ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 321

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
5 ta' Diċembru 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2252 tat-30 ta' Settembru 2015 li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) 2015/288 fejn jidħol il-perjodu tal-inammissabbiltà tal-applikazzjonijiet għal appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

2

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2253 tat-2 ta' Diċembru 2015 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

6

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2254 tat-2 ta' Diċembru 2015 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

8

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2255 tat-2 ta' Diċembru 2015 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2256 tal-4 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1983/2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika tal-Komunità fuq id-dħul u l-kundizzjonijiet tal-ħajja (UE-SILC) rigward il-lista ta' varjabbli ta' mira primarja ( 1 )

12

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2257 tal-4 ta' Diċembru 2015 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Кайсерован врат Тракия (Kayserovan vrat Trakiya) (STG)]

17

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2258 tal-4 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 dwar l-importazzjonijiet u t-tranżitu ta' kunsinni waħdiena ta' inqas minn 20 unità ta' tjur minbarra l-għasafar li ma jtirux, il-bajd għat-tfaqqis jew il-flieles ta' ġurnata tagħhom ( 1 )

23

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2259 tal-4 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

56

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2260 tat-3 ta' Diċembru 2015 li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/630/KE dwar miżuri ta' emerġenza li japplikaw għall-krustaċji importati mill-Bangladesh u li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem (notifikata bid-dokument C(2015) 8472)  ( 1 )

58

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Ġeorġja tas-17 ta' Novembru 2014 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu u dawk tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u ta' Sottokumitati [2015/2261]

60

 

*

Deċiżjoni Nru 2/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Ġeorġja tas-17 ta' Novembru 2014 dwar l-istabbiliment ta' żewġ Sottokumitati [2015/2262]

70

 

*

Deċiżjoni Nru 3/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Ġeorġja tas-17 ta' Novembru 2014 dwar id-delega ta' ċerti setgħat mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ [2015/2263]

72

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

5.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/1


Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra

Il-partijiet li ġejjin tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fil-21 ta' Marzu 2014 u fis-27 ta' Ġunju 2014, ser jiġu applikati b'mod proviżorju bis-saħħa tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim (1), it-tieni waħda kif emendata (2), mill-1 ta' Jannar 2016, safejn dawn ikopru kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni:

Titolu IV

(bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 158 safejn dan jikkonċerna l-infurzar kriminali tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali; u bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 285 u 286 safejn dawk l-Artikoli japplikaw għal proċedimenti amministrattivi u reviżjoni u appell fil-livell ta' Stat Membru).

L-applikazzjoni proviżorja tal-Artikolu 279 m'għandhiex taffettwa d-drittijiet sovrani tal-Istati Membri fuq ir-riżorsi tagħhom tal-idrokarburi skont id-dritt internazzjonali, inklużi d-drittijiet u l-obbligi tagħhom bħala Partijiet għall-Konvenzjoni tan-NU tal-1982 dwar il-Liġi tal-Baħar;

L-applikazzjoni proviżorja tal-Artikolu 280(3) mill-Unjoni m'għandhiex taffettwa d-delineazzjoni eżistenti tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha fir-rigward tal-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospezzjoni, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi;

It-Titolu VII

(bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 479(1)), safejn id-dispożizzjonijiet ta' dak it-Titolu jkunu limitati għall-fini li tkun żgurata l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim.

L-Annessi I sa XXV, kif ukoll il-Protokolli I u II.


(1)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 1. ĠU L 278, 20.9.2014, p. 1.

(2)  ĠU L 289, 3.10.2014, p. 1.


REGOLAMENTI

5.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/2


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2252

tat-30 ta' Settembru 2015

li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) 2015/288 fejn jidħol il-perjodu tal-inammissabbiltà tal-applikazzjonijiet għal appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd (il-PKS) u biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u taċ-ċittadini tagħha li jħallsu t-taxxa, dawk l-operaturi li f'xi żmien partikolari qabel ma jressqu applikazzjoni għall-għajnuna finanzjarja, ikunu wettqu ksur serju, reat jew frodi kif stipulat fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, ma għandhomx igawdu l-għajnuna finanzjarja mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (il-FEMS).

(2)

Skont l-Artikolu 10(1) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, ċerti applikazzjonijiet li jressqu l-operaturi għall-appoġġ mill-FEMS għandhom ikunu inammissibbli għal xi żmien speċifiku. Fost l-oħrajn, dawn l-applikazzjonijiet ma jkunux ammissibbli meta jitressqu għall-appoġġ skont il-Kapitolu II tat-Titolu V ta' dak ir-Regolament fir-rigward tal-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura, u l-awtoritajiet kompetenti jkunu għarfu li l-operatur konċernat ikun wettaq xi reat ambjentali kif stipulat fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Skont l-Artikolu 10(4)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, il-perjodu meta l-applikazzjonijiet ma jkunux ammissibbli u d-dati tal-bidu u tat-tmiem ta' dan il-perjodu trid tidentifikahom il-Kummissjoni f'att delegat.

(3)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/288 (3) jidentifika l-perjodu ta' inammissibbiltà u d-dati rilevanti tal-bidu u tat-tmiem ta' dak il-perjodu għal applikazzjonijiet tal-operaturi li jkunu wettqu xi azzjoni waħda jew aktar milli jissemmew fl-Artikolu 10(1)(a) u (b) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.

F'konformità mal-Artikolu 10(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, hemm bżonn ukoll li jiġu stabbiliti r-regoli għall-kalkolu tal-perjodu tal-inammissibbiltà u d-dati rilevanti tal-bidu u tat-tmiem għall-applikazzjonijiet tal-appoġġ skont il-Kapitolu II tat-Titolu V ta' dak ir-Regolament. L-inammissibbiltà ta' dawk l-applikazzjonijiet għandha tgħin biex tkun żgurata aktar konformità mal-liġijiet eżistenti li jħarsu l-ambjent.

(4)

Id-Direttiva 2008/99/KE tistabbilixxi miżuri relatati mal-liġi kriminali sabiex l-ambjent jitħares b'mod aktar effettiv. L-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva jelenka l-imġiba li għandha tkun punibbli bħala reat kriminali, meta dik id-Direttiva tkun tqisha illegali u meta ssir b'intenzjoni jew tal-anqas b'negliġenza serja. Skont l-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva, l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-inċitament, l-għajnuna u l-kompliċità fl-imġiba b'intenzjoni tar-reati msemmija fl-Artikolu 3 jkunu punibbli bħala reat kriminali.

(5)

Għaldaqstant, sabiex tkun żgurata l-proporzjonalità, meta operatur iwettaq ksur b'negliġenza serja u meta operatur iwettaq ksur b'intenzjoni, dawn ma għandhomx jingħataw perjodi tal-inammissibbiltà tal-istess tul. Għall-istess raġuni, jixraq ukoll li jiġu stabbiliti regoli li jqisu l-fatturi aggravanti u mitiganti meta jkun se jiġi kkalkulat il-perjodu tal-inammissibbiltà.

(6)

Sabiex tkun żgurata l-proporzjonalità, ir-reati li jitwettqu għal aktar minn sena għandhom iwasslu għal perjodi itwal tal-inammissibbiltà.

(7)

F'konformità mal-Artikolu 10(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, meta awtorità kompetenti tagħraf li operatur ikun wettaq xi reat stabbilit fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2008/99/KE, l-applikazzjoni ta' dan l-operatur għall-appoġġ tal-FEMS skont il-Kapitolu II tat-Titolu V ta' dan ir-Regolament ma għandhiex tkun ammissibbli għal mill-inqas sena. Billi r-Regolament (UE) Nru 508/2014 japplika mill-1 ta' Jannar 2014, għall-kalkolu tal-perjodu ta' inammissibbiltà għandhom jitqiesu biss dawk ir-reati li jkunu saru mill-1 ta' Jannar 2013.

(8)

Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni effettiva tal-ambjent, meta applikazzjoni ta' operatur ma tkunx ammissibbli minħabba r-reati ambjentali stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2008/99/KE, lanqas l-applikazzjonijiet l-oħra ta' dak l-operatur skont il-Kapitolu II tat-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 ma għandhom ikunu ammissibbli. Sabiex tkun żgurata l-proporzjonalità, jixraq ukoll li jiġu stabbiliti regoli għar-reviżjoni tal-perjodu tal-inammissibbiltà meta l-operatur iwettaq xi ksur serju matul dan il-perjodu. Għall-istess raġuni jixraq ukoll li, jekk ikun reġa' twettaq l-istess reat, dan itawwal il-perjodu tal-inammissibbiltà.

(9)

Għalhekk ir-Regolament Delegat (UE) 2015/288 għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Sabiex ikun żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jitwettqu fil-pront, u billi hu importanti li l-operaturi jkunu żgurati trattament armonizzat u ugwali fl-Istati Membri kollha mill-bidu tal-perjodu tal-programmazzjoni, dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ meta jiġi ppubblikat, iżda jibda japplika meta jibda l-perjodu ta' eliġibbiltà tal-FEMS, jiġifieri mill-1 ta' Jannar 2014,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Delega (UE) 2015/288 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament japplika għall-applikazzjonijiet tal-appoġġ mill-FEMS u jidentifika ‘il-perjodu tal-inammissibbiltà’, jiġifieri l-perjodu meta l-applikazzjonijiet mingħand operaturi li jkunu wettqu xi azzjoni imsemmija fl-Artikolu 10(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 jew fl-Artikolu 10(3) ta' dak ir-Regolament, ma għandhomx ikunu ammissibbli.”

(2)

Għandu jiddaħħal dan l-Artikolu 4a:

“Artikolu 4a

L-inammissibbiltà tal-applikazzjonijiet mingħand operaturi li jkunu wettqu reati ambjentali

1.   Meta fl-ewwel deċiżjoni uffiċjali, awtorità kompetenti tagħraf li operatur ikun wettaq xi reat imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), l-applikazzonijiet għall-appoġġ mill-FEMS li jressaq dak l-operatur skont il-Kapitolu II tat-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 ma għandhomx ikunu ammissibbli:

(a)

għal 12-il xahar, meta r-reat ikun sar b'negliġenza serja; jew

(b)

għal 24 xahar, meta r-reat ikun sar b'intenzjoni.

2.   Meta fl-ewwel deċiżjoni uffiċjali, awtorità kompetenti tagħraf li operatur ikun wettaq xi reat imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/99/KE, l-applikazzonijiet għall-appoġġ mill-FEMS li jressaq dak l-operatur skont il-Kapitolu II tat-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 ma għandhomx ikunu ammissibbli għal 24 xahar.

3.   Il-perjodu tal-inammissibbiltà jiżdied b'sitt (6) xhur meta fid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafi 1 jew 2, l-awtorità kompetenti tkun:

(a)

irreferiet espliċitament għall-preżenza ta' ċirkostanzi aggravanti; jew

(b)

għarfet li l-operatur ikun wettaq ir-reat għal aktar minn sena.

4.   Jekk il-perjodu tal-inammissibbiltà ikun dam tal-inqas 12-il xahar b'kollox, dan għandu jitnaqqas b'sitt (6) xhur meta l-awtorità kompetenti, fid-deċiżjoni tagħha msemmija fil-paragrafi 1 jew 2, tkun irreferiet espliċitament għall-preżenza ta' ċirkostanzi mitiganti.

5.   Id-data tal-bidu tal-perjodu tal-inammissibbiltà hija d-data tal-ewwel deċiżjoni uffiċjali tal-awtorità kompetenti li tagħraf li jkun sar xi reat previst fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2008/99/KE.

6.   Sabiex jiġi kkalkulat il-perjodu tal-inammissibbiltà, għandhom jitqiesu biss id-deċiżjonijiet li jirreferu għal reat li jkun sar mill-1 ta' Jannar 2013 u li għalih minn dik id-data tkun ittieħdet deċiżjoni fis-sens tas-subparagrafu ta' hawn fuq.

7.   Meta l-applikazzjoni ta' operatur ma tkunx ammissibbli skont il-paragrafi 1 u 2, lanqas l-applikazzjonijiet l-oħra ta' dak l-operatur skont il-Kapitolu II tat-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 ma għandhom ikunu ammissibbli.

(*)  Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28).”"

(3)

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

Jiżdiedu dawn il-punti (d) u (e):

“(d)

għandu jiżdied b'dawn il-perjodi għal kull reat addizzjonali previst fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/99/KE li jkun għamel l-operatur tul il-perjodu tal-inammissibbiltà:

(i)

12-il xahar addizzjonali, meta r-reat isir b'negliġenza serja;

(ii)

24 xahar addizzjonali, meta r-reat isir b'intenzjoni;

(e)

għandu jiżdied b'24 xahar għal kull reat addizzjonali previst fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/99/KE li jkun għamel l-operatur tul il-perjodu tal-inammissibbiltà.”

(b)

Jiżdied dan il-paragrafu:

“Jekk xi reat addizzjonali msemmi fil-punti (d) jew (e) tal-ewwel paragrafu jkun tal-istess tip ta' reat ambjentali bħal dak li kkawża l-perjodu tal-inammissibbiltà jew ikun diġà wassal għar-reviżjoni tiegħu, minħabba dan ir-reat kif previst fil-punti (d) u (e), il-perjodu tal-inammissibbiltà għandu jiżdied b'sitt (6) xhur oħra.”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28).

(3)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/288 tas-17 ta' Diċembru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-rigward tal-perjodu ta' żmien u d-dati għall-inammissibbiltà tal-applikazzjonijiet (ĠU L 51, 24.2.2015, p. 1).


5.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2253

tat-2 ta' Diċembru 2015

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta'din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni (Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett (hekk imsejjaħ “lqugħ għall-fewġa” jew “siġill għal qiegħ il-bieb”) li jikkonsisti minn bażi tal-aluminju b'qisien ta' madwar 100 × 3 cm u lanżit tal-plastik b'tul ta' madwar 2 cm u b'dimensjoni trasversali ta' aktar minn 1 mm imwaħħla mal-bażi. Il-bażi mgħottija b'film awtoadeżiv fuq naħa waħda.

Il-bażi titwaħħal ma' qiegħ bieb permezz tal-film adeżiv. Il-lanżit jagħlaq ix-xaqq bejn qiegħ il-bieb u l-art, u jżomm milli jgħaddu kurrenti tal-arju, ħmieġ eċċ.

 (*) Ara l-istampa.

3926 90 97

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċi NM 3926 , 3926 90 u 3926 90 97 .

Fid-dawl tal-karatteristiċi oġġettivi tal-oġġett, huwa maħsub biex jingħalaq ix-xaqq bejn il-bieb u l-art biex jiġi evitat id-dħul ta' kurrent ta' arja, ħmieġ, eċċ. Mhuwiex maħsub biex jintuża bħala xkupilja għat-tindif. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9603 bħala xkupi u xkupilji hija għalhekk eskluża.

L-oġġett magħmul minn oġġetti kompiżiti, jiġifieri il-bażi tal-aluminju, il-lanżit tal-plastik u l-film adeżiv. Il-lanzit jagħti lill-oġġett il-karattru essenzjali tiegħu minħabba s-sehem tal-lanzit f'relazzjoni mal-użu tal-prodott. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 7616 bħala oġġetti oħra tal-aluminju għalhekk hija eskluża wkoll.

Għalhekk il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 3926 90 97 , bħala prodotti oħra magħmulin minn diversi tipi ta' plastik.

Image

(*)  L-istampa hija purament għal informazzjoni.


5.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2254

tat-2 ta' Diċembru 2015

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi previst li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni (Kodiċi-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott bil-qoxra iebsa (l-hekk imsejjaħ “album tar-ritratti”) magħmul minn karti b'qies ta' madwar 21 × 31 cm, b'ritratti personalizzati stampati bil-kulur u b'test qasir li jirreferi għall-attivitajiet, għall-avvenimenti, għall-persuni, eċċ. li jidhru fir-ritratti rispettivi.

4911 91 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċi NM 4911 u 4911 91 00 .

Il-prodott ma jistax jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 4901 bħala ktieb peress li l-prodott mhux maħsub għall-qari (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 4901 , l-ewwel paragrafu).

Il-prodott huwa ddisinjat għall-preżentazzjoni ta' ritratti personalizzati li jintwerew b'mod privat.

Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 4911 91 00 bħala ritratti.


5.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2255

tat-2 ta' Diċembru 2015

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, kemm b'mod parzjali kif ukoll b'mod sħiħ, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita permezz ta' dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta'dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi previst li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni (Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett f'għamla ta' ċirku (magħruf bħala “mutur tal-vibrazzjoni f'għamla ta' munita”) b'dijametru ta' 9 mm u ħxuna ta' 4 mm, b'mutur inkorporat tal-elettriku 4 V DC, 1 W.

L-oġġett huwa ddisinjat biex jintuża f'tablets, f'mowbajls eċċ., biex joħloq effett ta' vibrazzjoni. Dan l-effett huwa r-riżultat tar-rotazzjoni tax-xaft tal-mutur minħabba l-preżenza ta' massa mhux simmetrika imqabbda max-xaft.

Għal skopijiet ta' mmuntar, il-prodott jiġi pprovdut b'tejp adeżiv imwaħħal fuq naħa waħda.

Ara l-istampa (*)

8479 89 97

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 8479 , 8479 89 u 8479 89 97 .

Minħabba li l-funzjoni tal-prodott hija li joħloq vibrazzjonijiet, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8501 bħala mutur elettriku hija eskluża (ara wkoll in-Noti ta' Spjega tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 8501 , grupp (II), paragrafu 8, punt (b)).

Għalhekk, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8479 89 97 bħala magni oħrajn u tagħmir mekkaniku, b'funzjonijiet individwali, mhux speċifikati jew inklużi xi mkien ieħor.

Image

(*)  l-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta' informazzjoni.


5.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2256

tal-4 ta' Diċembru 2015

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1983/2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika tal-Komunità fuq id-dħul u l-kundizzjonijiet tal-ħajja (UE-SILC) rigward il-lista ta' varjabbli ta' mira primarja

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien (UE-SILC) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(2)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet tal-għajxien.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1983/2003 (2) adotta l-lista ta' varjabbli ta' mira primarja, il-kodiċi ta' dawn il-varjabbli u l-format tekniku tat-trażmissjoni tad-dejta għall-operazzjoni ewlenija tal-UE-SILC.

(3)

Fil-laqgħa tiegħu tas-7 u t-8 ta' Ġunju 2010, il-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur iddeċieda li r-reviżjoni ta' nofs it-term tal-mira ewlenija tal-Unjoni li ser titwettaq fl-2015 għandha tinkludi wkoll reviżjoni tal-indikaturi li jqisu l-iżviluppi ekonomiċi u l-istrumenti mtejba tal-kejl.

(4)

Fid-dawl ta' dan, ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 112/2013 (3) u (UE) Nru 67/2014 (4) inkludew varjabbli ġodda li jkejlu l-privazzjoni materjali fost il-familji u l-individwi (adulti) fil-lista ta' varjabbli ta' mira sekondarja li għalihom għandha tinġabar dejta fl-2014 u l-2015.

(5)

Għall-ġbir tad-dejta fil-futur huwa meħtieġ ukoll li tiġi addattata l-lista ta' varjabbli ta' mira primarja. Dan jinvolvi t-tneħħija ta' varjabbli li ma għadhomx jintużaw u l-introduzzjoni ta' varjabbli ġodda fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1983/2003. Dawn il-punti ntgħażlu għal kejl affidabbli tal-privazzjoni materjali wara żewġ analiżi ta' statistika dettaljati, abbażi tad-dejta miġbura mill-UE-SILC fl-2009 u fl-2013.

(6)

Għlahekk ir-Regolament (KE) Nru 1983/2003 għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1983/2003 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 165, 3.7.2003, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1983/2003 tas-7 ta' Novembru 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistiċi tal-Komunità fuq id-dħul u l-kundizzjonijiet tal-ħajja (UE-SILC) rigward il-lista ta' varjabbli ta' mira primarja (ĠU L 298, 17.11.2003, p. 34).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 112/2013 tas-7 ta' Frar 2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2014 tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar il-privazzjoni materjali (ĠU L 37, 8.2.2013, p. 2).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 67/2014 tas-27 ta' Jannar 2014 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2015 tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar il-privazzjoni materjali (ĠU L 23, 28.1.2014, p. 1).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1983/2003 huwa emendat kif ġej:

1.

It-taqsima “Dejta dwar il-familja — Esklużjoni soċjali — Indikaturi non-monetarji ta' privazzjoni tal-familja, inklużi problemi biex tlaħħaq mal-ħajja, l-ammont tad-dejn u n-nuqqas sfurzat ta' ħtiġijiet bażiċi” hija emendata kif ġej:

(a)

Tneħħew il-varjabbli li ġejjin:

Komponent

Isem il-varjabbli

Kodiċi

Varjabbli fil-mira

“X,L

HS070

 

Għandek telefown (inkluż telefown ċellulari)?

1

Iva

2

Le — ma taffordjax

3

Le — raġunijiet oħra

 

HS070_F

– 1

Il-varjabbli tħalla barra

1

Il-varjabbli tniżżel

X,L

HS080

 

Għandek televiżjoni bil-kulur?

1

Iva

2

Le — ma taffordjax

3

Le — raġunijiet oħra

 

HS080_F

– 1

Il-varjabbli tħalla barra

1

Il-varjabbli tniżżel”

u

“X,L

HS100

 

Għandek magna tal-ħasil?

1

Iva

2

Le — ma taffordjax

3

Le — raġunijiet oħra

 

HS100_F

– 1

Il-varjabbli tħalla barra

1

Il-varjabbli tniżżel”

(b)

Wara l-varjabbli HS150 u HS150_F, jiddaħħlu l-varjabbli li ġejjin:

Komponent

Isem il-varjabbli

Kodiċi

Varjabbli fil-mira

“X,L

HD080

 

Tibdel għamara mkagħbra

1

Iva

2

Le — ma taffordjax

3

Le — raġunijiet oħra

 

HD080_F

1

Il-varjabbli tniżżel

– 1

Il-varjabbli tħalla barra”

2.

Bejn it-taqsima “Dejta personali — Dejta bażika — dejta demografika (16+)” u t-taqsima “Dejta personali — Edukazzjoni — Edukazzjoni, inkluż l-ogħla livell ISCED miksub”, tiddaħħal it-taqsima l-ġdida li ġejja “Dejta personali — Esklużjoni soċjali — Indikaturi non-monetarji ta' privazzjoni personali”:

Komponent

Isem il-varjabbli

Kodiċi

Varjabbli fil-mira

Dejta personali

Esklużjoni soċjali

“INDIKATURI NON-MONETARJI TA' PRIVAZZJONI PERSONALI

X,L

PD020

 

Tibdel ħwejjeġ imkagħbra ma' xi ħwejjeġ ġodda (mhux użati)

1

Iva

2

Le — ma taffordjax

3

Le — raġunijiet oħra

 

PD020_F

1

Il-varjabbli tniżżel

– 1

Il-varjabbli tħalla barra

– 3

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

X,L

PD030

 

Ikollok żewġ pari żraben ta' daqs tajjeb (inkluż par wieħed għall-istaġuni kollha)

1

Iva

2

Le — ma taffordjax

3

Le — raġunijiet oħra

 

PD030_F

1

Il-varjabbli tniżżel

– 1

Il-varjabbli tħalla barra

– 3

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

X,L

PD050

 

Tiltaqa' mal-ħbieb/familja (qraba) għal xarba/ikla mill-inqas darba f'xahar

1

Iva

2

Le — ma taffordjax

3

Le — raġunijiet oħra

 

PD050_F

1

Il-varjabbli tniżżel

– 1

Il-varjabbli tħalla barra

– 3

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

X,L

PD060

 

Tieħu sehem regolari f'attività ta' divertiment

1

Iva

2

Le — ma taffordjax

3

Le — raġunijiet oħra

 

PD060_F

1

Il-varjabbli tniżżel

– 1

Il-varjabbli tħalla barra

– 3

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

X,L

PD070

 

Tonfoq ammont żgħir ta' flus kull ġimgħa għalik

1

Iva

2

Le — ma taffordjax

3

Le — raġunijiet oħra

 

PD070_F

1

Il-varjabbli tniżżel

– 1

Il-varjabbli tħalla barra

– 3

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

X,L

PD080

 

Ikollok konnessjoni mal-Internet għall-użu personali fid-dar

1

Iva

2

Le — ma taffordjax

3

Le — raġunijiet oħra

 

PD080_F

1

Il-varjabbli tniżżel

– 1

Il-varjabbli tħalla barra

– 3

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb”


5.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/17


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2257

tal-4 ta' Diċembru 2015

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Кайсерован врат Тракия (Kayserovan vrat Trakiya) (STG)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(3)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Bulgarija għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Кайсерован врат Тракия” (Kayserovan vrat Trakiya) ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Fil-11 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' oppożizzjoni mill-Kamra tal-Kummerċ ta' Kayseri (it-Turkija). Dan l-avviż ta' oppożizzjoni kien segwit minn dikjarazzjoni motivata ta' oppożizzjoni mibgħuta bil-posta elettronika fl-14 ta' Awwissu 2014. L-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jistipula li l-avviż ta' oppożizzjoni irid jiġi segwit minn dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni fi żmien xahrejn. Id-dikjarazzjoni motivata ta' oppożizzjoni qabżet l-iskadenza ta' xahrejn. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis inammissibbli l-oppożizzjoni mill-Kamra tal-Kummerċ ta' Kayseri (it-Turkija).

(3)

Fit-12 ta' Ġunju 2014, il-Greċja bagħtet avviż ta' oppożizzjoni li tinkludi dikjarazzjoni motivata ta' oppożizzjoni. L-oppożizzjoni kienet ibbażata fuq l-Artikolu 21, il-paragrafu 1, il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Intqal li, billi parti mir-reġjun tat-Traċja tappartjeni lill-Greċja, ir-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Кайсерован врат Тракия” (Kayserovan vrat Trakiya) tippreġudika d-dritt tal-produtturi Griegi li jużaw l-isem ġeografiku “Θράκη” (it-Traċja). Hemm diversi prodotti tal-laħam li jużaw legalment id-denominazzjoni “it-Traċja” fl-ismijiet tal-bejgħ tagħhom.

(4)

Il-Kummissjoni eżaminat l-oppożizzjoni mill-Greċja u nstab li hi ammissibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 21, il-paragrafu 1, il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Għalhekk, bl-ittra tal-10 ta' Ottubru 2014 il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jidħlu f'konsultazzjonijiet xierqa biex jilħqu qbil bejniethom, skont il-proċeduri interni tagħhom.

(5)

Il-Bulgarija u l-Greċja laħqu tali ftehim, kif innotifikat lill-Kummissjoni fil-5 ta' Mejju 2015.

(6)

Sakemm ikun konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u tal-leġiżlazzjoni oħra tal-UE, il-kontenut tal-ftehim konkluż bejn il-Bulgarija u l-Greċja jista' jiġi kkunsidrat.

(7)

Skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, sabiex issir distinzjoni bejn prodotti li għandhom ismijiet simili u biex jiġi evitat li l-konsumaturi jiġu mqarrqa dwar il-provenjenza tal-prodott, il-Bulgarija u l-Greċja qablu li d-denominazzjoni “Кайсерован врат Тракия” (Kayserovan vrat Trakiya) tkun akkumpanjata bl-istqarrija “magħmul skont it-tradizzjoni tal-Bulgarija”.

(8)

Iż-żewġ partijiet qablu wkoll li dan ir-Regolament ikun jinkludi dikjarazzjoni li tiċċara li l-isem ġeografiku “it-Traċja” ma għandux jitqies bħala riżervat għall-prodott “Кайсерован врат Тракия” (Kayserovan vrat Trakiya).

(9)

Fid-dawl ta' dan kollu, il-Kummissjoni tqis li d-denominazzjoni “Кайсерован врат Тракия” (Kayserovan vrat Trakiya) għandha tkun akkumpanjata bl-istqarrija “magħmul skont it-tradizzjoni tal-Bulgarija”.

(10)

Barra minn hekk, għandu jiġi ċċarat li, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, ir-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni tal-prodott “Кайсерован врат Тракия” (Kayserovan vrat Trakiya) magħmul skont it-tradizzjoni tal-Bulgarija, ma twaqqafx il-produtturi milli jużaw l-isem ġeografiku “it-Traċja”, inklużi t-traduzzjonijiet, fit-tikkettar jew fil-preżentazzjonijiet fit-territorju tal-Unjoni f'konformità mal-liġi tal-UE u b'mod partikolari mar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Кайсерован врат Тракия” (Kayserovan vrat Trakiya) (STG)] hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu tidentifika prodott tal-Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (4).

Artikolu 2

Id-denominazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun akkumpanjata bl-istqarrija “magħmul skont it-tradizzjoni tal-Bulgarija”. L-ispeċifikazzjoni kkonsolidata tal-prodott hija stipulata fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

L-isem ġeografiku “it-Traċja”, inklużi t-traduzzjonijiet tiegħu jista' jkompli jiġi użat fit-tikkettar jew fil-preżentazzjonijiet fi ħdan it-territorju tal-Unjoni, sakemm jitħarsu l-prinċipji u r-regoli applikabbli fl-ordni legali tagħha.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 75, 14.3.2014, p. 16.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011 p. 18).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


ANNESS

APPLIKAZZJONI GĦAL REĠISTRAZZJONI TA' SPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GARANTITA (STG)

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 509/2006 (*)

КАЙСЕРОВАН ВРАТ ТРАКИЯ (KAYSEROVAN VRAT TRAKIYA)

Nru tal-KE: BG-TSG-0007-01018 — 23.7.2012

1.   Isem u indirizz tal-grupp applikant

Isem tal-grupp jew tal-organizzazzjoni (jekk rilevanti): Sdruzhenie Traditsionni surovo-susheni mesni produkti (Għaqda tal-Prodotti Tradizzjonali Mnixxfa tal-Laħam Nej (STSSMP)

Indirizz: bul. Shipchenski prohod, bl. 240, vh A, ap 6, et. 3, Sofia 1111

Telefon: +359 2 971 26 71

Faks: +359 2 973 30 69

Indirizz tal-posta elettronika: office@amb-bg.com

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Il-Bulgarija

3.   Speċifikazzjoni tal-prodott

3.1.   Isem/ismijiet li jrid/u jiġi/u rreġistrat/i (l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2007  (1) )

“Кайсерован врат Тракия” (Kayserovan vrat Trakiya)

L-isem għandu jkun akkumpanjat mill-kliem “magħmul skont it-tradizzjoni tal-Bulgarija”.

3.2.   Jekk l-isem

huwiex speċifiku fih innifsu

jesprimix in-natura speċifika tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

L-isem “Kayserovan vrat Trakia” ġie introdott għall-ewwel darba fl-1980 f'dokument ta' standardizzazzjoni għall-produzzjoni tiegħu — L-istandard tal-industrija 18-71996-80, imfassal minn żewġ riċerkaturi Bulgari — Dzhevizov u Kiseva. Il-prodott malajr sar popolari u ilu jiġi prodott b'mod tradizzjonali fil-Bulgarija għal iktar minn 30 sena bl-isem mogħti hawn fuq. L-isem huwa wkoll speċifiku fih innifsu minħabba li jinkludi l-ingredjenti prinċipali tal-prodott deskritt fil-punt 3.6,

3.3.   Jekk l-isem qiegħed jiġi rriżervat skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006

Reġistrazzjoni bl-isem irriżervat

Reġistrazzjoni mingħajr ma l-isem jiġi rriżervat

3.4.   Tip ta' prodott

Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

3.5.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel li għalihom japplika l-isem fil-punt 3.1 (l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2007)

Il-“Kayserovan vrat Trakia” huwa speċjalità ta' laħam nej ippreservat mhux maqtugħ. Il-prodott jiġi ppreparat mil-laħam frisk u mingħajr għadam ta' għonq tal-majjal. Jiġi ppressat kemm-il darba matul il-preservazzjoni u jinkesa b'taħlita ta' Kaiser (kayserova smes) magħmula minn ħxejjex aromatiċi naturali u nbid abjad. Huwa adattat għal konsum dirett mill-gruppi kollha ta' konsumaturi.

Proprjetajiet fiżiċi — għamla u dimensjonijiet

Għamla ta' ċilindru ċċattjat u ġej għat-tul, bi ħxuna ta' bejn 3 cm u 4 cm.

Proprjetajiet kimiċi

kontenut tal-ilma: mhux iżjed minn 40,0 % tal-piż totali;

melħ tat-tisjir: mhux iżjed minn 5,0 % tal-piż totali;

nitriti (ammont residwu fil-prodott finali): mhux iżjed minn 50 mg/kg;

pH ta' mhux inqas minn 5,4.

Proprjetajiet organolettiċi

 

Dehra u lewn minn barra:

il-wiċċ tal-prodott ikun mgħotti b'taħlita ta' Kaiser ta' lewn aħmar fil-kannella u jkun imnixxef sew b'qoxra definita ferm.

 

Sezzjoni trasversali

It-tessut muskolari huwa ta' lewn aħmar vivaċi, filwaqt li x-xaħam huwa ta' lewn roża salamun u bi ħxuna ta' mhux iżjed minn 1 cm.

 

Konsistenza: densa u elastika.

 

Togħma u riħa: karatteristika, pjaċevoli u ftit mielħa, b'aroma distinta tat-tħawwir li jkun intuża, mingħajr togħmiet u rwejjaħ barranin;

Il-“Kayserovan vrat Traki” jista' jitqiegħed fis-suq bħala prodott sħiħ, imqatta' biċċiet jew imfettet, ippakkjat f'vakwu, f'imballaġġ tas-selofejn jew f'atmosfera mmodifikata.

3.6.   Deskrizzjoni tal-metodu ta' produzzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel li għalihom japplika l-isem fil-punt 3.1 (l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1216/2007)

Għall-produzzjoni tal-“Kayserovan vrat Trakia” hemm bżonn l-ingredjenti u l-addittivi li ġejjin:

 

Laħam: għonq tal-majjal: 100 kg

 

Taħlita għat-tmelliħ għal 100 kg għonq tal-majjal: 3,35 kg melħ tat-tisjir; 40 g aċidu askorbiku (E300) bħala antiossidant; 100 g nitrat tal-potassju (E252) jew 85 g nitrat tas-sodju (E251); 500 g zokkor granulat raffinat.

 

Taħlita ta' Kaiser għal 100 kg għonq tal-majjal:

4,0 kg bżar aħmar

3,0 kg fienu

2,0 kg tewm

12,0-il litru ta' nbid abjad

 

raden tal-ispag/tal-qanneb

Metodu ta' produzzjoni

Għall-produzzjoni tal-“Kayserovan vrat Trakia”, jintuża għonq tal-majjal frisk u mmaturat għalkollox, b'pH ta' bejn 5,6 sa 6,2. Il-laħam jitneħħielu l-għadam bil-galbu, filwaqt li l-gruppi muskolari jitħallew sħaħ. It-tarf ta' quddiem huwa bejn l-għadma oċċipitali u l-ewwel vertebra ċervikali, filwaqt li t-tarf ta' wara huwa bejn il-ħames u s-sitt vertebri toraċiċi u 'l isfel mill-ħames spazju ta' bejn il-kustilji. Il-limitu ta' isfel jaqta' b'mod orizzontali tul l-ewwel ħames kustilji. Il-laħam mingħajr għadam jitnaddaf mid-demm u jingħata l-għamla u jitraqqam. L-għenuq tal-majjal li jingħataw l-għamla jiġu rranġati f'kontenituri nodfa adattati għat-tmelliħ. It-taħlita ta' melħ tat-tisjir, aċidu askorbiku, nitrat tal-potassju jew tas-sodju u zokkor kristallizzat raffinat tingħorok bl-idejn jew b'mod mekkaniku. L-għenuq immellħa jiġu rranġati b'mod marsus f'kontenituri tal-plastik jew tal-azzar inossidabbli sabiex jimmaturaw f'maħżen kiesaħ b'temperatura tal-arja ta' bejn 0 °C u 4 °C. Wara tlett ijiem jew erbat ijiem, il-biċċiet jiġu rranġati bil-kontra (il-biċċiet ta' fuq jitpartu ma' dawk ta' isfel) u jitħallew għal minn tal-inqas għaxart ijiem oħra fl-istess kondizzjonijiet sakemm ikunu mmellħa għalkollox u b'mod indaqs. Ma' kull għonq immellaħ tinhemeż spaga ingassa u l-għenuq jiġu mdendla fuq oqfsa tal-injam u/jew tal-metall (vireg) li jkunu rranġati fuq troli tal-azzar inossidabbli għaz-zalzett. Il-biċċiet ma jitħallewx imissu ma' xulxin. Jitħallew imdendla fuq it-troli biex jiskulaw sa 24 siegħa b'temperatura tal-arja li ma taqbiżx it-12-il °C. Imbagħad jitqiegħdu f'kompartimenti tat-tnixxif naturali jew bl-arja kondizzjonata li fihom it-temperatura u l-umdità jiġu rregolati. It-tnixxif iseħħ f'temperatura tal-arja ta' bejn 12-il °C u 17-il °C u f'umdità relattiva ta' bejn 70 % u 85 %. Matul it-tnixxif u l-preservazzjoni jiġu ppressati diversi drabi. L-ippressar idum bejn 12-il siegħa u 24 siegħa. L-ippressar inizjali jseħħ meta l-biċċiet ta' “Kayserovan vrat Trakia” jkunu moderatament niexfa meta jintmessu u tkun tista' tinħass tifforma qoxra ħafifa. Qabel ma jiġu ppressati jridu jiġu rranġati skont il-ħxuna. It-tnixxif jissokta sakemm il-laħam ikun kiseb elastiċità densa u l-kontenut tal-ilma ma jisboqx iktar l-40 % tal-massa ġenerali. Wara l-ippressar finali, il-biċċiet jiġu miksija bit-taħlita ta' Kaiser, li tkun magħmula minn ħwawar, ilma u nbid abjad skont ir-riċetta, b'saff li jiġi llixxat sew u li jkollu ħxuna ta' bejn 2 mm u 3 mm. Imbagħad jiġu mdendla sakemm it-taħlita tkun nixfet għalkollox u tifforma qoxra. Il-fienu jiġi mitħun bil-galbu bil-quddiem u jiġi mgħaddas fl-ilma fietel għal 24 siegħa.

3.7.   Natura speċifika tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel (l-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2007)

—   Togħma u proprjetajiet aromatiċi tal-prodott

L-għonq tal-majjal frisk magħżul u rranġat bil-galbu u t-taħlita ta' Kaiser jagħtu lill-“Kayserovan vrat Trakia” t-togħma u l-aroma inimitabbli tiegħu.

Fil-produzzjoni tal-“Kayserovan vrat Trakia” ma jintużawx kolturi li jibdew il-fermentazzjoni jew regolaturi tal-pH, u dan jiddistingwiha minn prodotti mmanifatturati b'teknoloġiji innovattivi.

—   Għamla ċċattjata speċifika tal-biċċiet

L-għamla karatteristika tinkiseb b'ippressar ripetut matul il-proċess tat-tnixxif.

3.8.   Natura tradizzjonali tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel (l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 1216/2007)

Il-“Kayserovan vrat Trakia” huwa parti mill-grupp ta' speċjalitajiet tal-laħam nej, ippreservat, ippressat u mhux maqtugħ tal-majjal. Huwa wieħed minn firxa wiesgħa ta' prodotti tal-laħam li ilhom jiġu prodotti għal għexieren ta' snin fil-Bulgarija. Il-produzzjoni tiegħu fil-Bulgarija għandha tradizzjoni ta' iktar minn 30 sena.

Id-dejta storika dwar it-teknoloġija u r-riċetta għall-produzzjoni tal-“Kayserovan vrat Trakia” jinsabu fid-dokument ta' standardizzazzjoni dwar ir-rekwiżiti tal-prodott ON 18-71996-80 — “Plovdiv” biltong/jerky, “Rodopa” biltong/jerky, “Kayserovan svinski vrat Trakia”, tal-Unjoni Agroindustrijali Nazzjonali (NAPS), Sofija, 1980. It-teknika tal-produzzjoni hija stabbilita fl-Istruzzjoni Teknika Nru 326 tal-20 ta' Ottubru 1980 għall-produzzjoni tal-biltong/jerky ta' “Plovdiv” u “Rodopa” u tal-“Kayserovan svinski vrat Trakia”, tal-Unjoni Agroindustrijali Nazzjonali (NAPS), Sofija, 1980, li tfassal mir-riċerkaturi Dzhevizov u Kiseva fi Plovdiv.

Fil-metodu tradizzjonali ta' produzzjoni tal-“Kayserovan vrat Trakia”, iridu jinżammu ċerti parametri (it-temperatura u l-umdità) matul il-proċess tat-tnixxif. Barra minn hekk, jintużaw preses b'uċuħ tal-injam b'deroga skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Dan joħloq kundizzjonijiet favorevoli biex matul it-tnixxif tiżviluppa b'mod naturali l-mikroflora mixtieqa. L-ippressar jagħti lill-prodott l-għamla ċċattjata karatteristika tiegħu u t-togħma tradizzjonali speċifika tiegħu li baqgħet ma nbidlitx sa llum il-ġurnata.

3.9.   Rekwiżiti minimi u proċeduri għall-verifika tan-natura speċifika (l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1216/2007)

Matul u wara l-proċess tal-produzzjoni tal-“Kayserovan vrat Trakia” jiġu vverifikati dawn li ġejjin:

il-konformità tal-ingredjenti tal-laħam li jintużaw mar-rekwiżiti speċifikati fil-punt 3.6 tal-ispeċifikazzjoni;

ir-rispett tal-proporzjonijiet tal-ingredjenti tal-laħam u tat-taħlita tat-tmelliħ speċifikati fir-riċetta meta t-taħlita tat-tmelliħ tkun qiegħda tiġi ddożata u mħallta mal-ingredjenti tal-laħam, u r-rispett tal-kwantitajiet ta' ingredjenti u ta' addittivi speċifikati fir-riċetta;

l-applikazzjoni xierqa tat-tekniki ta' produzzjoni għat-tmelliħ tal-biċċiet ifformati tal-laħam skont il-punt 3.6;

it-temperatura u l-umdità matul l-iskular u t-tnixxif, inkluż permezz ta' spezzjoni viżiva tal-prodott;

ir-rispett tal-proporzjonijiet tal-ingredjenti tal-laħam u tat-taħlita ta' Kaiser speċifikati fir-riċetta meta t-taħlita ta' Kaiser tkun qiegħda tiġi ddożata u mħallta mal-ingredjenti tal-laħam, u r-rispett tal-kwantitajiet ta' ingredjenti u ta' ħwawar speċifikati fir-riċetta;

iċ-ċarezza u d-data tal-iskadenza tal-inbid abjad li jintuża fit-taħlita ta' Kaiser u l-konformità tal-kwantità tagħha mar-riċetta skont il-punt 3.6.

id-dehra u l-lewn xierqa minn barra permezz ta' spezzjoni viżiva tal-prodott sabiex jiġi stabbilit kemm it-taħlita ta' Kaiser tkun ifformat qoxra fuq il-wiċċ tal-prodott.

il-konsistenza, l-aroma u t-togħma xierqa tal-wiċċ tal-qatgħa, permezz ta' analiżi sensorja tal-prodott finali;

il-konformità tal-parametri fiżikokimiċi tal-prodott finali mal-punt 3.5 tal-ispeċifikazzjoni, billi jintużaw metodi approvati tal-laboratorju.

Il-parametri ta' hawn fuq iridu jiġu vverifikati darba fis-sena. Jekk tinstab xi irregolarità fi kwalunkwe stadju, din il-frekwenza tal-verifiki tiżdied għal darba kull sitt xhur.

4.   Awtoritajiet jew korpi li jivverifikaw il-konformità mal-verifika tal-prodott

4.1.   Isem u indirizz

Isem: Q Certificazioni S.r.l.

Indirizz: Villa Parigini, loc. Basciano, 53035 Monteriggioni (SI), l-Italja;

Bulgaria 4000 Plovdiv No 42a, Ulitsa Leonardo da Vinci

Telefon/faks: +359 32 64 92 28

Telefon ċellulari: +359 897 901 680

Indirizz tal-posta elettronika: office@qci.bg.

☐ Pubbliku

☒ Privat

4.2.   Kompiti speċifiċi tal-awtoritajiet jew tal-korpi

Il-korp ta' spezzjoni li ssemma fil-punt 4.1 jivverifika l-konformità mal-kriterji kollha stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet.


(*)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 ta' l- 20 ta' Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti ta' l-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1). Regolament sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2007 tat- 18 ta' Ottubru 2007 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 dwar prodotti agrikoli u prodotti ta' l-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (ĠU L 275, 19.10.2007, p. 3).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).


5.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/23


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2258

tal-4 ta' Diċembru 2015

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 dwar l-importazzjonijiet u t-tranżitu ta' kunsinni waħdiena ta' inqas minn 20 unità ta' tjur minbarra l-għasafar li ma jtirux, il-bajd għat-tfaqqis jew il-flieles ta' ġurnata tagħhom

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (1), u b'mod partikulari l-Artikoli 23(1), 24(2), 25, 26(2) u 28(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet tat-tjur, tal-bajd għat-tfaqqis, tal-flieles ta' ġurnata u tal-bajd speċifikat bla patoġeni (“il-prodotti”) lejn l-Unjoni u għat-tranżitu ta' dawn il-prodotti minnha. Dak ir-Regolament jistipula li dawn il-prodotti għandhom jiġu importati biss lejn l-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu mill-pajjiżi terzi, mit-territorji, miż-żoni jew mill-kumpartimenti mniżżlin fit-tabella mogħtija fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

(2)

L-Artikolu 5(1) u (3) ta' dak ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet dwar is-saħħa tal-annimali u s-saħħa pubblika għall-importazzjonijiet u t-tranżitu ta' prodotti li, skont l-Artikolu 5(2), m'għandhomx japplikaw għall-kunsinni ta' inqas minn 20 unità ta' tjur minbarra l-għasafar li ma jtirux, il-bajd għat-tfaqqis u l-flieles ta' ġurnata tagħhom.

(3)

L-Artikolu 5(3)(d) ta' dak ir-Regolament jirreferi għar-restrizzjonijiet marbuta mal-approvazzjoni, min-naħa tal-Kummissjoni, ta' programm ta' kontroll tas-salmonella skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti minn pajjiżi terzi. L-istatus tal-kontroll tas-salmonella u r-restrizzjonijiet marbutin miegħu huma mogħtija fil-kolonna 9 tat-tabella mogħtija fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008.

(4)

L-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 jistipula li dan ir-Regolament ma japplikax għall-produzzjoni primarja tat-tjur għall-użu domestiku u privat jew għall-produzzjoni primarja li twassal għall-provvista diretta, mingħand il-produttur, ta' kwantitajiet żgħar ta' prodotti primarji għall-konsumatur finali jew għall-ħwienet lokali li jfornu l-prodotti primarji direttament lill-konsumatur finali.

(5)

L-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti b'rabta mar-rekwiżiti wara l-importazzjoni kif speċifikat fl-Annessi VIII u IX ta' dak ir-Regolament. Skont l-Artikolu 14(2), dawn il-kundizzjonijiet m'għandhomx japplikaw għall-kunsinni ta' inqas minn 20 unita ta' tjur minbarra l-għasafar li ma jtirux, il-bajd għat-tfaqqis u l-flieles ta' ġurnata tagħhom.

(6)

Sabiex ikun żgurat li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tiġi applikata bl-istess mod għall-importazzjonijiet tal-kunsinni waħdiena ta' inqas minn 20 unità ta' tjur minbarra l-għasafar li ma jtirux, il-bajd għat-tfaqqis u l-flieles ta' ġurnata tagħhom, huwa xieraq li l-Artikoli 5 u 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 jiġu emendati sabiex jiġi ddefinit liema kundizzjonijiet għandhom jintlaħqu għal dawn il-kunsinni.

(7)

L-emenda tal-Artikolu 5 għandha tipprevedi li r-rekwiżiti tal-Artikoli 6 u 7 dwar il-proċeduri ta' ttestjar fil-laboratorju u dwar ir-rappurtar tal-mard li japplikaw għall-importazzjonijiet tat-tjur minbarra l-għasafar li ma jtirux, il-bajd għat-tfaqqis u l-flieles ta' ġurnata tagħhom, għandhom jintlaħqu wkoll fil-każ tal-importazzjonijiet fl-Unjoni u tat-tranżitu minnha ta' kunsinni waħdiena ta' inqas minn 20 unità ta' dawn il-prodotti, billi dawn il-miżuri jnaqqsu b'mod sinifikanti r-riskju li jiddaħħal ċertu mard minn dawn il-prodotti.

(8)

L-Artikolu 5 għandu jiġi emendat ukoll biex jindika li l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni ta' programm ta' kontroll tas-salmonella u r-restrizzjonijiet relatati għall-importazzjonijiet u t-tranżitu ma japplikawx għall-produzzjoni primarja tat-tjur għall-użu domestiku u privat jew għall-produzzjoni primarja li twassal għall-provvista diretta, mingħand il-produttur, ta' kwantitajiet żgħar ta' prodotti primarji għall-konsumatur finali jew għall-ħwienet lokali li jfornu l-prodotti primarji direttament lill-konsumatur finali. Madankollu, qabel ma jintbagħtu dawn il-kunsinni għandu jsir test tal-laboratorju kif stabbilit fl-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008.

(9)

Fejn jidħol l-istatus tal-kontroll tas-salmonella tal-pajjiż terz, fil-kolonna 9 tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 għandha tiddaħħal in-nota 6 f'qiegħ il-paġna li tgħid li m'hemmx bżonn ikun hemm konformità mal-programmi tal-kontroll tas-salmonella bil-kundizzjonijiet ta' hawn fuq.

(10)

Minħabba żviluppi xjentifiċi fit-tekniki tal-laboratorju u rekwiżiti legali ġodda, għandhom jiġu aġġornati r-rekwiżiti għat-teħid tal-kampjuni u għall-ittestjar tas-“Salmonella ta' importanza għas-saħħa pubblika” mogħtija fil-punt 7 tat-Taqsima I tal-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 u dawn għandhom ikunu jirreferu għall-protokoll tat-teħid tal-kampjuni stabbilit fil-punt 2.2 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2010 (4).

(11)

Iċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjonijiet u t-tranżitu tat-tjur tat-tgħammir u produttivi (BPP), tal-flieles ta' ġurnata (DOP) u tal-bajd għat-tfaqqis (HEP) ma jipprevedux iċ-ċertifikazzjoni għar-rekwiżiti speċifiċi li għandhom jintlaħqu għall-kunsinni ta' inqas minn 20 unità ta' tjur minbarra l-għasafar li ma jtirux, il-bajd għat-tfaqqis u l-flieles ta' ġurnata tagħhom. Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit ċertifikat veterinarju mudell “LT20” li jkun fih ir-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali u s-saħħa pubblika li japplikaw għal dawn il-kunsinni.

(12)

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 għandha tiġi emendata biex fil-kolonna 4 jiġi indikat minn liema pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti jistgħu jiġu awtorizzati l-importazzjonijiet ta' kunsinni waħdiena ta' inqas minn 20 unità ta' tjur minbarra l-għasafar li ma jtirux, il-bajd għat-tfaqqis u l-flieles ta' ġurnata tagħhom skont ir-rekwiżiti taċ-ċertifikat veterinarju mudell “LT20”.

(13)

Barra minn hekk, għandhom jiġu aġġornati r-referenzi għall-atti tal-Unjoni mogħtija fl-Annessi III, VIII u IX tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 li m'għadhomx jgħoddu.

(14)

Għalhekk ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(15)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 qed jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 5 qed jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Il-kundizzjoniijiet għall-importazzjonijiet u t-tranżitu

1.   Il-prodotti li jiġu importati fl-Unjoni u li jgħaddu minnha għandhom jikkonformaw:

(a)

mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7 u fil-Kapitolu III;

(b)

mal-garanziji addizzjonali kif speċifikati fil-kolonna 5 tat-tabella tal-Parti 1 tal-Anness I;

(c)

mal-kundizzjonijiet speċifiċi mogħtija fil-kolonna 6 u, fejn ikun xieraq, mad-dati tal-għeluq u mad-dati tal-ftuħ mogħtija fil-kolonni 6 A u 6B tat-tabella tal-Parti 1 tal-Anness I rispettivament;

(d)

mal-kundizzjonijiet marbutin mal-approvazzjoni ta' programm ta' kontroll tas-salmonella u mar-restrizzjonijiet relatati li għandhom japplikaw biss meta dan ikun indikat fil-kolonna x-xierqa tat-tabella tal-Parti 1 tal-Anness I; u

(e)

mal-garanziji addizzjonali dwar is-saħħa tal-annimali, f'każ li l-Istat Membru ta' destinazzjoni jkun jitlob dan u f'każ li dawn jissemmew fiċ-ċertifikat.

2.   Il-kundizzjonijiet li ġejjin mogħtija fil-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw għall-kunsinni waħdiena ta' inqas minn 20 unità ta' tjur minbarra l-għasafar li ma jtirux, il-bajd għat-tfaqqis u l-flieles ta' ġurnata tagħhom:

(a)

il-punt (b);

(b)

il-punt (d) meta dawn il-kunsinni jkunu intiżi għall-produzzjoni primarja tat-tjur għall-użu domestiku u privat jew għall-produzzjoni primarja li twassal għall-provvista diretta, mingħand il-produttur, ta' kwantitajiet żgħar ta' prodotti primarji kif imsemmi fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003.”

(2)

L-Artikolu 14 qed jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 14

Il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjonijiet tat-tjur, tal-bajd għat-tfaqqis u tal-flieles ta' ġurnata

1.   Minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli II u III, il-kundizzjonijiet speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw għall-importazzjonijiet:

(a)

tat-tjur tat-tgħammir u produttivi minbarra l-għasafar li ma jtirux, il-bajd għat-tfaqqis u l-flieles ta' ġurnata tagħhom: ir-rekwiżiti mogħtija fl-Anness VIII;

(b)

tal-għasafar li ma jtirux għat-tgħammir u l-produzzjoni, tal-bajd għat-tfaqqis u tal-flieles ta' ġurnata tagħhom: ir-rekwiżiti mogħtija fl-Anness IX.

2.   Il-kundizzjonijiet speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1(a) u (b) m'għandhomx japplikaw għall-kunsinni waħdiena ta' inqas minn 20 unità ta' tjur minbarra l-għasafar li ma jtirux, il-bajd għat-tfaqqis u l-flieles ta' ġurnata tagħhom. Madankollu, ir-rekwiżiti li japplikaw wara l-importazzjoni mogħtija fit-Taqsima II tal-Anness VIII għandhom japplikaw għal dawn il-kunsinni.”

(3)

L-Annessi I, III, VIII u IX qed jiġu emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2010 tal-10 ta' Marzu 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-prevalenza tas-serotipi ta' Salmonella f'qatgħat ta' adulti għat-tgħammir ta' Gallus gallus (ĠU L 61, 11.3.2010, p. 1).


ANNESS

L-Annessi I, III, VIII u IX tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 qed jiġu emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I qed jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti 1 tinbidel b'dan li ġej:

“PARTI 1

Lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti

Kodiċi tal-ISO u isem il-pajjiż terz jew it-territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kundizzjonijiet speċifiċi

Status ta' sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

Status ta' tilqim kontra l-influwenza tat-tjur

Status tal-kontroll tas-salmonella (6)

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data tal-għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6 A

6 B

7

8

9

AL — L-Albanija

AL-0

Il-pajjiż kollu

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

AR — L-Arġentina

AR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

POU, RAT, EP, E

 

 

 

 

A

 

S4

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

AU — L-Awstralja

AU-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPP, DOC, HEP, SRP, LT20

 

 

 

 

 

 

S0, ST0

BPR

I

 

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

 

POU

VI

 

 

 

 

 

 

RAT

VII

 

 

 

 

 

 

BR — Il-Brażil

BR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BR-1

L-Istati ta':

Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, São Paulo u Mato Grosso do Sul

RAT, BPR, DOR, HER, SRA

 

N

 

 

A

 

 

BR-2

L-Istati ta':

Mato Grosso, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo

BPP, DOC, HEP, SRP, LT20

 

N

 

 

 

S5, ST0

BR-3

Id-Distrito Federal u l-Istati ta':

Goiás, Minas Gerais, Mato Grosso, Mato Grosso do Sul, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU

 

N

 

 

 

 

S4

BW — Il-Botswana

BW-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR

I

 

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

 

RAT

VII

 

 

 

 

 

 

BY — Il-Belarussja

BY-0

Il-pajjiż kollu

EP u E (it-tnejn ‘għal tranżitu mil-Litwanja biss’)

IX

 

 

 

 

 

 

CA — Il-Kanada

CA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

CA-1

Il-pajjiż kollu minbarra ż-żona CA-2

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

 

 

A

 

S1, ST1

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

CA-2

It-territorju tal-Kanada li jikkorrispondi għaż-żoni li ġejjin:

 

 

 

 

 

 

 

 

CA-2.1

Iż-‘Żona Primarja ta' Kontroll’

delimitata mill-konfini li ġejjin:

fil-Punent, mill-Oċean Paċifiku;

fin-Nofsinhar, mill-fruntiera mal-Istati Uniti tal-Amerka;

fit-Tramuntana, minn Highway 16;

fil-Lvant, mill-fruntiera ta' bejn il-Provinċja ta' British Columbia u l-Provinċja ta' Alberta.

WGM

VIII

P2

4.12.2014

9.6.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N, P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S1, ST1

CA-2.2

Iż-żona fil-Provinċja ta' Ontario delimitata mill-konfini li ġejjin:

minn County Road 119 fejn din tiltaqa' ma' County Road 64 u ma' 25th Line;

minn 25th Line lejn it-Tramuntana sa fejn din tiltaqa' ma' Road 68, u minn hemm lejn il-Lvant f'Road 68 safejn din terġa' tiltaqa' ma' 25th Line u minn hemm lejn it-Tramuntana fi 25th Line sa 74 Road;

lejn il-Lvant f'74 Road minn 25th Line sa 31st Line;

lejn it-Tramuntana f'31st Line minn 74 Road sa 78 Road;

lejn il-Lvant f'78 Road minn 31st Line sa 33rd Line;

lejn it-Tramuntana ta' 33rd Line minn 78 Road sa 84 Road;

lejn il-Lvant f'84 Road minn 33rd Line sa Highway 59;

lejn in-Nofsinhar f'Highway 59 minn 84 Road sa Road 78;

lejn il-Lvant f'Road 78 minn Highway 59 sa 13th Line;

lejn in-Nofsinhar f'13th Line minn 78 Road sa Oxford Road 17;

lejn il-Lvant f'Oxford Road 17 minn 13th Line sa Oxford Road 4;

lejn in-Nofsinhar f'Oxford Road 4 minn Oxford Road 17 sa County Road 15;

lejn il-Lvant ta' County Road 15, meta wieħed jaqsam Highway 401, minn Oxford Road 4 sa Middletown Line;

lejn in-Nofsinhar ta' Middletown Line, meta wieħed jaqsam Highway 403, minn County Road 15 sa Old Stage Road;

lejn il-Punent ta' Old Stage Road minn Middletown Line sa County Road 59;

lejn in-Nofsinhar f'County Road 59 minn Old Stage Road sa Curries Road;

lejn il-Punent f'Curries Road minn County Road 59 sa Cedar Line;

lejn in-Nofsinhar ta' Cedar Line minn Curries Road sa Rivers Road;

lejn il-Lbiċ ta' Rivers Road minn Cedar Line sa Foldens Line;

lejn il-Majjistral ta' Foldens Line minn Rivers Road sa Sweaburg Road;

lejn il-Lbiċ ta' Sweaburg Road minn Foldens Line sa Harris Street;

lejn il-Majjistral ta' Harris Street minn Sweaburg Road sa Highway 401;

lejn il-Punent ta' Highway 401 minn Harris Street sa Ingersoll Street (County Road 10);

lejn it-Tramuntana ta' Ingersoll Street (County Road 10) minn Highway 401 sa County Road 119;

tul County Road 119 minn Ingersoll Street (County Road 10) sal-punt tal-bidu fejn County Road 119 tiltaqa' ma 25th Line.

WGM

VIII

P2

8.4.2015

 

 

 

 

POU, RAT

 

N, P2

8.10.2015

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

A

 

S1, ST1

CA-2.3

Iż-żona fil-Provinċja ta' Ontario delimitata mill-konfini li ġejjin:

mill-punt fejn Township Road 4 taqsam Highway 401 lejn il-Punent sa Blandford Road;

lejn it-Tramuntana fi Blandford Road minn Township Road 4 sa Oxford-Waterloo Road;

lejn il-Lvant f'Oxford-Waterloo Road minn Blandford Road sa Walker Road;

lejn it-Tramuntana f'Walker Road minn Oxford-Waterloo Road sa Bridge St;

lejn il-Lvant fi Bridge St minn Walker Road sa Puddicombe Road;

lejn it-Tramuntana f'Puddicombe Road minn Bridge St sa Bethel Road;

lejn il-Lvant f'Bethel Road minn Puddicombe Road sa Queen Street;

lejn in-Nofsinhar fi Queen Street minn Bethel Road sa Bridge Street;

lejn il-Lvant fi Bridge Street minn Queen Street sa Trussler Road;

lejn in-Nofsinhar ta' Trussler Road minn Bridge Street sa Oxford Road 8;

lejn il-Lvant ta' Oxford Road 8 minn Trussler Road sa Northumberland Street;

lejn in-Nofsinhar f'Northumberland St minn Oxford Road 8, li tkompli fi Swan Street/Ayr Road, sa Brant Waterloo Road;

lejn il-Punent fi Brant Waterloo Road minn Swan St/Ayr Road sa Trussler Road;

lejn in-Nofsinhar fi Trussler Road minn Brant Waterloo Road sa Township Road 5;

lejn il-Punent f'Township Road 5 minn Trussler Road sa Blenheim Road;

lejn in-Nofsinhar fi Blenheim Road minn Township Road 5 sa Township Road 3;

lejn il-Punent f'Township Road 3 minn Blenheim Road sa Oxford Road 22;

lejn it-Tramuntana f'Oxford Road 22 minn Township Road 3 sa Township Road 4;

lejn il-Punent f'Township Road 4 minn Oxford Road 22 sa Highway 401.

WGM

VIII

P2

8.4.2015

8.10.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N,

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S1, ST1

CH — L-lżvizzera

CH-0

Il-pajjiż kollu

 (3)

 

 

 

 

A

 

 (3)

CL — Iċ-Ċilì

CL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

 

 

A

 

S0, ST0

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

CN — Iċ-Ċina

CN-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

CN-1

Il-Provinċja ta' Shandong

POU, E

VI

P2

6.2.2004

 

 

S4

GL — Greenland

GL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, WGM

 

 

 

 

 

 

 

HK — Hong Kong

HK-0

It-territorju kollu tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong

EP

 

 

 

 

 

 

 

IL — Iżrael (5)

IL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, LT20

X

N

 

 

A

 

S5, ST1

SRP

 

P3

18.4.2015

 

 

 

 

POU, RAT

X

N

 

 

 

 

 

WGM

VIII

P3

18.4.2015

 

 

 

 

E

X

 

 

 

 

 

S4

EP

 

 

 

 

 

 

 

IN — L-Indja

IN-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

IS — L-lżlanda

IS-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

KR — Ir-Repubblika tal-Korea

KR-0

Il-pajjiż kollu

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

MD — Il-Moldova

MD-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

ME — Il-Montenegro

ME-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

MG — Madagascar

MG-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E, WGM

 

 

 

 

 

 

S4

MY — Il-Malasja

MY-0

 

 

 

 

 

 

 

MY-1

Il-Peniżola tal-Punent

EP

 

 

 

 

 

 

 

E

 

 

 

 

 

 

S4

MK — L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (4)

MK-0 (4)

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

MX — Il-Messiku

MX-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP

 

P2

17.5.2013

 

 

 

 

NA — In-Namibja

NA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR

I

 

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

 

RAT, EP, E

VII

 

 

 

 

 

S4

NC — New Caledonia

NC-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

NZ — New Zealand

NZ-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20,

 

 

 

 

 

 

S0, ST0

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

 

 

 

 

 

S4

PM — Saint Pierre u Miquelon

PM-0

It-territorju kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

RS — Is-Serbja

RS-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

RU — Ir-Russja

RU-0

Il-pajjiż kollu

EP, E, POU

 

 

 

 

 

 

S4

 

 

 

 

 

 

 

SG — Singapore

SG-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

TH — It-Tajlandja

TH-0

Il-pajjiż kollu

SPF, EP

 

 

 

 

 

 

 

WGM

VIII

 

 

1.7.2012

 

 

 

POU, RAT

 

 

 

1.7.2012

 

 

 

E

 

 

 

1.7.2012

 

 

S4

TN — It-Tuneżija

TN-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPP, LT20, BPR, DOR, HER

 

 

 

 

 

 

S0, ST0

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

 

 

 

 

 

S4

TR — It-Turkija

TR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

UA — L-Ukrajna

UA-0

Il-pajjiż kollu

EP, E, POU, RAT, WGM

 

 

 

 

 

 

 

US — L-Istati Uniti

US-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

US-1

It-territorju kollu tal-Istati Uniti minbarra t-territorju US-2

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

 

 

A

 

S3, ST1

US-2

Iż-żona tal-Istati Uniti li tikkorrispondi għal:

 

 

 

 

 

 

 

 

US-2.1

L-Istat ta' Washington:

 

Il-Kontea ta' Benton

 

Il-Kontea ta' Franklin

WGM

VIII

P2

19.12.2014

7.4.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S3, ST1

US-2.2

L-Istat ta' Washington:

Il-Kontea ta' Clallam

WGM

VIII

P2

19.12.2014

11.5.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S3, ST1

US-2.3

L-Istat ta' Washington:

Il-Kontea ta' Okanogan (1):

(a)

Fit-Tramuntana: minn bejn US 97 WA 20 u S.Janis Road, ikser fuq il-lemin għal ġo S Janis Road. Ikser fuq ix-xellug għal ġo McLaughlin Canyon Road, imbagħad ikser fuq il-lemin għal ġo Hardy Road, u mbagħad ikser fuq ix-xellug għal ġo Chewilken Valley Road.

(b)

Fil-Lvant: Minn Chewilken Valley Road ikser fuq il-lemin għal ġo JH Green Road, imbagħad ikser fuq ix-xellug għal ġo Hosheit Road, imbagħad erġa' ikser fuq ix-xellug għal ġo Tedrow Trail Road, u mbagħad ikser għal darb'oħra fuq ix-xellug għal ġo Brown Pass Road sal-fruntiera tat-territorju tat-Tribù ta' Colville. Imxi lejn il-Punent ma' din il-fruntiera u mbagħad imxi magħha lejn in-Nofsinhar sa ma taqsam l-US 97 WA 20.

(c)

Fin-Nofsinhar: Ikser fuq il-lemin għal ġo US 97 WA 20, imbagħad ikser fuq ix-xellug għal ġo Cherokee Road, u mbagħad ikser fuq il-lemin għal ġo Robinson Canyon Road. Ikser fuq ix-xellug għal ġo Bide A Wee Road, imbagħad erġa' ikser fuq ix-xellug għal ġo Duck Lake Road, imbagħad ikser fuq il-lemin għal ġo Soren Peterson Road, u mbagħad ikser fuq ix-xellug għal ġo Johnson Creek Road, u mbagħad ikser fuq il-lemin għal ġo George Road. Ikser fuq ix-xellug għal ġo Wetherstone Road u mbagħad ikser fuq il-lemin għal ġo Eplay Road.

(d)

Fil-Punent: Minn Eplay Road ikser fuq il-lemin għal ġo Conconully Road/6th Avenue N., imbagħad ikser fuq ix-xellug għal ġo Green Lake Road, imbagħad ikser fuq il-lemin għal ġo Salmon Creek Road, u mbagħad erġa' ikser fuq il-lemin għal ġo Happy Hill Road u mbagħad ikser fuq ix-xellug għal ġo Conconully Road (li tieħdok Main Street). Ikser fuq il-lemin għal ġo Broadway, imbagħad ikser fuq ix-xellug għal ġo C Street, u wara ikser fuq il-lemin għal ġo Lake Street E, imbagħad erġa' ikser fuq il-lemin għal ġo Sinlahekin Road, imbagħad ikser fuq il-lemin għal ġo S. Fish Lake Road, u mbagħad ikser għal darb'oħra fuq il-lemin għal ġo Fish Lake Road. Ikser fuq ix-xellug għal ġo N. Pine Creek Road, imbagħad ikser fuq il-lemin għal ġo Henry Road (li tieħdok N. Pine Creek Road), imbagħad erġa' ikser fuq il-lemin għal ġo Indian Springs Road, u mbagħad ikser għal darb'oħra fuq il-lemin għal ġo Hwy 7 biex tispiċċa f'US 97 WA 20.

WGM

VIII

P2

29.1.2015

16.6.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S3, ST1

US-2.4

L-Istat ta' Washington:

Il-Kontea ta' Okanogan (2):

(a)

Fit-Tramuntana: Imxi lejn il-Lvant mal-fruntiera tal-Kanada mill-punt minn fejn l-US Hwy 95 taqsam il-fruntiera mal-Kanada, u mbagħad dur fuq il-lemin għal ġo 9 Mile Road (County Hwy 4777).

(b)

Fil-Lvant: Minn 9 Mile Road ikser fuq il-lemin għal ġo Old Hwy 4777 li tagħti għan-Nofsinhar għal ġo Molson Road. Ikser fuq il-lemin għal ġo Chesaw Road, imbagħad ikser fuq ix-xellug għal ġo Forest Service 3525, u mbagħad erġa' ikser fuq ix-xellug għal ġo Forest Development Road 350, li tispiċċa fil-Forest Development Road 3625. Minn hemmhekk imxi lejn il-Punent u ikser fuq ix-xellug għal ġo Forest Service 3525, imbagħad ikser fuq il-lemin għal ġo Rone Road, u wara erġa' ikser fuq il-lemin għal ġo Box Spring Road, imbagħad ikser fuq ix-xellug għal ġo Mosquito Creek Road u fl-aħħar ikser fuq il-lemin għal ġo Swanson Mill Road.

(c)

Fin-Nofsinhar: Minn Swanson Mill Road ikser fuq ix-xellug għal ġo O'Neil Road u wara imxi lejn in-Nofsinhar f'97N. Ikser fuq il-lemin għal ġo Ellis Forde Bridge Road, imbagħad ikser fuq ix-xellug għal ġo Janis Oroville (SR 7), wara ikser fuq il-lemin għal ġo Loomis Oroville Road, u erġa' ikser fuq il-lemin għal ġo Wannact Lake Road, imbagħad ikser fuq ix-xellug għal ġo Ellemeham Moutain Road, u erġa' ikser fuq ix-xellug għal ġo Earth Dam Road, imbagħad ikser għal darba oħra fuq ix-xellug għal ġo triq bla isem, imbagħad ikser fuq il-lemin għal ġo triq bla isem, erġa' ikser fuq il-lemin għal ġo triq oħra bla isem, imbagħad ikser fuq ix-xellug għal ġo triq bla isem u wara ikser għal darb'oħra fuq ix-xellug għal ġo triq oħra bla isem.

(d)

Fil-Punent: Mit-triq bla isem ikser fuq il-lemin għal ġo Loomis Oroville Road, imbagħad ikser fuq ix-xellug għal ġo Smilkameen Road sal-fruntiera tal-Kanada.

WGM

VIII

P2

3.2.2015

6.5.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S3, ST1

 

US-2.5

L-Istat ta' Oregon:

Il-Kontea ta' Douglas

WGM

VIII

P2

19.12.2014

23.3.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S3, ST1

 

US-2.6

L-Istat ta' Oregon:

Il-Kontea ta' Deschutes

WGM

VIII

P2

14.2.2015

19.5.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S3, ST1

 

US-2.7

L-Istat ta' Oregon:

Il-Kontea ta' Malheur

WGM

VIII

P2

20.1.2015

11.5.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S3, ST1

L-Istat ta' Idaho:

 

Il-Kontea ta' Canyon

 

Il-Kontea ta' Payette

WGM

VIII

P2

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S3, ST1

 

US-2.8

L-Istat ta' California:

Il-Kontea ta' Stanislaus/Il-Kontea ta' Tuolumne:

Żona b'raġġ ta' 10 km li tibda mill-punt N fuq il-fruntiera ċirkolari taż-Żona ta' Kontroll u li testendi favur l-arloġġ:

(a)

fit-Tramuntana: 2,5 mili lejn il-Lvant minn bejn State Hwy. 108 u Williams Road;

(b)

fil-Grigal: 1,4 mili lejn ix-Xlokk minn bejn Rock River Dr. u Tulloch Road;

(c)

fil-Lvant: 2,0 mili lejn il-Majjistral minn bejn Milpitas Road u Las Cruces Road;

(d)

fix-Xlokk: 1,58 mil lejn il-Lvant mit-tarf tat-Tramuntana ta' Rushing Road;

(e)

fin-Nofsinhar: 0,70 mil lejn in-Nofsinhar minn bejn State Highway132 u Crabtree Road;

(f)

fil-Lbiċ: 0,8 mili lejn ix-Xlokk minn bejn Hazel Dean Road u Loneoak Road;

(g)

fil-Punent: 2,5 mili lejn il-Lbiċ minn bejn Warnerville Road u Tim Bell Road;

(h)

fil-Majjistral: 1,0 mil lejn ix-Xlokk minn bejn CA-120 u Tim Bell Road.

WGM

VIII

P2

23.1.2015

5.5.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S3, ST1

 

US-2.9

L-Istat ta' California:

Il-Kontea ta' Kings:

Żona b'raġġ ta' 10 km li tibda mill-punt N fuq il-fruntiera ċirkolari taż-Żona ta' Kontroll u li testendi favur l-arloġġ:

(a)

fit-Tramuntana: 0,58 mil lejn it-Tramuntana minn Kansas Avenue;

(b)

fil-Grigal: 0,83 mil lejn il-Lvant miż-żona CA-43;

(c)

fil-Lvant: 0,04 mili lejn il-Lvant mill-5th Avenue;

(d)

fix-Xlokk: 0,1 mili lejn il-Lvant minn bejn Paris Avenue u 7th Avenue;

(e)

fin-Nofsinhar: 1,23 mil lejn it-Tramuntana minn Redding Avenue;

(f)

fil-Lbiċ: 0,6 mili lejn il-Punent minn bejn Paris Avenue u 15th Avenue;

(g)

fil-Punent: 1,21 mil lejn il-Lvant minn 19th Avenue;

(h)

fil-Majjistral: 0,3 mili lejn it-Tramuntana minn bejn Laurel Avenue u 16th Avenue.

WGM

VIII

P2

12.2.2015

26.5.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S3, ST1

US-2.10

L-Istat ta' Minnesota:

WGM

VIII

P2

5.3.2015

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S3, ST1

US-2.11.1

L-Istat ta' Missouri:

 

Il-Kontea ta' Barton

 

Il-Kontea ta' Jasper

WGM

VIII

P2

8.3.2015

18.6.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S3, ST1

 

US-2.11.2

L-Istat ta' Missouri:

 

Il-Kontea ta' Moniteau

 

Il-Kontea ta' Morgan

WGM

VIII

P2

10.3.2015

11.6.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S3, ST1

US-2.11.3

L-Istat ta' Missouri:

Il-Kontea ta' Lewis

WGM

VIII

P2

5.5.2015

20.9.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S3, ST1

 

US-2.13

L-Istat ta' Arkansas:

 

Il-Kontea ta' Boone

 

Il-Kontea ta' Marion

WGM

VIII

P2

11.3.2015

13.7.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S3, ST1

 

US-2.14

L-Istat ta' Kansas:

 

Il-Kontea ta' Leavenworth

 

Il-Kontea ta' Wyandotte

WGM

VIII

P2

13.3.2015

12.6.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S3, ST1

 

US-2.15

L-Istat ta' Kansas:

 

Il-Kontea ta' Cherokee

 

Il-Kontea ta' Crawford

WGM

VIII

P2

9.3.2015

18.6.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S3, ST1

US-2.16

L-Istat ta' Montana:

 

Il-Kontea ta' Fergus

 

Il-Kontea ta' Judith Basin

WGM

VIII

P2

2.4.2015

2.7.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S3, ST1

US-2.17

L-Istat ta' North Dakota:

 

Il-Kontea ta' Dickey

 

Il-Kontea ta' La Moure

WGM

VIII

P2

11.4.2015

27.7.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

 

 

S3, ST1

US-2.18

L-Istat ta' South Dakota:

 

Il-Kontea ta' Beadle

 

Il-Kontea ta' Bon Homme

 

Il-Kontea ta' Brookings

 

Il-Kontea ta' Brown

 

Il-Kontea ta' Hutchinson

 

Il-Kontea ta' Kingsbury

 

Il-Kontea ta' Lake

 

Il-Kontea ta' McCook

 

Il-Kontea ta' McPherson

 

Il-Kontea ta' Minnehaha

 

Il-Kontea ta' Moody

 

Il-Kontea ta' Roberts

 

Il-Kontea ta' Spink

 

Il-Kontea ta' Yankton

WGM

VIII

P2

1.4.2015

10.9.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S3, ST1

 

US-2.19.1

L-Istat ta' Wisconsin:

Il-Kontea ta' Barron

WGM

VIII

P2

16.4.2015

18.8.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S3, ST1

US-2.19.2

L-Istat ta' Wisconsin:

Il-Kontea ta' Jefferson

WGM

VIII

P2

11.4.2015

17.8.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S3, ST1

US-2.19.3

L-Istat ta' Wisconsin:

Il-Kontea ta' Chippewa

WGM

VIII

P2

23.4.2015

29.7.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N,

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S3, ST1

US-2.19.4

L-Istat ta' Wisconsin:

Il-Kontea ta' Juneau

WGM

VIII

P2

17.4.2015

6.8.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N,

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S3, ST1

US-2.20.1

L-Istat ta' Iowa:

 

Il-Kontea ta' Buena Vista

 

Il-Kontea ta' Calhoun

 

Il-Kontea ta' Cherokee

 

Il-Kontea ta' Clay

 

Il-Kontea ta' Dickinson

 

Il-Kontea ta' Emmet

 

Il-Kontea ta' Hamilton

 

Il-Kontea ta' Hardin

 

Il-Kontea ta' Humboldt

 

Il-Kontea ta' Ida

 

Il-Kontea ta' Kossuth

 

Il-Kontea ta' Lyon

 

Il-Kontea ta' O'Brien

 

Il-Kontea ta' Osceola

 

Il-Kontea ta' Palo Alto

 

Il-Kontea ta' Plymouth

 

Il-Kontea ta' Pocahontas

 

Il-Kontea ta' Sac

 

Il-Kontea ta' Sioux

 

Il-Kontea ta' Webster

 

Il-Kontea ta' Woodbury

 

Il-Kontea ta' Wright

WGM

VIII

P2

14.4.2015

11.11.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S3, ST1

US-2.20.2

L-Istat ta' Iowa:

 

Il-Kontea ta' Adair

 

Il-Kontea ta' Guthrie

 

Il-Kontea ta' Madison

WGM

VIII

P2

4.5.2015

9.9.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S3, ST1

 

US-2.21

L-Istat ta' Indiana:

Il-Kontea ta' Whitley

WGM

VIII

P2

10.5.2015

8.8.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S3, ST1

 

US-2.22

L-Istat ta' Nebraska:

 

Il-Kontea ta' Dakota

 

Il-Kontea ta' Dixon

 

Il-Kontea ta' Thurston

 

Il-Kontea ta' Wayne

WGM

VIII

P2

11.5.2015

21.10.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S3, ST1

UY — L-Urugwaj

UY-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E, RAT

 

 

 

 

 

 

S4

ZA — L-Afrika t'Isfel

ZA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR

I

P2

9.4.2011

 

A

 

 

DOR

II

 

 

 

HER

III

 

 

 

RAT

VII

H

9.4.2011

25.8.2015

 

 

 

ZW — Iż-Żimbabwe

ZW-0

Il-pajjiż kollu

RAT

VII

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

(b)

Il-PARTI 2 tiġi emendata kif ġej:

(i)

fit-taqsima fejn huma mniżżlin iċ-ċertifikati veterinarji mudell, qed tiddaħħal l-entrata li ġejja wara l-entrata għal “SRA”: Ċertifikat veterinarju mudell għall-għasafar li ma jtirux tal-qatla u qabel l-entrata għal “POU”: Ċertifikat veterinarju mudell għal-laħam tat-tjur:

“‘LT20’: Ċertifikat veterinarju mudell għall-kunsinni waħdiena ta' inqas minn 20 unità ta' tjur minbarra l-għasafar li ma jtirux, il-bajd għat-tfaqqis u l-flieles ta' ġurnata tagħhom”;

(ii)

iċ-ċertifikat veterinarju mudell li ġej għall-kunsinni waħdiena ta' inqas minn 20 unità ta' tjur minbarra l-għasafar li ma jtirux, il-bajd għat-tfaqqis u l-flieles ta' ġurnata tagħhom “LT20” qed jiddaħħal wara ċ-Ċertifikat veterinarju mudell għall-għasafar li ma jtirux tal-qatla “SRA” u qabel iċ-Ċertifikat veterinarju mudell għal-laħam tat-tjur “POU”:

Ċertifikat veterinarju mudell għall-kunsinni waħdiena ta' inqas minn 20 unità ta' tjur minbarra l-għasafar li ma jtirux, il-bajd għat-tfaqqis u l-flieles ta' ġurnata tagħhom (LT20)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(2)

Fl-Anness III, it-Taqsima I qed tiġi emendata kif ġej:

(a)

fit-tielet inċiż tal-punt (2), ir-referenza għad-Direttiva “90/539/KEE” tinbidel b'referenza għad-Direttiva “2009/158/KE”;

(b)

fl-ewwel inċiż tal-punt (3), ir-referenza għad-Direttiva “90/539/KEE” tinbidel b'referenza għad-Direttiva “2009/158/KE”;

(c)

fl-ewwel inċiż tal-punt (4), ir-referenza għad-Direttiva “90/539/KEE” tinbidel b'referenza għad-Direttiva “2009/158/KE”;

(d)

fl-ewwel inċiż tal-punt (5), ir-referenza għad-Direttiva “90/539/KEE” tinbidel b'referenza għad-Direttiva “2009/158/KE”;

(e)

fil-punt (6), ir-referenza għad-Direttiva “90/539/KEE” tinbidel b'referenza għad-Direttiva “2009/158/KE”;

(f)

il-punt 7 jinbidel b'dan li ġej:

“7.   Salmonella ta' importanza għas-saħħa pubblika

It-teħid tal-kampjuni għandu jsir skont il-protokoll tat-teħid tal-kampjuni stabbilit fil-punt 2.2 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2010.

Għandu jintuża l-metodu ta' detezzjoni tas-salmonella rrakkomandat mil-laboratorju ta' referenza tal-UE (l-EURL) li jinsab f'Bilthoven, in-Netherlands, jew metodu ekwivalenti. Dak il-metodu huwa deskritt fil-verżjoni attwali tal-Anness D tal-istandard tal-ISO 6579 (2002): ‘Id-detezzjoni tas-Salmonella spp. fil-ħmieġ tal-annimali u fil-kampjuni tal-istadju tal-produzzjoni primarja’. F'dak il-metodu ta' detezzjoni, tintuża sustanza semisolida (sustanza semisolida mmodifikata Rappaport-Vassiladis, MSRV) bħala l-unika sustanza tal-arrikkiment selettiv.

Is-serotipizzazzjoni għandha ssir skont l-iskema Kaufmann-White jew bl-użu ta' metodu ekwivalenti.”

(3)

L-Anness VIII qed jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (1) tat-Taqsima I, ir-referenza għad-Direttiva “90/539/KEE” tinbidel b'referenza għad-Direttiva “2009/158/KE”;

(b)

fil-punt (2) tat-Taqsima II, ir-referenza għad-Direttiva “90/539/KEE” tinbidel b'referenza għad-Direttiva “2009/158/KE”.

(4)

Fil-punt (c) tat-Taqsima IV tal-Anness IX, ir-referenza għad-Direttiva “90/539/KEE” tinbidel b'referenza għad-Direttiva “2009/158/KE”.


(1)  Il-prodotti mmanifatturati qabel din id-data, fosthom dawk ittrasportati fl-ibħra internazzjonali, jistgħu jiġu importati fl-Unjoni għal perjodu ta' 90 jum minn din id-data.

(2)  Il-prodotti mmanifatturati wara din id-data biss jistgħu jiġu importati fl-Unjoni.

(3)  Skont il-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).

(4)  L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja: se jkun hemm ftehim fuq in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż wara n-negozjati li għaddejjin bħalissa fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti.

(5)  Minn hawn 'il quddiem mifhum bħala l-Istat ta' Iżrael, minbarra t-territorji li ilhom sa minn Ġunju tal-1967 fl-amministrazzjoni ta' Iżrael, jiġifieri l-Għoljiet ta' Golan, l-Istrixxa ta' Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.

(6)  Ir-restrizzjonijiet relatati mal-programmi ta' kontroll tas-salmonella kif imniżżlin fil-Parti 2 ma japplikawx għall-kunsinni waħdiena ta' inqas minn 20 unità ta' tjur minbarra l-għasafar li ma jtirux, il-bajd għat-tfaqqis u l-flieles ta' ġurnata tagħhom li jkunu intiżi għall-produzzjoni primarja tat-tjur għall-użu domestiku u privat jew għall-produzzjoni primarja li twassal għall-provvista diretta, mingħand il-produttur, ta' kwantitajiet żgħar ta' prodotti primarji għall-konsumatur finali jew għall-ħwienet lokali li jfornu l-prodotti primarji direttament lill-konsumatur finali u li jkunu ċċertifikati skont iċ-ċertifikat veterinarju mudell LT20.”


5.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/56


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2259

tal-4 ta' Diċembru 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

78,9

TR

83,5

ZZ

81,2

0707 00 05

MA

95,7

TR

152,2

ZZ

124,0

0709 93 10

MA

71,3

TR

159,2

ZZ

115,3

0805 10 20

MA

83,9

TR

50,5

UY

52,1

ZA

70,1

ZZ

64,2

0805 20 10

MA

72,9

ZZ

72,9

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

TR

89,7

ZA

96,8

ZZ

93,3

0805 50 10

TR

109,2

ZZ

109,2

0808 10 80

AU

155,4

CA

159,0

CL

92,5

NZ

213,1

US

116,7

ZA

123,2

ZZ

143,3

0808 30 90

CN

80,5

TR

154,7

ZZ

117,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

5.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/58


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2260

tat-3 ta' Diċembru 2015

li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/630/KE dwar miżuri ta' emerġenza li japplikaw għall-krustaċji importati mill-Bangladesh u li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem

(notifikata bid-dokument C(2015) 8472)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/630/KE (2) ġiet adottata wara s-sejba ta' residwi ta' prodotti mediċinali veterinarji u ta' sustanzi mhux awtorizzati fi krustaċji importati lejn l-Unjoni mill-Bangladesh u maħsuba għall-konsum mill-bniedem (“il-prodotti”).

(2)

Id-Deċiżjoni 2008/630/KE tistipula li l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' prodotti bil-kundizzjoni li dawn ikollhom magħhom ir-riżultati ta' test analitiku mwettaq fil-post tal-oriġini biex jiġi żgurat li mhumiex ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem (“it-test analitiku”).

(3)

Bejn l-20 ta' April 2015 u t-30 ta' April 2015, il-Kummissjoni wettqet verifika (3) fil-Bangladesh (“il-verifika”), sabiex tevalwa l-kontrolli ta' residwi u kontaminanti f'annimali ħajjin u prodotti mill-annimali, fosthom il-kontrolli fuq il-prodotti mediċinali veterinarji. Ir-rapport ta' verifika kkonkluda li s-sistema fis-seħħ għall-kontrolli ta' residwi fl-akkwakultura joffri garanziji ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(4)

L-għadd ta' kunsinni mhux konformi naqas b'mod sinifikanti.

(5)

Abbażi tar-riżultati tal-verifika u l-għadd baxx ħafna ta' kunsinni mhux konformi, jidher li mhux meħtieġ li l-kunsinni tal-prodotti importati fl-Unjoni mill-Bangladesh ikunu akkumpanjati minn testijiet analitiċi. Id-Deċiżjoni 2008/630/KE għalhekk għandha titħassar.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2008/630/KE hija b'dan imħassra.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/630/KE tal-24 ta' Lulju 2008 dwar miżuri ta' emerġenza li japplikaw għall-krustaċji importati mill-Bangladesh u li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 205, 1.8.2008, p. 49).

(3)  Ir-rapport finali tal-verifika li saret fil-Bangladesh bejn l-20 ta' April 2015 u t-30 ta' April 2015 sabiex jiġu evalwati l-kontrolli ta' residwi u l-kontaminanti f'annimali ħajjin u prodotti mill-annimali, fosthom il-kontrolli fuq il-prodotti mediċinali veterinarji — DG (SANTE) 2015-7517 — MR.

http://ec.europa.eu/food/fvo/audit_reports/details.cfm?rep_id=3501


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

5.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/60


DEĊIŻJONI Nru 1/2014 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-ĠEORĠJA

tas-17 ta' Novembru 2014

li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu u dawk tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u ta' Sottokumitati [2015/2261]

IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-ĠEORĠJA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) u b'mod partikolari l-Artikolu 404 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 431 tal-Ftehim, partijiet mill-Ftehim ġew applikati provviżorjament mill-1 ta' Settembru 2014.

(2)

Skont l-Artikolu 405(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu stess.

(3)

Skont l-Artikolu 407(1) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jkun megħjun fit-twettiq tad-dmirijiet u l-funzjonijiet tiegħu minn Kumitat ta' Assoċjazzjoni filwaqt li skont l-Artikolu 408(1) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jiddetermina fir-regoli ta' proċedura tiegħu d-dmirijiet u l-funzjonament tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u dawk tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u ta' Sottokumitati, kif stabbiliti fl-Annessi I u II rispettivament, huma b'dan adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2014.

Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni

Il-Presidenza

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 261, 30.8.2014, p. 4.


ANNESS I

REGOLI TA' PROĊEDURA TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 404(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu kif previst fl-Artikoli 404 u 406 tal-Ftehim.

2.   Kif previst fl-Artikolu 405(1) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jkun magħmul minn membri tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u membri tal-Kummissjoni Ewropea, fuq naħa waħda, u minn membri tal-Gvern tal-Ġeorġja, fuq in-naħa l-oħra. Il-kompożizzjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandha tqis il-kwistjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu indirizzati f'kull laqgħa. Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jiltaqa' fil-livell ministerjali.

3.   Kif previst fl-Artikolu 406(1) tal-Ftehim, u sabiex jilħaq l-objettivi tiegħu, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jkollu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet li huma vinkolanti fuq il-Partijiet. Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jieħu l-miżuri xierqa għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tiegħu, inkluż, jekk meħtieġ, billi jagħti s-setgħa lil entitajiet speċifiċi stabbiliti taħt il-Ftehim sabiex jaġixxu f'ismu. Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jagħmel ukoll rakkomandazzjonijiet. Huwa għandu jadotta d-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu bi ftehim bejn il-Partijiet wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom. Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jiddelega s-setgħat tiegħu lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

4.   Il-Partijiet f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura huma dawk kif definiti fl-Artikolu 428 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Presidenza

Il-Partijiet għandhom iżommu l-presidenza tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, b'mod alternat, għal perjodu ta' 12-il xahar. L-ewwel perjodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 3

Laqgħat

1.   Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena, u meta ċ-ċirkostanzi jeħtieġu dan, bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet. Sakemm ma jintlaħaqx ftehim mod ieħor mill-Partijiet, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jsir fil-post fejn is-soltu jsiru l-laqgħat tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

2.   Kull sessjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandha tinżamm f'data miftiehma mill-Partijiet.

3.   Il-laqgħat tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jissejħu b'mod konġunt mis-Segretarji tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, bi qbil mal-President tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni mhux aktar tard minn 30 jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa.

Artikolu 4

Rappreżentanza

1.   F'każ li l-membri tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni ma jkunux jistgħu jattendu jkunu jistgħu jiġu rrappreżentati. Jekk membru jkun jixtieq jiġi rrappreżentat, għandu jinnotifika lill-Presidenza tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bil-miktub bl-isem tar-rappreżentant tiegħu qabel ma tibda l-laqgħa li fiha l-membru jkun se jiġi rrappreżentat.

2.   Ir-rappreżentant ta' membru tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jeżerċita d-drittijiet kollha ta' dak il-membru.

Artikolu 5

Delegazzjonijiet

1.   Il-membri tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jistgħu jkunu akkumpanjati mill-uffiċjali. Qabel kull laqgħa, il-Presidenza tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandha tiġi infurmata, permezz tas-Segretarjat tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, dwar il-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjoni ta' kull Parti.

2.   Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista', bi qbil bejn il-Partijiet, jistieden rappreżentanti ta' korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti fil-qasam biex jattendu għal-laqgħat tiegħu bħala osservaturi jew sabiex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti partikolari. Il-Partijiet għandhom jaqblu dwar it-termini u l-kundizzjonijiet li taħthom dawk l-osservaturi jkunu jistgħu jattendu l-laqgħat.

Artikolu 6

Segretarjat

Uffiċjal tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u uffiċjal tal-Ġeorġja għandhom jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

Artikolu 7

Korrispondenza

1.   Il-korrispondenza indirizzata lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandha tintbagħat jew lis-Segretarju jew tal-Unjoni jew lis-Segretarju tal-Ġeorġja, li min-naħa tiegħu jgħarraf lis-Segretarju l-ieħor.

2.   Is-Segretarjati tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom jiżguraw li l-korrispondenza tiġi trażmessa lill-Presidenza tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u, skont il-każ, imqassma lill-membri tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

3.   Il-korrispondenza ċċirkolata b'dan il-mod għandha tintbagħat, skont il-każ, lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, ir-Rappreżentanti Permanenti tal-Istati Membri għall-Unjoni Ewropea u lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll lill-Missjoni tal-Ġeorġja għall-Unjoni Ewropea.

4.   Il-komunikazzjonijiet mill-President għandhom jintbagħtu lid-destinatarji mis-Segretarjati f'isem il-President tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni. Tali komunikazzjonijiet jiġu ċċirkolati, skont il-każ, lill-membri tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni kif previst fil-paragrafu 3.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Partijiet, il-laqgħat tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni ma jkunux pubbliċi. Meta Parti tippreżenta informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, il-Parti l-oħra għandha tittratta dik l-informazzjoni bħala tali.

Artikolu 9

Aġendi għal-laqgħat

1.   Il-Presidenza tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandha tfassal aġenda provviżorja għal kull laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni. Din għandha tintbagħat mis-Segretarji tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni lid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7 mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-laqgħa.

L-aġenda provviżorja tinkludi dawk il-punti li fir-rigward tagħhom il-President ikun irċieva talba għall-inklużjoni tagħhom fl-aġenda sa mhux aktar tard minn 21 jum qabel il-bidu tal-laqgħa. Dawn il-punti ma jinkitbux fl-aġenda provviżorja sakemm id-dokumenti ta' sostenn rilevanti ma jkunux intbagħtu lis-Segretarji qabel id-data li fiha tintbagħat l-aġenda.

2.   L-aġenda għandha tkun adottata mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fil-bidu ta' kull laqgħa. Punt ieħor apparti dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir dan.

3.   Il-President jista', b'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-limiti ta' żmien speċifikati fil-paragrafu 1 sabiex iqis il-ħtiġijiet ta' każ partikolari.

Artikolu 10

Minuti

1.   Għandu jitħejja abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa b'mod konġunt miż-żewġ Segretarji tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

2.   Bħala regola ġenerali, il-minuti għandhom jindikaw dawn li ġejjin fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda:

(a)

id-dokumentazzjoni ppreżentata lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni;

(b)

id-dikjarazzjonijiet li membru tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jkun talab li jiddaħħlu fil-minuti, u

(c)

kwistjonijiet li dwarhom ikun intlaħaq qbil bejn il-Partijiet, id-deċiżjonijiet adottati, id-dikjarazzjonijiet li kien hemm qbil dwarhom u kull konklużjoni.

3.   L-abbozz tal-minuti għandu jiġi ppreżentat lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għall-approvazzjoni. Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu japprova dak l-abbozz tal-minuti fil-laqgħa tiegħu li jmiss. Alternattivament, l-abbozz ta' minuti jista' jiġi approvat bil-miktub.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.   Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jieħu deċiżjonijiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet u mat-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi.

2.   Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jieħu wkoll deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk il-Partijiet jaqblu li jsir dan. Għal dan il-għan, it-test tal-proposta għandu jiġi ċċirkolat bil-miktub mill-President tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni lill-membri tiegħu skont l-Artikolu 7, b'limitu ta' żmien ta' mhux anqas minn 21 jum kalendarju li fih il-membri għandhom jgħarrfu r-riżervi jew l-emendi li jixtiequ jagħmlu. Il-Presidenza tista' tqassar il-limitu ta' żmien imsemmi sabiex jittieħed kont tal-ħtiġijiet ta' xi każ partikolari, b'konsultazzjoni mal-Partijiet.

3.   L-atti tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, fit-tifsira tal-Artikolu 406(1) tal-Ftehim, għandhom ikunu intitolati “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni” rispettivament, segwiti bin-numru tas-serje, bid-data tal-adozzjoni tagħhom u b'deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom. Dawk id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom jiġu ffirmati mill-Presidenza u awtentikati miż-żewġ Segretarji tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni. Dawk id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu ċċirkolati lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura. Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

4.   Kull deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha sakemm id-deċiżjoni ma tipprovdix mod ieħor.

Artikolu 12

Lingwi

1.   Il-lingwi uffiċjali tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom ikunu l-lingwi uffiċjali tal-Partijiet.

2.   Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mħejjija f'dawk il-lingwi.

Artikolu 13

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tkopri l-ispejjeż li hija tagħmel bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, kemm fir-rigward tal-persunal, l-ivvjaġġar u l-ispejjeż ta' sussistenza kif ukoll fir-rigward tal-ispejjeż ta' posta u telekomunikazzjoni.

2.   In-nefqa li għandha x'taqsam mas-servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat, traduzzjoni u riproduzzjoni tad-dokumenti għandhom jitħallsu mill-Unjoni. F'każ li l-Ġeorġja teħtieġ interpretazzjoni jew traduzzjoni għal jew minn lingwi oħra barra dawk previsti fl-Artikolu 12, l-ispejjeż relatati magħhom għandhom jitħallsu mill-Ġeorġja.

3.   Spejjeż oħrajn relatati mal-organizzazzjoni materjali tal-laqgħat għandhom jitħallsu mill-Parti li tospita l-laqgħat.

Artikolu 14

Kumitat ta' Assoċjazzjoni

1.   Skont l-Artikolu 407(1) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jkun megħjun fit-twettiq tad-dmirijiet u l-funzjonijiet tiegħu mill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandhu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet, fil-prinċipju f'livell ta' uffiċjal pubbliku anzjan.

2.   Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jħejji l-laqgħat u d-deliberazzjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fejn xieraq u jiżgura l-kontinwità tar-relazzjoni ta' assoċjazzjoni u l-funzjonament korrett tal-Ftehim b'mod ġenerali. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jqis kull kwistjoni li titressaq quddiemu mingħand il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni kif ukoll kull kwistjoni li tista' tinqala' matul l-implimentazzjoni tal-Ftehim. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jippreżenta proposti jew kwalunkwe abbozz ta' deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet għal approvazzjoni lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni. Skont l-Artikolu 408(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jiddelega s-setgħa deċiżjonali lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

3.   Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jieħu d-deċiżjonijiet u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li għalihom huwa ġie awtorizzat taħt il-Ftehim.

4.   F'każijiet fejn il-Ftehim jirriferi għal obbligu ta' konsultazzjoni jew possibbiltà ta' konsultazzjoni jew fejn il-Partijiet jiddeċiedu bi ftehim komuni biex jikkonsultaw lil xulxin, din il-konsultazzjoni tista' ssir fil-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, ħlief fejn previst mod ieħor fil-Ftehim. Il-konsultazzjoni tista' tkompli fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

Artikolu 15

L-emendament tar-Regoli ta' Proċedura

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati skont l-Artikolu 11.


ANNESS II

REGOLI TA' PROĊEDURA TAL-KUMITAT TA' ASSOĊJAZZJONI U TAS-SOTTOKUMITATI

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, stabbilit skont l-Artikolu 407(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), għandu jgħin lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fit-twettiq tad-dmirijiet u tal-funzjonijiet tiegħu u jwettaq il-kompiti stipulati fil-Ftehim u assenjati lilu mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni. Skont l-Artikolu 408(1) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jiddetermina fir-Regoli ta' Proċedura tiegħu d-dmirijiet u l-funzjonament tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

2.   Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jħejji l-laqgħat u d-deliberazzjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jimplimenta d-deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fejn xieraq u jiżgura l-kontinwità tar-relazzjoni ta' assoċjazzjoni u l-funzjonament korrett tal-Ftehim b'mod ġenerali. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jqis kull kwistjoni li titressaq quddiemu mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni kif ukoll kull kwistjoni li tista' tinqala' matul l-implimentazzjoni ta' kuljum tal-Ftehim. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jippreżenta proposti jew abbozzi ta' deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet għall-adozzjoni lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

3.   Kif previst fl-Artikolu 407(2) tal-Ftehim, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet, fil-prinċipju f'livell ta' uffiċjal pubbliku anzjan, li jkunu responsabbli għall-kwistjonijiet speċifiċi li jridu jiġu indirizzati f'kull sessjoni partikolari.

4.   Skont l-Artikolu 408(4) tal-Ftehim, meta l-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif stabbilit fl-Artikolu 408(4) tal-Ftehim (“il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ”), iwettaq il-kompiti mogħtija lilu taħt it-Titolu IV tal-Ftehim, huwa jkun kompost minn uffiċjali anzjani tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Ġeorġja li jkunu responsabbli għall-kummerċ u għal kwistjonijiet relatati mal-kummerċ. Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea jew tar-Repubblika tal-Ġeorġja li jkunu responsabbli għall-kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ jaġixxi bħala President tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ skont l-Artikolu 2 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura. Fil-laqgħat jattendi wkoll rappreżentant tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

5.   Kif previst fl-Artikolu 408(3) tal-Ftehim, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jkollu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet fil-każijiet previsti f'dan il-Ftehim u f'oqsma li fihom il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni ddelega s-setgħat lilu. Dawk id-deċiżjonijiet huma vinkolanti għall-Partijiet, li jieħdu l-miżuri xierqa biex iwettquhom. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jadotta d-deċiżjonijiet tiegħu bi ftehim bejn il-Partijiet, wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom.

6.   Il-Partijiet f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandhom ikunu definiti kif previst fl-Artikolu 428 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Presidenza

Il-Partijiet għandhom iżommu l-presidenza tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, fuq bażi ta' alternanza, għal perjodi ta' 12-il xahar. L-ewwel perjodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 3

Laqgħat

1.   Ħlief fejn ikun miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jiltaqa' b'mod regolari, minn tal-inqas darba fis-sena. Jistgħu jsiru sessjonijiet speċjali tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fuq talba ta' waħda mill-Partijiet, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir dan.

2.   Kull laqgħa tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandha tissejjaħ mill-Presidenza tagħha f'post u fi żmien li dwarhom ikun hemm qbil bejn il-Partijiet. L-avviż li jsejjaħ il-laqgħa għandu jinħareġ mis-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni mhux aktar tard minn 28 jum qabel il-bidu tal-laqgħa sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor.

3.   Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ għandu jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena u meta ċ-ċirkostanzi jeħtieġu dan. Kull laqgħa tissejjaħ mill-President tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ f'post, f'data u bil-mezzi li dwarhom ikun hemm qbil bejn il-Partijiet. L-avviż li jsejjaħ il-laqgħa jinħareġ mis-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor.

4.   Kull fejn possibbli, il-laqgħa regolari tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandha tissejjaħ fi żmien xieraq qabel il-laqgħa regolari tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

5.   F'każijiet eċċezzjonali, u jekk jaqblu dwar dan il-Partijiet, il-laqgħat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jistgħu jsiru permezz ta' mezzi teknoloġiċi li jintlaħaq qbil dwarhom, bħal vidjokonferenza.

Artikolu 4

Delegazzjonijiet

Qabel kull laqgħa, il-Partijiet għandhom jiġu infurmati, permezz tas-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, bil-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjonijiet li jkunu se jattendu l-laqgħa fuq iż-żewġ naħat.

Artikolu 5

Segretarjat

1.   Uffiċjal tal-Unjoni u uffiċjal tal-Ġeorġja għandhom jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u jwettqu kompiti segretarjali b'mod konġunt sakemm dawn ir-Regoli ta' Proċedura ma jipprovdux mod ieħor, fi spirtu ta' fiduċja reċiproka u kooperazzjoni.

2.   Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u uffiċjal tal-Ġeorġja li jkollhom ir-responsabbiltà għal kwistjonijiet kummerċjali u relatati mal-kummerċ għandhom jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.

Artikolu 6

Korrispondenza

1.   Il-korrispondenza indirizzata lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandha tintbagħat lis-Segretarju tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni ta' kwalunkwe waħda mill-Partijiet, li min-naħa tiegħu jgħarraf lis-Segretarju l-ieħor.

2.   Is-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni tingħata lill-President tal-Kumitat u tiġi ċċirkolata, skont il-każ, bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 7 ta' dawn ir-regoli ta' proċedura.

3.   Il-korrispondenza mill-President għandha tintbagħat lill-Partijiet mis-Segretarjat f'isem il-President. Din il-korrispondenza għandha tiġi ċċirkolata, skont il-każ, kif previst fl-Artikolu 7.

Artikolu 7

Dokumenti

1.   Id-dokumenti għandhom jiġu ċċirkolati permezz tas-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

2.   Parti għandha tibgħat id-dokumenti tagħha lis-Segretarju tagħha. Is-Segretarju għandu jibgħat dawn id-dokumenti lis-Segretarju tal-Parti l-oħra.

3.   Is-Segretarju tal-Unjoni għandu jiċċirkola d-dokumenti lir-rappreżentanti rilevanti tal-Unjoni u jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Ġeorġja f'din il-korrispondenza.

4.   Is-Segretarju tal-Ġeorġja għandu jiċċirkola d-dokumenti lir-rappreżentanti rilevanti tal-Ġeorġja u għandu jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Unjoni f'din il-korrispondenza.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Partijiet, il-laqgħat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni ma għandhomx ikunu pubbliċi. Meta Parti tippreżenta informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, il-Parti l-oħra għanda tittratta dik l-informazzjoni bħala tali.

Artikolu 9

Aġendi għal-laqgħat

1.   Għandha titfassal aġenda provviżorja għal kull laqgħa tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni kif ukoll abbozz tal-konklużjonijiet operazzjonali kif stipulat fl-Artikolu 10 mis-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet. L-aġenda provviżorja tkun tinkludi punti li s-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jkun irċieva talba għall-inklużjoni tagħhom fl-aġenda mingħand Parti, sostnuti mid-dokumenti rilevanti, mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa.

2.   L-aġenda provviżorja, flimkien mad-dokumenti rilevanti, għandha tiġi ċċirkolata kif previst fl-Artikolu 7 mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa.

3.   L-aġenda għandha tiġi adottata mill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-bidu ta' kull laqgħa. Punti minbarra dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jistgħu jitqiegħdu fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir dan.

4.   Il-President tal-laqgħa tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jista', bil-qbil tal-Parti l-oħra, jistieden rappreżentanti ta' korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti f'suġġett fuq bażi ad hoc biex jattendu l-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti speċifiċi. Il-Partijiet jiżguraw li dawn l-osservaturi jew esperti jirrispettaw kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità.

5.   Il-President tal-laqgħa tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jista', b'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-limiti ta' żmien previsti fil-paragrafi 1 u 2 biex jieħu kont ta' ċirkostanzi speċjali.

Artikolu 10

Minuti u konklużjonijiet operazzjonali

1.   Għandu jitħejja abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni b'mod konġunt mis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

2.   Bħala regola ġenerali, il-minuti għandhom jindikaw dawn li ġejjin fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda:

(a)

lista tal-parteċipanti fil-laqgħa, lista ta' uffiċjali li jakkumpanjawhom u lista ta' kull osservatur jew espert li jattendi l-laqgħa;

(b)

id-dokumentazzjoni ppreżentata lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni;

(c)

id-dikjarazzjonijiet li l-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jkun talab li jiddaħħlu fil-minuti; u

(d)

konklużjonijiet operazzjonali mil-laqgħa, kif previst fil-paragrafu (4).

3.   L-abbozz tal-minuti għandu jiġi ppreżentat lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għall-approvazzjoni. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu japprova dak l-abbozz tal-minuti fil-laqgħa tiegħu li jmiss. Alternattivament, dak l-abbozz tal-minuti jista' jiġi approvat bil-miktub. L-abbozz tal-minuti tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ għandu jiġi approvat fi żmien 28 jum kalendarju minn kull laqgħa. Għandha tintbagħat kopja lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7.

4.   Abbozz tal-konklużjonijiet operazzjonali ta' kull laqgħa għandu jitfassal mis-Segretarju tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni tal-Parti li jkollha l-presidenza tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, u għandu jiġi ċċirkolat lill-Partijiet flimkien mal-aġenda, normalment mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. Dan l-abbozz għandu jiġi aġġornat matul il-laqgħa sabiex fi tmiem il-laqgħa, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jadotta l-konklużjonijiet operazzjonali, li jirriflettu l-azzjonijiet ta' segwitu li kien hemm qbil dwarhom mill-Partijiet. Ladarba jkun hemm qbil dwarhom, il-konklużjonijiet operazzjonali għandhom ikunu mehmużin mal-minuti u l-implimentazzjoni tagħhom għandha tiġi eżaminata mill-ġdid waqt kull laqgħa sussegwenti tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni. Għal dan il-għan il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jadotta mudell, li jippermetti li kull punt ta' azzjoni jiġi identifikat fi skadenza speċifika.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.   Fil-każijiet speċifiċi fejn il-Ftehim jagħti s-setgħa lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni li jieħu deċiżjonijiet jew fejn tali setgħa tkun ġiet iddelegata lilu mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, id-deċiżjonijiet jittieħdu minnu. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jagħmel ukoll rakkomandazzjonijiet. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom isiru bi qbil reċiproku bejn il-Partijiet u meta jitlestew il-proċeduri interni rispettivi. Kull deċiżjoni jew rakkomandazzjoni għandha tiġi ffirmata mill-President tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u awtentikata mis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

2.   Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jista' jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk il-Partijiet jaqblu li jsir dan. Il-proċedura bil-miktub tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn is-Segretarji, li jaġixxu bi ftehim mal-Partijiet. Għal dan il-għan, it-test tal-proposta jitqassam skont l-Artikolu 7, b'limitu ta' żmien ta' mhux anqas minn 21 jum kalendarju li fih kull riżerva jew emenda trid tiġi mgħarrfa. Il-President jista' jqassar il-perjodi ta' żmien speċifikati f'dan il-paragrafu biex jieħu kont ta' ċirkostanzi speċjali, b'konsultazzjoni mal-Partijiet. Ladarba jintlaħaq qbil dwar it-test, id-deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni għandha tiġi ffirmata mill-President u awtentikata mis-Segretarji.

3.   L-atti tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandhom jiġu intitolati “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni” rispettivament. Kull deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha sakemm din ma tipprovdix mod ieħor.

4.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu ċċirkolati lill-Partijiet.

5.   Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

Artikolu 12

Rapporti

Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jirrapporta lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni dwar l-attivitajiet tiegħu u dawk tas-sottokumitati, il-gruppi ta' ħidma u l-korpi l-oħra tiegħu f'kull laqgħa regolari tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

Artikolu 13

Lingwi

1.   Il-lingwi uffiċjali tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom ikunu l-lingwi uffiċjali tal-Partijiet.

2.   Il-lingwi ta' ħidma tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandhom ikunu l-Ingliż u l-Ġeorġjan. Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mfassla f'kull waħda minn dawk il-lingwi.

Artikolu 14

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tkopri l-ispejjeż li tagħmel minħabba l-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, kemm fir-rigward tal-persunal, l-ivvjaġġar u l-ispejjeż ta' sussistenza kif ukoll fir-rigward tal-ispejjeż ta' posta u telekomunikazzjoni.

2.   L-ispejjeż marbutin mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandhom jitħallsu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

3.   L-ispejjeż marbutin ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat, u t-traduzzjoni ta' dokumenti għal jew mill-Ingliż u l-Ġeorġjan kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) għandhom jitħallsu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

L-interpretazzjoni u t-traduzzjoni għal jew minn lingwi oħra għandhom jitħallsu direttament mill-Parti li tagħmel it-talba.

4.   F'każijiet fejn tkun meħtieġa t-traduzzjoni ta' dokumenti bil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, in-nefqa għandha titħallas mill-Unjoni.

Artikolu 15

L-emendament tar-Regoli ta' Proċedura

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati b'deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni skont l-Artikolu 408(1) tal-Ftehim.

Artikolu 16

Sottokumitati, kumitati jew korpi speċjali

1.   Skont l-Artikolu 409(1) u (3) tal-Ftehim, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jista' jiddeċiedi li jistabbilixxi kwalunkwe sottokumitat f'oqsma speċifiċi neċessarju għall-implimentazzjoni tal-Ftehim minbarra dawk li hemm stipulati fil-Ftehim, sabiex jgħin lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fit-twettiq ta' dmirijietu. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jista' jiddeċiedi li jtemm tali sottokumitat u jiddefinixxi jew jemenda r-regoli ta' proċedura tiegħu. Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, kwalunkwe tali sottokumitat għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, li lilu għandu jirrapporta wara kull laqgħa.

2.   Sakemm ma jkunx previst mod ieħor mill-Ftehim jew miftiehem fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, dawn ir-Regoli ta' Proċeduri għandhom jiġu applikati mutatis mutandis għal kull sottokumitat kif imsemmi fil-paragrafu 1.

3.   Il-laqgħat tas-sottokumitati jistgħu jinżammu b'mod flessibbli skont il-bżonn, personalment, fi Brussell jew u fil-Ġeorġja jew pereżempju permezz ta' vidjokonferenza. Is-sottokumitati għandhom iservu bħala pjattaforma biex jiġi sorveljat il-progress dwar l-approssimazzjoni f'oqsma speċifiċi, biex jiġu diskussi ċerti kwistjonijiet u sfidi li jirriżultaw minn dan il-proċess u biex jiġu fformulati rakkomandazzjonijiet u konklużjonijiet operazzjonali.

4.   Is-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jirċievi kopja tal-korrespondenza, dokumenti u komunikazzjonijiet rilevanti kollha li jikkonċernaw sottokumitat, kumitat jew korp speċjali.

5.   Sakemm mhux stipulat mod ieħor fil-Ftehim jew miftiehem mill-Partijiet fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, kwalunkwe sottokumitat, kumitat jew korp speċjali għandu jkollu biss is-setgħa li jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

Artikolu 17

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandhom japplikaw mutandis mutatis għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor.


5.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/70


DEĊIŻJONI Nru 2/2014 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-ĠEORĠJA

tas-17 ta' Novembru 2014

dwar l-istabbiliment ta' żewġ Sottokumitati [2015/2262]

IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-ĠEORĠJA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) u b'mod partikolari l-Artikolu 409 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 431 il-Ftehim, partijiet mill-Ftehim jiġu applikati provviżorjament mill-1 ta' Settembru 2014.

(2)

Skont l-Artikolu 409(2) tal-Ftehim il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jiddeċiedi li jistabbilixxi kwalunkwe kumitat jew korp f'oqsma speċifiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Ftehim li jista' jassisti l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu.

(3)

Sabiex jippermettu diskussjonijiet fil-livell ta' esperti dwar l-oqsma ewlenin li jaqgħu fl-ambitu tal-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim, għandhom jiġu stabbiliti żewġ sottokumitati.

(4)

Bi ftehim tal-Partijiet, għandu jkun possibbli li jiġu modifikati l-lista ta' sottokumitati u l-ambitu tas-sottokumitati individwali,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan stabbiliti s-Sottokumitati elenkati fl-Anness.

Artikolu 2

Ir-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitati elenkati fl-Anness huma regolati mill-Artikolu 16 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u tas-Sottokumitati kif adottati bid-Deċiżjoni Nru 1/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE — Ġeorġja.

Artikolu 3

Bil-qbil tal-Partijiet, jistgħu jsiru modifiki fil-lista tas-Sottokumitati elenkati fl-Anness u fl-ambitu tas-Sottokumitati individwali elenkati fl-Anness.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2014.

Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni

Il-Presidenza

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 261, 30.8.2014, p. 4.


ANNESS

LISTA TA' SOTTOKUMITATI

(1)

Sottokumitat għal-Libertà, Sigurtà u Ġustizzja

(2)

Sottokumitat għall-Kooperazzjoni fl-Ekonomija u f'Setturi Oħrajn


5.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/72


DEĊIŻJONI Nru 3/2014 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-ĠEORĠJA

tas-17 ta' Novembru 2014

dwar id-delega ta' ċerti setgħat mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ [2015/2263]

IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-ĠEORĠJA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) u b'mod partikolari l-Artikolu 406(3) u l-Artikolu 408(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 431 tal-Ftehim, partijiet tal-Ftehim ġew applikati provviżorjament mill-1 ta' Settembru 2014,.

(2)

Skont l-Artikolu 404(1) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni huwa responsabbli sabiex jissorvelja u jimmonitorja l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim.

(3)

Skont l-Artikolu 408(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jiddelega lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni kull waħda mis-setgħat li għandu, inkluża s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet vinkolanti.

(4)

Skont l-Artikolu 408(4) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jiltaqa' f'konfigurazzjoni speċifika sabiex jindirizza l-kwistjonijiet kollha relatati mat-Titolu IV (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim.

(5)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni bla xkiel u f'waqtha tal-parti tal-Ftehim relatata maż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Profonda u Komprensiva, huwa xieraq li l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jiddelega s-setgħa tal-aġġornament jew l-emendament tal-Annessi tal-Ftehim li jikkonċernaw il-Kapitoli 1, 3, 5, 6 u 8 tat-Titlu IV (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif stipulat fl-Artikolu 408(4) tal-Ftehim, sa fejn ma hemmx dispożizzjonijiet speċifiċi f'dawk il-Kapitoli tal-Ftehim relatati mal-aġġornament jew l-emendament ta' dawk l-Annessi tal-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni b'dan jiddelega s-setgħa tal-aġġornament jew l-emendament tal-Annessi tal-Ftehim li jikkonċernaw il-Kapitoli 1, 3, 5, 6 (Anness XV-C tal-Ftehim) u 8 tat-Titlu IV (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif stipulat fl-Artikolu 408(4) tal-Ftehim, sa fejn ma hemmx dispożizzjonijiet speċifiċi f'dawk il-Kapitoli relatati mal-aġġornament jew l-emendament ta' dawk l-Annessi.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2014.

Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni

Il-Presidenza

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 261, 30.8.2014, p. 4.