ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 332

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
18 ta' Diċembru 2015


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/2376 tat-8 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2377 tas-26 ta' Ottubru 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Palau dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

11

 

 

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Palau dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

13

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2378 tal-15 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1156/2012

19

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2379 tas-16 ta' Diċembru 2015 li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1067/2008 u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081, mir-Regolament (KE) Nru 1964/2006 u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012, u mir-Regolament (KE) Nru 1918/2006, fir-rigward tad-dati għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni fl-2016 skont il-kwoti tariffarji għaċ-ċereali, ir-ross u ż-żejt taż-żebbuġa, u li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 951/2006, fir-rigward tad-dati tal-ħruġ tal-liċenzji ta' esportazzjoni fl-2016 fis-setturi taz-zokkor u tal-isoglukożju li jaqbżu l-kwota

46

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2380 tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 dwar l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u l-bajd kif ukoll tal-albumina tal-bajd

50

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2381 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), fir-rigward tat-trażmissjoni tas-serje kronoloġika għat-tqassim reġjonali l-ġdid

52

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2382 tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-alfa-galaktożidażi (KE 3.2.1.22) prodott minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u tal-endo-1,4-beta-glukanażi (KE 3.2.1.4) prodott minn Aspergillus niger (CBS 120604) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Kerry Ingredients and Flavours) ( 1 )

54

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2383 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 fir-rigward tal-lista ta' għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali suġġetti għal żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ( 1 )

57

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2384 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jtemm il-proċediment għall-importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw fil-Brażil wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

63

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2385 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa

91

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2386 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jagħmel l-importazzjonijiet ta' vireg tal-azzar għar-rinfurzar tal-konkrit li jifilħu għal ħafna reħja li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni

111

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2387 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

114

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2388 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Diċembru 2015 u li jistipula l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 533/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur

116

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2389 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Diċembru 2015 u li jistabbilixxi l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur

119

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2390 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jiffissal-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandha tapplika għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mill-1 sas-7 ta' Diċembru 2015 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2078 għal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Ukrajna

122

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2391 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 539/2007 fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd

124

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2392 tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam ma' rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti ta' ksur attwali jew potenzjali ta' dan ir-Regolament

126

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/2393 tat-8 ta' Diċembru 2015 li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill

133

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2394 tat-8 ta' Diċembru 2015 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed mill-Istati Membri f'isem l-Unjoni Ewropea, fir-rigward tad-deċiżjonijiet li trid tadotta l-Kummissjoni Permanenti tal-Eurocontrol, rigward ir-rwoli u l-kompiti tal-Eurocontrol u dwar is-servizzi ċentralizzati

136

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2395 tal-10 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2010/99/UE li tawtorizza lir-Repubblika tal-Litwanja biex testendi l-applikazzjoni ta' miżura ta' deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

140

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2396 tal-10 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2009/1008/UE li tawtorizza lir-Repubblika tal-Latvja biex testendi l-applikazzjoni ta' miżura ta' deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

142

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2397 tas-16 ta' Diċembru 2015 li taħtar membru Spanjol u membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni

144

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2398 tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni relatata ma' applikazzjoni għal faċilità li tinsab f'pajjiż terz għall-inklużjoni fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet għar-riċiklaġġ tal-bastimenti ( 1 )

145

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1835 tat-12 ta' Ottubru 2015 li tiddefinixxi l-istatut, is-sede u r-regoli operazzjonali tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża ( ĠU L 266, 13.10.2015 )

156

 

*

Rettifika għal-Linja Gwida (UE) 2015/1938 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta' Awwissu 2015 li jemenda l-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/27) ( ĠU L 282, 28.10.2015 )

158

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/1


DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2015/2376

tat-8 ta' Diċembru 2015

li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 115 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (3),

Filwaqt li jaġixxi f'konformità ma' proċedura leġislattiva speċjali,

Billi:

(1)

L-isfida ppreżentata mill-evitar tat-taxxa, l-ippjanar aggressiv tat-taxxa u l-kompetizzjoni dannuża b'rabta mat-taxxa transkonfinali żdiedet b'mod konsiderevoli u saret punt fokali ta' tħassib fl-Unjoni u fil-livell globali. L-erożjoni tal-bażi tat-taxxa qed tnaqqas id-dħul nazzjonali mit-taxxi b'mod konsiderevoli, u dan ifixkel lill-Istati Membri fl-applikazzjoni ta' politiki fiskali li jgħinu fit-tkabbir. Il-ħruġ ta' deċiżjonijiet tat-taxxa bil-quddiem, li jiffaċilitaw l-applikazzjoni konsistenti u trasparenti tal-liġi, hija prattika komuni, inkluż fl-Unjoni. Billi tipprovdi ċertezza għan-negozju, il-kjarifika tal-liġi fiskali għall-kontribwenti tista' tħeġġeġ l-investiment u l-konformità mal-liġi u għalhekk tista' twassal għall-objettiv ta' żvilupp ulterjuri fis-suq uniku fl-Unjoni abbażi tal-prinċipji u l-libertajiet li jirfdu t-Trattati. Madankollu, id-deċiżjonijiet dwar l-istrutturi mmexxija mit-taxxa, f'ċertu każijiet, wasslu għal livell baxx ta' tassazzjoni ta' ammonti artifiċjalment għoljin ta' dħul fil-pajjiż li joħroġ, jemenda jew iġedded id-deċiżjoni antiċipata u ħallew ammonti artifiċjalment baxxi ta' dħul biex jiġu intaxxati f'xi pajjiżi oħra involuti. Għalhekk, hija meħtieġa żieda fit-trasparenza b'mod urġenti. Sabiex jinkiseb dan, jeħtieġ li jissaħħu l-għodod u l-mekkaniżmi stabbiliti bid-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE (4).

(2)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill Ewropew enfasizza l-ħtieġa urġenti biex isir progress fl-isforzi għall-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, kemm fil-livell globali u kif ukoll f'dak tal-Unjoni. Filwaqt li enfasizza l-importanza tat-trasparenza, il-Kunsill Ewropew laqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tressaq proposta dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar deċiżjonijiet b'rabta mat-taxxa fl-Unjoni.

(3)

Id-Direttiva 2011/16/UE tipprevedi l-iskambju spontanju u obbligatorju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri f'ħames każijiet speċifiċi u f'ċerti limiti ta' żmien. L-iskambju spontanju ta' informazzjoni f'każijiet fejn l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru wieħed ikollha raġunijiet biex taħseb li jista' jkun hemm telf ta' taxxa fi Stat Membru ieħor diġà japplika għad-deċiżjonijiet b'rabta mat-taxxa li Stat Membru joħroġ, jemenda jew iġedded lil kontribwent speċifiku f'dak li għandu x'jaqsam mal-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet tat-taxxa fil-futur u li għandhom dimensjoni transkonfinali.

(4)

Madankollu, l-iskambju effiċjenti u spontanju ta' informazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mad-deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u mal-arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment huwa mxekkel minn diversi diffikultajiet prattiċi u importanti bħad-diskrezzjoni permessa lill-Istat Membru emittenti li jiddeċiedi liema mill-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu infurmati. Għaldaqstant, l-informazzjoni skambjata għandha, fejn xieraq, tkun aċċessibbli għall-Istati Membri l-oħra kollha.

(5)

L-ambitu tal-iskambju awtomatiku ta' deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment, maħruġa, emendati jew imġedda lil persuna partikolari jew grupp ta' persuni li dik il-persuna jew grupp ta' persuni huwa intitolat li jinvoka, għandu jkopri kwalunkwe forma materjali (irrispettivament min-natura vinkolanti jew mhux vinkolanti tagħhom u l-mod li bih jinħarġu).

(6)

Għall-iskopijiet ta' ċertezza legali, id-Direttiva 2011/16/UE għandha tiġi emendata bl-inklużjoni ta' definizzjoni adatta ta' deċiżjoni antiċipata transkonfinali u arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment. L-ambitu ta' dawn id-definizzjonijiet għandu jkun ġenerali biżżejjed biex ikopri firxa wiesgħa ta' sitwazzjonijiet, inkluż iżda mhux limitat għat-tipi li ġejjin ta' deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment:

arranġamenti u/jew deċiżjonijiet unilaterali preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment;

arranġamenti u/jew deċiżjonijiet bilaterali jew multilaterali preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment;

arranġamenti jew deċiżjonijiet li jiddeterminaw l-eżistenza jew in-nuqqas ta' stabbiliment permanenti;

arranġamenti jew deċiżjonijiet li jiddeterminaw l-eżistenza jew in-nuqqas ta' fatti b'impatt potenzjali fuq il-bażi tat-taxxa ta' stabbiliment permanenti;

arranġamenti jew deċiżjonijiet li jiddeterminaw l-istatus tat-taxxa ta' entità ibrida fi Stat Membru wieħed b'rabta ma' resident ta' ġurisdizzjoni oħra;

kif ukoll arranġamenti jew deċiżjonijiet fuq bażi ta' valutazzjoni għat-tniżżil fil-valur ta' ass fi Stat Membru wieħed li jinkiseb minn kumpannija fi grupp f'ġurisdizzjoni oħra.

(7)

Il-kontribwenti huma intitolati li jinvokaw deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali jew arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment waqt, pereżempju, proċessi tat-tassazzjoni jew awditi tat-taxxa bil-kondizzjoni li l-fatti li fuqhom huma bbażati d-deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali jew l-arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment ikunu ġew ippreżentati biċ-ċar u li l-kontribwenti jirrispettaw it-termini tad-deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali jew tal-arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment.

(8)

L-Istati Membri ser jagħmlu skambju ta' informazzjoni irrispettivament minn jekk il-kontribwent jirrispettax it-termini tad-deċiżjoni antiċipata transkonfinali jew l-arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment.

(9)

L-għoti ta' informazzjoni m'għandux iwassal għall-iżvelar ta' sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta' proċess kummerċjali, jew l-iżvelar ta' informazzjoni li jmur kontra l-ordni pubbliku.

(10)

Sabiex jinkisbu l-benefiċċji tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju tad-deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u tal-arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment, l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata minnufih wara li dawn jinħarġu, jiġu emendati jew jiġġeddu, u għalhekk għandhom jiġu stabbiliti intervalli regolari għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni. Għall-istess raġunijiet, huwa adatt ukoll li jiġi previst skambju awtomatiku u obbligatorju ta' deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali jew arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment li nħarġu, ġew emendati jew iġġeddu f'perijodu li jibda minn ħames snin qabel id-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u li għadhom validi fl-1 ta' Jannar 2014. Madankollu, il-persuni partikolari jew gruppi ta' persuni b'fatturat nett annwali fil-grupp kollu ta' inqas minn EUR 40 000 000 jistgħu jiġu esklużi, taħt ċerti kondizzjonijiet, minn tali skambju awtomatiku u obbligatorju.

(11)

Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, huwa adatt, taħt sett ta' kondizzjonijiet stretti ħafna, li jiġu esklużi mill-iskambju awtomatiku obbligatorju arranġamenti bilaterali jew multilaterali preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment ma' pajjiżi terzi li jsegwu l-qafas tat-trattati internazzjonali eżistenti ma' dawk il-pajjiżi, fejn id-dispożizzjonijiet ta' dawk it-trattati ma jippermettux l-iżvelar ta' informazzjoni li tkun waslet taħt dak it-trattat lil pajjiż terz. Madankollu, f'dawn il-każijiet, għandha minflok tiġi skambjata l-informazzjoni identifikata fil-paragrafu 6 tal-Artikolu 8a b'rabta mat-talbiet li jwasslu għall-ħruġ ta' tali arranġamenti bilaterali jew multilaterali preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment. Għalhekk, f'każijiet bħal dawn, l-informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata għandha tinkludi l-indikatur li qed tingħata abbażi ta' talba bħal din.

(12)

L-iskambju awtomatiku u obbligatorju tad-deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u tal-arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment għandhom f'kull każ jinkludu l-komunikazzjoni ta' sett stabbilit ta' informazzjoni bażika li tkun aċċessibbli għall-Istati Membri kollha. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta l-arranġamenti prattiċi li hemm bżonn biex tistandardizza l-komunikazzjoni ta' informazzjoni ta' dan it-tip skont il-proċedura stabbilita fid-Direttiva 2011/16/UE (li tinvolvi l-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva għat-Tassazzjoni) għall-istabbiliment ta' formola standard li għandha tintuża għall-iskambju ta' informazzjoni. Dik il-proċedura għandha tintuża wkoll fl-adozzjoni ta' aktar arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni, bħall-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti lingwistiċi li jkunu applikabbli għall-iskambju tal-informazzjoni bl-użu ta' dik il-formola standard.

(13)

Fl-iżvilupp ta' tali formola standard għall-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni, huwa adatt li jittieħed kont tal-ħidma li saret mill-Forum dwar Prattiki Dannużi ta' Tassazzjoni tal-OECD, fejn formola standard għall-iskambju ta' informazzjoni qed tiġi żviluppata, fil-kuntest tal-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u t-Trasferiment tal-Profitti. Huwa wkoll adatt li ssir ħidma mill-qrib mal-OECD, b'mod koordinat u mhux biss fil-qasam tal-iżvilupp ta' tali formola standard għall-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni. L-għan aħħari għandu jkun kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni globali, fejn l-Unjoni għandu jkollha rwol ta' tmexxija billi tippromwovi l-fatt li dak l-ambitu ta' informazzjoni dwar deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet li għandha tiġi skambjata awtomatikament għandu jkun pjuttost wiesa'.

(14)

L-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni bażika, u sett limitat ta' informazzjoni bażika għandu wkoll jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni. Dan għandu jippermetti lill-Kummissjoni biex tkun tista' tissorvelja u tevalwa l-applikazzjoni effettiva tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u l-arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment f'kull ħin. L-informazzjoni li tasal mill-Kummissjoni m'għandhiex, madankollu, tintuża għal xi skop ieħor. Barra dan, komunikazzjoni ta' dan it-tip ma teżonerax lil xi Stat Membru mill-obbligi tiegħu li jinnotifika kull għajnuna mill-Istat lill-Kummissjoni.

(15)

Il-feedback mingħand l-Istat Membru li jkun qed jirċievi l-informazzjoni lill-Istat Membru li jibgħatha huwa element bżonnjuż tat-tħaddim ta' sistema effettiva ta' skambju awtomatiku tal-informazzjoni. Huwa għalhekk adatt li jiġi sottolinjat li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom, darba fis-sena, jibagħtu feedback dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati. Fil-prattika, dan il-feedback mandatorju għandu jsir b'arranġamenti maqbula b'mod bilaterali.

(16)

Fejn ikun meħtieġ, skont l-istadju tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni skont din id-Direttiva, Stat Membru għandu jkun jista' jinvoka l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2011/16/UE f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambju ta' informazzjoni dwar talba biex tinkiseb informazzjoni addizzjonali, inkluż it-test sħiħ tad-deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u l-arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment mill-Istat Membru li jkunu ħarġu deċiżjonijiet jew arranġamenti ta' dan it-tip.

(17)

Huwa adatt li jiġi mfakkar li l-Artikolu 21(4) tad-Direttiva 2011/16/UE tirregola r-rekwiżiti tal-lingwa u tat-traduzzjoni applikabbli għat-talbiet għal kooperazzjoni, inklużi talbiet għal notifika, u d-dokumenti mehmuża. Dik ir-regola għandha tkun applikabbli wkoll f'każijiet fejn l-Istati Membri jitolbu informazzjoni addizzjonali, skont l-istadju tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni bażika dwar deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u l-arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment.

(18)

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri raġonevoli kollha meħtieġa sabiex iwarrbu kull ostaklu li jista' jfixkel l-iskambju awtomatiku u obbligatorju effettiv u l-aktar wiesgħa possibbli ta' informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u l-arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment.

(19)

Sabiex jitjieb l-użu effiċjenti tar-riżorsi, ikun iffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni u tiġi evitata l-ħtieġa li kull Stat Membru jagħmel żviluppi simili għas-sistemi tagħhom biex tinħażen l-informazzjoni, għandu jkun hemm dispożizzjoni speċifika għall-istabbiliment ta' direttorju ċentrali, aċċessibbli għall-Istati Membri kollha u għall-Kummissjoni, li fih l-Istati Membri jkunu jistgħu itellgħu u jaħżnu l-informazzjoni minflok ma jiskambjaw dik l-informazzjoni permezz tal-e-Mail sekurizzat. L-arranġamenti prattiċi meħtieġa għall-istabbiliment ta' direttorju bħal dan għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2) tad-Direttiva 2011/16/UE.

(20)

Meta wieħed jikkunsidra n-natura u l-firxa tat-tibdiliet introdotti bid-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE (5) u din id-Direttiva, il-perijodu ta' żmien għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni, l-istatistika u r-rapporti previst skont id-Direttiva 2011/16/UE għandu jiġi estiż. Estensjoni bħal din għandha tiggarantixxi li l-informazzjoni li trid tingħata tista' tirrifletti l-esperjenza li tirriżulta minn dawn il-bidliet. L-estensjoni għandha tapplika kemm għall-istatistika kif ukoll għal informazzjoni oħra li jridu jiġu ppreżentati mill-Istati Membri qabel l-1 ta' Jannar 2018 u għar-rapport u, jekk ikun hemm bżonn għall-proposta li trid tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Jannar 2019.

(21)

Id-dispożizzjonijiet eżistenti dwar il-kunfidenzjalità għandhom jiġu emendati biex jirriflettu l-estensjoni tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni għad-deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u l-arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment.

(22)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiggarantixxi rispett totali għad-dritt tal-protezzjoni tad-data personali u tal-libertà li wieħed imexxi negozju.

(23)

Minħabba li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-kooperazzjoni amministrattiva effiċjenti bejn l-Istati Membri skont kondizzjonijiet kompatibbli mat-tħaddim tajjeb tas-suq intern, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista', minħabba l-uniformità u l-effikaċja meħtieġa, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(24)

Id-Direttiva 2011/16/UE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2011/16/UE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“9.

‘skambju awtomatiku’ tfisser,

(a)

għall-finijiet tal-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 8a, il-komunikazzjoni sistematika ta' informazzjoni definita minn qabel lil Stat Membru ieħor, mingħajr talba minn qabel, f'intervalli regolari stabbiliti minn qabel. Għall-finijiet tal-Artikolu 8(1), referenza għal informazzjoni disponibbli għandha x'taqsam mal informazzjoni fil-fajls dwar it-taxxa tal-Istat Membru li jkun qed jikkomunika l-informazzjoni, li tista' tiġi rkuprata f'konformità mal-proċeduri għall-ġbir u l-ipproċessar tal-informazzjoni f'dak l-Istat Membru;

(b)

għall-finijiet tal-Artikolu 8(3a), il-komunikazzjoni sistematika ta' informazzjoni definita minn qabel dwar residenti fi Stati Membri oħrajn lill-Istat Membru rilevanti ta' residenza mingħajr talba minn qabel, f'intervalli regolari stabbiliti minn qabel. Fil-kuntest tal-Artikolu 8(3a), l-Artikolu 8(7a), l-Artikolu 21(2) u l-Artikolu 25(2) u (3) kull terminu kapitalizzat għandu jkollu t-tifsira li għandu skont id-definizzjonijiet korrispondenti stipulati fl-Anness I;

(c)

għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet kollha ta' din d-Direttiva minbarra l-Artikoli 8(1), 8(3a) u 8a, il-komunikazzjoni sistematika ta' informazzjoni definita minn qabel mogħtija skont il-punti (a) u (b) ta' dan il-punt;”;

(b)

Jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“14.

‘deċiżjoni antiċipata transkonfinali’ tfisser kull ftehim, komunikazzjoni, jew kull strument jew azzjoni oħra b'effetti simili, inkluża deċiżjoni maħruġa, emendata jew imġedda fil-kuntest ta' awditu tat-taxxa, u li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tkun maħruġa, emendata jew imġedda minn, jew f'isem, il-gvern jew l-awtorità tat-taxxa ta' Stat Membru jew is-subdiviżjonijiet territorjali jew amministrattivi tal-Istat Membru, inklużi l-awtoritajiet lokali, irrispettivament minn jekk din tintużax b'mod effettiv;

(b)

tkun maħruġa, emendata jew imġedda, għal persuna partikolari jew grupp ta' persuni, u li dik il-persuna jew grupp ta' persuni huwa intitolat li jinvoka;

(c)

tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dispożizzjoni legali jew amministrattiva dwar l-amministrazzjoni jew l-infurzar tal-liġijiet nazzjonali relatati mat-taxxi tal-Istat Membru, jew is-subdiviżjonijiet territorjali jew amministrattivi tal-Istat Membru, inklużi l-awtoritajiet lokali;

(d)

tkun relatata ma' transazzjoni transkonfinali jew mal-kwistjoni dwar jekk l-attivitajiet imwettqa minn persuna f'ġurisdizzjoni oħra joħolqux stabbiliment permanenti jew le; u

(e)

issir qabel it-transazzjonijiet jew l-attivitajiet f'ġurisdizzjoni oħra li potenzjalment joħolqu stabbiliment permanenti jew qabel il-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni tat-taxxa li tkopri l-perijodu li fih it-transazzjoni jew is-serje ta' transazzjonijiet jew attivitajiet ikunu seħħew.

It-transazzjoni transkonfinali tista' tinvolvi t-twettiq ta' investimenti, il-provvista ta' prodotti, servizzi, finanzi jew l-użu ta' assi tanġibbli jew intanġibbli, iżda mhix ristretta għal dawn biss u tista' ma tinvolvix direttament lill-persuna li tirċievi d-deċiżjoni antiċipata transkonfinali;

15.

‘arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment’ tfisser kull ftehim, komunikazzjoni jew kwalunkwe strument jew azzjoni oħra b'effetti simili, inkluż arranġament maħruġ, emendat jew imġedded fil-kuntest ta' awditu tat-taxxa, u li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikun maħruġ, emendat jew imġedded minn, jew f'isem, il-gvern jew l-awtorità tat-taxxa ta' Stat Membru wieħed jew aktar, inkluż kull subdiviżjoni territorjali jew amministrattiv tiegħu, inklużi l-awtoritajiet lokali, irrispettivament minn jekk dan jintużax b'mod effettiv;

(b)

ikun maħruġ, emendat jew imġedded, għal persuna partikolari jew grupp ta' persuni, u li dik il-persuna jew grupp ta' persuni huwa intitolat li jinvoka; u

(c)

jiddetermina b'mod antiċipat għat-transazzjonijiet transkonfinali bejn intrapriżi assoċjati, sett xieraq ta' kriterji għad-determinazzjoni tal-ipprezzar tat-trasferimenti għal dawk it-transazzjonijiet jew jiddetermina l-attribuzzjoni tal-profitti għal stabbiliment permanenti.

L-intrapriżi huma intrapriżi assoċjati meta intrapriża waħda li tipparteċipa direttament jew indirettament fil-ġestjoni, il-kontroll jew il-kapital ta' intrapriża oħra jew l-istess persuni jipparteċipaw, direttament jew indirettament, fil-ġestjoni, il-kontroll jew il-kapital tal-intrapriżi.

Il-prezzijiet ta' trasferiment huma l-prezzijiet li bihom intrapriża tittrasferixxi prodotti fiżiċi u proprjetà intanġibbli jew tipprovdi servizzi lil intrapriżi assoċjati, u ‘l-ipprezzar ta' trasferimenti’ għandu jiġi interpretat skont dan;

16.

Għall-fini tal-punt 14 ‘transazzjoni transkonfinali’ tfisser transazzjoni jew serje ta' transazzjonijiet fejn:

(a)

mhux il-partijiet kollha għat-transazzjoni jew għas-serje ta' transazzjonijiet ikunu residenti għal finijiet tat-taxxa fl-Istat Membru li joħroġ, jemenda jew iġedded id-deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali;

(b)

kwalunkwe waħda mill-partijiet għat-transazzjoni jew għas-serje ta' transazzjonijiet tkun simultanjament residenti għal finijiet ta' taxxa f'aktar minn ġurisdizzjoni waħda;

(c)

waħda mill-partijiet għat-transazzjoni jew għas-serje ta' transazzjonijiet twettaq negozju f'ġurisdizzjoni oħra permezz ta' stabbiliment permanenti u t-transazzjoni jew is-serje ta' transazzjonijiet tifforma parti jew it-totalità tan-negozju tal-istabbiliment permanenti. transazzjoni jew serje ta' transazzjonijiet transkonfinali għandha tinkludi wkoll arranġamenti magħmula minn persuna fir-rigward ta' attivitajiet ta' negozju f'ġurisdizzjoni oħra li dik il-persuna twettaq permezz ta' stabbiliment permanenti; jew

(d)

tali transazzjonijiet jew serje ta' transazzjonijiet ikollhom impatt transkonfinali.

Għall-fini tal-punt 15, ‘transazzjoni transkonfinali’ tfisser transazzjoni jew serje ta' transazzjonijiet li jinvolvu intrapriżi assoċjati li mhux kollha jkunu residenti għall-finijiet tat-taxxa fit-territorju ta' ġurisdizzjoni waħda jew transazzjoni jew serje ta' transazzjonijiet li jkollhom impatt transkonfinali.

17.

Għall-fini tal-punt 15 u 16, ‘intrapriża’ tfisser kwalunkwe forma ta' eżerċizzju ta' negozju.”;

(2)

Fl-Artikolu 8, il-paragrafi 4 u 5 huma mħassra.

(3)

Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 8a

Kamp ta' applikazzjoni u kondizzjonijiet għall-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni dwar deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment

1.   L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru fejn tkun ħarġet, ġiet emendata jew imġedda deċiżjoni antiċipata transkonfinali jew arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment wara l-31 ta' Diċembru 2016 għandha, permezz ta' skambju awtomatiku, tikkomunika l-informazzjoni dwar dan lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha kif ukoll lill-Kummissjoni Ewropea, bil-limitazzjoni tal-każijiet stipulati fil-paragrafu 8b ta' dan l-Artikolu, f'konformità mal-arranġamenti prattiċi applikabbli adottati bis-saħħa tal-Artikolu 21.

2.   L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru għandha, f'konformità mal-arranġamenti prattiċi applikabbli adottati bis-saħħa tal-Artikolu 21, tikkomunika informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha kif ukoll lill-Kummissjoni Ewropea, bil-limitazzjoni tal-każijiet stipulati fil-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu, dwar deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment maħruġa, emendati jew imġedda fi żmien perijodu li jibda ħames snin qabel l-1 ta' Jannar 2017.

Jekk jinħarġu, jiġu emendati jew jiġġeddu deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment bejn l-1 ta' Jannar 2012 u l-31 ta' Diċembru 2013, għandha ssir komunikazzjoni ta' dan it-tip bil-kondizzjoni li kienu għadhom validi fl-1 ta' Jannar 2014.

Jekk jinħarġu, jiġu emendati jew jiġġeddu deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment, bejn l-1 ta' Jannar 2014 u l-31 ta' Diċembru 2016, għandha ssir komunikazzjoni ta' dan it-tip irrispettivament minn jekk dawn ikunux għadhom validi.

L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-komunikazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu, informazzjoni dwar deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment maħruġa, emendati jew imġedda qabel l-1 ta' April 2016 għal persuna partikolari jew grupp ta' persuni, esklużi dawk li jwettqu prinċipalment attivitajiet finanzjarji jew tal-investiment, li bħala grupp ikollu fatturat nett annwali, kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), ta' inqas minn EUR 40 000 000 (jew l-ammont ekwivalenti f'kwalunkwe munita oħra) fis-sena fiskali ta' qabel id-data tal-ħruġ, emenda jew tiġdid ta' dawk id-deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment.

3.   Arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment bilaterali jew multilaterali ma' pajjiżi terzi għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni skont dan l-Artikolu fejn il-ftehim internazzjonali dwar it-taxxa li skontu kien ġie nnegozjat l-arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment ma jippermettix l-iżvelar tiegħu lil partijiet terzi. Dawn l-arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment bilaterali jew multilaterali ser jiġu skambjati skont l-Artikolu 9, fejn il-ftehim internazzjonali dwar it-taxxa li skontu l-arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment kien ġie nnegozjat jippermetti l-iżvelar tagħha, u l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz tagħti permess biex l-informazzjoni tiġi żvelata.

Madankollu, fejn l-arranġamenti preliminari bilaterali jew multilaterali ta' prezzijiet ta' trasferiment jiġu esklużi mill-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni skont l-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-informazzjoni identifikata fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu msemmija fit-talba li wasslet għall-ħruġ ta' dan l-arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment bilaterali jew multilaterali għandha minflok tiġi skambjata skont il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

4.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw f'każ fejn deċiżjoni antiċipata transkonfinali tikkonċerna u tinvolvi esklużivament l-affarijiet fiskali ta' persuna fiżika waħda jew aktar.

5.   L-iskambju ta' informazzjoni għandu jsir kif ġej:

(a)

fir-rigward tal-informazzjoni skambjata skont il-paragrafu 1-fi żmien tliet xhur wara li jkun intemm in-nofs tas-sena kalendarja li matulha jkunu ħarġu, ġew emendati jew imġedda d-deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali jew l-arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment;

(b)

f'dak li għandu x'jaqsam mal-informazzjoni skambjata skont il-paragrafu 2 — qabel l-1 ta' Jannar 2018.

6.   L-informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata minn Stat Membru skont il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

l-identifikazzjoni tal-persuna, għajr persuna fiżika, u fejn xieraq il-grupp ta' persuni, li għaliha tappartjeni;

(b)

sommarju tal-kontenut tad-deċiżjoni antiċipata transkonfinali jew arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment, inkluża deskrizzjoni tal-attivitajiet rilevanti ta' negozju jew transazzjonijiet jew serje ta' transazzjonijiet provduti f'termini astratti, mingħajr ma jirriżulta fl-iżvelar ta' sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta' proċess kummerċjali, jew ta' informazzjoni li l-iżvelar tagħha jmur kontra l-ordni pubbliku;

(c)

id-dati tal-ħruġ, emenda jew tiġdid tad-deċiżjoni antiċipata transkonfinali jew arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment;

(d)

id-data tal-bidu tal-perijodu tal-validità tad-deċiżjoni antiċipata transkonfinali jew arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment, jekk tkun speċifikata;

(e)

id-data ta' tmiem il-perijodu ta' validità tad-deċiżjoni antiċipata transkonfinali jew arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment, jekk speċifikata;

(f)

it-tip tad-deċiżjoni antiċipata transkonfinali jew arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment;

(g)

l-ammont tat-transazzjoni jew serje ta' transazzjonijiet tad-deċiżjoni antiċipata transkonfinali jew arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment jekk tali ammont ikun imsemmi fid-deċiżjoni antiċipata transkonfinali jew arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment;

(h)

id-deskrizzjoni tas-sett ta' kriterji użati biex jiġi stabbilit l-ipprezzar ta' trasferiment jew il-prezz tat-trasferiment innifsu fil-każ ta' arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment;

(i)

l-identifikazzjoni tal-metodu użat biex jiġi stabbilit l-ipprezzar tat-trasferiment jew il-prezz tat-trasferiment innifsu fil-każ ta' arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment;

(j)

l-identifikazzjoni tal-Istati Membri l-oħra, jekk hemm, li x'aktarx ikunu kkonċernati mid-deċiżjoni antiċipata transkonfinali jew arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment;

(k)

l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe persuna, għajr persuna fiżika, fl-Istati Membri l-oħra, jekk hemm, li x'aktarx ikunu milquta mid-deċiżjoni antiċipata transkonfinali jew arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment (fejn għandu jiġi indikat ma' liema Stati Membri l-persuni milquta huma marbuta); u

(l)

l-indikazzjoni jekk l-informazzjoni kkomunikata hijiex ibbażata fuq deċiżjoni antiċipata transkonfinali jew fuq arranġament antiċipat dwar il-prezzijiet innifsu jew wara t-talba msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

7.   Biex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta l-arranġamenti prattiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi miżuri biex jiġu standardizzati l-komunikazzjoni tal-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, bħala parti mill-proċedura li tistabbilixxi l-formola standard prevista fl-Artikolu 20(5).

8.   L-informazzjoni kif definita skont il-punti (a), (b), (h) u (k) tal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu ma għandhiex tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni Ewropea.

9.   L-awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, identifikata skont il-paragrafu 6(j), għandha tikkonferma mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn sebat ijiem tax-xogħol, u jekk possibbli permezz ta' mezzi elettroniċi, il-wasla tal-informazzjoni lill-awtorità kompetenti li tkun provdiet l-informazzjoni. Din il-miżura għandha tkun applikabbli sakemm id-direttorju msemmi fl-Artikolu 21(5) isir operattiv.

10.   L-Istati Membri jistgħu, f'konformità mal-Artikolu 5, u wara li jkunu kkunsidraw l-Artikolu 21(4), jitolbu informazzjoni addizzjonali, inkluż it-test sħiħ ta' deċiżjoni antiċipata transkonfinali jew arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment.

Artikolu 8b

Statistika dwar skambji awtomatiċi

1.   Qabel l-1 ta' Jannar 2018, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni fuq bażi annwali bi statistika dwar il-volum ta' skambji awtomatiċi skont l-Artikoli 8 u 8a u, sa fejn ikun possibbli, b'informazzjoni dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji amministrattivi u oħrajn rilevanti relatati mal-iskambji li jkunu saru u kull bidla potenzjali oħra, kemm għall-amministrazzjonijiet fiskali kif ukoll għall-partijiet terzi.

2.   Qabel l-1 ta' Jannar 2019, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jagħti ħarsa ġenerali u valutazzjoni tal-istatistika u l-informazzjoni riċevuta skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dwar kwistjonijiet bħall-ispejjeż u l-benefiċċji amministrattivi u oħrajn rilevanti tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni, kif ukoll aspetti prattiċi marbuta ma' dawn. Jekk xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Kunsill dwar il-kategoriji u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(1), inkluża l-kondizzjoni li l-informazzjoni li tikkonċerna lil residenti fi Stati Membri oħra trid tkun disponibbli, jew il-partiti msemmija fl-Artikolu 8(3a) jew it-tnejn li huma.

Meta jkun qed jeżamina proposta ppreżentata mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jivvaluta t-tisħiħ ulterjuri tal-effiċjenza u l-funzjonament tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni u t-titjib tal-istandard tiegħu, bil-għan li jipprevedi li:

(a)

l-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha, permezz ta' skambju awtomatiku, tikkomunika lill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor, informazzjoni dwar perijodi taxxabbli mill-1 ta' Jannar 2019 li tikkonċerna residenti f'dak l-Istat Membru l-ieħor, dwar il-kategoriji kollha ta' dħul u ta' kapital elenkati fl-Artikolu 8(1), kif għandhom jinftiehmu skont il-leġislazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li jikkomunika l-informazzjoni; u

(b)

il-listi ta' kategoriji u partiti stabbiliti fl-Artikoli 8(1) u 8(3a) jiġu estiżi biex jinkludu kategoriji u partiti oħra, inklużi d-drittijiet dovuti għall-użu ta' proprjetà.

(*)  Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).”."

(4)

Fl-Artikolu 20, jinżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   Formola standard, inklużi arranġamenti lingwistiċi, għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2) qabel l-1 ta' Jannar 2017. L-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment skont l-Artikolu 8a għandu jsir bl-użu ta' dik il-formola standard. Din il-formola standard ma għandhiex teċċedi l-komponenti għall-iskambju tal-informazzjoni elenkati fl-Artikolu 8a(6) u oqsma oħra relatati marbuta ma' dawn il-komponenti meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi tal-Artikolu 8a.

L-arranġamenti lingwistiċi msemmija fl-ewwel subparagrafu m'għandhomx jipprekludu lill-Istati Membri milli jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8a fi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali u ta' ħidma tal-Unjoni. Madankollu, dawk l-arranġamenti lingwistiċi jistgħu jipprevedu li l-elementi ewlenin ta' din l-informazzjoni għandhom jintbagħtu wkoll f'xi lingwa uffiċjali u ta' ħidma oħra tal-Unjoni.”.

(5)

L-Artikolu 21 hu emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Persuni debitament akkreditati mill-Awtorità ta' Akkreditament ta' Sigurtà tal-Kummissjoni jista' jkollhom aċċess għal dik l-informazzjoni biss sa fejn tkun meħtieġa għall-kura, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tad-direttorju msemmi fil-paragrafu 5 u tan-netwerk komuni ta' komunikazzjoni (NKK).”;

(b)

jinżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2017, tiżviluppa u tipprovdi appoġġ tekniku u loġistiku għal direttorju ċentrali sikur tal-Istati Membri dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni fejn l-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata fil-qafas tal-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 8a għandha tiġi rreġistrata sabiex jiġi ssodisfat l-iskambju awtomatiku previst f'dawk il-paragrafi. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni rreġistrata f'dak id-direttorju. Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll aċċess għall-informazzjoni rreġistrata f'dak id-direttorju, iżda fil-limitazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8a(8). L-arranġamenti prattiċi meħtieġa għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).

Sakemm isir operattiv dak id-direttorju ċentrali sikur, l-iskambju awtomatiku previst fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 8a għandu jsir f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-arranġamenti prattiċi applikabbli.”.

(6)

L-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni valutazzjoni annwali dwar l-effettività tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 8 u fl-Artikolu 8a kif ukoll ir-riżultati prattiċi miksuba. Il-forma u l-kondizzjonijiet ta' komunikazzjoni ta' dik il-valutazzjoni annwali għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).”.

(b)

Il-paragrafi 5 u 6 huma mħassra.

(7)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 23a

Kunfidenzjalità tal-informazzjoni

1.   L-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni skont din id-Direttiva għandha tinżamm kunfidenzjali mill-Kummissjoni f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-awtoritajiet tal-Unjoni u ma jistgħux jintużaw għal kwalunkwe fini ieħor minn dawk meħtieġa biex jiġi ddeterminat jekk u sa liema punt l-Istati Membri jikkonformaw ma' din id-Direttiva.

2.   Informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni minn Stat Membru skont l-Artikolu 23, kif ukoll kwalunkwe rapport jew dokument prodott mill-Kummissjoni li juża tali informazzjoni, jistgħu jiġu trasmessi lil Stati Membri oħrajn. Tali informazzjoni trasmessa għandha tkun koperta bl-obbligu ta' segretezza uffiċjali u għandha tgawdi l-protezzjoni mogħtija lil informazzjoni simili skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jkun irċeviha.

Ir-rapporti u d-dokumenti prodotti mill-Kummissjoni, imsemmijin fl-ewwel subparagrafu, jistgħu jintużaw mill-Istati Membri biss għal finijiet analitiċi, u ma għandhomx jiġu ppubblikati jew ikunu disponibbli għal ebda persuna jew korp ieħor mingħajr il-qbil espliċitu tal-Kummissjoni.”.

(8)

Fl-Artikolu 25, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 japplika għal kull proċessar ta' data personali skont din id-Direttiva mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni. Madankollu, għall-fini tal-applikazzjoni korretta ta' din id-Direttiva, il-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi u d-drittijiet previsti fl-Artikolu 11, l-Artikolu 12(1), l-Artikoli 13 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 huwa ristrett għal dak li hemm bżonn biss sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 20(1) ta' dak ir-Regolament.”.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta' Diċembru 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta' Jannar 2017.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

P. GRAMEGNA


(1)  Opinjoni tas-27 ta' Ottubru 2015 (għandha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 332, 8.10.2015, p. 64.

(3)  Opinjoni tal-14 ta' Ottubru 2015 (għandha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).

(5)  Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE tad-9 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 1).


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2377

tas-26 ta' Ottubru 2015

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Palau dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 509/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) ittrasferixxa r-referenza għar-Repubblika ta' Palau mill-Anness I għall-Anness II tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 (2).

(2)

Dik ir-referenza għar-Repubblika ta' Palau hija akkumpanjata b'nota f'qiegħ il-paġna li tispeċifika li l-eżenzjoni mill-ħtieġa ta' viża għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar l-eżenzjoni mill-viża li għandu jiġi konkluż mal-Unjoni Ewropea.

(3)

Fid-9 ta' Ottubru 2014, il-Kunsill adotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mar-Repubblika ta' Palau għall-konklużjoni ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Palau dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (il-“Ftehim”).

(4)

In-negozjati fuq il-Ftehim ma' Palau nfetħu fis-17 ta' Diċembru 2014 u ġew iffinalizzati b'suċċess billi l-ftehim ġie inizjalat, permezz ta' skambju ta' ittri, fis-27 ta' Mejju 2015 mir-Repubblika ta' Palau u fl-10 ta' Ġunju 2015 mill-Unjoni.

(5)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat, u d-dikjarazzjonijiet mehmuża mal-Ftehim għandhom jiġu approvati, f'isem l-Unjoni. Il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja, mill-jum wara d-data tal-iffirmar tiegħu, sakemm jintemmu l-proċeduri għall-konklużjoni formali tiegħu.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li r-Renju Unit ma jieħux sehem fihom, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (3); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li l-Irlanda ma tieħux sehem fihom, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem f'adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Palau dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (il-“Ftehim”) huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.

It-test tal-Ftehim jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-dikjarazzjonijiet mehmuża ma' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu approvati f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

Artikolu 4

Il-Ftehim għandu japplika b'mod proviżorju mill-jum wara d-data tal-iffirmar tiegħu (5), sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għal konklużjoni tiegħu.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

C. DIESCHBOURG


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 509/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (ĠU L 149, 20. 5.2014, p. 67).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(5)  Id-data tal-iffirmar tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/13


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Palau dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni” jew “l-UE”, u

IR-REPUBBLIKA TA' PALAU, minn hawn 'il quddiem imsejħa “Palau”,

minn hawn 'il quddiem flimkien imsejħin il-“Partijiet Kontraenti”,

BIL-ĦSIEB li jiġu żviluppati ulterjorment relazzjonijiet ta' ħbiberija bejn il-Partijiet Kontraenti u bix-xewqa li jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar billi jiġi żgurat dħul u soġġorn għal perijodu qasir mingħajr viża għaċ-ċittadini tagħhom,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW ir-Regolament (UE) Nru 509/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dak ir-rekwiżit (1), billi, inter alia, jittrasferixxi 19-il pajjiż terz, inkluż Palau, fil-lista ta' pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati mill-ħtieġa tal-viża għal soġġorni qosra fl-Istati Membri,

FILWAQT LI HUMA KONXJI li l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 509/2014 jistipula li għal dawk id-19-il pajjiż, l-eżenzjoni mir-rekwiżit tal-viża għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar l-eżenzjoni mill-viża li għandu jiġi konkluż mal-Unjoni,

FILWAQT LI JIXTIEQU li jitħares il-prinċipju ta' trattament ugwali taċ-ċittadini kollha tal-UE,

FILWAQT LI JQISU li l-persuni li jivvjaġġaw bil-għan li jwettqu attività bi ħlas matul is-soġġorn qasir tagħhom mhumiex koperti b'dan il-Ftehim u għalhekk għal dik il-kategorija r-regoli rilevanti tal-liġi tal-Unjoni u tal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri u tal-liġi nazzjonali ta' Palau dwar l-obbligu jew l-eżenzjoni mill-viża u dwar l-aċċess għal impjieg jibqgħu japplikaw,

FILWAQT LI JQISU l-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u l-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u jikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim ma japplikawx għar-Renju Unit u l-Irlanda,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għan

Dan il-Ftehim jipprovdi għal vjaġġar mingħajr viża għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għaċ-ċittadini ta' Palau meta jivvjaġġaw lejn it-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra għal perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' dan il-Ftehim:

(a)

“Stat Membru” għandha tfisser kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda;

(b)

“ċittadin tal-Unjoni” għandha tfisser ċittadin ta' Stat Membru kif definit fil-punt (a);

(c)

“ċittadin ta' Palau” għandha tfisser kwalunkwe persuna li għandha ċ-ċittadinanza ta' Palau;

(d)

“żona Schengen” għandha tfisser iż-żona mingħajr fruntieri interni li tinkludi t-territorji tal-Istati Membri kif definit fil-punt (a) li japplikaw l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu.

Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Iċ-ċittadini tal-Unjoni li għandhom passaport ordinarju, diplomatiku, tas-servizz, uffiċjali jew speċjali, li hu validu u maħruġ minn Stat Membru, jistgħu jidħlu u jibqgħu mingħajr viża fit-territorju ta' Palau għall-perijodu ta' soġġorn kif definit fl-Artikolu 4(1).

Iċ-ċittadini ta' Palau li għandhom passaport ordinarju, diplomatiku, tas-servizz, uffiċjali jew speċjali, li hu validu u maħruġ minn Palau, jistgħu jidħlu u jibqgħu mingħajr viża fit-territorju tal-Istati Membri għall-perijodu tas-soġġorn kif definit fl-Artikolu 4(2).

2.   Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma japplikax għall-persuni li jivvjaġġaw bil-għan li jwettqu attività bi ħlas.

Għal dik il-kategorija ta' persuni, kull Stat Membru jista' jiddeċidi b'mod individwali li jimponi rekwiżit ta' viża fuq iċ-ċittadini ta' Palau jew li jirtiraha f'konformità mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 (2).

Għal dik il-kategorija ta' persuni, Palau jista' jiddeċiedi dwar ir-rekwiżit tal-viża jew l-eżenzjoni mill-viża għaċ-ċittadini ta' kull Stat Membru b'mod individwali f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu.

3.   L-eżenzjoni mill-viża pprovduta b'dan il-Ftehim tapplika mingħajr preġudizzju għal-liġijiet tal-Partijiet Kontraenti dwar il-kundizzjonijiet tad-dħul u tas-soġġorn qasir. L-Istati Membri u Palau jirriżervaw id-dritt li jirrifjutaw id-dħul u soġġorn qasir fit-territorji tagħhom jekk waħda jew aktar minn dawn il-kundizzjonijiet ma tintlaħaqx.

4.   L-eżenzjoni mill-viża tapplika irrispettivament mill-metodu ta' trasport użat biex jinqasmu l-fruntieri tal-Partijiet Kontraenti.

5.   Kwistjonijiet mhux koperti minn dan il-Ftehim għandhom ikunu koperti mil-liġi tal-Unjoni, mil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri u mil-liġi nazzjonali ta' Palau.

Artikolu 4

Tul ta' żmien tas-soġġorn

1.   Iċ-ċittadini tal-Unjoni jistgħu jibqgħu fit-territorju ta' Palau għal perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum.

2.   Iċ-ċittadini ta' Palau jistgħu jibqgħu fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu għal perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum. Dak il-perijodu għandu jiġi kkalkulat indipendentement minn kwalunkwe soġġorn fi Stat Membru li għadu ma japplikax l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu.

Iċ-ċittadini ta' Palau jistgħu jibqgħu għal perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum fit-territorju ta' kull Stat Membru li għadu ma japplikax l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu, indipendentement mill-perijodu tas-soġġorn ikkalkulat għat-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu.

3.   Dan il-Ftehim ma jaffettwax il-possibbiltà għal Palau u għall-Istati Membri biex jestendu l-perijodu tas-soġġorn għal aktar minn 90 jum f'konformità mal-liġijiet nazzjonali rispettivi tagħhom u l-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 5

Applikazzjoni territorjali

1.   Fir-rigward tar-Repubblika Franċiża, dan il-Ftehim għandu japplika biss għat-territorju Ewropew tar-Repubblika Franċiża.

2.   Fir-rigward tar-Renju tan-Netherlands, dan il-Ftehim għandu japplika biss għat-territorju Ewropew tan-Netherlands.

Artikolu 6

Kumitat Konġunt għall-ġestjoni tal-Ftehim

1.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jistabbilixxu Kumitat Konġunt ta' esperti (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat”), magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni u minn rappreżentanti ta' Palau. L-Unjoni għandha tkun irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea.

2.   Il-Kumitat għandu jkollu, inter alia, il-kompiti li ġejjin:

(a)

li jimmonitorja l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim;

(b)

li jissuġġerixxi emendi jew żidiet għal dan il-Ftehim;

(c)

li jsolvi tilwimiet li jqumu mill-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim.

3.   Il-Kumitat għandu jitlaqqa' kull meta jkun meħtieġ, fuq talba ta' waħda mill-Partijiet Kontraenti.

4.   Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli tal-proċedura tiegħu stess.

Artikolu 7

Relazzjoni bejn dan il-Ftehim ma' ftehimiet bilaterali eżistenti dwar l-eżenzjoni mill-viża bejn l-Istati Membri u Palau

Dan il-Ftehim għandu jkollu preċedenza fuq kwalunkwe ftehim jew arranġament bilaterali konkluż bejn l-Istati Membri individwali u Palau, sa fejn dawn ikopru kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 8

Dispożizzjonijiet finali

1.   Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti f'konformità mal-proċeduri interni rispettivi tagħhom u għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tal-aħħar waħda miż-żewġ notifiki li bihom il-Partijiet Kontraenti jinnotifikaw lil xulxin li dawk il-proċeduri jkunu tlestew.

Dan il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-jum wara d-data tal-iffirmar tiegħu.

2.   Dan il-Ftehim qed jiġi konkluż għal perijodu indefinit, kemm-il darba ma jintemmx f'konformità mal-paragrafu 5.

3.   Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat bi ftehim bil-miktub mill-Partijiet Kontraenti. L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ wara li l-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom li huma meħtieġa għal dan il-għan.

4.   Kull Parti Kontraenti tistà tissospendi l-Ftehim kollu jew parti minnu, b'mod partikolari, għal raġunijiet ta' politika pubblika, il-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali jew il-protezzjoni tas-saħħa pubblika, l-immigrazzjoni illegali jew l-introduzzjoni mill-ġdid tal-ħtieġa tal-viża minn kwalunkwe Parti Kontraenti. Id-deċiżjoni dwar is-sospensjoni għandha tiġi notifikata lill-Parti Kontraenti l-oħra mhux aktar tard minn xahrejn qabel id-dħul fis-seħħ ippjanat tagħha. Il-Parti Kontraenti li tkun issospendiet l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tgħarraf minnufih lill-Parti Kontraenti l-oħra f'każ li r-raġunijiet għas-sospensjoni ma jibqgħux jeżistu aktar u għandha tneħħi dik is-sospensjoni.

5.   Kull Parti Kontraenti tista' ttemm dan il-Ftehim billi tavża bil-miktub lill-Parti l-oħra. Dan il-Ftehim ma jibqax fis-seħħ 90 jum wara dik id-data.

6.   Palau jista' jissospendi jew itemm dan il-Ftehim biss fil-konfront tal-Istati Membri kollha.

7.   L-Unjoni tista' tissospendi jew ittemm dan il-Ftehim biss fil-konfront tal-Istati Membri kollha tagħha.

Magħmul f'żewġ kopji, fl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Kroat, Latvjan, Litwan, Malti, Netherlandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan u Ungeriż, fejn kull test huwa ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на седми декември две хиляди и петнадесета година.

Hecho en Bruselas, el siete de diciembre de dos mil quince.

V Bruselu dne sedmého prosince dva tisíce patnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den syvende december to tusind og femten.

Geschehen zu Brüssel am siebten Dezember zweitausendfünfzehn.

Kahe tuhande viieteistkümnenda aasta detsembrikuu seitsmendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις εφτά Δεκεμβρίου δύο χιλιάδες δεκαπέντε.

Done at Brussels on the seventh day of December in the year two thousand and fifteen.

Fait à Bruxelles, le sept décembre deux mille quinze.

Sastavljeno u Bruxellesu sedmog prosinca dvije tisuće petnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì sette dicembre duemilaquindici.

Briselē, divi tūkstoši piecpadsmitā gada septītajā decembrī.

Priimta du tūkstančiai penkioliktų metų gruodžio septintą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenötödik év december havának hetedik napján.

Magħmul fi Brussell, fis-seba jum ta’ Diċembru fis-sena elfejn u ħmistax.

Gedaan te Brussel, de zevende december tweeduizend vijftien.

Sporządzono w Brukseli dnia siódmego grudnia roku dwa tysiące piętnastego.

Feito em Bruxelas, em sete de dezembro de dois mil e quinze.

Întocmit la Bruxelles la șapte decembrie două mii cincisprezece.

V Bruseli siedmeho decembra dvetisíctridsať.

V Bruslju, dne sedmega decembra leta dva tisoč petnajst.

Tehty Brysselissä seitsemäntenä päivänä joulukuuta vuonna kaksituhattaviisitoista.

Som skedde i Bryssel den sjunde december år tjugohundrafemton.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

За Република Палау

Por la República de Palaos

Za Republiku Palau

For Republikken Palau

Für die Republik Palau

Belau Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία του Παλάου

For the Republic of Palau

Pour la République des Palaos

Za Republiku Palau

Per la Repubblica di Palau

Palau Republikas vārdā –

Palau Respublikos vardu

Palaui Köztársaság részéről

Għar-Repubblika ta' Palau

Voor de Republiek Palau

W imieniu Republiki Palau

Pela República de Palau

Pentru Republica Palau

Za Palauskú republiku

Za Republiko Palau

Palaun tasavallan puolesta

För Republiken Palau

Image


(1)  ĠU L 149, 20.5.2014, p. 67.

(2)  Regolament tal-Kunsilll (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1).


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA FIR-RIGWARD TAL-IŻLANDA, IN-NORVEĠJA, L-IŻVIZZERA U L-LIECHTENSTEIN

Il-Partijiet Kontraenti jirrimarkaw ir-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, b'mod partikolari bis-saħħa tal-Ftehimiet tat-18 ta' Mejju 1999 u tas-26 ta' Ottubru 2004 dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn il-pajjiżi mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen.

F'ċirkostanzi bħal dawn hu mixtieq li l-awtoritajiet tan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, min-naħa, u l-awtoritajiet ta' Palau, min-naħa l-oħra, jikkonkludu, mingħajr dewmien, ftehimiet bilaterali dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir f'termini simili għal dawk ta' dan il-Ftehim.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-INTERPRETAZZJONI TAL-KATEGORIJA TA' PERSUNI LI JIVVJAĠĠAW BIL-GĦAN LI JWETTQU ATTIVITÀ BI ĦLAS KIF PREVIST FL-ARTIKOLU 3(2) TA' DAN IL-FTEHIM

Xewqana li tkun żgurata interpretazzjoni komuni, il-Partijiet Kontraenti jaqblu li, għall-għan ta' dan il-Ftehim, il-kategorija ta' persuni li jwettqu attività bi ħlas tkopri l-persuni li jidħlu b'għan li jkollhom mestier bi qligħ jew attività b'remunerazzjoni fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra bħala impjegat jew fornitur ta' servizz.

Din il-kategorija ma għandhiex tkopri:

persuni tan-negozju, jiġifieri persuni li jivvjaġġaw b'għan ta' deliberazzjoni tan-negozju (mingħajr ma jkunu impjegati fil-pajjiż tal-Parti Kontraenti l-oħra),

persuni tal-isports jew artisti li jeżebixxu attività fuq bażi ad hoc,

ġurnalisti mibgħuta mill-midja tal-pajjiż ta' residenza tagħhom, u,

apprendisti intra-korporattivi.

L-implimentazzjoni ta' din id-Dikjarazzjoni għandha tkun immonitorjata mill-Kumitat Konġunt fi ħdan ir-responsabbiltà tiegħu skont l-Artikolu 6 ta' dan il-Ftehim, li jista' jipproponi modifiki meta, fuq il-bażi tal-esperjenzi tal-Partijiet Kontraenti, jikkunsidrah neċessarju.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-INTERPRETAZZJONI TAL-PERIJODU TA' 90 JUM FI KWALUNKWE PERIJODU TA' 180 JUM KIF STABBILIT FL-ARTIKOLU 4 TA' DAN IL-FTEHIM

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li l-perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum kif previst mill-Artikolu 4 ta' dan il-Ftehim ifisser soġġorn kontinwu jew bosta soġġorni konsekuttivi, li t-tul ta' żmien totali tagħhom ma jaqbiżx id-90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum.

Il-kunċett ta' “kwalunkwe” jimplika l-applikazzjoni ta' perijodu ta' referenza mobbli ta' 180 jum, billi wieħed iħares lura lejn kull ġurnata tas-soġġorn fl-aħħar perijodu ta'180 jum, sabiex jiġi vverifikat jekk ir-rekwiżit tad-90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum għadux jiġi ssodisfat. Inter alia, dan ifisser li assenza għal perijodu mhux interrott ta' 90 jum tippermetti li jkun hemm soġġorn ġdid ta' mhux aktar minn 90 jum.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA LIĊ-ĊITTADINI DWAR IL-FTEHIM DWAR L-EŻENZJONI MILL-VIŻA

Filwaqt li tkun rikonoxxuta l-importanza tat-trasparenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u Palau, il-Partijiet Kontraenti jiftiehmu li jiżguraw it-tixrid totali ta' informazzjoni dwar il-kontenut u tal-konsegwenzi tal-ftehim dwar l-eżenzjoni mill-viża u kwistjonijiet relatati, bħall-kundizzjonijiet għad-dħul fit-territorju.


REGOLAMENTI

18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/19


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2378

tal-15 ta' Diċembru 2015

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1156/2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 20(1), 3 u (4) u l-Artikolu 21(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/16/UE ssostitwixxiet id-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE (2). Saru numru ta' adattamenti importanti tar-regoli dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni, b'mod partikolari fejn jidħol l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri bil-għan li titjieb l-effiċjenza u l-effikaċja ta' skambju ta' informazzjoni transkonfinali.

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE (3) emendat id-Direttiva 2011/16/UE biex jiġi introdott l-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji u s-sett ta' regoli dwar ir-rappurtar u d-diliġenza dovuta relatati.

(3)

Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tal-qafas ġuridiku ġdid, id-Direttiva 2011/16/UE teħtieġ li ċerti regoli dwar formoli standard u formati elettroniċi u l-arranġamenti prattiċi dwar l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri jiġu adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1156/2012 (4) jistipula regoli dettaljati rigward il-formoli standard u l-formati kompjuterizzati li għandhom jintużaw b'rabta mad-Direttiva 2011/16/UE.

(4)

Meta wieħed iqis it-tibdiliet li għandhom isiru bil-għan li tiġi implimentata d-Direttiva 2011/16/UE u sabiex jitħaffef il-qari tal-att ta' implimentazzjoni, huwa xieraq li jitħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1156/2012 u li jiġu stabbiliti regoli konsolidati ġodda.

(5)

Sabiex l-iskambju ta' informazzjoni jiġi ffaċilitat, id-Direttiva 2011/16/UE titlob li tali skambju ta' informazzjoni skont dik id-Direttiva għandu jseħħ fuq il-bażi ta' formoli standard minbarra skambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni.

(6)

Il-formoli standard li għandhom jintużaw għandhom ikollhom numru ta' taqsimiet li huma diversifikati biżżejjed, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu faċilment jittrattaw il-każijiet rilevanti kollha, bl-użu tal-oqsma xierqa għal kull każ.

(7)

Għall-finijiet tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni, id-Direttiva 2011/16/UE teħtieġ lill-Kummissjoni tadotta kemm l-arranġamenti prattiċi kif ukoll il-format kompjuterizzat. Bil-ħsieb li tkun żgurata l-adegwatezza u l-utilità tal-informazzjoni skambjata u l-effiċjenza tal-iskambju nnifsu, għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati f'dan ir-rigward.

(8)

Il-kundizzjoni li l-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni dwar il-ħames kategoriji ta' dħul u kapital skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2011/16/UE ikun suġġett għad-disponibbiltà ta' informazzjoni tiġġustifika li l-format kompjuterizzat korrispondenti ma jkunx speċifikat lil hinn mil-livell tal-istruttura ġenerali u l-klassijiet ta' elementi li jikkomponu l-format kompjuterizzat, filwaqt li l-elementi dettaljati skambjati taħt kull waħda minn dawn il-klassijiet jibqgħu suġġetti għad-disponibbiltà tagħhom f'kull Stat Membru.

(9)

B'kont meħud li l-informazzjoni skambjata skont l-Artikolu 8(3a) tad-Direttiva 2011/16/UE għandha tiġi miġbura mill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti skont ir-regoli ta' rappurtar u ta' diliġenza dovuta applikabbli stabbiliti fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2011/16/UE u li l-iskambju huwa għaldaqstant mhux suġġett għall-kundizzjoni tad-disponibbiltà tal-informazzjoni, il-format kompjuterizzat li jrid jintuża għandu, għall-kuntrarju, jiġi estiż biex jinkludi l-inqas livell ta' dettall u jinkludi kull element, flimkien mal-karatteristiċi rilevanti tiegħu, jekk ikun hemm.

(10)

Skont id-Direttiva 2011/16/UE, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta b'mezz elettroniku permezz tan-Network tal-Komunikazzjoni Komuni (“CCN”) safejn hu possibbli. Meta jkun meħtieġ, l-arranġamenti prattiċi għall-komunikazzjoni għandhom ikunu speċifikati. Għandhom japplikaw regoli dettaljati għall-komunikazzjoni ta' rapporti, dikjarazzjonijiet u dokumenti oħra li ma jikkonsistux mill-informazzjoni skambjata innifisha iżda li jappoġġawha u, fil-każ ta' komunikazzjoni barra in-netwerk CCN u mingħajr preġudizzju għal arranġamenti oħra miftiehma bilateralment, għall-komunikazzjoni u l-identifikazzjoni tal-informazzjoni skambjata.

(11)

Il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi fl-Istati Membri meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 8(3a) tad-Direttiva 2011/16/UE rigward l-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2016. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jibda japplika mill-istess data.

(12)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva għat-Tassazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Formoli standard għal skambji fuq talba, skambji spontanji, notifiki u rispons

1.   Fir-rigward tal-formoli li għandhom jintużaw, “qasam” tfisser post f'forma fejn l-informazzjoni li trid tiġi skambjata skont id-Direttiva 2011/16/UE tista' tiġi rreġistrata.

2.   Il-formola li għandha tintuża għal talbiet għal informazzjoni u għal indaġnijiet amministrattivi skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2011/16/UE u t-tweġibiet tagħhom, rikonoxximenti, talbiet għall-informazzjoni addizzjonali tal-isfond, l-inabbiltà jew ir-rifjut skont l-Artikolu 7 ta' dik id-Direttiva għandhom jikkonformaw mal-Anness I ta' dan ir-Regolament.

3.   Il-formola li għandha tintuża għal informazzjoni spontanja u r-rikonoxximent tagħha skont l-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2011/16/UE għandha tkun konformi mal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

4.   Il-formola li għandha tintuża għal talbiet għal notifika amministrattiva skont l-Artikolu 13(1) u 13(2) tad-Direttiva 2011/16/UE u t-tweġibiet tagħhom skont l-Artikolu 13(3) ta' dik id-Direttiva għandhom ikunu konformi mal-Anness III ta' dan ir-Regolament.

5.   Il-formola li għandha tintuża għal informazzjoni ta' rispons skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2011/16/UE għandha tkun konformi mal-Anness IV għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Formati kompjuterizzati għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni

1.   Il-format kompjuterizzat li jrid jintuża għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2011/16/UE għandu jikkonforma mal-Anness V ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-format kompjuterizzat li jrid jintuża għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 8(3a) tad-Direttiva 2011/16/UE għandu jikkonforma mal-Anness VI ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Arranġamenti prattiċi rigward l-użu tan-netwerk CCN

1.   Ir-rapporti, dikjarazzjonijiet u dokumenti oħra msemmija fl-informazzjoni kkomunikata skont id-Direttiva 2011/16/UE, jistgħu jintbagħtu bl-użu ta' mezzi ta' komunikazzjoni għajr in-netwerk CCN.

2.   Fejn l-informazzjoni msemmija fid-Direttiva 2011/16/UE ma ġietx skambjata b'mezzi elettroniċi permezz tan-netwerk CCN, u sakemm mhux miftiehem mod ieħor bilateralment, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta permezz ta' ittra li tiddeskrivi l-informazzjoni kkomunikata u debitament iffirmata mill-awtorità kompetenti li tikkomunika l-informazzjoni.

Artikolu 4

Tħassir

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1156/2012 jitħassar b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2016.

Ir-referenzi li jsiru għar-Regolament ta' Implimentazzjoni mħassar għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa japplika mill-1 ta' Jannar 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE tad-19 ta' Diċembru 1977 dwar għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta (ĠU L 336, 27.12.1977, p. 15).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE tad-9 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1156/2012 tas-6 ta' Diċembru 2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 335, 7.12.2012, p. 42).


ANNESS I

Formola msemmija fl-Artikolu 1(2)

Il-formola għal talbiet għal informazzjoni u għal indaġnijiet amministrattivi skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2011/16/UE u t-tweġibiet tagħhom, rikonoxximenti, talbiet għall-informazzjoni addizzjonali tal-isfond, l-inabbiltà jew ir-rifjut skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2011/16/UE fiha l-oqsma li ġejjin (1):

Bażi legali

Numru ta' referenza

Data

L-identità tal-awtoritajiet rikjedenti u rikjesti

L-identità tal-persuna taħt eżami jew investigazzjoni

Deskrizzjoni ġenerali tal-każ u, jekk xieraq, informazzjoni speċifika tal-isfond li x'aktarx tippermetti l-valutazzjoni tar-rilevanza prevedibbli tal-informazzjoni mitluba għall-amministrazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet domestiċi tal-Istati Membri dwar taxxi msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/16/UE.

L-għan tat-taxxa li għalih tintalab l-informazzjoni

Il-perjodu taħt investigazzjoni

L-isem u l-indirizz ta' kwalunkwe persuna maħsuba li tkun fil-pussess tal-informazzjoni mitluba

It-twettiq tar-rekwiżit legali impost bl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2011/16/UE

It-twettiq tar-rekwiżit legali impost bl-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2011/16/UE

Talba raġunata għal indaġni amministrattiva speċifika u r-raġunijiet għar-rifjut li twettaq l-indaġni amministrattiva speċifika mitluba

Rikonoxximent tat-talba għal informazzjoni

Talba għall-informazzjoni addizzjonali tal-isfond

Raġunijiet għall-inabbiltà jew ir-rifjut biex tiġi pprovduta l-informazzjoni

Raġunijiet għal nuqqas ta' tweġiba fil-limitu ta' żmien rilevanti u d-data sa meta l-awtorità rikjesta tqis li tkun tista' twieġeb.


(1)  Madankollu, l-oqsma biss li attwalment huma mimlija f'każ partikolari jeħtieġu li jidhru fil-formola użata f'dak il-każ.


ANNESS II

Formola msemmija fl-Artikolu 1(3)

Il-formola għal informazzjoni spontanja u r-rikonoxximent tagħha skont l-Artikoli 9 u 10 rispettivament tad-Direttiva 2011/16/UE fiha l-oqsma li ġejjin (1):

Bażi legali

Numru ta' referenza

Data

L-identità tal-awtoritajiet li jibagħtu u li jirċievu

L-identità tal-persuna suġġetta għall-iskambju spontanju ta' informazzjoni

Perjodu kopert mill-iskambju spontanju ta' informazzjoni

It-twettiq tar-rekwiżit legali impost bl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2011/16/UE

Rikonoxximent tal-informazzjoni spontanja.


(1)  Madankollu, l-oqsma biss li attwalment huma mimlija f'każ partikolari jeħtieġu li jidhru fil-formola użata f'dak il-każ.


ANNESS III

Formola msemmija fl-Artikolu 1(4)

Il-formola għal talba għal notifika skont l-Artikolu 13(1) u 13(2) tad-Direttiva 2011/16/UE u tat-tweġibiet tagħhom skont l-Artikolu 13(3) ta' dik id-Direttiva fiha l-oqsma li ġejjin (1);

Bażi legali

Numru ta' referenza

Data

L-identità tal-awtoritajiet rikjedenti u rikjesti

Isem u indirizz tad-destinatarju tal-istrument jew deċiżjoni

Informazzjoni oħra li tista' tiffaċilita l-identifikazzjoni tad-destinatarju

Is-suġġett tal-istrument jew deċiżjoni

Rispons tal-awtorità rikjesta, skont l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 2011/16/UE, inkluż id-data tan-notifika tal-istrument jew id-deċiżjoni lid-destinatarju.


(1)  Madankollu, l-oqsma biss li attwalment huma mimlija f'każ partikolari jeħtieġu li jidhru fil-formola użata f'dak il-każ.


ANNESS IV

Formola msemmija fl-Artikolu 1(5)

Il-formola għal rispons skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2011/16/UE fiha l-oqsma li ġejjin (1):

Numru ta' referenza

Data

L-identità tal-awtorità kompetenti li toħroġ ir-rispons

Rispons ġenerali fuq l-informazzjoni pprovduta

Riżultati direttament relatati mal-informazzjoni pprovduta


(1)  Madankollu, l-oqsma biss li attwalment huma mimlija f'każ partikolari jeħtieġu li jidhru fil-formola użata f'dak il-każ.


ANNESS V

Format kompjuterizzat imsemmi fl-Artikolu 2(1)

Il-formati kompjuterizzati għall-iskambju awtomatiku obbligatorju tal-informazzjoni skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2011/16/UE jikkonformaw mal-istruttura ġerarkika li ġejja u jinkludi l-klassijiet ta' elementi li ġejjin (1):

(a)

Fir-rigward tal-messaġġ ġenerali:

Image

(b)

Fir-rigward tal-korp għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni dwar id-dħul mill-impjieg jew il-miżati tad-direttur:

Image

(c)

Fir-rigward tal-korp għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni dwar il-pensjonijiet:

Image

(d)

Fir-rigward tal-korp għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni dwar il-prodotti ta' assigurazzjoni tal-ħajja:

Image

(e)

Fir-rigward tal-korp għall-komunikazzjoni ta' informazzjoni dwar is-sjieda ta' proprjetà immobbli u d-dħul minnha:

Image

(f)

Fir-rigward tal-korp f'każ li ma tiġi kkomunikata l-ebda informazzjoni b'rabta ma' kategorija speċifika:

Image

(g)

Fir-rigward tal-korp għal konferma tal-wasla tal-informazzjoni għal kategorija speċifika:

Image

(1)  Madankollu, huma biss il-klassijiet tal-elementi attwalment disponibbli u applikabbli f'każ partikolari, li jridu jidhru fil-format kompjuterizzat użat f'dak il-każ.


ANNESS VI

Format kompjuterizzat imsemmi fl-Artikolu 2(2)

Il-format kompjuterizzat għall-iskambju awtomatiku obbligatorju tal-informazzjoni skont l-Artikolu 8(3a) tad-Direttiva 2011/16/UE jikkonforma mal-istruttura ġerarkika li ġejja u jinkludi l-klassijiet ta' elementi li ġejjin (1):

(a)

Fir-rigward tal-messaġġ ġenerali:

Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image

(b)

Fir-rigward tat-tipi komuni għal FATCA u CRS li jintużaw fil-messaġġ taħt il-punt (a) hawn fuq:

Image Image Image Image

(c)

Fir-rigward tat-tipi komuni tal-OECD użati fil-messaġġ taħt il-punt (a) hawn fuq:

Image Image Image

(1)  Madankollu, huma biss l-elementi u l-attributi attwalment applikabbli f'każ partikolari, wara t-twettiq ta' regoli ta' rappurtaġġ u ta' diliġenza dovuta inklużi fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2011/16/UE li jridu jidhru fil-format kompjuterizzat użat f'dak il-każ.


18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/46


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2379

tas-16 ta' Diċembru 2015

li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1067/2008 u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081, mir-Regolament (KE) Nru 1964/2006 u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012, u mir-Regolament (KE) Nru 1918/2006, fir-rigward tad-dati għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni fl-2016 skont il-kwoti tariffarji għaċ-ċereali, ir-ross u ż-żejt taż-żebbuġa, u li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 951/2006, fir-rigward tad-dati tal-ħruġ tal-liċenzji ta' esportazzjoni fl-2016 fis-setturi taz-zokkor u tal-isoglukożju li jaqbżu l-kwota

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju 1996, dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV.6 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 20(n), 144(g) u 187(e) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 (3), (KE) Nru 969/2006 (4),(KE) Nru 1067/2008 (5) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2081 (6) jipprevedu dispożizzjonijiet speċifiċi għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni tax-xgħir fil-qafas tal-kwota 09.4126, tal-qamħirrum fil-qafas tal-kwota 09.4131 u ta' qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri fil-qafas tal-kwoti 09.4123, 09.4124, 09.4125 u 09.4133 u ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukraina fil-qafas tal-kwoti 09.4306, 09.4307 u 09.4308.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1964/2006 (7) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2012 (8) jipprevedu dispożizzjonijiet speċifiċi għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni ta' ross li joriġina mill-Bangladesh fil-qafas tal-kwota 09.4517 u ta' ross imfarrak fil-qafas tal-kwota 09.4079.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 (9) jistipula dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq ta' applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni ta' żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija fil-qafas tal-kwota disponibbli.

(4)

Meta wieħed iqis il-btajjel tas-sena 2016, jeħtieġ li għal ċerti perjodi tingħata deroga mir-Regolamenti (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1067/2008 u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081, mir-Regolament (KE) Nru 1964/2006, u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012 u mir-Regolament (KE) Nru 1918/2006, fir-rigward tad-dati għat-tressiq ta' applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni u l-ħruġ ta' dawn il-liċenzji, biex ikun żgurat li jitħarsu l-volumi tal-kwoti konċernati.

(5)

L-Artikolu 7d(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 (10) jistipula li l-liċenzji tal-esportazzjoni għaz-zokkor u l-isoglukożju li jaqbżu l-kwota għandhom jinħarġu mill-Ġimgħa ta' wara dik il-ġimgħa li fiha jkunu tressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, sakemm il-Kummissjoni ma tkun ħadet l-ebda miżura partikolari f'dak il-perjodu.

(6)

Meta wieħed iqis il-btajjel tas-sena 2016, u l-konsegwenzi li jirriżultaw mill-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jidher li l-perjodu bejn l-introduzzjoni tal-applikazzjonijiet sal-jum meta jinħarġu l-liċenzji huwa qasir wisq biex tkun żgurata l-ġestjoni tajba tas-suq. Għaldaqstant jeħtieġ li dan il-perjodu jiġi estiż.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ċereali

(1)   B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 2305/2003, għas-sena 2016, l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni tax-xgħir fil-qafas tal-kwota 09.4126 ma jistgħux jitressqu qabel it-Tnejn 4 ta' Jannar 2016 u wara l-Ġimgħa 16 ta' Diċembru 2016, fis-13.00, ħin ta' Brussell.

(2)   B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 2305/2003, għas-sena 2016, il-liċenzji għall-importazzjoni tax-xgħir imressqa fil-qafas tal-kwota 09.4126 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (11).

(3)   B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006, għas-sena 2016, l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni tal-qamħirrum fil-qafas tal-kwota 09.4131 ma jistgħux jitressqu qabel it-Tnejn 4 ta' Jannar 2016 u wara l-Ġimgħa 16 ta' Diċembru 2016, fis-13.00, ħin ta' Brussell.

(4)   B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006, għas-sena 2016, il-liċenzji għall-importazzjoni tal-qamħirrum imressqa fil-qafas tal-kwota 09.4131 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

(5)   B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, għas-sena 2016, l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni ta' qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri fil-qafas tal-kwoti 09.4123, 09.4124, 09.4125 u 09.4133 ma jistgħux jitressqu qabel it-Tnejn 4 ta' Jannar 2016 u wara l-Ġimgħa 16 ta' Diċembru 2016, fis-13.00, ħin ta' Brussell.

(6)   B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, għas-sena 2016, il-liċenzji għall-importazzjoni ta' qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri imressqa fil-qafas tal-kwoti 09.4123, 09.4124, 09.4125 u 09.4133 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

(7)   B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2015/2081, għas-sena 2016, l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni ta' ċereali li joriġinaw mill-Ukraina fil-qafas tal-kwoti 09.4306, 09.4307 u 09.4308 ma jistgħux jitressqu qabel it-Tnejn 4 ta' Jannar 2016 u wara l-Ġimgħa 16 ta' Diċembru 2016, fis-13.00, ħin ta' Brussell.

(8)   B'deroga mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) 2015/2081, għas-sena 2016, il-liċenzji għall-importazzjoni ta' ċereali li joriġinaw mill-Ukraina fil-qafas tal-kwoti 09.4306, 09.4307 u 09.4308 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

Artikolu 2

Ross

1.   B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1964/2006, għas-sena 2016, l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni tar-ross li joriġina mill-Bangladesh fil-qafas tal-kwota 09.4517 ma jistgħux jitressqu qabel it-Tnejn 4 ta' Jannar 2016 u wara l-Ġimgħa 9 ta' Diċembru 2016, fis-13.00, ħin ta' Brussell.

2.   B'deroga mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012, għas-sena 2016, l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni tar-ross imfarrak fil-qafas tal-kwota 09.4079 ma jistgħux jitressqu qabel it-Tnejn 4 ta' Jannar 2016 u wara l-Ġimgħa 9 ta' Diċembru 2016, fis-13.00, ħin ta' Brussell.

Artikolu 3

Żejt taż-żebbuġa

1.   B'deroga mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija ma jistgħux jitressqu wara t-Tlieta 13 ta' Diċembru 2016.

2.   B'deroga mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, il-liċenzji għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

Artikolu 4

Zokkor u isoglukożju li jaqbżu l-kwota

B'deroga mill-Artikolu 7d(1) tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, il-liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor u tal-isoglukożju li jaqbżu l-kwota u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness III ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, filwaqt li, fejn applikabbli, jitqiesu l-miżuri speċifiċi msemmija fl-Artikolu 9(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-Regolament jiskadi fl-10 ta' Jannar 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali


(1)  ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 tad-29 ta' Diċembru 2003 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffali għall-importazzjoni ta' xgħir minn pajjiżi terzi (ĠU L 342, 30.12.2003, p. 7).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2006 tad-29 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi kwota tariffarja Komunitarja u mod għall-ġestjoni tagħha għall-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi (ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 tat-30 ta' Ottubru 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffari Komunitarji għal qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi u li tidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 290, 31.10.2008, p. 3).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2081 tat-18 ta' Novembru 2015 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukraina (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 81).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1964/2006 tat-22 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwota għall-importazzjoni ta' ross li joriġina mill-Bangladexx, b'applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3491/90 (ĠU L 408, 30.12.2006, p. 19).

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2012 tas-7 ta' Ġunju 2012 li jiftaħ u jipprovdi għat-tmexxija ta' kwota ta' tariffa għal ross miksur (broken rice) ta' kodiċi NK 1006 40 00 għal produzzjoni ta' tħejjijiet tal-ikel ta' kodiċi NM 1901 10 00 (ĠU L 148, 8.6.2012, p. 1).

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta' Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS I

Perjodi tat-tressiq tal-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni taċ-ċereali

Dati tal-ħruġ

Il-Ġimgħa, 18 ta' Marzu mis-13.00pm sal-Ġimgħa, 25 ta' Marzu 2016 fis-13.00pm, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum ta' xogħol mit-Tnejn 4 ta' April 2016

Il-Ġimgħa, 21 ta' Ottubru mis-13.00pm sal-Ġimgħa, 28 ta' Ottubru 2016 fis-13.00pm, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum ta' xogħol mit-Tnejn, 7 ta' Novembru 2016


ANNESS II

Perjodi tat-tressiq tal-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa

Dati tal-ħruġ

It-Tnejn, 21 jew it-Tlieta, 22 ta' Marzu 2016

L-ewwel jum ta' xogħol mill-Ġimgħa, 1 ta' April 2016

It-Tnejn, 2 jew it-Tlieta, 3 ta' Mejju 2016

L-ewwel jum ta' xogħol mill-Ġimgħa, 13 ta' Mejju 2016

It-Tnejn, 9 jew it-Tlieta, 10 ta' Mejju 2016

L-ewwel jum ta' xogħol mill-Erbgħa, 18 ta' Mejju 2016

It-Tnejn, 18 jew it-Tlieta, 19 ta' Lulju 2016

L-ewwel jum ta' xogħol mill-Erbgħa, 27 ta' Lulju 2016

It-Tnejn, 8 jew it-Tlieta, 9 ta' Awwissu 2016

L-ewwel jum ta' xogħol mill-Erbgħa, 17 ta' Awwissu 2016

It-Tnejn, 24 jew it-Tlieta, 25 ta' Ottubru 2016

L-ewwel jum ta' xogħol mill-Ħamis, 3 ta' Novembru 2016


ANNESS III

Perjodi tat-tressiq tal-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-esportazzjoni taz-zokkor u tal-isoglukożju li jaqbżu l-kwota

Dati tal-ħruġ

Mit-Tnejn, 24 sal-Ġimgħa, 28 ta' Ottubru 2016

L-ewwel jum ta' xogħol mit-Tlieta, 8 ta' Novembru 2016

Mit-Tnejn, 19 sal-Ġimgħa, 23 ta' Diċembru 2016

L-ewwel jum ta' xogħol mill-Ġimgħa, 6 ta' Jannar 2017


18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/50


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2380

tas-16 ta' Diċembru 2015

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 dwar l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u l-bajd kif ukoll tal-albumina tal-bajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 183(b) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u ffissal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u l-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontroll regolari tal-informazzjoni li abbażi tagħha jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

(3)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tibda tapplika mill-aktar fis wara li toħroġ l-informazzjoni, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 jiġi sostitwit bit-test li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 tat-28 ta' Ġunju 1995, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali tal-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd, u jħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47).


ANNESS

“ANNESS I

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

130,1

0

AR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

154,5

145,7

0

0

AR

BR

0207 14 10

Qatgħat mingħajr għadam, ta' sriedaq jew ta' tiġieġ, iffriżati

286,0

197,1

343,8

219,0

4

32

0

24

AR

BR

CL

TH

0207 27 10

Qatgħat mingħajr għadam tad-dundjan, iffriżati

329,9

244,7

0

16

BR

CL

0408 91 80

Bajd, mhux fil-qoxra, imnixxef

431,0

0

AR

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta' sriedaq jew ta' tiġieġ

225,1

19

BR


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi ‘ZZ’ ifisser ‘oriġini oħrajn’.”


18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/52


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2381

tas-17 ta' Diċembru 2015

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), fir-rigward tat-trażmissjoni tas-serje kronoloġika għat-tqassim reġjonali l-ġdid

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 jikkostitwixxi l-qafas legali għall-klassifikazzjoni reġjonali sabiex il-ġbir, il-kumpilazzjoni u t-tixrid ta' statistika reġjonali armonizzata fl-Unjoni jkunu possibbli.

(2)

Skont l-Artikolu 5(5) tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003, meta ssir emenda lill-klassifikazzjoni tan-NUTS, l-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat s-serje kronoloġika lill-Kummissjoni għat-tqassim reġjonali l-ġdid sabiex tieħu post id-dejta li diġà ntbagħtet. Il-lista tas-serje kronoloġika u t-tul tagħhom għandhom jiġu speċifikati mill-Kummissjoni filwaqt li titqies il-fattibbiltà li dawn jingħataw. Din il-lista tas-serje kronoloġika għandhom jingħataw fi żmien sentejn mill-emenda tal-klassifikazzjoni tan-NUTS.

(3)

Il-klassifikazzjoni tan-NUTS ġiet emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1319/2013 (2) b'effett mill-1 ta' Jannar 2015 u bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 868/2014 (3) b'effett mill-1 ta' Jannar 2016.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni s-serje kronoloġika għat-tqassim reġjonali l-ġdid f'konformità mal-lista speċifikata fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1319/2013 tad-9 ta' Diċembru 2013 li jemenda l-annessi tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 342, 18.12.2013, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 868/2014 tat-8 ta' Awwissu 2014 li jemenda l-annessi tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 241, 13.8.2014, p. 1).


ANNESS

Is-sena tal-bidu meħtieġa skont il-qasam statistiku

Il-qasam

Il-livell 2 tan-NUTS

Il-livell 3 tan-NUTS

L-agrikoltura — il-kontijiet agrikoli

2007 (1)

 

L-agrikoltura — il-popolazzjonijiet tal-annimali

2010

 

L-agrikoltura — il-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba'

2007

 

L-agrikoltura — il-produzzjoni tal-ħalib

2010

 

L-agrikoltura — l-istruttura tal-azjendi agrikoli

2010

2010 (1)

Id-demografija — il-popolazzjoni, it-twelid ta' trabi ħajjin, l-imwiet

1990 (2)

1990 (2)

Is-suq tax-xogħol — l-impjiegi, il-qgħad

2010

2010 (1)

L-ambjent — il-faċilitajiet tat-trattament tal-iskart

2010

 

Is-saħħa — x'wassal għall-mewt

1994 (3)

 

Is-saħħa — l-infrastruttura

1993 (1)

 

Is-saħħa — il-pazjenti

2000 (1)

 

Is-soċjetà tal-informazzjoni

2010 (1)

 

Il-kontijiet ekonomiċi reġjonali — Il-kontijiet ta' unità domestika

2000

 

Il-kontijiet ekonomiċi reġjonali — Il-kontijiet reġjonali

2000

2000

Ix-xjenza u t-teknoloġija — In-nefqa u l-persunal fir-Riċerka u l-Iżvilupp

2011

 

It-turiżmu

2012

 


(1)  It-trażmissjoni mhix obbligatorja.

(2)  It-trażmissjoni mhix obbligatorja għas-snin ta' referenza mill-1990 sal-2012.

(3)  It-trażmissjoni mhix obbligatorja għas-snin ta' referenza mill-1994 sal-2010.


18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/54


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2382

tas-17 ta' Diċembru 2015

dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-alfa-galaktożidażi (KE 3.2.1.22) prodott minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u tal-endo-1,4-beta-glukanażi (KE 3.2.1.4) prodott minn Aspergillus niger (CBS 120604) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Kerry Ingredients and Flavours)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-alfa-galaktożidażi (KE 3.2.1.22) prodott minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u tal-endo-1,4-beta-glukanażi (KE 3.2.1.4) prodott minn Aspergillus niger (CBS 120604). Ma' din l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa mill-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-alfa-galaktożidażi (KE 3.2.1.22) prodott minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u tal-endo-1,4-beta-glukanażi (KE 3.2.1.4) prodott minn Aspergillus niger (CBS 120604) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tal-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd, biex jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-użu tal-preparat tal-alfa-galaktożidażi (KE 3.2.1.22) prodott minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u tal-endo-1,4-beta-glukanażi (KE 3.2.1.4) prodott minn Aspergillus niger (CBS 120604) kien awtorizzat għal għaxar snin għat-tiġieġ għat-tismin bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 237/2012 (2), u għat-tiġieġ imribbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1365/2013 (3).

(5)

Fl-opinjoni tagħha tat-28 ta' April 2015 (4), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet ta' użu proposti, il-preparat tal-alfa-galaktożidażi (KE 3.2.1.22) prodott minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u tal-endo-1,4-beta-glukanażi (KE 3.2.1.4) prodott minn Aspergillus niger (CBS 120604) ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, u li l-użu tiegħu jista' jtejjeb il-piżtal-bajd fit-tiġieġ imrobbija għall-bajd. Billi l-mod ta' azzjoni jista' jitqies li hu l-istess, din il-konklużjoni tista' tiġi estrapolata għall-ispeċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd. L-Awtorità mhijiex tal-fehma li jinħtieġu rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tal-preparat tal-alfa-galaktożidażi (KE 3.2.1.22) prodott minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u tal-endo-1,4-beta-glukanażi (KE 3.2.1.4) prodott minn Aspergillus niger (CBS 120604) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta' dan il-preparat għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 237/2012 tad-19 ta' Marzu 2012 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-alfa-galaktożidażi (EC 3.2.1.22) prodotta minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u endo-1,4-beta-glukanażi (EC 3.2.1.4) prodotta minn Aspergillus niger (CBS 120604) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Kerry Ingredients and Flavours) ĠU L 80, 20.3.2012, p. 1.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1365/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' alfa-galattożidażi prodotta minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u endo-1,4-beta-glukanażi prodotta minn Aspergillus niger (CBS 120604) bħala addittiv mal-għalf għal speċi minuri tat-tjur tas-simna u għal tiġieġ tal-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Kerry Ingredients and Flavours) ĠU L 343, 19.12.2013, p. 31.

(4)  EFSA Journal 2015; 13(5):4107.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità

4a17

Kerry Ingredients and Flavours

Alfa-galaktożidażi

(KE 3.2.1.22)

Endo-1,4-beta-glukanażi

(KE 3.2.1.4)

Kompożizzjoni tal-addittiv

Il-preparat tal-alfa-galaktożidażi (KE 3.2.1.22) prodott minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u tal-endo-1,4-beta-glukanażi (KE 3.2.1.4) prodott minn Aspergillus niger (CBS 120604), f'forma solida, b'attività minima ta':

1 000 U (1) alfa-galaktożidażi/g:

5 700 U (2) ta' endo-1,4-beta-glukanażi/g

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Alfa-galaktożidażi prodotta minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) Endo-1,4-beta-glukanażi prodotta minn Aspergillus niger (CBS 120604)

Metodu tal-analiżi  (3)

Determinazzjoni:

metodu kolorimetriku li jkejjel il-p-nitrofenol meħlus bl-azzjoni tal-alfa-galaktożidażi mis-substrat tal-p-nitrofenil-alfa-galaktopiranożid;

metodu kolorimetriku li jkejjel il-kulur li jinħall fl-ilma rilaxxat permezz ta' azzjoni ta' endo-1,4-beta-glukanażi minn subtrat ta' glukan tax-xgħir iżraq imħallat.

Tiġieġ imrobbija għall-bajd

100 U ta' alfa-galaktożidażi

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna u tal-istabbiltà waqt il-proċess ta' tgerbib.

2.

Doża massima rrakkomandata:

100 U ta' alfa-galaktożidażi/kg

570 U ta' endo-1,4-beta-glukanażi/kg.

3.

Għas-sikurezza: għandhom jintużaw il-protezzjoni għan-nifs, in-nuċċalijiet u l-ingwanti waqt l-immaniġġjar.

Is-7 ta' Jannar 2026

Speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd

570 U ta' endo-1,4-beta-glukanażi


(1)  1 U huwa l-ammont ta' enzimi li jeħles 1 μmol ta' p-nitrolfenol kull minuta mill-p-nitrofenil-alfa-galaktopiranożid (pNPG) f'pH ta' 5,0 u 37 °C.

(2)  1 U huwa l-ammont ta' enzimi li teħles 1 mg ta' zokkor riduċenti (l-ekwivalenti tal-glukożju) kull minuta mill-beta-glukan f'pH ta' 5,0 u 50 °C.

(3)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.


18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/57


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2383

tas-17 ta' Diċembru 2015

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 fir-rigward tal-lista ta' għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali suġġetti għal żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u l-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistipula r-regoli dwar il-livell miżjud ta' kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu għalf u ikel li ma joriġinax mill-annimali mniżżel fl-Anness I tiegħu (“il-lista”), fil-punti tad-dħul fit-territorji msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(2)

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jipprevedi li l-lista għandha tiġi analizzata fuq bażi regolari, u tal-anqas kull tliet xhur, filwaqt li jitqiesu mill-inqas is-sorsi tal-informazzjoni msemmija f'dak l-Artikolu.

(3)

L-okkorrenza u r-rilevanza tal-inċidenti riċenti dwar l-ikel innotifikati permezz tas-Sistema ta' Twissija Bikrija għall-Ikel u l-Għalf, is-sejbiet tal-awditi mwettqa f'pajjiżi terzi mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, kif ukoll ir-rapporti ta' kull tliet xhur dwar il-kunsinni tal-għalf u tal-ikel li joriġina mill-annimali ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, jindikaw li l-lista trid tiġi emendata.

(4)

B'mod partikolari, il-lista għandha tiġi emendata billi jitħassru l-entrati għall-komoditajiet li għalihom l-informazzjoni disponibbli tindika livell ġenerali sodisfaċenti fil-konformità mar-rekwiżiti ta' sikurezza rilevanti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalihom ma għadhiex ġustifikata żieda fil-kontrolli uffiċjali. L-entrata fil-lista li tikkonċerna għeneb tal-mejda mill-Peru, għandha għalhekk titħassar.

(5)

Sabiex tkun żgurata l-konsistenza u ċ-ċarezza, jixraq li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 qed jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' Jannar 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).


ANNESS

“ANNESS I

Għalf u ikel li ma joriġinax mill-annimali li għalih se jiżdied il-livell ta' kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul deżinjat

Għalf u ikel

(użu maħsub)

Kodiċi tan-NM (1)

Sottodiviżjoni tat-TARIC

Pajjiż tal-oriġini

Periklu

Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%)

Għeneb imnixxef (frott id-dielja)

0806 20

 

L-Afganistan (AF)

Okratossina A

50

(Ikel)

 

 

Lewż bil-qoxra

0802 11

 

L-Awstralja (AU)

Aflatossini

20

Lewż bla qoxra

0802 12

 

(Ikel)

 

 

Karawett bil-qoxra

1202 41 00

 

Il-Brażil (BR)

Aflatossini

10

Karawett bla qoxra

1202 42 00

 

Butir tal-karawett

2008 11 10

 

Karawett ippreparat jew ippreservat mod ieħor

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

 

(Għalf u ikel)

 

 

Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

ex 0708 20 00 ;

ex 0710 22 00

10

10

Il-Kambodja (KH)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (3)

50

Brunġiel

0709 30 00 ;

 

ex 0710 80 95

72

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

 

Karfus Ċiniż (Apium graveolens)

ex 0709 40 00

20

Il-Kambodja (KH)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (4)

50

(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħin)

 

 

Brassica oleracea

(Brassica oħra li tittiekel, ‘Brokkli Ċiniż’) (5)

ex 0704 90 90

40

Iċ-Ċina (CN)

Residwi tal-pestiċidi (2)

50

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

 

 

Te, sew jekk aromatizzat u sew jekk le

0902

 

Iċ-Ċina (CN)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (6)

10

(Ikel)

 

 

Brunġiel

0709 30 00 ;

 

Ir-Repubblika Dominikana (DO)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (7)

10

ex 0710 80 95

72

Bettieħ morr (Momordica charantia)

ex 0709 99 90 ;

ex 0710 80 95

70

70

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

 

Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

ex 0708 20 00 ;

ex 0710 22 00

10

10

Ir-Repubblika Dominikana (DO)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (7)

20

Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.)

0709 60 10 ;

0710 80 51

 

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

ex 0709 60 99 ;

ex 0710 80 59

20

20

Frawli (friski)

0810 10 00

 

L-Eġittu (EG)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (8)

10

(Ikel)

 

 

Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.)

0709 60 10 ;

0710 80 51

 

L-Eġittu (EG)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (9)

10

(Ikel — frisk, imkessaħ jew iffriżat)

ex 0709 60 99 ;

ex 0710 80 59

20

20

Karawett bil-qoxra

1202 41 00

 

Il-Gambja (GM

Aflatossini

50

Karawett bla qoxra

1202 42 00

 

Butir tal-karawett

2008 11 10

 

Karawett ippreparat jew ippreservat mod ieħor

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

 

(Għalf u ikel)

 

 

Weraq tal-betel (Piper betle L.)

ex 1404 90 00

10

L-Indja (IN)

Salmonella (10)

50

(Ikel)

 

 

Żerriegħa tal-ġulġlien

1207 40 90

 

L-Indja (IN)

Salmonella (10)

20

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

 

 

Capsicum annuum, sħiħ

0904 21 10

 

L-Indja (IN)

Aflatossini

20

Capsicum annuum, imfarrak jew mitħun

ex 0904 22 00

10

Frott imnixxef tal-ġeneru Capsicum sħiħ, minbarra l-bżar ħelu (Capsicum annuum)

0904 21 90

 

Noċemuskata

(Myristica fragrans)

0908 11 00 ;

0908 12 00

 

(Ikel — ħwawar imnixxfin)

 

 

Enzimi; enzimi ppreparati

3507

 

L-Indja (IN)

Kloramfenikol

50

(Għalf u ikel)

 

 

Noċemuskata

(Myristica fragrans)

0908 11 00 ;

0908 12 00

 

L-Indoneżja (ID)

Aflatossini

20

(Ikel — ħwawar imnixxfin)

 

 

Piżelli fil-miżwed (mhux imfosdqa)

ex 0708 10 00

40

Il-Kenja (KE)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (11)

10

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

 

 

Lampun

0811 20 31 ;

 

Is-Serbja (RS)

Norovirus

10

(Ikel — frisk)

ex 0811 20 11 ;

ex 0811 20 19

10

10

Żrieragħ tad-dulliegħ (Egusi, Citrullus lanatus) u prodotti li ġejjin minnhom

ex 1207 70 00 ;

ex 1106 30 90 ;

ex 2008 99 99

10

30

50

Sjerra Leone (SL)

Aflatossini

50

(Ikel)

 

 

Karawett bil-qoxra

1202 41 00

 

Is-Sudan (SD)

Aflatossini

50

Karawett bla qoxra

1202 42 00

 

Butir tal-karawett

2008 11 10

 

Karawett ippreparat jew ippreservat mod ieħor

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

 

(Għalf u ikel)

 

 

Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.)

ex 0709 60 99

20

It-Tajlandja (TH)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (12)

10

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

 

 

Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

ex 0708 20 00 ;

ex 0710 22 00

10

10

It-Tajlandja (TH)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (13)

20

Brunġiel

0709 30 00 ;

 

ex 0710 80 95

72

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

 

Berquq imnixxef

0813 10 00

 

It-Turkija (TR)

Sulfiti (14)

10

Berquq ippreparat jew ippreservat mod ieħor

2008 50 61

 

(Ikel)

 

 

Bżar Ħelu (Capsicum annuum)

0709 60 10 ;

0710 80 51

 

It-Turkija (TR)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (15)

10

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

 

Weraq tad-dwieli

ex 2008 99 99

11 19

It-Turkija (TR)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (16)

50

(Ikel)

 

 

Pistaċċi bil-qoxra

0802 51 00

 

L-Istati Uniti (US)

Aflatossini

20

Pistaċċi bla qoxra

0802 52 00

 

(Ikel)

 

 

Berquq imnixxef

0813 10 00

 

L-Uzbekistan (UZ)

Sulfiti (14)

50

Berquq ippreparat jew ippreservat mod ieħor

2008 50 61

 

(Ikel)

 

 

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

72

Il-Vjetnam (VN)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (17)

50

Ħabaq u ħabaq sagru

ex 1211 90 86 ;

ex 2008 99 99

20

75

Nagħniegħ

ex 1211 90 86 ;

ex 2008 99 99

30

70

Tursin

ex 0709 99 90

40

(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħin)

 

 

(Ikel)

ex 0709 99 90

20

Il-Vjetnam (VN)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (17)

50

Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.)

ex 0709 60 99

20

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

 

 

Pitaħaja (frott tad-dragun)

ex 0810 90 20

10

Il-Vjetnam (VN)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (17)

20

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

 

 


(1)  Meta jkun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti li jidħlu f'kodiċi tan-NM partikulari u ma tkun teżisti l-ebda sottodiviżjoni speċifika f'dak il-kodiċi, il-kodiċi tan-NM jiġi mmarkat bl-ittri ‘ex’ quddiemu.

(2)  Ir-residwi ta' mill-inqas dawk il-pestiċidi elenkati fil-programm ta' kontroll adottat skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1) li jistgħu jiġu analizzati b'metodi multiresidwi bbażati fuq il-kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa u fuq il-kromatografija likwida/spettrometrija tal-massa (il-pestiċidijridu jiġu mmonitorjati fil-prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew fuqhom biss).

(3)  Residwi tal-klorbufam.

(4)  Residwi tal-fentoat.

(5)  Speċijiet ta' Brassica oleracea L. convar. Botrytis (L) Alef var. Italica Plenck, cultivar alboglabra. Magħrufa wkoll bħala ‘Kai Lan’, ‘Gai Lan’, ‘Gailan’, ‘Kailan’, ‘Chinese bare Jielan’.

(6)  Residwi tat-Trifluralin.

(7)  Ir-residwi tal-Aċefat, l-Aldikarb (is-somma tal-aldikarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala aldikarb), l-Amitraz (amitraz li jinkludi l-metaboliti li fihom il-frazzjoni ta' 2,4 -dimetilanilina mogħtija bħala amitraz), id-Diafentjuron, id-Dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), id-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u l-Metijokarb (is-somma tal-metijokarb u tas-sulfossidu s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala metijokarb).

(8)  Ir-residwi tal-Eżaflumuron, il-Metijokarb (is-somma tal-metijokarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala metijokarb), il-Fentoat u t-Tijofanat metil.

(9)  Ir-residwi tad-Dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), id-Dinotefuran, il-Folpet, il-Prokloraż (is-somma tal-prokloraż u tal-metaboliti tiegħu li fihom frazzjoni ta' 2,4,6-Triklorofenol mogħtija bħala prokloraż), it-Tijofanat metil u t-Triforina.

(10)  Il-metodu ta' referenza EN/ISO 6579 jew metodu vvalidat miegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1)..

(11)  Residwi tal-Aċefat u tad-Diafentjuron.

(12)  Residwi tal-Formetanat: is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-) formetanat, Protijofos u Triforina.

(13)  Ir-residwi tal-Aċefat, tad-Dikrotofos, tal-Protijofos, tal-Kwinalfos u tat-Triforina.

(14)  Metodi ta' referenza: EN 1988-1:1998, EN 1988-2:1998 jew ISO 5522:1981.

(15)  Residwi tad-Diafentjuron, tal-Formetanat Is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-)formetanat, u tat-Tijofanat metil.

(16)  Ir-residwi tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u l-Metrafenon.

(17)  Ir-residwi tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram), il-Fentoat u l-Kwinalfos.”


18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/63


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2384

tas-17 ta' Diċembru 2015

li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jtemm il-proċediment għall-importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw fil-Brażil wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Il-miżuri fis-seħħ

(1)

Wara investigazzjoni antidumping (“l-investigazzjoni oriġinali”), il-Kunsill impona, permezz tar-Regolament (KE) Nru 925/2009 (2), dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu fojl tal-aluminju li joriġina mill-Armenja, mill-Brażil u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-PRĊ” jew “iċ-Ċina”).

(2)

Il-miżuri ħadu l-forma ta' dazju ad valorem stabbilit għal 13,4 % tal-importazzjonijiet mill-Armenja, fi 17,6 % fuq l-importazzjonijiet mil-Brażil u għal 30 % fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ, bl-eċċezzjoni ta' Alcoa (Shanghai) Aluminium Products Co., Ltd (6,4 %), Alcoa (Bohai) Aluminium Industries Co., Ltd (6,4 %), Shandong Loften Aluminium Foil Co., Ltd (20,3 %) u Zhenjiang Dingsheng Aluminium Co., Ltd (24,2 %).

(3)

Impenn offert minn produttur esportatur Brażiljan ġie aċċettat mill-Kummissjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/736/KE (3).

2.   Talba għal rieżami ta' skadenza

(4)

Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż dwar l-iskadenza imminenti (4) tal-miżuri antidumping fis-seħħ, il-Kummissjoni rċeviet talba għat-tnedija ta' rieżami ta' skadenza ta' dawn il-miżuri kontra l-Brażil u r-RPĊ skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(5)

It-talba ġiet ippreżentata minn AFM Aluminiumfolie Merseburg GmbH, Alcomet AD, Eurofoil Lussemburgu S.A., Hydro Aluminium Rolled Products GmbH, Impold.o.o. u Symetal S.A. (“l-applikanti”) f'isem produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti fojls tal-aluminju.

(6)

It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri probabbli tirriżulta f'kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

(7)

L-applikanti ma talbux il-bidu ta' investigazzjoni ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri antidumping kontra l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Armenja. Għalhekk, dawn il-miżuri skadew fis-7 ta' Ottubru 2014 (5).

3.   Bidu ta' rieżami ta' skadenza

(8)

Wara li stabbiliet, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza, il-Kummissjoni fl-4 ta' Ottubru 2014 ħabbret, permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (6) (“in-Notifika ta' Bidu”), il-bidu ta' rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

4.   Investigazzjoni antidumping parallela

(9)

B'mod parallel, fit-8 ta' Ottubru 2014, il-Kummissjoni ħabbret il-bidu ta' investigazzjoni antidumping skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw mir-Russja (7) (l-“investigazzjoni parallela”).

(10)

F'din l-investigazzjoni, f'Lulju 2015, permezz tar-Regolament (UE) 2015/1081 (8), il-Kummissjoni imponiet dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju li oriġinaw mir-Russja. Il-miżuri provviżorji ġew imposti għal perjodu ta' sitt xhur.

(11)

Fis-17 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni, permezz tar-Regolament (UE) 2015/2385 (9), imponiet dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw mir-Russja.

(12)

Iż-żewġ investigazzjonijiet paralleli koprew l-istess perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u l-istess perjodu kkunsidrat kif definit fil-premessa (13).

5.   L-investigazzjoni

5.1.   Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u l-perjodu kkunsidrat

(13)

L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2013 sat-30 ta' Settembru 2014 (il-“perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sat-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami (il-“perjodu kkunsidrat”).

5.2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni u l-kampjunar

(14)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikanti, lill-produtturi l-oħra magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi fil-Brażil u fir-RPĊ, lill-importaturi magħrufin, lill-utenti u l-operaturi tas-suq li huma magħrufa li huma kkonċernati, u lir-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi, dwar it-tnedija tar-rieżami ta' skadenza.

(15)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-Notifika ta' Bidu. Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw smigħ.

(16)

Fin-Notifika ta' Bidu tagħha, il-Kummissjoni ħabbret li tista' tieħu kampjun tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ, tal-produtturi tal-Unjoni u ta' importaturi mhux relatati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. L-ebda kampjunar ma kien previst għall-produtturi esportaturi fil-Brażil.

Il-kampjunar ta' produtturi esportaturi fir-RPĊ

(17)

Minn 12-il produttur Ċiniż magħruf, tnejn ippreżentaw tweġiba għall-kwestjonarju tal-kampjunar. Minħabba n-numru limitat ta' kumpaniji li kkooperaw, il-kampjunar ma kienx meħtieġ.

Il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(18)

Fin-Notifika ta' Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet kampjun provviżorju ta' produtturi tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv tal-bejgħ u l-produzzjoni. Dan il-kampjun kien jikkonsisti f'sitt produtturi tal-Unjoni u l-kumpaniji relatati tagħhom, minħabba li l-istruttura interna tal-gruppi ma kinitx ċara fil-bidu tal-investigazzjoni sa fejn jikkonċerna l-funzjonijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ mill-ġdid tal-prodott ikkonċernat. Il-produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun kienu jirrappreżentaw 70 % tal-produzzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jagħtu l-kummenti tagħhom fuq dan il-kampjun provviżorju. Ma wasal l-ebda kumment sal-iskadenza u għaldaqstant il-kampjun provviżorju kien ikkonfermat. Il-kampjun jitqies bħala rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

(19)

F'Marzu 2015, wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun biegħ l-attività kollha tiegħu, inkluż it-tagħmir, permessi għal drittijiet, obbligi dwar impjegati u l-kuntratti eżistenti tiegħu lil kumpanija ġdida. Minħabba li din il-bidla seħħet wara l-perjodu ta' investigazzjoni, mhijiex rilevanti għall-investigazzjoni skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku.

Kampjunar tal-importaturi mhux relatati

(20)

Biex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni staqsiet lil importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu.

(21)

Ġew ikkuntattjati erbatax-il importatur/utent magħrufa fl-istadju tal-bidu u ġew mistiedna jispjegaw l-attività tagħhom u biex jimlew formola ta' kampjunar mehmuża man-Notifika ta' Bidu, jekk applikabbli.

(22)

Ħames kumpaniji wieġbu għall-formola ta' kampjunar. Erba' minnhom kienu rewinders, jiġifieri utenti industrijali li kienu qed jimpurtaw il-prodott ikkonċernat għal aktar ipproċesar qabel ma jerġgħu jbigħuh, madankollu operatur tas-suq minnhom ma kienx jimporta l-prodott ikkonċernat matul il-perjodu kkunsidrat. Minħabba n-numru limitat ta' kumpaniji li wieġbu għall-formola ta' kampjunar, il-kampjunar ma kienx meħtieġ.

(23)

Resqu 'l quddiem ukoll żewġ utenti oħra. Intbagħtilhom kwestjonarju tal-utenti.

Kwestjonarji u kooperazzjoni

(24)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset neċessarja għall-iskop ta' determinazzjoni tad-dumping, il-ħsara li tirriżulta minnha u l-interess tal-Unjoni.

(25)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil sitt produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u l-kumpaniji relatati tagħhom, żewġ produtturi esportaturi, Brażiljani u żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi, operatur tas-suq wieħed u sitt utenti identifikati fl-Unjoni.

(26)

Ġew riċevuti tweġibiet għall-kwestjonarji mill-produtturi kollha tal-Unjoni inlkużi fil-kampjun u minn tliet utenti.

(27)

Żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi u produttur Brażiljan wieġbu għall-kwestjonarju. Produttur Brażiljan ieħor fil-bidu kien indika l-interess tiegħu li jikkoopera mal-investigazzjoni, iżda ma weġibx għall-kwestjonarju. Minħabba f'hekk, intbagħtet ittra lil din il-kumpanija li kienet tinfurmaha li l-Kummissjoni kienet ser tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-kumpanija wieġbet li ma kinitx ser timla' l-kwestjonarju iżda l-opinjonijiet tagħha kienu ser jiġu rappreżentati mill-Assoċjazjoni tal-Aluminju Brażiljana (Associação Brasileira do Aluminió, “ABAL”). Barra minn hekk, ġew riċevuti preżentazzjonijiet bil-miktub minn ABAL.

Żjarat ta' verifika

(28)

Iż-żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

 

Produtturi tal-Unjoni

Aluminiumfolie Merseburg GmbH, Merseburg, il-Ġermanja

Alcomet AD, Schumen, il-Bulgarija

Eurofoil Lussemburgu SA, Dudelange, il-Lussemburgu u l-kumpanija relatata tagħha Eurofoil France SAS, Rugles, Franza

Hydro Aluminium Slim S.p.a, Cisterna di Latina, l-Italja

Impol d.o.o., Maribor, is-Slovenja

Symetal S.A., Ateni, il-Greċja

 

Utenti

Cofresco Frishhalteprodukte GmbH & Co KG, Minden, il-Ġermanja

Sphere Group, Pariġi, Franza

 

Produtturi esportaturi fil-Brażil

Companhia Brasileira de Aluminio (CBA), São Paulo, il-Brażil

 

Produtturi esportaturi fir-RPĊ

Zhenjiang Dingsheng Aluminium Industries Joint-Stock Limited Company, Zhenjiang, PRC, u l-kumpaniji relatati tagħha Hangzhou Five Star Aluminium Company, Hangzhou, ir-RPĊ; Hangzhou Dinsheng Import & Export, Hangzhou, ir-RPĊ; u Dingsheng Aluminium Industries (Hong Kong) Trading Co, Hong Kong.

Nanshan Light Alloy co. Ltd., Yantai, ir-RPĊ

 

Produtturi f'pajjiżi b'ekonomija tas-suq:

Assan Alüminyum San. ve Tic. A.S, Istanbul, it-Turkija

Panda Aluminium Inc. Co., Ankara, it-Turkija

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(29)

Il-prodott ikkonċernat huwa fojl tal-aluminju ta' ħxuna mhux inqas minn 0,008 mm u mhux aktar minn 0,018 mm, mhux miksi, irrumblat biss, f'rombli ta' wisa' mhux aktar minn 650 mm u ta' piż aktar minn 10 kg (“rombli jumbo”) li joriġina mill-Brażil u r-RPĊ, li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 7607 11 19 (kodiċi TARIC 7607111910) (“il-prodott ikkonċernat”). Il-prodott ikkonċernat hu komunement magħruf bħala fojl tal-aluminju tad-dar (aluminium household foil — “AHF”).

(30)

L-AHF jiġi manifatturat abbażi ta' aluminju pur, li l-ewwel nett jiġi fondut fi strixxi ħoxnin (ta' ħxuna li hija ta' diversi mm, jiġifieri sa 1 000 darba eħxen mill-prodott ikkonċernat) u wara jiġu rrumblati fi stadji differenti fil-ħxuna mixtieqa. Ladarba jkun irrumblat, il-fojl huwa temprat bi proċess termali u fl-aħħar jiġi ppreżentat fuq rukkelli (rombli).

(31)

Dawn ir-rukkelli ta' AHF jerġgħu jiġu rrumblati f'rombli iżgħar minn proċessuri fl-istadju aħħari tal-produzzjoni hekk imsejħa rewinders. Il-prodott miksub (jiġifieri rombli għall-konsumatur li mhuwiex il-prodott ikkonċernat) huwa użat għal tgeżwir għal perjodu qasir, l-aktar fid-djar, fil-forniment tal-ikel u fin-negozju tal-bejgħ bl-imnut tal-ikel u tal-fjuri.

2.   Il-prodott simili

(32)

L-investigazzjoni wriet li l-prodott ikkonċernat, il-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tal-Brażil u ċ-Ċina, il-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tat-Turkija, li serva bħala pajjiż analogu fl-investigazzjoni oriġinali u l-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi.

(33)

Għaldaqstant il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-prodotti huma simili fit-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   IL-PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TA' DUMPING

(34)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti tistax twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping mill-Brażil u mir-RPĊ.

1.   Il-Brażil

(35)

Produttur wieħed mill-Brażil ikkoopera mal-investigazzjoni. Qabel l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali, il-produttur kien irrappreżenta 100 % tal-esportazzjonijiet ta' AHF mill-Brażil lejn l-Unjoni.

1.1.   Nuqqas ta' esportazzjonijiet matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami

(36)

Ma kien hemm ebda esportazzjoni ta' AHF mill-Brażil lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Għaldaqstant, m'hemm l-ebda probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping mill-Brażil. Għalhekk il-valutazzjoni kienet limitata għall-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping bl-użu tal-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħra.

1.2.   Il-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dumping

(37)

Il-Kummissjoni analizzat jekk kienx hemm probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping jekk il-miżuri jiskadu. Waqt dan, saret analiżi tal-elementi li ġejjin: il-produzzjoni tal-kapaċità u l-kapaċità żejda fil-Brażil, in-nuqqas ta' dumping mill-Brażil lejn swieq oħra, u l-attrattività tas-suq tal-Unjoni.

1.2.1.   Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità żejda fil-Brażil

(38)

L-użu tal-kapaċità tal-produttur esportatur tal-Brażil instab li kien fuq id-90 % u l-kapaċità żejda li ma tintużax tiegħu kienet 3 000 tunnellata kull sena. Dan huwa ekwivalenti għal 6 % tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni u 3 % tal-konsum tal-Unjoni. Għalhekk ġie konkluż li ma kien hemm ebda kapaċità żejda sinifikanti li setgħet tiġi diretta lejn is-suq tal-Unjoni li kieku l-miżuri kontra l-Brażil jitħallew jiskadu.

(39)

Iż-żewġ produtturi magħrufa l-oħra tal-Brażil ma kkooperawx mal-investigazzjoni, u għalhekk, il-kapaċità żejda tagħhom ma setgħetx tiġi verifikata. Studju ppreżentat mill-applikanti stima li l-kapaċità sħiħa għall-foljs tal-aluminju taż-żewġ produtturi l-oħra kienet 58 000 tunnellata għat-tipi kollha ta' fojl tal-aluminju f'daqqa, daqs il-kapaċità totali tal-produttur Brażiljan li kkoopera. Mhuwiex probabbli li dawn iż-żewġ produtturi jkollhom kapaċità żejda sinifikanti li tkun tista' tiġi diretta lejn is-suq tal-Unjoni li kieku l-miżuri kontra l-Brażil jitħallew jiskadu: huma ma kienux qed jesportaw lejn l-Unjoni, la matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u lanqas qabel l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali.

1.2.2.   Nuqqas ta' dumping mill-brażil għal swieq oħra

(40)

L-esportazzjonijiet tal-produttur Brażiljan li kkoopera matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami kienu għal klijent wieħed fl-Istati Uniti tal-Amerika. Dawn l-esportazzjonijiet kienu jirrappreżentaw 68 % tal-esportazzjonijiet totali ta' AHF Brażiljani lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2013, li jagħmlu lill-produttur li kkoopera l-akbar esportatur Brażiljan ta' fojls tal-aluminju. Dawn l-esportazzjonijiet kienu jirrappreżentaw 33 % tal-esportazzjonijiet kollha ta' AHF Brażiljani fl-2013. Ma nstab l-ebda dumping f'dawn l-esportazzjonijiet meta tqabbel il-prezz ta' esportazzjoni mal-valur normali fil-Brażil. In-nuqqas ta' dumping ġie stabbilit bl-użu tal-metodoloġija kif stabbilita hawn taħt.

1.2.2.1.   Il-valur normali

(41)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti magħmul mill-produttur li kkopera fil-Brażil kienx rappreżentattiv meta mqabbel mal-volum totali tal-esportazzjoni, jiġifieri jekk il-volum totali ta' tali bejgħ domestiku kienx jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ f'esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat mill-Brażil. Fuq din il-bażi, instab li l-bejgħ domestiku fil-Brażil kien rappreżentattiv.

(42)

Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott simili jistax jitqies li qed isir fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgћ domestiku profittabbli lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Il-bejgħ domestiku instab li kien qed isir fl-andament normali tal-kummerċ.

(43)

Għalhekk, il-valur normali ġie bbażat fuq il-prezz domestiku effettiv, li ġie kkalkulat bħala prezz b'medja ponderata tal-bejgħ domestiku profittabbli li sar matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

1.2.2.2.   Id-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni

(44)

Il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezz tal-esportazzjoni attwalment imħallas jew pagabbli lill-ewwel klijent indipendenti.

1.2.2.3.   Tqabbil

(45)

Il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw ġew imqabbla fuq bażi ta' kif joħorġu mill-fabbrika. Sabiex ikun żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konsiderazzjoni xierqa fil-forma ta' aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kumparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament Bażiku.

(46)

Fuq din il-bażi, saru aġġustamenti għad-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi, trasport, kostijiet ta' ġarr ta' merkanzija bil-baħar u ta' assigurazzjoni, kostijiet ta' tagħbija u kostijiet anċillari, kostijiet tal-ippakkjar, kostijiet tal-kreditu, skontijiet u kummissjonijiet fejn ipprovati li jaffettwaw il-paragunabilità tal-prezzijiet.

1.2.2.4.   Marġini tad-dumping

(47)

Fuq din il-bażi, il-Kumissjoni sabet li ma kienx hemm okkorrenza ta' dumping fl-esportazzjonijiet lejn l-Istati Uniti tal-Amerika.

(48)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li mhuwiex probabbli li, jekk il-miżuri attwali jiġu mħassra, il-produtturi esportaturi mill-Brażil jbigħu l-prodott ikkonċernat lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta' dumping.

1.2.3.   L-attrattività tas-suq tal-Unjoni

(49)

Il-prezzijiet fis-suq domestiku Brażiljan huma attraenti, kif muri mill-fatt li l-maġġoranza assoluta tal-produzzjoni tinbiegħ fis suq domestiku. Dan il-bejgħ domestiku huwa profittabbli. Il-livelli tal-prezzijiet fil-Brażil huma simili għall-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni.

(50)

Għalhekk, mhuwiex mistenni li, jekk il-miżuri jiskadu, l-esportazzjonijiet Brażiljani lejn is-suq tal-Unjoni jiżdiedu b'mod sinifikanti billi jwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni.

1.2.4.   Dikjarazzjonijiet mill-partijiet interessati dwar il-possibilità ta' rikorrenza ta' dumping mill-Brażil

(51)

Żewġ partijiet interessati, ABAL u CBA, iddikjaraw li m'hemm l-ebda probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping mill-Brażil għar-raġunijiet li ġejjin:

(i)

in-nuqqas ta' esportazzjonijiet Brażiljani tal-prodott ikkonċernat lejn is-suq tal-Unjoni;

(ii)

il-Brażil riċentement qed isir importatur nett ta' aluminju minflok esportatur nett minħabba t-talba domestika dejjem tiżdied fil-Brażil;

(iii)

iż-żieda tal-kostijiet tal-produzzjoni minħabba ż-żieda fil-kostijiet tal-materja prima u tal-elettriku, li jirriżulta f'telf ta' kompetittività tal-prodotti Brażiljani;

(iv)

in-nuqqas ta' esportazzjonijiet massivi mill-Brażil lejn l-Unjoni ta' aluminium converter foils, prodott simili li iżda mhuwiex suġġett għal miżuri antidumping;

(v)

il-preżenza ta' kumpaniji relatati diġà stabbiliti fl-Unjoni, li huma responsabbli li jaqdu s-suq tal-Unjoni, minflok jirrikorru għal esportazzjonijiet mill-Brażil;

(vi)

in-nuqqas ta' kapaċità żejda u l-produzzjoni dejjem tonqos fil-Brazil, u n-nuqqas ta' probabbiltà li tirriżulta minn devjazzjoni jew espansjoni tal-kapaċità;

(vii)

id-differenza fil-karatteristiċi fiżiċi tal-prodott mibjugħ fis-suq domestiku u l-prodotti esportati.

(52)

Fir-rigward tal-ewwel dikjarazzjoni, in-nuqqas ta' esportazzjonijiet Brażiljani lejn l-Unjoni ġie ikkonfermat mill-investigazzjoni. Madanakollu, il-Kummissjoni tqis li n-nuqqas ta' esportazzjonijiet jista' jkun minħabba l-miżuri antidumping fis-seħħ. In-nuqqas ta' esportazzjonijiet għalhekk mhuwiex evidenza biżżejjed fih innifsu biex ikun konkluż li m'hemmx riskju ta' rikorrenza ta' dumping.

(53)

Fir-rigward tat-tieni dikjarazzjoni, l-istatus tal-Brażil ta' importatur nett ta' aluminju primarju mill-2014 ġie kkonfermat mill-investigazzjoni. Ġiet ikkonfermata wkoll iż-żieda fit-talba domestika fil-Brażil: mill-2009 sal-2013 il-konsum domestiku tal-prodotti kollha tal-aluminju żdied b'48 % u l-konsum ta' fojls tal-aluminju żdied b'24 %. Madankollu, il-partijiet interessati ma pprovdewx evidenza biżżejjed li dan il-fatt neċessarjament ineħħi r-riskju ta' rikorrenza ta' dumping. Minkejja dan, it-talba domestika akbar fil-Brażil ġiet meqjusa bħala fattur li jżid l-attrattività tas-suq domestiku meta wieħed janalizza l-attrattività tas-suq tal-Unjoni, kif spjegat hawn fuq.

(54)

Fir-rigward tat-tielet dikjarazzjoni, l-investigazzjoni kkonfermat il-prezzijiet ogħla fis-suq domestiku, iżda ma kinitx biżżejjed biex tikkonkludi li d-dumping ma jkollux rikorrenza fil-preżenza ta' prezzijiet domestiċi għolja.

(55)

Fir-rigward tar-raba' dikjarazzjoni, il-partijiet interessati naqsu milli jipprovdu evidenza li l-imġieba fir-rigward ta' prodott wieħed tista' tintuża biex tipprevedi l-imġieba fir-rigward ta' prodott ieħor. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(56)

Fir-rigward tal-ħames dikjarazzjoni, l-investigazzjoni kkonfermat li kien hemm kumpaniji relatati tal-produtturi Brażiljani li ma kkooperawx stabbiliti fl-Unjoni. Madankollu, minħabba li l-ebda kumpanija minn dawn ma kkooperat mal-investigazzjoni, ma kienx possibbli li jiġi stabbilit jekk dawn kienux tassew qed jipproduċu l-prodott simili biex ifornu lis-suq tal-Unjoni. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ma setgħetx tiġi verifikata.

(57)

Fir-rigward tas-sitt dikjarazzjoni, l-investigazzjoni kkonfermat in-nuqqas ta' kapaċità żejda sinifikanti. Dan ġie meqjus fil-valutazzjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda fil-brażil, kif spjegat hawn fuq.

(58)

Fir-rigward tas-seba' dikjarazzjoni, id-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi ġew ikkunsidrati debitament fit-tqabbil tal-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni, kif spjegat hawn fuq.

1.2.5.   Il-konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dumping fil-Brażil

(59)

L-investigazzjoni wriet li kien hemm biss kapaċità żejda sinifikanti limitata fil-Brażil li setgħet tiġi diretta lejn is-suq tal-Unjoni li kieku l-miżuri kontra l-Brażil jitħallew jiskadu. Ma nstabu l-ebda prattiki ta' dumping lejn swieq oħra. L-attrattività tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi tal-Brażil hija meqjusa limitata fid-dawl tal-attrattività għolja tas-suq domestiku tagħhom u x-xebħ tal-livelli tal-prezzijiet.

(60)

Minħabba dan t'hawn fuq, huwa meqjus improbabbli li d-dumping mill-Brażil jerġa' jseħħ, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(61)

B'konsegwenza t'hekk, il-proċediment għandu jintemm għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fil-Brażil.

2.   Ir-RPĊ

(62)

Żewġ produtturi mir-RPĊ ikkoperaw fl-investigazzjoni. Huma fil-bidu kienu rrappurtaw 4 264 tunnellata ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, li skont Eurostat kienu jikkorrispondu għal 250 %–350 % tal-importazzjonijiet totali taċ-Ċina lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Matul l-investigazzjoni, il-volum tal-esportazzjoni ġie stabbilit li huwa bejn 900 u 1 100 tunnellata għall-ewwel produttur, li jikkorrispondi għal 53 % sa 90 % tal-esportazzjonijiet totali mir-RPĊ lejn l-Unjoni. Ħafna minn dawn l-esportazzjonijiet saru taħt ir-reġim tal-ipproċessar intern u għalhekk ma kienu suġġetti la għad-dazju antidumping u lanqas għad-dazju doganali. It-tieni produttur instab li ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjdu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

2.1.   Għażla tal-pajjiż analogu u l-kalkolu tal-Valur Normali

(63)

Fl-avviż ta' bidu, il-Kummissjoni kienet stiednet lill-partijiet interessati kollha biex jikkummentaw dwar il-proposta tagħha li tuża lill-Indja bħala pajjiż terz b'ekonomija tas-suq għall-iskop li jiġi stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-RPĊ. L-Indja kienet intużat bħala pajjiż analogu fl-investigazzjoni oriġinali.

(64)

Parti interessata esprimiet tħassib dwar il-proposta tat-Turkija u ssuġġeriet lill-Afrika t'Isfel bħala pajjiż analogu alternattiv, u ddikjarat li l-Afrika t'Isfel tkun aktar xierqa minħabba li l-istruttura tal-kostijiet tal-produtturi tat-Turkija tkun differenti mill-istruttura tal-kostijiet taċ-Ċina u li t-Turkija kienet imponiet dazji antidumping ta' 22 % kontra l-importazzjonijiet miċ-Ċina tat-tipi kollha ta' fojl tal-aluminju fl-2014.

(65)

Minbarra s-suġġerimenti magħmula mill-partijiet interessati, il-Kummissjoni stess riedet tidentifika pajjiż analogu xieraq. Hija identifikat lill-Indja, il-Ġappun, il-Korea t'Isfel, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Istati Uniti tal-Amerika u t-Tajwan bħala pajjiżi analogi potenzjali addizzjonali minħabba l-volum ta' produzzjoni kbir tagħhom ta' fojls tal-aluminju. Madankollu, instab li l-Ġappun, l-Istati Uniti tal-Ameriika u t-Tajwan ipproduċew fojls tal-aluminju irqaq, iżda mhux il-prodott ikkonċernat.

(66)

Intbagħtu talbiet għall-kooperazzjoni lill-produtturi magħrufa fl-Indja, l-Afrika t'Isfel, il-Korea t'Isfel, l-Emirati Għarab Magħquda u t-Turkija. Il-kooperazzjoni ġiet riċevuta biss minn żewġ produtturi esportaturi fit-Turkija. Ma kien hemm ebda tweġiba mill-produtturi fil-pajjiżi analogi l-oħra potenzjali.

(67)

Instab li t-Turkija hija produttur sinifikanti ta' fojl tal-aluminju b'suq miftuħ u ħieles minn distorsjonijiet fir-rigward tal-prezzijiet tal-materja prima jew l-enerġija. Il-proċess tal-produzzjoni fit-Turkija u fir-RPĊ instab li kien simili. It-Turkija intgħażlet bħala pajjiż analogu biex jiġi stabbilit il-valur normali għar-RPĊ skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku u saru żjarat ta' verifika fil-bini taż-żewġ kumpaniji li kkooperaw.

(68)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, l-ewwel ġie eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti magħmul minn produtturi li kkoperaw fil-Malasja kienx rappreżentattiv meta mqabbel mal-volum totali tal-esportazzjoni għall-Unjoni, jiġifieri jekk il-volum totali ta' tali bejgħ domestiku kienx jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ f'esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. Fuq din il-bażi, instab li l-bejgħ domestiku fil-pajjiż analogu kien rappreżentattiv.

(69)

Ġie eżaminat ukoll jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott simili jistax jitqies bħala li sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgћ domestiku profittabbli lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Il-bejgħ domestiku ta' wieħed mill-produtturi instab li sar fl-andament normali tal-kummerċ, filwaqt li l-profittabilità tal-bejgħ tat-tieni produttur ma setgħetx tiġi stabbilita minħabba nuqqas ta' dejta tal-kontabilità analitika dettaljata.

(70)

Il-valur normali tat-tieni produttur ma setax jinbena f'konformità mal-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku minħabba nuqqas ta' dejta tal-kontabilità analitika dettaljata.

(71)

Għalhekk, il-valur normali ġie bbażat fuq il-prezz domestiku effettiv, li ġie kkalkulat bħala prezz b'medja ponderata tal-bejgħ domestiku profittabbli li sar matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(72)

Produttur Ċiniż iddikjara li l-valur normali ma jistax jiġi kkalkulat b'mod validu fuq il-bażi tal-bejgħ domestiku ta' produttur wieħed biss mit-Turkija. Barra minn hekk, il-produttur Ċiniż issottolinja li n-natura kunfidenzjali tad-dejta kummerċjali tal-produttur kummerċjali għamlitha impossibbli li jiġi evalwat jew sostanzjat il-marġini ta' dumping li jirriżulta.

(73)

L-użu tad-dejta ta' produttur wieħed fil-pajjiz analogu huwa f'konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li skontha dawn il-prezzijiet jistgħu jintużaw jekk huma r-riżultat ta' kompetizzjoni ġenwina fis-suq domestiku. Kif indikat fil-premessi (68) u (69) hawn fuq, hemm diversi produtturi domestiċi mit-Turkija u t-Turkija hija wkoll importatur ta' fojls tal-aluminju. Għalhekk il-Kummissjoni tqis li l-prezzijiet fis-suq tat-Turkija huma r-riżultat ta' kompetizzjoni ġenwina u m'hemm ebda element li jindika li l-prezzijiet ta' produttur wieħed ma jistgħux jintużaw biex jiġi determinat il-valur normali. Fir-rigward tad-dejta kummerċjali, il-Kummissjoni trid tipproteġi l-kunfidenzjalità tad-dejta ppreżentata mill-partijiet u għalhekk ma tistax tiżvela informazzjoni kummerċjalment sensittiva dwar il-produttur Tork lill-produttur Ċiniż. Għalhekk id-dikjarazzjonijiet ta' dan l-esportatur Ċiniż għandhom jiġu miċħuda.

2.2.   Id-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni

(74)

Il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-prezz tal-esportazzjoni attwalment imħallas jew li għandu jitħallas lill-ewwel klijent indipendenti.

(75)

Produttur Ċiniż irrimarka li r-rata tar-rifużjoni tal-VAT ma ġietx ikkalkulata tajjeb. Il-kalkolu ġie modifikat skont dan u l-Kummissjoni żvelat mill-ġdid is-sejbiet riveduti lill-produttur ikkonċernat.

2.3.   Tqabbil

(76)

Il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw ġew imqabbla fuq bażi ta' kif joħorġu mill-fabbrika. Sabiex ikun żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konsiderazzjoni xierqa fil-forma ta' aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kumparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament Bażiku.

(77)

Fuq din il-bażi, saru aġġustamenti għal trasport, kostijiet ta' ġarr ta' merkanzija bil-baħar u ta' assigurazzjoni, kostijiet ta' tagħbija u kostijiet anċillari, kostijiet tal-ippakkjar, kostijiet tal-kreditu, skontijiet u kummissjonijiet fejn pprovati li jaffettwaw l-paragunabilità tal-prezzijiet.

(78)

Produttur Ċiniż iddikjara li d-dazju ta' importazzjoni normali ta' 7,5 % fit-Turkija jimbotta l-prezzijiet domestiċi 'l fuq bl-istess ammont u li dan għandu jiġi aġġustat għal tqabbil ġust. Il-produttur Ċiniż iddikjara wkoll li aġġustament għall-kostijiet tal-ippakkjar ma kienx ġustifikat minħabba li l-kostijiet tal-ippakkjar japplikaw għall-produtturi kollha irrelevantement fejn ikunu jinsabu.

(79)

Il-Kummissjoni tinnota li ċ-Ċina għandha wkoll fis-seħħ dazju tal-importazzjoni għall-fojls tal-aluminju. Għalhekk, jidher li m'hemm l-ebda distorsjoni ta' tqabbil minħabba l-eżistenza ta' dazju tal-importazzjoni simili fit-Turkija. Barra minn hekk, anke jekk jingħata aġġustament għad-dazju tal-importazzjoni, dan ma jbiddilx il-fatt li hemm dumping sinifikanti mill-esportaturi Ċiniżi lejn is-suq tal-Unjoni. Fir-rigward tal-kostijiet tal-ippakkjar sar aġġustament kemm lill-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi kif ukoll lill-prezzijiet tal-esportazzjoni Torok sabiex jinnewtralizzaw kwalunkwe differenza fl-ippakkjar. Minhabba f'hekk, l-aġġustament fil-kost tal-ippakkjar ma jistax joħloq distorsjoni fit-tqabbil. Dan l-argument kellu għalhekk jiġi miċħud.

2.4.   Marġini tad-dumping

(80)

Kif previst fl-Artikolu 2(11) u (12)tar-Regolament bażiku, il-valur normali medju ponderat ta' kull tip tal-prodott ikkonċernat esportat lejn il-Komunità ġie mqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat ta' kull tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat.

(81)

Fuq il-bażi ta' dan, il-marġni tad-dumping medju ponderat espress bħala perċentwal tal-prezz CIF (il-kost, l-assigurazzjoni, il-merkanzija) fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huwa kif ġej:

Il-kumpanija

Marġini tad-dumping

Zhenjiang Dinsheng Aluminium Industries Joint-Stock Limited Company, Jiangsu

28,1 %

2.5.   Il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni tad-dumping mir-RPĊ

(82)

Wara s-sejbiet ta' dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping fin-nuqqas ta' miżuri. L-elementi addizzjonali li jmiss ġew analizzati: Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda fir-RPĊ, id-dumping mir-RPĊ lejn swieq oħra, u l-attrattività tas-suq tal-Unjoni.

2.5.1.   Il-kapaċità ta' produzzjoni u l-kapaċità ta' riżerva fil-PRC

(83)

L-użu tal-kapaċità taż-żewġ produtturi Ċiniżi li kkooperaw instab li kien 85 % u 90 %. Il-kapaċità żejda instabet li kienet 50 000 tunnellata għal dawk iż-żewġ produtturi. Dan huwa ekwivalenti għall-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni u aktar minn 50 % tal-konsum tal-Unjoni. Barra minn hekk, waħda mill-kumpaniji li kkooperat kienet fil-proċess li tibni kapaċità addizzjonali għall-irrumblar tal-fojl ta' 40 000 tunnellata. Għalhekk ġie konkluż li kien hemm kapaċità żejda sinifikanti li għall-anqas parti minnha setgħet tiġi diretta lejn is-suq tal-Unjoni li kieku l-miżuri kontra r-RPĊ jitħallew jiskadu.

(84)

Iż-żewġ produtturi magħrufa l-oħra taċ-Ċina ma kkooperawx mal-investigazzjoni, u għalhekk, il-kapaċità żejda tagħhom ma setgħetx tiġi verifikata. Studju ppreżentat mill-applikanti stima li l-kapaċità kkombinata għal fojls tal-aluminju tal-produttur Ċiniż l-ieħor li ma kkooperax kienet madwar għaxar darbiet il-kapaċita kkombinata taż-żewġ produtturi li kkooperaw. L-istudju jistima li l-kapaċità ta' produzzjoni totali Ċiniża għat-tipi kollha ta' fojl tal-aluminju hija 450 000 tunnellata aktar mill-konsum domestiku totali Ċiniż. L-istudju jbassar ukoll li l-kapaċita ta' produzzjoni Ċiniża ser tkompli tiżdied minn 2,5 miljun tunnellata fl-2014 għal 2,8 miljun tunnellata fl-2018, u li t-tkabbir tal-konsum domestiku Ċiniż minn 2,1 miljun tunnellata għal 2,4 miljun tunnellata fl-istess perjodu x'aktarx ma jkunx biżżejjed biex jassorbi għal kollox il-kapaċità dejjem tiżdied. Għalhekk ġie meqjus li huwa probabbli li jkun hemm kapaċità żejda sinifikanti fost il-produtturi li ma kkooperawx li għall-anqas parti minnha tista' tiġi diretta lejn is-suq tal-Unjoni li kieku l-miżuri kontra r-RPĊ jitħallew jiskadu.

(85)

Produttur Ċiniż minnhom, filwaqt li ma kkontestax is-sejbiet dwar il-volumi ta' kapaċita żejda, iddikjara li ma kienx realistiku li wieħed jassumi li l-kapaċità żejda kollha ser tkun diretta lejn is-suq tal-Unjoni.

(86)

Il-Kummissjoni tqis, f'konformità mal-valutazzjoni tagħha fil-premessi (84) u (97), li għall-anqas parti mill-kapaċita żejda tista' tiġi diretta lejn is-suq tal-Unjoni. Il-premessa (83) ġiet modifikata skont dan.

2.5.2.   Id-dumping mir-RPĊ għal swieq oħra

(87)

Il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn swieq oħra matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami ta' wieħed mill-produtturi Ċiniżi li kkooperaw (id-destinazzjonijiet tal-esportazzjoni prinċipali kienu l-Emirati Għarab Magħquda, l-Arabja Sawdija, l-Istati Uniti tal-Amerika, l-Eġittu u l-Indja) instab li kienu taħt il-Valur Normali kif stabbilit fil-premessi (63) sa (71) hawn fuq u għalhekk dumped. Il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn swieq oħra tat-tieni produttur Ċiniż ma setgħux jinġabru.

(88)

Minħabba l-eżistenza ta' dumping lejn swieq oħra, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-produttur esportatur mir-RPĊ jbigħ il-prodott ikkonċernat lil pajjiżi terzi bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li huwa probabbli li, jekk il-miżuri attwali jiġu mħassra, il-produtturi esportaturi mir-RPĊ jbigħu wkoll il-prodott ikkonċernat lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

(89)

Produttur Ċiniż iddikjara li s-sejba ta' dumping fl-esportazzjonijiet lejn swieq oħra hija rrelevanti minħabba li l-kamp ta' applikazzjoni tar-rieżami huwa limitat għas-suq tal-Unjoni u mhux għas-suq dinji. Skont il-produttur Ċiniż, it-tqabbil tal-prezzijiet fost is-swieq mhuwiex xieraq minħabba li l-istrutturi tal-prezzijiet f'partijiet oħra tad-dinja jistgħu jkunu differenti. Barra minn hekk, il-preżenza tal-esportazzjonijiet tal-Unjoni għal dawn l-istess swieq, għandha titqabbel ukoll u tista' tirriżulta f'sejba li l-prezzijiet domestiċi tal-Unjoni huma għoljin wisq.

(90)

Kif spjegat fil-premessa (82), il-Kummissjoni ikkunsidrat diversi indikaturi biex tivvaluta l-probabbiltà ta' dumping lejn is-suq tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tqis li l-esportaturi li jinstabu li jwettqu dumping fi swieq oħrajn, huma aktar probabbli li jipparteċipaw f'dumping fl-Unjoni wkoll, meta mqabbel mal-esportaturi li jinstab li ma jagħmlux dumping fi swieq oħrajn. Għal din ir-raġuni huwa indikatur rilevanti biex tkun stabbilita l-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping. Għalhekk din il-pretensjoni għandha tiġi miċħuda.

(91)

Id-dikjarazzjoni dwar l-imġieba ta' esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni hija indirizzata fil-premessa (171).

2.5.3.   L-attrattività tas-suq tal-Unjoni

(92)

Kif imsemmi fil-premessa (114) hawn taħt, l-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet Ċiniżi li saru taħt ir-reġim normali tal-importazzjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami kienu jwaqqgħu il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'medja ta' 12,2 % fin-nuqqas ta' dazji antidumping. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet Ċiniżi li saru taħt ir-reġim tal-ipproċessar intern u li għalhekk mhumiex suġġetti għad-dazju antidumping jew għad-dazju doganali, li kienu jammontaw għal madwar 75 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi, instab li kienu jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni bi 18 %. Il-prezzijiet Ċiniżi huma wkoll aktar baxxi mill-prezzijiet tal-esportazzjoni ta' kwalunkwe pajjiż ieħor fl-Unjoni. Din id-differenza fil-prezz ċertament turi l-attrattività tas-suq tal-Unjoni u l-kapaċità taċ-Ċiniżi li jikkompetu permezz tal-prezzijiet fil-każ li l-miżuri jitħassru.

(93)

B'hekk, jista' jkun mistenni b'mod raġonevoli li, jekk il-miżuri jitħassru, parti sostanzjali tal-esportazzjonijiet Ċiniżi attwali jerġgħu jiġu diretti lejn l-Unjoni.

(94)

Ta' min infakkru li qabel ma ġew imposti l-miżuri oriġinali, l-investigazzjoni oriġinali kienet stabbiliet li s-sehem tas-suq Ċiniż fis-suq tal-Unjoni kien jammonta għal 30,72 %. Għalhekk, huwa mistenni li, jekk il-miżuri jiskadu, l-esportazzjonijiet Ċiniżi kollha li bħalissa għandhom 2 % tas-suq tal-Unjoni se jiżdiedu b'mod sinifikanti billi jwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni.

(95)

Produttur Ċiniż minnhom iddikjara li twaqqigħ żgħir fil-prezzijiet kien parti minn mekkaniżmu normali tal-ipprezzar kull meta produtturi mhux domestiċi jikkompetu ma' produtturi domestiċi. Twaqqigħ fil-prezzijiet ta' 12,2 % ikun raġonevoli u ma joħloqx diffikultajiet lill-produtturi tal-Unjoni.

(96)

Sejba ta' twaqqigħ fil-prezzijiet ma twassalx fiha nnifisha għal konklużjoni ta' imġieba mhux ġusta mill-esportatur. Madankollu, f'dan il-każ, il-marġini ta' twaqqigħ fil-prezzijiet misjub kien juri l-livelli tal-prezzijiet probabbli tal-importazzjonijiet Ċiniżi jekk il-miżuri jitħallew jiskadu u l-kapaċità tagħhom li jieħdu f'idejhom is-sehem mis-suq fl-Unjoni għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, instab li dawn l-importazzjonijiet x'aktarx ikunu dumped. Għalhekk, l-argument li l-livell ta' twaqqigħ fil-prezzijiet ta' 12,2 % ikun raġonevoli kien irrelevanti f'dan il-kuntest u għalhekk ġie miċħud.

2.5.4.   Il-konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping

(97)

L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet Ċiniżi komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping b'marġini ta' dumping sinifikanti. Din l-investigazzjoni wriet ukoll li l-kapaċità żejda għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat fir-RPĊ hija sinifikanti meta mqabbla mal-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Għall-anqas parti minn din il-kapaċità żejda x'aktarx tkun diretta lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri kontra r-RPĊ jitħallew jiskadu.

(98)

Barra minn hekk, l-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn pajjiżi terzi saru bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping. L-imġiba tal-ipprezzar tal-esportazzjonijiet Ċiniżi fi swieq terzi tindika probabbiltà li d-dumping lejn is-suq tal-Unjoni jerġa' jseħħ, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(99)

Barra minn hekk, l-attrattività tas-suq tal-Unjoni f'termini ta' prezzijiet tindika li hemm riskju li l-esportazzjonijiet Ċiniżi jkunu direttii mill-ġdid lejn is-suq tal-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(100)

Minħabba dan t'hawn fuq, hemm il-probabbiltà li, jekk il-miżuri jiskadu, l-importazzjonijiet dumped Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat jiżdiedu b'mod sinifikanti jekk il-miżuri fis-seħħ jitħallew jiskadu.

D.   ID-DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

(101)

Il-prodott simili kien manifatturat minn tnax-il produttur magħruf tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Huma jikkositwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(102)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni kienet stabbilita għal madwar 47 349 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra fuq il-bażi ta' statistika ta' Eurostat, it-tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u d-dejta mistennija relatata mal-produtturi mhux fil-kampjun u pprovduta mill-ilmentaturi. Kif indikat fil-premessa (18), il-produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun jirrappreżentaw aktar minn 70 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

E.   IS-SITWAZZJONI TAS-SUQ TAL-UNJONI

1.   Kummenti preliminari

(103)

Dejta dwar il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, il-volum tal-bejgħ, l-impjiegi u l-volum ta' esportazzjoni relatati mal-industrija kollha tal-Unjoni għall-perjodu meqjus kienet fornita mill-ilmentaturi. Id-dejta ġiet stmata u fornita fuq il-bażi ta' firxa massima u minima, maqsuma f'żewġ kategoriji: il-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun kif ukoll produtturi tal-Unjoni li ma ttiħdux fil-kampjun. Għall-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, il-Kummissjoni użat id-dejta attwali verifikata mogħtija minn dawn il-kumpaniji fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju. Għall-produtturi tal-Unjoni mhux inklużi fil-kampjun, intużaw iċ-ċifri pprovduti mill-ilmentaturi. Dawn l-istimi kienu disponibbli biex jikkummentaw dwarhom il-partijiet interessati. Madankollu ma saru l-ebda kummenti.

2.   Konsum tal-Unjoni

(104)

Iċ-ċifri tal-konsum tal-Unjon stabbiliti u ppublikati fl-investigazzjoni parallela intużaw fl-investigazzjoni preżenti. Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum fl-Unjoni fuq il-bażi tal-volum ta' bejgħ totali stmat tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u l-volum totali ta' importazzjonijiet ibbażat fuq Eurostat u korreġut, fejn meħtieġ, bid-dejta verifikata li pprovda l-produttur esportatur u bir-risposti għall-kwestjonarju ppreżentati mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(105)

Peress li fil-pajjiż ikkonċernat hemm produttur wieħed biss li jesporta, iċ-ċifri kollha relatati miegħu kellhom jingħataw f'firxiet għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità. Barra minn hekk, sabiex jiġi evitat li l-volum ta' importazzjonijiet tar-Russja jiġi kkalkulat bit-tnaqqis, kien meħtieġ ukoll li jintużaw firxiet ta' volumi ta' konsum u importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra.

(106)

Fuq din il-bażi, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Il-konsum tal-Unjoni ta' AHF (tunnellati)

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Konsum tal-Unjoni

[71 300 –82 625 ]

[74 152 –92 540 ]

[84 847 –108 239 ]

[83 421 –105 760 ]

Indiċi (2011 = 100)

100

[104–112]

[119–131]

[117–128]

Sors: Ċifri ppubblikati fl-investigazzjoni parallela bbażata fuq Eurostat, tweġibiet għall-kwestjonarji u informazzjoni mogħtija mill-applikanti.

(107)

Il-konsum fl-Unjoni żdied bejn l-2011 u l-2013, iżda naqas fl-2013 u fil-perjodu ta' investigazzjoni. Kumplessivament, tul il-perjodu kkunsidrat l-konsum naqas bejn 17 % u 28 %. Iż-żieda fil-konsum bejn l-2011 u l-perjodu ta' investigazzjoni, prinċipalment tirrifletti ż-żieda ta' importazzjonijiet mir-Russja u minn pajjiżi terzi oħra, filwaqt li l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni żdied bi ftit biss (ara l-premessa (134)).

3.   Volum, Prezzijiet u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

(108)

Minħabba li l-investigazzjoni stabbiliet li ma kien hemm ebda probabilita ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping fil-Brażil (ara premessa 60)) l-analiżi tal-volum, il-prezzijiet u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet hija limitata għall-importazzjonijiet mir-RPĊ. Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum u l-prezzijiet ta' importazzjonijiet mir-RPĊ fuq il-bażi ta' Eurostat.

(a)   Volum u sehem tas-suq tal-importazzjonijiet

(109)

L-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej:

Tabella 2

Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

RPĊ

Volum ta' importazzjonijiet skont ir-reġim normali ta' importazzjonijiet (tunnellati)

[2 000 –2 300 ]

[200–400]

[150–350]

[300–400]

Volum ta' importazzjonijiet skont ir-reġim ta' importazzjoni tal-ipproċessar intern (tunnellati)

[800–1 000 ]

[700–1 000 ]

[950–1 300 ]

[900–1 300 ]

Volum totali ta' importazzjonijiet (ir-reġimi kollha) (tunnellati)

[2 843 – 3 205 ]

[967–1 378 ]

[1 137 –1 603 ]

[1 222 –1 699 ]

Indiċi (2011 = 100)

100

[34-43]

[40-50]

[43-53]

Sehem mis-suq

4 %

1 %

1 %

2 %

Sors: Eurostat.

(110)

Il-volumi tal-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu b'bejn 47 % u 57 %, bi tnaqqis korrispondenti fis-sehem mis-suq minn 4 % sa 2 %, jiġifieri tnaqqis ta' 2 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat. Kemm il-volumi kif ukoll is-sehem mis-suq baqgħu f'livelli baxxi matul il-perjodu kkunsidrat.

(b)   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet u twaqqigħ tal-prezzijiet

(111)

It-tabella ta' hawn taħt turi l-prezz medju tal-importazzjonijiet dumped.

Tabella 3

Prezzijiet medji tal-importazzjonijiet dumped

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

RPĊ

Prezz medju (EUR/tunnellata)

2 251

2 417

2 306

2 131

Indiċi (2011 = 100)

100

107

102

95

Sors: il-Eurostat.

(112)

Il-prezzijiet medji ta' importazzjonijiet mir-RPĊ naqsu matul il-perjodu kkunsidrat minn EUR 2 251 EUR/tunnellata għal 2 131 EUR/tunnellata, jiġifieri tnaqqis ta' madwar 5 %. Il-prezzijiet ta' importazzjonijiet Ċiniżi kien bħala medja aktar baxx mill-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fuq is-suq tal-Unjoni u mill-prezzijiet ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra matul il-perjodu kkunsidrat kollu.

(113)

Matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, madwar 75 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi, li jirrappreżentaw sehem mis-suq ta' aktar minn 1 %, saru skont ir-reġim tal-ipproċessar intern u għalhekk ma kienux suġġetti għad-dazju antidumping u lanqas għad-dazju doganali. Instab li kienu jwaqqgħu il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni bi 18 %. Fir-rigward tal-produttur esportatur li kkoopera li kien jirrappreżenta madwar 53 % sa 90 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u għamel 98 % tal-importazzjonijiet tiegħu skont ir-reġim tal-ipproċessar intern, ġie stabbilit marġini ta' twaqqigħ fil-prezzijiet ta' bejn 15 % u 18 %.

(114)

Il-25 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi li jifdal saru skont ir-reġim normali ta' importazzjoni. Meta jiżdiedu d-dazju doganali u d-dazju antidumping mal-prezzijiet CIF Ċiniżi, il-prezzijiet Ċiniżi kkalkulati għal dawn l-importazzjonijiet kienu ogħla bħala medja mill-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u għalhekk kien hemm twaqqigħ negattiv (– 12,5 %). Madankollu meta jitqiesu l-prezzijiet tal-importazzjoni mingħajr id-dazji antidumping, ikun hemm twaqqigħ tal-prezzijiet ta' 12,2 %.

(115)

Meta l-importazzjonijiet Ċiniżi jiġu kkunsidrati, irrispettivament mir-reġim ta' importazzjoni u jiżdiedu d-dazji doganali u dawk antidumping applikabbli mal-prezzijiet CIF ta' importazzjonijiet magħmula skont ir-reġim normali, instab li l-prezzijiet Ċiniżi kienu jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b'medja ta' 10,2 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(116)

Produttur Ċiniż iddikjara li l-marġini ta' twaqqigħ tal-prezzijiet ta' 18 % stabbilit mill-importazzjonijiet Ċiniżi magħmula skont ir-reġim tal-ipproċessar intern ma kienx korrett minħabba li l-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni kienu jinkludu tariffa normali inkluża ta' 7,5 % li l-utenti domestiċi ma jistgħux jiksbu aġevolazzjoni minnha li kieku jinkorporaw AHF manifatturat fl-Unjoni f'esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. Madankollu il-parti interessata ma ssostanzjatx id-dikjarazzjoni tagħha u b'mod partikolari naqset milli tispjega l-kunċett ta' “tariffa normali inkluża”. Fi kwalunkwe każ wieħed għandu jżomm f'moħħu, kif spjegat fil-premessa (113), li l-importazzjonijiet magħmula skont ir-reġim tal-ipproċessar intern mhumiex suġġetti għad-dazju doganali. Għalhekk ma jkunx iġġustifikat li jsiru l-aġġustamenti għad-dazji doganali li ma jiġġarrbux. Għandu jiġi nnutat li l-Kummissjoni applikat debitament l-aġġustament għad-dazju doganali meta stabbiliet il-marġini ta' twaqqigħ fil-prezzijiet għal importazzjonijiet li jsiru skont ir-reġim normali fil-premessa (114) u għall-importazzjonijiet Ċiniżi kollha irrispettivament mir-reġim ta' importazzjoni fil-premessa (115). Għaldaqstant id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda..

(117)

L-istess produttur Ċiniż iddikjara li kien meħtieġ li jnaqqas ir-rata ta' dazju doganali mill-marġini tat-twaqqigħ fil-prezzijiet ta' 12,2 % u 10,2 % stabbiliti rispettivament fil-premessi (114) u (115). Madankollu huwa ċċarat li sabiex jiġu stabbiliti dawn il-marġini, il-Kummissjoni diġa' qieset li d-dazju doganali applikabbli għal importazzjonijiet li jsiru skont ir-reġim normali. Għaldaqstant id-dikjarazzjoni ma ġietx aċċettata.

4.   Imal-industrija kollha tal-Unjoni fuq

Tabella 4

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra (ir-reġimi kollha ta' importazzjoni)

Pajjiż

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Il-Brażil

Volum (tunnellati)

0

0

0

0

Ir-Russja

Volum (tunnellati)

[19 532 –26 078 ]

[23 243 –34 422 ]

[27 345 –39 116 ]

[26 368 –37 812 ]

 

Indiċi (2011 = 100)

100

[119–132]

[140–150]

[135–145]

 

Sehem mis-suq

29 %

34 %

34 %

34 %

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

[2 145 –2 650 ]

[2 038 –2 624 ]

[1 952 –2 571 ]

[1 973 –2 597 ]

 

Indiċi (2011 = 100)

100

[95–99]

[91–97]

[92–98]

It-Turkija

Volum (tunnellati)

[5 120 –6 100 ]

[8 090 –10 553 ]

[11 213 –14 213 ]

[11 520 –14 579 ]

 

Indiċi (2011 = 100)

100

[158–173]

[219–233]

[225–239]

 

Sehem mis-suq

7 %

11 %

13 %

13 %

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

2 950

2 743

2 710

2 571

 

Indiċi (2011 = 100)

100

93

92

87

Pajjiżi terzi oħra (iċ-Ċina mhijiex inkluża)

Volum (tunnellati)

[3 100 –3 750 ]

[279–750]

[1 891 –3 000 ]

[3 162 –4 313 ]

 

Indiċi (2011 = 100)

100

[9–20]

[61–80]

[102–115]

 

Sehem mis-suq

4 %

1 %

2 %

4 %

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

2 878

2 830

2 687

2 406

 

Indiċi (2011 = 100)

100

98

93

84

Totali

Volum (tunnellati)

[29 000 –35 000 ]

[33 000 –43 000 ]

[41 000 –54 000 ]

[42 000 –56 000 ]

 

Indiċi (2011 = 100)

100

[113–125]

[142–155]

[145–160]

 

Sehem mis-suq

41 %

46 %

50 %

51 %

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

2 538

2 453

2 401

2 367

 

Indiċi (2011 = 100)

100

97

95

93

Sors: Eurostat, id-dejta dwar ir-Russja stabbilita u ppubblikata fl-investigazzjoni parallela.

(118)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra fl-Unjoni żdiedu bejn 45 % u 60 % li huwa aktar mgħaġġel mill-progressjoni tal-konsum tal-Unjoni. Is-sehem mis-suq ta' pajjiżi terzi oħra għalhekk naqas minn 41 % għal 51 % matul dan il-perjodu.

(119)

Ma kienx hemm importazzjonijiet mill-Brażil matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Il-volum ta' importazzjonijiet mir-Russja żdied bejn 40 % u 50 % mill-2011 sal-2013, bi tnaqqis żgħir matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Is-sehem mis-suq korrispondenti żdied minn 29 % fl-2011 għal 34 % fl-2012 u mbagħad baqa' kostanti sa tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volumi tal-importazzjoni mit-Turkija żdiedu bejn 125 % u 139 % u s-sehem mis-suq tagħhom żdied minn madwar 7 % għal 13 %. Il-prezzijiet tal-importazzjoni mit-Turkija naqsu bi 13 % matul il-perjodu kkunsidrat iżda baqgħu ogħla mil-livell tal-prezz tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, inklużi r-Russja u ċ-Ċina, u kienu f'livelli simili għall-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(120)

B'mod ġenerali, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żdiedu bejn 2 % u 15 %. Madankollu, peress li l-konsum tal-Unjoni żdied, is-sehem tagħhom tas-suq totali naqas minn 4 % fl-2011 għal madwar 2 % fl-2013 u mbagħad żdied għal 4 % sal-aħħar tal-perjodu ta' investigazzjoni; il-prezzijiet tagħhom kienu f'livelli aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-2012.

(121)

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra kienu ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ matul il-perjodu kkunsidrat kollu.

(122)

Produttur Ċiniż minnhom iddikjara li l-analiżi tal-Kummissjoni tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra fil-premessi (118) sa (121) imissha inkludiet is-suq tal-fojl kollu minflok iffukat fuq il-prodott ikkonċernat minħabba li d-deċiżjonijiet magħmula mill-produtturi tal-Unjoni fir-rigward ta' tipi oħra ta' fojl allegatament influwenzaw il-produzzjoni tagħhom tal-prodott ikkonċernat. Din it-talba ma kinitx sostanzjata. Fi kwalunkwe każ l-investigazzjoni stabbiliet, kif imsemmi fil-premessa (185), li l-akbar produttur tal-Unjoni ta' AHF inkluż fil-kampjun kien qiegħed jipproduċi biss AHF u li l-produtturi tal-Unjoni instab li kienu qed jipproduċu kemm AHF kif ukoll tip ieħor ta' fojl bl-isem ta' aluminium converter foil (“ACF”) ma setgħux jaqilbu faċilment mill-produzzjoni ta' prodott għall-ieħor, minħabba li kienet meħtieġa l-produzzjoni taż-żewġ prodotti f'ċertu kwantitajiet biex tiġi mmassimizzata l-effiċjenza. Kif imsemmi fil-premessa (185) l-investigazzjoni wriet ukoll li l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kellhom proporzjon stabbli ta' produzzjoni bejn dawn it-tipi ta' fojl matul il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant id-dikjarazzjoni ma ġietx aċċettata.

(123)

Produttur Ċiniż minnhom innota li minħabba li l-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni kienet tirrappreżenta anqas minn 50 % tal-konsum tal-Unjoni kien meħtieġ li l-utenti jimportaw l-AHF minn produtturi esportaturi f'pajjiżi terzi. Fuq dik il-bażi l-produttur Ċiniż iddikjara li l-produtturi esportaturi kienu qed jikkompetu bejniethom u mhux mal-produtturi tal-Unjoni fil-forniment tal-utenti li ma kienux moqdijin mill-produtturi tal-Unjoni. Madankollu, din id-dikjarazzjoni ma kinitx sostanzjata. L-ewwel nett, l-allegazzjoni li l-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni kienet tirrappreżenta anqas minn 50 % tal-konsum tal-Unjoni mhijiex korretta. Kif muri fil-premessi (106) u (129) il-kapaċità ta' produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni rrappreżentat bejn 58 % u 74 % tal-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u kienet fuq il-55 % matul il-perjodu kkunsidrat kollu. Barra minn hekk, kif muri fit-tabella 5, l-investigazzjoni stabbiliet li l-industrija tal-Unjoni kellha kapaċita żejda matul il-perjodu kkunsidrat kollu, li setgħet intużat biex isservi s-suq tal-Unjoni jekk veru li ma kien hemm ebda kompetizzjoni ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kienu wkoll f'kompetizzjoni mal-prodott simili prodott mill-industrija tal-Unjoni minħabba li l-klijenti eżistenti tal-produtturi tal-Unjoni rnexxielhom jaqilbu għal fornituri minn pajjizi terzi. Għaldaqstant id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

5.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

5.1.   Rimarki ġenerali

(124)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi rilevanti kollha li għandhom x'jaqsmu mal-istat tal-industrija tal-Unjoni.

(125)

Kif imsemmi fil-premessa (18), intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tad-tal-ħsara possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(126)

Għad-determinazzjoni tal-ħsara, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi ta' ħsara makroekonomiku u mikroekonomiku. Kif spjegat fil-premessa (103), il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi relatati mal-industrija kollha tal-Unjoni fuq il-bażi ta' informazzjoni fornita mill-ilmentaturi li ġiet debitament verifikata għall-kumpaniji fil-kampjun. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi li jirrigwardaw biss il-kumpaniji fil-kampjun fuq il-bażi tad-dejta inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta' dejta nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(127)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività u d-daqs tal-marġini tad-dumping.

(128)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta' unità, il-kost unitarju, il-kostijiet tax-xogħol, l-inventarji, il-profittabilità, il-flussi tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità ta' ġbir ta' kapital.

5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

5.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(129)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 5

Il-produzzjoni, il-kapaċità produttiva u l-użu tal-kapaċità tal-Industrija tal-Unjoni

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

44 316

46 165

48 796

47 349

Indiċi (2011 = 100)

100

104

110

107

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

54 777

54 485

59 186

61 496

Indiċi (2011 = 100)

100

99

108

112

Użu tal-kapaċità

81 %

85 %

82 %

77 %

Indiċi (2011 = 100)

100

105

102

95

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju, l-informazzjoni pprovduta mill-ilmentaturi

(130)

Il-produzzjoni varjat matul il-perjodu kkunsidrat. Waqt li żdiedet bejn l-2011 u l-2013, hija naqset bejn l-2013 u l-perjodu ta' investigazzjoni. Kumplessivament, tul il-perjodu kkunsidrat l-volum ta' produzzjoni żdied b'7 %.

(131)

Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(132)

Bħala riżultat ta' żieda ogħla fil-kapaċità ta' produzzjoni mhux fil-volum tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità naqas b'5 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(133)

Produttur Ċiniż iddikjara li l-kapaċità ta' impjant tal-fojl tal-aluminju m'għandhiex tiġi espressa f'tunnellati minħabba li l-istess makkinarju jipproduċi masses differenti ta' fojl f'perjodu partikolari ta' żmien, skont il-ħxuna u l-wisa' tal-fojl. Fi tweġiba għal din id-dikjarazzjoni, mhuwiex ikkontestat li l-kapaċità ta' impjant espressa f'tunnellati tista' tiġi influwenzata mill-ħxuna jew il-wisa' tal-fojls immanifatturati. Madankollu, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat u ċerti fatturi ta' ħsara bħall-konsum, il-volum ta' bejgħ u l-produzzjoni kienu stabbiliti bl-użu tat-tunnellati bħala l-unità ta' kejl. Hija kwistjoni ta' konsistenza fl-analiżi tal-ħsara li tintuża l-istess unita ta' kejl bħal skopijiet ta' tqabbil. Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma ppuntatx lejn tibdil fit-taħlita tal-prodott tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni biex ma tinvalidax l-użu tat-tunnellati bħala l-unita ta' kejl. Huwa nnutat ikoll li l-parti interessata kkonċernata naqset milli tipprovdi kwalunkwe informazzjoni kwantitattiva li turi li unità ta' kejl differenti kieku kienet tibdel l-analiżi ta' dan il-fattur ta' ħsara. Għaldaqstant id-dikjarazzjoni ma ġietx aċċettata.

5.2.2.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(134)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 6

Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq tal-Industrija tal-Unjoni

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Volum tal-bejgħ (tunnellati)

[41 007 –45 870 ]

[41 007 –49 081 ]

[42 647 –52 292 ]

[41 827 –50 457 ]

Indiċi (2011 = 100)

100

[100–107]

[104–114]

[102–110]

Sehem mis-suq

55 %

53 %

49 %

47 %

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju, l-Eurostat, informazzjoni pprovduta mill-ilmentaturi

(135)

Il-volum tal-bejgħ ta' AHF żdied bi ftit matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volum tal-bejgħ żdied l-aktar mill-2011 sal-2013, jiġifieri bejn 4 % u 14 %. Matul il-perjodu ta' investigazzjoni, il-volum tal-bejgħ naqas; kumplessivament, il-volum tal-bejgħ żdied bejn 2 % u 10 % matul il-perjodu kkunsidrat. Iż-żieda fil-volumi tal-bejgħ, meta wieħed iqis iż-żieda parallela fil-konsum u ż-żieda fl-importazzjonijiet inter alia mir-Russja, wasslet, madankollu, għal tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni minn 55 % fl-2011 għal 47 % fil-perjodu ta' investigazzjoni, jiġifieri tnaqqis ta' 8 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat.

5.2.3.   It-tkabbir

(136)

Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni naqas bejn 17 % u 28 % matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied bejn 2 % u 10 % li ssarraf f'telf ta' sehem mis-suq ta' 8 punti perċentwali.

5.2.4.   L-impjiegi u l-produttività

(137)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

L-impjiegi u l-produttività

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Għadd ta' impjegati

769

787

758

781

Indiċi (2011 = 100)

100

102

99

102

Produttività (tunnellati/impjegati)

58

59

64

61

Indiċi (2011 = 100)

100

102

112

105

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju, l-informazzjoni pprovduta mill-ilmentaturi.

(138)

L-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni varja matul il-perjodu kkunsidrat u b'kollox żdiedu ftit bi 2 %.

(139)

Bejn l-2011 u l-2013, il-produttività żdiedet minħabba ż-żieda fil-produzzjoni ogħla miż-żieda fl-impjiegi kif muri fit-Tabella 4 fil-premessa (77). Mill-2013 sal-perjodu ta' investigazzjoni, il-produzzjoni naqset b'7 % iżda baqgħet ogħla milli fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat fl-2011.

5.2.5.   Id-daqs tal-marġini tad-dumping u l-irkupru minn dumping fl-imgħoddi

(140)

Il-marġini ta' dumping tal-importazzjoni mir-RPĊ kien jammonta għal 28.1 %, matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami (ara premessa (81)) iżda l-impatt tiegħu fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kien limitat minħabba l-miżuri antidumping fis-seħħ li rażżnu b'suċċess il-volumi ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping.

(141)

Madankollu, kif stabbilit fl-investigazzjoni parallela, il-volum ta' importazzjoni oġġett ta' dumping mir-Russja żdied b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn l-importazzjonijiet ikkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk l-irkupru tal-industrija tal-Unjoni ma kienx possibbli minkejja l-eżistenza ta' miżuri antidumping.

5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

5.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(142)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 8

Prezzijiet u kostijiet tal-bejgħ

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Prezz medju ta' bejgħ ta' unità fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

2 932

2 714

2 705

2 597

Indiċi (2011 = 100)

100

93

92

89

Kost għal kull unità tal-produzzjoni (EUR/tunnellata)

2 995

2 794

2 699

2 651

Indiċi (2011 = 100)

100

93

90

89

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju.

(143)

Il-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati naqas kontinwament u kumplessivament bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(144)

Minkejja dan it-tnaqqis, il-kost unitarju tal-produzzjoni baqa' ogħla mill-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tkopri l-kost tal-produzzjoni tagħha bil-prezz tal-bejgħ, bl-eċċezzjoni tal-2013. Tabilħaqq, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħolli l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha minħabba l-pressjoni tal-prezz tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-Russja.

5.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(145)

L-kostijiet medji lavorattivi tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

Kostijiet lavorattivi

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Kost lavorattiv medju għal kull impjegat (EUR)

21 692

22 207

20 603

20 594

Indiċi (2011 = 100)

100

102

95

95

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju.

(146)

Bejn l-2011 u l-perjodu ta' investigazzjoni, il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żdiedu b'5 %. Il-kost lavorattiv l-ewwel żdied bi 2 % bejn l-2011 u l-2012, imbagħad naqas bejn l-2012 u l-2013 u mbagħad baqa' stabbli matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

5.3.3.   Inventarji

(147)

Il-livelli tal-istokk tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 10

Inventarji

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Stokkijiet tal-għeluq

1 931

1 999

2 133

2 085

Indiċi (2011 = 100)

100

104

110

108

Il-ħażna tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

5 %

5 %

5 %

5 %

Indiċi (2011 = 100)

100

100

100

100

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju.

(148)

L-inventarji ma jistgħux jitqiesu bħala indikatur relevanti ta' ħsara f'dan is-settur, billi l-produzzjoni u l-bejgħ huma bbażati l-aktar fuq ordnijiet u, skont dan, il-produtturi normalment iżommu ħażniet limitati. Għalhekk, ix-xejriet fuq l-inventarji huma mogħtija għall-informazzjoni biss.

(149)

Kumplessivament, l-istokks tal-għeluq żdiedu bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat. Filwaqt li mill-2011 sal-2013 l-istokks żdiedu b'10 %, mil-2013 sa tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni naqsu kemxejn. L-istokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni baqgħu stabbli matul il-perjodu kollu kkunsidrat.

5.3.4.   Il-profittabbiltà, il-fluss ta' flus, l-investiment, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġġeneraw il-kapital

(150)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw hekk matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redittu fuq l-investimenti

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati (% tal-fatturat tal-bejgħ)

– 2,2 %

– 2,9 %

0,2 %

– 2,1 %

Indiċi (2011 = 100)

100

65

209

104

Fluss tal-flus (EUR)

1 505 960

2 909 820

3 365 140

1 962 349

Indiċi (2011 = 100)

100

193

223

130

Investimenti (EUR)

3 271 904

5 404 990

4 288 862

4 816 442

Indiċi (2011 = 100)

100

165

131

147

Redditu fuq l-investimenti

– 4 %

– 5 %

0 %

– 3 %

Indiċi (2011 = 100)

100

60

209

108

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju.

(151)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun billi espremiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni ngħata bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. Matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni kienet qed tagħmel telf bl-eċċezzjoni tal-2013, meta hija għamlet marġni ta' profitt ftit aħjar mill-punt tal-ekwilibriju. Il-profittabbiltà naqset bejn l-2011 u l-2012, żdiedet fl-2013 iżda imbagħad reġgħet' naqset fil-perjodu ta' investigazzjoni fejn laħqet livell simili għal dak tal-2011. Kumplessivament, il-profitt żdied b'4 % matul il-perjodu kkunsidrat, li jikkorrispondi għal żieda ta' 0,1 punti perċentwali u li ma ppermettietx li l-industrija tal-Unjoni tagħmel profitti matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Dan l-iżvilupp kien prinċipalment minħabba l-pressjoni tal-prezz tal-importazzjonijiet Russi li daħlu fl-Unjoni bi prezzijiet ta' dumping li kienu jwaqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni u ma ppermettewx li l-industrija tal-Unjoni tistabbilixxi l-prezzijiet tagħha biex tkopri ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni.

(152)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja waħedha l-attività tagħha. Il-fluss tal-flus varja matul il-perjodu kkunsidrat b'xejra li tiżdied gradwalment. Kumplessivament, il-fluss tal-flus nett żdied bi 30 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, għandu jiġi nnutat li f'valuri assoluti l-fluss tal-flus baqa' f'livelli baxxi meta mqabbel mat-total tal-bejgħ tal-prodott in kwistjoni.

(153)

L-investimenti żdiedu b'47 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-investimenti żdiedu b'65 % mill-2011 sal-2012, naqsu matul l-2013 u reġgħu' żdiedu matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Huma kienu jirrappreżentaw prinċipalment investimenti meħtieġa għal makkinarju ġdid u baqgħu f'livelli pjuttost baxxi matul il-perjodu ta' investigazzjoni meta mqabbla mal-fatturat totali.

(154)

Ir-redditu fuq l-investiment huwa l-profitt f'perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Bħal fil-każ tal-indikaturi finanzjarji l-oħrajn, ir-redditu fuq l-investiment mill-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili kien negattiv mill-2011, bl-eċċezzjoni tal-2013 meta kien 0 %, li jirrifletti t-tendenza negattiva fil-profittabbiltà. Kumplessivament, ir-redditu fuq l-investimenti żdied kemxejn bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(155)

F'dak li jirrigwarda l-abbiltà li jiġi ġġenerat il-kapital, id-deterjorament tal-abbiltà li jiġu ġġenerati flus għall-prodott simili tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kien qiegħed idgħajjef is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom billi naqqas il-fondi ġġenerati internament. L-investigazzjoni sabet li, b'mod ġenerali, l-abbiltà li jiġi ġġenerat il-kapital marret għall-agħar matul il-perjodu kkunsidrat.

6.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(156)

Il-maġġoranza tal-indikaturi ewlenin tal-ħsara indikaw xejra negattiva. Rigward il-profittabilità, l-industrija kienet qed tagħmel telf kważi matul il-perjodu kkunsidrat kollu, bl-eċċezzjoni tal-2013 meta dan laħaq livell ftit biss ogħla mill-punt ta' ekwilibriju; matul il-perjodu ta' investigazzjoni, l-industrija tal-Unjoni għamlet profitt negattiv ta' – 2,1 %. L-importazzjonijiet l-oħrajn naqsu bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-kost unitarju li naqas ukoll bi 11 % baqa' ogħla mill-prezz medju tal-bejgħ matul il-perjodu kkunsidrat kollu, bl-eċċezzjoni tal-2013. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 8 punti perċentwali, jiġifieri minn 55 % fl-2011 għal 47 % fil-perjodu ta' investigazzjoni.

(157)

Xi indikaturi tal-ħsara żviluppaw b'mod pożittiv matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volum tal-produzzjoni żdied b'7 % u l-kapaċità tal-produzzjoni bi 12 %. Dawn iż-żidiet madankollu ma kinux jaqblu maż-żieda fil-konsum, li kien ferm ogħla, jiġifieri bejn 17 % u 28 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volum tal-bejgħ żdied bejn 2 % u 10 %. Madankollu, f'suq b'żieda fil-konsum, dan ma rriżultax f'żieda tas-sehem mis-suq, iżda għall-kuntrarju għal telf ta' sehem mis-suq ta' 8 punti perċentwali. L-investimenti żdiedu b'47 %. Dawn kienu jikkonċernaw makkinarju ġdid u baqgħu f'livelli baxxi matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Bl-istess mod, il-likwidità żdiedet bi 30 % matul il-perjodu kkunsidrat iżda baqgħet f'livelli baxxi. Dawn ix-xejriet pożittivi ma jipprekludux l-eżistenza ta' ħsara.

(158)

Il-produttur Brażiljan li kkoopera u l-Brazilian Aluminium Association iddikjaraw li skont lanaliżi ta' dokumenti finanzjarji disponibbli għall-pubbliku ta' xi applikanti ma jkunx hemm ebda ħsara materjali. Dan jikkontradixxuh ir-riżultati tal-investigazzjoni li huma bbażati fuq dejta verifikata mill-industrija tal-Unjoni relatata mal-AHF. Tabilħaqq, xi produtturi tal-Unjoni ma pproduċewx esklussivament AHF u għalhekk id-dokumenti finanzjarji disponibbli għall-pubbliku ma jistgħux juru s-sitwazzjoni attwali tal-industrija tal-Unjoni għall-AHF. Għalhekk, konklużjonijiet dwar is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku m'għandhomx ikunu bbażati fuq dokumenti finanzjarji disponibbli pubblikament iżda fuq l-informazzjoni aktar dettaljata u verifikata disponibbli fl-investigazzjoni. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(159)

L-istess partijiet interessati iddikjaraw li l-istatistika u d-dikjarazzjonijiet ippubblikati mill-European Aluminium Foil Association (“EAFA”) indikaw li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbet l-ebda ħsara matul il-perjodu kkunsidrat inkluż il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Madankollu, instab li l-istatistika u d-dikjarazzjonijiet użati kienu jirreferu jew għas-settur kollu tal-fojl tal-aluminju jew għal kategorija ta' “gejġijiet irqaq” li tkopri l-AHF iżda wkoll tipi oħra ta' fojls bħal converter foils u fojls li jintużaw għal ippakkjar flessibbli. Fuq din il-bażi, ma tista' ssir l-ebda konklużjoni valida fir-rigward tal-prodott ikkonċernat u għalhekk it-talba ġiet miċħuda.

(160)

Produttur Ċiniż iddikjara li l-evoluzzjoni tal-kost tal-unità deskritt fil-premessa (156) ma jistax jiġi rikonċiljat bl-evoluzzjoni tal-prezz tal-aluminju kkwotat fil-Borża tal-Metall ta' Londra (“il-prezz LME”). Fi tweġiba għal din id-dikjarazzjoni għandu jiġi nnutat li l-prezz imħallas mill-produttur tal-Unjoni lil funderiji tal-aluminjujew operaturi tas-suq hija s-somma tal-prezz tal-LME u soprataxxamagħrufa bħala l-“primjum tal-metall”. Għalhekk kwalunkwe valutazzjoni tal-kost tal-unità tal-produttur tal-Unjoni bbażata biss fuq il-prezz LME għandha titqies mhux kompluta. It-talba kienet għalhekk miċħuda.

(161)

L-istess parti interessata iddikjarat li r-rikonċiljazzjoni tal-evoluzzjoni tal-kost ta' unità mal-evoluzzjoni tal-prezz tal-aluminju xorta waħda tkun impossibbli anke jekk jiġi kkunsidrat il-primjum tal-metall. Madankollu, din id-dikjarazzjoni ma kinitx sostanzjata. Barra minn hekk, l-imvestigazzjoni wriet li l-prezz tal-LME naqas matul il-perjodu kkunsidrat b'aktar minn 20 % filwaqt li l-primjum tal-metall aktar milli rdoppja matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, jekk wieħed jieħu flimkien l-LME u l-primjum bħala l-kost totali ta' aluminju, il-kost naqas matul il-perjodu kkunsidrat b'madwar 11 %. Dan it-tnaqqis huwa konformi, u proprjament identiku, għat-tnaqqis tal-kost tal-unità irrappurtat fuq l-istess perjodu fil-premessa (156). Għaldaqstant id-dikjarazzjoni ma ġietx aċċettata.

(162)

Produttur Ċiniż irrefera għal premessa (156) u ddikjara li l-kawżi possibbli ta' ħsara kienu importazzjonijiet bi prezzijiet aktar baxxi, allegati kostijiet ta' produzzjoni ogħla, nuqqas ta' interess fl-AHF minħabba li l-prezzijiet ta' kategoriji oħra ta' fojl fl-Unjoni jkunu ogħla u nuqqas ta' interess fis-suq tal-Unjoni minħabba li l-prezzijiet ikunu igħla fis-swieq tal-esportazzjoni. Fir-rigward tal-kostijiet ta' produzzjoni ogħla, il-produttur Ċiniż semma l-primjum għoli tal-metall u l-fatt li l-industrija tal-Unjoni kienet qed tuża taħlita ta' żewġ metodi ta' manifattura, laminazzjoni termali u tidwib kontinwu filwaqt li dipendenza esklusiva fuq it-tidwib kontinwu tkun aktar kosteffettiva.

(163)

Fi tweġiba għal dawn id-dikjarazzjonijiet, huwa mfakkar li minn premessi (156) u (157) jista' jiġi konkluż li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali. Fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet dwar il-kostijiet tal-produzzjoni, huwa nnutat li fir-rigward tal-irwol tal-primjum tal-metall bħala fattur potenzjali ta' ħsara, l-investigazzjoni parallela stabbiliet li kemm l-industrija tal-Unjoni kif ukoll il-produttur esportatur Russu ġarrbu kostijiet kumparabbli metaakkwistaw il-materja prima biex jimmanifatturaw l-AHF, minħabba li l-prezzijiet tas-suq ta' din il-materja prima kemm fir-Russja kif ukoll fl-Unjoni huma marbuta direttament mal-Borża tal-Metall ta' Londra. Għalhekk jista' jiġi konkluż li l-livell ta' primjum tal-metall ma kienx fattur ta' ħsara matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Fejn jidħol ir-rwol potenzjali ta' metodi ta' manifatturar, l-investigazzjoni wriet li intuża t-tidwib kontinwu għall-produzzjoni ta' żewġ terzi tal-AHF prodott mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Kwalunkwe differenza fil-kosteffettività għalhekk tittaffa mill-preponderanza tat-tidwib kontinwu bħala metodu ta' produzzjoni fl-Unjoni. Huwa spjegat ukoll fil-premessa (185) li ma kien hemm ebda indikazzjoni li l-industrija tal-Unjoni tilfet l-interess fl-AHF. L-investigazzjoni ma kienet uriet l-ebda indikazzjoni li l-produtturi tal-Unjoni abbandunaw is-suq tal-Unjoni favur is-swieq tal-esportazzjoni ta' AHF. L-investigazzjoni wriet verament li l-produtturi tal-Unjoni esportaw biss 1 182 tunnellata ta' AHF lejn pajjiżi terzi matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami li jirrappreżenta anqas minn 3 % tal-bejgħ domestiku tal-produtturi tal-Unjoni matul l-istess perjodu. Għalhekk dawn it-talbiet ġew miċħuda.

(164)

Fuq il-bażi ta' dak li ntqal aktar 'il fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet ħsara materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

F.   PROBABBILTÀ TA' RIKORRENZA JEW KONTINWAZZJONI TAL-ĦSARA

1.   Kummenti preliminari

(165)

Minħabba li ġie konkluż li ma kien hemm ebda probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping għall-importazzjonijiet mill-Brażil, l-analiżi tal-probabbiltà ta' rikorrenza jew kontinwazzjoni ta' ħsara hija limitata għall-importazzjonijiet mir-RPĊ.

(166)

Għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-impatt potenzjali tal-importazzjonijiet Ċiniżi fuq is-suq tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni kien analizzat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Bażiku.

(167)

Kif muri fil-premessi (124) sa (164), l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Matul il-perjodu kkunsidrat kollu, l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu preżenti biss fis-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet limitati, filwaqt li l-volum tal-importazzjoni u s-sehem tas-suq mill-Indoneżja kważi ttripla matul l-istess perjodu. Fl-investigazzjoni parallela, ġie konkluż li l-importazzjonijiet mir-Russja kienu dumped u kkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni, filwaqt li l-importazzjonijiet miċ-Ċina, minħabba l-volum u l-livelli tal-prezzijiet baxxi, kienu biss ta' kontribut parzjali għall-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni mingħajr ma kissru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet mir-Russja u l-ħsra matarjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. Fl-istess ħin, kif spjegat fil-premessi (80) u (100), l-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet Ċiniżi saru f'livelli ta' prezzijiet li huma oġġett ta' dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u kien hemm probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

2.   Il-kapaċità żejda, il-flussi tal-kummerċ u l-ġibda tas-suq tal-Unjoni, u l-imġiba tal-prezzijiet tar-RPĊ

(168)

Il-kapaċitajiet żejda sinifikanti fir-RPĊ li ma jistgħux jiġu assorbiti għal kollox mid-domanda domestika Ċiniża u mis-swieq tal-esportazzjoni minbarra dawk tas-suq tal-Unjoni, il-kontinwazzjoni ta' dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami b'marġini ta' dumping sinifikanti u l-prattika ta' dumping tal-esportaturi Ċiniżi lejn swieq ta' pajjiżi terzi, deskritti f'dettall fil-premessi (82) sa (100) jindikaw biċ-ċar li hemm probabbiltà qawwija li l-volumi tal-importazzjonijiet dumped Ċiniżi jiżdiedu b'mod sinifikanti fil-każ li l-miżuri fis-seħħ jitħallew jiskadu.

(169)

Jekk il-miżuri fis-seħħ jitneħħew, il-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi bl-akbar probabbiltà jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Fil-fatt l-investigazzjoni wriet li fin-nuqqas ta' dazji antidumping, l-importazzjonijiet Ċiniżi li saru taħt ir-reġim normali tal-importazzjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami kienu jwaqqgħu il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'medja ta' 12,2 % (10).

(170)

Kif imsemmi fil-premessi (92) sa (94), is-suq tal-Unjoni huwa attraenti għall-importazzjonijiet Ċiniżi minħabba li l-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni kienu b'mod ġenerali konformi mal-prezzijiet fi swieq oħra tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, f'Lulju 2014 it-Turkija imponiet miżuri antidumping kontra ċ-Ċina għal għadd ta' fojls tal-aluminju inkluż il-prodott ikkonċernat. Għalhekk huwa probabbli li parti mill-produzzjoni li qabel kienet tiġi esportata lejn it-Turkija tiġi orjentata mill-ġdid lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri kontra ċ-Ċina jitneħħew. Għalhekk, jista' jiġi konkluż li t-tneħħija tal-miżuri bil-probabbiltà kollha tirriżulta f'żieda sinifikanti ta' importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'mod sinifikanti, u b'hekk joħolqu aktar ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

(171)

Il-produttur Brażiljan li kkoopera u l-Barzilian Aluminium Association iddikjaraw li, fuq il-bażi tal-istatistika ppubblikata mill-EAFA, jista' jiġi stabbilit li l-produtturi tal-Unjoni ta' fojl tal-aluminju żiedu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn swieq ta' pajjiżi terzi li juri li dawn il-pajjiżi terzi kienu aktar attraenti mis-suq tal-Unjoni. Fir-rigward ta' din id-dikjarazzjoni, instab li l-istatistika użata minn dawn il-partijiet kienet tirreferi jew għas-settur tal-fojl tal-aluminju kollu inkella għal kategorija ta' gejġijiet irqaq li tinkludi l-AHF iżda wkoll tipi oħra ta' fojls bħal converter foils u fojls li jintużaw għal ippakkjar flessibbli. Fuq din il-bażi, ma tista' ssir l-ebda konklużjoni fir-rigward tal-prodott ikkonċernat waħdu. Barra minn hekk, l-investigazzjoni stabbiliet li l-volumi tal-prodott ikkonċernat esportat mill-industrija tal-Unjoni lejn swieq ta' pajjiżi terzi matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami kienu jammontaw għal 1 182 tunnellata biss, li jirrappreżentaw anqas minn 3 % tal-bejgħ domestiku tagħhom matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' riezami. Għaldaqstant il-pretensjonijiet li saru f'dan ir-rigward ġew irrifjutati.

3.   Konklużjoni

(172)

B'ħarsa lejn is-sejbiet tal-investigazzjoni, huwa konkluż li t-tneħħija tal-miżuri kontra r-RPĊ bil-probabbiltà kollha tirriżulta f'żieda sinifikanti ta' importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'mod sinifikanti, u b'hekk joħolqu aktar ħsara mill-industrija tal-Unjoni.

G.   L-INTERESS TAL-UNJONI

1.   Kumment preliminari

(173)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri antidumping eżistenti kontra ċ-Ċina tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni b'mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq l-apprezzament tal-interessi varji involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-operaturi tas-suq, tal-importaturi u tal-utenti.

2.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(174)

L-investigazzjoni stabbiliet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Kif imsemmi fil-premessa (167) il-ħsara materjali tirriżulta l-aktar mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-Russja, filwaqt li l-importazzjonijiet miċ-Ċina ikkontribwew biss parzjalment għall-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. Ġie stabbilit ukoll li kien hemm probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' ħsara jekk il-miżuri koltra ċ-Ċina jitħallew jiskadu.

(175)

Fil-każ li l-miżuri kontra ċ-Ċina jitneħħew, huwa proballi li l-importazzjonijiet Ċiniżi jerġgħu jibdew b'volumi kbar fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping li jwaqqgħu wkoll sinifikattivament il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u jpoġġu pressjoni ogħla fuq il-prezzijiet minn dik impoġġija mill-importazzjonijiet Russi matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. L-industrija tal-Unjoni jkollha tilħaq il-livelli ta' prezzijiet aktar baxxi u għalhekk tkabbar it-telf tagħha.

3.   L-interess tal-utenti

(176)

L-utenti fl-Unjoni huma rewinders li l-attivitajiet tagħhom jikkonsistu fil-kummerċ ta' materjal għat-tgeżwir (fojl tal-aluminju iżda wkoll karta u plastika) wara r-rumblar mill-ġdid tal-AHF f'rombli żgħar (“rombli għall-konsumatur”) u l-ippakkjar mill-ġdid għall-kummerċ industrijali u l-bejgħ bl-imnut. Seba' kumpaniji ppreżentaw ruħhom u rċevew kwestjonarju. Erba' kumpaniji kkooperaw fil-proċedimenti billi bagħtu t-tweġibiet għall-kwestjonarju. Tliet kumpaniji li kkooperaw ġew ivverifikati fuq il-post.

(177)

L-investigazzjoni wriet li l-AHF huwa l-materja prima ewlenija tar-rewinders, li tirrappreżenta madwar 80 % tal-kost totali totali tal-manifattura.

(178)

Matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, l-ebda wieħed mit-tliet utenti li kkooperaw ma importa mir-RPĊ. Is-sorsi prinċipali ta' forniment tagħhom kienu l-industrija tal-Unjoni, ir-Russja u t-Turkjia.

(179)

Peress li r-rewinders huma fornituri ta' firxa wiesgħa ta' prodotti ta' imballaġġ, għat-tliet kumpaniji li kkooperaw li xtraw il-prodott ikkonċernat mir-Russja, l-attività li tinkorpora l-AHF tirrappreżenta minn inqas minn wieħed minn sitta għal massimu ta' kwart tal-attività totali tagħhom.

(180)

Matul il-perjodu ta' investigazzjoni nstab li l-kumpaniji kienu ġeneralment profittabbli. Fir-rigward tal-attività li tinkorpora l-prodott ikkonċernat, tnejn mill-utenti li kkooperaw instab li kienu profittabbli filwaqt li ma setgħet issir l-ebda konklużjoni għat-tielet wieħed minħabba nuqqas ta' ċarezza fl-allokazzjoni tal-bejgħ u l-kostijiet ġenerali u amministrattivi (SG&A) tiegħu.

(181)

Minħabba s-sejbiet t'hawn fuq, huwa meqjus li ż-żamma tal-miżuri kontra ċ-Ċina ma jkollhiex impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni tal-utenti.

4.   Interess ta' importaturi/operaturi tas-suq

(182)

L-ebda kumpanija involuta fil-kummerċ ta' AHF u li impurtat jew biegħet mill-ġdid l-AHF li joriġina fir-RPĊ matul il-perjodu kkunsidrat ma resqet 'il quddiem għall-pubblikazzjoni tan-Notifika ta' Bidu. Tabilħaqq, l-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni u l-produttur esportatur kienu qed ibigħu l-AHF fil-biċċa l-kbira direttament lill-utenti. Għal dawn ir-raġunijiet, ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-impożizzjoni ta' miżuri jista' jkollha effett negattiv fuq is-sitwazzjoni tal-importaturi/operaturi tas-suq.

5.   Sorsi ta' forniment

(183)

Xi partijiet interessati ddikjaraw li l-industrija tal-Unjoni ma għandhiex biżżejjed kapaċità biex tkopri d-domanda sħiħa fl-Unjoni. Għalhekk, dawk il-partijiet iddikjaraw li, jekk il-miżuri jinżammu kontra l-Brażil u ċ-Ċina, u fl-istess ħin jekk il-miżuri definittivi jiġu imposti kontra r-Russja, l-Unjoni tesperjenza nuqqas fil-provvista li żżid il-prezz ta' AHF. Minħabba hekk, ir-rewinders ikollhom ukoll iżidu l-prezzijiet tar-rombli għall-konsumatur għad-detriment tal-konsumaturi.

(184)

L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni kellha kapaċità żejda u hija kapaċi żżid il-produzzjoni u l-bejgħ tal-AHF fl-Unjoni. Barra minn hekk, hemm disponibbli sorsi alternattivi ta' provvista bħat-Turkija, l-Armenja kif ukoll l-Afrika t'Isfel u l-Indja. Fl-aħħar għandu jitfakkar ukoll li l-miżuri antidumping għandhom l-għan li jistabbilixxu kundizzjonijiet ekwi fl-Unjoni u mhux li jżommu l-importazzjonijiet Ċiniżi u Russi barra mis-suq tal-Unjoni, li għandhom jidħlu fis-suq b'livelli ta' prezzijiet ġusti.

6.   Argumenti oħrajn

(185)

Parti interessata ddikjarat li l-industrija tal-Unjoni tilfet l-interess tagħha fl-AHF u li għal din ir-raġuni ma kellhiex għażla oħra għajr li tuża AHF impurtat. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-akbar produttur tal-Unjoni inkluż fil-kampjun kien qiegħed jipproduċi biss AHF. Produtturi oħra tal-UE inklużi fil-kampjun instabu li kienu qed jużaw il-faċiliità ta' manifattura tagħhom biex jipproduċu taħlita ta' AHF u aluminium converter foil (“ACF”) li huwa prodott differenti użat f'applikazzjonijiet differenti minn dawk tal-AHF. Dawn il-produtturi l-oħra tal-Unjoni kellhom proporzjon relattivament stabbli ta' produzzjoni u bejgħ ta' AHF u ACF matul il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant l-investigazzjoni ma kkonfermatx l-allegazzjonijiet li l-industrija tal-Unjoni bidlet il-produzzjoni tagħha minn AHF għall-ACF.

7.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(186)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti biex jiġi konkluż li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mir-RPĊ.

H.   MIŻURI ANTIDUMPING

(187)

Il-partijiet kollha ġew infurmati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien intenzjonat li jiġi rakkomandat li l-miżuri eżistenti kontra r-RPĊ jinżammu u dawk eżistenti kontra l-Brażil jitħassru. Ingħataw ukoll perjodu biex jissottomettu kummenti wara din id-divulgazzjoni. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta fejn kien xieraq.

(188)

Minn dan isegwi li, kif provdut fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw fir-RPĊ, imposti bir-Regolament (KE) Nru 925/2009, għandhom jinżammu. Għall-kuntrarju, il-miżuri applikabbli għall-importazzjonijiet mill-Brażil għandhom jitħallew jiskadu,

(189)

Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dazju antidumping individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (11). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, avviż dwar il-bidla tal-isem jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(190)

Dan ir-Regolament huwa skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju definittiv antidumping huwa b'dan impost fuq l-importazzjoni ta' fojl tal-aluminju ta' ħxuna ta' mhux inqas minn 0,008 mm u mhux aktar minn 0,018 mm, mhux miksi, mhux maħdum aktar milli rolljat, f'rombli ta' wisgħa mhux aktar minn 650 mm u li ma jiżnux aktar minn 10 kilogrammi u li fil-preżent jaqa' fil-kodiċi NM ex 7607 11 19 (kodiċi TARIC 7607111910) u li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju antidumping definittiva applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt tkun kif ġej:

Pajjiż

Il-kumpanija

Dazju antidumping

Kodiċi addizzjonali TARIC

RPĊ

Alcoa (Shanghai) Aluminium Products Co., Ltd, u Alcoa (Bohai) Aluminium Industries Co., Ltd.

6,4 %

A944

Shandong Loften Aluminium Foil Co., Ltd.

20,3 %

A945

Zhenjiang Dingsheng Aluminium Co., Ltd.

24,2 %

A946

Il-kumpaniji l-oħra kollha

30,0 %

A999

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

4.   L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 isseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fiha jidhru dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat minn ismu/isimha u l-funzjoni, abbozzata kif ġej: “Jiena, sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) ta' fojl tal-aluminju mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f'din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata din il-fattura, tapplika r-rata ta' dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

5.   Il-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet tal-prodott imsemmi fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw fil-Brażil huwa b'dan terminat.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 925/2009 tal-24 ta' Settembru 2009 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu fojl tal-aluminju li joriġina mill-Armenja, mill-Brażil u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 262, 6.10.2009, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/736/KE tal-5 ta' Ottubru 2009 li taċċetta impenn offert b'rabta mal-proċedura antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' ċertu fojl tal-aluminju li joriġina, fost l-oħrajn, mill-Brażil (ĠU L 262, 6.10.2009, p. 50)

(4)  Notifika ta' skadenza imminenti ta' ċerti miżuri ta' antidumping (ĠU C 49, 21.2.2014, p. 7).

(5)  Notifika tal-iskadenza ta' ċerti miżuri ta' antidumping (ĠU C 350, 4.10.2014, p. 22).

(6)  Notifika ta' bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw mill-Brażil u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, (ĠU C 350, 4.10.2014, p. 11).

(7)  In-Notifika ta' Bidu ta' proċediment antidumping dwar l-importazzjonijiet ta' ċertu fojl tal-aluminju li joriġina mir-Russja, (ĠU C 354, 8.10.2014, p. 14).

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1081 tat-3 ta' Lulju 2015 li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw mir-Russja (ĠU L 175, 4.7.2015, p. 14).

(9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2385 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq importazzjonijiet ta' ċertu fojls tal-aluminju li joriġinaw mir-Russja (ara l-paġna 91 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(10)  Għad-determinazzjoni tar-rata ta' twaqqigħ fil-prezzijiet ta' 12,2 % ġie meqjus li r-rata tad-dazju doganali kienet tammonta għal 4 % matul l-ewwel tliet xhur tal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u żdiedet għal 7,5 % aktar tard. L-applikazzjoni tar-rata tad-dazju doganali applikabbli bħalissa ta' 7,5 % għall-perjodu kollu jkollha impatt negliġibbli, minħabba li tnaqqas ir-rata ta' twaqqigħ fil-prezzijiet b'0,5 % biss.

(11)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, Office N105 08/170, 1040 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË.


18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/91


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2385

tas-17 ta' Diċembru 2015

li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri proviżorji

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) fl-4 ta' Lulju 2015 imponiet dazju antidumping proviżorju fuq importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa (“Ir-Russja”) bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1081 (2) (“ir-Regolament proviżorju”).

(2)

Il-proċediment infetaħ fit-8 ta' Ottubru 2014 wara li sar ilment fil-25 ta' Awwissu 2014 minn AFM Aluminiumfolie Merseburg GmbH, Alcomet AD, Eurofoil Lussemburgu SA, Hydro Aluminium Rolled Products GmbH u Impol d.o.o. (“l-ilmentaturi”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' fojls tal-aluminju. L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta' dumping tal-prodott imsemmi u ta' ħsara materjali li rriżultat minnu li kienu kkunsidrati biżżejjed biex jiġġustifikaw il-bidu tal-investigazzjoni.

2.   Proċedura sussegwenti

(3)

Wara d-divulgazzjoni tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li abbażi tagħhom ġie impost dazju antidumping proviżorju (“id-divulgazzjoni proviżorja”), għadd ta' partijiet interessati ressqu preżentazzjonijiet bil-miktub biex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-konklużjonijiet proviżorji. Il-partijiet li għamlu din id-dikjarazzjoni ngħataw l-opportunità li jinstemgħu.

(4)

Intalab l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali mill-uniku esportatur, Rusal group, u ħames utenti. Is-smigħ mal-esportatur sar fil-preżenza ta' rappreżentant tar-Russja fl-14 ta' Ottubru 2015. Il-punti ewlenin dikussi kienu l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku għall-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni u l-impatt fuq importazzjonijiet ta' fojl tal-aluminju tad-dar mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”) dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Is-smigħ mal-utenti sar fit-23 ta' Ottubru 2015 wara l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-kummenti għad-divulgazzjoni finali. Il-punti ewlenin dikussi kienu l-allegata ċirkomvenzjoni tal-miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-fojl tal-aluminju tad-dar mir-RPĊ, l-impatt tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi fuq il-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni, l-impatt tal-impożizzjoni ta' miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-fojl tal-aluminju tad-dar mir-Russja fuq l-utenti, u l-possibilità li jintuża l-prezz minimu tal-importazzjoni bħala tip ta' miżuri.

(5)

Barra minn hekk, fis-27 ta' Ottubru 2015 ħames rewinders talbu smigħ konfrontazzjonali mal-ilmentaturi. Madankollu, l-ilmentaturi ma wrewx interess biex jipparteċipaw fi smigħ bħal dan.

(6)

Il-Kummissjoni kkunsidrat il-kummenti verbali u bil-miktub ippreżentati mill-partijiet interessati, u meta f'loku, immodifikat il-konklużjonijiet proviżorji skont dan.

(7)

Il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet kollha bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien beħsiebha timponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw mir-Russja u tiġbor b'mod definittiv l-ammonti garantiti permezz ta' dazju proviżorju (id-“divulgazzjoni finali”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jagħmlu l-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali.

(8)

Il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u tqiesu, meta f'loku.

3.   Kampjunar

(9)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun biegħ l-attività kollha tiegħu, inkluż it-tagħmir, permessi għal drittijiet, obbligi dwar impjegati u l-kuntratti eżistenti tiegħu lil kumpanija ġdida. Minħabba li din il-bidla seħħet wara l-perjodu ta' investigazzjoni, mhijiex rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku.

(10)

Fin-nuqqas ta' kummenti rigward il-metodu tal-kampjunar, is-sejbiet proviżorji stabbiliti fil-premessi (7) sa (13) tar-Regolament proviżorju huma b'dan iikkonfermati.

4.   Perjodu ta' investigazzjoni u perjodu kkunsidrat

(11)

Kif stabbilit fil-premessa (19) tar-Regolament proviżorju, l-investigazzjoni ta' dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2013 sat-30 ta' Settembru 2014 (“il-perjodu ta' investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sa tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

(12)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, l-Awtoritajiet Russi sostnew li minħaba li l-perjodu ta' investigazzjoni kien jinkludi wkoll dejta għall-aħħar kwart tal-2013, il-kalkolu tax-xejriet fl-analiżi tal-ħsara ma ssodisfax ir-rekwiżit tal-oġġettività stabbilit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku.

(13)

Il-perjodu ta' investigazzjoni sar skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddependiet fuq perjodu ta' żmien rappreżentattiv biżżejjed għall-eżami tax-xejriet tal-fatturi ekonomiċi rilevanti kollha u indiċi li jagħmlu impatt fuq l-istat tal-industrija, jiġifieri l-perjodu ta' investigazzjoni u tliet snin finanzjarji qabel il-perjodu ta' investigazzjoni. Il-fatt li hemm xi trikkib bejn il-perjodu ta' investigazzjoni u waħda mis-snin inklużi fil-perjodu kkunsidrat ma jaffettwax id-determinazzjoni oġġettiva tal-ħsara mwettqa mill-Kummissjoni. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ma ntlaqatx.

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

(14)

Kif stabbilit fil-premessa (20) tar-Regolament proviżorju, il-prodott ikkonċernat huwa fojl tal-aluminju ta' ħxuna mhux inqas minn 0,008 mm u mhux aktar minn 0,018 mm, mhux miksi, irrumblat biss, f'rombli ta' wisa' mhux aktar minn 650 mm u ta' piż aktar minn 10 kg (“rombli jumbo”) li joriġina mir-Russja, li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 7607 11 19 (kodiċi TARIC 7607111910) (“il-prodott ikkonċernat”). Il-prodott ikkonċernat hu komunement magħruf bħala fojl tal-aluminju tad-dar (aluminium household foil — “AHF”).

(15)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, diversi partijiet interessati ddikjaraw li l-importazzjonijiet mir-Russja ma kienux jikkompetu mal-AHF manifatturat mill-industrija tal-Unjoni, madankollu huma ma spjegawx jew issostanzjaw aktar id-dikjarazzjoni tagħhom. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(16)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kummenti oħra dwar il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili, il-konklużjonijiet li waslu għalihom fil-premessi (21) sa (28) tar-Regolament proviżorju huma ikkonfermati.

C.   ID-DUMPING

(17)

Id-dettalji tal-kalkolu tad-dumping, huma stabbiliti fil-premessi (29) sa (52) tar-Regolament proviżorju.

(18)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, Rusal group ikkontesta l-aġġustamenti li saru għall-prezz tal-esportazzjoni kif deskritt fil-premessi (40) sa (42) tar-Regolament proviżorju. Rusal group iddikjara li t-tnaqqis tal-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u l-profitt tal-operatur tas-suq relatat ikunu biss garantiti fil-każ ta' tranżazzjonijiet bid-dazju tal-konsenja mħallas (“DPP”) u mhux f'każ ta' konsenja fil-post tad-destinazzjoni (“DAP”) u tranżazzjonijiet (“CIF”) (il-kost, l-assigurazzjoni u l-konsenja).

(19)

Bi tweġiba għal dan l-ilment, huwa nnutat li l-Kummissjoni bniet il-prezz tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku minħabba l-assoċjazzjoni eżistenti bejn il-produtturi u l-operatur tas-suq relatat tagħhom. L-investigazzjoni wriet li l-assoċjazzjoni tapplika għat-tipi kollha ta' tranżazzjonijiet, irrelevanti mit-termini kummerċjali tagħhom. Barra minn hekk, Rusal group ma tax evidenza għaliex il-marġni ta' profitt użat ma jkunx raġonevoli. Id-dikjarazzjonijiet li saru f'dan ir-rigward jitqiesu għalhekk bħala mhux sostanzjati u għandhom jiġu miċħuda. Fir-rigward tal-ispejjeż tal-SG&A, hija l-parti li tiddikjara l-eċċessività tal-aġġustament li għandha tagħti evidenza u kalkoli speċifiċi li jiġġustifikaw id-dikjarazzjoni tagħha, b'mod partikolari, biex tagħti r-rata alternattiva ta' aġġustament li hija tissuġġerixxi, fejn applikabbli. Madankollu, Rusal group naqas milli jagħti dan kollu fil-preżentazzjoni tiegħu wara d-divulgazzjoni proviżorja.

(20)

Fuq il-bażi ta' dan t'hawn fuq, id-dikjarazzjoni tal-produttur esportatur ġiet miċħuda.

(21)

Wara d-divulgazzjoni finali, Rusal group tenna n-nuqqas ta' qbil tiegħu dwar l-aġġustamenti magħmula għal SG&A u l-profitt skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku għal tranżazzjonijiet DAP u CIF. Rusal groupmhuwiex qiegħed jikkontesta l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(9) minħabba l-involviment tal-operatur tas-suq relatat fit-tipi kollha ta' tranżazzjonijiet (jiġifieri DDP, DAP u CIF). Madankollu, fir-rigward tat-tranżazzjonijiet imwettqa skont it-termini CIF u DAP, Rusal group jikkontesta l-applikabilità tal-aġġustamenti skont it-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 2(9), b'mod partikolari SG&A u l-profitt. Fl-opinjoni tiegħu, skont it-termini tac-CIF u d-DAP, il-kunsinna tal-prodotti lix-xerrej issir qabel l-importazzjoni, u għalhekk dawn l-aġġustamenti mhumiex applikabbli. Fil-preżentazzjoni tiegħu, Rusal group elenka numru ta' każijiet li fihom, mid-dehra l-Kummissjoni m'għamlitx aġġustamenti skont l-Artikolu 2(9). Fl-aħħar, Rusal group jiddikjara li bħala alternattiva, jekk il-Kummissjoni ssostni li l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(9) teħtieġ aġġustament awtomatiku għal kostijiet SG&A u għal profitt raġonevoli, is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jirrikonoxxu li l-operatur tas-suq kien dipartiment integrat tal-produttur esportatur fi tranżazzjonijiet CIF u DAP, u b'konsegwena t'hekk japplika l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku għal dawk it-tranżazzjonijiet.

(22)

Bi tweġiba għal dan, il-Kummissjoni tikkonferma li, fil-każ ta' Rusal għandu jiġi applikat aġġustament għal marġni raġjonevoli għal SG&A u profitti skont it-tieni u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(9) għat-tipi kollha ta' tranżazzjonijiet. Minkejja li l-kunsinna tal-prodotti għat-tranżazzjoniiet CIF issir qabel ir-rilaxx f'ċirkulazzjoni ħielsa tal-prodotti u anke jekk ir-responsabilità għall-iżdoganar tal-merkanzija tkun fuq ix-xerrej (meta mqabbel mat-tranżazzjonijiet skont it-termini DDP), dan ma jbiddilx il-fatt li l-bejgħ isir mill-operatur tas-suq relatat li jġarrab il-kostijiet SG&A u li normalment ifittex li jagħmel profitt għas-servizzi tiegħu. Fid-dawl tal-fatt li l-operatur tas-suq huwa relatat mal-produttur esportatur, l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku jimplika li d-dejta ta' operatur tas-suq bħal dan hija skont id-definizzjoni mhux affidabbli u li l-kostijiet SG&A u l-profitti għandhom jiġu stabbiliti mill-awtorità tal-investigazzjoni fuq bażi raġjonevoli. Minbarra dan, l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku ma jipprekludix aġġustamenti li jsiru għal kostijiet imġarrba qabel l-importazzjoni, peress li dawk il-kostijiet normalment jiġġarrbu mill-importatur. Għaldaqstant, l-esklużjoni kompleta tal-aġġustamenti għal SG&A u l-profitt għal dak li għandu x'jaqsam mal-bejgħ imwettaq skont it-termini CIF mhijiex ġustifikabbli. Difatti, il-fatt li l-kumpanija relatata twettaq biss ċerti funzjonijiet ma jżommx lill-Kummissjoni milli tagħmel aġġustamenti skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku iżda jista' jkun rifless f'ammont aktar baxx ta' SG&A li għandu jitnaqqas mill-prezz li bih il-prodott ikkonċernat huwa mibjugħ mill-ġdid lill-ewwel xerrej indipendenti. Fi kwalunkwe każ, il-parti interessata li tixtieq tikkontesta l-ammont ta' aġġustamenti magħmul fuq il-bażi tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku għandha l-oneru tal-prova. B'hekk, jekk din il-parti tqis li l-aġġustament kien eċċessiv, trid tagħti evidenza u kalkoli speċifiċi li jiġġustifikaw dawk id-dikjarazzjonijiet. Fir-rigward tat-tranżazzjonijiet DAP, għandu jissemma li l-postijiet tal-kunsinna huma ġewwa t-territorju doganali tal-UE u għalhekk id-differenza fir-rigward tal-grad ta' involviment tal-operatur tas-suq meta mqabbel mal-bejgħ skont it-termini DDP hija iżgħar. Fejn jidħlu l-każijiet passati msemmija minn Rusal group huwa importanti li wieħed jinnota li l-pożizzjoni tal-Kummissjoni hija konformi mal-każistika tal-Qrati tal-Unjoni. It-tieni, il-Kummissjoni tgawdi minn diskrezzjoni wiesgħa fl-isfera ta' miżuri biex tipproteġi n-negozju u, meta teżerċita din id-diskrezzjoni, ma tkunx marbuta mill-valutazzjonijiet passati tagħha. Fi kwalunkwe każ, is-sitwazzjoni fattwali f'kull każ imsemmi minn Rusal group kienet differenti. Fl-aħħar, fir-rigward tad-dikjarazzjoni alternattiva biex jiġi applikat l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tirreferi għar-raġunament f'din il-premessa u fil-premessa (19) u ttenni li s-sempliċi fatt ta' assoċjazzjoni bejn l-esportatur u l-kumpanija relatata huwa biżżejjed biex il-Kummissjoni tkun tista' tittratta l-prezzijiet reali tal-esportazzjoni bħala mhux affidabbli minħabba li l-eżistenza ta' assoċjazzjoni bejn l-esportatur u l-importatur hija waħda minn numru ta' raġunijiet li għalihom il-prezzijiet tal-esportazzjoni reali jista' jitqies bħala mhux affidabbli.

(23)

B'rabta mal-kwantifikazzjoni tal-aġġustament għal SG&A wara l-irċevuta tal-kummenti tad-divulgazzjoni proviżorja, il-Kummissjoni stiednet lil Rusal group jidentifika il-parti ta' SG&A li jqis li mhijiex applikabbli jew irraġonevoli għal tranżazzjonijiet CIF u DAP u jagħti evidenza ta' dan kif meħtieġ mill-każistika. Madankollu, ma ngħatat l-ebda evidenza f'dan ir-rigward minħabba li Rusal group ikkundizzjona l-preżentazzjoni ta' kwalunkwe informazzjoni fuq l-aċċettazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tal-interpretazzjoni legali tiegħu tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Fin-nuqqas ta' kwalunkwe element mogħti minn Rusal group f'dan ir-rigward, id-dikjarazzjoni għandha tiġi miċħuda.

(24)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor, is-sejbiet proviżorji kif stabbiliti fil-premessi (29) sa (52) tar-Regolament proviżorju huma ikkonfermati u l-marġni tad-dumping definittivi, kif espressi bħala persentaġġ tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, ma jinbidlux:

Il-kumpanija

marġni ta' dumping definittiv

Rusal group

34,0 %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

34,0 %

D.   ĦSARA

1.   Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(25)

Il-bidla msemmija fil-premessa (9) hawn fuq m'affettwatx id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(26)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tad-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-produzzjoni tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (53) sa (55) tar-Regolament proviżorju huma ikkonfermati.

2.   Konsum tal-Unjoni

(27)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment fir-rigward tal-konsum tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (56) sa (60) tar-Regolament proviżorju huma ikkonfermati.

3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(28)

Fin-nuqqas ta' kummenti dwar l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, il-konklużjonijet stabbiliti fil-premessi (61) sa (70) tar-Regolament proviżorju huma ikkonfermati.

4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(29)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, parti interessata sostniet li l-analiżi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-Industrija tal-Unjoni ser tiġi effettwata mill-interdipendenza tas-swieq AHF u ACF. Il-parti ddikjarat li l-interdipendenza ta' dawn is-swieq kienet dovuta għal tliet suppożizzjonijiet ewlenin: (i) ll-produtturi kollha tal-Unjoni fil-kampjun irnexxielhom jipproduċu kemm AHF kif ukoll ACF fuq l-istess faċilitajiet ta' manifattura u tagħmir, (ii) il-faċilità relattiva li jaqilbu bejn il-produzzjoni tal-ACF u AHF, u (iii) l-elastiċità kbira tal-prezzijiet tad-domanda taż-żewġ prodotti. Il-parti fl-aħħar iddikjarat li l-produtturi tal-Unjoni ma kienux kapaċi jiddistingwu l-fatturi ekonomiċi marbuta ma' kull wieħed minn dawn il-prodotti b'mod separat u li għalhekk, il-Kummissjoni jmissha applikat l-Artikolu 3(8) tar-Regolament bażiku u bbażat il-valutazzjoni tal-ħsara tagħha fuq bażi aktar wiesgħa.

(30)

Għandu jiġi nnutat li l-ACF Madankollu huwa prodott differenti mill-AHF u jintuża f'applikazzjonijiet differenti. Kif spjegat fil-premessa (131) tar-Regolament proviżorju, l-akbar produttur tal-Unjoni fil-kampjun tal-AHF kien qiegħed jipproduċi AHF biss. Kif imsemmi wkoll f'din il-premessa, l-investigazzjoni wriet ukoll li dawk il-produtturi tal-Unjoni li jipproduċu kemm AHF kif ukoll ACF ma setgħux jaqilbu faċilment minn prodott għall-ieħor peress li biex tiġi massimizzata l-effiċjenza hemm bżonn li l-produzzjoni taż-żewġ prodotti tkun f'ċerti kwantitajiet. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kellhom proporzjon ta' produzzjoni stabbli bejn iż-żewġ tipi ta' fojls. Barra minn hekk, il-produtturi tal-Unjoni li kienu qed jimmanifatturaw kemm AHF kif ukoll ACF setgħu jifirdu d-dejta ekonomika u finanzjarja tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-AHF minn dik għall-produzzjoni u l-bejgħ tal-ACF. Għalhekk, l-analiżi tal-ħsara fil-premessi (71) sa (108) tar-Regolament proviżorju tirreferi biss għall-produzzjoni u l-bejgħ tal-AHF fl-Unjoni u d-dikjarazzjoni li l-Kummissjoni imissha applikat l-Artikolu 3(8) tar-Regolament bażiku għalhekk ġiet miċħuda.

(31)

Wara d-divulgazzjoni fianli, din il-parti interessata ma qablitx mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-Applikazzjoni tal-Artikolu 3(8) tar-Regolament bażiku ma kinitx applikabbli f'dan il-każ. Il-parti interessata tenniet l-argumenti tagħha li jidhru fi premessi (29) u (30) hawn fuq mingħajr ma daħħlet elementi ġodda. Hija insistiet ukoll li l-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi li l-parti l-kbira tal-produtturi tal-Unjoni irnexxielhom jifirdu d-dejta ekonomika u finanzjarja tal-produzzjoni tal-AHF u ACF, Madankollu ma ssostanzjatx id-dikjarazzjoni tagħha. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonferma li f'dan il-każ ma kelliex għalfejn tirrikorri għal Artikolu 3(8) tar-Regolament bażiku minħabba li d-dejta verifikata tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ippermettiet l-identifikazzjoni separata tal-produzzjoni tal-prodott simili. Minħabba li d-dikjarazzjonijiet magħmula mill-parti interessata huma biss allegazzjonijiet li huma fattwalment skorretti, dawn huma miċħuda.

(32)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, l-awtoritajiet Russi saqsew lill-Kummissjoni biex tagħti l-verżjonijiet mhux kunfidenzjali tat-tweġibiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u l-evidenza kollha l-oħra li turi ħsara materjali. Huma talbu wkoll aċċess għall-metodoloġija użata mill-Kummissjoni biex tivvaluta l-ħsara mġarrba mill-produtturi tal-Unjoni.

(33)

Il-Kummissjoni tfakkar li, fil-25 ta' Awwissu 2015 l-awtoritajiet tar-Russja ġew infurmati, flimkien mal-partijiet interessati kollha (wara l-preżentazzjoni tagħhom għad-divulgazzjoni proviżorja) dwar il-proċedura eżatta li għandhom isegwu biex jiksbu aċċess għall-fajl mhux kunfidenzjali tal-investigazzjoni. Il-verżjonijiet mhux kunfidenzjali ta' dawk it-tweġibiet kellhom dettalji biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni mogħtija b'mod kunfidenzjali. Fir-rigward ta' dak li għandu x'jaqsam ma' evidenza oħra li tappoġġja s-sejbiet ta' ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni, dan kien ippreżentat fi premessi (71) sa (108) tar-Regolament proviżorju.

5.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(34)

Wara divulgazzjoni proviżorja, żewġ partijiet interessati ddikjaraw li mhux l-indikaturi ta' ħsara kollha wrew xejra negattiva u li l-eżistenza ta' xejra pożittiva ta' xi indikaturi tal-ħsara turi li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx ħsara materjali. Ġie ddikjarat ukoll li ż-żieda insuffiċjenti fil-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ma tindikax ħsara materjali minħabba li dan kien ir-riżultat ta' kapaċità ta' produzzjoni insuffiċjenti meta d-domanda fl-Unjoni kibret.

(35)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, sejba ta' ħsara materjali hija bbażata fuq valutazzjoni globali tal-indikaturi ta' ħsara kollha rilevanti. F'dan il-każ, li wieħed jasal għal konklużjonijiet ibbażat biss fuq xi indikaturi tal-ħsara magħżulin, joħloq distorsjoni fl-analiżi. Għalhekk, kif ġie konkluż fil-premessa (106) tar-Regoalment proviżorju, għalkemm il-kapaċità ta' produzzjoni, il-produzzjoni u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdiedu fil-perjodu kkunsidrat, din iż-żieda kienet taħt iż-żieda fil-konsum. Minkejja s-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli tal-industrija tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni għamlu sforz biex jinvestu biex iżidu l-kapaċità ta' produzzjoni biex jibbenefikaw miż-żieda fil-konsum tal-Unjoni. Madankollu, minħabba li ma kienux kapaċi jżidu l-prezzijiet sa livelli li jkopru l-kostijiet, l-abilità tagħhom li jinvestu fiż-żidiet fil-kapaċità kienet limitata. Sa ċertu punt, il-produtturi irnexxielhom jiffinanzjaw it-telf imġarrab mill-produzzjoni u l-bejgħ tal-AHF bil-profitti miksuba mill-bejgħ ta' prodotti oħra. Madankollu, fuq terminu twil, din l-istrateġija mhijiex sostenibbli għall-industrija tal-Unjoni biex tipproduċi prodott li jagħmel it-telf. Għalhekk, id-dikjarazzjoni li mhux l-idnikaturi kollha tal-ħsara wrew xejra negattiva u li għalhekk ma kien hemm ebda ħsara materjali, ġiet miċħuda.

(36)

Wara d-divulgazzjoni finali, l-awtoritajiet Russi tennew id-dikjarazzjoni tagħhom qabel l-istadju proviżorju li skont dokumenti finanzjarji tal-ilmentaturi disponibbli lill-pubbliku ma kienx ser ikun hemm ħsara materjali.

(37)

Kif spjegat fil-premessa (107) tar-Regolament proviżorju, xi produtturi tal-Unjoni ma pproduċewx biss AHF u għalhekk id-dokumenti finanzjarji disponibbli lill-pubbliku ma jistgħux jiżvelaw is-sitwazzjoni reali tal-industrija tal-Unjoni għall-AHF. Barra minn hekk, ir-riżultati tal-investigazzjoni huma bbażati fuq dejta attwali verifikata tal-industrija tal-Unjoni relatata mal-AHF. Għaldaqstant, dan l-argument ma ntlaqax.

(38)

Wara d-divulgazzjoni finali, parti interessata tennet id-dikjarazzjoni tagħha li l-maġġoranza tal-fatturi u l-indiċi rilevanti li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni tal-AHF kellhom żvilupp pożittiv matul il-perjodu kkunsidrat. Din il-parti ddikjarat ukoll li l-analiżi tal-Kummissjoni tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni hija bbażata biss fuq ftit indikaturi.

(39)

Madankollu, l-analiżi tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni li għamlet il-Kummissjoni hija bbażata fuq il-fatturi kollha ppreżentati fit-Taqsima D tar-Regolament proviżorju. Il-fatt li xi indikaturi tal-ħsara bħall-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-volumi ta' bejgħ urew xejra pożittiva matul il-perjodu kkunsidrat ma jdgħajjifx il-konklużjoni globali li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. L-indikaturi ma jistgħux jitqiesu b'mod separat, trid tiġi kkunsidrata wkoll il-korrelazzjoni bejn l-indikaturi. Kif spjegat fil-premessa (106) tar-Regolament proviżorju, il-volum ta' produzzjoni żdied b'7 % u l-kapaċità ta' produzzjoni bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, dawn iż-żidiet waqgħu lura meta mqabbla maż-żieda fil-konsum, li kienet ferm ogħla, jiġifieri bejn [17 % u 28 %] matul il-perjodu kkunsidrat. B'riżultat ta' dan, anke jekk il-volum ta' bejgħ fl-industrija tal-Unjoni żdied bejn [2 % u 10 %] matul il-perjodu kkunsidrat, f'suq b'żieda akbar fil-konsum, iż-żieda fil-volum ta' bejgħ ma wasslitx għal żieda ta' sehem mis-suq, iżda bil-maqlub, għal telf ta' sehem mis-suq bi 8 punti perċentwali. Dan ifisser li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika miż-żieda fil-konsum. Barra minn hekk, anke jekk l-investimenti żdiedu b'47 % matul il-perjodu kkunsidrat, dawn xorta waqgħu lura meta mqabbla mal-investimenti meħtieġa biex ilaħħqu maż-żieda fil-konsum. Fl-aħħar, il-fluss tal-flus wera xejra pożittiva, iżda f'termini assoluti baqa' f'livelli baxxi. B'konsegwenza t'hekk, ix-xejra pożittiva ta' xi indikaturi, meta tiġi analizzata f'korrelazzjoni ma' fatturi oħra, fil-fatt tikkonferma l-qagħda inġurjuża tal-industrja tal-Unjoni. Għalhekk, id-dikjarazzjonijiet fil-premessa (38) hawn fuq ġew miċħuda.

(40)

Wara d-divulgazzjoni finali, ħames rewinders allegaw li, fil-kuntest tat-talba għal miżuri biex jiġu imposti fil-forma tal- prezz minimu tal-importazzjoni, il-prezz tal-bejgħ tal-produttur tal-Unjoni li jimmanifatturaw biss AHF żdied wara l-perjodu ta' investigazzjoni, filwaqt li l-primjum tal-aluminju naqas. Il-partijiet iddikjaraw ukoll li dawn l-elementi ssarrfu fi profitti ogħla għal dan il-produttur tal-Unjoni.

(41)

Skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku, il-konklużjoni dwar il-ħsara hawn fuq intlaħqet fuq il-bażi ta' dejta vverifikata għall-perjodu kkunsidrat, mingħajr ma ġiet ikkunsidrata d-dejta mill-perjodu post investigattiv u fuq il-bażi ta' dejta rappreżentattiva għat-totalità ta' kumpaniji fil-kampjun u mhux fuq produttur wieħed tal-Unjoni waħdu. Għalhekk, id-dikjarazzjoni fil-premessa (40) ġiet miċħuda.

(42)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq u fin-nuqqas ta' kull kumment ieħor, il-konklużjonijiet fil-premessi 71 sa 108 tar-Regolament proviżorju li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku kienu ikkonfermati. L-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali, li kienet riflessal-aktar fil-profittabilita negattiva kważi matul il-perjodu kkunsidrat kollu.

E.   KAWŻALITÀ

1.   Effett tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping

(43)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, xi partijiet interessati tennew id-dikjarazzjonijiet tagħhom ippreżentati qabel l-impożizzjoni tad-dazji kumpensatorji, jiġifieri li l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni ma ġietx ikkawżata mill-importazzjonijiet mir-Russja iżda minn fatturi oħra bħall-inabilità tal-industrija tal-Unjoni biex iżżid il-kapaċità ta' produzzjoni tagħha f'konformità mad-domanda dejjem tikber, importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra bħat-Turkija u r-RPĊ u ż-żieda fil-produzzjoni tal-ACF mill-industrija tal-Unjoni għad-detriment tal-AHF.

(44)

L-impatt iddikjarat ta' fatturi oħra fuq il-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni huwa indirizzat fil-premessi (49) sa (97) hawn taħt.

(45)

Barra minn hekk, parti minnhom iddikjarat li l-profittabilità tal-Unjoni żdiedet fl-2013, meta l-importazzjonijiet mir-Russja kienu fl-ogħla volum assolut tagħhom li allegatament juri li l-importazzjonijiet mir-Russja ma kellhomx impatt fuq il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni u għalhekk ma kkawżawx il-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

(46)

Kif jidher fil-premessa (99) tar-Regolament proviżorju, il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat kienet qed tvarja xi ftit, bejn – 2,9 % u 0,2 %. Fl-2013, il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni bil-kemm eċċediet il-punt ta' ekwilibriju, jiġifieri kienet tammonta għal 0,2 %. Filwaqt li l-volum tal-importazzjonijiet mir-Russja kien l-ogħla fl-istess sena, is-sehem mis-suq tiegħu baqa' kostanti f'34 %. Għalhekk, dan it-titjib temporanju żgħir tal-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni m'effettwax il-konklużjoni li l-profittabilità globali tal-industrija tal-Unjoni kienet negattiva (ħlief għall-2013) u baqa' taħt il-profitt fil-mira ta' 5 % tul il-perjodu kkunsidrat kollu. Dan it-titjib lanqas ma effettwa l-konklużjoni misluta mil-premessa (116) tar-Regoalment proviżorju li kien hemm rabta kawżali bejn id-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet mir-Russja li huma l-oġġett ta' dumping li kellhom sehem mis-suq kostanti u sinifikanti. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(47)

Fid-dawl ta' dan t'hawn fuq, ir-rabta kawżali kienet stabbilita bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping u l-ħsara materjali misjuba fuq il-bażi tal-eżistenza kkombinata ta' volumi ta' importazzjonijiet sostanzjali mir-Russja (34 % sehem mis-suq miżmuma minn produttur wieħed) u l-pressjoni għolja fuq il-prezzijiet ikkawżata minn dawn l-importazzjonijiet fuq is-suq tal-Unjoni (bejgħ taħt il-prezz ta' madwar 12 %).

(48)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra fir-rigward tal-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping, il-konklużjonijet stabbiliti fil-premessi (110) sa (116) tar-Regolament proviżorju huma ikkonfermati.

2.   Effett ta' fatturi oħrajn

2.1.   L-effett tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra

(49)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, il-Kummissjoni nnutat li fit-tabella 11 tar-Regolament proviżorju, l-importazzjonijiet totali kienu jinkludu bi żball anke l-importazzjonijiet mir-Russja. It-tabella t'hawn taħt tieħu post it-tabella 11 tar-Regolament proviżorju:

Tabella 1

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

Pajjiż

 

2011

2012

2013

Il-perjodu ta' investigazzjoni

RPĊ

Volum

(tunnellati)

[2 843 -3 205 ]

[967-1 378 ]

[1 137 -1 603 ]

[1 222 -1 699 ]

Indiċi

(2011 = 100)

100

[34-43]

[40-50]

[43-53]

Sehem mis-suq

(%)

4

1

1

2

Prezz medju

(EUR/tunnellata)

2 251

2 417

2 306

2 131

Indiċi

(2011 = 100)

100

107

102

95

It-Turkija

Volum

(tunnellati)

[5 120 -6 100 ]

[8 090 -10 553 ]

[11 213 -14 213 ]

[11 520 -14 579 ]

Indiċi

(2011 = 100)

100

[158-173]

[219-233]

[225-239]

Sehem mis-suq

(%)

7

11

13

13

Prezz medju

(EUR/tunnellata)

2 950

2 743

2 710

2 571

Indiċi

(2011 = 100)

100

93

92

87

Pajjiżi terzi oħra

Volum

(tunnellati)

[3 100 -3 750 ]

[279-750]

[1 891 -3 000 ]

[3 162 -4 313 ]

Indiċi

(2011 = 100)

100

[9-20]

[61-80]

[102-115]

Sehem mis-suq

(%)

4

1

2

4

Prezz medju

(EUR/tunnellata)

2 878

2 830

2 687

2 406

Indiċi

(2011 = 100)

100

98

93

84

Importazzjonijiet totali (mingħajr ir-Russja)

Volum

(tunnellati)

[10 677 -10 761 ]

[9 037 -9 902 ]

[14 855 -16 831 ]

[15 226 -17 491 ]

Indiċi

(2011 = 100)

100

[85-92]

[138-158]

[141-164]

Sehem mis-suq

(%)

16

13

17

19

Prezz medju

(EUR/tunnellata)

2 750

2 712

2 669

2 505

Indiċi

(2011 = 100)

100

99

97

91

Sors: L-Eurostat u t-tweġiba tal-kwestjonarju.

(50)

Parti interessata waħda ddikjarat li l-Kummissjoni naqset milli tissepara u tiddistingwi l-effetti inġurjużi tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u mit-Turkija, filwaqt li parti interessata oħra ddikjarat li l-Kummissjoni ssottovalutat l-impatt tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(51)

Fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, wara d-divulgazzjoni proviżorja instab li kellhom isiru korrezzjonijiet żgħar lil-livell tat-traħħis fil-prezz tal-importazzjonijiet Ċiniżi kif imsemmi fil-premessa (118) tar-Regolament proviżorju minħabba żball klerikali. Wara l-korrezzjoni, instab li l-prezz medju tal-volum totali ta' importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni fil-perjodu ta' investigazzjoni kien qiegħed iwaqqa' l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'10,2 % minflok bi 13 % kif imsemmi fil-premessa (118) tar-Regolament proviżorju.

(52)

Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (118) tar-Regolament proviżorju, il-volum ta' importazzjoni mir-RPĊ naqas bejn [47 % u 57 %] bi tnaqqis korrispondenti fis-sehem mis-suq minn 4 % għal 2 % matul il-perjodu kkunsidrat filwaqt li l-prezzijiet ta' dawn l-importazzjonijiet kienu orħos mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'10,2 %. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni fil-premessa (121) tar-Regolament proviżorju kkonkludiet li l-importazzjonijiet Ċiniżi kkontribwew parzjalment għall-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni, filwaqt li ma kisrux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-Russja u l-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. Minħabba li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi kien baxx u wera xejra li qed jonqos matul il-perjodu kkunsidrat, dawn l-importazzjonijiet ma setgħux ikkawżaw pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet fuq il-produtturi tal-Unjoni biex iżommuhom milli jżidu l-prezzijiet għal livelli profittabbli. Għalhekk il-konklużjoni li l-importazzjonijiet Ċiniżi ma kisrux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-Russja u l-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni skont il-premessa (121) tar-Regolament proviżorju hija kkonfermata.

(53)

Fir-rigward tal-importazzjonijiet mit-Turkija, kif spjegat fil-premessa (119) tar-Regolament proviżorju, dawn urew xejra li qed jiżdiedu matul il-perjodu kkunsidrat u laħqu sehem mis-suq ta' 13 % fil-perjodu ta' investigazzjoni minħabba domanda ogħla fis-suq tal-Unjoni, li l-produtturi tal-Unjoni ma kienux kapaċi jissodisfaw kif spjegat fil-premessa (35). Madankollu, il-prezzijiet tal-importazzjoni mit-Turikja għalkemm naqsu bi 13 % matul il-perjodu kkunsidrat, kienu f'livelli simili bħall-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u ħafna aktar mill-livell tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-Russja. Anke jekk is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mit-Turikja kellhom xejra li qed tiżdied, minħabba l-livelli simili tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni (xi drabi anke ogħla), huma ma setgħux ikkawżaw pressjoni sinifikanti fir rigward tall-prezzijiet fuq il-produtturi tal-Unjoni biex iżommuhom milli jżidu l-prezzijiet tagħhom għal livelli profittabbli. Minħabba dan, il-konklużjoni li l-importazzjonijiet mit-Turkija ma kisrux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-Russja u l-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni ġiet ikkonfermata..

(54)

Wara d-divulgazzjoni finali, parti interessata waħda tenniet id-dikjarazzjoni tagħha mill-istadju proviżorju li l-Kummissjoni ma sseparatx u ma ddistingwietx l-effetti inġurjużi tal-importazzjonijiet mit-Turkija. Din il-parti ddikjarat ukoll li l-volum dejjem jikber ta' importazzjonijiet mit-Turkija għamel ħsara lill-industrija tal-Unjoni f'termini ta' sehem mis-suq u użu tal-kapaċità u għalhekk allegatament kiser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet mir-Russja u l-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

(55)

Huwa veru li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mit-Turkija żdied matul il-perjodu kkunsidrat filwaqt li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas. Madanakollu, l-importazzjonijiet mit-Turkija rrappreżentaw sehem mis-suq ta' 13 % fil-perjodu ta' investigazzjoni filwaqt li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-Russja kien 34 %. Barra minn hekk, il-prezzijiet tat-Turkija kienu fl-istess livell bħall-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni filwaqt li l-importazzjonijiet mir-Russja kienu orħos mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni bejn [3 % u 7 %]. Barra minn hekk, huwa nnutat li mhuwiex sostenibbli għal industrija li tkun qed tagħmel it-telf, bħall-industrija tal-AHF, biex iżżid kontinwament il-volum ta' bejgħ tagħha filwaqt li fl-istess ħin iġġarrab telf. L-industrija l-ewwel trid iżżid il-prezzijiet tagħha aktar mil-livelli li jkopru l-kostijiet qabel ma tkompli żżid il-volum ta' bejgħ tagħha. Madankollu, dan ma kienx possibbli minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet ikkawżata mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-Russja f'volumi sinifikanti. Għalhekk, id-dikjarazzjoni li l-importazzjonijiet mit-Turkija kisru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-Russja u l-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni ġiet miċħuda.

(56)

Ġie ddikjarat ukoll li l-prezzijiet tal-importazzjoni mit-Turkija huma ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjoni mir-Russja minħabba li l-produtturi Torok jispeċjalizzaw u jiffukaw l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni fuq fojl irqaq bejn 0,008-0,009 mm li l-produttur mir-Russja ma jesportax lejn is-suq tal-Unjoni. Din id-dikjarazzjoni ma ġietx appoġġjata minn kwalunkwe evidenza u għalhekk ġiet miċħuda.

(57)

Fir-rigward ta' dak li għandu x'jaqsam mal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi li jifdal, il-volum tagħhom naqas bejn l-2011 u l-2013 bejn [20 % u 39 %] imbagħad żdied bejn [2 % u 15 %] fl-aħħar tal-perjodu ta' investigazzjoni. Kif spjegat fil-premessa (120) tar-Regolament proviżorju, is-sehem mis-suq tagħhom naqas minn 4 % fl-2011 għal 2 % fl-2013 imbagħad reġa' żdied għal 4 % fl-aħħar tal-perjodu ta' investigazzjoni. Kif ġie nnutat ukoll fl-istess premessa tar-Regolament proviżorju, il-prezzijiet tagħhom kienu f'livelli aktar baxx mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, ħlief fl-2012, iżda kienu ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjoni mir-Russja tul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra ma setgħux jikkawżaw pressjoni sinifikanti bħal din fuq il-prezzijiet fuq il-produtturi tal-Unjoni biex ma jħalluhomx iżidu l-prezzijiet għal livelli profittabbli. Minħabba dan, il-konklużjoni li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra ma kisrux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-Russja u l-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni ġiet ikkonfermata.

(58)

Fin-nuqqas ta' kwalukwe kummenti oħrajn, il-konklużjonijiet milħuqa fil-premessi (117) sa (122) tar-Regolament proviżorju kienu għalhekk iikkonfermati.

2.2.   Żvilupp tal-konsum tal-Unjoni

(59)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, żewġ partijiet interessati ddikjaraw li l-industrija tal-Unjoni naqset milli tissodisfa l-konsum dejjem jikber minkejja l-investimenti magħmula biex tiżdied il-kapaċita tal-produzzjoni, li allegatament ikkawżat il-ħsara materjali mġarrba.

(60)

L-ewwel nett, il-parti ma spjegatx kif żieda fil-konsum fl-Unjoni bħala tali seta' kellha impatt negattiv fuq l-industrija tal-Unjoni u għalhekk tikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-Russja u l-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. Bil-maqlub, f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping, l-industrija tal-Unjoni b'mod raġjonevoli tista' tiġi mistennija li tibbenefika miż-żieda fil-konsum.

(61)

It-tieni nett, l-importazzjonijiet mir-Russja irnexxielhom iżidu s-sehem mis-suq tagħhom b'ħames punti perċentwali, filwaqt li l-produtturi tal-Unjoni tilfu tmien punti perċentwali mis-sehem mis-suq tagħhom, jiġifieri dan naqas minn 55 % għal 47 % fil-perjodu kkunsidrat.

(62)

Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (78) tar-Regolament proviżorju, il-produtturi tal-Unjoni għamlu sforzi biex iżidu l-kapaċità tal-produzzjoni iżda dan kien limitat mis-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli tagħhom. Il-livell relattivament baxx ta' investimenti tagħhom kien minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli tal-industrija tal-Unjoni, li hija stess inħolqot mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping. Barra minn hekk, anke jekk il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedet ftit matul il-perjodu kkunsidrat, l-użu tal-kapaċità naqas minħabba l-prezz baxx tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-Russja. Barra minn hekk, il-volum ta' produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied kemm kemm u s-sehem mis-suq tiegħu naqas kontinwament matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk dan ma jistax jitqies bħala kawża tal-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, dawn id-dikjarazzjonijiet huma rifjutati.

(63)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħrajn f'dan ir-rigward, il-konklużjonijiet li ntlaħqu fil-premessi (123) u (125) tar-Regolament proviżorju kienu ikkonfermati.

2.3.   Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(64)

Fin-nuqqas ta' kull kumment rigward l-effett tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (126) sa (128) kienu ikkonfermati.

2.4.   L-attività tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-fojls konvertituri tal-aluminju (“ACF”)

(65)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, parti waħda ddikjarat li l-Kummissjoni naqset milli tikkunsidra l-ACF bħala fattur ieħor. Hija tenniet id-dikjarazzjoni tagħha li xi produtturi tal-Unjoni għażlu li jżidu l-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott tal-ACF li jħalli ħafna qligħ, a skapitu tal-produzzjoni tal-AHF. Intqal ukoll li l-Kummissjoni naqset milli tikkunsidra l-impatt tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-ACF u s-sitwazzjoni ekonomika tagħha dwar is-sitwazzjoni ekonomika globali tal-industrija tal-Unjoni għall-AHF. Din id-dikjarazzjoni ġiet imtennija wara d-divulgazzjoni finali mingħajr kwalunkwe informazzjoni ġdida.

(66)

Kif spjegat fil-premessa (81) tar-Regolament provizorju, diversi produtturi tal-Unjoni mmanifatturaw kemm AHF u ACF, filwaqt li l-akbar produttur tal-AHF inkluż fil-kampjun ma produċiex ACF matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Barra minn hekk, l-investigazzjoni uriet li l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kellhom proporzjon stabbli ta' produzzjoni bejn iż-żewġ tipi ta' fojls u għalhekk ġie konkluż li ma kien hemm l-ebda bidla għall-industrija tal-Unjoni għall-produzzjoni tal-ACF għad-detriment tal-AHF. Fi kwalunkwe każ, jekk isseħħ bidla bħal din, dan ikun pjuttost effett tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-Russja li poġġew kontinwament pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet fuq AHF li żamm lill-produtturi tal-Unjoni milli jżidu l-prezzijiet għal livelli profittabbli. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li x-xejra fil-profittabilità tal-prodott ikkonċernat hija kumparabbli fil-kumpaniji inklużi fil-kampjun, irrispettivament mis-sehem tal-produzzjoni tal-AHF u ACF fil-produzzjoni totali tagħhom. Id-dikjarazzjoni deskritta fil-premessa (65) għalhekk hija miċħuda.

(67)

Fin-nuqqas ta' kummenti f'dan ir-rigward, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (129) sa (132) tar-Regolament proviżorju huma b'dan iikkonfermati.

2.5.   Il-kost tal-materja prima

(68)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, l-awtoritajiet Russi ma qablux mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li l-iżvilupp tal-prezz tal-aluminju kkwotat fil-“London Metal Exchange” (“LME”) ma kellux effett fuq il-fatt li l-prezzijiet tal-importazzjoni tar-Russja kienu orħos mill-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u kienu qed jikkawżaw pressjoni fil-prezzijiet fuq is-suq tal-Unjoni, li ma ppermettietx li l-industrija tal-Unjoni żżid il-prezz tal-bejgħ tagħha f'livell li kien ikopri l-kost tal-produzzjoni.

(69)

Kif ġie spjegat fil-premessa (136) tar-Regolament proviżorju, l-investigazzjoni wriet li kemm l-industrija tal-Unjoni kif ukoll il-produtturi esportaturi tar-Russja ġarrbu kostijiet komparabbli fil-forniment ta' aluminju biex jimmanifatturaw l-AHF, minħabba li l-prezzijiet tas-suq tal-aluminju kemm fir-Russja kif ukoll fl-Unjoni, kienu marbuta direttament mal-LME. Barra minn hekk, filwaqt li l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll il-prezzijiet ta' importazzjoni tal-AHF mir-Russja kienu qegħdin jonqsu wara l-iżvilupp tal-prezz tal-aluminju kkwotat fl-LME, l-investigazzjoni stabbiliet li l-prezzijiet ta' importazzjoni tal-AHF mir-Russja kienu kostantement orħos mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat u waqqgħu tagħhom bi [3 % u 7 %] matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni tal-AHF ma kienux ikopru l-kost ta' unità tal-produzzjoni, anke jekk il-kost ta' unità tal-produzzjoni naqas. Dan kien minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet ikkawżata mill-importazzjoni oġġett ta' dumping f'volumi sinifikanti li kienu orħos mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, li ma ppermettietx lill-industrija tal-Unjoni żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha u għalhekk ma ppermettitx li huma jibbenefikaw mit-tnaqqis fil-kost tal-materja prima.

(70)

Wara d-divulgazzjoni finali, l-awtoritajiet tar-Russja tennew id-dikjarazzjoni tagħhom li l-pressjoni fuq il-prezzijiet fuq is-suq tal-Unjoni kienet eżerċitata mill-prezzijiet tal-aluminju tal-LME minflok mill-importazzjonijiet tal-AHF tar-Russja, mingħajr ma taw evidenza ġdida f'dan ir-rigward. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(71)

Fin-nuqqas ta' kummenti f'dan ir-rigward, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (133) sa (136) tar-Regolament proviżorju huma b'dan ikkonfermati.

2.6.   Effetti kumulati ta' fatturi oħrajn

(72)

Wara d-divulgazzjoni finali, parti interessata ddikjarat li l-Kummissjoni naqset milli tagħti valutazzjoni tal-effetti kumulati tal-fatturi kollha l-oħra madanakollu mingħajr ma speċifikat il-bażi legali għad-dikjarazzjoni tagħha u mingħajr spjega ta' kif, skont il-fatti ta' dan il-każ, dan seta' jirriżulta fl-attribuzzjoni ta' ħsara li tirriżulta minn fatturi oħra għall-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-Russja.

(73)

L-ewwel nett, ir-Regolament bażiku ma jeħtieġx li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-effetti kumulati ta' fatturi oħra meta tanalizza l-impatt ta' dawn il-fatturi. It-tieni nett, f'dan il-każ, il-Kummissjoni kienet kapaċi tiddistingwi u tissepara l-effetti tal-fatturi l-oħra kollha magħrufa b'mod individwali dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti inġurjużi tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-Russja. Għalhekk, il-Kummissjoni setgħet tikkonkludi li l-ħsara li hija attribwit lill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-Russja hija fil-fatt ikkawżata minn dawk l-importazzjonijiet, minflok mill-fatturi l-oħrajn. Il-Kummissjoni għalhekk issodisfat l-obbligi tagħha li ma tattribwix il-ħsara kkawżata minn fatturi kawżali oħra lill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-Russja. Għalhekk, m'hemm bżonn l-ebda analiżi kollettiva tal-fatturi kollha magħrufa. Fi kwalunkwe każ, il-parti interessata ma tatx evidenza dwar għaliex f'dan il-każ il-Kummissjoni attribwiet b'mod skorrett il-ħsara kkawżata minn fatturi oħrajn lill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-Russja. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

2.7.   L-allegata ċirkomvenzjoni tal-miżuri antidumping fuq importazzjonijiet tal-AHF mir-RPĊ.

(74)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur mir-Russja u diversi rewinders iddikjaraw għall-ewwel darba li l-miżuri antidumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tal-AHF mir-RPC qed jiġu ċirkomventati permezz ta' forma ftit modifikata li tippermettilhom jiġu rreġistrati fil-Eurostat bħala ACF bl-użu tal-Kodiċi NM 7607 11 19. Barra minn hekk, il-partijiet iddikjaraw li l-fojl tal-aluminju bi ħxuna minn 0,007 mm sa 0,2 mm li jidher fil-bażi tad-dejta tal-istatistika Ċiniża huwa AHF ċirkomventit skont iż-żewġ kodiċijiet 7607 11 90 u 7607 11 20. Il-volum tal-importazzjonijiet allegatament ċirkomventati għalhekk kien stmat għal madwar 30 000 tunnellata fis-sena u ġie ddikjarat li dan kien qiegħed jikkawża ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

(75)

Huwa mfakkar li fl-2012 il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni dwar il-possibilità ta' ċirkomvenzjoni tal-miżuri antidumping imposti fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu fojl tal-aluminju li joriġina fir-RPĊ bl-importazzjonijiet ta' ċertu fojl tal-aluminju f'rombli li mhumiex annellati u ta' wisa' li taqbeż is-650 mm li joriġinaw mir-RPĊ (3) bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 925/2009 (4). Madanakollu, fit-2 ta' Lulju 2013, il-Kummissjoni temmet l-investigazzjoni (5) mingħajr ma estendiet il-miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu fojl tal-aluminju li joriġina fir-RPĊ għal importazzjonijiet ta' ċertu fojl tal-aluminju f'rombli li mhumiex annellati u ta' wisa' li taqbeż is-650 mm li joriġinaw mir-RPĊ wara irtirar tat-talba mill-applikanti.

(76)

Il-proċediment preżenti ma jkoprix il-prattiki ta' allegata ċirkomvenzjoni. Fi kwalunkw każ, il-Kummissjoni għamlet analiżi tal-importazzjonijiet tal-AHF u AF mir-RPĊ, ibbażata fuq l-istatistika tal-bażi tad-dejta Ċiniża mogħtija minn Goodwill China Business Information Ltd u mill-istatistika tal-Eurostat.

(77)

L-esportazzjonijiet taċ-Ċina ta' fojl tal-aluminju permezz taż-żewġ kodiċijiet imsemmija mill-partijiet interessati fl-istatistika Ċiniża jidhru fit-tabella t'hawn taħt:

Tabella 2

Esportazzjonijiet tal-AHF u ACF mill-RPĊ lejn l-Unjoni

tunnellati

Kodiċi NM

2011

2012

2013

Il-perjodu ta' investigazzjoni

Il-volum

7607 11 90

18 786

17 177

22 444

24 760

Il-volum

7607 11 20

4 730

3 915

6 826

8 172

Il-volum

Totali

23 515

21 091

29 270

32 932

Sors: Goodwill China Business Information Ltd.

(78)

Għandu jiġi nnutat li l-kodiċijiet Ċiniżi fit-tabella t'hawn fuq mhumiex speċifikament għall-AHF u l-ACF huwa wkoll kopert minn dawn il-kodiċijiet. Il-partijiet interessati assumew biss li l-volum totali esportat permezz ta' dawn iż-żewġ kodiċijiet huwa AHF ċirkomventit, u injoraw il-fatt li l-esportazzjoni tal-ACF ġenwin hija wkoll irrappurtata f'dawn il-kodiċijiet.

(79)

Barra minn hekk huwa nnutat li l-kodiċi NM 7607 11 19 fl-Eurostat terġa' tinqasam f'żewġ kodiċijiet differenti, wieħed għall-AHF (7607111910) u wieħed għall-AFC (7607111990). L-importazzjonijiet totali tal-ACF mir-RPĊ matul il-perjodu kkunsidrat jidhru fit-tabella t'hawn taħt:

Tabella 3

Importazzjonijiet tal-ACF mir-RPĊ

tunnellati

2011

2012

2013

Il-perjodu ta' investigazzjoni

Il-volum

25 506

20 996

28 135

36 464

Sors: Eurostat.

(80)

Fuq il-bażi ta' dan t'hawn fuq, filwaqt li mhuwiex eskluż li xi volumi importanti ddikjarati bħala ACF huma tassew AHF ċirkomventit, il-partijiet interessati kienu qed jissopravalutaw b'mod ċar il-volum tal-AHF allegatament evaż, minħabba li matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum totali ta' importazzjonijiet tal-ACF mir-RPĊ kien taħt il-volum tal-AHF evaż allegat (jiġifieri 30 000 tunnellata), ħlief waqt il-perjodu ta' investigazzjoni. La l-informazzjoni ppreżentata mill-partijiet u lanqas l-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni, ma jippermettu separazzjoni tal-AHF allegatament evaż minn ACF ġenwin f'dawn il-kodiċijiet u, għalhekk, il-Kummissjoni mhijiex f'pożizzjoni li tivvaluta l-volum tal-AHF evaż, jekk hemm.

(81)

Minħabba li l-partijiet ma ppreżentaw l-ebda evidenza oħra li tappoġġja d-dikjarazzjoni tagħhom, ġie konkluż li l-volumi allegatament evażi, jekk kien hemm, ma kienux biżżejjed biex jiksru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-Russja u l-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

2.8.   Argumenti oħrajn

(82)

L-awtoritajiet tar-Russja iddikjaraw li l-Kummissjoni ma kkunsidratx ix-xejra ġenerali tal-prezzijiet tas-suq dinji dejjem jonqsu tal-AHF.

(83)

Kif spjegat fil-premessi (67), (91), u (118) sa (120) tar-Regolament proviżorju, il-prezzijiet tal-Unjoni kif ukoll il-prezzijiet tal-importazzjoni mir-Russja, it-Turkija, ir-RPĊ u pajjiżi terzi oħra naqsu matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-Russja kienu kontinwament orħos mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u kienu orħos minnhom bi [3 % – 7 %] f'volumi sinifikanti. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(84)

Parti interessata oħra ddikjarat li l-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni ma kibritx minħabba t-tkabbir tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni u ż-żieda fl-investimenti tagħhom.

(85)

Il-produzzjoni tal-AHF hija intensa fuq il-makkinarju. Għalhekk, biex l-industrija tal-Unjoni żżid il-kapaċità tal-produzzjoni, jinħtieġ investiment fil-makkinarju. Madankollu, milll-prespettiva tal-kontabilità, l-impatt tad-deprezzament tal-makkinarju fuq il-kostijiet totali tal-manifattura huwa limitat, bjn 3 % u 5 % u, għalhekk, ma jistax ikollu impatt sinifikanti fuq il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(86)

Wara d-divulgazzjoni finali, l-awtoritajiet tar-Russja, mingħajr ma taw evidenza ta' sostenn, iddikjaraw li d-dejta statistika mir-Russja tirrifletti biss il-kwalità medja tal-AHF, li huwa prodott bi prezz aktar baxx, filwaqt li l-istatistika tal-Unjoni u l-pajjiżi terzi ewlenin l-oħra tirrifletti taħlita tal-AHF b'fojl aktar għali.

(87)

L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda differenza bħal din fil-kwalità bejn AHF immanifatturat mill-produtturi tal-Unjoni u dak impurtat mir-Russja. Ir-rewinders li qed jixtru l-AHF mill-produtturi tal-Unjoni, minn produtturi tar-Russja u minn pajjiżi terzi oħra, l-aktar it-Turkija, matul l-investigazzjoni m'għamlux dikjarazzjonijiet dwar id-differenza fil-kwalità bejn l-AHF li ġej minn postijiet differenti. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(88)

Wara d-divulgazzjoni finali, parti interessata iddikjarat ukoll li, fil-qafas tal-proċediment preżenti, il-Kummissjoni ma tatx każ il-fatt li erba' minn sitt produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun allegaw dumping inġurjuż fuq ACF mir-RPĊ.

(89)

Huwa veru li fit-12 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni nediet proċediment antidumping rigward l-importazzjoni ta' ċertu fojl tal-aluminju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (6) li huwa ACF. Kif spjegat fil-premessa (30) hawn fuq, AHF u ACF huma żewġ prodotti differenti, u jinbiegħu f'żewġt iswieq differenti. Il-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni mill-produzzjoni u l-bejgħ tal-ACF, jekk kien hemm, mhijiex riflessa fis-sitwazzjoni tal-industrija tal-AHF. Barra minn hekk, l-investigazzjoni dwar l-importazzjonijiet tal-ACF mir-RPĊ intemmet mill-Kummissjoni mingħajr l-impożizzjoni ta' miżuri (7). B'mod speċifiku, l-investigazzjoni magħluqa ma wasslitx għal kwalunkwe sejbiet mill-Kummissjoni dwar jekk l-industrija tal-Unjoni ġarbitx ħsara mill-importazzjonijiet tal-ACF mir-RPĊ jew le. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(90)

Wara d-divulgazzjoni finali, ħames rewinders iddikjaraw li l-AHF mir-Russja jikkompeti biss ftit mal-AHF manifatturat mill-prudutturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Ġie ddikjarat ukoll li l-AHF mir-Russja jikkompeti mal-AHF impurtat mit-Turkija u mir-RPĊ.

(91)

Din id-dikjarazzjoni ma ġietx sostanzjata bl-evidenza u għalhekk ġiet miċħuda.

(92)

Ir-rewinders sostnew ukoll li l-maġġoranza tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun b'mod ġenerali ma jbigħux l-AHF lil rewinders minħabba li mhuwiex AHF għall-produzzjoni ta' rombli għall-konsumatur, iżda ACF mibjugħ bi prumjum, bi prezzijiet qrib l-EUR 3 000 għal kull tunnellata.

(93)

Din id-dikjarazzjoni hija fattwalment żbaljata. L-ewwel nett, għandu jiġi nnutat li kif imsemmi fit-tabella 7 tar-Regolament provizorju, il-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien EUR 2 597 għal kull tunnellata matul il-perjodu ta' investigazzjoni u mhux EUR 3 000 kif iddikjarat. Barra minn hekk, l-investigazzjoni kkonfermat li l-produtturi kollha tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu qed ibigħu l-AHF lir-rewinders. L-erba' rewinders li kkooperaw fl-investigazzjoni u ppreżentaw tweġiba għall-kwestjonarju kienu qed jixtru AHF mill-produttur tal-Unjoni. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(94)

Il-ħames rewinders sostnew ukoll li l-produttur tal-Unjoni inkluż fil-kampjun li kien jipproduċi biss AHF fil-fatt ikkawża ħsara materjali lill-produtturi l-oħra tal-Unjoni inklużi fil-kampjun minħabba li l-prezzijiet ta' bejgħ tiegħu kienu orħos minn dawk ta' produtturi oħra tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk, ġie ddikjarat ukoll li minħabba li l-profittabilità tal-Unjoni tiġi kkalkulata skont il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, jiġifieri ma tkoprix l-industrija tal-Unjoni kollha, il-Kummissjoni għandha wkoll tillimita l-analiżi tas-sehem mis-suq għal kumpaniji inklużi fil-kampjun biss, minflok għall-industrija sħiħa tal-Unjoni.

(95)

Matul il-perjodu kkunsidrat il-prezzijiet ta' bejgħ tal-produttur tal-Unjoni inkluż fil-kampjun li jipproduċi biss AHF kienu konformi mal-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni u f'xi snin, kienu wkoll ogħla. Għalhekk, huwa fattwalment skorrett li wieħed jiddikjara li l-prezzijiet ta' dan il-produttur tal-Unjoni kienu orħos minn dawk tal-produtturi l-oħra tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(96)

Fir-rigward tat-tieni parti tad-dikjarazzjoni, il-Kummissjoni tfakkar li l-analiżi tal-ħsara titwettaq fil-livell tal-industrija tal-Unjoni, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku kif iddefinit fil-premessa (53) tar-Regolament proviżorju. Barra minn hekk, ki spjegat fil-premessa (9) tar-Regolament proviżorju, minħabba n-numru kbir tal-produtturi tal-Unjoni, il-kampjunar ġie applikat skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sitt kumpaniji kienu inklużi fil-kampjun, li jirrappreżentaw aktar minn 70 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni. Ma ġew riċevuti l-ebda kummenti dwar l-għażla tal-kampjun fl-iskadenza u għalhekk, il-kampjun kien meqjus rapreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, minħabba l-applikazzjoni tal-kampjunar, kif spjegat fil-premessa (73) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni iddistingwiet bejn makroindikaturi u mikroindikaturi. Il-lista ta' dawn l-indikaturi tidher fil-premessi (74) sa (75) tar-Regolament proviżorju. Minn dan joħroġ li l-profittabilità hija mikroindikatur u għalhekk tiġi kalkulata skont id-dejta tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, filwaqt li s-sehem mis-suq huwa makroindikatur u għandu jiġi kkalkulat b'relazzjoni mal-industrija tal-Unjoni kollha. Iż-żewġ metodoloġiji jintitolaw lill-Kummissjoni biex tagħmel sejbiet li huma validi għall-industrija tal-Unjoni kollha.

(97)

Għalhekk, id-dikjarazzjonijiet fil-premessa (94) hawn fuq ġew miċħuda.

3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(98)

L-ebda wieħed mill-argumenti ppreżentati mill-partijiet interessati ma juri li l-impatt ta' fatturi oħra minbarra l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-Russja huwa tali li jikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping u l-ħsara stabbilita. Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-konklużjoni hi li l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-Russja ħolqu ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

(99)

Għalhekk, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (137) sa (141) tar-Regolament provisorju huma hawnhekk ikkonfermati.

F.   L-INTERESS TAL-UNJONI

1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(100)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, l-awtoritajiet tar-Russja ddikjaraw li l-introduzzjoni ta' miżuri fuq l-importazzjonijiet mir-Russja twassal għal żieda ta' importazzjonijiet tal-AHF minn pajjiżi terzi oħra, l-aktar mit-Turkija u r-RPĊ, u għalhekk l-impożizzjoni tal-miżuri antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-Russja mhijiex fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

(101)

Kif stabbilit fil-premessa (147) tar-Regolament proviżorju, il-mizuri antidumping għandhom jerġgħu jdaħħlu l-kundizzjonijiet ekwi fl-Unjoni biex jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tikkompeti bi prezzijiet ġusti fis-suq tal-Unjoni b'importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, inkluż ir-Russja, ir-RPĊ u t-Turkija. Il-fatt li pajjiżi terzi oħra jżidu l-importazzjonijiet tagħhom mhijiex fiha nnifisha indikazzjoni li l-industrija tal-Unjoni mhux ser tkun kapaċi tibbenefika mill-miżuri antidumping imposti. Fil-fatt, l-industrija tal-Unjoni hija mistennija żżid il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq u mistennija wkoll tgħolli l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha għal livelli profittabbli.

(102)

Il-miżuri antidumping fis-seħħ kontra r-RPĊ għandhom jiżguraw li l-importazzjonijiet Ċiniżi jidħlu fis-suq tal-Unjoni f'livelli ta' prezzijiet ġusti, filwaqt li l-livelli ta prezzijiet tat-Turkija matul il-perjodu kkunsidrat kienu diġa' fl-istess livell tal-prezzijiet ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u ma kkawżawx pressjoni fuq il-prezzijiet fuq is-suq.

(103)

Il-Kummissjoni tqis li dan l-argument ma jiċħadx il-preżunzjoni stabbilitaa fl-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku għall-vantaġġ tal-impożizzjoni ta' miżuri u l-bżonn li jiġu eliminati l-effetti ta' distorsjoni tal-kummerċ tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-Russja u biex jerġgħu jiddaħlu l-kundizzjonijiet ekwi.

(104)

Għalhekk, dawn id-dikjarazzjonijiet ġew miċħuda.

(105)

Fin-nuqqas ta' xi kummenti rigward l-interess tal-industrija tal-Unjoni, il-konklużjoni fil-premessa (149) tar-Regolament proviżorju hija kkonfermata.

2.   Interess ta' importaturi/operaturi tas-suq

(106)

Fin-nuqqas ta' xi kummenti rigward l-interess ta' importaturi u operaturi tas-suq mhux relatati, il-konklużjoni li saret fil-premessa (150) tar-Regolament proviżorju kienet ikkonfermata.

3.   L-interess tal-utenti

(107)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja u d-divulgazzjoni finali diversi utenti (rewinders li jipproduċu l-hekk imsejħa rombli għall-konsumaturi) tennew id-dikjarazzjonijiet tagħhom ippreżentati qabel l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji, iżda ma pprovdewx evidenza ġdida.

(108)

Rewinder minnhom iddikjara b'mod partikolari li d-dazji antidumping ser ikollhom impatt sinifikanti fuq il-profittabilità tiegħu, minħabba li mhux se jkun jista' jgħaddi d-dazju lill-konsumaturi tiegħu.

(109)

Din id-dikjarazzjoni ma kinitx sostanzjata. Barra minn hekk, skont iċ-ċifri pprovduti minn dan ir-rewinder, l-investigazzjoni wriet li anke jekk ir-rewinder ma jkunx jista' jgħaddi d-dazju lill-konsumaturi tiegħu, dan xorta waħda jibqa' profittabbli.

(110)

Barra minn dan, l-investigazzjoni wriet li li ż-“żieda” li saret mir-rewinders fuq il-prezz tax-xiri tal-AHF tista' tvarja b'mod sinifikanti, jiġifieri bejn 5 % u 70 % skont l-istrateġija ta' bejgħ tar-rewinder. Kif sottolineat fil-premessa (154) tar-Regolament proviżorju, l-attività ta' dawk ir-rewinders li jimportaw AHF mir-Russja kienet tirrappreżenta biss anqas minn wieħed minn sitta sa massimu ta' kwart tal-attività totali tagħhom. Barra minn dan, kif sottolineat fil-premessa (155) tar-Regolament proviżorju, il-kumpaniji kollha li kkooperaw kienu ġeneralment profittabbli.

(111)

Wara d-divulgazzjoni finali, parti waħda ddikjarat li r-rewinders ma jagħmlu l-ebda “żieda” fuq il-prezz tax-xiri u li ż-“żieda” ta' 5 % sa 70 % fuq il-prezz tax-xiri kif stabbilita mill-premessa tal-Kummissjoni (110) hawn fuq ma tirriflettix l-operat u l-profittabilità tar-rewinders.

(112)

Huwa mfakkar li l-attività tar-rewinders tikkonsisti fir-rumblar mill-ġdid tal-fojls tal-aluminju minn romblu jumbo għal romblu iżgħar għall-konsumaturi. Ir-rewinders ma jbiddlux il-proprjetajiet kimiċi tal-fojl tal-aluminju. Iż-“żieda” msemmija fil-premessa (110) ġiet ikkalkulata bit-tqabbil tal-prezz tax-xiri tal-fojl tal-aluminju f'rombli jumbo bil-prezz tax-xiri tal-fojls tal-aluminju fir-rombli għall-konsumaturi għar-rewinders li kkooperaw. Ir-rewinders iġarrbu kostijiet matul l-operazzjoni tal-ippakkjar mill-ġdid, madanakollu, dawn il-kostijiet huma baxxi minħabba li l-fattur ewlieni tal-kostijiet huwa l-kost tal-fojl tal-aluminju li jirrappreżenta madwar 80 % tal-kostijiet totali tal-manifattura. L-ispejjeż SG&A ivarjaw b'mod sinifikanti minn rewinder għall-ieħor skont l-istrateġija ta' bejgħ tar-rewinder. Għalhekk, huwa korrett li ż-“żieda” ma tindikax l-operat u l-profittabilità tal-kumpanija, iżda turi li l-livell tal-ispejjeż SG&A għandu impatt sinifikanti fuq il-profittabilità tar-rewinders.

(113)

Ġie ddikjarat ukoll li fl-analiżi tas-sitwazzjoni tal-industrija tar-rewinders, il-Kummissjoni ma kkunsidratx l-importazzjonijiet tal-prodott downstream, jiġifieri rombli għall-konsumatur minn pajjiżi terzi oħra bħat-Turkija, in-Norveġja, l-Iżvizzera, l-Indja u l-Malasja li ssostitwew it-tnaqqis fl-importazzjonijiet tal-AHF mir-RPĊ. Madanakollu, il-parti ma tat l-ebda evidenza tal-impatt ta' dawn l-importazzjonijiet fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tar-rewinders.

(114)

Kif spjegat fil-premessa (162) tar-Regolament proviżorju, fl-2013 ġew imposti miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' rombli għall-konsumatur mir-RPĊ u dan ħeles lill-industrija downstream minn importazzjonijiet oġġett ta' dumping li jikkawżaw ħsara materjali. It-tabella t'hawn taħt turi l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet tar-rombli għall-konsumatur wara l-impożizzjoni ta' miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' rombli għall-konsumatur mir-RPĊ għall-pajjiżi msemmija mill-parti:

Tabella 4

Volumi ta' importazzjonijiet ta' rombli għall-konsumatur (f'tunnellati)

 

2013

Il-perjodu ta' investigazzjoni

Ir-RPĊ

4 317,60

3 776,10

 

 

 

L-Indja

672,70

847,10

Il-Malasja

605,30

752,10

In-Norveġja

2 866,20

324,60

L-Iżvizzera

22,00

30,50

It-Turkija

2 059,80

2 498,80

Totali

6 226,0

4 453,10

Sors: Eurostat.

(115)

Il-volum ta' importazzjonijiet mir-RPĊ kien ta' 12 994 tunnellata matul il-perjodu ta' investigazzjoni tal-investigazzjoni antidumping oriġinali fuq l-importazzjonijiet ta' rombli għall-konsumatur mir-RPĊ (ara t-tabella 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 833/2012 (8)). Wara l-impożizzjoni tal-miżuri, il-volum ta' importazzjonijiet ta' rombli għall-konsumatur mir-RPĊ naqas bi 8 676 tunnelata fl-2013 (jiġifieri għal 4 317,60 tunnellata) u b' 9 218 tunnellata fil-perjodu ta' investigazzjoni tal-invetigazzjoni preżenti (jiġifieri għal 3 776,10 tunnellata). Il-volum ta' dan it-tnaqqis huwa ogħla mill-volum totali ta' importazzjonijiet ta' rombli għall-konsumatur mill-ħames pajjiżi msemmija mir-rewinder u indikati fit-tabella 4 hawn fuq (bi 28 % fl-2013 u bi 52 % fil-perjodu ta' investigazzjoni). Għalhekk id-dikjarazzjoni li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi msemmija hawn fuq issostitwew it-tnaqqis fl-importazzjonijiet mir-RPĊ hija bla bażi u ġiet miċħuda.

(116)

Wara d-divulgazzjoni finali, diversi rewinders iddikjaraw li bħala medja l-attività tar-rewinders li tinkorpora l-AHF tirrappreżenta parti ogħla fl-attività totali tagħhom minn dak li qalet il-Kummissjoni fil-premessa (154) tar-Regolament proviżorju. Din id-dikjarazzjoni kienet ibbażata fuq dejta mogħtija minn żewġ utenti li ma kkooperawx fl-investigazzjoni. Għalhekk ġie sostnut li l-Kummissjoni m'għandhiex tnaqqas l-importanza tal-AHF fil-kost tal-produzzjoni tar-rewinders.

(117)

F'dan ir-rigward għandu jiġi nnutat li s-sejbiet tal-Kummissjoni fil-premessa (154) tar-Regolament proviżorju huma bbażati fuq id-dejta verifikata tar-rewinders li kkooperaw u għalhekk tirrifletti s-sitwazzjoni attwali tagħhom. L-informazzjoni addizzjonali msemmija hawn fuq ingħatat biss wara d-divulgazzjoni finali u għalhekk, fi stadju tant tard fil-proċediment, li ma setgħetx tiġi verifikata. Għalhekk, din ġiet miċħuda.

(118)

Wara d-divulgazzjoni finali, żewġ rewinders iddikjaraw li l-impożizzjoni ta' miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-AHF mir-Russja se jkollha effett negattiv fuq il-profittabilità tagħhom.

(119)

Dawn iż-żewġ rewinders ma resqux 'il quddiem matul l-investigazzjoni għajr wara d-divulgazzjoni finali u kien biss wieħed minnhom li ppreżenta tweġiba għal kwestjonarju f'dan l-istadju tard ħafna tal-proċediment. Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika din l-informazzjoni l-ġdida. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni mhijiex f'pożizzjoni li tivvaluta l-livell ta' profittabilità tagħhom u l-impatt tal-impożizzjoni tal-miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-AHF mir-Russja fuq il-profittabilità tagħhom. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni tagħhom ġiet miċħuda.

(120)

Wara d-divulgazzjoni finali, ħames rewinders iddikjaraw li mhux se jkunu jistgħu jgħaddu l-kost tad-dazju antidumping lill-konsumaturi minħabba r-raġunijiet li ġejjin: (1) huma jbiegħu skont l-arranġamenti kuntrattwali u l-prezzijiet huma bbażati fuq il-formula marbuta mal-prezz tal-aluminju tal-LME; (2) minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet u l-kompetizzjoni li tirriżulta minn rombli għall-konsumatur magħmula minn AHF li allegatament jiġi evaż mir-RPĊ, huma ma jistgħux jinnegozjaw żieda fil-prezzijiet għar-rombli għall-konsumaturi fis-suq tal-Unjoni u (3) anke jekk bħalissal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' rombli għall-konsumatur minn pajjiżi terzi huma baxxi, hemm iċ-ċans li dawn jiżdiedu fil-futur.

(121)

L-investigazzjoni wriet li anke jekk ir-rewinders ma jkunux jistgħu jgħaddu d-dazju antidumping lill-konsumaturi, l-effett fuq l-impożizzjoni tal-miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-AHF mir-Russja fuq ir-rewinders se jkun limitat. L-investigazzjoni wriet ukoll li hemm żewġ tipi ta' rewinders fis-suq: kategorija minnhom li jbigħu rombli għall-konsumatur tad-ditta u li għandhom spejjeż SG&A sinifikanti, u kategorija oħra ta' rewinders li jbigħu rombli għall-konsumatur mingħajr ditta bi spejjeż SG&A baxxi. L-investigazzjoni żvelat ukoll li r-rewinders li kkooperaw bi spejjeż SG&A baxxi probabbilment jibqgħu profittabbli wara l-impożizzjoni tal-miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-AHF mir-Russja, jekk wieħed jassumi li anke l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni jiżdiedu b'5 % sabiex l-industrija tal-Unjoni tilħaq il-profitt fil-mira. Ir-rewinders li kkooperaw li jbigħu rombli għall-konsumatur tad-ditta għandhom “żidiet” fuq il-prezz u spejjeż SG&A għolja. Għalhekk, ġie meqjus li għandhom il-kapaċità li jassorbu d-dazju.

(122)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kummenti oħra rigward l-interess tal-utenti, il-premessi minn (151) sa (163) tar-Regolament proviżorju huma ikkonfermati.

4.   Sorsi ta' forniment

(123)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, diversi rewinders tennew id-dikjarazzjonijiet tagħhom ippreżentati qabel l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji dwar in-nuqqas ta' forniment, madankollu ma pprovdew l-ebda evidenza ġdida f'dan ir-rigward.

(124)

L-ewwel nett, l-iskop tal-miżuri antidumping mhuwiex li jeskludu l-importazzjonijiet mir-Russja mis-suq tal-Unjoni, iżda li jistabbilixxu kundizzjonijiet ekwi fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, ir-rewinders xorta se jkunu jistgħu jimpurtaw l-AHF mir-Russja wara l-impożizzjoni tal-miżuri amtidumping, madankollu bi prezzijiet ġusti. Barra minn hekk, huwa mfakkar li l-miżura antidumping hija stabbilita fil-livell tal-marġni tal-ħsara, li huwa anqas mill-marġni tad-dumping u għaldaqstant, l-importazzjonijiet mir-Russja xorta waħda jkunu jistgħu jaslu fis-suq tal-Unjoni bi prezz dumped, iżda mhux inġurjuż.

(125)

Ġie ddikjarat li l-Afrika t'Isfel u l-Indja ma jistgħux jitqiesu bħala sors alternattiv ta' provvista li kapaċi jissostotwixxi l-importazzjonijiet mir-Russja minħabba li l-volumi ta' importazzjoni minn dawn il-pajjiżi kienu baxxi ħafna.

(126)

Huwa veru li l-importazzjonijiet mill-Afrika t'Isfel u l-Indja kienu baxxi tul il-perjodu kkunsidrat meta mqabbla mal-importazzjonijiet mir-Russja, madanakollu dan ma jeskludix il-possibilità li dawn il-pajjiżi jżidu l-esportazzjonijiet tagħhom għas-suq tal-Unjoni ladarba jerġgħu jiddaħħlu l-kundizzjonijiet ekwi.

(127)

Ġie ddikjarat ukoll li l-produtturi tal-Unjoni tal-AHF se jżidu l-produzzjoni tagħhom tal-ACF fid-dawl tal-marġni ogħla allegati miksuba fis-suq tal-ACF meta mqabbla mal-AHF minflok iżidu l-kapaċità u l-produzzjoni tal-AHF.

(128)

Kif spjegat fil-premessi (30) u (62) hawn fuq, l-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni hija interessata tkompli tipproduċi l-AHF u li fi kwalunkwe każ għandha biss flessibilità limitata biex taqleb mill-produzzjoni tal-AHF għal ACF u viċi versa. Fl-aħħar, huwa mfakkar ukoll li l-akbar produttur tal-Unjoni tal-AHF, ma jipproduċix ACF. B'hekk din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(129)

Wara d-divulgazzjoni finali, diversi rewinders iddikjaraw fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata biss b'kunfidenzjalità, li ma teżisti l-ebda kapaċità ta' produzzjoni disponibbli fl-Unjoni u fit-Turkija. Ġie ddikjarat ukoll li wara l-impożizzjoni ta' miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-AHF mill-Armenja, il-produttur Armen, b'kapaċità ta' produzzjoni ta' 25 000 tunnellata kull sena, orjenta mill-ġdid l-esportazzjonijiet tiegħu lejn is-suq tal-Istati Uniti. Barra minn hekk, il-parti ddikjarat li minħabba li l-prezzijiet tal-AHF tas-suq tal-Unjoni se jibqgħu baxxi minħabba ċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-AHF mir-RPĊ, huwa improbabbli li l-produttur Amerikan jiddevja l-esportazzjonijiet tiegħu lejn is-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, f'dak li jirrigwarda l-Brażil, ir-rewinders semmew l-investigazzjoni antidumping parallela fuq l-importazzjonijiet tal-AHF mill-Brażil u mir-RPĊ, fejn il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx mistenni li l-esportazzjonijiet Brażiljani lejn is-suq tal-Unjoni jiżdiedu b'mod sinifikanti fil-futur. Barra minn dan, ġie ddikjarat li l-Indja u l-Afrika t'Isfel ma jistgħux ikunu sors afidabbli u sinifikanti ta' provvista alternattiva, minħabba li l-kapaċità żejda għall-produzzjoni tal-fojl hija limitata f'dawn il-pajjiżi.

(130)

L-evidenza ppreżentata b'kunfidenzjalità ma ġietx meqjusa biżżejjed biex tikkonkludi li ma kienx hemm biżżejjed kapaċità ta' produzzjoni disponibbli fl-Unjoni u fit-Turkija. Fil-fatt, l-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni għandha kapaċità żejda kif imsemmi fil-premessa (79) tar-Regolament proviżorju. F'dak li jirrigwarda l-produtturi tat-Turkija, l-investigazzjoni wriet ukoll li l-produtturi tat-Turkija huma interessati fis-suq tal-Unjoni minħabba li żiedu l-volumi ta' bejgħ tagħhom matul il-perjodu kkunsidrat. Minħabba li l-prezzijiet tas-suq tal-Unjoni x'aktarx jilħqu livelli li jkopru l-kostijiet wara l-impożizzjoni ta' miżuri antidumping fuq importazzjonijiet tal-AHF mir-Russja, huwa mistenni li l-produtturi tat-Turkija jkomplu jsibu s-suq tal-Unjoni attraenti u possibilment parti mill-produzzjoni tiġi reindirizzata lejn is-suq tal-Unjoni.

(131)

Il-miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-AHF mill-Armenja skadew fl-It-Tlieta, 7 ta' Ottubru 2014 (9) u għalhekk l-importazzjonijiet tal-AHF mill-Armenja jistgħu jidħlu fis-suq tal-Unjoni liberament. Id-dikjarazzjonijiet dwar l-allegata ċirkomvenzjoni huma indirizzati fid-dettall fil-premessi (74) sa (81) hawn fuq. Wara l-impożizzjoni ta' miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-AHF mir-Russja, huwa mistenni li l-prezzijiet tal-AHF fis-suq tal-Unjoni jilħqu livelli li jkopru l-kostijiet. Għalhekk, mhuwiex eskluż li bħala konsegwenza, il-produttur Amerikan jirreindirizza l-esportazzjonijiet tiegħu lejn is-suq tal-Unjoni.

(132)

F'dak li jirrigwarda lill-Brażil, il-miżuri intemmu u l-importazzjonijiet tal-AHF mill-Brażil jistgħu jidħlu fis-suq tal-Unjoni liberament. Madanakollu, ladarba l-prezzijiet jilħqu livelli li jkopru l-kostijiet fis-suq tal-Unjoni, mhuwiex eskluż li l-produtturi tal-Brażil jqisu li s-suq tal-Unjoni huwa aktar attraenti mis-suq domestiku tagħhom u minn dawk ta' pajjiżi terzi u għalhekk, jirreindirizzaw parti mill-produzzjoni tagħhom lejn l-Unjoni.

(133)

F'dak li jirrigwarda l-Indja u l-Afrika t'Isfel li jiġu meqjusa bħala sors alternattiv ta' forniment kif imsemmi fil-premessa (165) tar-Regolament proviżorju, l-ewwel nett għandu jiġi nnutat li l-informazzjoni użata biex tappoġġja d-dikjarazzjoni tal-parti m'għamlitx distinzjoni bejn AHF u ACF. Madankollu, anke jekk f'dawn il-pajjiżi l-kapaċità żejda hija baxxa, ladarba l-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni jilħqu livelli li jkopru l-kostijiet, mhuwiex eskluż li s-suq tal-Unjoni jsir attraenti għall-produtturi tal-Indja u tal-Afrika t'Isfel u dawn jirreindirizzaw parti mill-produzzjoni tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni.

(134)

Għalhekk, id-dikjarazzjonijiet fil-premessa (129) hawn fuq ġew miċħuda.

(135)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kummenti oħra, il-premessi minn (164) sa (168) tar-Regolament proviżorju huma ikkonfermati.

5.   Argumenti oħrajn

(136)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, parti interessata ddikjarat li l-miżuri definittivi għandhom jiġu imposti bl-anqas'mod li joħloq distorsjoni u jillimita l-kummerċ madanakollu ma espandietx din id-dikjarazzjoni.

(137)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-parti interessata tenniet id-dikjarazzjoni tagħha fil-premessa (136) hawn fuq, madankollu, mingħajr ma pprovdiet informazzjoni addizzjonali għal din id-dikjarazzjoni.

(138)

F'dan ir-rigward, huwa sottolineat li meta tiddeċiedi fuq il-livell ta' miżuri antidumping, il-Kummissjoni qed tapplika r-regola tad-dazju inferjuri skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku u wkoll kif sottolineat fil-premessa (143) hawn taħt.

(139)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kummenti oħra, il-premessi minn (169) sa (172) tar-Regolament proviżorju huma ikkonfermati.

6.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(140)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor rigward l-interess tal-Unjoni, il-konklużjonijiet milħuqa fil-premessa (173) tar-Regolament proviżorju huma ikkonfermati.

G.   IL-MIŻURI ANTIDUMPING DEFINITTIVI

1.   Livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara (marġni ta' ħsara)

(141)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja żewġ partijiet interessati kkontestaw il-profitt fil-mira użat sabiex jiġi stabbilit il-livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara kif stabbilit fil-premessi (175) sa (177) tar-Regolament proviżorju. Il-partijiet sostnew li marġni ta' profitt ta' 2 % jkun livell ta' profitt ittestjat fis-suq u għalhekk għandu jintuża hu minflok, sabiex jiġi stabbilit il-livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara. Madankollu, din id-dikjarazzjoni ma kinitx sostanzjata u għalhekk ġiet miċħuda.

(142)

Fin-nuqqas ta' kwalukwe kummenti oħra rigward il-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara, il-konklużjonijiet milħuqa fil-premessi (175) sa (177) tar-Regolament proviżorju kienu ikkonfermati.

2.   Miżuri definittivi

(143)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li saru fir-rigward tad-dumping, il-ħsara, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, u f'konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu imposti miżuri antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-livell tal-marġni tal-ħsara, f'konformità mar-regola tad-dazju inferjuri.

(144)

Wara d-divulgazzjoni finali, diversi rewinders iddikjaraw li l-miżuri definittivi għandhom jiġu imposti f'forma ta' prezz minimu tal-importazzjoni (“MIP”). Il-partijiet issuġerew li l-MIP għandu jiġi stabbilit f'livell ta' prezz profittabbli ftit ogħla tal-produttur li jimmanifattura biss AHF. Wara s-seduta mal-Uffiċjal tas-Seduta, il-partijiet ippreżentaw informazzjoni addizzjonali li tiddikjara li l-primjum tal-aluminju naqas wara l-perjodu ta' investigazzjoni.

(145)

Fil-kuntest tad-determinazzjoni ta' jekk hemmx interess tal-Unjoni kif previst fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, l-informazzjoni relatata ma' perjodu sussegwenti għall-perjodu ta' investigazzjoni tista' tiġi kkunsidrata għal dawn l-għanijiet (10). Madankollu, xorta waħda japplika r-rekwiżit li din id-dejta tkun verifikata u rappreżentattiva għall-industrija tal-Unjoni kollha. Minħabba li t-talba għal MIP saret fi stadju tard fil-proċediment, il-Kummissjoni ma kellhiex ċans tibgħat il-kwestjonarji lill-partijiet interessati u torganizza żjarat ta' verifika. L-informazzjoni ppreżentata mill-partijiet li talbu MIP ma setgħetx tiġi verifikata kif ukoll ma kinitx rappreżentattiva għall-industrija tal-Unjoni kollha. L-informazzjoni ppreżentata turi tassew żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ filwaqt li l-primjum tal-aluminju qed jonqos, madankollu l-Kummissjoni ma tistax tgħaddi għal konklużjonijiet sinifikanti dwar dejta mhux verifikata u mhux rappreżentattiva.

(146)

Barra minn hekk, il-livell tal-MIP għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tad-dejta rappreżentattiva għall-industrija tal-Unjoni kollha u mhux biss fuq il-bazi ta' produttur wieħed tal-Unjoni kif ġie propost mill-utenti. Barra minn hekk, id-dejta użata fil-kalkolu tal-MIP jeħtieġ li tiġi verifikata u, minħabba li t-talba għal MIP saret fi stadju tard tal-proċediment, il-Kummissjoni ma kinitx f'pożizzjoni li tiġbor u tivverifika d-dejta meħtieġa. Għalhekk, l-MIP propost ma kienx ikkunsidrat xieraq.

(147)

Fi kwalunkwe każ, bidla fit-tip ta' miżura tkun teħtieġ divulgazzjoni sħiħa lill-partijiet interessati kollha, inkella tkun qed tikser b'mod sinifikanti d-drittijiet proċedurali tal-industrija tal-Unjoni. Minħabba li din id-dikjarazzjoni saret fi stadju tard fl-investigazzjoni, il-Kummissjoni ma kellhiex il-ħin meħtieġ biex tagħmel divulgazzjoni bħal din lill-partijiet interessati.

(148)

Barra minn hekk, il-fatt li l-esportatur ibigħ fl-Unjoni permezz ta' operatur tas-suq relatat jagħmel il-prezz tal-esportazzjoni mhux affidabbli.

(149)

Għalhekk, fid-dawl ta' dan t'hawn fuq ġie meqjus li f'dan il-każ partikolari ċ-ċirkostanzi mhumiex tali li jiggarantixxu l-impozizzjoni ta' MIP.

(150)

Madankollu, għandu jiġi nnutat li r-rewinders xorta għandhom iċ-ċans li jistaqsu għal rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet.

(151)

Fuq il-bażi ta' hawn fuq, ir-rata li biha se jiġu imposti dawn id-dazji hija stabbilita kif ġej:

Pajjiż

Il-kumpanija

Il-marġni tad-dumping (%)

Il-marġni tal-ħsara

(%)

Dazju antidumping definittiv

(%)

Ir-Russja

Ural Foil OJSC, ir-reġjun ta' Sverdlovsk; OJSC Rusal Sayanal, ir-reġjun ta' Khakassia — Rusal Group

34,0

12,2

12,2

Il-kumpaniji l-oħra kollha

 

 

12,2

3.   Ġbir definittiv tad-dazji proviżorji

(152)

Fid-dawl tal-marġni ta' dumping misjuba u minħabba l-livell ta' ħsara kkważata lill-industrija tal-Unjoni, l-ammonti garantiti permezz tad-dazju antidumping proviżorju impost bir-Regolament proviżorju għandhom jinġabru finaliment.

4.   Impenji

(153)

Wara d-divulgazzjoni finali Rusal group offra impenn fuq il-prezz skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku.

(154)

L-offerta ġiet eżaminata bir-reqqa mill-Kummissjoni. Huwa importanti li wieħed jinnota li Rusal huwa grupp ta' kumpaniji kumpless b'aktar minn 40 impjant fi 13-il pajjiż. B'mod partikolari, il-grupp jinkludi produttur relatat fl-Armenja (Armenal) li jipproduċi u jbigħ il-prodott ikkonċernat lill-Unjoni. Bil-ħsieb tar-relazzjoni bejn il-produtturi esportaturi mir-Russja u Armenal, huwa probabbli li dawn il-kumpaniji jbigħu il-prodott ikkonċernat lill-istess konsumaturi jew lil konsumaturi relatati ma' wieħed minn dawn il-konsumaturi fl-Unjoni. Dan jitfa' riskju għoli ta' kontrokumpens. Barra minn hekk, Rusal group jopera permezz ta' mezzi ta' bejgħ kumplessi ħafna bl-involviment tal-operaturi tas-suq relatati u aġenti relatati li jinsabu kemm ġor-Russja kif ukoll barra mir-Russja. L-operatur tas-suq relatat u l-aġent relatat jbigħu wkoll prodotti oħra lill-Unjoni, u dawn il-prodotti l-oħra fil-fatt jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-fatturat tal-operatur tas-suq relatat. F'dawn iċ-ċirkostanzi ma jistax jiġi eskluż li kemm il-prodott ikkonċernat kif ukoll prodotti oħra jinbiegħu lill-istess konsumaturi. Tranżazzjonijiet bħal dawn iġorru magħhom riskju għoli ta' kontrokumpens u fi kwalunkwe każ jagħmlu l-monitoraġġ ta' impriża partikolarment kumpless.

(155)

Skont dan t'hawn fuq, il-konklużjoni hija li l-aċċettazzjoni tal-impriza ma tkunx prattika u b'konsegwenza t'hekk l-offerta tal-impriża jkollha tiġi miċħuda.

(156)

Il-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 ma tax opinjoni.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju definittiv antidumping huwa b'dan impost fuq l-importazzjoni ta' fojl tal-aluminju ta' ħxuna ta' mhux inqas minn 0,008 mm u mhux aktar minn 0,018 mm, mhux miksi, mhux maħdum aktar milli rolljat, f'rombli ta' wisgħa mhux aktar minn 650 mm u li ma jiżnux aktar minn 10 kilogrammi u li fil-preżent jaqa' fil-kodiċi NM ex 7607 11 19 (kodiċi TARIC 7607111910) u li joriġina mir-Russja.

2.   Ir-rati tad-dazju definittiv antidumping applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ta' 12,2 %.

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

L-ammonti garantiti bħala dazji antidumping proviżorji skont ir-Regolament (UE) 2015/1081 għandhom jinġabru finaliment.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1081 tat-3 ta' Lulju 2015 li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw mir-Russja (ĠU L 175, 4.7.2015, p. 14).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 973/2012 tat-22 ta' Ottubru 2012 li jniedi investigazzjoni dwar ċ-ċirkomvenzjoni possibbli tal-miżuri antidumping imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 925/2009 fuq importazzjonijiet ta' ċertu fojl tal-aluminju li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċinabl-importazzjonijiet ta' ċertu fojl tal-aluminju f'rombli li mhumiex annellati u ta' wisa' li taqbeż is-650 mm li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet suġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 293, 23.10.2012, p. 28).

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 925/2009 tal- 24 ta' Settembru 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerta fuljetta tal-aluminju li joriġinaw mill-Armenja, mill-Brażil u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 262, 6.10.2009, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 638/2013 tat-2 ta' Lulju 2013 li jittermina l-investigazzjoni dwar ċ-ċirkomvenzjoni possibbli tal-miżuri antidumping imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 925/2009 fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu fojl tal-aluminju li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċinabl-importazzjonijiet ta' ċertu fojl tal-aluminju f'rombli li mhumiex annellati u ta' wisa' li taqbeż is-650 mm li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 184, 3.7.2013, p. 1).

(6)  Notifika ta' bidu ta' proċediment antidumping dwar l-importazzjonijiet ta' ċertu fojl tal-aluminju li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 444, 12.12.2014, p. 13).

(7)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1928 tat-23 ta' Ottubru 2015 li ttemm il-proċediment antidumping dwar l-importazzjonijiet ta' ċertu fojl tal-aluminju li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 281, 27.10.2015, p. 16).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 833/2012 tas-17 ta' Settembru 2012 li jimponi dazju proviżorju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju f'rombli li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 251, 18.9.2012, p. 29).

(9)  Notifika ta' skadenza imminenti ta' ċerti miżuri ta' antidumping (ĠU C 49, 21.2.2014, p. 7).

(10)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' Ottubru 2011 fil-każ Nru T-192/08. Transnational Company “Kazchrome” AO, il-paragrafu 221.


18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/111


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2386

tas-17 ta' Diċembru 2015

li jagħmel l-importazzjonijiet ta' vireg tal-azzar għar-rinfurzar tal-konkrit li jifilħu għal ħafna reħja li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b'mod partikolari l-Artikolu 14(5) tiegħu,

Wara li infurmat lill-Istati Membri,

Billi:

(1)

Fit-30 ta' April 2015, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħabbret, permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) (“in-notifika ta' bidu”), il-bidu ta' proċediment antidumping (“il-proċediment antidumping”) fir-rigward ta' importazzjonijiet fl-Unjoni ta' vireg tal-azzar għar-rinfurzar tal-konkrit li jifilħu għal ħafna reħja (“HFP rebars”) li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) wara lment imressaq fis-17 ta' Marzu 2015 mill-Assoċjazzjoni tal-Azzar Ewropea (European Steel Association — “Eurofer” jew “l-ilmentatur”) f'isem produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' HFP rebars.

1.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

(2)

Il-prodott suġġett għal reġistrazzjoni (“il-prodott ikkonċernat”) huwa vireg tal-ħadid jew tal-azzar tar-rinfurzar tal-konkrit bi prestazzjoni li tiflaħ għal ħafna reħja, magħmula mill-ħadid, l-azzar bla liga jew l-azzar bil-liga (iżda minbarra azzar inossidabbli, azzar b'veloċità kbira, azzar siliko-manganiż), mhux maħdum aktar ħlief irrumblat bis-sħana, iżda inkluż dak mibrum wara l-irrumblar; dawn il-vireg fihom indentazzjonijiet, inċiżjonijiet, skanalaturi jew deformazzjonijiet oħra magħmula waqt il-proċess tal-irrumblar jew jiġu mibrumin wara l-irrumblar; il-karatteristika ewlenija tal-prestazzjoni li tiflaħ għal ħafna reħja hija l-kapaċità li tkun tiflaħ għal stress ripetut mingħajr ma tinkiser u, speċifikament, l-abilità li tirreżisti għal aktar minn 4,5 miljun ċiklu ta' reħja bl-użu ta' proporzjon ta' stress (minimu/massimu) ta' 0,2 u firxa tal-istress li taqbeż l-150 MPa, li toriġina mir-RPĊ, u li attwalment taqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 7214 20 00, ex 7228 30 20, ex 7228 30 41, ex 7228 30 49, ex 7228 30 61, ex 7228 30 69, ex 7228 30 70 u ex 7228 30 89. Dawn il-kodiċi NM qed jingħataw għal skopijiet ta' informazzjoni biss u ma għandhom l-ebda effett vinkolanti fuq il-klassifikazzjoni tal-prodott.

2.   TALBA

(3)

It-talba għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku saret mill-ilmentatur fid-19 ta' Novembru 2015. L-ilmentatur talab li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat isiru soġġetti għar-reġistrazzjoni sabiex sussegwentament ikunu jistgħu jiġu applikati miżuri kontra dawk l-importazzjonijiet mid-data ta' tali reġistrazzjoni.

3.   RAĠUNIJIET GĦAR-REĠISTRAZZJONI

(4)

Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tista' tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet tad-dwana biex jieħdu l-passi xierqa għar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, sabiex sussegwentement ikunu jistgħu jiġu applikati miżuri fuq dawk l-importazzjonijiet. L-importazzjonijiet jistgħu jsiru soġġetti għar-reġistrazzjoni wara talba mill-industrija tal-Unjoni li jkun fiha biżżejjed evidenza biex tiġġustifika din l-azzjoni.

(5)

L-ilmentatur jiddikjara li r-reġistrazzjoni hija ġġustifikata billi l-prodott ikkonċernat għadu qed ikun suġġett għad-dumping u l-importaturi kienu jafu tajjeb, jew misshom kienu jafu, dwar il-prattiki ta' dumping li kienu ilhom għaddejjin għal perjodu estiż ta' żmien u li kienu qed jikkawżaw dannu għall-industrija tal-Unjoni. L-ilmentatur jiddikjara wkoll li l-importazzjonijiet Ċiniżi qed jikkawżaw dannu għall-industrija tal-Unjoni u li kien hemm żieda sostanzjali fil-livell ta' dawk l-importazzjonijiet, anki wara l-perjodu tal-investigazzjoni, li jimmina b'mod serju l-effett ta' rimedju tad-dazju antidumping, jekk jiġi applikat tali dazju.

(6)

Il-Kummissjoni tqis li l-importaturi kienu jafu, jew kellhom ikunu jafu dwar il-prattiki ta' dumping tal-esportaturi. Evidenza prima facie suffiċjenti f'dan ir-rigward kienet tinsab fl-ilment u dan kien ippreżentat fin-notifika ta' bidu ta' dan il-proċediment (3). Il-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment stmat marġni ta' dumping ta' 20–30 % għall-importazzjonijiet Ċiniżi. Meta titqies il-firxa tad-dumping li jista' jkun qed iseħħ, ikun raġonevoli li wieħed jassumi li l-importaturi jkunu jafu, jew misshom kienu jafu, bis-sitwazzjoni.

(7)

Fl-ilment, l-ilmentatur ipprovda evidenza dwar il-valur normali bbażat fuq informazzjoni tal-ipprezzar ta' produtturi fil-Qatar u l-Emirati Għarab Magħquda. L-evidenza ta' dumping hija bbażata fuq tqabbil tal-valuri normali stabbiliti hekk, mal-prezz tal-esportazzjoni (fuq livell ta' kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Il-prezz tal-esportazzjoni Ċiniż ġie ddeterminat fuq il-bażi ta' kwotazzjonijiet ta' prezzijiet ta' bejgħ ta' esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni.

(8)

Barra minn hekk, l-ilmentatur ipprovda, kemm fl-ilment kif ukoll fit-talba għal reġistrazzjoni, biżżejjed evidenza fil-forma ta' investigazzjonijiet reċenti minn awtoritajiet oħra (pereż. il-Kanada, l-Eġittu u l-Malasja) li fiha huma deskritti l-prattiki ta' dumping tal-esportaturi Ċiniżi u li prima facie ma setgħux u ma kellhomx jiġu injorati mill-importaturi.

(9)

Minn meta beda l-proċediment f'April 2015, il-Kummissjoni identifikat żieda oħra ta' madwar 38 % meta wieħed iqabbel il-volumi tal-importazzjoni matul il-perjodu minn April 2014 sa Marzu 2015 (jiġifieri l-Perjodu tal-Investigazzjoni) mal-perjodu bejn April u Settembru 2015 (jiġifieri l-perjodu ta' wara l-bidu). Dan juri li kien hemm żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat wara l-bidu ta' din l-investigazzjoni.

(10)

L-ilmentatur inkluda wkoll evidenza prima facie fl-ilment u fit-talba għar-reġistrazzjoni dwar ix-xejra tat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-importazzjoni. Mill-istatistika tal-Eurostat, li hija pubblikament disponibbli, jidher li l-valuri ta' unità tal-importazzjonijiet mir-RPĊ naqsu minn EUR 431 għal kull tunnellata fil-PI għal EUR 401 għal kull tunnellata fil-perjodu ta' wara l-PI. Din hija wkoll indikazzjoni oħra li l-importaturi ta' materjali Ċiniżi kienu jew kellhom ikunu konxji mid-dumping.

(11)

Barra minn hekk, fl-ilment hemm biżżejjed evidenza prima facie li qed tiġi kkawżata ħsara. Fis-sottomissjonijiet li saru fil-qafas tal-investigazzjoni, inkluża fit-talba għar-reġistrazzjoni, hemm evidenza li ssir ħsara addizzjonali biż-żieda kontinwa ta' dawn l-importazzjonijiet. Minħabba t-tajming, iż-żieda fil-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping u l-imġiba fl-ipprezzar tal-produtturi esportaturi Ċiniżi x'aktarx li jimminaw serjament l-effett ta' rimedju ta' kwalunkwe dazju definittiv, sakemm dawn id-dazji ma jiġux applikati retroattivament. Barra minn hekk, fid-dawl tat-tnedija tal-proċedimenti attwali u filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi tal-importazzjonijiet Ċiniżi f'termini ta' prezzijet u volumi sa issa, huwa raġonevoli li wieħed jassumi li l-livell tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat jista' jiżdied ulterjorment qabel l-adozzjoni ta' miżuri provviżorji, jekk ikun hemm minnhom, u li l-inventarji jistgħu jinbnew b'mod rapidu mill-importaturi.

4.   PROĊEDURA

(12)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza prima facie biex jiġġustifika li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ikunu soġġetti għar-reġistrazzjoni, b'konformità mal-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.

(13)

Il-partijiet kollha interessati huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, dment li jagħmlu talba bil-miktub u juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu.

5.   REĠISTRAZZJONI

(14)

Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat għandhom isiru soġġetti għar-reġistrazzjoni bl-iskop li jiżguraw li, jekk l-investigazzjoni tirriżulta f'konklużjonijiet li jwasslu għall-impożizzjoni ta' dazji antidumping, dawk id-dazji jistgħu, jekk il-kundizzjonijiet neċessarji jintlaħqu, jiġu imposti b'mod retroattiv fuq l-importazzjonijiet irreġistrati f'konformità mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku.

(15)

Fl-ilment l-ilmentatur jikkalkula marġni ta' dumping medju ta' 20–30 % u marġni medju ta' bejgħ taħt il-prezz ta' 15 %–30 % għall-prodott ikkonċernat. L-ammont stmat ta' responsabbiltà possibbli fil-futur huwa stabbilit fil-livell ta' bejgħ taħt il-prezz, stmat abbażi tal-ilment, jiġifieri 15 %–30 % ad valorem fuq il-valur ta' importazzjoni CIF tal-prodott ikkonċernat.

6.   PROĊESSAR TA' DEJTA PERSONALI

(16)

Kull dejta personali miġbura fil-kuntest ta' din ir-reġistrazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-awtoritajiet Doganali huma b'dan ordnati, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, li jieħdu l-passi xierqa sabiex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-vireg tal-ħadid jew tal-azzar għar-rinfurzar tal-konkrit li jifilħu għal ħafna reħja, magħmula mill-ħadid, l-azzar bla liga jew l-azzar bil-liga (iżda minbarra azzar inossidabbli, azzar b'veloċità kbira, u azzar siliko-manganiż), mhux maħdum aktar ħlief irrumblat bis-sħana, iżda inkluż dak mibrum wara l-irrumblar; dawn il-vireg fihom indentazzjonijiet, inċiżjonijiet, skanalaturi jew deformazzjonijiet oħra magħmula waqt il-proċess tal-irrumblar jew jiġu mibrumin wara l-irrumblar; il-karatteristika ewlenija tal-prestazzjoni li tiflaħ għal ħafna reħja hija l-kapaċità li tkun tiflaħ għal stress ripetut mingħajr ma tinkiser u, speċifikament, l-abilità li tirreżisti għal aktar minn 4,5 miljun ċiklu ta' reħja bl-użu ta' proporzjon ta' stress (minimu/massimu) ta' 0,2 u firxa tal-istress li taqbeż l-150 MPa, li attwalment taqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 7214 20 00, ex 7228 30 20, ex 7228 30 41, ex 7228 30 49, ex 7228 30 61, ex 7228 30 69, ex 7228 30 70 u ex 7228 30 89 (kodiċijiet TARIC 7214200010, 7228302010, 7228304110, 7228304910, 7228306110, 7228306910, 7228307010, 7228308910) u li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa' xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub, jipprovdu evidenza ta' sostenn jew jitolbu li jinstemgħu fi żmien 20 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU C 143, 30.4.2015, p. 12.

(3)  ĠU C 143, 30.4.2015, p. 12. (taqsima 3 tan-notifika ta' bidu)

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).


18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/114


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2387

tas-17 ta' Diċembru 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

236,2

MA

90,9

TR

117,9

ZZ

148,3

0707 00 05

EG

174,9

MA

82,9

TR

150,0

ZZ

135,9

0709 93 10

MA

55,7

TR

155,4

ZZ

105,6

0805 10 20

EG

57,7

MA

64,7

TR

58,4

ZA

48,6

ZZ

57,4

0805 20 10

MA

74,3

ZZ

74,3

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

110,0

TR

68,9

ZZ

89,5

0805 50 10

TR

89,2

ZZ

89,2

0808 10 80

CA

151,7

CL

82,8

US

157,8

ZA

141,1

ZZ

133,4

0808 30 90

CN

63,2

TR

128,4

ZZ

95,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/116


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2388

tas-17 ta' Diċembru 2015

li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Diċembru 2015 u li jistipula l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 533/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 188 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Diċembru 2015 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2016 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jixraq li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi ffissat il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitlub, ikkalkolat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3).

(3)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Diċembru 2015 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2016 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jixraq li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss.

(4)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2016 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 533/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016, jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 tal-14 ta' Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU L 125, 15.5.2007, p. 9).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2016

(f'%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016

(f'kg)

09.4067

1,620748

09.4068

0,36049

09.4069

0,18172

09.4070

1 335 750


18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/119


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2389

tas-17 ta' Diċembru 2015

li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Diċembru 2015 u li jistabbilixxi l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Diċembru 2015 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2016 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3).

(3)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Diċembru 2015 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2016 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss.

(4)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2016 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007, li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016, huma mogħtija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 tas-26 ta' Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU L 309, 27.11.2007, p. 47).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2016

(f'%)

Il-kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016

(f'kg)

09.4410

0,16909

09.4411

0,171057

09.4412

0,177304

09.4420

0,192789

09.4421

175 000

09.4422

0,192789


18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/122


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2390

tas-17 ta' Diċembru 2015

li jiffissal-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandha tapplika għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mill-1 sas-7 ta' Diċembru 2015 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2078 għal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Ukrajna

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2078 (2) fetaħ il-kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Ukrajna.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta' importazzjoni mressqa mill-1 sas-7 ta' Diċembru 2015 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2016 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.4273. Jeħtieġ għalhekk li jiġi ddeterminat safejn jistgħu jiġu allokati d-drittijiet tal-importazzjoni, billi jiġi ffissat il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li jiġi applikat għall-kwantijiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3) flimkien mal-Artikolu 7(2) tal-istess Regolament.

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament japplika għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2078 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2016.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2078 tat-18 ta' Novembru 2015 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni tal-laħam tat-tajr li joriġina mill-Ukrajna (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 63).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

Numru tal-ordni

Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2016

(f'%)

09.4273

2,579121

09.4274


18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/124


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2391

tas-17 ta' Diċembru 2015

li jistabbilixxi l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 539/2007 fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 188(2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 539/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Diċembru 2015 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sat-31 ta' Marzu 2016 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jixraq li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss.

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 539/2007, li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016, huma mogħtija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 539/2007 tal-15 ta' Mejju 2007 li jistabbilixxi u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd (ĠU L 128, 16.5.2007, p. 19).


ANNESS

Numru tal-ordni

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016

(f'piż ekwivalenti għall-bajd bil-qoxra f'kg)

09.4015

108 000 000

09.4401

2 690 000

09.4402

9 666 000


DIRETTIVI

18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/126


DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2392

tas-17 ta' Diċembru 2015

dwar ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam ma' rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti ta' ksur attwali jew potenzjali ta' dan ir-Regolament

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (1) u b'mod partikulari l-Artikolu 32(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Persuni li jirrappurtaw ksur attwali jew potenzjali tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 (informaturi) lil-awtoritajiet kompetenti jistgħu jressqu informazzjoni ġdida għall-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u jassistu lil dawn tal-aħħar biex jidentifikaw u jimponu sanzjonijiet għal reati ta' abbuż tas-suq. Madankollu, l-iżvelar ta' informazzjoni protetta dwar ksur jista' jiġi ostakolat minħabba biża' ta' ritaljazzjoni, diskriminazzjoni jew żvelar ta' dejta personali. Arranġamenti adegwati dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta huma għalhekk meħtieġa biex jiżguraw il-protezzjoni ġenerali u r-rispett tad-drittijiet fundamentali ta' dawk li jiżvelaw l-informazzjoni u l-persuni akkużati. Persuni li konxjament jirrappurtaw informazzjoni ħażina jew li tiżgwida lill-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx jitqiesu bħala informaturi u għalhekk ma għandhomx igawdu mill-mekkaniżmi ta' protezzjoni.

(2)

Rappurtar anonimu għandu jkun permess mill-awtoritajiet kompetenti u l-mekkaniżmi ta' protezzjoni ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw ukoll meta informatur anonimu jiddeċiedi li jikxef l-identità tiegħu lill-awtorità kompetenti fi stadju aktar tard. L-informaturi għandhom ikunu ħielsa li jirrappurtaw jew permezz ta' proċeduri interni, fejn tali proċeduri jeżistu, jew direttament lill-awtorità kompetenti.

(3)

Membri tal-persunal dedikat tal-awtoritajiet kompetenti, li huma mħarrġa b'mod professjonali, inkluż dwar regoli applikabbli għall-protezzjoni tad-dejta, jkunu neċessarji sabiex jittrattaw rapporti ta' ksur tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 u biex jiżguraw komunikazzjoni mal-persuna li qiegħda tirrapporta, kif ukoll biex issegwu r-rapport b'mod xieraq.

(4)

Persuni li huma intenzjonati li jirrappurtaw ksur attwali jew potenzjali ta' Regolament (UE) Nru 596/2014 għandhom ikunu jistgħu jagħmlu deċiżjoni infurmata dwar jekk, kif u meta jirrappurtaw. Għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu pubblika u faċilment aċċessibli l-informazzjoni dwar il-mezzi ta' komunikazzjoni disponibbli mal-awtoritajiet kompetenti, dwar il-proċeduri applikabbli u dwar il-membri tal-persunal dedikat fi ħdan l-awtorità li jittrattaw rapporti ta' ksur. L-informazzjoni kollha dwar rapporti ta' ksur għandha tkun trasparenti, tinftiehem faċilment u affidabbli sabiex tippromwovi u mhux tiskoraġġixxi r-rappurtar ta' ksur.

(5)

Sabiex tkun possibbli komunikazzjoni effettiva mal-persunal dedikat tagħhom, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom fis-seħħ u jużaw diversi mezzi ta' komunikazzjoni li għandhom jkunu faċli biex jintużaw mill-utent u jippermettu komunikazzjoni bil-miktub u orali, kif ukoll elettronika u mhux elettronika.

(6)

Huwa importanti li l-proċeduri għall-protezzjoni tal-persuni li jaħdmu b'kuntratt ta' impjieg, irrispettivament min-natura tar-relazzjoni ta' xogħol tagħhom u jekk humiex imħallsa jew le, li jirrappurtaw jew jiġu akkużati bi ksur tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 jipproteġu lil dawn il-persuni kontra ritaljazzjoni, diskriminazzjoni jew tipi oħra ta' trattament inġust dirett jew indirett. Trattament inġust jista' jieħu forom differenti skont iċ-ċirkostanzi. Għalhekk każijiet individwali għandhom jiġu vvalutati permezz ta' regoli ta' riżoluzzjoni ta' tilwim jew proċeduri ġudizzjarji disponibbli skont il-liġi nazzjonali.

(7)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom proċeduri stabbiliti ta' protezzjoni adegwata għall-ipproċessar ta' rapporti ta' ksur u d-dejta personali tan-nies rrappurtati. Proċeduri bħal dawn għandhom jiżguraw li l-identità ta' kull min jirrapporta jew jiġi rrappurtat tkun protetta fl-istadji kollha tal-proċedura. Dan l-obbligu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-obbligu ta' żvelar ta' informazzjoni meta dan ikun meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali u suġġett għal salvagwardji adatti skont dawn il-liġijiet, inkluż fil-kuntest ta' investigazzjonijiet jew proċedimenti ġudizzjarji jew biex tissalvagwardja l-libertajiet ta' oħrajn, inklużi d-drittijiet ta' difiża tal-persuna rappurtata.

(8)

Huwa ferm importanti u neċessarju li persunal dedikat tal-awtorità kompetenti u l-membri tal-persunal tal-awtorità kompetenti li jirċievu aċċess għall-informazzjoni pprovduta minn persuna li tirrapporta lill-awtorità kompetenti jikkonformaw mal-obbligu ta' segretezza professjonali u l-kunfidenzjalità meta jittrażmettu id-dejta kemm ġewwa kif ukoll barra mill-awtorità kompetenti, inkluż fejn awtorità kompetenti tiftaħ investigazzjoni jew inkjesta jew attivitajiet sussegwenti ta' infurzar b'rabta mar-rapport ta' ksur.

(9)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jżommu r-rekords xierqa kollha ta' rapporti ta' ksur u li kull rapport jista' jiġi rkuprat fl-awtorità kompetenti u li l-informazzjoni mwassla permezz ta' rapporti tista' tintuża bħala evidenza f'azzjonijiet ta' infurzar fejn xieraq. L-Istati Membri għandhom jiżguraw konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u l-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 95/46/KE.

(10)

Il-protezzjoni tad-dejta personali tal-persuna li tirrapporta u ta' dik li tiġi rrapportata hija kruċjali sabiex jiġi evitat trattament inġust jew danni għar-reputazzjoni minħabba l-iżvelar ta' dejta personali, partikolarment dejta li tikxef l-identità ta' persuna kkonċernata. Għalhekk, minbarra l-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta li timplimenta d-Direttiva 95/46/KE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu proċeduri adegwati għall-protezzjoni tad-dejta li jkunu orjentati speċifikament lejn il-protezzjoni tal-persuna li tirrapporta u ta' dik li tiġi rrapportata li għandha tinkludi sistema sigura fl-awtorità kompetenti bi drittijiet ta' aċċess limitat għal persunal awtorizzat biss.

(11)

Trażmissjoni ta' dejta personali marbuta ma' rapporti ta' ksur mill-awtorità kompetenti tista' tkun meħtieġa biex jiġi evalwat rapport ta' ksur u biex titwettaq l-investigazzjoni meħtieġa u azzjonijiet ta' infurzar. Meta jittrażmettu dejta fl-awtorità kompetenti jew lil partijiet terzi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu l-kunfidenzjalità sa fejn l-aktar possibbli skont il-liġi nazzjonali.

(12)

Id-drittijiet tal-persuna rappurtata akkużata bi ksur tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 għandhom jiġu protetti sabiex jkunu evitati danni għar-reputazzjoni jew konsegwenzi negattivi oħra. Barra minn hekk, id-drittijiet tad-difiża u l-aċċess għal rimedji tal-persuna rappurtata għandhom jiġu rrispettati b'mod sħiħ f'kull stadju tal-proċedura wara r-rapport. L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-dritt ta' difiża tal-persuna rappurtata, inkluż id-dritt għal aċċess għall-fajl, id-dritt għal smigħ xieraq u d-dritt li tfittex rimedju effettiv kontra deċiżjoni li tikkonċerna persuna rappurtata skont il-proċeduri applikabbli stabbiliti mil-liġi nazzjonali fil-kuntest ta' investigazzjonijiet jew proċedimenti ġudizzjarji sussegwenti.

(13)

Reviżjoni regolari u tal-inqas biannwali (darba kull sentejn) tal-proċeduri tal-awtoritajiet kompetenti għandha tiggarantixxi li dawn il-proċeduri jkunu adegwati u tal-ogħla livell, u b'hekk jkunu qegħdin iservu l-iskop tagħhom. Għal dan l-għan, huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti jevalwaw l-esperjenzi tagħhom u jaqsmu esperjenzi u prattiki tajba ma' awtoritajiet kompetenti oħra.

(14)

Minħabba li regoli dettaljati dwar il-protezzjoni tal-informaturi jagħmluha aktar diffiċli għall-Istati Membri biex jiżguraw kompatibilità u tħaddim tajjeb mas-sistemi nazzjonali tagħhom, inklużi aspetti istituzzjonali, proċedurali u amministrattivi, ċerta flessibilità hija meħtieġa għall-att ta' implimentazzjoni. Tali flessibbiltà tkun tista' tinkiseb l-aħjar permezz ta' direttiva, aktar milli b'regolament u għalhekk direttiva tidher li hija l-aktar strument xieraq sabiex jippermetti lill-Istati Membri sabiex jadattaw ir-reġim ta' rapportar ta' ksur b'mod effiċjenti fis-sistemi nazzjonali tagħhom inkluż il-qafas istituzzjonali.

(15)

Minħabba l-fatt li r-Regolament (UE) Nru 596/2014 jidħol fis-seħħ fit-3 ta' Lulju 2016, huwa xieraq li l-Istati Membri jittrasponu u japplikaw dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva mit-3 ta' Lulju 2016.

(16)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropej tat-Titoli,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

IS-SUĠĠETT U D-DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Is-Suġġett

Din id-Direttiva tistabillixxi regoli li jispeċifikaw il-proċeduri deskritti fl-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014, li jinkludi l-arranġamenti għar-rappurtar u għas-segwitu ta' rapporti, u miżuri għall-protezzjoni tal-persuni li jaħdmu b'kuntratt ta' impjieg u miżuri għall-protezzjoni tad-dejta personali.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(1)

“persuna li qed tirrapporta” tfisser persuna li tirrapporta ksur attwali jew potenzjali tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 lill-awtorità kompetenti;

(2)

“persuna rrapurtata” tfisser persuna li tkun akkużata li wettqet, jew li għandha l-intenzjoni li twettaq, ksur tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 mill-persuna li qed tirrapporta;

(3)

“rapport ta' ksur” tfisser rapport preżentat mill-persuna li qed tirrapporta lill-awtorità kompetenti rigward ksur attwali jew potenzjali tar-Regolament (UE) Nru 596/2014.

KAPITOLU II

PROĊEDURI TA' KIF GĦANDHOM JASLU R-RAPPORTI DWAR KSUR U GĦAS-SEGWITU TAGĦHOM

Artikolu 3

Membri tal-persunal dedikat

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom membri tal-persunal dedikat għat-trattament ta' rapporti ta' ksur (“membri tal-persunal dedikat”). Il-membri tal-persunal dedikat għandhom ikunu mħarrġa apposta għall-iskopijiet tat-trattament ta' rapporti ta' ksur.

2.   Il-membri tal-persunal dedikat għandhom jeżerċitaw l-funzjonijiet li ġejjin:

(a)

jipprovdu lil kwalunkwe persuna interessata b'informazzjoni dwar il-proċeduri għar-rappurtar ta' ksur;

(b)

jirċievu u jsegwu rapporti ta' ksur;

(c)

jżommu kuntatt mal-persuna li qed tirrapporta meta din tal-aħħar tkun identifikat ruħha.

Artikolu 4

Proċeduri ta' kif għandhom jaslu r-rapporti ta' ksur u għas-segwitu tagħhom

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw fuq il-websajts tagħhom b'mod separat, faċilment identifikabbli u aċċessibbli taqsima għall-informazzjoni dwar it-twassil ta' rapporti ta' ksur stabbilit fil-paragrafu 2.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

il-mezzi ta' komunikazzjoni biex jirċievu u jsegwu r-rapporti ta' ksur u biex jikkuntattjaw lil membri tal-persunal dedikat f'konformità mal-Artikolu 6(1), jinkludu:

(1)

in-numri tat-telefown, b'indikazzjoni dwar jekk il-konverżazzjonijiet humiex rreġistrati jew mhux irreġistrati meta jiġu wżati dawk linji tat-telefown;

(2)

indirizzi postali u elettroniċi apposta, li jkunu siguri u li jiżguraw il-kunfidenzjalità, sabiex jkunu ikkuntatjati membri tal-persunal dedikati;

(b)

il-proċeduri applikabbli għal rapporti ta' ksur imsemmija fl-Artikolu 5;

(c)

ir-reġim ta' kunfidenzjalità applikabbli għal rapporti ta' ksur f'konformità mal-proċeduri applikabbli għal rapporti ta' ksur imsemmija fl-Artikolu 5;

(d)

il-proċeduri għall-protezzjoni ta' persuni li jaħdmu b'kuntratt ta' impjieg;

(e)

dikjarazzjoni li tispjega b'mod ċar li persuni li jqiegħdu informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti skont ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 m'għandhomx jitqiesu li jkunu qiegħdin jiksru xi restrizzjoni dwar l-iżvelar tal-informazzjoni imposta b'kuntratt jew b'xi dispożizzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva, u m'għandhomx jkunu involuti fl-ebda tip ta' responsabbiltà relatata ma' dan l-iżvelar.

3.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippubblikaw fuq il-websajts tagħhom informazzjoni aktar dettaljata dwar it-twassil u s-segwitu ta' ksur stipulati fil-paragrafi 2.

Artikolu 5

Proċeduri applikabbli għar-rapporti ta' ksur

1.   Il-proċeduri applikabbli għar-rapporti ta' ksur imsemmija fl-Artikolu 4(2)(b) għandhom jindikaw b'mod ċar l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)

li r-rapporti ta' ksur jistgħu wkoll jiġu ppreżentati b'mod anonimu;

(b)

il-mod li bih l-awtorità kompetenti tista' titlob lill-persuna li qed tirrapporta biex tiċċara l-informazzjoni rrappurtata jew biex tipprovdi aktar informazzjoni li tkun għad-dispożizzjoni tal-persuna li qed tirrapporta;

(c)

it-tip, il-kontenut u l-perjodu ta' żmien meħtieġ għal-feedback dwar ir-riżultati tar-rapport ta' ksur li persuna li qed tirrapporta tista' tistenna wara r-rappurtar;

(d)

ir-reġim ta' kunfidenzjalità applikabbli għal rapporti ta' ksur, inkluż deskrizzjoni dettaljata taċ-ċirkostanzi li taħthom dejta kunfidenzjali tal-persuna li qed tirrapporta tista' tiġi żvelata f'konformità mal-Artikoli 27, 28 u 29 tar- Regolament (UE) Nru 596/2014.

2.   Id-deskrizzjoni dettaljata msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1 għandha tiżgura l-għarfien tal-persuna li qed tirrapporta dwar każijiet eċċezzjonali li fihom il-kunfidenzjalità tad-dejta ma tistax tiġi żgurata, inkluż fejn l-iżvelar ta' dejta huwa obbligu meħtieġ u proporzjonat skont liġi tal-Unjoni jew nazzjonali fil-kuntest ta' investigazzjonijiet jew proċedimenti ġudizzjarji sussegwenti jew biex tissalvagwardja l-libertajiet ta' oħrajn inkluż id-dritt ta' difiża tal-persuna rappurtata, u f'kull każ suġġett għal salvagwardji xierqa skont dawn il-liġijiet.

Artikolu 6

Mezzi ta' komunikazzjoni dedikati

1.   Ll-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu mezzi ta' komunikazzjoni indipendenti u awtonomi, li huma kemm siguri u kif ukoll jiżguraw il-kunfidenzjalità, biex jirċievu u jsegwu ir-rappurtar ta' ksur (“mezzi ta' komunikazzjoni dedikati”).

2.   Mezzi ta' komunikazzjoni dedikati għandhom jitqiesu indipendenti u awtonomi, bil-kundizzjoni li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(a)

huma separati mill-mezzi ta' komunikazzjoni ġenerali tal-awtorità kompetenti, inklużi dawk li permezz tagħhom l-awtorità kompetenti tikkomunika internament u mal-partijiet terzi fl-andament normali tan-negozju tagħha;

(b)

huma mfassla, stabbiliti u operati b'mod li jiżgura l-kompletezza, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u jipprevjeni l-aċċess għal membri tal-persunal mhux awtorizzati tal-awtorità kompetenti;

(c)

jippermettu l-ħażna ta' informazzjoni durabbli f'konformità mal-Artikolu 7 biex jippermettu għal aktar investigazzjonijiet.

3.   Il-mezzi ta' komunikazzjoni dedikati għandhom jippermettu r-rappurtar ta' ksur attwali jew potenzjali f'tal-inqas f'kull metodu minn dawn li ġejjin:

(a)

rapport bil-miktub ta' ksur f'format elettroniku jew bil-miktub;

(b)

rapport orali ta' ksur permezz tal-linji tat-telefown, kemm jekk irreġistrati jew mhux irreġistrati;

(c)

laqgħa fiżika mal-membri tal-persunal dedikat tal-awtorità kompetenti.

4.   L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 4 lil-persuna li qed tirrapporta qabel ma tirċievi r-rapport ta' ksur, jew mhux aktar tard mill-mument meta tirċievih.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li rapport ta' ksur riċevut b'mezzi oħra li mhumiex il-mezzi ta' komunikazzjoni dedikati msemmija f'dan l-Artikolu jkun minnufih mgħoddi mingħajr modifika lil-membri tal-persunal dedikat tal-awtorità kompetenti bl-użu ta' mezzi ta' komunikazzjoni dedikati.

Artikolu 7

Iż-żamma ta' rekords tar-rapporti riċevuti

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-awtoritajiet kompetenti jżommu rekords ta' kull rapport ta' ksur riċevut.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikonoxxu l-wasla ta' rapporti ta' ksur bil-miktub permezz tal-indirizz postali jew l-indirizz elettroniku indikat mill-persuna li qed tirrapporta, sakemm il-persuna li qed tirrapporta espliċitament ma titlobx mod ieħor jew l-awtorità kompetenti raġonevolment ma taħsibx li r-rikonoxximent tal-wasla ta' rapport bil-miktub ikollu r-riskju li jippreġudika l-protezzjoni tal-identità' tal-persuna li qed tirrapporta.

3.   Fejn linja tat-telefown reġistarta tiġi użata għar-rappurtar ta' ksur, l-awtorità kompetenti għandu jkollha d-dritt li tiddokumenta r-rapportar orali fil-forma ta':

(a)

reġistrazzjoni awdjo tal-konverżazzjoni f' forma li tista' tiġi irkuprata u li hi durabbli, jew

(b)

traskrizzjoni preċiża u kompleta tal-konverżazzjoni ppreparata mill-membri tal-persunal dedikat tal-awtorità kompetenti. F'każijiet fejn il-persuna li qed tirrapporta tkun żvelat l-identità tagħha, l-awtorità kompetenti għandha toffri l-possibbiltà lill-persuna li qed tirrapporta li tivverifika, tikkoreġi u taqbel mat-traskrizzjoni tat-telefonata billi tiffirmha.

4.   Meta linja tat-telefon mhux reġistrata tiġi użata għar-rappurtar ta' ksur, l-awtorità kompetenti għandha jkollha d-dritt li tiddokumenta r-rapportar orali fil-forma ta' minuti preċiżi tal-konversazzjoni preparati mill-membri tal-persunal dedikat tal-awtorità kompetenti. F'każijiet fejn il-persuna li qed tirrapporta tkun żvelat l-identità tagħha, l-awtorità kompetenti għandha toffri l-possibbiltà lill-persuna li qed tirrapporta li tivverifika, tikkoreġi u taqbel mal-minuti tat-telefonata billi tiffirmahom.

5.   Meta persuna titlob laqgħa fiżika mal-membri tal-persunal dedikat tal-awtorità kompetenti biex tirrapporta ksur skont l-Artikolu 6(3)(c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li rekords kompluti u akkurati tal-laqgħa huma miżmuma f'forma li tista' tiġi rkuprata u li hi durabbli. Awtorità kompetenti għandha jkollha d-dritt li tiddokumenta r-rekords tal-laqgħa fiżika fil-forma ta':

(a)

reġistrazzjoni awdjo tal-konverżazzjoni f' forma li tista' tiġi irkuprata u li hi durabbli; jew

(b)

minuti preċiżi tal-laqgħa preparati mill-membri tal-persunal dedikat tal-awtorità kompetenti. F'każijiet fejn il-persuna li qed tirrapporta tkun żvelat l-identità tagħha, l-awtorità kompetenti għandha toffri l-possibbiltà lill-persuna li qed tirrapporta li tivverifika, tikkoreġi u taqbel mal-minuti tal-laqgħa billi tiffirmahom.

Artikolu 8

Protezzjoni ta' persuni li jaħdmu b'kuntratt ta' impjieg

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri li jiżguraw skambju effettiv ta' informazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u kwalunkwe awtorità rilevanti oħra involuta fil-protezzjoni ta' persuni li jaħdmu b'kuntratt ta' impjieg, li jirrappurtaw ksur tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 lill-awtorità kompetenti jew jiġu akkużati b' tali ksur, kontra ritaljazzjoni, diskriminazzjoni jew tipi oħrajn ta' trattamenti inġusti, li jkunu ġejja mir-rapportar ta' ksur tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 jew b'konnessjoni miegħu.

2.   Il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw mill-inqas dan li ġej:

(a)

persuni li qed jirrappurtaw ikollhom aċċess għal informazzjoni komprensiva u parir dwar ir-rimedji u l-proċeduri disponibbli taħt il-liġi nazzjonali li jipproteġuhom kontra trattament inġust, inkluż dwar il-proċeduri għal talba ta' kumpens fi flus;

(b)

persuni li qed jirrappurtaw ikollhom aċċess għal għajnuna mill-awtoritajiet kompetenti quddiem kwalunkwe awtorità rilevanti involuta fil-protezzjoni tagħhom kontra trattament inġust, inkluż billi tiċċertifika l-kundizzjoni tal-informatur tal-persuna li qed tirrapporta f'tilwim dwar l-impjieg.

Artikolu 9

Proċeduri tal-protezzjoni tad-dejta personali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jżommu r-rekords imsemmija fl-Artikolu 7 f'sistema kunfidenzjali u sigura.

2.   Aċċess għas-sistema msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għal restrizzjonijiet li jiżguraw li d-dejta maħżuna fiha hija disponibbli biss għall-membri tal-persunal tal-awtorità kompetenti li għalihom l-aċċess għal din id-dejta huwa meħtieġ biex iwettqu d-dmirijiet professjonali tagħhom.

Artikolu 10

Trażmissjoni tad-dejta barra u ġewwa l-awtorità kompetenti

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom fis-seħħ proċeduri adegwati għat-trażmissjoni ta' dejta personali tal-persuna li qed tirrapporta u l-persuna rappurtata ġewwa u barra mill-awtorità kompetenti.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trażmissjoni ta' dejta relatata ma' rapport ta' ksur fi ħdan l-awtorità kompetenti jew barra minnha ma tiżvelax, direttament jew indirettament, l-identità tal-persuna li qed tirrapporta jew dik tal-persuna rappurtata jew kull referenza oħra għal ċirkostanzi li jippermettu li l-identità tal-persuna li qed tirrapporta jew il-persuna rappurtata tiġi dedotta, sakemm din it-trażmissjoni ma tkunx konformi mar-regoli ta' kunfidenzjalità msemmija fl-Artikolu 5(1(d).

Artikolu 11

Proċeduri għal protezzjoni tal-persuna rappurtata

1.   Fejn l-identità ta' persuni rappurtati mhiex magħrufa mill-pubbliku, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li l-identità tagħhom tkun imħarsa minn tal-inqas bl-istess mod bħall-persuni li jkunu qed jiġu investigati mill-awtorità kompetenti.

2.   Il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 9 għandhom japplikaw ukoll għall-protezzjoni tal-identità ta' persuni rappurtati.

Artikolu 12

Rieżami tal-proċeduri mill-awtoritajiet kompetenti

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirreżaminaw l-proċeduri tagħhom biex jirċievu rapporti ta' ksur u għas-segwitu tagħhom regolarment, u mill-inqas darba kull sentejn. Fir-rieżami ta' dawn il-proċeduri l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-esperjenza tagħhom u dik ta' awtoritajiet kompetenti oħra u jadattaw il-proċeduri tagħhom kif xieraq u skont l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 13

Traspożizzjoni

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mit-3 ta' Lulju 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mit-3 ta' Lulju 2016.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 15

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1.

(2)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.


DEĊIŻJONIJIET

18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/133


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2015/2393

tat-8 ta' Diċembru 2015

li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 11(6) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (1),

Billi:

(1)

Mill-1 ta' Novembru 2014, meta jkun meħtieġ li att jiġi adottat mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu jiġi verifikat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu l-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni.

(2)

Sal-31 ta' Marzu 2017, meta jkun meħtieġ li att jiġi adottat mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, membru tal-Kunsill jista' jitlob li dan jiġi adottat f'konformità mal-maġġoranza kwalifikata kif definita fl-Artikolu 3(3) tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. F'dak il-każ, membru tal-Kunsill jista' jitlob li ssir verifika biex jiġi żgurat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu l-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 62 % tat-total tal-popolazzjoni tal-Unjoni.

(3)

Dawk il-perċentwali jiġu kkalkolati skont iċ-ċifri tal-popolazzjoni stipulati fl-Anness III mar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (“ir-Regoli ta' Proċedura”).

(4)

L-Artikolu 11(6) tar-Regoli ta' Proċedura jipprevedi li, b'effett mill-1 ta' Jannar ta' kull sena, il-Kunsill għandu jemenda ċ-ċifri stipulati f'dak l-Anness, f'konformità mad-data disponibbli għall-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea fit-30 ta' Settembru tas-sena ta' qabel.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jiġu emendati kif meħtieġ għas-sena 2016,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regoli ta' Proċedura huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS III

Ċifri li jirrigwardaw il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta' kull Stat Membru għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 16(4) TUE, l-Artikolu 238(2) u (3) tat-TFUE u l-Artikolu 3(2) tal-Protokoll Nru 36, il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta' kull Stat Membru, kif ukoll il-perċentwal tal-popolazzjoni ta' kull Stat Membru relattivament għall-popolazzjoni tal-Unjoni, għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016, għandhom ikunu kif ġej:

Stat Membru

Popolazzjoni

Perċentwal tal-popolazzjoni totali tal-Unjoni

Ġermanja

81 089 331

15,93

Franza

66 352 469

13,04

Renju Unit

64 767 115

12,73

Italja

61 438 480

12,07

Spanja

46 439 864

9,12

Polonja

38 005 614

7,47

Rumanija

19 861 408

3,90

Netherlands

17 155 169

3,37

Belġju

11 258 434

2,21

Greċja

10 846 979

2,13

Repubblika Ċeka

10 419 743

2,05

Portugall

10 374 822

2,04

Ungerija

9 855 571

1,94

Żvezja

9 790 000

1,92

Awstrija

8 581 500

1,69

Bulgarija

7 202 198

1,42

Danimarka

5 653 357

1,11

Finlandja

5 471 753

1,08

Slovakkja

5 403 134

1,06

Irlanda

4 625 885

0,91

Kroazja

4 225 316

0,83

Litwanja

2 921 262

0,57

Slovenja

2 062 874

0,41

Latvja

1 986 096

0,39

Estonja

1 313 271

0,26

Ċipru

847 008

0,17

Lussemburgu

562 958

0,11

Malta

429 344

0,08

Total

508 940 955

 

Livell limitu (62 %)

315 543 392

 

Livell limitu (65 %)

330 811 621 ”

 

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija tapplika mill-1 ta' Jannar 2016.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

P. GRAMEGNA


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta' Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).


18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/136


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2394

tat-8 ta' Diċembru 2015

dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed mill-Istati Membri f'isem l-Unjoni Ewropea, fir-rigward tad-deċiżjonijiet li trid tadotta l-Kummissjoni Permanenti tal-Eurocontrol, rigward ir-rwoli u l-kompiti tal-Eurocontrol u dwar is-servizzi ċentralizzati

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni Permanenti tal-Eurocontrol (“il-Kummissjoni Permanenti”), permezz tad-Deċiżjoni Nru 123 tiegħu tal-4 ta' Diċembru 2013, stabbilixxiet Grupp ta' Studju biex jinvestiga b'liema mod i l-Konvenzjoni Internazzjonali tal-Eurocontrol dwar il-Kooperazzjoni għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru tat-13 ta' Diċembru 1960 (“il-Konvenzjoni tal-Eurocontrol”), jista' jkun tkun teħtieġ li tiġi emendata sabiex din tirrifletti ix-xenarju tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru li dejjem qed jevolvi fl-Ewropa.

(2)

Fid-19 ta' Ottubru 2015, il-Grupp ta' Studju inkariga lill-Aġenzija Eurocontrol bit-tfassil ta' abbozz ta' Att tal-Kummissjoni Permanenti li jiddefinixxi r-rwoli u l-kompiti futuri tal-Eurocontrol.

(3)

Abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni Permanenti dwar ir-rwoli u l-kompiti tal-Eurocontrol se jkun fuq l-aġenda tagħha għall-approvazzjoni fil-laqgħa fit-8 u fid-9 ta' Diċembru 2015.

(4)

Ladarba adottata, dik id-deċiżjoni se jkollha effetti legali. Skont il-qafas istituzzjonali applikabbli, stabbilit fil-Konvenzjoni tal-Eurocontrol, kif emendat bil-Protokoll iffirmat fi Brussell fit-12 ta' Frar 1981 (“il-Konvenzjoni Emendata”), il-Kummissjoni Permanenti hija responsabbli biex “tifformula l-politika ġenerali tal-Eurocontrol”. Id-definizzjoni tar-rwoli u tal-kompiti se tirregola l-azzjoni futura tal-Eurocontrol u bl-istess mod se tirrifletti neċessarjament dak li l-Eurocontrol tqis bħala attività leġittima. Din se torbot lill-Membri kollha tal-Eurocontrol, inklużi l-Istati Membri tal-Unjoni.

(5)

Id-definizzjoni tar-rwoli u tal-kompiti tal-Eurocontrol, jista' jkollha konsegwenzi rigward l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u, b'mod partikolari, l-integrità tal-kompetenzi tal-UE, peress li l-leġislazzjoni tal-Unjoni tkopri oqsma importanti li fihom hija attiva l-Eurocontrol. F'xi każijiet, ir-rwol u l-attività tal-Eurocontrol jiddependu mid-deċiżjonijiet meħuda fil-livell tal-Unjoni.

(6)

Għaldaqstant, huwa importanti li jiġi żgurat li d-definizzjoni tar-rwoli u tal-kompiti tal-Eurocontrol ma tkunx f'kunflitt mal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-kompetenzi tal-Unjoni, u li din ma tippreġudikax azzjoni futura tal-Unjoni.

(7)

Fil-laqgħa tagħha tat-8 u d-9 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni Permanenti tista' wkoll tadotta deċiżjoni dwar is-servizzi ċentralizzati. Bħalissal-Unjoni ma għandhiex biżżejjed informazzjoni biex tevalwa s-sustanza ta' tali deċiżjoni, li tista' tippreġudika l-attività futura tal-Eurocontrol u b'mod li jista' jkun ta' ħsara għall-attività tal-Unjoni f'dan il-qasam, b'mod partikolari fir-rigward tar-Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR). Għaldaqstant għandha tiġi posposta deċiżjoni dwar din il-kwistjoni.

(8)

Għalhekk għandha tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kummissjoni Permanenti tal-Eurocontrol,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li jridu jieħdu l-Istati Membri f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kummissjoni Permanenti tal-Eurocontrol dwar ir-rwoli u l-kompiti tal-Eurocontrol u s-servizzi ċentralizzati, għandha tkun skont l-Anness.

L-Istati Membri għandhom jaġixxu b'mod konġunt fl-interess tal-Unjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

P. GRAMEGNA


ANNESS

I.   Ir-rwoli u l-kompiti tal-Eurocontrol

L-Unjoni titlob li t-test propost dwar is-servizzi, ir-rwoli u l-kompiti tal-Eurocontrol ma jaffettwa bl-ebda mod il-kompetenzi tal-Unjoni u li ma jippreġudikax l-azzjoni futura tal-Unjoni. Meta l-kompiti speċifiċi jkunu attwalment imwettqa mill-Eurocontrol fi ħdan il-qafas ġuridiku tal-Unjoni fuq bażi temporanja, dawk il-kompiti ma għandhomx jiġu ppreżentati bħala kompiti indipendenti mid-deċiżjonijiet tal-Unjoni.

L-Unjoni titlob il-bidliet li ġejjin għal-lista tar-rwoli u tal-kompiti tal-Eurocontrol, stipulata fl-anness tad-dokument ta' azzjoni CN-SG-6-2015 tal-Eurocontrol dwar ir-rwoli u l-kompiti tal-organizzazzjoni tas-16 ta' Novembru 2015

(1)

Fir-rigward tal-Artikolu 2(1) dwar “Funzjonijiet u Servizzi”:

(a)

Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru Ċentrali;

(b)

Il-funzjonijiet tan-netwerk tal-ATM jekk mogħtija mill- f'isem l-Unjoni Ewropea;

(c )

Funzjonijiet Kompiti tal-ATM f'isem l-ICAO għar-Reġjun EUR/NAT;

(d)

L-istabbiliment, il-fatturazzjoni u l-ġbir ta' Tariffi tan-Navigazzjoni bl-Ajru;

(e)

Il-forniment ta' servizzi tat-traffiku tal-ajru fil-MUAC, soġġett għar-riżultati tad-diskussjonijiet bejn l-Istati Membri u EUROCONTROL l-Aġenzija;

(f)

Il-funzjonijiet u s-servizzi ċentrali, bħal EAD, ARTAS/CAMOS, u servizzi ċentrali oħrajn li jistgħu jiġu fdati lilha mill-Kummissjoni Permanenti, bi qbil f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Unjoni.

(2)

Fir-rigward tal-Artikolu 2(2) dwar ir-“Rwoli”:

(a)

Fir-rigward tal-“Appoġġ”, it-tibdil għandu jkun kif ġej:

(i)

Appoġġ lill-Istati Membri tagħha, lill-NSAs, lill-ANSPs u lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħra;

(ii)

Appoġġ lill-UE korpi inkluż l-għoti ta' speċjalizzazzjoni biex jiġu appoġġjati l-attivitajiet regolatorji f'konformità skont il-Ftehim ta' Livell Għoli bejn l-UE u l-Eurocontrol tad-29 ta' Ottubru 2012 fuq it-talba ta' dawn il-korpi;

(iii).

Faċilitazzjoni u promozzjoni tal-interessi Ewropej fi Stati li mhumiex membri tal-ECAC fi kwistjonijiet tal-ATM b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri tagħha, mal-ANSPs u mal-industrija tagħhomu l-UE, ħlief għall-oqsma koperti mir-regoli tal-UE u b'kundizzjoni li jiġu rrispettati l-kompetenzi tal-UE;

(iv)

Kontribuzzjoni għal SESAR (R&Ż, żamma u tnedija tal-Pjan Regolatorju tal-ATM) — billi tibni fuq l-għarfien espert fl-ATM tagħha, il-kopertura pan-Ewropea tagħha, l-aspett ċivili-militari tagħha u r-rwol tal-ġestjoni tan-netwerk tal-fluss ċentrali tan-netwerk, f'konformità mal-leġslazzjoni rilevanti tal-UE;

(v)

Jiġu pprovduti faċilitajiet ta' riċerka u ta' simulazzjoni relatati, eż. għal SESAR, jitwettqu attivitajiet ta' riċerka flimkien ma' SESAR u jsir tibdil fl-ispazju tal-ajru f'konformità mal-leġislazzjoni rilevanti tal-UE, fejn applikabbli;

(vi)

L-għoti ta' taħriġ/edukazzjoni lill-organizzazzjonijiet tal-Istati Membri.

(b)

Fir-rigward tal-“Mekkaniżmi għall-kooperazzjoni”, it-tibdil għandu jkun kif ġej:

(i)

Tiġi ffaċilitata u promossa l-koordinazzjoni ċivili-militari fuq l-iżviluppi ATM/ANS;

(ii)

Jingħata appoġġ lill-Istati Membri fil-ħidma tal-ICAO, bil-kundizzjoni li jiġu rrispettati l-kompetenzi tal-UE;

(iii)

Issir kooperazzjoni ma' reġjuni oħra fid-dinja, soġġetta għal ftehim mal-Istati Membri li jiżgura l-koordinazzjoni mal-UE;

(iv)

Kooperazzjoni/koordinazzjoni internazzjonali (ICAO, FAA, NATO, eċċ.) f'isem l-Istati Membri tagħha, għajr l-Istati Membri tal-UE bil-kundizzjoni li jiġu rrispettati l-kompetenzi tal-UE;

(v)

Jingħata parir li mhumiex fl-UE fuq talba tagħhom stess, lil dawk l-Istati Membri li mhumiex Stati Membri tal-UE u li ma kkonkludewx ftehimiet mal-Unjoni, dwar kwistjonijiet ta' Sikurezza u Prestazzjoni tal-ATM, bl-użu ta' f'konformità mar-regoli tal-ICAO, b'koordinazzjoni mal-UE u bil-kundizzjoni li jiġu rrispettati l-kompetenzi tagħha regoli tal-UE u tal-EASA f'dan il-qasam biex jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-armonizzazzjoni, għas-sikuerzza, għall-effiċjenza operattiva u għall-ekonomiji ta' skala.;

(c)

Fir-rigward tal-“Informazzjoni u tad-data dwar l-ATM fil-livell pan-Ewropew” it-tibdil għandu jkun kif ġej:

(i)

Il-ġbir u l-analiżi tad-data, li tista' tinkludi data dwar il-prestazzjoni, data tas-sikurezza, eċċ. (sabiex “jinżammu” s-sistemi u d-data b'appoġġ għall-ħidma regolatorja) għall-Istati li mhumiex Stati Membri tal-UE u, jekk dan il-kompitu jiġi kkonferit lilha mill-UE, għall-Istati Membri tal-UE;

(ii)

L-analiżi u t-tfassil ta' rapporti (informazzjoni) dwar id-data miġbura (eż. ACE, PRR) għall-Istati li mhumiex Stati Membri tal-UE u, jekk dan il-kompitu jiġi kkonferit lilha mill-UE, għall-Istati Membri tal-UE;

(iii)

Imexxu l-proċess ESSIP/LSSIP, jekk jiġi kkonferit mill-Unjoni Ewropea;

(iv)

, inkluż Ir-rappurtar lill-ICAO dwar l-implimentazzjoni ta' Pjan ta' Navigazzjoni bl-Ajru Globali (GANP) u tal-Aġġornamenti tal-Blokok tas-Sistemi tal-Avjazzjoni (ASBUs) u tiġi żgurata l-koordinazzjoni mal-mekkaniżmi ta' rappurtar tal-UE bi ftehim mal-Unjoni Ewropea;

(v)

Ġbir ta' data dwar it-traffiku u l-għoti tal-previżjonijiet STATFOR.

II.   Servizzi Ċentralizzati

Il-pożizzjoni tal-Unjoni hija li d-deċiżjoni dwar is-servizzi ċentralizzati f'dan l-istadju għandha tiġi posposta.

Bħalissa l-Unjoni ma għandhiex biżżejjed informazzjoni biex tevalwa s-sustanza ta' tali deċiżjoni dwar servizzi ċentralizzati. Tali deċiżjoni tista' tippreġudika l-attività futura tal-Eurocontrol u b'mod li jista' jkun ta' ħsara għall-attività tal-Unjoni f'dan il-qasam, b'mod partikolari fir-rigward tar-Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR).


18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/140


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2395

tal-10 ta' Diċembru 2015

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2010/99/UE li tawtorizza lir-Repubblika tal-Litwanja biex testendi l-applikazzjoni ta' miżura ta' deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 291(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz ta' ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fl-1 ta' April 2015, ir-Repubblika tal-Litwanja talbet awtorizzazzjoni biex tkompli tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE li jirregola l-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) lill-awtoritajiet tat-taxxa.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra, permezz ta' ittra datata t-18 ta' Mejju 2015, bit-talba li għamlet il-Litwanja. Permezz ta' ittra datata l-20 ta' Mejju 2015, il-Kummissjoni nnotifikat lil-Litwanja li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tikkunsidra t-talba.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/388/KE (2) awtorizzat lil-Litwanja biex, fost l-oħrajn, tagħmel ir-riċevitur responsabbli għall-VAT dovuta fuq il-provvista tal-oġġetti u s-servizzi fil-każ ta' proċeduri ta' insolvenza jew ta' proċeduri ta' ristrutturar li jkunu suġġetti għal sorveljanza ġudizjarja, u għall-VAT dovuta fuq il-provvisti tal-injam.

(4)

Il-perjodu għall-applikazzjoni tal-miżura ta' deroga ġiet estiża darbtejn, bid-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2010/99/UE (3) u 2012/704/UE (4).

(5)

L-investigazzjonijiet u l-analiżi tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu mwettqa mill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Litwanja wrew li l-miżura ta' deroga hija effettiva.

(6)

Il-Kummissjoni tifhem li s-sitwazzjoni ġuridika u fattwali li ġġustifikat l-applikazzjoni tal-miżura ta' deroga ma nbidlitx u għadha teżisti. Għalhekk, il-Litwanja għandha tkun awtorizzata tapplika l-miżura għal perjodu limitat ieħor.

(7)

F'każ li l-Litwanja tqis li hi meħtieġa estensjoni ulterjuri tal-miżura ta' deroga lil hinn mill-2018, għandha tissottometti lill-Kummissjoni rapport ta' evalwazzjoni flimkien mat-talba għall-estensjoni, sal-31 ta' Marzu 2018 sabiex tagħti biżżejjed ħin lill-Kummissjoni biex teżamina t-talba.

(8)

Il-miżura ta' deroga mhu se jkollha l-ebda impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jirriżultaw mill-VAT.

(9)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2010/99/UE għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2010/99/UE, it-tieni paragrafu hu sostitwit b'dan li ġej:

“Għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2018.

Kwalunkwe talba għall-estensjoni tal-miżura stipulata f'din id-Deċiżjoni għandha titressaq lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu 2018 u għandha tiġi akkumpanjata minn rapport dwar l-applikazzjoni ta' dik il-miżura.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Litwanja.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. BAUSCH


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/388/KE tal-15 ta' Mejju 2006 li tawtorizza lil-Litwanja sabiex tapplika miżura li tidderoga mill-Artikolu 21 tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (ĠU L 150, 3.6.2006, p. 13).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2010/99/UE tas-16 ta' Frar 2010 li tawtorizza lir-Repubblika tal-Litwanja biex tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 45, 20.2.2010, p. 10).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/704/UE tat-13 ta' Novembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2010/99/UE sabiex tawtorizza lir-Repubblika tal-Litwanja testendi l-applikazzjoni ta' miżura ta' deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 319 16.11.2012, p. 7).


18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/142


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2396

tal-10 ta' Diċembru 2015

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2009/1008/UE li tawtorizza lir-Repubblika tal-Latvja biex testendi l-applikazzjoni ta' miżura ta' deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari, l-Artikolu 291(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz ta' ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fit-30 ta' Marzu 2015, ir-Repubblika tal-Latvja talbet awtorizzazzjoni biex tkompli tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE li jirregola l-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) lill-awtoritajiet tat-taxxa.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħrajn, bit-talba li għamlet, il-Latvija permezz ta' ittra datata t-18 ta' Mejju 2015. Permezz ta' ittra datata l-20 ta' Mejju 2015, il-Kummissjoni nnotifikat lil-Latvja li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tikkunsidra t-talba.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/42/KE (2) awtorizzat lil-Latvja biex tagħmel ir-riċevitur responsabbli għall-VAT dovuta fuq il-provvista tal-injam.

(4)

Il-perjodu għall-applikazzjoni tal-miżura ta' deroga ġie estiż darbtejn, bid-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2009/1008/UE (3) u 2013/55/UE (4).

(5)

L-investigazzjonijiet fiskali u l-analiżi tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu mwettqa mill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Latvja wrew li l-miżura ta' deroga hija effettiva.

(6)

Il-Kummissjoni tifhem li s-sitwazzjoni ġuridika u fattwali li ġġustifikat l-applikazzjoni tal-miżura ta' deroga ma nbidlitx u għadha teżisti. Għalhekk, il-Latvja għandha tiġi awtorizzata tapplika l-miżura għal perjodu limitat ieħor.

(7)

F'każ li l-Latvja tqis li titlob estensjoni ulterjuri tal-miżura ta' deroga lil hinn mill-2018, għandu jeħtieġ li tressaq lill-Kummissjoni, rapport ta' evalwazzjoni flimkien mat-talba għall-estensjoni, sal-31 ta' Marzu 2018, sabiex tagti biżżejjed żmien biex il-Kummissjoni teżamina t-talba.

(8)

Il-miżura ta' deroga mhux se jkollha ebda impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jirriżultaw mill-VAT.

(9)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2009/1008/UE għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikoli 2 u 2a tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2009/1008/UE huma sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2018.

Kull talba għal estensjoni tal-miżura stipulata f'din id-Deċiżjoni għandha titressaq lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu 2018 u għandha tiġi akkumpanjata b'rapport dwar l-applikazzjoni ta' dik il-miżura.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. BAUSCH


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/42/KE tal-24 ta' Jannar 2006 li tawtorizza lil-Latvja biex testendi l-applikazzjoni ta' miżura li tidderoga minn Artikolu 21 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-fatturat (ĠU L 25, 28.1.2006, p. 31).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2009/1008/UE tas-7 ta' Diċembru 2009 li tawtorizza lir-Repubblika tal-Latvja biex testendi l-applikazzjoni ta' miżura ta' deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 24.12.2009, p. 30).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/55/UE tat-22 ta' Jannar 2013 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2009/1008/UE li tawtorizza lir-Repubblika tal-Latvja testendi l-applikazzjoni ta' miżura ta' deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 22, 25.1.2013, p. 16).


18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/144


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2397

tas-16 ta' Diċembru 2015

li taħtar membru Spanjol u membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar, fil-5 ta' Frar u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Paulino RIVERO BAUTE, sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

(3)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Javier GONZALEZ ORTIZ, sar vakanti siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2020:

(a)

bħala membru:

D. Fernando CLAVIJO BATLLE, Presidente del Gobierno de Canarias,

u

(b)

bħala membru supplenti:

Da Maria Luisa de MIGUEL ANASAGASTI, Directora General de Asuntos Económicos con la Unión Europea del Gobierno de Canarias,

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

C. DIESCHBOURG


(1)  ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42.

(2)  ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25.

(3)  ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70.


18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/145


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2398

tas-17 ta' Diċembru 2015

dwar l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni relatata ma' applikazzjoni għal faċilità li tinsab f'pajjiż terz għall-inklużjoni fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet għar-riċiklaġġ tal-bastimenti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-vapuri u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 15(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013, b'mod partikolari fit-Titolu III tiegħu, jistipula rekwiżiti għall-faċilitajiet għar-riċiklaġġ tal-bastimenti li jixtiequ jirriċiklaw bastimenti li jtajru bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u b'hekk ikunu qed japplikaw għall-inklużjoni fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet għar-riċiklaġġ tal-bastimenti.

(2)

L-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 jelenka l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni li għandhom jingħataw mill-kumpaniji għar-riċiklaġġ tal-bastimenti bħala parti mill-fajls tal-applikazzjoni tagħhom għal faċilitajiet għar-riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu f'pajjiż terz u li jkunu fuq il-Lista Ewropea. Barra minn hekk, l-Artikolu 16(2) jelenka informazzjoni, li trid tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali, dwar il-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti li trid tiġi inkluża fil-Lista Ewropea.

(3)

Kuntrarjament għal Atti ta' Implimentazzjoni oħra li jridu jiġu adottati skont ir-Regolament dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti, m'hemm l-ebda mudell direttament ekwivalenti disponibbli mill-Konvenzjoni ta' Hong Kong għar-Riċiklaġġ Sikur u li jħares l-ambjent ta' bastimenti ta' 2009. Għalhekk il-format mogħti fl-Anness hu magħmul mill-estratti rilevanti tal-Appendiċi 5 tal-Konvenzjoni ta' Ħong Kong (“Document of Authorization of Ship Recycling” — DASR) u mil-linji gwida rilevanti tal-OMI relatati mal-faċilitajiet għar-riċiklaġġ tal-bastimenti u jagħti wkoll l-informazzjoni u r-rekwiżiti ta' dokumentazzjoni miżjuda fir-Regolament dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti (kif elenkati fl-Artikoli 15(2) u 16(2) tar-Regolament).

(4)

Il-partijiet konċernati ġew ikkonsultati bil-miktub dwar il-kontenut tad-Deċiżjoni. L-Anness jieħu kont tal-kummenti magħmula.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tar-Regolament dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1257/2013,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-informazzjoni u d-dokumentazzjoni meħtieġa biex tiġi identifikata faċilitajiet għar-riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab f'pajjiż terz li tapplika għall-inklużjoni fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet għar-riċiklaġġ tal-bastimenti titressaq fil-format li hemm fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1.


ANNESS

PARTI 1

L-identifikazzjoni tal-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti

Isem il-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti

 

In-Numru Distintiv tal-identifikazzjoni tal-Kumpanija tar-Riċiklaġġ.

 

L-indirizz sħiħ tal-Faċilità għar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti

 

L-ewwel persuna ta' kuntatt

 

In-numru tat-telefown

 

L-indirizz tal-posta elettronika

 

L-isem, l-indirizz u l-informazzjoni ta' kuntatt tal-kumpanija tas-sjieda

 

Il-lingwa(i) ta' ħidma:

 

PARTI 2

Informazzjoni addizzjonali

Il-metodu(i) ta' riċiklaġġ (1)

 

It-tip(i) ta' bastimenti li jistgħu jiġu riċiklati;

 

Il-proċedura għall-approvazzjoni tal-pjan ta' riċiklaġġ tal-bastimenti (2)

 

L-għadd ta' impjegati (3)

 

L-output tar-riċiklaġġ tal-bastimenti miksub f'sena partikolari f'dawn l-aħħar 10 snin (f'tunnellati ta' spostament ħafif (Light Displacement Tonnes (LDT)) (4)

 

Id-deskrizzjoni tal-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti (it-tqassim, waterdepth, l-aċċessibbiltà, eċċ.)

 


Tagħmir tqil

Magni heavy-lifting

eż. Krejn bil-jib: 60 tunnellata

eż. Krejn mobbli: 35 tunnellata × 1, 27 tunnellati × 1

eż. Backhoe idrawliku: SH400, ZX 330, SK 220, ZX 200 b'reżistenza, b'kalamita,

eż. Reżistenza idrawlika: 600 tunnellata × 1

eż. Pont tan-navigazzjoni: 50 tunnellata

 

 

 

Dgħajsa

eż. Tunellaġġ gross: 5 tunnellati, Potenza: 240 HP

Reżistenza

eż. Kapaċità: 600 tunnellata


Tagħmir ieħor

Il-provvista tal-O2

eż. Is-sistema tal-provvista tal-O2 likwidu: 10 m3

Il-provvista tal-gass

eż. Fliexken tal-LPG

L-arja kkompressata

 

L-apparat għat-tifi tan-nar

eż. Il-kapaċità tat-tagħmir tat-tifi tan-nar portabbli

It-trattament taż-żejt skartat

eż. It-tank tas-separazzjoni żejt/ilma

Il-kapaċità tat-tank: xi 20 tunnellata

Il-ħżin tal-iskart

eż. Il-kontejner għall-asbestos: 2

L-inċineratur(i)

eż. mhemmx

Il-provvista tal-elettriku

eż. Substazzjon tal-elettriku


Il-post tal-faċilità (5)

Id-diviżjoni u l-klassifikazzjoni tal-post

eż. erja ta' kontroll ta' urbanizzazzjoni

L-erja tal-faċilità (f'm2)

 

L-erja tal-paviment

 

L-ambjent periferali

eż. fabbriki: ex barriera, żewġ marinas fil-viċinanza, żoni ambjentali vulnerabbli

eż. Djar: djar privati fid-dħul u 200 m mid-dħul


Liċenzji/ċertifikati tal-ħaddiema (6)

Ċertifikat/liċenzja

L-għadd ta' membri tal-istaff/kwalifiki (7)

1)

Il-maniġer tal-ġestjoni tal-asbestos

 

2)

Il-maniġer tal-ġestjoni tal-PCB

 

3)

Nominat responsabbli mill-ġestjoni tal-kimiċi

 

4)

Il-ġestjoni tal-klassifikazzjoni tal-asbestos

 

 

 

5)

Gas cutting

 

 

 

6)

Iwweldjar

 

7)

ll-ġestjoni taż-żingu

 

8)

L-irfigħ

 

 

 

9)

Magni li jerfgħu t-toqol

 

 

10)

Baħħar

 

11)

Bugħaddas

 

12)

It-tneħħija tal-materjali perikolużi

(ll-materjal A)

 

(Il-materjal B)

 

(Il-materjal C)

 

(Il-materjal D)

 

(Il-materjal E)

 

(Il-materjal F)

 

(Il-materjal D)

 

(Il-materjal H)

 

(Il-materjal I)

 

(Il-materjal J)

 

(Il-materjal K)

 

PARTI 3

L-identifikazzjoni tal-permess, tal-liċenzja u tal-awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtorità/jiet kompetenti biex jitwettaq ir-riċiklaġġ tal-bastimenti

Skont l-Artikolu 15(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti, il-kumpanija għar-riċiklaġġ tal-bastimentit għandha tipprovdi kopja tad-dokument(i) maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tagħha biex twettaq riċiklaġġ ta' bastimenti (8) u, fejn rilevanti, il-permess, il-liċenzja jew l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti lill-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha tagħha direttament involuti fil-proċess tar-riċiklaġġ tal-bastimenti.

Id-dokument(i) tal-permess, il-liċenzja jew l-awtorizzazzjoni mehmuż/in mal-fajl tal-applikazzjoni (9):

Isem id-dokument.

Il-pajjiż tal-ħruġ

L-Awtorità Kompetenti li Ħarġitu

Maħruġ nhar (id-data)

Validu sa (id-data jew indefinit)

L-entità benefiċjarja (10)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PARTI 4

Il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tal-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti

4.1.   Il-kapaċità li tirriċikla l-bastimenti

Il-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti hi awtorizzata li taċċetta l-bastiment għar-riċiklaġġ soġġett għal-limitazzjonijiet tad-daqs li ġejjin:

Il-kapaċità massima ta' riċiklaġġ tal-bastimenti

Limitazzjonijiet oħra

DWT

 

 

GT

 

 

LDT

 

 

Tul

 

 

Wisa'

 

 

Wisa'

 

 

Fond

 

 

4.2.   Immaniġġjar sikur u li jħares l-ambjent tal-materjali perikolużi;

Il-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti hi awtorizzata li taċċetta bastiment għar-riċiklaġġ li jkun fih materjali perikolużi kif speċifikat fit-tabella li ġejja soġġetta għall-kundizzjonijiet imsemmija hawn taħt:

L-immaniġġar tal-materjali perikolużi (11)

Deskrizzjonijiet tal-passi ta' ġestjoni (12)

1)

Asbestos

It-tneħħija

Il-ħżin

It-trattament tal-iskart

L-immaniġġar tal-materjali perikolużi

Deskrizzjonijiet tal-passi ta' ġestjoni

2)

Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu

It-tneħħija

Il-ħżin

It-trattament tal-iskart

Metalli tqal:

3)

Komposti u sistemi anti-fouling tal-landa

4)

Kadmju u Komposti tal-Kadmju

5)

Kromju Eżavalenti u Komposti tal-Kromju Eżavalenti

6)

Ċomb u Komposti taċ-Ċomb

7)

Merkurju u Komposti tal-Merkurju

It-tneħħija

Il-ħżin

It-trattament tal-iskart

Ir-ritardanti tan-nar:

8)

Eteri tad-Difenil Polibromurati (PBDEs)

9)

Eżabromoċiklododekani(HBCDD)

10)

Bifenil Polibromurat (PBBs)

It-tneħħija

Il-ħżin

It-trattament tal-iskart

11)

Sustanzi radjoattivi

It-tneħħija

Il-ħżin

It-trattament tal-iskart

L-immaniġġar tal-materjali perikolużi

Deskrizzjonijiet tal-passi ta' ġestjoni

Sustanzi Niġġiesa Organiċi Persistenti (POPs) oħra

12)

Poliklorobifenil (PCB)

13)

Aċidu sulfoniku tal-perluworooktan (PFOS)

14)

Naftalini Poliklorinati (aktar minn 3 atomi tal-kloru)

15)

Ċerti Paraffini Klorinati short-chain (Alkani, C10-C13, kloro)

It-tneħħija

Il-ħżin

It-trattament tal-iskart

16)

Likwidi, residwi u s-sedimenti perikolużi

It-tneħħija

Il-ħżin

It-trattament tal-iskart

17)

Żebgħat u kisi li huma fjammabbli ħafna u/jew iwasslu għal emissjoni tossika

It-tneħħija

Il-ħżin

It-trattament tal-iskart

18)

Materjali Perikolużi oħra mhux elenkati hawn fuq u li mhumiex parti mill-istruttura tal-bastiment (speċifika)

It-tneħħija

Il-ħżin

It-trattament tal-iskart

PARTI 5

Dikjarazzjoni dwar ir-riċiklaġġ ta' bastimenti tal-bandiera tal-Istati Membri tal-UE

RIĊIKLAĠĠ TA' BASTIMENTI LI JTAJRU L-BANDIERA TA' STAT MEMBRU TAL-UNJONI EWROPEA

Hawnhekk, (l-isem), …f'isem …(isem il-kumpanija) …(minn hawn' il quddiem “il-kumpanija”) (13) nikkonferma li l-kumpanija se tilqa' l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri tal-UE għar-riċiklaġġ biss b'konformità mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti. Barra minn hekk, il-kumpanija se:

(a)

qabel kull riċiklaġġ ta' bastiment:

tibgħat il-pjan tar-riċiklaġġ tal-bastiment, approvat mill-awtorità kompetenti skont il-proċedura applikabbli (14), lis-sid tal-bastiment u lill-amministrazzjoni jew lil organizzazzjoni rikonoxxuta awtorizzata minnha;

tirrapporta lill-amministrazzjoni li l-faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti hija lesta minn kull aspett biex tibda r-riċiklaġġ tal-bastiment;

(b)

meta r-riċiklaġġ totali jew parzjali ta' bastiment ikun tlesta f'konformità ma' dan ir-Regolament, fi żmien 14-il ġurnata mir-riċiklaġġ totali jew parzjali skont il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastiment, tibgħat dikjarazzjoni tat-tlestija lill-amministrazzjoni li tkun ħarġet iċ-ċertifikat ta' bastiment lest għar-riċiklaġġ rigward il-bastiment. Id-dikjarazzjoni tat-tlestija ser tinkludi rapport dwar l-inċidenti u l-aċċidenti li jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-bniedem u/jew lill-ambjent, jekk ikun hemm.

Il-post …

Id-data …

Firma:

NB: Id-dikjarazzjoni ma timplikax li l-faċilità ma tistax taċċetta bastimenti li jtajru l-bandiera ta' pajjiż terz.

PARTI 6

Stqarrijiet dwar operazzonijiet ta' rkupru u ta' rimi tal-iskart

ĦIDMIET TA' RKUPRU U TA' RIMI TAL-ISKART

Minbarra l-Konvenzjoni Internazzjonali ta' Ħong Kong dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jkun Sikur u li Jħares l-Ambjent tal-2009, ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti għandu l-għan li jevita, inaqqas, jimminimizza u safejn huwa prattikabbli jelimina inċidenti, korrimenti u impatti negattivi oħra fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ikkawżati mir-riċiklaġġ tal-bastimenti. L-Artikolu 15(5) tar-Regolament jeħtieġ li l-kumpannija għar-riċiklaġġ tal-bastimenti għandha tkun tista' turi li l-faċilità tal-ġestjoni tal-iskart li tirċievi l-iskart ser topera skont l-istandards ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent li huma ġeneralment ekwivalenti għall-istandards rilevanti internazzjonali u tal-Unjoni.

Hawnhekk, (l-isem) …, f'isem …(isem il-kumpanija) …(minn hawn 'il quddiem “il-kumpanija”) (15) nikkonferma li safejn naf jien il-faċilità jew il-faċilitajiet tal-immaniġġar tal-iskart li jirċievi/jiċievu l-iskart mill-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti hija (huma):

(a)

awtorizzata/i mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tagħha li jittrattaw l-iskart li tirċievi/jirċievu;

(b)

operata/i skont standards ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent li huma ġeneralment ekwivalenti għall-istandards rilevanti internazzjonali u tal-Unjoni Ewropea;

Flimkien ma' din id-dikjarazzjoni, il-kumpanija tipprovdi kopja tad-dokumenti rilevanti kollha miksuba mill-faċilità jew il-faċilitajiet tal-ġestjoni tal-iskart (ara l-parti 2).

Il-post …

Id-data …

Firma:

PARTI 7

Il-Pjan tal-Faċilità għar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti

IL-PJAN TAL-FAĊILITÀ GĦAR-RIĊIKLAĠĠ TAL-BASTIMENTI

Skont l-Artikolu 15(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti, il-kumpanija għar-riċiklaġġ tal-bastimenti hi meħtieġa li tikkonferma li l-kumpannija adottat il-pjan għal faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti, b'kont meħud tal-linji gwida rilevanti tal-OMI.

Jiena (isem) …, niddikjara li ġie adottat Pjan tal-Faċilità għar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti mill-(isem il-kumpanija) … (16). Tinhemeż kopja tal-Pjan tal-Faċilità għar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti mal-fajl tal-applikazzjoni.

Il-post …

Id-data …

Firma:

PARTI 8

Il-kriterji ta' sikur-għal-xogħol-f'temperatura-għolja u Sikur-għad-dħul

Skont l-Artikolu 15(2)(d), il-kumpanija għar-riċiklaġġ tal-bastimenti tipprovdi evidenza li l-faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti hija kapaċi tistabbilixxi, żżomm u tissorvelja l-kriterji ta' sikur għal xogħol f'temperatura għolja u sikur għad-dħul, matul il-proċess kollu tar-riċiklaġġ tal-bastimenti.

 

L-evidenza mehmuża mal-fajl tal-applikazzjoni (17)

Sikur għal xogħol f'temperatura għolja

 

Kundizzjonijiet għal “sikur għad-dħul”

 


(1)  Ara pereżempju l-paragrafu 3 fit-Taqsima 3.4.1 tal-Linji Gwida tal-IMO, ir-Riżoluzzjoni MEPC.210(63), paġna 24.

(2)  Dan jikkonċerna l-proċedura msemmija fl-Artikoli 7(3) u 15(2)(b) tar-Regolament dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti.

(3)  Fiż-żmien tal-applikazzjoni.

(4)  Iċ-ċifra għandha tkun dokumentata, pereżempju, permezz tal-konfermi uffiċjali tat-tlestija tar-riċiklaġġ tal-bastimenti riċiklati f'dik is-sena, li jindikaw il-LDT tal-bastimenti. Skont l-Artikolu 32 tar-Regolament dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti tal-UE, iċ-ċifra hija kkalkulata bħala “it-total tal-piż tal-bastimenti espressa f'LDT li tkun ġiet riċiklata f'sena partikolari f'dik il-faċilità. L-ammont massimu annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti huwa ddeterminat mill-għażla tal-ogħla ċifra fl-aħħar perijodu ta' għaxar snin għal kull faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti, jew, fil-każ ta' faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti li tkun għadha kif ġiet awtorizzata, l-ogħla ċifra annwali li tkun intlaħqet f'dik il-faċilità”.

(5)  Tinhemeż mappa tal-konfini tal-faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti u l-pożizzjoni tal-operazzjonijiet tar-riċiklaġġ tal-bastimenti fiha, Skont l-Artikolu 15(2)(e) tar-Regolament.

(6)  Jekk jogħġbok innota li hemm bżonn li jimtlew biss il-linji korrispondenti fit-tabella fir-rigward tal-materjali perikolużi li l-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti hija awtorizzata li tneħħi.

(7)  Jekk jogħġbok innota li kumpannija għar-riċiklaġġ tal-bastimenti f'kull ħin trid tkun kapaċi li tipprovdi, lill-Kummissjoni Ewropea jew lill-aġenti li jaġixxu f'isimha, evidenza tal-kompetenza ta' kull membru tal-istaff awtorizzat biex iwettaq it-tneħħija tal-materjali perikolużi.

(8)  Jekk l-awtorità/jiet kompetenti rispettiva/i ma toħġrox/joħorġux permess, liċenzja jew awtorizzazzjoni speċifika biex jitwettaq ir-riċiklaġġ tal-bastiment, l-applikant jiddikjara dan b'mod ċar fl-applikazzjoni tiegħu u jippreżenta l-permessi rilevanti, il-liċenzji jew l-awtorizzazzjonijiet l-oħra li huma marbutin mal-attivitajiet tal-kumpanija.

(9)  Jekk jogħġbok niżżel fit-tabella u ehmeż kopja ta' kull permess, liċenzja jew awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti.

(10)  L-isem tal-kumpanija għar-riċiklaġġ tal-bastimenti u/jew tal-kuntrattur jew is-subkuntrattur tagħha kkonċernat mid-dokument.

(11)  Għall-immaniġġar ta' kull oġġett, għandhom jiġu identifikati r-rekwiżiti nazzjonali u/jew internazzjonali għar-referenza. Għandha tissemma' kull limitazzjoni imposta skont l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtorita/jiet kompetenti tal-pajjiż fejn tkun tinsab il-faċilità. Il-materjali perikolużi jistgħu jkunu preżenti f'partijiet tal-bastiment jew fit-tagħmir (pereżempju, fiż-żebgħa jew bħala addittivi tal-plastik) jew f'taħlitiet kimiċi (pereżempju, fluwidi ta' tkessiħ).

(12)  Bi qbil mal-Artikolu 15(2)(f)(ii) tar-Regolament, 1) indika liema proċess ta' mmaniġġar se jintuża, 2) indika fejn se ssir din l-attività (jew fil-faċilità stess jew f'faċilità downstream tal-immaniġġjar tal-iskart — jekk huwa l-każ it-tieni, għandha tingħata informazzjoni li tinkludi isem il-faċilità u l-informazzjoni ta' kuntatt) u 3) forni l-provi li l-proċess li jintuża se jsir mingħajr periklu għas-saħħa tal-bniedem u b'mod li jħares l-ambjent.

(13)  L-isem tal-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti

(14)  Din il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti.

(15)  L-isem tal-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti

(16)  L-isem tal-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti.

(17)  Ara l-estratti rilevanti tal-Pjan tal-Faċilità għar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti mehmuż ma' din l-applikazzjoni.


Rettifika

18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/156


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1835 tat-12 ta' Ottubru 2015 li tiddefinixxi l-istatut, is-sede u r-regoli operazzjonali tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 266 tat-13 ta' Ottubru 2015 )

F'paġni 73 u 74, l-Anness II huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS II

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Id-Deċiżjoni 2011/411/PESK

Din id-Deċiżjoni

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 4(4)

Artikolu 4(5)

Artikolu 4(4)

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 5(3)(g) sa (i)

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 9(1)(b)

Artikolu 9(1)(c)

Artikolu 9(1)(b)

Artikolu 9(1)(c)

Artikolu 9(1)(p)

Artikolu 9(1)(r)

Artikolu 9(1)(p) u (q)

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 10(2)

Artikolu 10(2)

Artikolu 10(3)

Artikolu 10(3)

Artikolu 10(4)

Artikolu 10(3)(e)

Artikolu 10(3)(f)

Artikolu 10(4)(e)

Artikolu 10(3)(g)

Artikolu 10(4)(f)

Artikolu 10(3)(h)

Artikolu 10(4)(g)

Artikolu 10(3)(i)

Artikolu 10(4)(h)

Artikolu 10(3)(j)

Artikolu 10(4)(i)

Artikolu 10(3)(k)

Artikolu 10(4)(j)

Artikolu 10(4)

Artikolu 10(5)

Artikolu 10(5)

Artikolu 10(6)

Artikolu 10(6)

Artikolu 10(7)

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 11(4)(a) u (b)

Artikolu 11(5)

Artikolu 11(4)

Artikolu 11(6)

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 13

Artikolu 13(2)

Artikolu 13(2)

Artikolu 13(3)

Artikolu 13(3)

Artikolu 13(4)

Artikolu 13(4)

Artikolu 13(5)

Artikolu 13(5)

Artikolu 13(6)

Artikolu 13(6)

Artikolu 13(7)

Artikolu 13(7)

Artikolu 13(8)

Artikolu 13(8)

Artikolu 13(9)

Artikolu 13(9)

Artikolu 13(10)

Artikolu 13(10)

Artikolu 13(11)

Artikolu 14

Artikolu 14

Artikolu 14(3)

Artikolu 15

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 18

Artikolu 18(3)

Artikolu 18(3)

Artikolu 19

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 21

Artikolu 22

Artikolu 22

Artikolu 23

Artikolu 22(4)

Artikolu 24(4), it-tieni sentenza

Artikolu 23

Artikolu 24

Artikolu 23(2)

Artikolu 24(4), l-ewwel sentenza

Artikolu 25

Artikolu 24

Artikolu 26

Artikolu 24(6) sa (8)

Artikolu 24(6)

Artikolu 25

Artikolu 27

Artikolu 27(3)

Artikolu 26

Artikolu 28

Artikolu 27

Artikolu 29

Artikolu 28

Artikolu 30

Artikolu 31

Artikolu 29

Artikolu 32

Artikolu 30

Artikolu 33

Artikolu 31

Artikolu 34

Artikolu 32

Artikolu 35”


18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/158


Rettifika għal-Linja Gwida (UE) 2015/1938 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta' Awwissu 2015 li jemenda l-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/27)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 282 tat-28 ta' Ottubru 2015 )

F'paġna 45, il-punt 12, l-Artikolu 107a, il-paragrafu 4,

minflok:

“4.   L-emittent tad-DECC għandu jkun SPV stabbilit fi Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro. Il-partijiet involuti fit-tranżazzjoni, minbarra l-emittent, id-debituri tal-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti, u l-oriġingatur, għandhom ikunu stabbiliti fiż-ŻEE.”,

aqra:

“4.   L-emittent tad-DECC għandu jkun entità bi skop speċjali stabbilit fi Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro. Il-partijiet involuti fit-tranżazzjoni, minbarra l-emittent, id-debituri tal-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti, u l-oriġingatur, għandhom ikunu stabbiliti fiż-ŻEE.”.