ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 21

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
28ta' Jannar 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija, minn naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Tuneżija fil-programmi tal-Unjoni

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/98 tas-16 ta' Ottubru 2015 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji sabiex jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet ġenerali għall-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri ( 1 )

2

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/99 tas-16 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tad-determinazzjoni tal-funzjonament operattiv tal-kulleġġi ta' superviżuri skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

21

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/100 tas-16 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-proċess ta' deċiżjoni konġunta fir-rigward tal-applikazzjoni għal ċerti permessi prudenzjali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

45

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/101 tas-26 ta' Ottubru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-valutazzjoni prudenti skont l-Artikolu 105(14) ( 1 )

54

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/102 tad-19 ta' Jannar 2016 li japprova emenda mhix minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Eichsfelder Feldgieker/Eichsfelder Feldkieker (IĠP)]

66

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/103 tas-27 ta' Jannar 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS)

67

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/104 tas-27 ta' Jannar 2016 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv għal speċi ta' ruminanti minuri għat-tismin u l-produzzjoni tal-ħalib (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Prosol S.p.A.) ( 1 )

71

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/105 tas-27 ta' Jannar 2016 li japprova l-bifenil-2-ol bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 2, 4, 6 u 13 ( 1 )

74

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/106 tas-27 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

79

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/107 tas-27 ta' Jannar 2016 dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni taċ-ċibutrin bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 21 ( 1 )

81

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/108 tas-27 ta' Jannar 2016 dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tat-2-Butanon, perossidu bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1 u 2 ( 1 )

83

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/109 tas-27 ta' Jannar 2016 biex ma tapprovax il-PHMB (1600; 1.8) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 6 u 9 ( 1 )

84

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/110 tas-27 ta' Jannar 2016 dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tat-triklosan bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 1 ( 1 )

86

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Direttiva 2009/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar l-installazzjoni ta' apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq vetturi bil-mutur b'żewġ jew bi tliet roti ( ĠU L 222, 25.8.2009 )

88

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

28.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/1


Informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija, minn naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Tuneżija fil-programmi tal-Unjoni

Fis-26 ta' Ottubru 2015 u l-11 ta' Jannar 2016 rispettivament, l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tat-Tuneżija nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-protokoll ta' hawn fuq. (1)

Il-Protokoll, iffirmat fi Brussell fis-17 ta' Marzu 2015, għalhekk ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2016, f'konformità mal-Artikolu 10.2 tiegħu.


(1)  ĠU L 96, 11.4.2015, p. 3.


REGOLAMENTI

28.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/2


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/98

tas-16 ta' Ottubru 2015

li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji sabiex jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet ġenerali għall-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 51(4) u l-Artikolu 116(4) tiegħu,

Billi:

(1)

It-twettiq tal-ippjanar ta' grupp ta' istituzzjonijiet, li tidentifika l-entitajiet tal-grupp fl-Unjoni jew f'pajjiż terz u li tiddeskrivi għal kull entità tal-grupp in-natura, il-lok, l-awtoritajiet involuti fis-superviżjoni tiegħu, l-eżenzjonijiet prudenzjali applikabbli, l-importanza tiegħu għall-grupp u l-importanza għall-pajjiż li fih huwa awtorizzat jew stabbilit kif ukoll il-kriterji għad-determinazzjoni ta' dik l-importanza, hija meqjusa bħala element essenzjali għall-identifikazzjoni tal-membri tal-kulleġġ u l-osservaturi potenzjali. F'dan il-kuntest, l-informazzjoni dwar l-importanza ta' fergħa għall-grupp u l-importanza ta' dik il-fergħa għall-Istat Membru li fih huwa stabbilit huma essenzjali sabiex tiġi stabbilita l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru fl-attivitajiet tal-Kulleġġ. Informazzjoni dwar in-natura tal-entitajiet tal-grupp, kemm jekk istituzzjonijiet, fergħat jew entitajiet oħra fis-settur finanzjarju, kif ukoll fuq il-pajjiż tagħhom ta' awtorizzazzjoni jew ta' stabbiliment, jekk hux Stat Membru jew pajjiż terz, huwa importanti wkoll biex jiġu identifikati membri tal-kulleġġ u osservaturi potenzjali.

(2)

Informazzjoni dwar l-importanza tal-entità tal-grupp għall-grupp u l-importanza tagħha għall-Istat Membru li fih huwa awtorizzat li jew stabbilit hija essenzjali għad-determinazzjoni tal-livell ta' involviment tal-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru fl-attivitajiet tal-kulleġġ, u, b'mod partikolari, għat-twettiq tar-rieżami superviżorju u l-proċess ta' evalwazzjoni.

(3)

Arranġamenti ta' kordinazzjoni u koperazzjoni bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 115 tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom ikopru l-oqsma kollha tal-ħidma tal-Kulleġġ biex tissaħħaħ l-effiċjenza tal-kulleġġi superviżorji. L-arranġamenti bil-miktub għandhom ikopru wkoll ftehimiet bejn xi membri tal-kulleġġ involuti f'attivitajiet speċifiċi tiegħu bħal dawk imwettqa permezz ta' substrutturi speċifiċi tal-Kulleġġ. L-arranġamenti bil-miktub għandhom jinkludu wkoll aspetti operattivi ta' ħidma tal-Kulleġġ peress li dawn l-aspetti huma essenzjali biex jiġi ffaċilitat il-funzjonament tal-kulleġġ kemm f'sitwazzjonijiet ta' tħassib u waqt sitwazzjonijiet ta' emerġenza. Billi huwa essenzjali li tiġi żgurata l-koperazzjoni fil-kulleġġ qabel u bil-għan li jingħata kontribut għal kwistjonijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp, l-arranġamenti bil-miktub għandhom jipprovdu għall-proċessi ta' kordinazzjoni, l-input rilevanti kif ukoll ir-responsabbiltajiet u r-rwol tas-superviżur konsolidanti fil-komunikazzjoni ta' dak l-input permezz tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp kif definit fl-Artikolu 2(1)(44) tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) lill-kulleġġ ta' riżoluzzjoni. L-arranġamenti bil-miktub għandhom ikunu komprensivi, koerenti u eżawrijenti u għandhom jipprovdu bażi adegwata u xierqa lill-awtoritajiet kompetenti sabiex dawn ikunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet u l-kompiti rilevanti fil-kulleġġ, pjuttost milli barra minnu.

(4)

Il-kulleġġi huma għodda ewlenija għall-iskambju ta' informazzjoni, jantiċipaw u jittrattaw sitwazzjonijiet ta' emerġenza, u jippermettu lill-kontrollur li jikkonsolida li jwettaq superviżjoni effettiva fuq bażi konsolidata. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza u biex l-ABE tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha kif previsti fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u fl-Artikolu 116 tad-Direttiva 2013/36/UE, huwa xieraq li l-ABE tipparteċipa fil-kulleġġi kollha bħala membru.

(5)

Sabiex iwettaq l-attivitajiet kollha tal-kulleġġ, is-superviżur konsolidanti u l-membri l-oħra tal-kulleġġ għandu jkollhom ħarsa ġenerali tal-attivitajiet imwettqa mill-entitajiet kollha tal-grupp, inklużi minn dawk li jwettqu attivitajiet finanzjarji mingħajr ma jkunu kkwalifikati bħala istituzzjonijiet u minn dawk li joperaw barra mill-Unjoni. L-interazzjoni bejn is-superviżur konsolidanti, il-membri tal-kulleġġ, l-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi, l-awtoritajiet pubbliċi jew il-korpi li huma responsabbli mis-superviżjoni tal-entità tal-grupp jew involuti fiha, inklużi l-awtoritajiet responsabbli mis-superviżjoni prudenzjali tal-entitajiet tas-settur finanzjarju tal-grupp jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta' swieq fl-istrumenti finanzjarji, il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-fini ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu, jew il-protezzjoni tal-konsumatur, għandhom jiġu promossi billi jippermettu lil dawn l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiżi terzi u lawtoritajiet jew il-korpi pubbliċi li jieħdu sehem f'ħidma tal-kulleġġ bħala osservaturi, kif jixraq.

(6)

Il-membri tal-kulleġġ għandhom jiddiskutu u jaqblu dwar l-ambitu u l-livell ta' involviment ta' osservaturi, jekk ikun hemm, fil-kulleġġ. Il-qafas tal-parteċipazzjoni ta' osservaturi fil-kulleġġ għandu jiġi ddikjarat b'mod ċar u l-arranġamenti ta' kordinazzjoni u koperazzjoni bil-miktub għandhom jiġu kkomunikati lill-osservaturi.

(7)

Il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jaħdmu flimkien, jikkordinaw l-azzjonijiet tagħhom ta' superviżjoni sal-limitu massimu possibbli u jikkoperaw mill-qrib sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom, sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-kompiti, inkluża d-duplikazzjoni tat-talbiet għall-informazzjoni indirizzati lill-entitajiet tal-grupp taħt superviżjoni. F'dan il-kuntest, ftehimiet dwar l-inkarigu ta' kompiti u delega tar-responsabbiltajiet għandhom jitqiesu fuq bażi regolari mill-membri tal-kulleġġ, u tal-inqas meta l-membri tal-kulleġġ għandhom jiżviluppaw programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġi.

(8)

Is-superviżur konsolidanti għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet tiegħu u għandu jaġixxi bħala l-kordinatur għall-ġbir u t-tixrid ta' informazzjoni li tkun waslet minn kwalunkwe membru tal-kulleġġ jew osservatur jew minn kwalunkwe l-entità tal-grupp, jew xi input li jkun wasal mill-kulleġġ rilevanti ta' riżoluzzjoni, b'mod partikolari mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp. L-istess japplika wkoll għall-membri tal-kulleġġ. B'mod partikolari, fejn is-superviżur konsolidanti jiddetermina r-rilevanza ta' informazzjoni partikolari għal membru ieħor tal-Kulleġġ, inkluża l-awtorità kompetenti fi Stat Membru ospitanti fejn tkun stabbilita fergħa sinifikanti, għandu joqgħod lura milli, b'mod mhux ġustifikat jeskludi membri tal-kulleġġ milli jirċievu informazzjoni.

(9)

Il-membri tal-kulleġġ li jipparteċipaw fit-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 113 tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom ikunu mħeġġa jiskambjaw informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-elementi prinċipali tar-rieżami superviżorju u l-proċess tal-evalwazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 97 ta' dik id-Direttiva, waqt li jirrikonoxxu fl-istess ħin li r-rieżami superviżorju u l-proċess tal-evalwazzjoni jistgħu jitwettqu b'mod differenti madwar l-Istati Membri skont it-traspożizzjoni ta' dawk ir-regoli tal-Unjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali b'kunsiderazzjoni wkoll għal-linji gwida maħruġa mill-ABE skont l-Artikolu 107(3) tad-Direttiva 2013/36/UE.

(10)

Sabiex tiġi ffaċilita l-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u sabiex tikkordina kwalunkwe deċiżjonijiet maħsuba biex jindirizzaw kwistjonijiet ta' konformità minn istituzzjoni mar-rekwiżiti dwar approċċi li jeħtieġu l-permess mill-awtoritajiet kompetenti qabel ma jintuża għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji (użu ta' mudelli interni għar-riskju tal-kreditu, ir-riskju tas-suq, ir-riskju tal-kontroparti u r-riskju operazzjonali), għandhom jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet ta' koperazzjoni bejn is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għall-iskambju ta' informazzjoni dwar il-prestazzjoni ta' dawk l-approċċi interni, u biex jiġu diskussi u jintlaħaq qbil dwar miżuri li jindirizzaw l-ineffiċjenzi identifikati.

(11)

Biex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni ta' sinjali bikrija ta' twissija, riskji potenzjali u vulnerabbiltajiet għall-grupp u l-entitajiet tiegħu u għas-sistema li joperaw fihom, il-membri tal-kulleġġ huma mistennija li jagħmlu skambju ta' informazzjoni kwantitattiva, għall-grupp u l-entitajiet tiegħu, b'mod konsistenti u komparabbli. Din l-informazzjoni għandha tkopri oqsma prinċipali ta' informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet kompetenti skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (4) li jispeċifika l-formati uniformi, il-frekwenzi, id-dati tar-rappurtar, id-definizzjonijiet u s-soluzzjonijiet tal-informatika li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal finijiet ta' rappurtar superviżorju, u għandhom ikunu skambjati filwaqt li l-awtoritajiet kompetenti huma fil-proċess li jiżviluppaw ir-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u li jintlaħqu deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital u l-likwidità skont l-Artikolu 113 tad-Direttiva 2013/36/UE. Kull kulleġġ għandu jiddeċiedi dwar is-sett eżatt ta' informazzjoni li għandu jiġi skambjat għal dawn il-finijiet.

(12)

Biex jiġi żviluppat il-programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ, il-membri tal-kulleġġ jieħdu kont tar-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u l-eżitu tad-deċiżjoni konġunta dwar il-kapital u l-likwidità sabiex jidentifikaw aħjar il-prijoritajiet komuni ta' ħidma. Għaldaqstant, l-iżvilupp ta' programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġi għandu jibda ladarba l-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u l-proċess ta' deċiżjoni konġunta ġew konklużi, filwaqt għall-finalizzazzjoni tiegħu l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-kompiti li huma impenjaw ruħhom li jwettqu fil-livell nazzjonali, ir-riżorsi allokati għal dawk il-kompiti u l-iskedi ta' żmien rispettivi għar-rendiment tagħhom.

(13)

Il-membri tal-kulleġġ għandhom jikkordinaw l-attivitajiet tagħhom bi tħejjija għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza u matulhom bħal żviluppi negattivi li jistgħu jipperikolaw serjament il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha tal-Unjoni, jew sitwazzjonijiet oħra li jaffettwaw jew jistgħu jaffettwaw b'mod espliċitu s-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja ta' grupp bankarju jew xi waħda mis-sussidjarji tiegħu. Għalhekk, l-ippjanar u l-kordinazzjoni tal-attivitajiet tal-awtoritajiet kompetenti bi tħejjija għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza u matulhom għandhom jinkludu, iżda ma għandhomx ikunu limitati għal attivitajiet imsemmija fid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2014/59/UE; b'mod partikolari għall-attivitajiet li għandhom l-għan li jikkordinaw l-ippjanar tal-irkupru tal-grupp u li jipprovdu kontribut kordinat lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, fejn meħtieġ, għandhom jitqiesu bħala eżempji ta' attivitajiet bi tħejjija għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza u matulhom.

(14)

Meta jkunu qed jittrattaw sitwazzjoni ta' emerġenza, il-membri tal-kulleġġ, taħt il-kordinazzjoni tas-superviżur konsolidanti, għandu jkollhom l-għan li jiżviluppaw valutazzjoni superviżorja kkordinata tas-sitwazzjoni, jaqblu dwar ir-reazzjoni superviżorja kordinata u jissorveljaw l-implimentazzjoni tar-reazzjoni tagħhom biex jiżguraw li s-sitwazzjoni ta' emerġenza tkun ivvalutata u indirizzata sewwa. Huma għandhom jiżguraw ukoll li kull komunikazzjoni esterna ssir b'mod kordinat u tkopri l-elementi li huma stabbiliti minn qabel bejn il-membri tal-kulleġġ.

(15)

Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib ma' xulxin, peress jittrattaw l-kundizzjonijiet ġenerali għall-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri. Biex jiżguraw koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u biex jiffaċilitaw perspettiva komprensiva u aċċess kumpatt għalihom minn persuni suġġetti għal dawk l-obbligi, huwa mixtieq li jkunu inklużi l-istandards tekniċi regolatorji kollha meħtieġa mill-Artikolu 51(4) u 116(4) tad-Direttiva 2013/36/UE f'Regolament wieħed.

(16)

Peress li l-maġġoranza vasta ta' kulleġġi superviżorji madwar l-UE huma stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 116 tad-Direttiva 2013/36/UE jidher aktar xieraq li l-ewwel jiġi speċifikati l-kundizzjonijiet dwar il-kulleġġi skont l-Artikolu 116 tad-Direttiva 2013/36/UE qabel ma jiġu speċifikati dawk dwar il-kulleġġi skont l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2013/36/UE, l-ewwel waħda kienet tidher aktar bħala każ ġenerali, tal-aħħar bħala każ speċjali.

(17)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ippreżentat mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) lill-Kummissjoni.

(18)

L-ABEgħamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-potenzjal relatat mal-ispejjeż u l-benefiċċji u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Konċernati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

ID-DISPOŻIZZJONIIET ĠENERALI

Artikolu 1

Is-suġġett inkwistjoni

Dan ir-Regolament jispeċifika l-kundizzjonijiet ġenerali għall-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri (“il-Kulleġġ”), imsawwar f'konformità mal-Artikolu 116 u l-Artikolu 51(3) tad-Direttiva 2013/36/UE.

KAPITOLU 2

KUNDIZZJONIJIET RIGWARD IL-FUNZJONAMENT TA' KULLEĠĠI MSAWRA SKONT L-ARTIKOLU 116 TAD-DIRETTIVA 2013/36/UE

TAQSIMA 1

L-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġi

Artikolu 2

L-istabbiliment tal-immappjar ta' grupp ta' istituzzjonijiet

1.   Għall-iskop li jiġu identifikati l-membri u l-osservaturi potenzjali tal-kulleġġ superviżorju, is-superviżur konsolidanti għandu jistabbilixxi l-immappjar ta' grupp ta' istituzzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/99 (5).

2.   L-immappjar ta' grupp ta' istituzzjonijiet għandu jirriżulta fl-identifikazzjoni ta' dawn l-entitajiet tal-grupp:

(a)

l-istituzzjonijiet awtorizzati u fergħat stabbiliti fi Stat Membru;

(b)

l-entitajiet tas-settur finanzjarju awtorizzati fi Stat Membru;

(c)

istituzzjonijiet awtorizzati u fergħat stabbiliti f'pajjiż terz.

3.   L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi riflessa fl-immappjar għal kull istituzzjoni awtorizzata u fergħa stabbilita fi Stat Membru:

(a)

l-Istat Membru fejn hija awtorizzata l-istituzzjoni jew stabbilita l-fergħa;

(b)

l-awtorità kompetenti responsabbli mis-superviżjoni tal-istituzzjoni jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti fejn hija stabbilita l-fergħa kif ukoll awtoritajiet oħra fis-settur finanzjarju ta' dak l-Istat Membru, tali awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta' swieq fl-istrumenti finanzjarji, il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-fini ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu, jew il-protezzjoni tal-konsumatur;

(c)

għal istituzzjoni, inkluż għal sussidjarja ta' impriża principali tal-UE stabbilita fl-istess Stat Membru kif ukoll għall-impriża prinċipali tal-UE stess, informazzjoni dwar jekk l-istituzzjoni hix soġġetta għal superviżjoni prudenzjali fuq bażi individwali jew jekk tkunx ingħatat eżenzjoni mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet Tnejn sa Tmienja tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) fuq bażi individwali skont l-Artikoli 7, 8, jew 10 ta' dan ir-Regolament;

(d)

għal istituzzjoni, informazzjoni dwar l-importanza tal-istituzzjoni għall-Istat Membru fejn tkun awtorizzata u l-kriterji rilevanti użati mill-awtoritajiet kompetenti biex jiddeterminaw din l-importanza kif ukoll informazzjoni dwar l-importanza ta' dik l-istituzzjoni għall-grupp, sakemm l-ammont totali tal-assi u l-elementi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ ta' dik l-istituzzjoni jaqbeż il-1 % tal-assi totali tal-grupp u ta' partiti li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ fuq bażi konsolidata;

(e)

għal fergħa, informazzjoni dwar l-importanza tal-fergħa għall-Istat Membru fejn tkun stabbilita, b'mod partikolari fejn din il-fergħa kienet ġiet stabbilita jew proposta biex tiġi stabbilita bi qbil sinifikanti mal-Artikolu 51 tad-Direttiva 2013/36/UE, kif ukoll informazzjoni dwar l-importanza ta' dik il-fergħa għall-grupp, sakemm l-ammont totali tal-assi u l-elementi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ ta' dik il-fergħa jaqbeż il-1 % tal-assi totali tal-grupp u ta' partiti li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ fuq bażi konsolidata;

4.   L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi riflessa fl-immappjar għal kull entità tas-settur finanzjarju, istituzzjoni jew fergħa msemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2:

(a)

l-Istat Membru fejn l-entità tas-settur finanzjarju hija awtorizzata jew il-pajjiż terz fejn l-istituzzjoni hija awtorizzata jew il-fergħa tkun stabbilita;

(b)

l-awtorità responsabbli jew involuta fis-superviżjoni ta' dik l-entità tas-settur finanzjarju, istituzzjoni jew fergħa;

(c)

Informazzjoni dwar l-importanza tal-entità tas-settur finanzjarju, tal-istituzzjoni jew tal-fergħa għall-grupp, sakemm l-ammont totali tal-assi u l-partiti li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ ta' dik l-entità tas-settur finanzjarju, istituzzjoni jew fergħa jaqbeż il-1 % tal-ammont totali tal-assi tal-grupp u l-partiti li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ fuq bażi konsolidata.

Artikolu 3

In-nomina tal-membri u l-osservaturi tal-kulleġġ

1.   Is-superviżur konsolidanti għandu jistieden lill-awtoritajiet li ġejjin biex isiru membri tal-kulleġġ:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta' istituzzjonijiet li huma sussidjarji ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE jew kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti fejn huma stabbiliti fergħat sinifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 51 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(b)

il-banek ċentrali tas-SEBĊ tal-Istati Membri li huma involuti f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom ta' superviżjoni prudenzjali tal-entitajiet ġuridiċi msemmija fil-punt a, iżda li mhumiex awtoritajiet kompetenti;

(c)

l-ABE.

2.   Is-superviżur konsolidanti jista' jistieden lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti fejn huma stabbiliti fergħat sinifikanti biex jieħdu sehem fil-kulleġġ bħala osservaturi bi qbil mal-proċess iddeterminat fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/99.

3.   Is-superviżur konsolidanti jista' jistieden lill-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi fejn huma awtoritazzati l-istituzzjonijiet jew huma stabbiliti fergħat sinifikanti biex jieħdu sehem fil-kulleġġ bħala osservaturi bi qbil mal-proċess iddeterminat fl-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/99.

4.   Is-superviżur konsolidanti jista' jistieden lill-awtoritajiet li ġejjin biex jieħdu sehem fil-kulleġġ bħala osservaturi bi qbil mal-proċess iddeterminat fl-Artikolu 3(1)(d) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/99.

(a)

il-banek ċentrali tas-SEBĊ li ma għandhomx is-setgħa mid-dritt nazzjonali li jissupervizzaw istituzzjoni awtorizzata jew fergħa stabbilita fi Stat Membru;

(b)

l-awtoritajiet pubbliċi jew il-korpi fi Stat Membru li huma responsabbli mis-superviżjoni tal-entità tal-grupp jew involuti fiha, inklużi l-awtoritajiet responsabbli mis-superviżjoni prudenzjali tal-entitajiet tas-settur finanzjarju tal-grupp jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta' swieq fl-istrumenti finanzjarji, il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-fini ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu, jew il-protezzjoni tal-konsumatur.

5.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ għandhom jispeċifikaw l-arranġamenti li jkopru l-parteċipazzjoni tal-osservaturi fil-kulleġġ fl-arranġamenti ta' kordinazzjoni u koperazzjoni bil-miktub msemmija fl-Artikolu 5(c). Is-superviżur konsolidanti għandu jinnotifika dawn l-arranġamenti lill-osservaturi.

Artikolu 4

Il-komunikazzjoni dwar l-istabbiliment u l-kompożizzjoni ta' kulleġġ

Is-superviżur konsolidanti għandu jikkomunika lill-impriża prinċipali tal-UE tal-grupp l-istabbiliment ta' kulleġġ u l-identità tal-membri u l-osservaturi tiegħu, kif ukoll kwalunkwe bidliet f'dik il-kompożizzjoni.

Artikolu 5

L-istabbiliment tal-arranġamenti ta' kordinazzjoni u koperazzjoni bil-miktub

L-arranġamenti ta' kordinazzjoni u koperazzjoni bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 115 tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom jinkludu tal-anqas dan li ġej:

(a)

l-informazzjoni dwar l-istruttura ġenerali tal-grupp li tkopri l-entitajiet kollha tal-grupp;

(b)

l-identifikazzjoni tal-membri u l-osservaturi tal-kulleġġ;

(c)

deskrizzjoni tat-termini li jkopru l-parteċipazzjoni ta' osservaturi fil-kulleġġ kif imsemmi fl-Artikolu 3(5) ta' dan ir-Regolament, inkluż l-involviment tagħhom fid-diversi djalogi u proċessi tal-kulleġġ u d-drittijiet u l-obbligi tagħhom fir-rigward ta' skambju ta' informazzjoni;

(d)

deskrizzjoni tal-arranġamenti għall-iskambju ta' informazzjoni inklużi l-ambitu, il-frekwenza u l-mezzi ta' komunikazzjoni;

(e)

deskrizzjoni tal-arranġamenti għat-trattament ta' informazzjoni kunfidenzjali;

(f)

deskrizzjoni tal-arranġamenti dwar l-inkarigu ta' kompiti u delega ta' responsabbiltajiet, fejn rilevanti;

(g)

deskrizzjoni ta' kull substruttura tal-kulleġġ;

(h)

deskrizzjoni tal-qafas għall-ippjanar u l-kordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji f'sitwazzjonijiet ta' negozju avvjat;

(i)

deskrizzjoni tal-qafas għall-ippjanar u l-kordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji bi tħejjija għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza u matulhom, inkluż l-ippjanar ta' kontinġenza, għodod u proċeduri ta' komunikazzjoni;

(j)

deskrizzjoni tal-politika ta' komunikazzjoni tas-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ bl-impriża prinċipali tal-UE u l-entitajiet tal-grupp;

(k)

proċeduri miftehma u skadenzi li għandhom jiġu segwiti għaċ-ċirkolazzjoni tad-dokumenti tal-laqgħat;

(l)

kull ftehim ieħor bejn il-membri tal-kulleġġ, inklużi indikaturi miftiehma biex jiġu identifikati sinjali ta' twissija bikrija, riskji potenzjali u vulnerabbiltajiet;

(m)

deskrizzjoni tal-qafas għall-għoti ta' kontribut ikkordinat fil-kulleġġ tar-riżoluzzjoni, b'mod partikolari biex jipprovdi kontribut kordinat mingħajr restrizzjoni għall-finijiet tal-proċess ta' konsultazzjoni msemmija fl-Artikoli 12, 13, 16, 18, 91 u 92 tad-Direttiva 2014/59/UE;

(n)

deskrizzjoni tar-rwol tas-superviżur konsolidanti b'mod partikolari fir-rigward tal-kordinazzjoni tal-provvediment tal-input msemmi fil-punt (m) permezz tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp lill-kulleġġ tar-riżoluzzjoni rilevanti;

(o)

dispożizzjonijiet li jkopru arranġamenti fejn membru jew osservatur itemm il-parteċipazzjoni tiegħu fil-kulleġġ.

Artikolu 6

Il-parteċipazzjoni fil-laqgħat u l-attivitajiet tal-kulleġġ

1.   Meta jiddeċiedi liema awtoritajiet għandhom jipparteċipaw f'laqgħa jew attività tal-kulleġġ f'konformità mal-Artikolu 116(7) tad-Direttiva 2013/36/UE, is-superviżur konsolidanti għandu jqis dan li ġej:

(a)

is-suġġetti li se jiġu diskussi u l-għan tal-laqgħa jew l-attività, b'mod partikolari fir-rigward tar-rilevanza tagħhom għal kull entità tal-grupp;

(b)

l-importanza tal-entità tal-grupp għall-Istat Membru fejn l-entità tal-grupp hija awtorizzata jew stabbilita, u l-importanza tagħha għall-grupp.

2.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ għandhom jiżguraw li l-aktar rappreżentanti xierqa jipparteċipaw fil-laqgħat jew attivitajiet tal-kulleġġ, fuq il-bażi tas-suġġetti diskussi u l-objettivi segwiti. Dawk ir-rappreżentanti għandu jkollhom is-setgħa li jimpenjaw lill-awtoritajiet tagħhom bħala membri tal-kulleġġ, sal-limitu massimu possibbli, għad-deċiżjonijiet ippjanati li jkunu se jittieħdu matul laqgħat jew attivitajiet.

3.   Is-superviżur konsolidanti jista' jistieden lil rappreżentanti tal-entitajiet tal-grupp biex jipparteċipaw f'laqgħa jew attività tal-kulleġġ, fuq il-bażi tas-suġġetti u l-objettivi ta' laqgħa jew attività tal-kulleġġ.

Artikolu 7

L-inkarigu tal-kompiti u d-delega tar-responsabbiltajiet

1.   Waqt l-iżvilupp ta' programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġi skont l-Artikolu 16, u l-aġġornament tiegħu fejn meħtieġ, is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ għandhom iqisu l-possibbiltà ta' ftehimiet dwar l-affidament volontarju tal-ħidmiet u d-delegazzjoni tar-responsabbiltajiet skont l-Artikolu 116(1)(b) tad-Direttiva 2013/36/UE, speċjalment jekk tali inkarigu jew delegazzjoni ta' responsabbiltà hija mistennija li twassal għal iktar superviżjoni effiċjenti u effikaċi, b'mod partikolari bit-tneħħija tad-duplikazzjoni mhux meħtieġa tar-rekwiżiti superviżorji, inkluż dawk fir-rigward ta' talbiet għal informazzjoni.

2.   Il-konklużjoni ta' ftehim dwar inkarigu tal-kompiti jew delega ta' responsabbiltajiet għandhom jiġu nnotifikati mis-superviżur tal-konsolidazzjoni lill-impriża prinċipali tal-UE, u mill-awtorità kompetenti, li tiddelega s-setgħat tagħha, lill-istituzzjoni kkonċernata.

Artikolu 8

L-iskambju ta' informazzjoni bejn il-membri tal-kulleġġ u grupp ta' istituzzjonijiet

1.   Is-superviżur konsolidanti għandu jkun responsabbli li jikkomunika u jitlob l-informazzjoni mingħand l-impriża prinċipali tal-UE. Il-membri tal-kulleġġ għandhom ikunu responsabbli sabiex jikkomunikaw u jitolbu l-informazzjoni minn istituzzjonijiet u fergħat taħt ir-responsabbiltà tagħhom ta' superviżjoni.

2.   Meta, b'mod eċċezzjonali, membru tal-kulleġġ jkun fi ħsiebu jikkomunika jew jitlob informazzjoni mingħand l-impriża prinċipali tal-UE, huwa għandu jinforma minn qabel lis-superviżur konsolidanti.

3.   Meta, eċċezzjonalment, is-superviżur konsolidanti jkollu l-intenzjoni li jikkomunika jew jitlob l-informazzjoni minn istituzzjoni jew fergħa barra l-ambitu ta' superviżjoni tiegħu, hu għandu jinforma bil-quddiem il-membru tal-kulleġġ responsabbli mis-superviżjoni ta' din l-istituzzjoni jew fergħa.

TAQSIMA 2

L-ippjanar u l-kordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji f'sitwazzjonijiet ta' tħassib

Artikolu 9

Il-kundizzjonijiet ġenerali fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni bejn is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ

1.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 112 u 113 tad-Direttiva 2013/36/UE, suġġett għar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità stabbiliti fit-Taqsima II tal-Kapitolu 1, tat-Titolu VII ta' din id-Direttiva, u fejn applikabbli, l-Artikoli 54 u 58 tad-Direttiva 2004/39/KE (7).

2.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ għandhom jiskambjaw ukoll l-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikun iffaċilitat l-eżerċizzju tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/59/UE.

3.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ għandhom jiskambjaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, kemm jekk riċevuti minn entità tal-grupp, awtorità kompetenti jew superviżorja jew kull sors ieħor, u f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/99. Dik l-informazzjoni għandha tkun suffiċjentement adegwata, preċiża u f'waqtha.

Artikolu 10

L-iskambju tal-informazzjoni għat-twettiq tal-valutazzjonijiet tar-riskju tal-gruppi u biex jintlaħq deċiżjonijiet konġunti

1.   Għall-finijiet ta' deċiżjonijiet konġunti dwar rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għal istituzzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 113 tad-Direttiva 2013/36/UE, is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa, kemm fil-livell individwali kif ukoll f'dak ikkonsolidat, biex jaslu għal deċiżjoni konġunta.

2.   B'mod partikolari, is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar l-eżiti tar-rieżami superviżorju u l-proċess ta' evalwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 97 tad-Direttiva 2013/36/UE. Dan it-tagħrif għandu jipprovdi l-eżitu tal-valutazzjoni, mill-inqas, bl-elementi li ġejjin:

(a)

analiżi tal-mudell ta' negozju, inkluża l-valutazzjoni tal-vijabilità tal-mudell ta' negozju attwali u s-sostenibilità tal-istrateġija tan-negozju tal-istituzzjoni tal-ġejjieni;

(b)

arranġamenti ta' governanza interna u kontrolli mal-istituzzjoni kollha;

(c)

riskji individwali tal-kapital tal-istituzzjoni, li tkopri l-elementi li ġejjin:

(i)

riskji individwali inerenti;

(ii)

ġestjoni u kontrolli tar-riskji;

(d)

valutazzjoni tal-adegwatezza kapitali, inklużi fondi proprji rikjesti proposti skont l-Artikolu 104(1)(a) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(e)

riskji għal-likwidità u l-finanzjament tal-istituzzjoni, li tkopri l-elementi li ġejjin:

(i)

riskju tal-likwidità u riskju tal-finanzjament;

(ii)

ġestjoni tar-riskju ta' likwidità u finanzjament;

(f)

valutazzjoni tal-adegwatezza tal-likwidità, inklużi miżuri ta' likwidità kwantitattivi u kwalitattivi proposti skont l-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(g)

miżuri oħra ta' sorveljanza jew miżuri ta' intervent bikri meħuda jew ippjanati li jittieħdu sabiex jiġu indirizzati l-ineffiċjenzi identifikati bħala riżultat tar-rieżami superviżorju u l-proċess ta' evalwazzjoni;

(h)

ir-riżultati tat-testijiet superviżorji tal-istress imwettqa skont l-Artikolu 100 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(i)

is-sejbiet minn spezzjonijiet fil-post u monitoraġġ mhux fil-post li huma rilevanti għall-valutazzjoni tal-profil tar-riskju tal-grupp jew kwalunkwe waħda mill-entitajiet tiegħu.

Artikolu 11

L-iskambju ta' informazzjoni fir-rigward ta' rieżami kontinwu tal-permess biex jintużaw approċċi interni u estensjonijiet mhux materjali jew bidliet f'mudelli interni

1.   Għall-finijiet li tiġi żgurata l-koerenza u l-kordinazzjoni fir-rigward ta' rieżami kontinwu tal-permess biex jintużaw approċċi interni kif imsemmija fl-Artikolu 101 tad-Direttiva 2013/36/UE, is-superviżur tal-konsolidazzjoni u l-membri rilevanti tal-kulleġġ, li jissorveljaw istituzzjonijiet li ngħataw permess li jużaw approċċi interni skont l-Artikoli 143(1), l-Artikolu 151(4) jew (9), l-Artikolu 283, l-Artikolu 312(2), jew l-Artikolu 363 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandhom jiskambjaw kull informazzjoni dwar l-eżitu tar-rieżami kontinwu u kull informazzjoni rilevanti oħra.

2.   Meta s-superviżur konsolidanti jew kull membru tal-kulleġġ imsemmi fil-paragrafu 1 ikun identifika li istituzzjoni awtorizzata fi Stat Membru, inkluża impriża prinċipali tal-UE, ma tkunx għadha tissodisfa r-rekwiżiti biex jiġi applikat approċċ intern jew ikun identifika dgħufijiet f'konformità mal-Artikolu 101 tad-Direttiva 2013/36/UE, għandu immedjatament jiskambja l-informazzjoni li ġejja, kif applikabbli, biex jiffaċilita li jintlaħaq ftehim komuni kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/99:

(a)

valutazzjoni tal-effett tan-nuqqasijiet identifikati u kwistjonijiet ta' nonkonformità u l-materjalità tagħhom;

(b)

valutazzjoni tal-pjan biex terġa' tiġi stabbilita l-konformità u biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet identifikati kif ippreżentati mill-istituzzjoni prinċipali tal-UE jew kull istituzzjoni awtorizzata fi Stat Membru, inkluża informazzjoni dwar l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tagħha;

(c)

l-informazzjoni dwar l-intenzjoni tas-superviżur konsolidanti jew ta' kwalunkwe membru tal-kulleġġ li jirrevoka l-permess jew jirrestrinġi l-użu ta' mudell għal oqsma li jkunu konformi jew dawk fejn il-konformità tkun tista' tinkiseb fi żmien xieraq, jew dawk iż-żoni li mhumiex milqutai min-nuqqasijiet identifikati;

(d)

l-informazzjoni dwar kwalunkwe proposta ta' rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali skont l-Artikolu 104(2)(d) tad-Direttiva 2013/36/UE bħala miżura superviżorja biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ta' nuqqas ta' konformità jew in-nuqqasijiet identifikati.

3.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiskambjaw ukoll informazzjoni dwar l-estensjonijiet jew il-bidliet f'dawn il-mudelli interni li mhumiex estensjonijiet jew bidliet mudell materjali, kif imsemmi fl-Artikolu 13 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/100 (8).

4.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi diskussa u kkunsidrata waqt l-iżvilupp ta' valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u waqt li tintlaħaq deċiżjoni konġunta bi qbil mal-Artikolu 113(1)(a) tad-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 12

L-iskambju tal-informazzjoni dwar sinjali ta' twissija bikrija, riskji potenzjali u vulnerabbiltajiet

1.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ li jipparteċipaw fl-iżvilupp ta' rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-grupp imsemmi fl-Artikolu 113(2)(a) tad-Direttiva 2013/36/UE jew tar-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp imsemmi fl-Artikolu 113(2)(b) ta' dik id-Direttiva għall-finijiet li jintlaħqu deċiżjonijiet konġunti dwar rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjoni skont dak l-Artikolu għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kwantitattiva bil-għan li jiġu identifikati sinjali ta' twissija bikrija, riskji potenzjali u vulnerabbiltajiet u biex jinformaw ir-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u r-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi żviluppata fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet kompetenti skont l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 680/2014, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza u l-komparabbiltà fuq id-dejta użata. Din l-informazzjoni għandha tkopri mill-inqas l-entitajiet kollha tal-grupp awtorizzati jew stabbiliti fi Stat Membru, u mill-inqas l-oqsma li ġejjin:

(a)

il-kapital;

(b)

il-likwidità;

(c)

il-kwalità tal-assi;

(d)

l-iffinanzjar;

(e)

profitabilità,

(f)

ir-riskju ta' konċentrazzjoni.

3.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkunsidraw ukoll l-iskambju ta' informazzjoni dwar l-ambjent makroekonomiku li fih jopera l-grupp ta' istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-grupp.

Artikolu 13

Skambju tal-informazzjoni fir-rigward ta' non konformità u sanzjonijiet

1.   Il-membri tal-kulleġġ għandhom jikkomunikaw lis-superviżur konsolidanti l-informazzjoni dwar kull sitwazzjoni li fir-rigward tagħha l-membri tal-kulleġġ jkunu ddeterminaw li istituzzjoni jew fergħa li tkun taqa' fir-responsabbiltà tagħhom ta' superviżjoni ma tikkonformax mal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni jew mar-rekwiżiti, fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali jew tas-superviżjoni tal-kondotta tal-istituzzjonijiet fis-suq, inklużi r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE u kwalunkwe pieni amministrattivi imposti jew miżuri amministrattivi oħra applikati skont l-Artikoli minn 64 sa 67 tad-Direttiva 2013/36/UE meta din l-informazzjoni taffettwa, jew x'aktarx taffettwa l-profil tar-riskju tal-grupp jew kwalunkwe waħda mill-entitajiet tal-grupp. Il-membri tal-kulleġġ għandhom jiddiskutu mas-superviżur konsolidanti l-impatt possibbli ta' dawn il-kwistjonijiet ta' każijiet ta' non konformità u sanzjonijiet għall-entitajiet tal-grupp jew għall-grupp kollu kemm hu.

2.   Is-superviżur konsolidanti għandu jiddeċiedi li jikkomunika l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1 lill-membri tal-kulleġġ li għalih din l-informazzjoni tkun ikkunsidrata bħala relevanti skont l-Artikolu 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/99.

Artikolu 14

L-iskambju tal-informazzjoni għall-valutazzjoni tal-pjan tal-irkupru tal-grupp

1.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa għal dawk li jieħdu sehem fil-proċess ta' deċiżjoni konġunta dwar l-elementi msemmija fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2014/59/UE.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, is-superviżur konsolidanti għandu jipprovdi l-pjan tal-irkupru tal-grupp lill-membri tal-kulleġġ wara l-proċedura speċifikata fl-Artikolu 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/99.

3.   Is-superviżur konsolidanti għandu jiżgura li l-membri kollha tal-kulleġġ jkunu informati b'mod xieraq dwar ir-riżultat tal-proċess imsemmi fil-paragrafu 1.

4.   Is-superviżur konsolidanti għandu jinforma lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp dwar l-iskeda ta' żmien segwita biex ir-rieżami u l-valutazzjoni tal-pjan ta' rkupru tal-grupp u jindika data għall-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp biex tipprovdi r-rakkomandazzjonijiet tagħha, jekk ikun hemm, f'konformità mal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2014/59/UE.

Artikolu 15

L-iskambju tal-informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet tal-appoġġ finanzjarju tal-gruppi

Is-superviżur konsolidanti għandu jiżgura li l-membri kollha tal-kulleġġ ikunu infurmati b'mod xieraq dwar it-termini ewlenin tal-awtorizzazzjonijiet ta' ftehimiet ta' għajnuna finanzjarja tal-grupp li jkunu ngħataw skont il-proċess tad-deċiżjoni konġunta msemmija fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/59/UE.

Artikolu 16

L-istabbiliment u aġġornament tal-programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ

1.   Għall-finijiet tal-istabbiliment ta' programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ skont l-Artikolu 116(1)(c) tad-Direttiva 2013/36/UE, is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ għandhom jidentifikaw l-attivitajiet superviżorji li għandhom jittieħdu.

2.   Il-programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ għandu jinkludi mill-inqas dan li ġej:

(a)

l-oqsma ta' ħidma konġunta identifikati bħala riżultat tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u l-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp u d-deċiżjonijiet konġunti dwar rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjoni skont l-Artikolu 113 tad-Direttiva 2013/36/UE jew bħala riżultat ta' kull attività oħra mwettqa, inklużi l-isforzi tal-Kulleġġ biex jikkontribwixxu għal superviżjoni effiċjenti u biex titneħħa d-duplikazzjoni tal-kompiti f'konformità mal-Artikolu 116(1)(d) ta' dik id-Direttiva;

(b)

il-programmi ta' eżami superviżorji rispettivi tas-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tal-impriża prinċipali u għall-istituzzjonijiet kollha awtorizzati u l-fergħat stabbiliti fi Stat Membru;

(c)

l-oqsma tal-iffukar tax-xogħol tal-kulleġġ u l-attivitajiet tiegħu ta' sorveljanza ppjanata, inklużi spezzjonijiet fil-post skont l-Artikolu 99(1)(c) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(d)

il-membri tal-kulleġġ responsabbli mit-twettiq tal-attivitajiet ta' sorveljanza ppjanati;

(e)

il-perjodi ta' żmien mistennija, kemm f'termini ta' żmien u ta' tul ta' żmien, għal kull attività superviżorja ppjanata.

3.   L-istabbiliment u l-aġġornament tal-programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ għandu jitwettaq skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/99.

TAQSIMA 3

L-ippjanar u l-kordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji bi tħejjija għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza u matulhom

Artikolu 17

L-istabbiliment ta' qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza

1.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ għandhom jistabbilixxu qafas tal-kulleġġ b'antiċipazzjoni ta' sitwazzjonijiet possibilment ta' emerġenza skont l-Artikolu 112(1)(c) tad-Direttiva 2013/36/UE (minn hawn 'il quddiem “qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza”), filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet u l-istruttura tal-grupp ta' istituzzjonijiet.

2.   Il-qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza għandu jinkludi mill-inqas dan li ġej:

(a)

Il-proċeduri speċifiċi għall-kulleġġ li għandhom japplikaw meta tqum sitwazzjoni ta' emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 114(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(b)

sett minimu ta' informazzjoni li għandu jiġi skambjat meta tqum sitwazzjoni ta' emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 114(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;

3.   Is-sett minimu ta' informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 għandu jinkludi li ġej:

(a)

deskrizzjoni ħafifa tas-sitwazzjoni li seħħet, inkluża l-kawża prinċipali tas-sitwazzjoni ta' emerġenza, u l-impatt mistenni tas-sitwazzjoni ta' emerġenza fuq l-entitajiet tal-grupp u l-grupp inġenerali, fuq il-likwidità tas-suq u fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja;

(b)

spjegazzjoni tal-miżuri u l-azzjonijiet li jkunu ttieħdu jew huma ppjanati li jittieħdu mis-superviżur konsolidanti jew kwalunkwe membru tal-kulleġġ jew mill-entitajiet tal-grupp infushom;

(c)

l-aħħar informazzjoni kwantitattiva disponibbli dwar il-likwidità u l-pożizzjoni tal-kapital tal-entitajiet tal-grupp milquta jew x'aktarx li jiġu milquta mis-sitwazzjoni ta' emerġenza fuq bażi individwali u konsolidata.

Artikolu 18

Il-kundizzjonijet ġenerali fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni waqt sitwazzjoni ta' emerġenza

1.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 114(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, suġġett għar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità stabbiliti fit-Taqsima II tal-Kapitolu 1 tat-Titolu VII ta' din id-Direttiva, u fejn applikabbli, l-Artikoli 54 u 58 tad-Direttiva 2004/39/KE.

2.   Wara li jingħata l-allert ta' sitwazzjoni ta' emerġenza minn kwalunkwe membru jew osservatur tal-Kulleġġ jew wara li jidentifika sitwazzjoni ta' emerġenza, is-superviżur konsolidanti għandu jikkomunika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(2)(b), skont il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 17(2)(a), lill-membri tal-kulleġġ li jissorveljaw l-entitajiet tal-grupp li huma milquta jew x'aktarx li jiġu milquta mis-sitwazzjoni ta' emerġenza, u lill-ABE.

3.   Skont in-natura, is-severità, l-impatt potenzjali jew sistemiku jew impatt ieħor, u l-probabbiltà ta' kontaġju tas-sitwazzjoni ta' emerġenza, il-membri tal-kulleġġ li jissorveljaw l-entitajiet tal-grupp li huma milquta jew x'aktarx li jiġu milquta mis-sitwazzjoni ta' emerġenza u s-superviżur konsolidanti jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu skambju ta' informazzjoni addizzjonali.

4.   Is-superviżur konsolidanti għandu jqis jekk l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 hijiex rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni. F'dan il-każ, is-superviżur konsolidanti għandu jikkomunika din l-informazzjoni lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp kif definit fil-punt 44 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE.

5.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3, fejn japplika, għandha tiġi aġġornata immedjatament meta ssir disponibbli informazzjoni ġdida.

6.   Meta l-iskambju tal-informazzjoni jew tal-komunikazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu jsir bil-fomm, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom isegwu dan b'komunikazzjoni bil-miktub fi żmien xieraq.

Artikolu 19

Il-kordinazzjoni tal-valutazzjoni superviżorja ta' sitwazzjoni ta' emerġenza

1.   Meta tinqala' sitwazzjoni ta' emerġenza, is-superviżur konsolidanti għandu jikkordina l-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ta' emerġenza (minn hawn 'il quddiem “valutazzjoni ta' sorveljanza kkordinata”) f'koperazzjoni mal-membri tal-kulleġġ li jissorveljaw l-entitajiet tal-grupp li huma milquta jew x'aktarx li jiġu milquta minn din is-sitwazzjoni ta' emerġenza.

2.   Il-kordinazzjoni tal-valutazzjoni superviżorja ta' sitwazzjoni ta' emerġenza li ssir skont l-Artikolu 14 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/99, għandha tkopri mill-anqas l-elementi li ġejjin:

(a)

in-natura u s-severità tas-sitwazzjoni ta' emerġenza;

(b)

l-impatt jew l-impatt potenzjali tas-sitwazzjoni ta' emerġenza fuq il-grupp u fuq kull entità tal-grupp milquta jew li x'aktarx tkun milquta;

(c)

ir-riskju ta' kontaġju transfruntier.

3.   Meta jivvaluta l-punt (c) tal-paragrafu 2, is-superviżur konsolidanti għandu jqis konsegwenza sistemika potenzjali fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri fejn entitajiet tal-grupp ikunu ġew awtorizzati jew fejn ikunu stabbiliti fergħat sinifikanti.

Artikolu 20

Il-kordinazzjoni tar-reazzjoni superviżorja ta' sitwazzjoni ta' emerġenza

1.   Meta tinqala' sitwazzjoni ta' emerġenza, is-superviżur konsolidanti għandu jikkordina l-iżvilupp ta' reazzjoni superviżorja għas-sitwazzjoni ta' emerġenza (minn hawn 'il quddiem “reazzjoni superviżorja kkordinata”) f'koperazzjoni mal-membri tal-kulleġġ li jissorveljaw l-entitajiet tal-grupp li huma milquta jew x'aktarx li jiġu milquta minn din is-sitwazzjoni ta' emerġenza.

2.   Il-valutazzjoni tas-superviżjoni kordinata msemmija fl-Artikolu 19 għandha tifforma l-bażi ta' reazzjoni superviżorja kkordinata, li tiddefinixxi l-azzjonijiet superviżorji meħtieġa, l-ambitu tagħhom, u l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tagħhom.

3.   Ir-reazzjoni superviżorja kkordinata għandha tiġi żviluppata mis-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ li jissorveljaw l-entitajiet tal-grupp li huma milquta jew x'aktarx li jiġu milquta mis-sitwazzjoni ta' emerġenza.

Artikolu 21

Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-reazzjoni superviżorja kkordinata ta' sitwazzjoni ta' emerġenza

1.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ li jissorveljaw l-entitajiet tal-grupp li huma milquta jew x'aktarx li jiġu milquta mis-sitwazzjoni ta' emerġenza għandhom jissorveljaw u jiskambjaw l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' reazzjoni superviżorja kkordinata msemmija fl-Artikolu 20.

2.   L-informazzjoni li għandha tiġi skambjata mill-inqas tinkludi aġġornament dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet miftehma fl-iskeda ta' żmien prevista, kif imsemmi fl-Artikolu 20(2), u l-ħtieġa ta' aġġornament jew aġġustament dawn l-azzjonijiet.

Artikolu 22

Il-kordinazzjoni ta' komunikazzjoni esterna f'sitwazzjoni ta' emerġenza

1.   Fil-qafas tal-liġi applikabbli tal-Unjoni u dik nazzjonali, is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ li jissorveljaw l-entitajiet tal-grupp li huma milquta jew x'aktarx li jiġu milquta mis-sitwazzjoni ta' emerġenza, għandhom jikkordinaw sa fejn hu possibbli l-komunikazzjonijiet esterni tagħhom.

2.   Għall-fini ta' kordinazzjoni ta' komunikazzjoni esterna, is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ għandhom jaqblu dwar l-elementi li ġejjin:

(a)

l-allokazzjoni ta' responsabbiltajiet għall-kordinazzjoni tal-komunikazzjoni esterna fl-istadji differenti tas-sitwazzjoni ta' emerġenza;

(b)

il-livell tal-informazzjoni li għandha tiġi żvelata filwaqt li titqies il-ħtieġa li tinżamm il-fiduċja fis-suq u kull obbligu ieħor ta' żvelar addizzjonali fejn strumenti finanzjarji maħruġa mill-entitajiet tal-grupp milquta jew x'aktarx li jiġu milquta mis-sitwazzjoni ta' emerġenza huma negozjati pubblikament f'suq wieħed jew aktar irregolati fl-Unjoni;

(c)

il-kordinazzjoni ta' dikjarazzjonijiet pubbliċi, inklużi dawk magħmula minn membru wieħed biss tal-kulleġġ, b'mod partikolari meta dawn jista' jkollhom konsegwenzi għall-entitajiet tal-grupp taħt superviżjoni minn membri oħra tal-kulleġġ;

(d)

l-allokazzjoni ta' responsabbiltajiet u l-waqt xieraq biex jiġi kkuntattjati l-entitajiet tal-grupp;

(e)

l-allokazzjoni ta' responsabbiltajiet u l-azzjonijiet li se jittieħdu għall-komunikazzjoni esterna tal-azzjonijiet kordinati li ttieħdu biex tiġi inidrizzata s-sitwazzjoni ta' emerġenza;

(f)

deskrizzjoni ta' koperazzjoni possibbli ma' grupp ieħor jew kulleġġ li jista' jkun involut fit-trattament ta' sitwazzjoni ta' emerġenza li taffettwa grupp, bħal grupp għall-ġestjoni tal-kriżi jew kulleġġ ta' riżoluzzjoni.

KAPITOLU 3

KUNDIZZJONIJIET RIGWARD IL-FUNZJONAMENT TA' KULLEĠĠI MSAWRA SKONT L-ARTIKOLU 51(3) TAD-DIRETTIVA 2013/36/UE

TAQSIMA 1

L-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġi

Artikolu 23

In-nomina tal-membri u l-osservaturi tal-kulleġġ

1.   Wara t-twettiq tal-immappjar tal-istituzzjoni b'fergħat fi Stati Membri oħra skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/99, l-awtoritajiet kompetenti mill-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jistiednu lill-awtoritajiet li ġejjin biex isiru membri tal-kulleġġ:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti fejn ikunu stabbiliti fergħat sinifikanti;

(b)

il-banek ċentrali tas-SEBĊ tal-Istati Membri li huma involuti f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom ta' superviżjoni prudenzjali ta' fergħat sinifikanti msemmija fil-punt a, iżda li mhumiex awtoritajiet kompetenti;

(c)

l-ABE.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jistgħu jistiednu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti fejn huma stabbiliti fergħat sinifikanti biex jieħdu sehem fil-kulleġġ bħala osservaturi bi qbil mal-proċess iddeterminat fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/99.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jistgħu jistiednu lill-awtoritajiet superviżorji ta' pajjii terzi fejn huma stabbiliti fergħat tal-istituzzjoni relevanti biex jieħdu sehem fil-kulleġġ bħala osservaturi bi qbil mal-proċess iddeterminat fl-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/99.

4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jistgħu jistiednu lill-awtoritajiet li ġejjin biex jieħdu sehem fil-kulleġġ bħala osservaturi bi qbil mal-proċess iddeterminat fl-Artikolu 3(1)(d) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/99.

(a)

il-banek ċentrali tas-SEBĊ li ma għandhomx is-setgħa mid-dritt nazzjonali li jissupervizzaw l-istituzzjoni jew il-fergħat tagħha stabbiliti fi Stat Membru;

(b)

l-awtoritajiet pubbliċi jew il-korpi fi Stat Membru li huma responsabbli mis-superviżjoni tal-istituzzjoni jew il-fergħat tagħha jew involuti fiha, inklużi l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni tas-swieq fl-istrumenti finanzjarji, il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-fini ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu, jew il-protezzjoni tal-konsumatur.

5.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u l-membri tal-kulleġġ għandhom jispeċifikaw l-arranġamenti li jkopru l-parteċipazzjoni tal-osservaturi fil-kulleġġ fl-arranġamenti bil-miktub msemmija fl-Artikolu 51(3) tad-Direttiva 2013/36/UE. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jinnotifikaw dawn l-arranġamenti lill-osservaturi.

Artikolu 24

Il-komunikazzjoni dwar l-istabbiliment u l-kompożizzjoni ta' kulleġġ

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jikkomunikaw lill-istituzzjoni l-istabbiliment ta' kulleġġ u l-identità tal-membri u l-osservaturi tiegħu, kif ukoll kwalunkwe bidliet f'dik il-kompożizzjoni.

Artikolu 25

L-istabbiliment tal-arranġamenti ta' kordinazzjoni u koperazzjoni bil-miktub

L-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġi għal fergħat sinifikanti msawra skont l-Artikolu 51(3) tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom jkunu bbażati fuq arranġamenti bil-miktub għall-kordinazzjoni u l-koperazzjoni li jiġu stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 26

Il-parteċipazzjoni fil-laqgħat u l-attivitajiet tal-kulleġġ

1.   Meta jiddeċiedi liema awtoritajiet għandhom jipparteċipaw f'laqgħa jew attività tal-kulleġġ f'konformità mal-Artikolu 51(3) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom iqisu dan li ġej:

(a)

is-suġġetti li se jiġu diskussi u l-għan tal-laqgħa jew l-attività, b'mod partikolari fir-rigward tar-rilevanza tagħhom għal kull fergħa;

(b)

l-importanza tal-fergħa fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita u l-importanza tagħha għall-istituzzjoni.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u l-membri tal-kulleġġ għandhom jiżguraw li l-aktar rappreżentanti xierqa jipparteċipaw fil-laqgħat jew attivitajiet tal-kulleġġ, fuq il-bażi tas-suġġetti diskussi u l-objettivi segwiti. Dawk ir-rappreżentanti għandu jkollhom is-setgħa li jimpenjaw lill-awtoritajiet tagħhom bħala membri tal-kulleġġ, sal-limitu massimu possibbli, għad-deċiżjonijiet ippjanati li jkunu se jittieħdu matul laqgħat jew attivitajiet.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jistgħu jistiednu lil rappreżentanti tal-istituzzjoni biex jipparteċipaw f'laqgħa jew attività tal-kulleġġ, fuq il-bażi tas-suġġetti u l-objettivi ta' laqgħa jew attività tal-kulleġġ.

Artikolu 27

Il-kundizzjonijiet għall-komunikazzjoni

1.   Il-komunikazzjoni mal-istituzzjoni u l-fergħat tagħha għandha tkun organizzata skont ir-responsabbiltajiet superviżorji mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u l-membri tal-kulleġġ mill-Kapitolu 4 tat-Titolu V u fit-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE.

2.   Il-laqgħat u l-attivitajiet tal-kulleġġ għandhom jiġu organizzati f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/99.

TAQSIMA 2

L-ippjanar u l-kordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji f'sitwazzjonijiet ta' tħassib

Artikolu 28

Il-kundizzjonijiet ġenerali fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u l-membri tal-kulleġġ

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u l-membri tal-kulleġġ għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tiġi ffaċilitata l-koperazzjoni skont l-Artikolu 50 u l-Artikolu 51(2) tad-Direttiva 2013/36/UE.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u l-membri tal-kulleġġ għandhom jiskambjaw ukoll l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tiġi ffaċilitata l-koperazzjoni msemmija fl-Artikoli 6, 7 u 8 tad-Direttiva 2014/59/UE.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u l-membri tal-kulleġġ għandhom jiskambjaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, kemm jekk tasal minn istituzzjoni, awtorità kompetenti jew superviżorja jew kull sors ieħor. Din l-informazzjoni għandha tkun suffiċjentement adegwata, preċiża u f'waqtha.

Artikolu 29

L-iskambju tal-informazzjoni għall-eżitu tar-rieżami superviżorju u l-proċess tal-evalwazzjoni

L-informazzjoni li għandha tkun ikkomunikata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju lill-membri tal-kulleġġ għandha tkopri l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4, l-Artikolu 5, l-Artikoli minn 7 sa 13 u l-Artikolu 17 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 524/2014 (9) delegati bħala riżultat tar-rieżami superviżorju u l-proċess ta' evalwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 97 tad-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 30

L-iskambju tal-informazzjoni għall-valutazzjoni tal-pjan tal-irkupru

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti fejn ikunu stabbiliti fergħat sinifikanti dwar il-pjan għall-irkupru ekonomiku sa fejn ikun rilevanti għal dik il-fergħa, f'konformità mal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2014/59/UE.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom jipprovdu l-pjan tal-irkupru tal-istituzzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti fejn ikunu stabbiliti l-fergħat sinifikanti skont l-Artikolu 19 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/99.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom jiżguraw li l-membri kollha tal-kulleġġ ikunu infurmati b'mod xieraq dwar ir-riżultat tal-proċess imsemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 31

L-istabbiliment u aġġornament tal-programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ

1.   Għall-finijiet tal-istabbiliment ta' programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 99 tad-Direttiva 2013/36/UE, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u l-membri tal-kulleġġ għandhom jidentifikaw l-attivitajiet superviżorji li għandhom jittieħdu.

2.   Il-programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ għandu jinkludi mill-inqas dan li ġej:

(a)

l-oqsma ta' ħidma konġunta identifikati bħala riżultat tar-rieżami superviżorju u l-proċess ta' evalwazzjoni skont l-Artikolu 97 tad-Direttiva 2013/36/UE jew bħala riżultat ta' kwalunkwe attivitajiet tal-Kulleġġ;

(b)

l-oqsma tal-iffukar tax-xogħol tal-kulleġġ u l-attivitajiet tiegħu ta' sorveljanza ppjanata, inklużi l-verifiki fil-post u l-ispezzjonijiet tal-fergħat sinifikanti ppjanati skont l-Artikolu 52(3) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(c)

il-membri tal-kulleġġ responsabbli mit-twettiq tal-attivitajiet ta' sorveljanza ppjanati;

(d)

il-perjodi ta' żmien mistennija, kemm f'termini ta' żmien u ta' tul ta' żmien, għal kull attività superviżorja ppjanata.

3.   Waqt l-iżvilupp ta' programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġi u l-aġġornament tiegħu kif meħtieġ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u l-membri tal-kulleġġ iqisu l-possibbiltà ta' ftehimiet dwar l-affidament volontarju tal-ħidmiet u d-delegazzjoni tar-responsabbiltajiet, speċjalment jekk tali affidament jew delegazzjoni tkun mistennija li twassal għal iktar superviżjoni effiċjenti u effikaċi, b'mod partikolari bit-tneħħija tad-duplikazzjoni mhux meħtieġa tar-rekwiżiti superviżorji, inkluż dawk fir-rigward ta' talbiet għal informazzjoni.

4.   Il-konklużjoni ta' ftehim dwar inkarigu tal-kompiti jew delega ta' responsabbiltajiet jiġu nnotifikati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju lill-istituzzjoni kkonċernata u mill-awtorità kompetenti, li tiddelega s-setgħat tagħha, lill-fergħa kkonċernata.

5.   L-istabbiliment u l-aġġornament tal-programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ għandu jitwettaq skont l-Artikolu 20 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/99.

TAQSIMA 3

L-ippjanar u l-kordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji bi tħejjija għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza u matulhom u d-dispożizzjonijiet finali

Artikolu 32

L-istabbiliment ta' qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u l-membri tal-kulleġġ jistabbilixxu qafas tal-kulleġġ b'antiċipazzjoni ta' sitwazzjonijiet possibilment ta' emerġenza skont l-Artikolu 112(1)(c) tad-Direttiva 2013/36/UE (minn hawn 'il quddiem “qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza”).

2.   Il-qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza għandu jinkludi mill-inqas dan li ġej:

(a)

Il-proċeduri speċifiċi għall-kulleġġ li għandhom japplikaw meta tqum sitwazzjoni ta' emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 114(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(b)

sett minimu ta' informazzjoni li għandu jiġi skambjat meta tqum sitwazzjoni ta' emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 114(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;

3.   Is-sett minimu ta' informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 għandu jinkludi li ġej:

(a)

deskrizzjoni ħafifa tas-sitwazzjoni li seħħet, inkluża l-kawża prinċipali tas-sitwazzjoni ta' emerġenza, u l-impatt mistenni tas-sitwazzjoni ta' emerġenza fuq l-istituzzjoni, fuq il-likwidità tas-suq u fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja;

(b)

spjegazzjoni tal-miżuri u l-azzjonijiet li jkunu ttieħdu jew huma ppjanati li jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jew kwalunkwe membru tal-kulleġġ jew mill-istituzzjoni nnifisha;

(c)

l-aħħar informazzjoni kwantitattiva disponibbli dwar il-likwidità u l-pożizzjoni tal-kapital tal-istituzzjoni.

Artikolu 33

Il-kundizzjonijet ġenerali fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni waqt sitwazzjoni ta' emerġenza

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u l-membri tal-kulleġġ jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 114(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, suġġett għar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità stabbiliti fit-Taqsima II tal-Kapitolu 1 tat-Titolu VII ta' din id-Direttiva, u fejn applikabbli, l-Artikoli 54 u 58 tad-Direttiva 2004/39/KE.

2.   Wara li jingħataw l-allert ta' sitwazzjoni ta' emerġenza minn kwalunkwe membru jew osservatur tal-Kulleġġ jew wara li jidentifikaw sitwazzjoni ta' emerġenza, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 32(2)(b), skont il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 32(2)(a), lill-membri tal-kulleġġ li jissorveljaw il-fergħat li huma milquta jew x'aktarx li jiġu milquta mis-sitwazzjoni ta' emerġenza, u lill-ABE.

3.   Skont in-natura, is-severità, l-impatt potenzjali jew sistemiku jew impatt ieħor, u l-probabbiltà ta' kontaġju tas-sitwazzjoni ta' emerġenza, il-membri tal-kulleġġ li jissorveljaw il-fergħat huma milquta jew x'aktarx li jiġu milquta mis-sitwazzjoni ta' emerġenza u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu skambju ta' informazzjoni addizzjonali.

4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom iqisu jekk l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 hijiex rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni. F'dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom jikkomunikaw din l-informazzjoni lill-awtorità tar-riżoluzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE.

5.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3, fejn japplika, għandha tiġi aġġornata immedjatament meta ssir disponibbli informazzjoni ġdida.

6.   Meta l-iskambju tal-informazzjoni jew tal-komunikazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu jsir bil-fomm, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom isegwu dan b'komunikazzjoni bil-miktub fi żmien xieraq.

Artikolu 34

Il-kordinazzjoni tal-valutazzjoni superviżorja ta' sitwazzjoni ta' emerġenza

1.   Meta tinqala' sitwazzjoni ta' emerġenza, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom jikkordinaw il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ta' emerġenza (minn hawn 'il quddiem “valutazzjoni ta' sorveljanza kkordinata”) f'koperazzjoni mal-membri tal-kulleġġ skont l-Artikolu 112(3) tad-Direttiva 2013/36/UE.

2.   Il-valutazzjoni kordinata tas-superviżjoni tas-sitwazzjoni ta' emerġenza, imħejjija mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, għandha tkopri mill-anqas l-elementi li ġejjin:

(a)

in-natura u s-severità tas-sitwazzjoni ta' emerġenza;

(b)

l-impatt jew l-impatt potenzjali tas-sitwazzjoni ta' emerġenza fuq l-istituzzjoni u fuq kull fergħa tal-grupp milquta jew li x'aktarx tkun milquta;

(c)

ir-riskju ta' kontaġju transfruntier.

3.   Meta jivvalutaw il-punt (c) tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom jikkunsidraw il-konsegwenzi sistemiċi potenzjali f'kull Stat Membru fejn huma stabbiliti fergħat sinifikanti.

Artikolu 35

Il-kordinazzjoni tar-reazzjoni superviżorja ta' sitwazzjoni ta' emerġenza

1.   Meta tinqala' sitwazzjoni ta' emerġenza, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom jikkordinaw l-iżvilupp ta' reazzjoni superviżorja għas-sitwazzjoni ta' emerġenza (minn hawn 'il quddiem “reazzjoni kkordinata ta' emerġenza”) f'koperazzjoni mal-membri tal-kulleġġ skont l-Artikolu 112(3) tad-Direttiva 2013/36/UE.

2.   Il-valutazzjoni tas-superviżjoni kordinata msemmija fl-Artikolu 34 għandha tifforma l-bażi ta' reazzjoni superviżorja kkordinata, li tiddefinixxi l-azzjonijiet superviżorji meħtieġa, l-ambitu tagħhom, u l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tagħhom.

Artikolu 36

Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-reazzjoni superviżorja kkordinata ta' sitwazzjoni ta' emerġenza

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u l-membri tal-kulleġġ li jissorveljaw l-entitajiet tal-grupp li huma milquta jew x'aktarx li jiġu milquta mis-sitwazzjoni ta' emerġenza jissorveljaw u jiskambjaw l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' reazzjoni superviżorja kkordinata msemmija fl-Artikolu 35.

2.   L-informazzjoni li għandha tiġi skambjata mill-inqas tinkludi aġġornament dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet miftehma fl-iskeda ta' żmien prevista, kif imsemmi fl-Artikolu 35(2), u l-ħtieġa ta' aġġornament jew aġġustament dawn l-azzjonijiet.

Artikolu 37

Il-kordinazzjoni ta' komunikazzjoni esterna f'sitwazzjoni ta' emerġenza

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u l-membri tal-kulleġġ responsabbli mis-superviżjoni ta' fergħat milquta jew li x'aktarx ikun milquta minn sitwazzjoni ta' emerġenza għandhom jikkordinaw sa fejn hu possibbli l-komunikazzjonijiet esterni tagħhom, b'kont meħud tal-elementi speċifikati skont l-Artikolu 22(2), kif ukoll obbligi legali jew restrizzjonijiet taħt il-liġi nazzjonali.

Artikolu 38

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.

(2)  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/99 tas-16 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tad-determinazzjoni tal-funzjonament operattiv tal-kulleġġi ta' superviżuri skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ara l-paġna 21 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(7)  Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/100 tas-16 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jispeċifika l-proċess ta' deċiżjoni konġunta fir-rigward tal-applikazzjoni ta' ċerti permessi prudenzjali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ara l-paġna 45 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(9)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 524/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta' domiċilju u ospitanti jissupplixxu lil xulxin (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 6).


28.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/21


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/99

tas-16 ta' Ottubru 2015

li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tad-determinazzjoni tal-funzjonament operattiv tal-kulleġġi ta' superviżuri skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 51(5) u l-Artikolu 116(5) tagħha,

Billi:

(1)

Il-proċess tal-istabbiliment u l-aġġornament tal-immappjar tal-entitajiet ta' grupp fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi għandu jkun immexxij mis-superviżur konsolidanti li għandu jara li l-membri potenzjali tal-kulleġġ ikollhom il-possibbiltà li jikkummentaw u jipprovdu l-kontribut tagħhom għal dan l-eżerċizzju sabiex jiġi żgurat li l-entitajiet kollha ta' grupp jiġu identifikati b'mod effiċjenti u l-immappjar ikun jirrifletti informazzjoni preċiża u aġġornata dwar l-entitajiet, inklużi l-fergħat tal-grupp. Sabiex it-twettiq tal-eżerċizzju ta' mmappjar jiġi ffaċilitat, sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni kollha meħtieġa tinġabar u tiġi riflessa fl-immappjar tal-grupp ta' stituzzjonijiet, u sabiex jitnaqqsu l-kosti tal-konformità kemm għas-superviżur konsolidanti jew tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u ta' membri oħra tal-kulleġġ, l-immappjar għandu jsir bl-użu ta' mudell komuni.

(2)

Meta s-superviżur konsolidanti jkollu l-intenzjoni li jistieden lil awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti fejn ikunu stabbiliti fergħat mhux sinifikanti, l-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi, u awtoritajiet rilevanti oħra li jipparteċipaw fil-kulleġġ bħala osservaturi, jeħtieġ li dan jara li l-membri tal-kulleġġ ikunu infurmati minn qabel b'din l-intenzjoni u li jingħataw żmien xieraq sabiex jivvalutaw, jaqblu fuq jew joġġezzjonaw għal din il-proposta. Biex jiġi żgurat li l-proċess ikun ġestit b'mod xieraq, is-superviżur konsolidanti għandu l-ewwel jistieden lill-awtoritajiet eliġibbli li jsiru membri tal-kulleġġ, u mbagħad jipproċedi bi stediniet għal osservaturi potenzjal tal-kulleġġ.

(3)

Qabel ma jaċċettaw stedina indirizzata mis-superviżur konsolidanti lill-osservaturi potenzjal tal-kulleġġ, dawk l-osservaturi potenzjali għandhom ikunu konxji tal-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tagħhom kif miftiehma mis-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ. Is-superviżur konsolidanti għandu jkun obbligat jinkludi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tal-osservaturi fl-arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni tal-kulleġġ.

(4)

Il-proċess tal-konklużjoni u tal-emendar tal-arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni għandu jitmexxa mis-superviżur konsolidanti li għandu jara li l-membri tal-kulleġġ ikollhom il-possibilità li jikkummentaw u jipprovdu l-kontribut tagħhom għall-arranġamenti proposti, inklużi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tal-osservaturi. Sabiex jiġi żgurat li l-arranġamenti konklużi minn kulleġġi superviżorji jkunu konsistenti, f'termini ta' struttura u ta' dispożizzjonijiet koperti, filwaqt li fl-istess ħin jagħtu lok għal flessibbiltà kif xieraq għall-inklużjoni ta' arranġamenti u ftehimiet speċifiċi għall-kulleġġ, dawn għandhom jiġu żviluppati skont mudell komuni.

(5)

Meta jkun qed jorganizza l-konsultazzjoni mal-membri tal-kulleġġ dwar diversi aspetti operattivi tal-ħidma tal-kulleġġ, is-superviżur konsolidanti għandu jikkomunika b'mod ċar skadenza xierqa sa meta jkunu mistennija jaslu l-kummenti u l-fehmiet tal-membri tal-kulleġġ.

(6)

Filwaqt li jiġu rikonoxxuti d-diversi kompiti superviżorji li s-superviżur konsolidanti u l-membri l-oħra tal-kulleġġ ikunu jridu jwettqu, u l-kumplessità tagħhom, il-frekwenza minima mistennija ta' laqgħat tal-kulleġġ għandha tkun iffissata għal darba f'sena.

(7)

Minħabba li l-kulleġġi superviżorji jistgħu jiġu organizzati b'substrutturi differenti, huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-membri kollha tal-kulleġġ ikunu infurmati fil-waqt u kif xieraq dwar id-diskussjonijiet u d-deċiżjonijiet meħuda taħt substrutturi speċifiċi.

(8)

Għas-salvagwardja tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tiġi skambjata bejn is-superviżur konsolidanti jew l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u l-membri tal-kulleġġ, il-kulleġġi tas-superviżuri għandhom jiġu mħeġġa biex jużaw mezzi ta' komunikazzjoni siguri.

(9)

L-operat effiċjenti u effettiv tal-kulleġġi tas-superviżuri jitlob li l-membri tal-kulleġġ jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikunu jistgħu jivvalutaw u jieħdu miżuri biex jipproteġu l-interessi tad-depożitaturi u tal-investituri fl-Istati Membri tagħhom u biex jipproteġu l-istabbiltà finanzjarja fi ħdan l-Unjoni. Għalhekk, jekk is-superviżur konsolidanti iqis li biċċa tagħrif partikolari ma tkunx ta' rilevanza għal membru tal-kulleġġ, is-superviżur konsolidanti għandu jiġġustifika d-deċiżjoni tiegħu wara li jkun ikkonsultat ma' dak il-membru u jkun ipprovdih bl-elementi kollha meħtieġa biex jivvaluta r-rilevanza.

(10)

Meta r-rieżami li jkun għaddej tal-permess biex jintużaw mudelli interni jiżvela nuqqasijiet f'konformità mal-Artikolu 101 tad-Direttiva 2013/36/UE, ikun essenzjali li s-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ li jkunu qed jissorveljaw entitajiet ta' gruppi milquta minn dawn id-dgħufijiet jaħdmu flimkien sabiex jivvalutaw il-materjalità ta' dawn in-nuqqasijiet u jiddeċiedu dwar miżuri xierqa. Kwalunkwe deċiżjoni dwar l-impożizzjoni ta' supplimentazzjonijiet kapitali jew dwar ir-revoka tal-mudell approvat għandha tittieħed b'mod konġunt mis-superviżur konsolidant u l-membri tal-kulleġġ rilevanti.

(11)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni ta' sinjali bikrija ta' twissija, ta' riskji potenzjali u ta' vulnerabbiltajiet għall-infurmar tar-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u r-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità, huwa importanti li s-superviżur konsolidanti u l-membri l-oħra tal-kulleġġ jaqblu minn qabel fuq ġabra ta' indikaturi li għandhom jiġu skambjati mill-inqas fuq bażi annwali. Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u l-komparabbiltà, dawn l-indikaturi għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tad-dejta ta' superviżjoni li l-awtoritajiet kompetenti jiġbru skont ir- Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (2).

(12)

Il-proċess tal-istabbiliment u l-aġġornament ta' qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza għandu jitmexxa mis-superviżur konsolidanti jew mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju li għandu jara li l-membri tal-kulleġġ ikunu jistgħu jikkumentaw u jagħtu l-kontribut tagħhom għall-qafas propost.

(13)

Waqt sitwazzjoni ta' emerġenza għandu jkun żgurat li jkun hemm kooperazzjoni effiċjenti u effettiva bejn is-superviżur konsolidanti u l-membri kollha tal-kulleġġ responsabbli mis-superviżjoni ta' entitajiet ta' grupp affettwati jew li x'aktarx li jkunu affettwati mis-sitwazzjoni ta' emerġenza u li l-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ta' emerġenza, ir-rispons superviżorju għas-sitwazzjoni ta' emerġenza, u l-monitoraġġ u l-aġġornament ta' dan ir-rispons superviżorji jitwettqu b'mod ikkoordinat b'involviment xieraq tas-superviżur konsolidanti u l-membri kollha tal-kulleġġ responsabbli għas-superviżjoni ta' entitajiet ta' grupp affettwati jew li x'aktarx ikunu affettwati minn dik is-sitwazzjoni ta' emerġenza. Barra minn hekk, jeħtieġ li l-membri kollha tal-kulleġġ jinżammu infurmati mis-superviżur konsolidanti dwar l-elementi ewlenin tad-deċiżjonijiet meħuda jew l-informazzjoni skambjata biex tiġi ttrattata is-sitwazzjoni ta' emerġenza.

(14)

Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib waħda mal-oħra, billi jittrattaw il-funzjonament operattiv tal-kulleġġi tas-superviżuri. Sabiex żgur ikun hemm koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess waqt, u sabiex tiġi ffaċilitata perspettiva komprensiva u aċċess kumpatt għalihom minn persuni suġġetti għal dawk l-obbligi, huwa mixtieq li l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni kollha meħtieġa mill-Artikolu 51(5) u l-Artikolu 116(5) tad-Direttiva 2013/36/UE jiġu inklużi f'Regolament wieħed.

(15)

Peress li l-maġġoranza l-kbira tal-kulleġġi tas-superviżuri madwar l-UE huma ffurmati f'konformità mal-Artikolu 116 tad-Direttiva 2013/36/UE, jidher li jkun aktar xieraq li l-ewwel jiġi ddeterminat il-funzjonament operattiv tal-kulleġġi skont l-Artikolu 116 tad-Direttiva 2013/36/UE qabel ma jiġi stabbilit dak tal-kulleġġi skont l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2013/36/UE, bl-ewwel waħda tidher li hi pjuttost każ ġenerali, it-tieni każ speċjali.

(16)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomessi mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) (ABE) lill-Kummissjoni Ewropea.

(17)

L-ABE wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Is-suġġett

Dan ir-Regolament jiddetermina l-funzjonament operattiv tal-kulleġġ tas-superviżuri (“il-kulleġġ”), iffurmat f'konformità mal-Artikolu 116 u l-Artikolu 51(3) tad-Direttiva 2013/36/UE.

KAPITOLU 2

IL-FUNZJONAMENT OPERATTIV TAL-KULLEĠĠI FFURMATI SKONT L-ARTIKOLU 116 TAD-DIRETTIVA 2013/36/UE

TAQSIMA 1

L-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġi

Artikolu 2

L-istabbiliment u l-aġġornament tal-immappjar ta' grupp ta' istituzzjonijiet

1.   Is-superviżur konsolidanti jissottometti l-abbozz ta' mmappjar, imħejji skont l-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/98 (4), lill-awtoritajiet eliġibbli li jsiru membri tal-kulleġġ skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98 (minn hawn'il quddiem “membri potenzjali tal-kulleġġ”), u jistedinhom jipprovdu l-opinjonijiet tagħhom u jindikaw l-iskadenza propizja għat-tressiq ta' dawn il-fehmiet.

2.   Għall-finijiet tal-finalizzazzjonijiet tal-immappjar, u bla ħsara għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 tad-Direttiva 2013/36/UE, is-superviżur konsolidanti jikkunsidra kwalunkwe fehma u riżerva espressa mill-membri potenzjali tal-kulleġġ.

3.   Malli sseħħ il-finalizzazzjoni, is-superviżur konsolidanti jikkomunika l-immappjar tal-grupp lill-membri potenzjali kollha tal-kulleġġ.

4.   Is-superviżur konsolidanti jaġġorna l-immappjar, filwaqt li japplika l-proċess definit fil-paragrafi 1 sa 3, mill-inqas fuq bażi annwali jew aktar ta' spiss fil-każ li jkun hemm bidliet sinifikanti fl-istruttura tal-grupp.

5.   Is-superviżur konsolidanti juża l-mudell fl-Anness I għall-istabbiliment u l-aġġornament tal-immappjar ta' grupp ta' istituzzjonijiet.

Artikolu 3

L-istabbiliment ta' kulleġġ

1.   Biex jistabbilixxi kulleġġ, is-superviżur konsolidanti jagħmel il-passi li ġejjin:

(a)

is-superviżur konsolidanti jibgħat l-istediniet lill-awtoritajiet li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 3(1) tar Regolament Delegat (UE) 2016/98;

(b)

is-superviżur konsolidanti jinnotifika lill-membri tal-kulleġġ li jkunu aċċettaw l-istedina kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu bl-intenzjoni tiegħu li jibgħat stedina lill-awtoritajiet kompetenti ta' fergħa mhux sinifikanti biex jipparteċipaw bħala osservaturi fil-kulleġġ skont l-Artikolu 3(2) tar- Regolament Delegat (UE) 2016/98.

(c)

is-superviżur konsolidanti jinnotifika lill-membri tal-kulleġġ li jkunu aċċettaw l-istedina kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu bl-intenzjoni tiegħu li jibgħat stedina lil awtorità ta' superviżjoni ta' pajjiż terz biex tipparteċipa bħala osservatur fil-kulleġġ skont l-Artikolu 3(3) tar- Regolament Delegat (UE) 2016/98.

(d)

is-superviżur konsolidanti jinnotifika lill-membri tal-kulleġġ li jkunu aċċettaw l-istedina kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu bl-intenzjoni tiegħu li jibgħat stedina lil kwalunkwe awtorità li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 3(4) tar- Regolament Delegat (UE) 2016/98 biex jipparteċipaw bħala osservatur fil-kulleġġ.

Għall-finijiet tal-punti (b), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu, in-notifika tkun akkumpanjata mill-proposta tas-superviżur konsolidanti dwar il-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tal-osservatur fil-kulleġġ li għandhom jiġu inklużi fl-arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni f'konformità mal-Artikolu 5(c) tar- Regolament Delegat (UE) 2016/98.

Barra minn hekk, għall-fini tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, in-notifika tkun akkumpanjata mill-opinjoni tas-superviżur konsolidanti dwar il-valutazzjoni tal-ekwivalenza tar-rekwiżiti dwar kunfidenzjalità u segretezza professjonali applikabbli għall-awtorità superviżorja tal-pajjiż terz.

In-notifika li ssir referenza għaliha fit-tieni subparagrafu tistabbilixxi skadenza xierqa li fi ħdanha kull membru tal-kulleġġ li ma jaqbilx ikun jista', bil-miktub, jesprimi l-oġġezzjoni motivata bis-sħiħ tiegħu għal kwalunkwe aspett tal-proposta jew opinjoni tas-superviżur konsolidanti.

2.   Wara li jintlaħaq ftehim bejn il-membri kollha tal-kulleġġ fuq proposta, ħaġa li tiġi dedotta mis-superviżur konsolidanti jekk ma tkun ġiet espressal-ebda oġġezzjoni sa tmiem l-iskadenza, is-superviżur konsolidanti jibgħat l-istedina lill-awtorità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-paragrafu 1 biex issir osservatur tal-kulleġġ. L-istedina tkun akkumpanjata mill-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tal-osservatur kif maqbul mill-membri tal-kulleġġ u tkun inkluża fl-arranġamenti miktuba ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni.

3.   L-awtoritajiet li jirċievu stedina biex isiru membri jew osservaturi jiksbu dan l-istatus meta l-istedina tiġi aċċettata. L-awtoritajiet li jirċievu stedina biex isiru osservaturi jaċċettaw ukoll il-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni bħala osservaturi kif innotifikat lilhom mis-superviżur konsolidanti.

4.   L-awtoritajiet li ssir referenza għalihom fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1 jistgħu jitolbu li jsiru osservaturi ta' kulleġġ. It-talba rilevanti tiġi indirizzata lis-superviżur konsolidanti. Meta s-superviżur konsolidanti jiddeċiedi li jistieden lil dawn l-awtoritajiet biex jipparteċipaw fil-kulleġġ bħala osservaturi, japplika l-proċessi li ssir referenza għalihom fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1, kif applikabbli.

Artikolu 4

L-istabbiliment u l-aġġornament tal-listi ta' kuntatt

1.   Is-superviżur konsolidanti iżomm u jikkondividi d-dettalji sħaħ ta' kuntatt, inklużi dettalji għall-kuntatt barra mill-ħinijiet tal-uffiċċju li għandhom jintuża matul sitwazzjonijiet ta' emerġenza fil-komunikazzjoni tiegħu mal-membri u l-osservaturi tal-kulleġġ bl-użu tal-mudell fl-Anness II. Il-lista tal-kuntatt u l-lista tal-kuntatt ta' emerġenza għandha tiġi mehmuża mal-arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98.

2.   Il-membri tal-kulleġġ jagħtu d-dettalji ta' kuntatt tagħhom lis-superviżur konsolidanti u jinfurmaw lis-superviżur konsolidanti b'kull tibdil f'dawk id-dettalji mingħajr dewmien bla bżonn.

3.   Kwalunkwe verżjoni aġġornata tal-lista ta' kuntatt u l-lista ta' kuntatt ta' emerġenza tiġi kkomunikata mis-superviżur konsolidanti lill-membri tal-kulleġġ.

Artikolu 5

Konklużjoni u emendi tal-arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni

1.   Is-superviżur konsolidanti jħejji l-proposti tiegħu għall-konklużjoni ta' arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni skont l-Artikolu 115tad-Direttiva 2013/36/UE u l-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98.

2.   Is-superviżur konsolidanti jikkomunika l-proposta tiegħu lill-membri tal-kulleġġ u jistedinhom jagħtu l-fehmiet tagħhom u jindikaw l-iskadenza xierqa għat-tressiq ta' dawn il-fehmiet.

3.   Għall-finijiet tal-iffinalizzar tal-arranġamenti bil-miktub għall-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni, is-superviżur konsolidanti jikkunsidra kull opinjoni u riżerva espressa mill-membri tal-kulleġġ u jispjega, jekk meħtieġ, ir-raġuni għaliex ma għandhomx ikunu inkorporati.

4.   Malli sseħħ il-finalizzazzjoni, is-superviżur konsolidanti jikkomunika l-arranġamenti bil-miktub ta' kooperazzjoni u koordinazzjoni lill-membri tal-kulleġġ.

5.   Jekk jitqies meħtieġ mis-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ, l-implimentazzjoni tal-arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni jitqiegħdu għall-prova permezz ta' eżerċizzji ta' simulazzjoni jew bi kwalunkwe mod ieħor, kif xieraq.

6.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ jikkunsidraw il-ħtieġa li jiġu emendati l-arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni fil-każ ta' bidliet f'xi elementi tagħhom skont l-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98.

L-arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni jiġu emendati sabiex jiġi rifless kwalunkwe tibdil fil-kompożizzjoni tal-kulleġġ.

Xi elementi tal-arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni li jirreferu għall-qafas tal-kulleġġ, fit-tħejjija għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza u matulhom, jiġu eżaminati mis-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ fuq bażi perjodika skont kif jiġi stabbilit f'dawn l-arranġamenti.

7.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ jemendaw l-arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni skont il-proċess deskritt fil-paragrafi 1 sa 4.

8.   Is-superviżur konsolidanti juża l-mudell fl-Anness II biex jikkonkludi u jemenda l-arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni.

Artikolu 6

L-aspetti operattivi tal-laqgħat u l-attivitajiet tal-kulleġġ

1.   Il-kulleġġi jorganizzaw mill-anqas laqgħa waħda fiżika kull sena. Madankollu, is-superviżur konsolidanti, bil-kunsens tal-membri kollha tal-kulleġġ, u wara li jkun ikkunsidra l-ispeċifiċitajiet tal-grupp, jista' jistabbilixxi frekwenza differenti ta' laqgħat fiżiċi.

2.   Is-superviżur konsolidanti jistabbilixxi b'mod ċar l-objettivi tal-laqgħat tal-kulleġġ. Is-superviżur konsolidanti jara li dawk l-obbjettivi jiġu riflessi fl-aġenda tal-laqgħat u jistieden lill-membri kollha tal-kulleġġ biex jipproponu punti addizzjonali fl-aġenda. Is-superviżur konsolidanti jikkunsudra kull proposta dwar punti fl-aġenda li jsiru mill-membri tal-kulleġġ u jispjega, jekk mitlub, ir-raġuni għaliex ma għandhomx ikunu inkorporati.

3.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ li huma involuti f'xi attività partikolari jew laqgħa tal-kulleġġ, jiskambjaw id-dokumenti u l-kontributi għal dokumenti ta' ħidma minn żmien biżżejjed qabel biex il-parteċipanti kollha f'laqgħa tal-kulleġġ ikunu jistgħu jikkontribwixxu b'mod attiv għal dawn id-diskussjonijiet.

TAQSIMA 2

L-ippjanar u l-koordinazzjoni ta' attivitajiet superviżorji f'sitwazzjonijiet ta' kontinwità operattiva

Artikolu 7

Qafas ġenerali għall-iskambju ta' informazzjoni bejn is-superviżur konsolidanti, il-membri tal-kulleġġ u l-osservaturi

1.   Meta s-superviżur konsolidanti jirċievi l-informazzjoni li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98 minn xi membri tal-kulleġġ, jittrasmettiha:

(a)

lill-membri l-oħra tal-kulleġġ;

(b)

lill-osservaturi, skont kif is-superviżur konsolidanti jara li jkun xieraq u skont it-termini tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-kulleġġ.

2.   Jekk is-superviżur konsolidanti iqis li xi informazzjoni li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 1 ma tkunx rilevanti għal xi membru partikolari tal-kulleġġ, huwa jikkonsulta minn qabel lil dak il-membru u jipprovdilu punti ewlenin ta' informazzjoni li tippermetti lil dak il-membru biex jistabbilixi r-rilevanza attwali tagħha.

3.   Meta l-kulleġġ ikun organizzat f'substrutturi diversi, is-superviżur konsolidanti jżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ informati għalkollox u fil-ħin, dwar l-azzjonijiet meħudin jew il-miżuri mwettqa fi substrutturi differenti tal-kulleġġ.

4.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ jilħqu qbil dwar il-mezzi għall-iskambju ta' informazzjoni u jispeċifikaw dan il-ftehim fl-arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98.

Artikolu 8

Rieżami kontinwu tal-permess biex jintużaw approċċi interni

1.   Meta r-rekwiżiti għall-applikazzjoni ta' approċċ intern f'konformità mal-Artikolu 143(1), l-Artikolu 151(4) jew (9), l-Artikolu 283, l-Artikolu 312(2), jew l-Artikolu 363 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma jibqgħux jiġu ssodisfati minn l-ebda waħda mill-istituzzjonijiet awtorizzati fi Stat Membru, inkluża l-istituzzjoni prinċipali tal-UE, jew fejn ikunu ġew identifikati dgħufijiet skont l-Artikolu 101 tad-Direttiva 2013/36/UE minn kwalunkwe membru relevanti tal-kulleġġ fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98, is-superviżur konsolidanti u dak il-membru tal-kulleġġ jaħdmu flimkien, f'konsultazzjoni sħiħa, sabiex flimkien jaqblu dwar ir-revoka tal-permess tal-użu tal-approċċ, fuq l-impożizzjoni ta' supplimentazzjonijiet kapitali jew dwar ir-restrizzjoni tal-użu tal-mudell intern kif issir referenza għalih fl-Artikolu 11(2)(c) u (d) ta' dak ir-Regolament Delegat.

2.   Id-deċiżjoni dwar ir-revoka ta' mudell approvat tittieħed b'mod konġunt mis-superviżur konsolidant u l-membri relevanti tal-kulleġġ rilevanti li jissorveljaw entitajiet li jużaw il-mudell approvat u li jkunu milquta mill-ineffiċjenzi identifikati skont il-paragrafu 1. Il-kooperazzjoni bejn is-superviżur konsolidanti u dawk il-membri tal-kulleġġ issegwi l-proċess stabbilit mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/100 (5).

3.   Id-deċiżjoni li tirriżulta fl-impożizzjoni ta' supplimentazzjonijiet kapitali tittieħed permezz tal-proċess tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital skont l-Artikolu 113(1)(a) tad-Direttiva 2013/36/UE.

4.   Is-superviżur konsolidanti jinforma lill-membri l-oħra kollha tal-kulleġġ dwar id-deċiżjonijiet meħuda skont il-paragrafu 1, fejn ikun iqis li tali informazzjoni x'aktarx li taffettwa l-attivitajiet l-oħra tal-kulleġġ jew tkun essenzjali għall-eżerċizzju tal-kompiti ta' membri oħra tal-kulleġġ.

Artikolu 9

Notifika ta' estensjonijiet mhux materali jew bidliet f'mudelli interni

1.   Fil-każ ta' estensjonijiet ta' mudell mhux materjali, jew ta' bidliet li jaffettwaw kwalunkwe istituzzjoni awtorizzata fi Stat Membru, inkluża l-impriża ewlenija tal-UE, is-superviżur konsolidanti jinforma mingħajr dewmien lill-membri kollha relevanti tal-kulleġġ fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98 b'dawk l-estensjonijiet jew il-bidliet.

2.   Membri relevanti tal-kulleġġ skont it-tifsira tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98 jinfurmaw lis-superviżur konsolidanti bi kwalunkwe bidliet jew estensjonijiet mhux materjali li jaffettwaw kwalunkwe istituzzjonijiet taħt il-mandat superviżorju ta' dak il-membru relevanti tal-kulleġġ.

3.   Meta xi membru relevanti tal-kulleġġ skont it-tifsira tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98 ikollu xi preokkupazzjoni rigward il-klassifikazzjoni ta' estensjoni jew bidla bħala mhux materjali, huwa jikkomunika dawn il-preokkupazzjonijiet lis-superviżur konsolidanti li jgħaddi din l-informazzjoni lill-membri relevanti l-oħra tal-kulleġġ fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98.

Meta s-superviżur konsolidanti jkollu preokkupazzjonijiet rigward il-klassifikazzjoni ta' estensjoni jew bidla bħala mhux materjali, huwa jikkomunika dawn il-preokkupazzjonijiet lill-membri relevanti kollha tal-kulleġġ skont it-tifsira tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98;

Is-superviżur konsolidanti u l-membri relevanti tal-kulleġġ skont it-tifsira tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98 jiddiskutu d-dettalji ta' dawk il-preokkupazzjonijiet sabiex tintlaħaq veduta komuni dwar il-materjalità tal-estensjoni jew il-bidla.

4.   Meta s-superviżur konsolidanti u l-membri relevanti tal-kulleġġ skont it-tifsira tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98 ikunu jikkunsidraw li l-estensjonijiet jew bidliet għal mudell intern ikunu ġew ikklassifikati b'mod żbaljat mill-istituzzjoni kkonċernata bħala mhux materjali, huma jinfurmaw lil dik l-istituzzjoni mingħajr dewmien.

Artikolu 10

L-iskambju ta' informazzjoni rigward sinjali bikrija ta' twissija, riskji potenzjali u vulnerabilitajiet

1.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ li jipparteċipaw fl-iżvilupp ta' rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-grupp li ssir referenza għalih fl-Artikolu 113(2)(a) tad-Direttiva 2013/36/UE jew tar-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp imsemmi fl-Artikolu 113(2)(b) ta' dik id-Direttiva għall-finijiet li jintlaħqu deċiżjonijiet konġunti dwar rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjoni skont dak l-Artikolu jilħqu qbil bejniethom dwar indikaturi biex jiġu identifikati sinjali bikrija ta' twissija, riskji u vulnerabbiltajiet potenzjali li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98.

Dawn l-indikaturi jiġu kkalkulati abbażi tal-informazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti jiġbru mingħand l-istituzzjonijiet taħt superviżjoni skont ir- Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

L-indikaturi miftiehma jiġu stipulati fl-arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni skont l-Artikolu 5(l) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98.

2.   Kull membru tal-kulleġġ li ssir referenza għalih fil-paragrafu 1 jikkomunika lis-superviżur konsolidanti l-valuri tal-indikaturi miftiehma għall-istituzzjonijiet taħt il-kompetenzi superviżorji tiegħu, kif rilevanti.

3.   Is-superviżur konsolidanti ixerred il-valuri msemmija fil-paragrafu 2 u l-valuri tal-indikaturi miftiehma għall-impriża ewlenija tal-UE u f'livell konsolidat, lil kull membru tal-kulleġġ li ssir referenza għalih fil-paragrafu 1.

4.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1 jiskambjaw il-valuri tal-indikaturi miftiehma tal-anqas fuq bażi annwali, jew aktar spiss jekk ikun hemm qbil min-naħa ta' dawn l-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 11

L-istabbiliment u l-aġġornament tal-programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ

1.   Hekk kif ikunu ntlaħqu d-deċiżjonijiet konġunti dwar rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjoni skont l-Artikolu 113 tad- Direttiva 2013/36/UE, il-membri tal-kulleġġ jagħtu l-kontribut tagħhom lis-superviżur konsolidanti għall-finijiet li jiġi stabbilit pogramm ta'eżami superviżorju tal-kulleġġ li ssir referenza għalih fl-Artikolu 116(1)(c) tad-Direttiva 2013/36/UE f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98.

2.   Wara li jirċievi l-kontribuzzjonijiet mill-membri tal-kulleġġ, is-superviżur konsolidanti jħejji abbozz ta' programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ.

3.   Is-superviżur konsolidanti jiċċirkola l-programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ lill-membri tal-kulleġġ u jistedinhom jagħtu l-fehmiet tagħhom dwar l-oqsma ta' ħidma konġunta u li jindikaw l-iskadenza xierqa għat-tressiq ta' dawn il-fehmiet.

4.   Għall-finijiet tal-iffinalizzar tal-programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ, is-superviżur konsolidanti jikkunsidra kull opinjoni u riżerva espressa mill-membri tal-kulleġġ u jispjega, jekk ikun meħtieġ, ir-raġuni għaliex ma għandhomx ikunu inkorporati.

5.   Malli sseħħ il-finalizzazzjoni, is-superviżur konsolidanti jikkomunika l-programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ lill-membri tal-kulleġġ.

6.   Il-programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ jiġi aġġornat mill-inqas fuq bażi annwali, jew aktar ta' spiss jekk jitqies meħtieġ bħala riżultat tal-proċess ta' rieżami u evalwazzjoni superviżorju skont l-Artikolu 97 tad-Direttiva 2013/36/UE, jew bħala riżultat ta' deċiżjonijiet konġunti dwar rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjoni f'konformità mal-Artikolu 113 ta' din id-Direttiva.

7.   Is-superviżur konsolidanti jaġġorna l-programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ skont il-proċess iddefinit fil-paragrafi 1 sa 5.

TAQSIMA 3

L-ippjanar u l-koordinazzjoni ta' attivitajiet superviżorji bi tħejjija għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza u matulhom

Artikolu 12

L-istabbiliment u l-aġġornament tal-qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza

1.   Is-superviżur konsolidanti jipprepara l-proposta tiegħu għall-istabbiliment ta' qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza skont l-Artikolu 17 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98.

2.   Is-superviżur konsolidanti jippreżenta l-proposta tiegħu lill-membri tal-kulleġġ u jistedinhom jipprovdu l-opinjonijiet tagħhom u jindikaw l-iskadenza xierqa għat-tressiq ta' dawn il-fehmiet.

3.   Is-superviżur konsolidanti jikkunsidra kull proposta u riżerva espressa mill-membri tal-kulleġġ u jispjega, jekk ikun hemm bżonn, ir-raġuni għaliex ma għandhomx ikunu inkorporati.

4.   Is-superviżur konsolidanti jikkomunika l-verżjoni finali tal-qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza lill-membri tal-kulleġġ.

5.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ jikkunsidraw, tal-anqas darba fis-sena, jekk hemmx ħtieġa li jiġi aġġornat il-qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza.

6.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ jaġġornaw il-qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza billi jsegwu l-proċess deskritt fil-paragrafi 1 sa 4.

Artikolu 13

L-iskambju ta' informazzjoni waqt sitwazzjoni ta' emerġenza

1.   Meta s-superviżur konsolidanti isir konxju ta' sitwazzjoni ta' emerġenza li taffettwa jew li x'aktarx taffettwa istituzzjoni jew fergħa tal-grupp rispettivament awtorizzata jew stabbilita fi Stat Membru, is-superviżur konsolidanti jwissi, mingħajr dewmien żejjed, lill-ABE u lill-membru tal-kulleġġ li jissorvelja l-istituzzjoni jew il-fergħa milquta jew li x'aktarx tintlaqat mis-sitwazzjoni ta' emerġenza.

2.   Meta stat membru tal-kulleġġ issir konxju minn sitwazzjoni ta' emerġenza li taffettwa jew x'aktarx li taffettwa istituzzjoni jew fergħa tal-grupp rispettivament awtorizzata jew stabbilita fi Stat Membru, il- membru tal-kulleġġ iwissi lis-superviżur konsolidanti mingħajr dewmien żejjed.

3.   Is-superviżur konsolidanti jiżgura li l-membri l-oħra kollha tal-kulleġġ ikunu infurmati b'mod adegwat dwar l-elementi ewlenin ta' dawn li ġejjin:

(a)

il-valutazzjoni superviżorja kkoordinata tas-sitwazzjoni ta' emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 14;

(b)

ir-rispons superviżorju kkoordinat kif issir referenza għalih fl-Artikolu 15, inkluż l-azzjonijiet meħuda jew ippjanati li jittieħdu, u l-monitoraġġ tiegħu kif issir referenza għalih fl-Artikolu 16;

(c)

il-miżuri bikrija ta' intervent adottati skont l-Artikolu 27, l-Artikolu 28 u l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), skont kif relevanti, billi jittieħed kont tan-neċessità tal-koordinazzjoni ta' dawn il-miżuri skont l-Artikolu 30 ta' dik id-Direttiva, jew id-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 32 ta' dik id-Direttiva.

4.   Meta r-rispons superviżorju ikkoordinat għal sitwazzjoni ta' emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 15 x'aktarx li jkun aktar effiċjenti bl-involviment ta' awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarji jew l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ta' ġurisdizzjonijiet li fihom ikunu jinsabu fergħat sinifikattivi, banek ċentrali, ministeri kompetenti u skemi ta' garanzija tad-depożiti, is-superviżur konsolidanti jikkunsidra l-involviment ta' dawk l-awtoritajiet.

5.   Meta sitwazzjoni ta' emerġenza tiġi ristretta għal entità speċifika ta' grupp, is-sitwazzjoni tiġi amministrata mill-membru tal-kulleġġ responsabbli għas-superviżjoni ta' dik l-entità tal-grupp ikkonċernata f'kollaborazzjoni mas-superviżur konsolidanti.

Artikolu 14

Il-koordinazzjoni tal-valutazjoni superviżorja ta' sitwazzjoni ta' emerġenza

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98, is-superviżur konsolidanti jikkoordina l-iżvilupp ta' abbozz ta' valutazzjoni superviżorja kkoordinata tas-sitwazzjoni ta' emerġenza, abbażi tal-valutazzjoni tiegħu stess u l-evalwazzjoni tal-membri tal-kulleġġ li jagħmlu superviżjoni fuq entitajiet ta' grupp li huma affettwati, jew li x'aktarx li jiġu affettwati, mis-sitwazzjoni ta' emerġenza.

2.   L-abbozz ta' evalwazzjoni superviżorja kkoordinata tas-sitwazzjoni ta' emerġenza għandha tkopri lill-entitajiet ta' grupp milquta jew li x'aktarx ikunu milquta. L-opinjonijiet u l-evalwazzjonijiet tal-membri tal-kulleġġ responsabbli mis-superviżjoni ta' dawk l-entitajiet ta' grupp jiġu kkunsidrati b'mod xieraq mis-superviżur konsolidanti.

3.   Meta s-sitwazzjoni ta' emerġenza tkun ristretta għal entita speċifika ta' grupp, il-membru tal-kulleġġ responsabbli għas-superviżjoni ta' dik l-entità tal-grupp iwettaq, f'kooperazzjoni mas-superviżur konsolidanti, l-evalwazzjoni superviżorja tas-sitwazzjoni ta' emerġenza.

Artikolu 15

Il-koordinazzjoni tar-reazzjoni superviżorja ta' sitwazzjoni ta' emerġenza

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 20 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98, is-superviżur konsolidanti jmexxi l-iżvilupp ta' reazzjoni superviżorja kkoordinata għas-sitwazzjoni ta' emerġenza fir-rigward tal-grupp u l-entitajiet tal-grupp affettwati jew li x'aktar jiġu affettwati. L-opinjonijiet u l-evalwazzjonijiet tal-membri tal-kulleġġ responsabbli mis-superviżjoni ta' dawk l-entitajiet ta' grupp jiġu kkunsidrati kif xieraq mis-superviżur konsolidanti.

2.   Meta s-sitwazzjoni ta' emerġenza tkun ristretta għal entità speċifika ta' grupp, il-membru tal-kulleġġ responsabbli mis-superviżjoni ta' dik l-entità ta' grupp iwettaq, f'kooperazzjoni mas-superviżur konsolidanti, l-iżvilupp tar-reazzjoni superviżorja kkordinata għas-sitwazzjoni ta' emerġenza.

3.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ iwettqu l-kompiti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 mingħajr dewmien żejjed.

4.   L-iżvilupp tal-valutazzjoni superviżorja kkoordinata ta' sitwazzjoni ta' emerġenza kif issir referenza għaliha fl-Artikolu 14, u l-iżvilupp tar-reazzjoni superviżorja kkordinata għal din is-sitwazzjoni ta' emerġenza jistgħu jitmexxew b'mod parallel.

Artikolu 16

Il-monitoraġġ u l-aġġornament tar-reazzjoni superviżorja kkoordinata għal sitwazzjoni ta' emerġenza

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98, is-superviżur konsolidanti jikkoordina l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet miftiehma stipulati fir-reazzjoni superviżorja kkoordinata li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 15.

2.   Il-membri tal-kulleġġ responsabbli għas-superviżjoni tal-entitajiet ta' grupp affettwati jew li x'aktarx li jiġu affettwati mis-sitwazzjoni ta' emerġenza jinformaw lis-superviżur konsolidanti bl-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni ta' emerġenza u l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet maqbula relatati mal-entitajiet rispettivi tal-grupp, skont kif ikun rilevanti.

3.   Kwalunkwe aġġornament dwar il-monitoraġġ tar-reazzjoni superviżorja kkoordinata jiġi pprovdut mis-superviżur konsolidanti lill-membri tal-kulleġġ, inkluż l-ABE, u jkopri l-grupp u l-entitajiet tal-grupp affettwati jew li x'aktarx jiġu affettwati.

4.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ responsabbli mis-superviżjoni tal-entitajiet ta' grupp affettwati jew li x'aktarx li jiġu affettwati mis-sitwazzjoni ta' emerġenza jieħdu f'kunsiderazzjoni l-bżonn li tiġi aġġornata r-reazzjoni superviżorja kkoordinata billi jitieħed kont tal-informazzjoni pprovduta b'mod reċiproku waqt il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħha.

5.   Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 japplikaw mingħajr dewmien żejjed.

KAPITOLU 3

FUNZJONAMENT OPERATTIV TA' KULLEĠĠI FFURMATI SKONT L-ARTIKOLU 51(3) TAD-DIRETTIVA 2013/36/UE

TAQSIMA 1

L-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġi

Artikolu 17

L-istabbiliment u l-aġġornament tal-immappjar ta' istituzzjoni, l-istabbiliment ta' kulleġġ, l-istabbiliment u l-aġġornament ta' listi ta' kuntatt, u l-konklużjoni u l-emenda tal-arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni

Fil-każ tal-kulleġġi iffurmati f'konformità mal-Artikolu 51(3) tad- Direttiva 2013/36/UE, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jistabbilixxu u jaġġornaw l-immappjar ta' istituzzjoni, jistabbilixxu kulleġġ, jistabbilixxu u jaġġornaw listi ta' kuntatt, u jikkonkludu u jemendaw arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni skont l-Artikoli 2 sa 5 sa fejn dan ikun xieraq.

Artikolu 18

L-aspetti operattivi tal-laqgħat u l-attivitajiet tal-kulleġġ

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jistabbilixxu kooperazzjoni regolari ma' membri tal-kulleġġ li tista' tieħu l-forma ta' laqgħat jew attivitajiet oħra.

2.   L-organizzazzjoni tal-laqgħat u l-attivitajiet tal-kulleġġ, u l-objettivi tagħhom jiġu kkomunikati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju lill-membri tal-kulleġġ, inkluż l-ABE.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jistabbilixxu b'mod ċar l-objettivi tal-laqgħat tal-kulleġġ. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jaraw li dawk l-objettivi jkunu riflessi fil-punti tal-aġenda tal-laqgħat u jistiednu lill-membri kollha tal-kulleġġ biex jipproponu punti addizzjonali fl-aġenda. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ta' domiċilju jieħdu f'kunsiderazzjoni kull proposta dwar punti fl-aġenda li jsiru mill-membri tal-kulleġġ u jispjegaw, jekk mitluba, ir-raġuni għaliex ma għandhomx ikunu inkorporati.

4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ta' domiċilju u l-membri tal-kulleġġ li huma involuti f'xi attività jew laqgħa partikolari tal-kulleġġ, jiċċirkolaw id-dokumenti u l-kontributi għal dokumenti ta' ħidma minn żmien biżżejjed qabel biex il-parteċipanti kollha fil-kulleġġ ikunu jistgħu jikkontribwixxu b'mod attiv għal dawn id-diskussjonijiet.

TAQSIMA 2

L-ippjanar u l-koordinazzjoni ta' attivitajiet superviżorji f'sitwazzjonijiet ta' kontinwità operattiva

Artikolu 19

Il-qafas ġenerali għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, il-membri tal-kulleġġ u l-osservaturi

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 28(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98, il-membri tal-kulleġġ jittrasmettu l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jittrasmettu l-informazzjoni li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 1:

(a)

lill-membri tal-kulleġġ;

(b)

lill-osservaturi, skont kif ikunu jqisu xieraq l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u skont il-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-kulleġġ.

3.   Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jkunu jqisu li xi informazzjoni li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 1 ma tkunx rilevanti għal xi membru partikolari tal-kulleġġ, huma jikkonsultaw minn qabel lil dak il-membru u jipprovduh b'punti ewlenin ta' informazzjoni biex dak il-membru ikun jista' jistabbilixxi r-rilevanza attwali tagħha.

4.   Meta l-kulleġġ ikun organizzat f'substrutturi differenti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ informati bis-sħiħ u fil-ħin, dwar l-azzjonijiet meħudin jew il-miżuri mwettqa f'substrutturi differenti tal-kulleġġ.

5.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ta' domiċilju u l-membri tal-kulleġġ jilħqu qbil dwar il-mezzi għall-iskambju ta' informazzjoni u jispeċifikaw dan il-qbil fl-arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98.

Artikolu 20

L-istabbiliment u l-aġġornament tal-programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ

1.   Għall-finijiet li jiġi stabbilit programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ li ssir referenza għalih fl-Artikolu 99 tad-Direttiva 2013/36/UE skont l-Artikolu 31 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98, il-membri tal-kulleġġ jipprovdu l-kontribut tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju.

2.   Wara li jkunu rċevew il-kontribuzzjonijiet mill-membri tal-kulleġġ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jħejju abbozz ta' programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jiċċirkolaw l-abbozz ta' programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ lill-membri tal-kulleġġ u jistidnuhom jipprovdu l-opinjonijiet tagħhom dwar l-oqsma ta' ħidma konġunta u li jindikaw l-iskadenza xierqa għat-tressiq ta' dawn il-fehmiet.

4.   Għall-finijiet tal-iffinalizzar tal-programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jikkunsidraw kull opinjoni u riżerva espressa mill-membri tal-kulleġġ u jispjegaw, jekk ikun meħtieġ, ir-raġuni għaliex ma għandhomx ikunu inkorporati.

5.   Malli sseħħ il-finalizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jikkomunikaw il-programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ lill-membri tal-kulleġġ.

6.   Il-programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ jiġi aġġornat mill-inqas fuq bażi annwali, jew aktar ta' spiss jekk jitqies meħtieġ bħala riżultat tal-proċess ta' rieżami u evalwazzjoni superviżorju skont l-Artikolu 97 tad-Direttiva 2013/36/UE.

7.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jaġġornaw il-programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ billi jsegwu l-proċess iddefinit fil-paragrafi 1 sa 5.

TAQSIMA 3

L-ippjanar u l-koordinazzjoni ta' attivitajiet superviżorji bi tħejjija għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza u matulhom

Artikolu 21

L-istabbiliment u l-aġġornament tal-qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza

1.   Għall-finijiet tal-istabbiliment tal-qafas tal-kulleġġ f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jippreparaw proposta skont l-Artikolu 32 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jippreżentaw il-proposta tagħhom lill-membri tal-kulleġġ u jistednuhom jipprovdu l-opinjonijiet tagħhom u jindikaw l-iskadenza xierqa għat-tressiq ta' dawn il-fehmiet.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ta' domiċilju jieħdu f'kunsiderazzjoni kull proposta u riżerva espressa mill-membri tal-kulleġġ u jispjegaw, jekk mitluba, ir-raġuni għaliex ma għandhomx ikunu inkorporati.

4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jikkomunikaw il-verżjoni finali tal-qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza lill-membri tal-kulleġġ.

5.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u l-membri tal-kulleġġ jikkunsidraw, tal-anqas fuq bażi annwali, il-ħtieġa li jiġi aġġornat il-qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza.

6.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u l-membri tal-kulleġġ jaġġornaw il-qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza billi jsegwu l-proċess deskritt fil-paragrafi 1 sa 4.

Artikolu 22

L-iskambju ta' informazzjoni waqt sitwazzjoni ta' emerġenza

1.   Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jsiru jafu b'sitwazzjoni ta' emerġenza li taffettwa, jew li x'aktarx taffettwa, l-istituzzjoni, dawn iwissu lill-ABE u lilll-membri tal-kulleġġ mingħajr dewmien żejjed.

2.   Meta membru tal-kulleġġ isir konxju minn sitwazzjoni ta' emerġenza li taffettwa, jew x'aktarx taffettwa, xi fergħa fil-ġurisdizzjoni tiegħu, dan għandu jwissi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 23

Il-koordinazzjoni tal-valutazjoni superviżorja ta' sitwazzjoni ta' emerġenza

Għall-finijiet tal-Artikolu 34 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jiċċirkolaw l-evalwazzjoni superviżorja tas-sitwazzjoni ta' emerġenza lill-membri tal-kulleġġ li jagħmlu superviżjoni fuq fergħat affettwati jew li x'aktarx ikunu affettwati mis-sitwazzjoni ta' emerġenza.

Artikolu 24

Il-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tar-reazzjoni superviżorja għal sitwazzjoni ta' emerġenza

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 35 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jiżviluppaw reazzjoni superviżorja kkoordinata għal sitwazzjoni ta' emerġenza. Il-fehmiet tal-membri tal-kulleġġ li jissorveljaw fergħat milquta jew li x'aktarx ikun milquta minn din is-sitwazzjoni ta' emerġenza jiġu kkunsidrati b'mod adegwat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, fejn ikun relevanti, jikkoordinaw il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' kwalunkwe azzjonijiet stabbiliti fir-reazzjoni superviżorja.

3.   Il-membri tal-kulleġġ jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju dwar l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni ta' emerġenza u l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe azzjonijiet miftiehma relatati mal-oqsma fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

4.   Kull aġġornament dwar il-monitoraġġ tar-reazzjoni superviżorja jiġi pprovdut mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju lill-membri tal-kulleġġ, inkluż l-ABE.

5.   L-iżvilupp tal-valutazzjoni superviżorja ta' sitwazzjoni ta' emerġenza kif issir referenza għaliha fl-Artikolu 23, u l-iżvilupp tar-reazzjoni superviżorja għal din is-sitwazzjoni ta' emerġenza jistgħu jitmexxew b'mod parallel.

Artikolu 25

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1).

(4)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/98 tas-16 ta' Ottubru 2015 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji sabiex jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet ġenerali għall-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri (ara l-paġna 2 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/100 tas-16 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-proċess konġunt ta' teħid ta' deċiżjonijiet fir-rigward tal-applikazzjoni għal ċerti permessi prudenzjali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ara l-paġna 45 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(6)  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).


ANNESS I

Mudell tal-Immappjar

Istituzzjoni prinċipali tal-UE/kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE/kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE/istituzzjoni

 

Ammont totali tal-assi u l-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ (f'miljuni ta' euro)

 

Hija identifikata bħala istituzzjoni sistemikament importanti globalment (G-SII) jew istituzzjoni sistematikament importanti oħra (O-SII)?

 

Ingħatat eżenzjoni skont l-Artikolu 7 jew 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (eżenzjonijiet minn rekwiżiti kapitali)? (Iva/Le)

 

Ingħatat eżenzjoni skont l-Artikolu 8 jew l- Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (eżenzjoni minn rekwiżiti ta' likwidità)? (Iva/Le)

 


Istituzzjonijiet awtorizzati fi Stat Membru/Entitajiet tas-settur finanzjarju awtorizzati fi Stat Membru

L-istituzzjoni/-entità tas-settur finanzjarju, hija importanti għall-grupp?

(Iva/Le)

L-istituzzjoni/-entità tas-settur finanzjarju, hija importanti għall-Istat Membru li fih hija awtorizzata?

(Iva/Le)

Ammont totali tal-assi u l-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni/entità tas-settur finanzjarju (f'miljuni ta' euro)

Il-kriterji użati għad-determinazzjoni tal-importanza għall-Istati Membri, kif applikabbli

Il-kriterji użati għad-determinazzjoni tal-importanza għall-grupp, kif applikabbli

Ingħatat eżenzjoni skont l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 10 tar- Regolament (UE) Nru 575/2013

(eżenzjonijiet minn rekwiżiti kapitali)?

(Iva/Le)

Awtorità kompetenti/Awtorità oħra

Stat Membru

Istituzzjoni/Entità tas-settur finanzjarju

Il-Kodiċi tal-Identifikazzjoni Legali, fejn dan jeżisti (qabel l-Identifikaturi ta' Entità Ġuridika (LEI) jew is-Sistema LEI Globali)

L-istituzzjoni/l-entità tas-settur finanzjarju, hija identifikata bħala O-SII?

Kumpanija prinċipali immedjata tal-istituzzjoni/ entità tas-settur finanzjarju

Il-Kodiċi tal-Identifikazzjoni Legali, fejn dan jeżisti (qabel l-Identifikaturi ta' Entità Ġuridika (LEI) jew is-Sistema LEI Globali)

Il-kumpanija prinċipali immedjata hija identifikata bħala O-SII?

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kulleġġi ta' riżoluzzjoni:

Pajjiżi membri u osservaturi:

Awtoritajiet membri u osservaturi:

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Il-Grupp tal-Ġestjoni tal-Kriżijiet (CMG):

Pajjiżi membri:

Awtoritajiet membri:

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


 

L-isem tas-superviżur konsolidanti jew tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju:

 

Indirizz tas-superviżur konsolidanti jew tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju:

 

Persuna ta' kuntatt (l-isem, indirizz tal-posta elettronika, numru tat-telefon) tas-superviżur konsolidanti jew tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju:

 

 

Ingħatat eżenzjoni skont l-Artikolu 8 jew l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (eżenzjonijiet minn rekwiżiti ta' likwidità)? (Iva/Le)

L-awtorità rilevanti hija membru jew osservatur tal-kulleġġ? Jekk iva u hija parti minn substruttura ta' kulleġġ partikolari, jekk jogħġbok speċifika.

Fergħat stabbiliti fi Stat Membru

Il-fergħa hija importanti għall-grupp?

(Iva/Le)

Il-kriterji użati għad-determinazzjoni tal-importanza, kif applikabbli

Il-fergħa hija importanti għall-Istat Membru skont l-Artikolu 51 tad- Direttiva 2013/36/UE?

(Iva/Le)

L-awtorità rilevanti hija membru jew osservatur tal-kulleġġ? Jekk iva u hija parti minn substruttura ta' kulleġġ partikolari, jekk jogħġbok speċifika.

Awtorità kompetenti/ Awtorità oħra

Stat Membru

Fergħa

Istituzzjoni li taħtha hija stabbilita l-fergħa

Il-Kodiċi tal-Identifikazzjoni Legali tal-istituzzjoni li taħtha hija stabbilita l-fergħa, fejn dan il-kodiċi jeżisti (qabel l-Identifikaturi ta' Entità Ġuridika (LEI) jew is-Sistema LEI Globali)

L-istituzzjoni fejn hija stabbilita l-fergħa hjia identifikata bħala O-SII? (Iva/Le)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Istituzzjonijiet awtorizzati u fergħat stabbiliti f'pajjiż terz

L-istituzzjoni/fergħa hija importanti għall-grupp?

(Iva/Le)

Il-kriterji użati għad-determinazzjoni tal-importanza, kif applikabbli

Ir-rekwiżiti ta' konfidenzjalità u segretezza professjonali applikabbli għall-awtorità superviżorja tal-pajjiż terz huma valutati bħala ekwivalenti mill-membri kollha tal-kulleġġ?

(Iva/Le)

L-awtorità superviżorja tal-pajjiż terz hija osservatur tal-kulleġġ? Jekk iva u hija parti minn substruttura ta' kulleġġ partikolari, jekk jogħġbok speċifika.

Awtorità superviżorja ta' pajjiż terz

Pajjiż terz

Istituzzjoni/fergħa

Il-Kodiċi tal-Identifikazzjoni Legali, fejn dan jeżisti (qabel l-Identifikaturi ta' Entità Ġuridika (LEI) jew is-Sistema LEI Globali)

Kumpanija prinċipali tal-istituzzjoni

Il-Kodiċi tal-Identifikazzjoni Legali, fejn dan jeżisti (qabel l-Identifikaturi ta' Entità Ġuridika (LEI) jew is-Sistema LEI Globali)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Hemm struttura oħra ta' kulleġġi mhux Ewropea? (Iva/Le) (jekk iva, jekk jogħġbok speċifika l-isem tal-kulleġġ u tal-kontrollur ospitanti):

Pajjiżi membri:

Awtoritajiet membri:

 

 

 

Isem tal-kulleġġ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


ANNESS II

Mudell dwar arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni tal-kulleġġ superviżorju stabbilit għall-

Grupp <XY>/Istituzzjoni <A>

Image Image Image Image Image Image Image

28.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/45


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/100

tas-16 ta' Ottubru 2015

li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-proċess ta' deċiżjoni konġunta fir-rigward tal-applikazzjoni għal ċerti permessi prudenzjali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(8) tiegħu,

Billi:

(1)

Meta jivvalutaw il-kompletezza tal-applikazzjoni għal ċerti permessi prudenzjali, qabel ma jiddeċiedu jekk jagħtux jew le l-permessi msemmijin fl-Artikolu 20(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jiżguraw kooperazzjoni reċiproka f'waqtha u effiċjenti u jiżviluppaw komprensjoni kondiviża dwar ir-riċevuta ta' applikazzjoni kompluta jew dwar l-aspetti tal-applikazzjoni li jitqiesu bħala inkompluti.

(2)

Is-superviżur konsolidanti għandu jikkonferma d-data ta' riċevuta tal-applikazzjoni kompluta lill-applikant u lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti sabiex tkun żgurata ċ-ċarezza dwar id-data preċiża ta' bidu tal-perjodu ta' sitt xhur biex tintlaħaq id-deċiżjoni konġunta u jkunu imminimizzati r-riskji ta' tilwim possibbli dwar dan il-punt ta' bidu.

(3)

Il-valutazzjoni tal-kompletezza tal-applikazzjoni għandha titwettaq fuq il-bażi tal-elementi li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa jivvalutaw meta jiddeċiedu jekk jagħtux il-permess mitlub. Ir-rabta bejn il-valutazzjoni li għandha titwettaq mill-awtoritajiet kompetenti u t-tagħrif li huwa mistenni li jkun inkluż fl-applikazzjonijiet imressqin hija essenzjali għat-titjib tal-kwalità tal-applikazzjonijiet u tiżgura l-konsistenza fost il-kulleġġi tas-superviżuri kemm tal-kontenut tal-applikazzjonijiet kif ukoll tal-valutazzjoni tal-kompletezza.

(4)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-proċess biex tintlaħaq deċiżjoni konġunta, huwa importanti li kull pass jkun definit sew. Proċess stipulat b'mod ċar jiffaċilita l-iskambju tat-tagħrif f'waqtu, jipprovdi allokazzjoni proporzjonata u ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi ta' superviżjoni, jippromwovi komprensjoni reċiproka, jiżviluppa rabtiet ta' fiduċja bejn l-awtoritajiet superviżorji u jippromwovi superviżjoni effettiva.

(5)

Il-valutazzjoni tal-kompletezza tal-applikazzjoni ma għandhiex testendi għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu waqt li jkunu qegħdin isawwru fehmthom dwar jekk jagħtux il-permess. Għaldaqstant, iż-żmien allokat għal kull pass tal-proċess ta' deċiżjoni konġunta għandu jkun proporzjonat mal-kumplessità u l-ambitu ta' dak il-pass, filwaqt li jitqies li l-perjodu ta' żmien biex tintlaħaq deċiżjoni konġunta ma jistax ikun estiż jew sospiż.

(6)

Is-superviżur konsolidanti għandu jkun f'pożizzjoni li jivvaluta jekk u kif il-mudell li għalih qiegħed jintalab permess iqisx l-iskoperturi f'ġurisdizzjonijiet barra mill-Unjoni. F'dan il-kuntest, għandha tkun promossal-interazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u s-superviżuri tal-pajjiżi terzi sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiżviluppaw valutazzjoni kompluta tal-prestazzjoni tal-mudell.

(7)

Ippjanar f'waqtu u realistiku għall-proċess ta' deċiżjoni konġunta huwa essenzjali. Kull awtorità kompetenti involuta għandha tipprovdi lis-superviżur konsolidanti bil-kontribut tagħha fid-deċiżjoni konġunta, mingħajr dewmien u b'mod effiċjenti.

(8)

Sabiex tiġi żgurata kundizzjoni uniformi tal-applikazzjoni, il-passi li għandhom jiġu segwiti għat-twettiq tal-valutazzjoni u biex tintlaħaq deċiżjoni konġunta għandhom jiġu stabbiliti, filwaqt li jiġi rikonoxxut li ċerti kompiti tal-proċess jistgħu jitwettqu b'mod parallel u oħrajn sekwenzjalment.

(9)

Sabiex id-deċiżjonijiet konġunti jkunu jistgħu jintlaħqu b'aktar faċilità, huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti involuti fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet jidħlu fi djalogu bejniethom, b'mod partikolari qabel ma jiġu ffinalizzati d-deċiżjonijiet konġunti.

(10)

Sabiex jiġi żgurat li jkun stabbilit proċess effettiv, is-superviżur konsolidanti għandu jkollu r-responsabbiltà aħħarija fl-iddeterminar tal-passi li għandhom jiġu segwiti biex tintlaħaq deċiżjoni konġunta dwar l-approvazzjoni tal-mudelli interni.

(11)

It-twaqqif ta' dispożizzjonijiet ċari għall-kontenut tad-deċiżjonijiet konġunti għandu jiżgura li d-deċiżjonijiet konġunti jkunu motivati bis-sħiħ u jikkontribwixxu għall-monitoraġġ effettiv ta' kwalunkwe termini u kundizzjonijiet.

(12)

Sabiex jiġi ċċarat il-proċess li għandu jiġi segwit ġaladarba tintlaħaq deċiżjoni konġunta u tiġi pprovduta trasparenza dwar it-trattament tal-eżitu ta' din id-deċiżjoni u jiġu ffaċilitati, fejn ikun meħtieġ, azzjonijiet ta' segwitu adegwati, għandhom jiġu stabbiliti standards dwar il-komunikazzjoni tad-deċiżjoni konġunta.

(13)

L-iskeda ta' żmien tal-proċess biex tintlaħaq deċiżjoni konġunta dwar applikazzjonijiet għall-permessi relatati ma' estensjonijiet jew modifiki materjali tal-mudelli, u l-qsim tax-xogħol bejn is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom ikunu proporzjonati mal-ambitu ta' dawk l-estensjonijiet jew modifiki materjali tal-mudell.

(14)

Il-proċess ta' deċiżjoni konġunta skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jinkludi l-proċess li għandu jiġi segwit meta ma tintlaħaq l-ebda deċiżjoni konġunta. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni ta' dan l-aspett tal-proċess u b'mod partikolari sabiex tiġi żgurata l-artikulazzjoni tad-deċiżjonijiet motivati b'mod sħiħ u sabiex jiġi kkjarifikat it-trattament ta' kull fehma u riżerva espressa minn awtoritajiet kompetenti rilevanti, għandhom jiġu stabbiliti standards li jkopru, fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta, l-iskeda ta' żmien biex jittieħdu d-deċiżjonijiet u l-komunikazzjoni tagħhom.

(15)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni mressaq mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (ABE) lill-Kummissjoni Ewropea.

(16)

L-ABE wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jispeċifika l-proċess ta' deċiżjoni konġunta msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-permessi msemmijin fl-Artikolu 143(1), fl-Artikolu 151(4) u (9), fl-Artikolu 283, fl-Artikolu 312(2), u fl-Artikolu 363 ta' dak ir-Regolament bil-ħsieb li jiffaċilita d-deċiżjonijiet konġunti.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“awtorità kompetenti rilevanti” tfisser awtorità kompetenti, apparti s-superviżur konsolidanti, li hija responsabbli għas-superviżjoni ta' sussidjarji, li jieħdu sehem fil-preżentazzjoni tal-applikazzjoni konġunta, ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE jew ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE fi Stat Membru u li hija obbligata li tilħaq deċiżjoni konġunta f'konformità mal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar l-applikazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament.

(2)

“applikant” tfisser istituzzjoni prinċipali tal-UE u s-sussidjarji tagħha jew is-sussidjarji ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE li jressqu applikazzjoni;

(3)

“rapport ta' valutazzjoni” tfisser rapport li fih il-valutazzjoni ta' applikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 6.

KAPITOLU II

PROĊESS TA' DEĊIŻJONI KONĠUNTA

Artikolu 3

Involviment ta' awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi fil-proċess ta' valutazzjoni

(1)   Is-superviżur konsolidanti jista' jiddeċiedi li jinvolvi awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi li jieħdu sehem fil-kulleġġ tas-superviżuri skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/98 (3) fil-valutazzjoni ta' applikazzjonijiet imressqin skont l-Artikolu 20(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 meta l-applikant jopera f'dak il-pajjiż terz u biħsiebu japplika l-metodoloġiji kkonċernati għall-iskoperturi f'dak il-pajjiż terz. F'tali każ, sew is-superviżur konsolidanti u sew dawk l-awtoritajiet jilħqu ftehim dwar l-ambitu tal-involviment tal-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi għall-finijiet li ġejjin:

(a)

biex jipprovdu lis-superviżur konsolidanti l-kontribuzzjoni tagħhom għar-rapport ta' valutazzjoni mħejji mis-superviżur konsolidanti;

(b)

biex il-kontribuzzjonijiet imsemmijin fil-punt (a) jiżdiedu bħala annessi mar-rapport ta' valutazzjoni mħejji mis-superviżur konsolidanti.

(2)   Meta s-superviżur konsolidanti jiddeċiedi li jinvolvi awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi, is-superviżur konsolidanti ma jipprovdix ir-rapporti ta' valutazzjoni mħejjija minn kwalunkwe awtorità kompetenti rilevanti lill-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi mingħajr il-kunsens espress ta' dik l-awtorità kompetenti rilevanti.

(3)   Is-superviżur konsolidanti jżomm lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti infurmati bis-sħiħ dwar l-ambitu, il-livell u n-natura tal-involviment tal-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi fil-proċess ta' valutazzjoni u sa liema punt ir-rapport ta' valutazzjoni mħejji mis-superviżur konsolidanti jkun ibbenefika mill-kontribuzzjonijiet tagħhom.

Artikolu 4

Valutazzjoni tal-kompletezza tal-applikazzjoni

(1)   Malli tiġi riċevuta applikazzjoni għal permess msemmi fl-Artikolu 143(1), fl-Artikolu 151(4) u (9), fl-Artikolu 283, fl-Artikolu 312(2) jew fl-Artikolu 363 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 imressqa mill-applikant, is-superviżur konsolidanti jgħaddi l-applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti mingħajr dewmien mhux dovut, u f'kull każ fi żmien 10 ijiem.

(2)   Is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jivvalutaw il-kompletezza tal-applikazzjoni fi żmien sitt ġimgħat minn meta s-superviżur konsolidanti jkun irċieva l-applikazzjoni.

(3)   Applikazzjoni titqies bħala kompluta jekk ikun fiha t-tagħrif kollu meħtieġ mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jivvalutaw l-applikazzjoni f'konformità mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u b'mod partikolari fl-Artikoli 143, 144, 151, 283, 312 u 363 tar-Regolament.

(4)   L-awtoritajiet kompetenti rilevanti jipprovdu l-valutazzjoni tagħhom tal-kompletezza tal-applikazzjoni lis-superviżur konsolidanti.

(5)   Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 tindika l-elementi kollha fl-applikazzjoni li jkunu vvalutati bħala inkompluti jew neqsin.

(6)   Meta awtorità kompetenti rilevanti ma tipprovdix il-valutazzjoni tagħha tal-kompletezza tal-applikazzjoni lis-superviżur konsolidanti fiż-żmien speċifikat fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti rilevanti titqies li tkun ikkunsidrat l-applikazzjoni bħala kompluta.

(7)   Meta s-superviżur konsolidanti jew kwalunkwe awtorità kompetenti rilevanti jkunu tal-fehma li t-tagħrif provdut fl-applikazzjoni huwa inkomplut, is-superviżur konsolidanti jgħarraf lill-applikant dwar l-aspetti tal-applikazzjoni li huma meqjusin bħala inkompluti jew neqsin u jagħti l-opportunità lill-applikant li jippreżenta t-tagħrif nieqes.

(8)   Meta applikant jipprovdi t-tagħrif nieqes imsemmi fil-paragrafu 7, is-superviżur konsolidanti jgħaddi dak it-tagħrif lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti mingħajr dewmien mhux dovut, u f'kull każ fi żmien 10 ijiem minn meta dak it-tagħrif jiġi riċevut.

(9)   Is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jivvalutaw il-kompletezza tal-applikazzjoni billi jitqies it-tagħrif addizzjonali fi żmien sitt ġimgħat minn meta s-superviżur konsolidanti jkun irċieva dak it-tagħrif f'konformità mal-proċedura stipulata fil-paragrafi 3 sa 6.

(10)   Meta applikazzjoni kompluta tkun ġiet ivvalutata qabel bħala inkompluta, il-perjodu ta' sitt xhur imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jitqies li jibda dakinhar li s-superviżur konsolidanti jkun irċieva t-tagħrif li bih l-applikazzjoni tkun saret kompluta.

(11)   Malli applikazzjoni tkun ivvalutata bħala kompluta, is-superviżur konsolidanti jgħarraf lill-applikant u lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti b'dak il-fatt flimkien mad-data ta' riċevuta tal-applikazzjoni kompluta jew id-data ta' riċevuta tat-tagħrif li bih l-applikazzjoni tkun saret kompluta.

(12)   F'kull każ, is-superviżur konsolidanti jew kwalunkwe awtorità kompetenti rilevanti jistgħu jitolbu li l-applikant jipprovdi tagħrif addizzjonali għall-finijiet li l-applikazzjoni tiġi vvalutata u tintlaħaq deċiżjoni konġunta dwar l-applikazzjoni.

Artikolu 5

Ippjanar tal-passi tal-proċess ta' deċiżjoni konġunta

(1)   Qabel il-bidu tal-proċess ta' deċiżjoni konġunta, is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jaqblu dwar skeda ta' żmien għall-passi li għandhom ikunu segwiti matul il-proċess ta' deċiżjoni konġunta u għall-qsim tax-xogħol. F'każ ta' nuqqas ta' ftehim, is-superviżur konsolidanti jistabbilixxi l-iskeda ta' żmien wara li jikkunsidra l-fehmiet u r-riżervi espressi mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti. L-iskeda ta' żmien tkun stabbilita fi żmien sitt ġimgħat minn meta tiġi riċevuta l-applikazzjoni kompluta. Wara li tiġi ffinalizzata, is-superviżur konsolidanti jgħaddi l-iskeda ta' żmien lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

(2)   L-iskeda ta' żmien tkun tinkludi d-data ta' riċevuta tal-applikazzjoni kompluta skont l-Artikolu 4(9) u minn tal-anqas il-passi li ġejjin:

(a)

ftehim dwar l-iskeda ta' żmien u l-qsim tax-xogħol bejn is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti;

(b)

ftehim dwar l-ambitu ta' involviment tal-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi skont l-Artikolu 3;

(c)

djalogu bejn is-superviżur konsolidanti, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti u l-applikant dwar id-dettalji tal-applikazzjoni, meta s-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti jqisu li huwa meħtieġ;

(d)

preżentazzjoni tar-rapporti ta' valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti lis-superviżur konsolidanti skont l-Artikolu 6(2);

(e)

djalogu dwar ir-rapporti ta' valutazzjoni bejn is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti skont l-Artikolu 7(2);

(f)

tħejjija u preżentazzjoni tal-abbozz ta' deċiżjoni konġunta mis-superviżur konsolidanti lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti skont il-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 7;

(g)

konsultazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni konġunta mal-applikant, meta tkun meħtieġa mil-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru;

(h)

djalogu bejn is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti dwar l-abbozz ta' deċiżjoni konġunta skont l-Artikolu 7(4);

(i)

preżentazzjoni tal-abbozz ta' deċiżjoni konġunta mis-superviżur konsolidanti lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti għall-ftehim u għat-tilħiq tad-deċiżjoni konġunta skont l-Artikolu 8;

(j)

komunikazzjoni tad-deċiżjoni konġunta lill-applikant skont l-Artikolu 9.

(3)   L-iskeda ta' żmien għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

tkun proporzjonata mal-ambitu tal-applikazzjoni;

(b)

tkun tirrifletti l-ambitu u l-kumplessità ta' kull kompitu mwettaq mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti u s-superviżur konsolidanti, kif ukoll il-kumplessità tal-istituzzjonijiet tal-grupp li għalih se tapplika d-deċiżjoni konġunta;

(c)

tkun tqis, sa fejn ikun possibbli, l-attivitajiet l-oħrajn imwettqin mis-superviżur konsolidanti u mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti taħt il-programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ msemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/98.

(4)   Il-qsim tax-xogħol ikun jirrifletti dan li ġej:

(a)

l-ambitu u l-kumplessità tal-applikazzjoni;

(b)

il-materjalità tal-ambitu tal-applikazzjoni għal kull istituzzjoni;

(c)

it-tip u l-pożizzjoni tal-iskoperturi jew tar-riskji li magħhom għandha x'taqsam l-applikazzjoni;

(d)

sa liema punt l-iskoperturi jew ir-riskji involuti f'ġurisdizzjoni partikolari jikkontribwixxu għall-materjalità tal-modifiki jew estensjonijiet tal-mudelli, meta vvalutati fil-livell ikkonsolidat;

(e)

il-kapaċità tas-superviżur konsolidanti u ta' kull awtorità kompetenti rilevanti li jwettqu l-kompiti neċessarji għat-twettiq ta' valutazzjoni u li jagħtu opinjoni motivata b'mod sħiħ.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel sottoparagrafu, fejn il-lok ġeografiku tal-iskoperturi jew tar-riskji jkun differenti mil-lok li fih l-iskoperturi jew ir-riskji huma mmaniġġjati, jissarfu fi kreditu jew huma nnegozjati, il-qsim tax-xogħol għandu jistabbilixxi responsabbiltajiet separati għall-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru li fih jinsabu l-iskoperturi jew ir-riskji, u għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih dawk l-iskoperturi jew ir-riskji huma mmaniġġjati, jissarfu fi kreditu jew huma nnegozjati.

(5)   Is-superviżur konsolidanti jikkomunika lill-applikant data indikattiva għad-djalogu msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 2 u data mistennija għall-komunikazzjoni msemmija fil-punt (i) tal-paragrafu 2.

(6)   Meta jfeġġ il-bżonn ta' aġġornament tal-iskeda ta' żmien jew tal-qsim tax-xogħol, is-superviżur konsolidanti jwettaq dan f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

Artikolu 6

Tħejjija tar-rapporti ta' valutazzjoni

(1)   L-awtoritajiet kompetenti rilevanti u s-superviżur konsolidanti jivvalutaw l-applikazzjoni fuq il-bażi tal-qsim tax-xogħol stabbilit f'konformità mal-Artikolu 5(1). Dawk il-valutazzjonijiet jissawru fl-għamla ta' rapporti ta' valutazzjoni.

(2)   Kull awtorità kompetenti rilevanti tipprovdi r-rapport ta' valutazzjoni tagħha lis-superviżur konsolidanti sad-data speċifikata fl-iskeda ta' żmien skont il-punt (d) tal-Artikolu 5(2).

(3)   Kull rapport ta' valutazzjoni jkun jinkludi minn tal-anqas dawn kollha li ġejjin:

(a)

opinjoni dwar jekk il-permess mitlub għandux jingħata jew le, abbażi tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 143(1), l-Artikolu 151(4) u (9), l-Artikolu 283, l-Artikolu 312(2) jew l-Artikolu 363 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, flimkien mar-raġunament b'sostenn għall-opinjoni;

(b)

termini u kundizzjonijiet, jekk ikun hemm, li tali permess ikun soġġett għalihom, li jinkludu raġunament korrispondenti u skeda ta' żmien għall-issodisfar tagħhom;

(c)

il-valutazzjonijiet marbutin mas-suġġetti li l-awtoritajiet kompetenti huma obbligati jivvalutaw f'konformità mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 li huma marbutin mal-permessi msemmijin fl-Artikoli 143, 144, 151, 283, 312 u 363 ta' dak ir-Regolament;

(d)

rakkomandazzjonijiet, jekk ikun hemm, dwar l-irrimedjar għan-nuqqasijiet misjubin waqt l-ivvalutar tal-applikazzjoni u t-tilħiq ta' deċiżjoni konġunta dwar l-applikazzjoni.

Artikolu 7

Tħejjija tal-abbozz ta' deċiżjoni konġunta

(1)   Kull rapport ta' valutazzjoni msemmi fl-Artikolu 6 jiġi kkomunikat mis-superviżur konsolidanti lil awtorità kompetenti rilevanti, meta dik il-kontribuzzjoni tkun rilevanti għall-valutazzjoni ta' dik l-awtorità kompetenti rilevanti.

(2)   Is-superviżur konsolidanti jidħol fi djalogu, kif imsemmi fl-iskeda ta' żmien skont il-punt (e) tal-Artikolu 5(2), mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti, abbażi tar-rapporti ta' valutazzjoni mħejjijin mis-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, bil-ħsieb li jitħejja abbozz ta' deċiżjoni konġunta.

(3)   Is-superviżur konsolidanti jħejji abbozz ta' deċiżjoni konġunta motivat b'mod sħiħ. L-abbozz ta' deċiżjoni konġunta jistabbilixxi kull wieħed mill-elementi li ġejjin:

(a)

l-ismijiet tas-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti involuti fl-abbozz ta' deċiżjoni konġunta;

(b)

l-isem tal-grupp ta' istituzzjonijiet u lista tal-istituzzjonijiet kollha fil-grupp li l-abbozz ta' deċiżjoni konġunta huwa marbut magħhom u japplika għalihom, flimkien mad-dettalji tal-ambitu tal-applikazzjoni tal-abbozz ta' deċiżjoni konġunta;

(c)

ir-referenzi għal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali applikabbli relatati mat-tħejjija, l-iffinalizzar u l-applikazzjoni tal-abbozz ta' deċiżjoni konġunta;

(d)

id-data tal-abbozz ta' deċiżjoni konġunta u ta' kull aġġornament rilevanti għaliha f'każ ta' estensjonijiet jew modifiki materjali, kif imsemmi fl-Artikolu 13;

(e)

opinjoni dwar l-għoti tal-permess mitlub abbażi tar-rapporti ta' valutazzjoni msemmijin fl-Artikolu 6;

(f)

meta l-opinjoni msemmija fil-punt (e) tkun li jingħata l-permess mitlub, id-data minn meta dak il-permess jingħata;

(g)

deskrizzjoni fil-qosor tar-riżultati tal-valutazzjonijiet għal kull istituzzjoni fil-grupp;

(h)

kwalunkwe rakkomandazzjoni dwar l-irrimedjar għal xi nuqqasijiet misjubin waqt l-ivvalutar tal-applikazzjoni u t-tilħiq ta' deċiżjoni konġunta dwar l-applikazzjoni;

(i)

kwalunkwe terminu u kundizzjoni li jkollu jissodisfa l-applikant, li jinkludu raġunament korrispondenti, qabel ma jintuża l-permess imsemmi fl-Artikolu 143(1), l-Artikolu 151(4) u (9), l-Artikolu 283, l-Artikolu 312(2) jew l-Artikolu 363 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, meta applikabbli;

(j)

id-data ta' referenza li magħhom huma relatati l-punti (g), (h) u (i);

(k)

l-iskeda ta' żmien għall-issodisfar tat-termini u l-kundizzjonijiet msemmijin fil-punt (i) jew biex jiġu trattati r-rakkomandazzjonijiet imsemmijin fil-punt (h), meta applikabbli;

(l)

l-iskeda ta' żmien għall-implimentar tal-abbozz ta' deċiżjoni konġunta fil-permessi nazzjonali rispettivi, meta applikabbli.

(4)   Is-superviżur konsolidanti jipprovdi l-abbozz ta' deċiżjoni konġunta lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti għall-finijiet tad-djalogu msemmi fil-punt h tal-Artikolu 5(2), fejn ikun il-każ.

Artikolu 8

It-tilħiq tad-deċiżjoni konġunta

(1)   Is-superviżur konsolidanti jirrevedi l-abbozz ta' deċiżjoni konġunta, kif meħtieġ, biex jiġi jirrifletti l-konklużjonijiet tad-djalogu msemmi fl-Artikolu 7(4), u jfassal abbozz finali ta' deċiżjoni konġunta.

(2)   Is-superviżur konsolidanti jibgħat l-abbozz finali ta' deċiżjoni konġunta lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti mingħajr dewmien mhux dovut u sal-iskadenza speċifikata fl-iskeda ta' żmien skont l-Artikolu 5(2)(i), filwaqt li jistabbilixxilhom skadenza sa meta huma għandhom jipprovdu l-ftehim bil-miktub tagħhom li jista' jintbagħat b'mezzi elettroniċi.

(3)   L-awtoritajiet kompetenti rilevanti li jirċievu l-abbozz finali ta' deċiżjoni konġunta u li ma jkollhomx nuqqas ta' qbil miegħu jipprovdu lis-superviżur konsolidanti l-ftehim tagħhom bil-miktub sal-iskadenza stabbilita.

(4)   Deċiżjoni konġunta titqies bħala milħuqa biss meta l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha jkunu pprovdew il-ftehim tagħhom bil-miktub.

(5)   Id-deċiżjoni konġunta tkun magħmula mid-deċiżjoni konġunta u l-ftehimiet bil-miktub mehmużin magħha. Id-deċiżjoni konġunta tingħata lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha mis-superviżur konsolidanti.

Artikolu 9

Komunikazzjoni tad-deċiżjoni konġunta

(1)   Is-superviżur konsolidanti jikkomunika d-deċiżjoni konġunta msemmija fl-Artikolu 8(5) lill-applikant f'konformità mal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, flimkien mat-tagħrif dwar l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni konġunta fil-permessi nazzjonali rispettivi, fejn ikun il-każ, sal-iskadenza speċifikata fl-iskeda ta' żmien skont il-punt (j) tal-Artikolu 5(2).

(2)   Is-superviżur konsolidanti jikkonferma lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti li jkun ikkomunika d-deċiżjoni konġunta lill-applikant.

(3)   Is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, fejn ikun il-każ, jiddiskutu d-deċiżjoni konġunta mal-istituzzjonijiet li huma stabbiliti fil-ġurisdizzjoni tagħhom u li huma soġġetti għad-deċiżjoni konġunta biex jispjegaw id-dettalji tad-deċiżjoni u l-applikazzjoni tagħha.

KAPITOLU III

NUQQAS TA' FTEHIM U D-DEĊIŻJONIJIET MEĦUDIN FIN-NUQQAS TA' DEĊIŻJONI KONĠUNTA

Artikolu 10

Proċess ta' deċiżjoni fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta

(1)   Meta ma jintlaħaq l-ebda ftehim fil-perjodu ta' żmien imsemmi fil-punt a tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-superviżur konsolidanti, fuq it-talba ta' kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti, jikkonsulta l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE). Is-superviżur konsolidanti jista' jikkonsulta lill-ABE fuq inizjattiva proprja.

(2)   Meta ma tintlaħaq l-ebda deċiżjoni fil-perjodu ta' żmien imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, id-deċiżjoni tas-superviżur konsolidanti msemmija fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 20(4) ta' dak ir-Regolament tiġi dokumentata bil-miktub u tittieħed sal-aħħar data mid-dati li ġejjin:

(a)

xahar wara l-iskadenza tal-perjodu ta' żmien imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, meta l-ebda awtorità kompetenti kkonċernata ma tkun irreferiet il-kwistjoni lill-ABE f'konformità mar-raba' sottoparagrafu tal-Artikolu 20(4) ta' dak ir-Regolament;

(b)

xahar wara l-għoti ta' kull parir mill-ABE skont il-paragrafu (1) ta' dan l-Artikolu meta s-superviżur konsolidanti jkun ikkonsulta lill-ABE fil-perjodu ta' żmien imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)

xahar wara kull deċiżjoni meħuda mill-ABE f'konformità mar-raba' sottoparagrafu tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(3)   Meta l-ABE tkun ġiet ikkonsultata skont il-paragrafu 1, id-deċiżjoni tas-superviżur konsolidanti msemmija fil-paragrafu 2 tkun tinkludi spjegazzjoni ta' kull devjazzjoni mill-pariri tal-ABE.

Artikolu 11

Abbozzar tad-deċiżjonijiet li jittieħdu fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta

Id-deċiżjoni meħuda mis-superviżur konsolidanti fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta tkun tinkludi l-elementi kollha elenkati fl-Artikolu 7(3), skont il-każ.

Artikolu 12

Komunikazzjoni tad-deċiżjonijiet li jittieħdu fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta

Is-superviżur konsolidanti jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu lill-applikant u lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti mingħajr dewmien, f'konformità mat-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

KAPITOLU IV

AĠĠORNAMENT TAD-DEĊIŻJONIJIET F'KAŻ TA' ESTENSJONIJIET JEW MODIFIKI MATERJALI, U DĦUL FIS-SEĦĦ

Artikolu 13

Estensjonijiet jew modifiki materjali tal-mudell

(1)   Meta applikazzjoni għal permess tkun relatata ma' estensjonijiet jew modifiki materjali tal-mudell f'konformità mal-Artikolu 143(3), l-Artikolu 151(4) u (9), l-Artikolu 283, l-Artikolu 312(2) jew l-Artikolu 363 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti responsabbli għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet li jintlaqtu minn dawn l-estensjonijiet jew modifiki materjali tal-mudell jaħdmu flimkien, f'konsultazzjoni sħiħa, biex jiddeċiedu jekk jagħtux jew le l-permess mitlub f'konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, skont il-proċess stipulat fl-Artikoli 3 sa 9 ta' dan ir-Regolament.

(2)   L-iskeda ta' żmien tal-proċess ta' deċiżjoni konġunta sabiex jingħata permess dwar il-modifiki u l-estensjonijiet materjali tkun tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

tkun proporzjonata mal-ambitu tal-estensjonijiet jew modifiki materjali tal-mudell;

(b)

tkun proporzjonata mal-kompiti u l-qsim tax-xogħol bejn is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti responsabbli għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet li jintlaqtu minn dawn l-estensjonijiet jew modifiki materjali tal-mudell.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel sottoparagrafu, meta applikazzjoni tikkonċerna estensjoni jew modifika materjali tal-mudell li tolqot l-istituzzjonijiet stabbiliti fi Stat Membru wieħed biss, it-tqassim iż-żmien allokat lis-superviżur konsolidanti fl-aspetti kollha tal-proċess skont ma jinsab fl-Artikoli 3 sa 9 jkun limitat għall-minimu.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament ikun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/98 tas-16 ta' Ottubru 2015 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji sabiex jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet ġenerali għall-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri (ara l-paġna 2 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali)


28.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/54


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/101

tas-26 ta' Ottubru 2015

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-valutazzjoni prudenti skont l-Artikolu 105(14)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikulari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 105(14) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jirreferi għal standards tal-valutazzjoni prudenti applikabbli għall-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar kollha. Madankollu, l-Artikolu 34 ta' dan ir-Regolament jeħtieġ li l-istituzzjonijiet japplikaw l-istandards tal-Artikolu 105 għall-assi kollha mkejla bil-valur ġust. Il-kombinazzjoni tal-artikoli ta' hawn fuq timplika li r-rekwiżiti tal-valutazzjoni prudenti japplikaw għall-pożizzjonijiet b'valur ġust kollha irrispettivament minn jekk humiex miżmuma fil-portafoll tan-negozjar jew le, fejn it-terminu “pożizzjonijiet” jirreferi biss għal strumenti finanzjarji u komoditajiet.

(2)

Meta l-applikazzjoni tal-valutazzjoni prudenti twassal għal valur assolut miżmum fil-kotba aktar baxx għall-assi jew valur ogħla assolut għall-obbligazzjonijiet mill-valur rikonoxxut fil-kontabilità, aġġustament tal-valutazzjoni addizzjonali (AVA) għandu jiġi kkalkulat bħala l-valur assolut tad-differenza bejn it-tnejn, minħabba li l-valur prudenti dejjem għandu jkun daqs jew aktar baxx mill-valur ġust għall-assi u ugwali għal jew ogħla mill-valur ġust għall-obbligazzjonijiet.

(3)

Valutazzjoni ta' pożizzjonijiet li għaliha bidla fil-valutazzjoni tal-kontabilità tkun biss parzjali jew tal-ebda impatt fuq il-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni, l-AVA tkun applikata biss abbażi tal-proporzjon tal-bidla għall-valutazzjoni tal-kontijiet li jkollha impatt fuq il-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni. Dawn jinkludu pożizzjonijiet soġġetti għal kontabilità għall-iħħeġġjar, pożizzjonijiet disponibbli għall-bejgħ sal-grad li l-bidliet fil-valutazzjoni tagħhom ikunu soġġetti għal filtru prudenzjali u jikkorrispondu eżattament ma' pożizzjonijiet ta' tpaċija.

(4)

L-AVA huma determinati biss għall-finijiet ta' kalkolu tal-aġġustamenti tal-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni, fejn meħtieġ. L-AVA ma jaffettwawx id-determinazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (sakemm ma tapplikax d-deroga għal negozji żgħar tal-portafoll tan-negozjar skont l-Artikolu 94 ta' dan ir-Regolament).

(5)

Sabiex tipprovdi qafas konsistenti li bih l-AVA ikunu kkalkulati mill-istituzzjonijiet, definizzjoni ċara tal-livell ta' ċertezza u l-elementi ta' valutazzjoni ta' inċertezza li għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġi ddeterminat il-valur prudenti hija meħtieġa flimkien ma' metodoloġiji definiti biex jintlaħaq il-livell meħtieġ ta' ċertezza ibbażat fuq il-kundizzjonijiet attwali tas-suq.

(6)

L-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq, l-ispejjeż tal-għeluq u r-riskju tal-mudell tal-AVA għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-Iskoperturi tal-Valutazzjoni, li huma bbażati fuq strumenti finanzjarji jew portafolli ta' strumenti finanzjarji. Għal dawn l-għanijiet, l-istrumenti finanzjarji jistgħu jiġu kkombinati għal portfolli meta, minħabba l-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq u l-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA, l-istrumenti jkunu vvalutati abbażi tal-istess fattur ta' riskju jew meta, għal riskju tal-mudell tal-AVA, ikunu vvalutati fuq il-bażi tal-istess mudell ta' prezzijiet.

(7)

Minħabba li ċerti AVA li jirrelataw ma' valutazzjoni tal-inċertezza mhumiex addittivi, approċċ aggregat li jista' jieħu kont tal-benefiċċji ta' diversifikazzjoni għandu jkun permess f'ċerti kategoriji ta' AVA għall-elementi tal-AVA li mhumiex marbutin ma' element ta' spiża mistennija ta' ħruġ li mhijiex inkluża fil-valur ġust. Għall-finijiet ta' aggregazzjoni tal-AVA għandha wkoll issir possibbli li wieħed jirċievi benefiċċji ta' diversifikazzjoni fuq id-differenza bejn il-valur mistenni u l-valur prudenti sabiex banek b'valur ġust li huma diġà aktar prudenti mill-valur mistenni ma għandhomx jiksbu inqas il-benefiċċju ta' diversifikazzjoni minn dawk li jużaw il-valur mistenni bħala l-valur ġust.

(8)

Minħabba li istituzzjonijiet b'portafolli ta' valur ġust żgħar normalment ikunu soġġetti għal valutazzjoni limitata tal-inċertezza, għandhom jitħallew japplikaw approċċ aktar sempliċi biex issir stima tal-AVA minn dawk ta' istituzzjonijiet b'portafolli tal-valur ġust akbar. Id-daqs tal-portafolli b'valur ġust, sabiex jiġi ddeterminat jekk approċċ aktar sempliċi jistax jiġi applikat, għandu jkun valutat f'kull livell fejn ir-rekwiżiti kapitali huma kkalkolati.

(9)

Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivvalutaw jekk dawn l-istituzzjonijiet applikawx b'mod korrett ir-rekwiżiti għall-valutazzjoni tal-livell aggregat ta' AVA meħtieġ, dokumentazzjoni xierqa, sistemi u kontrolli għandhom jinżammu mill-istituzzjonijiet.

(10)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni.

(11)

L-Awtorità Bankarja Ewropea għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin dwar l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Konċernati Bankarji stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Metodoloġija għall-kalkolu tal-Aġġustamenti tal-Valutazzjoni Addizzjonali (AVA)

L-istituzzjonijiet jikkalkolaw l-Aġġustamenti tal-Valutazzjoni Addizzjonali totali (“AVA”) meħtieġa biex jiġu aġġustati l-valuri ġusti għal valur prudenti u jikkalkulaw dawn l-AVA kull tliet xhur skont il-metodu provdut f'Kapitolu 3, sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-metodu pprovduti fil-Kapitolu 2.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“pożizzjoni ta' valutazzjoni” tfisser strument finanzjarju jew komodità jew portafoll ta' strumenti finanzjarji jew komoditajiet miżmuma kemm fil-kotba tan-negozjar kif ukoll mhux tan-negozjar, li huma mkejla bil-valur ġust;

(b)

“input ta' valutazzjoni” tfisser parametru ta' suq osservabbli jew mhux osservabbli jew ta' matriċi ta' parametri li jinfluwenzaw il-valur ġust ta' pożizzjoni ta' valutazzjoni;

(c)

“esponiment għal valutazzjoni” tfisser l-ammont ta' esponiment ta' valutazzjoni li huwa sensittiv għal moviment f'input ta' valutazzjoni.

Artikolu 3

Sorsi tad-dejta tas-suq

1.   Meta l-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-AVA bbażati fuq informazzjoni tas-suq, huma jikkunsidraw l-istess firxa ta' dejta tas-suq bħad-dejta użata fl-istess proċess tal-verifika indipendenti tal-prezzijiet (“VIP”) imsemmija fl-Artikolu 105(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, skont kif ikun rilevanti, soġġett għall-aġġustamenti deskritti f'dan l-Artikolu.

2.   L-istituzzjonijiet jikkunsidraw firxa sħiħa ta' sorsi ta' dejta tas-suq disponibbli u kredibbli sabiex jiġi ddeterminat il-valur prudenti inkluż kull waħda minn dawn li ġejjin, fejn rilevanti:

(a)

skambju ta' prezzijiet f'suq likwidu;

(b)

kummerċ fi strumenti eżatt l-istess jew simili ħafna, jew minn rekords tal-istituzzjoni stess jew, fejn disponibbli, negozji mis-suq;

(c)

kwoti negozjabbli minn brokers u parteċipanti oħra fis-suq;

(d)

kunsens tad-dejta tas-servizzi;

(e)

kwotazzjonijiet tal-brokers indikattivi;

(f)

valutazzjonijiet kollaterali tal-kontroparti.

3.   Għal każijiet fejn jiġi applikat approċċ ibbażat fuq kompetenza għall-fini tal-Artikoli 9, 10 u 11, il-metodi alternattivi u sorsi ta' informazzjoni jiġu kkunsidrati, inkluż kull wieħed minn dawn li ġejjin, fejn rilevanti:

(a)

l-użu ta' dejta proxy bbażata fuq strumenti simili li għalihom hemm biżżejjed dejta disponibbli;

(b)

l-applikazzjoni ta' bidliet prudenti għal inputs ta' valutazzjoni;

(c)

l-identifikazzjoni ta' limiti naturali għall-valur ta' strument.

KAPITOLU II

APPROĊĊ SIMPLIFIKAT GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-AVA

Artikolu 4

Kundizzjonijiet għall-użu ta' approċċ simplifikat

1.   L-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw il-metodu ssimplifikat deskritt f'dan il-Kapitolu biss jekk is-somma tal-valur assolut tal-assi u l-obbligazzjonijiet b'valur ġust, skont id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-istituzzjoni skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli, huwa inqas minn EUR 15-il biljun.

2.   Assi u obbligazzjonijiet b'valur ġust li jaqblu eżatt u ta' tpaċija jkunu esklużi mill-kalkolu tal-paragrafu 1. Għall-assi u l-obbligazzjonijiet valutati bil-valur ġust li bidla fi stima tal-kontabilità jkollha impatt parzjali jew l-ebda impatt fuq kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni (Common Equity Tier 1, “CET1”), il-valuri tagħhom jiġu inklużi biss skont valutazzjoni rilevanti tal-impatt ta' bidla f'kapital tas-CET1.

3.   Il-limiti msemmija fil-paragrafu 1 japplikaw fuq bażi individwali u konsolidata. Meta jkun inqabeż il-livell limitu fuq bażi konsolidata, l-approċċ ewlieni jiġi applikat għall-entitajiet kollha inklużi fil-konsolidazzjoni.

4.   Meta l-istituzzjonijiet li japplikaw l-approċċ sempliċi jonqsu milli jissodisfaw il-kundizzjoni tal-paragrafu 1 għal żewġ trimestri konsekuttivi, jinnotifikaw immedjatament lill-awtorità kompetenti rilevanti u jaqblu dwar pjan biex jimplimentaw l-approċċ imsemmi fil-Kapitolu 3 fi żmien sitt xhur.

Artikolu 5

Determinazzjoni tal-AVA bl-approċċ simplifikat

L-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-AVA bl-approċċ simplifikat bħala 0,1 % tas-somma tal-valur assolut tal-assi u l-obbligazzjonijiet valutati bil-valur ġust li huma inklużi fil-limitu ta' kalkolu stipulat fl-Artikolu 4.

Artikolu 6

Determinazzjoni tal-AVA totali kalkolati bl-approċċ simplifikat

Għall-istituzzjonijiet li japplikaw l-approċċ simplifkat, it-total tal-AVA għall-iskop tal-Artikolu 1 ikun l-AVA li jirriżulta mill-kalkolu tal-Artikolu 5.

KAPITOLU III

APPROĊĊ EWLIENI GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-AVA

Artikolu 7

Ħarsa ġenerali lejn l-approċċ ewlieni

1.   L-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-AVA bl-approċċ ewlieni, bl-applikazzjoni ta' approċċ b'żewġ stadji li ġejjin:

(a)

Huma jikkalkulaw l-AVA għal kull waħda mill-kategoriji deskritti fil-paragrafi 10 u 11 tal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (“livell tal-kategorija tal-AVA”) skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(b)

huma jgħoddu flimkien l-ammonti li jirriżultaw mill-punt (a) għal kull livell tal-kategorija tal-AVA li jipprovdu l-AVA totali għall-finijiet tal-Artikolu 1.

2.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jikkalkulaw livell tal-kategorija tal-AVA b'wieħed minn dawn il-modi li ġejjin:

(a)

skont l-Artikoli minn 9 sa 17;

(b)

meta l-applikazzjoni tal-Artikoli minn 9 sa 17 mhix possibbli għal ċerti pożizzjonijiet, skont il-“metodu tar-rimedju”, li permezz tagħhom jiġu identifikati strumenti finanzjarji relatati u jikkalkulaw l-AVA bħala s-somma ta' dan li ġej:

(i)

100 % tal-profitt nett mhux realizzat fuq strumenti finanzjarji relatati;

(ii)

10 % tal-valur nominali ta' strumenti finanzjarji relatati fil-każ ta' derivattivi;

(iii)

25 % tal-valur assolut tad-differenza bejn il-valur ġust u qligħ mhux realizzat, kif determinat fil-punt (i), ta' strumenti finanzjarji relatati fil-każ ta' assi mhux derivattivi.

Għall-finijiet tal-punt (b)(i) tal-ewwel paragrafu “qligħ mhux realizzat” tfisser il-bidla, fejn pożittiva, fil-valur ġust mill-bidu tan-negozju determinati fuq il-bażi, l-ewwel ġewwa, l-ewwel barra.

Artikolu 8

Dispożizzjonijiet ġenerali għall-kalkolu tal-AVA bl-approċċ ewlieni

1.   Għall-assi u l-obbligazzjonijiet valutati bil-valur ġust li bidla fi stima tal-kontabilità jkollha impatt parzjali jew l-ebda impatt fuq Kapital tal-Grad 1, l-AVA jiġu kkalkolati biss fuq il-proporzjon tal-bidla fil-valutazzjoni tal-kontabbiltà li jkollha impatt fuq il-kapital tas-CET1.

2.   Fir-rigward tal-livell tal-kategorija tal-AVA deskritti fl-Artikoli minn 14 sa 17, l-istituzzjonijiet ikollhoml-għan li jinkiseb livell ta' ċertezza f'valur prudenti li jkun ekwivalenti għal dak stipulat fl-Artikoli minn 9 sa 13.

3.   L-AVA jitqiesu bħala l-eċċess fl-aġġustamenti tal-valutazzjoni meħtieġ biex jintlaħaq valur prudenti identifikat, fuq kull aġġustament applikat fil-valur ġust tal-istitizzjoni li jista' jiġi identifikat bħala li jindirizza l-istess sors ta' inċertezza tal-valutazzjoni tal-AVA. Meta aġġustament applikat fil-valur ġust tal-istituzzjoni ma jistax jiġi identifikat bħala l-indirizzar kategorija ta' speċifika fil-livell fejn l-AVA rilevanti huma kkalkulati, dan l-aġġustament ma għandux jiġi inkluż fil-kalkolu tal-AVA.

4.   L-AVA dejjem ikunu pożittivi, inkluż fuq livell ta' espożizzjoni ta' valutazzjoni, il-kategorija, kemm qabel kif ukoll wara aggregazzjoni.

Artikolu 9

Kalkolu ta' AVA bi prezz tas-suq mhux ċert

1.   L-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq tal-AVA tiġi kkalkulata fuq il-livell ta' espożizzjoni tal-valutazzjoni (“l-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq individwali AVA”).

2.   L-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq AVA tiġi vvalutata biss li għandha valur żero fejn jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-istituzzjoni jkollha evidenza soda ta' prezz negozjabbli għal skoperturi ta' valutazzjoni jew prezz jista' jiġi ddeterminat minn dejta kredibbli bbażata fuq suq likwidu bidirezzjonali kif deskritt fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 338(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

is-sorsi tad-dejta tas-suq stabbiliti fl-Artikolu 3(2) ma jindikaw ebda inċertezza fil-materjal tal-valutazzjoni.

3.   Meta esponiment għall-valutazzjoni ma jistax jintwera li jkollu AVA żero, meta tiġi vvalutata l-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq AVA l-istituzzjonijiet jużaw is-sorsi tad-dejta definiti fl-Artikolu 3. F'dan il-każ, il-kalkolu tal-prezz tas-suq tal-inċertezza AVA jsir kif deskritt fil-paragrafi 4 u 5.

4.   L-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-AVA fuq l-esponiment tal-valutazzjoni relatati ma' kull input tal-valutazzjoni użata fil-mudell tal-valutazzjoni.

(a)

Il-granularità li fiha dawn l-AVA jiġu valutati tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

fejn dekomposti, l-inputs ta' valutazzjoni kollha meħtieġa għall-kalkolu tal-prezz tal-ħruġ għall-pożizzjoni tal-valutazzjoni;

(ii)

il-prezz tal-istrument;

(b)

Kull input ta' valutazzjoni msemmija fil-punt (a)(i) tiġi ttrattata separatament. Meta input ta' valutazzjoni tikkonsisti f'matriċi ta' parametri, l-AVA jiġu kkalkulati abbażi tal-iskoperturi tal-valutazzjoni skoperturi għal kull parametru f'dik il-matriċi. Meta input ta' valutazzjoni ma jirreferix għal strumenti negozjabbli, l-istituzzjonijiet jimmappjaw l-input tal-valutazzjoni u l-esponimet tal-valutazzjoni relatat għal sett ta' strumenti negozjabbli tas-suq. L-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-għadd ta' parametri tal-input tal-valutazzjoni għall-iskop tal-kalkolu tal-AVA bl-użu ta' metodoloġija sakemm il-parametri mnaqqsa jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(i)

il-valur totali tal-esponiment tal-valutazzjoni mnaqqsa huwa l-istess bħal dak tal-valur totali tal-iskopertura oriġinali tal-valutazzjoni;

(ii)

l-għadd imnaqqas ta' parametri jista' jiġi abbinat ma' sett ta' strumenti negozjabbli fis-suq;

(iii)

il-proporzjon ta' miżura 2 ta' varjanza definita hawn taħt fuq miżura ta' varjanza 1 definiti hawn taħt, ibbażata fuq dejta storika mill-aħħar 100 jum ta' negozjar, huwa inqas minn 0,1

(c)

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, “miżura ta' varjanza 1” tfisser varjazzjoni tal-qligħ u t-telf tal-esponiment tal-valutazzjoni bażata fuq l-input tal-valutazzjoni mhux imnaqqsa u “miżura ta' varjanza 2” tfisser varjazzjoni tal-qligħ u t-telf tal-esponiment tal-valutazzjoni bbażata fuq input tal-valutazzjoni mhux imnaqqsa wara li wieħed inaqqas l-esponiment tal-valutazzjoni bażata fuq input tal-valutazzjoni mnaqqsa. Meta numru mnaqqas ta' parametri jintuża għall-fini tal-kalkolu tal-AVA, id-determinazzjoni li l-kriterji stabbiliti fil-punt (b) intlaħqu tkun soġġetta għal reviżjoni tal-funzjoni ta' kontroll indipendenti ta' metodoloġija u validazzjoni interna tal-anqas fuq bażi annwali.

5.   L-inċertezza tal-prezz tas-suq tal-AVA tiġi determinata kif ġej:

(a)

fejn teżisti dejta biżżejjed sabiex tinbena firxa ta' valuri plawżibbli għall-imput tal-valutazzjoni:

(i)

għall-input tal-valutazzjoni fejn il-firxa ta' valuri plawżibbli hija bbażata fuq prezzijiet ta' ħruġ, l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw punt fil-firxa fejn ikunu 90 % kunfidenti li setgħu joħorġu l-esponiment tal-valutazzjoni b'dak il-prezz jew prezz aħjar;

(ii)

għall-input tal-valutazzjoni fejn il-firxa ta' valuri plawżibbli hija maħluqa fuq prezzijiet medji, l-istituzzjonijiet jistmaw punt fil-firxa fejn ikunu 90 % kunfidenti li l-valur medju li setgħu jiksbu meta joħorġu mill-esponiment tal-valutazzjoni jkun b'dak il-prezz jew prezz aħjar;

(b)

fejn ma hemmx biżżejjed dejta biex tinbena firxa plawżibbli ta' valuri għall-input tal-valutazzjoni, l-istituzzjonijiet jużaw approċċ ibbażat fuq kompetenza tal-esperti fuq il-bażi ta' informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva disponibbli sabiex jinkiseb livell ta' ċertezza fil-valur prudenti tal-input tal-valutazzjoni li huwa ekwivalenti għal dak immirat fil-punt (a). L-istituzzjonijiet jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-esponiment tal-valutazzjoni li għalihom jiġi applikat dan l-approċċ u l-metodoloġija użata biex tiddetermina l-AVA;

(c)

l-istituzzjonijiet jikkalkolaw l-inċertezza tal-prezz tas-suq tal-AVA bbażat fuq wieħed minn dawn l-approċċi li ġejjin:

(i)

huma japplikaw id-differenza bejn il-valuri tal-input tal-valutazzjoni stmata skont jew il-punt (a) jew il-punt (b), u l-valuri tal-input tal-valutazzjoni użata biex jiġi kkalkulat il-valur ġust għall-esponiment tal-valutazzjoni ta' kull pożizzjoni ta' valutazzjoni;

(ii)

huma jikkombinaw il-valuri tal-input tal-valutazzjoni jew skont il-punt (a) jew il-punt (b) u jirrivalwaw il-pożizzjonijiet tal-valutazzjoni bbażata fuq dawn il-valuri. L-istituzzjonijiet imbagħad jieħdu d-differenza bejn il-pożizzjonijiet rivalwati u l-pożizzjonijiet b'valur ġust.

6.   L-istituzzjonijiet jikkalkulaw il-livell tal-kategorija totali AVA għall-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq billi jiġu applikati għall-inċertezza tal-prezz tas-suq individwali tal-AVA l-formoli jew tal-Metodu 1 jew tal-Metodu 2 stipulati fl-Anness.

Artikolu 10

Kalkolu tal-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA

1.   L-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA jiġu kkalkulati fuq livell ta' espożizzjoni ta' valutazzjoni individwali (“spejjeż tal-għeluq individwali tal-AVA”).

2.   Meta istituzzjoni tkun ikkalkulat inċertezza tal-prezz tas-suq tal-AVA għal skoperturi ta' valutazzjoni bbażati fuq prezz tal-ħruġ, l-ispiża ta' għeluq tal-AVA tista' tiġi vvalutata li għandha valur ta' żero.

3.   Meta istituzzjoni tapplika d-deroga msemmija fil-paragrafu 5 tal- Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA jistgħu jiġu vvalutati li għandhom valur ta' żero, bil-kundizzjoni li l-istituzzjoni tipprovdi evidenza li hija 90 % kunfidenti li teżisti likwidità suffiċjenti biex tappoġġa l-ħruġ ta' esponiment ta' valutazzjoni relatata bi prezz medju.

4.   Meta esponiment għall-valutazzjoni ma jistax jintwera li jkollu spejjeż tal-għeluq tal-AVA żero, l-istituzzjonijiet jużaw is-sorsi tad-dejta definiti fl-Artikolu 3. F'dan il-każ, il-kalkolu tal-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA jsir kif deskritt fil-paragrafi 5 u 6 ta' dan l-Artikolu.

5.   L-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA fuq l-esponiment tal-valutazzjoni relatati ma' kull input tal-valutazzjoni użata fil-mudell tal-istimar.

(a)

Il-granularità li fiha dawn l-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA jiġu valutati tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

fejn dekomposti, l-inputs tal-valutazzjoni kollha meħtieġa għall-kalkolu tal-prezz tal-ħruġ għall-pożizzjoni tal-valutazzjoni;

(ii)

il-prezz tal-istrument.

(b)

kull input ta' valutazzjoni msemmija fil-punt (a)(i) tiġi ttrattata separatament. Meta l-input tal-valutazzjoni jikkonsisti f'matriċi ta' parametri, l-istituzzjonijiet jevalwaw l-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA bbażati fuq l-iskoperturi tal-valutazzjoni skoperturi għal kull parametru f'din il-matriċi. Meta l-input tal-valutazzjoni ma jirreferix għal strumenti negozjabbli, l-istituzzjonijiet espliċitament jimmappjaw l-input tal-valutazzjoni u l-esponimet tal-valutazzjoni relatat għal sett ta' strumenti negozjabbli tas-suq. L-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-għadd ta' parametri tal-input tal-valutazzjoni għall-iskop tal-kalkolu tal-AVA bl-użu ta' metodoloġija sakemm il-parametri mnaqqsa jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(i)

il-valur totali tal-esponiment tal-valutazzjoni mnaqqsa jkun l-istess bħal dak tal-valur totali tal-iskopertura oriġinali tal-valwazzjoni;

(ii)

l-għadd imnaqqas ta' parametri jista' jiġi abbinat ma' sett ta' strumenti negozjabbli fis-suq;

(iii)

il-proporzjon ta' miżura ta' varjanza 2 fuq miżura ta' varjanza 1, ibbażata fuq dejta storika mill-aħħar 100 jum ta' negozjar, huwa inqas minn 0,1

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, miżura ta' varjanza 1 tfisser varjazzjoni tal-qligħ u t-telf tal-esponiment tal-valutazzjoni bażata fuq l-input tal-valutazzjoni mhux imnaqqsa u miżura ta' varjanza 2 tfisser varjazzjoni tal-qligħ u t-telf tal-esponiment tal-valutazzjoni bbażata fuq input tal-valutazzjoni mhux imnaqqsa wara li wieħed inaqqas l-esponiment tal-valutazzjoni bbażata fuq input tal-valutazzjoni mnaqqsa.

(c)

meta numru mnaqqas ta' parametri jintuża għall-fini tal-kalkolu tal-AVA, id-determinazzjoni li l-kriterji stabbiliti fil-punt (b) intlaħqu tkun soġġetta għal reviżjoni tal-funzjoni ta' kontroll indipendenti u validazzjoni interna tal-anqas fuq bażi annwali.

6.   L-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA jiġu determinati kif ġej:

(a)

fejn teżisti dejta biżżejjed biex tinbena firxa ta' firxa plawżibbli ta' firxiet bejn it-talba u l-offerta għall-input tal-valutazzjoni, l-istituzzjonijiet jistmaw punt fil-firxa fejn ikunu 90 % kunfidenti li l-valur tal-firxa li setgħu jiksbu meta joħorġu mill-esponiment tal-valutazzjoni jkun b'dak il-prezz jew prezz aħjar;

(b)

fejn ma hemmx biżżejjed dejta biex tinbena firxa plawżibbli ta' firxiet bejn it-talba u l-offerta, l-istituzzjonijiet jużaw approċċ ibbażat fuq kompetenza tal-esperti fuq il-bażi ta' informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva disponibbli sabiex jinkiseb livell ta' ċertezza fil-valur prudenti li huwa ekwivalenti għal dak immirat fejn firxa ta' valuri plawżibbli hija disponibbli. L-istituzzjonijiet jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-esponiment tal-valutazzjoni li għalihom jiġi applikat dan l-approċċ u l-metodoloġija użata biex tiddetermina l-AVA;

(c)

l-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA bl-applikazzjoni ta' 50 % tal-istima tal-firxa bejn it-talba u l-offerta kkalkulata jew skont il-punt (a) jew il-punt (b) għall-esponiment tal-valutazzjoni relatat mal-inputs tal-valutazzjoni definiti fil-paragrafu 5.

7.   L-istituzzjonijiet jikkalkulaw il-livell tal-kategorija totali AVA għall-ispejjeż tal-għeluq billi jiġu applikati l-ispejjeż tal-għeluq individwali tal-AVA jew għall-formoli tal-Metodu 1 jew tal-Metodu 2 stipulati fl-Anness.

Artikolu 11

Il-kalkolu tal-mudell tar-riskju tal-AVA

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jistmaw il-mudell tar-riskju AVA għal kull mudell ta' valutazzjoni (“mudell tar-riskju individwali tal-AVA”) billi jiġi kkunsidrat il-mudell tal-valutazzjoni tar-riskju li jinħoloq minħabba l-eżistenza potenzjali ta' firxa ta' mudelli differenti jew kalibrazzjonijiet tal-mudell, li huma użati minn parteċipanti fis-suq, u n-nuqqas ta' prezz tal-ħruġ għal prodott speċifiku li jkun qiegħed jiġi stmat. L-istituzzjonijiet ma jikkunsidrawx il-mudell tal-valutazzjoni tar-riskju li jinħoloq minħabba kalibrazzjonijiet minn parametri derivati tas-suq, li jingħata skont l-Artikolu 9.

2.   Ir-riskju tal-mudell AVA jiġi kkalkulat bl-użu ta' wieħed mill-metodi definiti fil-paragrafi 3 u 4.

3.   Meta jkun possibbli, l-istituzzjonijiet jikkalkulaw ir-riskju tal-mudell AVA billi jistabbilixxu firxa ta' alternattivi plawżibbli ta' valutazzjonijiet minn strateġiji alternattivi ta' mudellar u kalibrazzjoni xierqa. F'dan il-każ, l-istituzzjonijiet jistmaw punt fil-firxa li tirriżulta ta' valutazzjonijiet fejn huma 90 % kunfidenti li jistgħu joħorġu l-valutazzjoni tal-esponiment għal dak il-prezz jew aħjar.

4.   Meta l-istituzzjonijiet ma jkunux jistgħu jużaw l-approċċ definit fil-paragrafu 3, huma japplikaw approċċ ibbażat fuq il-kompetenza biex jiġi stmat ir-riskju tal-mudell AVA.

5.   L-approċċ ibbażat fuq l-esperti jikkunsidra dawn kollha li ġejjin:

(a)

il-kumplessità tal-prodotti rilevanti tal-mudell;

(b)

id-diversità ta' approċċi matematiċi possibbli u parametri tal-mudell, fejn dawk il-mudelli tal-parametri ma jkunux marbuta ma' varjabbli tas-suq;

(c)

il-grad sa fejn is-suq ta' prodotti rilevanti huwa “one way”

(d)

l-eżistenza ta' riskji li ma jistgħux jiġu ħħeġġjati fil-prodotti rilevanti;

(e)

l-adegwatezza tal-mudell biex jaqbad l-imġiba tal-gwadan tal-prodotti fil-portafoll.

L-istituzzjonijiet jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-mudelli li għalihom jiġi applikat dan l-approċċ u l-metodoloġija użata biex tiddetermina l-AVA.

6.   Meta l-istituzzjonijiet jużaw il-metodu deskritt fil-paragrafu 4, il-prudenza tal-metodu tkun konfermata kull sena permezz ta' tqabbil bejn dan li ġej:

(a)

l-AVA kkalkulat bl-użu tal-metodu deskritt fil-paragrafu 4, jekk jiġi applikat għal kampjun tal-materjal ta' mudelli ta' valutazzjoni li għalihom l-istituzzjoni tapplika l-metodu fil-paragrafu 3; kif ukoll

(b)

l-AVA prodotti bil-metodu fil-paragrafu 3 għall-istess kampjun ta' mudell ta' evalwazzjoni.

7.   L-istituzzjonijiet jikkalkulaw il-livell tal-kategorija totali tal-AVA għall-mudell tar-riskju billi japplikaw għall-mudell tar-riskju individwali tal-AVA l-formoli jew tal-Metodu 1 jew tal-Metodu 2 stipulati fl-Anness.

Artikolu 12

Kalkolu tal-firxiet tal-kreditu mhux gwadanjati tal-AVA

1.   L-istituzzjonijiet jikkalkylaw firxiet tal-kreditu mhux iggwadanjati tal-AVA biex jirriflettu l-inċertezza tal-valutazzjoni fl-aġġustament meħtieġ skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli li jinkludu l-valur attwali ta' telf mistenni minħabba inadempjenza tal-kontroparti fuq pożizzjonijiet derivattivi.

2.   L-istituzzjonijiet jinkludu l-element tal-AVA relatat mal-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq fil-kategorija tal-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq tal-AVA. L-element tal-AVA relatat mal-inċertezza tal-ispiża tal-għeluq jiġi inkluż fil-kategorija tal-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA. L-element tal-AVA relatat mal-mudell tar-riskju jiġi inkluż fil-kategorija tar-riskju tal-mudell tal-AVA.

Artikolu 13

Kalkolu tal-ispejjeż tal-investiment u finanzjar tal-AVA

1.   L-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-ispejjeż tal-investiment u l-finanzjament tal-AVA biex jirriflettu l-inċertezza tal-valutazzjoni fl-ispejjeż tal-finanzjament użati fil-valutazzjoni tal-prezz tal-ħruġ skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli.

2.   L-istituzzjonijiet jinkludu l-element tal-AVA relatat mal-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq fil-kategorija tal-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq tal-AVA. L-element tal-AVA relatat mal-inċertezza tal-ispiża tal-għeluq jiġi inkluż fil-kategorija tal-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA. L-element tal-AVA relatat mal-mudell tar-riskju jiġi inkluż fil-kategorija tar-riskju tal-mudell tal-AVA.

Artikolu 14

Kalkolu tal-pożizzjonijiet konċentrati tal-AVA

1.   L-istituzzjonijiet jagħmlu estimi ta' pożizzjoni konċentrata tal-AVA għall-pożizzjonijiet tal-valutazzjoni konċentrati (“pożizzjonijiet konċentrati individwali tal-AVA”) billi japplikaw approċċ fi tliet stadji li ġejjin:

(a)

huma jidentifikaw pożizzjonijiet konċentrati ta' valutazzjoni;

(b)

għal kull pożizzjoni tal-valutazzjoni kkonċentrata identifikata, fejn il-prezz tas-suq applikabbli għad-daqs tal-pożizzjoni tal-valutazzjoni ma tkunx disponibbli, jagħmlu stima prudenti ta' perjodu ta' ħruġ;

(c)

meta perjodu ta' ħruġ prudenti jaqbeż l-għaxart ijiem, huma jagħmlu stima ta' AVA billi tiġi kkunsidrata l-volatilità tal-input tal-valwazzjoni, il-volatilità tal-firxa tal-offerta u l-impatt tal-istrateġija tal-ħruġ ipotetiku fuq il-prezzijiet tas-suq.

2.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, l-identifikazzjoni ta' pożizzjonijiet konċentrati ta' valutazzjoni jikkunsidraw dawn kollha li ġejjin:

(a)

id-daqs ta' kull pożizzjoni ta' valutazzjoni relattiva mal-likwidità tas-suq relatat;

(b)

l-abilità tal-istituzzjoni biex tagħmel kummerċ f'dak is-suq;

(c)

il-volum medju ta' kuljum tas-suq u l-volum tipiku tan-negozjar ta' kuljum tal-istituzzjoni.

L-istituzzjonijiet jistabbilixxu u jiddokumentaw il-metodoloġija applikata sabiex jiġu determinati valutazzjonijiet tal-pożizzjonijiet konċentrati li għalihom jiġu kalkolati pożizzjonijiet konċentrati AVA.

3.   L-istituzzjonijiet jikkalkulaw il-livell tal-kategorija totali AVA għall-pożizzjonijiet konċentrati AVA bħala s-somma tal-pożizzjonijiet konċentrati AVA.

Artikolu 15

Kalkolu tal-ispejjeż amministrattivi futuri tal-AVA

1.   Meta istituzzjoni tikkalkula l-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq u l-ispiża tal-għeluq tal-AVA għall-esponiment tal-valutazzjoni, li jimplikaw b'mod sħiħ skopertura eżistenti, l-istituzzjoni tista' tivvaluta AVA żero għall-ispejjeż amministrattivi futuri.

2.   Meta esponiment tal-valutazzjoni ma jistax jintwera li jkollu AVA żero skont il-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-ispejjeż amministrattivi AVA futuri (“spejjeż amministrattivi individwali futuri AVA”) billi jikkonsidraw l-ispejjeż amministrattivi u spejjeż ta' ħeġġjar futuri fuq il-ħajja mistennija tal-esponiment tal-valutazzjoni li għalihom prezz ta' ħruġ dirett ma japplikax għall-ispejjeż tal-għeluq AVA, skontati b'rata li tqarreb ir-rata ħielsa mir-riskju.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-ispejjeż amministrattivi futuri jinkludu l-ispejjeż tal-persunal inkrimentali kollha u spejjeż fissi li x'aktarx ikunu involuti fil-ġestjoni tal-portafoll iżda t-tnaqqis f'dawn l-ispejjeż jista' jkun preżunt minħabba li jitnaqqas id-daqs tal-portafoll.

4.   L-istituzzjonijiet jikkalkulaw il-livell tal-kategorija totali AVA għall-ispejjeż amministrattivi futuri AVA bħala s-somma tal-ispejjeż amministrattivi futuri individwali AVA.

Artikolu 16

Kalkolu ta' tmiem bikri tal-AVA

L-istituzzjonijiet jagħmlu estimi ta' tmiem bikri tal-AVA meta jikkunsidraw telf potenzjali li jirriżulta minn terminazzjonijiet bikrija mhux kuntrattwali tat-tranżazzjonijiet tal-klijenti. Tmiem bikri AVA jiġi kkalkulat billi jitqies il-perċentwal tat-tranżazzjonijiet tal-klijenti li storikament ġew mitmuma kmieni u t-telf li jirriżulta f'dawk il-każijiet.

Artikolu 17

Il-kalkolu tar-riskju operattiv tal-AVA

1.   L-istituzzjonijiet jistmaw ir-riskju operattiv tal-AVA billi jevalwa t-telf potenzjali li jista' jinħoloq bħala riżultat ta' riskju operattiv relatat ma' proċessi ta' valutazzjoni. Din l-istima tinkludi valutazzjoni tal-pożizzjonijiet ta' valutazzjoni li huma ġġudikati li huma ta' riskju matul il-proċess tal-prova tal-karta tal-bilanċ, inklużi dawk minħabba tilwim legali.

2.   Meta istituzzjoni tapplika l-Approċċ Avvanzat ta' Kejl tar-Riskju Operattiv kif speċifikat fil-Parti Tlieta, it-Titolu III, Kapitolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, hija tista' tirrapporta riskju operattiv tal-AVA ta' żero bil-kundizzjoni li tipprovdi evidenza li r-riskju operazzjoni relatat mal-proċessi ta' valutazzjoni, kif determinat skont il-paragrafu 1, huwa ġustifikat bil-kalkolu ta' Approċċ ta' Kejl Avvanzat.

3.   F'każijiet oħra barra dawk li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 2, l-istituzzjoni tikkalkula rata ta' riskju operattiv AVA ta' 10 % tas-somma tal-livell aggregat AVA għall-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq u l-ispejjeż tal-għeluq.

KAPITOLU IV

DOKUMENTAZZJONI, SISTEMI U KONTROLLI

Artikolu 18

Rekwiżiti marbutin mad-dokumentazzjoni

1.   L-istituzzjonijietjiddokumentaw b'mod xieraq il-metodoloġija prudenti ta' valutazzjoni. Din id-dokumentazzjoni tinkludi politiki interni li jipprovdu gwida dwar il-punti kollha li ġejjin:

(a)

il-firxa tal-metodoloġiji tal-kwantifikazzjoni tal-AVA għal kull pożizzjoni tal-valutazzjoni;

(b)

il-ġerarkija tal-metodoloġiji għal kull klassi ta' assi, prodott, jew il-pożizzjoni tal-valutazzjoni;

(c)

il-ġerarkija ta' sorsi tad-dejta tas-suq użati fil-metodoloġija tal-AVA;

(d)

il-karatteristiċi meħtieġa ta' dejta tas-suq biex tiġġustifika l-AVA żero għal kull klassi ta' assi, prodott, jew il-pożizzjoni ta' valutazzjoni;

(e)

il-metodoloġija applikata meta approċċ ibbażat fuq għarfien espert jiġi użat biex tkun iddeterminata l-AVA;

(f)

il-metodoloġija biex jiġi determinat jekk pożizzjoni tal-valutazzjoni teħtiġx pożizzjoni kkonċentrata tal-AVA;

(g)

il-medda tal-ħruġ preżunta għall-iskop tal-kalkolazzjoni tal-AVA għall-pożizzjonijiet konċentrati, fejn rilevanti;

(h)

l-assi u l-obbligazzjonijiet valutati bil-valur ġust li għalihom bidla fil-valutazzjoni tal-kontabilità għandha impatt parzjali jew l-ebda impatt fuq il-kapital CET1 skont l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 8(1).

2.   L-istituzzjonijiet iżommu wkoll reġistri li jippermettu l-kalkolu tal-AVA f'livell ta' espożizzjoni tal-valutazzjoni biex jiġu analizzati, u l-informazzjoni dwar il-proċess tal-kalkolu tal-AVA jiġi provdut lit-tmexxija anzjana biex wieħed jifhem il-livell ta' inċertezza tal-valutazzjoni tal-portafoll ta' tal-istituzzjoni tal-pożizzjonijiet b'valur ġust.

3.   Id-dokumentazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1 tiġi riveduta mill-inqas kull sena u approvata mill-maniġment anzjan.

Artikolu 19

Sistemi u rekwiżiti ta' kontroll

1.   L-AVA l-ewwel ikunu awtorizzati u sussegwentement immonitorjata, minn unità ta' kontroll indipendenti.

2.   L-istituzzjonijiet ikollhom kontrolli effettivi relatati mal-governanza tal-pożizzjonijiet kollha b'valur ġust, u riżorsi adegwati biex jimplimentaw dawn il-kontrolli u jiżguraw proċessi ta' valutazzjoni robusti anki matul perjodu ta' stress. Dawn jinkludu dawn kollha li ġejjin:

(a)

mill-inqas analiżi annwali tal-prestazzjoni tal-mudell ta' valwazzjoni;

(b)

approvazzjoni mill-maniġers tal-bidliet kollha sinifikanti fil-politiki tal-valwazzjoni;

(c)

dikjarazzjoni ċara dwar l-attitudni tal-istituzzjoni lejn ir-riskji ta' esponiment għal pożizzjonijiet soġġetti għal valutazzjoni tal-inċertezza li hija mmonitorjata f'livell aggregat mal-istituzzjoni kollha;

(d)

indipendenza fil-proċess tal-valutazzjoni bejn it-teħid ta' riskju u unitajiet ta' kontroll;

(e)

proċess ta' verifika interna komprensiv dwar il-proċessi tal-istimi u l-kontrolli.

3.   l-istituzzjonijiet jiżguraw li jkun hemm kontrolli effettivi u li jiġu applikati b'mod konsistenti relatati mal-proċess ta' valutazzjoni għal pożizzjonijiet b'valur ġust. Dawn il-kontrolli jkunu soġġetti għal rieżami tal-awditjar intern regolari. Dawn il-kontrolli jinkludu kull waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

inventarju tal-prodotti mal-istituzzjoni kollha definiti b'mod preċiż, filwaqt li jkun żgurat li kull pożizzjoni ta' valutazzjoni hija unikament abbinata ma' definizzjoni ta' prodott;

(b)

metodoloġiji ta' valutazzjoni, għal kull prodott fl-inventarju li jkopru l-għażla u l-kalibrazzjoni tal-mudell, l-aġġustamenti ta' valur ġust, AVA, metodoloġiji ta' verifika indipendenti tal-prezzijiet applikabbli għall-prodott, u l-kejl ta' inċertezza tal-valutazzjoni;

(c)

proċess ta' validazzjoni li jiżgura li, għal kull prodott, kemm it-teħid tar-riskju kif ukoll id-dipartimenti rilevanti ta' kontroll japprovaw il-metodoloġiji deskritti fil-punt (b) u jiċċertifikaw li dawn jirriflettu l-prattika attwali għal kull pożizzjoni ta' valutazzjoni mmappjata skont il-prodott;

(d)

limiti definiti bbażati fuq dejta tas-suq osservata biex jiġi ddeterminat meta l-mudelli ta' valutazzjoni ma għadhomx aktar robusti biżżejjed;

(e)

proċess IPV formali bbażat fuq prezzijiet indipendenti mill-post tan-negozjar rilevanti;

(f)

proċessi ta' approvazzjoni ta' prodott ġdid li jirreferu għall-inventarju tal-prodotti u li jinvolvu lill-partijiet interessati interni kollha rilevanti għall-kejl tar-riskju, il-kontroll tar-riskju, ir-rappurtar finanzjarju u l-assenjazzjoni u l-verifika tal-valutazzjonijiet ta' strumenti finanzjarji;

(g)

proċess ta' patt ġdid ta' eżami mill-ġdid biex ikun żgurat li d-dejta minn negozji ġodda tintuża biex jiġi valutat jekk il-valutazzjonijiet ta' skoperturi ta' valutazzjoni simili jibqgħux prudenti kif xieraq.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, is-26 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(2)  ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


ANNESS

Formuli biex jiġu użati għall-fini tal-aggregazzjoni tal-AVAs taħt l-Artikoli 9(6), 10(7) u 11(7)

Metodu 1

APVA

=

(FV – PV) – 50 % · (FV – PV)

= (50 % · (FV – PV)

AVA

=

Σ APVA

Metodu 2

APVA

=

massimu {0, (FV – PV) – 50 % · (EV – PV)}

= massimu {0, FV – 50 % · (EV + PV)}

AVA

=

Σ APVA

Fejn:

FV

=

Il-valur ġust ta' livell ta' esponiment ta' valwazzjoni wara li kull aġġustament ta' kontabbiltà applikat fil-valur ġust tal-istituzzjoni li jista' jiġi identifikat bħala li jindirizza l-istess sors ta' inċertezza tal-valwazzjoni bħall-AVA rilevanti,

PV

=

Il-valur prudenti ta' livell ta' esponiment ta' valwazzjoni determinat skont dan ir-Regolament,

EV

=

Il-valur mistenni f'livell ta' esponiment ta' valwazzjoni meħud minn firxa ta' valuri possibbli,

APVA

=

Il-livell ta' esponiment ta' valwazzjoni AVA wara l-aġġustament għal aggregazzjoni,

AVA

=

Il-livell tal-kategorija totali AVA wara l-aġġustament għal aggregazzjoni.


28.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/66


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/102

tad-19 ta' Jannar 2016

li japprova emenda mhix minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Eichsfelder Feldgieker/Eichsfelder Feldkieker (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Ġermanja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni ġeografika “Eichsfelder Feldgieker”/“Eichsfelder Feldkieker”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2013 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat id-domanda għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi (3).

(3)

Billi l-Kummissjoni ma waslitilha ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni “Eichsfelder Feldgieker”/“Eichsfelder Feldkieker” (IĠP), hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Jannar 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2013 tas-7 ta' Mejju 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Eichsfelder Feldgieker/Eichsfelder Feldkieker (IĠP)] (ĠU L 133, 17.5.2013, p. 5).

(3)  ĠU C 281, 26.8.2015, p. 12.


28.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/67


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/103

tas-27 ta' Jannar 2016

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) u li jemenda r-Regolamenti dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġis minn bastimenti (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 stabbilixxa Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS).

(2)

Ir-rwol tas-COSS jikkonsisti fiċ-ċentralizzar tax-xogħlijiet tal-kumitati stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sigurtà marittima, il-prevenzjoni ta' tniġġis minn bastimenti u l-protezzjoni tal-għajxien u l-kundizzjonijiet ta' xogħol abbord il-bastimenti.

(3)

Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ġdida kollha adottata fil-qasam tas-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġis minn vapuri għandha tipprevedi rikors għall-COSS.

(4)

Sa mill-emenda tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 diversi atti ġodda tal-Unjoni adottati fil-qasam tas-sigurtà marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis minn bastimenti jipprevedi li l-Kummissjoni għanda tiġi megħjuna minn COSS, b'mod partikolari, l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2009/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u l-Artikolu 38 tad-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

(5)

Barra minn hekk, l-Artikolu 4d(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE (11), l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 530/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u l- Artikolu 19(5) u (6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 788/2014 (13) jipprevedu rikors lill-COSS.

(6)

Wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002, l-atti tal-Unjoni li ġejjin imsemmija fl-Artikolu 2(2) ta' dak ir-Regolament ġew irrevokati: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 613/91 (14), id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE (15), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95 (16), id-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE (17), id-Direttiva 2001/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), id-Direttiva 2002/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) u r-Regolament (KE) Nru 417/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20).

(7)

L-atti Komunitarji li ġejjin imsemmija fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament 2099/2002 ġew riformulati mill-ġdid: Id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE (21) li ġiet riformulata fid-Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) u r-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23), filwaqt li d-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE (24) ġiet riformulata fid-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25).

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 jinbidel b'dan li ġej:

“2.

‘Leġislazzjoni marittima Komunitarja’ tfisser l-atti t'hawn taħt:

(a)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2978/94 tal-21 ta' Novembru 1994 dwar l-implimentazzjoni tar-Reżoluzzjoni tal-IMO A.747(18) dwar l-applikazzjoni tal-kejl ta' tunnellaġġ ta' spazji ta' saborra f'tankers taż-żejt bis-saborra segregata (1)

(b)

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE, tal-20 ta' Diċembru 1996, dwar it-tagħmir marittimu (2)

(c)

Id-Direttiva tal-Kunsill 97/70/KE tal-11 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi reġim armonizzat ta' sigurtà għall-bastimenti tas-sajd ta' tul ta' 24 metru jew aktar (3)

(d)

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE tat-18 ta' Ġunju 1998 dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità (4)

(e)

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE tas-26 ta' April 1999 dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f'ċerti karburanti likwidi u li temenda id-Direttiva 93/12/KEE (5) għall-għan tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 4(d)(2) tagħha.

(f)

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad-29 ta' April 1999 dwar sistema ta' stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla perikolu ta' laneċ ro-ro regolari u servizzi tal-inġenji tal-baħar ta' veloċità kbira għall-passiġġieri (6)

(g)

Id-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2000 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija (7)

(h)

Id-Direttiva 2001/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Diċembru 2001 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet u l-proċeduri armonizzati għat-tagħbija u l-ħatt b'sigurtà ta' bastimenti ta' tagħbija bl-ingrossa (8)

(i)

Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE (9)

(j)

Ir-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' April 2003 dwar il-projbizzjoni tal-komposti tal-organotin fuq il-bastimenti (10)

(k)

Id-Direttiva Nru 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' April 2003 dwar ħtiġijiet speċifici ta' stabbiltà għall-bastimenti tal-passiġġieri ro-ro (11)

(l)

Ir-Regolament (KE) Nru 789/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar it-trasferiment tal-bastimenti tat-tagħbija u tal-passiġġieri bejn ir-reġistri ġewwa l-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 613/91 (12)

(m)

Id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar it-tniġġiż ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet għal ksur, inkluż sanzjonijiet kriminali għal reati ta' tniġġis (13)

(n)

Ir-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan il-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95 (14)

(o)

Id-Direttiva Nru 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara (15)

(p)

Id-Direttiva Nru 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (16)

(q)

Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (17)

(r)

Id-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta' aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE u d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18)

(s)

Id-Direttiva Nru 2009/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera (19)

(t)

Ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (20)

(u)

Ir-Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-responsabbiltà tat-trasportaturi ta' passiġġieri fuq il-baħar fil-każ ta' aċċidenti (21)

(v)

Id-Direttiva Nru 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (22)

(w)

Ir-Regolament (UE) Nru 530/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar l-introduzzjoni aċċellerata ta' rekwiżiti ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed (23)

(x)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 788/2014 tat-18 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-impożizzjoni ta' multi u ta' ħlasijiet perjodiċi ta' penali, u dwar l-irtirar tar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri skont l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24)

(y)

Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (25).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fl-għoxrin jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Jannar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.

(2)  Id-Direttiva Nru 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara (ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33).

(3)  Id-Direttiva Nru 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 47).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 11).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-responsabbiltà tat-trasportaturi ta' passiġġieri fuq il-baħar fil-każ ta' aċċidenti (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 24).

(6)  Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57).

(7)  Id-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta' aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE u d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 114).

(8)  Id-Direttiva Nru 2009/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 132).

(9)  Id-Direttiva Nru 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (ĠU L 163, 25.6.2009, p. 1).

(10)  Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146).

(11)  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE tas-26 ta' April 1999 dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f'ċerti karburanti likwidi u li temenda id-Direttiva 93/12/KEE (ĠU L 121, 11.5.1999, p. 13).

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 530/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar l-introduzzjoni aċċellerata ta' rekwiżiti ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed (ĠU L 172, 30.6.2012, p. 3).

(13)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 788/2014 tat-18 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-impożizzjoni ta' multi u ta' ħlasijiet perjodiċi ta' penali, u dwar l-irtirar tar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri skont l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 214, 19.7.2014, p. 12).

(14)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 613/91 tal-4 ta' Marzu 1991 dwar it-trasferiment ta' vapuri minn reġistru għal ieħor fi ħdan il-Komunità (ĠU L 68, 15.3.1991, p. 1).

(15)  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE tat-13 ta' Settembru 1993 dwar kondizzjonijiet minimi għal vapuri ġejjin jew sejrin lejn jew mill-portijiet tal-Komunità u li jġorru prodotti perikolużi jew mniġġsa (ĠU L 247, 5.10.1993, p. 19).

(16)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95 tat-8 ta' Diċembru 1995 dwar il-ġestjoni tas-sikurezza tal-bastimenti tal-passiġġieri roll-on/roll-off (il-bastimenti ro-ro) (ĠU L 320, 30.12.1995, p. 14).

(17)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE tas-17 ta' Marzu 1998 dwar ir-regoli u n-normi ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (ĠU L 144, 15.5.1998, p. 1).

(18)  Id-Direttiva Nru 2001/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001 dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara (ĠU L 136, 18.5.2001, p. 17).

(19)  Id-Direttiva 2002/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2002 dwar il-formalitajiet tar-rappurtar għall-bastimenti li jkunu waslu u/jew li jkunu qed jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità (ĠU L 67, 9.3.2002, p. 31).

(20)  Ir-Regolament (KE) Nru 417/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2002 dwar id-dħul gradwali aċċellerat ta' ħtiġiet ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2978/94 (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 1).

(21)  Id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta' Novembru 1994 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet relevanti tal-amministrazzjoniet marittimi (ĠU L 319, 12.12.1994, p. 20).

(22)  Id-Direttiva Nru 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 47).

(23)  Ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 11).

(24)  Id-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar il-kontroll mill-Istat tal-Port (ĠU L 157, 7.7.1995, p. 1).

(25)  Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57).


28.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/71


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/104

tas-27 ta' Jannar 2016

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv għal speċi ta' ruminanti minuri għat-tismin u l-produzzjoni tal-ħalib (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Prosol S.p.A.)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti mitluba skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Din l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv għal speċi ta' ruminanti minuri għat-tismin u l-produzzjoni tal-ħalib li għandu jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

Dan l-addittiv diġà ġie awtorizzat għall-użu għall-ħnienes, mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni(UE) Nru 170/2011 (2), għall-baqar tal-ħalib u ż-żwiemel mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1119/2010 (3), għall-ħnieżer nisa mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 896/2009 (4) u mill-bhejjem tal-ifrat tat-tismin mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2013 (5).

(5)

Fl-opinjoni tagħha tad-9 ta' Lulju 2015 (6), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, huwa preżunt li l-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 m'għandhiex effett avvers fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent. L-Awtorità qieset li l-konklużjonijiet dwar l-effikaċja meħuda minn opinjonijiet preċedenti għal speċi maġġuri għat-tismin u għall-produzzjoni tal-ħalib tista' tiġi estrapolata għar-ruminanti żgħar għat-tismin u l-produzzjoni tal-ħalib. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għal monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Jannar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 170/2011 tat-23 ta' Frar 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes (miftuma) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1200/2005 (detentur tal-awtorizzazzjoni Prosol SpA) (ĠU L 49, 24.2.2011, p. 8).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1119/2010 tat-2 ta' Diċembru 2010 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv għall-għalf għall-baqar u għaż-żwiemel u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1520/2007 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Prosol SpA) (ĠU L 317, 3.12.2010, p. 9).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 896/2009 tal-25 ta' Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv fl-għalf għall-ħniezer nisa (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Prosol SpA) (ĠU L 256, 29.9.2009, p. 6).

(5)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2013 tad- 29 ta' Ottubru 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv għall-għalf għall-bhejjem għat-tismin u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 492/2006 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Prosol SpA) (ĠU L 289, 31.10.2013, p. 30).

(6)  The EFSA Journal 2015; 13(7):4199.


ANNESS

In-numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg tal-oġġett tal-għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-flora li tinsab fil-musrana.

4b1710

Prosol S.p.A

Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 li fiha minimu ta':

1 × 1010 CFU/g tal-addittiv

Għamla solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885

Metodu analitiku  (1)

Enumerazzjoni: Il-metodu “pour plate” bl-użu ta' agar magħmul minn glukożju, estratt tal-ħmira u kloramfenikol (EN 15789:2009)

Identifikazzjoni: Metodu tar-Reazzjoni Katina tal-Polimerasi (PCR)

Ruminanti żgħar għas-simna

4 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà waqt il-proċess ta' tgerbib.

2.

Għas-sikurezza: għandhom jintużaw nuċċalijiet u ingwanti matul l-immaniġġjar.

Is-17 ta' Frar 2026

Ruminanti minuri għall-produzzjoni tal-ħalib

2 × 109


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.


28.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/74


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/105

tas-27 ta' Jannar 2016

li japprova l-bifenil-2-ol bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 2, 4, 6 u 13

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi eżistenti li għandhom jiġu evalwati biex possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Din il-lista tinkludi l-bifenil-2-ol.

(2)

Il-bifenil-2-ol ġie evalwat għall-użu fil-prodotti tat-tip 1, iġjene tal-bniedem, fil-prodotti tat-tip 2, diżinfettanti u algaċidi li mhumiex maħsuba għall-applikazzjoni diretta fuq il-bnedmin jew l-annimali, fil-prodotti tat-tip 4, żoni tal-ikel u tal-għalf, fil-prodotti tat-tip 6, preservattivi għal prodotti matul il-ħżin, u fil-prodotti tat-tip 13, preservattivi għal fluwidi użati għall-ħdim jew qtugħ, kif iddefiniti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

Spanja ntgħażlet bħala l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni u fit-2 ta' Ġunju 2014, bagħtet ir-rapporti tal-valutazzjoni flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha.

(4)

Skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014, il-Kumitat tal-Prodotti Bijoċidali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ta l-opinjonijiet tiegħu fil-5 ta' Frar 2015 u fil-15 ta' Ġunju 2015, filwaqt li qies il-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni.

(5)

Skont dawk l-opinjonijiet, il-prodotti bijoċidali użati għall-prodotti tat-tipi 1, 2, 4, 6 u 13 u li fihom il-bifenil-2-ol jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, sakemm ikunu konformi ma' ċerti kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu tiegħu.

(6)

Għalhekk, jixraq li l-bifenil-2-ol jiġi approvat għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 2, 4, 6 u 13 soġġett għall-konformità ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet.

(7)

Għall-użu fil-prodotti tat-tip 4, l-evalwazzjoni ma indirizzatx l-inkorporazzjoni tal-prodotti bijoċidali li jkun fihom il-bifenil-2-ol f'materjali u f'oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt dirett jew indirett mal-ikel skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dawn il-materjali jistgħu jeħtieġu l-istabbiliment ta' limiti speċifiċi għall-migrazzjoni fl-ikel, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(e) ta' dak ir-Regolament. Għaldaqstant, l-approvazzjoni ma għandhiex tkopri dan l-użu sakemm il-Kummissjoni ma tkunx stabbiliet dawn il-limiti jew inkella jkun ġie stabbilit, skont dak ir-Regolament, li dawn il-limitazzjonijiet mhumiex meħtieġa.

(8)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma tiġi approvata sustanza attiva, sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri ta' tħejjija meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-bifenil-2-ol huwa approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 2, 4, 6 u 13, soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Jannar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4).


ANNESS

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri tal-Identifikazzjoni

Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1)

Data tal-approvazzjoni

Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni

Tip ta' prodott

Kundizzjonijiet speċifiċi

Bifenil-2-ol

Isem tal-IUPAC:

orto-fenilfenol

Nru tal-KE: 201-993-5

Nru tal-CAS: 90-43-7

995 g/kg

fl-1 ta' Lulju 2017

fit-30 ta' Ġunju 2027

1

Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kull użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

2

Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kull użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjoni li ġejja:

Għall-utenti professjonali għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzattivi xierqa. Il-prodotti għandhom jintużaw b'tagħmir protettiv personali xieraq meta l-esponiment ma jkunx jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħra.

4

Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kull użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Għall-utenti industrijali jew professjonali għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzativi xierqa. Il-prodotti għandhom jintużaw b'tagħmir protettiv personali xieraq meta l-esponiment ma jkunx jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħra.

(2)

Fid-dawl tar-riskji identifikati għall-ilma tal-wiċċ u għall-kompartimenti tas-sedimenti u tal-ħamrija, il-prodotti bijoċidali ma għandhomx ikunu awtorizzati għad-diżinfezzjoni fuq skala kbira, sakemm ma jintweriex li r-riskji jistgħu jitnaqqsu għal livell aċċettabbli.

(3)

Għall-prodotti li jistgħu jwasslu għal residwi fl-ikel jew fl-għalf, għandha tiġi vverifikata l-ħtieġa li jiġu ddefiniti livelli massimi ta' residwi (MRLs) ġodda jew li jiġu emendati l-livelli massimi ta' residwi eżistenti skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew skont ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u għandha tittieħed kull miżura xierqa ta' mitigazzjoni tar-riskji biex ikun żgurat li l-MRLs applikabbli ma jinqabżux.

(4)

Il-prodotti ma għandhomx jiġu inkorporati f'materjali u f'oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), sakemm il-Kummissjoni ma tkunx stabbiliet limiti speċifiċi għall-migrazzjoni tal-bifenil-2-ol fl-ikel jew jekk ikun ġie stabbilit skont dak ir-Regolament li dawn il-limiti ma jkunux meħtieġa.

6

Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kull użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Għall-utenti industrijali jew professjonali għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzativi xierqa. Il-prodotti għandhom jintużaw b'tagħmir protettiv personali xieraq meta l-esponiment ma jkunx jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħra.

(2)

Fid-dawl tar-riskji identifikati għall-kompartiment akkwatiku, il-prodotti bijoċidali ma għandhomx jiġu awtorizzati għall-preservazzjoni tal-likwidi tal-ħasil u tat-tindif u għal deterġenti oħra għal użu professjonali, sakemm ma jkunx jista' jintwera li r-riskji jistgħu jitnaqqsu għal livell aċċettabbli.

13

Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kull użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjoni li ġejja:

Għall-utenti industrijali jew professjonali għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzativi xierqa. Il-prodotti għandhom jintużaw b'tagħmir protettiv personali xieraq meta l-esponiment ma jkunx jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħra.


(1)  Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva użata għall-evalwazzjoni li saret skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq tista' tkun tal-istess purezza jew ta' purezza differenti, jekk tkun ġiet ippruvata li hija teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment tal-limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt ma' l-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4).


28.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/79


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/106

tas-27 ta' Jannar 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Jannar 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

236,2

MA

71,0

TN

116,3

TR

102,2

ZZ

131,4

0707 00 05

MA

86,8

TR

161,0

ZZ

123,9

0709 93 10

MA

50,4

TR

146,2

ZZ

98,3

0805 10 20

EG

50,4

MA

62,1

TN

49,3

TR

65,0

ZZ

56,7

0805 20 10

IL

147,6

MA

83,5

ZZ

115,6

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

129,5

JM

154,6

MA

65,6

TR

82,3

ZZ

108,0

0805 50 10

TR

100,8

ZZ

100,8

0808 10 80

CL

86,9

US

122,2

ZZ

104,6

0808 30 90

CN

94,8

TR

82,0

ZA

84,4

ZZ

87,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

28.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/81


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/107

tas-27 ta' Jannar 2016

dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni taċ-ċibutrin bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 21

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi eżistenti li għandhom jiġu evalwati biex possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Din il-lista tinkludi ċ-ċibutrin.

(2)

Iċ-ċibutrin ġie evalwat skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għall-użu fil-prodotti tat-tip 21, prodotti antifouling, kif iddefiniti fl-Anness V ta' dik id-Direttiva, li jikkorrispondu mal-prodotti tat-tip 21 kif iddefiniti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

In-Netherlands intgħażel bħala l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni u fis-7 ta' April 2011, f'konformità mal-paragrafi 4 u 6 tal-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 (4), lill-Kummissjoni bagħtilha r-rapport tal-valutazzjoni flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tiegħu.

(4)

Skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1062/2014, il-Kumitat tal-Prodotti Bijoċidali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ta l-opinjoni tiegħu fis-17 ta' Ġunju 2015, filwaqt li qies il-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni.

(5)

Skont dik l-opinjoni, il-prodotti bijoċidali użati għall-prodotti tat-tip 21 u li fihom iċ-ċibutrin, ma jistgħux jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE. Ix-xenarji evalwati fil-valutazzjoni tar-riskji ambjentali identifikaw riskji inaċċettabbli.

(6)

Għadaqstant, mhuwiex xieraq li ċ-ċibutrin jiġi approvat għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 21.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Iċ-ċibutrin (Nru tal-KE 248-872-3, Nru tal-CAS 28159-98-0) mhuwiex approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 21.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Jannar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta' Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta' ħidma ta' 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3)


28.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/83


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/108

tas-27 ta' Jannar 2016

dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tat-2-Butanon, perossidu bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1 u 2

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi eżistenti li għandhom jiġu evalwati biex possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi t-2-Butanon, perossidu.

(2)

Skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi infurmat lill-Kummissjoni li l-parteċipanti kollha waqqfu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-programm ta' eżami għat-2-Butanon, perossidu għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1 u 2.

(3)

Għalhekk, it-2-Butanon, perossidu ma għandux jiġi approvat bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1 u 2.

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-2-Butanon, perossidu (Nru tal-KE 215-661-2, Nru tal-CAS 1338-23-4) mhuwiex approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1 u 2.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Jannar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).


28.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/84


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/109

tas-27 ta' Jannar 2016

biex ma tapprovax il-PHMB (1600; 1.8) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 6 u 9

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi eżistenti li għandhom jiġu evalwati bil-ħsieb li possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi l-PHMB (1600; 1.8).

(2)

Il-PHMB (1600; 1.8) ġie evalwat għall-użu fil-prodotti tat-tip 1, “Iġjene tal-bniedem”, fil-prodotti tat-tip 6, “Preservattivi għal prodotti matul il-ħżin”, u fil-prodotti tat-tip 9, “Preservattivi għal fibra, ġilda, gomma u materjali polimerizzati”, kif iddefiniti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

Franza ġiet magħżula bħala l-awtorità kompetenti tal-valutazzjoni u ssottomettiet ir-rapporti ta' valutazzjoni, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha, fil-5 ta' Settembru 2013, fit-8 ta' Ottubru 2013 u fl-14 ta' Frar 2014, rispettivament.

(4)

Skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014, l-opinjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ngħataw fis-16 u fis-17 ta' Ġunju 2015 mill-Kumitat tal-Prodotti Bijoċidali, filwaqt li tqiesu l-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni.

(5)

Skont dawk l-opinjonijiet, il-prodotti bijoċidali użati għall-prodotti tat-tipi 1, 6 u 9 u li fihom il-PHMB (1600; 1.8) ma jistgħux jiġu preżunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Għal dawn it-tipi ta' prodotti, ix-xenarji vvalutati fil-valutazzjonijiet tar-riskju għas-saħħa tal-bniedem u fil-valutazzjonijiet tar-riskju ambjentali identifikaw riskji inaċċettabbli.

(6)

Għalhekk, mhuwiex xieraq li l-PHMB (1600; 1.8) jiġi approvat għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 6 u 9.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-PHMB (1600; 1.8) (Nru tal-KE: mhux applikabbli, Nru tal-CAS 27083-27-8 u 32289-58-0) mhuwiex approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 6 u 9.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Jannar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).


28.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/86


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/110

tas-27 ta' Jannar 2016

dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tat-triklosan bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 1

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi eżistenti li għandhom jiġu evalwati biex possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Din il-lista tinkludi t-triklosan.

(2)

It-triklosan ġie evalwat skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għall-użu fil-prodotti tat-tip 1, prodotti bijoċidali tal-iġjene tal-bniedem, kif iddefiniti fl-Anness V ta' dik id-Direttiva, li jikkorrispondu mal-prodotti tat-tip 1, kif iddefiniti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

Id-Danimarka ntgħażlet bħala l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni u fit-8 ta' April 2013, bagħtet ir-rapport tal-valutazzjoni flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha.

(4)

Skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014, il-Kumitat tal-Prodotti Bijoċidali tal-Aġenżija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ta l-opinjoni tiegħu fis-17 ta' Ġunju 2015, filwaqt li qies il-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni.

(5)

Skont dik l-opinjoni, il-prodotti bijoċidali użati għall-prodotti tat-tip 1 u li fihom it-triklosan ma jistgħux jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE. Ix-xenarji evalwati fil-valutazzjoni tar-riskji ambjentali identifikaw riskji inaċċettabbli.

(6)

Għaldaqstant, mhuwiex xieraq li t-triklosan jiġi approvat għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 1.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-triklosan (Nru tal-KE 222-182-2, Nru tal-CAS 3380-34-5) mhuwiex approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 1.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Jannar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).


Rettifika

28.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/88


Rettifika tad-Direttiva 2009/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar l-installazzjoni ta' apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq vetturi bil-mutur b'żewġ jew bi tliet roti

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UnjoniEwropea L 222 tal-25 ta' Awwissu 2009 )

F'paġna 66, Anness V, punt 6.12.1:

minflok:

“6.12.1.

Numru: wieħed, Klassi IA (1).”,

aqra:

“6.12.1.

Numru: tnejn, Klassi IA (1).”.