ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 67

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
12 ta' Marzu 2016

Werrej

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

REGOLAMENTI

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/353 tal-10 ta' Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

1

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/354 tal-11 ta' Marzu 2016 li jimplimenta l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 224/2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana

18

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/355 tal-11 ta' Marzu 2016 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti speċifiċi għall-ġelatina, għall-kollaġen u għall-prodotti raffinati ħafna li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem ( 1 )

22

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/356 tal-11 ta' Marzu 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

29

DEĊIŻJONIJIET

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/357 tal-15 ta' Jannar 2016 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar il-parteċipazzjoni tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja bħala osservatur fil-ħidma tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-modalitajiet rispettivi tagħha, fil-qafas stabbilit fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 168/2007, inklużi d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-parteċipazzjoni f'inizjattivi mwettqa mill-Aġenzija, il-kontribuzzjoni finanzjarja u l-persunal

31

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/358 tat-8 ta' Marzu 2016 li tawtorizza lir-Repubblika Franċiża li tapplika livelli mnaqqsa ta' tassazzjoni għall-petrol u ż-żejt tal-gass li jintużaw bħala karburanti tal-magni skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE

35

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/359 tal-10 ta' Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

37

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/360 tal-11 ta' Marzu 2016 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana

53

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/361 tal-10 ta' Marzu 2016 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrata taċ-Ċina fil-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet fit-territorju tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni ta' ekwidi ħajjin u ta' semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina (notifikata bid-dokument C(2016) 1450)  ( 1 )

57

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/362 tal-11 ta' Marzu 2016 dwar l-approvazzjoni tat-tank tal-ħażna tal-entalpija tal-MAHLE Behr GmbH & Co. KG bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

59

Rettifika

*

Rettifika għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2362 tal-15 ta' Diċembru 2015 dwar eżenzjonijiet mid-dazju antidumping estiż fuq ċerti partijiet tar-roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont ir-Regolament (KE) Nru 88/97 ( ĠU L 331, 17.12.2015 )

69

*

Rettifika tal-Adozzjoni definittiva (UE, Euratom) 2016/70 tal-Baġit emendatorju Nru 8 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 ( ĠU L 18, 26.1.2016 )

69

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.

II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

12.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/353

tal-10 ta' Marzu 2016

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) u (3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

Il-Kunsill irriveda d-deżinjazzjonijiet individwali. L-Anness jeħtieġ li jiġi emendat u l-entrati għal tliet persuni li huma mejta jeħtieġu li jitħassru.

(3)

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Marzu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

K.H.D.M. DIJKHOFF

(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.

ANNESS

I.

Il-persuni li ġejjin huma mħassra mil-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014:

PERSUNI

7.

Yuriy Gennadyevich ZHEREBTSOV

41.

Igor Dmitrievich SERGUN

133.

Pavel DREMOV

II.

L-entrati għall-persuni u l-entitajiet li ġejjin u li jinsabu fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:

LISTA TA' PERSUNI

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Sergey Valeryevich AKSYONOV,

Sergei Valerievich AKSENOV (Сергей Валерьевич AKCëHOB),

Serhiy Valeriyovych AKSYONOV (Сергiй Валерiйович Аксьонов)

Data tat-Twelid: 26.11.1972.

Post tat-Twelid: Beltsy (Bălți), issa r-Repubblika tal-Moldova

Aksyonov ġie elett “Prim Ministru tal-Krimea” fil-Verkhovna Rada tal-Krimea fis-27 ta' Frar 2014 fil-preżenza ta' persuni armati favur ir-Russja. Il-“ħatra” tiegħu ġiet iddikjarata bħala li tmur kontra l-kostituzzjoni mill-aġent President Oleksandr Turchynov fl-1 ta' Marzu 2014. Huwa għamel pressjoni b'mod attiv favur ir-“referendum” tas-16 ta' Marzu 2014 u kien wieħed mill-kofirmatarji tat-“Trattat dwar l-adeżjoni tal-Krimea mal-Federazzjoni Russa” tat-18 ta' Marzu 2014. Fid-9 ta' April 2014 huwa nħatar aġent “Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea” mill-President Putin. Fid-9 ta' Ottubru 2014, huwa ġie “elett” formalment bħala l-“Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Aksyonov imbagħad saħaq li l-karigi ta' “Kap” u “Prim Ministru” jiġu kkombinati.

Membru tal-Kunsill tal-Istat tar-Russja.

17.3.2014

2.

Vladimir Andreevich KONSTANTINOV (Владимир Андреевич Константинов)

Data tat-Twelid: 19.11.1956

Post tat-Twelid: Vladimirovka (magħruf ukoll bħala Vladimirovca), Reġjun ta' Slobozia, SSR tal-Moldova (issa r-Repubblika tal-Moldova) jew Bogomol, SSR tal-Moldova.

Bħala speaker tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea, Konstantinov kellu rwol rilevanti fid-deċiżjonijiet meħuda mill-Verkhovna Rada rigward ir-“referendum” kontra l-integrità territorjali tal-Ukrajna u appella lill-votanti biex jivvutaw favur l-Indipendenza tal-Krimea. Kien wieħed mill-kofirmatarji tat-“trattat dwar l-adeżjoni tal-Krimea mal-Federazzjoni Russa” tat-18 ta' Marzu 2014.

Mis-17 ta' Marzu 2014 l'hawn, “President” tal-“Kunsill tal-Istat” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”.

17.3.2014

3.

Rustam Ilmirovich TEMIRGALIEV (Рустам Ильмирович Темиргалиев)

Data tat-Twelid: 15.8.1976

Post tat-Twelid: Ulan-Ude, Buryat ASSR (SFSR tar-Russja)

Bħala eks Viċi Ministru tal-Krimea, Temirgaliev qeda rwol rilevanti fid-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Verkhovna Rada dwar ir-“referendum” kontra l-integrità territorjali tal-Ukrajna. Huwa għamel pressjoni b'mod attiv favur l-integrazzjoni tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

Fil-11 ta' Ġunju 2014 huwa rriżenja mill-funzjoni tiegħu bħala “L-Ewwel Viċi Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”.

17.3.2014

5.

Aleksei Mikhailovich CHALIY (Алексей Михайлович Чалый)

Data tat-Twelid: 13.6.1961

Post tat-Twelid: Moska jew Sevastopol

Chaliy sar “Sindku tal-Poplu ta' Sevastopol” b'nomina mill-poplu fit-23 ta' Frar 2014 u aċċetta dan il-“vot”. Huwa mexxa kampanja b'mod attiv biex Sevastopol issir entità separata tal-Federazzjoni Russa b'segwitu għal referendum tas-16 ta' Marzu 2014. Kien wieħed mill-kofirmatarji tat-“trattat dwar l-adeżjoni tal-Krimea mal-Federazzjoni Russa” tat-18 ta' Marzu 2014. Huwa kien qed aġent “gvernatur” ta' Sevastopol mill-1 sal-14 ta' April 2014 u fl-2014 ġie “elett” President tal-Assemblea Leġislattiva tal-Belt ta' Sevastopol.

17.3.2014

6.

Pyotr Anatoliyovych Zima (Пётр Анатольевич Зима)

Data tat-Twelid: 29.3.1965

Zima nħatar bħala l-kap il-ġdid tas-Servizz tas-Sigurtà tal-Krimea (SBU) fit-3 ta' Marzu 2014 mill-“Prim Ministru” Aksyonov u aċċetta din il-ħatra. Hu ta informazzjoni rilevanti inkluż bażi tad-data lis-Servizz tal-Intelligence Russu (SBU). Din kienet tinkludi informazzjoni dwar attivisti Ewro-Majdan u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tal-Krimea. Huwa kellu rwol rilevanti biex jiġi evitat li l-awtoritajiet tal-Ukrajna jkollhom kontroll tat-territorju tal-Krimea. Fil-11 ta' Marzu 2014 il-formazzjoni ta' Servizz ta' Sigurtà indipendenti tal-Krimea ġiet proklamata mill-eks uffiċjali tas-SBU tal-Krimea.

17.3.2014

8.

Sergey Pavlovych TSEKOV (Сергей Павлович Цеков)

Data tat-Twelid: 29.9.1953 jew 23.9.1953 jew 28.9.1953

Post tat-Twelid: Simferopol

Bħala Viċi Speaker tar-Rada Verkhovna tal-Krimea, Tsekov beda, flimkien ma' Sergey Aksyonov, it-tneħħija illegali tal-gvern tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea (ARC). Huwa involva lil Vladimir Konstantinov f'dan it-tentattiv, waqt li heddu bit-tkeċċija tiegħu. Huwa rrikonoxxa pubblikament li l-Membri Parlamentari mill-Krimea kienu dawk li bdew jistiednu lis-suldati Russi biex jieħdu taħt il-kontroll tagħhom lill-Verkhovna Rada tal-Krimea. Huwa kien wieħed mill-ewwel Mexxejja tal-Krimea li talab fil-pubbliku li l-Krimea tiġi annessa mar-Russja.

Membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa mill-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”.

17.3.2014

9.

Ozerov, Viktor Alekseevich (Виктор Алексеевич Озеров)

Data tat-Twelid: 5.1.1958

Post tat-Twelid: Abakan, Khakassia

President tal-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

Fl-1 ta' Marzu 2014 Ozerov, f'isem il-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Kunsill Federali, appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

17.3.2014

11.

Klishas, Andrei Aleksandrovich (Андрей Александрович Клишас)

Data tat-Twelid: 9.11.1972

Post tat-Twelid: Sverdlovsk

President tal-Kumitat dwar id-Dritt Kostituzzjonali tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

Fl-1 ta' Marzu 2014 Klishas appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. F'dikjarazzjonijiet pubbliċi Klishas ipprova jiġġustifika intervent militari Russu fl-Ukrajna billi ddikjara li “l-President tal-Ukrajna jappoġġa l-appell tal-awtoritajiet tal-Krimea lill-President tal-Federazzjoni Russa dwar l-għoti ta' assistenza komprensiva għad-difiża taċ-ċittadini tal-Krimea”.

17.3.2014

14.

TOTOONOV, Aleksandr Borisovich (Александр Борисович Тотоонов)

Data tat-Twelid: 3.4.1957

Post tat-Twelid: Ordzhonikidze, fit-Tramuntana ta' Ossetia

Membru tal-Kumitat tal-Affarijiet Internazzjonali tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

Fl-1 ta' Marzu 2014, Totoonov appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

17.3.2014

15.

PANTELEEV, Oleg Evgenevich (Олег Евгеньевич Пантелеев)

Data tat-Twelid: 21.7.1952

Post tat-Twelid: Zhitnikovskoe, reġjun ta' Kurgan

L-eks l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar Kwistjonijiet Parlamentari tal-Kunsill Federali.

Fl-1 ta' Marzu 2014, Panteleev appoġġa pubblikament,fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

Attwalment l-Ewwel Viċi Gvernatur ta' Kurgan Oblast u l-Kap tad-delegazzjoni tal-Gvern ta' Kurgan Oblast għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

17.3.2014

19.

VITKO, Aleksandr Viktorovich (Александр Викторович Витко)

Data tat-Twelid: 13.9.1961

Post tat-Twelid: Vitebsk (SSR tal-Belarussja)

Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Ammirall.

Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna.

17.3.2014

33.

Elena Borisovna MIZULINA (imwielda DMITRIYEVA) (Елена Борисовна Мизулина (imwielda Дмитриева)

Data tat-Twelid: 9.12.1954

Post tat-Twelid: Bui, reġjun ta' Kostroma

L-eks Deputat fid-Duma tal-Istat. Oriġinatur u kosponsor ta' proposti leġislattivi reċenti fir-Russja li kienu ser jippermettu li reġjuni ta' pajjiżi oħra jissieħbu mar-Russja mingħajr qbil minn qabel mill-awtoritajiet ċentrali tagħhom.

Minn Settembru 2015 'l hawn, Membru tal-Kunsill Federali mir-reġjun Omsk.

21.3.2014

36.

Oleg Genrikhovich SAVELYEV (Олег Генрихович Савельев)

Data tat-Twelid: 27.10.1965

Post tat-Twelid: Leningrad

L-eks Ministru għall-Affarijiet Krimeani. Responsabbli mill-integrazzjoni tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

Attwalment Viċi Kap tal-Persunal tal-Gvern Russu, responsabbli mill-organizzazzjoni tal-ħidma tal-Kummissjoni Governattiva dwar l-iżvilupp soċjoekonomiku tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”.

29.4.2014

45.

Andriy Yevgenovych PURGIN (Андрiй Eвгенович Пургiн),

Andrei Evgenevich PURGIN (Андрей Евгеньевич Пургин)

Data tat-Twelid: 26.1.1972

Post tat-Twelid: Donetsk

Parteċipant attiv u organizzatur ta' azzjonijiet separatisti, koordinatur tal-azzjonijiet tat-“turisti Russi” f'Donetsk. Kofundatur ta' “Inizjattiva Ċivika ta' Donbass għall-Unjoni Ewro-Asjatika”. Sal-4 ta' Settembru 2015 kien “President” tal-“Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

29.4.2014

46.

Denys Volodymyrovych PUSHYLIN (Денис Володимирович Пушилiн),

Denis Vladimirovich PUSHILIN (Денис Владимирович Пушилин)

Data tat-Twelid: 9.5.1981 jew 9.5.1982

Post tat-Twelid: Makiivka (oblast ta' Donetsk)

Wieħed mill-mexxejja tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Ħa sehem fil-ħtif u l-okkupazzjoni tal-amministrazzjoni reġjonali. Kelliem attiv għas-separatisti. Sal-4 ta' Settembru 2015 kien l-hekk imsejjaħ Viċi President tal-“Kunsill tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Sal-4 ta' Settembru 2015 kien “President” tal-“Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

29.4.2014

47.

TSYPLAKOV Sergey Gennadevich (Цыплаков Сергей Геннадьевич)

Data tat-Twelid: 1.5.1983

Post tat-twelid: Khartsyzsk, Oblast ta' Donetsk

Wieħed mill-mexxejja tal-organizzazzjoni ideoloġikament radikali, il-Milizzja tal-Poplu ta' Donbas. Ħa sehem attiv fil-ħtif ta' għadd ta' binjiet tal-istat fir-reġjun ta' Donetsk.

29.4.2014

48.

Igor Vsevolodovich GIRKIN (Игорь Всеволодович Гиркин) magħruf ukoll bħala Igor STRELKOV (Ihor STRIELKOV)

Data tat-Twelid: 17.12.1970

Post tat-Twelid: Moska

Identifikat bħala persunal tad-Direttorat Prinċipali tal-Intelligence tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU). Kien involut f'inċidenti fi Sloviansk. Kap tal-moviment pubbliku “Novorossia”. Il-“Ministru tad-Difiża” ta' qabel tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

29.4.2014

53.

Oleg Grigorievich KOZYURA (Олег Григорьевич Козюра)

Data tat-Twelid: 19.12.1962

Post tat-Twelid: Zaporozhye

Il-Kap ta' qabel tal-uffiċċju tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni għal Sevastopol. Responsabbli għall-ħruġ sistematiku u rapidu ta' passaporti Russi għar-residenti ta' Sevastopol.

Bħalissa assistent tad-Deputat tal-Kunsill Muniċipali ta' Sevastopol, Mikhail Chaluy.

12.5.2014

54.

Viacheslav PONOMARIOV, Vyacheslav Volodymyrovich PONOMARYOV (В'ячеслав Володимирович Пономарьов), Viacheslav Vladimirovich PONOMAREV (Вячеслав Владимирович Пономарëв)

Data tat-Twelid: 2.5.1965

Post tat-Twelid: Sloviansk (oblast ta' Donetsk)

“Sindku tal-Poplu” awtodikjarat ta' qabel ta' Slaviansk (sal-10 ta' Ġunju 2014). Ponomariov appella lil Vladimir Putin biex jibgħat truppi Russi biex jipproteġu l-belt u aktar tard talbu jipprovdi l-armi. In-nies ta' Ponomariov huma involuti fil-ħtif ta' persuni (huma qabdu lil Irma Krat u Simon Ostrovsky, ġurnalist għal Vice News, aktar tard dawn it-tnejn inħelsu; huma żammew maqbuda osservaturi militari li kienu qed jaġixxu taħt id-Dokument ta' Vjenna tal-OSKE). Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti.

12.5.2014

57.

Oleg TSARIOV, Oleh Anatoliyovych TSAROV (Олег Анатолтович Царьов), Oleg Anatolevich TSAREV (Олег Анатольевич Цаpëв)

Data tat-Twelid: 2.6.1970

Post tat-Twelid: Dnepropetrovsk

Qabel kien Membru tar-Rada, bħala tali appella pubblikament għall-ħolqien tal-hekk imsejħa “Repubblika Federali tan-Novorossiya”, magħmula mir-reġjuni Ukreni tax-Xlokk. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politika separatisti. Qabel kien “Speaker” tal-hekk imsejjaħ “Parlament tal-Unjoni tar-Repubbliki tal-Poplu” (“Parlament ta' Novorossiya”).

12.5.2014

62.

Aleksandr Yurevich BORODAI (Александр Юрьевич Бородай)

Data tat-Twelid: 25.7.1972

Post tat-Twelid: Moska

Qabel kien l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, bħala tali responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” (eż. fit-8 ta' Lulju 2014 iddikjara li “l-militar tagħna qed iwettaq operazzjoni speċjali kontra l-‘faxxisti’ Ukreni”), firmatarju tal-Memorandum ta' Qbil dwar l-“unjoni ta' Novorossiya”. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politika sepatatista; imexxi l-“Unjoni ta' voluntieri ta' Donbas”.

12.7.2014

64.

Alexandr Aleksandrovich KALYUSSKY, (Александр Александрович Калюсский)

Data tat-Twelid: 9.10.1975

Qabel kien l-hekk imsejjaħ “Viċi Prim Ministru de facto għall-Affarijiet Soċjali tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

12.7.2014

65.

Alexander KHRYAKOV, Aleksandr Vitalievich KHRYAKOV (Александр Витальевич Хряков), Oleksandr Vitaliyovych KHRYAKOV (Олександр ВiTалiйович Хряков)

Data tat-Twelid: 6.11.1958

Post tat-Twelid: Donetsk

Qabel kien lhekk imsejjaħ “Ministru tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-Massa tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Responsabbli għall-attivitajiet ta' propaganda favur is-separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

12.7.2014

71.

Nikolay KOZITSYN (Николай Козицын)

Data tat-Twelid: 20.6.1956 jew 6.10.1956

Post tat-Twelid: Djerzjinsk, reġjun ta' Donetsk

Kmandant tal-forzi Kosakki.

Responsabbli għall-kmand tas-separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna fil-ġlieda kontra l-forzi tal-gvern Ukren.

12.7.2014

81.

Alexander Nikolayevich TKACHYOV (Александр Николаевич Ткачëв)

Data tat-Twelid: 23.12.1960

Post tat-Twelid: Vyselki, reġjun ta' Krasnodar

L-eks Gvernatur tal-Krasnodar Krai.

Ingħata l-medalja “għal-ħelsien tal-Krimea” mill-Aġent kap tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea għall-appoġġ li pprovda lill-annessjoni illegali tal-Krimea. F'dik l-okkażjoni, l-Aġent Kap tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea qal li Tkachyov kien minn tal-ewwel li esprimew l-appoġġ tagħhom għat-“tmexxija” l-ġdida tal-Krimea.

Bħalissa l-Ministru tal-Agrikoltura tal-Federazzjoni Russa (mit-22 ta' April 2015 'l hawn).

25.7.2014

83.

Ekaterina Iurievna GUBAREVA (Екатерина Юрьевна Губарева),

Katerina Yuriyovna GUBARIEVA (Катерина Юрiйовнa Губарева)

Data tat-Twelid: 5.7.1983 jew 10.3.1983

Post tat-Twelid: Kakhovka (oblast ta' Kherson)

Fil-kapaċità tagħha bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru tal-Affarijiet Barranin” ta' qabel hija kienet responsabbli għad-difiża tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, u għaldaqstant dgħajfet l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, il-kont tal-bank tagħha jintuża biex jiffinanzja gruppi separatisti illegali. Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità għalhekk hija appoġġat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti.

Membru tal-“Kunsill tal-Poplu” tal-hekk ismejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

25.7.2014

98.

Miroslav Vladimirovich RUDENKO (Мирослав Владимирович Руденко)

Data tat-Twelid: 21.1.1983

Post tat-Twelid: Debalcevo

Assoċjat mal-“Milizzja tal-Poplu ta' Donbass”. Fost affarijiet oħra, huwa stqarr li ser ikomplu l-ġlied tagħhom fil-bqija tal-pajjiż. Rudenko b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. L-hekk imsejjaħ “Deputat tal-Poplu” (membru) tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

12.9.2014

99.

Gennadiy Nikolaiovych TSYPKALOV,

Gennadii Nikolaevich TSYPKALOV (Геннадий Николаевич Цыпкалов)

Data tat-Twelid: 21.6.1973

Post tat-Twelid: Oblast ta' Rostov (Russja)

Ħa post Marat Bashirov bħala l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Qabel kien attiv fil-milizzja tal-“Armata tax-Xlokk”. Tsypkalov b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

12.9.2014

100.

Andrey Yurevich PINCHUK (Андрей Юрьевич Пинчук)

Data possibbli tat-twelid: 27.12.1977

Il-“Ministru tas-Sigurtà Statali” ta' qabel tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li huwa responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti. “Direttur eżekuttiv” tal-“Unjoni ta' voluntieri ta' Donbas”.

12.9.2014

102.

Andrei Nikolaevich RODKIN (Андрей Николаевич Родкин)

Data tat-Twelid: 23.9.1976

Post tat-Twelid: Moska

Rappreżentant f'Moska tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Fid-dikjarazzjonijiet tiegħu, tkellem fost l-oħrajn dwar kif il-milizzji jinsabu lesti jmorru għal gwerra tal-gwerillieri u s-sekwestru tagħhom ta' sistemi ta' armi mill-forzi armati Ukreni. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Wieħed mill-mexxejja tal-“Unjoni ta' voluntieri ta' Donbas”.

12.9.2014

105.

Mikhail Sergeyevich SHEREMET (Михаил Сергеевич Шеремет)

Data tat-Twelid 23.5.1971

Post tat-Twelid: Dzhankoy

L-hekk imsejjaħ “L-Ewwel Viċi Prim Ministru” tal-Krimea. Sheremet qeda rwol ewlieni fl-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tar-referendum tas-16 ta' Marzu fil-Krimea dwar l-unifikazzjoni mar-Russja. Fi żmien ir-referendum, intqal li Sheremet ikkmanda lill-“forzi ta” awtodifiża' favur Moska fil-Krimea. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

12.9.2014

116.

Svetlana Sergeevna ZHUROVA (Светлана Сергеевна Журова)

Data tat-Twelid 7.1.1972

Post tat-Twelid: Pavlov-on-the-Neva

L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvotat favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

120.

Serhiy KOZYAKOV (magħruf ukoll bħala Sergey Kozyakov) Сергей Козьяков

Data tat-Twelid: 29.9.1982

Fil-kapaċità li kellu qabel bħala l-“Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali ta' Luhansk” kien responsabbli mill-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta' Novembru 2014 fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”. Dawn “l-elezzjonijiet” huma ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. F'Ottubru 2015 inħatar bħala l-“Ministru tal-Ġustizzja” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, u billi organizza l-“elezzjonijiet” illegali, huwa għaldaqstant b'mod attiv appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

121.

Oleg Konstantinovich AKIMOV magħruf ukoll bħala Oleh AKIMOV (Олег Константинович Акимов)

Data tat-Twelid: 15.9.1981

Post tat-Twelid: Lugansk

Deputat tal-“Unjoni Ekonomika ta' Lugansk” fil-“Kunsill Nazzjonali” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Ħareġ bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga ta' “Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Dawn “l-elezzjonijiet” huma ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Sa mill-2014 'l hawn huwa “Kap” tal-hekk imsejħa “Federazzjoni tal-Għaqdiet tal-Ħaddiema” tar- “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, u billi pparteċipat formalment bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, għaldaqstant hija appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

126.

Dmitry Aleksandrovich SEMYONOV,

Dmitrii Aleksandrovich SEMENOV (Дмитрий Александрович Семенов)

Data tat-Twelid: 3.2.1963

Post tat-Twelid: Moska

Il-“Viċi Prim Ministru tal-Finanzi” ta' qabel tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

127.

Oleg BUGROV (Олег Бугров)

Data tat-Twelid: 29.8.1969

Il-“Ministru tad-Difiża” ta' qabel tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

134.

Alexey Yurevich MILCHAKOV magħruf ukoll bħala Fritz, Serbian (Алексей Юрьевич МИЛЬЧАКОВ)

Data tat-Twelid: 30.4.1991 jew fit-30.1.1991

Post tat-Twelid: San Pietruburgu

Kmandant tal-unità “Rusich”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-Lvant tal-Ukrajna.

F'din il-kapaċità, huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

135.

Arseny Sergeevich PAVLOV magħruf ukoll bħala Motorola

ApcéHий Сергеевич ПÁВЛОВ (magħruf ukoll bħala Моторoла)

Data tat-Twelid: 2.2.1983

Post tat-Twelid: Ukhta, Komi

Kmandant tal-“Brigata Sparta”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-Lvant tal-Ukrajna.

F'din il-kapaċità, huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

137.

Eduard Aleksandrovich BASURIN (Эдуард Александрович Басурин)

Data tat-Twelid: 27.6.1966 jew 21.6.1966

Post tat-Twelid: Donetsk

L-hekk imsejjaħ “Viċi Kmandant” tal-Ministeru tad-Difiża tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

138.

Alexandr Vasilievich SHUBIN Александр Васильевич ШУБИН

Data tat-Twelid: 20.5.1972 jew 30.5.1972

Post tat-Twelid: Luhansk

L-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Ġustizzja” ta' qabel, tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk” illegali. President tal-“kummissjoni elettorali ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk” minn Ottubru 2015 'l hawn.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-pajjiż.

16.2.2015

140.

Sergey Yurevich IGNATOV (Сергей Юрьевич ИГНАТОВ) magħruf ukoll bħala KUZOVLEV

L-hekk imsejjaħ Kap Kmandant tal-Milizzja tal-Poplu tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk.”

141.

Ekaterina FILIPPOVA Екатерина Владимировна ФИЛИППОВА

Data tat-Twelid: 20.11.1988

Post tat-Twelid: Krasnoarmëisk

L-hekk imsejħa “Ministru tal-Ġustizzja” ta' qabel tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

143.

Evgeny Vladimirovich MANUILOV (Евгений Владимирович Мануйлов)

Data tat-Twelid: 5.1.1967

L-hekk imsejjaħ “Ministru tad-Dħul u t-Taxxi” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

145.

Olga BESEDINA Ольга Игорева БЕСЕДИНА

Data tat-Twelid: 10.12.1976

L-hekk imsejħa “Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku u l-Kummerċ” ta' qabel tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”.

Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

148.

Arkady Viktorovich BAKHIN (Аркадий Викторович Бахин)

Data tat-Twelid: 8.5.1956

Post tat-Twelid: Kaunas, Litwanja

L-Ewwel Viċi Ministru tad-Difiża ta' qabel (sas-17 ta' Novembru 2015) u, f'dik il-kapaċità, kien involut fl-appoġġ tal-iskjerament ta' truppi Russi fl-Ukrajna.

Skont l-istruttura attwali tal-Ministeru għad-Difiża Russu, f'dik il-kapaċità, huwa jipparteċipa fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu. Dawn il-politiki jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.2.2015

149.

Andrei Valeryevich KARTAPOLOV (Андрей Валерьевич Картaпoлoв)

Data tat-Twelid: 9.11.1963

Post tat-Twelid: GDR (DDR)

Kmandant tad-Distrett Militari tal-Punent sa mill-10 ta' Novembru 2015. Id-Direttur ta' qabel tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet Prinċipali u l-viċi kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. Involut b'mod attiv fit-tiswir u l-implimentazzjoni tal-kampanja militari tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

Skont l-attivitajiet iddikjarati tal-persunal ġenerali, fl-eżerċizzju tal-kontroll operazzjonali fuq il-forzi armati, huwa involut b'mod attiv fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.2.2015

LISTA TA' ENTITAJIET

Isem

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea “Chernomorneftegaz” (qabel magħrufa bħala PJSC Chernomorneftegaz)

Fis-17 ta' Marzu 2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li tal-intrapriża Chernomorneftegaz f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fid-29 ta' Novembru 2014 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea “Chernomorneftegaz” (ГОСУДАРСТВЕННОЕ УНИТАРНОЕ ПРЕДПРИЯТИЕ РЕСПУБЛИКИ КРЫМ “ЧЕРНОМОРНЕФТЕГАЗ”). Fundatur: Il-Ministeru tal-Fjuwil u l-Enerġija tar-Repubblika tal-Krimea (МИНИСТЕРСТВО ТОПЛИВА И ЭНЕРГЕТИКИ РЕСПУБЛИКИ КРЫМ).

12.5.2014

2.

Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata “Port Feodosia” (qabel magħrufa bħala Feodosia)

Fis-17 ta' Marzu 2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi tal-intrapriża Feodosia f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid bħala l-kumpanija b'responsabbiltà limitata “Port Feodosia” (ОБЩЕСТВО С ОГРАНИЧЕННОЙ ОТВЕТСТВЕННОСТЬЮ “ПОРТ ФЕОДОСИЯ”) fid-9 ta' Frar 2015. Fundatur: Yuri Garyevich Rovinskiy (Юрий Гарьевич Ровинский).

12.5.2014

10.

L-hekk imsejħa “Milizzja tal-Poplu ta' Donbass”“Нарoдное oпoлчéние Дoнбáсса”

Grupp separatista illegali armat responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Lvant, u għaldaqstant jhedded l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

Fost l-oħrajn, il-grupp militanti ħa l-kontroll ta' diversi binjiet tal-gvern fl-Ukrajna tal-Lvant kmieni f'April 2014, u għaldaqstant dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

Il-mexxej tiegħu ta' qabel, is-Sur Pavel Gubarev, huwa responsabbli għat-teħid tal-bini tal-gvern reġjonali f'Donetsk b'forzi favur ir-Russi u talli ddikjara lilu nnifsu l-“gvernatur tal-poplu”.

25.7.2014

13.

Intrapriża Unitarja Statali tal-Belt ta' Sevastopol, “Port tal-Baħar ta' Sevastopol” (qabel magħrufa bħala l-intrapriża Statali “Port tal-baħar kummerċjali ta' Sevastopol” Государственное предприятие “Севастопольский морской торговьй порт” Gosudarstvenoye) predpriyatiye Sevastopolski morskoy torgovy port

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fis-17 ta' Marzu 2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta r-riżoluzzjoni Nru 1757-6/14 “Dwar in-nazzjonalizzazzjoni ta' xi kumpaniji li jappartjenu lill-ministeri Ukreni tal-infrastruttura jew l-agrikoltura” li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-intrapriża statali “Port tal-baħar kummerċjali ta' Sevastopol” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. F'termini ta' volum ta' kummerċ, huwa l-akbar port tal-baħar kummerċjali fil-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fis-6 ta' Ġunju 2014 bħala Impriża Unitarja Statali tal-Belt ta' Sevastopol, “Port tal-baħar ta' Sevastopol” (ГОСУДАРСТВЕННОЕ УНИТАРНОЕ ПРЕДПРИЯТИЕ ГОРОДА СЕВАСТОПОЛЯ “СЕВАСТОПОЛЬСКИЙ МОРСКОЙ ПОРТ”). Fundatur: Il-Gvern ta' Sevastopol (Правительство Севастополя).

25.7.2014

14.

Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata “Port tal-baħar ta' Kerch”/“Kamysh-Burun” (qabel magħrufa bħala l-intrapriża Statali “Port tal-baħar kummerċjali ta' Kerch” Государственное предприятие “Керченский морской торговый порт” Gosudarstvenoye predpriyatiye Kerchenski morskoy torgovy port)

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni Nru 1757-6/14 fis-17 ta' Marzu 2014“Dwar in-nazzjonalizzazzjoni ta' xi kumpanniji li jappartjenu lill-ministeri Ukreni tal-infrastruttura jew l-agrikoltura” u riżoluzzjoni Nru 1865-6/14 fis-26 ta' Marzu 2014“Dwar l-Intrapriża ta' Sjieda tal-Istat ‘Portijiet tal-Baħar tal-Krimea’” ('О Государственном предприятии “Крьмские морские порть”) li tiddikjara l-approprjazzjoni ta' assi tal-intrapriża statali “Port tal-Baħar Kummerċjali ta' Kerch” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. F'termini ta' volum ta' kummerċ, huwa t-tieni l-akbar port tal-baħar kummerċjali fil-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fid-9 ta' Diċembru 2014 bħala l-Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata “Port tal-Baħar ta' Kerch”“Kamysh-Burun” (ОБЩЕСТВО С ОГРАНИЧЕННОЙ ОТВЕТСТВЕННОСТЬЮ “КЕРЧЕНСКИЙ МОРСКОЙ ПОРТ ‘КАМЫШ-БУРУН’”). Fundaturi: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata “Vostok-Capital”, irreġistrata f'Donetsk, l-Ukrajna (ОБЩЕСТВО С ОГРАНИЧЕННОЙ ОТВЕТСТВЕННОСТЬЮ “ВОСТОК КЭПИТАЛ”); Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata “Vostok”, irreġistrata f'Donetsk, l-Ukrajna (ОБЩЕСТВО С ОГРАНИЧЕННОЙ ОТВЕТСТВЕННОСТЬЮ “ВОСТОК”); Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata “Altcom Invest-Stroi”, irreġistrata f'Donetsk, l-Ukrajna (ОБЩЕСТВО С ОГРАНИЧЕННОЙ ОТВЕТСТВЕННОСТЬЮ “АЛЬТКОМ ИНВЕСТ-СТРОЙ”) u l-Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata “Altcom-Beton”, irreġistrata f'Borispol, l-Ukrajna (ОБЩЕСТВО С ОГРАНИЧЕННОЙ ОТВЕТСТВЕННОСТЬЮ “АЛЬТКОМ-БЕТОН”).

25.7.2014

15.

Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea “Universal-Avia” (qabel magħrufa bħala l-intrapriża Statali Universal -Avia Государственное предприятие “Универсал-Авиа” Gosudarstvenoye predpriyatiye “Universal-Avia”)

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fl-24 ta' Marzu 2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni “Dwar l-Intrapriża ta' Sjieda tal-Istat ‘Gosudarstvenoye predpriyatiye Universal-Avia’ ('О Государственном предприятии ‘Универсал-Авиа’)” Nru 1794-6/14 li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi tal-intrapriża statali “Universal-Avia” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fil-15 ta' Jannar 2015 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea “Universal-Avia” (ГОСУДАРСТВЕННОЕ УНИТАРНОЕ ПРЕДПРИЯТИЕ РЕСПУБЛИКИ КРЫМ “УНИВЕРСАЛ-АВИА”). Fundatur: Il-Ministeru tat-Trasport tar-Repubblika tal-Krimea (МИНИСТЕРСТВО ТРАНСПОРТА РЕСПУБЛИКИ КРЫМ).

25.7.2014

16.

Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Sanatorium Nizhnyaya Oreanda” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (qabel magħrufa bħala ċ-Ċentru “Nizhnyaya Oreanda” Санаторий “Нижняя Ореанда”)

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fil-21 ta' Marzu 2014 l-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni “Dwar il-kwistjonijiet tal-ħolqien ta' Assoċjazzjoni ta' sanatorji u ċentri” Nru 1767-6/14 li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu liċ-ċentru “Nizhnyaya Oreanda” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fid-9 ta' Ottubru 2014 bħala Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Sanatorium Nizhnyaya Oreanda” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (ФЕДЕРАЛЬНОЕ ГОСУДАРСТВЕННОЕ БЮДЖЕТНОЕ УЧРЕЖДЕНИЕ “САНАТОРИЙ ‘НИЖНЯЯ ОРЕАНДА’”УПРАВЛЕНИЯ ДЕЛАМИ ПРЕЗИДЕНТА РОССИЙСКОЙ ФЕДЕРАЦИИ). Fundatur: L-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (УПРАВЛЕНИЯ ДЕЛАМИ ПРЕЗИДЕНТА РОССИЙСКОЙ ФЕДЕРАЦИИ).

25.7.2014

18.

Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Unjoni Agrarja tal-Produzzjoni ‘Massandra’” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (qabel magħrufa bħala l-entità Statali l-“Assoċjazzjoni Nazzjonali ta' produtturi ‘Massandra’” Национальное производственно-аграрное объединение “Массандра” Nacionalnoye proizvodstvenno agrarnoye obyedinenye Massandra)

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fid-9 ta' April 2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14 “Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14 “Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agro-industrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-entità statali “Assoċjazzjoni Nazzjonali ta' produtturi ‘Massandra’” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fl-1 ta' Awwissu 2014 bħala l-Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Unjoni Agrarja tal-Produzzjoni ‘Massandra’” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (ФЕДЕРАЛЬНОЕ ГОСУДАРСТВЕННОЕ УНИТАРНОЕ ПРЕДПРИЯТИЕ “ПРОИЗВОДСТВЕННО-АГРАРНОЕ ОБЪЕДИНЕНИЕ ‘МАССАНДРА’УПРАВЛЕНИЯ ДЕЛАМИ ПРЕЗИДЕНТА РОССИЙСКОЙ ФЕДЕРАЦИИ”). Fundatur: L-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (УПРАВЛЕНИЯ ДЕЛАМИ ПРЕЗИДЕНТА РОССИЙСКОЙ ФЕДЕРАЦИИ).

25.7.2014

19.

Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea l-“Istitut Nazzjonali tal-Inbid ‘Magarach’” (qabel magħrufa bħala l-“intrapriża Statali Magarach tal-istitut nazzjonali tal-inbid” Государственное предприятие Агрофирма “Магарач” Национального института винограда и вина “Магарач” Gosudarstvenoye predpriyatiye “Agrofirma Magarach” nacionalnogo instituta vinograda i vina “Magarach”)

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fid-9 ta' April 2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14 “Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14 “Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agro-industrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-entità statali “Gosudarstvenoye predpriyatiye ‘Agrofirma Magarach’ nacionalnogo instituta vinograda i vina ‘Magarach’” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fil-15 ta' Jannar 2015 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea l-“Istitut Nazzjonali tal-Inbid ‘Magarach’” (ГОСУДАРСТВЕННОЕ БЮДЖЕТНОЕ УЧРЕЖДЕНИЕ РЕСПУБЛИКИ КРЫМ “НАЦИОНАЛЬНЫЙ НАУЧНО-ИССЛЕДОВАТЕЛЬСКИЙ ИНСТИТУТ ВИНОГРАДА И ВИНА ‘МАГАРАЧ’”). Fundatur: Il-Ministeru tal-Biedja tar-Repubblika tal-Krimea (МИНИСТЕРСТВО СЕЛЬСКОГО ХОЗЯЙСТВА РЕСПУБЛИКИ КРЫМ).

25.7.2014

20.

Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea l-“Fabbrika tal-inbid effervexxenti ‘Novy Svet’” (qabel magħrufa bħala l-intrapriża Statali l-“Fabbrika tal-inbid effervexxenti Novy Svet” Государственное предприятиеЗавод шампанских вин “Новый свет” Gosudarstvenoye predpriyatiye “Zavod shampanskykh vin Novy Svet”)

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fid-9 ta' April 2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14 “Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14 'Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agro-industrijali, li jinsab fit-territorju tar-“Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-entità statali “Zavod shampanskykh vin Novy Svet” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-'awtoritajiet' tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fl-4 ta' Jannar 2015 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea l-“Fabbrika tal-inbid effervexxenti ‘Novy Svet’” (ГОСУДАРСТВЕННОЕ УНИТАРНОЕ ПРЕДПРИЯТИЕ РЕСПУБЛИКИ КРЫМ "ЗАВОД ШАМПАНСКИХ ВИН “НОВЫЙ СВЕТ”). Fundatur: Il-Ministeru tal-Biedja tar-Repubblika tal-Krimea (МИНИСТЕРСТВО СЕЛЬСКОГО ХОЗЯЙСТВА РЕСПУБЛИКИ КРЫМ).

25.7.2014

23.

RUSSIAN NATIONAL COMMERCIAL BANK

РОССИЙСКИЙ НАЦИОНАЛЬНЫЙ КОММЕРЧЕСКИЙ БАНК

Wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, ir-Russian National Commercial Bank (RNCB) sar proprjetà totali tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Sar attur dominanti fis-suq, meta qabel l-annessjoni ma kellu l-ebda preżenza fil-Krimea. Billi xtara jew ħa pussess ta' fergħat ta' banek li rtiraw l-operazzjonijiet tagħhom fil-Krimea, l-RNCB appoġġa materjalment u finanzjarjament l-azzjonijiet tal-gvern Russu biex jintegra l-Krimea fil-Federazzjoni Russa, u b'hekk dgħajjef l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

30.7.2014

12.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/18

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/354

tal-11 ta' Marzu 2016

li jimplimenta l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 224/2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 224/2014 tal-10 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-10 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 224/2014.

(2)

Fis-7 ta' Marzu 2016, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2127 (2013), żied persuna u entità waħdamal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 224/2014 jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 224/2014 huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Marzu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

A.G. KOENDERS

(1)  ĠU L 70, 11.3.2014, p. 1.

ANNESS

L-entrati li ġejjin jiġu miżjuda mal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 224/2014:

A.   Persuni

“9.

Joseph KONY (Psewdonimi: a) Kony b) Joseph Rao Kony c) Josef Kony d) Le Messie sanglant)

Deżinjazzjoni: Kmandant tal-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur

Data tat-twelid: a) 1959 b) 1960 c) 1961 d) 1963 e) 18 Sett. 1964 f) 1965 g) (Aww. 1961) h) (Lul. 1961) i) 1 Jan. 1961 j) (Apr. 1963)

Post tat-twelid: a) Villaġġ Palaro, Parroċċa Palaro, Kontea Omoro, Distrett Gulu, Uganda b) Odek, Omoro, Gulu, Uganda c) Atyak, Uganda

Ċittadinanza: Passaport Ugandiż

Indirizz: a) Vakaga, Repubblika Ċentru-Afrikana b) Haute-Kotto, Repubblika Ċentru-Afrikana c) Basse-Kotto, Repubblika Ċentru-Afrikana d) Haut-Mbomou, Repubblika Ċentru-Afrikana e) Mbomou, Repubblika Ċentru-Afrikana f) Haut-Uolo, Repubblika Demokratika tal-Kongo g) Bas-Uolo, Repubblika Demokratika tal-Kongo h) (Indirizz iddikjarat: Kafia Kingi (territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tiegħu għad irid jiġi determinat). Minn Jannar 2015, 500 element tal-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur ġew allegatament imkeċċija mis-Sudan.)

Elenkat fi: is-7 ta' Marzu 2016.

Informazzjoni oħra:

Kony huwa l-fundatur u l-kap tal-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur (LRA) (CFe.002). Taħt it-tmexxija tiegħu, l-LRA kienet involuta fis-sekwestru, il-qtil u l-mutilazzjoni ta' eluf ta' ċivili fl-Afrika Ċentrali. L-LRA hija responsabbli għall-ħtif, l-ispostament, it-twettiq ta' vjolenza sesswali kontra, u l-qtil ta' mijiet ta' individwi fir-RĊA, u serqet u qerdet proprjetà ċivili. Isem il-missier huwa Luizi Obol. Isem l-omm huwa Nora Obol.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Joseph Kony ġie elenkat fis-7 ta' Marzu 2016 skont il-paragrafi 12 u 13 (b), (c), u (d) tar-Riżoluzzjoni 2262 (2016) bħala li ‘ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA;’‘kien involut fl-ippjanar, it-tmexxija jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarju internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-RĊA, inklużi atti li jinvolvu vjolenza sesswali, immirar ta' persuni ċivili, attakki abbażi ta' etniċità jew reliġjon, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u sekwestru u spostament furzat;’‘irrekluta jew uża tfal f'konflitt armat fir-RĊA, bi ksur tad-dritt internazzjonali applikabbli;’ u ‘ta appoġġ lill-gruppi armati jew netwerks kriminali permezz ta' esplojtazzjoni illeċita jew kummerċ ta' riżorsi naturali, inklużi djamanti, deheb, u prodotti tal-annimali selvaġġi fi jew mir-RĊA.’

Informazzjoni addizzjonali:

Kony waqqaf l-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur (LRA) u ġie deskritt bħala l-fundatur,, il-mexxej reliġjuż, il-president, u l-kap kmandant tal-grupp. L-LRA feġġet fin-naħa ta' fuq tal-Uganda fit-tmeninijiet, u kienet involuta fis-sekwestru, il-qtil u l-mutilazzjoni ta' eluf ta' ċivili fl-Afrika Ċentrali. Taħt pressjoni militari dejjem tiżdied, Kony ordna lil-LRA biex tirtira mill-Uganda fl-2005 u l-2006. Minn dak iż-żmien, l-LRA qed topera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), ir-RĊA, is-Sudan t'Isfel u allegatament is-Sudan.

Kony, bħala l-kap tal-LRA, ifassal u jimplimenta l-istrateġija tal-LRA, inklużi ordnijiet permanenti biex jiġu attakkati u ttrattati b'mod vjolenti l-popolazzjonijiet ċivili. Minn Diċembru 2013, l-LRA taħt it-tmexxija ta' Joseph Kony ħatfet, spostat, wettqet vjolenza sesswali kontra, u qatlet mijiet ta' individwi fir-RĊA, u serqet u qerdet proprjetà ċivili. Ikkonċentrata fil-Lvant tar-RĊA u allegatament f'Kafia Kingi, territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tiegħu għad irid jiġi deċiż iżda kkontrollat mill-militar tas-Sudan, l-LRA tattakka villaġġi biex tisraq l-ikel u l-provvisti. Il-ġellieda jwettqu imbuskati biex jattakkaw lill-forzi tas-sigurtà u jisirqu t-tagħmir tagħhom meta dawn jirrispondu għall-attakki tal-LRA, u l-ġellieda tal-LRA jimmiraw u jisirqu wkoll villaġġi li m'għandhomx preżenza militari. L-LRA intensifikat ukoll l-attakki fuq siti ta' minjieri tad-deheb u d-djamanti.

Kony huwa soġġett għal mandat ta' arrest maħruġ mill-Qorti Kriminali Internazzjonali. Il-Qorti Kriminali Internazzjonali akkużatu b'tnax-il akkuża ta' reati kontra l-umanità inklużi qtil, skjavitù, skjavitù sesswali, stupru, atti inumani li jikkawżaw korriment serju u tbatija, u wieħed u għoxrin akkuża ta' delitti tal-gwerra, inklużi l-qtil, it-trattament krudil ta' persuni ċivili, l-attakk dirett b'mod intenzjonali kontra popolazzjoni ċivili, is-sakkeġġ, l-inċitament għall-istupru u l-ingaġġar, permezz tas-sekwestru, ta' tfal taħt il-ħmistax-il sena.

Kony ħareġ ordnijiet permanenti biex ġellieda ribelli jisirqu d-djamanti u d-deheb minn minaturi artiġjanali fil-Lvant tar-Repubblika Ċentru-Afrikana. Allegatament, uħud mill-minerali mbagħad jiġu ttrasportati mill-grupp ta' Kony lejn is-Sudan, jew jiġu nnegozjati ma' ċittadini lokali u membri ta' dik li kienet is-Séléka.

Kony ta wkoll struzzjonijiet lill-ġellieda tiegħu biex jikkaċċaw illegalment iljunfanti fil-Park Nazzjonali ta' Garamba fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, minn fejn allegatament jiġu ttrasportati n-nejbiet tal-iljunfanti mil-Lvant tar-Repubblika Ċentru-Afrikana lejn is-Sudan, fejn uffiċjali għolja tal-LRA allegatament ibigħu u jinnegozjaw ma' negozjanti Sudaniżi u uffiċjali lokali. Il-kummerċ tal-avorju jirrappreżenta sors ta' dħul sinifikanti għall-grupp ta' Kony. Minn Jannar 2015, 500 element tal-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur ġew allegatament imkeċċija mis-Sudan.”

B.   Entitajiet

“2.

ARMATA TA' REŻISTENZA TAS-SINJUR (Psewdonimi: a) LRA b) Moviment ta' Reżistenza tas-Sinjur (LRM) c) Moviment/Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur (LRM/A)

Indirizz: a) Vakaga, Repubblika Ċentru-Afrikana b) Haute-Kotto, Repubblika Ċentru-Afrikana c) Basse-Kotto, Repubblika Ċentru-Afrikana d) Haut-Mbomou, Repubblika Ċentru-Afrikana e) Mbomou, Repubblika Ċentru-Afrikana f) HautUolo, Repubblika Demokratika tal-Kongo g) Bas-Uolo, Repubblika Demokratika tal-Kongo h) (Indirizz iddikjarat: Kafia Kingi (territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tiegħu għad irid jiġi determinat). Minn Jannar 2015, 500 element tal-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur ġew irrappurtati li tkeċċew mis-Sudan.)

Elenkat fi: is-7 ta' Marzu 2016.

Informazzjoni oħra: Feġġet fin-naħa ta' fuq tal-Uganda fit-tmeninijiet. Kienet involuta fis-sekwestru, il-qtil u l-mutilazzjoni ta' eluf ta' ċivili fl-Afrika Ċentrali, inklużi mijiet fir-Repubblika Ċentru-Afrikana. Il-kap huwa Joseph Kony.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

L-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur ġiet elenkata fis-7 ta' Marzu 2016 skont il-paragrafi 12 u 13 (b), (c), u (d) tar-Riżoluzzjoni 2262 (2016) bħala li ‘ħadet sehem fi jew ipprovdiet appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA’; ‘kienet involuta fl-ippjanar, it-tmexxija jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarju internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-RĊA, inklużi atti li jinvolvu vjolenza sesswali, immirar ta' persuni ċivili, attakki abbażi ta' etniċità jew reliġjon, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u sekwestru u spostament furzat;’‘irreklutat jew użat tfal f'konflitt armat fir-RĊA, bi ksur tad-dritt internazzjonali applikabbli;’ u ‘appoġġat lill-gruppi armati jew netwerks kriminali permezz ta' esplojtazzjoni illeċita jew kummerċ ta' riżorsi naturali, inklużi djamanti, deheb, u prodotti tal-annimali selvaġġi fi jew mir-RĊA.’

Informazzjoni addizzjonali:

L-LRA feġġet fin-naħa ta' fuq tal-Uganda fit-tmeninijiet, ukienet involuta fis-sekwestru, il-qtil u l-mutilazzjoni ta' eluf ta' ċivili fl-Afrika Ċentrali. Taħt pressjoni militari dejjem tiżdied, Joseph Kony, il-kap tal-LRA, ordna lil-LRA biex tirtira mill-Uganda fl-2005 u l-2006. Minn dak iż-żmien, l-LRA qed topera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), ir-RĊA, is-Sudan t'Isfel u allegatament is-Sudan.

Minn Diċembru 2013, l-LRA ħatfet, spostat, wettqet vjolenza sesswali kontra, u qatlet mijiet ta' individwi fir-RĊA, u serqet u qerdet proprjetà ċivili. Ikkonċentrata fil-Lvant tar-RĊA u allegatament f'Kafia Kingi, territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tagħha għad irid jiġi deċiż iżda kkontrollata mill-militar tas-Sudan, l-LRA tattakka villaġġi biex tisraq l-ikel u l-provvisti. Il-ġellieda jwettqu imbuskati biex jattakkaw lill-forzi tas-sigurtà u jisirqu t-tagħmir tagħhom meta dawn jirrispondu għal attakki tal-LRA, u l-ġellieda tal-LRA jimmiraw u jisirqu wkoll villaġġi li m'għandhomx preżenza militari. L-LRA intensifikat ukoll l-attakki fuq siti ta' minjieri tad-deheb u d-djamanti.

Iċ-ċelel tal-LRA ta' spiss ikollhom magħhom priġunieri li huma mġiegħla jaħdmu bħala porters, kokijiet, u skjavi sesswali. L-LRA hija involuta fi vjolenza sessista inklużi stupri ta' nisa u bniet.

F'Diċembru 2013, l-LRA ssekwestrat għexieren ta' persuni f'Haute-Kotto. L-LRA allegatament kienet involuta fis-sekwestru ta' mijiet ta' ċivili fir-RĊA mill-bidu tal-2014 'l hawn.

Il-ġellieda tal-LRA attakkaw Obo, fil-Prefettura ta' Haut-Mbomou fil-Lvant tar-RĊA, f'diversi okkażjonijiet fil-bidu tal-2014.

L-LRA kompliet twettaq attakki f'Obo u postijiet oħra fix-Xlokk tar-RĊA bejn Mejju u Lulju 2014, inklużi attakki u sekwestri apparentement koordinati fil-Prefettura ta' Mbomou fil-bidu ta' Ġunju.

Sa mill-inqas l-2014, l-LRA kienet involuta fil-kaċċa illegali tal-iljunfanti u t-traffikar tal-iljunfanti għall-ġenerazzjoni tad-dħul. L-LRA allegatament tittraffika l-avorju mill-Park Nazzjonali ta' Garamba fit-Tramuntana tar-RDK lejn Darfur, biex tinnegozjah għal armi u provvisti. L-LRA allegatament tittrasporta n-nejbiet ta' iljunfanti kkaċċati illegament mir-RĊA għal Darfurfis-Sudan biex jinbiegħu. Barra minn hekk, kmieni fl-2014, Kony kien allegatament ordna lill-ġellieda tal-LRA jisirqu d-djamanti u d-deheb minn minaturi fil-Lvant tar-RĊA għat-trasportazzjoni lejn is-Sudan. Minn Jannar 2015, 500 element tal-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur ġew allegatament imkeċċija mis-Sudan.

Fil-bidu ta' Frar 2015, il-ġellieda tal-LRA armati b'armi b'saħħithom issekwestraw ċivili f'Kpangbayanga, Haut-Mbomou, u serqu prodotti tal-ikel.

F'April 20, 2015, attakk mill-LRA u s-sekwestru ta' tfal minn Ndambissoua, fix-Xlokk tar-RĊA wasslu l-biċċa l-kbira tar-residenti tal-villaġġ biex jaħarbu. U fil-bidu ta' Lulju 2015, l-LRA attakkat diversi villaġġi fix-Xlokk tal-Prefettura ta' Haute-Kotto; l-attakki kienu jinvolvu serq, vjolenza kontra persuni ċivili, ħruq ta' djar, u ħtif.

Minn Jannar 2016 'l hawn, attakki attribwiti lil-LRA mmultiplikaw f'Mbomou Haut-Mbomou u Haute-Kotto li affettwaw b'mod partikolari ż-żoni tal-minjieri f'Haute-Kotto. Dawn l-attakki kienu jinvolvu s-serq, il-vjolenza kontra persuni ċivili, il-qerda ta' proprjetà u s-sekwestri. Dawn wasslu għal spostamenti tal-popolazzjoni, inkluż madwar 700 persuna li fittxew rifuġju fi Bria.”

12.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/22

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/355

tal-11 ta' Marzu 2016

li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti speċifiċi għall-ġelatina, għall-kollaġen u għall-prodotti raffinati ħafna li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali għal operaturi tan-negozji tal-ikel. Dak ir-Regolament jipprevedi, b'mod partikolari, li l-operaturi tan-negozji tal-ikel iridu jiżguraw il-konformità ma' rekwiżiti speċifiċi għall-materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina u tal-kollaġen maħsuba għall-konsum mill-bniedem.

(2)

Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina u tal-kollaġen għall-konsum mill-bniedem tkun ġejja minn sorsi li jilħqu r-rekwiżiti tas-saħħa pubblika u tal-annimali stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(3)

L-UE tiddipendenti ħafna fuq l-importazzjonijiet tal-materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina u tal-kollaġen. Stabbilimenti li jipproduċu dik il-materja prima japplikaw trattamenti speċifiċi li jeskludu r-riskji għas-saħħa pubblika u s-saħħa tal-l-annimali marbutin ma' dik il-materja prima. Għalhekk huwa xieraq li jiġu permessi dawk it-trattamenti qabel it-tqegħid fis-suq fl-Unjoni.

(4)

Huwa xieraq li jiġu addattati r-rekwiżiti għall-proċess ta' produzzjoni tal-kollaġen sabiex ikun hemm tibdiliet prattiċi f'każijiet meta t-tibdil ma jirriżultax f'livell differenti ta' protezzjoni tas-saħħa pubblika.

(5)

Il-metodi analitiċi biex jivverifikaw il-limiti tar-residwi fil-ġelatina u fil-kollaġen għandhom jiġu adattati għal dawk il-metodi l-aktar xierqa u li jkunu ġew ivvalidati l-aktar reċentement.

(6)

Sabiex tiġi żgurata s-sikurezza ta' ċerti prodotti rraffinati ħafna, biex ikun żgurat l-infurzar tad-dispożizzjonijiet tal-UE u biex tkun żgurata l-kompetizzjoni ġusta fir-rigward tal-materja prima li ġejja minn ġewwa l-Unjoni u minn pajjiżi terzi, huwa xieraq li jiġu armonizzati l-kundizzjonijiet u li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi għall-produzzjoni ta' ċerti prodotti raffinati ħafna li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2013 (2) għandha tibqa' tiġi permessa l-importazzjoni ta' prodotti oħra ta' oriġini mill-annimali li għalihom l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 ma jistabbilixxix rekwiżiti speċifiċi.

(7)

Għalhekk l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-Taqsima XIV hija emendata kif ġej:

(a)

Fil-Kapitolu I, il-punt 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.

(a)

Il-materja prima li ma ġiet mgħoddija minn ebda trattament għall-preservazzjoni barra mit-tkessiħ, l-iffriżar jew l-iffriżar qawwi f'daqqa għandha tiġi minn stabbilimenti rreġistrati jew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jew skont dan ir-Regolament,

(b)

Tista' tintuża l-materja prima ttrattata li ġejja:

(i)

għadam minbarra materjal speċifiku ta' riskju kif iddefinit fl-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 li ġej minn stabbilimenti taħt il-kontroll tal-awtorità kompetenti u elenkati minnha, u li jkunu ġew soġġetti għal wieħed mit-trattamenti li ġejjin:

imfarrak f'biċċiet ta' madwar 15 mm u x-xaħam tiegħu mneħħi permezz ta' ilma jaħraq b'temperatura minima ta' 70 °C għal mill-inqas 30 minuta, b'temperatura minima ta' 80 °C għal mill-inqas 15-il minuta, jew b'temperatura minima ta' 90 °C għal mill-inqas 10 minuti, u mbagħad jiġi separat u wara jinħasel u jitnixxef għal mill-inqas 20 minuta f'kurrent ta' arja sħuna b'temperatura inizjali ta' 350 °C, jew għal 15-il minuta f'kurrent ta' arja sħuna, b'temperatura inizjali ta' aktar minn 700 °C;

imnixxef fix-xemx għal mill-inqas 42 jum f'temperatura medja ta' mill-inqas 20 °C;

trattament bl-aċidu tali li l-pH jinżamm f'anqas minn 6 fiċ-ċentru tal-massa għal mill-anqas siegħa qabel it-tnixxif;

(ii)

il-ġlud ħoxnin u ġlud oħra ta' annimali ruminanti mrobbija, il-ġlud tal-majjal, ġlud tat-tjur, il-ġlud ħoxnin u ġlud oħra tat-tajr selvaġġ li ġejjin minn stabbilimenti taħt il-kontroll tal-awtorità kompetenti u elenkati minnha, u li kienu ġew soġġetti għal wieħed mit-trattamenti li ġejjin:

trattament bl-alkali sabiex jistabbilixxi pH > 12 fiċ-ċentru tal-massa segwit minn tmelliħ għal mill-inqas sebat ijiem;

tnixxif għal 42 jum f'temperatura ta' mill-anqas 20 °C

trattament aċidiku tali li l-pH jinżamm f'anqas minn 5 fiċ-ċentru tal-massa għal mill-anqas siegħa;

trattament bl-alkali għall-massa sħiħa f'pH > 12 għal mill-inqas tmien (8) sigħat;

(iii)

l-għadam minbarra materjal ta' riskju speċifikat kif definit fl-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, il-ġlud ħoxnin u ġlud oħra ta' annimali ruminanti mrobbija, il-ġlud tal-majjal, il-ġlud tat-tjur, il-ġlud ħoxnin tal-ħut u il-ġlud ħoxnin u ġlud oħra tat-tajr selvaġġ li jkunu għaddew minn xi trattament ieħor ħlief dawk speċifikati fil-punti (i) jew (ii) u li jkunu ġejjin minn stabbilimenti rreġistrati jew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jew skont dan ir-Regolament.

Għall-finijiet tal-ewwel żewġ (2) inċiżi tal-punt (b)(ii), it-tul taż-żmien tat-trattamenti jista' jinkludi l-ħin tat-trasportazzjoni.

Il-materja prima trattata msemmija fil-punti (b)(i) u (b)(ii) għandha tinkiseb minn:

l-annimali ruminanti domestiċi u mrobbija, il-ħnieżer u t-tjur li jkunu nqatlu f'biċċerija, u li l-karkassi tagħhom ikunu nstabu tajbin għall-konsum mill-bniedem wara spezzjonijiet ante-mortem u post-mortem; jew

minn selvaġġina maqtula li l-karkassi tagħha jkunu instabu tajbin għall-konsum uman wara spezzjoni post-mortem.”

(b)

Fil-Kapitolu II, il-punt 3 li ġej huwa miżjud:

“3.

Wara l-verifiki veterinarji previsti fid-Direttiva 97/78/KE, u mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(4) ta' dik id-Direttiva, il-materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina maħsuba għall-konsum mill-bniedem, li għaliha hija meħtieġa ċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali, għandha tkun ttrasportata direttament lejn l-istabbiliment fil-post tad-destinazzjoni.

Il-prekawzjonijiet kollha, inkluż rimi sikur ta' prodotti sekondarji tal-annimali, tal-iskart, tal-materjal mhux użat jew żejjed, jittieħdu biex jiġu evitati riskji tat-tixrid tal-mard fost l-annimali.”

(c)

Il-Kapitolu IV jinbidel b'dan li ġej:

“KAPITOLU IV: REKWIŻITI GĦAL PRODOTTI LESTI GĦAS-SUQ

L-operaturi tan-negozju tal-ikel iridu jiżguraw li l-ġelatina tikkonforma mal-limiti ta' residwi stabbiliti fit-tabella li ġejja.

Residwu

Limitu

As

1 ppm

Pb

5 ppm

Cd

0,5 ppm

Hg

0,15 ppm

Cr

10 ppm

Cu

30 ppm

Zn

50 ppm

SO2 (Farmakopea Ewropea, l-aħħar edizzjoni)

50 ppm

H2O2 (Farmakopea Ewropea, l-aħħar edizzjoni)

10 ppm”

(2)

It-Taqsima XV hija emendata kif ġej:

(a)

Fl-introduzzjoni, il-punt 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.

L-operaturi tan-negozju tal-ikel li jimmanufatturaw il-kollaġen għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti ta' din it-taqsima jkunu sodisfati. Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra, il-prodotti derivati mill-kollaġen għandhom isiru minn kollaġen li huwa konformi mar-rekwiżiti ta' din it-taqsima.”

(b)

Fil-Kapitolu I, il-punt 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.

(a)

Materja prima li ma għaddiet minn ebda trattament għall-preservazzjoni barra mit-tkessiħ, l-iffriżar jew l-iffriżar qawwi f'daqqa għandha tkun ġejja minn stabbilimenti rreġistrati jew approvati skont ir- Regolament (KE) Nru 852/2004 jew skont dan ir-Regolament.

(b)

Tista' tintuża l-materja prima ttrattata li ġejja:

(i)

l-għadam minbarra materjal ta' riskju speċifiku kif iddefinit fl-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 li ġejjin minn stabbilimenti taħt il-kontroll u elenkati mill-awtorità kompetenti, u li kienu ġew soġġetti għal wieħed mit-trattamenti li ġejjin:

imfarrak f'biċċiet ta' madwar 15 mm u x-xaħam tiegħu mneħħi permezz ta' ilma jaħraq b'temperatura minima ta' 70 °C għal mill-inqas 30 minuta, b'temperatura minima ta' 80 °C għal mill-inqas 15-il minuta, jew b'temperatura minima ta' 90 °C għal mill-inqas 10 minuti, u mbagħad jiġi separat u wara jinħasel u jitnixxef għal mill-inqas 20 minuta f'kurrent ta' arja sħuna b'temperatura inizjali ta' 350 °C, jew għal 15-il minuta f'kurrent ta' arja sħuna, b'temperatura inizjali ta' aktar minn 700 °C;

imnixxef fix-xemx għal mill-inqas 42 jum f'temperatura medja ta' mill-inqas 20 °C;

trattament bl-aċidu tali li l-pH jinżamm f'anqas minn 6 fiċ-ċentru tal-massa għal mill-anqas siegħa qabel it-tnixxif;

(ii)

il-ġlud ħoxnin u ġlud oħra ta' annimali ruminanti mrobbija, il-ġlud tal-majjal, ġlud tat-tjur, il-ġlud ħoxnin u ġlud oħra tat-tajr selvaġġ li ġejjin minn stabbilimenti taħt il-kontroll tal-awtorità kompetenti u elenkati minnha, u li kienu ġew soġġetti għal wieħed mit-trattamenti li ġejjin:

trattament bl-alkali sabiex jistabbilixxi pH > 12 fiċ-ċentru tal-massa segwit minn tmelliħ għal mill-inqas sebat ijiem;

tnixxif għal 42 jum f'temperatura ta' mill-anqas 20 °C

trattament bl-aċidu tali li l-pH jinżamm f'anqas minn 5 fiċ-ċentru tal-massa għal mill-anqas siegħa;

trattament bl-alkali għall-massa sħiħa f'pH > 12 għal mill-inqas tmien (8) sigħat;

(iii)

l-għadam minbarra materjal ta' riskju speċifikat kif definit fl-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, il-ġlud ħoxnin u ġlud oħra ta' annimali ruminanti mrobbija, il-ġlud tal-majjal, il-ġlud tat-tjur, il-ġlud tal-ħut u l-ġlud ħoxnin u ġlud oħra tat-tajr selvaġġ li jkunu għaddew minn xi trattament ieħor ħlief dawk speċifikati fil-punti (i) jew (ii) u li jkunu ġejjin minn stabbilimenti rreġistrati jew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jew skont dan ir-Regolament.

Għall-finijiet tal-ewwel żewġ (2) inċiżi tal-punt (b)(ii), it-tul taż-żmien tat-trattamenti jista' jinkludi l-ħin tat-trasportazzjoni.

Il-materja prima trattata msemmija fil-punt (b) għandha tinkiseb minn:

l-annimali ruminanti domestiċi u mrobbija, il-ħnieżer u t-tjur li jkunu nqatlu f'biċċerija, u li l-karkassi tagħhom ikunu nstabu tajbin għall-konsum mill-bniedem wara spezzjonijiet ante-mortem u post-mortem; jew

minn tajt selvaġġ maqtul li l-karkassi tiegħu jkunu nstabu tajbin għall-konsum uman wara spezzjoni post-mortem.”

(c)

Fil-Kapitolu II, jiżdied il-punt 3 li ġej:

“3.

Wara l-verifiki veterinarji previsti fid-Direttiva 97/78/KE, u mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(4) ta' dik id-Direttiva, il-materja prima għall-produzzjoni tal-kollaġen maħsub għall-konsum mill-bniedem, li għaliha hija meħtieġa ċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimal, għandha tkun ttrasportata direttament lejn l-istabbiliment fil-post tad-destinazzjoni.

Għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha, inkluż rimi sikur ta' prodotti sekondarji tal-annimali, tal-iskart, tal-materjal li ma jkunx intuża jew żejjed, sabiex jiġu evitati riskji tat-tixrid tal-mard fost l-annimali.”

(d)

Fil-Kapitolu III, il-punt 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.

Il-proċess ta' produzzjoni tal-kollaġen irid jiżgura li:

(a)

l-għadam kollu tar-ruminanti li ġej minn annimali li twieldu, trabbew jew inqatlu f'pajjiżi jew reġjuni b'riskju ta' BSE kkontrollat jew mhux determinat skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jiġi suġġett għal proċess li fih ikun żgurat li l-materjal kollu tal-għadam jitfarrak fin fin u jitneħħielu x-xaħam bil-misħun u jiġi ttrattat bl-aċidu idrokloriku (ta' konċentrazzjoni minima ta' 4 % u pH < 1,5) fuq perjodu ta' mhux anqas minn jumejn; Dan it-trattament irid ikun segwit b'aġġustament tal-pH permezz tal-aċidu jew alkali segwit bi:

(i)

jew tlaħlieħa waħda jew aktar u mill-inqas wieħed minn dawn il-proċessi li ġejjin:

filtrazzjoni,

tħin,

estrużjoni

(ii)

jew kull proċess ekwivalenti approvat;

(b)

il-materja prima apparti dik imsemmija fil-punt (a) trid tkun suġġetta għal trattament li jinvolvi l-ħasil, l-aġġustament tal-pH bl-użu tal-aċtu jew alkali, segwit bi tlaħliħa waħda jew iktar, filtrazzjoni u estrużjoni, jew permezz ta' proċess ekwivalenti approvat;

(i)

jew tlaħlieħa waħda jew aktar u mill-inqas wieħed minn dawn il-proċessi li ġejjin:

filtrazzjoni,

tħin,

estrużjoni

(ii)

jew kull proċess ekwivalenti approvat;”

(e)

Il-Kapitolu IV jinbidel b'dan li ġej:

“KAPITOLU IV: REKWIŻITI GĦALLPRODOTTI LESTI GĦAS-SUQ

L-operaturi tan-negozju tal-ikel għandhom jiżguraw li l-kollaġen jissodisfa l-limiti tar-residwi li jidhru fit-tabella li ġejja:

Residwu

Limitu

As

1 ppm

Pb

5 ppm

Cd

0,5 ppm

Hg

0,15 ppm

Cr

10 ppm

Cu

30 ppm

Zn

50 ppm

SO2 (Farmakopea Ewropea, l-aħħar edizzjoni)

50 ppm

H2O2 (Farmakopea Ewropea, l-aħħar edizzjoni)

10 ppm”

(3)

Tiddaħħal it-Taqsima XVI li ġejja:

“TAQSIMA XVI: SULFAT TAL-KONDROJTIN RAFFINAT ĦAFNA, AĊIDU ĦIJALURONIKU, PRODOTTI OĦRA TAL-QARQUĊA IDROLIZZATA, GLUKOŻAMMINA, KITOSAN, KIMOŻINA, ISINGLASS U AMMINOAĊIDI

1.

L-operaturi tan-negozju tal-ikel li jimmanifatturaw dawn il-prodotti rraffinati ħafna li ġejjin mill-annimali:

(a)

sulfat tal-kondrojtin,

(b)

aċidu ħijaluroniku,

(c)

prodotti oħra tal-qarquċa idrolizzata,

(d)

kitosan

(e)

glukosammina

(f)

kimożina

(g)

l-isinglass,

(h)

amminoaċidi li huma awtorizzati bħala addittivi tal-ikel skont ir- Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*),

għandhom jzguraw li t-trattament tal-materja prima użata jelimina kull riskju għas-saħħa tal-annimali jew dik pubblika.

2.

Il-materja prima li tuntuża għall-manifattura ta' prodotti rraffinati ħafna msemmija fil-punt 1 trid tkun ġejja minn:

(a)

annimali, inkuż ir-rix tagħhom, li jkunu nqatlu f'biċċerija u li l-karkassi tagħhom jkunu nstabu tajbin għall-konsum mill-bniedem wara spezzjonijiet ante-mortem u post-mortem, jew;

(b)

prodotti tas-sajd li jikkonformaw mat-Taqsima VIII.

Ix-xagħar tal-bniedem ma jistax jintuża bħala sors għall-manifattura tal-amminoaċidi.

(*)  Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).”"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2013 tal-31 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 292, 1.11.2013, p. 10).

12.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/29

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/356

tal-11 ta' Marzu 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-11 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.

ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

135,3

MA

100,8

SN

176,8

TN

112,1

TR

107,6

ZZ

126,5

0707 00 05

MA

84,8

TR

154,5

ZZ

119,7

0709 93 10

MA

62,1

TR

156,5

ZZ

109,3

0805 10 20

EG

43,8

IL

76,8

MA

51,1

TN

54,3

TR

64,7

ZZ

58,1

0805 50 10

MA

123,2

TR

82,8

ZZ

103,0

0808 10 80

BR

88,6

CL

93,0

CN

66,5

US

177,0

ZZ

106,3

0808 30 90

AR

102,7

CL

152,2

CN

103,0

TR

143,8

ZA

114,0

ZZ

123,1

(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.

DEĊIŻJONIJIET

12.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/31

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/357

tal-15 ta' Jannar 2016

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar il-parteċipazzjoni tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja bħala osservatur fil-ħidma tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-modalitajiet rispettivi tagħha, fil-qafas stabbilit fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 168/2007, inklużi d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-parteċipazzjoni f'inizjattivi mwettqa mill-Aġenzija, il-kontribuzzjoni finanzjarja u l-persunal

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 352, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Kunsill Ewropew tal-Lussemburgu ta' Diċembru 1997 indika l-parteċipazzjoni fl-aġenziji tal-Unjoni bħala mezz kif tittejjeb l-istrateġija ta' qabel l-adeżjoni. Il-konklużjonijiet ta' dak il-Kunsill Ewropew jiddikjaraw li l-'aġenziji tal-Unjoni li fihom ikunu jistgħu jipparteċipaw il-pajjiżi applikanti għandhom jiġu ddeterminati każ b'każ'.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 (1) jipprevedi li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (l-“Aġenzija”) għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati fil-qafas stabbilit fl-Artikoli 4 u 5 tiegħu.

(3)

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tikkondividi l-għanijiet u l-objettivi tal-Aġenzija u taċċetta l-ambitu u d-deskrizzjoni tal-kompiti tal-Aġenzija, kif previsti fir-Regolament (KE) Nru 168/2007.

(4)

L-objettiv aħħari tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja huwa li ssir membru tal-Unjoni, u l-parteċipazzjoni tagħha fl-Aġenzija ser tgħinha biex tilħaq dan l-objettiv,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar il-parteċipazzjoni tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja bħala osservatur fil-ħidma tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-modalitajiet rispettivi tagħha għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Jannar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

J.R.V.A. DIJSSELBLOEM

(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1).

ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru …/2016 TAL-KUNSILL TA' STABILIZZAZZJONI U TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U L-EX REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA

ta' …

dwar il-parteċipazzjoni tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja bħala osservatur fil-ħidma tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-modalitajiet rispettivi tagħha, fil-qafas stabbilit fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007, inklużi d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-parteċipazzjoni f'inizjattivi mwettqa mill-Aġenzija, il-kontribuzzjoni finanzjarja u l-persunal

IL-KUNSILL TA' STABILIZZAZZJONI U TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U L-EX REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 28(2) tiegħu,

Billi

(1)

Il-Kunsill Ewropew tal-Lussemburgu ta' Diċembru 1997 indika l-parteċipazzjoni fl-aġenziji tal-Unjoni bħala mezz kif tittejjeb l-istrateġija ta' qabel l-adeżjoni. Il-konklużjonijiet ta' dak il-Kunsill Ewropew jiddikjaraw li l-'aġenziji tal-Unjoni li fihom ikunu jistgħu jipparteċipaw il-pajjiżi applikanti għandhom jiġu ddeterminati każ b'każ'.

(2)

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tikkondividi l-għanijiet u l-objettivi tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (l-'Aġenzija') u taċċetta l-ambitu u d-deskrizzjoni tal-kompiti tal-Aġenzija, kif previsti fir-Regolament (KE) Nru 168/2007.

(3)

Huwa xieraq li tiġi permessa l-parteċipazzjoni tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja bħala osservatur fil-ħidma tal-Aġenzija u li jiġu stabbiliti l-modalitajiet ta' tali parteċipazzjoni inklużi dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-parteċipazzjoni f'inizjattivi mwettqa mill-Aġenzija, il-kontribuzzjoni finanzjarja u l-persunal.

(4)

Huwa wkoll xieraq li l-Aġenzija tittratta kwistjonijiet tad-drittijiet fundamentali fl-ambitu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 168/2007 fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja sa fejn ikun meħtieġ għall-allinjament gradwali tagħha mad-dritt tal-Unjoni.

(5)

F'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 12(2) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħrajn tal-Komunitajiet Ewropej previst fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, id-Direttur tal-Aġenzija jista' jawtorizza l-ingaġġar ta' ċittadini tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jgawdu d-drittijiet sħaħ tagħhom bħala ċittadini,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, bħala pajjiż kandidat, għandha tipparteċipa bħala osservatur fl-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 168/2007.

Artikolu 2

1.   L-Aġenzija tista' tittratta kwistjonijiet ta' drittijiet fundamentali fl-ambitu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 168/2007 fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja sa fejn ikun meħtieġ għall-allinjament gradwali tagħha mad-dritt tal-Unjoni.

2.   Għal dak il-għan, l-Aġenzija ser tkun tista' twettaq, fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-kompiti stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 168/2007.

Artikolu 3

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għall-attivitajiet tal-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 168/2007 f'konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

1.   L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha taħtar persuni li jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 168/2007 bħala osservatur u sostitut. Huma jistgħu jipparteċipaw fil-ħidma tal-Bord ta' Tmexxija fuq bażi ugwali mal-membri u s-sostituti maħtura mill-Istati Membri, iżda mingħajr id-dritt li jivvutaw.

2.   L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tinnomina uffiċjal tal-gvern bħala Uffiċjal Nazzjonali ta' Kuntatt, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 168/2007.

3.   Fi żmien erba' xhur mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tinforma lill-Kummissjoni Ewropea bl-ismijiet, il-kwalifiki u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuni msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 5

Id-dejta pprovduta lil jew li toħroġ mill-Aġenzija tista' tiġi ppubblikata u għandha tkun għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, sakemm l-informazzjoni kunfidenzjali tingħata l-istess grad ta' protezzjoni fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja kif tingħata fl-Unjoni.

Artikolu 6

L-Aġenzija għandha tgawdi fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja l-istess kapaċità legali bħal dik mogħtija lill-entitajiet legali skont il-liġi tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

Artikolu 7

Sabiex l-Aġenzija u l-persunal tagħha jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tagħti l-privileġġi u l-immunitajiet identiċi għal dawk stabbiliti fl-Artikoli 1 sa 4, 5, 6, 10 sa 13, 15, 17 u 18 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

Il-Partijiet kollha għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt din id-Deċiżjoni u għandhom jinnotifikawhom lill-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …,

Għall-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni

Il-President

(1)  ĠU L 84, 20.3.2004, p. 13.

(2)  ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.

ANNESS

KONTRIBUZZJONI FINANZJARJA TAL-EX REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA LILL-AĠENZIJA TAL-UNJONI EWROPEA GĦAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI

1.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha titħallas mill-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea biex tipparteċipa fl-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (l-“Aġenzija”), kif stipulat fil-punt 2, tirrappreżenta l-ispiża sħiħa tal-parteċipazzjoni tagħha fl-Aġenzija.

2.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha titħallas mill-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għandha tkun kif ġej:

L-Ewwel Sena:

EUR 165 000

It-Tieni Sena:

EUR 170 000

It-Tielet Sena:

EUR 175 000

3.

L-appoġġ finanzjarju possibbli mill-programmi ta' assistenza tal-Unjoni ser jiġi miftiehem separatament skont il-programm tal-Unjoni relevanti.

4.

Il-kontribuzzjoni tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ser tiġi ġestita f'konformità mar-Regolament Finanzjarju (1) applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

5.

L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-għajxien li jintefqu mir-rappreżentanti u l-esperti tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja sabiex jipparteċipaw fil-ħidma tal-Aġenzija jew f'laqgħat relatati mal-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma tal-Aġenzija għandhom jiġu rimborsati mill-Aġenzija fuq l-istess bażi ta' u skont il-proċeduri attwalment fis-seħħ għall-Istati Membri tal-Unjoni.

6.

Wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni u fil-bidu ta' kull sena sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja talba għall-fondi li tikkorrispondi mal-kontribuzzjoni tagħha lill-Aġenzija skont din id-Deċiżjoni. Għall-ewwel sena kalendarja tal-parteċipazzjoni tagħha, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ser tħallas kontribuzzjoni kkalkulata mid-data tal-parteċipazzjoni sal-aħħar tas-sena fuq bażi prorata. Għas-snin ta' wara, il-kontribuzzjoni għandha tkun f'konformità ma' din id-Deċiżjoni.

7.

Din il-kontribuzzjoni għandha tkun espressa f'EUR u titħallas f'kont bankarju tal-EUR tal-Kummissjoni.

8.

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ser tħallas il-kontribuzzjoni tagħha skont it-talba għall-fondi, għall-parti tagħha, sa mhux aktar tard minn perijodu ta' 30 jum wara li tintbagħat it-talba għall-fondi mill-Kummissjoni.

9.

Kull dewmien fil-ħlas tal-kontribuzzjoni għandu jġib miegħu ħlas ta' imgħax mill-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fuq l-ammont mhux imħallas mid-data ta' skadenza. Ir-rata tal-imgħax tikkorrispondi mar-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew, fid-data ta' skadenza, għall-operazzjonijiet tiegħu f'EUR, biż-żieda ta' 1.5 punti perċentwali.

(1)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal- Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

12.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/35

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/358

tat-8 ta' Marzu 2016

li tawtorizza lir-Repubblika Franċiża li tapplika livelli mnaqqsa ta' tassazzjoni għall-petrol u ż-żejt tal-gass li jintużaw bħala karburanti tal-magni skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/193/UE (2) tawtorizza lir-Repubblika Franċiża (minn hawn 'il quddiem “Franza”) tapplika, għal perijodu ta' tliet snin, livelli mnaqqsa ta' tassazzjoni għaż-żejt tal-gass u għall-petrol bla ċomb li jintużaw bħala karburanti tal-magni għall-finijiet ta' riforma amministrattiva li tinvolvi d-deċentralizzazzjoni ta' ċerti setgħat speċifiċi li qabel kienu qed jiġu eżerċitati mill-gvern ċentrali. Id-Deċiżjoni 2013/193/UE skadiet fil-31 ta' Diċembru 2015.

(2)

B'ittra bid-data tal-20 ta' Ottubru 2015, Franza talbet awtorizzazzjoni biex tippermetti lir-reġjuni Franċiżi biex ikomplu japplikaw tnaqqis tar-rati ta' tassazzjoni ta' mhux aktar minn EUR 17,7 għal kull 1 000 litru ta' petrol bla ċomb jew EUR 11,5 għal kull 1 000 litru ta' żejt tal-gass għal perijodu ieħor ta' sentejn wara l-31 ta' Diċembru 2015.

(3)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/193/UE ġiet adottata abbażi li l-miżura mitluba minn Franza tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE, billi b'mod esklussiv tippermetti eżenzjoni jew tnaqqis mit-taxxa għal raġunijiet speċifiċi ta' politika. B'mod partikolari, ġie kkunsidrat li l-miżura ma kinitx ser tfixkel it-tħaddim tajjeb tas-suq intern. Ġie kkunsidrat ukoll li kienet f'konformità mal-linji ta' politika rilevanti tal-Unjoni.

(4)

Il-miżura nazzjonali hija parti minn politika maħsuba biex iżżid l-effiċjenza amministrattiva billi ttejjeb il-kwalità u tnaqqas l-ispiża tas-servizzi pubbliċi, kif ukoll bħala politika ta' deċentralizzazzjoni. Franza biħsiebha toffri inċentiv addizzjonali lir-reġjuni biex itejbu l-kwalità tal-amministrazzjoni tagħhom b'mod trasparenti. F'dan ir-rigward, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/193/UE teħtieġ li t-tnaqqis jintrabat maċ-ċirkostanzi soċjoekonomiċi tar-reġjuni li fihom jiġi applikat tali tnaqqis. Għaldaqstant, għadd ta' reġjuni bi prodott domestiku gross anqas mill-medja jew b'qgħad ogħla mill-medja applikaw rati aktar baxxi. B'mod ġenerali, il-miżura nazzjonali hija bbażata fuq kunsiderazzjonijiet speċifiċi tal-politika.

(5)

Il-limiti stretti stabbiliti għat-tnaqqis fir-rati fuq bażi reġjonali kif ukoll l-esklużjoni mill-miżura taż-żejt tal-gass użat għal għanijiet kummerċjali jimplikaw li r-riskju ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern huwa baxx ħafna.

(6)

Ma ġie rrappurtat l-ebda ostaklu għat-tħaddim tajjeb tas-suq intern, b'mod partikolari, fir-rigward taċ-ċirkulazzjoni tal-prodotti kkonċernati fil-kapaċità tagħhom bħala prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa.

(7)

Qabel il-miżura ser ikun hemm żieda fit-taxxa. F'dan il-kuntest u fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni kif ukoll tal-esperjenza miġbura, ma jidhirx li l-miżura nazzjonali f'dan l-istadju hija f'kunflitt mal-linji tal-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-bidla fil-klima

(8)

Mill-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 2003/96/KE jirriżulta li kull awtorizzazzjoni mogħtija skont dan l-Artikolu għandu jkollha żmien strettament limitat. Franza talbet li l-awtorizzazzjoni tingħata għal perijodu ta' sentejn. Għaldaqstant huwa xieraq li l-perijodu ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni jiġi limitat għal sentejn.

(9)

Għandu jiġi żgurat li Franza tkun tista' tapplika t-tnaqqis speċifiku relatat ma' din id-Deċiżjoni bla ebda xkiel wara s-sitwazzjoni eżistenti qabel l-1 ta' Jannar 2016, skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/193/UE. L-awtorizzazzjoni mitluba għandha għalhekk tingħata b'effett mill-1 ta' Jannar 2016.

(10)

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   B'dan, Franza hija awtorizzata tapplika rati mnaqqsa ta' tassazzjoni fuq il-petrol bla ċomb u fuq iż-żejt tal-gass użati bħala karburanti tal-magni. Iż-żejt tal-gass għall-użu kummerċjali li jintuża bħala propellant fit-tifsira tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/96/KE m'għandux ikun eliġibbli għal tnaqqis bħal dan.

2.   Ir-reġjuni amministrattivi jistgħu jkunu permessi japplikaw tnaqqis differenzjat sakemm jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-tnaqqis mhuwiex aktar minn EUR 17,7 għal kull 1 000 litru ta' petrol bla ċomb jew EUR 11,5 għal kull 1 000 litru ta' żejt tal-gass;

(b)

it-tnaqqis mhuwiex aktar mid-differenza bejn il-livelli ta' tassazzjoni għaż-żejt tal-gass għall-użu mhux kummerċjali bħala propellant u ż-żejt tal-gass għall-użu kummerċjali bħala propellant;

(c)

it-tnaqqis huwa marbut mal-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi oġġettivi tar-reġjuni li fihom jiġi applikat;

(d)

l-applikazzjoni tat-tnaqqis reġjonali ma jkollhiex l-effett li tagħti xi vantaġġ kompetittiv lil xi reġjun fil-kummerċ ġewwa l-Unjoni.

3.   Ir-rati mnaqqsa jridu jkunu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/96/KE, u b'mod partikolari mar-rati minimi stabbiliti fl-Artikolu 7 tagħha.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fid-data tan-notifika tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2016.

Hija għandha tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Marzu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

J.R.V.A. DIJSSELBLOEM

(1)  ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/193/UE tat-22 ta' April 2013 li tawtorizza lir-Repubblika Franċiża li tapplika livelli differenzjati ta' tassazzjoni għall-petrol u għaż-żejt tal-gass li jintużaw bħala fjuwils tal-magni skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE (ĠU L 113, 25.4.2013, p. 15).

12.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/37

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/359

tal-10 ta' Marzu 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

(2)

Fl-14 ta' Settembru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1524 (2) biex b'hekk ġedded il-miżuri għal sitt xhur oħra.

(3)

Fid-dawl tal-imminar jew it-theddid kontinwu tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, id-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandha tiġi estiża għal sitt xhur oħra.

(4)

Il-Kunsill irriveda d-deżinjazzjonijiet individwali. L-Anness jeħtieġ li jiġi emendat u l-entrati għal tliet persuni li huma mejta jeħtieġu li jitħassru.

(5)

Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 6, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-15 ta' Settembru 2016.”;

(2)

l-Anness huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Marzu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

K.H.D.M. DIJKHOFF

(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1524 tal-14 ta' Settembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 239, 15.9.2015, p. 157).

ANNESS

I.

Il-persuni li ġejjin huma mħassra mil-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK:

PERSUNI

7.

Yuriy Gennadyevich ZHEREBTSOV

41.

Igor Dmitrievich SERGUN

133.

Pavel DREMOV

II.

L-entrati għall-persuni u l-entitajiet li ġejjin li jinsabu fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:

LISTA TA' PERSUNI

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Sergey Valeryevich AKSYONOV,

Sergei Valerievich AKSENOV (Сергей Валерьевич AKCëHOB),

Serhiy Valeriyovych AKSYONOV (Сергiй Валерiйович Аксьонов)

Data tat-Twelid: 26.11.1972.

Post tat-Twelid: Beltsy (Bălți), issa r-Repubblika tal-Moldova

Aksyonov ġie elett “Prim Ministru tal-Krimea” fil-Verkhovna Rada tal-Krimea fis-27 ta' Frar 2014 fil-preżenza ta' persuni armati favur ir-Russja. Il-“ħatra” tiegħu ġiet iddikjarata bħala li tmur kontra l-kostituzzjoni mill-aġent President Oleksandr Turchynov fl-1 ta' Marzu 2014. Huwa għamel pressjoni b'mod attiv favur ir-“referendum” tas-16 ta' Marzu 2014 u kien wieħed mill-kofirmatarji tat-“Trattat dwar l-adeżjoni tal-Krimea mal-Federazzjoni Russa” tat-18 ta' Marzu 2014. Fid-9 ta' April 2014 huwa nħatar aġent “Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea” mill-President Putin. Fid-9 ta' Ottubru 2014, huwa ġie “elett” formalment bħala l-“Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Aksyonov imbagħad saħaq li l-karigi ta' “Kap” u “Prim Ministru” jiġu kkombinati.

Membru tal-Kunsill tal-Istat tar-Russja.

17.3.2014

2.

Vladimir Andreevich KONSTANTINOV (Владимир Андреевич Константинов)

Data tat-Twelid: 19.11.1956

Post tat-Twelid: Vladimirovka (magħruf ukoll bħala Vladimirovca), Reġjun ta' Slobozia, SSR tal-Moldova (issa r-Repubblika tal-Moldova) jew Bogomol, SSR tal-Moldova.

Bħala speaker tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea, Konstantinov kellu rwol rilevanti fid-deċiżjonijiet meħuda mill-Verkhovna Rada rigward ir-“referendum” kontra l-integrità territorjali tal-Ukrajna u appella lill-votanti biex jivvutaw favur l-Indipendenza tal-Krimea. Kien wieħed mill-kofirmatarji tat-“trattat dwar l-adeżjoni tal-Krimea mal-Federazzjoni Russa” tat-18 ta' Marzu 2014.

Mis-17 ta' Marzu 2014 l'hawn, “President” tal-“Kunsill tal-Istat” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”.

17.3.2014

3.

Rustam Ilmirovich TEMIRGALIEV (Рустам Ильмирович Темиргалиев)

Data tat-Twelid: 15.8.1976

Post tat-Twelid: Ulan-Ude, Buryat ASSR (SFSR tar-Russja)

Bħala ex Viċi Ministru tal-Krimea, Temirgaliev qeda rwol rilevanti fid-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Verkhovna Rada dwar ir-“referendum” kontra l-integrità territorjali tal-Ukrajna. Huwa għamel pressjoni b'mod attiv favur l-integrazzjoni tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

Fil-11 ta' Ġunju 2014 huwa rriżenja mill-funzjoni tiegħu bħala “L-Ewwel Viċi Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”.

17.3.2014

5.

Aleksei Mikhailovich CHALIY (Алексей Михайлович Чалый)

Data tat-Twelid: 13.6.1961

Post tat-Twelid: Moska jew Sevastopol

Chaliy sar “Sindku tal-Poplu ta' Sevastopol” b'nomina mill-poplu fit-23 ta' Frar 2014 u aċċetta dan il-“vot”. Huwa mexxa kampanja b'mod attiv biex Sevastopol issir entità separata tal-Federazzjoni Russa b'segwitu għal referendum tas-16 ta' Marzu 2014. Kien wieħed mill-kofirmatarji tat-“trattat dwar l-adeżjoni tal-Krimea mal-Federazzjoni Russa” tat-18 ta' Marzu 2014. Huwa kien aġent “gvernatur” ta' Sevastopol mill-1 sal-14 ta' April 2014 u kien President “elett” tal-Assemblea Leġislattiva tal-Belt ta' Sevastopol.

17.3.2014

6.

Pyotr Anatoliyovych Zima (Пётр Анатольевич Зима)

Data tat-Twelid: 29.3.1965

Zima nħatar bħala l-kap il-ġdid tas-Servizz tas-Sigurtà tal-Krimea (SBU) fit-3 ta' Marzu 2014 mill-“Prim Ministru” Aksyonov u aċċetta din il-ħatra. Hu ta informazzjoni rilevanti inkluż bażi tad-data lis-Servizz tal-Intelligence Russu (SBU). Din kienet tinkludi informazzjoni dwar attivisti Ewro-Majdan u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tal-Krimea. Huwa kellu rwol rilevanti biex jiġi evitat li l-awtoritajiet tal-Ukrajna jkollhom kontroll tat-territorju tal-Krimea. Fil-11 ta' Marzu 2014 il-formazzjoni ta' Servizz ta' Sigurtà indipendenti tal-Krimea ġiet proklamata mill-ex uffiċjali tas-SBU tal-Krimea.

17.3.2014

8.

Sergey Pavlovych TSEKOV (Сергей Павлович Цеков)

Data tat-Twelid: 29.9.1953 jew 23.9.1953 jew 28.9.1953

Post tat-Twelid: Simferopol

Bħala Viċi Speaker tar-Rada Verkhovna tal-Krimea, Tsekov beda, flimkien ma' Sergey Aksyonov, it-tneħħija illegali tal-gvern tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea (ARC). Huwa involva lil Vladimir Konstantinov f'dan it-tentattiv, waqt li heddu bit-tkeċċija tiegħu. Huwa rrikonoxxa pubblikament li l-Membri Parlamentari mill-Krimea kienu dawk li bdew jistiednu lis-suldati Russi biex jieħdu taħt il-kontroll tagħhom lill-Verkhovna Rada tal-Krimea. Huwa kien wieħed mill-ewwel Mexxejja tal-Krimea li talab fil-pubbliku li l-Krimea tiġi annessa mar-Russja.

Membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa mill-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”.

17.3.2014

9.

Ozerov, Viktor Alekseevich (Виктор Алексеевич Озеров)

Data tat-Twelid: 5.1.1958

Post tat-Twelid: Abakan, Khakassia

President tal-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

Fl-1 ta' Marzu 2014 Ozerov, f'isem il-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Kunsill Federali, appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

17.3.2014

11.

Klishas, Andrei Aleksandrovich (Андрей Александрович Клишас)

Data tat-Twelid: 9.11.1972

Post tat-Twelid: Sverdlovsk

President tal-Kumitat dwar id-Dritt Kostituzzjonali tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

Fl-1 ta' Marzu 2014 Klishas appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. F'dikjarazzjonijiet pubbliċi Klishas ipprova jiġġustifika intervent militari Russu fl-Ukrajna billi ddikjara li “l-President tal-Ukrajna jappoġġa l-appell tal-awtoritajiet tal-Krimea lill-President tal-Federazzjoni Russa dwar l-għoti ta' assistenza komprensiva għad-difiża taċ-ċittadini tal-Krimea”.

17.3.2014

14.

TOTOONOV, Aleksandr Borisovich (Александр Борисович Тотоонов)

Data tat-Twelid: 3.4.1957

Post tat-Twelid: Ordzhonikidze, fit-Tramuntana ta' Ossetia

Membru tal-Kumitat tal-Affarijiet Internazzjonali tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

Fl-1 ta' Marzu 2014, Totoonov appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

17.3.2014

15.

PANTELEEV, Oleg Evgenevich (Олег Евгеньевич Пантелеев)

Data tat-Twelid: 21.7.1952

Post tat-Twelid: Zhitnikovskoe, reġjun ta' Kurgan

L-ex l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar Kwistjonijiet Parlamentari tal-Kunsill Federali.

Fl-1 ta' Marzu 2014, Panteleev appoġġa pubblikament,fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

Attwalment l-Ewwel Viċi Gvernatur ta' Kurgan Oblast u l-Kap tad-delegazzjoni tal-Gvern ta' Kurgan Oblast għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

17.3.2014

19.

VITKO, Aleksandr Viktorovich (Александр Викторович Витко)

Data tat-Twelid: 13.9.1961

Post tat-Twelid: Vitebsk (SSR tal-Belarussja)

Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Ammirall.

Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna.

17.3.2014

33.

Elena Borisovna MIZULINA (imwielda DMITRIYEVA) (Елена Борисовна Мизулина (imwielda Дмитриева)

Data tat-Twelid: 9.12.1954

Post tat-Twelid: Bui, reġjun ta' Kostroma

L-ex Deputat fid-Duma tal-Istat. Oriġinatur u kosponsor ta' proposti leġislattivi reċenti fir-Russja li kienu ser jippermettu li reġjuni ta' pajjiżi oħra jissieħbu mar-Russja mingħajr qbil minn qabel mill-awtoritajiet ċentrali tagħhom.

Minn Settembru 2015 'l hawn, Membru tal-Kunsill Federali mir-reġjun Omsk.

21.3.2014

36.

Oleg Genrikhovich SAVELYEV (Олег Генрихович Савельев)

Data tat-Twelid: 27.10.1965

Post tat-Twelid: Leningrad

L-ex Ministru għall-Affarijiet Krimeani. Responsabbli mill-integrazzjoni tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

Attwalment Viċi Kap tal-Persunal tal-Gvern Russu, responsabbli mill-organizzazzjoni tal-ħidma tal-Kummissjoni Governattiva dwar l-iżvilupp soċjoekonomiku tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”.

29.4.2014

45.

Andriy Yevgenovych PURGIN (Андрiй Eвгенович Пургiн),

Andrei Evgenevich PURGIN (Андрей Евгеньевич Пургин)

Data tat-Twelid: 26.1.1972

Post tat-Twelid: Donetsk

Parteċipant attiv u organizzatur ta' azzjonijiet separatisti, koordinatur tal-azzjonijiet tat-“turisti Russi” f'Donetsk. Kofundatur ta' “Inizjattiva Ċivika ta' Donbass għall-Unjoni Ewro-Asjatika”. Sal-4 ta' Settembru 2015 kien “President” tal-“Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

29.4.2014

46.

Denys Volodymyrovych PUSHYLIN (Денис Володимирович Пушилiн),

Denis Vladimirovich PUSHILIN (Денис Владимирович Пушилин)

Data tat-Twelid: 9.5.1981 jew 9.5.1982

Post tat-Twelid: Makiivka (oblast ta' Donetsk)

Wieħed mill-mexxejja tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Ħa sehem fil-ħtif u l-okkupazzjoni tal-amministrazzjoni reġjonali. Kelliem attiv għas-separatisti. Sal-4 ta' Settembru 2015 kien l-hekk imsejjaħ Viċi President tal-“Kunsill tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Sal-4 ta' Settembru 2015 kien “President” tal-“Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

29.4.2014

47.

TSYPLAKOV Sergey Gennadevich (Цыплаков Сергей Геннадьевич)

Data tat-Twelid: 1.5.1983

Post tat-twelid: Khartsyzsk, Oblast ta' Donetsk

Wieħed mill-mexxejja tal-organizzazzjoni ideoloġikament radikali, il-Milizzja tal-Poplu ta' Donbas. Ħa sehem attiv fil-ħtif ta' għadd ta' binjiet tal-istat fir-reġjun ta' Donetsk.

29.4.2014

48.

Igor Vsevolodovich GIRKIN (Игорь Всеволодович Гиркин) (magħruf ukoll bħala Igor STRELKOV Ihor STRIELKOV)

Data tat-Twelid: 17.12.1970

Post tat-Twelid: Moska

Identifikat bħala persunal tad-Direttorat Prinċipali tal-Intelligence tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU). Kien involut f'inċidenti fi Sloviansk. Kap tal-moviment pubbliku “Novorossia”. Il-“Ministru tad-Difiża” ta' qabel tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

29.4.2014

53.

Oleg Grigorievich KOZYURA (Олег Григорьевич Козюра)

Data tat-Twelid: 19.12.1962

Post tat-Twelid: Zaporozhye

Il-Kap ta' qabel tal-uffiċċju tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni għal Sevastopol. Responsabbli għall-ħruġ sistematiku u rapidu ta' passaporti Russi għar-residenti ta' Sevastopol.

Bħalissa assistent tad-Deputat tal-Kunsill Muniċipali ta' Sevastopol, Mikhail Chaluy.

12.5.2014

54.

Viacheslav PONOMARIOV, Vyacheslav Volodymyrovich PONOMARYOV (В'ячеслав Володимирович Пономарьов), Viacheslav Vladimirovich PONOMAREV (Вячеслав Владимирович Пономарëв)

Data tat-Twelid: 2.5.1965

Post tat-Twelid: Sloviansk (oblast ta' Donetsk)

“Sindku tal-Poplu” awtodikjarat ta' qabel ta' Slaviansk (sal-10 ta' Ġunju 2014). Ponomariov appella lil Vladimir Putin biex jibgħat truppi Russi biex jipproteġu l-belt u aktar tard talbu jipprovdi l-armi. In-nies ta' Ponomariov huma involuti fil-ħtif ta' persuni (huma qabdu lil Irma Krat u Simon Ostrovsky, ġurnalist għal Vice News, aktar tard dawn it-tnejn inħelsu; huma żammew maqbuda osservaturi militari li kienu qed jaġixxu taħt id-Dokument ta' Vjenna tal-OSKE). Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti.

12.5.2014

57.

Oleg TSARIOV, Oleh Anatoliyovych TSAROV (Олег Анатолтович Царьов), Oleg Anatolevich TSAREV (Олег Анатольевич Цаpëв)

Data tat-Twelid: 2.6.1970

Post tat-Twelid: Dnepropetrovsk

Qabel kien Membru tar-Rada, bħala tali appella pubblikament għall-ħolqien tal-hekk imsejħa “Repubblika Federali tan-Novorossiya”, magħmula mir-reġjuni Ukreni tax-Xlokk. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politika separatisti. Qabel kien “Speaker” tal-hekk imsejjaħ “Parlament tal-Unjoni tar-Repubbliki tal-Poplu” (“Parlament ta' Novorossiya”).

12.5.2014

62.

Aleksandr Yurevich BORODAI (Александр Юрьевич Бородай)

Data tat-Twelid: 25.7.1972

Post tat-Twelid: Moska

Qabel kien l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, bħala tali responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” (eż. fit-8 ta' Lulju 2014 iddikjara li 'l-militar tagħna qed iwettaq operazzjoni speċjali kontra l-“faxxisti” Ukreni), firmatarju tal-Memorandum ta' Qbil dwar l-“unjoni ta' Novorossiya”. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politika sepatatista; imexxi l-“Unjoni ta' voluntieri ta' Donbas”.

12.7.2014

64.

Alexandr Aleksandrovich KALYUSSKY, (Александр Александрович Калюсский)

Data tat-Twelid: 9.10.1975

Qabel kien l-hekk imsejjaħ “Viċi Prim Ministru de facto għall-Affarijiet Soċjali tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

12.7.2014

65.

Alexander KHRYAKOV, Aleksandr Vitalievich KHRYAKOV (Александр Витальевич Хряков), Oleksandr Vitaliyovych KHRYAKOV (Олександр ВiTалiйович Хряков)

Data tat-Twelid: 6.11.1958

Post tat-Twelid: Donetsk

Qabel kien hekk imsejjaħ “Ministru tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-Massa tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Responsabbli għall-attivitajiet ta' propaganda favur is-separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

12.7.2014

71.

Nikolay KOZITSYN (Николай Козицын)

Data tat-Twelid: 20.6.1956 jew 6.10.1956

Post tat-Twelid: Djerzjinsk, reġjun ta' Donetsk

Kmandant tal-forzi Kosakki.

Responsabbli għall-kmand tas-separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna fil-ġlieda kontra l-forzi tal-gvern Ukren.

12.7.2014

81.

Alexander Nikolayevich TKACHYOV (Александр Николаевич Ткачëв)

Data tat-Twelid: 23.12.1960

Post tat-Twelid: Vyselki, reġjun ta' Krasnodar

L-ex Gvernatur tal-Krasnodar Krai.

Ingħata l-medalja “għal-ħelsien tal-Krimea” mill-Aġent kap tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea għall-appoġġ li pprovda lill-annessjoni illegali tal-Krimea. F'dik l-okkażjoni, l-Aġent Kap tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea qal li Tkachyov kien minn tal-ewwel li esprimew l-appoġġ tagħhom għat-“tmexxija” l-ġdida tal-Krimea.

Bħalissa l-Ministru tal-Agrikoltura tal-Federazzjoni Russa (mit-22 ta' April 2015 'l hawn).

25.7.2014

83.

Ekaterina Iurievna GUBAREVA (Екатерина Юрьевна Губарева),

Katerina Yuriyovna GUBARIEVA (Катерина Юрiйовнa Губарева)

Data tat-Twelid: 5.7.1983 jew 10.3.1983

Post tat-Twelid: Kakhovka (oblast ta' Kherson)

Fil-kapaċità tagħha bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru tal-Affarijiet Barranin” ta' qabel hija kienet responsabbli għad-difiża tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, u għaldaqstant dgħajfet l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, il-kont tal-bank tagħha jintuża biex jiffinanzja gruppi separatisti illegali. Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità għalhekk hija appoġġat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti.

Membru tal-“Kunsill tal-Poplu” tal-hekk ismejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

25.7.2014

98.

Miroslav Vladimirovich RUDENKO (Мирослав Владимирович Руденко)

Data tat-Twelid: 21.1.1983

Post tat-Twelid: Debalcevo

Assoċjat mal-“Milizzja tal-Poplu ta' Donbass”. Fost affarijiet oħra, huwa stqarr li ser ikomplu l-ġlied tagħhom fil-bqija tal-pajjiż. Rudenko b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. L-hekk imsejjaħ “Deputat tal-Poplu” (membru) tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

12.9.2014

99.

Gennadiy Nikolaiovych TSYPKALOV,

Gennadii Nikolaevich TSYPKALOV (Геннадий Николаевич Цыпкалов)

Data tat-Twelid: 21.6.1973

Post tat-Twelid: Oblast ta' Rostov (Russja)

Ħa post Marat Bashirov bħala l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Qabel kien attiv fil-milizzja tal-“Armata tax-Xlokk”. Tsypkalov b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

12.9.2014

100.

Andrey Yurevich PINCHUK (Андрей Юрьевич Пинчук)

Data possibbli tat-twelid: 27.12.1977

Il-“Ministru tas-Sigurtà Statali” ta' qabel tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li huwa responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti. “Direttur eżekuttiv” tal-“Unjoni ta' voluntieri ta' Donbas”.

12.9.2014

102.

Andrei Nikolaevich RODKIN (Андрей Николаевич Родкин)

Data tat-Twelid: 23.9.1976

Post tat-Twelid: Moska

Rappreżentant f'Moska tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Fid-dikjarazzjonijiet tiegħu, tkellem fost l-oħrajn dwar kif il-milizzji jinsabu lesti jmorru għal gwerra tal-gwerillieri u s-sekwestru tagħhom ta' sistemi ta' armi mill-forzi armati Ukreni. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Wieħed mill-mexxejja tal-“Unjoni ta' voluntieri ta' Donbas”.

12.9.2014

105.

Mikhail Sergeyevich SHEREMET (Михаил Сергеевич Шеремет)

Data tat-Twelid 23.5.1971

Post tat-Twelid: Dzhankoy

L-hekk imsejjaħ “L-Ewwel Viċi Prim Ministru” tal-Krimea. Sheremet qeda rwol ewlieni fl-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tar-referendum tas-16 ta' Marzu fil-Krimea dwar l-unifikazzjoni mar-Russja. Fi żmien ir-referendum, intqal li Sheremet ikkmanda lill-“forzi ta' awtodifiża” favur Moska fil-Krimea. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

12.9.2014

116.

Svetlana Sergeevna ZHUROVA (Светлана Сергеевна Журова)

Data tat-Twelid 7.1.1972

Post tat-Twelid: Pavlov-on-the-Neva

L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvotat favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

120.

Serhiy KOZYAKOV (magħruf ukoll bħala Sergey Kozyakov) (Сергей Козьяков)

Data tat-Twelid: 29.9.1982

Fil-kapaċità li kellu qabel bħala l-“Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali ta' Luhansk” kien responsabbli mill-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta' Novembru 2014 fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”. Dawn “l-elezzjonijiet” huma ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. F'Ottubru 2015 inħatar bħala l-“Ministru tal-Ġustizzja” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, u billi organizza l-“elezzjonijiet” illegali, huwa għaldaqstant b'mod attiv appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

121.

Oleg Konstantinovich AKIMOV (magħruf ukoll bħala Oleh AKIMOV) (Олег Константинович Акимов)

Data tat-Twelid: 15.9.1981

Post tat-Twelid: Lugansk

Deputat tal-“Unjoni Ekonomika ta' Lugansk” fil-“Kunsill Nazzjonali” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Ħareġ bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga ta' “Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Dawn “l-elezzjonijiet” huma ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Sa mill-2014 'l hawn huwa “Kap” tal-hekk imsejħa “Federazzjoni tal-Għaqdiet tal-Ħaddiema” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, u billi pparteċipat formalment bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, għaldaqstant hija appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

126.

Dmitry Aleksandrovich SEMYONOV,

Dmitrii Aleksandrovich SEMENOV (Дмитрий Александрович Семенов)

Data tat-Twelid: 3.2.1963

Post tat-Twelid: Moska

Il-“Viċi Prim Ministru tal-Finanzi” ta' qabel tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

127.

Oleg BUGROV (Олег Бугров)

Data tat-Twelid: 29.8.1969

Il-“Ministru tad-Difiża” ta' qabel tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

134.

Alexey Yurevich MILCHAKOV magħruf ukoll bħala Fritz, Serbian (Алексей Юрьевич МИЛЬЧАКОВ)

Data tat-Twelid: 30.4. 1991 jew 30.1.1991

Post tat-Twelid: San Pietruburgu

Kmandant tal-unità “Rusich”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-Lvant tal-Ukrajna.

F'din il-kapaċità, huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

135.

Arseny Sergeevich PAVLOV (magħruf ukoll bħala Motorola)

(Apcé Hий Сергеевич ПÁВЛОВ) (magħruf ukoll bħala Моторoла)

Data tat-Twelid: 2.2.1983

Post tat-Twelid: Ukhta, Komi

Kmandant tal-“Brigata Sparta”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-Lvant tal-Ukrajna.

F'din il-kapaċità, huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

137.

Eduard Aleksandrovich BASURIN (Эдуард Александрович Басурин)

Data tat-Twelid: 27.6.1966 jew 21.6.1966

Post tat-Twelid: Donetsk

L-hekk imsejjaħ “Viċi Kmandant” tal-Ministeru tad-Difiża tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

138.

Alexandr Vasilievich SHUBIN (Александр Васильевич ШУБИН)

Data tat-Twelid: 20.5.1972 jew 30.5.1972

Post tat-Twelid: Luhansk

L-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Ġustizzja” ta' qabel, tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk” illegali. President tal-“kummissjoni elettorali ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk” minn Ottubru 2015 'l hawn.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-pajjiż.

16.2.2015

140.

Sergey Yurevich IGNATOV (Сергей Юрьевич ИГНАТОВ) magħruf ukoll bħala KUZOVLEV

L-hekk imsejjaħ Kap Kmandant tal-Milizzja tal-Poplu tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk.”

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizza aktar lill-pajjiż.

16.2.2015

141.

Ekaterina FILIPPOVA (Екатерина Владимировна ФИЛИППОВА)

Data tat-Twelid: 20.11.1988

Post tat-Twelid: Krasnoarmëisk

L-hekk imsejħa “Ministru tal-Ġustizzja” ta' qabel tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

143.

Evgeny Vladimirovich MANUILOV (Евгений Владимирович Мануйлов)

Data tat-Twelid: 5.1.1967

L-hekk imsejjaħ “Ministru tad-Dħul u t-Taxxi” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

145.

Olga BESEDINA (Ольга Игорева БЕСЕДИНА)

Data tat-Twelid: 10.12.1976

L-hekk imsejħa “Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku u l-Kummerċ” ta' qabel tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”.

Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzat aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

148.

Arkady Viktorovich BAKHIN (Аркадий Викторович Бахин)

Data tat-Twelid: 8.5.1956

Post tat-Twelid: Kaunas, Litwanja

L-Ewwel Viċi Ministru tad-Difiża ta' qabel (sas-17 ta' Novembru 2015) u, f'dik il-kapaċità, kien involut fl-appoġġ tal-iskjerament ta' truppi Russi fl-Ukrajna.

Skont l-istruttura attwali tal-Ministeru għad-Difiża Russu, f'dik il-kapaċità, huwa jipparteċipa fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu. Dawn il-politiki jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.2.2015

149.

Andrei Valeryevich KARTAPOLOV (Андрей Валерьевич Картaпoлoв)

Data tat-Twelid: 9.11.1963

Post tat-Twelid: GDR (DDR)

Kmandant tad-Distrett Militari tal-Punent sa mill-10 ta' Novembru 2015. Id-Direttur ta' qabel tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet Prinċipali u l-viċi kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. Involut b'mod attiv fit-tiswir u l-implimentazzjoni tal-kampanja militari tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

Skont l-attivitajiet iddikjarati tal-persunal ġenerali, fl-eżerċizzju tal-kontroll operazzjonali fuq il-forzi armati, huwa involut b'mod attiv fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.2.2015

LISTA TA' ENTITAJIET

Isem

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea “Chernomorneftegaz” (qabel magħrufa bħala PJSC Chernomorneftegaz)

Fis-17 ta' Marzu 2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li tal-intrapriża Chernomorneftegaz f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fid-29 ta' Novembru 2014 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea “Chernomorneftegaz” (ГОСУДАРСТВЕННОЕ УНИТАРНОЕ ПРЕДПРИЯТИЕ РЕСПУБЛИКИ КРЫМ “ЧЕРНОМОРНЕФТЕГАЗ”). Fundatur: Il-Ministeru tal-Fjuwil u l-Enerġija tar-Repubblika tal-Krimea (МИНИСТЕРСТВО ТОПЛИВА И ЭНЕРГЕТИКИ РЕСПУБЛИКИ КРЫМ).

12.5.2014

2.

Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata “Port Feodosia” (qabel magħrufa bħala Feodosia)

Fis-17 ta' Marzu 2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi tal-intrapriża Feodosia f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid bħala l-kumpanija b'responsabbiltà limitata “Port Feodosia” (ОБЩЕСТВО С ОГРАНИЧЕННОЙ ОТВЕТСТВЕННОСТЬЮ “ПОРТ ФЕОДОСИЯ”) fid-9 ta' Frar 2015. Fundatur: Yuri Garyevich Rovinskiy (Юрий Гарьевич Ровинский).

12.5.2014

10.

L-hekk imsejħa “Milizzja tal-Poplu ta' Donbass”“Нарoдное oпoлчéние Дoнбáсса”

Grupp separatista illegali armat responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Lvant, u għaldaqstant jhedded l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

Fost l-oħrajn, il-grupp militanti ħa l-kontroll ta' diversi binjiet tal-gvern fl-Ukrajna tal-Lvant kmieni f'April 2014, u għaldaqstant dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

Il-mexxej tiegħu ta' qabel, is-Sur Pavel Gubarev, huwa responsabbli għat-teħid tal-bini tal-gvern reġjonali f'Donetsk b'forzi favur ir-Russi u talli ddikjara lilu nnifsu l-“gvernatur tal-poplu”.

25.7.2014

13.

Intrapriża Unitarja Statali tal-Belt ta' Sevastopol, “Port tal-Baħar ta' Sevastopol” (qabel magħrufa bħala l-intrapriża Statali “Port tal-baħar kummerċjali ta' Sevastopol” Государственное предприятие “Севастопольский морской торговый порт” Gosudarstvenoye predpriyatiye Sevastopolski morskoy torgovy port)

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fis-17 ta' Marzu 2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta r-riżoluzzjoni Nru 1757-6/14 “Dwar in-nazzjonalizzazzjoni ta' xi kumpaniji li jappartjenu lill-ministeri Ukreni tal-infrastruttura jew l-agrikoltura” li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-intrapriża statali “Port tal-baħar kummerċjali ta' Sevastopol” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. F'termini ta' volum ta' kummerċ, huwa l-akbar port tal-baħar kummerċjali fil-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fis-6 ta' Ġunju 2014 bħala Impriża Unitarja Statali tal-Belt ta' Sevastopol, “Port tal-baħar ta' Sevastopol” (ГОСУДАРСТВЕННОЕ УНИТАРНОЕ ПРЕДПРИЯТИЕ ГОРОДА СЕВАСТОПОЛЯ “СЕВАСТОПОЛЬСКИЙ МОРСКОЙ ПОРТ”). Fundatur: Il-Gvern ta' Sevastopol (Правительство Севастополя).

25.7.2014

14.

Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata “Port tal-baħar ta' Kerch”/“Kamysh-Burun” (qabel magħrufa bħala l-intrapriża Statali “Port tal-baħar kummerċjali ta' Kerch” Государственное предприятие “Керченский морской торговый порт” Gosudarstvenoye predpriyatiye Kerchenski morskoy torgovy port)

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni Nru 1757-6/14 fis-17 ta' Marzu 2014“Dwar in-nazzjonalizzazzjoni ta' xi kumpanniji li jappartjenu lill-ministeri Ukreni tal-infrastruttura jew l-agrikoltura” u riżoluzzjoni Nru 1865-6/14 fis-26 ta' Marzu 2014“Dwar l-Intrapriża ta' Sjieda tal-Istat ‘Portijiet tal-Baħar tal-Krimea’” ('О Государственном предприятии “Крьмские морские порть”) li tiddikjara l-approprjazzjoni ta' assi tal-intrapriża statali “Port tal-Baħar Kummerċjali ta' Kerch” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. F'termini ta' volum ta' kummerċ, huwa t-tieni l-akbar port tal-baħar kummerċjali fil-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fid-9 ta' Diċembru 2014 bħala l-Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata “Port tal-Baħar ta' Kerch”“Kamysh-Burun” (ОБЩЕСТВО С ОГРАНИЧЕННОЙ ОТВЕТСТВЕННОСТЬЮ “КЕРЧЕНСКИЙ МОРСКОЙ ПОРТ ‘КАМЫШ-БУРУН’”). Fundaturi: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata “Vostok-Capital”, irreġistrata f'Donetsk, l-Ukrajna (ОБЩЕСТВО С ОГРАНИЧЕННОЙ ОТВЕТСТВЕННОСТЬЮ “ВОСТОК КЭПИТАЛ”); Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata “Vostok”, irreġistrata f'Donetsk, l-Ukrajna (ОБЩЕСТВО С ОГРАНИЧЕННОЙ ОТВЕТСТВЕННОСТЬЮ “ВОСТОК”); Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata “Altcom Invest-Stroi”, irreġistrata f'Donetsk, l-Ukrajna (ОБЩЕСТВО С ОГРАНИЧЕННОЙ ОТВЕТСТВЕННОСТЬЮ “АЛЬТКОМ ИНВЕСТ-СТРОЙ”) u l-Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata “Altcom-Beton”, irreġistrata f'Borispol, l-Ukrajna (ОБЩЕСТВО С ОГРАНИЧЕННОЙ ОТВЕТСТВЕННОСТЬЮ “АЛЬТКОМ-БЕТОН”).

25.7.2014

15.

Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea “Universal-Avia” (qabel magħrufa bħala l-intrapriża Statali Universal -Avia Государственное предприятие “Универсал-Авиа” Gosudarstvenoye predpriyatiye “Universal-Avia”)

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fl-24 ta' Marzu 2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni “Dwar l-Intrapriża ta' Sjieda tal-Istat ‘Gosudarstvenoye predpriyatiye Universal-Avia’ ('О Государственном предприятии ‘Универсал-Авиа’)” Nru 1794-6/14 li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi tal-intrapriża statali “Universal-Avia” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fil-15 ta' Jannar 2015 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea “Universal-Avia” (ГОСУДАРСТВЕННОЕ УНИТАРНОЕ ПРЕДПРИЯТИЕ РЕСПУБЛИКИ КРЫМ “УНИВЕРСАЛ-АВИА”). Fundatur: Il-Ministeru tat-Trasport tar-Repubblika tal-Krimea (МИНИСТЕРСТВО ТРАНСПОРТА РЕСПУБЛИКИ КРЫМ).

25.7.2014

16.

Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Sanatorium Nizhnyaya Oreanda” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (qabel magħrufa bħala ċ-Ċentru “Nizhnyaya Oreanda” Санаторий “Нижняя Ореанда”)

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fil-21 ta' Marzu 2014 l-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni “Dwar il-kwistjonijiet tal-ħolqien ta' Assoċjazzjoni ta' sanatorji u ċentri” Nru 1767-6/14 li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu liċ-ċentru “Nizhnyaya Oreanda” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fid-9 ta' Ottubru 2014 bħala Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Sanatorium Nizhnyaya Oreanda” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (ФЕДЕРАЛЬНОЕ ГОСУДАРСТВЕННОЕ БЮДЖЕТНОЕ УЧРЕЖДЕНИЕ “САНАТОРИЙ ‘НИЖНЯЯ ОРЕАНДА’УПРАВЛЕНИЯ ДЕЛАМИ ПРЕЗИДЕНТА РОССИЙСКОЙ ФЕДЕРАЦИИ”). Fundatur: L-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (УПРАВЛЕНИЯ ДЕЛАМИ ПРЕЗИДЕНТА РОССИЙСКОЙ ФЕДЕРАЦИИ).

25.7.2014

18.

Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Unjoni Agrarja tal-Produzzjoni ‘Massandra’” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (qabel magħrufa bħala l-entità Statali l-“Assoċjazzjoni Nazzjonali ta' produtturi ‘Massandra’” Национальное производственно-аграрное объединение “Массандра” Nacionalnoye proizvodstvenno agrarnoye obyedinenye “Massandra”)

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fid-9 ta' April 2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14 “Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14“Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agro-industrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-entità statali “Assoċjazzjoni Nazzjonali ta' produtturi ‘Massandra’” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fl-1 ta' Awwissu 2014 bħala l-Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Unjoni Agrarja tal-Produzzjoni ‘Massandra’” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (ФЕДЕРАЛЬНОЕ ГОСУДАРСТВЕННОЕ УНИТАРНОЕ ПРЕДПРИЯТИЕ “ПРОИЗВОДСТВЕННО-АГРАРНОЕ ОБЪЕДИНЕНИЕ ‘МАССАНДРА’УПРАВЛЕНИЯ ДЕЛАМИ ПРЕЗИДЕНТА РОССИЙСКОЙ ФЕДЕРАЦИИ)”. Fundatur: L-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (УПРАВЛЕНИЯ ДЕЛАМИ ПРЕЗИДЕНТА РОССИЙСКОЙ ФЕДЕРАЦИИ).

25.7.2014

19.

Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea l-“Istitut Nazzjonali tal-Inbid ‘Magarach’” (qabel magħrufa bħala l-“intrapriża Statali Magarach tal-istitut nazzjonali tal-inbid” Государственное предприятие Агрофирма “Магарач” Национального института винограда и вина “Магарач” Gosudarstvenoye predpriyatiye “Agrofirma Magarach” nacionalnogo instituta vinograda i vina “Magarach”)

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fid-9 ta' April 2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14 “Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14 “Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agro-industrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-entità statali “Gosudarstvenoye predpriyatiye ‘Agrofirma Magarach’ nacionalnogo instituta vinograda i vina ‘Magarach’” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fil-15 ta' Jannar 2015 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea l-“Istitut Nazzjonali tal-Inbid ‘Magarach’” (ГОСУДАРСТВЕННОЕ БЮДЖЕТНОЕ УЧРЕЖДЕНИЕ РЕСПУБЛИКИ КРЫМ “НАЦИОНАЛЬНЫЙ НАУЧНО-ИССЛЕДОВАТЕЛЬСКИЙ ИНСТИТУТ ВИНОГРАДА И ВИНА ‘МАГАРАЧ’”). Fundatur: Il-Ministeru tal-Biedja tar-Repubblika tal-Krimea (МИНИСТЕРСТВО СЕЛЬСКОГО ХОЗЯЙСТВА РЕСПУБЛИКИ КРЫМ).

25.7.2014

20.

Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea l-“Fabbrika tal-inbid effervexxenti ‘Novy Svet’” (qabel magħrufa bħala l-intrapriża Statali l-“Fabbrika tal-inbid effervexxenti Novy Svet” Государственное предприятиеЗавод шампанских вин “Новый свет” Gosudarstvenoye predpriyatiye “Zavod shampanskykh vin Novy Svet”)

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fid-9 ta' April 2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14 “Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14 “Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agro-industrijali, li jinsab fit-territorju tar-‘Repubblika tal-Krimea’ li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-entità statali ‘Zavod shampanskykh vin Novy Svet’ f'isem ir-‘Repubblika tal-Krimea’”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fl-4 ta' Jannar 2015 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea l-“Fabbrika tal-inbid effervexxenti ‘Novy Svet’” (ГОСУДАРСТВЕННОЕ УНИТАРНОЕ ПРЕДПРИЯТИЕ РЕСПУБЛИКИ КРЫМ “ЗАВОД ШАМПАНСКИХ ВИН НОВЫЙ СВЕТ”). Fundatur: Il-Ministeru tal-Biedja tar-Repubblika tal-Krimea (МИНИСТЕРСТВО СЕЛЬСКОГО ХОЗЯЙСТВА РЕСПУБЛИКИ КРЫМ).

25.7.2014

23.

RUSSIAN NATIONAL COMMERCIAL BANK

РОССИЙСКИЙ НАЦИОНАЛЬНЫЙ КОММЕРЧЕСКИЙ БАНК

Wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, ir-Russian National Commercial Bank (RNCB) sar proprjetà totali tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Sar attur dominanti fis-suq, meta qabel l-annessjoni ma kellu l-ebda preżenza fil-Krimea. Billi xtara jew ħa pussess ta' fergħat ta' banek li rtiraw l-operazzjonijiet tagħhom fil-Krimea, l-RNCB appoġġa materjalment u finanzjarjament l-azzjonijiet tal-gvern Russu biex jintegra l-Krimea fil-Federazzjoni Russa, u b'hekk dgħajjef l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

30.7.2014

12.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/53

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/360

tal-11 ta' Marzu 2016

li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/798/PESK tat-23 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2c tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Diċembru 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK.

(2)

Fis-7 ta' Marzu 2016, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2127 (2013), żied persuna u entità waħda mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li l-Anness għad-Deċiżjoni 2013/798/PESK jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2013/798/PESK huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Marzu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

A.G. KOENDERS

(1)  ĠU L 352, 24.12.2013, p. 51.

ANNESS

L-entrati li ġejjin ġew miżjudin mal-Anness għad-Deċiżjoni 2013/798/PESK:

A.   Persuni

“9.

Joseph KONY (Psewdonimi: a) Kony b) Joseph Rao Kony c) Josef Kony d) Le Messie sanglant)

Deżinjazzjoni: Kmandant tal-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur

Data tat-twelid: a) 1959 b) 1960 c) 1961 d) 1963 e) 18 Settembru 1964 f) 1965 g) (Awwissu 1961) h) (Lulju 1961) i) 1 Jannar 1961 j) (April 1963)

Post tat-twelid: a) Villaġġ Palaro, Parroċċa Palaro, Kontea Omoro, Distrett Gulu, Uganda b) Odek, Omoro, Gulu, Uganda c) Atyak, Uganda

Ċittadinanza: Passaport Ugandiż

Indirizz: a) Vakaga, Repubblika Ċentru-Afrikana b) Haute-Kotto, Repubblika Ċentru-Afrikana c) Basse-Kotto, Repubblika Ċentru-Afrikana d) Haut-Mbomou, Repubblika Ċentru-Afrikana e) Mbomou, Repubblika Ċentru-Afrikana f) Haut-Uolo, Repubblika Demokratika tal-Kongo g) Bas-Uolo, Repubblika Demokratika tal-Kongo h) (Indirizz iddikjarat: Kafia Kingi (territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tiegħu għad irid jiġi determinat). Minn Jannar 2015, 500 element tal-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur ġew allegatament imkeċċija mis-Sudan.)

Elenkat fi: is-7 ta' Marzu 2016.

Informazzjoni oħra:

Kony huwa l-fundatur u l-kap tal-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur (LRA) (CFe.002). Taħt it-tmexxija tiegħu, l-LRA kienet involuta fis-sekwestru, il-qtil u l-mutilazzjoni ta' eluf ta' ċivili fl-Afrika Ċentrali. L-LRA hija responsabbli għall-ħtif, l-ispostament, it-twettiq ta' vjolenza sesswali kontra, u l-qtil ta' mijiet ta' individwi fir-RĊA, u serqet u qerdet proprjetà ċivili. Isem il-missier huwa Luizi Obol. Isem l-omm huwa Nora Obol.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Joseph Kony ġie elenkat fis-7 ta' Marzu 2016 skont il-paragrafi 12 u 13 (b), (c), u (d) tar-Riżoluzzjoni 2262 (2016) bħala li ‘ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA;’‘kien involut fl-ippjanar, it-tmexxija jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarju internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-RĊA, inklużi atti li jinvolvu vjolenza sesswali, immirar ta' persuni ċivili, attakki abbażi ta' etniċità jew reliġjon, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u sekwestru u spostament furzat;’‘irrekluta jew uża tfal f'konflitt armat fir-RĊA, bi ksur tad-dritt internazzjonali applikabbli;’ u ‘ta appoġġ lill-gruppi armati jew netwerks kriminali permezz ta' esplojtazzjoni illeċita jew kummerċ ta' riżorsi naturali, inklużi djamanti, deheb, u prodotti tal-annimali selvaġġi fi jew mir-RĊA.’

Informazzjoni addizzjonali:

Kony waqqaf l-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur (LRA) u ġie deskritt bħala l-fundatur,, il-mexxej reliġjuż, il-president, u l-kap kmandant tal-grupp. L-LRA feġġet fin-naħa ta' fuq tal-Uganda fit-tmeninijiet, u kienet involuta fis-sekwestru, il-qtil u l-mutilazzjoni ta' eluf ta' ċivili fl-Afrika Ċentrali. Taħt pressjoni militari dejjem tiżdied, Kony ordna lil-LRA biex tirtira mill-Uganda fl-2005 u l-2006. Minn dak iż-żmien, l-LRA qed topera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), ir-RĊA, is-Sudan t'Isfel u allegatament is-Sudan.

Kony, bħala l-kap tal-LRA, ifassal u jimplimenta l-istrateġija tal-LRA, inklużi ordnijiet permanenti biex jiġu attakkati u ttrattati b'mod vjolenti l-popolazzjonijiet ċivili. Minn Diċembru 2013, l-LRA taħt it-tmexxija ta' Joseph Kony ħatfet, spostat, wettqet vjolenza sesswali kontra, u qatlet mijiet ta' individwi fir-RĊA, u serqet u qerdet proprjetà ċivili. Ikkonċentrata fil-Lvant tar-RĊA u allegatament f'Kafia Kingi, territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tiegħu għad irid jiġi deċiż iżda kkontrollat mill-militar tas-Sudan, l-LRA tattakka villaġġi biex tisraq l-ikel u l-provvisti. Il-ġellieda jwettqu imbuskati biex jattakkaw lill-forzi tas-sigurtà u jisirqu t-tagħmir tagħhom meta dawn jirrispondu għall-attakki tal-LRA, u l-ġellieda tal-LRA jimmiraw u jisirqu wkoll villaġġi li m'għandhomx preżenza militari. L-LRA intensifikat ukoll l-attakki fuq siti ta' minjieri tad-deheb u d-djamanti.

Kony huwa soġġett għal mandat ta' arrest maħruġ mill-Qorti Kriminali Internazzjonali. Il-Qorti Kriminali Internazzjonali akkużatu b'tnax-il akkuża ta' reati kontra l-umanità inklużi qtil, skjavitù, skjavitù sesswali, stupru, atti inumani li jikkawżaw korriment serju u tbatija, u wieħed u għoxrin akkuża ta' delitti tal-gwerra, inklużi l-qtil, it-trattament krudil ta' persuni ċivili, l-attakk dirett b'mod intenzjonali kontra popolazzjoni ċivili, is-sakkeġġ, l-inċitament għall-istupru u l-ingaġġar, permezz tas-sekwestru, ta' tfal taħt il-ħmistax-il sena.

Kony ħareġ ordnijiet permanenti biex ġellieda ribelli jisirqu d-djamanti u d-deheb minn minaturi artiġjanali fil-Lvant tar-Repubblika Ċentru-Afrikana. Allegatament, uħud mill-minerali mbagħad jiġu ttrasportati mill-grupp ta' Kony lejn is-Sudan, jew jiġu nnegozjati ma' ċittadini lokali u membri ta' dik li kienet is-Séléka.

Kony ta wkoll struzzjonijiet lill-ġellieda tiegħu biex jikkaċċaw illegalment iljunfanti fil-Park Nazzjonali ta' Garamba fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, minn fejn allegatament jiġu ttrasportati n-nejbiet tal-iljunfanti mil-Lvant tar-Repubblika Ċentru-Afrikana lejn is-Sudan, fejn uffiċjali għolja tal-LRA allegatament ibigħu u jinnegozjaw ma' negozjanti Sudaniżi u uffiċjali lokali. Il-kummerċ tal-avorju jirrappreżenta sors ta' dħul sinifikanti għall-grupp ta' Kony. Minn Jannar 2015, 500 element tal-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur ġew allegatament imkeċċija mis-Sudan.”

B.   Entitajiet

“2.

ARMATA TA' REŻISTENZA TAS-SINJUR (Psewdonimi: a) LRA b) Moviment ta' Reżistenza tas-Sinjur (LRM) c) Moviment/Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur (LRM/A)

Indirizz: a) Vakaga, Repubblika Ċentru-Afrikana b) Haute-Kotto, Repubblika Ċentru-Afrikana c) Basse-Kotto, Repubblika Ċentru-Afrikana d) Haut-Mbomou, Repubblika Ċentru-Afrikana e) Mbomou, Repubblika Ċentru-Afrikana f) HautUolo, Repubblika Demokratika tal-Kongo g) Bas-Uolo, Repubblika Demokratika tal-Kongo h) (Indirizz iddikjarat: Kafia Kingi (territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tiegħu għad irid jiġi determinat). Minn Jannar 2015, 500 element tal-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur ġew irrappurtati li tkeċċew mis-Sudan.)

Elenkat fi: is-7 ta' Marzu 2016.

Informazzjoni oħra: Feġġet fin-naħa ta' fuq tal-Uganda fit-tmeninijiet. Kienet involuta fis-sekwestru, il-qtil u l-mutilazzjoni ta' eluf ta' ċivili fl-Afrika Ċentrali, inklużi mijiet fir-Repubblika Ċentru-Afrikana. Il-kap huwa Joseph Kony.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

L-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur ġiet elenkata fis-7 ta' Marzu 2016 skont il-paragrafi 12 u 13 (b), (c), u (d) tar-Riżoluzzjoni 2262 (2016) bħala li ‘ħadet sehem fi jew ipprovdiet appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA’; ‘kienet involuta fl-ippjanar, it-tmexxija jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarju internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-RĊA, inklużi atti li jinvolvu vjolenza sesswali, immirar ta' persuni ċivili, attakki abbażi ta' etniċità jew reliġjon, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u sekwestru u spostament furzat;’‘irreklutat jew użat tfal f'konflitt armat fir-RĊA, bi ksur tad-dritt internazzjonali applikabbli;’ u ‘appoġġat lill-gruppi armati jew netwerks kriminali permezz ta' esplojtazzjoni illeċita jew kummerċ ta' riżorsi naturali, inklużi djamanti, deheb, u prodotti tal-annimali selvaġġi fi jew mir-RĊA.’

Informazzjoni addizzjonali:

L-LRA feġġet fin-naħa ta' fuq tal-Uganda fit-tmeninijiet, ukienet involuta fis-sekwestru, il-qtil u l-mutilazzjoni ta' eluf ta' ċivili fl-Afrika Ċentrali. Taħt pressjoni militari dejjem tiżdied, Joseph Kony, il-kap tal-LRA, ordna lil-LRA biex tirtira mill-Uganda fl-2005 u l-2006. Minn dak iż-żmien, l-LRA qed topera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), ir-RĊA, is-Sudan t'Isfel u allegatament is-Sudan.

Minn Diċembru 2013, l-LRA ħatfet, spostat, wettqet vjolenza sesswali kontra, u qatlet mijiet ta' individwi fir-RĊA, u serqet u qerdet proprjetà ċivili. Ikkonċentrata fil-Lvant tar-RĊA u allegatament f'Kafia Kingi, territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tagħha għad irid jiġi deċiż iżda kkontrollata mill-militar tas-Sudan, l-LRA tattakka villaġġi biex tisraq l-ikel u l-provvisti. Il-ġellieda jwettqu imbuskati biex jattakkaw lill-forzi tas-sigurtà u jisirqu t-tagħmir tagħhom meta dawn jirrispondu għal attakki tal-LRA, u l-ġellieda tal-LRA jimmiraw u jisirqu wkoll villaġġi li m'għandhomx preżenza militari. L-LRA intensifikat ukoll l-attakki fuq siti ta' minjieri tad-deheb u d-djamanti.

Iċ-ċelel tal-LRA ta' spiss ikollhom magħhom priġunieri li huma mġiegħla jaħdmu bħala porters, kokijiet, u skjavi sesswali. L-LRA hija involuta fi vjolenza sessista inklużi stupri ta' nisa u bniet.

F'Diċembru 2013, l-LRA ssekwestrat għexieren ta' persuni f'Haute-Kotto. L-LRA allegatament kienet involuta fis-sekwestru ta' mijiet ta' ċivili fir-RĊA mill-bidu tal-2014 'l hawn.

Il-ġellieda tal-LRA attakkaw Obo, fil-Prefettura ta' Haut-Mbomou fil-Lvant tar-RĊA, f'diversi okkażjonijiet fil-bidu tal-2014.

L-LRA kompliet twettaq attakki f'Obo u postijiet oħra fix-Xlokk tar-RĊA bejn Mejju u Lulju 2014, inklużi attakki u sekwestri apparentement koordinati fil-Prefettura ta' Mbomou fil-bidu ta' Ġunju.

Sa mill-inqas l-2014, l-LRA kienet involuta fil-kaċċa illegali tal-iljunfanti u t-traffikar tal-iljunfanti għall-ġenerazzjoni tad-dħul. L-LRA allegatament tittraffika l-avorju mill-Park Nazzjonali ta' Garamba fit-Tramuntana tar-RDK lejn Darfur, biex tinnegozjah għal armi u provvisti. L-LRA allegatament tittrasporta n-nejbiet ta' iljunfanti kkaċċati illegament mir-RĊA għal Darfurfis-Sudan biex jinbiegħu. Barra minn hekk, kmieni fl-2014, Kony kien allegatament ordna lill-ġellieda tal-LRA jisirqu d-djamanti u d-deheb minn minaturi fil-Lvant tar-RĊA għat-trasportazzjoni lejn is-Sudan. Minn Jannar 2015, 500 element tal-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur ġew allegatament imkeċċija mis-Sudan.

Fil-bidu ta' Frar 2015, il-ġellieda tal-LRA armati b'armi b'saħħithom issekwestraw ċivili f'Kpangbayanga, Haut-Mbomou, u serqu prodotti tal-ikel.

F'April 20, 2015, attakk mill-LRA u s-sekwestru ta' tfal minn Ndambissoua, fix-Xlokk tar-RĊA wasslu l-biċċa l-kbira tar-residenti tal-villaġġ biex jaħarbu. U fil-bidu ta' Lulju 2015, l-LRA attakkat diversi villaġġi fix-Xlokk tal-Prefettura ta' Haute-Kotto; l-attakki kienu jinvolvu serq, vjolenza kontra persuni ċivili, ħruq ta' djar, u ħtif.

Minn Jannar 2016 'l hawn, attakki attribwiti lil-LRA mmultiplikaw f'Mbomou Haut-Mbomou u Haute-Kotto li affettwaw b'mod partikolari ż-żoni tal-minjieri f'Haute-Kotto. Dawn l-attakki kienu jinvolvu s-serq, il-vjolenza kontra persuni ċivili, il-qerda ta' proprjetà u s-sekwestri. Dawn wasslu għal spostamenti tal-popolazzjoni, inkluż madwar 700 persuna li fittxew rifuġju fi Bria.”

12.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/57

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/361

tal-10 ta' Marzu 2016

li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrata taċ-Ċina fil-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet fit-territorju tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni ta' ekwidi ħajjin u ta' semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina

(notifikata bid-dokument C(2016) 1450)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa tal-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3)(a) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' ekwidi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) u (4), u l-frażi introduttorja u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 92/65/KEE tistabbilixxi kundizzjonijiet applikabbli għall-importazzjonijiet fl-Unjoni, fost l-oħrajn, ta' semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina. Tal-inqas, dawk il-kundizzjonijiet iridu jkunu ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(2)

Id-Direttiva 2009/156/KE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni tal-ekwidi ħajjin fl-Unjoni. Din tipprevedi li l-importazzjonijiet ta' ekwidi fl-Unjoni jiġu awtorizzati biss minn dawk il-pajjiżi terzi li jkunu jissodisfaw ċertu rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE (3) tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, jew ta' partijiet fit-territorju tagħhom fejn tapplika r-reġjonalizzazzjoni, li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' ekwidi u ta' semen, ova u embrijuni tagħhom, u tindika l-kundizzjonijiet l-oħra li huma applikabbli għal dawn l-importazzjonijiet. Din il-lista jistipulaha l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE.

(4)

Sabiex mid-29 ta' April sal-1 ta' Mejju 2016 jorganizzaw f'pajjiżhom l-avveniment ekwestri tal-Global Champions Tour, li qed jittella' fl-awspiċi tal-World Equestrian Federation (FEI), l-awtoritajiet kompetenti Ċiniżi talbu biex iż-żona metropolitana ta' Shanghai, li tinsab qrib l-ajruport internazzjonali, tiġi rikonoxxuta bħala żona ħielsa mill-mard tal-ekwini. Billi l-faċilitajiet li nbnew apposta fil-parkeġġ tal-EXPO 2010 huma biss temporanji, jixraq li dik iż-żona tingħata biss approvazzjoni temporanja.

(5)

Fid-dawl tal-garanziji u l-informazzjoni li taw l-awtoritajiet Ċiniżi, u sabiex, għal perjodu limitat, jitħallew jidħlu mill-ġdid żwiemel irreġistrati minn parti mit-territorju taċ-Ċina wara li jkunu ġew esportati biss temporanjament u dejjem skont ir-rekwiżiti tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE (4), il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/557 (5) li permezz tagħha r-reġjun CN-2 kien ġie approvat b'mod temporanju għall-finijiet tal-avveniment ekwestri tal-Global Champions Tour mit-8 sal-10 ta' Mejju 2015.

(6)

Billi l-avveniment ekwestri se jerġa' jsir fl-2016 bl-istess kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u ta' kwarantina li kienu japplikaw fl-2015, jixraq li fil-każ tar-reġjun CN-2 tiġi adattata d-data li tidher fil-kolonna 15 tat-tabella fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE.

(7)

Id-Deċiżjoni 2004/211/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-kolonna 15 tal-linja li tikkorrispondi mar-reġjun CN-2 taċ-Ċina fit-tabella fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE, il-kliem “Validi mill-25 ta' April sal-25 ta' Mejju 2015” jinbidel bil-kliem: “Validi mill-15 ta' April sal-15 ta' Mejju 2016”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni

(1)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(2)  ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta' Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet 93/195/KEE u 94/63/KE (ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE tat-2 ta' Frar 1993 dwar is-saħħa tal-annimali u l-kundizzjonijiet tagħhom u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tagħhom għad-dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja (ĠU L 86, 6.4.1993, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/557 tal-31 ta' Marzu 2015 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fejn tidħol l-entrata taċ-Ċina fil-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet fit-territorju tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni ta' ekwidi ħajjin u ta' semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina (ĠU L 92, 8.4.2015, p. 107).

12.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/59

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/362

tal-11 ta' Marzu 2016

dwar l-approvazzjoni tat-tank tal-ħażna tal-entalpija tal-MAHLE Behr GmbH & Co. KG bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' April 2015 il-fornitur MAHLE Behr GmbH & Co. KG (l-“Applikant”) ressaq applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' tank tal-ħażna tal-entalpija bħala teknoloġija innovattiva. Il-kompletezza ta' dik l-applikazzjoni ġiet ivvalutata f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (2). Il-Kummissjoni sabet li fl-applikazzjoni oriġinali tħalliet barra ċerta informazzjoni rilevanti u talbet lill-Applikant sabiex jipprovdiha. L-Applikant ipprovda l-informazzjoni mitluba fis-27 ta' Mejju 2015. Instab li l-applikazzjoni kienet sħiħa u l-perjodu li l-Kummissjoni ngħatat biex tivvaluta l-applikazzjoni beda l-għada ta' meta waslet uffiċjalment l-informazzjoni sħiħa, jiġifieri t-28 ta' Mejju 2015.

(2)

L-applikazzjoni ġiet ivvalutata f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 u skont il-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 (il-verżjoni tal-Linji Gwida Tekniċi, ta' Frar tal-2013) (3).

(3)

L-applikazzjoni tirreferi għal tank tal-ħażna tal-entalpija li jnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil wara startjar kiesaħ ta' magna b'kombustjoni interna minħabba tisħin aktar mgħaġġel tal-magna.

(4)

Il-Kummissjoni tqis li l-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni turi li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u fl-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.

(5)

L-Applikant wera li 3 % jew aktar tal-karozzi tal-passiġġieri l-ġodda li ġew irreġistrati fis-sena ta' referenza 2009 mhumiex mgħammra b'tankijiet tal-ħażna tal-entalpija f'konformità mal-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 725/2011.

(6)

L-Applikant uża proċedura komprensiva tal-ittestjar f'konformità mal-Linji Gwida Tekniċi, u ddefinixxa l-vettura ta' referenza bħala vettura mgħammra b'tank tal-ħażna tal-entalpija diżattivat.

(7)

L-Applikant ipprovda metodoloġija tal-ittestjar tat-tnaqqis tas-CO2. Il-Kummissjoni tqis li l-metodoloġija tal-ittestjar se tipprovdi riżultati tal-ittestjar li huma verifikabbli, komparabbli u li jistgħu jiġu ripetuti u kapaċi turi b'mod realistiku l-benefiċċji, b'sinifikat statistiku qawwi, tat-teknoloġija innovattiva f'termini tal-emissjonijiet tas-CO2 f'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011.

(8)

F'dan l-isfond, l-Applikant wera b'mod sodisfaċenti li t-tnaqqis tal-emissjonijiet miksub mit-tank tal-ħażna tal-entalpija huwa ta' mill-inqas gramma ta' CO2/km.

(9)

Peress li t-tank tal-ħażna tal-entalpija mhuwiex attivat matul it-test tal-approvazzjoni tat-tip ta' emissjonijiet tas-CO2 imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (5), il-Kummissjoni hija sodisfatta li t-teknoloġija inkwistjoni mhix koperta miċ-ċiklu tat-test standard.

(10)

L-attivazzjoni tat-tank tal-ħażna tal-entalpija ma tiddependix fuq l-għażla tas-sewwieq. Abbażi ta' dan il-Kummissjoni tqis li l-manifattur huwa responsabbli għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 bħala riżultat tal-użu tat-teknoloġija innovattiva.

(11)

Il-Kummissjoni tagħraf li r-rapport ta' verifika tħejja minn TÜV SÜD Auto Service GmbH, li huwa korp indipendenti u ċċertifikat, u li r-rapport jappoġġa s-sejbiet mogħtija fl-applikazzjoni.

(12)

F'dan l-isfond, il-Kummissjoni tqis li ma għandha tagħmel ebda oġġezzjoni fir-rigward tal-approvazzjoni tat-teknoloġija innovattiva inkwistjoni.

(13)

Bil-għan li jiġi stabbilit il-kodiċi ġenerali tal-ekoinnovazzjoni li għandu jintuża fid-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti skont l-Annessi I, VIII u IX tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), għandu jiġi speċifikat il-kodiċi individwali li għandu jintuża għat-teknoloġija innovattiva approvata permezz ta' din id-Deċiżjoni.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   It-tank tal-ħażna tal-entalpija deskritt fl-applikazzjoni ta' MAHLE Behr GmbH & Co. KG huwa approvat bħala teknoloġija innovattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.

2.   It-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-użu tat-tank tal-ħażna tal-entalpija għandu jiġi ddeterminat bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness.

3.   Il-kodiċi individwali tal-ekoinnovazzjoni li jrid jiddaħħal fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip li trid tintuża għat-teknoloġija innovattiva approvata permezz ta' din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni huwa “18”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19).

(3)  https://circabc.europa.eu/w/browse/42c4a33e-6fd7-44aa-adac-f28620bd436f

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).

(6)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' VETTURI bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali VETTURI (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

ANNESS

IL-METODOLOĠIJA BIEX JIĠI STABBILIT L-IFFRANKAR TA' CO2 TAT-TEKNOLOĠIJA TAT-TANK TAL-ĦAŻNA TAL-ENTALPIJA.

1.   INTRODUZZJONI

Sabiex jiġi stabbilit it-tnaqqis ta' CO2 li jista' jiġi attribwit għall-użu tat-teknoloġija tat-tank tal-ħażna tal-entalpija (is-sistema tal-EST), jeħtieġ li jiġu stabbiliti dawn li ġejjin:

(a)

Il-proċedura tal-ittestjar li għandha tiġi segwita biex jiġu stabbiliti l-kurvi tat-tkessiħ tal-vettura ta' referenza (il-vettura mgħammra b'tank tal-ħażna tal-entalpija diżattivat) u tal-vettura ekoinnovattiva

(b)

Il-proċedura tal-ittestjar li għandha tiġi segwita biex jiġu stabbiliti l-emissjonijiet tas-CO2 f'temperaturi differenti tal-likwidu għat-tkessiħ tal-magna waqt l-istartjar

(c)

Il-proċedura tal-ittestjar li għandha tiġi segwita biex tiġi stabbilita t-temperatura teoretika tal-magna wara d-diżattivazzjoni tas-sistema tal-EST

(d)

Il-proċedura tal-ittestjar li għandha tiġi segwita biex jiġi stabbilit il-benefiċċju tal-istartjar sħun

(e)

Il-formuli li għandhom jintużaw biex jiġi stabbilit l-iffrankar ta' CO2

(f)

Il-formuli li għandhom jintużaw biex jiġu stabbiliti l-iżball statistiku u s-sinifikattar-riżultati

2.   SIMBOLI U ABBREVJAZZJONIJIET

Simboli bil-Latin

BTA

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura taħt kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip [g CO2/km]

Formula

Iffrankar ta' CO2 [g CO2/km]

CO2

Diossidu tal-karbonju

CO2 (Tk)

Il-medja aritmetika tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura mkejla permezz taċ-ċiklu NEDC, b'temperatura ambjentali ta' 14 °C u b'temperaturi tal-likwidu għat-tkessiħ tal-magna waqt l-istartjar Tk [g CO2/km]

deng

Il-fattur għat-tnaqqis tat-temperatura tal-kurva tat-tkessiħ tal-likwidu għat-tkessiħ tal-magna [1/h]

dEST

Il-fattur għat-tnaqqis tat-temperatura tal-kurva tat-tkessiħ tal-EST [1/h]

EST

Tank tal-Ħażna tal-Entalpija

K

Proporzjon effettiv tal-inerzjitermali [-]

m

L-għadd ta' kejlijiet tal-kampjun

NEDC

Ċiklu tas-Sewqan Ewropew Ġdid

Formula

Il-potenzjal tal-konsum tal-fjuwil normalizzat b'temperatura tal-likwidu għat-tkessiħ tal-magna waqt l-istartjar għall-ħinijiet tal-ipparkjar magħżula ti [-]

pt

Il-ħin tal-ipparkjar [h]

Teng

It-temperatura tal-likwidu għat-tkessiħ tal-magna matul il-ħin tal-ipparkjar [°C]

Tengmod

It-temperatura teoretika tal-likwidu għat-tkessiħ tal-magna wara d-diżattivazzjoni tas-sistema tal-EST [°C]

TEST

It-temperatura tal-likwidu għat-tkessiħ tal-EST matul il-ħin tal-ipparkjar [°C]

Tcold

It-temperatura tal-istartjar kiesaħ [°C] li hi 14 °C

Thot

It-temperaturatal-istartjar sħun [°C] li hi t-temperatura tal-likwidu għat-tkessiħ milħuqa fl-aħħar taċ-ċiklu NEDC

SOC

Stat taċ-ċarġ

SVSpt

Is-sehem tat-tqassim tal-ħin tal-ipparkjar [%] kif iddefinit fit-Tabella 6

WFti

Il-fattur ta' ponderazzjoni għall-ħin tal-ipparkjar ti [%] kif iddefinit fit-Tabella 3

Subskritti

L-indiċi ti jirreferi għall-ħinijiet tal-ipparkjar magħżula kif iddefiniti fit-Tabella 1

L-indiċi j jirreferi għall-kejlijiet tal-kampjun

L-indiċi k jirreferi għat-temperaturi tal-likwidu għat-tkessiħ tal-magna waqt l-istartjar

3.   IL-KALKOLU TAL-KURVI TAT-TKESSIĦ U TAT-TEMPERATURI

Il-kurvi tat-tkessiħ għandhom jiġu stabbiliti b'mod sperimentali, kemm għal-likwidu għat-tkessiħ tal-magna ta' vettura ta' referenza kif ukoll għal-likwidu għat-tkessiħ ta' vettura ekoinnovattiva. L-istess kurvi għandhom japplikaw għall-varjanti tal-vettura li jkollhom l-istess kapaċitajiet tas-sħana, l-istess konfigurazzjoni tal-kompartiment tal-magna, l-istess iżolament tas-sħana tal-magna u l-istess sistema tal-EST. It-testijiet sperimentali għandhom jinkludu kejlijiet kontinwi tat-temperaturi tat-tkessiħ rappreżentattivi tal-likwidu għat-tkessiħ tal-magna u tal-likwidu għat-tkessiħ maħżun fis-sistema tal-EST, permezz ta' termokoppji f'temperatura ambjentali kostanti ta' mill-inqas 14 °C għal 24 siegħa. Il-magna għandha tissaħħan sa ma tintlaħaq it-temperatura massima tal-likwidu għat-tkessiħ qabel il-qtugħ tal-magna permezz ta' għadd suffiċjenti ta' testijiet NEDC konsekuttivi. Wara l-prekundizzjonament, l-ignixin għandha tintefa u ċ-ċavetta għandha titneħħa minn postha. Il-bonit tal-vettura għandu jingħalaq għalkollox. Kwalunkwe sistema ta' ventilazzjoni artifiċjali fiċ-ċellola tat-test għandha tintefa.

Il-konverġenza tal-kurvi tat-tkessiħ imkejla li jirriżultaw isseħħ permezz tal-applikazzjoni tal-approċċ matematiku deskritt fil-Formula 1 u fil-Formula 2 għall-magna u għas-sistema tal-EST rispettivament.

Formula 1

Formula

Formula 2

Formula

Il-metodu tal-inqas kwadrati għandu jintuża biex jiġu aġġustati ż-żewġ kurvi. Biex isir dan, id-dejta tal-kejl tat-temperatura tal-ewwel 30 minuta wara li tintefa l-magna m'għandhiex titqies minħabba l-imġiba mhix tipika tat-temperatura tal-likwidu għat-tkessiħ wara li tintefa s-sistema tal-likwidu għat-tkessiħ.

It-temperatura tal-magna fil-kundizzjonijiet speċifiċi tal-ħin tal-ipparkjar għandha tiġi kkalkulata permezz tal-Formula 1 (Formula) u mdaħħla fit-Tabella 1.

Tabella 1

It-temperatura tal-magna fil-kundizzjonijiet tal-ħin tal-ipparkjar magħżul

Il-ħin tal-ipparkjar magħżul (ti)

t1

t2

t3

pt [h]

2,5

4,5

16,5

Formula

[°C]

4.   IL-KALKOLU TAL-EMISSJONI TAS-CO2 F'TEMPERATURI DIFFERENTI TAT-TKESSIĦ WAQT L-ISTARTJAR

L-emissjoni tas-CO2 u l-volumi ta' konsum tal-fjuwil tal-vettura jridu jitkejlu f'konformità mal-Anness 6 tar-Regolament UN/KEE Nru 101 (Metodu ta' kejl tal-emissjoni tad-diossidu tal-karbonju u l-konsum tal-fjuwil ta' vetturi li jaħdmu b'magna b'kombustjoni interna biss). Il-proċedura għandha tiġi modifikata kif ġej:

1.

It-temperatura ambjentali fiċ-ċellola tal-ittestjar għandha tkun inqas minn 14 °C

2.

Il-ħames temperaturi tal-likwidu għat-tkessiħ tal-magna waqt l-istartjar għandhom ikunu dawn li ġejjin: Tcold, Thot,

Formula

,

Formula

u

Formula

.

It-testijiet jistgħu jsiru fi kwalunkwe ordni. Jista' jsir test wieħed jew tnejn tat-tip NEDC ta' prekundizzjonament bejn it-testijiet. Għandu jkun żgurat u ddokumentat li l-istat taċ-ċarġ (SOC) tal-batterija tal-istartjar wara kull test ikun mhux iktar minn 5 % (pereżempju, billi jintuża s-sinjal tal-Controller Area Network tagħha).

Il-proċedura kollha tat-testijiet għandha tiġi ripetuta minn tal-inqas tliet darbiet (jiġifieri, m ≥ 3). Il-medja aritmetika tar-riżultati tas-CO2 ta' kull temperatura tal-likwidu għat-tkessiħ tal-magna waqt l-istartjar (Tk) għandha tiġi kkalkulata permezz tal-Formula 3 u mdaħħla fit-Tabella 2.

Formula 3

Formula

fejn k = 1, 2 …, 5

T1 = Tcold

T2 = Thot

Formula

Formula

Formula

Tabella 2

L-emissjoni tas-CO2 f'temperaturi differenti tal-likwidu għat-tkessiħ tal-magna waqt l-istartjar

It-temperatura tal-likwidu għat-tkessiħ tal-magna waqt l-istartjar Tk

Tcold

Thot

Formula

Formula

Formula

CO2 (Tk) [g CO2/km]

5.   IL-KALKOLU TAT-TEMPERATURA TEORETIKA TAL-MAGNA WARA D-DIŻATTIVAZZJONI TAS-SISTEMA TAL-EST

Bl-użu tar-riżultati tat-test iddefiniti fil-paragrafu 4 u rrapportati fit-Tabella 2, il-Potenzjal tal-konsum tal-fjuwil normalizzat NP(Formula) fil-kundizzjonijiet tal-ħin tal-ipparkjar magħżul irrapportati fit-Tabella 1, għandu jiġi kkalkulat permezz tal-Formula 4.

Formula 4

Formula

Imbagħad, it-temperatura teoretika tal-likwidu għat-tkessiħ tal-magna wara d-diżattivazzjoni tas-sistema tal-EST għall-kundizzjonijiet tal-ħin tal-ipparkjar magħżul Formula, għandha tiġi kkalkulata permezz tal-Formula 5.

Formula 5

Formula

Il-proporzjon relattiv tal-inerzji termali Kti għall-kundizzjonijiet tal-ħin tal-ipparkjar magħżul għandu jiġi ddefinit permezz tal-Formula 6.

Formula 6

Formula

Il-proporzjon effettiv tal-inerzji termali K li jirriżulta jiġi kkalkulat bil-ponderazzjoni tat-tliet riżultati Kti skont is-sehem tal-waqfiet tal-vettura, kif iddefinit mill-Formula 7.

Formula 7

Formula

fejn

WFti

Il-fattur ta' ponderazzjoni għall-ħin tal-ipparkjar ti [-] kif iddefinit fit-Tabella 3

Tabella 3

Il-parametru ta' ponderazzjoni għall-kalkolu tal-fattur K

WFt1 [%]

63,4

WFt2 [%]

14,0

WFt3 [%]

22,6

It-temperatura teoretika tal-magna wara d-diżattivazzjoni tas-sistema tal-EST għall-kundizzjoni tal-ħin tal-ipparkjar magħżul pt Formula għandha tiġi kkalkulata permezz tal-Formula 8.

Formula 8

Formula

Ir-riżultati tal-kalkolu għandhom jingħataw fit-Tabella 4

Tabella 4

It-temperatura teoretika tal-magna wara d-diżattivazzjoni tas-sistema tal-EST għall-ħinijiet differenti tal-ipparkjar

pt [h]

0,5

1,5

2,5

3,5

4,5

5,5

6,5

7,5

8,5

9,5

10,5

11,5

Formula

[°C]

pt [h]

12,5

13,5

14,5

15,5

16,5

17,5

18,5

19,5

20,5

21,5

22,5

23,5

Formula

[°C]

6.   IL-KALKOLU TAL-BENEFIĊĊJU TAL-ISTARTJAR SĦUN

Il-benefiċċju tal-istartjar sħun (HSB) tal-vettura mgħammra bit-teknoloġija għandu jiġi stabbilit b'mod sperimentali permezz tal-Formula 9. Dan il-valur jiddeskrivi d-differenza fl-emissjonijiet tas-CO2 bejn test tat-tip NEDC bi startjar kiesaħ u test tat-tip NEDC bi startjar sħun b'rabta mar-riżultat tal-istartjar kiesaħ.

Formula 9

Formula

7.   IL-KALKOLU TAL-IFFRANKAR TA' CO2

Qabel it-tnedija tat-test uffiċjali tat-Tip I li għandu jitwettaq f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 692/2008, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tivverifika li t-temperatura tal-likwidu għat-tkessiħ, inkluż ġewwa t-tank tal-ħażna tal-entalpija, ma tkunx iktar minn ± 2 K tat-temperatura tal-kamra. Meta din it-temperatura ma tintlaħaqx, il-metodoloġija biex jiġi stabbilit l-iffrankar ta' CO2 għall-EST ma tistax tiġi applikata.

Il-verifika tista' ssir jew permezz ta' kejl ġewwa t-Tank tal-Ħażna tal-Entalpija (eż. permezz ta' termokoppja), jew billi tintefa s-sistema tal-EST qabel il-proċedura tal-kundizzjonament sabiex fit-tank ma jiġix maħżun likwidu għat-tkessiħ imsaħħan. It-temperatura ġewwa t-tank tal-ħażna tal-entalpija għandha tiġi rreġistrata fir-rapport tat-test.

Il-potenzjal relattiv għat-tnaqqis ta' CO2 Formula f'ħinijiet tal-ipparkjar differenti għandu jiġi kkalkulat permezz tal-Formula 10.

Formula 10

Formula

Ir-riżultati tal-kalkolu għandhom jingħataw fit-Tabella 5

Tabella 5

Il-potenzjal relattiv għat-tnaqqis ta' CO2 Formula f'ħinijiet tal-ipparkjar differenti

pt [h]

0,5

1,5

2,5

3,5

4,5

5,5

6,5

7,5

8,5

9,5

10,5

11,5

ΔCO2(pt) [%]

pt [h]

12,5

13,5

14,5

15,5

16,5

17,5

18,5

19,5

20,5

21,5

22,5

23,5

ΔCO2(pt) [%]

L-iffrankar ta' CO2, ponderat skont il-ħinijiet tal-ipparkjar (pt), għandu jiġi kkalkulat permezz tal-Formula 11.

Formula 11

Formula

fejn:

SVSpt

Is-sehem tat-tqassim tal-ħin tal-ipparkjar [%] kif iddefinit fit-Tabella 6

Tabella 6

It-tqassim tal-ħin tal-ipparkjar (is-sehem tal-waqfiet tal-vettura)

pt [h]

0,5

1,5

2,5

3,5

4,5

5,5

6,5

7,5

8,5

9,5

10,5

11,5

SVSpt [%]

36

13

6

4

2

2

1

1

3

4

3

1

pt [h]

12,5

13,5

14,5

15,5

16,5

17,5

18,5

19,5

20,5

21,5

22,5

23,5

SVSpt [%]

1

3

3

2

1

1

1

1

1

1

1

1

8.   IL-KALKOLU TAL-IŻBALL STATISTIKU

L-iżbalji tal-istatisika fir-riżultati tal-metodoloġija tal-ittestjar ikkawżati mill-kejl għandhom jiġu kkwantifikati. Għal kull test imwettaq b'temperaturi differenti tal-likwidu għat-tkessiħ tal-magna waqt l-istartjar, id-devjazzjoni standard tal-medja aritmetika tiġi kkalkulata kif iddefinit fil-Formula 12.

Formula 12

Formula

fejn k = 1, 2, …, 5

T1 = Tcold

T2 = Thot

Formula

Formula

Formula

Id-devjazzjoni standard tal-iffrankar ta' CO2 Formula għandha tiġi kkalkulata permezz tal-Formula 13.

Formula 13

Image

fejn

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

9.   IS-SINIFIKAT STATISTIKU

Irid jintwera għal kull tip, varjant u verżjoni ta' vettura mgħammra b'sistema tal-EST li l-iżball fl-iffrankar ta' CO2 ikkalkulat bil-Formula 13 mhuwiex akbar mid-differenza bejn l-iffrankar totali ta' CO2u l-livell limitu minimu tal-iffrankar speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 725/2011 (ara l-Formula 14).

Formula 14

Formula

fejn:

MT

:

Livell limitu minimu [gCO2/km], li huwa 1 gCO2/km

Formula

:

Il-koeffiċjent ta' korrezzjoni tas-CO2 minħabba żieda fil-massa dovuta għall-installazzjoni tas-sistema tal-EST. Għal Formula għandha tintuża d-dejta fit-Tabella 7.

Tabella 7

Il-koeffiċjent ta' korrezzjoni tas-CO2 minħabba massa żejda

Tip ta' fjuwil

Il-koeffiċjent ta' korrezzjoni tas-CO2 minħabba massa żejda (Formula)

[g CO2/km]

Petrol

0,0277 · Δm

Diżil

0,0383 · Δm

Fit-Tabella 7 Δm hemm il-massa żejda dovuta għall-installazzjoni tas-sistema tal-EST. Hija l-massa tas-sistema tal-EST iċċarġjata kompletament, bil-likwidu għat-tkessiħ.

10.   IS-SISTEMA TAL-EST LI GĦANDHA TITWAĦĦAL FIL-VETTURI

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiċċertifika l-iffrankar ta' CO2 abbażi tal-kejl tas-sistema tal-EST bl-użu tal-metodoloġija tal-ittestjar stabbilita f'dan l-Anness. Fejn l-iffrankar fl-emissjoni tas-CO2 ikun taħt il-livell limitu speċifikat fl-Artikolu 9(1), għandu japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 725/2011.

Rettifika

12.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/69

Rettifika għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2362 tal-15 ta' Diċembru 2015 dwar eżenzjonijiet mid-dazju antidumping estiż fuq ċerti partijiet tar-roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont ir-Regolament (KE) Nru 88/97

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 331 tas-17 ta' Diċembru 2015 )

Fil-paġna 36, fl-Artikolu 5, it-Tabella 4 “Il-partijiet li qed jiġu eżaminati”, fil-kolonna “Data tad-dħul fis-seħħ”, għall-kumpanija “CICLI EUROPA s.r.l.”:

minflok:

“10.9.2014”;

aqra:

“10.11.2014”.

12.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/69

Rettifika tal-Adozzjoni definittiva (UE, Euratom) 2016/70 tal-Baġit emendatorju Nru 8 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 18 tas-26 ta' Jannar 2016 )

F'paġna 3, it-tabella għandha tinbidel b'din:

“Deskrizzjoni

Baġit 2015 (1)

Baġit 2014 (2)

Bidla ( %)

1.

Tkabbir intelliġenti u inklużiv

66 853 308 910

65 300 076 773

+ 2,38

2.

Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali

55 978 784 039

56 443 752 595

– 0,82

3.

Sigurtà u ċittadinanza

1 926 965 795

1 665 510 850

+ 15,70

4.

Ewropa Globali

7 478 225 907

6 840 903 616

+ 9,32

5.

Amministrazzjoni

8 658 632 705

8 405 389 881

+ 3,01

6.

Kumpens

p.m.

28 600 000

Strumenti speċjali

384 505 583

350 000 000

+ 9,869

Nefqa totali  (3)

141 280 422 939

139 034 233 715

+ 1,62

(1)  Il-figuri f'din il-kolonna jikkorrispondu għal dawk fil-baġit tal-2015 (ĠU L 69, 13.3.2015) b'żieda tal-baġits emendatorji min-Nru 1 san-Nru 8/2015.

(2)  Il-figuri f'din il-kolonna jikkorrispondu għal dawk fil-baġit tal-2014 (ĠU L 51, 20.2.2014) b'żieda tal-baġits emendatorji min-Nru 1/2014 san-Nru 7/2014.

(3)  It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 310(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jaqra: “Id-dħul u l-ħruġ murija fl-estimi finanzjarji għandhom ikunu jaqblu.””