ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 328

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
12 ta' Diċembru 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2312 tat-30 ta' Novembru 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu

1

 

 

Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/2313 tat-30 ta' Novembru 2015 dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll ta' Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja

44

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2314 tas-7 ta' Diċembru 2015 li jawtorizza indikazzjoni dwar is-saħħa fuq l-ikel, barra minn dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 432/2012 ( 1 )

46

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2315 tat-8 ta' Diċembru 2015 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

50

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2316 tat-8 ta' Diċembru 2015 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

52

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2317 tat-8 ta' Diċembru 2015 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

55

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2318 tat-8 ta' Diċembru 2015 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

57

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2319 tat-8 ta' Diċembru 2015 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

60

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2320 tat-8 ta' Diċembru 2015 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

62

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2321 tat-8 ta' Diċembru 2015 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

65

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2322 tal-10 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità ( 1 )

67

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2323 tal-11 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009

97

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2324 tal-11 ta' Diċembru 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill 1342/2008 rigward ir-raggruppamenti tal-irkaptu f'ċerti żoni ġeografiċi

101

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2325 tal-11 ta' Diċembru 2015 li jissottometti l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Federazzjoni Russa għal reġistrazzjoni

104

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2326 tal-11 ta' Diċembru 2015 dwar l-estensjoni tal-perjodi tranżizzjonali relatati ma' rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal kontropartijiet ċentrali stipulati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

108

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2327 tal-11 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

110

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2328 tal-11 ta' Diċembru 2015 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-20 ta' Novembru 2015 sat-30 ta' Novembru 2015 u li jiddeterminaw il-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

112

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2329 tal-11 ta' Diċembru 2015 li tiddetermina li s-sospensjoni temporanja tad-dazji doganali preferenzjali stabbiliti taħt il-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim ta' Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, u skont il-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra, mhix xierqa għall-importazzjoni tal-banana li joriġinaw rispettivament fil-Peru u fil-Gwatemala għas-sena 2015

116

 

*

Deċiżjoni (UE) 2015/2330 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deciżjoni BĊE/2014/53 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2015 (BĊE/2015/41)

119

 

*

Deċiżjoni (UE) 2015/2331 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Diċembru 2015 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2016 (BĊE/2015/42)

121

 

*

Deċiżjoni (UE) 2015/2332 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Diċembru 2015 dwar il-qafas proċedurali għall-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti tal-euro (BĊE/2015/43)

123

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2015/2290 tat-12 ta' Ġunju 2015 dwar l-ekwivalenza provviżorja tar-reġimi tas-solvenza fis-seħħ fl-Awstralja, Bermuda, il-Brażil, il-Kanada, il-Messiku, u l-Istati Uniti u applikabbli għal impriżi ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni b'uffiċċji prinċipali f'dawk il-pajjiżi ( ĠU L 323, 9.12.2015 )

126

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE ( ĠU L 189, 27.6.2014 )

126

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

12.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2312

tat-30 ta' Novembru 2015

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Unjoni u r-Repubblika tal-Liberja nnegozjaw Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), kif ukoll il-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”), biex il-bastimenti tal-Unjoni jingħataw opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li tagħhom ir-Repubblika tal-Liberja għandha s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni.

(2)

In-negozjati ġew iffinalizzati b'suċċess u l-Ftehim u l-Protokoll tiegħu ġew inizjalati fil-5 ta' Ġunju 2015.

(3)

L-Artikolu 15 tal-Ftehim u l-Artikolu 12 tal-Protokoll jipprevedu l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim u tal-Protokoll mid-data tal-iffirmar tagħhom.

(4)

Il-Ftehim u l-Protokoll għandhom jiġu ffirmati, u applikati fuq bażi provviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni tagħhom,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu, huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim u Protokoll.

It-testi tal-Ftehim u tal-Protokoll huma mehmużin ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar lill-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim u l-Protokoll f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-Ftehim u l-Protokoll għandhom jiġu applikati fuq bażi provviżorja mid-data tal-iffirmar tagħhom, sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni tagħhom.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

É. SCHNEIDER


12.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/3


FTEHIM TA' SĦUBIJA DWAR IS-SAJD SOSTENIBBLI

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”, u

IR-REPUBBLIKA TAL-LIBERJA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Liberja”,

flimkien minn hawn 'il quddiem imsejħin “il-Partijiet”,

FILWAQT LI JQISU r-relazzjoni ta' ħidma mill-qrib bejn l-Unjoni u l-Liberja, b'mod partikolari fil-kuntest tal-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra, iffirmaw f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1), kif rivedut fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (2) u f'Ouagadougou, fit-22 ta' Ġunju 2010 (3) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim ta' Cotonou”), u x-xewqa tagħhom it-tnejn li jsaħħu dik ir-relazzjoni,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-Konvenzjoni tal-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 (l-UNCLOS) u l-Ftehim tal-1995 dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tal-Istokkijiet tal-Ħut Transżonali u tal-Istokkijiet tal-Ħut li Jpassi Ħafna,

DETERMINATI li japplikaw id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (l-ICCAT) u ta' organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs) rilevanti oħra li l-Partijiet huma membri tagħhom,

KONXJI mill-importanza tal-prinċipji stabbiliti mill-Kodiċi ta' Kondotta għal Sajd Responsabbli adottat fl-1995 fil-Konferenza tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (il-FAO),

DETERMINATI li jikkooperaw fl-interess ta' xulxin biex jippromwovu s-sajd responsabbli ħalli jkunu żgurati l-konservazzjoni fit-tul u l-użu sostenibbli tar-riżorsi ħajjin tal-baħar,

KONVINTI li din il-kooperazzjoni trid ikollha l-għamla ta' inizjattivi u miżuri li, kemm jekk il-Partijiet jeħduhom flimkien u kemm jekk jeħduhom għal rashom, ikunu jikkumplimentaw lil xulxin u jiżguraw politiki konsistenti u sinerġija fl-isforzi,

BEĦSIEBHOM, għal dawk il-finijiet, jibdew djalogu dwar il-politika settorjali tas-sajd li jħaddem il-Gvern tal-Liberja u jidentifikaw il-mezzi x-xierqa biex jiżguraw li din il-politika tiġi implimentata b'mod effikaċi u li f'dan il-proċess jiġu inklużi l-operaturi ekonomiċi u s-soċjetà ċivili,

XEWQANA li jistabbilixxu t-termini u l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd tal-Liberja u l-appoġġ tal-Unjoni biex f'dik iż-żona jsir sajd sostenibbli,

XEWQANA li jistabbilixxu ftehim ta' ġid reċiproku bejn l-Unjoni u l-Liberja li jkun jinkludi l-iżvilupp tal-kontenut lokali tal-Liberja,

DEĊIŻI li bejn iż-żewġ Partijiet jippromwovu kooperazzjoni ekonomika eqreb fl-industrija tas-sajd u fl-attivitajiet relatati magħha,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:

(a)

“l-awtoritajiet tal-Liberja” tfisser il-Ministeru tal-Agrikoltura tal-Liberja;

(b)

“l-awtoritajiet tal-Unjoni” tfisser il-Kummissjoni Ewropea;

(c)

“attività tas-sajd” tfisser it-tiftix għall-ħut, it-tfigħ il-baħar, il-kalar, it-tkarkir, l-irfigħ tal-irkaptu tas-sajd, it-teħid tal-qabdiet abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment, it-tqegħid fil-gaġeġ, is-simna u ħatt l-art tal-ħut u tal-prodotti tas-sajd;

(d)

“bastiment tas-sajd” tfisser kull bastiment mgħammar għall-użu kummerċjali tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

(e)

“bastiment tal-għajnuna” tfisser kull bastiment tal-Unjoni li jagħti assistenza lill-bastimenti tas-sajd;

(f)

“bastiment tal-Unjoni” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;

(g)

“żona tas-sajd tal-Liberja” tfisser dik il-parti mill-ilmijiet li huma fis-sovranità jew fil-ġurisdizzjoni tar-Repubblika tal-Liberja, li fiha l-Liberja tkun awtorizzat lill-bastimenti tal-Unjoni jwettqu attivitajiet tas-sajd;

(h)

“forza maġġuri” tfisser avveniment li jseħħ ħesrem, mingħajr ma jitbassar u li ma setax jiġi evitat, li jipperikola l-attivitajiet normali tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Liberja jew ixekkilhom.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Dan il-Ftehim jistabbilixxi l-prinċipji, ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw:

(a)

il-kundizzjonijiet li skonthom il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Liberja;

(b)

il-kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika u xjentifika fis-settur tas-sajd, bil-ħsieb li jiġi promoss is-sajd sostenibbli fiż-żoni tas-sajd tal-Liberja u li jiġi żviluppat is-settur tas-sajd tal-Liberja;

(c)

il-kooperazzjoni dwar il-miżuri ta' ġestjoni, kontroll u sorveljanza fiż-żona tas-sajd tal-Liberja bil-ħsieb li tkun żgurata l-konformità mar-regoli u mal-kundizzjonijiet imsemmijin hawn fuq u li jiġi żgurat li l-miżuri għall-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut u għall-ġestjoni tal-attivitajiet tas-sajd ikunu effettivi, l-aktar il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat;

(d)

is-sħubijiet bejn l-operaturi bil-għan li fl-interess ta' xulxin jiżviluppaw attivitajiet ekonomiċi fis-settur tas-sajd u attivitajiet relatati.

Artikolu 3

Prinċipji

1.   B'dan il-Partijiet qed jintrabtu li jippromwovu s-sajd responsabbli fiż-żona tas-sajd tal-Liberja kif previst fil-Kodiċi ta' Kondotta tal-FAO għal Sajd Responsabbli, skont il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni.

2.   L-awtoritajiet tal-Liberja jintrabtu li ma jagħtux kundizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk maqbula f'dan il-Ftehim lil flotot barranin oħrajn li jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Liberja u li għandhom l-istess karatteristiċi u li jistadu għall-istess speċijiet bħal dawk li jkopri dan il-Ftehim u l-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”). Dawk il-kundizzjonijiet għandhom x'jaqsmu mal-konservazzjoni, l-iżvilupp u l-ġestjoni tar-riżorsi, l-arranġamenti finanzjarji, il-miżati u d-drittijiet relatati mal-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd.

3.   Fl-interess tat-trasparenza reċiproka, il-Liberja tintrabat li tippubblika kull ftehim li jawtorizza lil flotot barranin jistadu fl-ilmijiet li jinsabu fil-ġurisdizzjoni tagħha.

4.   B'dan il-Partijiet jintrabtu li jimplimentaw dan il-Ftehim skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Cotonou fir-rigward ta' elementi essenzjali marbutin mad-drittijiet tal-bniedem, mal-prinċipji demokratiċi u mal-istat tad-dritt, u fir-rigward ta' elementi essenzjali marbuta mal-governanza t-tajba, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 8 u 96 tal-Ftehim ta' Cotonou.

5.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw bil-ħsieb li jimplimentaw il-politika settorjali tas-sajd li adotta l-Gvern tal-Liberja u għal dak il-għan għandhom jibdew djalogu politiku dwar ir-riformi meħtieġa. Dawn għandhom jikkonsultaw bejniethom bil-ħsieb li potenzjalment jadottaw miżuri f'dan il-qasam.

6.   B'dan il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw li dan il-Ftehim jiġi implimentat skont il-prinċipji ta' governanza ekonomika u soċjali tajba, filwaqt li titħares il-qagħda tal-istokkijiet tas-sajd.

7.   Id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (l-ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq il-post tax-xogħol għandha tapplika għalkollox għall-baħrin tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (minn hawn 'il quddiem imsejħa “AKP”) rreklutati fuq il-bastimenti tal-Unjoni, l-aktar fejn jidħlu l-libertà ta' assoċjazzjoni u n-negozjar kollettiv tal-ħaddiema, u t-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-impjiegi u tax-xogħol.

8.   Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin qabel ma jadottaw xi deċiżjoni li tista' taffettwa l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni skont dan il-Ftehim.

Artikolu 4

Aċċess għaż-żona tas-sajd tal-Liberja

1.   Il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Liberja dment li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd li tkun inħarġet skont dan il-Ftehim. Għandha tkun projbita kull attività kummerċjali tas-sajd li ssir barra mill-qafas ta' dan il-Ftehim.

2.   L-awtoritajiet tal-Liberja ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjonijiet għas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni ħlief b'dan il-Ftehim. Għandu jkun projbit li jingħataw awtorizzazzjonijiet għas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni barra mill-qafas ta' dan il-Ftehim, l-aktar fl-għamla ta' liċenzji privati.

Artikolu 5

Liġi applikabbli u implimentazzjoni

1.   L-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni li jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Liberja huma soġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli tal-Liberja, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-Ftehim, fil-Protokoll jew fl-Anness. Lill-awtoritajiet tal-Unjoni, il-Liberja għandha tipprovdilhom il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli tagħha.

2.   Il-Liberja tintrabat li tieħu l-passi x-xierqa kollha biex id-dispożizzjonijiet ta' monitoraġġ, kontroll u sorveljanza tas-sajd previsti f'dan il-Ftehim jiġu applikati b'mod effettiv. Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tal-Liberja li għandhom ir-responsabbiltà jwettqu dan il-monitoraġġ, dan il-kontroll u din is-sorveljanza.

3.   L-awtoritajiet tal-Liberja għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet tal-Unjoni b'kull bidla fil-leġislazzjoni eżistenti jew b'leġislazzjoni ġdida li jkollha l-potenzjal tħalli impatt fuq l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni. Fir-rigward tal-bastimenti tal-Unjoni, din il-leġislazzjoni għandha tkun infurzabbli mis-sittin jum wara dak li fih in-notifika tasal għand l-awtoritajiet tal-Unjoni.

4.   L-Unjoni tintrabat li tieħu l-passi x-xierqa kollha meħtieġa biex tiżgura li l-bastimenti tagħha jkunu jikkonformaw ma' dan il-Ftehim u mal-leġislazzjoni li tirregola s-sajd fl-ilmijiet li tagħhom ir-Repubblika tal-Liberja għandha s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni.

5.   L-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet tal-Liberja b'kull bidla fil-leġislazzjoni tal-Unjoni li jkollha l-potenzjal tħalli impatt fuq l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni skont dan il-Ftehim.

Artikolu 6

Kontribuzzjoni finanzjarja

1.   Fil-kuntest ta' dan il-Ftehim, l-Unjoni għandha tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-Liberja biex:

(a)

twieżen parti mill-ispejjeż tal-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għaż-żona tas-sajd tal-Liberja u għar-riżorsi tas-sajd tal-Liberja, mingħajr preġudizzju għall-ispejjeż tal-aċċess li jġarrbu s-sidien tal-bastimenti;

(b)

issaħħaħ il-kapaċità tal-Liberja li tiżviluppa politika sostenibbli tas-sajd permezz tal-appoġġ settorjali.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali ma għandhiex tkun assoċjata mal-ħlasijiet għall-ispejjeż għall-aċċess u għandha tkun determinata mill-fatt li jintlaħqu l-għanijiet tal-appoġġ settorjali tal-Liberja f'konformità mal-Protokoll u mal-programmi annwali u pluriennali għall-implimentazzjoni tiegħu u tingħata bil-kundizzjoni li dawn jintlaħqu.

3.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja li tagħti l-Unjoni għandha titħallas kull sena skont il-Protokoll.

(a)

L-ammont tal-kontribuzzjoni msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jista' jiġi rivedut billi jiġi applikat l-Artikolu 8 ta' dan il-Ftehim fir-rigward ta':

(i)

tnaqqis fl-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni minħabba l-ġestjoni tal-istokkijiet konċernati, meta dan jitqies meħtieġ għall-konservazzjoni u għall-użu sostenibbli tar-riżorsi skont l-aqwa parir xjentifiku disponibbli;

(ii)

żieda fl-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni meta, skont l-aqwa parir xjentifiku disponibbli, il-qagħda tar-riżorsi tas-sajd tkun tippermetti dan.

(b)

L-ammont tal-kontribuzzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jista' jiġi rivedut minħabba valutazzjoni mill-ġdid tat-termini tal-kontribuzzjoni finanzjarja biex fil-Liberja tiġi implimentata politika settorjali tas-sajd, meta dan ikun iġġustifikat mir-riżultati speċifiċi tal-programmi annwali u pluriennali li josservaw iż-żewġ Partijiet.

(c)

Il-kontribuzzjoni tista' tiġi sospiża minħabba:

(i)

l-applikazzjoni tal-Artikolu 13 ta' dan il-Ftehim;

(ii)

l-applikazzjoni tal-Artikolu 14 ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 7

Promozzjoni tal-kooperazzjoni fost l-operaturi ekonomiċi u fis-soċjetà ċivili

1.   Il-Partijiet għandhom iħeġġu l-kooperazzjoni ekonomika, xjentifika u teknika fis-settur tas-sajd u fis-setturi relatati miegħu. Dawn għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex jikkoordinaw id-diversi miżuri li jistgħu jittieħdu għal dan il-għan.

2.   Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu l-iskambju tal-informazzjoni dwar it-tekniki tas-sajd, l-irkaptu tas-sajd, il-metodi ta' preżervazzjoni u l-ipproċessar industrijali tal-prodotti tas-sajd.

3.   Meta jkun xieraq, il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex joħolqu kundizzjonijiet favorevoli għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-intrapriżi tagħhom fl-oqsma tekniċi, ekonomiċi u kummerċjali, billi jħeġġu l-ħolqien ta' ambjent favorevoli għall-iżvilupp tan-negozju u tal-investimenti.

4.   Il-Partijiet jistgħu jintrabtu li jimplimentaw pjan ta' azzjonijiet bejn l-operaturi tal-bastimenti tal-Unjoni u l-Liberja bil-ħsieb li jippromwovu l-ħatt l-art tal-ħut minn fuq il-bastimenti tal-Unjoni li jaħdmu l-Liberja.

5.   Meta jkun xieraq, il-Partijiet għandhom iħeġġu l-ħolqien ta' intrapriżi konġunti fl-interess reċiproku tagħhom li għandhom jikkonformaw sistematikament mal-leġislazzjoni tal-Liberja u mal-leġislazzjoni tal-Unjoni.

Artikolu 8

Kumitat Konġunt

1.   Għandu jitwaqqaf Kumitat Konġunt li jkun magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-Unjoni u tal-Liberja sabiex jissorvelja l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt jista' jadotta modifiki fil-Protokoll, kif ukoll fl-Anness u fl-Appendiċijiet tiegħu.

2.   Il-Kumitat Konġunt għandu jieħu ħsieb:

(a)

il-monitoraġġ tal-prestazzjoni, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim u l-aktar id-definizzjoni tal-programmi annwali u pluriennali msemmija fl-Artikolu 6(2) u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tagħhom;

(b)

jiżgura l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni meħtieġa fi kwistjonijiet ta' interess komuni fil-qasam tas-sajd, l-aktar fejn tidħol l-analiżi statistika tad-data dwar il-qabdiet;

(c)

iservi ta' forum biex il-kwistjonijiet li jinqalgħu fl-interpretazzjoni jew fl-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim jissolvew b'mod amikevoli.

3.   Fejn jidħol it-teħid tad-deċiżjonijiet, il-Kumitat Konġunt għandu japprova l-emendi fil-Protokoll, kif ukoll fl-Anness u fl-Appendiċijiet tiegħu li jkollhom x'jaqsmu:

(a)

mar-reviżjoni tal-opportunijiet tas-sajd u għaldaqstant tal-kontribuzzjoni finanzjarja rilevanti;

(b)

mal-proċeduri tal-appoġġ settorjali;

(c)

mal-kundizzjonijiet tekniċi u l-modalitajiet li bihom il-bastimenti tal-Unjoni jwettqu l-attivitajiet tad-sajd tagħhom.

4.   Il-Kumitat Konġunt għandu jwettaq ħidmietu skont l-għanijiet ta' dan il-Ftehim u skont ir-regoli rilevanti adottati mill-ICCAT u minn RFMOs oħrajn, fejn dan ikun rilevanti.

5.   Il-Kumitat għandu jiltaqa' tal-inqas darba fis-sena, sena fil-Liberja u s-sena ta' wara fl-Unjoni, jew f'post ieħor magħżul bi qbil bejniethom, u dan għandha tippresedih il-Parti ta' fejn tkun qed issir il-laqgħa. Jekk jintalab minn xi waħda mill-Partijiet, dan għandu jitlaqqa' b'mod straordinarju. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'kunsens u għandhom jitniżżlu mal-minuti maqbula tal-laqgħa. Dawn jidħlu fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li jkunu tlestew il-proċeduri meħtieġa għall-adozzjoni tagħhom.

6.   Il-Kumitat Konġunt jista' jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess.

Artikolu 9

Kooperazzjoni fil-qasam tas-sorveljanza u fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

Il-Partjiet jintrabtu li jitħabtu mill-qrib kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (sajd IUU) sabiex ikun jista' jsir sajd responsabbli u sostenibbli.

Artikolu 10

Kooperazzjoni xjentifika

1.   Il-Partijiet għandhom iħeġġu l-kooperazzjoni xjentifika biex jivvalutaw regolarment il-qagħda tal-istokkijiet tal-ħut fl-ilmijiet tal-Liberja.

2.   Il-Partijiet jintrabtu li jikkonsultaw lil xulxin, jekk ikun meħtieġ, waqt laqgħa xjentifika konġunta u fl-ICCAT u f'RFMOs rilevanti oħrajn sabiex isaħħu l-ġestjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar fiż-żona tas-sajd tal-Liberja u li jikkooperaw fir-riċerka xjentifika rilevanti.

Artikolu 11

Iż-żona ġeografika li għaliha japplika dan il-Ftehim

Dan il-Ftehim għandu japplika, minn naħa waħda, għat-territorji li fih jiġi applikat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra, għat-territorju tal-Liberja u għall-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni tar-Repubblika tal-Liberja.

Artikolu 12

Il-perijodu tal-Ftehim u t-tiġdid taċitu tiegħu

Dan il-Ftehim għandu japplika għal ħames snin mid-data meta tibda l-applikazzjoni provviżorja tiegħu. Dan għandu jiġġedded b'mod taċitu, ħlief meta tingħata notifika ta' terminazzjoni skont l-Artikolu 14.

Il-Protokoll, l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim.

Artikolu 13

Sospensjoni

1.   L-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim tista' tiġi sospiża fuq l-inizjativa ta' waħda mill-Partijiet:

(a)

minħabba forza maġġuri;

(b)

minħabba xi tilwima bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim jew dwar l-implimentazzjoni tiegħu; jew

(c)

meta xi waħda mill-Partijiet tonqos milli tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, b'mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu dwar il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem.

2.   Il-Parti li tkun trid tissospendi l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tgħarraf bil-miktub lill-Parti l-oħra b'dan, u s-sospensjoni tidħol fis-seħħ tliet xhur wara li tasal din in-notifika. Meta tasal in-notifika ta' sospensjoni, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin biex isibu soluzzjoni amikevoli għat-tilwima tagħhom fi żmien tliet xhur. Meta tinstab din is-soluzzjoni, għandha tissokta l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmi fl-Artikolu 6 għandu jitnaqqas b'mod proporzjonat u pro rata temporis skont kemm tkun damet għaddejja s-sospensjoni.

Artikolu 14

Terminazzjoni

1.   Dan il-Ftehim jista' jintemm minn kull waħda mill-Partijiet b'mod partikolari::

(a)

minħabba forza maġġuri;

(b)

jekk jiġu degradati l-istokkijiet konċernati skont l-aqwa parir xjentifiku indipendenti u affidabbli disponibbli;

(c)

jekk jonqos il-livell ta' użu tal-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni;

(d)

f'każ ta' ksur tal-impenji li daħlu għalihom il-Partijiet fil-ġlieda kontra s-sajd IUU.

2.   Il-Parti li tkun trid tittermina dan il-Ftehim għandha tgħarraf bil-miktub lill-Parti l-oħra b'dan, u t-terminazzjoni tidħol fis-seħħ sitt xhur wara li tasal din in-notifika, sakemm il-Partijiet ma jaqblux bejniethom li jtawlu dan il-perijodu. Meta tasal in-notifika ta' terminazzjoni, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin biex isibu soluzzjoni amikevoli għat-tilwima tagħhom fi żmien dan il-perijodu ta' sitt xhur.

3.   Jekk it-terminazzjoni sseħħ, il-ħlas tal-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 6 għas-sena meta sseħħ it-terminazzjoni għandu jitnaqqas b'mod proporzjonat u pro rata temporis.

Artikolu 15

Applikazzjoni provviżorja

L-iffirmar ta' dan il-Ftehim min-naħa tal-Partijiet iwassal għall-applikazzjoni provviżorja tiegħu qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 16

Lingwa u dħul fis-seħħ

Dan il-Ftehim għandu jitfassal f'żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż, u kull wieħed minn dawn it-testi hu awtentiku bl-istess mod.

Dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li tlestew il-proċeduri meħtieġa.

Съставено в Брюксел на девети декември две хиляди и петнадесета година.

Hecho en Bruselas, el nueve de diciembre de dos mil quince.

V Bruselu dne devátého prosince dva tisíce patnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den niende december to tusind og femten.

Geschehen zu Brüssel am neunten Dezember zweitausendfünfzehn.

Kahe tuhande viieteistkümnenda aasta detsembrikuu üheksandal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις εννέα Δεκεμβρίου δύο χιλιάδες δεκαπέντε.

Done at Brussels on the ninth day of December in the year two thousand and fifteen.

Fait à Bruxelles, le neuf décembre deux mille quinze.

Sastavljeno u Bruxellesu devetog prosinca dvije tisuće petnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì nove dicembre duemilaquindici.

Briselē, divi tūkstoši piecpadsmitā gada devītajā decembrī.

Priimta du tūkstančiai penkioliktų metų gruodžio devintą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenötödik év december havának kilencedik napján.

Magħmul fi Brussell, fid-disa’ jum ta’ Diċembru fis-sena elfejn u ħmistax.

Gedaan te Brussel, de negende december tweeduizend vijftien.

Sporządzono w Brukseli dnia dziewiątego grudnia roku dwa tysiące piętnastego.

Feito em Bruxelas, em nove de dezembro de dois mil e quinze.

Întocmit la Bruxelles la nouă decembrie două mii cincisprezece.

V Bruseli deviateho decembra dvetisícpätnásť.

V Bruslju, dne devetega decembra leta dva tisoč petnajst.

Tehty Brysselissä yhdeksäntenä päivänä joulukuuta vuonna kaksituhattaviisitoista.

Som skedde i Bryssel den nionde december år tjugohundrafemton.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

За Република Либерия

Por la República de Liberia

Za Liberijskou republiku

For Republikken Liberia

Für die Republik Liberia

Libeeria Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία της Λιβερίας

For the Republic of Liberia

Pour la République du Libéria

Za Republiku Liberiju

Per la Repubblica di Liberia

Libērijas Republikas vārdā –

Liberijos Respublikos vardu

A Libériai Köztársaság részéről

Għar-Repubblika tal-Liberja

Voor de Republiek Liberia

W imieniu Republiki Liberii

Pela República da Libéria

Pentru Republica Liberia

Za Libérijskú republiku

Za Republiko Liberijo

Liberian tasavallan puolesta

För Republiken Liberia

Image


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  Ftehim li jemenda l-ftehim ta' sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27).

(3)  Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-ftehim ta' sħubija bejn il-Membri tal-grupp ta' stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).


PROTOKOLL

dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

1.   L-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tas-sajd skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim huma hekk:

 

Għall-ispeċijiet li jpassu ħafna (l-ispeċijiet elenkati fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tal-1982 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar).

2.   It-tipi ta' bastimenti tal-Unjoni li jkopri dan il-Protokoll huma:

(a)

28 bastiment tas-sajd għat-tonn bil-purse seine, u

(b)

6 bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ.

3.   Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu japplika soġġett għall-Artikoli 6 u 7 ta' dan il-Protokoll.

4.   Skont l-Artikolu 4 ta' dan il-Ftehim, il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Liberja dment li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd li tkun inħarġet skont dan il-Protokoll f'konformità mal-Anness tiegħu.

Artikolu 2

Perijodu tal-Protokoll

Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw għal perijodu ta' ħames snin mid-data meta tibda l-applikazzjoni provviżorja tagħhom.

Artikolu 3

Kontribuzzjoni finanzjarja

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 6 tal-Ftehim għall-perijodu msemmi fl-Artikolu 2 għandha tkun ta' EUR 3 250 000.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tkun magħmula minn:

(a)

ammont annwali għall-aċċess għar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Liberja ta' EUR 357 500 għall-ewwel sena, ta' EUR 325 000 għat-tieni, it-tielet u r-raba' sena u ta' EUR 292 500 għall-ħames sena, li jkun ekwivalenti għal tunnellaġġ ta' referenza ta' 6 500 tunnellata fis-sena; u

(b)

ammont annwali speċifiku għall-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd tal-Liberja ta' EUR 357 500 għall-ewwel sena, ta' EUR 325 000 għat-tieni, it-tielet u r-raba' sena u ta' EUR 292 500 għall-ħames sena.

3.   Il-paragrafu 1 għandu japplika soġġett għall-Artikoli 4, 5, 6, 7 u 8 ta' dan il-Protokoll u għall-Artikoli 13 u 14 tal-Ftehim.

4.   Jekk il-livell annwali tal-qabdiet tal-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd tal-Liberja jkun jaqbeż it-tunnellaġġ ta' referenza annwali msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jiżdied b'EUR 55 għall-ewwel sena, b'EUR 50 għat-tieni, it-tielet u r-raba' sena u b'EUR 45 għall-ħames sena għal kull tunnellata addizzjonali maqbuda.

5.   Madankollu, l-ammont totali annwali li tħallas l-Unjoni ma għandux jaqbeż id-doppju tal-ammont indikat fil-punt (a) tal-paragrafu 2. Meta l-kwantitajiet li jaqbdu l-bastimenti tal-Unjoni jaqbżu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju tal-ammont annwali totali, l-ammont dovut għall-kwantità li taqbeż dan il-limitu għandu jitħallas is-sena ta' wara.

6.   Il-ħlas mill-Unjoni Ewropea tal-kontribuzzjoni finanzjarja kif prevista fil-punt (a) tal-paragrafu 2 għall-aċċess għall-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għar-riżorsi tas-sajd tal-Liberja għandu jsir sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara li tibda l-applikazzjoni provviżorja għall-ewwel sena u sa mhux aktar tard mid-data tal-anniversarju tal-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll għas-snin ta' wara.

7.   L-awtoritajiet tal-Liberja għandu jkollhom diskrezzjoni sħiħa dwar kif tintuża l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2.

8.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2 għandha titħallas ġo kont tat-Teżor Pubbliku li jinfetaħ fil-Bank Ċentrali tal-Liberja. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Ministeru tal-Agrikoltura tal-Liberja. Kull sena, l-awtoritajiet tal-Liberja għandhom jipprovdu d-dettalji tal-kont bankarju lill-awtoritajiet tal-Unjoni.

Artikolu 4

Appoġġ settorjali

1.   Sa mhux aktar tard minn tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan il-Protokoll jew minn meta jibda jiġi applikat b'mod provviżorju, il-Kumitat Konġunt imwaqqaf taħt l-Artikolu 8 tal-Ftehim għandu jiddeċiedi fuq programm settorjali pluriennali u fuq regoli ta' implimentazzjoni dettaljati li jkunu jkopru, b'mod partikolari, dan li ġej:

(a)

linji gwida annwali u pluriennali għall-użu tal-ammont speċifiku tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2);

(b)

il-miri annwali u pluriennali li għandhom jintlaħqu maż-żmien biex ikun jista' jsir sajd sostenibbli u responsabbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet tal-Liberja msemmija fil-politiki nazzjonali ta' dan il-pajjiż li għandhom x'jaqsmu mal-promozzjoni tas-sajd responsabbli u sostenibbli jew li jħallu impatt fuqha, l-aktar fejn jidħol l-appoġġ għas-sajd artiġjanali, il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza u l-ġlieda kontra s-sajd IUU, kif ukoll il-prijoritajiet marbutin mat-tisħiħ tal-kapaċitajiet xjentifiċi tal-Liberja fis-settur tas-sajd;

(c)

il-kriterji u l-proċeduri fosthom, fejn ikun xieraq, l-indikaturi baġitarji u finanzjarji, sabiex issir l-evalwazzjoni tar-riżultati miksuba kull sena.

2.   L-użu tal-ammont speċifiku tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2) għandu jsir skont l-għanijiet li jidentifika l-Kumitat Konġunt u li jridu jintlaħqu, u skont il-programmi annwali u pluriennali biex dawn jinkisbu.

3.   Il-Kumitat Konġunt irid jaqbel ma' kull emenda proposta fil-programm settorjali pluriennali. Jekk l-awtoritajiet tal-Liberja jkunu jridu jagħmlu xi bidliet urġenti fil-programm settorjali annwali, dan jista' jsir permezz tal-Kumitat Konġunt, fosthom permezz ta' skambju ta' ittri.

4.   Kull sena, il-Liberja għandha tippreżenta rapport dwar il-progress li jkun sar fl-azzjonijiet implimentati u r-riżultati miksuba permezz tal-appoġġ settorjali, u dan ir-rapport għandu jeżaminah il-Kumitat Konġunt. Il-Liberja għandha tressaq ukoll rapport finali qabel jiskadi dan il-Protokoll.

5.   L-ammont speċifiku tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2) għandu jitħallas bin-nifs, bi ħlasijiet parzjali. Għall-ewwel sena tal-Protokoll, il-ħlas parzjali għandu jsir skont il-ħtiġijiet identifikati bħala parti mill-programmi maqbula. Għas-snin ta' applikazjoni ta' wara, il-ħlasijiet parzjali jridu jsiru skont il-ħtiġijiet identifikati bħala parti mill-programmi maqbula u skont analiżi tar-riżultati miksuba fl-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali.

6.   L-Unjoni Ewropea żżomm id-dritt li tirrevedi u/jew li tissospendi parti mill-ħlas jew il-ħlas kollu tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2):

(a)

jekk wara evalwazzjoni min-naħa tal-Kumitat Konġunt, ir-riżultati miksuba ma jkunux konformi mal-programmi;

(b)

jekk din il-kontribuzzjoni finanzjarja ma tintużax kif ikun stabbilixxa l-Kumitat Konġunt.

7.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha terġa' tibda titħallas mill-ġdid wara konsultazzjoni bejn il-Partijiet u qbil fil-Kumitat Konġunt, dment li r-riżultati tal-implimentazzjoni tal-programmi maqbula msemmija fil-paragrafu 1 ikunu jiġġustifikaw dan. Madankollu, il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2) ma tistax titħallas wara perijodu ta' sitt xhur minn meta jiskadi dan il-Protokoll.

8.   Kull sena, il-Liberja tista' talloka ammont lil hinn mill-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2) bil-ħsieb li timplimenta l-programm pluriennali. L-Unjoni għandha tiġi mgħarrfa b'din l-allokazzjoni sa mhux aktar tard minn xahrejn wara d-data tal-anniversarju ta' dan il-Protokoll.

9.   Il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw il-viżibbiltà tal-miżuri implimentati bl-appoġġ settorjali.

Artikolu 5

Kooperazzjoni xjentifika għal sajd responsabbli

1.   B'dan il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu s-sajd responsabbli fiż-żona tas-sajd tal-Liberja mmexxija mill-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jkollhom l-istess karatteristiċi u li jistadu għall-istess speċijiet bħal dawk koperti minn dan il-Protokoll.

2.   Tul il-perijodu li jkopri dan il-Protokoll, il-Partijiet jintrabtu li jikkooperaw biex jissorveljaw il-qagħda tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Liberja sabiex issir ġestjoni sostenibbli tas-sajd.

3.   Il-Partijiet għandhom jirrispettaw ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (l-ICCAT) u jqisu l-parir xjentifiku ta' organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti oħrajn.

4.   Skont il-ħtieġa, il-Partijiet jintrabtu li jagħmlu laqgħat xjentifiċi konġunti bil-ħsieb li jgħarblu xi kwistjoni xjentifika fl-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll. It-termini ta' referenza ta' dawn il-laqgħat xjentifiċi konġunti jista' jistabbilihom il-Kumitat Konġunt.

5.   Skont ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-ICCAT u l-aqwa parir xjentifiku disponibbli u, fejn ikun xieraq, il-konklużjonijiet tal-laqgħa xjentifika konġunta, il-Kumitat Konġunt jista' jadotta deċiżjoni dwar miżuri biex jiżgura l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd li jkopri dan il-Protokoll safejn huma kkonċernati l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni.

Artikolu 6

Reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u tal-miżuri tekniċi bi qbil komuni

1.   Il-Kumitat Konġunt jista' jagħmel valutazzjoni mill-ġdid tal-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1 jew jiddeċiedi li jirrevedihom, dment li r-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati fl-ICCAT jikkonfermaw li reviżjoni bħal din tkun tiżgura l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd li jkopri dan il-Protokoll. F'dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2) għandha tiġi aġġustata b'mod proporzjonat u pro rata temporis permezz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt. Madankollu, l-ammont annwali kollu li tħallas l-Unjoni Ewropea ma għandux jaqbeż id-doppju tal-ammont indikat fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2).

2.   Jekk ikun meħtieġ, il-Kumitat Konġunt jista' jeżamina wkoll id-dispożizzjonijiet tekniċi ta' dan il-Protokoll u tal-Anness tiegħu u jiddeċiedi li jadottahom bi ftehim komuni.

Artikolu 7

Sajd sperimentali u opportunitajiet ġodda tas-sajd

1.   Meta xi waħda mill-Partijiet titlob dan, il-Kumitat Konġunt jista' jqis il-possibbiltà li jagħmel kampanji tas-sajd sperimentali fiż-żona tas-sajd tal-Liberja bil-ħsieb li jittestja l-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà ekonomika ta' sajd ġdid li ma jkunx previst fl-Artikolu 1. Għal dan il-għan u każ b'każ, il-Kumitat Konġunt għandu jiddetermina l-ispeċijiet, il-kundizzjonijiet u xi parametri rilevanti oħrajn.

2.   Filwaqt li jitqies l-aqwa parir xjentifiku disponibbli u skont ir-riżultati tal-kampanji sperimentali, jekk l-Unjoni tkun interessata f'opportunitajiet ġodda tas-sajd, il-Kumitat Konġunt għandu jitlaqqa' biex jiddiskuti dawn l-attivitajiet tas-sajd il-ġodda u biex jippreskrivi l-kundizzjonijiet li japplikaw għalihom.

3.   Wara li l-Liberja tawtorizza dawk l-attivitajiet tas-sajd il-ġodda, il-Kumitat Konġunt għandu jagħmel l-emendi korrispondenti f'dan il-Protokoll u fl-Anness tiegħu.

Artikolu 8

Sospensjoni

1.   L-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll, inkluż il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 3(2) ta' dan il-Protokoll, tista' tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta' waħda mill-Partijiet minħabba l-każijiet imniżżlin fl-Artikolu 13 tal-Ftehim u bil-kundizzjonijiet stabbiliti fih.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dan il-Protokoll, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għandhom jerġgħu jibdew jitħallsu minnufih malli s-sitwazzjoni titreġġa' tiġi lura għal kif kienet qabel ma ġara dak li jissemma fl-Artikolu 13 tal-Ftehim.

Artikolu 9

Terminazzjoni

Il-Protokoll jista' jiġi terminat fuq l-inizjattiva ta' xi waħda mill-Partijiet minħabba l-każijiet imniżżlin fl-Artikolu 14 tal-Ftehim u bil-kundizzjonijiet stabbiliti fih.

Artikolu 10

Skambju elettroniku tad-data

1.   Il-Liberja u l-Unjoni jintrabtu li jimplimentaw is-sistemi meħtieġa għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u d-dokumenti kollha marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim u ta' dan il-Protokoll.

2.   F'kull waqt, il-forma elettronika ta' dokument għandha titqies li hija ekwivalenti għall-verżjoni stampata tiegħu.

3.   F'każ ta' ħsara fis-sistema tal-kompjuter li twaqqaf dawn l-iskambji, il-Parti affettwata għandha tgħarraf minnufih lill-parti l-oħra. F'dawk iċ-ċirkostanzi, l-informazzjoni u d-dokumenti marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim u ta' dan il-Protokoll għandhom jiġu sostitwiti b'mod awtomatiku bil-verżjoni stampata tagħhom, kif definit fl-Anness.

Artikolu 11

Kunfidenzjalità

1.   Il-Liberja u l-Unjoni jintrabtu li jiżguraw li kull data dwar il-bastimenti tal-Unjoni u l-attivitajiet tas-sajd tagħhom li tkun sensittiva mil-lat kummerċjali u li tinkiseb fil-kuntest tal-Ftehim u ta' dan il-Protokoll titħaddem il-ħin kollu skont il-prinċipji rispettivi tagħhom tal-kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-data.

2.   F'konformità mad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-ICCAT u ta' organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs) oħrajn, il-Partijiet għandhom jiżguraw li tiġi ppubblikata biss id-data aggregata dwar l-attivitajiet tas-sajd tal-flotta tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd tal-Liberja. Xi data oħra li tista' titqies bħala kunfidenzjali mod ieħor għandha tintuża biss għall-implimentazzjoni tal-Ftehim u għall-finijiet tal-ġestjoni tas-sajd, tal-monitoraġġ, tal-kontroll u tas-sorveljanza.

Artikolu 12

Applikazzjoni provviżorja

Malli l-Partijiet jiffirmaw dan il-Protokoll tibda l-applikazzjoni provviżorja tiegħu qabel jidħol fis-seħħ.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li tlestew il-proċeduri meħtieġa.


ANNESS

IL-KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD TAL-BASTIMENTI TAL-UNJONI FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TAL-LIBERJA

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Il-ħatra tal-awtorità kompetenti

1.

Għall-finijiet ta' dan l-Anness u sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, kull referenza għall-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”) jew għal-Liberja bħala awtorità kompetenti tfisser:

għall-Unjoni: il-Kummissjoni Ewropea, fejn applikabbli permezz tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Liberja (minn hawn 'il quddiem imsejħa d-“Delegazzjoni tal-UE”);

għal-Liberja: il-Ministeru tal-Agrikoltura (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“MOA”).

Iż-żona tas-sajd tal-Liberja

2.

Il-koordinati ġeografiċi taż-żona tas-sajd tal-Liberja kif definita fil-punt (g) tal-Artikolu 1 tal-Ftehim u l-linji bażi huma deskritti fl-Appendiċi 5 ta' dan l-Anness.

3.

L-Appendiċi 5 ta' dan l-Anness jiddeskrivi ż-żoni li fihom ma jistax isir sajd skont il-liġijiet nazzjonali fis-seħħ, bħall-parks nazzjonali, iż-żoni protetti tal-baħar u ż-żoni għat-trobbija tal-ħut, u ż-żoni li fihom ma jistax isir tbaħħir.

4.

Meta tinħareġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd, il-Liberja għandha tgħarraf lis-sidien tal-bastimenti bil-koordinti ta' dawk iż-żoni.

5.

Tal-anqas xahrejn qabel l-infurzar, il-Liberja għandha tgħarraf lill-Unjoni b'kull bidla fiż-żoni li fihom ma jistax isir sajd u tbaħħir.

Ħlasijiet min-naħa tas-sidien tal-bastimenti

6.

Qabel l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, il-Liberja għandha tgħarraf lill-Unjoni bid-dettalji tal-kontijiet bankarji tal-Gvern li fihom il-bastimenti tal-Unjoni għandhom iħallsu l-ammonti finanzjarji dovuti skont il-Ftehim. Is-sidien tal-bastimenti għandhom iħallsu l-ispejjeż tat-trasferimenti bankarji assoċjati ma' dawn il-ħlasijiet.

Dettalji ta' kuntatt

7.

Id-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet tal-Liberja jinsabu fl-Appendiċi 7 ta' dan l-Anness.

KAPITOLU II

L-AWTORIZZAZZJONIJIET TAS-SAJD

TAQSIMA 1

L-applikazzjoni għal awtorizzazzjonijiet tas-sajd u l-ħruġ tagħhom

Kundizzjonijiet biex tinkiseb awtorizzazzjoni tas-sajd

1.

Il-bastimenti eliġibbli biss jistgħu jiksbu awtorizzazzjoni biex jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Liberja.

2.

Biex bastiment ikun eliġibbli, is-sid, il-kaptan u l-bastiment innifsu ma għandhomx ikunu pprojbiti milli jistadu fil-Liberja. Dawn iridu jkunu f'qagħda regolari mal-awtoritajiet tal-Liberja, fis-sens li għandhom ikunu ssodisfaw kull obbligu preċedenti relatat mal-attivitajiet tas-sajd tagħhom fil-Liberja fil-kuntest tal-ftehimiet dwar is-sajd konklużi mal-Unjoni. Il-bastimenti jridu jkunu inklużi wkoll fir-reġistru tal-UE tal-bastimenti tas-sajd u fir-reġistru tal-bastimenti tal-ICCAT, u ma jridux ikunu fil-lista tal-bastimenti IUU tal-ICCAT jew ta' xi RFMOs oħra.

Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd

3.

Lil-Liberja u lid-Delegazzjoni tal-UE fil-Liberja, l-Unjoni għandha tgħaddilhom b'mod elettroniku applikazzjoni għal kull bastiment li jixtieq jistad skont dan il-Ftehim, tal-inqas 15-il jum kalendarju qabel jibda l-perijodu ta' validità mitlub. Il-verżjoni oriġinali, l-Unjoni għandha tibgħatha direttament lil-Liberja filwaqt li lid-Delegazzjoni tal-UE fil-Liberja għandha tibgħatilha kopja.

4.

L-applikazzjonijiet għandhom jitfasslu skont il-mudell mogħti fl-Appendiċi 1 ta' dan l-Anness u magħhom għandhom jintbagħtu dawn id-dokumenti:

(i)

evidenza li tħallset it-tariffa bil-quddiem għall-perijodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd mitluba, li tagħha m'hemmx rifużjoni;

(ii)

għal kull applikazzjoni tal-bidu skont il-Protokoll, jew wara bidla teknika fil-bastiment konċernat, irid jingħata ritratt riċenti diġitali bil-kulur tal-bastiment (li jkun ittieħed sa 12-il xahar qabel), li jkollu riżoluzzjoni xierqa (li jkun tal-inqas ta' 15-il ċm b'10 ċm) u li jkun juri l-ġenb tal-bastiment fid-dettall, inkluż isem il-bastiment u n-numru ta' identifikazzjoni tiegħu li jidhru fuq il-buq;

(iii)

ċertifikat tal-istat ta' navigabbiltà tal-bastiment;

(iv)

ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-bastiment;

(v)

ċertifikat tat-tunnellaġġ;

(vi)

ċertifikat tal-assigurazzjoni;

(vii)

disinn u deskrizzjoni fid-dettall tal-irkaptu tas-sajd użat.

5.

L-informazzjoni mogħtija fil-formola tal-applikazzjoni msemmija fil-punt 4 ser tintuża mill-awtoritajiet kompetenti tal-Liberja biex jipproċessaw u joħorġu ċ-ċertifikat tan-numru tal-Awtorità Marittima tal-Liberja fiż-żmien imsemmi fil-punt 3. Iċ-ċertifikat tan-numru tal-Awtorità Marittima tal-Liberja jrid jinħareġ qabel ma l-awtoritajiet kompetenti tal-Liberja joħorġu l-awtorizzazzjoni tas-sajd.

6.

Bħala parti mill-ewwel applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Protokoll, kull bastiment tal-Unjoni trid issirlu spezzjoni qabel l-awtorizzazzjoni. L-ewwel awtorizzazzjoni tas-sajd tinħareġ bil-patt u l-kundizzjoni li din l-ispezzjoni tintemm tajjeb. L-ispezzjoni għandha ssir f'portijiet magħżula fis-sottoreġjun maqbul bejn l-Unjoni u l-Liberja, soġġetta għal awtorizzazzjoni mingħand l-Istat tal-Port konċernat. L-ispejjeż kollha tal-ispezzjonijiet li jsiru barra mill-Port ta' Monrovja għandu jħallashom sid il-bastiment.

7.

Meta bastiment li ma bidilx l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu jiġi biex iġedded l-awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Protokoll fis-seħħ, mal-applikazzjoni għat-tiġdid dan għandu jippreżenta biss evidenza li jkun ħallas it-tariffa li tagħha m'hemmx rifużjoni. Jekk ikunu nbiddlu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-applikazzjoni trid terġa' titressaq mill-ġdid bid-dokumenti kollha rilevanti kif imsemmi fil-punt 4, u l-awtorizzazzjoni tas-sajd tinħareġ biss jekk l-ispezzjoni ta' qabel l-awtorizzazzjoni tintemm tajjeb.

8.

Jekk il-Liberja ma tkunx kisbet l-awtorizzazzjoni mingħand l-Istat tal-Port konċernat biex twettaq l-ispezzjoni, awtomatikament sid il-bastiment ma jibqax obbligat li jsirulu l-ispezzjonijiet ta' qabel l-awtorizzazzjoni msemmija fil-punti 6 u 7.

Ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

9.

Il-Liberja għandha toħroġ l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd lis-sidien tal-bastimenti, jew inkella tgħarraf lill-Unjoni li beħsiebha tirrifjutahom fi żmien ħmistax-il jum kalendarju minn meta jaslu d-dokumenti kollha msemmija fil-punt 4. Il-verżjoni oriġinali tal-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tintbgħat lis-sidien tal-bastimenti jew lill-aġenti tagħhom permezz tal-Unjoni. Jekk l-uffiċċji tal-Unjoni jinzertaw magħluqin, il-Liberja tista' tibgħat l-awtorizzazzjoni tas-sajd direttament lil sid il-bastiment jew lill-aġent tiegħu u tibgħat kopja tagħha lill-Unjoni.

10.

Fl-istess waqt, sabiex l-attività tas-sajd ma tiħux fit-tul biex tinbeda, għandha tintbagħat kopja elettronika tal-awtorizzazzjoni tas-sajd lill-Unjoni biex din tintbagħat lil sid il-bastiment, u lid-Delegazzjoni tal-UE għall-informazzjoni. Din il-kopja tista' tintuża għal mhux aktar minn 60 jum kalendarju mid-data tal-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd. Matul dan il-perijodu, il-kopja titqies li hija ekwivalenti għall-verżjoni oriġinali.

11.

Il-verżjoni oriġinali tal-awtorizzazzjoni għas-sajd għandha tinżamm abbord il-ħin kollu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-punt 10.

Lista tal-bastimenti awtorizzati għas-sajd

12.

Meta tinħareġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd, il-Liberja għandha tinkludi l-bastiment tal-Unjoni minnufih fil-lista tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Liberja. Din il-lista trid tintbagħat minnufih lill-Unità għall-Monitoraġġ, il-Kontroll u s-Sorveljanza (l-MCSU), liċ-Ċentru Nazzjonali għall-Monitoraġġ tas-Sajd (l-NFMC) u lill-MOA tal-Liberja u lill-Unjoni. Il-Liberja għandha taġġorna regolarment il-lista tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu. Il-lista l-ġdida għandha tintbagħat minnufih lill-MCSU, lill-NFMC u lill-MOA tal-Liberja u lill-Unjoni.

13.

Jekk l-awtorizzazzjoni tas-sajd ma tinħariġx fiż-żmien speċifikat fil-punt 9, il-bastiment għandu jkun inkluż fil-lista b'mod provviżorju, dment li ma jkunx hemm prova ċara li huwa ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-punt 2. Matul dan iż-żmien, il-bastiment għandu jkun awtorizzat jistad.

Trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

14.

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu għal bastiment speċifiku u ma għandhomx ikunu trasferibbli.

15.

Madankollu, meta titlob l-Unjoni u tiġi ppruvata forza maġġuri, l-aktar f'każ ta' telfien jew immobilizzazzjoni fit-tul ta' bastiment minħabba ħsara teknika serja, l-awtorizzazzjoni tas-sajd tista' tinbidel b'awtorizzazzjoni ġdida għal bastiment ieħor tal-istess kategorija tas-sajd tal-bastiment mibdul, dment li titressaq applikazzjoni ġdida għall-awtorizzazzjoni tas-sajd bħalma jeżiġi l-punt 4 u li l-ispezzjoni ta' qabel l-awtorizzazzjoni tintemm tajjeb bħalma jeżiġi l-punt 6, mingħajr il-ħtieġa li jitħallsu aktar miżati. F'dan il-każ, il-kalkolu tal-livelli tal-qabdiet biex jiġi stabbilit jekk għandux isir ħlas addizzjonali jew le, għandu jikkunsidra l-qabdiet totali taż-żewġ bastimenti.

16.

Is-sid tal-bastiment jew l-aġent tiegħu għandu jagħti lura l-awtorizzazzjoni mħassra tas-sajd lil-Liberja permezz tad-Delegazzjoni tal-UE fil-Liberja. L-awtorizzazzjoni tas-sajd il-ġdida tidħol fis-seħħ dakinhar meta tingħata lura l-awtorizzazzjoni mħassra tas-sajd. Id-Delegazzjoni tal-UE fil-Liberja għandha tiġi mgħarrfa bit-trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd.

17.

Il-Liberja għandha taġġorna l-lista tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu u għandha tibgħatha mingħajr dewmien lill-MCSU, lill-NFMC u lill-MOA tal-Liberja u lill-Unjoni.

Il-perijodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

18.

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jibqgħu validi għal perijodu annwali u jkunu jistgħu jiġġeddu.

19.

Sabiex jiġi stabbilit meta jibda l-perijodu ta' validità, “perijodu annwali” tfisser:

(i)

għall-ewwel sena ta' applikazzjoni tal-Protokoll, il-perijodu mid-data ta' meta jibda japplika b'mod provviżorju sal-31 ta' Diċembru tal-istess sena;

(ii)

wara dan, kull sena kalendarja sħiħa;

(iii)

għall-aħħar sena ta' applikazzjoni tal-Protokoll, il-perijodu mill-1 ta' Jannar sa meta jiskadi l-Protokoll.

Għall-ewwel u l-aħħar sena ta' applikazzjoni tal-Protokoll, it-tariffa bil-quddiem imsemmija fit-Taqsima 2 għandha tiġi kkalkulata pro rata temporis.

Dokumenti li jridu jinżammu abbord

20.

Meta l-bastiment tas-sajd ikun fiż-żona tas-sajd tal-Liberja jew f'xi port magħżul fis-sottoreġjun kif miftiehem, abbord il-bastiment iridu jinżammu d-dokumenti li ġejjin il-ħin kollu:

(i)

l-awtorizzazzjoni tas-sajd;

(ii)

iċ-ċertifikat tar-reġistru tal-bastiment;

(iii)

iċ-ċertifikat tan-numru tal-Awtorità Marittima tal-Liberja;

(iv)

disinji jew deskrizzjonijiet iċċertifikati aġġornati tal-bastiment tas-sajd u l-aktar l-għadd ta' stivi tal-ħut tal-bastimenti tas-sajd, bil-kapaċità tal-ħżin tagħhom mogħtija f'metri kubi;

(v)

jekk jinbiddlu l-karatteristiċi tal-bastiment tas-sajd rigward it-tul ġenerali tiegħu, it-tunnellaġġ gross reġistrat tiegħu, il-potenza tal-magni ewlenin tiegħu jew il-kapaċità tal-istivi tiegħu, ċertifikat iċċertifikat minn awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd li jiddeskrivi n-natura ta' dan it-tibdil;

(vi)

jekk il-bastiment tas-sajd ikun mgħammar b'tankijiet tal-ilma baħar imkessħin jew iffriżati, dokument iċċertifikat minn awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment li jindika l-kalibrazzjoni tat-tankijiet f'metri kubi;

(vii)

kopja tal-leġislazzjoni applikabbli tal-Liberja dwar is-sajd, li trid tingħata mil-Liberja; u

(viii)

id-dokumenti msemmija fil-punt 4.

TAQSIMA 2

Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tas-sajd — it-tariffi u l-ħlasijiet bil-quddiem

1.

It-tariffi li jridu jħallsu s-sidien tal-bastimenti għandhom jiġu kkalkulati skont din ir-rata għal kull tunnellata ta' ħut maqbud fiż-żona tas-sajd tal-Liberja:

EUR 55 għal kull tunnellata għall-ewwel sena ta' applikazzjoni;

EUR 60 għal kull tunnellata għat-tieni u t-tielet sena ta' applikazzjoni;

EUR 65 għal kull tunnellata għar-raba' sena ta' applikazzjoni;

EUR 70 għal kull tunnellata għall-ħames sena ta' applikazzjoni.

2.

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu meta s-sidien tal-bastimenti jkunu ħallsu t-tariffi bil-quddiem li ġejjin lill-awtoritajiet kompetenti tal-Liberja:

(a)

għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni:

EUR 7 150 għal kull bastiment, li huma daqs it-tariffi dovuti għal 130 tunnellata fis-sena għall-ewwel sena ta' applikazzjoni tal-Protokoll;

EUR 7 150 għal kull bastiment, li huma daqs it-tariffi dovuti għal 119,17-il tunnellata fis-sena għat-tieni u t-tielet sena ta' applikazzjoni tal-Protokoll;

EUR 7 150 għal kull bastiment, li huma daqs it-tariffi dovuti għal 110 tunnellata fis-sena għar-raba' sena ta' applikazzjoni tal-Protokoll;

EUR 7 150 għal kull bastiment, li huma daqs it-tariffi dovuti għal 102,14-il tunnellata fis-sena għall-ħames sena ta' applikazzjoni tal-Protokoll;

(b)

għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ:

EUR 2 200 għal kull bastiment, li huma daqs it-tariffi dovuti għal 40 tunnellata fis-sena għall-ewwel sena ta' applikazzjoni tal-Protokoll;

EUR 2 200 għal kull bastiment, li huma daqs it-tariffi dovuti għal 36,67 tunnellata fis-sena għat-tieni u t-tielet sena ta' applikazzjoni tal-Protokoll;

EUR 2 200 għal kull bastiment, li huma daqs it-tariffi dovuti għal 33,85 tunnellata fis-sena għar-raba' sena ta' applikazzjoni tal-Protokoll;

EUR 2 200 għal kull bastiment, li huma daqs it-tariffi dovuti għal 31,43 tunnellata fis-sena għall-ħames sena ta' applikazzjoni tal-Protokoll.

3.

It-tariffa bil-quddiem għandha tinkludi t-taxxi nazzjonali u lokali kollha minbarra t-taxxi tal-portijiet u l-ispejjeż tas-servizzi.

4.

Meta l-perijodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd ikun inqas minn sena, l-ammont tat-tariffa bil-quddiem għandu jiġi adattat pro rata temporis għat-tul tal-perijodu ta' validità mitlub.

5.

Jekk id-dikjarazzjoni aħħarija tat-tariffi tkun ogħla mit-tariffa li sid il-bastiment ikun ħallas bil-quddiem biex jikseb l-awtorizzazzjoni tas-sajd, sid il-bastiment għandu jħallas il-bilanċ lil-Liberja sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru tas-sena ta' wara dik li matulha jkunu saru l-qabdiet. Jekk id-dikjarazzjoni aħħarija tat-tariffi tkun inqas mit-tariffa bil-quddiem imsemmija fil-punt 2, sid il-bastiment ma għandux ikun jista' jirkupra l-bilanċ.

TAQSIMA 3

Bastimenti tal-għajnuna

1.

Il-Liberja għandha tawtorizza lill-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd li jiġu megħjuna minn bastimenti tal-għajnuna. Il-bastimenti tal-għajnuna jtajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni, u ma jkunux mgħammra għas-sajd jew jintużaw għat-trażbord.

2.

Il-Liberja għandha tiddefinixxi l-attivitajet tal-għajnuna tagħha u l-kundizzjonijiet biex jinkisbu l-awtorizzazzjonijiet, u għandha tfassal lista tal-bastimenti tal-għajnuna awtorizzati u tibgħatha mingħajr dewmien lill-korp nazzjonali għall-kontroll tas-sajd u lill-Unjoni.

3.

It-tariffa annwali għall-awtorizzazzjoni applikabbli għall-bastimenti tal-għajnuna hija ta' EUR 3 000 għal kull bastiment.

KAPITOLU III

MIŻURI TEKNIĊI GĦALL-KONSERVAZZJONI

1.

Il-miżuri tekniċi għall-konservazzjoni li japplikaw għall-bastimenti li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd, marbutin maż-żona tas-sajd, mal-irkaptu tas-sajd u mal-qabdiet addizzjonali, għandhom jiġu definiti għal kull kategorija tas-sajd fid-dikjarazzjonijiet tekniċi mogħtija fl-Appendiċi 2 ta' dan l-Anness.

2.

Il-bastimenti għandhom jirrispettaw ir-rakkomandazzjonijiet kollha adottati mill-ICCAT u d-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni rilevanti tal-Liberja.

3.

L-użu tal-irkaptu tal-aggregazzjoni tal-ħut (FADs) għat-tisqif fiż-żona tas-sajd tal-Liberja għandu jkun limitat biss għal sapport artifiċjali permezz ta' strutturi mdendla taħt l-ilma li fihom ma jitħabbilx il-ħut. It-tifrix u l-użu ta' FADs artifiċjali għat-tisqif bħal dawn huma bil-kundizzjoni li l-Unjoni tadotta pjan ta' ġestjoni li jkun konformi mad-dispożizzjonijiet adottati mill-ICCAT.

4.

Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom iwettqu l-attivitajiet kollha tas-sajd b'mod li ma jfixkilx is-sajd tradizzjonali tal-post u għandhom jeħilsu lill-fkieren, lill-mammiferi tal-baħar, lill-għasafar tal-baħar u lill-ħut tas-sikek kollu bl-aqwa mod possibbli biex din il-qabda mħallta tibqa' ħajja.

5.

Il-bastimenti tal-Unjoni u l-kaptani u l-operaturi tagħhom għandhom iwettqu l-attivitajiet tas-sajd kollha b'mod li ma jfixklux l-attivitajiet tas-sajd ta' bastimenti oħra tas-sajd, u ma għandhomx ibagħbsu fl-irkaptu tas-sajd ta' bastimenti oħra tas-sajd.

KAPITOLU IV

KONTROLL, MONITORAĠĠ U SORVELJANZA

TAQSIMA 1

Rappurtar tal-qbid

Il-ġurnal ta' abbord tas-sajd

1.

Il-kaptan ta' bastiment tal-Unjoni li jistad skont il-Ftehim għandu jżomm ġurnal ta' abbord tas-sajd, li l-mudell tiegħu għal kull kategorija tas-sajd jinsab fl-Appendiċi 3 ta' dan l-Anness.

2.

Il-kaptan għandu jimla l-ġurnal ta' abbord tas-sajd għal kull jum li matulu l-bastiment ikun fiż-żona tas-sajd tal-Liberja.

3.

Fil-ġurnal ta' abbord tas-sajd, il-kaptan għandu jikteb kuljum il-kwantità ta' kull speċi maqbuda u miżmuma abbord, identifikata bil-kodiċi alfa-3 tal-FAO tagħha, u mogħtija f'kilogrammi ta' piż ħaj jew, fejn ikun meħtieġ, fl-għadd ta' ħut individwali. Il-kaptan għandu jagħmel nota wkoll tal-qabdiet inċidentali ta' kull speċi ewlenija.

4.

Fil-ġurnal ta' abbord tas-sajd, meta applikabbli, il-kaptan għandu jikteb kuljum ukoll:

(i)

il-kwantitajiet ta' kull speċi mormija, mogħtija f'kilogrammi ta' piż ħaj jew, fejn ikun meħtieġ, fl-għadd ta' ħut individwali;

(ii)

it-tip ta' rkaptu użat;

(iii)

il-pożizzjoni tal-bastiment f'nofsinhar u meta applikabbli, il-pożizzjoni fejn tkala l-irkaptu tas-sajd u ż-żmien fl-ilma jew l-għadd ta' ġanċijiet u t-temperatura ta' wiċċ l-ilma;

(iv)

l-għadd totali ta' refgħat kull ġurnata, il-ħin aggregat għal kull refgħa u l-għadd totali ta' ġranet tas-sajd għal kull vjaġġ tas-sajd; u

(v)

informazzjoni oħra li jiddeċiedi l-Kumitat Konġunt.

5.

Jekk f'jum partikolari, bastiment ma jkunx tefa' kalati, jew jekk ikun tefa' kalata iżda ma jkunx qabad ħut, il-kaptan tal-bastiment jeħtieġlu jirreġistra din l-informazzjoni fil-formola tal-ġurnata tal-ġurnal ta' abbord. Għall-jiem meta ma jsirux attivitajiet tas-sajd, sa nofsillejl tal-ħin lokali ta' dak il-jum, fil-ġurnal ta' abbord, il-bastiment għandu jirreġistra li ma sarux attivitajiet.

6.

Minnufih wara d-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Liberja u l-ħruġ minnha, fil-ġurnal ta' abbord għandhom jiġu rreġistrati d-data u l-ħin tad-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Liberja u tal-ħruġ minnha.

7.

Il-ġurnal ta' abbord tas-sajd għandu jimtela b'mod ċar u b'ittri kbar, u l-kaptan għandu jiffirmah.

8.

Il-kaptan għandu jkun responsabbli għall-preċiżjoni tad-data rreġistrata fil-ġurnal ta' abbord tas-sajd.

Ir-rappurtar tal-qbid

9.

Lill-Uffiċċju tas-Sajd Nazzjonali (il-BNF), il-kaptan għandu jgħarrfu bil-qabdiet tal-bastiment billi jibgħatlu l-ġurnali ta' abbord tas-sajd tiegħu għall-perijodu meta kien preżenti fiż-żona tas-sajd tal-Liberja.

10.

Il-ġurnali ta' abbord tas-sajd għandhom jintbagħtu b'wieħed minn dawn il-modi:

(i)

meta bastiment tas-sajd jidħol f'port tal-Liberja, lir-rappreżentant lokali tal-Liberja għandha tintbagħatlu l-verżjoni oriġinali ta' kull ġurnal ta' abbord tas-sajd, u dan għandu jikkonferma bil-miktub li waslitlu;

(ii)

meta bastiment joħroġ miż-żona tas-sajd tal-Liberja mingħajr ma jgħaddi l-ewwel minn port tal-Liberja, kull ġurnal ta' abbord tas-sajd irid jintbagħat fi żmien 14-il jum kalendarju mill-wasla f'xi port ieħor, u f'kull każ fi żmien 30 jum kalendarju mill-ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Liberja;

(a)

l-aħjar bil-posta elettronika, bħala kopja skenjata; jew

(b)

bil-fax; jew

(c)

il-verżjoni oriġinali bil-posta.

11.

Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jistabbilixxu sistema għall-iskambju elettroniku tad-data kollha, bil-ħsieb li teħfief il-komunikazzjoni tagħha.

12.

Malli d-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet ikunu jistgħu jintbagħtu bil-posta elettronika, il-kaptan għandu jibgħat il-ġurnali ta' abbord tas-sajd lil-Liberja fl-indirizz tal-posta elettronika mogħti mil-Liberja. Il-Liberja għandha twieġeb il-posta elettronika minnufih biex tikkonferma li rċeviet il-ġurnali.

13.

Il-kaptan għandu jibgħat kopja tal-ġurnali ta' abbord tas-sajd kollha lid-Delegazzjoni tal-UE fil-Liberja. Għal kull bastiment, il-kaptan għandu jibgħat ukoll kopja tal-ġurnali kollha ta' abbord tas-sajd lill-BNF u lil wieħed minn dawn l-istituti xjentifiċi:

(i)

l-IRD (l-“Institut de recherche pour le développement”);

(ii)

l-IEO (l-“Instituto Español de Oceanografia”);

(iii)

l-IPMA (l-“Instituto Português do Mar e da Atmosfèra”).

14.

Jekk il-bastiment jerġa' lura fiż-żona tas-sajd tal-Liberja tul il-perijodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu, dan għandu jkompli jirrapporta l-qbid tiegħu.

15.

Meta ma jiġux rispettati d-dispożizzjonijiet dwar ir-rappurtar tal-qbid, il-Liberja tista' tissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment konċernat sakemm tinkiseb id-dikjarazzjoni nieqsa tal-qbid filwaqt li tista' tippenalizza lil sid il-bastiment skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġislazzjoni nazzjonali fis-seħħ. Jekk ir-reat jittenna, il-Liberja tista' tirrifjuta li ġġedded l-awtorizzazzjoni tas-sajd. Il-Liberja għandha tgħarraf lill-Unjoni minnufih b'kull sanzjoni applikata f'dan il-kuntest.

Tranżizzjoni lejn sistema elettronika

16.

Il-Partijiet juru r-rieda komuni tagħhom li jiżguraw tranżizzjoni lejn sistema elettronika għad-dikjarazzjoni tal-qabdiet skont il-karatteristiċi tekniċi stabbiliti fl-Appendiċi 6 ta' dan l-Anness. Il-Partijiet jaqblu li flimkien jiddefinixxu l-arranġamenti għat-tranżizzjoni bil-ħsieb li s-sistema tibda titħaddem malajr kemm jista' jkun. Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għal din it-tranżizzjoni, il-Liberja għandha tgħarraf lill-Unjoni minnufih. Minn meta tintbagħat din l-informazzjoni, il-Partijiet għandhom jiftiehmu biex is-sistema tibda taħdem bis-sħiħ fi żmien xahrejn.

Dikjarazzjonijiet tal-qabdiet ta' kull tliet xhur

17.

Sakemm tibda titħaddem is-sistema elettronika għad-dikjarazzjoni tal-qabdiet imsemmija fil-punt 16, l-Istati Membri tal-Unjoni għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni Ewropea, sa mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju minn tmiem kull tliet xhur, bit-tunnellaġġi maqbuda tul it-tliet xhur ta' qabel, kif ivvalidati mill-amministrazzjonijiet nazzjonali tagħhom u kkonfermati mill-istituti xjentifiċi msemmija fil-punt 13. L-istituti xjentifiċi għandhom jagħmlu analiżi tad-data dwar il-qabdiet permezz ta' kontroverifiki tad-data disponibbli fil-ġurnali ta' abbord tas-sajd, fid-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art, fid-dikjarazzjonijiet tal-bejgħ, u meta japplika, fir-rapporti tal-osservazzjonijiet xjentifiċi. Skont dan, għal kull bastiment awtorizzat jistad fiż-żona tas-sajd tal-Liberja, l-Unjoni għandha tfassal dikjarazzjoni tal-qabdiet ta' kull tliet xhur, imqassma skont l-ispeċijiet u xahar b'xahar, skont il-mudell mogħti fl-Appendiċi 8 ta' dan l-Anness.

18.

Id-data aggregata li tinġabar mill-ġurnali ta' abbord tas-sajd għandha titqies b'mod provviżorju sakemm l-Unjoni tinnotifika d-dikjarazzjoni finali tat-tariffi msemmija fil-punt 23.

Dikjarazzjoni finali tat-tariffi

19.

Sakemm tibda titħaddem is-sistema elettronika għad-dikjarazzjoni tal-qabdiet imsemmija fil-punt 16, l-Istati Membri tal-Unjoni għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni Ewropea, sa mhux aktar tard mill-15 ta' Mejju ta' kull sena, bit-tunnellaġġi maqbuda tul is-sena ta' qabel, kif ivvalidati mill-amministrazzjonijiet nazzjonali tagħhom u kkonfermati mill-istituti xjentifiċi msemmija fil-punt 13.

20.

L-istituti xjentifiċi għandhom jagħmlu analiżi tad-data dwar il-qabdiet permezz ta' kontroverifiki tad-data disponibbli fil-ġurnali ta' abbord tas-sajd, fid-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art, fid-dikjarazzjonijiet tal-bejgħ, u meta japplika, fir-rapporti tal-osservazzjonijiet xjentifiċi.

21.

Il-metodoloġija li jużaw l-istituti xjentifiċi tal-Unjoni biex janalizzaw il-livell u l-kompożizzjoni tal-qabdiet fiż-żona tas-sajd tal-Liberja għandha tinqasam mal-BNF.

22.

Skont id-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet imsemmija fil-punt 19, għal kull bastiment li s-sena ta' qabel kien awtorizzat jistad fiż-żona tas-sajd tal-Liberja, l-Unjoni għandha tfassal dikjarazzjoni finali tat-tariffi dovuti għall-bastiment minħabba l-kampanja tas-sajd annwali tiegħu tul is-sena kalendarja ta' qabel.

23.

L-Unjoni għandha tibgħat din id-dikjarazzjoni finali tat-tariffi lil-Liberja u lis-sidien tal-bastiment fl-istess waqt, permezz tal-Istati Membri tal-Unjoni, qabel it-30 ta' Ġunju ta' dik is-sena.

24.

Il-Liberja għandha tgħarraf lill-Unjoni li waslitilha d-dikjarazzjoni u tista' titlob lill-Unjoni għal ċertu kjarifiki meta jidhrilha li jkun hemm bżonnhom. F'dan il-każ, l-Unjoni għandha tikkonsulta lill-amministrazzjonijiet nazzjonali tal-Istati tal-bandiera u lill-istituti xjentifiċi tagħha, u għandha tagħmel l-almu tagħha kollu biex lil-Liberja tgħaddilha kull informazzjoni meħtieġa. Meta jkun japplika, għandha ssir laqgħa xjentifika konġunta apposta biex jiġu eżaminati d-data dwar il-qabdiet u l-metodoloġiji li jkunu ntużaw għall-kontroverifiki tal-informazzjoni.

25.

Il-Liberja tista' tikkontesta d-dikjarazzjoni finali annwali tal-qabdiet u d-dikjarazzjoni finali tat-tariffi fi żmien 30 jum kalendarju minn meta tingħata n-notifika skont il-punt 24, abbażi ta' evidenza dokumentarja. F'każ ta' nuqqas ta' qbil, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt. Jekk il-Liberja ma toġġezzjonax tul il-perijodu msemmi hawn fuq, id-dikjarazzjoni finali tat-tariffi titqies li tkun ġiet adottata.

TAQSIMA 2

Ħatt l-art u trażbord

Proċedura tal- ħatt l-art

1.

Il-kaptan ta' bastiment tal-Unjoni li jkun jixtieq iħott l-art il-qabdiet miż-żona tas-sajd tal-Liberja f'port tal-Liberja għandu jinnotifika l-informazzjoni li ġejja lil-Liberja, tal-inqas 48 siegħa qabel il-ħatt l-art sakemm il-moll ta' Mesurado jkun jista' jintuża u wara dan tal-inqas 24 siegħa qabel il-ħatt l-art:

(a)

l-isem tal-bastiment tas-sajd li se jħott il-ħut l-art u s-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (l-IRCS) tiegħu;

(b)

il-port ta' ħatt l-art;

(c)

id-data u l-ħin previsti għall-ħatt l-art;

(d)

il-kwantità ta' kull speċi li se tinħatt l-art (identifikata bil-kodiċi alfa-3 tal-FAO tagħha) (mogħtija f'kilogrammi ta' piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, fl-għadd ta' ħut individwali);

(e)

il-preżentazzjoni tal-prodotti.

2.

Il-ħatt l-art għandu jsir fiż-żona tas-sajd ta' port tal-Liberja awtorizzat għal dan il-għan.

3.

Jekk ma jkunx hemm konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-proċedura ta' ħatt l-art, jiġu applikati s-sanzjonijiet rilevanti previsti fil-leġislazzjoni tal-Liberja.

Inċentivi għall-ħatt l-art

4.

Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jaraw li jfornu bit-tonn lill-industrija lokali bil-prezz tas-suq internazzjonali. Sakemm il-moll ta' Mesurado fil-Liberja jkun jista' jintuża, bastiment tal-Unjoni li jkun awtorizzat jistad skont it-termini stabbiliti f'dan il-Protokoll u li jħott il-qabdiet tat-tonn tiegħu f'port magħżul tal-Liberja għandu jgawdi minn inċentiv finanzjarju fil-forma ta' tnaqqis fit-tariffa ta' EUR 10 għal kull tunnellata ta' qabdiet inċidentali li tinħatt l-art jekk dik il-qabda tinbiegħ lil intrapriża tas-sajd tal-Liberja biex toħroġ fis-suq tal-Liberja. Dan il-mekkaniżmu għandu japplika għal mhux aktar minn 50 % tal-qabdiet finali rrappurtati.

5.

Meta l-port tas-sajd ta' Mesurado jibda jintuża, il-bastimenti tal-Unjoni għandhom igawdu minn inċentiv finanzjarju fil-forma ta' tnaqqis parzjali fit-tariffa ta' EUR 10 għal kull tunnellata ta' ħut li tinħatt l-art. It-tariffa għandha tonqos b'EUR 10 oħra għal kull tunnellata li tinħatt l-art jekk il-qabdiet jinbiegħu lill-industrija lokali. Għall-qabdiet inċidentali, it-tariffa għandha tonqos b'EUR 25 għal kull tunnellata ta' qabdiet inċidentali li tinħatt l-art jekk dawk il-qabdiet jinbiegħu lis-suq lokali. Dan il-mekkaniżmu għandu japplika għal mhux aktar minn 50 % tal-qabdiet finali tat-tonn irrappurtati.

Trażbord

6.

Il-kaptan ta' bastiment tal-Unjoni li jkun jixtieq jittrażborda l-qabdiet miż-żona tas-sajd tal-Liberja f'port tal-Liberja għandu jinnotifika l-informazzjoni li ġejja lil-Liberja, tal-inqas 48 siegħa qabel it-trażbord sakemm il-moll ta' Mesurado jkun jista' jintuża u wara dan tal-inqas 24 siegħa qabel it-trażbord:

(a)

l-isem tal-bastiment tas-sajd donatur u l-IRCS tiegħu;

(b)

l-isem tal-bastiment tas-sajd riċevitur u l-IRCS tiegħu;

(c)

il-port tat-trażbord;

(d)

id-data u l-ħin previsti għat-trażbord;

(e)

il-kwantità ta' kull speċi li se tiġi ttrażbordata (identifikata bil-kodiċi alfa-3 tal-FAO tagħha) (mogħtija f'kilogrammi ta' piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, fl-għadd ta' ħut individwali);

(f)

il-preżentazzjoni tal-prodotti.

7.

It-trażbord għandu jsir f'port tal-Liberja awtorizzat għal dan il-għan fil-preżenza tal-ispetturi tal-Liberja. Sabiex ikun evitat kull dewmien, f'każijiet eċċezzjonali meta ma jkunx jista' jkun preżenti xi spettur tal-Liberja, il-kaptan għandu jiġi awtorizzat jibda t-trażbord malli jiskadi l-perijodu ta' notifika mogħti skont il-punt 6. Ma jistax isir trażbord fuq il-baħar.

8.

It-trażbord għandhu jitqies bħala ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Liberja kif definit fit-Taqsima 3. Għalhekk, il-bastimenti jridu jressqu d-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti sa mhux aktar tard minn 24 siegħa minn meta jitlesta t-trażbord jew inkella tal-inqas sitt sigħat qabel il-bastiment donatur iħalli l-port, skont liema minnhom iseħħ l-ewwel, u sid il-bastiment għandu jiddikjara jekk hux beħsiebu jissokta bis-sajd jew inkella hux se joħroġ miż-żona tas-sajd tal-Liberja. Għall-bastiment riċevitur għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tar-rappurtar tal-leġislazzjoni applikabbli tal-Liberja.

TAQSIMA 3

Kontroll u spezzjoni

Dħul fiż-żona u ħruġ minnha

1.

Il-Liberja għandha tiġi notifikata b'kull bastiment tal-Unjoni li jkun awtorizzat jistad li jidħol fiż-żona tas-sajd tagħha jew li joħroġ minnha tal-inqas sitt sigħat qabel dan id-dħul jew dan il-ħruġ.

2.

Qabel jidħol fiż-żona jew joħroġ minnha, il-bastiment tal-Unjoni għandu jinnotifika b'mod partikolari:

(i)

id-data, il-ħin u l-punt tal-passaġġ skedati;

(ii)

il-kwantità ta' kull speċi miżmuma abbord, identifikata bil-kodiċi alfa-3 tal-FAO tagħha u mogħtija f'kilogrammi ta' piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, fl-għadd ta' ħut individwali;

(iii)

il-preżentazzjoni tal-prodotti.

3.

L-aħjar jekk in-notifika ssir bil-posta elettronika jew, jekk dan ma jkunx possibbli, bil-fax jew bir-radju, f'indirizz elettroniku, fuq numru tat-telefown jew fuq frekwenza mogħtija mil-Liberja kif speċifikat fl-Appendiċi 7 għal dan l-Anness. Il-Liberja għandha twieġeb il-posta elettronika minnufih biex tikkonferma li rċeviet din in-notifika. Meta jinbidlu l-indirizz elettroniku, in-numru tat-telefown jew il-frekwenza tat-trażmissjoni, il-Liberja għandha tgħarraf minnufih lill-bastimenti kkonċernati u lill-Unjoni b'dan.

4.

Kull bastiment tal-Unjoni li jinqabad jistad fiż-żona tas-sajd tal-Liberja mingħajr ma jkun avża minn qabel il-preżenza tiegħu jitqies bħala bastiment li qed jistad b'mod illegali.

Spezzjoni fuq il-baħar

5.

L-ispezzjoni fuq il-baħar fiż-żona tas-sajd tal-Liberja tal-bastimenti tal-Unjoni li jkunu awtorizzati jistadu għandhom jagħmluha bastimenti u spetturi tal-Liberja li jkunu identifikati b'mod ċar bħala bastimenti u spetturi maħtura biex iwettqu l-verifiki tas-sajd.

6.

Qabel jitilgħu abbord, l-ispetturi tal-Liberja għandhom javżaw lill-bastiment tal-Unjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jagħmlu spezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu jħalli lill-ispetturi tal-Liberja jitilgħu abbord u jagħmlu xogħolhom u għandu jiffaċilitalhom xogħolhom u l-imbark tagħhom. L-ispezzjoni għandha ssir minn mhux aktar minn ħames spetturi, u qabel jibdew l-ispezzjoni dawn iridu jagħtu prova tal-identità u tal-kariga uffiċjali tagħhom bħala spetturi.

7.

Minnufih, il-kaptan għandu jikkonforma mal-istruzzjonijiet raġonevoli kollha li jagħtuh l-uffiċjali awtorizzati, u għandu jiffaċilita t-tlugħ abbord sikur tagħhom, u jiffaċilita l-ispezzjoni tal-bastiment, tal-irkaptu, tat-tagħmir, tar-reġistri, tal-ħut, tal-prodotti tal-ħut u tad-dokumentazzjoni relatata mal-ekwipaġġ.

8.

Il-kaptan tal-bastiment jew l-ekwipaġġ ma għandhomx jattakkaw, ifixklu, jirreżistu, idewmu, jirrifjutaw it-tlugħ abbord jew jintimidaw uffiċjal awtorizzat jew jindaħlulu fil-qadi ta' dmirijietu.

9.

L-ispetturi tal-Liberja għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-Unjoni għall-ħin meħtieġ biex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss. Dawn għandhom jagħmlu l-ispezzjoni b'tali mod li jillimitaw kemm jistgħu l-impatt fuq il-bastiment, fuq l-attività tas-sajd tiegħu u fuq il-merkanzija tiegħu.

10.

Il-Liberja tista' tawtorizza lill-Unjoni tipparteċipa fl-ispezzjonijiet bħala osservatur.

11.

Fi tmiem ta' kull spezzjoni, l-ispetturi tal-Liberja għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu jkollu d-dritt jinkludi l-kummenti tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandhom jiffirmawh l-ispettur li fasslu u l-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni.

12.

Il-fatt li l-kaptan jiffirma r-rapport tal-ispezzjoni ma jippreġudikax id-dritt tad-difiża ta' sid il-bastiment tul xi proċedura marbuta mal-ksur. Jekk il-kaptan jirrifjuta li jiffirma d-dokument, għandu jagħti r-raġunijiet preċiżi għal dan bil-miktub u l-ispettur għandu jniżżel il-kliem “irrifjuta li jiffirma” fuq id-dokument. Qabel jinżlu mill-bastiment, l-ispetturi tal-Liberja għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni. Il-Liberja għandha tibgħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-Unjoni fi żmien tmint ijiem tal-kalendarju mill-ispezzjoni.

Spezzjoni fil-port

13.

L-ispezzjoni fil-port jew 'il barra minnu tal-bastimenti tal-Unjoni li jkunu awtorizzati jistadu li jħottu l-art qabdiet miż-żona tas-sajd tal-Liberja f'port fis-sottoreġjun magħżul bi ftehim komuni bejn l-Unjoni u l-Liberja għandhom jagħmluha bastimenti jew spetturi tal-Liberja li jkunu identifikati b'mod ċar bħala bastimenti u spetturi maħtura biex iwettqu l-verifiki tas-sajd, soġġetti għall-awtorizzazzjoni tal-Istat tal-Port ikkonċernat.

14.

Qabel jitilgħu abbord, l-ispetturi tal-Liberja għandhom javżaw lill-bastiment tal-Unjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jagħmlu spezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu jħalli lill-ispetturi tal-Liberja jitilgħu abbord u jagħmlu xogħolhom u għandu jiffaċilitalhom xogħolhom u l-imbark tagħhom. L-ispezzjoni għandha ssir minn mhux aktar minn ħames spetturi, u qabel jibdew l-ispezzjoni dawn iridu jagħtu prova tal-identità u tal-kariga uffiċjali tagħhom bħala spetturi.

15.

Minnufih, il-kaptan għandu jikkonforma mal-istruzzjonijiet raġonevoli kollha li jagħtuh l-uffiċjali awtorizzati, u għandu jiffaċilita t-tlugħ abbord sikur tagħhom, u jiffaċilita l-ispezzjoni tal-bastiment, tal-irkaptu, tat-tagħmir, tar-reġistri, tal-ħut, tal-prodotti tal-ħut u tad-dokumentazzjoni relatata mal-ekwipaġġ.

16.

Il-kaptan tal-bastiment jew l-ekwipaġġ ma għandhomx jattakkaw, ifixklu, jirreżistu, idewmu, jirrifjutaw it-tlugħ abbord jew jintimidaw uffiċjal awtorizzat jew jindaħlulu fil-qadi ta' dmirijietu.

17.

L-ispetturi tal-Liberja għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-Unjoni għall-ħin meħtieġ biex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss. Dawn għandhom jagħmlu l-ispezzjoni b'tali mod li jillimitaw kemm jistgħu l-impatt fuq il-bastiment, fuq l-attività tas-sajd tiegħu u fuq il-merkanzija tiegħu.

18.

Il-Liberja tista' tawtorizza lill-Unjoni tipparteċipa fl-ispezzjonijiet bħala osservatur.

19.

Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi tal-Liberja għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu jkollu d-dritt jinkludi l-kummenti tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandhom jiffirmawh l-ispettur li fasslu u l-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni.

20.

Il-fatt li l-kaptan jiffirma r-rapport tal-ispezzjoni ma jippreġudikax id-dritt tad-difiża ta' sid il-bastiment tul xi proċedura marbuta mal-ksur. Jekk il-kaptan jirrifjuta li jiffirma d-dokument, għandu jagħti r-raġunijiet preċiżi għal dan bil-miktub u l-ispettur għandu jniżżel il-kliem “irrifjuta li jiffirma” fuq id-dokument. Qabel jinżlu mill-bastiment, l-ispetturi tal-Liberja għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni. Il-Liberja għandha tibgħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-Unjoni fi żmien tmint ijiem tal-kalendarju mill-ispezzjoni.

Monitoraġġ parteċipattiv marbut mal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (is-sajd IUU)

21.

Sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra s-sajd IUU, il-kaptani tal-bastimenti tal-Unjoni għandhom jirrappurtaw il-preżenza ta' xi bastimenti fiż-żona tas-sajd tal-Liberja li jkunu qed iwettqu attivitajiet suspettati li huma attivitajiet tas-sajd IUU, u jfittxu li jiksbu kemm jista' jkun informazzjoni dwar dak li jkunu lemħu. Ir-rapporti tal-osservazzjoni għandhom jintbagħtu minnufih lill-MCSU, lill-NFMC u lill-MOA tal-Liberja u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-Unjoni tal-bastiment li jkun wettaq l-osservazzjoni, li min-naħa tagħha għandha tibgħathom minnufih lill-Unjoni jew lill-korp li din tkun għażlet.

22.

Il-Liberja għandha tibgħat lill-Unjoni kull rapport tal-osservazzjoni li jkollha dwar bastimenti tas-sajd li jkunu qed iwettqu attivitajiet suspettati li huma attivitajiet tas-sajd IUU fiż-żona tas-sajd tal-Liberja.

TAQSIMA 4

Is-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti bis-satellita (VMS)

Messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti — is-sistema tal-VMS

1.

Meta jkunu fiż-żona tas-sajd tal-Liberja, il-bastimenti tal-Unjoni li jkunu awtorizzati jistadu għandu jkollhom il-ħin kollu sistema ta' monitoraġġ bis-satellita (is-Sistema ta' Monitoraġġ tal-Bastimenti — il-VMS) biex jikkomunikaw il-pożizzjoni tagħhom b'mod awtomatiku u kontinwu, kull sagħtejn, liċ-ċentru ta' kontroll tas-sajd (iċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd — iċ-ĊMS) tal-Istat tal-bandiera tagħhom.

2.

Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni għandu jinkludi:

(a)

l-identifikazzjoni tal-bastiment;

(b)

l-aktar pożizzjoni ġeografika riċenti tal-bastiment (il-lonġitudni u l-latitudni), b'marġni ta' żball tal-pożizzjoni ta' inqas minn 100 metru, u b'intervall ta' kunfidenza ta' 99 %;

(c)

id-data u l-ħin meta tkun ġiet irreġistrata l-pożizzjoni;

(d)

il-veloċità u r-rotta tal-bastiment.

3.

Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni għandu jiġi kkonfigurat skont il-format inkluż fl-Appendiċi 4 ta' dan l-Anness.

4.

L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara d-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Liberja għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “ENT”. Il-pożizzjonijiet kollha ta' wara għandhom jiġu identifikati bil-kodiċi “POS”, ħlief għall-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Liberja, li għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “EXI”.

5.

Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura l-ipproċessar awtomatiku u, jekk ikun meħtieġ, it-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni. Il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għandhom jiġu rreġistrati b'mod sigur u jinżammu għal tliet snin.

Trażmissjoni min-naħa tal-bastiment f'każ ta' ħsara fis-sistema tal-VMS

6.

Il-kaptan għandu jiżġura l-ħin kollu li s-sistema tal-VMS tal-bastiment tiegħu tkun qed taħdem tajjeb u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qed jintbagħtu sew liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera.

7.

F'każ ta' ħsara, is-sistema tal-VMS tal-bastiment għandha tissewwa jew tinbidel fi żmien għaxart ijiem. Wara dak il-perijodu, il-bastiment ma għandux jibqa' awtorizzat jistad fiż-żona tas-sajd tal-Liberja.

8.

Il-bastimenti li jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Liberja u li jkollhom il-ħsara fis-sistema tal-VMS tagħhom għandhom jibagħtu l-messaġġi dwar il-pożizzjoni tagħhom bil-posta elettronika, bir-radju jew bil-fax liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, tal-inqas kull erba' sigħat, u għandhom jibagħtu l-informazzjoni obbligatorja kollha.

Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni lil-Liberja

9.

Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati liċ-ĊMS tal-Liberja. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Liberja għandhom jiskambjaw bejniethom l-indirizzi elettroniċi ta' kuntatt tagħhom u jinfurmaw minnufih lil xulxin b'kull tibdil f'dawn l-indirizzi.

10.

It-trażmissjoni tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bejn iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Liberja għandha ssir b'mod elettroniku bl-użu ta' sistema sigura tal-komunikazzjoni.

11.

Iċ-ĊMS tal-Liberja għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni b'kull interruzzjoni fil-wasla tal-messaġġi konsekuttivi dwar il-pożizzjoni ta' bastiment li jkun awtorizzat jistad, meta l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu miż-żona.

Ħsarat fis-sistema tal-komunikazzjoni

12.

Il-Liberja għandha tiżgura li t-tagħmir elettroniku tagħha jkun kompatibbli ma' dak taċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u għandha tinforma minnufih lill-Unjoni b'kull diffikultà fil-komunikazzjoni u fil-wasla tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni, bil-għan li tinstab soluzzjoni teknika għal dan mill-aktar fis possibbli. Il-Kumitat Konġunt għandu jipprova jsolvi kull tilwima li tista' tinqala' minħabba f'hekk.

13.

Il-kaptan għandu jitqies bħala responsabbli għal kull manipulazzjoni ppruvata tas-sistema tal-VMS tal-bastiment li jkollha l-għan li tfixkel l-operat tagħha jew li tiffalsifika l-messaġġi tagħha dwar il-pożizzjoni tal-bastiment. Kull ksur għandu jkun suġġett għall-pieni previsti fil-leġislazzjoni tal-Liberja li tkun fis-seħħ.

Reviżjoni tal-frekwenza tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni

14.

Abbażi ta' evidenza dokumentarja li turi ksur, il-Liberja tista' titlob liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera jnaqqas l-intervall tat-trażmissjoni tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni ta' bastiment għal tletin minuta għal perijodu stabbilit tal-investigazzjoni, u tibgħat kopja lill-Unjoni ta' din it-talba. Il-Liberja trid tibgħat din l-evidenza dokumentarja mingħajr dewmien liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat minnufih il-messaġġi dwar il-pożizzjoni lil-Liberja skont il-frekwenza l-ġdida.

15.

Malli jintemm il-perijodu stabbilit tal-investigazzjoni, il-Liberja għandha tgħarraf minnufih b'dan liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni, u għandha tinfurmahom b'kull azzjoni ta' segwitu.

TAQSIMA 5

Osservaturi

Osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd

1.

Il-bastimenti li jkunu awtorizzati jistadu għandhom ikunu soġġetti għal skema ta' osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd tagħhom imwettqin fil-kuntest ta' dan il-Ftehim.

2.

Din is-sistema ta' osservazzjoni għandha tkun konformi mar-rakkomandazzjonijiet adottati mill-ICCAT.

3.

Sakemm jibda jitħaddem il-Programm tal-Osservaturi Reġjonali tal-ICCAT, għall-osservaturi għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet.

Bastimenti u osservaturi magħżulin

4.

Il-BNF għandu jagħżel il-bastimenti tal-Unjoni li għandhom iħallu osservatur jitla' abbord kif ukoll l-osservatur assenjat lilhom sa 15-il jum kalendarju qabel id-data prevista għall-imbark tal-osservatur. Meta jitolbu dan l-awtoritajiet tal-Liberja, il-bastimenti tal-Unjoni għandhom itellgħu abbord osservatur bil-għan li tintlaħaq ir-rata ta' kopertura ta' 15 % tal-bastimenti awtorizzati.

5.

Il-BNF għandu jistabbilixxi lista tal-bastimenti magħżula biex itellgħu osservatur abbord, kif ukoll lista tal-osservaturi maħtura. Dawk il-listi għandhom jinżammu aġġornati. Malli jitfasslu u kull tliet xhur meta jiġu aġġornati, dawn għandhom jintbagħtu minnufih lill-Unjoni.

6.

Meta tinħareġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd, il-BNF għandu jinforma lill-Unjoni u lil sid il-bastiment, jew lill-aġent tiegħu, dwar il-bastimenti magħżula u l-osservaturi li se jkunu preżenti abbord kull bastiment. Il-ħin u l-port tal-imbark, li mhux bilfors ikun port tal-Liberja, jagħżilhom sid il-bastiment. Il-BNF għandu jinforma minnufih lill-Unjoni u lil sid il-bastiment, jew lill-aġent tiegħu, dwar kull tibdil fil-bastimenti magħżula u fl-osservaturi maħtura.

7

Il-BNF għandu jagħmel ħiltu sabiex ma jagħżilx osservaturi għal bastimenti li diġà jkollhom osservatur abbord jew li jkunu diġà obbligati formalment li jtellgħu osservatur abbord waqt l-istaġun tas-sajd ikkonċernat fil-qafas tal-attivitajiet tagħhom f'żoni tas-sajd oħrajn minbarra ż-żona tas-sajd tal-Liberja.

8.

Għal bastiment partikolari, il-ħin li l-osservaturi jqattgħu abbord għandu jkun ta' vjaġġ tas-sajd wieħed jew, meta jitlob sid il-bastiment, ta' bosta vjaġġi tas-sajd.

9.

L-osservaturi ma għandhomx iqattgħu iżjed ħin abbord il-bastiment milli jkollhom bżonn biex iwettqu dmirijiethom.

Kontribuzzjoni finanzjarja b'rata fissa

10.

Meta jkun qed iħallas it-tariffa annwali bil-quddiem, sid il-bastiment għandu jħallas ukoll ammont fiss lil-Liberja ta' EUR 400 fis-sena għal kull bastiment.

Is-salarju tal-osservatur

11.

Is-salarju u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-osservatur tħallashom il-Liberja.

Il-kundizzjonijiet tal-imbark

12.

Il-kundizzjonijiet tal-imbark tal-osservatur, b'mod partikolari t-tul taż-żmien tiegħu abbord, għandhom jiġu ddefiniti bi ftehim reċiproku bejn sid il-bastiment jew l-aġent tiegħu u l-BNF.

13.

Meta jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħall-uffiċjali. Madankollu, meta l-osservatur jintlaqa' abbord għandha titqies l-istruttura teknika tal-bastiment.

14.

Sid il-bastiment għandu jġarrab l-ispejjeż għall-akkomodazzjoni u għall-ikel tal-osservatur abbord, inkluż l-aċċess tiegħu għall-faċilitajiet sanitarji u ta' iġene, li jkunu tal-inqas tal-istess kwalità bħal dawk li għandhom l-uffiċjali fuq il-bastiment tas-sajd.

15.

Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri kollha li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu sabiex jiżgura s-sikurezza fiżika u l-benesseri ġenerali tal-osservatur.

16.

Il-kaptan għandu jiżgura li l-osservatur ikollu aċċess għall-faċilitajiet, għall-irkaptu u għat-tagħmir abbord il-bastiment li huwa jkun jeħtieġ biex iwettaq dmirijietu, fosthom:

(i)

il-pont u t-tagħmir tal-komunikazzjoni u tan-navigazzjoni tal-bastiment;

(ii)

id-dokumenti u r-reġistri, inklużi l-ġurnali kollha ta' abbord tal-bastiment, kemm jekk dawn ikunu meħtieġa jinġarru u jinżammu skont ir-Regolament tal-Liberja dwar is-Sajd jew inkella mod ieħor għall-finijiet tal-ispezzjoni tar-reġistri u tal-ikkopjar.

17.

Kull waqt, il-kaptan għandu jħalli lill-osservatur:

(i)

jirċievi u jibgħat messaġġi u jikkomunika max-xatt u ma' bastimenti oħrajn bit-tagħmir tal-komunikazzjoni tal-bastiment;

(ii)

jieħu, ikejjel u jneħħi mill-bastiment u jżomm kampjuni jew bċejjeċ sħaħ ta' xi ħut;

(iii)

jaħżen kampjuni jew bċejjeċ sħaħ fuq il-bastiment, inklużi kampjuni u bċejjeċ sħaħ fil-friża tal-bastiment.

(iv)

jieħu ritratti tal-attivitajiet tas-sajd, inklużi tal-ħut, tal-irkaptu tas-sajd, tat-tagħmir, tad-dokumenti, tat-tabelli u tar-reġistri, u jinżel minn fuq il-bastiment b'dawn ir-ritratti jew il-filmati li jkun ħa bħala osservatur jew li jkun uża abbord il-bastiment.

L-obbligi tal-osservatur

18.

Meta jkunu abbord, l-osservaturi għandhom:

(a)

jieħdu l-miżuri x-xierqa kollha sabiex la jinterrompu u lanqas itellfu l-attivitajiet tas-sajd;

(b)

jirrispettaw il-proprjetà u t-tagħmir abbord il-bastiment;

(c)

jirrispettaw in-natura kunfidenzjali ta' kull dokument tal-bastiment.

L-imbark u l-iżbark tal-osservaturi

19.

B'perijodu ta' notifika ta' għaxart ijiem qabel l-imbark, sid il-bastiment jew l-aġent tiegħu għandu jinnotifika lil-Liberja dwar id-data, il-ħin u l-port tal-imbark tal-osservatur. Jekk l-osservatur jittella' abbord f'pajjiż barrani, l-ispejjeż tal-vjaġġ tiegħu biex jasal fil-port tal-imbark iħallashom sid il-bastiment.

20.

Jekk l-osservatur ma jasalx għall-imbark sa 12-il siegħa wara d-data u l-ħin miftiehma, sid il-bastiment jinħeles awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jtella' abbord lil dan l-osservatur. Il-bastiment ikun jista' jħalli l-port u jibda l-attivitajiet tas-sajd tiegħu.

21.

Meta l-osservatur ma jitniżżilx f'port tal-Liberja, sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-vjaġġ tal-osservatur biex imur lura l-Liberja fl-iqsar żmien possibbli.

22.

Jekk il-bastiment ma jasalx fil-ħin miftiehem f'port magħżul minn qabel għall-imbark tal-osservatur, sid il-bastiment huwa obbligat iħallas l-ispejjeż (tal-akkomodazzjoni, tal-ikel, eċċ.) tal-osservatur b'rata ta' sussistenza ta' kuljum ta' EUR 80 għal kull ġurnata li l-osservatur jitħalla jistenna fil-port minflok jittella' abbord.

23.

Jekk il-bastiment ma jfeġġx, mingħajr ma jkun innotifika minn qabel lill-BNF u lill-NFMC dwar dan, il-Liberja tista' tieħu azzjoni xierqa skont il-leġislazzjoni applikabbli tal-Liberja.

Il-kompiti tal-osservatur

24.

L-osservatur għandu jwettaq dawn il-kompiti:

(a)

josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment;

(b)

josserva l-ispeċijiet, il-kwantità, id-daqs u l-kundizzjoni tal-ħut maqbud;

(c)

josserva l-metodi li bihom jinqabad il-ħut, u ż-żoni u l-fond fejn dan iseħħ;

(d)

josserva l-effetti tal-metodi tas-sajd fuq il-ħut u fuq l-ambjent;

(e)

josserva l-ipproċessar, it-trasport, it-trażbord, il-ħżin u r-rimi lura l-baħar ta' xi ħut;

(f)

jivverifika l-pożizzjoni tal-bastiment waqt l-attivitajiet tas-sajd;

(g)

jieħu kampjuni bijoloġiċi bħala parti minn programm xjentifiku;

(h)

jieħu nota tal-irkaptu tas-sajd użat;

(i)

jivverifika d-data dwar il-qabdiet fiż-żona tas-sajd tal-Liberja li tkun ġiet irreġistrata fil-ġurnal ta' abbord;

(j)

jivverifika l-persentaġġi tal-qabdiet inċidentali u jagħti stima tal-qabdiet skartati;

(k)

jikkomunika l-osservazzjonijiet tiegħu bir-radju, bil-fax jew bil-posta elettronika tal-inqas darba fil-ġimgħa waqt li l-bastiment ikun qed jistad fiż-żona tas-sajd tal-Liberja, inkluża l-kwantità tal-qabdiet ewlenin u tal-qabdiet inċidentali abbord.

Ir-rapport tal-osservatur

25.

Qabel iħalli l-bastiment, l-osservatur għandu jgħaddi rapport sommarju bl-osservazzjonijiet tiegħu lill-kaptan tal-bastiment, li l-kontenut tiegħu jrid jiġi miftiehem fil-Kumitat Konġunt. Il-kaptan tal-bastiment għandu jkollu d-dritt jagħmel kummenti fir-rapport tal-osservatur. Ir-rapport għandhom jiffirmawh l-osservatur u l-kaptan. Il-kaptan għandu jirċievi kopja tar-rapport tal-osservatur.

26.

L-osservatur għandu jibgħat ir-rapport tiegħu lill-BNF u dan għandu jibgħat kopja tiegħu lill-Unjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mill-iżbark tal-osservatur.

27.

L-informazzjoni mogħtija fir-rapport tal-osservatur tista' tintuża mill-awtoritajiet kompetenti tal-Liberja u tal-Unjoni għax-xjenza u għall-analiżi tal-konformità.

TAQSIMA 6

Ksur tar-regoli

Trattament tal-ksur

1.

Kull ksur li jagħmel bastiment tal-Unjoni li jkun awtorizzat jistad skont id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness għandu jissemma f'rapport tal-ispezzjoni jew tal-ksur li tagħmel l-awtorità kompetenti tal-Liberja. In-notifika tal-ksur u tas-sanzjonijiet applikabbli rilevanti mibgħuta lill-kaptan jew lill-kumpanija tas-sajd għandha tintbagħat mill-ewwel lil sid il-bastiment skont il-proċedura stabbilita fil-leġislazzjoni applikabbli tal-Liberja. Kopja tan-notifika għandha tintbagħat lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment u lill-Unjoni fi żmien 24 siegħa.

2.

Il-fatt li l-kaptan jiffirma r-rapport tal-ispezzjoni ma jippreġudikax id-dritt tad-difiża ta' sid il-bastiment tul xi proċedura marbuta mal-ksur. Meta tkun qed issir il-proċedura tal-ispezzjoni, il-kaptan tal-bastiment għandu jikkoopera.

Detenzjoni ta' bastiment — Laqgħa ta' informazzjoni

3.

Meta l-leġislazzjoni tal-Liberja li tkun fis-seħħ dwar il-ksur tkun tippermetti dan, kull bastiment tal-Unjoni li jkun wettaq ksur jista' jiġi mġiegħel iwaqqaf l-attività tas-sajd tiegħu u, jekk ikun qed ibaħħar, jerġa' lura lejn port tal-Liberja.

4.

Il-Liberja għandha tinnotifika lill-Unjoni fi żmien 24 siegħa b'kull detenzjoni ta' bastiment tal-Unjoni li jkun awtorizzat jistad. Fin-notifika għandu jkun hemm evidenza dokumentarja li tappoġġa d-detenzjoni tal-bastiment.

5.

Qabel tieħu xi miżura kontra l-bastiment, il-kaptan, l-ekwipaġġ jew il-merkanzija, ħlief għal miżuri maħsuba biex iħarsu l-evidenza, fuq talba tal-Unjoni, il-Liberja għandha torganizza laqgħa ta' informazzjoni fi żmien jum tax-xogħol minn meta tiġi nnotifikata d-detenzjoni tal-bastiment, ħalli jiġu ċċarati l-fatti li wasslu għad-detenzjoni tal-bastiment u ħalli jiġi spjegat x'azzjonijiet oħrajn jistgħu jittieħdu. Għal din il-laqgħa ta' informazzjoni jista' jattendi rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment.

Penali għall-ksur — Proċedura ta' kompromess

6.

Il-Liberja għandha tistabbilixxi l-piena għall-ksur skont id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni nazzjonali fis-seħħ.

7.

Jekk sid il-bastiment ma jaċċettax il-multi, u sakemm il-ksur ma jkunx jinvolvi att kriminali, għandha tinfetaħ proċedura ta' kompromess bejn l-awtoritajiet tal-Liberja u l-bastiment tal-Unjoni biex il-kwistjoni tissolva b'mod amikevoli qabel ma jinbdew il-proċedimenti legali. Fil-proċedura ta' kompromess jistgħu jieħdu sehem rappreżentanti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment u tal-Unjoni. Il-proċedura ta' kompromess tintemm mhux aktar tard minn tlett ijiem tal-kalendarju wara n-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment.

Proċedimenti legali — Garanzija bankarja

8.

Jekk il-proċedura ta' kompromess ma tirnexxix, u l-ksur jitressaq quddiem il-qorti kompetenti, sid il-bastiment li jkun wettaq il-ksur għandu jiddepożita garanzija bankarja f'bank magħżul mil-Liberja, li l-ammont tagħha, kif stabbilit mil-Liberja, ikun ikopri l-ispejjeż marbutin mad-detenzjoni tal-bastiment, il-multa stmata u xi kumpens ieħor. Il-garanzija bankarja ma tistax tiġi rkuprata qabel ma jingħalqu l-proċedimenti legali.

9.

Il-garanzija bankarja għandha tiġi rrilaxxata u tingħata lura lil sid il-bastiment minnufih wara li tinqata' s-sentenza:

(a)

kollha kemm hi, jekk ma tkun ġiet imposta l-ebda piena;

(b)

skont il-bilanċ li jifdal, jekk il-piena tkun multa li tkun inqas mill-garanzija bankarja.

10.

Il-Liberja għandha tgħarraf lill-Unjoni bl-eżitu tal-proċedimenti legali fi żmien tmint ijiem tal-kalendarju minn meta tinqata' s-sentenza.

Ir-rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ

11.

Il-bastiment u l-ekwipaġġ tiegħu għandhom jiġu awtorizzati jħallu l-port ladarba l-piena tkun tħallset fi proċedura ta' kompromess, jew ladarba l-garanzija bankarja tkun ġiet iddepożitata.

KAPITOLU V

IR-REKLUTAĠĠ TAL-BAĦRIN

1.

Sidien il-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni u tal-bastimenti tas-sajd bil-konz għandhom jimpjegaw ċittadini mill-Afrika, mill-Karibew u mill-Paċifiku (minn hawn 'il quddiem imsejħa “AKP”) bil-kundizzjonijiet u l-limiti li ġejjin:

għall-flotta tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni, mill-inqas 20 % tal-baħrin irreklutati matul l-istaġun tas-sajd għat-tonn fiż-żona tas-sajd tal-pajjiżi terzi għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi AKP;

għall-flotta tal-bastimenti tas-sajd bil-konz, mill-inqas 20 % tal-baħrin irreklutati matul l-istaġun tas-sajd għat-tonn fiż-żona tas-sajd tal-pajjiżi terzi għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi AKP.

2.

Is-sidien tal-bastimenti għandhom jagħmlu ħilithom biex jirreklutaw tliet baħrin Liberjani kkwalifikati fuq kull bastiment. Is-sidien tal-bastimenti għandhom ikunu liberi jagħżlu huma l-baħrin li jtellgħu abbord il-bastimenti tagħhom minn fost l-ismijiet fil-lista li l-BNF ikun bagħat lill-Unjoni.

3.

Id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (l-ILO) dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq il-Post tax-Xogħol għandha tapplika għalkollox għall-baħrin irreklutati fuq il-bastimenti tal-Unjoni. B'mod partikolari, din għandha x'taqsam mal-libertà ta' assoċjazzjoni u mal-għarfien effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv u mat-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-impjiegi u tax-xogħol.

4.

Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin mill-pajjiżi AKP għandhom jitfasslu bejn ir-rappreżentanti tas-sidien tal-bastimenti u l-baħrin u/jew it-trade unions tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom. Il-firmatarji, il-BNF, l-Awtorità Marittima tal-Liberja (il-LiMA) u l-Ministeru tax-Xogħol tal-Liberja għandhom jingħataw kopja ta' dawn il-kuntratti. Lill-baħrin, dawk il-kuntratti għandhom jiggarantulhom il-benefiċċju ta' sistema tas-sigurtà soċjali li tkun tapplika għalihom, fosthom l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, l-assigurazzjoni medika u l-assigurazzjoni f'każ ta' inċident.

5.

Il-pagi tal-baħrin mill-pajjiżi AKP għandhom iħallsuhom is-sidien tal-bastimenti. Dawn il-pagi għandhom jiġu stabbiliti, qabel jinħarġu l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, bi ftehim reċiproku bejn is-sidien tal-bastimenti jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-baħrin jew it-trade unions tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom. Madankollu, il-kundizzjonijiet tal-pagi tal-baħrin ma għandhomx ikunu agħar minn dawk applikati fil-pajjiżi rispettivi tagħhom u lanqas ma għandhom ikunu agħar minn dawk stabbiliti fl-istandards tal-ILO.

6.

Kull baħri impjegat abbord bastiment tal-Unjoni għandu jirrapporta lill-kaptan maħtur tal-bastiment lejliet id-data proposta għall-imbark tiegħu. Jekk baħri ma jirrapportax fid-data u l-ħin previsti għall-imbark, is-sidien tal-bastiment jinħelsu awtomatikament mill-obbligu tagħhom li jtellgħu lil dak il-baħri abbord.

7.

Meta l-baħri Liberjan ma jitniżżilx f'port tal-Liberja, sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-vjaġġ tal-baħri biex imur lura l-Liberja fl-iqsar żmien possibbli.

8.

Jekk il-bastiment ma jasalx fil-ħin miftiehem f'port magħżul minn qabel għall-imbark tal-baħri Liberjan, sid il-bastiment huwa obbligat iħallas l-ispejjeż (tal-akkomodazzjoni, tal-ikel, eċċ.) tal-baħri b'rata ta' sussistenza ta' kuljum ta' EUR 80 għal kull ġurnata li l-baħri Liberjan jitħalla jistenna fil-port minflok jittella' abbord.

9.

Kull sena, is-sidien tal-bastimenti għandhom jibagħtu informazzjoni dwar il-baħrin irreklutati. Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-għadd ta' baħrin li huma ċittadini:

(a)

tal-Unjoni;

(b)

ta' pajjiż AKP, b'mod li ċ-ċittadini Liberjani jkunu separati miċ-ċittadini l-oħra tal-pajjiżi AKP; u

(c)

ta' pajjiżi li mhumiex Stati Membri tal-Unjoni jew li mhumiex pajjiżi AKP.


Appendiċijiet għal dan l-Anness

Appendiċi 1 —

Il-formola tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd

Appendiċi 2 —

Id-dikjarazzjoni teknika

Appendiċi 3 —

Il-ġurnal ta' abbord tas-sajd

Appendiċi 4 —

Il-Komunikazzjoni ta' messaġġi tal-VMS lil-Liberja

Appendiċi 5 —

Il-limiti taż-żona tas-sajd tal-Liberja

Appendiċi 6 —

Il-Linji gwida għall-ġestjoni u għall-implimentazzjoni tas-sistema elettronika tar-rappurtar (ERS) għall-attivitajiet tas-sajd

Appendiċi 7 —

Id-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet tal-Liberja

Appendiċi 8 —

Il-formola tad-dikjarazzjoni tal-qabdiet

Appendiċi 1

IL-FTEHIM TAS-SAJD BEJN IL-LIBERJA U L-UNJONI EWROPEA

IL-FORMOLA TAL-APPLIKAZZJONI GĦALL-AWTORIZZAZZJONI TAS-SAJD

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi 2

ID-DIKJARAZZJONI TEKNIKA

(1)   

Iż-żona tas-sajd:

Lil hinn minn 12-il mil nawtiku mil-linja bażi, għajr iż-żoni pprojbiti għat-tbaħħir u għas-sajd kif previst fl-Appendiċi 5.

(2)   

Il-kategoriji awtorizzati:

 

Il-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-purse seine

 

Il-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ

(3)   

Il-qabdiet inċidentali:

Konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT u tal-FAO.

(4)   

Tariffi u tunnellaġġ:

It-tariffa għal kull tunnellata maqbuda

Għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni u għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ:

fl-ewwel sena: EUR 55 għal kull tunnellata

fit-tieni u fit-tielet sena: EUR 60 għal kull tunnellata

fir-raba' sena: EUR 65 għal kull tunnellata

fil-ħames sena: EUR 70 għal kull tunnellata

It-tariffa annwali bil-quddiem (inklużi t-taxxi nazzjonali u lokali kollha minbarra t-taxxi tal-portijiet u l-ispejjeż tas-servizzi):

Għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni: EUR 7 150 kull sena għall-perijodu kollu tal-Protokoll

Għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ: EUR 2 200 kull sena għall-perijodu kollu tal-Protokoll

L-għadd ta' bastimenti li huma awtorizzati jistadu

 

28 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni;

 

6 bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ.

(5)   

Informazzjoni oħra:

 

It-tariffa għall-awtorizzazzjoni tal-bastimenti tal-għajnuna: EUR 3 000 għal kull bastiment kull sena.

 

Irid ikun hemm osservaturi fuq 15 % tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu.

 

Il-kontribuzzjoni finanzjarja fissa marbuta mal-osservaturi: EUR 400 għal kull bastiment kull sena.

 

Il-baħrin: 20 % tal-baħrin irreklutati jkunu ġejjin minn pajjiżi AKP.


Appendiċi 3

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi 4

IL-KOMUNIKAZZJONI TA' MESSAĠĠI TAL-VMS LIL-LIBERJA

IR-RAPPORT DWAR IL-POŻIZZJONI

Element tad-data

Kodiċi

Obbligatorju jew fakultattiv

Kummenti

Il-bidu tar-reġistrazzjoni

SR

O

Dettall dwar is-sistema li jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni

Id-destinatarju

AD

O

Dettall dwar il-messaġġ — Il-kodiċi alfa-3 tal-pajjiż destinatarju (ISO-3166)

Speditur

FR

O

Dettall dwar il-messaġġ — Il-kodiċi alfa-3 tal-pajjiż speditur (ISO-3166)

L-Istat tal-bandiera

FS

O

Detall dwar il-messaġġ — Il-kodiċi alfa-3 tal-Istat tal-bandiera (ISO-3166)

It-tip ta' messaġġ

TM

O

Dettall dwar il-messaġġ — It-tip ta' messaġġ (ENT, POS, EXI)

Is-sinjal tas-sejħa bir-radju (l-IRCS)

RC

O

Dettall dwar il-bastiment — Is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment (l-IRCS)

In-numru ta' referenza intern tal-Parti Kontraenti

IR

F

Dettall dwar il-bastiment — In-numru uniku tal-Parti Kontraenti, mogħti bħala l-kodiċi alfa-3 (ISO-3166) segwit minn numru

In-numru estern tar-reġistrazzjoni

XR

O

Dettall dwar il-bastiment — In-numru mmarkat fuq ġenb il-bastiment (ISO 8859.1)

Il-latitudni

LT

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — Il-pożizzjoni fi gradi u fi gradi deċimali N/S DD.ddd (WGS84)

Il-lonġitudni

LG

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — Il-pożizzjoni fi gradi u fi gradi deċimali E/W DD.ddd (WGS84)

Ir-rotta

CO

O

Ir-rotta tal-bastiment fuq skala ta' 360 grad

Il-veloċità

SP

O

Il-veloċità tal-bastiment f'wieħed minn kull għaxar mili nawtiċi

Id-data

DA

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — Id-data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f'UTC (SSSSXXJJ)

Il-ħin

TI

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — Il-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f'UTC (SSMM)

Tmiem ir-reġistrazzjoni

ER

O

Dettall dwar is-sistema li jindika tmiem ir-reġistrazzjoni

O

=

element tad-data obbligatorju

F

=

element tad-data fakultattiv

Id-data tintbagħat strutturata hekk:

(1)

Il-karattri użati jridu jikkonformaw mal-istandard tal-ISO 8859.1.

(2)

Linja mmejla doppja (//) u l-kodiċi “SR” ifissru l-bidu tal-messaġġ.

(3)

Kull element tad-data jingħaraf mill-kodiċi tiegħu u jingħażel mill-elementi tad-data l-oħra b'linja mmejla doppja (//).

(4)

Linja mmejla waħda (/) tissepara l-kodiċi minn mad-data.

(5)

Il-kodiċi “ER” segwit minn linja mmejla doppja (//) ifisser tmiem il-messaġġ.

(6)

L-elementi tad-data fakultattivi għandhom jiddaħħlu bejn il-bidu u t-tmiem tal-messaġġ.


Appendiċi 5

IL-LIMITI TAŻ-ŻONA TAS-SAJD TAL-LIBERJA

IL-KOORDINATI TAŻ-ŻONA TAS-SAJD

Qabel l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, l-awtoritajiet kompetenti tal-Liberja għandhom jgħarrfu lis-servizzi kompetenti tal-Unjoni bil-koordinati ġeografiċi tal-linja bażi tal-Liberja, taż-żona tas-sajd tal-Liberja u taż-żoni pprojbiti għat-tbaħħir u għas-sajd. L-awtoritajiet tal-Liberja għandhom jintrabtu wkoll li, tal-inqas xahar qabel jidħol fis-seħħ xi tibdil f'dawn il-koordinati, jikkomunikaw dan it-tibdil.


Appendiċi 6

IL-LINJI GWIDA GĦALL-ĠESTJONI U GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAS-SISTEMA ELETTRONIKA TAR-RAPPURTAR (ERS) GĦALL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD

Id-dispożizzjonijiet ġenerali

(1)

Meta jkun qed jopera fiż-żona tas-sajd tal-Liberja, kull bastiment tal-Unjoni jrid ikun mgħammar b'sistema elettronika (minn hawn 'il quddiem imsejħa “ERS”), li tkun kapaċi tirreġistra u tittrażmetti d-data relatata mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment (minn hawn 'il quddiem imsejħa “data tal-ERS”.

(2)

Bastiment tal-Unjoni li ma jkunx mgħammar b'ERS, jew li l-ERS tiegħu ma tkunx qed taħdem, mhux awtorizzat jidħol fiż-żona tas-sajd tal-Liberja biex iwettaq attivitajiet tas-sajd fiha.

(3)

Id-data tal-ERS trid tiġi trażmessa skont il-proċeduri tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment, jiġifieri l-ewwel trid tintbagħat liċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd (ĊMS) tal-Istat tal-bandiera, li se jqegħedha awtomatikament għad-dispożizzjoni taċ-ĊMS tal-Liberja.

(4)

L-Istat tal-bandiera u l-Liberja għandhom jiżguraw li ċ-ĊMS tagħhom ikunu mgħammra bit-tagħmir tal-informatika u bis-software meħtieġa biex id-data tal-ERS tiġi trażmessa b'mod awtomatiku fil-format XML, u li dawn ikollhom proċedura ta' salvagwardja li tkun kapaċi tirreġistra u taħżen id-data tal-ERS f'format li jista' jinqara minn kompjuter għal perijodu ta' mill-inqas tliet snin.

(5)

Kull bidla jew aġġornament f'dan il-format għandu jkun identifikat u ddatat, u għandu jsir operattiv sitt xhur wara li jiddaħħal.

(6)

Id-data tal-ERS trid tiġi trażmessa bil-mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni li tmexxi l-Kummissjoni Ewropea f'isem l-Unjoni, imsejħa d-DEH (id-“Data Exchange Highway”).

(7)

L-Istat tal-bandiera u l-Liberja għandhom jagħżlu korrispondent tal-ERS kull wieħed li jkun il-punt ta' kuntatt.

(a)

Dawn il-korrispondenti tal-ERS għandhom jinħatru għal perijodu minimu ta' sitt xhur.

(b)

Qabel ma l-fornitur jibda jipproduċi l-ERS, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Liberja għandhom jibagħtu lil xulxin id-dettalji ta' kuntatt tal-korrispondenti tal-ERS rispettivi tagħhom (l-ismijiet, l-indirizzi, in-numri tat-telefown, in-numri tal-fax u l-indirizzi tal-posta elettronika tagħhom).

(c)

Jekk jinbidlu d-dettalji ta' kuntatt tal-korrispondenti tal-ERS, trid issir notifika minnufih dwar dan.

Il-produzzjoni u t-trażmissjoni tad-data tal-ERS

(8)

Il-bastimenti tal-Unjoni:

(a)

għandhom jikkomunikaw id-data tal-ERS kuljum għal kull jum li jqattgħu fiż-żona tas-sajd tal-Liberja;

(b)

għal kull attività tas-sajd, għandhom jirreġistraw il-kwantitajiet ta' kull speċi maqbuda u miżmuma abbord bħala speċi fil-mira jew bħala qabda inċidentali, u dawk mormija lura l-baħar;

(c)

għal kull speċi msemmija fl-awtorizzazzjoni tas-sajd mogħtija mil-Liberja, għandhom jiddikjaraw dawk l-ispeċijiet li ma jkun inqabad xejn minnhom;

(d)

għandhom jidentifikw kull speċi bil-kodiċi alfa-3 tal-FAO tagħha;

(e)

għandhom jagħtu l-kwantitajiet f'kilogrammi ta' piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, fl-għadd ta' ħut individwali;

(f)

għal kull speċi, għandhom jirreġistraw fid-data tal-ERS il-kwantitajiet li jkunu ġew ittrażbordati u/jew li jkunu nħattu l-art;

(g)

kull darba li jidħlu fiż-żona tas-sajd tal-Liberja jew joħorġu minnha (fil-messaġġ COE jew fil-messaġġ COX rispettivament), għandhom jirreġistraw fid-data tal-ERS messaġġ speċifiku li jkun fih il-kwantitajiet miżmuma abbord, waqt id-dħul jew il-ħruġ, ta' kull speċi msemmija fl-awtorizzazzjoni tas-sajd mogħtija mil-Liberja;

(h)

għandhom jittrażmettu d-data tal-ERS kuljum liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, fil-format imsemmi fil-punt 3, sa mhux aktar tard min-23:59 UTC.

(9)

Il-kaptan huwa responsabbli għall-preċiżjoni tad-data tal-ERS irreġistrata u mibgħuta.

(10)

Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat b'mod awtomatiku u mingħajr dewmien id-data tal-ERS liċ-ĊMS tal-Liberja.

(11)

Iċ-ĊMS tal-Liberja għandu jikkonferma li tkun waslitlu d-data tal-ERS billi jibgħat messaġġ lura u għandu jittratta d-data kollha tal-ERS b'mod kunfidenzjali.

Ħsarat fl-ERS abbord il-bastiment jew fit-trażmissjoni tad-data tal-ERS bejn il-bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera

(12)

L-Istat tal-bandiera għandu jinforma mingħajr dewmien lill-kaptan jew lil sid il-bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu, jew lill-aġent tiegħu, b'kull ħsara teknika fl-ERS installata abbord il-bastiment jew b'kull waqfien fit-tranżmissjoni tad-data tal-ERS bejn il-bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera.

(13)

L-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf lil-Liberja bil-ħsarat misjuba u bil-miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu.

(14)

Jekk l-ERS abbord il-bastiment tieqaf taħdem, il-kaptan u/jew is-sid għandhom jiżguraw li l-ħsara tissewwa jew li l-ERS tinbidel fi żmien għaxart ijiem tal-kalendarju. Jekk tul dawk l-għaxart ijiem, il-bastiment jagħmel waqfa f'port, dan jista' jkompli bl-attivitajiet tas-sajd tiegħu fiż-żona tas-sajd tal-Liberja biss ladarba l-ERS tiegħu tkun qed taħdem sew, sakemm il-Liberja ma tkunx awtorizzat mod ieħor.

(15)

Bastiment tas-sajd ma jistax iħalli l-port jekk tkun instabitlu ħsara teknika fl-ERS tiegħu sakemm:

(a)

l-ERS tiegħu ma terġax tibda taħdem sew, b'mod li jissodisfa lill-Istat tal-bandiera u lil-Liberja, jew

(b)

ma jirċevix awtorizzazzjoni biex jagħmel dan mill-Istat tal-bandiera tiegħu. F'dan il-każ, l-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf lil-Liberja bid-deċiżjoni tiegħu qabel ma l-bastiment iħalli l-port.

(16)

Kull bastiment tal-Unjoni li jopera fiż-żona tas-sajd tal-Liberja u li jkollu l-ERS difettuża, għandu jibgħat kuljum u sa mhux aktar tard min-23:59 UTC, id-data kollha tal-ERS liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera b'xi mezz ieħor ta' komunikazzjoni elettronika li jkollu u li jkun aċċessibbli għaċ-ĊMS tal-Liberja.

(17)

Id-data tal-ERS li ma tkunx setgħet titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Liberja bl-ERS minħabba l-ħsara msemmija fil-punt 12, għandha tintbagħat miċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera liċ-ĊMS tal-Liberja b'mezz ieħor ta' komunikazzjoni elettronika li jkun ġie miftiehem bejniethom. Din it-trażmissjoni alternattiva għandha titqies bi prijorità għax mhux se jkun possibbli li jinżammu l-iskadenzi li s-soltu japplikaw għat-trażmissjoni.

(18)

Jekk iċ-ĊMS tal-Liberja ma jirċevix id-data tal-ERS mingħand bastiment tul tlett ijiem konsekuttivi, il-Liberja tista' toħroġ struzzjonijiet lill-bastiment biex imur minnufih f'port magħżul minnha għall-investigazzjoni.

Ħsarat min-naħa taċ-ĊMS — Id-data tal-ERS ma tasalx fiċ-ĊMS tal-Liberja

(19)

Jekk ĊMS ma jirċevix id-data tal-ERS, il-korrispondent tal-ERS tiegħu għandu jinforma minnufih lill-korrispondent tal-ERS taċ-ĊMS l-ieħor u, jekk ikun meħtieġ, jikkollabora miegħu sabiex tissolva l-problema.

(20)

Qabel it-tnedija operattiva tal-ERS, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Liberja għandhom jaqblu bejniethom dwar il-mezzi alternattivi tal-komunikazzjoni elettronika li għandhom jintużaw għat-trażmissjoni tad-data tal-ERS jekk jinqalgħu xi ħsarat min-naħa taċ-ĊMS, u għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b'kull tibdil fihom.

(21)

Meta ċ-ĊMS tal-Liberja javża li ma jkunx irċieva d-data tal-ERS, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jidentifika l-kawżi tal-problema u għandu jieħu l-miżuri x-xierqa biex isolvi l-problema. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Liberja u lill-Unjoni bir-riżultati tal-miżuri li jkunu ttieħdu fi żmien 24 siegħa minn meta tkun ġiet identifikata l-ħsara.

(22)

Jekk ikun hemm bżonn ta' aktar minn 24 siegħa biex tissolva l-problema, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jittrażmetti l-bqija tad-data tal-ERS minnufih liċ-ĊMS tal-Liberja b'xi wieħed mill-mezzi alternattivi tal-komunikazzjoni elettronika msemmija fil-punt 20.

(23)

Il-Liberja għandha tinforma lis-servizzi kompetenti ta' monitoraġġ (MCS) tagħha sabiex iċ-ĊMS tal-Liberja ma jqisx li l-bastimenti tal-Unjoni qed iwettqu xi ksur talli mhumiex jittrażmettu d-data tal-ERS minħabba ħsara min-naħa ta' xi ĊMS.

Il-manutenzjoni ta' ĊMS

(24)

Meta tiġi ppjanata manutenzjoni f'xi ĊMS (il-programm ta' manutenzjoni) li jaf taffettwa l-iskambju tad-data tal-ERS, dan iċ-ĊMS għandu jgħarraf liċ-ĊMS l-ieħor tal-inqas 72 siegħa qabel bil-manutenzjoni ppjanata u, jekk ikun possibbli, jindikalu d-data tal-manutenzjoni u kemm se ddum għaddejja. Meta jkun hemm bżonn issir manutenzjoni li ma tkunx ippjanata, l-informazzjoni dwarha għandha tintbagħat liċ-ĊMS l-ieħor mill-aktar fis possibbli.

(25)

Waqt il-manutenzjoni, id-data tal-ERS tista' tieqaf tintbagħat sakemm is-sistema terġa' tibda taħdem sew. Imbagħad malli tintemm il-manutenzjoni, id-data tal-ERS rilevanti ssir disponibbli minnufih.

(26)

Jekk il-manutenzjoni tieħu aktar minn 24 siegħa, id-data tal-ERS għandha tintbagħat liċ-ĊMS l-ieħor b'wieħed mill-mezzi alternattivi tal-komunikazzjoni elettronika msemmija fil-punt 20.

(27)

Il-Liberja għandha tinforma lis-servizzi kompetenti ta' monitoraġġ (MCS) tagħha sabiex iċ-ĊMS tal-Liberja ma jqisx li l-bastimenti tal-Unjoni qed iwettqu xi ksur talli mhumiex jittrażmettu d-data tal-ERS minħabba manutenzjoni f'xi ĊMS.


Appendiċi 7

ID-DETTALJI TA' KUNTATT TAL-AWTORITAJIET TAL-LIBERJA

1.

Il-Ministeru tal-Agrikoltura:

L-indirizz: LIBSUCO Compound, LPRC Road, off Somalia Drive, Gardnersville, il-Liberja

L-indirizz postali: P.O. Box 10-9010, 1000 Monrovia 10, il-Liberja

2.

L-awtorità għall-awtorizzazzjoni tas-sajd: L-Uffiċċju tas-Sajd Nazzjonali

L-indirizz: UN Drive, opposite LBDI, Freepoint Branch, Bushrod Island, Monrovia, il-Liberja

L-indirizz postali: c/o Ministry of Agriculture, P.O. Box 10-9010, 1000 Monrovia, il-Liberja

L-indirizzi tal-posta elettronika: bnf@liberiafisheries.net; williamyboeh@gmail.com

In-numri tat-telefown: +231-770-251-983; +231-888-198-006.

3.

Iċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd:

L-indirizz: Liberia Coast Guard Base, Bong Mines Bridge, Bushrod Island

L-indirizz tal-posta elettronika: fmc@liberiafisheries.net

In-numru tat-telefown: +231-880-431-581

4.

In-notifika tad-dħul u tal-ħruġ:

L-indirizz tal-posta elettronika: fmc@liberiafisheries.net


Appendiċi 8

IL-FORMOLA TAD-DIKJARAZZJONI TAL-QABDIET

Image

Test ta 'immaġni

REGOLAMENTI

12.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/44


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/2313

tat-30 ta' Novembru 2015

dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll ta' Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-5 ta' Ġunju 2015, l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja inizjalaw Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), kif ukoll il-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”), li jagħtu lill-bastimenti tal-Unjoni opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li tagħhom ir-Repubblika tal-Liberja għandha s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni fejn jidħol is-sajd.

(2)

Fit-30 ta' Novembru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2015/2312 (1) dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim u tal-Protokoll.

(3)

Għandu jiġi ddefinit il-metodu kif dawn l-opportunitajiet tas-sajd ser jitqassmu fost l-Istati Membri kemm għall-perijodu tal-applikazzjoni provviżorja u kemm għall-perijodu kollu tal-Protokoll.

(4)

Skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (2), il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati jekk jidher li l-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Unjoni skont il-Protokoll ma jintużawx kollha. In-nuqqas ta' risposta dwar dan qabel l-iskadenza li jiffissal-Kunsill għandu jitqies bħala konferma li l-bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat ma jkunux qed jużaw għalkollox l-opportunitajiet tagħhom tas-sajd tul il-perijodu kkunsidrat.

(5)

L-Artikolu 12 tal-Protokoll jipprevedi l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll mid-data tal-iffirmar tiegħu. Dan ir-Regolament għandu għalhekk japplika mid-data tal-iffirmar tal-Protokoll,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti fil-Protokoll ta' Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja għandhom jitqassmu bejn l-Istati Membri kif ġej:

(a)

bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni:

Spanja:

16-il bastiment

Franza:

12-il bastiment

(b)

bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ:

Spanja:

6 bastimenti

2.   Ir-Regolament (KE) Nru 1006/2008 japplika mingħajr preġudizzju għall-Ftehim.

3.   Jekk l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mingħand l-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 ma jużawx l-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti fil-Protokoll, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet tas-sajd mingħand xi Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008.

4.   L-iskadenza sa meta l-Istati Membri għandhom jikkonfermaw li mhumiex qed jużaw għalkollox l-opportunitajiet tas-sajd li ngħatawlhom skont il-Protokoll, kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008, għandha tkun ta' 10 ijiem ta' xogħol mid-data meta l-Kummissjoni titlobhom tali konferma.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mid-data tal-iffirmar tal-Protokoll.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

É. SCHNEIDER


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2312 tat-30 ta' Novembru 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93 u (KE) Nru 1627/94 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 3317/94 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33).


12.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/46


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2314

tas-7 ta' Diċembru 2015

li jawtorizza indikazzjoni dwar is-saħħa fuq l-ikel, barra minn dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 432/2012

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jipprovdi li l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel huma pprojbiti għajr meta tawtorizzahom il-Kummissjoni f'konformità ma' dan ir-Regolament u jkunu inklużi f'lista ta' indikazzjonijiet permessi.

(2)

Skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ġie adottat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012 (2) li jistabbilixxi lista ta' indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 fih previst li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet dwar l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa għandhom jiġu sottomessi mill-operaturi tan-negozji tal-ikel lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ta' Stat Membru. L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tibgħat l-applikazzjonijiet validi lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”, biex issir valutazzjoni xjentifika tagħhom, kif ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri għall-informazzjoni.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa filwaqt li tqis l-opinjoni mogħtija mill-Awtorità.

(5)

L-indikazzjonijiet dwar is-saħħa li huma bbażati fuq evidenza xjentifika li tkun għadha kemm ġiet żviluppata u/jew li jkunu jinkludu talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata għandhom jgħaddu minn awtorizzazzjoni aċċellerata, sabiex tiġi stimulata l-innovazzjoni.

(6)

Wara applikazzjoni minn BENEO-Orafti S.A., sottomessa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata, l-Awtorità kienet meħtieġa twassal opinjoni dwar is-sustanzjar xjentifiku ta' indikazzjoni dwar is-saħħa marbuta mal-inulina taċ-ċikwejra indiġena u ż-żamma tal-ipporgar normali billi żżidlu l-frekwenza (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2014-00403 (3)). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid, inter alia, dan li ġej: “Orafti®Inulin improves bowel function”.

(7)

Fid-9 ta' Jannar 2015, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika mill-Awtorità li kkonkludiet li abbażi tad-dejta ppreżentata, ġiet stabbilita relazzjoni ta' kawża u effett bejn il-konsum tal-inulina taċ-ċikwejra indiġena, taħlita mhux frazzjonata ta' monosakkaridi (< 10 %), disakkaridi, fruttani tat-tip tal-inulina u inulina estratta miċ-ċikwejra bi grad medju ta' polimerizzazzjoni ta' ≥ 9, u żamma ta' ipporgar normali billi tiżdiedlu l-frekwenza. Għaldaqstant, indikazzjoni dwar is-saħħa li tirrifletti din il-konklużjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u għandha tiddaħħal fil-lista tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet permessi, stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 432/2012.

(8)

L-Awtorità indikat fl-opinjoni tagħha li l-uniku studju li kien dikjarat riżervat (4) mill-applikant kien meħtieġa għall-istabbilment tal-kundizzjonijiet tal-użu għal din l-indikazzjoni speċifika.

(9)

L-informazzjoni ġustifikabbli kollha fornuta mill-applikant ġiet ivvalutata mill-Kummissjoni u jitqies li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 huma ssodisfati għall-istudju dikjarat bħala riżervat. Għaldaqstant, id-dejta xjentifika u informazzjoni oħra inklużi f'dak l-istudju ma jistgħux jintużaw għall-benefiċċju ta' applikant sussegwenti għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

(10)

Wieħed mill-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 huwa li jiżgura li l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa huma veri, ċari, affidabbli u siewja għall-konsumatur, u li għal dan il-għan jitqies il-mod kif jitqiegħed il-kliem u jiġu ppreżentati. Għalhekk, meta l-kliem li juża l-applikant fl-indikazzjonijiet ikollu l-istess tifsira għall-konsumaturi bħal dak ta' indikazzjoni tas-saħħa awtorizzata, għaliex juri l-istess relazzjoni li teżisti bejn kategorija tal-ikel, tip ta' ikel jew xi wieħed mill-kostitwenti tiegħu u s-saħħa, dawn l-indikazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għall-istess kundizzjonijiet tal-użu bħal dawk elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(11)

F'konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ir-Reġistru tal-indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa li fih l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa awtorizzati kollha għandu jiġi aġġornat sabiex iqis dan ir-Regolament.

(12)

Peress li l-applikant qed jitlob protezzjoni tad-dejta riżervata, huwa meqjus xieraq li jkun ristrett l-użu ta' din it-talba favur l-applikant għal perjodu ta' ħames snin. Madankollu, l-awtorizzazzjoni ta' din it-talba ristretta għall-użu ta' operatur individwali ma għandhiex twaqqaf lil applikanti oħrajn milli japplikaw għal awtorizzazzjoni biex jużaw l-istess dikjarazzjoni f'każ li l-applikazzjoni hija bbażata fuq dejta u studji minbarra dawk protetti skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

(13)

Il-kummenti mingħand l-applikant li rċeviet il-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(6) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 ġew ikkunsidrati fit-tfassil tal-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament.

(14)

Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 432/2012 għandu jiġi emendat skont dan.

(15)

L-Istati Membri kienu kkonsultati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-indikazzjoni dwar is-saħħa stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandha tiddaħħal fil-lista tal-Unjoni tal-indikazzjonijeit permessi kif previst permezz tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

2.   L-użu tal-indikazzjoni dwar is-saħħa msemmija fl-ewwel paragrafu għandu jkun ristrett għall-applikant għal perjodu ta' ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Wara l-iskadenza ta' dak il-perjodu, dik l-indikazzjoni dwar is-saħħa tista' tintuża, b'konfomità mal-kundizzjonijiet applikabbli għaliha, minn kwalunkwe operatur ta' negozju tal-ikel.

Artikolu 2

Id-dejta xjentifika u informazzjoni oħra inklużi fl-applikazzjoni, li huma dikjarati mill-applikant bħala riżervati u li mingħajr is-sottomissjoni tagħhom l-indikazzjoni dwar is-saħħa ma setgħetx tiġi awtorizzata hija ristretta għall-użu għall-benefiċċju tal-applikant għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

Artikolu 3

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 432/2012 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012 tas-16 ta' Mejju 2012 li jistabbilixxi lista ta' indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 136, 25.5.2012, p. 1).

(3)  EFSA Journal 2015;13(1):3951.

(4)  Schulz A and Schön C, 2012. Effect of consumption of inulin on bowel motor function in subjects with constipation (rapport ta' studju mhux ippubblikat).


ANNESS

Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 432/2012 tiddaħħal din l-entrata f'ordni alfabetika:

Nutrijent, sustanza, prodott tal-ikel jew kategorija tal-ikel

Indikazzjoni

Kundizzjonijiet tal-użu tal-indikazzjoni

Kundizzjonijiet u/jew restrizzjonijiet fuq l-użu ta' tip ta' ikel u/jew dikjarazzjoni jew twissija addizzjonali

Numru tal-EFSA Journal

Numru tal-entrata rilevanti fil-Lista Konsolidata sottomessa lill-EFSA għall-valutazzjoni tagħha

“Inulina taċ-ċikwejra indiġena

L-inulina taċ-ċikwejra tikkontribwixxi għall-funzjonament normali tal-imsaren billi żżid il-frekwenza tal-ipporgar (*)

L-informazzjoni għandha tingħata lill-konsumatur li l-effett benefiċjarju jinkiseb permezz ta' doża ta' kuljum ta' 12 g inulina taċ-ċikwejra.

L-indikazzjoni tista' tintuża biss għal ikel li jagħti tal-inqas doża ta' kuljum ta' 12 g inulina taċ-ċikwejra indiġena, taħlita mhux frazzjonata ta' monosakkaridi (< 10 %), disakkaridi, fruttani tat-tip tal-inulina u inulina estratta miċ-ċikwejra bi grad medju ta' polimerizzazzjoni ta' ≥ 9.

 

2015;13(1):3951

 


(*)  Awtorizzat fl-1 ta' Jannar 2016. Ristrett għall-użu ta' BENEO-Orafti S.A., Rue L. Maréchal 1, B-4360 Oreye, Belgium għal perjodu ta' ħames snin.”


12.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/50


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2315

tat-8 ta' Diċembru 2015

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, kemm b'mod parzjali kif ukoll b'mod sħiħ, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita permezz ta' dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta'dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi previst li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott li jikkonsisti minn qafas tal-plastik li jkun fih erba' (4) terminali tal-metall, dijodi u kejbils b'konnekters (l-hekk imsejħa “kaxxa ta' ġunzjoni fotovoltajka (FV)”).

Il-kaxxa ta' ġunzjoni FV hija apparat għat-trażmissjoni tal-elettriku (permezz ta' kejbil), li ma jaqbiżx 1 000  V u li jiġi ġġenerat minn pannell solari, lejn modulu ieħor FV jew invertitur FV. Il-funzjoni tad-dijodi hija biss li tipproteġi l-prodott kontra l-vultaġġ żejjed (l-hekk imsejħa “żoni kritiċi”).

Ara l-istampa (*)

8544 42 90

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-Nota 3 tat-Taqsima XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 8544 , 8544 42 u 8544 42 90 .

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8541 bħala dijodi hija eskluża peress li d-dijodi ma jibdlux b'mod sinifikanti l-karatteristiċi u l-proprjetajiet tal-prodott bħala kaxxa ta' ġunzjoni FV. Il-funzjoni prinċipali ta' dan il-prodott hija li ssir konnessjoni ma' ċirkwiti elettriċi, jew ġewwa fihom.

Minħabba li l-prodott huwa pprovdut b'kejbils, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8536 bħala apparat li jintuża biex isiru konnessjonijiet ma' jew ġewwa ċirkwiti elettriċi, hija eskluża wkoll (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-intestatura 8536 , il-grupp (III) (A)).

Il-prodott għandu għalhekk jiġi klassifikat taħt il-kodiċi NM 8544 42 90 , kundutturi elettriċi oħra mgħammrin b'konnekters.

Image

(*)  l-istampa sservi ta' informazzjoni biss.


12.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/52


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2316

tat-8 ta' Diċembru 2015

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid xi subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħrajn relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Jixraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li nħarġet dwar l-oġġetti kkonċernati f'dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi applikata mid-detentur bi qbil mal-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Klassifikazzjoni (il-kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett ta' għamla ċilindrika li jaħdem bil-batteriji magħmul minn plastiks b'għatu (l-hekk imsejħa “karus elettroniku”), ta' għoli ta' 17 cm u b'dijametru ta' 12 cm.

L-għatu jinkludi displej żgħira tal-LCD u qasma minn fejn wieħed jitfa' l-flus (pereżempju euro). Meta tiddaħħal munita manwalment fil-qasma, mekkaniżmu fl-għatu (it-tagħmir li jikkakula) jagħraf id-dijametru tal-munita, u juri l-valur tagħha.

Meta aktar muniti jintefgħu waħda waħda, il-valuri rikonoxxuti eżistenti jiżdiedu mal-ammont li jkun ġà ġie kkalkulat u s-somma totali tintwera fuq id-displej tal-LCD.

Ma jsir l-ebda tnaqqis meta l-muniti jitneħħew mill-karus.

Ara l-istampa (*).

8470 90 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1,3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċi NM 8470 , 8470 90 u 8470 90 00 .

Il-prodott huwa oġġetti komposti li jikkonsistu f'kontenitur tal-plastik u tagħmir tal-ikkalkular. Meta mqabbla mal-krajjes ordinarji, huwa it-tagħmir għall-ikkalkular li jagħti dan l-artikolu l-karattru essenzjali tiegħu. Il-klassifikazzjoni skont il-materjal kostitwenti (Kapitolu 39) hija għalhekk eskluża.

Peress li l-oġġett m'għandu jinkludi l-ebda arranġamenti manwali għad-dħul tad-dejta (il-muniti mhumiex dejta) dan mhuwiex meqjus bħala magna kalkolatriċi (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (HSEN) għall-intestatura 8470 (A) (1)). Billi t-tagħmir tal-ikkalkular jagħmilha possibbli li jiżdiedu mill-inqas żewġ ċifri, li kull wieħed minnhom jinkludi diversi numri diġitali (eż. EUR 0,02 + EUR 2,00 = EUR 2,02), dan jissodisfa r-rekwiżiti għall-klassifikazzjoni bħala tagħmir tal-ikkalkular (ara wkoll HSEN) għall-intestatura 8470 , l-ewwel paragrafu).

Għalhekk, l-oġġett kollu kemm hu għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8470 90 00 bħala magni oħrajn b'tagħmir tal-ikkalkular.

Image

(*)  L-istampa għandha tintuża biss għal skopijiet ta' informazzjoni.


12.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/55


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2317

tat-8 ta' Diċembru 2015

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta'din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi previst li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(il-kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Magna tal-ħjata tat-tip hekk imsejjaħ free arm (jiġifieri b'estensjoni tal-parti t'isfel fejn tinsab il-labra) tat-tip għad-dar, b'mutur elettriku integrat ta' qawwa ta' 70 Watts, mgħammra b'mod bażiku bi pjanċa tal-labra, bi presser foot (sieq li żżomm il-materjal f'postu waqt il-ħjata), b'ħawsing għaċ-ċombini, bil-kontrolli għat-tħaddim, b'bozza integrata, b'pedala mgħammra b'kejbil u b'diversi aċċessorji (eż ċombini, vireg ta' gwida, sett labar, labar doppji, eċċ.). Il-magna għandha piż ta' 7 kg (inkluż il-piż tal-mutur), u għandha aktar minn 24 programm għall-ħjata. Il-valur tagħha huwa ta' aktar minn EUR 65.

Il-magna tal-ħjata topera kemm b'ħajta minn fuq kif ukoll b'ħajta minn isfel. Ħajta minnhom tiddaħħal fil-labra, filwaqt li l-oħra tingħadda minn taħt permezz ta' mekkuk (teknika lock-stitch). Jistgħu jsiru diversi tipi ta' ħjata permezz ta' din il-magna tal-ħjata, iżda dawn it-tipi kollha ta' ħjata huma bbażati fuq il-prinċipju deskritt hawn fuq. Il-magna tista' biss timita t-tip ta' ħjata over-lock, u ma tippermettix li l-materjal żejjed jinqata' barra waqt l-istess operazzjoni.

8452 10 11

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 8452 , 8452 10 u 8452 10 11 .

Minħabba l-funzjoni, il-kostruzzjoni, il-karatteristiki fiżiċi u l-metodu ta' ħidma tagħha, il-magna tal-ħjata għandha titqies bħala magna tal-ħjata tat-tip lock-stitch biss tas-subintestatura 8452 10 , peress li biha tista' ssir biss ħjata bbażata fuq il-prinċipju lock-stitch (ara wkoll in-Noti ta' spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda dwar is-subintestaturi 8452 10 11 u 8452 10 19 , oġġett 1(a)).

B'hekk, il-prodott għandu jiġi klassifikat taħt il-kodiċi NM 8452 10 11 , bħala magni tal-ħjata ta' tip għad-dar, lock-stitch biss, li jiswew aktar minn EUR 65 il-waħda.


12.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/57


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2318

tat-8 ta' Diċembru 2015

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tkun żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmijin fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li tkun kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha, jew li żżid xi sottodiviżjoni oħra magħha u li tkun stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni bi skop li jiġu applikati xi tariffi jew miżuri oħra marbutin mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati skont il-kodiċi tan-NM indikata fil-kolonna (2), għar-raġunijiet li jidhru fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Jixraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li nħarġet dwar l-oġġetti kkonċernati f'dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi applikata mid-detentur bi qbil mal-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun iffissat għal tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbiliti fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi applikata bi qbil mal-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Artikolu (l-hekk imsejħa “arm sleeve għas-smartphone”) magħmul fil-biċċa l-kbira mid-drapp. Dan jikkonsisti f'pocket għall-mowbajl b'ċinga tal-lakstu biex torbot il-mowbajl man-naħa ta' fuq tad-driegħ.

Fin-naħa ta' wara ta' dan il-pocket ikun hemm xaqq minn fejn jiddaħħal il-mowbajl. Fin-naħa ta' quddiem ikun hemm rettangolu trasparenti tal-plastik. Ir-rettangolu trasparenti huwa mdawwar b'rita ta' plastik ċellulari li tgħatti wkoll il-quddiem tat-tarf qasir taċ-ċinga tal-lakstu. In-naħa ta' wara ta' dan l-oġġett u l-parti l-fissa taċ-ċinga huma magħmulin minn drapp li fih il-gomma (is-saffi ta' barra tad-drapp jagħlqu bejniethom saff gomma ċellulari). Ma' din iċ-ċinga tkun imwaħħla strixxa tipo Velcro li tiddaħħal minn żewġ toqob fit-tarf il-qasir, u b'hekk tista' tiġi aġġustata għad-daqs tan-naħa ta' fuq tad-driegħ.

(Ara l-istampi A u B) (*)

4202 92 98

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 1(1) tat-Taqsima XI, in-Nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 42 u l-kliem tal-kodiċi NM 4202 , 4202 92 u 4202 92 98 .

L-oġġett huwa maħsub biex jinżamm ġo fih oġġett speċifiku (mowbajl, smartphone). Għaldaqstant għandu l-istess karatteristiċi ġenerali ta' kontenitur bħal tal-kontenituri li hemm speċifikati fil-kliem tal-intestatura 4202 (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 4202 ).

B'hekk hija eskluża l-klassifikazzjoni bħala oġġetti tad-drapp immanifatturati tal-intestatura 6307 .

Għalhekk, dan l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 4202 92 98 taħt kontenituri bil-wiċċ ta' barra magħmul mid-drappijiet.


Image

Image

Stampa A

Stampa B


(*)  L-istampi huma biss għal finijiet ta' informazzjoni.


12.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/60


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2319

tat-8 ta' Diċembru 2015

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqu, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta'din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda bil-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett (imsejjaħ “adapter” jew “rettifikatur”) iddisinjat biex jikkonverti l-kurrent AC (100 — 220 V) fil-kurrent DC (12 V, 3,7 A); f'qafas tal-plastik b'qisien ta' madwar 14 × 6 × 5 cm.

Dan l-oġġett jista' jitqabbad b'kejbil ma' konnekter mas-sokit AC kif ukoll b'kejbil ieħor ma' konnekter speċifiku għal konsol tal-logħob speċifiku tal-intestatura 9504 .

8504 40 82

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1, 3(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi NM 8504 , 8504 40 u 8504 40 82 .

Billi l-intestatura 8504 tkopri l-konverters statiċi (eż. rettifikaturi), din l-intestatura tipprovdi l-iktar deskrizzjoni speċifika. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9504 bħala aċċessorju għal konsol tal-logħob bil-vidjo hija eskluża.

Għalhekk l-oġġett għandu jiġi kklassifikat skont il-kodiċi tan-NM bin-numru 8504 40 82 bħala rettifikaturi.


12.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/62


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2320

tat-8 ta' Diċembru 2015

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid xi subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħrajn relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), għar-raġunijiet stipulati fil-kolonna (3) tal-istess tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Klassifikazzjoni

(il-kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett li huwa magħmul minn fi drapp trasparenti jleqq minsuġ (100 % poliester), b'tiżjin irrakkmat bil-magna, ippreżentat fuq rombli twal 300 ċm.

Wieħed miż-żewġ trufijiet twal ta' dan l-oġġett huwa mirqum b'punt tal-ħjata li jingħaqad minn żewġ partijiet u jkollu burdura li fiha tiddaħħal korda taċ-ċomb miksija bid-drapp. It-tarf l-ieħor għandu ċmusa minsuġa b'mod issikkat li tevita li d-drapp jiżżarrad u l-ħjut tal-medd joħorġu 'l barra mid-drapp qishom frenża.

It-tul tad-drapp li jinqata' mir-romblu jikkorrispondi mal-wisa' ta' purtiera li jaf tinħiet fil-futur. Dan id-drapp jinħadem f'purtiera sempliċement billi jinqata' mit-tarf taċ-ċmusa minsuġa b'mod issikkat skont it-tul meħtieġ tal-purtiera u billi ssir il-keffa ta' din n-naħa u taż-żewġ naħat li jkunu nqatgħu mir-romblu. It-tarf mirqum b'punt tal-ħjata li jingħaqad minn żewġ partijiet jikkostitwixxi l-parti ta' isfel tal-purtiera u jibqa' kif kien fuq ir-romblu.

(Ara l-istampi) (*)

6303 92 90

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1, 2(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-nota 7(d) tat-Taqsima XI u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM 6303 , 6303 92 u 6303 92 90 .

L-oġġett għandu l-karatteristiċi essenzjali ta' purtiera lesta bħal tal-intestatura 6303 , għaliex b'mod ċar hija adattata biex tinħadem f'purtiera bi ftit irtokki żgħar. Ladarba d-drapp ikun inqata' mir-romblu, jeħtieġ biss li sempliċement jinqata' t-tul meħtieġ tal-purtiera u ssir il-keffa (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għat-tieni paragrafu tal-intestatura 6303 ).

L-oġġett mhux komplut jitqies li huwa maħdum mit-tessuti, minħabba li tarf minnhom diġà għandu l-keffa (it-tarf mirqum b'punt tal-ħjata li jingħaqad minn żewġ partijiet).

Għalhekk, l-oġġett irid jiġi kklassifikat skont il-kodiċi tan-NM 6303 92 90 bħala purtieri magħmula minn fibri sintetiċi.


Image

Image

Image

1

2

3


(*)  L-istampi huma biss għal finijiet ta' informazzjoni.


12.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/65


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2321

tat-8 ta' Diċembru 2015

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, kemm b'mod parzjali kif ukoll b'mod sħiħ, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni addizzjonali u li hija stabbilita permezz ta' dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta'dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi previst li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Kasett bir-roti bl-isprokits ta' metall komuni (hekk imsejjaħ “kasett tal-buttun ħieles”) mingħajr mekkaniżmu ta' rota ħielsa. Il-kasett tal-buttun ħieles jikkonsisti f'seba' roti bl-isprokits imwaħħlin flimkien, żewġ roti bl-isprokits separati għalihom u woxer. L-iżgħar rota bl-isprokits għandha 11-il sinna u l-akbar waħda 32 sinna.

Il-kasett tal-buttun ħieles huwa ddisinjat biex jitqiegħed fuq il-mekkaniżmu ta' rota ħielsa (integrat fl-istruttura tal-buttun). Minn hemm 'il quddiem, ix-xaft tat-trażmissjoni tar-rota ta' wara jista' jinqala' minn mal-istruttura tal-buttun (rota ħielsa). Dan jippermetti liċ-ċiklisti jżommu l-pedali fissi, jew li jaqdfu b'lura filwaqt li r-rota tkun qed timxi 'l quddiem.

Il-mekkaniżmu ta' rota ħielsa mhux disponibbli.

Ara l-istampa (*)

8714 93 00

Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u skont il-kliem tal-kodiċijiet NM 8714 u 8714 93 00 .

Peress li l-prodott jista' jiġi mmontat biss fuq mekkaniżmu ta' rota ħielsa integrat fil-buttun biex tinkiseb il-funzjoni tiegħu ta' rota ħielsa, huwa kkunsidrat bħala rota bis-snien free-wheel.

Għalhekk il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8714 93 00 bħala roti bis-snien free-wheel.

Image

(*)  L-istampa sservi biss bħala informazzjoni.


12.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/67


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2322

tal-10 ta' Diċembru 2015

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 (2) stabbilixxa l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni, kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, xi Stati Membri u l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“EASA”) għaddew informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-aġġornament ta' dik il-lista. L-informazzjoni rilevanti ġiet ikkomunikata wkoll minn ċerti pajjiżi terzi. Abbażi ta' dik l-informazzjoni, il-lista Komunitarja għandha tiġi aġġornata.

(3)

Il-Kummissjoni informat lill-kumpaniji tal-ajru kollha kkonċernati, direttament jew permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jsawru l-bażi ta' deċiżjoni li timponi fuqhom projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni jew li timmodifika l-kundizzjonijiet ta' projbizzjoni tal-operat imposta fuq kumpanija tal-ajru li hija inkluża fil-lista Komunitarja.

(4)

Il-Kummissjoni tat l-opportunità lill-kumpaniji tal-ajru kkonċernati biex jikkonsultaw id-dokumenti fornuti mill-Istati Membri, biex jissottomettu kummenti bil-miktub u biex jagħmlu preżentazzjoni orali lill-Kummissjoni u lill-Kumitat stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/1991 (3) (il-“Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru”).

(5)

Il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru rċieva aġġornamenti mingħand il-Kummissjoni dwar il-konsultazzjonijiet konġunti li għaddejjin, fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u r-Regolament (KE) Nru 473/2006 (4), mal-awtoritajiet kompetenti u mal-kumpaniji tal-ajru tal-Botswana, tar-Repubblika tal-Guinea, tal-Indja, tal-Indoneżja, tal-Iran, tal-Iraq, tal-Każakistan, tal-Libanu, tal-Madagascar, tal-Mozambique, tan-Nepal, tal-Filippini, tas-Sudan, tat-Tajwan, tat-Tajlandja, u taż-Żambja. Il-Kummissjoni tat ukoll informazzjoni lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar is-sitwazzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni fil-Georgia, fil-Libja, f'São Tomé u Príncipe, fit-Taġikistan u fil-Jemen u dwar konsultazzjonijiet tekniċi mal-Federazzjoni Russa.

(6)

L-EASA ppreżentat ir-riżultati tal-analiżi tar-rapporti ta' awditjar li twettqu mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”) fil-qafas tal-Programm Universali ta' Awditjar tas-Sorveljanza tas-Sikurezza (“USOAP”), lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Arju. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri ġew mistiedna jagħtu prijorità lill-ispezzjonijiet fir-rampa fuq kumpaniji tal-ajru bil-liċenzja minn stati li fir-rigward tagħhom l-ICAO kienet identifikat Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza (“SSCs”) jew li fir-rigward tagħhom l-EASA kkonkludiet li hemm nuqqasijiet sinifikanti fis-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza. Minbarra l-konsultazzjonijiet li għamlet il-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa se tippermetti l-akkwist ta' aktar informazzjoni fir-rigward tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru li ngħataw il-liċenzja f'dawk l-istati.

(7)

L-EASA infurmat ukoll lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar ir-riżultati tal-analiżi tal-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu skont il-programm tal-Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Inġenji tal-Ajru Barranin (“SAFA”) f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (5).

(8)

Barra minn hekk, l-EASA informat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-proġetti ta' assistenza teknika li twettqu fi stati milquta minn miżuri jew minn monitoraġġ skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005. L-Aġenzija forniet informazzjoni dwar il-pjanijiet u t-talbiet għal aktar assistenza teknika u kooperazzjoni għat-titjib tal-kapaċità amministrattiva u teknika tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili, bil-ħsieb li dan jgħin biex jiġu solvuti n-nuqqasijiet ta' konformità mal-istandards applikabbli tal-avjazzjoni ċivili internazzjonali. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri ġew mistiedna jirrispondu għal talbiet bħal dawn fuq bażi bilaterali, f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni u mal-EASA. Dwar dan, il-Kummissjoni enfasizzat is-siwi li tingħata informazzjoni lill-komunità tal-avjazzjoni internazzjonali, b'mod partikolari permezz tal-bażi tad-dejta Safety Collaborative Assistance Network (“SCAN”) tal-ICAO, dwar l-assistenza teknika li jagħtu l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha biex titjieb is-sikurezza tal-avjazzjoni madwar id-dinja.

(9)

Il-Eurocontrol aġġorna lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-qagħda tal-funzjoni ta' twissija tas-SAFA u dwar l-istatistika attwali għall-messaġġi ta' twissija għal kumpaniji tal-ajru projbiti.

Kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni

(10)

Wara l-analiżi mill-EASA tal-informazzjoni li tirriżulta minn spezzjonijiet fir-rampa li twettqu fuq inġenji tal-ajru ta' kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni jew minn spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni li twettqu mill-EASA, kif ukoll minn spezzjonijiet u awditjar speċifiċi li twettqu mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, diversi Stati Membri ħadu ċerti miżuri ta' infurzar u informaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar dawk il-miżuri. Malta għarrfet lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar ċerti azzjonijiet li kienet ħadet fir-rigward ta' għadd ta' kumpaniji tal-ajru Maltin u l-Estonja rrappurtat dwar is-sitwazzjoni tal-kumpanija tal-ajru AS Avies. Qabel il-laqgħa tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru, il-Greċja tat tagħrif dwar ċerti azzjonijiet li kienet ħadet fir-rigward ta' għadd ta' kumpaniji tal-ajru Griegi.

(11)

Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti tas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità mill-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni mal-istandards xierqa tas-sikurezza, l-Istati Membri tennew li se jaġixxu fil-pront kif ikun meħtieġ.

Kumpaniji tal-ajru mill-Botswana

(12)

L-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Botswana (“CAAB”) tat tagħrif dwar il-progress tas-soluzzjoni tal-SSCs u sejbiet oħra tal-ICAO f'ittra tas-27 ta' Awwissu 2015. Il-CAAB uriet li għamlet iktar progress fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Il-CAAB hija impenjata mal-Uffiċċju Reġjonali tal-ICAO biex tirċievi iktar assistenza fir-riżoluzzjoni tal-SSCs u ta' sejbiet oħrajn. Il-CAAB stiednet l-ICAO twettaq Missjoni Koordinata ta' Validazzjoni (“ICVM”) tal-ICAO qabel it-tmiem tal-2015 sabiex tivverifika r-riżoluzzjoni tal-SSCs.

(13)

L-implimentazzjoni mtejba tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza u l-informazzjoni disponibbli dwar is-sikurezza ma jappoġġawx deċiżjoni li timponi projbizzjoni jew restrizzjonijiet operattivi fuq kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Botswana. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li s-sitwazzjoni għandu jkompli jsirilha monitoraġġ mill-qrib.

(14)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni billi jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru mill-Botswana.

Kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika tal-Guinea

(15)

Kif ġie miftiehem fil-laqgħa teknika mal-Kummissjoni li saret fi Brussell f'Jannar 2013, l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Guinea, id-Direction nationale de l'aviation civile (“DNAC”), taw tagħrif b'mod regolari lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni li għaddejja tal-Pjan ta' Azzjoni Korrettiv, li ġie approvat mill-ICAO f'Diċembru 2012, kif ukoll dwar l-inizjattivi kollha marbuta miegħu.

(16)

L-aħħar rapport ta' progress sottomess mid-DNAC wasal għand il-Kummissjoni fl-10 ta' Awwissu 2015. Dan jistabbilixxi l-aktar attivitajiet u żviluppi riċenti dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Korrettiv, li bħalissa jikkonċentra dwar l-istatus tal-proċess ta' ċertifikazzjoni tal-kumpanija tal-ajru u r-reġistrazzjoni tal-inġenji tal-ajru. Fl-aħħar ta' Marzu 2013 ġie sospiż kull Ċertifikat tal-Operaturi tal-Ajru (“AOC”) li kien jeżisti qabel. Iċ-ċertifikazzjoni sħiħa konformi tal-ICAO (fuq 5 fażijiet) tal-kumpaniji tal-ajru Eagle Air u PROBIZ Guinée ġew konklużi u dawk il-kumpaniji tal-ajru kisbu l-AOCs rispettivi tagħhom fl-10 ta' April 2015 (AOC nru 1/DNAC/2015) u tal-4 ta' Awwissu 2015 (AOC nru 2/DNAC/2015). Erba' kumpaniji tal-ajru oħrajn, jiġifieri Konair, Sahel Aviation Guinée, Fly Nimba Airlines u Ijet Aviation, ukoll bdew il-proċess ta' ċertifikazzjoni.

(17)

Ir-reġistrazzjoni tal-inġenji tal-ajru mexa 'l quddiem u d-DNAC irrapportat li ħames inġenji tal-ajru ġodda ġew miżjuda mar-reġistru tal-inġenji tal-ajru.

(18)

L-implimentazzjoni gradwali tal-Pjan ta' Azzjoni Korrettiva, b'konformità ma' dak li kienet approvat l-ICAO f'Diċembru 2012, kif ukoll l-informazzjoni disponibbli dwar is-sikurezza ma jiġġustifikawx, fil-preżent, deċiżjoni li timponi projbizzjoni jew restrizzjonijiet operattivi fuq kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fir-Repubblika tal-Guinea. Madankollu, is-sitwazzjoni għandha tibqa' tkun sorveljata mill-qrib.

(19)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni billi jiġu inklużi kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika tal-Guinea.

(20)

Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti tas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun sfurzata tieħu azzjoni f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Kumpaniji tal-ajru mill-Indja

(21)

Fl-20 ta' Ottubru 2015 saru konsultazzjonijiet tekniċi bejn il-Kummissjoni, l-EASA, l-Istati Membri u rappreżentanti mid-Direttorat Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Indja (“id-DGCA Indjan”) u l-kumpanija tal-ajru Air India. Id-DGCA Indjan forna dettalji fir-rigward tal-miżuri ta' sostenibbiltà li għaddejin li implimenta fir-rigward tal-kapaċità tas-sorveljanza tas-sikurezza tiegħu. Il-konsultazzjonijiet tekniċi intużaw ukoll bħala opportunità biex tkun diskussa mad-DGCA Indjan l-interazzjoni tal-kumpaniji tal-ajru Indjani mal-programm SAFA.

(22)

Dawn il-konsultazzjonijiet għamluha ċara li, anki jekk ċerti miżuri kienu implimentati mid-DGCA Indjan biex jiżgura s-sostenibbiltà tat-titjib fis-sikurezza tal-avjazzjoni li ttieħdu s'issa, ġiet identifikata l-ħtieġa għal aktar azzjoni f'diversi oqsma. Min-naħa l-oħra, id-DGCA Indjan qed juża l-bażi tad-dejta tas-SAFA biex jissorvleja l-prestazzjoni tal-kumpaniji tal-ajru Indjani bħala parti mill-programm SAFA. Fost l-oħrajn, dan huwa evidenti mill-fatt li d-DGCA Indjan irrapporta li f'Ġunju 2015 kien iltaqa' ma' Air India biex jiddiskuti l-proċessi mwettqin f'Air India b'rabta ma' kif Air India ġġesti l-prestazzjoni tagħha bħala parti mill-programm SAFA.

(23)

Air India tat ħarsa ġenerali tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza tagħha, sommarju tal-informazzjoni statistika tas-SAFA skont il-flotta, eżempji tal-istrateġija ta' komunikazzjoni tal-programm ta' ġestjoni tas-sikurezza tagħha u dettalji tal-proċess tas-SAFA li nediet għat-titjib kontinwu.

(24)

F'ittra tad-29 ta' Ottubru 2015, b'segwitu għall-konsultazzjonijiet tekniċi, il-Kummissjoni tenniet mad-DGCA Indjan għadd ta' messaġġi, fosthom li l-prestazzjoni SAFA ta' kumpaniji tal-ajru Indjani għandha tkun sorveljata aktar bir-reqqa. Il-Kummissjoni indikat ukoll lil Air India li l-progress fir-rigward tal-ġestjoni tal-proċess SAFA għandu jintwera permezz tal-prestazzjoni tagħha bħala parti mill-programm SAFA. Kemm id-DGCA Indjan kif ukoll Air India ġew mgħarrfa bir-responsabbiltà li l-EASA għandha skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 (6) (il-Parti TCO) li twettaq valutazzjonijiet tas-sikurezza ta' operaturi ta' pajjiżi terzi u li l-prestazzjoni bħala parti minn programm SAFA hija wieħed mill-elementi ewlenin li l-EASA tqis meta twettaq il-valutazzjoni.

(25)

Il-Kummissjoni ħadet nota tal-informazzjoni pprovduta mid-DGCA Indjan u minn Air India. Ġie vvalutat li, din id-darba, ma hemm bżonn ta' ebda projbizzjoni jew restrizzjonijiet fuq l-operat fuq il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Indja, iżda li aktar laqgħat tekniċi għadhom meħtieġa biex ikun żgurat li kwistjonijiet relatati mas-sigurtà jkunu jistgħu jiġu diskussi fuq bażi kontinwa.

(26)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni billi jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru mill-Indja.

(27)

Il-Kummissjoni beħsiebha tissokta bil-konsultazzjonijiet uffiċjali tagħha mad-DGCA Indjan, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006.

(28)

L-Istati Membri jridu jibqgħu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru Indjani skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Kumpaniji tal-ajru mill-Indoneżja

(29)

Il-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti tal-Indoneżja, id-Direttorat Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili Indoneżjan (“id-DGCA Indoneżjan”), se jissoktaw bil-għan li jissorvlejaw il-progress tad-DGCA Indoneżjan biex ikun żgurat li s-sorveljanza tas-sikurezza ta' kull kumpanija tal-ajru ċċertifikata fl-Indoneżja tinġieb f'konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Wara l-verifika tal-ICAO ta' Mejju tal-2014, id-DGCA Indoneżjan iffinalizza l-Pjan ta' Azzjoni Korrettiva u qiegħed fil-proċess li jlesti l-azzjonijiet korrettivi stabbiliti fil-Pjan. Fuq talba tad-DGCA Indoneżjan, kien hemm laqgħa teknika fid-29 ta' Ottubru bejn il-Kummissjoni, l-EASA, ċerti Stati Membri u d-DGCA Indoneżjan, kif ukoll il-kumpaniji tal-ajru Citilink, Lion Air u Batik Air. F'din il-laqgħa ħareġ biċ-ċar li l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa sabiex jiġu rettifikati s-sejbiet minn awditi preċedenti qed jitħejjew, iżda dawk l-azzjonijiet għadhom biss fi stadji differenti ta' implimentazzjoni. Id-dgħufija ewlenija li ġiet identifikata hija t-twettiq ta' spezzjonijiet fuq il-kumpaniji tal-ajru u l-inġenji tal-ajru. Il-proċeduri biex jitwettaq dan ix-xogħol huma fis-seħħ, iżda dawn mhux dejjem jiġu segwiti fil-prattika. L-għadd ta' sejbiet waqt l-ispezzjonijiet għadu baxx u r-rappurtar ta' sejbiet lill-kumpaniji li jkunu spezzjonati mhux dejjem isir b'konformità mal-proċeduri applikabbli. Proċeduri xierqa għas-segwitu tas-sejbiet huma nieqsa u s-segwitu ta' sejbiet attwali għadha dgħajfa u l-iskadenzi ma jiġux rispettati, u lanqas ma jiġu infurzati dejjem. Id-DGCA Indoneżjan irid jindirizza madwar 59 AOCs u għadd minn dawn il-kumpaniji tal-ajru qed jikbru b'ritmu mgħaġġel. Huwa essenzjali li d-DGCA Indoneżjan ilaħħaq ma' dawn l-iżviluppi.

(30)

Il-kumpanija tal-ajru Citilink forniet preżentazzjoni dwar l-iżvilupp tal-kumpanija u dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fil-kumpanija. It-tkabbir tal-kumpanija jissokta b'madwar tmien inġenji tal-ajru fis-sena filwaqt li s-sistemi u l-proċeduri jidher li qed jistabbilizzaw gradwalment. L-analiżi tad-dejta dwar it-titjiriet tjiebet u l-kumpanija hija konxja mir-riskji operazzjonali. Is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza ġiet stabbilita iżda jeħtieġ li tiżviluppa aktar, inkluż f'dak li għandu x'jaqsam mar-rata baxxa ta' rapporti ta' inċidenti u okkorrenzi.

(31)

Lion Air u Batik Air ippreżentaw flimkien, hekk kif it-tnejn li huma jagħmlu parti mil-Lion Air Group. It-tkabbir ta' dawn iż-żewġ kumpaniji tal-ajru għadu konsiderevoli, it-tnejn li huma mistennija jirċievu madwar 10 inġenji tal-ajru ġodda fl-2016 u numri komparabbli ta' inġenji tal-ajru fis-snin li ġejjin. L-isfidi ewlenin għal dawk il-kumpaniji tal-ajru huma r-reklutaġġ u t-taħriġ ta' biżżejjed persunal fl-oqsma kollha. Iż-żewġ kumpaniji tal-ajru ppreżentaw pjanijiet għat-taħriġ tal-ekwipaġġ tat-titjira u għar-reklutaġġ u t-taħriġ ta' persunal ieħor. Ir-rekwiżiti ta' kwalifiki minimi għal bdoti li jkun għadhom kif ġew reklutati u r-rekwiżiti biex jiġu promossi għall-kariga ta' kaptan mal-Lion Air huma komparattivament baxxi, meta mqabbla mal-ambjent operattiv li ħafna drabi joffri sfida. B'konsegwenza ta' dan, u minħabba tkabbir mgħaġġel tal-kumpanija tal-ajru, hemm għadd kbir ta' bdoti li huma relattivament bla esperjenza mal-Lion Air. Dan jista' jkun relatat mal-għadd kbir ta' approċċi mhux stabbilizzati u riskju għoli ta' inċidenti fl-illandjar (inżul f'daqqa, ħruġ mir-runway). Eżempju ta' dan huwa l-ħruġ mir-runway tal-kumpanija tal-ajru Batik Air li seħħ fis-6 ta' Novembru 2015. Fir-rigward ta' dan l-inċident speċifiku, id-DGCA Indoneżjan u l-kumpanija tal-ajru Batik Air ħadu azzjoni immedjata biex jinvestigaw kif jixraq l-inċident u biex jieħdu miżuri ta' mitigazzjoni. Barra minn hekk, is-sistema ta' monitoraġġ tad-dejta dwar it-titjiriet tjiebet u qiegħda twassal għal riżultati sinifikanti u titjib fis-sikurezza. Is-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza jidher li hija żviluppata sew u, reċentament, ir-rapportar tal-inċidenti u tal-okkorrenzi beda jitjieb ukoll, minkejja li hemm bżonn li l-implimentazzjoni effettiva u l-identifikazzjoni tal-perikli jimmaturaw iktar. Mil-laqgħa ħareġ ċar li t-theddid għall-Lion Air u għall-Batik Air huma t-tkabbir mgħaġġel u n-nuqqas ta' esperjenza relattiv tal-ekwipaġġ tat-titjiriet.

(32)

Id-DGCA Indoneżjan ġie mistieden għal seduta ta' smigħ quddiem il-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru fil-25 ta' Novembru 2015. Id-DGCA Indoneżjan tenna l-punti li kienu ppreżentati matul il-laqgħa teknika tad-29 ta' Ottubru 2015. Dawn jinkludu l-programm ta' sorveljanza kontinwa u s-sistema ta' ġestjoni tas-sejbiet. Intwerew ir-riżultati tal-attivitajiet ta' sorveljanza dwar l-erba' kumpaniji tal-ajru Indoneżjani li bħalissa huma eżentati mill-projbizzjoni ġenerali fuq il-kumpaniji tal-ajru Indoneżjani, kif ukoll dwar it-tliet kumpaniji tal-ajru preżenti waqt is-smigħ. Id-DGCA Indoneżjan ta preżentazzjoni wkoll dwar l-iżvilupp tas-sistema ta' ġestjoni tar-riskji għas-sikurezza. Id-DGCA Indoneżjan stieden lill-Kummissjoni għal żjara ta' verifika fuq il-post. Tali missjoni toħloq l-opportunità biex ikun eżaminat il-progress u biex ikun determinat il-livell tal-implimentazzjoni attwali tal-istandards tas-sikurezza internazzjonali fl-awtorità u l-kumpaniji tal-ajru.

(33)

Il-kumpaniji tal-ajru Citilink, Lion Air u Batik Air għamlu preżentazzjonijiet dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni min-naħa tagħhom tal-ġestjoni tas-sikurezza, fil-biċċa l-kbira f'konformità mal-preżentazzjoni tagħhom waqt il-laqgħa teknika tad-29 ta' Ottubru.

(34)

F'ittra tat-22 ta' Ottubru 2015, id-DGCA Indoneżjan informa lill-Kummissjoni li żewġ kumpaniji tal-ajru ġodda kienu ġew iċċertifikati mill-aħħar aġġornament, jiġifieri l-AOC Nru 135-054 kien inħareġ għall-Alda Trans Papua u l-AOC Nru 135-059 kien inħareġ għall-Weststar Aviation Indonesia. Madankollu, id-DGCA Indoneżjan ma forniex evidenza li s-sorveljanza tas-sikurezza ta' dawk il-kumpaniji tal-ajru hija żgurata f'konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. F'dik l-istess ittra, id-DGCA Indoneżjan informa lill-Kummissjoni li l-AOC tal-kumpaniji tal-ajru Pacific Royale Airways (AOC 121-045), Air Maleo (AOC 121-041, għall-operazzjonijiet domestiċi ta' merkanzija biss), Manunggal Air Service (AOC 121-020), Nusantara Buana Air (AOC 135-041), Survai Udara Penas (Persero, AOC 135-006) uAsconusa Air Transport (AOC 135-022) kienu ġew irrevokati.

(35)

Għalkemm jista' jiġi nnutat progress minn mindu saret il-verifika tal-ICAO f'Mejju 2014 u anke mil-laqgħa teknika f'Ottubru, il-verifika tat-titjib hija prerekwiżit biex tinkiseb il-kunfidenza fis-sigurtà meħtieġa biex ikun ikkunsidrat iktar illaxkar tal-projbizzjoni operattiva fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru Indoneżjani. Għaldaqstant, fl-2016 għandha tiġi organizzata żjara ta' valutazzjoni fuq il-post tal-UE sabiex tiġbor l-informazzjoni meħtieġa. Bħalissa, madankollu, ma hemmx biżżejjed evidenza biex tappoġġa deċiżjoni fir-rigward ta' aktar tnaqqis tal-projbizzjoni operattiva għall-kumpaniji tal-ajru mill-Indoneżja, inkluż fir-rigward ta' Citilink, Lion Air u Batik Air.

(36)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni għandha tiġi emendata biex tinkludi l-Alda Trans Papua u l-Weststar Aviation fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. Il-Pacific Royale Airways, il-Manunggal Air Service, in-Nusantara Buana Air, il-Survai Udara Penas u l-Asconusa Air Transport għandhom jitneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

Kumpaniji tal-ajru mill-Iran

(37)

Il-kumpanija tal-ajru Iran Air, iċċertifikata milll-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (“CAOIRI”), kienet inkluża fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 fit-30 ta' Marzu 2010. Wara żjara ta' valutazzjoni fuq il-post, ir-restrizzjonijiet operattivi għall-flotta tal-Iran Air ġew speċifikati aktar fil-5 ta' Lulju 2010.

(38)

L-Iran Air forniet informazzjoni dwar il-flotta preżenti tagħha lill-Kummissjoni, appoġġata minn dokumentazzjoni rilevanti. Din talbet li teskludi l-inġenji tal-ajru kollha tat-tip A320 mir-restrizzjonijiet operattivi, biex l-Iran Air tkun tista' topera wkoll l-inġenju tal-ajru ġdida tagħha A320 fl-Unjoni. Skont l-informazzjoni mogħtija minn Iran Air, l-età medja tal-flotta A320 tal-Iran Air hija inqas mill-età medja tal-inġenji tal-ajru li huma permessi li joperaw fl-Unjoni. L-Iran Air issostni wkoll li l-inġenji tal-ajru jistgħu jitħaddmu b'mod affidabbli. Madankollu, peress li ma kienx possibbli li tkun verifikata l-evidenza mogħtija, abbażi tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni ma kienx possibbli li jiżdiedu inġenji tal-ajru ġodda mal-lista ta' inġenji tal-ajru li Iran Air tista' topera fl-Unjoni.

(39)

Skont l-AOC tal-Air Iran, l-għadd ta' inġenji tal-ajru tat-tipi li għandhom permess joperaw fl-Unjoni, naqas. Il-lista ta' inġenji tal-ajru eżentati inklużi fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 għandu jiġi emendat skont dan.

(40)

Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, huwa vvalutat li l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni operattiva fl-Unjoni għandha tiġi emendata biex tirrifletti l-flotta attwali ta' inġenji tal-ajru ta' Air Iran fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

Kumpaniji tal-ajru mill-Iraq

(41)

L-EASA kitbet lill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili Iraqina (“ICAA”) f'erba' darbiet differenti mit-13 ta' Ġunju 2014 sas-16 ta' Marzu 2015, fir-rigward ta' tħassib dwar is-sikurezza b'rabta mal-prestazzjoni tal-Iraqi Airways bħala parti mill-programm SAFA. Fir-rigward ta' dak it-tħassib, id-dejta ta' SAFA tirrifletti l-evidenza ta' nuqqas ta' biżżejjed analiżi tal-kawża ewlenija mill-Iraqi Airways.

(42)

Iraqi Airways applikat mal-EASA għal awtorizzazzjoni ta' Operatur ta' Pajjiż Terz (“TCO”) fl-20 ta' Awwissu 2014. L-EASA vvalutat l-applikazzjoni għal TCO tal-Iraqi Airways f'konformità mar-rekwiżiti tal-Parti TCO.

(43)

L-EASA, waqt il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-awtorizzazzjoni TCO tal-Iraqi Airways, uriet tħassib fundamentali fir-rigward tan-nuqqas ta' kapaċità tal-Iraqi Airways li twieġeb dwar tħassib fis-sikurezza li tqajjem u li tissottometti dokumentazzjoni b'rabta mas-sikurezza fil-waqt. Għaldaqstant, l-EASA kkonkludiet li aktar valutazzjoni mhix se twassal għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni għall-Iraqi Airways u li b'hekk din ma tissodisfax ir-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 452/2014. Konsegwentement, fis-16 ta' Lulju 2015, l-EASA ċaħdet, għar-raġunijiet ċari ta' sikurezza kif deskritt hawn fuq, l-applikazzjoni TCO tal-Iraqi Airways.

(44)

Fit-28 ta' Settembru 2015, il-Kummissjoni kitbet lill-ICAA. L-ittra kienet tirrappreżenta l-ftuħ tal-konsultazzjonijiet uffiċjali mal-awtoritajiet li jieħdu ħsieb is-sorveljanza regolatorja tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Iraq, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006. F'din l-ittra, il-Kummissjoni spjegat li l-bażi għall-ftuħ ta' dawn il-konsultazzjonijiet uffiċjali dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza ta' Iraqi Airways bħala parti mill-programm SAFA kif ukoll id-deċiżjoni negattiva meħuda mill-EASA fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Iraqi Airways għal awtorizzazzjoni TCO.

(45)

Fis-27 ta' Ottubru 2015 il-Kummissjoni kitbet lill-ICAA u lill-Iraqi Airways biex tinforma liż-żewġ partijiet li l-każ tal-Iraqi Airways kien twiegħed fuq l-aġenda tal-laqgħa tal-24 sas-26 ta' Novembru 2015 tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru u li kemm l-ICAA kif ukoll l-Iraqi Airways jingħataw l-opportunità li jinstemgħu quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

(46)

Fit-3 ta' Novembru 2015, seħħet konferenza telefonika vidjo bejn il-Kummissjoni, l-EASA, l-Istati Membri u r-rappreżentanti kemm mill-ICAA u mill-Iraqi Airways. Waqt il-konferenza telefonika vidjo, l-ICAA tat ħarsa ġenerali tal-funzjonijiet tagħha, inklużi l-prinċipji bażiċi tat-twettiq tagħha ta' sorveljanza tas-sikurezza. Informazzjoni oħra mogħtija mill-ICAA kienet tinkludi ħarsa ġenerali tas-superviżjoni li tapplika għall-Iraqi Airways kif ukoll dwar kif l-ICAA ssegwi l-informazzjoni marbuta mal-programm SAFA. Waqt din il-konferenza, il-preżentazzjoni tal-Iraqi Airways kienet tinkludi biss ħarsa ġenerali lejn l-informazzjoni b'rabta mas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza u l-kwalità tagħha u proċessi oħra b'rabta mas-sikurezza.

(47)

Fil-25 ta' Novembru 2015, l-ICAA u l-Iraqi Airways instemgħu wkoll quddiem il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru. Fost elementi oħra, l-ICAA rrapportat li għandha responsabbiltà ta' sorveljanza għal seba' entitajiet b'AOC, fosthom l-Iraqi Airways. L-ICAA pprovdiet ukoll sommarju tal-azzjonijiet ippjanati sabiex issaħħaħ il-kapaċitajiet tagħha. L-EASA tat informazzjoni dwar it-tħassib tas-sikurezza li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni negattiva tagħha dwar it-TCO.

(48)

Iraqi Airways ressqet għadd ta' elementi, inkluża informazzjoni mill-analiżi u s-segwitu SAFA tagħha. Il-preżentazzjoni ma tatx biżżejjed evidenza tal-funzjonament dettaljat tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza u l-kwalità tal-Iraqi Airways. L-informazzjoni mogħtija minn Iraqi Airways ma kinitx biżżejjed fin-natura tagħha sabiex tindirizza bis-sħiħ it-tħassib dwar is-sikurezza li wassal għad-deċiżjoni negattiva tal-EASA li tirrifjuta l-awtorizzazzjoni TCO tal-Iraqi Airways.

(49)

Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li għandha tinbidel il-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni operattiva fl-Unjoni biex il-kumpanija tal-ajru Iraqi Airways tiżdied mal-lista fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(50)

Peress li din l-inklużjoni hija konsegwenza diretta tad-deċiżjoni negattiva dwar l-awtorizzazzjoni TCO mill-EASA, il-Kummissjoni beħsiebha terġa' tqis dik l-inklużjoni, jekk u meta l-EASA tgħarrafha li hi tqis li l-kundizzjonijiet ġew sodisfatti biex l-EASA tieħu deċiżjoni pożittiva bħala parti mill-Parti-TCO fir-rigward tal-Iraqi Airways.

Kumpaniji tal-ajru mill-Każakistan

(51)

Sa minn Lulju 2009, il-kumpaniji tal-ajru kollha ċertifikati fil-Każakistan, ħlief għal waħda, huma soġġetti għal projbizzjoni operattiva sħiħa, primarjament minħabba n-nuqqas ta' kapaċità tal-awtorità responsabbli mis-sorveljanza tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru ċertifikati fil-Każakistan (il-Kumitat tal-Avjazzjoni ĊIvili tal-Każakistan; (“CAC”) li timplimenta u tinforza standards tas-sikurezza internazzjonali. Eċċezzjoni parzjali kienet magħmula għall-kumpanija tal-ajru Air Astana. Air Astana ġiet inkluża fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 u tħalliet topera fl-Unjoni b'parti mill-flotta tagħha, u llimitatat għal-livell tal-operazzjonijiet tagħha f'dak iż-żmien.

(52)

Fl-2014, wara titjib fir-rekords SAFA, Air Astana tħalliet iżżid il-livell ta' operazzjonijiet fl-Unjoni, iżda biss bit-tip ta' inġenju tal-ajru li kienet permessa topera lejn l-Unjoni mill-2009.

(53)

Air Astana kienet ċertifikata mill-ġdid mis-CAC f'April 2015 u taħt l-Awditu tas-Sikurezza Operazzjonali (“IOSA”) tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (“IATA”) f'Mejju 2015. Il-kumpanija tal-ajru tat aġġornamenti regolari dwar l-operazzjonijiet ta' titjir, ta' taħriġ u l-attivitajiet ta' manutenzjoni tagħha. L-awditu ta' Air Astana mwettaq mill-EASA f'Ottubru 2015 fil-qafas tal-Parti TCO, ma żvela l-ebda evidenza ta' nuqqasijiet ta' konformità mal-istandards internazzjonali. Air Astana nstabet li kellha biżżejjed persunal u li kienet ġestita b'mod effettiv minn tim ta' ġestjoni internazzjonali kompetenti, flimkien ma' persunal lokali. L-organizzazzjoni żviluppat kultura tas-sikurezza b'saħħitha u kredibbli. Għaldaqstant, it-tim ta' awditu tal-EASA rrakkomanda lil Air Astana għal awtorizzazzjoni TCO mingħajr sejbiet.

(54)

Għall-fini tal-għoti ta' informazzjoni aġġornata dwar l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-sikurezza fil-Każakistan, is-CAC ġie mistieden sabiex jinstema' fil-laqgħa tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru fl-24 ta' Novembru 2015. Din indikat li għadd ta' azzjonijiet qed jitwettqu biex jindirizzaw in-nuqqasijiet imsemmija mill-ICAO fl-2014 bħala parti mill-ICVM, inkluż l-SSC fil-qasam tal-operazzjonijiet tal-ajru. Dawk l-azzjonijiet jinkludu l-istabbiliment ta' programm ta' taħriġ għall-ispetturi tas-sikurezza tal-avjazzjoni u t-titjib tal-proċeduri fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni tal-operaturi tal-ajru u tal-ħruġ ta' approvazzjonijiet speċifiċi. Fir-rigward tal-SSC, is-CAC indika li r-riżoluzzjoni tiegħu mhix mistennija qabel tmiem l-2015, l-aktar bikri. Barra minn hekk, f'Novembru 2015, l-awtoritajiet kompetenti tal-Każakistan iffirmaw Memorandum ta' Ftehim ma' fornitur ta' servizzi ta' konsulenza, bil-ħsieb li jogħla l-livell ta' implimentazzjoni effettiva tal-istandards rilevanti tas-sikurezza fil-Każakistan. Is-CAC indika wkoll li, fl-2015, total ta' 12-il operatur li kien qed jissorvelja ġew ċertifikati mill-ġdid u li tneħħew 5 AOCs. Filwaqt li dawn huma żviluppi pożittivi, tibqa' xi inċertezza importanti b'rabta mal-livell ta' konformità taċ-ċertifikazzjoni tal-operaturi tal-ajru u tal-proċessi tal-approvazzjoni, kif ukoll dwar l-effettività tal-miżuri regolatorji implimentati bi tweġiba għas-SSC.

(55)

Air Astana kienet mistiedna wkoll biex tinstema' waqt il-laqgħa tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru li saret fl-24 ta' Novembru 2015. Air Astana tat evidenza li stabbiliet proċess tal-ġestjoni tas-sikurezza stabbli u effettiv biex tindirizza l-periklu għas-sikurezza, twettaq analiżi tal-kawża ewlenija u tħeġġeġ kultura ta' sikurezza fi ħdan l-organizzazzjoni tagħha. Barra minn hekk, il-kumpanija tal-ajru wriet il-kapaċità li ġġesti bidliet fil-kamp ta' applikazzjoni u l-volum tal-attivitajiet tagħha b'mod sikur u effiċjenti. Barra minn hekk, Air Astana żgurat li s-sorveljanza tal-flotta tagħha titwettaq f'konformità mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali tas-sikurezza.

(56)

Il-kumpanija tal-ajru SCAT JSC, iċċertifikata fil-Każakistan, talbet li tinstema' mill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru, u dan seħħ fl-24 ta' Novembru 2015. Il-kumpanija tal-ajru lestiet ċertifikazzjoni IOSA b'suċċess. Skont l-informazzjoni mogħtija minn SCAT JSC, għadd mill-inġenji tagħha tat-tip Boeing B-737 u B-757 huma reġistrati fil-Litwanja. Filwaqt li l-Kummissjoni tirrikonoxxi l-progress miksub minn SCAT JSC, il-kumpanija tal-ajru naqset milli tipprovdi evidenza li l-operazzjonijiet tat-titjir tagħha, kif ukoll l-ajrunavigabbiltà u l-manutenzjoni kontinwi tal-inġenji tal-ajru tagħha, qed jitwettqu b'konformità mal-istandards tas-sikurezza applikabbli.

(57)

Abbażi tal-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha, inkluż kif mogħti waqt is-smigħ tal-24 ta' Novembru 2015, ġie konkluż li l-proġett għal riforma regolatorja fil-Każakistan fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili qed jagħmel progress kajman. Madankollu, bħala prova ta' progress aktar fond, l-SSC pendenti fil-qasam tal-operazzjonijiet tal-ajru għandhom jiġu solvuti qabel illaxkar sostanzjali tar-restrizzjonijiet kif japplikaw bħalissa għal kumpaniji tal-ajru sorveljati mis-CAC, ħlief għal Air Astana, jistgħu jitqiesu.

(58)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, ir-riżultati pożittivi tal-awditu TCO tal-Air Astana u l-ispjegazzjonijiet tagħha mogħtija waqt is-smigħ quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru, huwa meqjus li l-kundizzjonijiet għaż-żamma ta' projbizzjoni parzjali fuq Air Astana ma għadhomx preżenti.

(59)

Fir-rigward ta' SCAT JSC, il-Kummissjoni beħsiebha teżamina dan il-każ aktar, biex tiżgura li kwalunkwe laxkar potenzjali futur tal-projbizzjoni operattiva fuq SCAT JSC mhux se jsarraf f'riskji għas-sikurezza għal operazzjonijiet fl-Unjoni.

(60)

Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li għandha tinbidel il-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex Air Astana titneħħa mill-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(61)

L-Istati Membri jridu jibqgħu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza bil-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru lill-inġenji tal-ajru ta' Air Astana skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Kumpaniji tal-ajru mil-Libanu

(62)

Konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti tal-Libanu, l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili Libaniża (“CAA Libaniża”), se jissoktaw bil-għan li jikkonfermaw li l-Libanu qed jimplimenta l-pjan ta' azzjoni korrettiva li ġie żviluppat bi tweġiba għas-sejbiet u l-SSC ibbażat fuq l-ICVM ta' Diċembru 2012.

(63)

Fl-4 ta' Novembru 2015, rappreżentanti mis-CAA Libaniż u l-kumpaniji tal-ajru tagħhom Middle East Airlines u Wings of Lebanon attendew laqgħa teknika fi Brussell mal-Kummissjoni u l-EASA, biex jagħtu aġġornament dwar il-progress li qed isir mis-CAA Libaniż, speċjalment dwar ir-riżoluzzjoni tal-SSC, dwar l-istabbiliment ta' Bord tal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili u dwar is-separazzjoni tal-funzjonijiet tas-sorveljanza tas-sikurezza minn funzjonijiet ta' għoti tas-servizzi li bħalissa jinstabu t-tnejn fis-CAA Libaniż.

(64)

Is-CAA Libaniż ta informazzjoni addizjonali lill-ICAO fir-rigward tal-SSC u preżenta din l-informazzjoni waqt il-laqgħa teknika. Is-CAA Libaniż reċentement stieden lill-ICAO biex jivverifikaw l-azzjonijiet korrettivi, iżda dan għadu jrid isir. Issemma li d-Direttorat tas-Sikurezza tat-Titjiriet tagħha, id-direttorat responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni u għas-sorveljanza tal-kumpaniji tal-ajru, għandha pożizzjoni iktar indipendenti fis-CAA Libaniż, għalkemm dan ma kienx appoġġat minn evidenza ċara waqt il-laqgħa teknika.

(65)

Il-kumpanija tal-ajru Middle East Airlines tat preżentazzjoni dwar il-ġestjoni tal-operazzjonijiet u tas-sikurezza tagħha u l-kumpanija tal-ajru dehret li tinsab fil-kontroll tal-proċessi fl-oqsma tal-operazzjonijiet tal-ajru li fihom is-sikurezza hija kritika, it-taħriġ tal-ekwipaġġ, il-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà u l-ġestjoni tal-kwalità u tas-sikurezza. L-EASA tat informazzjoni dwar il-fatt li laqgħa reċenti mal-Middle East Airlines, fil-qafas tat-applikazzjoni tagħha għal awtorizzazzjoni TCO, ħalliet riżultati pożittivi. Il-kumpanija tal-ajru regolarment torganizza awditi minn partijiet terzi sabiex ittaffi n-nuqqas ta' sorveljanza tas-sikurezza mill-awtorità tagħha stess u biex titjieb aktar l-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(66)

Il-kumpanija tal-ajru Wings of Lebanon ppreżentat l-operazzjoni tagħha b'inġenju tal-ajru wieħed biss u l-proċessi tas-sikurezza li għandu fis-seħħ. Reċentement, il-persuni fl-aktar karigi ewlenin ta' din il-kumpanija tal-ajru nbidlet u dan wassal għal titjib fil-proċeduri operattivi fi ħdan il-kumpanija tal-ajru u tat bidu tajjeb għall-iżvilupp ta' sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza.

(67)

It-titjib fis-sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza, peress li huma inkrementali, flimkien ma' miżuri ta' mitigazzjoni meħuda mill-Middle East Airlines u l-informazzjoni disponibbli dwar is-sikurezza, ma jiġġustifikawx, f'dan l-istadju, deċiżjoni li tkun imponuta projbizzjoni jew restrizzjonijiet operattivi fuq kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Libanu. Madankollu, biex tkun monitorjata s-sitwazzjoni, se jibqgħu jsiru konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet tal-Libanu skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006.

(68)

Għalhekk, b'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mil-Libanu.

(69)

Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti tas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità ma' standards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Kumpaniji tal-ajru mill-Madagascar

(70)

Il-Kummissjoni kompliet il-konsultazzjonijiet mal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Madagascar, l-Aviation Civile de Madagascar (“ACM”). Fuq talba tal-ACM, saret laqgħa fi Brussell fit-2 ta' Ottubru 2015 bejn, minn naħa waħda, il-Kummissjoni, l-EASA u Stat Membru u min-naħa l-oħra, l-ACM u l-kumpanija tal-ajru Air Madagascar.

(71)

Matul dik il-laqgħa, l-ACM u l-Air Madagascar taw informazzjoni dwar il-progress li sar miż-żewġ organizzazzjonijiet rispettivi tagħhom fir-rigward tal-pjanijiet ta' azzjoni preventivi u korrettivi li jimplimentaw biex jindirizzaw in-nuqqasijiet fis-sikurezza msemmija fil-premessi 66 sa 74 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2011. Kemm l-ACM kif ukoll l-Air Madagascar jikkunsidraw li dawk in-nuqqasijiet tas-sikurezza ġew indirizzati kif suppost; L-ACM talbet valutazzjoni mill-ġdid tar-restrizzjonijiet operattivi imposti fuq l-Air Madagascar.

(72)

Il-progress rapportat mill-ACM fir-rettifika tan-nuqqasijiet identifikati mill-ICAO kif ukoll l-informazzjoni fornuta mill-ACM u mill-kumpanija tal-ajru Air Madagascar fir-rigward tal-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva u preventiva rispettivi tagħhom ġew innotati mill-Kummissjoni. Filwaqt li jirrikonoxxi l-progress miksub mill-ACM u l-kumpanija tal-ajru Air Madagascar, u anke meta wieħed iqis il-progress ulterjuri mistenni, madankollu l-kundizzjonijiet għall-illaxkar tal-projbizzjoni parzjali attwali fuq Air Madagascar għadhom ma ġewx issodisfati. Verifika tal-implimentazzjoni attwali ta' standards internazzjonali tas-sikurezza tibqa' meħtieġa. L-ACM jeħtieġ li tikkonsolida l-esperjenza tagħha fir-rigward tal-proċessi l-ġodda li tkun implimentat. F'dan ir-rigward, żjarat ta' valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni fil-Madagascar tista' tkun ikkunsidrata għall-ewwel kwart tal-2016. Barra minn hekk, attwalment, ma hemmx biżżejjed evidenza ta' sostenn li tiġġustifika kwalunkwe laxkar tar-restrizzjonijiet operattivi fuq il-kumpaniji tal-ajru mill-Madagascar.

(73)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Madagascar.

Kumpaniji tal-ajru mill-Mozambique

(74)

Il-missjoni ta' valutazzjoni tal-Unjoni, li twettqet f'April 2015, ippermettiet lill-Kummissjoni li tikkonkludi li, filwaqt li l-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili kompetenti fil-Mozambique, l-Instituto de Aviação Civil de Moçambique (“IACM”) urew progress sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, għad fadal nuqqasijiet importanti fis-sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza fil-Mozambique. Għaldaqstant ġie deċiż li l-Kummissjoni, b'appoġġ mill-EASA, tagħti assistenza teknika lill-IACM, bil-għan li tgħin biex jissolvew in-nuqqasijiet li baqa' u tikkonkludi l-proċess tal-bini tal-kapaċità interna neċessarju biex tintlaħaq is-sostenibbiltà meħtieġa.

(75)

Fit-12 ta' Ottubru 2015 inbeda proġett ta' assistenza teknika u dan se jibqa' għaddej sa kmieni Ġunju 2016. L-ewwel fażi tal-proġett tat xi riżultati inizjali. Rieżami profond tal-qafas legali u tar-regolamenti applikabbli tal-avjazzjoni wasslet għall-identifikazzjoni ta' korrezzjonijiet u ta' titjib għal adozzjoni iktar tard. Il-prinċipji u l-istruttura ta' għadd ta' atti tal-liġi tal-Unjoni dwar l-avjazzjoni ċivili qed jitqiesu għal adattament għall-ispeċifiċitajiet tas-sistema tal-avjazzjoni tal-Mozambique. Qed jitnieda sforz iffukat biex ikunu indirizzati sistematikament is-sejbiet kollha miftuħa tal-ICAO USOAP, bil-ħsieb li jittejjeb b'mod sinifikanti l-proporzjon ta' implimentazzjoni effettiva. Kien hemm sessjoni ta' kuntatti mal-kumpaniji tal-ajru eżistenti kollha u twettaq rieżami tal-istatus ta' ċertifikazzjoni tagħhom. Għadd ta' protokolli ta' kooperazzjoni qed jiġu kkunsidrati sabiex jirrinforzaw uħud mill-iktar oqsma vulnerabbli tal-IACM. Ġiet varata l-identifikazzjoni tal-proċeduri u tal-proċessi interni kollha tal-IACM li jirrikjedu tiġdid sinifikanti.

(76)

Proġett ta' assistenza teknika fuq perjodu qasir inbeda fl-14 ta' Settembru 2015 u ntemm fit-13 ta' Novembru 2015. Dan ta taħriġ fuq il-lant tax-xogħol u gwida dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-ajrudromi u ffukar tas-sorveljanza, b'mod partikolari, fuq l-Ajruport Internazzjonali ta' Nacala ġdid u l-Ajruport Internazzjonali ta' Beira eżistenti.

(77)

Madankollu, l-kapaċità tal-IACM li tissorvelja l-attivitajiet tal-avjazzjoni ċivili fil-Mozambique, f'dan l-istadju, mhix f'livell suffiċjenti skont l-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Għaldaqstant ma hemmx evidenza biżżejjed biex tappoġġa deċiżjoni dwar il-laxkar tal-projbizzjoni operattiva tal-kumpaniji tal-ajru kollha li huma ċċertifikati fil-Mozambique.

(78)

Skont il-lista mogħtija mill-IACM fil-5 ta' Novembru 2015, tliet kumpaniji tal-ajru ġodda ġew iċċertifikati fil-Mozambique, li huma l-Ambassador Lda (AOC MOZ-21), l-Everett Aviation Lda (AOC MOZ-18) u l-Inaer Aviation Mozambique Lda (AOC MOZ-19). Madankollu, l-IACM ma setax iforni evidenza li s-sorveljanza tas-sikurezza ta' dawk il-kumpaniji tal-ajru hija żgurata f'konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Permezz ta' din l-istess lista, l-IACM infurmat lill-Kummissjoni li l-AOCs tal-kumpaniji tal-ajru Aero-Serviços Sarl (AOC MOZ-08), Emílio Air Charter Lda (AOC MOZ- 05) u Unique Air Charter Lda (AOC MOZ- 13), li qabel kienu sospiżi matul il-proċess ta' ċertifikazzjoni mill-ġdid issa ġew revokati, minħabba li naqsu milli jlestu dak il-proċess.

(79)

Għaldaqstant, b'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li għandha tkun emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni operattiva fl-Unjoni biex fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 tkun tinkludi l-kumpaniji tal-ajru Ambassador Lda, Everett Aviation Lda u Inaer Aviation Mozambique Lda, u biex mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 jitneħħew Aero-Serviços Sarl, Emílio Air Charter Lda u Unique Air Charter Lda.

Kumpaniji tal-ajru min-Nepal

(80)

Il-Kummissjoni kompliet il-konsultazzjonijiet mal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tan-Nepal (“CAAN”) biex tistabbilixxi l-kapaċitajiet tal-CAAN li timplimenta u li tinforza biżżejjed l-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza.

(81)

Il-Kummissjoni u l-EASA żaru lill-CAAN mill-5 sad-9 ta' Ottubru 2015. L-iskop ta' din iż-żjara fuq il-post kien biex l-EASA tforni assistenza teknika fil-forma ta' valutazzjoni tal-progress li sar mill-CAAN f'rabta mas-sejbiet tal-verifika tal-ICAO u biex jiġi rivedut il-pjan direzzjonali biex jinkludi u jforni rakkomandazzjonijiet sabiex il-kwistjonijiet pendenti jingħalqu. Il-Kummissjoni ħadet sehem f'din iż-żjara fuq il-post biex teżamina l-progress li jkun sar mill-CAAN b'rabta man-nuqqasijiet li wasslu għall-projbizzjoni fuq il-kumpaniji tal-ajru Nepaliżi imposti f'Diċembru 2013.

(82)

Iż-żjara fuq il-post ikkonfermat li l-CAAN għamel progress bl-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Skont l-ICAO, il-pjan ta' azzjoni korrettiva abbozzat mill-CAAN jindirizza bis-sħiħ is-sejbiet, inklużi s-sejbiet li wasslu għall-SSC tal-ICAO. Madankollu, l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ma setgħetx tiġi vverifikata matul iż-żjara fuq il-post. Is-SSC b'rabta mal-operazzjonijiet bl-ajru għadu fis-seħħ. Il-CAAN jipprevedi missjoni tat-Tim tas-Sikurezza tal-Uffiċċju Reġjonali tal-ICAO f'Diċembru 2015 biex titwettaq valutazzjoni inizjali tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi, bil-għan li jkun hemm ICVM possibbli fl-ewwel kwart tal-2016. Matul din l-ICVM, l-implimentazzjoni effettiva tal-azzjonijiet korrettivi għandha tkun ivverifikata mill-ICAO. Il-CAAN tapplika programm ta' verifika regolari fuq il-kumpaniji tal-ajru kollha u fuq fornituri oħrajn tas-servizzi taħt is-sorveljanza tagħha. Madankollu, il-programm ta' spezzjoni jeħtieġ jiġi żviluppat iktar.

(83)

Matul laqgħa mal-Ministru tal-Italja għat-Turiżmu, il-Kultura u l-Avjazzjoni Ċivili, ġie enfasizzat li l-għoti tas-setgħa sħiħa lill-CAAN biex jiffunzjonaw indipendentement mil-livell politiku fil-funzjonijiet relatati mas-sikurezza, u li jkollu biżżejjed persunal u li dan il-persunal ikun kwalifikat huma elementi neċessarji fit-titjib tas-sistema ta' sorveljanza tal-avjazzjoni fin-Nepal. Il-Ministru informa li aktar emendi fl-Att tal-Avjazzjoni Ċivili tan-Nepal qed jitħejjew sabiex jindirizzaw il-kwistjonijiet istituzzjonali u l-indipendenza tal-funzjoni tas-sorveljanza tas-sikurezza mill-fornituritas-servizz u li l-CAAN huwa appoġġat b'mod sħiħ fir-rigward tar-riżoluzzjoni tas-sejbiet kollha.

(84)

Fis-7 u fit-8 ta' Ottubru 2015, il-kumpaniji tal-ajru Buddha Air, Yeti Airlines, Tara Air u Nepal Airlines Corporation, reġistrati fin-Nepal, irċevew żjara mill-Kummissjoni u l-EASA sabiex dawn iwettqu eżami tal-iżviluppi mill-aħħar żjara fi Frar 2014. L-erba' kumpaniji tal-ajru ġew iċċertifikati mill-ġdid f'konformità mal-approċċ f'ħames fażijiet u l-CAAN qed twettaq sorveljanza regolari. L-iżvilupp ta' sistemi ta' ġestjoni tas-sikurezza u l-kultura tas-sikurezza f'dawn il-kumpaniji tal-ajru tinsab fi stadji differenti ta' maturità u għalkemm xi wħud minnhom huma b'mod ċar aktar avvanzati minn oħrajn, l-ebda kumpanija tal-ajru attwalment ma tissodisfa l-istandards internazzjonali applikabbli tas-sikurezza.

(85)

Il-CAAN forniet ukoll informazzjoni li kienu ġew iċċertifikati żewġ kumpaniji tal-ajru ġodda. Is-Saurya Airlines kien inħarġilha AOC bin-numru 083/2014 fit-13 ta' Novembru 2014 u l-Himalaya Airlines kien inħarġilha AOC bin-numru 084/2015 fid-09 ta' Marzu 2015. Madankollu, il-CAAN ma setax iforni evidenza li turi li s-sorveljanza tas-sikurezza ta' dawk il-kumpaniji tal-ajru hija żgurata f'konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(86)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni għandha tiġi emendata biex tinkludi s-Saurya Airlines u l-Himalaya Airlines fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

Kumpaniji tal-ajru mill-Filippini

(87)

Il-Kummissjoni, l-EASA u l-Istati Membri komplew jimmonitorjaw mill-qrib il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fil-Filippini u li joperaw fl-Unjoni, inkluż permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq kumpaniji tal-ajru Filippini b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(88)

Qabel il-laqgħa tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru, l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Filippini (“CAAP”) forniet ċertu informazzjoni teknika lill-Kummissjoni fir-rigward tas-sorveljanza tagħha tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fil-Filippini. L-informazzjoni mogħtija inkludiet li bħalissa hemm 38 persuna li għandhom l-AOC attiva fil-Filippini. It-tim ta' ġestjoni tal-CAAP li sa issa kien ikkontribwixxa għat-titjib pożittiv fl-Avjazzjoni Ċivili Filippina għadu fis-seħħ u għadu impenjat għall-programm tiegħu ta' titjib kontinwu. Barra minn hekk, l-informazzjoni mogħtija mis-CAAP u l-analiżi tal-informazzjoni disponibbli dwar l-inċidenti u l-aċċidenti ma tindikax li hemm xejriet inkwetanti fir-rigward ta' kumpaniji tal-ajru ċċertifikati tal-Filippini.

(89)

Philippine Airlines, Air Philippines' Corporation u Cebu Pacific Air kienu soġġetti għal ispezzjonijiet SAFA tar-rampi fl-imgħoddi riċenti. Ir-rapporti jindikaw li ma hemmx xejriet avversi marbuta ma' dawn l-ispezzjonijiet tas-SAFA fir-rampa.

(90)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni billi jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru mill-Filippini.

(91)

L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru mill-Filippini mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Kumpaniji tal-ajru mill-Federazzjoni Russa

(92)

Il-Kummissjoni, l-EASA u l-Istati Membri komplew jagħmlu monitoraġġ mill-qrib tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fil-Federazzjoni Russa u li joperaw fl-Unjoni, inkluż permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq ċerti kumpaniji tal-ajru Russi f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(93)

Fit-23 ta' Ottubru 2015, il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-EASA u ta' Stat Membru, iltaqgħet mar-rappreżentanti tal-Aġenzija Federali tat-Trasport tal-Ajru Russa (“FATA”). L-għan ta' din il-laqgħa kien li jiġu riveduti l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru Russi waqt l-ispezzjonijiet SAFA tar-rampi għall-perjodu bejn l-20 ta' Settembru 2014 u d-19 ta' Ottubru 2015 u li jidentifikaw każijiet li jeħtieġu attenzjoni speċifika.

(94)

Matul din il-laqgħa, il-Kummissjoni indikat in-nuqqas ta' analiżi xierqa tal-kawżi ewlenin minn xi operaturi bi proporzjon SAFA ta' tnejn (2) jew ogħla. FATA ddikjarat li s-sejbiet imqajma matul l-ispezzjonijiet SAFA qed jiġu analizzati regolarment u li l-effettività tal-azzjoni korrettiva tal-operaturi tiġi sorveljata kostantement. Il-FATA impenjat ruħha li ssegwi dawk il-każijiet fejn in-nuqqasijiet ta' konformità għadhom ma ġewx rettifikati sew u li jipprovdu lill-Kummissjoni b'aġġornamenti dwar l-istatus ta' dawk il-każijiet. Barra minn hekk, il-FATA forniet aġġornament dwar l-iktarkażijiet reċenti ta' sospensjoni u ta' revoka ta' AOCs ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għas-sorveljanza tagħha.

(95)

Mill-informazzjoni disponibbli, ġie konkluż li l-awtoritajiet Russi tal-avjazzjoni jew il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Federazzjoni Russa ma għandhomx għalfejn jidhru quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru. Madankollu, ġie maqbul li l-laqgħat regolari ta' esperti tas-sikurezza bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Russi, mill-inqas darba qabel kull laqgħa tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru, għandhom jitkomplew.

(96)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni billi jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru mill-Federazzjoni Russa.

(97)

L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru tal-Federazzjoni Russa mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, permezz tal-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(98)

Jekk dawn l-ispezzjonijiet jindikaw riskji imminenti tas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards rilevanti tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni kontra l-kumpaniji tal-ajru mill-Federazzjoni Russa f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Kumpaniji tal-ajru mis-Sudan

(99)

L-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tas-Sudan (“SCAA”) żammet kuntatti regolari mal-Kummissjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kumpaniji tal-ajru li ġew irreġistrati fis-Sudan. L-attivitajiet tas-sorveljanza tal-SCAA tjiebu fir-rigward ta' għadd ta' kumpaniji tal-ajru. Għalkemm l-SCAA kien ikkonferma r-rieda tiegħu li jirċievi żjara ta' valutazzjoni fuq il-post f'Ottubru 2015, sussegwentement talab li ż-żjara tiġi posposta sal-bidu tal-2016, sabiex l-SCAA u l-kumpaniji tal-ajru jkollhom aktar żmien biex jimplimentaw l-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(100)

Se titwettaq missjoni ta' valutazzjoni tas-sikurezza biex jiġi identifikat jekk l-SCAA u l-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fis-Sudan jissodisfawx l-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(101)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mis-Sudan.

Kumpaniji tal-ajru mit-Tajwan

(102)

Wara li kkunsidrat iż-żewġ aċċidenti fatali li esperjenzat il-kumpanija tal-ajru TransAsia Airways (“TNA”) fl-aħħar 18-il xahar, il-Kummissjoni daħlet f'konsultazzjonijiet formali mal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tat-Tajwan (“CAA”) skont id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006. Is-CAA u l-kumpanija tal-ajru TNA kienu, f'dan il-kuntest, mistiedna għal laqgħa teknika fi Brussell fid-19 ta' Ottubru 2015 mal-Kummissjoni u l-EASA sabiex jiddiskutu s-sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza stabbilita mis-CAA kif ukoll il-prestazzjoni tas-sikurezza ta' TNA.

(103)

Matul dik il-laqgħa, is-CAA nnotifikat li s-sistema tagħha ta' sorveljanza tas-sikurezza hija mibnija fuq l-istandards u l-prattiki rakkomandati tal-ICAO, u billi għamlet referenza għat-tmien (8) elementi kritiċi tal-ICAO, spjegat kif twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha ta' sorveljanza tas-sikurezza. Is-CAA tat f'aktar dettall l-azzjonijiet imnedija wara l-inċidenti u l-aċċidenti li jinvolvu lill-kumpanija tal-ajru TNA matul l-aħħar sentejn. F'konformità mar-regolamenti Tajwaniżi, is-CAA iffriżat ukoll il-livell ta' operazzjonijiet bl-ajru mwettaq mill-kumpanija tal-ajru TNA għal perjodu ta' sena mid-data tat-tieni inċident. Fl-aħħar nett, is-CAA enfasizzat l-impenn tagħha li timplimenta l-Anness 19 tal-ICAO u ħabbret li sal-aħħar tal-2017 se twettaq valutazzjoni tas-Sistema ta' Ġestjoni tas-Sikurezza (SMS) fuq il-kumpaniji tal-ajru kollha li ġew iċċertifikati fit-Tajwan.

(104)

Matul l-istess laqgħa, il-kumpanija tal-ajru TNA informat lill-Kummissjoni li wara l-inċidenti fatali tal-2014 u tal-2015 hija żviluppat u implimentat Pjan ta' Azzjoni għat-Titjib tas-Sikurezza tat-Titjiriet li jkopru l-oqsma li ġejjin: it-titjib tal-kultura korporattiva, l-inġinerija tal-organizzazzjonijiet, l-implimentazzjoni tal-SMS, it-taħriġ u l-kejl. Huwa rrapporta li fl-2015 saru tibdiliet sinifikanti fl-organizzazzjoni tal-kumpanija tal-ajru, inkluż il-wasla ta' persuni ġodda fil-maniġment għoli tal-kumpanija tal-ajru, it-twaqqif ta' dipartiment tal-assigurazzjoni tal-kwalità, l-istabbiliment ta' kumitat għas-sikurezza tat-titjir għat-tfassil ta' politika tas-sikurezza u t-tiġdid tal-flotta, biex l-età medja tal-flotta tkun ta' erba' snin fl-2016. Ittieħdu wkoll azzjonijiet speċifiċi biex jitjieb it-taħriġ tal-ekwipaġġi tat-titjir. Minbarra l-attivatjiet tas-sorveljanza li twettqu mis-CAA, fl-2015 twettqu żjarat ta' valutazzjoni mill-ATR u mill-Fondazzjoni tas-Sikurezza tat-Titjir bl-assistenza ta' Airbus u ta' Bureau Veritas. Iż-żewġ żjarat ta' valutazzjoni fuq il-post wasslu għal serje ta' rakkomandazzjonijiet li ġew indirizzati bi pjan ta' azzjoni korrettiv żviluppat sussegwentament mill-kumpanija tal-ajru TNA.

(105)

Fl-aħħar tal-laqgħa, is-CAA kkonkludiet billi tenniet li l-aspetti kollha tas-settur tal-avjazzjoni fit-Tajwan huma konformi mal-istandards internazzjonali stipulati mill-ICAO u impenjat ruħha li tkompli tagħmel monitoraġġ mill-qrib tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpanija tal-ajru TNA u tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva u preventiva.

(106)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, ġie vvalutat li ma kienx meħtieġ li s-CAA u l-kumpanija tal-ajru TNA jidhru quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru u li mhija meħtieġa l-ebda projbizzjoni operattiva fuq il-kumpaniji tal-ajru mit-Tajwan. Madankollu, is-CAA u l-kumpanija tal-ajru TNA qablu li jissoktaw konsultazzjonijiet tekniċi sabiex jippermettu lill-Kummissjoni li ssegwi l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni korrettivi u preventivi rispettivi u biex jippermettu li kwistjonijiet relatati mas-sikurezzà jistgħu jiġu diskussi fuq bażi kontinwa.

(107)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mit-Tajwan.

(108)

L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fit-Tajwan skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Kumpaniji tal-ajru mit-Tajlandja

(109)

Permezz ta' ittra tal-14 ta' Ottubru 2015, l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tat-Tajlandja (“CAA tat-Tajlandja”) ipprovdiet informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi li jindirizzaw is-SSC tal-ICAO u sejbiet oħra magħmula mill-ICAO u l-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni. Ġie nnutat li l-Gvern tat-Tajlandja rnexxielu jorganizza mill-ġdid dak li kien id-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili f'CAA tat-Tajlandja awtonoma f'temp ta' ftit xhur. Is-CAA tat-Tajlandja rreklutat speċjalisti tekniċi ġodda kif ukoll persunal addizjonali ta' spezzjoni u tinsab fil-proċess li tkompli ssaħħaħ il-forza tax-xogħol tagħha.

(110)

Mid-9 sat-12 ta' Novembru 2015, l-EASA wettqet żjara fit-Tajlandja, inkluż lis-CAA tat-Tajlandja, biex teżamina n-nuqqas ta' konformità identifikat mill-ICAO, fid-dawl tal-applikazzjonijiet TCO minn żewġ kumpaniji tal-ajru Tajlandiżi. L-osservazzjonijiet magħmula mill-EASA huma konsistenti mas-sejbiet tal-ICAO. L-EASA sabet CAA tat-Tajlandja kemxejn dgħajfa u mgħobbija wisq bix-xogħol, iżda nnutat ukoll żviluppi inkoraġġanti. Żviluppi oħra jeħtieġu l-appoġġ politiku u perjodu ta' żmien realistiku u twil biżżejjed biex jiġu implimentati azzjonijiet korrettivi b'mod sostenibbli.

(111)

Fuq talba tal-Gvern tat-Tajlandja, ġiet organizzata laqgħa teknika fit-23 ta' Novembru 2015, li għaliha attendew il-Kummissjoni, l-EASA, uffiċjali ta' livell għoli tal-gvern Tajlandiż, uffiċjali mis-CAA tat-Tajlandja u rappreżentanti tal-kumpanija tal-ajru Thai Airways International. L-informazzjoni mogħtija matul dik il-laqgħa dwar it-titjib tas-sistema tal-avjazzjoni ċivili Tajlandiża kienet meqjusa sinifikanti wkoll għall-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru.

(112)

Għaldaqstant, id-delegazzjoni Tajlandiża ġie mistieden għal smigħ quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru fil-25 ta' Novembru. Is-CAA tat-Tajlandja ppreżentat it-titjib organizzazzjonali u l-pjanijiet ta' azzjoni fuq terminu ta' żmien qasir, medju u twil li gġandu jirrettifika s-sejbiet tal-ICAO u jsolvi l-SSC. F'dak li għandu x'jaqsam mal-iskedi ta' żmien, is-CAA tat-Tajlandja spjegat li huwa meqjus aktar importanti li jkun hemm kwalità għolja fis-sistema tas-sikurezza tal-avjazzjoni milli li jkunu stabbiliti skadenzi li ma jkunx realistiku li jintlaħqu. Is-CAA tat-Tajlandja beħsiebha timplimenta r-regolamenti tas-sikurezza tal-avjazzjoni Ewropea u qed tagħmel kuntratti mal-EASA u msieħba oħra Ewropej għall-appoġġ ta' din l-implimentazzjoni. Thai Airways ippreżentat dwar l-iżvilupp tal-kumpanija tal-ajru u l-implimentazzjoni ta' standards internazzjonali tas-sikurezza u l-ġestjoni tas-sikurezza fl-operazzjonijiet tagħha.

(113)

Għalkemm l-implimentazzjoni effettiva tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza huwa f'livell baxx, kif jidher mir-riżultati tal-verifika tal-ICAO fi Frar 2015, il-gvern u s-CAA tat-Tajlandja juru impenn ċar biex itejbu s-sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza fit-Tajlandja u taw evidenza li turi li fi żmien qasir diġà inkiseb progress rilevanti. Barra minn hekk, l-informazzjoni disponibbli dwar is-sikurezza fuq il-kumpaniji tal-ajru mit-Tajlandja ma tappoġġax deċiżjoni li tkun imposta projbizzjoni jew restrizzjonijiet operattivi. Biex tkun monitorjata s-sitwazzjoni, se jibqgħu jsiru konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet tat-Tajlandja b'konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006.

(114)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005,ġie vvalutat li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mit-Tajlandja.

(115)

L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fit-Tajlandja skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(116)

Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti tas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità ma' standards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Kumpaniji tal-ajru miż-Żambja

(117)

Fl-4 ta' Settembru 2015, l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili taż-Żambja (“ZCAA”) aġġornat lill-Kummissjoni dwar ix-xogħol marbut mal-pjan ta' azzjoni Żambjan tas-sikurezza. Dan l-aġġornament juri li sar progress tajjeb. Madankollu, ċerti azzjonijiet għadhom fl-istadji finali tagħhom u għadhom ma tlestewx kompletament. Bi qbil reċiproku bejn il-Kummissjoni u ż-ZCAA, ġie deċiż li ż-żjara ta' valutazzjoni tal-UE tiġi posposta għall-bidu tal-2016.

(118)

Iż-ZCAA mistennija li tkompli taħdem fuq l-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Il-Kummissjoni biħsiebha tagħmel iktar preparazzjonijiet għal żjara ta' valutazzjoni fuq il-post fil-bidu tal-2016 biex tivverifika l-implimentazzjoni ta' dawk l-istandards fiż-Żambja.

(119)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru miż-Żambja.

(120)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 għandu jiġi emendat skont dan,

(121)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness A jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness A ta' dan ir-Regolament;

(2)

L-Anness B jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness B ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2015

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/1991 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 8).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tal-It-Tlieta, 29 ta' April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta' pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 12).


ANNESS A

LISTA TA' TRASPORTATURI TAL-AJRU LI HUMA PROJBITI MILLI JOPERAW FL-UNJONI, B'XI EĊĊEZZJONIJIET  (1)

Isem l-entità ġuridika tat-trasportatur tal-ajru kif indikat fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk ikun differenti)

In-Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”) jew in-Numru tal-Liċenzja tal-Operat

In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru

Stat tal-Operatur

BLUE WING AIRLINES

SRBWA-01/2002

BWI

Is-Suriname

IRAQI AIRWAYS

001

IAW

L-Iraq

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Afganistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

ARIANA AFGHAN AIRLINES

AOC 009

AFG

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

KAM AIR

AOC 001

KMF

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

PAMIR AIRLINES

Mhux magħruf

PIR

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

SAFI AIRWAYS

AOC 181

SFW

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' TAAG Angola Airlines li ddaħħal fl-Anness B, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Angola

AEROJET

AO 008-01/11

TEJ

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR GICANGO

009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR JET

AO 006-01/11-MBC

MBC

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR NAVE

017

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR26

AO 003-01/11-DCD

DCD

Ir-Repubblika tal-Angola

ANGOLA AIR SERVICES

006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

DIEXIM

007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

FLY540

AO 004-01 FLYA

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

GIRA GLOBO

008

GGL

Ir-Repubblika tal-Angola

HELIANG

010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

HELIMALONGO

AO 005-01/11

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

MAVEWA

016

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

SONAIR

AO 002-01/10-SOR

SOR

Ir-Repubblika tal-Angola

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Benin responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Benin

AERO BENIN

PEA Nru 014/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS

AEB

Ir-Repubblika tal-Benin

AFRICA AIRWAYS

Mhux magħruf

AFF

Ir-Repubblika tal-Benin

ALAFIA JET

PEA Nru 014/ANAC/MDCTTTATP-PR/DEA/SCS

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Benin

BENIN GOLF AIR

PEA Nru 012/MDCTTP-PR/ANAC/DEA/SCS.

BGL

Ir-Repubblika tal-Benin

BENIN LITTORAL AIRWAYS

PEA Nru 013/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS.

LTL

Ir-Repubblika tal-Benin

COTAIR

PEA Nru 015/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS.

COB

Ir-Repubblika tal-Benin

ROYAL AIR

PEA Nru 11/ANAC/MDCTTP-PR/DEA/SCS

BNR

Ir-Repubblika tal-Benin

TRANS AIR BENIN

PEA Nru 016/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS

TNB

Ir-Repubblika tal-Benin

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Kongo responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Kongo

AERO SERVICE

RAC06-002

RSR

Ir-Repubblika tal-Kongo

CANADIAN AIRWAYS CONGO

RAC06-012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

EMERAUDE

RAC06-008

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

EQUAFLIGHT SERVICES

RAC 06-003

EKA

Ir-Repubblika tal-Kongo

EQUAJET

RAC06-007

EKJ

Ir-Repubblika tal-Kongo

EQUATORIAL CONGO AIRLINES S.A.

RAC 06-014

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

MISTRAL AVIATION

RAC06-011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

TRANS AIR CONGO

RAC 06-001

TSG

Ir-Repubblika tal-Kongo

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR FAST CONGO

409/CAB/MIN/TVC/0112/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR KASAI

409/CAB/MIN/TVC/0053/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR KATANGA

409/CAB/MIN/TVC/0056/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR TROPIQUES

409/CAB/MIN/TVC/00625/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

BLUE AIRLINES

106/CAB/MIN/TVC/2012

BUL

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

BLUE SKY

409/CAB/MIN/TVC/0028/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

BUSY BEE CONGO

409/CAB/MIN/TVC/0064/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

COMPAGNIE AFRICAINE D'AVIATION (CAA)

409/CAB/MIN/TVC/0050/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

CONGO AIRWAYS

019/CAB/MIN/TVC/2015

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

DAKOTA SPRL

409/CAB/MIN/TVC/071/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

DOREN AIR CONGO

102/CAB/MIN/TVC/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

GOMAIR

409/CAB/MIN/TVC/011/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

KIN AVIA

409/CAB/MIN/TVC/0059/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

KORONGO AIRLINES

409/CAB/MIN/TVC/001/2011

KGO

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

MALU AVIATION

098/CAB/MIN/TVC/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

MANGO AIRLINES

409/CAB/MIN/TVC/009/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

SERVE AIR

004/CAB/MIN/TVC/2015

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

SERVICES AIR

103/CAB/MIN/TVC/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

SWALA AVIATION

409/CAB/MIN/TVC/0084/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

TRANSAIR CARGO SERVICES

409/CAB/MIN/TVC/073/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

WILL AIRLIFT

409/CAB/MIN/TVC/0247/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Djibouti responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Il-Djibouti

DAALLO AIRLINES

Mhux magħruf

DAO

Il-Djibouti

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Guinea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Il-Guinea Ekwatorjali

CEIBA INTERCONTINENTAL

2011/0001/MTTCT/DGAC/SOPS

CEL

Il-Guinea Ekwatorjali

CRONOS AIRLINES

2011/0004/MTTCT/DGAC/SOPS

Mhux magħruf

Il-Guinea Ekwatorjali

PUNTO AZUL

2012/0006/MTTCT/DGAC/SOPS

Mhux magħruf

Il-Guinea Ekwatorjali

TANGO AIRWAYS

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Il-Guinea Ekwatorjali

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Eritrea responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

L-Eritrea

ERITREAN AIRLINES

AOC Nru 004

ERT

L-Eritrea

NASAIR ERITREA

AOC Nru 005

NAS

L-Eritrea

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Gaboniża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' Afrijet u SN2AG li ddaħħlu fl-Anness B, inklużi

 

 

Ir-Repubblika Gaboniża

AFRIC AVIATION

010/MTAC/ANAC-G/DSA

EKG

Ir-Repubblika Gaboniża

ALLEGIANCE AIR TOURIST

007/MTAC/ANAC-G/DSA

LGE

Ir-Repubblika Gaboniża

NATIONALE REGIONALE TRANSPORT (N.R.T)

008/MTAC/ANAC-G/DSA

NRG

Ir-Repubblika Gaboniża

SKY GABON

009/MTAC/ANAC-G/DSA

SKG

Ir-Repubblika Gaboniża

SOLENTA AVIATION GABON

006/MTAC/ANAC-G/DSA

SVG

Ir-Repubblika Gaboniża

TROPICAL AIR-GABON

011/MTAC/ANAC-G/DSA

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Gaboniża

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Indoneżja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' Garuda Indonesia, Airfast Indonesia, Ekspres Transportasi Antarbenua u Indonesia Air Asia, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

AIR BORN INDONESIA

135-055

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

AIR PACIFIC UTAMA

135-020

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ALDA TRANS PAPUA

135-056

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ALFA TRANS DIRGANTATA

135-012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ANGKASA SUPER SERVICES

135-050

LBZ

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ASI PUDJIASTUTI

135-028

SQS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

AVIASTAR MANDIRI

121-043

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

AVIASTAR MANDIRI

135-029

VIT

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

BATIK AIR

121-050

BTK

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

CITILINK INDONESIA

121-046

CTV

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DABI AIR NUSANTARA

135-030

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DERAYA AIR TAXI

135-013

DRY

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DERAZONA AIR SERVICE

135-010

DRZ

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DIRGANTARA AIR SERVICE

135-014

DIR

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

EASTINDO

135-038

ESD

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ELANG LINTAS INDONESIA

135-052

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ELANG NUSANTARA AIR

135-053

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ENGGANG AIR SERVICE

135-045

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ERSA EASTERN AVIATION

135-047

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

GATARI AIR SERVICE

135-018

GHS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

HEAVY LIFT

135-042

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

INDONESIA AIR ASIA EXTRA

121-054

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

INDONESIA AIR TRANSPORT

121-034

IDA

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

INTAN ANGKASA AIR SERVICE

135-019

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

JAYAWIJAYA DIRGANTARA

121-044

JWD

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

JOHNLIN AIR TRANSPORT

135-043

JLB

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KAL STAR

121-037

KLS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KARTIKA AIRLINES

121-003

KAE

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KOMALA INDONESIA

135-051

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KURA-KURA AVIATION

135-016

KUR

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

LION MENTARI AIRLINES

121-010

LNI

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MARTABUANA ABADION

135-049

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MATTHEW AIR NUSANTARA

135-048

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MIMIKA AIR

135-007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MY INDO AIRLINES

121-042

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NAM AIR

121-058

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NATIONAL UTILITY HELICOPTER

135-011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NUSANTARA AIR CHARTER

121-022

SJK

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PEGASUS AIR SERVICES

135-036

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PELITA AIR SERVICE

121-008

PAS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PENERBANGAN ANGKASA SEMESTA

135-026

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PURA WISATA BARUNA

135-025

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

RIAU AIRLINES

121-016

RIU

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SAYAP GARUDA INDAH

135-004

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SMAC

135-015

SMC

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SRIWIJAYA AIR

121-035

SJY

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SURYA AIR

135-046

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRANSNUSA AVIATION MANDIRI

121-048

TNU

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRANSWISATA PRIMA AVIATION

135-021

TWT

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRAVEL EXPRESS AVIATION SERVICE

121-038

XAR

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRAVIRA UTAMA

135-009

TVV

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRI MG INTRA ASIA AIRLINES

121-018

TMG

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRIGANA AIR SERVICE

121-006

TGN

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

UNINDO

135-040

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

WESTSTAR AVIATION INDONESIA

135-059

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

WING ABADI AIRLINES

121-012

WON

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Każakistan responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, bl-eċċezzjoni tal-Air Astana, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Każakistan

AIR ALMATY

AK-0483-13

LMY

Ir-Repubblika tal-Każakistan

ATMA AIRLINES

AK-0469-12

AMA

Ir-Repubblika tal-Każakistan

AVIA-JAYNAR/AVIA-ZHAYNAR

AK-0467-12

SAP

Ir-Repubblika tal-Każakistan

BEK AIR

AK-0463-12

BEK

Ir-Repubblika tal-Każakistan

BEYBARS AIRCOMPANY

AK-0473-13

BBS

Ir-Repubblika tal-Każakistan

BURUNDAYAVIA AIRLINES

KZ-01/001

BRY

Ir-Repubblika tal-Każakistan

COMLUX-KZ

KZ-01/002

KAZ

Ir-Repubblika tal-Każakistan

EAST WING

KZ-01/007

EWZ

Ir-Repubblika tal-Każakistan

EURO-ASIA AIR

AK-0472-13

EAK

Ir-Repubblika tal-Każakistan

FLY JET KZ

AK-0477-13

FJK

Ir-Repubblika tal-Każakistan

INVESTAVIA

AK-0479-13

TLG

Ir-Repubblika tal-Każakistan

IRTYSH AIR

AK-0468-13

MZA

Ir-Repubblika tal-Każakistan

JET AIRLINES

KZ-01/003

SOZ

Ir-Repubblika tal-Każakistan

KAZAIR JET

AK-0474-13

KEJ

Ir-Repubblika tal-Każakistan

KAZAIRTRANS AIRLINE

AK-0466-12

KUY

Ir-Repubblika tal-Każakistan

KAZAVIASPAS

AK-0484-13

KZS

Ir-Repubblika tal-Każakistan

PRIME AVIATION

AK-0478-13

PKZ

Ir-Repubblika tal-Każakistan

SCAT

KZ-01/004

VSV

Ir-Repubblika tal-Każakistan

ZHETYSU AIRCOMPANY

AK-0470-12

JTU

Ir-Repubblika tal-Każakistan

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Kirgiża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR BISHKEK (li qabel kien l-EASTOK AVIA)

15

EAA

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR MANAS

17

MBB

Ir-Repubblika Kirgiża

AVIA TRAFFIC COMPANY

23

AVJ

Ir-Repubblika Kirgiża

CENTRAL ASIAN AVIATION SERVICES (CAAS)

13

CBK

Ir-Repubblika Kirgiża

HELI SKY

47

HAC

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR KYRGYZSTAN

03

LYN

Ir-Repubblika Kirgiża

MANAS AIRWAYS

42

BAM

Ir-Repubblika Kirgiża

S GROUP INTERNATIONAL

(li qabel kien l-S GROUP AVIATION)

45

IND

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY BISHKEK

43

BIS

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY KG AIRLINES

41

KGK

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY WAY AIR

39

SAB

Ir-Repubblika Kirgiża

TEZ JET

46

TEZ

Ir-Repubblika Kirgiża

VALOR AIR

07

VAC

Ir-Repubblika Kirgiża

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja.

 

 

Il-Liberja

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Libja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Il-Libja

AFRIQIYAH AIRWAYS

007/01

AAW

Il-Libja

AIR LIBYA

004/01

TLR

Il-Libja

BURAQ AIR

002/01

BRQ

Il-Libja

GHADAMES AIR TRANSPORT

012/05

GHT

Il-Libja

GLOBAL AVIATION AND SERVICES

008/05

GAK

Il-Libja

LIBYAN AIRLINES

001/01

LAA

Il-Libja

PETRO AIR

025/08

PEO

Il-Libja

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Mozambique responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Mozambique

AMBASSADOR LDA

MOZ-21

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

CFM — TRABALHOS E TRANSPORTES AÉREOS LDA

MOZ-07

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

COA — COASTAL AVIATION

MOZ-15

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

CPY — CROPSPRAYERS

MOZ-06

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

CRA — CR AVIATION LDA

MOZ-14

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

ETA — EMPRESA DE TRANSPORTES AÉREOS LDA

MOZ-04

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

EVERETT AVIATION LDA

MOZ-18

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

HCP — HELICÓPTEROS CAPITAL LDA

MOZ-11

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

INAER AVIATION MOZAMBIQUE LDA

MOZ-19

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

KAY — KAYA AIRLINES, LDA

MOZ-09

KYY

Ir-Repubblika tal-Mozambique

LAM — LINHAS AÉREAS DE MOÇAMBIQUE S.A.

MOZ-01

LAM

Ir-Repubblika tal-Mozambique

MAKOND, LDA

MOZ-20

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

MEX — MOÇAMBIQUE EXPRESSO, SARL MEX

MOZ-02

MXE

Ir-Repubblika tal-Mozambique

OHI — OMNI HELICÓPTEROS INTERNATIONAL LDA

MOZ-17

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

SAF — SAFARI AIR LDA

MOZ-12

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

SAM — SOLENTA AVIATION MOZAMBIQUE, SA

MOZ-10

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

TTA — TRABALHOS E TRANSPORTES AÉREOS LDA

MOZ-16

TTA

Ir-Repubblika tal-Mozambique

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tan-Nepal responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tan-Nepal

AIR DYNASTY HELI. S.

035/2001

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

AIR KASTHAMANDAP

051/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

BUDDHA AIR

014/1996

BHA

Ir-Repubblika tan-Nepal

FISHTAIL AIR

017/2001

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

GOMA AIR

064/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

HIMALAYA AIRLINES

084/2015

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

MAKALU AIR

057A/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

MANANG AIR PVT LTD

082/2014

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

MOUNTAIN HELICOPTERS

055/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

MUKTINATH AIRLINES

081/2013

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

NEPAL AIRLINES CORPORATION

003/2000

RNA

Ir-Repubblika tan-Nepal

SAURYA AIRLINES

083/2014

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

SHREE AIRLINES

030/2002

SHA

Ir-Repubblika tan-Nepal

SIMRIK AIR

034/2000

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

SIMRIK AIRLINES

052/2009

RMK

Ir-Repubblika tan-Nepal

SITA AIR

033/2000

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

TARA AIR

053/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

YETI AIRLINES DOMESTIC

037/2004

NYT

Ir-Repubblika tan-Nepal

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

São Tomé u Príncipe

AFRICA'S CONNECTION

10/AOC/2008

ACH

São Tomé u Príncipe

STP AIRWAYS

03/AOC/2006

STP

São Tomé u Príncipe

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' Sierra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Sierra Leone

AIR RUM, LTD

MHUX MAGĦRUF

RUM

Sierra Leone

DESTINY AIR SERVICES, LTD

MHUX MAGĦRUF

DTY

Sierra Leone

HEAVYLIFT CARGO

MHUX MAGĦRUF

Mhux magħruf

Sierra Leone

ORANGE AIR SIERRA LEONE LTD

MHUX MAGĦRUF

ORJ

Sierra Leone

PARAMOUNT AIRLINES, LTD

MHUX MAGĦRUF

PRR

Sierra Leone

SEVEN FOUR EIGHT AIR SERVICES LTD

MHUX MAGĦRUF

SVT

Sierra Leone

TEEBAH AIRWAYS

MHUX MAGĦRUF

Mhux magħruf

Sierra Leone

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sudan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tas-Sudan

ALFA AIRLINES

54

AAJ

Ir-Repubblika tas-Sudan

ALMAJAL AVIATION SERVICE

15

MGG

Ir-Repubblika tas-Sudan

BADR AIRLINES

35

BDR

Ir-Repubblika tas-Sudan

BENTIU AIR TRANSPORT

29

BNT

Ir-Repubblika tas-Sudan

BLUE BIRD AVIATION

11

BLB

Ir-Repubblika tas-Sudan

DOVE AIRLINES

52

DOV

Ir-Repubblika tas-Sudan

ELIDINER AVIATION

8

DND

Ir-Repubblika tas-Sudan

FOURTY EIGHT AVIATION

53

WHB

Ir-Repubblika tas-Sudan

GREEN FLAG AVIATION

17

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tas-Sudan

HELEJETIC AIR

57

HJT

Ir-Repubblika tas-Sudan

KATA AIR TRANSPORT

9

KTV

Ir-Repubblika tas-Sudan

KUSH AVIATION

60

KUH

Ir-Repubblika tas-Sudan

MARSLAND COMPANY

40

MSL

Ir-Repubblika tas-Sudan

MID AIRLINES

25

NYL

Ir-Repubblika tas-Sudan

NOVA AIRLINES

46

NOV

Ir-Repubblika tas-Sudan

SUDAN AIRWAYS

1

SUD

Ir-Repubblika tas-Sudan

SUN AIR COMPANY

51

SNR

Ir-Repubblika tas-Sudan

TARCO AIRLINES

56

TRQ

Ir-Repubblika tas-Sudan

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet taż-Żambja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Iż-Żambja

ZAMBEZI AIRLINES

Z/AOC/001/2009

ZMA

Iż-Żambja


(1)  It-trasportaturi tal-ajru mniżżla fl-Anness A jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand trasportatur tal-ajru li mhux soġġett għal projbizzjoni tal-operat, diment li jkunu konformi mal-istandards rilevanti tas-sikurezza.


ANNESS B

LISTA TA' TRASPORTATURI TAL-AJRU SOĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET OPERAZZJONALI FL-UNJONI  (1)

Isem l-entità ġuridika tat-trasportatur tal-ajru kif indikat fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk ikun differenti)

In-Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”)

In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru

Stat tal-Operatur

It-tip ta' inġenju tal-ajru ristrett

Il-marka/i tar-reġistrazzjoni u, meta jkun disponibbli, in-numru/i tas-serje tal-kostruzzjoni tal-inġenju tal-ajru li jkollu restrizzjoni

Stat tar-reġistrazzjoni

TAAG ANGOLA AIRLINES

001

DTA

Ir-Repubblika tal-Angola

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': 6 inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B777 u 4 inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B737-700.

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': D2-TED, D2-TEE, D2-TEF, D2-TEG, D2-TEH, D2-TEI, D2-TBF, D2-TBG, D2-TBH, D2-TBJ.

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR SERVICE COMORES

06-819/TA-15/DGACM

KMD

Il-Comoros

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': LET 410 UVP.

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': D6-CAM (851336).

Il-Comoros

AFRIJET BUSINESS SERVICE  (2)

002/MTAC/ANAC-G/DSA

ABS

Ir-Repubblika Gaboniża

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': 2 inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 50, u 2 inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 900.

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': TR-LGV; TR-LGY; TR-AFJ; TR-AFR.

Ir-Repubblika Gaboniża

NOUVELLE AIR AFFAIRES GABON (SN2AG)

003/MTAC/ANAC-G/DSA

NVS

Ir-Repubblika Gaboniża

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip Challenger CL-601, inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip HS-125-800.

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': TR-AAG, ZS-AFG.

Ir-Repubblika Gaboniża; Ir-Repubblika tal-Afrika t'Isfel

IRAN AIR  (3)

FS100

IRA

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta':

10 inġenji tal-ajru tat-tip Airbus A300 u 2 inġenji tal-ajru tat-tip Airbus A310.

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta':

 

EP-IBA,

 

EP-IBB,

 

EP-IBC,

 

EP-IBD,

 

EP-IBG,

 

EP-IBI,

 

EP-IBJ,

 

EP-IBS,

 

EP-ICE,

 

EP-ICF,

 

EP-IBK,

 

EP-IBL.

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran

AIR KORYO

GAC-AOC/KOR-01

KOR

Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': 2 inġenji tal-ajru tat-tip TU-204.

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': P-632, P-633.

Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

AIR MADAGASCAR

5R-M01/2009

MDG

Il-Madagascar

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B737, inġenji tal-ajru tat-tip ATR 72/42 u 3 inġenji tal-ajru tat-tip DHC 6-300.

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': inġenji tal-ajru mill-flotta tat-tip Boeing B737 kif jissemma fl-AOC, inġenji tal-ajru mill-flotta tat-tip ATR 72/42 kif jissemma fl-AOC; 5R-MGC, 5R-MGD, 5R-MGF.

Ir-Repubblika tal-Madagascar


(1)  It-trasportaturi tal-ajru mniżżla fl-Anness B jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand trasportatur tal-ajru li mhux soġġett għal projbizzjoni tal-operat, diment li jkunu konformi mal-istandards rilevanti tas-sikurezza.

(2)  L-Afrijet jitħalla juża biss l-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija għall-livell attwali ta' operazzjonijiet tiegħu fl-Unjoni.

(3)  L-Iran Air jista' jopera lejn l-Unjoni bl-inġenji tal-ajru speċifiċi skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Premessa (69) tar-Regolament (UE) Nru 590/2010, ĠU L 170, 6.7.2010, p. 15.


12.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/97


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2323

tal-11 ta' Diċembru 2015

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5a(2) u (4), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 8(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/220 (2) jistabbilixxi l-għadd ta' azjendi prospettanti għal kull Stat Membru u għal kull taqsima tan-Netwerk tad-Dejta tal-Kontabilità Agrikola (FADN). Minħabba bidla strutturali fl-agrikoltura fil-Finlandja li wasslet għal tnaqqis fl-għadd ta' azjendi agrikoli, jixraq li l-għadd ta' azjendi prospettanti għall-Finlandja stabbiliti f'dak l-Anness jitnaqqas skont l-għadd attwali.

(2)

Skont l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009, il-Kroazja tikkostitwixxi taqsima waħda tal-FADN għat-tliet snin ta' wara l-adeżjoni tagħha fl-Unjoni. Peress li dak il-perjodu dalwaqt jiskadi, jeħtieġ li fl-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 jiġi stabbilit l-għadd ta' azjendi prospettanti għal kull taqsima tal-FADN għal dak l-Istat Membru.

(3)

Fid-dawl tal-bidliet previsti f'dan ir-Regolament, il-Finlandja u l-Kroazja għandhom jitħallew jeżaminaw il-pjanijiet tal-għażla rispettivi tagħhom għas-sena fiskali 2016.

(4)

L-Anness VIII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 jistabbilixxi t-tfassil u t-tqassim tal-fatturat tal-azjendi. F'ġieħ iċ-ċarezza, dak l-Anness għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali dwar ċerti struzzjonijiet u definizzjonijiet.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għan-Netwerk ta' Informazzjoni tal-Kontabilità Agrikola,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-Finlandja u l-Kroazja jistgħu jirrevedu l-pjanijiet tal-għażla rispettivi li nnotifikaw għas-sena fiskali 2016. Sal-31 ta' Marzu 2016, għandhom javżaw lill-Kummissjoni bil-pjanijiet tal-għażla rispettivi tagħhom għal dik is-sena fiskali.”

(2)

L-Annessi II u VIII huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jibda japplika mis-sena fiskali 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 328, 15.12.2009, p. 27.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/220 tat-3 ta' Frar 2015 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabbiltà dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 46, 19.2.2015, p. 1).


ANNESS

L-Annessi II u VIII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-ringiela li tikkonċerna l-Kroazja tinbidel b'dan li ġej:

“IL-KROAZJA

861

Jadranska Hrvatska

329

862

Kontinentalna Hrvatska

922

It-total tal-Kroazja

1 251 ”

(b)

ir-ringiela li tikkonċerna l-Finlandja tinbidel b'dan li ġej:

“IL-FINLANDJA

670

Etelä-Suomi

403

680

Sisä-Suomi

229

690

Pohjanmaa

208

700

Pohjois-Suomi

110

It-total tal-Finlandja

950”

(2)

L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

(a)

fis-seba' paragrafu, it-tielet inċiż li jikkonċerna l-gradi ta' preċiżjoni tad-dejta dwar il-fatturat tal-azjendi jinbidel b'dan li ġej:

“—

erji: f'ares (1 a = 100 m2), ħlief fil-każ tal-faqqiegħ li jiġi espress f'metri kwadri tal-erja totali li jkun fiha l-uċuħ tar-raba' u ħlief fit-Tabella M ‘Sussidji’, li fiha l-unitajiet bażiċi jridu jiġu rreġistrati f'ha.”

(b)

fit-Tabella A, fit-Taqsima “A.CL. Klassijiet”, l-ewwel sentenza li tikkonċerna l-kategorija A.CL.180.C. tinbidel b'dan li ġej:

“A.CL.180.C. Żona koperta minn Fondi Strutturali: għandha tingħata indikazzjoni f'liema mir-reġjuni msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) tinsab il-biċċa l-kbira tal-art agrikola użata tal-azjenda agrikola.

(*)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).”"

(c)

fit-Tabella B, fit-Taqsima “B.UT. EAU għall-biedja mill-inkwilin”, l-ewwel paragrafu tal-kategorija B.UT.20.A jinbidel b'dan li ġej:

“B.UT.20.A UAA (art li tinħadem, bur permanenti, uċuħ tar-raba' permanenti u ġonna kulinari) li tinħadem minn persuna li mhix is-sid, l-inkwilin għal għomru jew id-detentur tal-kirja u li l-art imsemmija hija mikrija lilu (il-kera għandha titħallas bi flus u/jew in natura; din ġeneralment tkun iffissata bil-quddiem, u normalment ma tvarjax skont ir-riżultati tal-biedja) u/jew iż-żona agrikola li tintuża maħduma b'kundizzjonijiet simili ta' pussess.”

(d)

fit-Tabella H, ir-ringiela tal-kategorija 5062 tinbidel b'dan li ġej:

“5062

FO

Taxxi u pagamenti oħrajn fuq art u bini

 

—”

(e)

fit-Tabella H, l-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu tinbidel b'dan li ġej:

“Mhijiex obbligatorja li tingħata d-dejta msemmija fil-kodiċijiet 3031 sa 3033 għas-snin tal-kontabbiltà mill-2014 sal-2017 għal dawk l-Istati Membri li fil-passat użaw il-possibbiltà fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 385/2012 (**).

(**)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 385/2012 tat-30 ta' April 2012 dwar il-prospett tal-biedja li għandu jintuża għall-iskop li jiġu ddeterminati l-introjti tal-azjendi agrikoli u li tiġi analizzata l-ħidma kummerċjali ta' tali azjendi (ĠU L 127, 15.5.2012, p. 1).”"

(f)

taħt it-Titolu “GRUPPI TA' INFORMAZZJONI FIT-TABELLA K”, wara t-tielet paragrafu, taħt it-terminu “Kwantità (kolonna Q)”, it-tieni sentenza tinbidel b'dan li ġej:

“Fil-każ tal-prodotti li ġejjin miż-żamma tan-naħal ħlief għall-għasel (kodiċi 700), il-kwantità hija espressa fi kwintali ta' ‘ekwivalenti ta' għasel’.”

(g)

taħt it-Titolu “GRUPPI TA' INFORMAZZJONI FIT-TABELLA L”, fit-Taqsima “L.SA. Bejgħ”, l-aħħar paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“L-għotjiet u s-sussidji riċevuti għall-prodotti matul is-sena ta' kontabbiltà mhumiex inklużi fit-total tal-bejgħ; għandhom jiddaħħlu fit-Tabella M ‘Sussidji’ fil-kategorija adegwata (kodiċijiet bejn l-2110 u l-2900). Meta l-ispejjeż tat-tqegħid fis-suq, jekk ikun hemm, ikunu magħrufa, dawn ma jitnaqqsux mit-total tal-bejgħ, iżda jitniżżlu fit-Tabella H ‘Mezzi ta' Produzzjoni’ fil-kategorija adegwata ta' spejjeż speċifiċi ta' attivitajiet oħra bi skop ta' qligħ (kodiċijiet mill-4010 sal-4090).”



12.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/101


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2324

tal-11 ta' Diċembru 2015

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill 1342/2008 rigward ir-raggruppamenti tal-irkaptu f'ċerti żoni ġeografiċi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2004 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Billi:

(1)

Wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Politika Komuni tas-Sajd huwa li jelimina l-prattika ħalja tar-rimi. L-obbligu tal-ħatt se jidħol ftit ftit fis-seħħ għal ċertu sajd demersali li bħalissa huwa kopert mir-reġim tal-gruppi tal-isforz tas-sajd fir-Regolament (KE) Nru 1342/2008, sa mill-2016 u l-aktar tard sal-2019.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 jistipula li l-limiti tal-gruppi tal-isforz tas-sajd huma assenjati lil gruppi differenti ta' sforz iddefiniti skont ir-raggruppamenti tal-irkapti u skont iż-żoni ġeografiċi stabbiliti fl-Anness I ta' dak ir-Regolament.

(3)

Minħabba l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt, tinħtieġ aktar flessibbiltà fir-reġim attwali tal-gruppi tal-isforz tas-sajd biex is-sajjieda jkunu jistgħu jużaw irkapti aktar selettivi b'malja ikbar. F'dan il-kuntest deher li kien hemm bżonn analiżi biex jiġi evalwat kemm l-istruttura attwali ta' raggruppamenti tal-gruppi tal-isforz kienu għadhom kosteffiċjenti f'termini ta' piż tal-ġestjoni mqabbel mal-bżonnijiet tal-konservazzjoni.

(4)

B'riżultat ta' dan, il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd intalab parir dwar il-possibbiltà li jingħaqdu r-raggruppamenti tal-irkapti TR1 u TR2 li jintużaw biex jiddefinixxu l-gruppi tal-isforz. Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd ikkonkluda (2) li hemm riskju ta' żieda fil-mortalità tal-bakkaljaw minħabba s-sajd meta jingħaqdu r-raggruppamenti tal-irkapti TR1 u TR2, u li din l-għaqda, jekk issir biss fil-Baħar tat-Tramuntana, fi Skagerrak u fil-Kanal tal-Lvant, twassal għal nuqqas ta' konsistenza ma' żoni ta' ġestjoni oħrajn. Ikkonkluda wkoll li r-raggruppament magħqud ġdid ikun aktar eteroġenju rigward l-istokkijiet bijoloġiċi li jinqabdu milli huma r-raggruppamenti separati tat-TR1 u t-TR2, u li x'aktarx li ma jkunx hemm aktar kosteffiċjenza, minħabba l-miżuri addizzjonali li jkollhom jitwettqu biex jopponu l-possibbiltà ta' żieda fil-mortalità tal-bakkaljaw minħabba s-sajd. Madankollu, il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd ikkonkluda wkoll li jekk issir din l-għaqda, is-sajjieda jkunu jistgħu jistadu b'mod aktar selettiv.

(5)

Barra minn hekk, waqt evalwazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 li saret fl-2011 (3), il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd innota li l-mortalità tal-bakkaljaw tal-Baħar tat-Tramuntana minħabba s-sajd fl-2010 kienet tlieta fil-mija biss inqas minn dik tal-2008. Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd ikkonkluda li l-isforz ta' ġestjoni tal-istokk tal-bakkaljaw fil-Baħar tat-Tramuntana ma rnexxilux inaqqas ir-rimi.

(6)

L-isforz allokat għar-raggruppamenti tal-irkapti TR1 u TR2 tnaqqas ħafna mill-introduzzjoni fl-2008 'l hawn tar-reġim tal-gruppi tal-isforz attwali tas-sajd. Għalhekk, il-kobor ta' kull impatt negattiv potenzjali tal-għaqda fuq il-mortalità tal-bakkaljaw minħabba s-sajd huwa ħafna inqas milli kien ikun fil-passat.

(7)

Jekk issir għaqda, din tnaqqas ħafna l-ispejjeż tal-ġestjoni. Tnaqqis tar-raggruppamenti tal-irkapti tas-sajd iwassal għal tnaqqis fl-ispejjeż amministrattivi għall-awtoritajiet nazzjonali u għas-sajjieda, speċjalment billi ħafna sajjieda jużaw irkapti diversi, u b'hekk jiffurmaw parti minn diversi raggruppamenti tal-gruppi tal-isforz tas-sajd, u l-allokazzjoni tal-gruppi tal-isforzi tas-sajd korrispondenti twassal għal kalkoli kumplessi. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-obbligu l-ġdid li jħottu l-qabdiet kollha se torbot ħafna mir-riżorsi umani fl-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni hija tal-fehma wkoll li jekk ikun hemm żieda fil-mortalità tal-bakkaljaw minħabba s-sajd, ma jfissirx bilfors li miżuri protettivi addizzjonali se jikkawżaw spejjeż amministrattivi sostanzjali.

(8)

Skont il-parir tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) (4), l-istatus ta' konservazzjoni tal-istokk ta' bakkaljaw fil-Baħar tat-Tramuntana fis-Sottotaqsima taż-Żona IV, fit-Taqsima tal-ICES VIId u fil-parti tal-Punent tat-Taqsima IIIa tal-ICES (Skagerrak) ittejjeb ħafna.

(9)

Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, wieħed jista' jasal għall-konklużjoni li l-introduzzjoni iktar ta' malajr tal-obbligu tal-ħatt tal-bakkaljaw tagħti iktar valur miżjud fit-tnaqqis tal-mortalità tal-bakkaljaw minħabba s-sajd ikkawżati mill-qabdiet inċidentali milli jekk tinżamm is-sistema kurrenti obbligatorja tal-ġestjoni tal-gruppi tal-isforz.

(10)

Għaldaqstant ma jixraqx li jinżammu separati r-raggruppamenti tal-irkapti TR1 u TR2 fiż-żoni li jidhru hawn taħt: L-Iskagerrak, dik il-parti taż-żona ICES IIIa li mhix koperta minn Skagerrak u Kattegat; iż-żona tal-ICES IV u l-ilmijiet tal-KE taż-żona tal-ICES IIa, u ż-żona tal-ICES VIId Minħabba l-qagħda ħażina tal-istokkijiet tal-bakkaljaw fiż-żoni Kattegat, fiż-żona tal-ICES VIIa, fiż-żona tal-ICES VIa u fl-ilmijiet tal-KE taż-żona tal-ICES Vb, l-għaqda tar-raggruppamenti tal-irkapti tas-sajd ma għandhiex tapplika f'dawk iż-żoni.

(11)

Il-Kummissjoni se tissorvelja bir-reqqa l-effett fuq il-mortalità mis-sajd tal-bakkaljaw li se jkollha l-għaqda tar-raggruppamenti tal-irkapti TR1 u TR2 biex tkun tista' taddatta l-istruttura tar-raggruppamenti tal-irkapti skont ir-riżultati ta' din is-sorveljanza jekk tiżdied il-mortalità mis-sajd tal-bakkaljaw minħabba r-rimi.

(12)

Biex il-Kummissjoni u l-Istati Membri jkunu jistgħu jissorveljaw kif se tevolvi din is-sitwazzjoni mingħajr ma jġarrbu spejjeż amministrattivi addizzjonali, jixraq li s-sistema ta' rappurtar attwali ma tinbidilx.

(13)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 għandu jiġi emendat kif meħtieġ.

(14)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 tinżied l-entrata li ġejja:

“3.

B'deroga mill-punt 1, għall-ġestjoni tal-gruppi tal-isforz tas-sajd fiż-żona msemmija fil-punt 2(b), ir-raggruppamenti tal-irkapti TR2 u TR1 se jitqiesu bħala raggruppament wieħed b'malja ta' daqs ta' 70 mm jew ikbar. L-Istati Membri għandhom jibqgħu jirrappurtaw l-użu tal-gruppi tal-isforz b'mod separat għar-raggruppamenti tal-irkapti TR1 u TR2 kif meħtieġ mill-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (*).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' Jannar 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 348, 24.12.2008, p. 20.

(2)  Scientific, Technical, and Economic Comimtee for Fisheries — 49th Plenary Meeting Report (PLEN-15-02),

(3)  Evaluation of multi-annual plans for cod in Irish Sea, Kattegat, North Sea, and West of Scotland (STECF-11-07).

(4)  ICES Advice on fishing opportunities, catch, and effort Greater North Sea and Celtic Seas Ecoregions: 6.3.4 Cod (Gadus morhua) in Subarea IV and Divisions VIId and IIIa West (North Sea, Eastern English Channel, Skagerrak).


12.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/104


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2325

tal-11 ta' Diċembru 2015

li jissottometti l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Federazzjoni Russa għal reġistrazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b'mod partikolari l-Artikolu 14(5) tiegħu,

Wara li infurmat lill-Istati Membri,

Billi:

(1)

Fl-14 ta' Mejju 2015, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħabbret, permezz ta' notifika ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2), it-tnedija ta' proċediment antidumping rigward l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”) u mill-Federazzjoni Russa (“ir-Russja”), wara li tressaq ilment fl-1 ta' April 2015 minn Eurofer (“l-ilmentatur”) f'isem produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ.

1.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT

(2)

Il-prodott soġġett għar-reġistrazzjoni (“il-prodott ikkonċernat”) huwa prodotti rrumblati ċatti tal-ħadid jew azzar mhux illigat, jew azzar illigat ieħor iżda eskluż l-azzar inossidabbli, ta' kull wisa', irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsa bla sħana), mhux miksija, b'liga jew mgħottija u mhux maħduma aktar ħlief irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsa bla sħana) iżda ma jinkludix:

prodotti rrumblati ċatti tal-ħadid jew azzar mhux illigat, ta' kull wisa', irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsa bla sħana), mhux miksijin, b'liga jew mgħottijin, mhux maħduma aktar ħlief irrumblati fil-kiesaħ, f'koljaturi jew le, ta' kull ħxuna, elettrika,

prodotti rrumblati ċatti tal-ħadid jew azzar mhux illigat, ta' kull wisa', irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsa bla sħana), mhux miksijin, b'liga jew mgħottijin, f'koljaturi, ta' ħxuna ta' inqas minn 0,35 mm, ittemprati (magħrufa bħala “pjanċi suwed”),

prodotti rrumblati ċatti ta' azzar ta' xi liga oħra, ta' kull wisa', ta' azzar siliċju-elettriku, u

prodotti rrumblati ċatt ta' azzar illigat, mhux maħduma aktar ħlief irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsa bla sħana), tal-azzar b'veloċità għolja,

li joriġinaw miċ-Ċina u mir-Russja (“il-pajjiżi kkonċernati”), li bħalissa jinsabu fil-kodiċi(jiet) NM ex 7209 15 00, 7209 16 90, 7209 17 90, 7209 18 91, ex 7209 18 99, ex 7209 25 00, 7209 26 90, 7209 27 90, 7209 28 90, 7211 23 30, ex 7211 23 80, ex 7211 29 00, 7225 50 80, 7226 92 00. Dawn il-kodiċijiet NM qed jingħataw biss għall-informazzjoni.

2.   TALBA

(3)

It-talba għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku saret mill-ilmentatur fit-12 ta' Novembru 2015. L-ilmentatur talab li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat isiru soġġetti għar-reġistrazzjoni sabiex sussegwentament ikunu jistgħu jiġu applikati miżuri kontra dawk l-importazzjonijiet mid-data ta' tali reġistrazzjoni.

3.   IR-RAĠUNIJIET GĦAR-REĠISTRAZZJONI

(4)

Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tista' tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet tad-dwana biex jieħdu l-passi xierqa għar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, sabiex il-miżuri jkunu jistgħu jiġu applikati sussegwentement fuq dawk l-importazzjonijiet. L-importazzjonijiet jistgħu jsiru soġġetti għar-reġistrazzjoni wara talba mill-industrija tal-Unjoni li jkun fiha biżżejjed evidenza biex tiġġustifika din l-azzjoni.

(5)

L-ilmentatur jiddikjara li r-reġistrazzjoni hija ġġustifikata billi l-prodott ikkonċernat għadu qed ikun suġġett għal dumping u l-importaturi kienu jafu tajjeb dwar il-prattiki ta' dumping li kien ilhom għaddejjin għal perjodu estiż ta' żmien u kienu qed jikkawżaw dannu għall-industrija tal-Unjoni. L-ilmentatur jiddikjara wkoll li l-importazzjonijiet Russi u Ċiniżi qed jikkawżaw dannu għall-industrija tal-Unjoni u li kien hemm żieda sostanzjali fil-livell ta' dawk l-importazzjonijiet, ukoll wara l-perjodu tal-investigazzjoni, li jimmina b'mod serju l-effett ta' rimedju tad-dazju ta' kontra d-dumping, jekk jiġi applikat tali dazju.

(6)

Il-Kummissjoni tqis li l-importaturi kienu jafu, jew kellhom ikunu jafu dwar il-prattiki ta' dumping tal-esportaturi. Evidenza prima facie suffiċjenti f'dan ir-rigward kienet tinsab fl-ilment u dan kien ippreżentat fin-notifika ta' bidu għal dan il-proċediment (3). Il-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment stmat li kien hemm marġini ta' dumping ta' 28 % għall-importazzjonijiet Ċiniżi u ta' mhux aktar minn 20 % — 25 % għall-importazzjonijiet Russi. Meta titqies il-firxa tad-dumping li jista' jkun qed iseħħ, ikun raġonevoli li wieħed jassumi li l-importaturi jkunu jafu, jew misshom kienu jafu, bis-sitwazzjoni.

(7)

Għaċ-Ċina, l-ilmentatur ipprovda fl-ilment evidenza dwar il-valur normali bbażat fuq l-informazzjoni tal-ipprezzar ta' produttur Kanadiż, billi kien għażel il-Kanada bħala pajjiż analogu. Għar-Russja, l-ilmentatur ipprovda evidenza dwar valur normali maħdum (l-ispejjeż tal-manifattura, tal-bejgħ, dawk ġenerali u amministrattivi u l-profitt stmati). L-evidenza dwar id-dumping hija bbażata fuq tqabbil tal-valuri normali b'dan stabbiliti mal-prezz tal-esportazzjoni (fuq livell ta' kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Il-prezz tal-esportazzjoni Ċiniż ġie ddeterminat fuq il-bażi ta' disa' fatturi ta' bejgħ ta' esportazzjoni Ċiniżi lejn l-Unjoni, filwaqt li l-prezz tal-esportazzjoni Russu ġie stabbilit billi ntużat id-dejta tal-Eurostat.

(8)

Minbarra dan, l-ilmentatur ipprovda kemm fl-ilment kif ukoll fit-talba għar-reġistrazzjoni biżżejjed evidenza fil-forma ta' dikjarazzjonijiet għall-istampa li fihom huma deskritti l-prattiki ta' dumping mill-esportaturi Ċiniżi u Russi u li prima facie ma setgħux u ma kellhomx jiġu injorati mill-importaturi.

(9)

Mill-bidu tal-proċediment f'Mejju 2015, ġiet osservata żieda ulterjuri ta' madwar 33 % għaċ-Ċina u ta' 45 % għar-Russja meta jitqabblu l-volumi tal-importazzjoni tal-pajjiżi kkonċernati matul il-perjodu ta' Mejju 2014 sa Settembru 2014 mal-istess perjodu fl-2015 (jiġifieri l-perjodu wara l-inizjazzjoni). Fit-talba għar-reġistrazzjoni, l-ilmentatur qabbel ukoll il-volumi kkombinati tal-importazzjonijiet Ċiniżi u Russi tal-prodott ikkonċernat fil-perjodu Jannar 2014 — Settembru 2014 mal-perjodu Jannar 2015 — Settembru 2015. Dan il-paragun wera żieda ta' 24 % fil-volum tal-importazzjoni miż-żewġ pajjiżi kkonċernati. Dan juri li kien hemm żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet Russi u Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat fl-ewwel nofs tal-2015 u aktar minn hekk wara l-bidu tal-investigazzjoni preżenti.

(10)

L-ilmentatur inkluda wkoll evidenza prima facie fl-ilment u fit-talba għar-reġistrazzjoni dwar ix-xejra ta' tnaqqis tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-importazzjoni għall-pajjiżi kkonċernati. Fl-ilment, il-prezz tal-bejgħ Ċiniż medju lejn l-Unjoni naqas b'16 %, filwaqt li l-prezz medju tal-bejgħ Russu lejn l-Unjoni naqas b'7 % bejn l-2010 u Settembru 2014. Fit-talba għar-reġistrazzjoni, il-prezzijiet tal-importazzjoni għall-perjodu 2011 sal-ewwel nofs tal-2015 ġew imqabbla, u wrew tnaqqis ta' 21 % fil-prezz medju tal-importazzjoni Ċiniż u tnaqqis ta' 26 % għall-prezz tal-importazzjoni medju Russu. B'mod ġenerali, u meta jitqies id-daqs tal-marġinijiet tad-dumping allegati, din l-evidenza tipprovdi biżżejjed sostenn f'dan l-istadju li l-esportaturi kemm fiċ-Ċina kif ukoll fir-Russja qed iwettqu dumping. F'dak li jirrigwarda l-prezzijiet tal-importazzjoni wara l-bidu tal-każ f'Mejju 2015, tnaqqis ulterjuri ta' 5 % ġie osservat għal kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati bl-użu taċ-ċifri ta' Settembru 2015 fil-Eurostat.

(11)

Minbarra dan, fl-ilment hemm biżżejjed evidenza prima facie li qed jiġi kkawżat dannu u fis-sottomissjonijiet magħmula fil-qafas tal-investigazzjoni, inkluża t-talba tar-reġistrazzjoni, hemm evidenza li jiġi kkawżat dannu addizzjonali permezz ta' tkomplija taż-żieda f'dawn l-importazzjonijiet bi prezzijiet li jkomplu jonqsu. Fid-dawl taż-żmien, iż-żieda fil-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping u ċirkostanzi oħrajn (bħall-kapaċità eċċessiva fiċ-Ċina u l-komportament tal-ipprezzar tal-esportaturi Ċiniżi u Russi) x'aktarx li jimminaw serjament l-effett ta' rimedju ta' kull dazju definittiv, sakemm dawn id-dazji ma jiġux applikati b'mod retroattiv. Barra minn hekk, fid-dawl tat-tnedija tal-proċedimenti attwali u filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi tal-importazzjonijiet Russi u Ċiniżi f'termini ta' prezzijet u volumi sa issa, huwa raġonevoli li wieħed jassumi li l-livell tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat jista' jiżdied ulterjorment qabel l-adozzjoni ta' miżuri provviżorji, jekk ikun hemm minnhom, u li l-inventarji jistgħu jinbnew b'mod rapidu mill-importaturi.

4.   PROĊEDURA

(12)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza prima facie biex jiġġustifika li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ikunu soġġetti għar-reġistrazzjoni, b'konformità mal-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.

(13)

Il-partijiet kollha interessati huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, sakemm jagħmlu talba bil-miktub u juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu.

5.   REĠISTRAZZJONI

(14)

Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat għandhom isiru soġġetti għar-reġistrazzjoni bl-iskop li jiżguraw li, jekk l-investigazzjoni tirriżulta f'konklużjonijiet li jwasslu għall-impożizzjoni ta' dazji antidumping, dawk id-dazji jistgħu, jekk il-kundizzjonijiet neċessarji jiġu ssodisfati, jiġu imposti b'mod retroattiv fuq l-importazzjonijiet irreġistrati f'konformità mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku.

(15)

L-ilmentatur jikkalkula fl-ilment marġini tad-dumping medju ta' 28 % u marġni medju ta' bejgħ taħt il-prezz ta' 19 %-22 % għaċ-Ċina għall-prodott ikkonċernat. Għar-Russja, l-ilmentatur jikkalkula li l-marġini medji tad-dumping huma fil-medda ta' 15 % sa 20 % għall-prodott ikkonċernat. Il-marġini medju tal-bejgħ taħt il-prezz għar-Russja jvarja minn 23 % sa 27 % għall-prodott ikkonċernat. L-ammont stmat ta' responsabbiltà possibbli fil-futur huwa stabbilit għaċ-Ċina fil-livell ta' bejgħ taħt il-prezz, stmat abbażi tal-ilment, jiġifieri 19 %-22 % ad valorem fuq il-valur ta' importazzjoni CIF tal-prodott ikkonċernat. Għar-Russja, l-ammont stmat ta' responsabbiltà possibbli fil-futur huwa stabbilit fil-livell ta' dumping medju stmat abbażi tal-ilment, jiġifieri 15 %-20 % ad valorem fuq il-valur tal-importazzjoni CIF tal-prodott ikkonċernat.

6.   IPPROĊESSAR TA' DEJTA PERSONALI

(16)

Kull dejta personali miġbura fil-kuntest ta' din ir-reġistrazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-awtoritajiet doganali huma b'dan ordnati, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, biex jieħdu l-passi xierqa sabiex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti rrumblati ċatti tal-ħadid jew azzar mhux illigat, jew azzar illigat ieħor iżda eskluż l-azzar inossidabbli, ta' kull wisa', irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsa bla sħana), mhux miksija, b'liga jew mgħottija u mhux maħduma aktar ħlief irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsa bla sħana) iżda li ma jinkludux:

prodotti rrumblati ċatti tal-ħadid jew azzar mhux illigat, ta' kull wisa', irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsa bla sħana), mhux miksijin, b'liga jew mgħottijin, mhux maħduma aktar ħlief irrumblati fil-kiesaħ, f'koljaturi jew le, ta' kull ħxuna, elettrika,

prodotti rrumblati ċatti tal-ħadid jew azzar mhux illigat, ta' kull wisa', irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsa bla sħana), mhux miksijin, b'liga jew mgħottijin, f'koljaturi, ta' ħxuna ta' inqas minn 0,35 mm, ittemprati (magħrufa bħala “pjanċi suwed”),

prodotti rrumblati ċatti ta' azzar ta' xi liga oħra, ta' kull wisa', ta' azzar siliċju-elettriku, u

prodotti rrumblati ċatt ta' azzar illigat, mhux maħduma aktar ħlief irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsa bla sħana), tal-azzar b'veloċità għolja,

li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Federazzjoni Russa (“il-pajjiżi kkonċernati”), li bħalissa jinsabu fil-kodiċi(jiet) NM ex 7209 15 00 (il-kodiċi TARIC 7209150090), 7209 16 90, 7209 17 90, 7209 18 91, ex 7209 18 99 (il-kodiċi TARIC 7209189990), ex 7209 25 00 (il-kodiċi TARIC 7209250090), 7209 26 90, 7209 27 90, 7209 28 90, 7211 23 30, ex 7211 23 80 (il-kodiċi TARIC 7211238019, 7211238095 u 7211238099), ex 7211 29 00 (il-kodiċi TARIC 7211290019 u 7211290099), 7225 50 80 u 7226 92 00.

Ir-reġistrazzjoni tiskadi disa' xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub, biex jipprovdu evidenza ta' sostenn jew jitolbu li jinstemgħu fi żmien 20 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51

(2)  ĠU C 161, 14.5.2015, p. 9

(3)  ĠU C 161, 14.5.2015, p. 9 (it-Taqsima 3 tan-notifika ta' bidu).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).


12.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/108


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2326

tal-11 ta' Diċembru 2015

dwar l-estensjoni tal-perjodi tranżizzjonali relatati ma' rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal kontropartijiet ċentrali stipulati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 497(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiġi evitat tfixkil fis-swieq finanzjarji internazzjonali u sabiex ma jitħalliex li l-istituzzjonijiet ikunu ppenalizzati billi jiġu soġġetti għal rekwiżiti ogħla ta' fondi proprji waqt il-proċessi ta' awtorizzazzjoni u rikonoxximent ta' kontropartijiet ċentrali eżistenti (“CCPs”), l-Artikolu 497(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 stabbilixxa perjodu tranżizzjonali li matulu l-kontropartijiet ċentrali kollha li istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni jikklerjaw it-tranżazzjonijiet magħhom se jitqiesu bħala kontropartijiet ċentrali kwalifikanti.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 emenda wkoll ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) fir-rigward ta' ċerti inputs għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji ta' istituzzjonijiet għal skoperturi għal CCPs. Għaldaqstant, l-Artikolu 89(5a) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jobbliga ċerti CCPs jirrappurtaw, għal perjodu ta' żmien limitat, l-ammont totali tal-marġni inizjali li huma jkunu rċevew mill-membri tal-ikklerjar tagħhom. Dan il-perjodu tranżizzjonali jirrifletti dak il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 497 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(3)

Kemm il-perjodu tranżizzjonali għar-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbilit fl-Artikolu 497(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll il-perjodu tranżizzjonali għar-rapportar ta' marġni inizjali stipulat fl-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 89(5a) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 kienu previsti li jiskadu fil-15 ta' Ġunju 2014.

(4)

L-Artikolu 497(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex f'ċirkostanzi eċċezzjonali tadotta att ta' implimentazzjoni sabiex il-perjodu tranżizzjonali jiġi estiż b'sitt xhur. Din l-estensjoni għandha tapplika wkoll fir-rigward tal-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 89(5a) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Dawk il-perjodi tranżitorji ġew estiżi sal-15 ta' Diċembru 2015 mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 591/2014 (3), (UE) Nru 1317/2014 (4) u (UE) 2015/880 (5).

(5)

Il-proċess ta' awtorizzazzjoni għall-kontropartijiet ċentrali eżistenti stabbiliti fl-Unjoni jinsab għaddej iżda mhux se jitlesta sal-15 ta' Diċembru 2015. Rigward is-CCPs stabbiliti f'pajjiżi terzi li diġà applikaw għar-rikonoxximent, diversi CCPs stabbiliti f'pajjiżi terzi diġà ġew rikonoxxuti mill-ESMA u xi oħrajn jistgħu jiġu rikonoxxuti fuq il-bażi ta' deċiżjonijiet ta' ekwivalenza skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, li l-Kummissjoni adottat fit-13 ta' Novembru 2015. Il-proċess ta' rikonoxximent madankollu mhux se jitlesta sal-15 ta' Diċembru 2015. Għaldaqstant, il-ħtieġa li jiġi evitat tfixkil fis-swieq finanzjarji internazzjonali, li kienet wasslet sabiex jittawwal il-perjodu tranżizzjonali stabbilit fl-Artikolu 497(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 rigward il-kontropartijiet ċentrali stabbiliti f'pajjiżi terzi, tkun għadha hemm wara l-iskadenza tal-estensjoni tal-perjodu tranżizzjonali stipulata fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/880. Estensjoni ulterjuri tal-perjodu tranżizzjonali għandha tippermetti lill-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni (jew lis-sussidjarji tagħhom stabbiliti lil hinn mill-Unjoni) biex jevitaw żieda sinifikanti fir-rekwiżiti ta' fondi proprji minħabba n-nuqqas ta' kontropartijiet ċentrali rikonoxxuti stabbiliti f'kull pajjiż terz rilevanti u li jipprovdu, b'mod vijabbli u aċċessibli, it-tip ta' servizzi tal-ikklerjar partikolari li jeħtieġu l-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Filwaqt li żieda bħal din tista' tkun biss temporanja, din tista' potenzjalment twassal għall-irtirar ta' dawk l-istituzzjonijiet milli jkunu parteċipanti diretti f'dawk il-kontropartijiet ċentrali u b'hekk jiġi kkawżat tfixkil fis-swieq li joperaw fihom dawk is-CCPs. Għalhekk jixraq li l-perjodi tranżizzjonali jittawlu b'sitt xhur oħra.

(6)

Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Banek Ewropej,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-perjodi ta' 15-il xahar imsemmijin fl-Artikolu 497(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-ewwel u fit-tieni sottoparagrafi tal-Artikolu 89(5a) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, rispettivament, kif diġà estiżi skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 591/2014, tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1317/2014 u (UE) 2015/880, jittawlu b'sitt xhur oħra sal-15 ta' Ġunju 2016.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 591/2014 tat-3 ta' Ġunju 2014 dwar l-estensjoni tal-perjodi tranżizzjonali relatati ma' rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal kontropartijiet ċentrali fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 4.6.2014, p. 31).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1317/2014 tal-11 ta' Diċembru 2014 dwar l-estensjoni tal-perjodi tranżizzjonali relatati ma' rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal kontropartijiet ċentrali fir-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 355, 12.12.2014, p. 6).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/880 tal-4 ta' Ġunju 2015 dwar l-estensjoni tal-perjodi tranżizzjonali relatati ma' rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal kontropartijiet ċentrali fir-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 143, 9.6.2015, p. 7).


12.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/110


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2327

tal-11 ta' Diċembru 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

90,2

TR

91,2

ZZ

90,7

0707 00 05

MA

90,5

TR

155,3

ZZ

122,9

0709 93 10

MA

64,5

TR

134,6

ZZ

99,6

0805 10 20

MA

71,7

TR

62,0

ZA

34,0

ZW

32,0

ZZ

49,9

0805 20 10

MA

70,6

ZZ

70,6

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

113,8

TR

85,4

ZZ

99,6

0805 50 10

TR

96,2

ZZ

96,2

0808 10 80

CL

81,9

US

110,2

ZA

187,8

ZZ

126,6

0808 30 90

CN

58,1

TR

130,9

ZZ

94,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


12.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/112


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2328

tal-11 ta' Diċembru 2015

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-20 ta' Novembru 2015 sat-30 ta' Novembru 2015 u li jiddeterminaw il-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-20 ta' Novembru 2015 sat-30 ta' Novembru 2015 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar 2016 sat-30 ta' Ġunju 2016 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3).

(3)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-20 ta' Novembru 2015 sat-30 ta' Novembru 2015 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar 2016 sat-30 ta' Ġunju 2016 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jixraq li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn il-kwantitajiet jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota sussegwenti.

(4)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar 2016 sat-30 ta' Ġunju 2016 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni li ma tressqux skont ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' Lulju 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016, jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta' Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

I.A

Numru tal-ordni

Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1.1.2016 sat-30.6.2016

(f'%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.7.2016 sal-31.12.2016

(f'kg)

09.4590

09.4599

09.4591

09.4592

09.4593

09.4594

09.4595

09.4596

I.F

Prodotti li joriġinaw mill-Iżvizzera

Numru tal-ordni

Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1.1.2016 sat-30.6.2016

(f'%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.7.2016 sal-31.12.2016

(f'kg)

09.4155

9,899845

I.H

Prodotti li joriġinaw min-Norveġja

Numru tal-ordni

Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1.1.2016 sat-30.6.2016

(f'%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.7.2016 sal-31.12.2016

(f'kg)

09.4179

2 575 203

I.I

Prodotti li joriġinaw mill-Iżlanda

Numru tal-ordni

Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1.1.2016 sat-30.6.2016

(f'%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.7.2016 sal-31.12.2016

(f'kg)

09.4205

09.4206

I.K

Prodotti li joriġinaw min-New Zealand

Numru tal-ordni

Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1.1.2016 sat-30.6.2016

(f'%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.7.2016 sal-31.12.2016

(f'kg)

09.4514

7 000 000

09.4515

4 000 000

09.4182

16 806 000

09.4195

20 540 500

I.L

Prodotti li joriġinaw mill-Ukraina

Numru tal-ordni

Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1.1.2016 sat-30.6.2016

(f'%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.7.2016 sal-31.12.2016

(f'kg)

09.4600

4 000 000

09.4601

750 000

09.4602

750 000


DEĊIŻJONIJIET

12.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/116


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2329

tal-11 ta' Diċembru 2015

li tiddetermina li s-sospensjoni temporanja tad-dazji doganali preferenzjali stabbiliti taħt il-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim ta' Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, u skont il-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra, mhix xierqa għall-importazzjoni tal-banana li joriġinaw rispettivament fil-Peru u fil-Gwatemala għas-sena 2015

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 19/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 li jimplimenta l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa, u l-Kolombja u l-Perù fuq in-naħa l-oħra (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 20/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 li jimplimenta l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana ġie introdott bil-Ftehim ta' Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, li provviżjorjament daħal fis-seħħ fir-rigward tal-Kolombja u l-Perù fl-1 ta' Awwissu 2013 u fl-1 ta' Marzu 2013 rispettivament.

(2)

Mekkaniżmu simili għall-banana ġie introdott bil-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, li provviżjorjament daħal fis-seħħ fil-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali matul l-2013, bil-Gwatemala tkun l-aħħar waħda, fl-1 ta' Diċembru 2013.

(3)

Skont dawn il-mekkaniżmi, u skont l-Artikoli 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 19/2013 u r-Regolament (UE) Nru 20/2013, ġaladarba jinqabeż volum ta' skattar definit għall-importazzjoni ta' banana friska (intestatura 0803 90 10 tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea tal-1 ta' Jannar 2010) minn wieħed mill-pajjiżi konċernati, il-Kummissjoni tadotta att ta' implimentazzjoni li jista' jissospendi temporanjament id-dazji tad-dwana preferenzjali applikati fuq l-importazzjoni tal-banana friska għal dak il-pajjiż jew jiddetermina li tali sospensjoni mhix xierqa.

(4)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tittieħed skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu.

(5)

L-importazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea ta' banana friska li joriġinaw fil-Gwatemala qabżet il-limitu ta' 62 500 tunnellata metriċi definit mill-Ftehim ta' Kummerċ t'hawn fuq f'Ottubru 2015. F'Novembru 2015 l-importazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea ta' banana friska li toriġina mill-Perù ukoll qabżet il-limitu definit ta' 86 250 tunnellata metriċi.

(6)

F'dan il-kuntest, skont l-Artikoli 15(3) tar-Regolament (UE) Nru 19/2013 u tar- Regolament (UE) Nru 20/2013, il-Kummissjoni ħadet inkonsiderazzjoni l-impatt tal-importazzjoni kkonċernata fuq il-qagħda tas-suq tal-Unjoni għall-banana sabiex tiddeċiedi jekk id-dazju doganali preferenzjali għandux jiġi sospiż. Għal dan l-għan il-Kummissjoni eżaminat l-effett tal-importazzjoni fuq il-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni, l-iżvilupp tal-importazzjoni minn sorsi oħra u l-istabbiltà ġenerali tas-suq tal-Unjoni għal banana friska.

(7)

L-importazzjonijiet ta' banana friska mill-Perù rrappreżentat ftit inqas minn 2 % tal-importazzjoni totali tal-banana friska lejn l-Unjoni meta qabżu l-limiti definit tagħhom għall-2015. Abbażi ta' projezzjoni tal-importazzjoni sa tmiem l-2015, b'kont meħud tal-importazzjoni ta' kull xahar fl-2015 u l-fatt li l-importazzjonijiet mill-Perù fl-2014 baqgħu taħt it-2 % tal-importazzjoni totali għas-sena kalendarja kollha, m'hemm l-ebda indikazzjoni li tissuġġerixxi li l-livell ta' importazzjoni mill-Perù kif imqabbel mal-importazzjoni total ikun materjalment differenti għas-sena sħiħa 2015.

(8)

L-importazzjonijiet ta' banana friska mill-Gwatemala rrappreżentaw ftit inqas minn 1,5 % tal-importazzjonijiet totali tal-banana friska lejn l-Unjoni meta qabżu l-limiti definit tagħhom għall-2015. Anki jekk, f'termini assoluti, din tirrappreżenta d-doppju tal-volum ta' importazzjoni għall-2014, abbażi ta' projezzjoni tal-importazzjonijiet sa tmiem l-2015 b'kont meħud tal-importazzjoni ta' kull xahar fl-2015, l-importazzjonijiet tal-banana mill-Gwatemala x'aktarx li ma jaqbżux il-1,5 % tal-importazzjonijiet totali għas-sena 2015 sħiħa.

(9)

Filwaqt li l-prezz tal-importazzjoni Peruvjan kien medja ta' EUR 670/tunnellata fl-ewwel 9 xhur tal-2015, jiġifieri 4 % ogħla mill-prezz medju ta' importazzjonijiet oħra, il-prezz tal-importazzjoni mill-Gwatemala kien medja ta' EUR 621/tunnellata matul l-istess perjodu, li huwa 3,5 % aktar baxx mill-prezzijiet medji ta' importazzjonijiet oħra ta' banana friska lejn l-UE.

(10)

L-importazzjonijiet kkombinati mill-Peru u mill-Gwatemala huma mistennija li jibqgħu inqas minn 3,5 % tal-importazzjonijiet totali għas-sena 2015 sħiħa, u l-prezz medju kkombinat tagħhom huwa komparabbli mal-livell tal-prezz ta' importazzjonijiet oħra.

(11)

L-importazzjonijiet ta' banana friska minn pajjiżi esportaturi kbar tradizzjonali oħra li magħhom l-UE wkoll għandha Ftehim ta' Kummerċ Ħieles, b'mod notevoli l-Kolumbja, l-Kosta Rika u l-Panama, baqgħu fil-biċċa l-kbira taħt il-limitu stipulat għalihom f'mekkaniżmi ta' stabbilizzazzjoni komparabbli, u kienu qed isegwu l-istess tendenzi u valuri tal-unità għall-aħħar tliet snin. Pereżempju l-livell ta' importazzjonijiet mill-Kolombja u l-Kosta Rika kienu rispettivament 627 elf tunnellata u 516 elf tunnellata taħt il-limiti definiti f'Ottubru 2015, li huwa konsiderevolment ogħla minn dak tal-importazzjoni totali kemm mill-Peru kif ukoll mill-Gwatemala għas-sena sħiħa.

(12)

Il-prezz bl-ingrossa medju tal-banana fuq is-suq tal-Unjoni f'Ottubru 2015 (EUR 960/tunnellata) ma rreġistrax kambjamenti notevoli kkumparat mal-medji tal-prezzijiet tal-banana għax-xhur ta' qabel.

(13)

Għaldaqstant la hemm indikazzjoni li l-istabbiltà tas-suq tal-Unjoni kienet disturbata mill-importazzjoni ta' banana friska mill-Perù u l-Gwatemala li teċċedi l-volum ta' importazzjoni ta' skattar annwali definit, u lanqas li dan kellu xi impatt sinifikanti fuq is-sitwazzjoni tal-produtturi tal-UE. Lanqas ma huwa mistenni li din is-sitwazzjoni se tinbidel għall-bqija tal-2015.

(14)

Fl-aħħar nett, kif mitlub mir-Regolament (UE) Nru 19/2013 u r-Regolament (UE) Nru 20/2013, ma hemm l-ebda indikazzjoni ta' theddida ta' deterjorament serju jew deterjorament serju għall-produtturi fir-reġjuni l-aktar imbegħda tal-UE għas-sena 2015.

(15)

Abbażi tal-eżaminazzjoni ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-sospensjoni tad-dazji doganali preferenzjali fuq l-importazzjoni tal-banana li toriġina mill-Perù mhix xierqa. Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li s-sospensjoni tad-dazji doganali preferenzjali fuq l-importazzjoni tal-banana li toriġina mill-Perù mhix xierqa. Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja mill-qrib l-importazzjoni tal-banana minn dawn iż-żewġ pajjiżi.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-sospensjoni temporanja tad-dazji doganali preferenzjali fuq l-importazzjoni tal-banana friska tal-intestatura 0803 90 10 tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea li toriġina mill-Perù u l-Gwatemala mhix xierqa matul is-sena 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 17, 19.1.2013, p. 1.

(2)  ĠU L 17, 19.1.2013, p. 13.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).


12.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/119


DEĊIŻJONI (UE) 2015/2330 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-4 ta' Diċembru 2015

li temenda d-Deciżjoni BĊE/2014/53 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2015 (BĊE/2015/41)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 128(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta' Jannar 1999 biex japprova l-volum ta' muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

(2)

Skont l-estimi tat-talba ghall-muniti tal-euro fl-2015 li l-Isati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro ppreżentaw lill-BCE, il-BCE approva l-volum totali tal-muniti tal-euro ddestinati ghac-cirkolazzjoni u l-muniti tal-euro għall-kolletturi mhux iddestinati ghac-cirkolazzjoni fl-2015, fid-Deciżjoni BCE/2014/53 (1).

(3)

Fl-1 ta' Ottubru 2015, il-Ministeru tal-Finanzi Grieg talab li l-volum ta' muniti tal-euro li l-Greċja tista' toħroġ fl-2015 jiżdied minn EUR 13,3 miljun għal EUR 52,7 miljun sabiex ikun jista' jwieġeb għal żieda mhux mistennija fid-domanda għal muniti.

(4)

Il-BĊE japprova t-talba imsemmija hawn fuq għal żieda fil-volum ta' muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni li tista' toħroġ il-Greċja fl-2015.

(5)

Fit-2 ta' Ottubru 2015, il-Ministeru tal-Finanzi Belġjan talab li l-volum ta' muniti tal-euro li l-Belġju jista' joħroġ fl-2015 jiżdied minn EUR 0,8 miljun għal EUR 65,8 miljun sabiex ikun jista' jwieġeb għal żieda mhux mistennija fid-domanda għal muniti.

(6)

Il-BĊE japprova t-talba imsemmija hawn fuq għal żieda fil-volum ta' muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni li jista' joħroġ il-Belġju fl-2015.

(7)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2014/53 għandha tiġi emendata f'dan is-sens,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

It-tabella fl-Artikolu 1 tad-Decizjoni BCE/2014/53 hija mibdula b'li gej:

(miljuni ta' EUR)

 

Ħruġ ta' muniti ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni u ħruġ ta' muniti ta' kollezzjoni (mhux iddestinati għaċ-ċirkolazzjoni) fl-2015

Il-Belġju

65,8

Il-Ġermanja

529,0

L-Estonja

10,3

L-Irlanda

39,0

Il-Greċja

52,7

Spanja

301,4

Franza

230,0

L-Italja

41,5

Ċipru

10,0

Il-Litwanja

120,7

Il-Lussemburgu

45,0

Malta

8,7

Il-Pajjiżi l-Baxxi

52,5

Il-Latvja

30,6

L-Awstrija

248,0

Il-Portugall

30,0

Is-Slovenja

13,0

Is-Slovakkja

13,4

Il-Finlandja

60,0”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċìżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lid-destinatarji.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Magħmul fi Frankfurt am Main, ir-4 ta' Diċembru 2015.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Deċizjoni BĊE/2014/53 tal-11 ta' Diċembru 2014 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2015 (ĠU L 365, 19.12.2014, p. 163).


12.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/121


DEĊIŻJONI (UE) 2015/2331 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-4 ta' Diċembru 2015

dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2016 (BĊE/2015/42)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 128(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta' Jannar 1999 biex japprova l-volum ta' muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

(2)

Id-19-il Stat Membru li l-munita tagħhom hija l-euro ppreżentaw lill-BĊE għall-approvazzjoni tiegħu l-estimi tagħhom tal-volum ta' muniti tal-euro li għandhom jinħarġu fl-2016, flimkien ma' noti spjegattivi dwar il-metodoloġija tat-tbassir.

(3)

Peress li d-dritt tal-Istati Membri li joħorġu muniti tal-euro huwa soġġett għall-approvazzjoni mill-BĊE tal-volum tal-ħarġa, il-volumi approvati mill-BĊE m'għandhomx jinqabżu mill-Istati Membri mingħajr approvazzjoni minn qabel mill-BĊE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Approvazzjoni tal-volum ta' muniti tal-euro li għandhom jinħarġu fl-2016

Il-BĊE b'dan japprova l-volum ta' muniti tal-euro li għandhom jinħarġu mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro fl-2016, kif stipulat fit-tabella li ġejja:

(EUR miljun)

 

Ħruġ ta' muniti ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni u ħruġ ta' muniti ta' kollezzjoni (mhux iddestinati għaċ-ċirkolazzjoni) fl-2016

Il-Belġju

80,6

Il-Ġermanja

667,5

L-Estonja

10,3

L-Irlanda

38,8

Il-Greċja

79,5

Spanja

276,4

Franza

266,0

L-Italja

35,0

Ċipru

12,1

Il-Latvja

20,0

Il-Litwanja

32,3

Il-Lussemburgu

19,1

Malta

9,9

Il-Pajjiżi l-Baxxi

52,5

L-Awstrija

260,0

Il-Portugall

53,4

Is-Slovenja

30,0

Is-Slovakkja

17,0

Il-Finlandja

45,0

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċìżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lid-destinatarji.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-4 ta' Diċembru 2015.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


12.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/123


DEĊIŻJONI (UE) 2015/2332 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-4 ta' Diċembru 2015

dwar il-qafas proċedurali għall-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti tal-euro (BĊE/2015/43)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel sentenza tal-Artikolu 128(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar 'il quddiem l-“Istati Membri taż-zona tal-euro”) għandhom id-dritt li joħorġu muniti tal-euro soġġetti għal approvazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal-volum tal-ħruġ.

(2)

Meta tiġi abrogata deroga favur Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jkun intitolat li jipparteċipa fil-proċedura ta' approvazzjoni fis-sena qabel il-bidla tal-flus sabiex ikun jista' jeżerċita d-dritt tiegħu li joħroġ muniti tal-euro mill-jum meta jsir Stat Membru taż-żona tal-euro.

(3)

Kif meħtieġ fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 651/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), il-ħruġ ta' muniti għall-kolletturi għandu jiġi kkontabilizzat fuq bażi aggregata fil-volum ta' ħruġ ta' muniti li għandu jiġi approvat mill-BĊE.

(4)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli relatati mal-qafas proċedurali għall-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti.

(5)

Sabiex jiksbu l-approvazzjoni tal-BĊE, l-Istati Membri taż-żona tal-euro għandhom jissottomettu talbiet għal approvazzjoni lill-BĊE.

(6)

Waqt li l-metodoloġiji biex tiġi stmata d-domanda għall-muniti jistgħu jvarjaw sa ċertu grad bejn l-Istati Membri taż-żona tal-euro, il-BĊE jeħtieġ li jingħata ċertu livell minimu ta' informazzjoni sabiex jivverifika d-domanda għall-volum ta' ħruġ ta' muniti mitluba għall-approvazzjoni.

(7)

Il-volumi ta' ħruġ ta' muniti approvati m'għandhomx jinqabżu mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-BĊE.

(8)

Sabiex l-Istati Membri taż-żona tal- euro jingħataw biżżejjed żmien biex jikkumpilaw id-dejta mitluba, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ biss fl-1 ta' Jannar 2016.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“muniti għaċ-ċirkolazzjoni” u “muniti kommemorattivi” għandhom l-istess tifsira bħal fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 729/2014 (2);

(2)

“muniti għall-kolletturi” għandha l-istess tifsira mogħtija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 651/2012;

(3)

“volum ta' ħruġ ta' muniti” jirreferi għad-differenza netta, f'termini tal-valur nominali, bejn il-volum kumulattiv ta' muniti tal-euro maħruġa minn Stat Membru taż-żona tal-euro u l-volum kumulattiv ta' muniti tal-euro rritornati lil dak l-Istat Membru taż-żona tal-euro matul is-sena kalendarja rispettiva.

Artikolu 2

Talba annwali għal approvazzjoni

1.   Kull Stat Membru taż-żona tal-euro għandu, fuq bażi annwali, jissottometti talba lill-BĊE għall-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti attribwibbli lil dak l-Istat Membru fis-sena ta' wara. It-talba għandha tiġi ppreżentata sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru tas-sena ta' qabel is-sena li għaliha ssir it-talba.

2.   It-talba għandha tkun ibbażata fuq l-istima tad-domanda għall-muniti fl-Istat Membru taż-żona tal-euro rikjedenti u għandha tiddistingwi bejn muniti għaċ-ċirkolazzjoni u muniti għall-kolletturi. Kull talba għandha tinkludi spjegazzjoni ġenerali tal-metodoloġija użata biex tiġi stmata d-domanda.

3.   Għal muniti għaċ-ċirkolazzjoni, il-volum mitlub jista' jinkludi ammont addizzjonali li jaqbeż id-domanda stmata sabiex tiġi pprovduta marġni ta' sigurtà raġonevoli.

4.   Għal muniti għaċ-ċirkolazzjoni, it-talba għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-figura ta' ċirkolazzjoni kif tkun fit-30 ta' Ġunju jew data alternattiva tas-sena ta' qabel is-sena li għaliha ssir it-talba u li tintuża biex tiġi stmata d-domanda għall-muniti għas-sena li għaliha ssir it-talba skont il-metodoloġija magħżula mill-Istat Membru taż-żona tal-euro rikjedenti;

(b)

kwalunkwe dejta relevanti oħra meħtieġa biex tiġi vvalutata t-talba li tkun saret mill-Istat Membru taż-żona tal-euro skont il-metodoloġija magħżula mill-Istat Membru taż-żona tal-euro rikjedenti;

(c)

jekk u sa liema grad il-volum mitlub jinkludi ammont addizzjonali skont il-paragrafu 3; u

(d)

il-volum ta' ħruġ ta' muniti li għalih tintalab approvazzjoni.

5.   Informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi pprovduta b'rabta ma' muniti għaċ-ċirkolazzjoni tista' tinkludi, meta tkun disponibbli u kkunsidrata importanti mill-Istat Membru taż-żona tal-euro rikjedenti biex tissostanzja t-talba għal approvazzjoni,

(a)

fatturi importanti li jkollhom impatt fuq id-domanda għall-muniti fuq livell nazzjonali;

(b)

informazzjoni aktar dettaljata dwar it-talba għal muniti mqassma skont id-denominazzjoni; u

(c)

jekk u sa liema grad id-domanda għall-muniti f'livell nazzjonali hija influwenzata mid-domanda għall-muniti minn Stati Membri oħrajn taż-żona tal-euro.

6.   Għal muniti għall-kolletturi, it-talba għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-volum totali, imkejjel skont il-valur nominali aggregat, ta' ħruġ ta' muniti għall-kolletturi, inkluża lista tad-denominazzjonijiet tal-muniti għall-kolletturi; u

(b)

jekk ġietx inkluża marġni ta' sigurtà fit-talba sabiex tilqa' għal avvenimenti li jkunu għadhom mhux magħrufa li jkunu ser jiġu kkommemorati b'muniti tal-euro għall-kolletturi.

7.   Meta jkun ġie konkluż ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u stat jew territorju li ma jkunx Stat Membru tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-intitolament tal-istat jew territorju biex juża l-euro bħala l-munita uffiċjali tiegħu (iktar 'il quddiem “ftehim monetarju”) u dak il-ftehim monetarju jkun jagħti lill-istat jew territorju d-dritt li joħroġ muniti tal-euro, il-volum ta' ħruġ ta' muniti minn dak l-istat jew territorju għandu jiġi miżjud mat-talba annwali tal-Istat Membru taż-żona tal-euro speċifikata fil-ftehim monetarju.

8.   Meta tiġi abrogata deroga favur Stat Membru, il-BĊE għandu jipproċessa, fis-sena qabel il-bidla tal-flus, talba li tkun saret volontarjament minn dak l-Istat Membru skont ir-rekwiżiti ta' dan l-artikolu għall-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti attribwibbli lil dak l-Istat Membru wara l-bidla tal-flus.

9.   Il-Kunsill Governattiv għandu jadotta deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-volum annwali ta' ħruġ ta' muniti għaż-żona tal-euro qabel it-tmiem tas-sena kalendarja li tiġi qabel is-sena li għaliha jsiru t-talbiet għal approvazzjoni.

Artikolu 3

Notifika u talba għal approvazzjoni ad hoc

1.   Il-volum ta' ħruġ ta' muniti approvat mill-BĊE għal kull Stat Membru taż-żona tal-euro f'sena kalendarja m'għandux jinqabeż fi kwalunkwe żmien matul dik is-sena kalendarja mingħajr approvazzjoni minn qabel mill-BĊE.

2.   L-Istati Membri taż-żona tal-euro għandhom jimmonitorjaw kontinwament id-domanda għall-muniti. Jekk id-domanda attwali għal muniti tal-euro fi Stat Membru taż-żona tal-euro aktarx li taqbeż il-volum approvat ta' ħruġ ta' muniti għak dik s-sena kalendarja, dak l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-BĊE minnufih.

3.   In-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-denominazzjoni jew denominazzjonijiet tal-munita li għaliha t-talba tkun ogħla minn dik mistennija; u

(b)

deskrizzjoni dettaljata tal-fatturi ewlenin li jikkawżaw iż-żieda mhux mistennija fid-domanda għall-munita.

4.   Fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol tal-BĊE minn meta tiġi rċevuta n-notifika, il-BĊE, f'livell operazzjonali li ma jeħtiġx l-involviment tal-korpi tal-BĊE responsabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet, jista' jivvaluta minn qabel in-notifika u jipprovdi gwida mhux vinkolanti lill-Istat Membru taż-żona tal-euro li jagħti n-notifika. B'mod partikolari, il-BĊE jista' jirrakkomanda li jiżdied il-volum addizzjonali ta' ħruġ ta' muniti meta d-domanda ogħla nnotifikata għall-muniti tkun tidher li hija insuffiċjenti biex tissodisfa d-domanda attwali, biex b'hekk twassal għall-possibbiltà ta' ksur tal-obbligu taħt il-paragrafu 1.

5.   Meta d-domanda akbar għall-muniti tkompli teżisti wara l-iskadenza tal-perijodu msemmi fil-paragrafu 4, l-Istat Membru taż-żona tal-euro għandu jagħmel talba għal approvazzjoni ad hoc għal volum addizzjonali ta' ħruġ ta' muniti lill-BĊE mingħajr dewmien żejjed.

6.   It-talba għal approvazzjoni ad hoc għandha tispeċifika ż-żieda proposta fil-volum ta' ħruġ ta' muniti u tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar il-fatturi ewlenin li jikkawżaw iż-żieda mhux mistennija fid-domanda għall-muniti li ma tkunx antiċipata fit-talba għal approvazzjoni annwali.

7.   Il-Kunsill Governattiv għandu jadotta deċiżjoni individwali dwar it-talba għal approvazzjoni ad hoc.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2016.

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Deciżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri taż-żona tal-euro.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-4 ta' Diċembru 2015.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 651/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-ħruġ tal-muniti tal-euro (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 135).

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 729/2014 tal-24 ta' Ġunju 2014 dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 194, 2.7.2014, p. 1).


Rettifika

12.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/126


Rettifika tad-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2015/2290 tat-12 ta' Ġunju 2015 dwar l-ekwivalenza provviżorja tar-reġimi tas-solvenza fis-seħħ fl-Awstralja, Bermuda, il-Brażil, il-Kanada, il-Messiku, u l-Istati Uniti u applikabbli għal impriżi ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni b'uffiċċji prinċipali f'dawk il-pajjiżi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 323 tad-9 ta' Diċembru 2015 )

Fil-paġna tal-qoxra u fil-paġni 22 u 26, id-data ta' adozzjoni (it-titolu u l-firma) tad-Deċiżjoni Delegata,

minflok:

“12 ta' Ġunju 2015”,

aqra:

“5 ta' Ġunju 2015”.


12.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/126


Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 189 tas-27 ta' Ġunju 2014 )

F'paġna 10, l-Artikolu 8, il-paragrafu 1, il-punt (f),

minflok:

“(f)

l-ispiża tax-xiri, il-ħżin, it-tilqim, l-amministrazzjoni jew id-distribuzzjoni tal-vaċċini u l-lixka kif ukoll spejjeż ta' inokulazzjkoni, jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi jew tawtorizza tali azzjonijiet;”

aqra:

“(f)

l-ispejjeż tax-xiri, il-ħżin, il-ġestjoni jew id-distribuzzjoni tal-vaċċini u l-lixka kif ukoll l-ispejjeż tat-tilqim stess, jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi jew tawtorizza tali azzjonijiet;”;

F'paġna 11, l-Artikolu 11, il-punt (f),

minflok:

“(f)

l-spejjeż tax-xiri, il-ħżin, it-tilqim, l-amministrazzjoni jew id-distribuzzjoni ta' dożi ta' vaċċin jew vaċċin u lixki użati għall-programmi;”.

aqra:

“(f)

l-ispejjeż tax-xiri, il-ħżin, it-tilqim, il-ġestjoni jew id-distribuzzjoni ta' dożi ta' vaċċin jew vaċċin u lixki użati għall-programmi;”.