ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 65

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
11 ta' Marzu 2016


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta' ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali

1

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE) 2016/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar l-istabbiliment ta' Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fl-indirizzar ta' xogħol mhux iddikjarat ( 1 )

12

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħha fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil

21

 

*

Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħha fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ għall-Asil

22

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/345 tal-10 ta' Marzu 2016 li jistabbilixxi l-frekwenza tar-rapportar ta' Messaġġi dwar l-Istatus tal-Kontejners, il-format tad-dejta u l-metodu ta' trażmissjoni

38

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/346 tal-10 ta' Marzu 2016 li jistabbilixxi l-elementi li għandhom ikunu inklużi fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali

40

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/347 tal-10 ta' Marzu 2016 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-format preċiż tal-listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata, kif ukoll il-format għall-aġġornament tal-listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

49

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/348 tal-10 ta' Marzu 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 98/2012 fir-rigward tal-kontenut minimu tal-preparazzjoni ta' 6-fitasi (EC 3.1.3.26) prodotta mill-Komagataella pastoris (DSM 23036) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Huvepharma EOOD) ( 1 )

56

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/349 tal-10 ta' Marzu 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

59

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/350 tal-25 ta' Frar 2016 dwar il-konklużjoni tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħha fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil

61

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/351 tal-4 ta' Marzu 2016 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar it-talba tal-Ġordan għal eżenzjoni tad-WTO marbuta mal-perijodu tranżitorju għall-eliminazzjoni tal-programm ta' sussidju tal-esportazzjoni tiegħu

63

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/352 tal-4 ta' Marzu 2016 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti għal emendi tar-Regolamenti tan-NU Nri 10, 34, 41, 46, 48, 50, 51, 53, 55, 60, 73, 83, 94, 107, 110, 113, 118, 125, 128, 130 u 131 u l-proposta għal Regolament ġdid dwar l-approvazzjoni ta' vetturi tat-trasport bit-triq ħiemda (QRTV)

64

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

11.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/1


DIRETTIVA (UE) 2016/343 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-9 ta' Marzu 2016

dwar it-tisħiħ ta' ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (b) tal-Artikolu 82(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Il-preżunzjoni tal-innoċenza u d-dritt ta' proċess ġust huma minquxin fl-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta), l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (il-KEDB), l-Artikolu 14 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (l-ICCPR) u l-Artikolu 11 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem.

(2)

L-Unjoni stabbilixxiet l-objettiv li żżomm u tiżviluppa spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Skont il-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew f'Tampere tal-15 u s-16 ta' Ottubru 1999, u b'mod partikolari l-punt (33) tagħhom, ir-rikonoxximent reċiproku mtejjeb ta' sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji oħrajn u l-approssimazzjoni meħtieġa tal-leġiżlazzjoni jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet individwali. Il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku għandu għalhekk isir il-bażi fundamentali tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali fl-Unjoni.

(3)

Skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali fl-Unjoni għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji oħrajn.

(4)

L-implimentazzjoni ta' dak il-prinċipju hija msejsa fuq il-premessa li l-Istati Membri jafdaw fis-sistemi tal-ġustizzja kriminali ta' xulxin. Il-punt sa fejn jasal il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku jiddependi minn għadd ta' fatturi, li jinkludu mekkaniżmi għas-salvagwardja tad-drittijiet ta' persuni suspettati u akkużati u standards minimi komuni meħtieġa biex jiffaċilitaw l-applikazzjoni ta' dak il-prinċipju.

(5)

Għalkemm l-Istati Membri huma Partijiet għall-KEDB u għall-ICCPR, l-esperjenza wriet li dan waħdu mhux dejjem jipprevedi grad suffiċjenti ta' fiduċja fis-sistemi tal-ġustizzja kriminali ta' Stati Membri oħra.

(6)

Fit-30 ta' Novembru 2009, il-Kunsill adotta Riżoluzzjoni dwar Pjan Direzzjonali għat-tisħiħ tad-drittijiet proċedurali ta' persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali (3) (“il-Pjan Direzzjonali”). Permezz ta' approċċ gradwali, il-Pjan Direzzjonali jirrikjedi l-adozzjoni ta' miżuri rigward id-dritt għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni (miżura A), id-dritt għall-informazzjoni dwar id-drittijiet u l-informazzjoni dwar l-akkużi (miżura B), id-dritt għall-parir legali u l-għajnuna legali (miżura C), id-dritt li persuna tikkomunika mal-qraba, ma' min iħaddem u mal-awtoritajiet konsulari (miżura D), u għas-salvagwardji speċjali għal persuni suspettati jew akkużati li jkunu vulnerabbli (miżura E).

(7)

Fil-11 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill Ewropew laqa' l-Pjan Direzzjonali u inkludieh bħala parti mill-Programm ta' Stokkolma — Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini (4) (punt 2.4). Il-Kunsill Ewropew enfasizza l-karattru mhux eżawrjenti tal-Pjan Direzzjonali, billi stieden lill-Kummissjoni biex teżamina elementi ulterjuri tad-drittijiet proċedurali minimi għall-persuni suspettati u akkużati, u biex tevalwa jekk elementi oħra, bħal pereżempju l-preżunzjoni tal-innoċenza, jeħtieġx li jiġu indirizzati, biex tkun promossa kooperazzjoni aħjar f'dak il-qasam.

(8)

Tliet miżuri dwar id-drittijiet proċedurali fi proċedimenti kriminali ġew adottati s'issa skont il-Pjan Direzzjonali, jiġifieri d-Direttivi 2010/64/UE (5), 2012/13/UE (6) u 2013/48/UE (7) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(9)

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li ttejjeb id-dritt ta' proċess ġust fi proċedimenti kriminali billi tistabbilixxi regoli minimi komuni dwar ċerti aspetti tal-preżunzjoni ta' innoċenza u d-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess.

(10)

Bl-istabbiliment ta' regoli minimi komuni dwar il-protezzjoni tad-drittijiet proċedurali ta' persuni suspettati u akkużati, din id-Direttiva għandha l-għan li ssaħħaħ il-fiduċja tal-Istati Membri fis-sistemi tal-ġustizzja kriminali ta' xulxin u b'hekk li tiffaċilita r-rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonjiet fi kwistjonijiet kriminali. Tali regoli minimi komuni jistgħu wkoll ineħħu l-ostakli għall-moviment ħieles taċ-ċittadini fit-territorji kollha tal-Istati Membri.

(11)

Din id-Direttiva għandha tapplika biss għall-proċedimenti kriminali kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-Qorti tal-Ġustizzja), mingħajr preġudizzju għall-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal proċedimenti ċivili jew għal proċedimenti amministrattivi, anke fejn dawn tal-aħħar jistgħu jwasslu għal sanzjonijiet, bħal pereżempju l-proċedimenti marbuta mal-kompetizzjoni, il-kummerċ, is-servizzi finanzjarji, it-traffiku fuq it-toroq, it-taxxa jew is-soprataxxi, u investigazzjonijiet mill-awtoritajiet amministrattivi rigward tali proċedimenti.

(12)

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-persuni fiżiċi li huma persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali. Għandha tapplika mill-mument li fih persuna tiġi suspettata jew akkużata li wettqet reat kriminali, jew reat kriminali allegat, u, għaldaqstant, anki qabel dik il-persuna tiġi mgħarrfa mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru, permezz ta' notifika uffiċjali jew b'mod ieħor, li hija persuna suspettata jew akkużata. Din id-Direttiva għandha tapplika fl-istadji kollha tal-proċedimenti kriminali sa meta d-deċiżjoni dwar id-determinazzjoni finali jekk il-persuna suspettata jew akkużata tkunx wettqet ir-reat kriminali jew le tkun saret definittiva. L-azzjonijiet u rimedji legali li huma disponibbli biss ladarba dik id-deċiżjoni tkun saret definittiva, inklużi azzjonijiet quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, ma għandhomx jaqgħu fl-ambitu ta' din id-Direttiva.

(13)

Din id-Direttiva tirrikonoxxi l-ħtiġijiet u l-livelli differenti ta' protezzjoni ta' ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza fir-rigward tal-persuni fiżiċi u dawk ġuridiċi. Fir-rigward tal-persuni fiżiċi, tali protezzjoni hija riflessa fil-ġurisprudenza stabbilita sew tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-Qorti tal-Ġustizzja, madankollu, irrikonoxxiet li d-drittijiet li jirriżultaw mill-preżunzjoni tal-innoċenza ma jakkumulawx għall-persuni ġuridiċi bl-istess mod bħalma jakkumulaw għall-persuni fiżiċi.

(14)

Fl-istadju attwali ta' żvilupp tal-liġi nazzjonali u tal-ġurisprudenza fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni, huwa prematur li wieħed jilleġiżla fil-livell tal-Unjoni dwar il-preżunzjoni tal-innoċenza fir-rigward tal-persuni ġuridiċi. Din id-Direttiva ma għandhiex, għalhekk, tapplika għall-persuni ġuridiċi. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-preżunzjoni tal-innoċenza għall-persuni ġuridiċi kif stabbilita, b'mod partikolari, fil-KEDB u kif interpretata mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u mill-Qorti tal-Ġustizzja, għall-persuni ġuridiċi.

(15)

Il-preżunzjoni tal-innoċenza fir-rigward ta' persuni ġuridiċi għandha tiġi żgurata mis-salvagwardji leġiżlattivi u mill-ġurisprudenza eżistenti, li l-evoluzzjoni tagħha għandha tiddetermina jekk hemmx il-ħtieġa għal azzjoni tal-Unjoni.

(16)

Il-preżunzjoni tal-innoċenza tkun inkisret jekk dikjarazzjonijiet pubbliċi magħmula mill-awtoritajiet pubbliċi, jew deċiżjonijiet ġudizzjarji ħlief dawk dwar il-ħtija, ikunu rreferew għal persuna suspettata jew akkużata bħala ħatja, sakemm ma ġiex ippruvat li dik il-persuna hija ħatja skont il-liġi. Tali dikjarazzjonijiet u deċiżjonijiet ġudizzjarji ma għandhomx jirreflettu opinjoni li dik il-persuna hija ħatja. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għal atti ta' prosekuzzjoni li għandhom l-għan li juru l-ħtija tal-persuna suspettata jew akkużata, bħall-att ta' akkuża, u mingħajr preġudizzju għal deċiżjonijiet ġudizzjarji li bħala riżultat tagħhom issir effettiva sentenza sospiża, dment li d-drittijiet tad-difiża jkunu rispettati. Din għandha wkoll tkun mingħajr preġudizzju għal deċiżjonijiet preliminari ta' natura proċedurali, li jittieħdu minn awtoritajiet ġudizzjarji jew minn awtoritajiet kompetenti oħra u huma bbażati fuq suspetti jew fuq elementi ta' prova inkriminanti, bħal deċiżjonijiet dwar id-detenzjoni ta' qabel il-proċess, sakemm dawn id-deċiżjonijiet ma jirreferux għall-persuna suspettata jew akkużata bħala ħatja. Qabel ma tieħu deċiżjoni preliminari ta' natura proċedurali, l-awtorità kompetenti għandha mnejn ikollha l-ewwel tivverifika li hemm biżżejjed elementi ta' prova inkriminanti kontra l-persuna suspettata jew akkużata li jiġġustifikaw id-deċiżjoni kkonċernata, u d-deċiżjoni tista' tinkludi referenza għal dawk l-elementi.

(17)

Il-frażi “dikjarazzjonijiet pubbliċi magħmula mill-awtoritajiet pubbliċi” għandha tfisser kwalunkwe dikjarazzjoni li tirreferi għal reat kriminali u li titnissel minn awtorità involuta fil-proċedimenti kriminali li jikkonċernaw dak ir-reat kriminali, bħal pereżempju l-awtoritajiet ġudizzjarji, il-pulizija u awtoritajiet oħra tal-infurzar tal-liġi, jew minn awtorità pubblika oħra, bħal pereżempju ministri u uffiċjali pubbliċi oħra, bl-intendiment li dan huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali dwar l-immunità.

(18)

L-obbligu li ma ssirx referenza għal persuni suspettati jew akkużati bħala ħatja ma għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet pubbliċi milli pubblikament ixerrdu informazzjoni dwar il-proċedimenti kriminali fejn dan ikun strettament meħtieġ għal raġunijiet relatati mal-investigazzjoni kriminali, bħal meta joħroġ materjal f'forma ta' video u l-pubbliku jkun mitlub jgħin fl-identifikazzjoni tal-allegat awtur tar-reat kriminali, jew għall-interess pubbliku, bħal meta, għal raġunijiet ta' sigurtà, tingħata informazzjoni lill-abitanti ta' żona affettwata minn allegat reat ambjentali jew meta l-prosekuzzjoni jew awtorità kompetenti oħra tipprovdi informazzjoni oġġettiva dwar l-istat tal-proċedimenti kriminali sabiex jiġu evitati disturbi tal-ordni pubbliku. L-użu ta' tali motivazzjonijiet għandu jkun ristrett għal sitwazzjonijiet li fihom dan ikun raġonevoli u proporzjonat, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-interessi kollha. Fi kwalunkwe każ, il-mod u l-kuntest li fih l-informazzjoni tixxerred ma għandhomx joħolqu l-impressjoni li l-persuna hija ħatja qabel ma hu jew hi jkunu nstabu ħatja skont il-liġi.

(19)

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li, meta dawn jipprovdu informazzjoni lill-midja, l-awtoritajiet pubbliċi ma jirreferux għal persuni suspettati jew akkużati bħala ħatja sakemm dawn il-persuni ma jkunux instabu ħatja skont il-liġi. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet pubbliċi dwar l-importanza li jittieħed debitament kont tal-preżunzjoni tal-innoċenza meta jagħtu jew jikxfu informazzjoni lill-midja. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali li tipproteġi l-libertà tal-istampa u tal-mezzi l-oħra tal-midja.

(20)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jastjenu milli jippreżentaw persuni suspettati jew akkużati bħala ħatja, fil-qorti jew fil-pubbliku, bl-użu ta' miżuri ta' trażżin fiżiku, bħal manetti, kaxxi tal-ħġieġ, gaġeġ u ktajjen mar-riġlejn, sakemm l-użu ta' tali miżuri ma jkunx meħtieġ għal raġunijiet ta' każijiet speċifiċi, jew li jirrigwardaw is-sigurtà, inkluża l-prevenzjoni ta' persuni suspettati jew akkużati milli jagħmlu ħsara lilhom infushom jew lil persuni oħra jew lil proprjetà, jew li jirrigwardaw il-prevenzjoni tal-ħarba ta' persuni suspettati jew akkużati jew milli jkollhom kuntatt ma' terzi persuni, bħal xhieda jew vittmi. Il-possibbiltà li jiġu applikati miżuri ta' trażżin fiżiku ma timplikax li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kwalunkwe deċiżjoni formali dwar l-użu ta' tali miżuri.

(21)

Fejn fattibbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jastjenu milli jippreżentaw persuni suspettati jew akkużati fil-qorti jew fil-pubbliku meta jkunu libsin ħwejjeġ li jindikaw li huma ħabsin, sabiex jiġi evitat li tingħata l-impressjoni li dawk il-persuni huma ħatja.

(22)

L-oneru tal-prova għall-istabbiliment tal-ħtija ta' persuni suspettati u akkużati jaqa' fuq il-prosekuzzjoni, u kwalunkwe dubju għandu jibbenefika lill-persuna suspettata jew akkużata. Il-preżunzjoni tal-innoċenza tinkiser jekk l-oneru tal-prova jkun trasferit mill-prosekuzzjoni għad-difiża, mingħajr preġudizzju għal kull setgħa ex officio għad-determinazzjoni tal-fatti mill-qorti, għall-indipendenza tal-ġudikatura meta tiġi vvalutata l-ħtija tal-persuna suspettata jew akkużata, u għall-użu ta' preżunzjonijiet ta' fatt jew ta' liġi dwar ir-responsabbiltà kriminali ta' persuna suspettata jew akkużata. Tali preżunzjonijiet għandhom ikunu limitati, f'limiti raġonevoli, b'kunsiderazzjoni tal-importanza tar-riskji involuti u ż-żamma tad-drittijiet tad-difiża, u l-mezzi użati għandhom ikunu raġonevolment proporzjonati għall-għan leġittimu li jrid jintlaħaq. Tali preżunzjonijiet għandhom ikunu kontestabbli u fi kwalunkwe każ għandhom ikunu użati biss fejn id-drittijiet tad-difiża jkunu rispettati.

(23)

F'diversi Stati Membri mhux biss il-prosekuzzjoni, iżda wkoll l-imħallfin u l-qrati kompetenti huma inkarigati bit-tiftix kemm ta' evidenza inkriminanti kif ukoll ta' evidenza li tiskaġuna. L-Istati Membri li ma għandhomx sistema tal-kontradittorju għandhom ikunu jistgħu jżommu s-sistema kurrenti tagħhom dment li din tikkonforma ma' din id-Direttiva u ma' dispożizzjonijiet rilevanti oħra tal-liġi tal-Unjoni u tal-liġi internazzjonali.

(24)

Id-dritt li wieħed jibqa' sieket huwa aspett importanti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u għandu jservi bħala protezzjoni mill-awtoinkriminazzjoni.

(25)

Id-dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu huwa wkoll aspett importanti tal-preżunzjoni tal-innoċenza. Il-persuni suspettati u akkużati ma għandhomx ikunu sfurzati, meta jintalbu biex jagħmlu dikjarazzjoni jew iwieġbu mistoqsijiet, biex jipproduċu evidenza jew dokumenti jew biex jipprovdu informazzjoni li jistgħu jwasslu għall-awtoinkriminazzjoni.

(26)

Id-dritt li wieħed jibqa' sieket u d-dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu għandhom japplikaw għal mistoqsijiet relatati mar-reat kriminali li persuna tkun suspettata jew akkużata li wettqet u mhux, pereżempju, fir-rigward tal-mistoqsijiet relatati mal-identifikazzjoni ta' persuna suspettata jew akkużata.

(27)

Id-dritt li wieħed jibqa' sieket u d-dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu jimplikaw li l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx iġiegħlu lil persuni suspettati jew akkużati jipprovdu informazzjoni jekk dawk il-persuni ma jkunux jixtiequ jagħmlu dan. Sabiex jiġi determinat jekk inkisirx id-dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu jew id-dritt li wieħed jibqa' sieket, għandha tiġi kkunsidrata l-interpretazzjoni mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tad-dritt għal proċess ġust taħt il-KEDB.

(28)

L-eżerċizzju tad-dritt li wieħed jibqa' sieket jew tad-dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu ma għandux jintuża kontra persuna suspettata jew akkużata, u ma għandux, fih innifsu jitqies bħala evidenza li l-persuna kkonċernata tkun wettqet ir-reat kriminali kkonċernat. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali dwar il-valutazzjoni tal-evidenza minn qrati jew imħallfin, dment li d-drittijiet tad-difiża jkunu rispettati.

(29)

L-eżerċizzju tad-dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu ma għandux jipprekludi lill-awtoritajiet kompetenti milli jiġbru evidenza li tista' tinkiseb legalment mill-persuna suspettata jew akkużata permezz tal-użu ta' setgħat legali ta' koazzjoni u li jkollha eżistenza indipendenti mir-rieda tal-persuna suspettata jew akkużata bħal pereżempju materjal miksub wara l-ħruġ ta' mandat, materjal li fir-rigward tiegħu hemm obbligu legali taż-żamma u l-produzzjoni fuq talba, il-kampjuni tan-nifs, tad-demm u tal-urina u t-tessut tal-ġisem għall-iskop ta' testijiet tad-DNA.

(30)

Id-dritt li wieħed jibqa' sieket u d-dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu ma għandhomx jipprekludu Stati Membri milli jiddeċiedu li, fir-rigward ta' reati żgħar, bħal reati żgħar tat-traffiku, it-tmexxija tal-proċedimenti, jew ċerti stadji tagħhom, jistgħu jseħħu bil-miktub jew mingħajr l-interrogazzjoni tal-persuna suspettata jew akkużata, mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tar-reat ikkonċernat, dment li dan jikkonforma mad-dritt għal proċess ġust.

(31)

L-Istati Membri għandhom iqisu li jiżguraw li, fejn persuni suspettati jew akkużati jkunu pprovduti b'informazzjoni dwar drittijiet skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/13/UE, huma jkunu pprovduti wkoll b'informazzjoni dwar id-dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu, kif japplika taħt il-liġi nazzjonali f'konformità ma' din id-Direttiva.

(32)

L-Istati Membri għandhom iqisu li jiżguraw li, fejn persuni suspettati jew akkużati jkunu pprovduti b'Ittra tad-Drittijiet skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2012/13/UE, tali Ittra jkun fiha wkoll informazzjoni dwar id-dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu, kif japplika taħt il-liġi nazzjonali f'konformità ma' din id-Direttiva.

(33)

Id-dritt għal proċess ġust huwa wieħed mill-prinċipji bażiċi f'soċjetà demokratika. Id-dritt ta' persuni suspettati u akkużati li jkunu preżenti waqt il-proċess huwa bbażat fuq dak id-dritt u għandu jiġi żgurat fl-Unjoni kollha.

(34)

Jekk, għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tagħhom, il-persuni suspettati jew akkużati ma jkunux f'pożizzjoni li jkunu preżenti waqt il-proċess, huma għandu jkollhom il-possibbiltà li jitolbu data ġdida għall-proċess fiż-żmien previst fil-liġi nazzjonali.

(35)

Id-dritt tal-persuni suspettati u akkużati li jkunu preżenti waqt il-proċess mhuwiex assolut. Taħt ċerti kundizzjonijiet, il-persuni suspettati u akkużati għandhom ikunu jistgħu, espressament jew taċitament, iżda inekwivokabbilment, jirrinunzjaw għal dak id-dritt.

(36)

F'ċerti ċirkostanzi għandu jkun possibbli li deċiżjoni dwar il-ħtija jew l-innoċenza ta' persuna suspettata jew akkużata tingħata minkejja l-assenza tal-persuna kkonċernata waqt il-proċess. Dan jista' jkun il-każ fejn il-persuna suspettata jew akkużata tkun ġiet infurmata, fi żmien debitu, dwar il-proċess u dwar il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' dehra u xorta, madankollu, ma tidhirx. Li persuna suspettata jew akkużata tkun ġiet infurmata dwar il-proċess għandu jinftiehem li jfisser li l-persuna tħarrket personalment jew, b'mezzi oħrajn, li dik il-persuna ngħatat informazzjoni uffiċjali dwar id-data u l-post tal-proċess b'mod li jippermetti lilu jew lilha li jsiru konxji mill-proċess. Li persuna suspettata jew akkużata tiġi infurmata dwar il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' dehra, għandu, b'mod partikolari, jiġi interpretat li jfisser li l-persuna ġiet infurmata li tista' tingħata deċiżjoni jekk hija ma tidhirx fil-proċess.

(37)

Għandu jkun ukoll possibbli li jsir proċess li jista' jirriżulta f'deċiżjoni dwar ħtija jew innoċenza ukoll fl-assenza ta' persuna suspettata jew akkużata fejn dik il-persuna tkun ġiet infurmata bil-proċess u tkun tat mandat lil avukat li jkun inħatar minn dik il-persuna jew mill-Istat biex jirrappreżentaha waqt il-proċess u li rrappreżenta l-persuna suspettata jew akkużata.

(38)

Meta jkun qed jitqies jekk il-mod kif l-informazzjoni tingħata hux biżżejjed biex jiżgura l-għarfien tal-persuna dwar il-proċess, għandha tingħata wkoll, jekk ikun xieraq, attenzjoni partikolari lid-diliġenza eżerċitata mill-awtoritajiet pubbliċi biex jinfurmaw lill-persuna kkonċernata u lid-diliġenza eżerċitata mill-persuna kkonċernata sabiex tirċievi l-informazzjoni indirizzata lilha.

(39)

Fejn l-Istati Membri jipprovdu għall-possibbiltà li jsir proċess fl-assenza ta' persuni suspettati jew akkużati, iżda l-kundizzjonijiet għat-teħid ta' deċiżjoni fin-nuqqas ta' persuna suspettata jew akkużata partikolari ma jkunux sodisfatti minħabba li l-persuna suspettata jew akkużata ma setgħetx tinstab minkejja li jkunu saru sforzi raġonevoli, pereżempju minħabba li l-persuna tkun ħarbet jew evadiet, għandu madankollu jkun possibbli li tittieħed deċiżjoni fl-assenza tal-persuna suspettata jew akkużata u li tiġi infurzata dik id-deċiżjoni. F'dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta persuni suspettati jew akkużati jiġu infurmati bid-deċiżjoni, b'mod partikolari meta dawn jinqabdu, huma għandhom ukoll jiġu infurmati dwar il-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni u dwar id-dritt għal proċess ġdid jew għal rimedju legali ieħor. L-informazzjoni għandha tingħata bil-miktub. L-informazzjoni tista' tingħata wkoll bil-fomm dment li l-fatt li l-informazzjoni ġiet ipprovduta jiġi nnotat skont il-proċedura ta' reġistrazzjoni taħt il-liġi nazzjonali.

(40)

L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jeskludu lil persuna suspettata jew akkużata b'mod temporanju mill-proċess fejn dan jgħin biex tkun żgurata t-tmexxija korretta tal-proċedimenti kriminali. Dan jista', pereżempju, ikun il-każ fejn persuna suspettata jew akkużata tfixkel is-seduta ta' smigħ u jkollha tiġi skortata 'l barra mill-awla tal-qorti fuq ordni tal-imħallef, jew fejn ikun jidher li l-preżenza tal-persuna suspettata jew akkużata tipprevjeni s-smigħ xieraq ta' xi xhud.

(41)

Id-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess jista' jiġi eżerċitat biss jekk isseħħ seduta ta' smigħ jew aktar. Dan ifisser li d-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess ma jistax japplika jekk ir-regoli ta' proċedura nazzjonali rilevanti ma jipprovdux għal seduta ta' smigħ. Dawn ir-regoli għandhom jikkonformaw mal-Karta u mal-QEDB, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja u mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, b'mod partikolari fir-rigward tad-dritt għal proċess ġust. Dan ikun il-każ, pereżempju, jekk il-proċedimenti huma mmexxija b'mod simplifikat u jkunu qed isegwu, kompletament jew parzjalment, proċedura bil-miktub jew proċedura fejn l-ebda seduta ta' smigħ ma tkun prevista.

(42)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess u d-dritt għal proċess ġdid, il-ħtiġijiet partikolari ta' persuni vulnerabbli jkunu meqjusa. Skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Novembru 2013 dwar is-salvagwardji proċedurali għall-persuni vulnerabbli suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali (8), persuni suspettati jew akkużati li huma vulnerabbli għandhom jiġu meqjusa li huma kollha persuni suspettati jew akkużati li mhumiex kapaċi jifhmu jew jipparteċipaw b'mod effettiv fi proċedimenti kriminali minħabba l-età tagħhom, il-kundizzjoni mentali jew fiżika tagħhom jew kwalunkwe diżabilità li jista' jkollhom.

(43)

It-tfal huma vulnerabbli u għandhom jingħataw livell speċifiku ta' protezzjoni. Għalhekk, fir-rigward ta' wħud mid-drittijiet previsti f'din id-Direttiva, għandhom jiġu stabbiliti salvagwardji proċedurali speċifiċi.

(44)

Il-prinċipju tal-effettività tal-liġi tal-Unjoni jirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu rimedji xierqa u effettivi fil-każ li jkun hemm ksur ta' dritt mogħti lill-individwi bil-liġi tal-Unjoni. Rimedju effettiv disponibbli fil-każ ta' ksur ta' kwalunkwe wieħed mid-drittijiet stabbiliti f'din id-Direttiva għandu, sa fejn hu possibbli, ikollu l-effett li jpoġġi lill-persuni suspettati jew akkużati fl-istess pożizzjoni li kienu jsibu ruħhom fiha li kieku ma kienx seħħ il-ksur, bil-ħsieb li jkunu protetti d-dritt ta' proċess ġust u d-drittijiet tad-difiża.

(45)

Fil-valutazzjoni ta' dikjarazzjonijiet magħmula minn persuni suspettati jew akkużati jew tal-provi miksuba bi ksur tad-dritt li wieħed jibqa' sieket jew tad-dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu, il-qrati u l-imħallfin għandhom jirrispettaw id-drittijiet tad-difiża u l-ekwità tal-proċedimenti. F'dan il-kuntest, għandha tiġi kkunsidrata l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, li tgħid li l-ammissjoni ta' dikjarazzjonijiet miksuba bħala riżultat ta' tortura jew ta' trattament ħażin ieħor bi ksur tal-Artikolu 3 tal-KEDB bħala evidenza sabiex jiġu stabbiliti l-fatti rilevanti fi proċedimenti kriminali trendi inġust il-proċediment kollu kemm hu. Skont il-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti, kwalunkwe dikjarazzjoni li jkun stabbilit li saret bħala riżultat ta' tortura m'għandhiex titressaq bħala prova f'ebda proċediment, ħlief kontra persuna akkużata b'tortura bħala prova li tkun saret id-dikjarazzjoni.

(46)

Sabiex tiġi mmonitorjata u evalwata l-effettività ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jibagħtu data disponibbli fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-drittijiet stabbiliti f'din id-Direttiva lill-Kummissjoni. Tali data tista' tinkludi rekords magħmula mill-awtoritajiet ġudizzjarji u mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fir-rigward tar-rimedji applikati fil-każ ta' ksur ta' kull wieħed mill-aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza koperti b'din id-Direttiva jew tad-dritt li persuna tkun preżenti waqt il-proċess.

(47)

Din id-Direttiva ssostni d-drittijiet u l-prinċipji fundamentali li jinsabu fil-Karta u fil-KEDB, inklużi l-projbizzjoni tat-tortura u ta' trattament inuman jew degradanti, id-dritt għal-libertà u għas-sigurtà, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-integrità tal-persuna, id-drittijiet tat-tfal, l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabbiltà, id-dritt għal rimedju effettiv u d-dritt għal proċess ġust, il-preżunzjoni tal-innoċenza u d-drittijiet tad-difiża. Għandu jiġu kkunsidrat, b'mod partikolari, l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), li jgħid li l-Unjoni tirrikonoxxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta, u li jgħid li d-drittijiet fundamentali, kif iggarantiti mill-KEDB u kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, għandhom jikkostitwixxu prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni.

(48)

Ladarba din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jestendu d-drittijiet stabbiliti f'din id-Direttiva sabiex jipprovdu livell ogħla ta' protezzjoni. Il-livell ta' protezzjoni pprovdut mill-Istati Membri qatt ma għandu jkun inqas mill-istandards previsti mill-Karta jew mill-KEDB, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

(49)

Minħabba li l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri li tistabbilixxi regoli minimi komuni għal ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u għad-dritt li persuna tkun preżenti waqt il-proċess fi proċedimenti kriminali, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tagħha, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(50)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-TUE u mat-TFUE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dan il-Protokoll, dawk l-Istati Membri mhumiex qed jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva u mhumiex marbuta biha jew soġġetti għall-applikazzjoni tagħha.

(51)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva, u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU 1

SUĠĠETT U KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi komuni dwar:

(a)

ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza fi proċedimenti kriminali;

(b)

id-dritt li wieħed ikun preżenti fil-proċess fi proċedimenti kriminali.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Din id-Direttiva tapplika għal persuni fiżiċi li jkunu persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali. Hija tapplika fl-istadji kollha tal-proċedimenti kriminali, mill-mument meta persuna hija suspettata jew akkużata li wettqet reat kriminali, jew reat kriminali allegat, sa meta d-deċiżjoni dwar id-determinazzjoni finali jekk dik il-persuna wettqitx ir-reat kriminali kkonċernat tkun saret definittiva.

KAPITOLU 2

PREŻUNZJONI TAL-INNOĊENZA

Artikolu 3

Preżunzjoni tal-innoċenza

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni suspettati u akkużati jitqiesu innoċenti sa meta jinstabu ħatja skont il-liġi.

Artikolu 4

Referenzi pubbliċi għall-ħtija

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, sakemm ma jkunx ippruvat li persuna suspettata jew akkużata hija ħatja skont il-liġi, id-dikjarazzjonijiet pubbliċi mill-awtoritajiet pubbliċi, u deċiżjonijiet ġudizzjarji, għajr dawk dwar il-ħtija, ma jirreferux għal dik il-persuna bħala li hija ħatja. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-atti tal-prosekuzzjoni li jkollhom l-għan li jippruvaw il-ħtija tal-persuna suspettata jew akkużata, u għad-deċiżjonijiet preliminari ta' natura proċedurali, li jittieħdu mill-awtoritajiet ġudizzjarji jew awtoritajiet kompetenti oħra u li huma bbażati fuq suspett jew evidenza inkriminanti.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli miżuri xierqa fil-każ ta' ksur tal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li ma ssirx referenza għal persuni suspettati jew akkużati bħala li huma ħatja, f'konformità ma' din id-Direttiva u, b'mod partikolari, mal-Artikolu 10.

3.   L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 li ma ssirx referenza għal persuni suspettati jew akkużati bħala li huma ħatja ma għandux jimpedixxi lill-awtoritajiet pubbliċi milli jxerrdu informazzjoni pubblikament dwar il-proċedimenti kriminali fejn dan ikun strettament meħtieġ għal raġunijiet relatati mal-investigazzjoni kriminali jew mal-interess pubbliku.

Artikolu 5

Preżentazzjoni ta' persuni suspettati u akkużati

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li persuni suspettati u akkużati ma jiġux ippreżentati bħala ħatja, fil-qorti jew fil-pubbliku, permezz tal-użu ta' miżuri ta' trażżin fiżiku.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux jimpedixxi lill-Istati Membri milli japplikaw miżuri ta' trażżin fiżiku li huma meħtieġa għal raġunijiet ta' każijiet speċifiċi, relatati mas-sigurtà jew biex persuni suspettati jew akkużati jkunu impediti milli jaħarbu jew ikollhom kuntatt ma' terzi persuni.

Artikolu 6

Oneru tal-prova

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-oneru tal-prova għad-determinazzjoni tal-ħtija tal-persuni suspettati jew akkużati jaqa' fuq il-prosekuzzjoni. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu fuq l-imħallef jew il-qorti kompetenti li jfittxu evidenza kemm inkriminanti kif ukoll li tiskaġuna, u għad-dritt tad-difiża li tippreżenta evidenza skont il-liġi nazzjonali applikabbli.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe dubju dwar il-ħtija jkun għall-benefiċċju tal-persuna suspettata jew akkużata, inkluż fejn il-qorti tivvaluta jekk il-persuna kkonċernata għandhiex tiġi assolta.

Artikolu 7

Id-dritt li wieħed jibqa' sieket u d-dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni suspettati u akkużati jkollhom id-dritt li jibqgħu siekta fir-rigward tar-reat kriminali li huma suspettati jew akkużati li wettqu.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni suspettati u akkużati jkollhom id-dritt li ma jinkriminawx ruħhom.

3.   L-eżerċizzju tad-dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu ma għandux jimpedixxi lill-awtoritajiet kompetenti mill-ġbir ta' evidenza li tista' tinkiseb legalment bl-użu leġittimu ta' setgħat ta' koazzjoni u li għandha eżistenza indipendenti mir-rieda tal-persuni suspettati jew akkużati.

4.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet ġudizzjarji tagħhom biex iqisu, meta jagħtu s-sentenza, l-imġiba ta' kooperazzjoni tal-persuni suspettati u akkużati.

5.   L-eżerċizzju minn persuni suspettati u akkużati tad-dritt li wieħed jibqa' sieket jew tad-dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu ma għandux jintuża kontrihom u ma għandux jitqies bħala evidenza li huma wettqu r-reat kriminali kkonċernat.

6.   Dan l-Artikolu ma għandux jipprekludi lill-Istati Membri milli jiddeċiedu li, fir-rigward ta' reati żgħar, it-tmexxija tal-proċedimenti, jew ċerti stadji tagħhom, jistgħu jsiru bil-miktub jew mingħajr l-interrogazzjoni tal-persuna suspettata jew akkużata mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tar-reat ikkonċernat, sakemm dan jikkonforma mad-dritt għal proċess ġust.

KAPITOLU 3

ID-DRITT LI PERSUNA TKUN PREŻENTI WAQT IL-PROĊESS

Artikolu 8

Id-dritt li persuna tkun preżenti waqt il-proċess

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni suspettati jew akkużati jkollhom id-dritt li jkunu preżenti fil-proċess tagħhom.

2.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li proċess li jista' jirriżulta f'deċiżjoni dwar il-ħtija jew l-innoċenza ta' persuna suspettata jew akkużata jista' jsir fl-assenza tiegħu jew tagħha, sakemm:

(a)

il-persuna suspettata jew akkużata tkun ġiet infurmata fi żmien debitu dwar il-proċess u dwar il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' dehra; jew

(b)

il-persuna suspettata jew akkużata, li tkun ġiet infurmata bil-proċess, hija rrappreżentata minn avukat, li ġie magħżul mill-persuna suspettata jew akkużata jew maħtur mill-Istat.

3.   Deċiżjoni li tingħata skont il-paragrafu 2 tista' tiġi esegwita kontra l-persuna kkonċernata.

4.   Fejn l-Istati Membri jipprevedu l-possibbiltà ta' proċessi fl-assenza ta' persuni suspettati jew akkużati iżda ma tkunx possibbli l-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu minħabba li persuna suspettata jew akkużata ma tistax tinstab minkejja li jkunu saru sforzi raġonevoli, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li xorta waħda tista' tingħata deċiżjoni u tiġi esegwita. F'dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta persuni suspettati jew akkużati jiġu infurmati bid-deċiżjoni, b'mod partikolari meta dawn jinqabdu, huma jiġu wkoll infurmati dwar il-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni u dwar id-dritt għal proċess mill-ġdid jew dwar rimedji legali oħra, f'konformità mal-Artikolu 9.

5.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali li jipprevedu li l-imħallef jew il-qorti kompetenti jistgħu jeskludu lil persuna suspettata jew akkużata temporanjament mill-proċess fejn ikun meħtieġ sabiex jiġi żgurat li l-proċedimenti kriminali jitmexxew korrettament, sakemm dan jikkonforma mad-drittijiet tad-difiża.

6.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali li jipprovdu biex il-proċedimenti jew ċerti stadji tagħhom isiru bil-miktub, sakemm dan jikkonforma mad-dritt ta' proċess ġust.

Artikolu 9

Id-dritt għal proċess mill-ġdid

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn persuni suspettati jew akkużati ma kinux preżenti fil-proċess tagħhom u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(2) ma ġewx sodisfatti, huma jkollhom id-dritt għal proċess mill-ġdid, jew għal rimedju legali ieħor, li jippermetti eżami mill-ġdid tal-merti tal-kawża, inkluż l-eżami ta' evidenza ġdida, u li jista' jwassal għall-annullament tad-deċiżjoni oriġinali. F'dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-persuni suspettati u akkużati jkollhom id-dritt li jkunu preżenti, jipparteċipaw b'mod effikaċi, f'konformità mal-proċeduri taħt id-dritt nazzjonali, u li jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża.

KAPITOLU 4

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 10

Rimedji

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni suspettati u akkużati jkollhom rimedju effettiv jekk id-drittijiet tagħhom taħt din id-Direttiva ma jiġux rispettati.

2.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli u s-sistemi nazzjonali dwar l-ammissibbiltà tal-evidenza, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-valutazzjoni ta' dikjarazzjonijiet magħmula minn persuni suspettati jew akkużati jew ta' evidenza miksuba bi ksur tad-dritt li wieħed jibqa' sieket jew tad-dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu, id-drittijiet tad-difiża u l-ekwità tal-proċedimenti jiġu rispettati.

Artikolu 11

Ġbir tad-data

L-Istati Membri għandhom, sal-1 ta' April 2020 u kull tliet snin wara dan, jibagħtu lill-Kummissjoni data disponibbli li turi kif id-drittijiet stabbiliti f'din id-Direttiva ġew implimentati.

Artikolu 12

Rapport

Il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta' April 2021, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

Artikolu 13

Nonregressjoni

Xejn f'din id-Direttiva ma għandu jinftiehem li jillimita jew jidderoga minn xi drittijiet u salvagwardji proċedurali li huma żgurati taħt il-Karta, il-KEDB, jew dispożizzjonijiet rilevanti oħra tal-liġi internazzjonali jew tal-liġi ta' kwalunkwe Stat Membru li tipprovdi livell ogħla ta' protezzjoni.

Artikolu 14

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-1 ta' April 2018. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni dwarhom.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 16

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu, id-9 ta' Marzu 2016.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

J.A. HENNIS-PLASSCHAERT


(1)  ĠU C 226, 16.7.2014, p. 63.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Jannar 2016 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016.

(3)  ĠU C 295, 4.12.2009, p. 1.

(4)  ĠU C 115, 4.5.2010, p. 1.

(5)  Id-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 1).

(6)  Id-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (ĠU L 142, 1.6.2012, p. 1).

(7)  Id-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar id-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma' partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (ĠU L 294, 6.11.2013, p. 1).

(8)  ĠU C 378, 24.12.2013, p. 8.


DEĊIŻJONIJIET

11.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/12


DEĊIŻJONI (UE) 2016/344 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-9 ta' Marzu 2016

dwar l-istabbiliment ta' Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fl-indirizzar ta' xogħol mhux iddikjarat

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 153(2)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-18 ta' April 2012 intitolata “Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta' impjiegi”, il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa ta' titjib fil-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u ħabbret it-tnedija ta' konsultazzjonijiet dwar l-istabbiliment ta'pjattaforma fil-livell tal-Unjoni bejn l-ispettorati tax-xogħol u awtoritajiet oħrajn tal-infurzar għall-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat, maħsuba biex tittejjeb il-kooperazzjoni, il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u biex jiġu identifikati prinċipji komuni għall-ispezzjonijiet.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 148 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), bid-Deċiżjoni (UE) 2015/1848 (4), il-Kunsill adotta linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri. Dawk il-linji gwida jagħtu orjentazzjonijiet lill-Istati Membri dwar kif jiddefinixxu l-programmi nazzjonali ta' riforma tagħhom u dwar l-implimentazzjoni tar-riformi. Il-linji gwida dwar l-impjiegi jiffurmaw il-bażi għal rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi li l-Kunsill jindirizza lill-Istati Membri taħt dak l-Artikolu. Fis-snin reċenti, dawk ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi kienu jinkludu rakkomandazzjonijiet dwar il-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat.

(3)

L-Artikolu 151 tat-TFUE jistabbilixxi bħala l-għanijiet fil-qasam tal-politika soċjali l-promozzjoni tal-impjiegi u t-titjib fil-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol. Bil-ħsieb li dawk l-għanijiet jinkisbu, l-Unjoni tista' tappoġġa u tikkumplimenta l-attivitajiet tal-Istati Membri fl-oqsma tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-integrazzjoni ta' persuni esklużi mis-suq tax-xogħol u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali. F'konformità mal-Artikolu 153(2)(a) tat-TFUE, l-Unjoni tista' tadotta miżuri biex tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri.

(4)

Il-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Jannar 2014 dwar Spezzjonijiet effikaċi tax-xogħol bħala strateġija biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa laqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tinħoloq pjattaforma Ewropea u sejjaħ għal kooperazzjoni mtejba fil-livell tal-Unjoni biex jiġi indirizzat ix-xogħol mhux iddikjarat, li, skont ir-riżoluzzjoni, qed ikun ta' dannu għall-ekonomija tal-Unjoni, qed iwassal għal kompetizzjoni inġusta, qed jipperikola s-sostenibbiltà finanzjarja tal-mudelli soċjali tal-Unjoni u qed jirriżulta f'nuqqas dejjem jikber ta' protezzjoni soċjali u okkupazzjonali għall-ħaddiema.

(5)

Ix-xogħol mhux iddikjarat ġie ddefinit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Ottubru 2007 intitolata “L-intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat” bħala “kwalunkwe attività mħallsa li hija legali fin-natura tagħha imma mhux iddikjarata lill-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li jitqiesu d-differenzi fis-sistema regolatorja tal-Istati Membri”. Dik id-definizzjoni eskludiet l-attivitajiet illegali kollha.

(6)

Ix-xogħol mhux iddikjarat spiss ikollu dimensjoni transkonfinali. In-natura tax-xogħol mhux iddikjarat tista' tvarja minn pajjiż għall-ieħor, skont il-kuntest ekonomiku, amministrattiv u soċjali. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward tax-xogħol mhux iddikjarat u d-definizzjonijiet użati fil-livell nazzjonali huma differenti. Għalhekk, jeħtieġ li l-miżuri maħsubin biex jindirizzaw ix-xogħol mhux iddikjarat jitfasslu biex jitqiesu dawk id-differenzi.

(7)

Stimi jindikaw li x-xogħol mhux iddikjarat jikkostitwixxi parti sinifikanti tal-ekonomija tal-Unjoni. Peress li x-xogħol mhux iddikjarat huwa definit b'mod differenti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali fl-Istati Membri, huwa diffiċli li wieħed jikseb data preċiża dwar kemm huwa mifrux.

(8)

L-abbuż tal-istatus ta' persuni li jaħdmu għal rashom, kif definit fil-liġijiet nazzjonali, jew f'livell nazzjonali jew f'sitwazzjonijiet transkonfinali, huwa forma ta' xogħol iddikjarat b'mod falz li ta' spiss ikun assoċjat ma' xogħol mhux iddikjarat. Impjieg indipendenti fittizju jseħħ meta persuna tiġi ddikjarata bħala impjegata għal rasha filwaqt li tissodisfa l-kundizzjonijiet karatteristiċi ta' relazzjoni ta' impjieg, sabiex jiġu evitati ċerti obbligi legali jew fiskali. Il-Pjattaforma stabbilita minn din id-Deċiżjoni (“il-Pjattaforma”) għandha tindirizza x-xogħol mhux iddikjarat fil-forom varji tiegħu u x-xogħol iddikjarat b'mod falz li huwa assoċjat ma xogħol mhux iddikkjarat, inkluż l-impjieg indipendenti fittizju.

(9)

Ix-xogħol mhux iddikjarat għandu implikazzjonijiet serji għall-ħaddiema kkonċernati, li jsibu ruħhom f'sitwazzjoni fejn ikollhom jaċċettaw kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji u xi kultant perikolużi, pagi ħafna iktar baxxi, ksur gravi tad-drittijiet tax-xogħol u protezzjoni mnaqqsa b'mod sinifikanti taħt il-liġi tax-xogħol u tal-protezzjoni soċjali, u għalhekk jispiċċaw imċaħħda minn benefiċċji soċjali adegwati, drittijiet tal-pensjoni u aċċess għall-kura tas-saħħa, kif ukoll minn opportunitajiet ta' żvilupp tal-ħiliet u tagħlim tul il-ħajja.

(10)

Filwaqt li l-effetti negattivi tax-xogħol mhux iddikjarat fuq is-soċjetà u l-ekonomija jieħdu diversi forom, il-Pjattaforma timmira biex ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol u biex tippromwovi l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-inklużjoni soċjali. Ix-xogħol mhux iddikjarat għandu implikazzjonijiet baġitarji serji minħabba tnaqqis tad-dħul mit-taxxa u minn ħlasijiet tas-sigurtà soċjali, u b'hekk jimmina s-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali. Għandu impatti negattivi fuq l-impjiegi u l-produttività, u joħloq distorsjoni fil-kundizzjonijiet ugwali ta' kompetizzjoni.

(11)

Ix-xogħol mhux iddikjarat għandu effetti differenti fuq gruppi soċjali differenti, inter alia n-nisa, il-migranti u l-ħaddiema domestiċi, b'ċerti ħaddiema mhux iddikjarati li jinsabu f'qagħda partikolarment vulnerabbli.

(12)

Madwar l-Istati Membri hemm firxa wiesgħa ta' approċċi u miżuri politiċi li ġew introdotti biex jindirizzaw ix-xogħol mhux iddikjarat. Stati Membri kkonkludew ukoll ftehimiet bilaterali u wettqu proġetti multilaterali dwar ċerti aspetti tax-xogħol mhux iddikjarat. L-indirizzar tal-problema kumplessa tax-xogħol mhux iddikjarat għad irid jiġi żviluppat u jirrikjedi approċċ olistiku. Il-Pjattaforma ma għandhiex timpedixxi l-applikazzjoni ta' ftehimiet bilaterali jew multilaterali jew arranġamenti li jikkonċernaw il-kooperazzjoni amministrattiva.

(13)

Il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-Pjattaforma hija mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi u/jew l-obbligi tal-Istati Membri li jindirizzaw ix-xogħol mhux iddikjarat, inklużi r-responsabbiltajiet nazzjonali jew internazzjonali tagħhom taħt, inter alia, konvenzjonijiet rilevanti u applikabbli tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), bħall-Konvenzjoni Nru 81 dwar l-Ispezzjoni tax-Xogħol fl-Industrija u l-Kummerċ.

(14)

Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-livell tal-Unjoni għadha 'l bogħod milli tkun komprensiva, kemm f'termini tal-Istati Membri involuti kif ukoll tal-kwistjonijiet koperti. M'hemm l-ebda mekkaniżmu formali fis-seħħ għal kooperazzjoni transkonfinali bejn l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri biex jindirizzaw b'mod komprensiv kwistjonijiet relatati max-xogħol mhux iddikjarat.

(15)

L-inkoraġġiment tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-livell tal-Unjoni huwa meħtieġ biex jgħin lill-Istati Membri jindirizzaw ix-xogħol mhux iddikjarat b'mod aktar effiċjenti u effettiv. F'dak il-kuntest, il-Pjattaforma għandha timmira li tiffaċilita u tappoġġa l-iskambju tal-aħjar prattiki u informazzjoni u biex tipprovdi qafas fil-livell tal-Unjoni għall-fini li jiġu żviluppati fehim komuni, kompetenza esperta u analiżi dwar ix-xogħol mhux iddikjarat. Definizzjonijiet kondiviżi u kunċetti komuni ta' xogħol mhux iddikjarat għandhom jirriflettu l-iżviluppi fis-suq tax-xogħol. Il-Pjattaforma għandha tinkoraġġixxi wkoll il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet differenti tal-infurzar tal-Istati Membri li jipparteċipaw f'tali azzjonijiet transkonfinali fuq bażi volontarja.

(16)

Din id-Deċiżjoni għandha l-għan li tħeġġeġ il-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni bejn l-Istati Membri. Is-sitwazzjoni fir-rigward tax-xogħol mhux iddikjarat hija differenti ħafna minn Stat Membru għall-ieħor u l-bżonnijiet tal-awtoritajiet rilevanti u ta' atturi oħra fl-Istati Membri differenti fir-rigward ta' oqsma ta' kooperazzjoni huma għalhekk ukoll differenti. L-Istati Membri jibqgħu kompetenti li jiddeċiedu dwar il-livell ta' involviment tagħhom fl-attivitajiet approvati mill-Pjattaforma fil-livell tal-plenarja.

(17)

Għandha titħeġġeġ fil-livell tal-Unjoni l-kooperazzjoni mill-qrib u effettiva bejn l-Istati Membri biex jappoġġaw u jikkumplimentaw l-attivitajiet tagħhom fil-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat. L-azzjoni fuq livell nazzjonali tiddependi fuq il-kuntest partikolari fl-Istati Membri individwali u l-attivitajiet fi ħdan il-Pjattaforma ma jistgħux jissostitwixxu xi valutazzjoni fil-livell nazzjonali tal-azzjonijiet xierqa li għandhom jittieħdu.

(18)

L-Istati Membri u l-awtoritajiet rilevanti tagħhom jibqgħu kompetenti rigward l-identifikazzjoni, l-analiżi u s-soluzzjoni ta' problemi prattiċi relatati mal-infurzar tal-liġi rilevanti tal-Unjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-protezzjoni soċjali fuq il-post tax-xogħol u biex jiddeċiedu dwar liema miżuri għandhom jieħdu fuq livell nazzjonali biex jagħtu effett lill-eżiti tal-attivitajiet tal-Pjattaforma.

(19)

Il-Pjattaforma għandha tagħmel użu mis-sorsi rilevanti kollha ta' informazzjoni, b'mod partikolari studji, ftehimiet bilaterali konklużi bejn l-Istati Membri u proġetti ta' kooperazzjoni multilaterali, u toħloq sinerġiji bejn strumenti u strutturi eżistenti fil-livell tal-Unjoni biex jiġi massimizzat l-effett deterrent jew preventiv ta' dawk il-miżuri. L-azzjonijiet tal-Pjattaforma jistgħu jieħdu l-forma ta' qafas għal taħriġ konġunt, evalwazzjoni bejn il-pari, it-twaqqif ta' għodod bħal bank ta' għarfien interattiv, filwaqt li jitqiesu studji dwar il-fattibbiltà eżistenti, inter alia x-xogħol li sar mill-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), u, filwaqt li tiġi rikonoxxuta l-importanza tal-protezzjoni tad-data, ta' soluzzjonijiet għall-kondiviżjoni tad-data. Kampanji Ewropej jew strateġiji komuni jistgħu jżidu s-sensibilizzazzjoni dwar ix-xogħol mhux iddikjarat, filwaqt li jibnu fuq il-politiki u l-istrateġiji biex tinħoloq sensibilizzazzjoni dwar ix-xogħol mhux iddikjarat li diġà jeżisti f'livelli differenti fl-Istati Membri. Il-Pjattaforma għandha tinvolvi wkoll atturi mhux governattivi bħala sorsi importanti ta' informazzjoni.

(20)

Il-Pjattaforma għandha tikkontribwixxi għat-tisħiħ ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, anke billi tiffaċilita approċċi innovattivi lejn il-kooperazzjoni u l-infurzar transkonfinali kif ukoll l-evalwazzjoni tal-esperjenzi tal-Istati Membri ta' tali kooperazzjoni. L-iskambji f'waqthom ta' informazzjoni huma essenzjali għat-trażżin tax-xogħol mhux iddikjarat.

(21)

Fejn membru tal-Pjattaforma jqis bħala ta' benefiċċju li l-iskambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattika fi ħdan il-Pjattaforma jqanqal diskussjoni dwar każijiet speċifiċi, dawk il-każijiet għandhom jiġu anonimizzati kif xieraq. Il-Pjattaforma tista' tkun effettiva biss f'ambjent fejn persuni li jqajmu każijiet ta' xogħol mhux iddikjarat ikunu protetti minn trattament sfavorevoli. Il-Pjattaforma għandha għalhekk tkun forum għall-iskambju tal-aħjar prattiki f'dak ir-rigward.

(22)

L-iskambju tal-informazzjoni u tal-aħjar prattiki għandha tippermetti lill-Pjattaforma li tipprovdi kontribut utli għal azzjoni possibbli fil-livell tal-Unjoni fl-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat, inkluż mill-Kummissjoni. Fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, l-attivitajiet tal-Pjattaforma jistgħu jipprovdu kontribut utli meta jitqiesu l-miżuri relatati max-xogħol mhux iddikjarat.

(23)

L-awtoritajiet nazzjonali differenti ta' infurzar huma nvoluti fir-rigward ta' xogħol mhux iddikjarat, bħal spettorati tax-xogħol, awtoritajiet oħrajn li jittrattaw kwistjonijiet ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, spettorati tas-sigurtà soċjali u awtoritajiet tat-taxxa. F'xi każijiet, l-awtoritajiet tal-migrazzjoni u s-servizzi tal-impjiegi kif ukoll l-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet responsabbli mill-implimentazzjoni tal-politika komuni tat-trasport, il-pulizija, l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku u l-imsieħba soċjali jistgħu jiġu involuti wkoll.

(24)

Sabiex ix-xogħol mhux iddikjarat jiġi indirizzat b'mod komprensiv u b'suċċess, fl-Istati Membri għandha tiġi implimentata taħlita ta' politiki. Din għandha tiġi ffaċilitata permezz ta' inkoraġġiment għall-kooperazzjoni strutturata bejn l-awtoritajiet rilevanti u atturi oħra. Il-Pjattaforma għandha tinkludi l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti kollha, b'mod partikolari l-awtoritajiet tal-infurzar, li jmexxu u/jew li huma attivi fl-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat. L-Istati Membri jibqgħu kompetenti li jiddeċiedu liema awtoritajiet jirrappreżentawhom fl-attivitajiet differenti tal-Pjattaforma. Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri għandha tikkonforma mal-liġi applikabbli kemm dik tal-Unjoni kif ukoll dik nazzjonali.

(25)

Sabiex tilħaq l-għanijiet tagħha, il-Pjattaforma għandha tkun appoġġata minn rappreżentant għoli minn kull Stat Membru, li għandu jikkoordina u jikkomunika mal-awtoritajiet tal-Istati Membri u, fejn applikabbli, ma' atturi oħrajn, inklużi l-imsieħba soċjali, li jittrattaw l-aspetti multidimensjonali tax-xogħol mhux iddikjarat.

(26)

Jeħtieġ li l-Pjattaforma tinvolvi l-imsieħba soċjali fil-livell tal-Unjoni, kemm transindustrijali kif ukoll f'dawk is-setturi li huma affettwati bl-aktar mod serju mix-xogħol mhux iddikjarat jew li għandhom rwol partikolari biex jiġi indirizzat ix-xogħol mhux iddikjarat, u tikkoopera ma' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, bħall-ILO, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku u aġenziji tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Eurofound u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA). L-involviment tal-Eurofound u l-EU-OSHA fix-xogħol tal-Pjattaforma bħala osservaturi m'għandux jestendi l-mandati li għandhom bħalissa.

(27)

Il-Pjattaforma għandha tadotta r-regoli tal-proċedura, programmi ta' ħidma u rapporti regolari tagħha.

(28)

Jeħtieġ li l-Pjattaforma tkun tista' tistabbilixxi gruppi ta' ħidma biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi u tkun tista' sserraħ fuq il-kompetenza esperta ta' professjonisti b'kompetenza speċifika.

(29)

Il-Pjattaforma għandha tikkoopera mal-gruppi ta' esperti u l-kumitati rilevanti fil-livell tal-Unjoni li xogħolhom jirrelata max-xogħol mhux iddikjarat.

(30)

Il-Pjattaforma u l-attivitajiet tagħha għandhom jiġu ffinanzjati mill-assi PROGRESS tal-Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) fil-limiti tal-approprjazzjonijiet stabbiliti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Pjattaforma tuża r-riżorsi finanzjarji ddedikati għall-Pjattaforma b'mod trasparenti u effiċjenti.

(31)

Minħabba l-importanza ta' trasparenza u aċċess għad-dokumenti riflessi fil-prinċipji previsti fl-Artikolu 15 tat-TFUE, il-Pjattaforma għandha twettaq il-ħidma tagħha b'mod trasparenti u f'konformità ma' dawk il-prinċipji.

(32)

Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi amministrattivi neċessarji biex tistabbilixxi l-Pjattaforma.

(33)

Il-Pjattaforma għandha bis-sħiħ tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(34)

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) kif ukoll il-miżuri nazzjonali ta' implimentazzjoni rilevanti japplikaw għall-ipproċessar tad-data personali mwettaq fi ħdan il-qafas ta' din id-Deċiżjoni.

(35)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Twaqqif tal-Pjattaforma

B'dan hija stabbilita Pjattaforma fil-livell tal-Unjoni, biex issaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat (“il-Pjattaforma”).

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, “l-indirizzar”, b'relazzjoni max-xogħol mhux iddikjarat, tfisser il-prevenzjoni, l-iskoraġġiment u l-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat kif ukoll li jippromwovi d-dikjarazzjoni tax-xogħol li mhuwiex iddikjarat.

Artikolu 2

Kompożizzjoni tal-Pjattaforma

1.   Il-Pjattaforma għandha tkun magħmula minn:

(a)

rappreżentant għoli maħtur minn kull Stat Membru biex jirrappreżenta dak l-Istat Membru;

(b)

rappreżentant tal-Kummissjoni;

(c)

massimu ta' erba' rappreżentanti tal-imsieħba soċjali transindustrijali fil-livell tal-Unjoni, maħtura minn dawk l-imsieħba soċjali, li jirrappreżentaw b'mod ugwali ż-żewġ naħat tal-industrija.

2.   Dawn li ġejjin jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Pjattaforma bħala osservaturi u l-kontribuzzjonijiet tagħhom għandhom jiġu debitament ikkunsidrati skont ir-regoli ta' proċedura tagħha:

(a)

massimu ta' 14-il rappreżentant tal-imsieħba soċjalifis-setturi b'inċidenza għolja ta' xogħol mhux iddikjarat, maħtura minn dawk l-imsieħba soċjali, li jirrappreżentaw b'mod ugwali ż-żewġ naħat tal-industrija;

(b)

rappreżentant tal-Eurofound;

(c)

rappreżentant tal-EU-OSHA;

(d)

rappreżentant tal-ILO;

(e)

rappreżentant minn kull pajjiż terz taż-Żona Ekonomika Ewropea.

Osservaturi oħrajn barra dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jkunu mistiedna biex jattendu l-laqgħat tal-Pjattaforma u l-kontribuzzjonijiet tagħhom għandhom jiġu debitament ikkunsidrati skont ir-regoli ta' proċedura tagħha, skont is-suġġett li għandu jiġi diskuss,

Artikolu 3

Miżuri nazzjonali

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri li jiddeċiedu dwar il-miżuri li għandhom jieħdu fuq livell nazzjonali biex jindirizzaw ix-xogħol mhux iddikjarat.

Artikolu 4

Objettivi

L-iskop determinanti tal-Pjattaforma għandu jkun li jipprovdi kontribut b'valur miżjud fil-livell tal-Unjoni sabiex jikkontribwixxi biex tkun indirizzata l-problema kumplessa tax-xogħol mhux iddikjarat, filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ il-kompetenzi u l-proċeduri nazzjonali.

Il-Pjattaforma għandha tikkontribwixxi għal azzjonijiet tal-Unjoni u nazzjonali aktar effettivi mmirati biex itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, jippromwovu l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-inklużjoni soċjali, inkluż infurzar aħjar tal-liġi f'dawk l-oqsma, u għat-tnaqqis ta' xogħol mhux iddikjarat u l-ħolqien ta' impjiegi formali, biex b'hekk jiġi evitat id-deterjorament tal-kwalità tax-xogħol u tas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali, billi:

(a)

issaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti u atturi oħra involuti tal-Istati Membri sabiex tindirizza b'mod aktar effiċjenti u effettiv ix-xogħol mhux iddikjarat fil-forom varji tiegħu u x-xogħol iddikjarat b'mod falz assoċjat miegħu, inkluż l-impjieg indipendenti fittizju;

(b)

ittejjeb il-kapaċità tal-awtoritajiet differenti rilevanti u atturi tal-Istati Membri biex jindirizzaw ix-xogħol mhux iddikjarat fir-rigward tal-aspetti transkonfinali tiegħu u b'dan il-mod jikkontribwixxu għal kundizzjonijiet ugwali ta' kompetizzjoni;

(c)

iżżid is-sensibilizzazzjoni pubblika dwar kwistjonijiet relatati max-xogħol mhux iddikjarat u l-ħtieġa urġenti ta' azzjoni xierqa kif ukoll tħeġġeġ lill-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jindirizzaw ix-xogħol mhux iddikjarat,

KAPITOLU II

MISSJONI U ATTIVITAJIET

Artikolu 5

Missjoni

Biex jintlaħqu l-għanijiet elenkati fl-Artikolu 4, il-Pjattaforma għandha tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-livell tal-Unjoni permezz ta':

(a)

l-iskambju tal-aħjar prattiki u informazzjoni;

(b)

l-iżvilupp ta' kompetenza u analiżi;

(c)

l-inkoraġġiment u l-faċilitazzjoni ta' approċċi innovattivi lejn il-kooperazzjoni transkonfinali effettiva u effiċjenti u l-evalwazzjoni tal-esperjenzi;

(d)

il-kontribuzzjoni għal fehim orizzontali ta' kwistjonijiet relatati max-xogħol mhux iddikjarat.

Artikolu 6

Attivitajiet

1.   Fl-eżekuzzjoni tal-missjoni tagħha, il-Pjattaforma għandha, b'mod partikulari, twettaq l-attivitajiet li ġejjin:

(a)

ittejjeb l-għarfien dwar ix-xogħol mhux iddikjarat, anke fir-rigward tal-kawżi u d-differenzi reġjonali, permezz ta' definizzjonijiet kondiviżi u kunċetti komuni, għodod ta' kejl ibbażati fuq l-evidenza u l-promozzjoni ta' analiżi komparattiva u strumenti metodoloġiċi rilevanti għall-ġbir tad-data, filwaqt li tibni fuq il-ħidma ta' atturi oħrajn, inkluż il-Kumitat tal-Impjiegi (EMCO) u l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali (KPS);

(b)

ittejjeb l-għarfien u l-fehim reċiproku ta' sistemi u prattiki differenti biex jiġi indirizzat ix-xogħol mhux iddikjarat, inklużi l-aspetti transkonfinali tiegħu;

(c)

tiżviluppa analiżi tal-effikaċja ta' miżuri differenti ta' politika fl-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat, inklużi miżuri preventivi u penalitajiet;

(d)

tistabbilixxi għodod għall-kondiviżjoni effiċjenti ta' informazzjoni u esperjenzi, pereżempju bank ta' għarfien ta' prattiki u miżuri meħuda differenti, inklużi ftehimiet bilaterali jew multilaterali applikati fl-Istati Membri biex jindirizzaw ix-xogħol mhux iddikjarat;

(e)

tiżviluppa għodod, bħal linji gwida għall-infurzar, manwali ta' prattiki tajba u prinċipji kondiviżi ta' spezzjonijiet biex jiġi indirizzat ix-xogħol mhux iddikjarat u tevalwa l-esperjenzi ta' tali għodod;

(f)

tiffaċilita u tappoġġa forom ta' kooperazzjoni differenti bejn l-Istati Membri billi żżid il-kapaċità tagħhom li jindirizzaw aspetti transkonfinali tax-xogħol mhux iddikjarat bil-promozzjoni u l-faċilitazzjoni ta' approċċi innovattivi, bħall-iskambju ta' persunal, l-użu tal-bażijiet tad-data skont il-liġijiet nazzjonali applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data, u attivitajiet konġunti, u tevalwa l-esperjenzi ta' din il-kooperazzjoni mwettqa mill-Istati Membri parteċipanti;

(g)

teżamina l-fattibbiltà ta' sistema ta' skambju rapidu ta' informazzjoni u ttejjeb il-kondiviżjoni tad-data f'konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, inkluża l-esplorazzjoni ta' possibbiltajiet tal-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), u l-Iskambju Elettroniku tat-Tagħrif tas-Sigurtà Soċjali (EESSI);

(h)

tiskambja l-esperjenzi tal-awtoritajiet nazzjonali fl-applikazzjoni tal-liġ tal-Unjoni li hija rilevanti għall-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat;

(i)

tiżviluppa u, fejn ikun xieraq, ittejjeb il-kapaċità ta' taħriġ għall-awtoritajiet rilevanti u tiżviluppa qafas għat-twettiq ta' taħriġ konġunt;

(j)

torganizza evalwazzjonijiet bejn il-pari biex jiġi segwit il-progress fl-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat fl-Istati Membri li jagħżlu li jipparteċipaw f'evalwazzjonijiet bħal dawn;

(k)

tiskambja l-esperjenzi u tiżviluppa l-aħjar prattiki fir-rigward tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri u, fejn ikun rilevanti, pajjiżi terzi, sabiex tiżdied l-effiċjenza ta' din il-kooperazzjoni biex jiġu indirizzati l-problemi relatati ma' xogħol mhux iddikjarat fejn ikunu involuti dawk il-pajjiżi;

(l)

iżżid is-sensibilizzazzjoni dwar il-problema tax-xogħol mhux iddikjarat billi twettaq attivitajiet komuni bħal kampanji Ewropej u tikkoordina strateġiji reġjonali jew madwar l-Unjoni, inklużi approċċi settorjali;

(m)

tiskambja esperjenzi fir-rigward ta' konsulenza u informazzjoni pprovduta lil ħaddiema affettwati minn prattiki ta' xogħol mhux iddikjarat.

2.   Fit-twettiq tal-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Pjattaforma għandha tagħmel użu mis-sorsi rilevanti kollha ta' informazzjoni, inklużi studji u proġetti ta' kooperazzjoni multilaterali u tqis l-istrumenti u l-istrutturi rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll l-esperjenza ta' ftehimiet bilaterali rilevanti.

KAPITOLU III

FUNZJONAMENT TAL-PJATTAFORMA

Artikolu 7

Rappreżentanti għolja

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant għoli bħala membru tal-Pjattaforma li jivvota.

Kull Stat Membru għandu jiżgura li r-rappreżentant għoli tiegħu jkollu mandat xieraq biex iwettaq l-attivitajiet tal-Pjattaforma. Kull Stat Membru għandu wkoll jaħtar sostitut, li għandu jissostitwixxi r-rappreżentant għoli tiegħu kull meta jkun meħtieġ, bid-dritt tal-vot f'każijiet bħal dawn.

2.   Fil-ħatra tar-rappreżentant għoli tiegħu u ta' sostitut, jeħtieġ li kull Stat Membru jqis l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti kollha, b'mod partikolari l-awtoritajiet tal-infurzar u atturi oħra involuti skont il-liġi u/jew il-prattika nazzjonali. Huma jistgħu wkoll, skont il-liġi u/jew il-prattika nazzjonali, jinvolvu lill-imsieħba soċjali jew atturi rilevanti oħra.

3.   Kull rappreżentant għoli maħtur skont dan l-Artikolu għandu jipparteċipa fil-laqgħat plenarji tal-Pjattaforma u, fejn ikun xieraq, f'attivitajiet u gruppi ta' ħidma oħra tal-Pjattaforma.

Kull rappreżentant għoli għandu jipprovdi lill-Kummissjoni l-lista u d-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet rilevanti u, fejn applikabbli, tal-imsieħba soċjali u atturi rilevanti oħra, li huma involuti fl-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat.

Kull rappreżentant għoli għandu jikkollabora mal-awtoritajiet kollha rilevanti u, fejn applikabbli, mal-imsieħba soċjali u atturi oħra rilevanti, dwar l-attivitajiet tal-Pjattaforma u għandu jikkoordina l-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat tal-Pjattaforma u/jew il-kontribuzzjoni tagħhom għall-attivitajiet tal-Pjattaforma jew tal-gruppi ta' ħidma tagħha.

Artikolu 8

Operat

1.   Il-Pjattaforma għandha tkun ippreseduta mir-rappreżentant tal-Kummissjoni. Il-President għandu jkun megħjun minn żewġ Kopresidenti magħżula minn fost ir-rappreżentanti għolja.

Il-President u l-Kopresidenti għandhom jikkostitwixxu l-Bureau.

Il-Bureau għandu jħejji u jorganizza l-ħidma tal-Pjattaforma b'mod konġunt ma' Segretarjat, li għandu jiffunzjona bħala s-segretarjat tal-Pjattaforma, inkluż il-Bureau u l-gruppi ta' ħidma. Is-Segretarjat għandu jiġi pprovdut mill-Kummissjoni

2.   Il-Pjattaforma għandha tiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena.

3.   Fl-eżekuzzjoni tal-missjoni tagħha, il-Pjattaforma għandha tadotta deċiżjonijiet dwar:

(a)

ir-regoli ta' proċedura tagħha;

(b)

programmi ta' ħidma ta' sentejn li jistipulaw, inter alia, il-prijoritajiet tagħha u deskrizzjoni konkreta tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 6;

(c)

rapporti tal-Pjattaforma kull sentejn;

(d)

l-istabbiliment ta' gruppi ta' ħidma biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifikati fil-programmi ta' ħidma tagħha inklużi l-arranġamenti prattiċi għal dawk il-gruppi ta' ħidma, li għandhom jiġu xolti ladarba jitwettqu l-mandati tagħhom.

Il-Pjattaforma għandha tadotta d-deċiżjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu b'maġġoranza sempliċi. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni u r-rappreżentanti għolja għandhom ikollhom vot wieħed.

4.   Il-Bureau jista', fejn xieraq, jistieden esperti b'kompetenza speċifika fis-suġġett li jkun qed jiġi diskuss fuq bażi ta' każ b'każ biex jipparteċipaw fid-deliberazzjonijiet tal-Pjattaforma jew ta' grupp ta' ħidma.

5.   Il-Pjattaforma għandha tkun assistita mis-Segretarjat imsemmi fil-paragrafu 1. Is-Segretarjat għandu jħejji l-laqgħat tal-Pjattaforma, l-abbozzi ta' programmi ta' ħidma u l-abbozzi tar-rapporti tal-Pjattaforma u għandu jsegwi l-laqgħat tal-Pjattaforma u l-konklużjonijiet tagħha.

6.   Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet tal-Pjattaforma, inkluż fir-rigward ta' laqgħat konġunti ma' gruppi ta' esperti u kumitati. Hija għandha tippreżenta l-programmi ta' ħidma u rapporti tal-Pjattaforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Artikolu 9

Kooperazzjoni

1.   Il-Pjattaforma għandha tikkoopera b'mod effettiv u għandha tevita d-duplikazzjoni tax-xogħol ma' gruppi ta' esperti u kumitati rilevanti oħra fil-livell tal-Unjoni, li xogħolhom ikollu rabta max-xogħol mhux iddikjarat, b'mod partikolari l-Kumitat tal-Ispetturi Għolja tax-Xogħol, il-Kumitat ta' Esperti dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema, il-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, in-Netwerk tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, l-EMCO, l-SPC u l-Grupp ta' Ħidma dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva fil-qasam tat-Tassazzjoni Diretta. Il-Pjattaforma għandha tistieden lir-rappreżentanti ta' dawk il-gruppi u kumitati sabiex jattendu l-laqgħat tagħha bħala osservaturi fejn ikun xieraq. Fl-interess ta' xogħol iktar effiċjenti u impatt imsaħħaħ, jistgħu jiġu organizzati laqgħat konġunti.

2.   Il-Pjattaforma għandha tistabbilixxi kooperazzjoni xierqa mal-Eurofound u l-EU-OSHA.

Artikolu 10

Rimborż ta' spejjeż

Il-Kummissjoni għandha tirrimborża l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u, fejn xieraq, tas-sussistenza għall-membri, is-sostituti, l-osservaturi u l-esperti mistiedna b'rabta mal-attivitajiet tal-Pjattaforma.

Il-membri, is-sostituti, l-osservaturi u l-esperti mistiedna ma għandhomx jiġu imħallsa għas-servizzi li jagħtu.

Artikolu 11

Appoġġ finanzjarju

Ir-riżorsi globali għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu stabbiliti fil-qafas tal-EaSI. Il-Kummissjoni għandha timmaniġġa r-riżorsi finanzjarji tal-EaSI li jkunu ddedikati għall-Pjattaforma b'mod trasparenti u effiċjenti.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 12

Rieżami

Sat-13 ta' Marzu 2020 il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta lill-Pjattaforma, tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni u l-valur miżjud ta' din id-Deċiżjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, u għandha tipproponi, fejn xieraq, emendi neċessarji. Ir-rapport għandu, b'mod partikolari, jivvaluta sa liema punt il-Pjattaforma kkontribwixxiet għall-kisba tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4, wettqet il-missjoni tagħha kif stabbilit fl-Artikolu 5, wettqet l-attivitajiet stabbiliti fl-Artikolu 6 u indirizzat il-prijoritajiet stabbiliti fil-programmi ta' ħidma tagħha. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti relatati mal-funzjonament tal-Pjattaforma jekk ikun xieraq.

Artikolu 13

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, id-9 ta' Marzu 2016.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

J.A. HENNIS-PLASSCHAERT


(1)  ĠU C 458, 19.12.2014, p. 43.

(2)  ĠU C 415, 20.11.2014, p. 37.

(3)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2016 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta' Frar 2016.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1848 tal-5 ta' Ottubru 2015 dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri għall-2015 (ĠU L 268, 15.10.2015, p. 28).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(6)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1).


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

11.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/21


Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħha fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil

L-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħha fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2016, wara li l-proċedura prevista fl-Artikolu 13(2) tal-Arranġament ġiet kompluta fis-26 ta' Frar 2016.


11.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/22


ARRANĠAMENT

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħha fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ għall-Asil

L-UNJONI EWROPEA, minn issa 'l quddiem imsejħa “l-UE”,

min-naħa l-waħda, u

IL-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA, minn issa 'l quddiem imsejħa “l-Isvizzera”,

min-naħa l-oħra,

Wara li kkunsidraw l-Artikolu 49 (1) tar-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ għall-Asil (1), minn issa 'l quddiem imsejjaħ ir-“Regolament”,

Billi

(1)

Ir-Regolament jistipula li sabiex iwettaq l-għan tiegħu, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ għall-Asil, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “l-Uffiċċju ta' Appoġġ”, għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi li kkonkludew ftehimiet mal-UE li permezz tagħhom adottaw u japplikaw il-liġi tal-UE fil-qasam kopert miir-Regolament, partikolarment l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera, minn issa 'l quddiem imsejħa l-“pajjiżi assoċjati”,

(2)

L-Isvizzera kkonkludiet ftehimiet mal-UE, li bis-saħħa tagħhom adottat u tapplika l-liġi tal-UE fil-qasam kopert mir-Regolament, b'mod partikolari l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun stabbilit l-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-asil iddepożitata fi Stat Membru jew fl-Isvizzera (2),

FTIEHMU DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Grad tal-parteċipazzjoni

L-Isvizzera għandha tipparteċipa b'mod sħiħ fil-ħidma tal-Uffiċċju ta' Appoġġ u tkun intitolata li tirċievi appoġġ mill-Uffiċċju ta' Appoġġ kif deskritt fir-Regolament u skont it-termini stabbiliti b'dan l-Arranġament.

Artikolu 2

Bord tat-Tmexxija

l-Isvizzera għandha tkun rappreżentata fil-Bord tat-Tmexxija tal-Uffiċċju ta' Appoġġ bħala osservatur mingħajr id-dritt li tivvota.

Artikolu 3

Kontribuzzjoni finanzjarja

1.   l-Isvizzera għandha tikkontribwixxi għad-dħul tal-Uffiċċju ta' Appoġġ somma annwali kkalkulata skont il-Prodott Domestiku Gross (PDG) bħala persentaġġ tal-PDG tal-Istati parteċipanti kollha skont il-formula stabbilita fl-Anness I.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir mill-jum wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-Arranġament. L-ewwel kontribuzzjoni finanzjarja għandha titnaqqas b'mod proporzjonat maż-żmien li jifdal fis-sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-Arranġament.

Artikolu 4

Protezzjoni tad-Dejta

1.   l-Isvizzera għandha tapplika r-regoli nazzjonali tagħha dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (3).

2.   Għall-għan ta' dan l-Arranġament, Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta' dak id-dejta (4), għandu japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali mill-Uffiċċju ta' Appoġġ.

3.   L-Isvizzera u l-Liechtenstein għandhom jirrispettaw ir-regoli dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti miżmumin mill-Uffiċċju ta' Appoġġ, kif stabbilit fir-Regoli ta' Proċedura tal-Bord tat-Tmexxija.

Artikolu 5

Status ġuridiku

L-Uffiċċju ta' Appoġġ għandu jkollu personalità legali skont il-liġi tal-Isvizzera u għandu jgawdi fl-Isvizzera l-kapaċità legali l-aktar estensiva mogħtija lil persuni legali skont il-liġi tal-Isvizzera. Jista', b'mod partikolari, jakkwista jew jiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u jista' jkun parti fi proċedimenti legali.

Artikolu 6

Responsabbiltà

Ir-responsabbiltà tal-Uffiċċju ta' Appoġġ għandha tkun regolata mill-Artikolu 45 (1), (3) u (5) tar-Regolament.

Artikolu 7

Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera għandha tirrikonoxxi l-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fuq l-Uffiċċju ta' Appoġġ, kif previst fl-Artikolu 45 (2) u (4) tar-Regolament.

Artikolu 8

Persunal tal-Uffiċċju ta' Appoġġ

1.   Skont l-Artikolu 38 (1) u l-Artikolu 49 (1) tar-Regolament, ir-Regolamenti dwar il-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Ħaddiema Oħra tal-Unjoni Ewropea, ir-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-UE sabiex ikunu applikati dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg u l-miżuri ta' implimentazzjoni adottati mill-Uffiċċju ta' Appoġġ skont l-Artikolu 38 (2) tar-Regolament japplikaw għal ċittadini tal-Isvizzera reklutati bħala membri tal-persunal mill-Uffiċċju ta' Appoġġ.

2.   B'deroga mill-Artikolu 12 (2) (a) u l-Artikolu 82 (3) (a) tal- Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Ħaddiema Oħra tal-Unjoni Ewropea, ċittadini tal-Isvizzera li jgawdu d-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadini jistgħu jiġu ingaġġati permezz ta' kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju ta' Appoġġ skont ir-regoli eżistenti għall-għażla u l-ingaġġ tal-persunal adottati mill-Uffiċċju ta' Appoġġ.

3.   L-Artikolu 38 (4) tar-Regolament għandu japplika mutatis mutandis għaċ-ċittadini tal-Isvizzera.

4.   Ċittadini tal-Isvizzera ma jistgħux, madankollu, jinħatru għal kariga ta' Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju ta' Appoġġ.

Artikolu 9

Privileġġi u immunitajiet

1.   l-Isvizzera għandha tapplika għall-Uffiċċju ta' Appoġġ u għall-impjegati tiegħu l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea li huwa stipulat fl-Anness II ta' dan l-Arranġament, kif ukoll kwalunkwe regoli adottati skont dak il-Protokoll relatati ma' materji tal-persunal tal-Uffiċċju ta' Appoġġ.

2.   Il-proċedura għall-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea hija stabbilita fl-Appendiċi għall-Anness II.

Artikolu 10

Ġlieda kontra l-frodi

Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-Artikolu 44 tar-Regolament relatati mal-kontroll finanzjarju mill-UE fl-Isvizzera li jikkonċernaw il-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Uffiċċju ta' Appoġġ jinsabu fl-Anness III.

Artikolu 11

Kumitat

1.   Kumitat, kompost minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u l-Isvizzera, għandu jimmonitorja l-implimentazzjoni xierqa ta' dan l-Arranġament u jiżgura proċess kontinwu ta' għoti ta' informazzjoni u skambju ta' opinjonijiet f'dan ir-rigward. Għal raġunijiet ta' effiċjenza, dan il-Kumitat għandu jiltaqa' flimkien mal-Kumitati korrispondenti stabbiliti ma' pajjiżi oħra assoċjati parteċipanti abbażi tal-Artikolu 49 (1) tar-Regolament. Għandu jiltaqa' fuq talba kemm tal-Isvizzera kif ukoll tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Bord ta' Tmexxija tal-Uffiċċju ta' Appoġġ għandu jkun infurmat dwar il-ħidma tal-Kumitat.

2.   Informazzjoni dwar leġiżlazzjoni prevista tal-UE, li jew taffettwa direttament jew temenda r-Regolament jew mistennija li jkollha implikazzjoniet relatati mal-kontribuzzjoni finanzjarja stipulata fl-Artikolu 3 ta' dan l-Arranġament, għandha tinqasam u għandu jseħħ skambju ta' fehmiet dwarha fil-Kumitat.

Artikolu 12

Annessi

L-Annessi għal dan l-Arranġament għandhom jikkostitwixxu parti integrali minn dan l-Arranġament.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

1.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom japprovaw dan l-Arranġament skont il-proċeduri interni tagħhom. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija ta' dawk il-proċeduri.

2.   Dan l-Arranġament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara l-jum tal-aħħar notifika msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 14

Terminazzjoni u validità

1.   Dan l-Arranġament għandu jkun għal perjodu mhux limitat.

2.   Kull Parti Kontraenti tista', wara konsultazzjoni fi ħdan il-Kumitat, tiddenunzja dan l-Arranġament billi tinnotifika lill-Parti Kontraenti l-oħra. Dan l-Arranġament għandu jieqaf milli japplika sitt xhur wara d-data ta' dan l-avviż.

3.   Dan l-Arranġament għandu jiġi terminat f'każ ta' terminazzjoni tal-Arranġament bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżaminazzjoni ta' talba għall-ażil iddepożitata fi Stat Membru jew fl-Isvizzera (5).

4.   Dan l-Arranġament għandu jitfassal f'żewġ kopji bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana u Ungeriża, u kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на десети юни две хиляди и четиринадесета година.

Hecho en Bruselas, el diez de junio de dos mil catorce.

V Bruselu dne desátého června dva tisíce čtrnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den tiende juni to tusind og fjorten.

Geschehen zu Brüssel am zehnten Juni zweitausendvierzehn.

Kahe tuhande neljateistkümnenda aasta juunikuu kümnendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα Ιουνίου δύο χιλιάδες δεκατέσσερα.

Done at Brussels on the tenth day of June in the year two thousand and fourteen.

Fait à Bruxelles, le dix juin deux mille quatorze.

Sastavljeno u Bruxellesu desetog lipnja dvije tisuće četrnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì dieci giugno duemilaquattordici.

Briselē, divi tūkstoši četrpadsmitā gada desmitajā jūnijā.

Priimta du tūkstančiai keturioliktų metų birželio dešimtą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizennegyedik év június havának tizedik napján.

Magħmul fi Brussell, fl-għaxar jum ta’ Ġunju tas-sena elfejn u erbatax.

Gedaan te Brussel, de tiende juni tweeduizend veertien.

Sporządzono w Brukseli dnia dziesiątego czerwca roku dwa tysiące czternastego.

Feito em Bruxelas, em dez de junho de dois mil e catorze.

Întocmit la Bruxelles la zece iunie două mii paisprezece.

V Bruseli desiateho júna dvetisícštrnásť.

V Bruslju, dne desetega junija leta dva tisoč štirinajst.

Tehty Brysselissä kymmenentenä päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhattaneljätoista.

Som skedde i Bryssel den tionde juni tjugohundrafjorton.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

За Конфедерация Швейцария

Por la Confederación Suiza

Za Švýcarskou konfederaci

For Det Schweiziske Forbund

Für die Schweizerische Eidgenossenschaft

Šveitsi Konföderatsiooni nimel

Για την Ελβετική Συνομοσπονδία

For the Swiss Confederation

Pour la Confédération suisse

Za Švicarsku Konfederaciju

Per la Confederazione Svizzera

Šveices Konfederācijas vārdā –

Šveicarijos Konfederacijos vardu

A Svájci Államszövetség részéről

Għall-Konfederazzjoni Svizzera

Voor de Zwitserse Bondsstaat

W imieniu Konfederacji Szwajcarskiej

Pela Confederação Suíça

Pentru Confederația Elvețiană

Za Švajčiarsku konfederáciu

Za Švicarsko konfederacijo

Sveitsin valaliiton puolesta

För Schweiziska edsförbundet

Image


(1)  ĠU UE L 132, 29.5.2010, p. 11.

(2)  ĠU UE L 53, 27.2.2008, p. 5.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Lulju 2000 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata ta' data personali pprovduta fl-Isvizzera (ĠU KE L 215, 25.8.2000, p. 1).

(4)  ĠU KE L 8, 12.1.2001, p. 1.

(5)  ĠU UE L 53, 27.2.2008, p. 5.


ANNESS I

IL-FORMULA BIEX TIĠI KKALKOLATA L-KONTRIBUZZJONI

1.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Isvizzera għad-dħul tal-Uffiċċju ta' Appoġġ definita fl-Artikolu 33 (3) (d) tar-Regolament għandha tiġi kkalkolata bil-mod li ġej:

l-aktar figuri finali aġġornati tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) tal-Isvizzera disponibbli fil-31 ta' Marzu ta' kull sena għandu jinqasam bl-għadd ta' ċifri tal-PDG tal-Istati kollha li jipparteċipaw fl-Uffiċċju ta' Appoġġ disponibbli għall-istess sena. Il-persentaġġ miksub se jiġi applikat għall-parti tad-dħul tal-Uffiċċju ta' Appoġġ awtorizzat kif definit fl-Artikolu 33 (3) (a) tar-Regolament, fis-sena li qed tiġi analizzata sabiex jiġi miksub l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Isvizzera.

2.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas f'euro.

3.

L-Isvizzera għandha tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha sa mhux aktar tard minn 45 jum wara li tirċievi nota ta' debitu. Kull dewmien fil-ħlas iwassal għall-ħlas ta' imgħax ta' inadempjenza mill-Isvizzera fuq l-ammont mhux imħallas mid-data dovuta. Ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' finanzjament, kif inhi ppubblikata fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar tad-data ta' skadenza, miżjuda bi 3,5 punti perċentwali.

4.

l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Isvizzera għandha tiġi adattata skont dan l-Anness meta l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni Ewropea li ddaħħlet fil-baġit ġenerali tal-UE kif definit fl-Artikolu 33 (3) (a) ta' dan ir-Regolament tiżdied skont l-Artikoli 26, 27 jew 41 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1). F'tali każ, id-differenza għandha tkun dovuta 45 jum wara li tirċievi n-nota ta' debitu.

5.

Fil-każ li l-krediti ta' ħlas tal-Uffiċċju ta' Appoġġ li jaslu għand l-UE skont l-Artikolu 33 (3) (a) tar-Regolament dwar fis-sena N ma jintefqux sal-31 ta' Diċembru tas-sena N, jew li l-baġit tal-Uffiċċju ta' Appoġġ tas-sena N jitnaqqas skont l-Artikoli 26, 27 jew 41 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-parti ta' dawn il-krediti ta' ħlas li ma ntefqux jew li ġew imniżżla korrispondenti għall-perċentwal tal-kontribuzzjoni magħmula mill-Isvizzera għandha tiġi trasferita fil-baġit tas-sena N + 1 tal-Uffiċċju ta' Appoġġ. Il-kontribuzzjoni tal-Isvizzera għall-baġit tal-Uffiċċju ta' Appoġġ tas-sena N + 1 għandha titnaqqas skont dan.


(1)  ĠU UE L 298, 26.10.2012, p. 1.


ANNESS II

PROTOKOLL (Nru 7)

DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TAL-UNJONI EWROPEA

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

FILWAQT LI KKUNSIDRAW li, skont l-Artikolu 343 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 191 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (KEEA), l-Unjoni Ewropea u l-KEEA għandhom igawdu fit-territorji tal-Istati Membri dawk il-privileġġi u l-immunitajiet li huma meħtieġa għat-twettiq tal-attivitajiet tagħhom,

FTHIEMU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika:

KAPITOLU I

Proprjetà, fondi, assi u ħidmiet tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 1

Il-postijiet u l-bini tal-Unjoni jkunu invjolabbli. Ikunu eżenti minn tfittxija, rekwiżizzjoni, konfiska jew esproprjazzjoni. Il-proprjetà u l-assi tal-Unjoni ma jkunu suġġetti għal ebda miżura amministrattiva jew legali li tirrestrinġihom mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 2

L-arkivji tal-Unjoni jkunu invjolabbli.

Artikolu 3

L-Unjoni, l-assi, id-dħul finanzjarju u proprjetà oħra tagħha ikunu eżenti minn kull taxxa diretta.

Il-Gvernijiet tal-Istati Membri għandhom, kull meta possibbli, jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jirrinunzjaw għal jew iħallsu lura l-ammont ta' taxxi indiretti jew taxxi fuq il-bejgħ inklużi fil-prezz ta' proprjetà mobbli jew immobbli, meta l-Unjoni tagħmel, għall-użu uffiċjali tagħha, xirjiet sostanzjali li l-prezz tagħhom ikun jinkludi taxxi ta' din ix-xorta. Dawn id-dispożizzjonijiet m'għandhomx japplikaw, madankollu, b'mod li jkollhom l-effett li jfixklu l-kompetizzjoni fi ħdan l-Unjoni.

L-ebda eżenzjoni m'għandha tingħata għar-rigward ta' taxxi u ammonti dovuti li jkunu biss ħlasijiet għal servizzi ta' utilità pubblika.

Artikolu 4

L-Unjoni tkun eżenti mid-dazji kollha tad-dwana, projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' oġġetti intiżi għall-użu uffiċjali tagħha: ħadd ma għandu jiddisponi minn oġġetti hekk importati, sew bi ħlas sew bla ħlas, fit-territorju tal-pajjiż li fih ikunu ġew importati, ħlief taħt kondizzjonijiet approvati mill-gvern ta' dak il-pajjiż.

L-Unjoni tkun ukoll eżenti minn kull dazju tad-dwana u minn kull projbizzjoni u restrizzjoni fuq importazzjonijiet u esportazzjonijiet għar-rigward tal-pubblikazzjonijiet tagħha.

KAPITOLU II

Komunikazzjonijiet u laissez-passer

Artikolu 5

(ex Artikolu 6)

Għall-komunikazzjonijiet uffiċjali u t-trażmissjoni tad-dokumenti kollha tagħhom, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni igawdu fit-territorju ta' kull Stat Membru it-trattament mogħti minn dak l-Istat lil missjonijiet diplomatiċi.

Korrispondenza uffiċjali u komunikazzjonijiet uffiċjali oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma jkunux suġġetti għal ċensura.

Artikolu 6

(ex Artikolu 7)

Laissez-passer f'għamla li tiġi stabbilita mill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza sempliċi, li għandhom ikunu rikonoxxuti bħala dokumenti validi tal-ivvjaġġar mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, jistgħu jinħarġu lill-membri u lill-impjegati tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni mill-Presidenti ta' dawn l-istituzzjonijiet. Dawn il-laissez-passer għandhom jinħarġu lill-uffiċjali u lill-impjegati oħra taħt kondizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti dwar il-Persunal tal-uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' impjegati oħra tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni tista' tikkonkludi ftehim sabiex dawn il-laissez-passer ikunu rikonoxxuti bħala dokumenti tal-ivvjaġġar validi ġewwa t-territorju ta' pajjiżi terzi.

KAPITOLU III

Il-membri tal-Parlament Ewropew

Artikolu 7

(ex Artikolu 8)

M'għandha tiġi imposta ebda restrizzjoni amministrattiva jew ta' xort'oħra fuq il-moviment liberu ta' membri tal-Parlament Ewropew li jkunu qed jivvjaġġaw lejn jew mill-post fejn jiltaqa' l-Parlament Ewropew.

Il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom, fir-rigward ta' dwana u kontroll fuq il-kambju, jingħataw:

(a)

mill-Gvern tagħhom stess, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lil uffiċjali għolja li jkunu qed jivvjaġġaw barra l-pajjiż fuq missjonijiet uffiċjali temporanji;

(b)

mill-Gvernijiet ta' Stati Membri oħra, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lil rappreżentanti ta' Gvernijiet barranin fuq missjonijiet uffiċjali temporanji.

Artikolu 8

(ex Artikolu 9)

Membri tal-Parlament Ewropew m'għandhom ikunu suġġetti għal ebda forma ta' investigazzjoni, detenzjoni jew proċeduri legali, fir-rigward ta' opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta' dmirijiethom.

Artikolu 9

(ex Artikolu 10)

Waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-membri tiegħu, għandhom igawdu:

(a)

fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-Parlament tagħhom;

(b)

fit-territorju ta' kull Stat Membru ieħor, l-immunità minn kull tip ta' detenzjoni u minn proċeduri legali.

L-immunità bl-istess mod tkun tgħodd għall-Membri waqt li jkunu qed jivvjaġġaw lejn u mill-post fejn jiltaqa' l-Parlament Ewropew.

L-immunità ma tistax tintalab meta membru jinqabad fil-fatt ta' reat u ma tipprekludix lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jirrinunzja għall-immunità ta' xi wieħed mill-membri tiegħu.

KAPITOLU IV

Rappreżentanti ta' stati membri li jkunu qed jieħdu sehem fil-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 10

(ex Artikolu 11)

Rappreżentanti ta' Stati Membri li jkunu qed jieħdu sehem fil-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-konsulenti u l-esperti tekniċi tagħhom għandhom, fil-qadi tad-doveri tagħhom u waqt li jkunu qed jivvjaġġaw lejn u mill-post tal-laqgħa jgawdu mill-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet konswetudinarji.

Dan l-Artikolu japplika wkoll għal membri ta' korpi ta' konsulenza tal-Unjoni.

KAPITOLU V

Uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 11

(ex Artikolu 12)

Fit-terrritorju ta' kull Stat Membru u tkun xi tkun iċ-ċittadinanza tagħhom, uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni:

(a)

mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati li għandhom x'jaqsmu, min-naħa l-waħda, mar-regoli dwar ir-responsabbiltà ta' uffiċjali u impjegati oħra lejn l-Unjoni u, min-naħa l-oħra, mal-ġuriżdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fi kwistjonijiet bejn l-Unjoni u l-uffiċjali u impjegati oħra tagħha, ikollhom immunità minn proċedimenti legali fir-rigward ta' atti magħmulin minnhom fil-kapaċità uffiċjali tagħhom, inklużi kliem li jkunu qalu jew kitbu. Ikomplu jgawdu din l-immunità wara li jkunu temmew il-kariga tagħhom;

(b)

flimkien mal-konjuġi tagħhom u membri dipendenti tal-familji tagħhom, ma jkunux suġġetti għal restrizzjonijiet fl-immigrazzjoni jew għal formalitajiet fir-reġistrazzjoni ta' frustieri;

(c)

fir-rigward ta' regolamenti dwar il-valuta jew il-kambju, jingħataw l-istess faċilitajiet bħal ma s-soltu jingħataw lil uffiċjali ta' organizzazzjonijiet internazzjonali;

(d)

igawdu d-dritt li jimportaw mingħajr ebda dazju l-għamara u l-oġġetti personali tagħhom meta jibdew il-kariga tagħhom għall-ewwel darba f'dak il-pajjiż u d-dritt li jerġgħu jesportaw l-għamara u l-oġġetti personali tagħhom mingħajr ebda dazju, meta jtemmu d-doveri tagħhom f'dak il-pajjiż, mingħajr preġudizzju, f'kull każ, għall-kondizzjonijiet meqjusin meħtieġa mill-Gvern tal-pajjiż, fejn dan id-dritt jiġi eżerċitat;

(e)

ikollhom id-dritt li jimportaw mingħajr ebda dazju karrozza għall-użu personali tagħhom, akkwistata jew fil-pajjiż fejn l-aħħar kellhom ir-residenza tagħhom jew fil-pajjiż li tiegħu huma jkollhom ċittadinanza skont il-pattijiet viġenti fis-suq lokali ta' dak il-pajjiż, u li jerġgħu jesportawha mingħajr ebda dazju, mingħajr preġudizzju f'kull każ għall-kondizzjonijiet meqjusin meħtieġa mill-Gvern ta' dak il-pajjiż.

Artikolu 12

(ex Artikolu 13)

L-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni għandhom ikunu suġġetti għal taxxa għall-benefiċċju tal-Unjoni fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni, skont il-kondizzjonijiet u l-proċedura stabbilita mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jaġixxu permezz ta' regolamenti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet konċernati.

Ikunu eżenti minn taxxi nazzjonali fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa mill-Unjoni.

Artikolu 13

(ex Artikolu 14)

Fl-applikazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul, it-taxxa fuq il-ġid u t-taxxa tas-suċċessjoni u fl-applikazzjoni ta' konvenzjonijiet dwar il-ħelsien mit-taxxa doppja magħmulin bejn Stati Membri tal-Unjoni, uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni li, unikament minħabba fil-qadi tad-doveri tagħhom fis-servizz tal-Unjoni, jistabbilixxu r-residenza tagħhom fit-territorju ta' Stat Membru li ma jkunx il-pajjiż ta' domiċilju tagħhom għal għanijiet ta' taxxa, meta jidħlu fis-servizz tal-Unjoni, jiġu kunsidrati, sew fil-pajjiż tar-residenza attwali tagħhom sew fil-pajjiż tad-domiċilju għal għanijiet ta' taxxa, bħala li jkunu żammew id-domiċilju tagħhom f'dan l-aħħar pajjiż basta li dan ikun membru tal-Unjoni. Dawn id-dispożizzjonijiet jgħoddu wkoll għall-konjuġi, safejn il-konjuġi ma jkollux jew ma jkollhiex separatament xi okkupazzjoni bi qligħ, u għal ulied dipendenti fuq u taħt ir-responsabbiltà tal-persuni msemmija f'dan l-Artikolu.

Il-proprjetà mobbli, li tappartjeni lil persuni msemmija fil-paragrafu preċedenti u li tkun tinsab fit-territorju tal-pajjiż fejn dawn ikunu qegħdin joqogħdu, tkun eżenti minn kull taxxa tas-suċċessjoni f'dak il-pajjiż; dik il-proprjetà għandha, għall-kalkolu ta' dik it-taxxa, tiġi meqjusa bħala li tinsab fil-pajjiż ta' domiċilju għal għanijiet ta' taxxa, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' pajjiżi terzi u għall-applikazzjoni possibbli ta' provvedimenti ta' konvenzjonijiet internazzjonali fuq it-tassazzjoni doppja.

Kull domiċilju miksub unikament minħabba l-qadi ta' dmirijiet fis-servizz ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra m'għandux jitqies fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 14

(ex Artikolu 15)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolamenti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet ikkonċernati, għandhom jistabbilixxu l-iskema ta' benefiċċji tas-sigurtà soċjali għall-uffiċjali u għall-impjegati l-oħra tal-Unjoni.

Artikolu 15

(ex Artikolu 16)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolamenti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw lill-istituzzjonijiet l-oħra involuti, għandhom jistabbilixxu l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni li għalihom id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11, tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12, u tal-Artikolu 13 għandhom japplikaw, kollha kemm huma jew f'parti minnhom.

L-ismijiet, il-gradi u l-indirizzi ta' uffiċjali u impjegati oħra mdaħħla f'dawk il-kategoriji għandhom jiġu komunikati perjodikament lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

KAPITOLU VI

Privileġġi u immunitajiet ta' missjonijiet ta' pajjiżi terzi akkreditati lill-Unjoni Ewropea

Artikolu 16

(ex Artikolu 17)

L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-Unjoni ikollha s-sede tagħha għandu jagħti l-immunitajiet u l-privileġġi diplomatiċi konswetudinarji lil missjonijiet ta' pajjiżi terzi akkreditati lill-Unjoni.

KAPITOLU VII

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 17

(ex Artikolu 18)

Privileġġi, immunitajiet u faċilitajiet jingħataw lill-uffiċjali u l-impjegati oħra tal-Unjoni unikament fl-interessi tal-Unjoni.

Kull istituzzjoni tal-Unjoni tkun meħtieġa li tirrinunzja għall-immunità mogħtija lil xi uffiċjal jew impjegat ieħor kull fejn dik l-istituzzjoni jidhrilha li r-rinunzja għal dik l-immunità ma tkunx kontra l-interessi tal-Unjoni.

Artikolu 18

(ex Artikolu 19)

L-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom, bl-għan li jiġi applikat dan il-Protokoll, jikkoperaw mal-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri involuti.

Artikolu 19

(ex Artikolu 20)

L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-President tal-Kunsill Ewropew.

Huma għandhom japplikaw ukoll għall-membri tal-Kummissjoni.

Artikolu 20

(ex Artikolu 21)

L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Imħallfin, l-Avukati Ġenerali, ir-Reġistraturi u l-Assistenti Relaturi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li għandhom x'jaqsmu mal-immunità minn proċedimenti legali għall-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali.

Artikolu 21

(ex Artikolu 22)

Dan il-Protokoll japplika wkoll għall-Bank Ewropew tal-Investiment, għall-membri tal-organi tiegħu, għall-persunal u r-rappreżentanti tal-Istati Membri li jieħdu sehem fl-attivitajiet tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank.

Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu barra minn dan jiġi eżentat minn kull forma ta' tassazzjoni jew impożizzjoni ta' xorta simili f'każ ta' xi żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jista' jkollhom x'jaqsmu ma' dan fl-Istat fejn il-Bank ikollu s-sede tiegħu. Bl-istess mod, ix-xoljiment jew stralċ tiegħu ma għandha tagħti lok għal ebda impożizzjoni. Fl-aħħarnett, l-attivitajiet tal-Bank u tal-organi tiegħu imwettqa skont l-Istatut tiegħu ma jkunux suġġetti għal xi taxxa fuq id-dħul.

Artikolu 22

(ex Artikolu 23)

Dan il-Protokoll għandu jkun japplika wkoll għall-Bank Ċentrali Ewropew, għall-membri tal-organi tiegħu u għall-persunal tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll fuq l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu barra minn dan jiġi eżentat minn kull forma ta' tassazzjoni jew impożizzjoni ta' xorta simili f'każ ta' xi żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jista' jkollhom x'jaqsmu ma' dan fl-Istat fejn il-Bank ikollu s-sede tiegħu. L-attivitajiet tal-Bank u tal-fergħat tiegħu li jaħdmu skont l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew m'għandhomx ikunu suġġetti għal xi taxxa fuq id-dħul.

L-Appendiċi tal-ANNESS II

PROĊEDURA GĦALL-APPLIKAZZJONI FL-ISVIZZERA TAL-PROTOKOLL DWAR PRIVILEĠĠI U IMMUNITAJIET TAL-UNJONI EWROPEA

1.   Estensjoni tal-applikazzjoni għall-Isvizzera

Kull referenza għall-Istati Membri fil-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (minn issa 'l quddiem “il-Protokoll”) għandha tinftiehem li tapplika b'mod ugwali fl-Isvizzera, sakemm ma jkunx determinat mod ieħor fid-dispożizzjonijiet li ġejjin.

2.   Eżenzjoni tal-Uffiċċju ta' Appoġġ mit-taxxi indiretti (inkluża l-VAT)

L-oġġetti u s-servizzi esportati mill-Isvizzera mhumiex suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud Svizzera (VAT). Fil-kaz ta' oġġetti u servizzi pprovduti lill-Aġenzija fl-Isvizzera għall-użu uffiċjali tagħha, l-eżenzjoni mill-VAT issir permezz ta' rifużjoni, konformi mal-Artikolu 3, it-tieni paragrafu, tal-Protokoll. L-eżenzjoni mill-VAT tingħata jekk il-prezz tax-xiri effettiv tal-beni u s-servizzi indikat fil-fattura jew fid-dokument ekwivalenti jammonta għal total ta' mill-anqas 100 Frank Svizzeru (taxxa inkluża).

Il-ħlas lura tal-VAT jingħata mal-preżentazzjoni tal-formoli Svizzeri apposta lit-Taqsima Ewlenija tal-VAT tal-Amministrazzjoni Federali tat-Taxxa. Fil-prinċipju, it-talbiet jinħadmu fi żmien tliet xhur minn meta tkun intefgħet it-talba għall-ħlas lura akkumpanjata mid-dokumenti anċillari meħtieġa.

3.   Proċedura għall-applikazzjoni tar-regoli marbuta mal-persunal tal-Uffiċċju ta' Appoġġ

F'dak li għandu x'jaqsam mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 12 tal-Protokoll, l-Isvizzera għandha teżenta, skont il-prinċipji tal-liġi nazzjonali tagħha, lill-uffiċjali u l-impjegati l-oħra tal-Uffiċċju ta' Appoġġ fit-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 1969 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-disposizzjonijiet tal-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw (1) mit-taxxi federali, kantonali u komunali fuq is-salarji, il-pagi u l-emolumenti mħallsa lilhom mill-Komunità u soġġetti għal taxxa interna għall-benefiċċju tagħha.

Għall-għanijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-Protokoll, l-Isvizzera mhix meqjusa bħala Stat Membru skont il-punt 1 ta' din l-Appendiċi.

L-uffiċjali u l-impjegati oħra tal-Uffiċċju ta' Appoġġ, kif ukoll il-membri tal-familja tagħhom li qegħdin fis-sistema tas-sigurtà soċjali applikabbli għall-uffiċjali u l-impjegati oħra tal-UE, mhumiex obbligatorjament suġġetti għas-sistema tas-sigurtà soċjali Svizzera.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni esklussiva fuq il-kwistjonijiet kollha rigward ir-relazzjonijiet bejn l-Uffiċċju ta' Appoġġ jew il-Kummissjoni Ewropea u l-persunal tagħha fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea u d-dispożizzjonijiet l-oħrajn tal-Liġi tal-UE li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tax-xogħol.


(1)  ĠU KE L 74, 27.3.1969, p. 1, kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 371/2009 (ĠU UE L 121, 15.5.2009, p. 1).


ANNESS III

KONTROLL FINANZJARJU FIR-RIGWARD TAL-PARTEĊIPANTI SVIZZERI TAL-UFFIĊĊJU TA' APPOĠĠ

Artikolu 1

Komunikazzjoni diretta

L-Uffiċċju ta' Appoġġ u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jikkomunikaw direttament mal-persuni jew l-entitajiet kollha stabbiliti fl-Isvizzera li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Uffiċċju ta' Appoġġ bħala kuntratturi, parteċipanti fil-programmi tal-Uffiċċju ta' Appoġġ destinatarji ta' pagamenti mill-baġit tal-Uffiċċju ta' Appoġġ jew tal-UE jew sottokuntratturi. Dawn il-persuni jistgħu jitrażmettu direttament lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Uffiċċju ta' Appoġġ kwalunkwe informazzjoni jew dokumentazzjoni rilevanti li huma meħtieġa li jibagħtu skont l-istrumenti msemmija f'dan l-Arranġament, il-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi kif ukoll id-deċiżjonijiet adottati fil-kuntest ta' dawn l-istrumenti.

Artikolu 2

Eżerċizzji tal-awditjar

1.   Skont ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (1), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2) kif ukoll l-istrumenti l-oħra msemmija f'dan l-Arranġament, il-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda mal-benefiċjarji stabbiliti fl-Isvizzera jistgħu jipprevedu t-twettiq fi kwalunkwe mument ta' eżerċizzji tal-awditjar xjentifiċi, finanzjarji, teknoloġiċi jew ta' xort'oħra fis-sedi tagħhom u tas-sottokuntratturi tagħhom minn impjegati tal-Uffiċċju ta' Appoġġ u tal-Kummissjoni Ewropea jew minn persuni oħra awtorizzati mill-uffiċċju ta' Appoġġ u mill-Kummissjoni Ewropea.

2.   L-uffiċjali tal-Uffiċċju ta' Appoġġ u tal-Kummissjoni Ewropea u l-persuni l-oħra inkarigati mill-uffiċċju ta' Appoġġ u mill-Kummissjoni Ewropea għandu jkollhom aċċess xieraq għas-siti, ix-xogħlijiet u d-dokumenti, kif ukoll għall-informazzjoni kollha neċessarja, inklużi dawk f'format elettroniku, biex iwettqu eżerċizzji tal-awditjar bħal dawn. Dan id-dritt għall-aċċess għandu jiġi espliċitament stipulat fil-kuntratti jew fil-ftehimiet konklużi għall-implimentazzjoni tal-istrumenti msemmija f'dan l-Arranġament.

3.   Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha l-istess drittijiet bħal dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

4.   L-eżerċizzji tal-awditjar jistgħu jseħħu sa ħames snin wara l-iskadenza ta' dan l-Arranġament jew skont il-kundizzjonijiet previsti mill-kuntratti jew mill-ftehimiet jew mid-deċiżjonijiet meħuda.

5.   L-Uffiċċju tal-Awditjar Federali Svizzeru għandu jkun infurmat bil-quddiem bl-eżerċizzji tal-awditjar li jsiru fit-territorju Svizzeru. Din l-informazzjoni mhijiex kundizzjoni legali għat-twettiq tal-eżerċizzji tal-awditjar.

Artikolu 3

Kontrolli fuq il-post

1.   Skont dan l-Arranġament, il-Kummissjoni Ewropea (OLAF) hija awtorizzata biex twettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fit-territorju Svizzeru, skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (3).

2.   Il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post jitħejjew u jitmexxew mill-Kummissjoni Ewropea b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Federali tal-Awditjar Svizzeru u mal-awtoritajiet Svizzeri kompetenti oħra maħtura minnu, li għandhom ikunu informati fil-ħin dwar l-oġġettiv, l-għan u l-bażi ġuridika tal-kontrolli u l-ispezzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jagħtu l-għajnuna meħtieġa. Għal dan il-għan, l-uffiċjali tal-awtoritajiet Svizzeri kompetenti jistgħu jipparteċipaw fil-kontrolli u fl-ispezzjonijiet fuq il-post.

3.   Jekk l-awtoritajiet Svizzeri kkonċernati jkunu jixtiequ hekk, il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jitwettqu b'mod konġunt mill-Kummissjoni Ewropea u minnhom.

4.   Meta l-parteċipanti fil-programm jirreżistu kontrolli jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet Svizzeri, filwaqt li jaġixxu f'konformità mar-regoli nazzjonali, għandhom jagħtu l-assistenza meħtieġa lill-ispetturi tal-Kummissjoni Ewropea, biex jaqdu dmirijiethom fit-twettiq ta' kontrolli jew spezzjoni fuq il-post.

5.   Il-Kummissjoni Ewropea għandha tirrapporta, mill-aktar fis possibbli, lill-Uffiċċju tal-Awditjar Federali Svizzeru, dwar kull fatt jew suspett relatat ma' irregolarità li tkun saret taf bih waqt it-twettiq tal-verifika jew l-ispezzjoni fuq il-post. F'kull każ, il-Kummissjoni Ewropea għandha tinforma lill-awtorità msemmija hawn fuq dwar ir-riżultati ta' dawn il-verifiki u spezzjonijiet.

Artikolu 4

Informazzjoni u konsultazzjoni

1.   Għall-għanijiet tal-implimentazzjoni korretta ta' dan l-Anness, l-awtoritajiet Svizzeri u tal-UE kompetenti għandhom regolarment jaqsmu l-informazzjoni bejniethom u, fuq talba ta' waħda mill-Partijiet Kontraenti għandhom iwettqu konsultazzjonijiet.

2.   L-awtoritajiet kompetenti Svizzeri għandhom jinformaw mingħajr dewmien lill-Uffiċċju ta' Appoġġ u l-Kummissjoni Ewropea bi kwalunkwe fatt jew suspett li jkunu saru jafu bih dwar irregolaritajiet marbuta mal-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi f'applikazzjoni tal-istrumenti msemmija f'dan l-Arranġament.

Artikolu 5

Kunfidenzjalità

L-informazzjoni kkomunikata jew miksuba f'kull forma skont dan l-Anness għandha tkun koperta bis-segretezza professjonali u mħarsa bl-istess mod bħalma tkun imħarsa informazzjoni simili mil-liġi Svizzera u mid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-UE. Din l-informazzjoni ma tiġix ikkomunikata lil persuni oħrajn ħlief dawk li fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE, fl-Istati Membri jew fl-Isvizzera, li l-funzjonijiet tagħhom jirrikjedu li jkunu jafuha, u lanqas ma tista' tintuża għal għanijiet oħrajn ħlief dawk li jservu biex jiżguraw il-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 6

Miżuri u sanzjonijiet amministrattivi

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali Svizzera, jistgħu jiġu imposti miżuri amministrattivi u penalitajiet mill-Uffiċċju ta' Appoġġ jew il-Kummissjoni Ewropea skont ir-Regolament (UE Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE Euratom) Nru 1605/2002 (4) u r-Regolament Delegat tal-Kunsill (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (5) u bir-Regolament tal-Kunsill (KE Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (6).

Artikolu 7

Irkupru u infurzar

Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Uffiċċju ta' Appoġġ jew mill-Kummissjoni Ewropea fil-kamp ta' applikazzzjoni ta' dan l-Arranġament li jimponu obbligu finanzjarju fuq persuni apparti mill-Istati, għandhom ikunu infurzabbli fl-Isvizzera. L-ordni tal-infurzar għandu jinħareġ, mingħajr l-ebda kontroll ieħor għajr għall-verifika tal-awtentiċità tal-att, mill-awtorità maħtura mill-gvern Svizzeru, li għandu jinforma lill-Uffiċċju ta' Appoġġ jew lill-Kummissjoni b'dan. L-infurzar għandu jseħħ f'konformità mar-regoli ta' proċedura Svizzeri. Il-legalità tad-deċiżjoni ta' infurzar għandha tkun suġġetta għall-kontroll mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Is-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bis-saħħa ta' klawsola ta' arbitraġġ, huma infurzabbli fuq l-istess termini.


(1)  ĠU UE L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU KE L 357, 31.12.2002 p. 72, kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU UE L 181, 10.7.2008, p. 23).

(3)  ĠU KE L 292, 15.11.1996, p. 2.

(4)  ĠU UE L 298, 26.10.2012, p. 1.

(5)  ĠU UE L 362, 31.12.2012, p. 1.

(6)  ĠU KE L 312, 23.12.1995, p. 1.


REGOLAMENTI

11.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/38


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/345

tal-10 ta' Marzu 2016

li jistabbilixxi l-frekwenza tar-rapportar ta' Messaġġi dwar l-Istatus tal-Kontejners, il-format tad-dejta u l-metodu ta' trażmissjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 515/97 tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tkun assigurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (1), u speċjalment l-Artikolu 18c tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 515/97 jipprovdi li t-trasportaturi għandhom jissottomettu dejta li tikkonċerna l-movimenti tal-kontejners, għall-avvenimenti elenkati fl-Artikolu 18a paragrafu 6 tar-Regolament lid-direttorju tas-CSM (Container Status Messages, Messaġġi dwar l-Istatus tal-Kontejners) ġestit mill-Kummissjoni iżda biss sa fejn dawn ikunu magħrufa mit-trasportatur li jirrapporta u d-dejta għal avvenimenti bħal dawn tkun ġiet iġġenerata, miġbura u miżmuma fir-reġistri elettroniċi tagħhom.

(2)

Biex tiġi żgurata l-analiżi tad-dejta dwar il-movimenti tal-kontejners, biex jiġi żgurat trasferiment bla xkiel ta' tali dejta minn trasportaturi marittimi għad-direttorju tas-CSM u biex jiġi żgurat livell maniġġabbli ta' diversità fir-rigward ta' modi possibbli ta' kodifikazzjoni tad-dejta, il-frekwenza tar-rapportar tas-CSMs, il-format tas-CSMs u l-metodu ta' trażmissjoni għandhom jiġu speċifikati.

(3)

Minħabba l-volum u t-tibdiliet regolari fit-traffiku ta' kontejners, l-individwazzjoni effettiva ta' frodi tiddependi, fil-biċċa l-kbira, fuq l-identifikazzjoni f'waqtha ta' movimenti suspettużi ta' kontejners. Biex jiġi żgurat li d-dejta riċevuta tintuża b'mod effettiv billi jiġi limitat ir-riskju li kunsinni suspettużi jkunu mċaqilqa għal post mhux determinat qabel ma tista' titwettaq b'mod effettiv l-individwazzjoni ta' kunsinni suspettużi, l-operaturi għandhom ikunu obbligati li jgħaddu s-CSMs lid-direttorju tas-CSM mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li s-CSM ikun iġġenerat, inġabar jew inżamm fir-rekords elettroniċi tat-trasportatur.

(4)

Sabiex jitnaqqas il-piż finanzjarju fuq l-industrija u tiġi ffaċilitata t-trażmissjoni tas-CSMs, it-trasportaturi huma meħtieġa jużaw wieħed mill-istandards ewlenin ta' ANSI ASC X12 jew UN/EDIFACT. ANSI ASC X12 huwa protokoll għall-iskambju elettroniku tad-dejta (EDI) mill-Istitut Amerikan tal-Istandards Nazzjonali (ANSI), filwaqt li UN/EDIFACT huwa l-istandard EDI żviluppat taħt in-Nazzjonijiet Uniti (NU). L-użu ta' tali standard għandu jnaqqas l-ispejjeż tal-implimentazzjoni għat-trasportaturi billi dawn l-istandards huma meqjusa li jintużaw b'mod universali fl-industrija marittima għall-finijiet ta' skambju ta' dejta elettronika.

(5)

Biex tiġi żgurata trażmissjoni sikura ta' dejta u jiġi garantit livell adegwat ta' kunfidenzjalità u integrità tad-dejta trażmessa, is-CSMs għandhom jiġu trażmessi bl-użu ta' Secure Shell File Transfer Protocol (SFTP) mfassal mit-Task Force tal-Inġinerija tal-Internet (IETF). Dan il-metodu ta' trażmissjoni jiżgura l-livell ta' sigurtà meħtieġa u huwa kkunsidrat aċċettabbli mill-industrija f'termini ta' fattibilità ta' implimentazzjoni. Sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-implimentazzjoni, it-trasportaturi għandhom ikunu jistgħu jużaw ukoll metodi oħrajn ta' trażmissjoni soġġetti għall-kundizzjoni li jiggarantixxu l-istess livell ta' sigurtà tad-dejta meta mqabbel mal-SFTP.

(6)

Sabiex jitnaqqas il-piż finanzjarju relatat mat-trasferiment tas-CSMs, it-trasportaturi għandhom ikunu jistgħu jittrasferixxu s-CSMs kollha ġġenerati, miġbura jew li nżammu fir-reġistri elettroniċi tagħhom mingħajr ma jagħżlu CSMs individwali. F'dawk il-każijiet, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jitħallew jaċċessaw u jużaw dik id-dejta skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 515/97.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 515/97.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Frekwenza tar-rappurtar tas-CSMs

It-trasportaturi jittrażmettu CSMs kompluti ġġenerati, miġbura jew li nżammu fir-rekords elettroniċi tat-trasportatur lid-direttorju tas-CSM mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li s-CSM ikun iddaħħal fir-rekords elettroniċi tat-trasportatur.

It-trażmissjoni ta' CSMs storiċi skont l-Artikolu 18a(5) tar-Regolament (KE) Nru 515/97 isir fi żmien 24 siegħa wara l-ġenerazzjoni jew il-ġbir tal-ewwel CSM fir-rekords elettroniċi tat-trasportatur li jistabbilixxi li l-kontejner huwa destinat li jidħol fit-territorju doganali tal-Unjoni.

Artikolu 2

Il-format tad-dejta fis-CSMs

It-trasportaturi jirrappurtaw is-CSM bi qbil mal-istandards ANSI ASC X12 jew UN/EDIFACT.

Artikolu 3

Metodu ta' trażmissjoni tas-CSMs

1.   It-trasportaturi jittrażmettu s-CSMs bl-użu tas-Secure Shell File Transfer Protocol (SFTP).

It-trasportaturi jitħallew jittrażmettu CSMs bl-użu ta' metodi oħra sakemm dawn jiggarantixxu livell ta' sigurtà komparabbli mas-SFTP.

2.   Is-CSMs jistgħu jiġu trażmessi permezz ta':

(a)

rappurtar selettiv ta' CSMs individwali kif speċifikat fl-Artikolu 18a(6) tar-Regolament (KE) Nru 515/97, jew

(b)

trasferiment tas-CSMs kollha ġġenerati, miġbura jew li nżammu fir-rekords elettroniċi tat-trasportatur mingħajr l-għażla ta' CSMs individwali.

Fejn trasportatur jittrażmetti s-CSMs skont il-punt b, it-trasportatur jaċċetta li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jkollhom aċċess u użu ta' din id-dejta f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 515/97.

Artikolu 4

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika mill-1 ta' Settembru 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1.


11.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/40


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/346

tal-10 ta' Marzu 2016

li jistabbilixxi l-elementi li għandhom ikunu inklużi fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tkun assigurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (1) u speċjalment l-Artikolu 25(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-objettiv tas-Sistema ta' Informazzjoni Doganali (CIS) huwa li tassisti l-awtoritajiet kompetenti fil-prevenzjoni, fl-investigazzjoni u fil-prosekuzzjoni ta' operazzjonijiet li jmorru kontra l-leġiżlazzjoni doganali u agrikola. Sabiex jintlaħaq dan l-għan l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jdaħħlu informazzjoni dwar avvenimenti rilevanti, bħall-qabda jew is-sekwestru ta' merkanzija fis-CIS. Sabiex is-CIS tkompli tindirizza l-ħtiġijiet tal-awtoritajiet kompetenti huwa neċessarju li tiġi aġġornata l-lista ta' elementi li għandhom jiġu inklużi fis-CIS.

(2)

Kull avveniment rappurtat fis-CIS jinkludi għadd ta' elementi ewlenin li huma meħtieġa għall-interpretazzjoni utli tal-każ. Sabiex ikun possibbli għall-awtoritajiet kompetenti biex jidentifikaw faċilment każijiet jew avvenimenti speċifiċi fis-CIS għandu jkun possibbli li ssir tfittxija għal referenzi ta' każijiet fis-CIS, u għalhekk huwa meħtieġ li r-referenza tal-każ tiġi inkluża bħala entrata fis-CIS.

(3)

Attività frodulenti normalment timplika l-parteċipazzjoni attiva ta' persuna waħda jew aktar. L-identifikazzjoni korretta u mhux ambigwa tal-persuni involuti f'attivitajiet li huma potenzjalment frodulenti hija ta' importanza kbira għas-suċċess tal-investigazzjoni tal-avvenimenti. Dejta dwar in-negozji u l-persuni involuti fi frodi jew attività potenzjalment frodulenti għandha għalhekk tiġi rappurtata fis-CIS.

(4)

Minħabba l-fatt li l-modus operandi tal-frodi kummerċjali kif ukoll il-metodu ta' ħabi jiddependu fuq il-mezz ta' trasport huwa importanti li jiġu inklużi dettalji speċifiċi dwar il-mezz ta' trasport, bħala wieħed mill-elementi meħtieġa fis-CIS.

(5)

Ix-xejriet ta' trasport, li mhumiex ekonomikament ġustifikati, huma kkunsidrati bħala indikaturi rilevanti ta' ċerti tipi ta' frodi bħal pereżempju d-dikjarazzjoni ħażina tal-oriġini. Huwa għalhekk importanti li wieħed ikun jaf id-dettalji tar-rotot li jintużaw għat-trasport tal-merkanzija billi dawn jistgħu jkunu importanti fl-identifikazzjoni ta' attività frodulenti. Għalhekk, informazzjoni fuq il-passi tar-rotot hija meqjusa essenzjali biex issir investigazzjoni xierqa tal-frodi relatati mad-dwana u għandha tiġi inkluża bħala wieħed mill-elementi fis-CIS.

(6)

Dazji doganali u ħlasijiet oħra jvarjaw skont il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott. Sabiex jiġi żgurat segwitu xieraq għall-każijiet jew għall-avvenimenti rappurtati fis-CIS l-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-prodotti involuti fil-każ għandhom għalhekk jiġu mdaħħla fis-CIS.

(7)

Analiżi konkreta tal-qabda, konfiska jew żamma tal-prodotti tassisti fl-iżvilupp ta' miżuri preventivi kontra ripetizzjoni fil-futur tal-istess tip ta' frodi relatati mad-dwana. Għalhekk huwa meqjus importanti li tiġi inkluża informazzjoni rilevanti dwar il-qabda, id-detenzjoni jew il-konfiska fis-CIS.

(8)

Kwalunkwe azzjoni meħuda mill-awtoritajiet rilevanti għandha tkun ġustifikata u b'hekk għandha tkun ibbażata fuq indikaturi tar-riskju xierqa. Għalhekk hu meħtieġ li tiġi inkluża informazzjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju bħala element tas-CIS.

(9)

Skont il-każ inkwistjoni, id-dokumenti rilevanti li għandhom ikunu mehmuża mal-entrata tal-każ fis-CIS jistgħu jvarjaw b'mod sinifikanti. Dawn jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, dokumenti kummerċjali miksuba mill-awtoritajiet kompetenti.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 515/97.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Elementi

L-elementi li għandhom ikunu inklużi fid-database tas-CIS fil-kategoriji msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 515/97 huma dawn li ġejjin:

(a)

L-elementi komuni għall-kategoriji kollha tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 515/97:

Ir-referenza tal-każ

L-informazzjoni bażika dwar il-każ

Annessi ta' dokumenti rilevanti

(b)

Elementi addizzjonali għall-kategoriji taħt il-punt (a) tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 515/97:

Dettalji speċifiċi dwar il-prodotti

Dokumenti

Informazzjoni dwar il-qabda, detenzjoni jew konfiska

Azzjonijiet

Indikaturi tar-riskji

Taqsima ta' kummenti

(c)

Elementi addizzjonali għall-kategoriji taħt il-punt (b) tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 515/97:

Dettalji speċifiċi dwar il-mezzi ta' trasport

Dokumenti

Passi ta' rotot

Azzjonijiet

Indikaturi tar-riskji

Taqsima ta' kummenti

(d)

Elementi addizzjonali għall-kategoriji taħt il-punt (c) tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 515/97:

Dejta dwar in-negozji involuti

Dokumenti

Azzjonijiet

Indikaturi tar-riskji

Taqsima ta' kummenti

(e)

Elementi addizzjonali għall-kategoriji taħt il-punt (d) tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 515/97:

Dejta li għandha x'taqsam ma' persuni involuti

Dokumenti

Azzjonijiet

Indikaturi tar-riskji

Taqsima ta' kummenti

(f)

Elementi addizzjonali għall-kategoriji taħt il-punt (e) tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 515/97:

Dettalji speċifiċi dwar ix-xejriet ta' frodi

Indikaturi tar-riskji

(g)

Elementi addizzjonali għall-kategoriji taħt il-punt (f) tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 515/97:

Dettalji speċifiċi dwar id-disponibbiltà tal-għarfien espert

(h)

Elementi addizzjonali għall-kategoriji taħt il-punt (g) tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 515/97:

Informazzjoni dwar il-qabda, detenzjoni jew konfiska

Azzjonijiet

Indikaturi tar-riskji

(i)

Elementi addizzjonali għall-kategoriji taħt il-punt (h) tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 515/97:

Informazzjoni dwar il-qabda, detenzjoni jew konfiska

Azzjonijiet

Indikaturi tar-riskji

Aktar dettalji dwar l-elementi ta' hawn fuq huma mogħtija fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Tħassir

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 696/98 (2) huwa mħassar.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika mill-1 ta' Settembru 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 696/98 tas-27 ta' Marzu 1998 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 dwar l-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi fuq kwistjonijiet doganali u agrikoli (ĠU L 96, 28.3.1998, p. 22).


ANNESS

(a)

IR-REFERENZA TAL-KAŻ

Numru tal-Identifikazzjoni tal-Każ

Referenza tad-Dokument

Numru ta' Referenza Nazzjonali

Sommarju

Servizz

Persuna ta' Kuntatt

Data

(b)

INFORMAZZJONI BAŻIKA DWAR IL-KAŻ

Tip ta' frodi

Tip ta' rapport

Mezz ta' trasport

Kwalità tal-informazzjoni

(c)

DOKUMENTI

Tip

Numru

Ħlas tal-merkanzija

Data tal-ħruġ

Post tal-ħruġ

(d)

DEJTA DWAR PERSUNI INVOLUTI

Involviment

L-ewwel Isem

Kunjom

Kunjom ta' Xebba

Psewdonimu

Sess

Kull karatteristika fiżika partikolari u permanenti

Post tat-Twelid

Data tat-Twelid

Nazzjonalità

Indirizz

Triq

Numru

Kaxxa Postali

Kodiċi Postali

Belt

Pajjiż

Telefon/Mowbajl

Fax/E-mail

Karti tal-identità

Tip ta' dokument

Numru tad-dokument

Data tal-ħruġ

Post tal-ħruġ

Pajjiż

Bagalji

Kategorija

Tip

Ditta

Numru tat-tikketta

Tqandil

Biljetti

Data tax-xiri

Mod ta' pagament

Maħruġ fi (Pajjiż)

Maħruġ minn

Bidu tal-vjaġġ

Tul taż-żjara (jiem)

Flus kontanti

Iddikjarati

Użu intenzjonat

Provenjenza

Valuta

Tip ta' flus kontanti

Ammont

Ammont konvertit (EUR)

Twissija

(e)

DEJTA DWAR IN-NEGOZJI INVOLUTI

Involviment

Isem

Isem Kummerċjali

Tip ta' reġistrazzjoni

Numru tar-reġistrazzjoni (1)

Indirizz*

Triq

Numru

Kaxxa Postali

Kodiċi Postali

Belt

Pajjiż

Telefon/Mowbajl

Fax/E-mail

(f)

DETTALJI DWAR IL-MEZZI TA' TRASPORT

6.1

KONTEJNER

Tip

Numru

Status

Numru tas-siġilli

Daqs

(g)

6.2

TRIQ

Tip

Tip ta' reġistrazzjoni

Nazzjonalità

Ditta

Pjanċa tal-liċenzja

Kulur

Ismijiet jew Emblemi Stampati

Numru tas-siġilli

(h)

6.3

BASTIMENT ŻGĦIR

Tip

Isem

Bandiera

Port tar-reġistru

Tul

Unità tat-tul

Tunnellaġġ ICT GT

Kulur

Tip ta' Reġistrazzjoni tal-Bastiment

Numru ta' Reġistrazzjoni tal-Bastiment

(i)

6.4

BASTIMENT KUMMERĊJALI

Tip

Isem

Bandiera

Tip ta' Reġistrazzjoni tal-Bastiment

Numru ta' Reġistrazzjoni tal-Bastiment

(j)

6.5

FERROVIJA

Tip

Numru tal-Ferrovija

Kumpanija

Nazzjonalità

Numru tal-Vagun

Numru tas-Siġilli

(k)

6.6

AJRU

Tip

Numru tat-Titjira

Tip ta' trasport

Linja tal-ajru

Numru tar-reġistrazzjoni

Trasportatur

Pjanċa tal-liċenzja

MRN

Tqandil

Numru tas-Siġilli

6.7

KURRIER — POSTA

Tip

Numru tat-Titjira

Trasportatur

Pjanċa tal-liċenzja

MRN

(l)

ROTOT

Pass

Data

Pajjiż

Post

Tip ta' post

Latitudni

Lonġitudni

Mezz ta' Trasport

(m)

DETTALJI SPEĊIFIĊI DWAR IL-PRODOTTI

Status tal-Prodott

Tip ta' Prodott

Deskrizzjoni

Kategorija

Kodiċi HS/NM/Taric (6, 8, 10 Ċifri)

Proċedura doganali

Ammont Totali Fatturat

Valuta

Ammont konvertit (EUR)

Ditta

Manifattur

Kwantità

Unità

Piż gross

Volum

Piż nett

Tikketti/Twissijiet (Imwaħħla)

Twissija

8.1

OQSMA ADDIZZJONALI GĦAT-TABAKK

Tip ta' prodott

8.2

OQSMA ADDIZZJONALI GĦALL-PREKURSURI TAD-DROGA

Tip ta' droga

Kwantità

Unità

Logos

8.3

OQSMA ADDIZZJONALI GĦALL-FLUS KONTANTI

Użu intenzjonat

Provenjenza

Ammont

Tipi ta' Flus Kontanti

Kwantità

(n)

INFORMAZZJONI DWAR QABDA, DETENZJONI JEW KONFISKA

Status

Data

Pajjiż

Tip ta' post

Post ta' Qabda

Latitudni

Lonġitudni

Modus Operandi

Tip ta' Ħabi

Dettalji tal-Ħabi

Servizz

(o)

AZZJONI

Azzjoni mitluba

Raġuni għal azzjoni

Modus Operandi Suspettat

Tip ta' Ħabi Suspettat

Azzjoni Meħuda

Data

(p)

INDIKATURI TAR-RISKJU

(q)

TAQSIMA TA' KUMMENTI

Kumment

(r)

DOKUMENTI RILEVANTI MEHMUŻA

Referenza

(s)

DETTALJI SPEĊIFIĊI DWAR IX-XEJRIET TA' FRODI

(t)

DETTALJI SPEĊIFIĊI DWAR ID-DISPONIBBILTÀ TAL-GĦARFIEN ESPERT


(1)  Dan il-punt ma jistax jimtela jekk hawnhekk mhux possibbli li tkun identifikata persuna fiżika.


11.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/49


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/347

tal-10 ta' Marzu 2016

li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-format preċiż tal-listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata, kif ukoll il-format għall-aġġornament tal-listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(9) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014, l-emittenti, il-parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet, il-pjattaformi tal-irkanti, l-irkantaturi jew is-sorveljaturi tal-irkanti, jew kull persuna oħra li taġixxi f'isimhom jew għall-kont tagħhom huma obbligati jfasslu listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata u jżommuhom aġġornati skont format preċiż.

(2)

L-istabbiliment ta' format preċiż, inkluż l-użu ta' mudelli standard, għandu jiffaċilita l-applikazzjoni uniformi tar-rekwiżit li jitfasslu u jiġu aġġornati listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 596/2014. Għandu wkoll jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti jiġu pprovduti bl-informazzjoni meħtieġa biex iwettqu l-kompitu li jipproteġu l-integrità tas-swieq finanzjarji u jinvestigaw abbużi possibbli tas-suq.

(3)

Billi diversi biċċiet ta' informazzjoni privileġġata jistgħu jeżistu f'entità fl-istess ħin, listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata għandhom jidentifikaw b'mod preċiż il-biċċiet speċifiċi ta' informazzjoni privileġġata li persuni li jaħdmu għall-emittenti, il-parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet, il-pjattaformi tal-irkanti, l-irkantaturi u s-sorveljatur tal-irkanti kellhom aċċess għalihom (fost l-oħrajn, tranżazzjonijiet, proġetti, avvenimenti korporattivi jew finanzjarji, il-pubblikazzjoni ta' rapporti finanzjarji jew twissijiet dwar il-qligħ). Għal dan l-għan, il-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata għandha tinqasam f'taqsimiet b'taqsima separata għal kull biċċa informazzjoni privileġġata. Kull taqsima għandha telenka l-persuni kollha li jkollhom aċċess għall-istess biċċa speċifika ta' informazzjoni privileġġata.

(4)

Biex ikun evitat li jkun hemm aktar minn entrata waħda rigward l-istess individwi f'taqsimiet differenti ta' listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata, l-emittenti, il-parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet, il-pjattaformi tal-irkanti, l-irkantaturi u s-sorveljatur tal-irkanti, jew persuni li jaġixxu għan-nom tagħhom jew għall-kont tagħhom, jistgħu jiddeċiedu li jfasslu u jżommu aġġornata taqsima supplimentari tal-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata, imsejħa t-taqsima ta' persuni b'informazzjoni privileġġata permanenti, li hija ta' natura differenti mill-bqija tat-taqsimiet tal-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata, peress li mhijiex maħluqa malli tibda teżisti biċċa informazzjoni privileġġata speċifika. F'każ bħal dan, it-taqsima tal-persuni b'informazzjoni privileġġata permanenti għandha tinkludi biss lil dawk il-persuni li, minħabba n-natura tal-funzjonijiet jew il-pożizzjoni tagħhom, ikollhom aċċess f'kull ħin għall-informazzjoni privileġġata kollha tal-emittent, il-parteċipant f'suq ta' kwoti tal-emissjonijiet, il-pjattaforma tal-irkanti, l-irkantatur jew is-sorveljatur tal-irkanti.

(5)

Il-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata għandha fil-prinċipju tinkludi dejta personali li tiffaċilita l-identifikazzjoni tal-persuni b'informazzjoni privileġġjata. Tali informazzjoni għandha tinkludi d-data tat-twelid, l-indirizz personali u, fejn applikabbli, in-numru nazzjonali ta' identifikazzjoni tal-individwi kkonċernati.

(6)

Il-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata għandha tinkludi wkoll dejta li tista' tgħin lill-awtoritajiet kompetenti fit-twettiq tal-investigazzjonijiet biex janalizzaw b'mod rapidu l-imġiba tan-negozjar ta' persuni b'informazzjoni privileġġata, biex jistabbilixxu konnessjonijiet bejn persuni b'informazzjoni privileġġata u persuni involuti f'negozjar suspettuż, u biex jidentifikaw kuntatti bejniethom fi żminijiet kritiċi. F'dan ir-rigward, in-numri tat-telefon huma essenzjali billi jippermettu lill-awtorità kompetenti sabiex taġixxi malajr u titlob rekords tat-traffiku tad-dejta, jekk ikun meħtieġ. Barra minn hekk, din id-dejta għandha tkun provduta mill-bidu, sabiex l-integrità tal-investigazzjoni ma tkunx kompromessa għaliex l-awtorità kompetenti jkollha, waqt investigazzjoni, tikkuntattja lill-emittent, lill-parteċipant f'suq ta' kwoti tal-emissjonijiet, lill-pjattaforma tal-irkanti, lill-irkantatur, lis-sorveljatur tal-irkanti jew lill-persuna b'informazzjoni privileġġata b'aktar talbiet għal informazzjoni.

(7)

Sabiex jiġi żgurat li l-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata tkun tista' titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti malajr kemm jista' jkun, fuq talba tagħha, u sabiex l-investigazzjoni ma tiġix ipperikolata għaliex ikollha tintalab informazzjoni mingħand il-persuni fil-lista tal-persuni b'informazzjoni privileġġata, il-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata għandha titfassal f'format elettroniku u tkun aġġornata f'kull ħin mingħajr dewmien, inkluż meta sseħħ xi waħda miċ-ċirkustanzi speċifikati fir-Regolament (UE) Nru 596/2014 għall-aġġornament tal-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata.

(8)

L-użu ta' formati elettroniċi speċifiċi għas-sottomissjoni ta' listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata, kif determinat mill-awtoritajiet kompetenti għandu wkoll inaqqas il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet kompetenti, l-emittenti, il-parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet, il-pjattaformi tal-irkanti, l-irkantaturi jew is-sorveljatur tal-irkanti u dawk li jaġixxu f'isimhom jew għall-kont tagħhom. Il-formati elettroniċi għandhom jippermettu li l-informazzjoni inkluża fil-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata tinżamm kunfidenzjali u li r-regoli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u t-trasferiment ta' tali dejta jiġu rispettati.

(9)

Billi l-emittenti f'suq ta' tkabbir tal-SMEs huma eżentati madankollu mit-tfassil ta' listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata u milli jżommu tali listi aġġornati u, għalhekk, jistgħu jipproduċi u jżommu dik l-informazzjoni f'format ieħor għajr dak elettroniku kif meħtieġ minn dan ir-Regolament għall-bqija tal-emittenti, huwa neċessarju li ma jiġix impost fuq l-emittenti f'suq ta' tkabbir tal-SMEs ir-rekwiżit li jintuża format elettroniku għall-preżentazzjoni tal-listi tal-persuni b'informazzjoni privileġġata lill-awtoritajiet kompetenti. Bl-istess mod, huwa wkoll xieraq li ma tintalabx il-preżentazzjoni ta' ċerta dejta personali fejn din id-dejta ma tkunx disponibbli għal dawk l-emittenti fil-mument li tintalab il-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata. Listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata għandhom f'kull każ jiġu ppreżentati b'mod li jiżgura l-kompletezza, il-kunfidenzjalità u l-integrità tal-informazzjoni.

(10)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomess mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-Kummissjoni.

(11)

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Konċernati stabbilit mill-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(12)

Sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b'urġenza u li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament japplikaw mill-istess data bħal dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 596/2014,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, tapplika d-definizzjoni li ġejja:

 

“mezzi elettroniċi” huma mezzi ta' tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluża l-kompressjoni diġitali), il-ħżin u t-trażmissjoni ta' dejta, li jkunu jużaw wajers, radju, teknoloġiji ottiċi, jew kull mezz elettromanjetiku ieħor.

Artikolu 2

Format għat-tfassil u l-aġġornament tal-lista tal-persuni b'informazzjoni privileġġata

1.   L-emittenti u l-parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet, il-pjattaformi tal-irkanti, l-irkantaturi u s-sorveljatur tal-irkanti, jew kull persuna li taġixxi f'isimhom jew għall-kont tagħhom, għandhom jiżguraw li l-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata tagħhom tkun maqsuma f'taqsimiet differenti relatati ma' informazzjoni privileġġata differenti. Taqsimiet ġodda għandhom jiġu miżjuda mal-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata malli tiġi identifikata informazzjoni privileġġata ġdida, kif definita fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014.

Kull taqsima tal-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata għandha tinkludi biss dettalji ta' individwi li għandhom aċċess għall-informazzjoni privileġġata rilevanti għal dik it-taqsima.

2.   Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jdaħħlu taqsima supplimentari fil-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata tagħhom bid-dettalji ta' individwi li jkollhom aċċess, f'kull ħin, għal kull informazzjoni privileġġata (“persuni b'informazzjoni privileġġata permanenti”).

Id-dettalji ta' persuni b'informazzjoni privileġġata permanenti inklużi fit-taqsima supplimentari msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx ikunu inklużi fit-taqsimiet l-oħra tal-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ifasslu l-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata f'format elettroniku u jżommuha aġġornata skont il-Mudell 1 tal-Anness I.

Fejn il-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata jkun fiha t-taqsima supplimentari msemmija fil-paragrafu 2, il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ifasslu dik it-taqsima f'format elettroniku u jżommuha aġġornata skont il-Mudell 2 tal-Anness I.

4.   Il-formati elettroniċi msemmija fil-paragrafu 3 għandhom f'kull ħin jiżguraw:

(a)

il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni inkluża billi jiżguraw li l-aċċess għal-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata jkun limitat għal persuni identifikati b'mod ċar fl-emittent, il-parteċipant f'suq ta' kwoti tal-emissjonijiet, il-pjattaforma tal-irkanti, l-irkantatur jew is-sorveljatur tal-irkanti, jew kull persuna li taġixxi f'isimhom jew għall-kont tagħhom, li jeħtieġu l-aċċess minħabba n-natura tal-funzjonijiet jew il-pożizzjoni tagħhom;

(b)

l-eżattezza tal-informazzjoni li tinsab fil-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata;

(c)

l-aċċess għal verżjonijiet preċedenti ta' din il-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata u l-irkupru tagħhom.

5.   Il-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata msemmija fil-paragrafu 3 għandha tiġi ppreżentata bl-użu ta' mezzi elettroniċi speċifikati mill-awtorità kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw fuq is-sit elettroniku tagħhom il-mezzi elettroniċi li għandhom jintużaw. Dawk il-mezzi elettroniċi għandhom jiżguraw li l-kompletezza, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni jinżammu matul it-trażmissjoni.

Artikolu 3

Emittenti fis-swieq tat-tkabbir tal-SMEs

Għall-finijiet tal-Artikolu 18(6)(b) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014, emittent li l-istrumenti finanzjarji tiegħu jkunu ammessi għan-negozjar f'suq ta' tkabbir tal-SMEs għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti, fuq talba tagħha, b'lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata skont il-mudell fl-Anness II u f'format li jiżgura li l-kompletezza, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni jinżammu matul it-trażmissjoni.

Artikolu 4

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jibda japplika mit-3 ta' Lulju 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


ANNESS I

MUDELL 1

Lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata: taqsima relatata ma' [Isem tal-informazzjoni privileġġata speċifika għal tranżazzzjoni jew ibbażata fuq avvenimenti]

Data u ħin (tal-ħolqien ta' din it-taqsima tal-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata, jiġifieri meta din l-informazzjoni privileġġata kienet identifikata): [ ssss-xx-jj; hh:mm UTC (Ħin Universali Koordinat) ]

Data u ħin (l-aħħar aġġornament): [ ssss-xx-jj, hh:mm UTC (Ħin Universali Koordinat) ]

Data tat-trażmissjoni lill-awtorità kompetenti: [ ssss-xx-jj ]

L-ewwel isem/ismijiet tal-persuna b'informazzjoni privileġġata

Kunjom(ijiet) tal-persuna b'informazzjoni privileġġata

Kunjom(ijiet) tat-twelid tal-persuna b'informazzjoni privileġġata (jekk differenti)

Numru/i tat-telefon professjonali (il-linja tat-telefon diretta tax-xogħol u n-numri tal-mowbajl tax-xogħol)

Isem u Indirizz tal-kumpanija

Funzjoni u raġuni għaliex il-persuna għandha informazzjoni privileġġata

Kisba (id-data u l-ħin li fihom dik il-persuna kisbet l-aċċess għal informazzjoni privileġġata)

Waqfien (id-data u l-ħin li fihom dik il-persuna ma baqagħliex aċċess għal informazzjoni privileġġata)

Data tat-twelid

Numru Nazzjonali ta' Identifikazzjoni (jekk applikabbli)

In-numri tat-telefon personali (in-numru tat-telefon tad-dar u dak tat-telefon ċellulari personali)

Indirizz tad-dar sħiħ: isem tat-triq; numru tat-triq; belt; kodiċi postali; pajjiż)

[Test]

[Test]

[Test]

[Numri (ebda spazju)]

[indirizz tal-emittent/parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet/pjattaforma tal-irkant/irkantatur/sorveljatur tal-irkanti jew parti terza tal-persuna b'informazzjoni privileġġata]

[Test li jiddeskrivi r-rwol, il-funzjoni u r-raġuni għall-inklużjoni f'din il-lista]

[ssss-xx-jj, hh:mm UTC]

[ssss-xx-jj, hh:mm UTC]

[ssss-xx-jj]

[Numru u/jew test]

[Numri (ebda spazju)]

[Test: indirizz personali dettaljat tal-persuna b'informazzjoni privileġġata

L-isem tat-triq u n-numru tat-triq

Belt

Kodiċi postali

Pajjiż]

MUDELL 2

Taqsima tal-persuni b'informazzjoni privileġġata permanenti tal-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata

Data u ħin (tal-ħolqien tat-taqsima tal-persuni b'informazzjoni privileġġata permanenti) [ ssss-xx-jj, hh:mm UTC (Ħin Universali Koordinat) ]

Data u ħin (l-aħħar aġġornament): [ ssss-xx-jj, hh:mm UTC (Ħin Universali Koordinat) ]

Data tat-trażmissjoni lill-awtorità kompetenti: [ ssss-xx-jj ]

L-ewwel isem/ismijiet tal-persuna b'informazzjoni privileġġata

Kunjom(ijiet) tal-persuna b'informazzjoni privileġġata

Kunjom(ijiet) tat-twelid tal-persuna b'informazzjoni privileġġata (jekk differenti)

Numru/i tat-telefon professjonali (il-linja tat-telefon diretta tax-xogħol u n-numri tal-mowbajl tax-xogħol)

Isem u indirizz tal-kumpanija

Funzjoni u raġuni għaliex il-persuna għandha informazzjoni privileġġata

Inkluż

(id-data u l-ħin li fihom persuna kienet inkluża fit-taqsima ta' persuni b'informazzjoni privileġġata permanenti)

Data tat-twelid

Numru Nazzjonali ta' Identifikazzjoni (jekk applikabbli)

Numri tat-telefon personali (in-numru tat-telefon tad-dar u dak tat-telefon ċellulari personali)

Indirizz tad-dar personali sħiħ

(isem tat-triq; numru tat-triq; belt; kodiċi postali; pajjiż)

[Test]

[Test]

[Test]

[numri (ebda spazju)]

[indirizz tal-emittent/parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet/pjattaforma tal-irkant/irkantatur/sorveljatur tal-irkant jew parti terza tal-persuna b'informazzjoni privileġġata]

[Test li jiddeskrivi r-rwol, il-funzjoni u r-raġuni għall-inklużjoni f'din il-lista]

[ssss-xx-jj, hh:mm UTC]

[ssss-xx-jj]

[Numru u/jew test]

[Numri (ebda spazju)]

[Test: indirizz personali dettaljat tal-persuna b'informazzjoni privileġġata

L-isem tat-triq u n-numru tat-triq

Belt

Kodiċi postali

Pajjiż]


ANNESS II

Mudell għal-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata li għandha tiġi ppreżentata minn emittenti ta' strumenti finanzjarji ammessi għan-negozju fis-swieq ta' tkabbir tal-SMEs

Data u ħin (ħolqien): [ ssss-xx-jj, hh:mm UTC (Ħin Universali Koordinat) ]

Data tat-trażmissjoni lill-awtorità kompetenti: [ ssss-xx-jj ]

L-ewwel isem/ismijiet tal-persuna b'informazzjoni privileġġata

Kunjom(ijiet) tal-persuna b'informazzjoni privileġġata

Kunjom(ijiet) tat-twelid tal-persuna b'informazzjoni privileġġata (jekk differenti)

Numru/i tat-telefon professjonali (il-linja tat-telefon diretta tax-xogħol u n-numri tal-mowbajl tax-xogħol)

Isem u indirizz tal-kumpanija

Funzjoni u raġuni għaliex il-persuna għandha informazzjoni privileġġata

Kisba (id-data u l-ħin li fihom dik il-persuna kisbet l-aċċess għal informazzjoni privileġġata)

Waqfien (id-data u l-ħin li fihom dik il-persuna ma baqagħliex aċċess għal informazzjoni privileġġata)

Numru Nazzjonali ta' Identifikazzjoni (jekk applikabbli)

Jew inkella data tat-twelid

Indirizz personali sħiħ tad-dar (l-isem tat-triq; numru tat-triq; belt; kodiċi postali; pajjiż)

(Jekk disponibbli fiż-żmien tat-talba mill-awtorità kompetenti)

Numri tat-telefon personali (in-numru tat-telefon tad-dar u dak tat-telefon ċellulari personali)

(Jekk disponibbli fiż-żmien tat-talba mill-awtorità kompetenti)

[Test]

[Test]

[Test]

[Numri (ebda spazju)]

[Indirizz tal-emittent jew tal-parti terza tal-persuna b'informazzjoni privileġġata]

[Test li jiddeskrivi r-rwol, il-funzjoni u r-raġuni għall-inklużjoni f'din il-lista]

[ssss-xx-jj, hh:mm UTC]

[ssss-xx-jj, hh:mm UTC]

[Numru u/jew test jew ssss-xx-jj għad-data tat-twelid]

[Test: indirizz personali dettaljat tal-persuna b'informazzjoni privileġġata

L-isem tat-triq u n-numru tat-triq

Belt

Kodiċi postali

Pajjiż]

[Numri (ebda spazju)]


11.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/56


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/348

tal-10 ta' Marzu 2016

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 98/2012 fir-rigward tal-kontenut minimu tal-preparazzjoni ta' 6-fitasi (EC 3.1.3.26) prodotta mill-Komagataella pastoris (DSM 23036) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Huvepharma EOOD)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata u tiġi mmodifikata din l-awtorizzazzjoni.

(2)

L-użu tal-preparazzjoni ta' 6-fitasi (EC 3.1.3.26) prodotta mill-Komagataella pastoris (DSM 23036), li qabel kienet magħrufa bħala Pichia pastoris, kien ġie awtorizzat sat-28 ta' Frar 2022 għal tiġieġ u dundjani għat-tismin, tiġieġ imrobbija għall-bajd, dundjani mrobbija għat-tgħammir, tiġieġ tal-bajd, speċijiet tat-tjur oħrajn għat-tismin u għall-bajd, ħnienes miftuma, ħnieżer għat-tismin u ħnieżer nisa, mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 98/2012 (2), wara talba f'dan is-sens skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, id-detentur tal-awtorizzazzjoni ppropona li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjoni ta' dik il-preparazzjoni bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer għat-tismin billi jitnaqqas il-kontenut minimu rrakkomandat tagħha minn 250 OTU/kg għal 125 OTU/Kg. Mal-applikazzjoni ntbagħtet ukoll id-dejta rilevanti ta' sostenn. Il-Kummissjoni bagħtet din l-applikazzjoni lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “L-Awtorità”).

(4)

Fl-opinjoni tagħha tad-9 ta' Lulju 2015 (3) l-Awtorità kkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu ġodda li ġew proposti, fil-każ tal-ħnieżer għat-tismin, il-preparazzjoni ta' 6-fitasi (EC 3.1.3.26) prodotta mill-Komagataella pastoris (DSM 23036) għandha l-potenzjal li tkun effikaċi fid-doża minima rrakkomandata u mitluba ta' 125 OTU/kg ta' għalf komplet. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għal pjan ta' monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni ta' 6-fitasi (EC 3.1.3.26) prodotta mill-Komagataella pastoris (DSM 23036) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati.

(6)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 98/2012 għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 98/2012 huwa mibdul bit-test li jinsab fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 98/2012 tas-7 ta' Frar 2012 rigward l-awtorizzazzjoni tal-enzima 6-fitasi (EC 3.1.3.26) prodotta mill-Pichia pastoris (DSM 23036) bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ u dundjani għat-tismin, tiġieġ imrobbija għall-bajd, dundjani mrobbija għat-tgħammir, tiġieġ tal-bajd, speċijiet tat-tjur oħrajn għat-tismin u għall-bajd, ħnienes miftuma, ħnieżer għat-tismin u ħnieżer nisa (id-detentur tal-awtorizzazzjoni: Huvepharma AD) (ĠU L 35, 8.2.2012, p. 6).

(3)  EFSA Journal 2015; 13(7):4200.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà

4a16

Huvepharma EOOD

6-fitasi

(EC 3.1.3.26)

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' 6-fitasi (EC 3.1.3.26) prodotta mill-Komagataella pastoris (DSM 23036) b'attività minima ta':

 

4 000 OTU (1)/g f'għamla solida

 

8 000 OTU/g f'għamla likwida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

6-fitasi (EC 3.1.3.26) prodotta mill-Komagataella pastoris (DSM 23036)

Metodu analitiku  (2)

Il-metodu kolorimetriku bbażat fuq il-kwantifikazzjoni tal-fosfat inorganiku rilaxxat mill-enzima mill-fitat tas-sodju

It-tiġieġ għat-tismin, it-tiġieġ imrobbija għall-bajd, it-tiġieġ tal-bajd, l-ispeċijiet ta' tjur oħrajn għajr id-dundjani għat-tismin u d-dundjani mrobbija għat-tgħammir, il-ħnieżer għat-tismin, il-ħnieżer nisa.

125 OTU

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura tal-ħżin, iż-żmien tal-ħżin u l-istabbiltà għat-tgerbib.

2.

Id-doża massima rrakkomandata għall-ispeċijiet awtorizzati kollha: 500 OTU/Kg ta' għalf komplet.

3.

Għall-użu fl-għalf li fih aktar minn 0,23 % ta' fosforu magħqud mal-fitin.

4.

Għas-sikurezza: waqt il-maniġġ għandhom jintużaw il-protezzjoni għan-nifs, in-nuċċalijiet u l-ingwanti.

it-28 ta' Frar 2022

Id-dundjani għat-tismin, id-dundjani mrobbija għat-tgħammir, il-ħnienes (miftuma)

250 OTU


(1)  1 OTU huwa l-ammont ta'enzima li jikkatalizza r-rilaxx ta' mikromolu wieħed ta' fosfat inorganiku fil-minuta minn 5.1 mM fitat tas-sodju f'soluzzjoni mewwieta ta' ċitrat b'pH 5,5 f'temperatura ta' 37 °C, imkejjel bħala l-kulur kumpless ikħal tal-P-molibdat fil-livell ta' 820 nm.

(2)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu f'dan l-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


11.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/59


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/349

tal-10 ta' Marzu 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

236,2

MA

99,3

SN

176,8

TN

112,1

TR

100,4

ZZ

145,0

0707 00 05

MA

84,5

TR

153,1

ZZ

118,8

0709 93 10

MA

66,0

TR

158,8

ZZ

112,4

0805 10 20

EG

45,8

IL

68,5

MA

56,0

TN

64,1

TR

64,4

ZZ

59,8

0805 50 10

MA

119,5

TR

90,9

ZZ

105,2

0808 10 80

CL

93,0

CN

66,5

US

185,1

ZZ

114,9

0808 30 90

AR

110,9

CL

129,6

CN

103,0

TR

153,6

ZA

110,7

ZZ

121,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

11.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/61


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/350

tal-25 ta' Frar 2016

dwar il-konklużjoni tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħha fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 74 u l-Artikolu 78(1) u (2), flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 218(6), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/185/UE (1), l-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħha fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (l-“Arranġament”) ġie ffirmat fil-11 ta' Frar 2014, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(2)

L-Arranġament għandu jiġi approvat.

(3)

Kif speċifikat fil-premessa 21 tar-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), ir-Renju Unit u l-Irlanda qed jieħdu sehem f'dak ir-Regolament u huma marbuta bih. Għalhekk għandhom jagħtu effett lill-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 439/2010 billi jieħdu sehem f'din id-Deċiżjoni. Ir-Renju Unit u l-Irlanda għalhekk qed jieħdu sehem f'din id-Deċiżjoni.

(4)

Kif speċifikat fil-premessa 22 tar-Regolament (UE) Nru 439/2010, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem f'dak ir-Regolament u mhijiex marbuta bih. Id-Danimarka għalhekk mhijiex qed tieħu sehem f'din id-Deċiżjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħha fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil huwa għalhekk approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Arranġament huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill jinnomina, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 13(1) tal-Arranġament (3).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni ssir effettiva fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

K.H.D.M. DIJKHOFF


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/185/UE tal-11 ta' Frar 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (ĠU L 102, 5.4.2014, p. 1).

(2)  Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11).

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Arranġament ser jiġi ppubblikata f'Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


11.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/63


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/351

tal-4 ta' Marzu 2016

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar it-talba tal-Ġordan għal eżenzjoni tad-WTO marbuta mal-perijodu tranżitorju għall-eliminazzjoni tal-programm ta' sussidju tal-esportazzjoni tiegħu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu IX tal-Ftehim ta' Marrakesh li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“il-Ftehim tad-WTO”) jistabbilixxu l-proċeduri għall-għoti ta' eżenzjonijiet rigward il-Ftehimiet Multilaterali dwar il-Kummerċ fl-Anness IA jew IB jew IC tal-Ftehim WTO u l-annessi tagħhom.

(2)

Fis-27 ta' Lulju 2007, il-Ġordan ingħata estensjoni tal-perijodu tranżitorju previst mill-Ftehim dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kompensatorji (“Ftehim dwar is-SCM”), għall-eliminazzjoni tal-programm ta' sussidju tal-esportazzjoni tiegħu li jieħu l-forma ta' eżenzjoni parzjali jew totali mit-taxxa tal-introjtu ta' profitti ġġenerati minn ċerti esportazzjonijiet. Dik l-estensjoni tkompliet sal-31 ta' Diċembru 2013 b'perijodu ta' eliminazzjoni gradwali li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2015, skont il-proċeduri għall-kontinwazzjoni ta' estensjonijiet skont l-Artikolu 27.4 tal-Ftehim dwar is-SCM, tal-perijodu tranżitorju skont l-Artikolu 27.2(b) ta' dak il-Ftehim għal ċerti pajjiżi li qed jiżviluppaw.

(3)

Skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu IX tal-Ftehim tad-WTO, il-Ġordan ressaq talba għal eżenzjoni mill-obbligu tiegħu ta' eliminazzjoni gradwali stabbilit fl-Artikolu 27.4 tal-Ftehim dwar is-SCM sal-31 ta' Diċembru 2018 fir-rigward tal-programm ta' sussidju tal-esportazzjoni tiegħu.

(4)

L-għoti tal-eżenzjoni ma taffettwax b'mod negattiv l-ekonomija jew l-interessi tal-kummerċ tal-Unjoni, u tappoġġa lill-Ġordan fl-isforzi tiegħu biex jiġu indirizzati l-isfidi ekonomiċi li qed jiffaċċja minħabba s-sitwazzjoni politika diffiċli u instabbli fir-reġjun.

(5)

Għaldaqstant, huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kunsill Ġenerali tad-WTO biex tkun appoġġata t-talba għal eżenzjoni mill-Ġordan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ għandha tkun li tappoġġa t-talba għal eżenzjoni tal-Ġordan dwar l-estensjoni tal-perijodu tranżitorju għall-eliminazzjoni tal-programm ta' sussidju tal-esportazzjoni tiegħu sal-31 ta' Diċembru 2018 skont it-termini tat-talba għal eżenzjoni.

Din il-pożizzjoni għandha tiġi espressa mill-Kummissjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

S.A.M. DIJKSMA


11.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/64


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/352

tal-4 ta' Marzu 2016

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti għal emendi tar-Regolamenti tan-NU Nri 10, 34, 41, 46, 48, 50, 51, 53, 55, 60, 73, 83, 94, 107, 110, 113, 118, 125, 128, 130 u 131 u l-proposta għal Regolament ġdid dwar l-approvazzjoni ta' vetturi tat-trasport bit-triq ħiemda (QRTV)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (1), l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, għat-tagħmir u għall-partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet (il-“Ftehim Rivedut tal-1958”).

(2)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE (2), l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, għat-tagħmir u għall-partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti (il-“Ftehim Parallel”).

(3)

Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) issostitwiet is-sistemi tal-Istati Membri għall-approvazzjoni tat-tip bi proċedura ta' approvazzjoni tal-Unjoni, u stabbiliet qafas armonizzat li fih id-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi, għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dik id-Direttiva inkorporat ir-regolamenti tan-NU fis-sistema tal-UE għall-approvazzjoni tat-tip, bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip inkella bħala alternattivi għal-leġislazzjoni tal-Unjoni. Minn meta ġiet adottata dik id-Direttiva, ir-regolamenti tan-NU qegħdin jiġu inkorporati dejjem aktar fil-leġislazzjoni tal-Unjoni fil-qafas tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

(4)

Fid-dawl tal-esperjenza u tal-iżviluppi tekniċi, il-ħtiġijiet b'rabta ma' ċerti elementi jew karatteristiċi koperti bir-Regolamenti tan-NU Nri 10, 34, 41, 46, 48, 50, 51, 53, 55, 60, 73, 83, 94, 107, 110, 113, 118, 125, 128, 130 u 131 jeħtieġ li jiġu addattati għall-progress tekniku.

(5)

Sabiex ikunu stabbiliti dispożizzjonijiet uniformi dwar l-appovazzjoni ta' Vetturi tat-Trasport bit-Triq Ħiemda (QRTV) fir-rigward tal-livell tal-ħoss imnaqqas, għandu jiġi adottat Regolament ġdid tan-NU dwar il-QRTV.

(6)

Għaldaqstant, jeħtieġ li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel, fir-rigward tal-adozzjoni ta' dawk l-atti tan-NU,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel matul il-perjodu mis-7 sal-11 ta' Marzu 2016 għandha tkun ta' vot favur il-proposti elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

S.A.M. DIJKSMA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-addozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati ma' u/jew ikunu użati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijet reċiproċi tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta' Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti, tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12).

(3)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).


ANNESS

Regolament #

Punt tal-aġenda

Titolu tal-punt tal-aġenda

Referenza tad-dok

10

4.9.1.

Proposta għas-Suppliment 1 għas-serje 05 tal-emendi għar-Regolament Nru 10 (Il-kompatibilità elettromanjetika (EMC))

ECE/TRANS/WP.29/2016/16

10

4.9.2.

Proposta għas-Suppliment 3 għas-serje 04 tal-emendi għar-Regolament Nru 10 (Il-kompatibilità elettromanjetika (EMC))

ECE/TRANS/WP.29/2016/17

34

4.8.1.

Proposta għas-Suppliment 1 għas-serje 03 tal-emendi tar-Regolament Nru 34 (Prevenzjoni tar-riskji tan-nar)

ECE/TRANS/WP.29/2016/8

41

4.6.1.

Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje 04 tal-emendi tar-Regolament Nru 41 (Emissjonijiet ta' ħsejjes tal-muturi)

ECE/TRANS/WP.29/2016/3

46

4.8.2.

Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje 04 tal-emendi tar-Regolament Nru 46 (Direttivi għall-viżjoni indiretta)

ECE/TRANS/WP.29/2016/9

48

4.9.3.

Proposta għas-Suppliment 7 għas-serje 06 tal-emendi tar-Regolament Nru 48 (Stallazzjoni ta' tagħmir tad-dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/2016/18

48

4.9.4.

Proposta għas-Suppliment 9 għas-serje 05 tal-emendi tar-Regolament Nru 48 (Stallazzjoni ta' tagħmir tad-dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/2016/19

48

4.9.5.

Proposta għas-Suppliment 16 għas-serje 04 tal-emendi tar-Regolament Nru 48 (Stallazzjoni ta' tagħmir tad-dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/2016/20

50

4.9.6.

Proposta għas-Suppliment 18 tas-serje oriġinali ta' emendi tar-Regolament Nru 50 (Fanali tal-pożizzjoni, tal-waqfien, li jindikaw id-direzzjoni għal mopeds u muturi)

ECE/TRANS/WP.29/2016/21

51

4.6.2.

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 03 tal-emendi tar-Regolament Nru 51 (Il-ħoss tal-vetturi tal-kategoriji M u N)

ECE/TRANS/WP.29/2016/4

53

4.9.7.

Proposta għas-Suppliment 18 tas-serje tal-emendi 01 tar-Regolament Nru 53 (Stallazzjoni ta' apparati ta' tidwil u ta' sinjalazzjoni bid-dawl għal vetturi L3)

ECE/TRANS/WP.29/2016/22

53

4.9.8.

Proposta għal serje ġdida tal-emendi 02 tar-Regolament Nru 53 (Stallazzjoni ta' apparati ta' tidwil u ta' sinjalazzjoni bid-dawl għal vetturi L3)

ECE/TRANS/WP.29/2016/23

55

4.7.1.

Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje tal-emendi 01 tar-Regolament Nru 55 (Perni mekkaniċi)

ECE/TRANS/WP.29/2016/5

60

4.15.1.

Proposta għas-Suppliment 5 tar-Regolament Nru 60 (Kontrolli mħaddma mis-sewwieq għall-mopeds u l-muturi)

ECE/TRANS/WP.29/2016/27

73

4.12.1.

Proposta għar-Rettifika 1 (Franċiż biss) tas-serje tal-emendi 01 tar-Regolament Nru 73 (Tagħmir ta' ħarsien laterali)

ECE/TRANS/WP.29/2016/31

83

4.15.2.

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje tal-emendi 07 tar-Regolament Nru 83 (Emissjonijiet tal-vetturi tal-kategoriji M1 u N1)

ECE/TRANS/WP.29/2016/28

94

4.11.1

Proposta għar-Rettifika 3 (Russu biss) tas-serje tal-emendi 01 tar-Regolament Nru 94 (Protezzjoni f'każ ta' ħabta frontali)

ECE/TRANS/WP.29/2016/32

107

4.8.3.

Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje tal-emendi 05 tar-Regolament Nru 107 (Kostruzzjoni ġenerali ta' xarabanks u kowċis)

ECE/TRANS/WP.29/2016/10

107

4.8.4.

Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje tal-emendi 06 tar-Regolament Nru 107 (Kostruzzjoni ġenerali ta' xarabanks u kowċis)

ECE/TRANS/WP.29/2016/11

107

4.8.5.

Proposta għas-serje tal-emendi 07 tar-Regolament Nru 107 (Kostruzzjoni ġenerali ta' xarabanks u kowċis)

ECE/TRANS/WP.29/2016/12

110

4.8.6.

Proposta għas-serje tal-emendi 02 tar-Regolament Nru 110 (Vetturi CNG u LNG),

ECE/TRANS/WP.29/2016/13

113

4.9.9.

Proposta għas-Suppliment 6 għas-serje tal-emendi 01 tar-Regolament Nru 113 (Fanali ta' quddiem li jitfgħu raġġ tal-passaġġ simmetriku)

ECE/TRANS/WP.29/2016/24

118

4.8.7.

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje ta' emendi 02 tar-Regolament Nru 118 (Għaġir ta' ħruq tal-materjali)

ECE/TRANS/WP.29/2016/14

125

4.8.8.

Proposta għas-Suppliment 1 għas-serje tal-emendi 01 tar-Regolament Nru 125 (Firxa viżiva fuq quddiem tas-sewwieqa)

ECE/TRANS/WP.29/2016/15

128

4.9.10.

Proposta għas-Suppliment 5 għas-serje tal-emendi oriġinali tar-Regolament Nru 128 (Sorsi tad-dawl b'dajowds li jitfgħu d-dawl (LED))

ECE/TRANS/WP.29/2016/25

130

4.7.2.

Proposta għas-Suppliment 1 tar-Regolament Nru 130 (Sistemi ta' Indikazzjoni ta' Ħruġ minn Karreġġata (LDWS))

ECE/TRANS/WP.29/2016/6

131

4.7.3.

Proposta għas-Suppliment 2 għas-serje tal-emendi 01 tar-Regolament Nru. 131(Sistemi Avvanzati għall-Ibbrejkjar f'Emerġenza (AEBS))

ECE/TRANS/WP.29/2016/7

 

4.13.1.

Proposta għal Regolament ġdid dwar l-approvazzjoni ta' vetturi tat-trasport bit-triq ħiemda (QRTV)

ECE/TRANS/WP.29/2016/26