jgħarraf lill-Istati Membri li fit-territorju tagħhom jew lejn it-territorju tagħhom qed tivvjaġġa l-ferrovija.

2.   Fruntieri tal-ajru

2.1.   Proċeduri għal verifiki f'ajruporti internazzjonali

2.1.1.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur tal-ajruport jieħu l-miżuri meħtieġa biex jifred fiżikament iċ-ċirkolazzjoni tal-passiġġieri fuq titjiriet interni miċ-ċirkolazzjoni ta' passiġġieri fuq titjiriet oħra. Għandha titpoġġa infrastruttura xierqa fl-ajurporti internazzjonali kollha għal dak il-għan.

2.1.2.

Il-post fejn jitwettqu l-verifiki tal-fruntiera għandhom jiġi determinat skont il-proċedura li ġejja:

(a)

Il-passiġġieri fuq titjira minn pajjiż terz li jimbarkaw fuq titjira interna għandhom ikunu soġġetti għal verifiki tad-dħul fl-ajruport tal-wasla tat-titjira minn pajjiż terz. Il-passiġġieri fuq titjira interna li jimbarkaw fuq titjira lejn pajjiż terz (passiġġieri fuq trasferiment) għandhom ikunu soġġetti għal verifika tal-ħruġ fl-ajruport tat-tluq ta' din it-titjira tal-aħħar;

(b)

Għal titjiriet minn jew lejn pajjiż terz li m'għandhomx passiġġieri fuq trasferiment u titjiriet li jieqfu għal aktar minn darba fl-ajruporti tal-Istati Membri mingħajr ma jinbidel l-inġenju tal-ajru:

(i)

passiġġieri fuq titjiriet minn jew lejn pajjiż terz fejn m'hemmx trasferiment qabel jew wara fit-territorju tal-Istati Membri għandhom ikunu soġġetti għal kontroll tad-dħul fl-ajruport tad-dħul u verifika tal-ħruġ fl-ajruport tal-ħruġ;

(ii)

passiġġieri fuq titjiriet minn jew lejn pajjiż terz b'aktar minn waqfa waħda fit-territorju tal-Istati Membri mingħajr ma jinbidel l-inġenju tal-ajru (passiġġieri fuq transitu), u sakemm ma jistgħux jimbarkaw passiġġieri fuq l-ajruplan għall-parti tal-vjaġġ li tinsab fit-territorju tal-Istati Membri, għandhom ikunu soġġetti għal verifika tad-dħul fl-ajruport tal-wasla u verifika tal-ħruġ fl-ajruport tat-tluq;

(iii)

fejn linja tal-ajru tista', għal titjiriet minn pajjiż terz b'aktar minn waqfa waħda fit-territorju tal-Istati Membri, ittella' passiġġieri abbord biss għall-parti tal-vjaġġ li jkun fadal f'dan it-territorju, il-passiġġieri għandhom ikunu soġġetti għal verifika tal-ħruġ fl-ajruport tat-tluq u verifika tad-dħul fl-ajruport tal-wasla.

Verifiki fuq passiġġieri li, waqt dawn il-waqfiet, diġà jkunu abbord l-inġenju tal-ajru u ma jkunux telgħu abbord fit-territorju tal-Istati Membri għandhom jitwettqu skont il-punt (ii). Il-proċedura bil-maqlub għandha tapplika għal din il-kategorija ta' titjiriet fejn il-pajjiż tad-destinazzjoni huwa pajjiż terz.

2.1.3.

Verifiki fuq il-fruntiera m'għandhomx normalment jitwettqu fuq l-inġenju tal-ajru jew fil-kanċell tal-imbarkazzjoni, sakemm ma jkunux ġustifikati abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji marbuta mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali. Sabiex jiġi żgurat li, fl-ajruporti deżinjati bħala punti ta' qsim tal-fruntiera, issir verifika fuq il-persuni skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 7 sa 14, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-ajruport jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkanalizzaw it-traffiku tal-passiġġieri lejn il-faċilitajiet riservati għall-verifiki.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur tal-ajruport jieħu l-miżuri meħtieġa biex ma jħallix li persuni mhux awtorizzati jidħlu u joħorġu miż-żoni riservati, per eżempju ż-żona ta' transitu. Verifiki m'għandhomx normalment jitwettqu fiż-żona ta' transitu, sakemm mhux ġustifikati abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji marbuta mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali; b'mod partikolari verifiki f'din iż-żona jistgħu jitwettqu fuq persuni sottomessi għal viża ta' transitu ta' ajruport sabiex jiġi verifikat li huma fil-pussess ta' tali viża.

2.1.4.

Fejn, f'każijiet ta' forza maġġuri jew periklu imminenti jew fuq l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet, ajruplan fuq titjira minn pajjiż terz ikollu jillandja f'post li mhux punt ta' qsim tal-fruntiera, dak l-ajruplan jista' jkompli t-titjira tiegħu biss wara awtorizzazzjoni mill-gwardji tal-fruntiera u mill-awtoritajiet tad-dwana. L-istess għandu japplika fejn ajruplan fuq titjira minn pajjiż terz jillandja mingħajr permess. Fi kwalunkwe każ, l-Artikoli 7 sa 14 għandhom japplikaw għal kontrolli fuq persuni fuq tali inġenju tal-ajru.

2.2.   Proċeduri għal verifiki fl-ajrudromijiet

2.2.1.

Għandu jiġi żgurat li jsiru verifiki wkoll fuq il-persuni, skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 14, fl-ajruporti li m'għandhomx l-istatus ta' ajurport internazzjonali skont il-liġi nazzjonali rilevanti (“ajrudromijiet”) iżda li minnhom huma awtorizzati l-passaġġi ta' rotot ta' titjiriet minn jew lejn pajjiż terz.

2.2.2.

B'deroga mill-punt 2.1.1. m'għandux ikun meħtieġ li jsiru arranġamenti adatti fl-ajrudromijiet biex jiġi żgurat li d-dħul ta' passiġġieri minn titjiriet interni u titjiriet oħra jiġu mifruda fiżikament, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 300/2008 (1). Barra minn dan, fejn il-volum ta' traffiku huwa baxx, il-gwardji tal-fruntiera ma jeħtiġux ikunu preżenti fil-ħinijiet kollha, sakemm ikun hemm garanzija li l-persunal meħtieġ jista' jinġieb fil-post f'ħin debitu.

2.2.3.

Meta l-preżenza tal-gwardji tal-fruntiera ma tkunx żgurata fil-ħinijiet kollha fl-ajrudrom, l-amministratur ta' dan l-ajrudrom għandu jinforma biżżejjed minn qabel lill-gwardi tal-fruntiera dwar il-wasla u t-tluq ta' inġenji tal-ajru fuq titjiriet minn jew lejn pajjiż terz.

2.3.   Verifiki fuq prsuni fuq titjiriet privati

2.3.1.

Fil-każ ta' titjiriet privati minn jew lejn pajjiż terz l-kaptan għandu jittrażmetti lill-gwardji tal-fruntiera tal-Istat Membru tad-destinazzjoni u, fejn xieraq, lill-Istat Membru tal-ewwel dħul, qabel ma jibda t-titjira, dikjarazzjoni ġenerali li tinkludi inter alia pjan tat-titjira skont l-Anness 2 għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u informazzjoni dwar l-identitajiet tal-passiġġieri.

2.3.2.

Fejn titjiriet privati li jkunu ġejjin minn pajjiż terz u destinati lejn Stat Membru jagħmlu waqfiet fit-territorju ta' Stati Membri oħra, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dħul għandhom iwettqu verifiki ta' fuq il-fruntiera u jwaħħal timbru tad-dħul mad-dikjarazzjoni ġenerali msemmija fil-punt 2.3.1.

2.3.3.

Fejn teżisti inċertezza jekk titjira hix esklużivament ġejja minn, jew sejra biss lejn, it-territorji tal-Istati Membri mingħajr ma tillandja fit-territorju ta' xi pajjiż terz, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu verifiki fuq il-persuni fl-ajruporti u fl-ajrudromijiet skont il-punti 2.1 sa 2.2.

2.3.4.

L-arranġamenti għad-dħul u l-ħruġ ta' gliders, ajruplani ħfief ħafna (micro-light), ħelikopters, ajruplani ta' skala żgħira li jistgħu jtiru għal distanzi qosra biss u diriġibbli għandhom jiġu stabbiliti mil-liġi nazzjonali u, fejn hu applikabbli, minn ftehimiet bilaterali.

3.   Fruntieri marittimi

3.1.   Proċeduri ta' verifika ġenerali fuq it-trasport marittimu

3.1.1.

Verifiki fuq bastimenti għandhom jitwettqu fil-port tal-wasla jew tat-tluq, jew f'żona maħsuba għal dak il-għan, li tkun tinsab eżatt fil-qrib tal-bastiment jew abbord il-bastiment fl-ilmijiet territorjali kif iddefinit mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar. L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet li permezz tagħhom ikunu jistgħu jitwettqu wkoll verifiki waqt il-qsim jew, mal-wasla jew t-tluq tal-bastiment, fit-territorju ta’ pajjiż terz, b’rispett tal-prinċipji stipulati fil-punt 1.1.4.

3.1.2.

Il-kaptan, l-aġent tal-bastiment jew kwalunkwe persuna oħra debitament awtorizzata mill-kaptan jew awtentikata b'mod aċċettabbli għall-awtorità pubblika konċernata (fiż-żewġ istanzi “il-kaptan”), għandu jħejji lista tal-membri tal-ekwipaġġ u ta’ kwalunkwe passiġġier li jkun fiha l-informazzjoni mitluba fil-formoli 5 (lista tal-membri tal-ekwipaġġ) u 6 (lista tal-passiġġieri) tal-Konvenzjoni dwar il-Faċilitazzjoni tat-Traffiku Marittimu Internazzjonali (Konvenzjoni tal-FAL) kif ukoll, fejn applikabbli, in-numru tal-viża jew tal-permess ta’ residenza:

mhux iktar tard minn erbgħa u għoxrin siegħa qabel il-wasla fil-port, jew

mhux aktar tard mill-ħin li fih il-bastiment jitlaq mill-port preċedenti, jekk it-tul tal-vjaġġ ikun ta' inqas minn erbgħa u għoxrin siegħa, jew

jekk il-port tad-destinazzjoni ma jkunx magħruf jew ikun inbidel matul il-vjaġġ, hekk kif din l-informazzjoni tkun disponibbli.

Il-kaptan għandu jibgħat il-lista(i) lill-gwardji tal-fruntieri jew, jekk il-liġi nazzjonali tipprevedi dan, lil awtoritajiet rilevanti oħrajn li għandhom jibagħtu l-lista(listi) mingħajr dewmien lill-gwardji tal-fruntieri.

3.1.3.

Konferma ta' riċevuta (kopja ffirmata tal-lista(listi) jew konferma ta' riċevuta b'mod elettroniku) għandha tintbagħat lura lill-kaptan mill-gwardji tal-fruntieri jew mill-awtoritajiet imsemmijin fil-punt 3.1.2., li għandhom juruha jekk jiġu mitluba, meta l-bastiment ikun fil-port.

3.1.4.

Il-kaptan għandu jirrapporta immedjatament lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe bidla fil-kompożizzjoni tal-membri tal-ekwipaġġ jew fin-numru ta’ passiġġieri.

Barra minn hekk, il-kaptan għandu jinnotifika minnufih lill-awtoritajiet kompetenti, u fil-limitu ta’ żmien stipulat fil-punt 3.1.2., dwar il-preżenza abbord ta' passiġġieri klandestini. Il-passiġġieri klandestini, madankollu, jibqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-kaptan.

B’deroga mill-Artikoli 5 u 8, m’għandhomx isiru verifiki sistematiċi fil-fruntiera fuq persuni li jkunu qegħdin abbord. Madankollu għandha ssir spezzjoni tal-bastiment u verifiki dwar il-persuni abbord mill-gwardji tal-fruntiera biss meta dan ikun iġġustifikat fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskji marbuta mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali.

3.1.5.

Il-kaptan tal-bastiment għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti bit-tluq tal-bastiment f'ħin debitu u skont ir-regoli li jkunu fis-seħħ fil-port ikkonċernat.

3.2.   Proċeduri ta' verifiki speċifiċi għal ċerti tipi ta' tbaħħir

Bastimenti tal-kruċiera

3.2.1.

Il-kaptan ta’ bastiment tal-kruċieri għandu jibgħat lill-awtorità kompetenti l-itinerarju u l-programm tal-kruċiera, hekk kif dawn ikunu ġew stabbiliti u mhux aktar tard minn fil-limitu taż-żmien stipulat fil-punt 3.1.2.

3.2.2.

Jekk l-itinerarju ta' bastiment tal-kruċiera jikkonsisti esklużivament minn portijiet li jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri, b'deroga mill-Artikoli 5 u 8, m'għandhom jitwettqu l-ebda verifiki ta' fuq il-fruntiera u l-bastiment tal-kruċiera jista' jittrakka f'portijiet li m'humiex punti ta' qsim tal-fruntiera.

Madankollu, għandhom jitwettqu verifiki fuq l-ekwipaġġ u l-passiġġieri ta' dawk il-bastimenti biss meta dan ikun iġġustifikat abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji marbuta mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali.

3.2.3.

Jekk l-itinerarju ta' bastiment tal-kruċiera jikkonsisti kemm minn portijiet li jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri kif ukoll minn portijiet li jinsabu f' pajjiż terz, b'deroga mill-Artikolu 8, il-kontrolli fuq il-fruntiera għandhom jitwettqu kif ġej:

(a)

Meta l-bastiment tal-kruċiera jkun ġej minn port li jinsab f'pajjiż terz u jidħol għall-ewwel darba f'port li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru, l-ekwipaġġ u l-passiġġieri għandhom ikunu soġġetti għal verifiki tad-dħul abbażi tal-listi nominali tal-ekwipaġġ u l-passiġġieri, kif imsemmi fil-punt 3.1.2.

Passiġġieri li jinżlu l-art għandhom ikunu soġġetti għal verifiki tad-dħul skont l-Artikolu 8 ħlief jekk valutazzjoni tar-riskji marbuta mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali turi li m'hemm l-ebda ħtieġa li jitwettqu tali verifiki;

(b)

Meta l-bastiment tal-kruċiera jkun ġej minn port li jinsab f' pajjiż terz u jerġa' jidħol f'port li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru, l-ekwipaġġ u l-passiġġieri għandhom ikunu soġġetti għal verifiki tad-dħul abbażi tal-listi nominali tal-ekwipaġġ u l-passiġġieri kif imsemmi fil-punt 3.1.2 safejn dawn il-listi jkunu ġew modifikati minn meta l-bastiment tal-kruċiera kien daħal fil-port preċedenti li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru.

Passiġġieri li jinżlu l-art għandhom ikunu soġġetti għal verifiki tad-dħul skont l-Artikolu 8 ħlief jekk valutazzjoni tar-riskji marbuta mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali turi li m'hemm l-ebda ħtieġa li jitwettqu tali verifiki;

(c)

Meta l-bastiment tal-kruċiera jkun ġej minn port li jinsab fi Stat Membru u jidħol f'tali port, il-passiġġieri li jinżlu l-art għandhom ikunu soġġetti għal verifiki tad-dħul skont l-Artikolu 8 jekk valutazzjoni tar-riskji marbuta mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali teħtieġ hekk;

(d)

Meta bastiment tal-kruċiera jitlaq minn port li jinsab fi Stat Membru lejn port f'pajjiż terz, l-ekwipaġġ u l-passiġġieri għandhom ikunu soġġetti għal kontroll tal-ħruġ abbażi tal-listi nominali tal-ekwipaġġ u l-passiġġieri.

Jekk valutazzjoni tar-riskji marbuta mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali teħtieġ hekk, il-passiġġieri li jitilgħu abbord għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli tal-ħruġ skont l-Artikolu 8.

(e)

Meta bastiment tal-kruċiera jitlaq minn port li jinsab fi Stat Membru lejn tali port, m'għandhom jitwettqu l-ebda verifiki tal-ħruġ.

Madankollu, għandhom jitwettqu verifiki fuq l-ekwipaġġ u l-passiġġieri ta' dawk il-bastimenti biss meta dawn ikunu ġġustifikati abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji marbuta mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali.

Dgħajjes tad-divertiment

3.2.4.

B'deroga mill-Artikoli 5 u 8, il-persuni abbord ta' dgħajjes tad-divertiment li jkunu ġejjin minn jew qed jitilqu lejn port li jinsab fi Stat Membru m'għandhomx ikunu soġġetti għal kontrolli fuq il-fruntiera u jistgħu jidħlu f'port li mhux punt ta' qsim tal-fruntiera.

Madankollu, meta skont il-valutazzjoni tar-riskji tal-immigrazzjoni illegali, u b'mod partikolari fejn il-kosta ta' pajjiż terz tinsab fil-viċinanza immedjata tat-territorju tal-Istat Membru konċernat, għandhom jitwettqu verifiki fuq dawn il-persuni u/jew tfittxija fiżika fid-dgħajjes tad-divertiment.

3.2.5.

B'deroga mill-Artikolu 5, dgħajsa tad-divertiment li tkun ġejja minn pajjiż terz tista', f'każijiet eċċezzjonali, tidħol f'port li m'hux punt ta' qsim tal-fruntiera. F'dawn il-każijiet, il-persuni abbord għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet tal-port sabiex jiġu awtorizzati jidħlu f'dan il-port. L-awtoritajiet tal-port għandhom jikkuntattjaw lill-awtoritajiet fl-eqreb port deżinjat bħala punt ta' qsim tal-fruntiera sabiex jirrapportaw il-wasla tad-dgħajsa. Id-dikjarazzjoni dwar il-passiġġieri għandha ssir billi l-lista tal-persuni abbord tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet tal-port. Din il-lista għandha ssir disponibbli għall-gwardji tal-fruntiera, sa mal-wasla l-aktar tard.

Bl-istess mod, jekk għal raġunijiet ta' forza maġġuri d-dgħajsa tad-divertiment li tkun ġejja minn pajjiż terz ikollha tittrakka f'port li mhux punt ta' qsim tal-fruntiera, l-awtoritajiet tal-port għandhom jikkuntattjaw lill-awtoritajiet fl-eqreb port deżinjat bħala punt ta' qsim tal-fruntiera sabiex jirrapportaw il-preżenza tad-dgħajsa.

3.2.6.

Waqt dawn il-verifiki, għandu jiġi sottomess dokument li fih il-karatteristiċi tekniċi kollha tad-dgħajsa u l-ismijiet tal-persuni abbord. Kopja ta' dan id-dokument għandha tingħata lill-awtoritajiet fil-portijiet tad-dħul u tat-tluq. Sakemm id-dgħajsa tibqa' fl-ilmijiet territorjali ta' wieħed mill-Istati Membri, kopja ta' dan id-dokument għandha tkun inkluża fost il-karti tad-dgħajsa.

Sajd mal-kosta

3.2.7.

B'deroga mill-Artikoli 5 u 8, m'għandhomx isiru verifiki sistematiċi fuq l-ekwipaġġi ta' bastimenti tas-sajd mal-kosta li jerġgħu lura kuljum jew fi żmien 36 siegħa lejn il-port tar-reġistrazzjoni jew lejn kwalunkwe port ieħor li jinsab fit-territorju tal-Istati Membri mingħajr ma jittrakkaw f'port li jinsab fit-territorju ta' pajjiż terz. Madankollu, għandu jittieħed kont tal-valutazzjoni tar-riskji tal-immigrazzjoni illegali, b'mod partikolari fejn il-kosta ta' pajjiż terz tinsab fil-viċinanza immedjata tat-territorju tal-Istat Membru konċernat, sabiex tiġi determinata l-frekwenza tal-verifiki li għandhom jitwettqu. Skont dawk ir-riskji, għandhom jitwettqu verifiki fuq il-persuni u/jew tfittxija fiżika tal-bastiment.

3.2.8.

Għandhom isiru verifiki fuq l-ekwipaġġi tal-bastimenti tas-sajd mal-kosta li mhumiex reġistrati f'port li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru skont id-dispożizzjonijiet relatati mal-baħħara.

Kollegamenti b'ferry

3.2.9.

Għandhom jitwettqu verifiki fuq il-persuni abbord ta' kollegamenti b'ferry ma' portijiet li jinsabu f'pajjiż terz. Għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)

fejn jista' jkun, l-Istati Membri għandhom jipprovdu korsiji separati, skont l-Artikolu 10;

(b)

verifiki fuq passiġġieri bil-mixi għandhom jitwettqu b'mod individwali;

(c)

verifiki fuq persuni li jkunu f'vettura għandhom jitwettqu waqt li huma jkunu fil-vettura;

(d)

passiġġieri ta' ferry li jkunu qed jivvjaġġaw b'karozzi tal-linja għandhom jitqiesu bħala passiġġieri bil-mixi. Dawn il-passiġġieri għandhom jinżlu mill-karozzi tal-linja għall-verifiki;

(e)

verifiki fuq ix-xufiera ta' vetturi li jġorru merkanzija tqila u fuq il-persuni li jakkumpanjawhom għandhom jitwettqu waqt li dawn ikunu fil-vettura. Fil-prinċipju din il-verifika għandha tkun organizzata separatament mill-verifiki fuq il-passiġġieri l-oħra;

(f)

biex ikun żgurat li l-verifiki jitwettqu malajr, għandu jkun hemm numru biżżejjed ta' kanċelli;

(g)

sabiex jinqabdu l-immigranti illegali b'mod partikolari, għandhom isiru tfittxijiet saltwarji fuq il-mezzi ta' trasport użati mill-passiġġieri, u fejn ikun applikabbli fuq it-tagħbijiet u l-merkanzija l-oħra stivata fil-mezzi ta' trasport;

(h)

membri tal-ekwipaġġ ta' ferry għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-membri tal-ekwipaġġ ta' bastiment kummerċjali;

(i)

il-punt 3.1.2. (obbligu li jingħataw listi tal-passiġġieri u tal-membri tal-ekwipaġġ) ma japplikax. Jekk ikun meħtieġ li ssir lista tal-persuni abbord skont id-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE (2), kopja ta’ dik il-lista għandha tintbagħat mill-kaptan lill-awtorità kompetenti tal-port tal-wasla fit-territorju tal-Istati Membri, mhux iktar tard minn tletin minuta wara t-tluq minn port ta’ pajjiż terz.

3.2.10.

Meta ferry li jkun ġej minn pajjiż terz, b'aktar minn waqfa waħda fit-territorju tal-Istati Membri jtella' passiġġieri abbord biss għall-parti tal-vjaġġ li jkun fadal f'dak it-territorju, dawk il-passiġġieri għandhom ikunu soġġetti għal verifika tal-ħruġ fil-port tat-tluq u verifika tad-dħul fil-port tal-wasla.

Verifiki fuq persuni li, waqt dawn il-waqfiet, diġà jkunu abbord il-ferry u ma jkunux telgħu abbord fit-territorju tal-Istati Membri għandhom jitwettqu fil-port tal-wasla. Il-proċedura bil-maqlub għandha tapplika fejn il-pajjiż tad-destinazzjoni huwa pajjiż terz.

Kollegament ta' merkanzija bejn Stati Membri

3.2.11.

B'deroga mill-Artikolu 8, m'għandha ssir l-ebda verifika fuq kollegamenti ta' merkanzija bejn l-istess żewġ portijiet jew aktar fit-territorju tal-Istati Membri, u li ma jmorru fl-ebda port barra t-territorju tal-Istati Membri u li jikkonsistu fit-trasport ta' oġġetti.

Madankollu, għandhom jitwettqu verifiki fuq l-ekwipaġġ u l-passiġġieri ta' dawk il-bastimenti biss meta dawn ikunu ġġustifikati abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji marbuta mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali.

4.   Trasport f'passaġġi fuq l-ilma interni

4.1.

“Trasport f'passaġġi fuq l-ilma interni li jinvolvi l-qsim ta' fruntiera esterna” jkopri l-użu, għal finijiet kummerċjali jew ta' divertiment, ta' kull tip ta' dgħajsa jew bastiment li jżomm f'wiċċ l-ilma fix-xmajjar, fil-kanali u fil-lagi.

4.2.

Fir-rigward ta' dgħajjes użati għal finijiet kummerċjali, il-kaptan u l-persuni impjegati abbord li jidhru fil-lista tal-ekwipaġġ u l-membri tal-familji ta' dawn il-persuni li jgħixu abbord għandhom jitqiesu bħala membri tal-ekwipaġġ jew ekwivalenti għalihom.

4.3.

Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-punti 3.1 sa 3.2 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-verifiki fuq trasport f'passaġġi fuq l-ilma interni.


(1)  Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE tat-18 ta' Ġunju 1998 dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità (ĠU L 188, 2.7.1998, p. 35).


ANNESS VII

Regoli speċjali għal ċerti kategoriji ta’ persuni

1.   Kapijiet ta’ Stat

B’deroga mill-Artikoli 6 u l-Artikoli 8 sa 14, il-Kapi ta’ Stat u l-membri tad-delegazzjoni tagħhom, li l-wasla u t-tluq tagħhom ikunu ġew imħabbra uffiċjalment permezz tal-kanali diplomatiċi lill-gwardji tal-fruntiera, ma jistgħux ikunu soġġetti għal kontrolli fuq il-fruntiera.

2.   Il-bdoti ta’ inġenji tal-ajru u membri oħra tal-ekwipaġġ

2.1.

B’deroga mill-Artikolu 6 d-detenturi ta’ liċenzja ta’ bdot jew ċertifikat ta’ membru tal-ekwipaġġ kif previst fl-Anness 9 għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili tas-7 ta’ Diċembru 1944 jistgħu, waqt il-qadi ta’ dmirijiethom u abbażi ta’ dawk id-dokumenti:

(a)

jimbarkaw u jiżbarkaw fl-ajruport tal-waqfa (stop-over) jew fl-ajruport tal-wasla li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru;

(b)

jidħlu fit-territorju tal-muniċipalità tal-ajruport tal-waqfa (stop-over) jew l-ajruport tal-wasla li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru;

(c)

imorru, permezz ta’ kwalunkwe mezz ta’ trasport, lejn ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru sabiex jimbarkaw fuq inġenju tal-ajru li jkun ser jitlaq minn dak l-istess ajruport.

Fil-każi l-oħra kollha, il-ħtiġiet previsti fl-Artikolu 6(1) għandhom jiġu sodisfatti.

2.2.

L-Artikoli 7 sa 14 għandhom japplikaw għall-verifiki fuq membri tal-ekwipaġġ ta’ inġenju tal-ajru. Fejn hu possibli, għandha tingħata prijorità għall-verifiki fuq ekwipaġġi ta’ inġenji tal-ajru. Speċifikament, għandhom isirulhom il-verifiki jew qabel il-passiġġieri jew f’postijiet speċjali maħsuba għal dan il-għan. B’deroga mill-Artikolu 8, ekwipaġġi li jkunu magħrufa mill-persunal responsabbli għall-kontrolli fuq il-fruntiera fil-qadi ta’ dmirijiethom jistgħu jkunu soġġetti għal verifiki saltwarji biss.

3.   Baħħara

B’deroga mill-Artikoli 5 u 8, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-baħħara li jkollhom dokument tal-identità tal-baħħara maħruġ skont il-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar id-Dokumenti ta’ Identità tal-Baħħara Nru 108 (1958) jew Nru 185 (2003), il-Konvenzjoni ta’ dwar l-Iffaċilitar tat-Traffiku Marittimu Internazzjonali (Konvenzjoni FAL) u l-liġi rilevanti nazzjonali, biex jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri billi jinżlu l-art biex jibqgħu fiż-żona tal-port fejn jidħlu l-bastimenti tagħhom jew fil-muniċipalitajiet ta’ madwar, jew joħorġu mit-territorju tal-Istati Membri billi jirritornaw abbord, mingħajr ma jippreżentaw irwieħhom f’punt ta’ qsim tal-fruntiera, bil-kondizzjoni li huma jkunu jidhru fuq il-lista tal-ekwipaġġ, li tkun ġiet sottomessa minn qabel għal verifika mill-awtoritajiet kompetenti, tal-bastiment tagħhom.

Madankollu, fuq bażi ta' valutazzjoni tar-riskji tas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali, il-baħħara għandhom ikunu soġġetti għal verifika skont l-Artikolu 8 mill-gwardji tal-fruntiera qabel ma jinżlu l-art.

4.   Detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, uffiċjali jew tas-servizz u membri ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali

4.1.

Minħabba l-privileġġi speċjali jew l-immunitajiet li għandhom, id-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, uffiċjali jew tas-servizz maħruġa minn pajjiżi terżi jew mill-Gvernijiet tagħhom li huma rikonoxxuti mill-Istati Membri, kif ukoll id-detenturi ta’ dokumenti maħruġa mill-organizzazzjonijiet internazzjonali elenkati fil-punt 4.4 li jkunu qed jivvjaġġaw waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, jistgħu jingħataw prijorità fuq vjaġġaturi oħra għall-verifiki fuq il-fruntiera, għalkemm xorta jibqgħu, fejn hu applikabbli, soġġetti għall-ħtieġa ta’ viża.

B’deroga mill-Artikolu 6(1)(c), persuni li jkunu fil-pussess ta’ dawn id-dokumenti m'għandhomx ikunu meħtieġa jipprovaw li għandhom mezzi suffiċjenti ta’ sussistenza.

4.2.

Jekk persuna li tippreżenta ruħha fi fruntiera esterna tinvoka privileġġi, immunitajiet u eżenzjonijiet, il-gwardja tal-fruntiera jista’ jeħtiġilha tipprovdi evidenza tal-istatus tagħha billi tipproduċi d-dokumenti adegwati, b’mod partikolari ċertifikati maħruġa mill-Istat li jakkreditaha jew passaport diplomatiku jew mezzi oħra. Jekk ikollu xi dubji, il-gwardja tal-fruntiera jista’, f’każ ta’ bżonn urġenti, japplika direttament lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.

4.3.

Membri akkreditati ta’ missjonijiet diplomatiċi u ta’ rappreżentazzjonijiet konsulari u l-familji tagħhom jistgħu jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri meta jippreżentaw il-karta msemmija fl-Artikolu 20(2) u d-dokument li jawtorizzahom jaqsmu l-fruntiera. Barra minn hekk, b’deroga mill-Artikolu 14 il-gwardji tal-fruntiera ma jistgħux ma jħallux lid-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, uffiċjali jew tas-servizz milli jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri mingħajr ma l-ewwel jikkonsultaw mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti. Dan għandu japplika wkoll fejn ikun iddaħħal allert fl-SIS għal din il-persuna.

4.4.

Id-dokumenti maħruġa mill-organizzazzjonijiet internazzjonali għall-għanijiet speċifikati fil-punt 4.1 huma b’mod partikolari, dawn li ġejjin:

laissez-passer tan-Nazzjonijiet Uniti maħruġ lill-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti u aġenziji subordinati, skont il-Konvenzjoni dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet ta’ Aġenziji Speċjalizzati, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-21 ta’ Novembru 1947 fi New York;

laissez-passer tal- Unjoni Ewropea (UE);

laissez-passer tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom),

ċertifikat ta’ leġittimità maħruġ mis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa,

dokumenti maħruġa skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu III tal-Ftehim bejn il-Partijiet għat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana dwar l-Istatus tal-Forza tagħhom (karti tal-identità militari akkumpanjati b’ordni għall-ivvjaġġar, mandat għall-ivvjaġġar jew ordni għal moviment kollettiv) kif ukoll dokumenti maħruġa fil-qafas tas-Sħubija għall-Paċi.

5.   Ħaddiema transkonfini

5.1.

Il-proċeduri biex isiru verifiki fuq ħaddiema transkonfini huma rregolati mir-regoli ġenerali dwar il-kontrolli fuq il-fruntiera, b’mod partikolari l-Artikoli 8 u 14.

5.2.

B’deroga mill-Artikolu 8 ħaddiema transkonfini li huma magħrufa sew mill-gwardji tal-fruntiera minħabba li jaqsmu l-fruntiera ta’ spiss fl-istess punt ta’ qsim tal-fruntiera, u li, abbażi ta’ verifika inizjali, ma jkunux irriżultaw li huma s-suġġetti ta’ xi allert fl-SIS jew f’xi fajl nazzjonali tad-data jkunu soġġetti biss għal verifiki saltwarji biex ikun żgurat li jkollhom dokument validu li jawtorizzahom jaqsmu l-fruntiera u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tad-dħul neċessarji. Verifiki bir-reqqa għandhom jitwettqu fuq dawn il-persuni minn żmien għal żmien, mingħajr avviż u f’intervalli irregolari.

5.3.

Id-dispożizzjonijiet tal-punt 5.2 jistgħu jiġu estiżi għal kategoriji oħra ta’ persuni li jaqsmu l-fruntiera regolarment.

6.   Minorenni

6.1.

Il-gwardji tal-fruntiera għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-minorenni, kemm jekk ikunu qed jivvjaġġaw akkumpanjati u wkoll jekk le. Minorenni li jkunu qed jaqsmu l-fruntiera esterna għandhom ikunu soġġetti għall-istess verifiki mad-dħul u mal-ħruġ bħall-adulti, kif previst f’dan ir-Regolament.

6.2.

Fil-każ ta’ minorenni li jkunu akkumpanjati, il-gwardja tal-fruntiera għandu jivverifika li l-persuni li jkunu qed jakkumpanjaw lill-minorenni jkollhom ir-responsabbiltà ta’ ġenituri fuqhom, speċjalment meta l-minorenni jkunu akkumpanjati minn adult wieħed biss u jkun hemm raġunijiet serji għalxiex wieħed jissuspetta li dawn setgħu tneħħew b’mezzi illegali mill-kustodja tal-persuna jew persuni li legalment jeżerċitaw ir-reponsabbiltà ta’ ġenituri fuqhom. F’dan l-aħħar każ, il-gwardja tal-fruntiera għandu jwettaq investigazzjoni ulterjuri sabiex jaqbad xi inkonsistenzi jew kontradizzjonijiet fl-informazzjoni mogħtija.

6.3.

Fil-każ ta’ minorenni li jkunu qed jivvjaġġaw mhux akkumpanjati, il-gwardji tal-fruntiera għandhom jiżguraw, permezz ta’ verifiki bir-reqqa fuq id-dokumenti tal-ivvjaġġar u d-dokumenti ta’ sostenn, li l-minorenni ma jħallux it-territorju kontra x-xewqat tal-persuna jew persuni li jkollhom ir-reponsabbiltà ta’ ġenituri fuqhom.

6.4.

L-Istati Membri għandhom jinnominaw punti ta’ kuntatt nazzjonali għal konsultazzjoni dwar minorenni u jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-Istati Membri il-lista ta' dawn il-punti ta' kuntatt nazzjonali.

6.5.

Fejn ikun hemm dubju dwar xi waħda miċ-ċirkostanzi elenkati fil-punti 6.1., 6.2. u 6.3., il-gwardji tal-fruntiera għandhom jużaw il-lista tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali għal konsultazzjoni dwar minorenni.

7.   Servizzi ta’ salvataġġ, il-pulizija, is-servizzi tat-tifi tan-nar u l-gwardji tal-fruntiera

L-arranġamenti għad-dħul u l-ħruġ ta’ membri tas-servizzi ta’ salvataġġ, tal-pulizija, tas-servizzi tat-tifi tan-nar li jaġixxu f’sitwazzjonijiet ta' emerġenza kif ukoll tal-gwardji tal-fruntiera li jaqsmu l-fruntiera fl-eżerċizzju tal-kompiti professjonali tagħhom għandhom jiġu stabbiliti mil-liġi nazzjonali. L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu arranġamenti bilaterali ma' pajjiżi terzi mad-dħul u l-ħruġ ta’ dawk il-kategoriji ta' persuni. Dawn l-arranġamenti u ftehimiet bilaterali jistghu jipprevedu derogi mill-Artikoli 5, 6 u 8.

8.   Ħaddiema offshore

B’deroga mill-Artikoli 5 u 8, il-haddiema offshore li regolarment jirritornaw bil-bahar jew bl-ajru fit-territorju tal-Istati Membri minghajr ma jkunu dahlu fit-territorju ta' pajjiz terz, m’ghandhomx jigu verifikati sistematikament.

Madankollu, għandha tiġi kkunsidrata l-valutazzjoni tar-riskji tal-immigrazzjoni illegali, b'mod partikolari fejn il-kosta ta' pajjiż terz tinsab fil-viċinanza immedjata ta’ sit offshore, sabiex tkun iddeterminata l-frekwenza li biha jridu jsiru l-verifiki.


ANNESS VIII

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IX

Regolament imħassar flimkien mal-emenda tiegħu

Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1)

 

Regolament (KE) Nru 296/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 97, 9.4.2008, p. 60)

 

Regolament (KE) Nru 81/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 35, 4.2.2009, p. 56)

 

Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1)

Artikolu 55 biss

Regolament (UE) Nru 265/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 85, 31.3.2010, p. 1)

Artikolu 2 biss

Punt 9 tal-Anness V għall-Att ta' Adeżjoni tal-2011

 

Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 182, 29.6.2013, p. 1)

Artikolu 1 biss

Regolament (EU) Nru 1051/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 295, 6.11.2013, p. 1)

 


ANNESS X

Tabella ta’ korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 562/2006

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2, kliem introduttorju

Artikolu 2, kliem introduttorju

Artikolu 2, punti (1) sa (8)

Artikolu 2, punti (1) sa (8)

Artikolu 2, punt (8a)

Artikolu 2, punt 9

Artikolu 2, punt 9

Artikolu 2, punt 10

Artikolu 2, punt 10

Artikolu 2, punt 11

Artikolu 2, punt 11

Artikolu 2, punt 12

Artikolu 2, punt 12

Artikolu 2, punt 13

Artikolu 2, punt 13

Artikolu 2, punt 14

Artikolu 2, punt 14

Artikolu 2, punt 15

Artikolu 2, punt 15

Artikolu 2, punt 16

Artikolu 2, punt 16

Artikolu 2, punt 17

Artikolu 2, punt 17

Artikolu 2, punt 18

Artikolu 2, punt 18

Artikolu 2, punt 19

Artikolu 2, punt 18a

Artikolu 2, punt 20

Artikolu 2, punt 19

Artikolu 2, punt 21

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 3a

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 5(1a)

Artikolu 6(2)

Artikolu 5(2)

Artikolu 6(3)

Artikolu 5(3)

Artikolu 6(4)

Artikolu 5(4)

Artikolu 6(5)

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7(1) u (2)

Artikolu 8(1) u (2)

Artikolu 7(3)(a)

Artikolu 8(3)(a)

Artikolu 7(3)(aa)

Artikolu 8(3)(b)

Artikolu 7(3)(ab)

Artikolu 8(3)(c)

Artikolu 7(3)(ac)

Artikolu 8(3)(d)

Artikolu 7(3)(ad)

Artikolu 8(3)(e)

Artikolu 7(3)(ae)

Artikolu 8(3)(f)

Artikolu 7(3)(b)

Artikolu 8(3)(g)

Artikolu 7(3)(c)

Artikolu 8(3)(h)

Artikolu 7(3)(d)

Artikolu 8(3)(i)

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9(1)

Artikolu 10(1)

Artikolu 9(2), l-ewwel subparagrafu, punt (a)

Artikolu 10(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafu

Artikolu 9(2), l-ewwel subparagrafu, punt (b)

Artikolu 10(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 9(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 10(2), ir-rabà subparagrafu

Artikolu 9(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 10(2), il-ħames subparagrafu

Artikolu 9(3) u (4)

Artikolu 10(3) u (4)

Artikolu 10(1) sa (5)

Artikolu 11(1) sa (5)

Artikolu 10(6)

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 19a (Kapitolu IV)

Artikolu 19a (Kapitolu IVa)

Artikolu 21

Artikolu 20

Artikolu 22

Artikolu 21

Artikolu 23

Artikolu 22

Artikolu 24

Artikolu 23

Artikolu 25

Artikolu 23a

Artikolu 26

Artikolu 24

Artikolu 27

Artikolu 25

Artikolu 28

Artikolu 26

Artikolu 29

Artikolu 26a

Artikolu 30

Artikolu 27

Artikolu 31

Artikolu 28

Artikolu 32

Artikolu 29

Artikolu 33

Artikolu 30

Artikolu 34

Artikolu 31

Artikolu 35

Artikolu 32

Artikolu 36

Artikolu 33

Artikolu 37

Artikolu 33a

Artikolu 38

Artikolu 34

Artikolu 39

Artikolu 35

Artikolu 40

Artikolu 36

Artikolu 41

Artikolu 37

Artikolu 42

Artikolu 37a

Artikolu 43

Artikolu 38

Artikolu 39

Artikolu 44

Artikolu 40

Artikolu 45

Anness I sa VIII

Anness I sa VIII

Anness IX

Anness X


23.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/53


REGOLAMENT (UE) 2016/400 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-9 ta’ Marzu 2016

dwar l-implimentazzjoni tal-klawżola ta’ salvagwardja u l-mekkaniżmu ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Ġunju 2009 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mar-Repubblika tal-Moldova għall-konklużjoni ta’ ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Moldova.

(2)

Dawn in-negozjati ġew finalizzati u l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (2) (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fis-27 ta’ Ġunju 2014 u ġie applikat b’mod provviżorju mill-1 ta’ Settembru 2014.

(3)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-proċeduri li jiggarantixxu l-applikazzjoni effettiva tal-klawżola ta’ salvagwardja li ġiet miftiehma mar-Repubblika tal-Moldova.

(4)

Il-Ftehim jinkludi wkoll mekkaniżmu ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni għas-sospensjoni temporanja tad-dazji preferenzjali fuq prodotti speċifiċi. Huwa wkoll meħtieġ li jiġu stabbiliti l-proċeduri għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan il-mekkaniżmu.

(5)

Il-miżuri ta’ salvagwardja jistgħu jitqiesu biss jekk il-prodott ikkonċernat jiġi importat fl-Unjoni fi kwantitajiet daqstant ikbar min-normal, f’termini assoluti jew relattivi għall-produzzjoni tal-Unjoni, u f’tali kundizzjonijiet li jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni ta’ prodotti simili jew li jkunu f’kompetizzjoni diretta kif stabbilit fl-Artikolu 165(1) tal-Ftehim.

(6)

Ċerti termini bħal “dannu serju”, “theddida ta’ dannu serju” u “perjodu tranżitorju” kif imsemmija fl-Artikolu 169 tal-Ftehim għandhom jiġu definiti.

(7)

Il-kompiti ta’ segwitu u ta’ rieżami tal-Ftehim u tat-twettiq ta’ investigazzjonijiet u, jekk ikun meħtieġ, tal-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja għandhom isiru bl-aktar mod trasparenti possibbli.

(8)

Il-Kummissjoni għandha tirċievi tagħrif, li jinkludi l-evidenza disponibbli, mill-Istati Membri dwar kull xejra fl-importazzjonijiet li tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ salvagwardja.

(9)

Għalhekk, l-affidabilità tal-istatistika dwar l-importazzjonijiet kollha mir-Repubblika tal-Moldova lejn l-Unjoni hija kruċjali biex jiġi determinat jekk ġewx sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-miżuri ta’ salvagwardja.

(10)

Jekk ikun jidher li jkun hemm evidenza prima facie suffiċjenti li tiġġustifika li jinbdew proċedimenti, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(11)

Għandu jkun hemm dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-bidu ta’ investigazzjonijiet, aċċess għal tagħrif miġbur u spezzjonijiet imwettqa mill-partijiet interessati ta’ tali tagħrif, seduti ta’ smigħ għall-partijiet interessati involuti u opportunità għal dawk il-partijiet biex iressqu l-fehmiet tagħhom.

(12)

Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lir-Repubblika tal-Moldova bil-miktub dwar il-bidu ta’ investigazzjoni u tikkonsulta lir-Repubblika tal-Moldova kif stipulat fl-Artikolu 166(1) tal-Ftehim.

(13)

Huwa wkoll meħtieġ li jiġu stabbiliti l-limiti taż-żmien sabiex tinbeda investigazzjoni u sabiex jiġi stabbilit jekk il-miżuri ta’ salvagwardja humiex xierqa, bil-ħsieb li jiġi żgurat li dawn il-kunsiderazzjonijiet isiru malajr, sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi kkonċernati.

(14)

Għandu jkun hemm investigazzjoni qabel l-applikazzjoni ta’ kull miżura ta’ salvagwardja, bir-riżerva li l-Kummissjoni titħalla tapplika miżuri ta’ salvagwardja provviżorji f’ċirkostanzi kritiċi kif imsemmi fl-Artikolu 167 tal-Ftehim.

(15)

Miżuri ta’ salvagwardja għandhom jiġu applikati biss sa fejn, u għal tant żmien li jista’ jinħtieġ biex ma biex ma jitħalliex isir jew biex jiġi rrimedjat dannu serju u biex jiġi ffaċilitat l-aġġustament. It-tul massimu taż-żmien tal-miżuri tas-salvagwardja għandu jiġi stabbilit u għandhom jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-estensjoni u r-rieżami ta’ dawn il-miżuri.

(16)

L-Artikolu 148 tal-Ftehim jipprevedi mekkaniżmu ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni għal ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati. Dan ir-Regolament għandu jipprevedi wkoll il-possibilità li jiġu sospiżi d-dazji preferenzjali għal perjodu massimu ta’ sitt xhur meta l-importazzjonijiet ta’ tali prodotti jilħqu volumi ta’ importazzjoni annwali definiti fl-Anness XV-C għall-Ftehim.

(17)

Għal raġunijiet ta’ trasparenza, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim u dwar l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ salvagwardja u l-mekkaniżmu ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni.

(18)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta’-miżuri ta’ salvagwardja provviżorji u definittivi, għall-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ sorveljanza preventivi, għat-tmiem ta’ investigazzjoni mingħajr miżuri u għall-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni previsti fil-Ftehim, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(19)

Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni tal-miżuri ta’ sorveljanza preventivi u ta’ salvagwardja provviżorji minħabba l-effetti li għandhom dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom f’rabta mal-adozzjoni tal-miżuri ta’ salvagwardja definittivi.. Għandhom jiġu adottati miżuri ta’ salvagwardja provviżorji fejn dewmien fl-impożizzjoni ta’ tali miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa jew sabiex jiġi evitat impatt negattiv fuq is-suq tal-Unjoni bħala riżultat ta’ żieda fl-importazzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih li jimponu miżuri ta’ salvagwardja provviżorji f’każijiet debitament ġustifikati, fejn raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jirrikjedu dan.

(20)

Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża’ ukoll għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni għad-deċiżjoni dwar is-sospensjoni tad-dazji preferenzjali taħt il-mekkaniżmu ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni, minħabba li dawk l-atti jridu jiġu implimentati malajr ladarba l-limitu rilevanti għall-kategoriji ta’ prodotti elenkati fl-Anness XV-C għall-Ftehim ikun intlaħaq billi għandhom biss perjodu qasir ħafna ta’ applikazzjoni. Sabiex jiġi evitat impatt negattiv fuq is-suq tal-Unjoni bħala riżultat ta’ żieda fl-importazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih fejn, f’każijiet debitament ġustifikati raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jirrikjedu dan.

(21)

Il-proċedura ta’ eżami għandha tintuża’ għall-adozzjoni ta’ miżuri definittivi ta’ salvagwardja u għar-rieżamijiet ta’ dawn il-miżuri,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-klawżola tas-salvagwardja u l-mekkaniżmu ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni previsti fil-Ftehim.

2.   Dan ir-Regolament japplika għal prodotti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Moldova.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(1)

“prodott” tfisser oġġett li joriġina fl-Unjoni jew fir-Repubblika tal-Moldova, prodott soġġett għal investigazzjoni jista’ jkopri linja tariffarja waħda jew diversi linji tariffarji jew subsegment tagħhom skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi tas-suq, jew kwalunkwe segmentazzjoni tal-prodott li tkun applikata b’mod komuni fl-industrija tal-Unjoni;

(2)

“partijiet interessati” tfisser il-partijiet milquta mill-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat;

(3)

“industrija tal-Unjoni” tfisser il-produtturi tal-Unjoni kollha flimkien ta’ prodotti simili jew ta’ prodotti f’kompetizzjoni diretta, li jkunu joperaw fit-territorju tal-Unjoni, jew produtturi tal-Unjoni li l-produzzjoni kollettiva tagħhom ta’ prodotti simili jew ta’ prodotti f’kompetizzjoni diretta tikkostitwixxi proporzjon maġġur tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ dawk il-prodotti, jew, fejn prodott simili jew prodott f’kompetizzjoni diretta jkun biss wieħed minn fost diversi prodotti magħmulin minn produtturi tal-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni hi mifhuma fir-rigward tal-operazzjonijiet speċifiċi li huma involuti fil-produzzjoni tal-prodott simili jew f’kompetizzjoni diretta;

(4)

“dannu serju” jfisser, meta tirreferi għall-pożizzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ħsara ġenerali sinifikanti lilha;

(5)

“theddida ta’ dannu serju” tfisser, meta tirreferi għall-pożizzjoni tal-industrija tal-Unjoni, dannu serju li jkun imminenti b’mod ċar;

(6)

“perjodu ta’ tranżizzjoni” tfisser perjodu ta’ 10 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

KAPITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET TA’ SALVAGWARDJA

Artikolu 3

Prinċipji

1.   Miżura ta’ salvagwardja tista’ tiġi imposta f’konformità ma’ dan ir-Regolament fejn prodott li joriġina fir-Repubblika tal-Moldova, bħala riżultat tat-tnaqqis jew it-tneħħija tad-dazji fuq dan il-prodott, jiġi importat fl-Unjoni fi kwantitajiet tant ikbar minn qabel, f’termini assoluti jew relattivi mal-produzzjoni tal-Unjoni, u taħt kundizzjonijiet tali li jikkawżaw jew jheddu li jikkawżaw dannu serju lill-industrija tal-Unjoni.

2.   Miżura ta’ salvagwardja tista’ tieħu waħda mill-forom li ġejjin:

(a)

is-sospensjoni ta’ aktar tnaqqis fir-rata tad-dazju doganali fuq il-prodott ikkonċernat stipulat fil-Ftehim;

(b)

żieda fir-rata ta’ dazju doganali fuq il-prodott ikkonċernat sa livell li ma jaqbiżx l-inqas minn dawn:

ir-rata applikata ta’ dazju doganali tan-nazzjon l-aktar iffavorit (MFN) fuq il-prodott ikkonċernat li tkun effettiva fiż-żmien meta tittieħed il-miżura; jew

ir-rata ta’ bażi ta’ dazju ta’ dwana speċifikata fl-Iskemi inklużi fl-Anness XV skont l-Artikolu 147 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Il-bidu ta’ proċedimenti

1.   Proċedimenti għandhom jinbdew mill-Kummissjoni fuq talba ta’ Stat Membru jew minn kwalunkwe persuna ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni li ma jkollhiex personalità ġuridika li tkun qed taġixxi f’isem l-industrija tal-Unjoni, jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess, jekk il-Kummissjoni jidhrilha li hemm biżżejjed evidenza prima facie, kif stabbilit abbażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 5(5), li tiġġustifika tali bidu.

2.   It-talba għandha ġeneralment tinkludi t-tagħrif li ġej: ir-rata u l-ammont taż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat f’termini assoluti u relattivi, is-sehem tas-suq domestiku meħud minn importazzjonijiet miżjuda u l-bidliet fil-livelli ta’ bejgħ, produzzjoni, produttività, użu tal-kapaċità, qligħ u telf, u impjiegi fir-rigward tal-industrija tal-Unjoni.

3.   Proċedimenti jistgħu jinbdew ukoll fil-każ li jkun hemm żieda qawwija fl-importazzjonijiet ikkonċentrata fi Stat Membru wieħed jew f’diversi Stati Membri, bil-kundizzjoni li jkun hemm biżżejjed evidenza prima facie, kif stabbilit fuq il-bażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 5(5), sabiex tiġġustifika tali bidu.

4.   Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni f’każ li x-xejriet fl-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Moldova jidhru li jeħtieġu miżuri ta’ salvagwardja. Dan it-tagħrif għandu jinkludi l-evidenza msemmija fil-paragrafi 1 u 2, u fil-paragrafu 3 jekk applikabbli.

5.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri meta tirċievi talba biex tibda proċedimenti jew meta tikkunsidra li jkun xieraq li jinbdew proċedimenti fuq inizjattiva tagħha stess skont il-paragrafu 1.

6.   Fejn ikun jidher li hemm biżżejjed evidenza prima facie li tiġġustifika l-bidu ta’ proċedimenti, il-Kummissjoni għandha tibda tali proċedimenti u għandha tippubblika avviż tal-bidu tal-investigazzjonijiet f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-bidu tal-proċedimenti għandu jseħħ fi żmien xahar minn meta l-Kummissjoni tirċievi t-talba jew it-tagħrif skont il-paragrafu 1.

7.   L-avviż imsemmi fil-paragrafu 6 għandu:

(a)

jinkludi sommarju tat-tagħrif li jasal, u jeżiġi li t-tagħrif rilevanti kollu jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni;

(b)

jiddikjara l-perjodu ta’ żmien li fih il-partijiet interessati jgħarrfu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jippreżentaw it-tagħrif lill-Kummissjoni, jekk iridu li dawn il-fehmiet u t-tagħrif jitqiesu matul il-proċedimenti;

(c)

jiddikjara l-perjodu ta’ żmien li fih il-partijiet interessati jistgħu japplikaw biex jinstemgħu bil-fomm mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 5(9).

Artikolu 5

Investigazzjonijiet

1.   Wara l-pubblikazzjoni tal-avviż imsemmi fl-Artikolu 4(6), il-Kummissjoni għandha twettaq investigazzjoni.

2.   Il-Kummissjoni tista’ titlob li l-Istati Membri jipprovdu tagħrif u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex din it-talba ssir effettiva. Jekk dan it-tagħrif ikun ta’ interess ġenerali u ma jkunx kunfidenzjali skont l-Artikolu 11, għandu jiżdied mal-fajl mhux kunfidenzjali kif previst fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu.

3.   L-investigazzjoni għandha tiġi konkluża, fejn ikun possibbli, fi żmien sitt xhur mill-bidu tagħha. Dan il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi estiż b’perjodu addizzjonali ta’ tliet xhur f’ċirkostanzi eċċezzjonali bħall-involviment ta’ għadd aktar għoli mis-soltu ta’ partijiet interessati jew sitwazzjonijiet kumplessi tas-suq. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-partijiet interessati kollha dwar kull estensjoni ta’ dan it-tip u tispjega r-raġunijiet li wasslu għaliha.

4.   Il-Kummissjoni għandha titlob it-tagħrif kollu li jidhrilha li hu meħtieġ biex tkun tista’ tiddetermina dwar il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1), u fejn ikun xieraq, għandha tfittex li tivverifika dak it-tagħrif.

5.   Fl-investigazzjoni biex jiġi determinat jekk l-importazzjonijiet miżjuda ikkawżawx jew qed jheddu li jikkawżaw dannu serju lill-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-fatturi rilevanti kollha ta’ natura oġġettiva u kwantifikabbli li għandhom impatt fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni, b’mod partikolari, ir-rata u l-ammont taż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat f’termini assoluti u relattivi, is-sehem tas-suq domestiku meħud mill-importazzjonijiet miżjuda u t-tibdil fil-livelli tal-bejgħ, tal-produzzjoni, tal-produttività, tal-użu tal-kapaċità, tal-qligħ u tat-telf, u tal-impjiegi. Din il-lista mhijiex eżawrjenti u l-Kummissjoni tista’ tqis fatturi oħra rilevanti, bħalma huma l-istokkijiet, il-prezzijiet, ir-redditu fuq il-kapital użat u l-likwidità, meta tkun qed tiddetermina l-eżistenza ta’ dannu serju jew theddida ta’ dannu serju.

6.   Il-partijiet interessati li jkunu ppreżentaw tagħrif skont il-punt (b) tal-Artikolu 4(7) u r-rappreżentanti tal-pajjiż ikkonċernat jistgħu, fuq talba bil-miktub, jispezzjonaw it-tagħrif kollu li jkun tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni b’konnessjoni mal-investigazzjoni għajr id-dokumenti interni mħejjija mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew tal-Istati Membri, bil-kundizzjoni li dan it-tagħrif ikun rilevanti għall-preżentazzjoni tal-każ tagħhom u mhux kunfidenzjali skont l-Artikolu 11 u li jintuża mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni. Il-partijiet interessati jistgħu jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-fehmiet tagħhom dwar it-tagħrif disponibbli. Fejn ikun hemm biżżejjed evidenza prima facie li ssostni dawk il-fehmiet, il-Kummissjoni għandha tikkunsidraha.

7.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dejta u l-istatistika kollha li jintużaw għall-investigazzjoni jkunu rappreżentattivi, disponibbli, jinftiehmu, ikunu trasparenti u verifikabbli.

8.   Il-Kummissjoni għandha, hekk kif jitwaqqaf il-qafas tekniku neċessarju, tiżgura l-aċċess bl-Internet b’password ta’ protezzjoni għall-fajl mhux kunfidenzjali (“pjattaforma onlajn”), li hija għandha tiġġestixxi u li permezz tiegħu jitqassam it-tagħrif kollu rilevanti u mhux kunfidenzjali fis-sens tal-Artikolu 11. Il-Parlament Ewropew, l-Istati Membri u l-partijiet interessati għandhom jingħataw aċċess għal dik il-pjattaforma.

9.   Il-Kummissjoni għandha tisma’ lill-partijiet interessati, b’mod partikolari meta jkunu għamlu applikazzjoni bil-miktub fil-perjodu ta’ żmien stipulat fl-avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fejn juru li x’aktarx ikunu sejrin jintlaqtu mir-riżultat tal-investigazzjoni u li jeżistu raġunijiet speċjali biex jinstemgħu oralment. Il-Kummissjoni għandha tisma’ lill-partijiet interessati f’okkażjonijiet oħra jekk ikun hemm raġunijiet speċjali għal dan.

10.   Fejn it-tagħrif ma jitressaqx fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-Kummissjoni, jew meta l-investigazzjoni tiġi mxekkla b’mod sinifikanti, il-Kummissjoni tista’ tislet riżultati abbażi tal-fatti disponibbli. Fejn il-Kummissjoni ssib li xi parti interessata jew xi parti terza tkun ipprovdiet tagħrif falz jew qarrieqi, hija għandha ma tagħtix kas ta’ dan it-tagħrif u tista’ tagħmel użu mill-fatti disponibbli.

11.   Il-Kummissjoni għandha tinnotifika bil-miktub lir-Repubblika tal-Moldova bill-bidu ta’ investigazzjoni.

Artikolu 6

Miżuri ta’ sorveljanza preventivi

1.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, miżuri ta’ sorveljanza preventivi fir-rigward ta’ importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Moldova fejn ix-xejra fl-importazzjonijiet ta’ prodott tkun tali li tkun tista’ twassal għal waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3(1) u 4(1) u (3). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 13(3).

2.   Il-miżuri ta’ sorveljanza preventivi għandu jkollhom perjodu ta’ validità limitat. Sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor, dawn ma jibqgħux validi fi tmiem it-tieni perjodu ta’ sitt xhur li jsegwi l-ewwel sitt xhur wara l-introduzzjoni tagħhom.

Artikolu 7

Impożizzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja provviżorji

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, miżuri ta’ salvagwardja provviżorji f’ċirkostanzi kritiċi fejn dewmien fl-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja jista’ jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, skont determinazzjoni preliminari abbażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 5(5) li hemm biżżejjed evidenza prima facie li l-importazzjonijiet ta’ prodott li joriġina mir-Repubblika tal-Moldova jkunu żdiedu bħala riżultat tat-tnaqqis jew tal-eliminazzjoni ta’ dazju doganali skont l-Iskeda ta’ Tneħħija tat-Tariffi tal-Ftehim inkluża fl-Anness XV skont l-Artikolu 147 tal-Ftehim u li dawn l-importazzjonijiet jikkawżaw dannu serju, jew theddida ta’ dannu serju, lill-industrija tal-Unjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 13(3) ta’ dan ir-Regolament.

2.   Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati, inkluż fil-każ imsemmi fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih li jimponu miżuri ta’ salvagwardja provviżorji f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 13(5).

3.   Fejn Stat Membru jitlob intervent immedjat mill-Kummissjoni u fejn il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 jiġu ssodisfati, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.

4.   Il-miżuri ta’ salvagwardja provviżorji ma għandhomx japplikaw għal aktar minn 200 jum tal-kalendarju.

5.   Jekk il-miżuri ta’ salvagwardja provviżorji jiġu mħassra minħabba li l-investigazzjoni turi li ma ġewx issodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(1), kull dazju doganali miġbur bħala riżultat ta’ dawn il-miżuri ta’ salvagwardja provviżorji għandu jintradd lura awtomatikament.

6.   Il-miżuri ta’ salvagwardja provviżorji għandhom japplikaw għal kull prodott li jitqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni libera wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dawk il-miżuri.

Artikolu 8

Tmiem tal-investigazzjonijiet u proċedimenti mingħajr miżuri

1.   Fejn il-fatti kif finalment stabbiliti juru li l-kundizzjonijiet indikati fl-Artikolu 3(1) ma jkunux issodisfati, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, deċiżjoni li ttemm l-investigazzjoni u l-proċedimenti u tippubblika dik id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformitàmal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 13(4).

2.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika, bil-kunsiderazzjoni dovuta tal-protezzjoni tat-tagħrif kunfidenzjali fis-sens tal-Artikolu 11, rapport li jippreżenta r-riżultati tagħha u l-konklużjonijiet motivati li tkun waslet għalihom fil-kwistjonijiet rilevanti kollha ta’ fatt u ta’ liġi.

Artikolu 9

Impożizzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja definittivi

1.   Fejn il-fatti kif finalment stabbiliti juru li l-kundizzjonijiet indikati fl-Artikolu 3(1) ikunu ssodisfati, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova għal konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 160(2) tal-Ftehim. Fejn l-ebda soluzzjoni sodisfaċenti ma tkun intlaħqet fi żmien 30 jum, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, miżuri ta’ salvagwardja definittivi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 13(4) ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika, bil-kunsiderazzjoni dovuta tal-protezzjoni tat-tagħrif kunfidenzjali skont l-Artikolu 11, rapport li jkun fih sommarju tal-fatti materjali u l-kunsiderazzjonijiet rilevanti għad-deċiżjoni.

Artikolu 10

Tul ta’ żmien u rieżami tal-miżuri ta’ salvagwardja

1.   Miżura ta’ salvagwardja għandha tibqa’ fis-seħħ biss għall-perjodu taż-żmien meħtieġ biex ma jitħalliex li jsir jew biex jiġi rrimedjat dannu serju għall-industrija tal-Unjoni u biex ikun iffaċilitat l-aġġustament. Dan il-perjodu ma għandux jaqbeż is-sentejn, għajr jekk jiġġedded skont il-paragrafu 3.

2.   Miżura ta’ salvagwardja għandha tibqa’ fis-seħħ, sakemm joħroġ ir-riżultat tar-rieżami skont il-paragrafu 3.

3.   It-tul ta’ żmien inizjali ta’ miżura ta’ salvagwardja jista’ jiġi estiż b’mhux iktar minn sentejn kemm-il darba il-Kummissjoni tiddetermina li l-miżura ta’ salvagwardja tibqa’ meħtieġa biex ma jitħalliex isir jew biex jiġi rrimedjat dannu serju għall-industrija tal-Unjoni u jkun hemm evidenza li l-industrija tal-Unjoni tkun qed taġġusta ruħha.

4.   Qabel kull estensjoni skont il-paragrafu 3, għandu jkun hemm investigazzjoni li tinbeda fuq talba ta’ Stat Membru, minn kwalunkwe persuna ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni li ma jkollhiex personalità ġuridika li tkun qed taġixxi f’isem l-industrija tal-Unjoni, jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess, jekk ikun hemm biżżejjed provi prima facie li huma ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3 abbażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 5(5).

5.   Avviż tal-bidu ta’ investigazzjoni għandu jkun ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 4(6) u (7) mutatis mutandis. L-investigazzjoni għandha titwettaq u kull deċiżjoni dwar estensjoni skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandha ssir skont l-Artikoli 5, 8 u 9 mutatis mutandis.

6.   It-tul ta’ żmien totali ta’ miżura ta’ salvagwardja ma għandux jaqbeż l-erba’ snin, inkluż il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ kull miżura ta’ salvagwardja proviżorja, il-perjodu inizjali tal-applikazzjoni u l-estensjoni tiegħu.

7.   Miżura ta’ salvagwardja ma għandhiex tiġi applikata lil hinn mill-iskadenza tal-perjodu ta’ tranżizzjoni, għajr bil-kunsens tar-Repubblika tal-Moldova.

Artikolu 11

Kunfidenzjalità

1.   Tagħrif li jasal skont dan ir-Regolament għandu jintuża biss għall-għan li għalih tkun saret it-talba.

2.   L-ebda tagħrif ta’ natura kunfidenzjali jew xi tagħrif li jintbagħat fuq bażi kunfidenzjali skont dan ir-Regolament ma għandu jiġi żvelat mingħajr il-kunsens espress ta’ min jipprovdi dan it-tagħrif.

3.   Kull talba għall-kunfidenzjalità għandha tagħti r-raġunijiet għaliex it-tagħrif ikun kunfidenzjali. Madankollu, jekk min jipprovdi t-tagħrif jitlob li t-tagħrif ma jsirx pubbliku jew ma jiġix żvelat, fil-forma sħiħa tiegħu jew fil-qosor, u jekk dik it-talba ma tkunx iġġustifikata, it-tagħrif jista’ jitwarrab.

4.   It-tagħrif għandu f’kull każ jitqies bħala kunfidenzjali jekk l-iżvelar tiegħu x’aktarx li jkollu impatt negattiv sinifikanti fuq min jipprovdih jew fuq is-sors ta’ dan it-tagħrif.

5.   Il-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx jipprekludu referenza mill-awtoritajiet tal-Unjoni għal tagħrif ġenerali u b’mod partikolari għar-raġunijiet li fuqhom jissejsu d-deċiżjonijiet meħuda skont dan ir-Regolament. Dawk l-awtoritajiet, madankollu, għandhom iqisu l-interess leġittimu tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi kkonċernati li ma jiġux żvelati s-sigrieti

KAPITOLU III

IL-MEKKANIŻMU TA’ KONTRA Ċ-ĊIRKOMVENZJONI

Artikolu 12

Mekkaniżmu ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni għal ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati

1.   Volum medju ta’ importazzjonijiet annwali huwa stabbilit għall-importazzjonijiet ta’ prodotti elenkati fl-Anness XV-C tal-Ftehim, li huma soġġetti għal mekkaniżmu ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni stipulat fl-Artikolu 148 tiegħu. Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati, relatata mal-volum ta’ importazzjonijiet ta’ kategorija waħda ta’ prodotti jew aktar kategoriji jilħqu l-volum indikat fl-Anness XV-C ta’ dan il-Ftehim fi kwalunkwe sena mill-1 ta’ Jannar, u sakemm ma tkunx irċeviet ġustifikazzjoni valida mir-Repubblika tal-Moldova, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(5) ta’ dan ir-Regolament. Permezz ta’ tali att, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi jew li tissospendi temporanjament id-dazju preferenzjali applikat għall-prodott jew prodotti kkonċernati jew inkella li tali sospensjoni mhijiex xierqa.

2.   Is-sospensjoni temporanja tad-dazju preferenzjali għandha tkun applikabbli għal perjodu massimu ta’ sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li jiġi sospiż id-dazju preferenzjali. Qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu ta’ sitt xhur u għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati relatati mas-sospensjoni tad-dazji preferenzjali, il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(5) sabiex titneħħa s-sospensjoni temporanja tad-dazju preferenzjali jekk tkun sodisfatta li l-volum tal-kategorija rilevanti ta’ prodotti importati li jaqbżu l-volum imsemmi fl-Anness XV-C tal-Ftehim jirriżulta minn bidla fil-livell ta’ produzzjoni u l-kapaċità ta’ esportazzjoni tar-Repubblika tal-Moldova għall-prodott jew prodotti kkonċernati.

3.   L-applikazzjoni tal-mekkaniżmu stabbilit f’dan il-Kapitolu hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ kwalunkwe miżura definita fil-Kapitolu II. Miżuri li jittieħdu skont id-dispożizzjonijiet taż-żewġ kapitoli ma għandhomx jiġu, madankollu, applikati b’mod simultanju għall-istess prodott jew prodotti.

KAPITOLU IV

PROĊEDURA TA’ KUMITAT U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 13

Proċedura ta’ kumitat

1.   Għall-finijiet tal-Artikoli 6 sa 10, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit permezz tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Għall-finijiet tal-Artikolu 12, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, stabbilit permezz tal-Artikolu 229(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u fir-rigward tal-prodotti agrikoli pproċessati, mill-Kumitat dwar mistoqsijiet orizzontali li jirrigwardaw il-kummerċ fi prodotti agrikoli pproċessati mhux elenkati fl-Anness I, stabbilit permezz tal-Artikolu 44(1) tal-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Dawk il-Kumitati għandhom ikunu kumitati fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

5.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu.

6.   Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, fejn isir rikors għall-proċedura bil-miktub għall-adozzjoni ta’ miżuri skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, din il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta’ żmien stipulat mill-president, jiġi deċiż mill-president jew hekk jintalab minn maġġoranza tal-membri tal-kumitat kif definit fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 14

Rapport

1.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u t-Titolu V tal-Ftehim u dwar il-konformità mal-obbligi stabbiliti fih.

2.   Ir-rapport għandu, inter alia, jinkludi informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ sorveljanza proviżorji u definittivi, miżuri ta’ sorveljanza preventivi, it-tmiem ta’ investigazzjonijiet u proċedimenti mingħajr miżuri u l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni.

3.   Ir-rapport għandu jippreżenta wkoll ġabra qasira tal-istatistika u tal-evoluzzjoni tal-kummerċ mar-Repubblika tal-Moldova.

4.   Il-Parlament Ewropew jista’, fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport tal-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tiegħu, sabiex tippreżenta u tispjega kwalunkwe kwistjoni relatata mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

5.   Mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tippubblikah.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, id-9 ta’ Marzu 2016.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

J. A. HENNIS-PLASSCHAERT


(1)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Frar 2016 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2016.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/492/UE tas-16 ta’ Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (ĠU L 260, 30.8.2014, p. 1).

(3)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(4)  Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet(ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16).

(5)  Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(6)  Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1).


23.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/62


REGOLAMENT (UE) 2016/401 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-9 ta’ Marzu 2016

dwar l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni previst fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Fl-10 ta’ Mejju 2010, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-Ġeorġja għall-konklużjoni ta’ ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-Ġeorġja.

(2)

Dawk in-negozjati ġew konklużi u l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (2) (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fis-27 ta’ Ġunju 2014 u ġie applikat provviżorjament mill-1 ta’ Settembru 2014.

(3)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-proċeduri li jiggarantixxu l-applikazzjoni effettiva tal-mekkaniżmu ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni għas-sospensjoni temporanja tad-dazji preferenzjali fuq prodotti speċifiċi, provduti f’dan il-Ftehim.

(4)

Dan ir-Regolament għandu jipprovdi għall-possibbiltà li jiġu sospiżi d-dazji preferenzjali għal perjodu massimu ta’ sitt xhur meta l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati jilħqu l-volumi ta’ importazzjoni annwali definiti fl-Anness II-C għall-Ftehim.

(5)

Għal raġunijiet ta’ trasparenza, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim u dwar l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni.

(6)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni stipulati fil-Ftehim, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(7)

Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni għad-deċiżjoni tas-sospensjoni temporanja tad-dazji preferenzjali skont il-mekkaniżmu ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni, minħabba li dawk l-atti għandhom jiġu implimentati malajr ladarba l-limitu rilevanti għall-kategoriji tal-prodotti mniżżla fl-Anness II-C għall-Ftehim ikun intlaħaq peress illi għandhom biss perjodu ta’ applikazzjoni limitat ħafna. Sabiex jiġi evitat impatt negattiv fuq il-qagħda tas-suq tal-Unjoni bħala riżultat ta’ żieda fl-importazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih fejn, f’każijiet debitament ġustifikati, għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza hekk jirrikjedu,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni previst fil-Ftehim.

2.   Dan ir-Regolament japplika għal prodotti li joriġinaw fil-Ġeorġja.

Artikolu 2

Mekkaniżmu ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni għal ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati

1.   Il-volum medju ta’ importazzjonijiet annwali huwa stabbilit għall-prodotti mniżżla fl-Anness II-C għal dan il-Ftehim, li huma soġġetti għall-mekkaniżmu ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni stipulat fl-Artikolu 27 tiegħu. Għal raġunijiet imperattivi debitament ġustifikati ta’ urġenza relatati mal-volum tal-importazzjonijiet ta’ waħda jew aktar mill-kategoriji ta’ prodotti li jilħqu l-volum indikat l-Anness II-C għal dan il-Ftehim fi kwalunkwe sena mill-1 ta’ Jannar, u sakemm ma tkunx irċeviet ġustifikazzjoni valida mill-Ġeorġja, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament. Permezz ta’ tali att, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi jew li tissospendi temporanjament id-dazju preferenzjali applikat għall-prodott jew prodotti kkonċernati jew inkella li tali sospensjoni mhijiex xierqa.

2.   Is-sospensjoni temporanja tad-dazju preferenzjali tkun applikabbli għal perjodu massimu ta’ sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni biex jiġi sospiż id-dazju preferenzjali. Qabel ma jiskadi dak il-perjodu ta’ sitt xhur u fuq raġunijiet ta’ urġenza imperattivi ġustifikati kif xieraq relatati mas-sospensjoni tad-dazji preferenzjali, il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament sabiex titneħħa s-sospensjoni temporanja tad-dazju preferenzjali jekk tkun sodisfatta li l-volum tal-kategorija rilevanti ta’ prodotti importati li jaqbżu l-volum imsemmi fl-Anness II-C għall-Ftehim jirriżulta minn bidla fil-livell ta’ produzzjoni u l-kapaċità ta’ esportazzjoni tal-Ġeorġja għall-prodott jew prodotti kkonċernati.

Artikolu 3

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli stabbilit permezz tal-Artikolu 229(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u, fir-rigward ta’ prodotti agrikoli pproċessati, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat dwar il-kwistjonijiet orizzontali li jirrigwardaw il-kummerċ fil-prodotti agrikoli pproċessati mhux mniżżla fl-Anness I stabbilit bl-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Dawk il-Kumitati għandhom ikunu kumitati fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu.

Artikolu 4

Rapport

1.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u t-Titolu IV tal-Ftehim u dwar l-osservanza tal-obbligi stabbiliti hemm.

2.   Ir-rapport għandu, inter alia, jinkludi informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni.

3.   Ir-rapport għandu jippreżenta wkoll ġabra qasira tal-istatistika u tal-evoluzzjoni tal-kummerċ mal-Ġeorġja.

4.   Il-Parlament Ewropew jista’, fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport tal-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tiegħu sabiex tippreżenta u tispjega kwalunkwe kwistjoni relatata mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

5.   Mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tippubblikah.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, id-9 ta’ Marzu 2016.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

J. A. HENNIS-PLASSCHAERT


(1)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Frar 2016 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2016.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/494/UE tas-16 ta’ Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (ĠU L 261, 30.8.2014, p. 4).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1).


Rettifika

23.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/65


Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 60 tat-2 ta’ Marzu 2013 )

1.

F’paġna 53, premessa 12:

minflok:

“rekwiżiti ambjentali”,

aqra:

“rekwiżiti tal-prestazzjoni ambjentali”.

2.

F’paġna 53, premessa 15:

minflok:

“rekwiżiti ambjentali”,

aqra:

“rekwiżiti tal-prestazzjoni ambjentali”.

3.

F’paġna 58, Artikolu 3, punt 38:

minflok:

“prestazzjoni ambjentali”,

aqra:

“rekwiżiti tal-prestazzjoni ambjentali”.

4.

F’paġna 63, Artikolu 4(3)(b):

minflok:

“rekwiżiti ambjentali u tas-sikurezza funzjonali”,

aqra:

“rekwiżiti tal-prestazzjoni ambjentali u tas-sikurezza funzjonali”.

5.

F’paġna 63, Artikolu 4(5):

minflok:

“proċeduri ta’ ttestjar ambjentali”,

aqra:

“proċeduri ta’ ttestjar tal-prestazzjoni ambjentali”.

6.

F’paġna 68, Artikolu 21(5):

minflok:

“…li hemm referenza għalih fl-Anness II (C) 11…”,

aqra:

“…li hemm referenza għalih fl-Anness II (C1) 11…”.

7.

F’paġna 69, Artikolu 22(6):

minflok:

“Anness II (B) 17”,

aqra:

“Anness II (B) 18”.

8.

F’paġna 69, Artikolu 23(3) (a) u (b):

minflok:

“limiti ambjentali”,

aqra:

“limiti tal-ittestjar tal-prestazzjoni ambjentali”.

9.

F’paġna 69, Artikolu 23(3) (c):

minflok:

“(c)

proċedura matematika tad-durabilità:

Għal kull kostitwent tal-emissjonijiet, il-prodott tal-multiplikazzjoni tal-fattur ta’ deterjorament stabbilit fl-Anness VII(B)u r-riżultat tat-test ambjentali ta’ vettura li tkun akkumulat aktar minn 100 km wara li tkun tħaddmet għall-ewwel darba fi tmiem il-linja ta’ produzzjoni għandu jkun aktar baxxi mil-limitu ambjentali stipulat fl-Anness VI(A).”,

aqra:

“(c)

proċedura matematika tad-durabilità:

Għal kull kostitwent tal-emissjonijiet, il-prodott tal-multiplikazzjoni tal-fattur ta’ deterjorament stabbilit fl-Anness VII(B)u r-riżultat tal-ittestjar tal-prestazzjoni ambjentali ta’ vettura li tkun akkumulat aktar minn 100 km wara li tkun tħaddmet għall-ewwel darba fi tmiem il-linja ta’ produzzjoni għandu jkun aktar baxxi mil-limitu tal-ittestjar tal-prestazzjoni ambjentali stipulat fl-Anness VI(A).”.

10.

F’paġna 70, Artikolu 23(4), it-tieni subparagrafu:

minflok:

“rekwiżiti ambjentali”,

aqra:

“rekwiżiti tal-prestazzjoni ambjentali”.

11.

F’paġna 70, Artikolu 23(9):

minflok:

“rekwiżiti ambjentali”,

aqra:

“rekwiżiti tal-prestazzjoni ambjentali”.

12.

F’paġna 70, Artikolu 23(12):

minflok:

“rekwiżiti ambjentali”,

aqra:

“rekwiżiti tal-prestazzjoni ambjentali”.

13.

F’paġna 70, it-titolu tal-Artikolu 24:

minflok:

“rekwiżiti ambjentali”,

aqra:

“rekwiżiti tal-prestazzjoni ambjentali”.

14.

F’paġna 90, Artikolu 74(i):

minflok:

“(i)

l-Anness II(B) u (C) fir-rigward …”,

aqra:

“(i)

l-Anness II(B) u (C1) fir-rigward …”.

15.

F’paġna 91, Artikolu 77(5):

minflok:

“rekwiżiti ambjentali u tal-propulsjoni”,

aqra:

“rekwiżiti tal-prestazzjoni ambjentali u tal-prestazzjoni tal-propulsjoni”.

16.

F’paġna 93 u 113, it-titolu tal-Anness V(A):

minflok:

“Testijiet u rekwiżiti ambjentali”,

aqra:

“Proċeduri u rekwiżiti tal-ittestjar tal-prestazzjoni ambjentali”.

17.

F’paġna 105, Anness II(C), it-tabella, l-ewwel intestatura:

minflok:

“C

REKWIŻITI TAL-BINI TAL-VETTURA U REKWIŻITI ĠENERALI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP”,

aqra:

“C1

REKWIŻITI TAL-BINI TAL-VETTURA U REKWIŻITI ĠENERALI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP”.

18.

F’paġna 111, Anness IV, it-tabella, taħt il-kolonna “Deskrizzjoni”, ir-ringieli li jikkorrispondu għall-punti 3, 3.1 u 3.2:

minflok:

“Anness II (C)(3)”,

aqra:

“Anness II (C1)(3)”.

19.

F’paġna 113, Anness V(A), kliem introduttorju:

minflok:

“rekwiżiti ambjentali”,

aqra:

“rekwiżiti tal-prestazzjoni ambjentali”.

20.

F’paġna 114 u 115, Anness V(B), it-tabella:

(a)

l-ewwel subintestatura taħt l-intesetatura “Vetturi b’magni PI inklużi l-ibridi”:

minflok : “Fjuwil wieħed (20)”,

aqra : “Fjuwil wieħed”;

(b)

is-subintestatura tal-ewwel kolonna taħt is-subintestatura “Fjuwil wieħed (20)”:

minflok : “Petrol (E5)(21)”,

aqra : “Petrol (E5)”.

21.

F’paġna 115, Anness V(B), it-tabella:

(a)

il-kolonna taħt is-subintestatura “Vettura purament elettrika jew vettura ta’ propulsjoni bl-arja kompressa (CA)”, l-aħħar ringiela:

minflok : “Le/Iva għal CA”,

aqra : “Le(20) Iva għal CA”;

(b)

il-kolonna taħt is-subintestatura “Vettura b’ċellola tal-fjuwil tal-idroġenu”, l-aħħar ringiela:

minflok : “Le”,

aqra : “Le (20) ”.

22.

F’paġna 121, Anness VI(D), it-tabella:

(a)

fir-ringiela li tikkorrispondi għall-kategorija tal-vettura L1e-A, taħt il-kolonna “Euro 4 livell tal-ħoss (14) (dB(A))”:

minflok : “63(14)”,

aqra : “63”;

(b)

fir-ringiela li tikkorrispondi għall-kategorija tal-vettura L4e, taħt il-kolonni “Euro 4 proċedura tat-test (16)” jiddaħħal dan li ġej:

“Att delegat/Regolament UNECE Nru 9”;

(c)

fir-ringiela li tikkorrispondi għall-kategorija tal-vettura L4e, taħt il-kolonni “Euro 5 proċedura tat-test” jiddaħħal dan li ġej:

“Regolament UNECE Nru 9”;

(d)

ir-ringiela li tikkorrispondi għall-kategorija tal-vettura L6e-A, taħt il-kolonni “ Euro 4 proċedura tat-test (16)” u “ Euro 5 proċedura tat-test”:

minflok : “Regolament UNECE Nru 63”,

aqra : “Regolament UNECE Nru 9”.

23.

F’paġna 123, it-titolu tal-Anness VIII:

minflok:

“Rekwiżiti tas-sikurezza funzjonali mtejba”,

aqra:

“Rekwiżiti tas-sikurezza funzjonali mtejba(21)”.


23.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/70


Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 192 tat-22 ta’ Lulju 2011 )

F'paġna 16, Anness III, Taqsima 5, Tabelli ta’ Rappurtar, l-aħħar tabella:

minflok:

“Karburant maħżun minn unitajiet residenti li huma barra mill-pajjiż (żieda mat-Tabella B tal-importazzjonijiet) u Karburant maħżun minn unitajiet mhux residenti fit-territorju nazzjonali (żieda mat-Tabella D tal-esportazzjonijiet)”,

aqra:

“Karburant li mtela minn unitajiet residenti li huma barra mill-pajjiż (żieda mat-Tabella B tal-importazzjonijiet) u Karburant li mtela minn unitajiet mhux residenti fit-territorju nazzjonali (żieda mat-Tabella D tal-esportazzjonijiet)”.