ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 323

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
9 ta' Diċembru 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Tagħrif dwar id-data tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta' Greenland, min-naħa l-oħra

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2285 tat-8 ta' Diċembru 2015 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman, fir-rigward ta' ċerti rekwiżiti għall-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi tal-baħar ħajjin u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel ( 1 )

2

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2286 tat-8 ta' Diċembru 2015 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni rreġistrata fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Belokranjska pogača (STG)]

5

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2287 tat-8 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

6

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2288 tat-30 ta' Novembru 2015 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż il-limitu massimu għall-2017, l-ammont għall-2016, l-ewwel ħlas parzjali għall-2016 u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija għas-snin 2018 u 2019

8

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2289 tat-3 ta' Diċembru 2015 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika ta' Cape Verde u tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-adozzjoni ta' linji gwida komuni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim

11

 

*

Deċiżjoni ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2290 tal-12 ta' Ġunju 2015 dwar l-ekwivalenza provviżorja tar-reġimi tas-solvenza fis-seħħ fl-Awstralja, Bermuda, il-Brażil, il-Kanada, il-Messiku, u l-Istati Uniti u applikabbli għal impriżi ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni b'uffiċċji prinċipali f'dawk il-pajjiżi

22

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2291 tas-7 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/722/UE fir-rigward tal-ammont massimu tal-kontribut finanzjarju tal-Unjoni għall-programm ta' eradikazzjoni tar-rabja fil-Latvja fl-2014 (notifikata bid-dokument C(2015) 8607)  ( 1 )

27

 

*

Deċiżjoni Nru 2/2015 tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura tad-19 ta' Novembru 2015 dwar l-emenda tal-Appendiċijiet 1 u 2 tal-Anness 9 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli [2015/2292]

29

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

9.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/1


Tagħrif dwar id-data tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta' Greenland, min-naħa l-oħra

Fis-27 ta' Diċembru 2015 l-Unjoni Ewropea u d-Danimarka u Greenland iffirmaw il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd.

Għaldaqstant, il-Protokoll japplika b'mod proviżorju sa mill-1 ta' Jannar 2016 skont l-Artikolu 14 tiegħu.


REGOLAMENTI

9.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/2


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2285

tat-8 ta' Diċembru 2015

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman, fir-rigward ta' ċerti rekwiżiti għall-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi tal-baħar ħajjin u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (2), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja u l-punt 13 tal-Artikolu 18 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman. Jistipula li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' molluski bivalvi ħajjin, ta' ekinodermi ħajjin, ta' tunikati ħajjin u ta' gastropodi tal-baħar ħajjin isirulhom kontrolli uffiċjali kif deskritt fl-Anness II tiegħu.

(2)

Il-paragrafu 2 tal-Kapitolu II tal-Parti A tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 jistipula li l-awtorità kompetenti għandha tikklassifika ż-żoni tal-produzzjoni li minnhom tawtorizza l-ġbir ta' molluski bivalvi ħajjin bħala waħda minn tliet kategoriji skont il-livell ta kontaminazzjoni fekali.

(3)

Sabiex iż-żoni tal-produzzjoni jiġu kklassifikati, l-awtorità kompetenti għandha tiddefinixxi perjodu ta' eżami għad-dejta tal-kampjuni minn kull żona ta' produzzjoni u ta' riinstallazzjoni sabiex tiġi ddeterminata l-konformità mal-istandards speċifikati f'dak ir-Regolament.

(4)

Il-paragrafu 3 tal-Kapitolu II tal-Parti A tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 jiddikjara li l-awtorità kompetenti tista' tikklassifika ż-żoni bħala tal-Klassi A dawk iż-żoni li minnhom jistgħu jinġabru l-molluski bivalvi ħajjin għall-konsum dirett mill-bniedem. Il-molluski bivalvi ħajjin meħuda minn dawn iż-żoni għandhom jissodisfaw l-istandards tas-saħħa stipulati fil-Kapitolu V tat-Taqsima VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (4) jistipula l-kriterji mikrobijoloġiċi għal ċerti mikroorganiżmi u r-regoli ta' implimentazzjoni li jridu jikkonformaw magħhom l-operaturi fis-settur tal-ikel fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ġenerali u speċifiċi ta' iġjene msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004. B'mod partikolari, jistabbilixxi kriterju għas-sikurezza fl-ikel għall-Escherichia coli fil-molluski bivalvi ħajjin kif ukoll fl-ekinodermi, fit-tunikati u fil-gastropodi ħajjin.

(6)

Il-kriterju tal-Codex Alimentarius għall-E. coli għal prodotti mqiegħda fis-suq huwa differenti minn dak li hemm fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Il-kriterju tal-Codex Alimentarius huwa pjan bi tliet klassijiet (n = 5, c = 1, m = 230 u M = 700 E. coli MPN/100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari), filwaqt li l-kriterju tal-Unjoni Ewropea huwa pjan b'żewġ klassijiet (n = 1, c = 0, M = 230 E. coli MPN/100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari). Din id-diverġenza għandha implikazzjonijiet għall-kummerċ internazzjonali. Il-kriterju tal-Codex Alimentarius, ibbażat fuq standards internazzjonali, għandu jiġi rifless ukoll fir-regoli dwar il-klassifikazzjoni taż-żoni tal-produzzjoni tal-klassi A stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) No 854/2004.

(7)

Il-metodu tal-pjan bi tliet klassijiet tal-Codex Alimentarius aktarx ikun iktar effettiv fid-detezzjoni tal-lottijiet mhux konformi, partikolarment jekk il-livelli ta' kontaminazzjoni jkunu viċin il-limitu regolatorju. Il-metodu tal-Codex Alimentarius għall-ittestjar tal-prodott finali jitqies xjentifikament aktar preċiż u, bħala medja, joffri bejn wieħed u ieħor l-istess protezzjoni tas-saħħa.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 u r-Regolament (KE) Nru 854/2004 għandhom jiġu allinjati mal-Codex Alimentarius fir-rigward ta' dan il-kriterju u, għalhekk, għandhom jiġu emendati skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-Kapitolu II tal-Anness II qabel il-Parti A:

(a)

jiżdiedu s-sentenzi: “Il-metodu ta' referenza għall-analiżi tal-E. coli huwa l-metodu tad-detezzjoni u tan-Numru l-Aktar Probabbli (MPN (Most Probable Number)) speċifikat f'ISO 16649-3. Jistgħu jintużaw metodi alternattivi jekk ikunu vvalidati fil-konfront ta' dan il-metodu ta' referenza skont il-kriterji f'EN/ISO 16140”;

(b)

Is-sentenzi tal-paragrafi 4 u 5 tal-Parti A “Il-metodu ta' referenza għal din l-analiżi huwa t-test tal-ħames tubi, tliet taħlitiet, tan-Numru l-Aktar Probabbli (MPN (Most Probable Number)) speċifikat f'ISO 16649-3. Jistgħu jintużaw metodi alternattivi jekk dawn jiġu vvalidati ma' dan il-metodu ta' referenza skont il-kriterji f'EN/ISO 16140” jitħassru.

(2)

il-paragrafu 2 tal-Parti A tal-Kapitolu II jinbidel b'dan li ġej:

“2.

L-awtorità kompetenti għandha tikklassifika kull żona tal-produzzjoni li minnha tawtorizza l-ġbir tal-molluski bivalvi ħajjin bħala waħda minn tliet kategoriji skont il-livell ta' kontaminazzjoni fekali. Fejn ikun xieraq, tista' tagħmel dan b'kooperazzjoni mal-operatur fis-settur tal-ikel. Sabiex iż-żoni tal-produzzjoni jiġu kklassifikati, l-awtorità kompetenti għandha tiddefinixxi perjodu ta' reviżjoni għad-dejta tal-kampjuni minn kull żona ta' produzzjoni u ta' riinstallazzjoni sabiex tiġi ddeterminata l-konformità mal-istandards imsemmija f'dan il-paragrafu u fil-paragrafi 3, 4 u 5.”.

(3)

il-paragrafu 3 tal-Parti A tal-Kapitolu II jinbidel b'dan li ġej:

“3.

L-awtorità kompetenti tista' tikklassifika ż-żoni bħala tal-Klassi A dawk iż-żoni li minnhom jistgħu jinġabru l-molluski bivalvi ħajjin għall-konsum dirett mill-bniedem. Il-molluski bivalvi ħajjin li jitqiegħdu fis-suq minn dawn iż-żoni għandhom jissodisfaw l-istandards tas-saħħa stipulati fil-Kapitolu V tat-Taqsima VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Fi 80 % tal-kampjuni tal-molluski bivalvi ħajjin miġbura minn dawn iż-żoni fil-perjodu tar-reviżjoni m'għandux ikun hemm iktar minn 230 E. coli għal kull 100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari. L-20 % tal-kampjuni li jifdal ma għandux ikun fihom aktar minn 700 E. coli għal kull 100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari.

Hija u tivvaluta r-riżultati għall-perjodu definit tar-reviżjoni għaż-żamma ta' żona tal-klassi A, l-awtorità kompetenti, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju li tagħmel permezz ta' investigazzjoni, tista' tiddeċiedi li ma tqisx riżultat anomalu li jisboq il-livell ta' 700 E. coli għal kull 100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari.”.

Artikolu 2

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005, il-Kapitolu 1 huwa emendat kif ġej.

(1)

fit-tabella tal-Kriterji tas-sikurezza tal-ikel, ir-ringiela 1.25 tinbidel b'dan li ġej:

“1.25.

Molluski bivalvi ħajjin u ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-baħar ħajjin

E. coli (15)

5 (16)

1

230 MPN/100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari

700 MPN/100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari

EN/ISO 16649-3

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa tagħhom”

(2)

in-nota f'qiegħ il-paġna numru 16 tinbidel b'dan li ġej:

“(16)

kull unità tal-kampjuni fiha għadd minimu ta' annimali individwali skont l-EN/ISO 6887-3.”

(3)

(a)

fin-noti dwar l-Interpretazzjoni tar-riżultati tat-testijiet, l-entrata “Il-limiti mogħtija jirreferu għal kull unità kampjun ittestjata, esklużi l-molluski bivalvi ħajjin u l-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi ħajjin fir-rigward tal-ittestjar għall-E. coli, fejn il-limitu jirreferi għal kampjun kompost.”.

Tinbidel bi:

“Il-limiti mogħtija jirreferu għal kull unità tal-kampjuni ttestjata.”.

(b)

fin-noti dwar l-Interpretazzjoni tar-riżultati tat-testijiet, l-entrata dwar “L. monocytogenes f'ikel ieħor lest biex jittiekel u E. coli f'molluski bivalvi ħajjin” tinbidel b'dan li ġej:

L. monocytogenes f'ikel ieħor lest biex jittiekel:

sodisfaċenti, jekk il-valuri kollha osservati jkunu ≤ mil-limitu,

mhux sodisfaċenti, jekk kwalunkwe wieħed mill-valuri jkun > mil-limitu.

E. coli fil-molluski bivalvi ħajjin u ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-baħar ħajjin:

sodisfaċenti, jekk il-ħames valuri osservati jkunu ≤ 230 MPN/100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari jew jekk wieħed mill-ħames valuri osservati jkun > 230 MPN/100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari iżda ≤ 700 MPN/100 g ta' laħam u ta' likwidu intravalvulari,

mhux sodisfaċenti, jekk kwalunkwe wieħed mill-ħames valuri osservati jkun > 700 MPN/100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari jew jekk mill-inqas tnejn mill-ħames valuri osservati jkunu > 230 MPN/100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari.”.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' Jannar 2017.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).


9.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2286

tat-8 ta' Diċembru 2015

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni rreġistrata fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Belokranjska pogača (STG)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tas-Slovenja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċjalità tradizzjonali garantita “Belokranjska pogača”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 182/2010 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament imsemmi.

(3)

Billi l-Kummissjoni ma waslitilha ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda fl-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni “Belokranjska pogača” (STG) hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 182/2010 tat-3 ta' Marzu 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Belokranjska pogača (STG)] (ĠU L 53, 4.3.2010, p. 1).

(3)  ĠU C 224, 9.7.2015, p. 8.


9.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2287

tat-8 ta' Diċembru 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

88,7

TR

83,5

ZZ

86,1

0707 00 05

MA

95,7

TR

155,6

ZZ

125,7

0709 93 10

MA

63,6

TR

138,8

ZZ

101,2

0805 10 20

MA

83,9

TR

62,7

UY

52,1

ZA

55,2

ZZ

63,5

0805 20 10

MA

70,7

ZZ

70,7

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

TR

88,3

ZA

96,8

ZZ

92,6

0805 50 10

TR

93,1

ZZ

93,1

0808 10 80

AU

155,4

CL

87,5

NZ

213,1

US

118,8

ZA

137,7

ZZ

142,5

0808 30 90

CN

80,5

TR

135,4

ZZ

108,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

9.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/8


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2288

tat-30 ta' Novembru 2015

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż il-limitu massimu għall-2017, l-ammont għall-2016, l-ewwel ħlas parzjali għall-2016 u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija għas-snin 2018 u 2019

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-ftehim ta' sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1) (“il-Ftehim Intern”), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (2) (“ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ”), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

F'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 21 sa 24 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Kummissjoni se tippreżenta proposta li tispeċifika l-limitu massimu tal-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għall-2017, l-ammont tal-kontribuzzjoni għall-2016, l-ammont tal-ewwel ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2016, u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-kontribuzzjonijiet għall-2018 u l-2019.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu tal-impenji u l-ħlasijiet taħt l-istrumenti li huwa jiġġestixxi.

(3)

L-Artikolu 22(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ jipprovdi għal sejħiet għal kontribuzzjonijiet sabiex l-ewwel jintużaw l-ammonti stabbiliti mill-FEŻ preċedenti. Għaldaqstant, għandha ssir sejħa għall-fondi taħt l-10 FEŻ.

(4)

Fl-10 ta' Novembru 2014, il-Kunsill adotta deċiżjoni li tistabbilixxi li l-limitu massimu tal-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet għall-FEŻ tal-Istati Membri għall-2016 jkun ta' EUR 3 350 000 000 għall-Kummissjoni, u ta' EUR 250 000 000 għall-BEI.

(5)

F'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/759/UE (3), il-kwoti tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri stabbiliti fl-Artikolu 1(2)(a) tal-Ftehimiet Interni tat-8, id-9 u l-10 FEŻ għandhom jitnaqqsu skont dik id-Deċiżjoni wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Intern tal-11-il FEŻ. It-tnaqqis ser ikollu impatt fuq il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għall-2015, l-2016 u l-2017 skont l-opzjoni għal aġġustament magħżula minn kull Stat Membru,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet għall-FEŻ tal-Istati Membri għall-2017 huwa b'dan stabbilit għal EUR 3 850 000 000 għall-Kummissjoni, u għal EUR 150 000 000 għall BEI.

Artikolu 2

L-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet għall-FEŻ tal-Istati Membri għall-2016 huwa b'dan stabbilit għal EUR 3 600 000 000. Huwa għandu jinqasam f'EUR 3 450 000 000 għall-Kummissjoni, u f'EUR 150 000 000 għall-BEI.

Artikolu 3

Il-kontribuzzjonijiet individwali għall-FEŻ li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-BEI bħala l-ewwel ħlas parzjali għall-2016 huma stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Il-ħlasijiet ta' dawk il-kontribuzzjonijiet jistgħu jiġu kkombinati ma' aġġustamenti fl-ambitu tal-implimentazzjoni tat-tnaqqis tal-fondi impenjati taħt id-Deċiżjoni 2013/759/UE, konsegwentement għal pjan ta' aġġustament ikkomunikat minn kull Stat Membru lill-Kummissjoni mal-adozzjoni tat-tielet ħlas parzjali għall-2015.

Artikolu 4

Il-previżjoni indikattiva għall-ammont annwali mistenni ta' kontribuzzjonijiet għall-2018 b'dan hija stabbilita għal EUR 4 150 000 000 għall-Kummissjoni, u għal EUR 250 000 000 għall-BEI, u dik għall-2019 hija stabbilita għal EUR 4 150 000 000 għall-Kummissjoni, u għal EUR 300 000 000 għall-BEI.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

É. SCHNEIDER


(1)  ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

(2)  ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17.

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/759/UE tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' tranżizzjoni tal-ġestjoni tal-FEŻ mill-1 ta' Jannar 2014 sad-dħul fis-seħħ tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 335, 14.12.2013, p. 48).


ANNESS

STATI MEMBRI

Sehem taħt l-10 FEŻ %

L-ewwel ħlas parzjali tal-2016

imħallas lill-BEI taħt l-10 FEŻ

imħallas lill-Kummissjoni taħt l-10 FEŻ

Total

AWSTRIJA

2,41

0,00

42 175 000,00

42 175 000,00

BELĠJU

3,53

0,00

61 775 000,00

61 775 000,00

BULGARIJA

0,14

0,00

2 450 000,00

2 450 000,00

ĊIPRU

0,09

0,00

1 575 000,00

1 575 000,00

REPUBBLIKA ĊEKA

0,51

0,00

8 925 000,00

8 925 000,00

DANIMARKA

2,00

0,00

35 000 000,00

35 000 000,00

ESTONJA

0,05

0,00

875 000,00

875 000,00

FINLANDJA

1,47

0,00

25 725 000,00

25 725 000,00

FRANZA

19,55

0,00

342 125 000,00

342 125 000,00

ĠERMANJA

20,50

0,00

358 750 000,00

358 750 000,00

GREĊJA

1,47

0,00

25 725 000,00

25 725 000,00

UNGERIJA

0,55

0,00

9 625 000,00

9 625 000,00

IRLANDA

0,91

0,00

15 925 000,00

15 925 000,00

ITALJA

12,86

0,00

225 050 000,00

225 050 000,00

LATVJA

0,07

0,00

1 225 000,00

1 225 000,00

LITWANJA

0,12

0,00

2 100 000,00

2 100 000,00

LUSSEMBURGU

0,27

0,00

4 725 000,00

4 725 000,00

MALTA

0,03

0,00

525 000,00

525 000,00

NETHERLANDS

4,85

0,00

84 875 000,00

84 875 000,00

POLONJA

1,30

0,00

22 750 000,00

22 750 000,00

PORTUGALL

1,15

0,00

20 125 000,00

20 125 000,00

RUMANIJA

0,37

0,00

6 475 000,00

6 475 000,00

SLOVAKKJA

0,21

0,00

3 675 000,00

3 675 000,00

SLOVENJA

0,18

0,00

3 150 000,00

3 150 000,00

SPANJA

7,85

0,00

137 375 000,00

137 375 000,00

ŻVEZJA

2,74

0,00

47 950 000,00

47 950 000,00

RENJU UNIT

14,82

0,00

259 350 000,00

259 350 000,00

TOTAL UE-27

100,00

0,00

1 750 000 000,00

1 750 000 000,00


9.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2289

tat-3 ta' Diċembru 2015

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika ta' Cape Verde u tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-adozzjoni ta' linji gwida komuni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari il-punt (a) tal-Artikolu 77(2) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika ta' Cape Verde u tal-Unjoni Ewropea (1) (“il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2014.

(2)

L-Artikolu 10 tal-Ftehim jipprevedi li l-Partijiet għandhom jistabbilixxu Kumitat Konġunt. Jipprevedi wkoll li dak il-Kumitat Konġunt, b'mod partikolari, għandu jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi l-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta' viżi għal tranżitu jew żjarat intenzjonati fit-territorju tal-Istati Membri ta' mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.

(4)

Jeħtieġ li jkun hemm linji gwida komuni sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni għalkollox armonizzata tal-Ftehim mill-konsulati tar-Repubblika ta' Cape Verde u tal-Istati Membri, u biex tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim u d-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni tal-Partijiet għall-Ftehim li jibqgħu japplikaw għal kwistjonijiet relatati ma' viżi mhux koperti mill-Ftehim.

(5)

Huwa għalhekk xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittiieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt, rigward l-adozzjoni tal-linji gwida komuni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim.

(6)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, dawk l-Istati Membri mhumiex qed jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhumiex marbutin biha jew suġġetti għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika ta' Cape Verde u tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-adozzjoni ta' linji gwida komuni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. BRAZ


(1)  ĠU L 282, 24.10.2013, p. 3.

(2)  Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru 1/2015 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA TA' CAPE VERDE DWAR L-IFFAĊILITAR TAL-ĦRUĠ TA' VIŻI GĦAL ŻJARAT QOSRA GĦAL ĊITTADINI TAR-REPUBBLIKA TA' CAPE VERDE U TAL-UNJONI EWROPEA

ta' …

fir-rigward tal-adozzjoni ta' linji gwida komuni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika ta' Cape Verde u tal-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim”) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi l-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊI ŻJONI

Artikolu 1

Linji gwida komuni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika ta' Cape Verde u tal-Unjoni Ewropea huma adottati kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …,

Għall-Unjoni Ewropea

Għar-Repubblika ta' Cape Verde


(1)  ĠU L 282, 24.10.2013, p. 3.

ANNESS

LINJI GWIDA KOMUNI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA TA' CAPE VERDE DWAR L-IFFAĊILITAR TAL-ĦRUĠ TA' VIŻI GĦAL ŻJARAT QOSRA GĦAL ĊITTADINI TAR-REPUBBLIKA TA' CAPE VERDE U TAL-UNJONI EWROPEA

L-għan tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika ta' Cape Verde u tal-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim”), li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2014, hu li jiffaċilita, abbażi tar-reċiproċità, il-proċeduri għall-ħruġ ta' viżi għal żjarat intenzjonati ta' mhux aktar minn 90 jum f'kull perjodu ta' 180 jum għaċ-ċittadini tar-Repubblika ta' Cape Verde (“Cape Verde”) u tal-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”).

Il-Ftehim jistabbilixxi drittijiet u obbligi legalment vinkolanti reċiproċi bil-għan li jissimplifika l-proċeduri għall-ħruġ ta' viżi għaċ-ċittadini ta' Cape Verde u tal-Unjoni.

Dawn il-Linji Gwida, adottati mill-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim (“Kumitat Konġunt”), għandhom l-għan li jiżguraw implimentazzjoni korretta u armonizzata tal-Ftehim mill-missjonijiet diplomatiċi u l-postazzjonijiet konsulari ta' Cape Verde u tal-Istati Membri. Dawn il-Linji Gwida mhumiex parti mill-Ftehim u għalhekk mhumiex legalment vinkolanti. Madankollu, huwa rrakkomandat ħafna li l-persunal diplomatiku u konsulari jsegwihom b'mod konsistenti meta jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim.

Dawn il-Linji Gwida huma meqjusa bħala dokument ħaj, li jista' jiġi aġġornat jekk jinħass il-bżonn fid-dawl tal-esperjenzi misksuba fl-implimentazzjoni tal-Ftehim.

I.   KWISTJONIJIET ĠENERALI

1.1.   Għan u kamp ta' applikazzjoni

L-Artikolu 1 tal-Ftehim jaqra:

“L-għan ta' dan il-Ftehim hu sabiex jiffaċilita, fuq il-bażi ta' reċiproċità, il-ħruġ ta' viżi għal ċittadini tal-Kap Verde u tal-Unjoni għal żjarat intiżi għal mhux aktar minn 90 jum għal kull perjodu ta' 180 jum.”

Il-Ftehim japplika għaċ-ċittadini kollha ta' Cape Verde u tal-Unjoni li japplikaw għal viża għal żjara qasira, irrispettivament mill-pajjiż ta' residenza tagħhom.

Il-Ftehim ma japplikax għal persuni apolidi li jkollhom permess ta' residenza maħruġ minn Cape Verde jew mill-Istati Membri. Ir-regoli tal-acquis tal-Unjoni dwar il-viżi japplikaw għal dik il-kategorija ta' persuni.

1.2.   Kamp ta' Applikazzjoni tal-Ftehim

L-Artikolu 2 tal-Ftehim jaqra:

“1.   Il-miżuri biex jiġi ffaċilitat il-ħruġ ta' viżi stabbiliti f'dan il-Ftehim għandu japplika għal ċittadini tal-Kap Verde u tal-Unjoni biss safejn dawn mhumiex eżenti mill-ħtieġa ta' viża skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha jew tal-Kap Verde, jew taħt dan il-ftehim jew ftehimiet oħrajn internazzjonali.

2.   Il-liġi nazzjonali tal-Kap Verde jew tal-Istati Membri jew il-liġi tal-Unjoni għandhom japplikaw fi kwistjonijiet li mhumiex koperti mid-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, bħaċ-ċaħda milli tinħareġ viża, ir-rikonoxximent ta' dokumenti ta' vvjaġġar, evidenza ta' mezzi ta' għajxien suffiċjenti u ċ-ċaħda tad-dħul u miżuri ta' espulsjoni.”.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8 tal-Ftehim, il-Ftehim ma jaffettwax ir-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali eżistenti dwar l-obbligi tal-viża u l-eżenzjonijiet mill-viża. Pereżempju, l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 (1) jippermetti lill-Istati Membri jeżentaw mill-ħtieġa ta' viża, fost kategoriji oħra ta' persuni, lil ekwipaġġi ċivili tal-ajru u tat-tbaħħir.

Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (“il-Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi”) japplika għall-kwistjonijiet kollha mhux koperti mill-Ftehim, bħalma huma d-determinazzjoni tal-Istat ta' Schengen responsabbli għall-ipproċessar ta' applikazzjoni għal viża, il-motivazzjoni ta' rifjut li tinħareġ viża u d-dritt ta' appell kontra deċiżjoni negattiva. Barra minn hekk, ir-regoli ta' Schengen u l-liġi nazzjonali jkomplu japplikaw għal kwistjonijiet mhux koperti mill-Ftehim, bħar-rikonoxximent ta' dokumenti ta' vjaġġar, il-prova ta' evidenza dokumentata dwar l-għan tal-vjaġġ u mezzi suffiċjenti ta' sussistenza, iż-żmien ta' pproċessar ta' applikazzjonijiet għall-viża, ir-rifjut ta' dħul fit-territorju tal-Istati Membri, u miżuri ta' tkeċċija.

Anki jekk il-kundizzjonijiet previsti fil-Ftehim ikunu ssodisfati, il-ħruġ tal-viża xorta jista' jiġi rifjutat jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (“il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen”) ma jiġux issodisfati, jiġifieri l-persuna ma tkunx fil-pussess ta' dokument validu tal-ivvjaġġar, jekk tkun inħarġet twissija fis-Sistema ta' Informazzjoni tax-Schengen, jekk il-persuna titqies bħala theddida għall-ordni pubbliku, is-sigurtà interna, eċċ.

Flessibbiltajiet oħra għall-ħruġ ta' viżi permessi mill-Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi jibqgħu japplikaw. Pereżempju, viżi għal dħul multiplu għal perjodu ta' validità twil — sa ħames snin — jistgħu jinħarġu lil kategoriji ta' persuni apparti dawk imsemmija fl-Artikolu 4 tal-Ftehim, jekk il-kundizzjonijiet previsti fil-Kodiċi dwar il-Viżi (l-Artikolu 24) jiġu ssodifati. Bl-istess mod, id-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-Kodiċi dwar il-viżi li jippermettu eżenzjoni jew tnaqqis tat-tariffa tal-viża jkomplu japplikaw (l-Artikolu 16(5) u (6) tal-Kodiċi dwar il-viżi). Il-liġi nazzjonali ta' Cape Verde tkompli tapplika għall-kwistjonijiet relatati mal-ħruġ ta' viżi liċ-ċittadini tal-Unjoni minn Cape Verde u mhux koperti mill-Ftehim, bħal dawk imsemmija fit-tliet paragrafi preċedenti.

1.3.   Tipi ta' viżi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim.

Il-punt (d) tal-Artikolu 3 tal-Ftehim jiddefinixxi “viża” bħala “awtorizzazzjoni maħruġa jew deċiżjoni meħuda minn Stat Membru jew mill-Kap Verde li hija meħtieġa bl-għan ta' dħul, għal għanijiet ta' transitu jew għal żjara intiża għal mhux aktar minn 90 jum b'kollox, fit-territorju ta' dak l-Istat Membru jew ta' diversi Stati Membri jew fit-territorju tal-Kap Verde;”.

Il-faċilitazzjonijiet previsti mill-Ftehim japplikaw kemm għal viżi uniformi validi għat-territorju kollu tal-Istati Membri kif ukoll għal viżi b'validità territorjali limitata. Dawn japplikaw ukoll għal viżi għal żjarat qosra u ta' transitu maħruġa minn Cape Verde għaċ-ċittadini tal-Unjoni.

1.4.   Kalkolu tat-tul ta' żjara awtorizzata b'viża

F'konformità mal-Artikolu 5(1) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen il-kunċett ta' “żjarat qosra” tfisser: “90 jum f'kull perijodu ta' 180 jum, li jinkludi li jitqies il-perjodu ta' 180 jum li jippreċedi kull jum ta' soġġorn”.

Il-jum tad-dħul jiġi kkalkulat bħala l-ewwel jum taż-żjara fit-territorju tal-Istati Membri u l-jum tal-ħruġ jiġi kkalkulat bħala l-aħħar jum taż-żjara fit-territorju tal-Istati Membri. Il-kunċett ta' “kull” jimplika l-applikazzjoni ta' perjodu ta' referenza “mobbli” ta' 180 jum, b'mod li wieħed iħares lura, lejn kull ġurnata tal-aħħar perjodu ta' 180 jum, sabiex jiġi vverifikat jekk ir-rekwiżit tad-90 jum għal kull perjodu ta' 180 jum għadux jiġi ssodisfat. Dak ifisser li nuqqas mit-territorju tal-Istati Membri għal perjodu mhux interrott ta' 90 jum jippermetti żjara ġdida ta' mhux aktar minn 90 jum.

Kalkolatur ta' żjarat qosra, li jista' jintuża biex jiġi kkalkolat il-perjodu taż-żjara permissibbli skont ir-regoli l-ġodda jinsab onlajn fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/what-we-do/policies/borders-and-visas/border-crossing/index_en.htm.

Dan li ġej hu eżempju tal-kalkolu taż-żjara fuq il-bażi tad-definizzjoni l-ġdida:

Persuna li jkollha viża għal dħul multiplu valida għal (1) sena (18.4.2014–18.4.2015) tidħol għall-ewwel darba fid-19.4.2014 u toqgħod hemm għal tlett (3) ijiem. Imbagħad l-istess persuna tidħol mill-ġdid fit-18.6.2014 u toqgħod hemm għal 86 jum. F'dan il-każ, is-sitwazzjoni f'dati speċifiċi tkun kif ġej:

fil-11.9.2014: tul l-aħħar 180 jum (16.3.2014–11.9.2014) il-persuna kienet qagħdet hemm għal tlett ijiem (19.4.2014–21.4.2014) flimkien ma' 86 jum (18.6.2014–11.9.2014) = 89 jum = mhux każ ta' permanenza b'awtorizzazzjoni skaduta. Il-persuna tista' tibqa' għal massimu ta' ġurnata (1) oħra;

mis-16.10.2014: il-persuna tista' tidħol għal żjara ta' tlett ijiem addizzjonali (fis-16.10.2014, iż-żjara fid-19.4.2014 issir irrilevanti (barra mill-perjodu ta' 180 jum); fis-17.10.2014 iż-żjara fl-20.4.2014 issir irrilevanti (barra mill-perjodu ta' 180 jum; eċċ.));

mill-15.12.2014: il-persuna tista' tidħol għal żjara ta' 86 jum addizzjonali (fil-15.12.2014 iż-żjara fit-18.6.2014 issir irrilevanti (barra mill-perjodu ta' 180 jum); fis-16.12.2014 iż-żjara fid-19.6.2014 issir irrilevanti, eċċ.).

1.5.   Sitwazzjoni rigward l-Istati Membri li għadhom ma japplikawx għalkollox l-acquis ta' Schengen, l-Istati Membri li ma jipparteċipawx fil-politika komuni tal-UE dwar il-viżi u pajjiżi assoċjati

L-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni fl-2004 (Ċipru, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja u s-Slovenja), fl-2007 (il-Bulgarija u r-Rumanija) u fl-2013 (il-Kroazja) huma marbuta b'dan il-Ftehim mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Il-Bulgarija, Ċipru, il-Kroazja u r-Rumanija, għadhom mhux qed jimplimentaw għalkollox l-acquis ta' Schengen. Dawn se jkomplu joħorġu viżi nazzjonali b'validità limitata għat-territorju nazzjonali tagħhom stess. Ladarba dawn l-Istati Membri jimplimentaw għalkollox l-acquis ta' Schengen, dawn se jkomplu japplikaw il-Ftehim.

Il-liġi nazzjonali tibqa' tapplika għall-kwistjonijiet kollha mhux koperti mill-Ftehim sad-data tal-implimentazzjoni sħiħa tal-acquis ta' Schengen minn dawk l-Istati Membri. Minn dik id-data, ir-regoli ta' Schengen u/jew il-liġi nazzjonali japplikaw għal kwistjonijiet mhux koperti mill-Ftehim.

Il-Bulgarija, Ċipru, il-Kroazja u r-Rumanija huma awtorizzati li jirrikonoxxu l-permessi ta' residenza, il-viżi D u l-viżi għal żjarat qosra maħruġa mill-Istati Membri ta' Schengen u l-pajjiżi assoċjati għal żjarat qosra fit-territorju tagħhom.

F'konformità mal-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen (4), l-Istati kollha ta' Schengen huma obbligati li jirrikonoxxu l-viżi għal żjarat twal u l-permessi ta' residenza maħruġa minn xulxin bħala validi għal żjarat qosra fit-territorji ta' xulxin. L-Istati Membri ta' Schengen jaċċettaw il-permessi ta' residenza, il-viżi D u l-viżi għal żjarat qosra ta' pajjiżi assoċjati għal dħul u żjarat qosra u viċi versa.

Il-Ftehim ma japplikax għar-Renju Unit, l-Irlanda u d-Danimarka iżda jinkludi dikjarazzjonijiet konġunti dwar ix-xewqa li jiġu konklużi ftehimiet bilaterali dwar l-iffaċilitar tal-viża bejn Cape Verde u dawk l-Istati Membri.

Għalkemm assoċjati ma' Schengen, l-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein mhumiex marbuta bil-Ftehim. Madankollu, il-Ftehim fih dikjarazzjoni konġunta dwar ix-xewqa li jiġu konklużi ftehimiet bilaterali dwar l-iffaċilitar tal-viża bejn Cape Verde u dawk il-pajjiżi ta' Schengen mingħajr dewmien.

1.6.   Il-Ftehim u ftehimiet bilaterali oħra

L-Artikolu 11 tal-Ftehim jaqra:

“Sa mid-dħul fis-seħħ tiegħu, dan il-Ftehim għandu jieħu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta' kwalunkwe ftehimiet bilaterali jew multilaterali mwettqa bejn l-Istati Membri u l-Kap Verde, safejn id-dispożizzjonijiet ta' dawn il-ftehimiet jew arranġamenti jkopru kwistjonijiet li huma indirizzati mill-Ftehim preżenti.”

Mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali fis-seħħ bejn l-Istati Membri u Cape Verde dwar kwistjonijiet koperti mill-ftehim ma jibqgħux japplikaw. F'konformità mal-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jeliminaw l-inkompatibilitajiet bejn il-ftehimiet bilaterali tagħhom u l-Ftehim.

F'każ li Stat Membru jkun ikkonkluda ftehim bilaterali jew arranġament ma' Cape Verde dwar kwistjonijiet mhux koperti mill-Ftehim, dik l-eżenzjoni tibqa' tapplika wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

2.1.   Regoli li japplikaw għall-applikanti kollha għall-viżi

Huwa mfakkar li l-faċilitazzjonijiet imsemmija hawn taħt dwar it-tluq f'każ ta' dokumenti mitlufa jew misruqa u l-estensjoni tal-viża f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni japplikaw għad-detenturi kollha tal-viża ta' Cape Verde u l-Istati Membri.

2.1.1.   Estensjoni tal-viża f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni

L-Artikolu 7 tal-Ftehim jaqra:

“Iċ-ċittadini tal-Kap Verde u tal-Unjoni li m'għandhomx il-possibblità li jħallu t-territorju tal-Istati Membri jew tal-Kap Verde sad-data stabbilita fil-viżi tagħhom minħabba raġunijiet ta' force majeure għandhom ikollhom it-terminu tal-viżi tagħhom estiż mingħajr ħlas skont il-leġiżlazzjoni applikata mill-Istat li qed jilqa' għall-perjodu meħtieġ għar-ritorn tagħhom lejn l-Istat ta' residenza tagħhom.”

Rigward il-possibbiltà tal-estensjoni tal-validità tal-viża f'każijiet ta' force majeure,- (pereżempju, soġġorn fi sptar minħabba inċident) fejn id-detentur tal-viża ma jkollux il-possibbiltà li jitlaq mit-territorju tal-Istat Membru sad-data indikata fuq l-istiker tal-viża, japplika l-Artikolu 33(1) tal-Kodiċi Komunali dwar il-Viżi, sakemm dan ikun kompatibbli mal-Ftehim (pereżempju, il-viża estiża tibqa' viża uniformi, li tintitola d-dħul fit-territorju tal-Istati Membri kollha ta' Schengen li għalihom il-viża kienet valida fil-ħin tal-ħruġ tagħha). F'konformità mal-Ftehim, l-estensjoni tal-viża f'każijiet ta' force majeure issir b'xejn.

2.2.   Regoli li japplikaw għal ċerti kategoriji ta' applikanti għall-viża

2.2.1.   Ħruġ ta' viżi għal dħul multiplu

F'każijiet fejn l-applikant tal-viża jeħtieġ li jivvjaġġa sikwit jew regolarment fit-territorju ta' Cape Verde jew tal-Istati Membri, jistgħu jinħarġu viżi għal żjarat qosra għal diversi żjarat, sakemm it-tul totali ta' dawn iż-żjarat ma jaqbiżx id-90 jum għal kull perjodu ta' 180 jum.

L-Artikolu 4(1) tal-Ftehim jaqra:

“1.   Missjonijiet diplomatiċi u pożizzjonijiet [postazzjonijiet] konsulari tal-Istati Membri u tal-Kap Verde għandhom joħorġu viżi ta' diversi dħul b'terminu ta' validità ta' ħames snin għal dawn il-kategoriji ta' ċittadini:

(a)

il-membri ta' Gvernijiet u Parlamenti nazzjonali u reġjonali u lill-membri tal-Qrati Kostituzzjonali u Qrati Supremi u tal-Qorti tal-Awdituri, jekk ma jkunux eżentati mill-ħtieġa tal-viża bil-Ftehim preżenti, fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom;

(b)

il-membri permanenti ta' delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Kap Verde, lill-Istati Membri jew lill-Unjoni, jieħdu sehem f'laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta' skambju, kif ukoll bħal f'avvenimenti fit-territorju tal-Istati Membri jew tal-Kap Verde organizzati fuq l-inizjattiva ta' organizzazzjonijiet intergovernattivi;

(c)

nies fin-negozju u rappreżentanti ta' imprizi li jivvjaġġaw regolarment lejn l-Istati Membri jew il-Kap Verde;

(d)

konjugi, tfal (inklużi tfal adottati), li jkunu taħt l-età ta' 21 jew ikunu dipendenti, u qraba li jżuru rispettivament:

iċ-ċittadini tal-Kap Verde li jkunu residenti legalment fit-territorju ta' Stat Membru jew iċ-ċittadini tal-Unjoni li huma legalment residenti fil-Kap Verde, jew

iċ-ċittadini tal-Unjoni residenti fi Stat Membru tan-nazzjonalità tagħhom, jew ċittadini tal-Kap Verde residenti fil-Kap Verde.

Madankollu, jekk il-bżonn jew l-intenzjoni li jivvjaġġaw sikwit jew regolari huwa limitat b'mod ċar ma' limitu iqsar ta' soġġorn, il-validità tal-viża ta' dħul aktar minn darba għandu jkun limitat għal din il-waqfa, b'mod partikolari fejn

it-terminu tal-kariga, fil-każ ta' dawk koperti mill-punt (a) hawn fuq,

it-tul ta' żmien tal-kariga ta' membru permanenti ta' delegazzjoni uffiċjali, fil-każ ta' dawk koperti b'punt (b) hawn fuq,

it-tul ta' żmien fil-pożizzjonijiet bħala nies fin-negozju u rappreżentanti tal-kumpaniji, fil-każ ta' dawk koperti mill-punt (c) hawn fuq, jew

il-permess ta' residenza maħruġ liċ-ċittadini tal-Kap Verde li jirrisjedu fit-territorju ta' Stat Membru u liċ-ċittadini tal-Unjoni li jirrisjedu fil-Kap Verde, fil-każ ta' dawk koperti b'punt (d) hawn fuq,

ikun inqas minn ħames snin.”.

Filwaqt li jitqies l-istatus professjonali ta' dawk il-kategoriji ta' persuni, jew ir-relazzjoni familjari tagħhom ma' ċittadin ta' Cape Verde jew tal-Unjoni li jkun jirrisjedi legalment fit-territorju ta' Cape Verde jew tal-Istat Membru, kif ukoll fir-rigward tal-qraba ta' ċittadini tal-Unjoni residenti fl-Istat Membru tan-nazzjonalità tagħhom, jew il-qraba ta' ċittadini ta' Cape Verde residenti f'Cape Verde, huwa ġustifikat li dawn jingħataw viża għal dħul multiplu b'validità ta' ħames snin, jew limitata għat-terminu tal-kariga jew residenza legali tagħhom jekk dan ikun ta' inqas minn ħames snin.

Fir-rigward ta' persuni li jaqgħu taħt l-Artikolu 4(1)(a), trid tingħata konferma rigward l-istatus professjonali tagħhom u t-tul tal-mandat tagħhom.

Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal persuni li jaqgħu taħt l-Artikolu 4(1)(a) jekk dawn ikunu eżentati mill-ħtieġa ta' viża bil-Ftehim, jiġifieri jekk ikollhom passaport diplomatiku jew tas-servizz.

Persuni li jaqgħu taħt l-Artikolu 4(1)(b) iridu jippreżentaw prova rigward l-istatus permanenti tagħhom bħala membri tad-delegazzjoni u tal-ħtieġa li jipparteċipaw b'mod regolari f'laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta' skambju.

Persuni li jaqgħu taħt l-Artikolu 4(1)(c) iridu jippreżentaw prova rigward l-istatus professjonali tagħhom u t-tul tal-attivitajiet tagħhom.

Persuni li jaqgħu taħt l-Artikolu 4(1)(d) iridu jippreżentaw prova fir-rigward tar-residenza legali tal-persuna li toħroġ l-istedina.

F'każijiet fejn il-bżonn jew l-intenzjoni ta' vjaġġar ta' sikwit jew regolari jkun limitat b'mod ċar ma' perjodu iqsar, il-validità tal-viża ta' dħul multiplu tkun limitata għal dak il-perjodu.

L-Artikolu 4(2) tal-Ftehim jaqra:

“2.   Il-missjonijiet diplomatiċi u l-postazzjonijiet konsulari tal-Istati Membri u tal-Kap Verde għandhom joħorġu viżi ta' dħul aktar minn darba b'perjodu ta' validità ta' sena għal dawn il-kategoriji ta' ċittadini, jekk kemm-il darba matul is-sena ta' qabel ikunu kisbu mill-inqas viża waħda, u jkunu użawha skont il-liġijiet ta' dħul u residenza fit-territorju tal-Istat li żaru:

(a)

rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jivvjaġġaw regolarment fl-Istati Membri jew fil-Kap Verde għal raġunijiet ta' taħriġ edukattiv, seminars, konferenzi, inkluż fil-qafas ta' programmi ta' skambju;

(b)

membri tal-professjonijiet liberali li jieħdu sehem f'wirjiet internazzjonali, konferenzi, simpożji, seminars jew avvenimenti oħrajn simili li jivvjaġġaw b'mod regolari lejn l-Istati Membri jew Kap Verde;

(c)

persuni li jieħdu sehem f'attivitajiet xjentifiċi, kulturali u artistiċi, inklużi programmi tal-università u programmi oħrajn ta' skambju, li jivvjaġġaw b'mod regolari lejn l-Istati Membri jew Kap Verde;

(d)

parteċipanti f'avvenimenti sportivi internazzjonali u persuni li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali;

(e)

ġurnalisti u persuni akkreditati li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali;

(f)

tfal tal-iskola, studenti, studenti gradwati u għalliema li jakkumpanjawhom li jivvjaġġaw għall-iskop ta' studju jew taħriġ edukattiv, inkluż fil-qafas ta' programmi ta' skambju kif ukoll attivitajiet oħra marbuta mal-iskola;

(g)

rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet reliġjużi rikonoxxuti fil-Kap Verde jew fl-Istati Membri li jivvjaġġaw regolarment fl-Istati Membri jew fil-Kap Verde rispettivament;

(h)

persuni li jagħmlu żjajjar regolari minħabba raġunijiet mediċi;

(i)

parteċipanti fi programmi uffiċjali ta' skambju organizzati minn bliet ġemellati jew awtoritajiet muniċipali;

(j)

membri permanenti ta' delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Kap Verde, l-Istati Membri jew l-Unjoni, jieħdu sehem regolarment f'laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta' skambju, kif ukoll bħal f'avvenimenti fit-territorju tal-Istati Membri jew tal-Kap Verde organizzati fuq l-inizjattiva ta' organizzazzjonijiet intergovernattivi.

Madankollu, jekk il-bżonn jew l-intenzjoni li jivvjaġġaw sikwit jew regolari huwa limitat b'mod ċar għal limitu iqsar ta' soġġorn, il-validità ta' viża għandu jkun limitat għal din il-waqfa.”.

Fil-prinċipju, viżi għal dħul multiplu validi għal sena jinħarġu lill-kategoriji ta' applikanti għall-viża msemmija hawn fuq jekk matul is-sena ta' qabel (12-il xahar) l-applikant għall-viża jkun kiseb tal-anqas viża waħda u jkun għamel użu minnha skont il-liġijiet dwar id-dħul u ż-żjarat tal-Istat(i) fejn tkun saret iż-żjara (pereżempju, il-persuna ma tkunx baqgħet aktar milli kien imissha) u hekk ikun hemm raġunijiet biex tintalab viża għal dħul multiplu.

F'każijiet fejn ma jkunx ġustifikat li tinħareġ viża valida għal sena, (pereżempju, jekk it-tul tal-programm ta' skambju jkun ta' inqas minn sena jew il-persuna ma jkollhiex bżonn li tivvjaġġa għal sena sħiħa) il-validità tal-viża tkun ta' anqas minn sena, sakemm ir-rekwiżiti l-oħra għall-ħruġ tal-viża jkunu ssodisfati.

L-Artikolu 4(3) u (4) tal-Ftehim jaqra:

“3.   Missjonijiet diplomatiċi u pożizzjonijiet [postazzjonijiet] konsulari tal-Istati Membri u tal-Kap Verde għandhom joħorġu viżi għal dħul aktar minn darba bit-terminu ta' validità ta' minimu ta' sentejn u massimu ta' ħames snin għall-kategoriji ta' ċittadini msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jekk kemm-il darba fis-sentejn ta' qabel ikunu użaw tajjeb il-viża ta' dħul aktar minn darba b'perjodu ta' validità ta' sena, skont il-liġijiet dwar id-dħul u r-residenza fit-territorju tal-Istat ospitanti.

Madankollu, jekk il-bżonn jew l-intenzjoni li jivvjaġġaw sikwit jew regolari huwa limitat b'mod ċar ma' limitu iqsar ta' soġġorn, il-validità ta' viża għandha tkun limitata għal din il-waqfa.

4.   Il-perjodu totali ta' residenza ta' persuni msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 ta' dan l-Artikolu m'għandux jaqbeż id-90 jum għal kull perjodu ta' 180 fit-territorju tal-Istati Membri jew tal-Kap Verde.”.

Viżi għal dħul multiplu b'validità minn sentejn sa ħames snin jinħarġu għall-kategoriji ta' applikanti għall-viża msemmija taħt l-Artikolu 4(2), bil-kundizzjoni li matul is-sentejn ta' qabel (24 xahar) ikunu użaw il-viżi għal dħul multiplu validi għal mil-lanqas sena skont il-liġijiet dwar id-dħul u ż-żjarat fit-territorju/i tal-Istat(i) li tkun saret żjara fihom u li l-ħtiġijiet għat-talba ta' viża għal dħul multiplu jkunu għadhom validi. Għandu jiġi nnutat li viża għal dħul multiplu b'validità minn sentejn sa ħames snin tinħareġ biss jekk l-applikant għall-viża jkun ingħata, matul is-sentejn preċedenti, żewġ viżi validi għal mil-lanqas sena, u jekk dik il-persuna tkun użat dawk il-viżi skont il-liġijiet tad-dħul u soġġorn Istat(i) li tkun saret żjara fihom. Il-missjonijiet diplomatiċi u l-postazzjonijiet konsulari għandhom jiddeċiedu, abbażi tal-valutazzjoni ta' kull applikazzjoni għall-viża, il-perjodu ta' validità ta' dawk il-viżi (minn sentejn sa ħames snin).

Ma hemm l-ebda obbligu li tinħareġ viża għal dħul multiplu jekk l-applikant ma jkunx għamel użu minn viża preċedenti.

2.2.2.   Tariffa tal-ipproċessar tal-viża

L-Artikolu 5(1) tal-Ftehim jaqra:

“1.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, l-Istati Membri jew il-Kap Verde m'għandhomx jiġbru l-miżati tal-viżi minn dawn il-kategoriji ta' persuni:

(a)

Membri permanenti ta' delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Kap Verde, l-Istati Membri jew l-Unjoni, jieħdu sehem f'laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi uffiċjali ta' skambju, kif ukoll bħal f'avvenimenti organizzati fuq l-inizjattiva ta' organizzazzjonijiet intergovernattivi fit-territorju tal-Istati Membri jew il-Kap Verde;

(b)

tfal taħt l-età ta' 12-il sena; (*)

(c)

it-tfal tal-iskola, l-istudenti, l-istudenti fil-livell postuniversitarju u l-għalliema li jakkumpanjawhom li jagħmlu soġġorni għall-fini ta' studju jew ta' taħriġ edukattiv;

(d)

ir-riċerkaturi li jivjaġġaw għal raġunijiet ta' riċerka xjentifika;

(e)

il-parteċipanti li m'għandhomx aktar minn 25 sena li jipparteċipaw f'seminars, konferenzi, avvenimenti sportivi, kulturali u edukattivi, organizzati minn organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ.”.

Tingħata eżenzjoni sħiħa mill-ħlas fil-każ tal-kategoriji ta' persuni msemmija hawn fuq.

L-Artikolu 16(6) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(7) tal-Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi jaqra:

“6.   F'każijiet individwali, l-ammont tat-tariffa tal-viża li għandha tiġi imposta tista' tiġi rinunzjata jew imnaqqsa meta din il-miżura sservi biex tippromwovi interessi kulturali jew sportivi kif ukoll interessi fil-qasam tal-politika estera, il-politika tal-iżvilupp u oqsma oħrajn ta' interess pubbliku vitali jew għal raġunijiet umanitarji.

7.   It-tariffa tal-viża għandha tiġi imposta f'euro, fil-munita nazzjonali tal-pajjiż terz jew fil-munita li hi normalment użata fil-pajjiż terz fejn qiegħda tiġi ppreżentata l-applikazzjoni u għandha tkun mingħajr il-possibbiltà ta' rifużjoni minbarra fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 18(2) u 19(3) (jiġifieri każijiet ta' applikazzjoni inammissibbli jew każijiet fejn il-konsulat mhuwiex kompetenti).” (jiġifieri fil-każ ta' applikazzjoni inammissibbli jew każijiet fejn il-konsulat ma jkunx kompetenti).

L-applikanti għal viża minn Cape Verde, skont l-Artikolu 16(8) tal-Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi, u ċ-ċittadini tal-Unjoni, skont Décret-Loi 27/2007 ta' Cape Verde “jingħataw riċevuta għat-tariffa tal-viża mħallsa”.

L-Artikolu 5(2) tal-Ftehim jaqra:

“2.   Fejn l-Istati Membri jew il-Kap Verde jikkooperaw ma' fornitur estern tas-servizzi, l-ispejjeż tas-servizz jistgħu jiġu miġbura. Il-ħlas għas-servizz għandu jkun proporzjonat mal-ispejjeż li jeħel il-fornitur estern ta' servizz meta jkun qed iwettaq il-kompiti tiegħu u m'għandux jaqbeż it-EUR 30. Il-Kap Verde, l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati għandhom iżommu l-possibbiltà għall-applikanti kollha li jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom direttament fil-konsulati tagħhom.”

Il-kategoriji ta' persuni eżentati mit-tariffa tal-viża huma suġġetti għal tariffa tas-servizz f'każ li Stat Membru jikkoopera ma' fornitur tas-servizzi estern.

Attwalment l-ebda Stat Membru ma għandu arranġamenti ta' esternalizzazzjoni ma' fornituri tas-servizzi esterni f'Cape Verde.

2.2.3.   Detenturi ta' passaporti diplomatiċi u tas-servizz

L-Artikolu 8 tal-Ftehim jaqra:

“1.   Ċittadini tal-Kap Verde jew tal-Istati Membri, titulari ta' passaporti diplomatiċi validi jistgħu jidħlu, iħallu jew jiċċaqilqu fit-territorji tal-Istati Membri jew tal-Kap Verde mingħajr viżi.

2.   Iċ-ċittadini msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu joqogħdu fit-territorji tal-Istati Membri jew tal-Kap Verde għal perjodu li ma jaqbiżx id-90 jum għal kull perjodu ta' 180 jum.”

Il-proċeduri rigward il-postazzjoni ta' diplomatiċi fl-Istati Membri mhumiex regolati bil-Ftehim. Tapplika l-proċedura ta' akkreditazzjoni tas-soltu.

F'Dikjarazzjoni Konġunta mehmuża mal-Ftehim, il-Partijiet jaqblu li kull waħda minnhom tista' tinvoka sospensjoni parzjali tal-Ftehim, partikolarment l-Artikolu 8 tiegħu, jekk l-implimentazzjoni tiegħu twassal għal abbuż mill-Parti l-oħra jew għal theddida għas-sigurtà pubblika. Is-sospensjoni parzjali tal-Ftehim trid tiġi mwettqa skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 12(5) tiegħu.

Jekk l-implimentazzjoni tal-Artikolu 8 tiġi sospiża, iż-żewġ Partijiet jibdew konsultazzjonijiet fil-qafas tal-Kumitat Konġunt bil-ħsieb li jsolvu l-problemi li wasslu għas-sospensjoni.

Bħala prijorità, iż-żewġ Partijiet qablu li jimpenjaw ruħhom sabiex jiżguraw livell għoli ta' sigurtà għal passaporti diplomatiċi u tas-servizz, partikolarment billi jintegraw identifikaturi bijometriċi. Għall-Unjoni, dan ikun żgurat b'konformità mal-ħtiġijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 (5).

III.   KOOPERAZZJONI DWAR IS-SIGURTÀ TAD-DOKUMENTI

F'Dikjarazzjoni Konġunta annessa mal-Ftehim, il-Partijiet qablu li l-Kumitat Konġunt għandu jevalwa l-impatt tal-livell ta' sigurtà tad-dokumenti rispettivi tal-ivvjaġġar fuq il-funzjonament tal-Ftehim. Għal dan il-għan, il-Partijiet impenjaw ruħhom biex jinformaw lil xulxin b'mod regolari dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu biex jiġi evitat it-tifrix ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, billi jiġu żviluppati l-aspetti tekniċi tas-sigurtà tad-dokumenti tal-ivvjaġġar u b'rabta mal-proċess tal-personalizzazzjoni tal-ħruġ ta' dokumenti tal-ivvjaġġar.

IV.   STATISTIKA

Sabiex il-Kumitat Konġunt jissorvelja b'mod effettiv l-implimentazzjoni tal-Ftehim, il-missjonijiet diplomatiċi u l-postazzjonijiet konsulari tar-Repubblika ta' Cape Verde u tal-Istati Membri jridu jippreżentaw statistika lill-Kummissjoni, kull sitt xhur rigward, b'mod partikolari, u fejn possibbli, u speċifikati skont ix-xahar:

l-għadd ta' viżi għal dħul multiplu maħruġa;

it-tul tal-validità tal-viżi għal dħul multiplu maħruġa;

l-għadd ta' viżi maħruġa mingħajr tariffi għall-kategoriji differenti ta' persuni koperti mill-Ftehim.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1).

(2)  Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) ( ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).

(3)  Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1).

(4)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.

(*)  

N.B. Sabiex jibbenefikaw mill-eżenzjoni tat-tariffa għal din il-kategorija ta' persuni, l-applikanti tal-viża għandhom jippreżentaw evidenza li turi l-età tagħhom.

(5)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 tat-13 ta' Diċembru 2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u għall-bijometriċi f'passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri ( ĠU L 385, 29.12.2004, p. 1).


9.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/22


DEĊIŻJONI TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2290

tal-12 ta' Ġunju 2015

dwar l-ekwivalenza provviżorja tar-reġimi tas-solvenza fis-seħħ fl-Awstralja, Bermuda, il-Brażil, il-Kanada, il-Messiku, u l-Istati Uniti u applikabbli għal impriżi ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni b'uffiċċji prinċipali f'dawk il-pajjiżi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 227(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/138/KE tistabbilixxi reġim prudenzjali u superviżorju bbażat fuq ir-riskju mmodernizzat għall-impriżi ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni fl-Unjoni Ewropea. L-applikazzjoni sħiħa tad-Direttiva 2009/138/KE għall-assiguraturi u r-riassiguraturi fl-Unjoni ser tibda fl-1 ta' Jannar 2016. Għalkemm id-Direttiva 2009/138/KE se tiġi applikata għalkollox mill-1 ta' Jannar 2016, il-Kummissjoni tista' diġà tadotta din id-Deċiżjoni Delegata permezz tal-Artikolu 311 tad-Direttiva 2009/138/KE.

(2)

L-Artikolu 227 tad-Direttiva 2009/138/KE jirrigwarda l-ekwivalenza għal assiguraturi ta' pajjiżi terzi li huma parti minn gruppi li għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fl-Unjoni. Determinazzjoni ta' ekwivalenza pożittiva skont l-Artikolu 227 tad-Direttiva 2009/138/KE, permezz ta' att delegat tal-Kummissjoni, tippermeti li tali gruppi, meta t-tnaqqis u l-aggregazzjoni jintużaw bħala l-metodu ta' konsolidazzjoni għar-rapportar tal-grupp tagħhom, jieħdu kont tal-kalkolu tar-rekwiżiti tal-kapital u tal-kapital disponibbli (fondi proprji) skont ir-regoli tal-ġurisdizzjoni non-UE minflok jiġu kkalkulati fuq il-bażi tad-Direttiva 2009/138/KE, għall-finijiet li jiġu kkalkulati r-rekwiżit ta' solvibbiltà tal-grupp u l-fondi proprji eliġibbli.

(3)

Il-Paragrafu 5 tal-Artikolu 227 tad-Direttiva 2009/138/KE jipprevedi determinazzjoni ta' ekwivalenza proviżorja ta' durata fissa għal pajjiżi terzi li r-reġimi tas-solvibbiltà tal-assigurazzjoni tagħhom jilħqu ċerti kriterji. Determinazzjoni ta' ekwivalenza proviżorja hija valida għal perjodu ta' 10 snin, bil-possibiltà li tiġġedded.

(4)

L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol tat pariri skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) lill-Kummissjoni, u b'hekk ikkontribwiet lejn il-valutazzjoni ta' pajjiżi terzi skont l-Artikolu 227(5) tad-Direttiva 2009/138/KE (3). Fir-rigward tal-Istati Uniti, id-djalogu tal-assigurazzjoni li beda fl-2012 bil-għan li jintlaħaq fehim reċiproku mtejjeb tar-reġimi regolatorji u superviżorji tal-assigurazzjoni kien qafas ewlieni għall-iskambju reċiproku tal-informazzjoni, li wassal għall-konklużjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(5)

Fl-Awstralja, il-Life and General Insurance Capital Standards (LAGIC) (General Insurance Prudential Standard (GPS) 110: Capital Adequacy, Life Insurance Prudential Standards (LPS) 110: Capital Adequacy) jirrekjedu li l-assiguraturi jikkalkulaw l-allokazzjoni ta' kapital għar-riskju tal-assigurazzjoni, ir-riskju tal-konċentrazzjoni tal-assigurazzjoni, ir-riskju tal-assi, ir-riskju tal-konċentrazzjoni tal-assi, ir-riskju operazzjonali u l-benefiċċju tal-aggregazzjoni. Jitħaddem approċċ ta' karta tal-bilanċ totali. Hemm rekwiżit kapitali minimu (il-Prudential Capital Requirement (PCR)); l-assiguraturi huma wkoll meħtieġa jistabbilixxu ICAAP (Proċess ta' Valutazzjoni Interna dwar l-Adegwatezza tal-Kapital) li jistipula l-azzjonijiet li se jseħħu biex jirrettifikaw kal fil-kapital permezz ta' punti fissi 'il fuq mill-PCR tiegħu. Assiguraturi li ma jagħmlux assigurazzjoni fuq il-ħajja jistgħu jużaw mudelli interni soġġetti għall-approvazzjoni mill-Awtorità Awstraljana tar-Regolazzjoni Prudenzjali (Australian Prudential Regulation Authority, APRA). GPS 220 u LPS 220 (ġestjoni tar-riskju) jirrekjedu qafas ta' ġestjoni tar-riskju, li jrid jinkludi bħala minimu strateġija ta' ġestjoni tar-riskju li tiddeskrivi politiki, proċeduri, responsabbiltajiet maniġerjali u kontrolli interni tal-ġestjoni tar-riskju. L-assiguraturi jridu jirrapportaw lill-APRA is-solvibbiltà, il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja, l-adegwatezza kapitali, l-investimenti, l-assi u l-konċentrazzjonijiet ta' assi, id-dejta dwar il-primjums u t-talbiet, l-obbligazzjonijiet tal-polza u l-iskoperturi mhux fuq il-karta tal-bilanċ. Skont l-Att dwar il-Korporazzjonijiet tal-2001, il-kumpaniji huma meħtieġa jħejju u jippreżentaw rapport finanzjarju annwali lill-Australian Securities and Investments Commission. Għall-assiguraturi tal-ħajja, l-assiguraturi mhux tal-ħajja u l-gruppi ta' assigurazzjoni hemm obbligi ta' divulgazzjoni addizzjonali rigward il-ġestjoni kapitali u l-adegwatezza kapitali. L-APRA tista' taqsam l-informazzjoni ma' superviżuri finanzjarji oħra; l-awtorità hija firmatarja fil-Memorandum ta' Qbil Multilaterali dwar Konsultazzjoni u Kooperazzjoni u l-Iskambju tal-Informazzjoni tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni (il-MtQM IAIS), u kkonkludiet MtQ ma' superviżuri barranin (inkluż ma' numru ta' superviżuri tal-Unjoni). L-APRA hija independentement responsabbli għar-regolamentazzjoni prudenzjali u s-superviżjoni tal-assiguraturi, u hija biss l-APRA li tista' tawtorizza entità li twettaq negozju tal-assigurazzjoni fl-Awstralja. L-APRA għandha s-setgħa li toħroġ standards prudenzjali li għandhom is-saħħa ta' liġi. L-ebda membru preżenti jew passat tal-persunal tal-APRA ma jista' jiddivulga informazzjoni kunfidenzjali miksuba fil-kors ta' dmirijietu jew fil-kapaċità tiegħu/tagħha, soġġetti għal sanzjonijiet legali. Id-divulgazzjoni ta' informazzjoni lil qorti hija strettament limitata.

(6)

F'Bermuda, l-Att dwar l-Assigurazzjoni jistipula żewġ rekwiżiti ta' kapital għall-assiguraturi għajr kumpaniji tal-assigurazzjoni captive (4): Il-Marġni ta' Solvenza Minima (MSM) u r-Rekwiżit ta' Kapital Imtejjeb (Enhanced Capital Requirement — ECR), applikabbli għall-assiguraturi kummerċjali, kemm jekk tal-ħajja kif ukoll mhux. L-ECR huwa determinat mir-Rekwiżit Kapitali ta' Solvenza Bażiku (Basic Solvency Capital Requirement — BSCR) skont formola standard jew il-mudell ta' kapital intern approvat tal-assiguratur, bil-kundizzjoni li l-ECR huwa tal-anqas ugwali għall-MSM tal-assiguratur. Il-BSCR ikopri r-riskji li ġejjin: ir-riskju ta' kreditu, ir-riskju tal-firxa, ir-riskju tal-primjum, ir-riskju tar-riżerva, ir-riskju tal-interessi, ir-riskju ta' katastrofi u r-riskju operazzjonali. Livell ta' Kapital ta' Mira ta' 120 % jintuża bħala livell limitu ta' solvenza għat-twissija bikrija. Regoli ta' kapitali kwalifikanti jvarjaw għal kategoriji differenti ta' assiguraturi. L-Att dwar l-Assigurazzjoni jinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar l-obbligi ta' rapportar tal-impriżi fir-rigward tal-pożizzjonijiet ta' solvenza tagħhom. Il-Bermudan Monetary Authority (BMA) hija r-regolatur u superviżur indipendenti. Il-maġġoranza tal-assiguraturi Bermudjani huma obbligati jħejju rapporti finanzjarji addizzjonali skont l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju, inkella l-assiguraturi jistgħu jużaw kwalunkwe prinċipju ta' kontabbiltà ġeneralment aċċettat mill-BMA. L-assiguraturi għandhom jippubblikaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom, li jkun fihom tagħrif kwantitattiv u kwalitattiv. Il-BMA tista' tidħol fi ftehimiet u tiskambja tagħrif ma' awtoritajiet superviżorji barranin, u hija firmatarja tal-MtQM IAIS. Il-BMA hija marbuta bil-liġi tal-kunfidenzjalità, li titlob li kwalunkwe tagħrif rigward in-negozju jew l-affarijiet ta' istituzzjonijiet finanzjarji taħt superviżjoni, jew rigward persuni li qed jittrattaw magħhom, li jkun inkiseb mill-persunal tal-BMA, jiġi ttrattat b'mod kunfidenzjali.

(7)

Fil-Brażil, id-Digriet Amministrattiv dwar l-Assigurazzjoni Nru 73/1966 jiddetermina li l-assiguraturi, sabiex jiggarantixxu l-obbligi kollha tagħhom, jistabbilixxu provvedimenti tekniċi, fondi u provvedimenti speċjali skont il-kriterji stabbiliti mill-Kunsill Nazzjonali tal-Assigurazzjoni Privata (CNSP). Skont ir-Riżoluzzjoni CNSP 316, il-Kapital Minimu Meħtieġ (CMR) huwa l-ogħla bejn il-Kapital ta' Bażi u l-Kapital tar-Riskju. Il-Kapital ta' Bażi huwa ammont fiss marbut mat-tip ta' entità u r-reġjuni li fihom ġiet awtorizzata li topera, kif ukoll il-Kapital ta' Riskju, li huwa s-somma tar-rekwiżiti ta' kapital għar-riskji tas-suq u operazzjonali, is-sottoskrizzjoni, u l-kreditu. Għall-maġġoranza tal-assiguraturi, il-Kapital ta' Riskju huwa ogħla mill-Kapital ta' Bażi, u b'hekk ikun jikkostitwixxi s-CMR. Ir-Riżoluzzjoni CNSP 3162/2014 tistabbilixxi r-regoli għall-użu ta' mudell intern bħala alternattiva għal formula standard biex jinħadem is-CMR. Hemm rekwiżiti minimi ta' governanza korporattiva applikabbli. L-assiguraturi jrid ikollhom kontrolli interni fuq l-attivitajiet, is-sistemi ta' informazzjoni u l-konformità mar-rekwiżiti legali tagħhom. Is-Superintendência de Seguros Privados (SUSEP) hija responsabbli għas-superviżjoni tal-industrija tal-assigurazzjoni Brażiljana. Is-SUSEP topera taħt il-Ministeru tal-Finanzi bħala l-organu eżekuttiv tar-regolamenti stabbiliti mis-CNSP. Il-kunsill maniġerjali tiegħu għandu l-awtorità indipendenti li jistabbilixxi il-politiki ġenerali tas-SUSEP għar-regolazzjoni u l-konformità mar-riżoluzzjonijiet tas-CNSP fil-qasam ta' kompetenza tiegħu. L-assiguraturi huma meħtieġa jibgħatu informazzjoni dwar il-kapital, l-assi, l-obbligazzjonijiet, l-introjtu u n-nefqa lis-SUSEP kull xahar, kif ukoll dettalji dwar l-operazzjonijiet, il-karta tal-bilanċ, u rapport tal-introjtu kull tliet xhur; l-assiguraturi jridu jippubblikaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom, li jkun fihom tagħrif kwantitattiv u kwalitattiv. Is-SUSEP tista' tidħol fi ftehimiet u tiskambja tagħrif ma' awtoritajiet superviżorji barranin, u hija firmatarja għall-MtQM IAIS. It-tagħrif jista' jintuża biss għal għanijiet superviżjori fil-kamp ta' applikazzjoni tal-funzjonijiet superviżorji tas-SUSEP. Informazzjoni ulterjuri miksuba minn awtorità oħra tintuża biss għall-finijiet ta' dik it-talba. Il-liġi torbot lill-persunal preżenti u passat tas-SUSEP bil-kunfidenzjalità.

(8)

Fil-Kanada, l-Att dwar il-Kumpaniji ta' Assigurazzjoni jirrekjedi li l-assiguraturi jkollhom kapital adegwat. Il-linji gwida ppubblikati mill-Uffiċċju tas-Supretendent tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji (OSFI) jistipulaw l-istandards dettaljati. Ir-rekwiżiti ta' kapital applikabbli għall-assiguraturi huma r-rekwiżit ta' ta' kapital minimu permanenti u surplus (Linji Gwida MCCSR) għall-assiguraturi tal-ħajja u t-test tal-kapital minimu (Linja Gwida MCT) għal assiguraturi mhux tal-ħajja. Kemm l-MCCSR u l-MCT jindirizzaw riskji marbuta kemm mal-assi u l-obbligazzjonijiet fuq u mhux fuq il-karta tal-bilanċ. Assiguraturi mhux tal-ħajja huma meħtieġa li jżommu kapital li 'l fuq minn 100 % tal-MCT, filwaqt li l-assiguraturi tal-ħajja huma meħtieġa li jkollhom kapital li 'l fuq minn120 % tal-MCCSR. L-assiguraturi ma jitħallewx joperaw 'l isfel minn dawn il-livelli. Barra minn dawn ir-rekwiżiti, hemm livell kapitali superviżorju mixtieq ta' 150 % tal-MCT għal assiguraturi mhux tal-ħajja, u tal-MCCSR għall-assiguraturi tal-ħajja, rispettivament. Ir-rekwiżiti ta' kapital huma kkalkulati skont formula standard, u l-użu ta' mudelli interni huwa biss permess f'każi limitati ħafna. L-assiguraturi huma wkoll meħtieġa jistabbilixxu proporzjon kapitali tal-mira intern ibbażat fuq Valutazzjoni Proprja tar-Riskju u s-Solvenza (ORSA), inkluż testijiet tal-istress mhux preskritti li jieħdu inkunsiderazzjoni l-ispeċifiċitajiet tal-assiguratur. L-Uffiċċju tas-Supretendent tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji (OSFI), is-superviżur tal-assigurazzjoni Kanadiż, huwa aġenzija federali indipendenti u li tiffinanzja lilha nfisha. Kull assiguratur regolat huwa meħtieġ jibgħat kontijiet annwali awditjati u tagħrif supplementari lill-OFSI, flimkien ma' Rapport tal-Awditur, Rapport tal-Attwarju Appuntat, Rapport tal-Ittestjar Dinamiku tal-Adegwatezza tal-Kapital li jinkludi fil-qosor ir-riżultati ta' diversi testijiet tal-istress, u rapporti ta' kull tliet xhur dwar il-pożizzjoni kapitali. L-assiguraturi huma wkoll meħtieġa jħejju u jagħmlu disponibbli fuq talba, ORSA annwali li tistipula Mira tal-Kapital Interna. L-OFSI tista' tidħol fi ftehimiet u tiskambja tagħrif ma' awtoritajiet superviżorji barranin; hija adeixxiet mal-MtQM IAIS f'Lulju 2012. L-OFSI hija marbuta bil-liġi tal-kunfidenzjalità, li titlob li kwalunkwe tagħrif rigward in-negozju jew l-affarijiet ta' istituzzjonijiet finanzjarji taħt superviżjoni, jew rigward persuni li qed jittrattaw magħhom, li jkun inkiseb mill-persunal tal-OFSI, jiġi ttrattat b'mod kunfidenzjali.

(9)

Fil-Messiku, l-att li jistipula qafas prudenzjali tal-assigurazzjoni rivedut, il-Ley de Instituciones de Seguros y de Fianzas (LISF), daħal fis-seħħ fl-4 ta' April 2015. Skont il-LISF, japplika r-Rekwiżit ta' Kapital ta' Solvenza (SCR), li jkopri riskji tas-sottoskrizzjoni u riskji finanzjarji u tal-kontroparti. Is-simulazzjoni ta' kriżi ssir tal-anqas darba fis-sena (test dinamiku tas-solvenza). Ir-reġim Messikan jippermetti l-użu jew ta' formola standard jew ta' mudell intern għall-kalkolu tas-SCR. Il-Comisión Nacional de Seguros y Fianzas (CNSF) hija responsabbli għas-superviżjoni tal-assiguraturi tal-ħajja u mhux tal-ħajja fil-Messiku; hija għandha s-setgħa indipendenti li tagħti jew tirrevoka l-liċenzja ta' impriża tal-assigurazzjoni, u teżegwixxi testijiet tal-istress tal-anqas darba fis-sena. L-assiguraturi jridu jirraportaw l-informazzjoni dwar l-organizzazzjoni, l-operazzjonijiet, l-investiment u l-kapital tagħhom lis-CNSF tal-anqas kull tliet xhur; huma jridu wkoll jiddivulgaw l-objettivi, il-politiki u l-prattiki tagħhom fir-ritensjoni tar-riskju, it-trasferiment jew il-mitigazzjoni, u jridu jippubblikaw tagħrif kwantitattiv u kwalitattiv dwar l-operazzjonijiet, is-sitwazzjoni finanzjajra u teknika u r-riskji tagħhom. Is-CNSF tista' tikkoopera u tiskambja tagħrif ma' superviżuri barranin jekk hemm ftehim dwar l-iskambju tat-tagħrif; jeżisti diġà għadd ta' ftehimiet simili, u s-CNSF applikat biex tingħaqad mal-MtQM IAIS fl-2010. Fejn jeżisti ftehim ta' skambju tat-tagħrif bejn is-CNSF u superviżur barrani, is-CNSF trid titlob il-kunsens lis-superviżur barrani qabel ma tiżvela tagħrif li dan ikun ipprovda. L-ebda persuna li hija jew kienet membru tal-persunal tas-CNSF mhi permessa li tiddivulga informazzjoni kunfidenzjali; ir-rekwiżiti tas-segretezza professjonali huma stabbiliti fil-liġi nazzjonali u kwalunkwe ksur tas-segretezza professjonali jwassal għal sanzjonijiet.

(10)

Fl-Istati Uniti, ir-regolazzjoni u s-superviżjoni tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni huma f'idejn l-istat. L-assiguraturi jridu jkunu konformi mal-liġijiet relevanti ta' kull stat li fih huma jiktbu poloz, u s-superviżjoni tal-assigurazzjoni hija f'idejn is-superviżuri indipendenti statali taħt kummissarji tal-assigurazzjoni. Ir-rekwiżiti statali tal-adegwatezza kapitali huma bbażati fuq il-Liġi Mudell tal-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Kummissarji tal-Assigurazzjoni (NAIC) dwar il-Kapital Ibbażat fuq ir-Riskju (RBC), li ġiet adottata mill-istati kollha. Il-formola RBC standard tkopri l-iktar riskji materjali għal kull tip primarju ta' assigurazzjoni (il-ħajja, il-proprjetà u d-diżgrazzji, u s-saħħa), li tippermetti l-użu ta' mudelli interni għal prodotti speċifiċi u moduli tar-riskju. L-RBC huwa kkalkulat billi jiġu applikati fatturi lil diversi unitajiet ta' riżerva, assi, primjums, pretensjonijiet u spiża. Hemm erba' livelli ta' rekwiżit ta' kapital kwantitattivi, b'interventi superviżorji differenti f'kull każ: Livell ta' Azzjoni ta' Kumpanija, Livell ta' Azzjoni Regolatorju, Livell ta' Kontroll Awtorizzat, u l-Livell ta' Kontroll Mandatorju. Ir-reġim tal-Istati Uniti għandu ORSA għall-assiguraturi komparabbli għal dak skont Solvibbiltà II. Rigward ir-rapportar u t-trasparenza, hemm rekwiżiti ta' rapportar standardizzati, li prinċipalment ikopru: in-negozju u l-prestazzjoni, il-profil tar-riskju, il-metodu ta' valwazzjoni u l-assunzjonijiet użati, ir-rekwiżiti tal-kapital u l-ġestjoni. Ir-rapporti finanzjarji, inkluża l-opinjoni attwarja u l-istqarrija tal-awditur, huma divulgati pubblikament. Kummissarji tal-assigurazzjoni statali jistgħu jaqsmu informazzjoni kunfidenzjali ma' superviżuri barranin, bil-kundizzjoni li r-riċevitur jaqbel li l-informazzjoni jżommha kunfidenzjali. Dawn jistgħu wkoll jidħlu fi ftehimiet li jirregolaw il-qsim u l-użu ta' informazzjoni kunfidenzjali. Għadd ta' Memoranda ta' Qbil dwar l-iskambju ta' informazzjoni ġew iffirmati bejn superviżuri tal-Unjoni u d-dipartimenti tal-assigurazzjoni ta' stati; għadd ta' dipartimenti tal-assigurazzjoni statali huma firmatarji tal-MtQM IAIS, u bosta oħrajn applikaw reċentement. Ir-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità, inkorporati fil-leġiżlazzjoni statali abbażi tal-liġijiet mudell NAIC, jiddisponu li informazzjoni miksuba minn superviżuri statali hija kunfidenzjali u li dawn iżommu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni riċevuta minn superviżuri barranin. Il-persunal tal-awtoritajiet superviżorji statali huwa kopert mill-obbligi tas-segretezza professjonali skont il-leġiżlazzjoni fuq livell ta' stat.

(11)

Wara dawn il-valutazzjonijiet, ir-reġimi tas-solvenza tal-pajjiżi terzi koperti minn din id-Deċiżjoni għandhom jiġu meqjusa li jilħqu l-kriterji għall-ekwivalenza proviżorja stipulata fl-Artikolu 227(5) tad-Direttiva 2009/138/KE, ħlief ir-regoli dwar il-captives f'Bermuda, li huma soġġetti għal reġim regolatorju differenti.

(12)

Il-perjodu inizjali tal-ekwivalenza proviżorja determinat minn din id-Deċiżjoni għandu jkun għaxar snin. Il-Kummissjoni tista' madankollu tagħmel rieżami speċifiku b'rabta ma' pajjiż terz jew territorju individwali fi kwalunkwe żmien barra r-rieżami ġenerali, meta żviluppi rilevanti jagħmluh neċessarju li l-Kummissjoni tirrivaluta l-ekwivalenza determinata minn din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni għalhekk għandha tkompli timmonitorja, bl-assistenza teknika tal-EIOPA, l-evoluzzjoni tar-reġimi fis-seħħ fil-pajjiżi terzi koperti minn din id-Deċiżjoni u l-issodisfar tal-kundizzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom din id-Deċiżjoni ġiet adottata.

(13)

Id-Direttiva 2009/138/KE tapplika mill-1 ta' Jannar 2016. Din id-Deċiżjoni għalhekk għandha wkoll tagħti ekwivalenza proviżorja minn dik id-data,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-reġimi tas-solvenza fis-seħħ fl-Awstralja, Bermuda (bl-eċċezzjoni tar-regoli dwar il-captives), il-Brażil, il-Kanada, il-Messiku u l-Istati Uniti u applikabbli għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni b'uffiċċji prinċipali f'dawk il-pajjiżi jitqiesu bħala proviżorjament ekwivalenti għar-reġim stipulat fit-Titolu I tal-Kapitolu VI tad-Direttiva 2009/138/KE.

Artikolu 2

L-ekwivalenza proviżorja tingħata għal perjodu ta' 10 snin mill-1 ta' Jannar 2016.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-12 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).

(3)  L-analiżi ta' ekwivalenza EIOPA tal-Brażil, 10 ta' Marzu 2015

L-analiżi ta' ekwivalenza EIOPA ta' Bermuda, 9 ta' Marzu 2015

L-analiżi ta' ekwivalenza EIOPA tal-Kanada, 28 ta' Jannar 2015

L-analiżi ta' ekwivalenza EIOPA tal-Awstralja, 16 ta' Lulju 2013

L-analiżi ta' ekwivalenza EIOPA tal-Messiku, 16 ta' Lulju 2013

(4)  L-Att dwar l-Assigurazzjoni jistabbilixxi kategoriji differenti ta' assiguraturi li huma soġġetti għal settijiet ta' regoli differenti. L-assiguraturi captive huma kategorija speċifika ta' assiguraturi, li ma ġietx inkluża fil-valutazzjoni tal-EIOPA u mhijiex koperta minn dan l-att.


9.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/27


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2291

tas-7 ta' Diċembru 2015

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/722/UE fir-rigward tal-ammont massimu tal-kontribut finanzjarju tal-Unjoni għall-programm ta' eradikazzjoni tar-rabja fil-Latvja fl-2014

(notifikata bid-dokument C(2015) 8607)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta' Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 27(5) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 13(3), (5) u 45(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 11(3) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/722/UE (3) japprova l-programm pluriennali għall-eradikazzjoni tar-rabja ippreżentat mil-Latvja għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2014 u l-31 ta' Diċembru 2016.

(2)

Skont il-punt (c)(vi) tal-Artikolu 11(6) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/722/UE, l-ammont massimu tal-kontribut finanzjarju tal-Unjoni għall-programm ta' eradikazzjoni tar-rabja ppreżentat mil-Latvja fl-2014 inizjalment kien stabbilit għal EUR 1 225 000. Skont il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 11(7) ta' dik id-Deċiżjoni, l-ammont massimu tal-kontribut finanzjarju għal parti tal-programm li trid tiġi implimentata fiż-żona ta' lqugħ tal-Belarussja kien stabbilit għal EUR 475 000.

(3)

Wara l-valutazzjoni li saret mill-Kummissjoni dwar ir-rapporti tekniċi u finanzjarji intermedji ppreżentati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 27(7) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE dwar in-nefqa mġarrba għall-finanzjament tal-programmi ta' eradikazzjoni fis-sena 2014, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/925/UE (4) emendat l-ammonti massimi għal dawk il-programmi.

(4)

L-Artikolu 5(17) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/925/UE emenda l-punt (c)(vi) tal-Artikolu 11(6) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/722/UE u stabilixxa l-ammont massimu tal-kontribut finanzjarju tal-Unjoni għall-programm ta' eradikazzjoni tar-rabja ppreżentat mil-Latvja fl-2014 għal EUR 400 000. L-Artikolu 5(18) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/925/UE emenda l-punt (c)(ii) tal-Artikolu 11(7) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/722/UE u stabilixxa l-ammont massimu tal-kontribut finanzjarju tal-Unjoni għal dik il-parti ta' dak il-programm li jrid jiġi implimentat fiż-żona ta' lqugħ tal-Belarussja għal EUR 400 000.

(5)

Kien hemm żball fl-ammont massimu l-ġdid stabbilit tal-kontribut finanzjarju tal-Unjoni għall-programm ta' eradikazzjoni tar-rabja ppreżentat mil-Latvja fl-2014. B'mod partikolari, skont il-punt (c)(vi) tal-Artikolu 11(6) u l-punt (c)(ii) tal-Artikolu 11(7) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/722/UE kif emendata, jekk il-parti tal-programm li trid tiġi implimentata fiż-żona ta' lqugħ tal-Belarussja titwettaq sew u jintuża l-kontribut ta' EUR 400 000, ma jifdalx aktar kontribut finanzjarju tal-Unjoni disponibbli għall-parti tal-programm li trid tiġi implimentata fil-Latvja. Dan mhuwiex konsistenti mal-istrateġija globali għall-eradikazzjoni tar-rabja mill-Unjoni Ewropea peress li huwa bbażat fuq il-qerda tal-marda mill-Istati Membri u fuq il-ħolqien ta' żoni ta' lqugħ mal-fruntieri esterni tal-Unjoni biex jipprevjenu l-introduzzjoni mill-ġdid tal-marda.

(6)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/722/UE għandha tiġi emendata skont dan, filwaqt li jitqies ir-rapport tekniku u finanzjarju intermedju ppreżentat mil-Latvja dwar l-implimentazzjoni tal-programm għall-eradikazzjoni tar-rabja fl-2014.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 11(6) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/722/UE, il-punt (c)(vi) jinbidel b'dan li ġej:

“(vi)

EUR 800 000 għal-Latvja”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1.

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/722/UE tad-29 ta' Novembru 2013 li tapprova programmi annwali u multiannwali u l-kontribut finanzjarju mill-Komunità għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta' ċertu mard tal-annimali u żoonożi ppreżentati mill-Istati Membri għall-2014 u s-snin ta' wara (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 101).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/925/UE tas-16 ta' Diċembru 2014 li tapprova ċerti programmi emendati għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali u ż-żoonożi għas-sena 2014 u li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/722/UE fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal ċerti programmi approvati minn dik id-Deċiżjoni (ĠU L 363, 18.12.2014, p. 173).


9.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/29


DEĊIŻJONI Nru 2/2015 TAL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA

tad-19 ta' Novembru 2015

dwar l-emenda tal-Appendiċijiet 1 u 2 tal-Anness 9 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli [2015/2292]

IL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ tal-prodotti agrikoli, u b'mod partikulari l-Artikolu 11 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002.

(2)

L-Anness 9 tal-Ftehim għandu l-għan li jiffaċilita u jippromwovi l-flussi kummerċjali bilaterali tal-prodotti organiċi li ġejjin mill-Unjoni Ewropea u mill-Iżvizzera.

(3)

Skont l-Artikolu 8 tal-Anness 9 tal-Ftehim, il-grupp ta' ħidma dwar “prodotti organiċi” għandu jeżamina kull kwistjoni marbuta mal-Anness 9 u mal-implimentazzjoni tiegħu, u jfassal rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura. Dan il-grupp iltaqa' biex jeżamina b'mod partikolari l-applikazzjoni tal-Anness. Hemm il-ħtieġa li jiġi emendat il-kamp ta' applikazzjoni tal-Anness 9 dwar l-inbid u l-ħmira għal raġunijiet ta' ekwivalenza bejn id-dispożizzjonijiet Żvizzeri u dawk tal-Unjoni Ewropea. Minbarra dan, jirriżulta li l-kontenut tal-Appendiċi 2 ma għadux validu, għaliex l-Iżvizzera emendat il-leġiżlazzjoni tagħha f'dak li jirrigwarda l-metodu organiku ta' produzzjoni għall-alimentazzjoni tal-annimali, u adottat id-dispożizzjonijiet li huma konformi mal-liġi Ewropea. Il-grupp ta' ħidma rrakkomanda lill-Kumitat biex jadotta l-Appendiċi tal-Anness 9.

(4)

Għaldaqstant, l-Appendiċijiet 1 u 2 tal-Anness 9 għandhom jiġu emendati.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Appendiċijiet 1 u 2 tal-Anness 9 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli għandhom jinbidlu bit-test li jinsab fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2015.

Magħmul f'Bern, id-19 ta' Novembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea

Susana MARAZUELA-AZPIROZ

Il-President u l-Kap tad-Delegazzjoni Żvizzera

Adrian AEBI

Is-Segretarju tal-Kumitat

Thomas MAIER


ANNESS

APPENDIĊI 1

Lista ta' atti msemmija fl-Artikolu 3 dwar il-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel miksubin b'mod organiku

Dispożizzjonijiet regolamentari applikabbli fl-Unjoni Ewropea

 

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1) kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1),

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1358/2014 tat-18 ta' Diċembru 2014 (ĠU L 365, 19.12.2014, p. 97),

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25), kif emendat l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/131 tat-23 ta' Jannar 2015 (ĠU L 23, 29.1.2015, p. 1).

Dispożizzjonijiet applikabbli fil-Konfederazzjoni Żvizzera

 

Ordinanza tat-22 ta' Settembru 1997 dwar l-agrikoltura organika u d-deskrizzjoni tal-prodotti u l-oġġetti tal-ikel organiċi (Ordinanza dwar l-agrikoltura organika), emendata fid-29 ta' Ottubru 2014 (RO 2014 3969),

 

Ordinanza tad-Dipartiment Federali tal-Ekonomija tat-22 ta' Settembru 1997 dwar l-agrikoltura organika, emendata fid-29 ta' Ottubru 2014 (RO 2014 3979).

Esklużjoni mill-arranġamenti ta' ekwivalenza

 

Prodotti Żvizzeri bbażati fuq ingredjenti prodotti fil-qafas tal-arranġamenti għall-konverżjoni lejn agrikoltura organika

 

Prodotti li ġejjin mit-trobbija tal-mogħoż fl-Isvizzera meta l-annimali jibbenefikaw mid-deroga prevista fl-Artikolu 39d tal-Ordinanza dwar l-agrikoltura organika u d-deskrizzjoni tal-prodotti u tal-oġġetti tal-ikel organiċi (*).

APPENDIĊI 2

Regolamenti ta' implimentazzjoni

Mhux applikabbli


(*)  (RS 910.18)