ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 314

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
1 ta' Diċembru 2015


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva (UE) 2015/2203 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati ma' kaseini u kaseinati maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2204 tat-30 ta' Novembru 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

10

 

*

Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205 tas-6 ta' Awwissu 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar ( 1 )

13

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2206 tat-30 ta' Novembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1238/95 fir-rigward tat-tariffi pagabbli lill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti

22

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2207 tat-30 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

25

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew (UE) 2015/2208 tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013

27

 

 

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013

29

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew (UE) 2015/2209 tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013

32

 

*

Deċiżjoni (UE) 2015/2210 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013

34

 

 

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013

36

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew (UE) 2015/2211 tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013

39

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew (UE) 2015/2212 tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013

41

 

 

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013

43

 

*

Deċiżjoni (UE) 2015/2213 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013

46

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew (UE) 2015/2214 tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

48

 

 

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

49

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2215 tat-30 ta' Novembru 2015 b'appoġġ għall-UNSCR 2235 (2015), li tistabbilixxi mekkaniżmu ta' investigazzjoni konġunt bejn l-OPCW u n-NU sabiex jiġu identifikati l-awturi ta' attakki kimiċi fir-Repubblika Għarbija Sirjana

51

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2216 tat-30 ta' Novembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

58

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2217 tas-27 ta' Novembru 2015 dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-vajrus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer mil-Libja u mill-Marokk (notifikata bid-dokument C(2015) 8223)  ( 1 )

60

 

*

Deċiżjoni (UE) 2015/2218 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta' Novembru 2015 dwar il-proċedura biex jiġu esklużi membri tal-persunal mis-suppożizzjoni li kellhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta' istituzzjoni tal-kreditu taħt superviżjoni (BĊE/2015/38)

66

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2075 tat-18 ta' Novembru 2015 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-abamektin, għad-desmedifam, għad-diklorprop-P, għall-aloksifop-P, għall-oriżalin u għall-fenmedifam f'ċerti prodotti jew fuqhom ( ĠU L 302, 19.11.2015 )

72

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

1.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/1


DIRETTIVA (UE) 2015/2203 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Novembru 2015

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati ma' kaseini u kaseinati maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE (3) tipprevedi l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati ma' ċerti lattoproteini (il-kaseini u l-kaseinati) maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Mid-dħul fis-seħħ ta' dik id-Direttiva seħħew diversi bidliet, b'mod partikolari l-iżvilupp ta' qafas legali komprensiv fil-qasam tal-liġi dwar l-ikel u l-adozzjoni ta' standard internazzjonali għal prodotti tal-kaseina li tittiekel mill-Kummissjoni Codex Alimentarius ('standard tal-Codex għal prodotti tal-kaseina li tittiekel'), li jeħtieġ li jiġu kkunsidrati.

(2)

Id-Direttiva 83/417/KEE tagħti setgħat lill-Kummissjoni biex din timplimenta xi wħud mid-dispożizzjonijiet tagħha. B'konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, jeħtieġ li dawk is-setgħat jiġu allinjati mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(3)

Fl-interessi taċ-ċarezza, id-Direttiva 83/417/KEE għandha għalhekk titħassar u tinbidel b'Direttiva ġdida.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) fih regoli ġenerali, orizzontali u uniformi tal-Unjoni dwar l-adozzjoni ta' miżuri ta' emerġenza għall-ikel u l-għalf . Id-dispożizzjonijiet relatati tad-Direttiva 83/417/KEE għalhekk ma għadhomx meħtieġa.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) fih regoli ġenerali, orizzontali u uniformi tal-Unjoni dwar il-metodi ta' teħid ta' kampjuni u l-analiżi tal-oġġetti tal-ikel. Id-dispożizzjonijiet relatati tad-Direttiva 83/417/KEE għalhekk ma għadhomx meħtieġa.

(6)

Taħt ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), għandha tingħata informazzjoni biżżejjed f'relazzjonijiet bejn negozju u ieħor sabiex jiġu ggarantiti l-preżenza u l-preċiżjoni tal-informazzjoni dwar l-ikel għall-konsumatur finali. Peress li l-prodotti koperti b'din id-Direttiva huma maħsuba sabiex jinbiegħu minn negozju għal ieħor, għat-tħejjija ta' prodotti tal-ikel, jixraq li r-regoli speċifiċi diġà inklużi fid-Direttiva 83/417/KEE jinżammu, jiġu adattati għall-qafas legali attwali u jiġu ssimplifikati. Dawn ir-regoli speċifiċi għandhom jipprevedu l-informazzjoni li għandha tingħata għall-prodotti koperti b'din id-Direttiva, f'relazzjonijiet bejn negozju u ieħor, minn naħa waħda, sabiex issir disponibbli lill-operaturi kummerċjali tal-ikel l-informazzjoni li jeħtieġu għat-tikkettar tal-prodotti finali, pereżempju fir-rigward tal-allerġeni, u, min-naħa l-oħra, biex jiġi evitat li dawk il-prodotti jiġu konfużi ma' prodotti simili li ma jkunux maħsuba għall-konsum mill-bniedem.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jistabbilixxi definizzjoni ta' addittivi alimentari u għajnuniet għall-ipproċessar imsejħa awżiljari teknoloġiċi fid-Direttiva 83/417/KEE. Konsegwentement, din id-Direttiva għandha tuża t-termini “addittivi tal-ikel” u “għajnuniet ta' pproċessar” minflok “awżiljarji teknoloġiċi”. Tali użu ta' terminoloġija jkun ukoll konformi mal-istandard tal-Codex għal prodotti tal-kaseina li jittieklu.

(8)

Termini u referenzi oħra użati fl-Annessi għad-Direttiva 83/417/KEE għandhom jiġu adattati biex jiġu kkunsidrati dawk użati fir-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u fir-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(9)

L-Anness I tad-Direttiva 83/417/KEE jiffissal-kontenut massimu tal-umdità għall-kaseini li jittieklu għal 10 % u l-kontenut massimu tal-grass tal-ħalib għall-kaseina aċiduża li tittiekel għal 2,25 %. Meta jitqies li l-istandard tal-Codex għal prodotti tal-kaseina li tittiekel jiffissa dawk il-parametri fi 12 % u 2 % rispettivament, il-parametri korrispondenti għandhom jiġu stabbiliti f'konformità ma' dak l-istandard sabiex ikunu evitati distorzjonijiet fil-flussi kummerċjali.

(10)

Sabiex minnufih tadatta jew taġġorna l-elementi tekniċi li jinsabu fl-Annessi ta' din id-Direttiva biex jitqiesu l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti jew il-progress tekniku, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istandards applikabbli għal kaseini u kaseinati li jittieklu stabbiliti fl-Annessi I u II. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni jkollha konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(11)

Minħabba li l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri li permezz tal-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri jiġi faċilitat il-moviment liberu tal-kaseini u l-kaseinati maħsuba għall-konsum mill-bniedem filwaqt li jkun ipprovdut livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa, u li d-dispożizzjonijiet eżistenti jinġiebu konformi mal-leġiżlazzjoni ġenerali tal-Unjoni dwar l-ikel u mal-istandards internazzjonali, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala jew l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Din id-Direttiva tapplika għall-kaseini u l-kaseinati li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem u t-taħlitiet tagħhom.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“kaseina aċiduża li tittiekel” tfisser prodott tal-ħalib miksub permezz tas-separazzjoni, il-ħasil u t-tnixxif ta' koagulat preċipitat aċiduż ta' ħalib xkumat u/jew ta' prodotti oħra magħmulin mill-ħalib;

(b)

“kaseina mill-kimożina li tittiekel” tfisser prodott tal-ħalib miksub permezz tas-separazzjoni, il-ħasil u t-tnixxif ta' koagulat ta' ħalib xkumat u/jew prodotti oħra miksuba mill-ħalib; il-koagulat jinkiseb permezz tar-reazzjoni tal-kimożina jew enzimi koagulanti oħrajn;

(c)

“kaseinati li jittieklu” tfisser prodott tal-ħalib miksub b'azzjoni ta' kaseina li tittiekel jew il-koagulat tal-baqta tal-kaseina li tittiekel b'aġenti newtralizzanti, segwit minn tnixxif.

Artikolu 3

Obbligi tal-Istati Membri

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li:

(a)

il-prodotti tal-ħalib iddefiniti fl-Artikolu 2 jitqiegħdu fis-suq, bl-ismijiet speċifikati hemmhekk, biss jekk dawn jikkonformaw mar-regoli stipulati f'din id-Direttiva u l-istandards imniżżla fl-Annessi I u II; u

(b)

il-kaseini u l-kaseinati li ma jikkonformawx mal-istandards imniżżla fil-punti (b) u (c) tat-Taqsima I tal-Anness I, punti (b) u (c) tat-Taqsima II tal-Anness I jew il-punti (b) u (c) tal-Anness II, ma jintużawx għat-tħejjija tal-ikel u li, fejn jitqiegħdu fis-suq legalment għal skopijiet oħrajn, jissemmew u jiġu ttikkettati b'tali mod li x-xerrej ma jiġix imqarraq dwar in-natura, il-kwalità jew l-użu maħsub tagħhom.

Artikolu 4

Tikkettar

1.   Id-dettalji li ġejjin għandhom jiġu mmarkati fuq il-pakketti, il-kontenituri jew it-tikketti tal-prodotti tal-ħalib definiti fl-Artikolu 2 b'ittri faċilment viżibbli, li jistgħu jinqraw b'mod ċar u li ma jitħassrux:

(a)

l-isem tal-prodotti tal-ħalib kif stabbilit fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 2 b'indikazzjoni, fil-każ ta' kaseinati li jittieklu, tal-katjon jew il-katjoni kif elenkati fil-punt (d) tal-Anness II;

(b)

fil-każ tal-prodotti mqiegħda fis-suq bħala taħlitiet:

(i)

il-kliem “taħlita ta'…” segwiti mill-ismijiet tal-prodotti differenti li minnhom hi magħmula t-taħlita, f'ordni dixxendenti tal-piż,

(ii)

indikazzjoni tal-katjon jew il-katjoni, kif elenkati fil-punt (d) tal-Anness II, fil-każ ta' kaseinati li jittieklu,

(iii)

il-kontenut tal-proteini fil-każ tat-taħlitiet li jkun fihom il-kaseinati li jittieklu;

(c)

il-kwantità netta tal-prodotti, espressa f'kilogrammi jew grammi;

(d)

l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-operatur kummerċjali tal-ikel li taħt ismu, jew taħt isem in-negozju tiegħu, il-prodott jiġi kkummerċjalizzat jew, jekk dak l-operatur kummerċjali tal-ikel ma jkunx stabbilit fl-Unjoni, l-importatur fis-suq tal-Unjoni;

(e)

fil-każ tal-prodotti importati minn pajjiżi terzi, l-isem tal-pajjiż tal-oriġini;

(f)

l-identifikazzjoni tal-lott tal-prodotti jew id-data tal-produzzjoni.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, id-dettalji msemmija fil-punt (iii) tal-punt (b) u fil-punti (c), (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu mmarkati biss f'dokument li jakkumpanja.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tal-ħalib definiti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 2 fit-territorju tagħhom jekk id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma jkunux immarkati b'lingwa li tinftiehem faċilment mix-xerrejja f'dak Istat Membru fejn dawk il-prodotti jitqiegħdu fis-suq, sakemm din l-informazzjoni ma tiġix provduta mill-operatur kummerċjali tal-ikel b'mezzi oħra. Dawk id-dettalji jistgħu jiġi mmarkati b'diversi lingwi.

3.   Fejn il-kontenut minimu ta' proteina tal-ħalib imniżżel fil-punt (a)2 tat-Taqsima I tal-Anness I, fil-punt (a)2 tat-Taqsima II tal-Anness I, u fil-punt (a)2 tal-Anness II jinqabeż fil-prodotti tal-ħalib definiti fl-Artikolu 2, dan il-fatt jista', mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra tal-liġi tal-Unjoni, jiġi adegwatament immarkat fuq il-pakketti, il-kontenituri jew it-tikketti tal-prodotti.

Artikolu 5

Delega ta' setgħa

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 6 sabiex temenda l-istandards imniżżla fl-Annessi I u II sabiex jitqiesu l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti u l-progress tekniku.

Artikolu 6

Eżerċizzju ta' delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni ssegwi l-prattika abitwali tagħha u li jkollha konsultazzjonijiet ma' esperti, inklużi esperti tal-Istati Membri, qabel ma tadotta l-atti delegati imsemmija fl-Artikolu 5.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 5 tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-21 ta' Diċembru 2015. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 5 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 5 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 7

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sat-22 ta' Diċembru 2016. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jirriferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 8

Tħassir

Id-Direttiva 83/417/KEE titħassar b'effett mit-22 ta' Diċembru 2016.

Ir-referenzi magħmula għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 10

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta' Novembru 2015

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

N. SCHMIT


(1)  ĠU C 424, 26.11.2014, p. 72.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ottubru 2015 (għadha mhijiex ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Novembru 2015

(3)  Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE tal-25 ta' Lulju 1983 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' ċerti lattoproteini (il-kaseini u l-kaseinati) maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 237, 26.8.1983, p. 25).

(4)  Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(5)  Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).

(6)  Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal- Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id- Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).

(7)  Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).

(8)  Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u r-Regolament (KE) Nru 258/97 (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7).


ANNESS I

KASEINI LI JITTIEKLU

I.   STANDARDS LI JAPPLIKAW GĦALL-KASEINI AĊIDUŻI LI JITTIEKLU

(a)   Fatturi essenzjali tal-kompożizzjoni

1.

Il-kontenut massimu ta' umdità

12 % skont il-piż

2.

Kontenut minimu ta' proteina tal-ħalib kalkulat fuq l-estratt imnixxef

90 % skont il-piż

li minnu l-kontenut minimu tal-kaseina

95 % skont il-piż

3.

Il-kontenut massimu ta' grass tal-ħalib

2 % skont il-piż

4.

L-aċidità massima li tista' tiġi ttitrata, espressa f'ml ta' soluzzjoni tas-sodju idrossidu deċinormali għal kull g

0,27

5.

Il-kontenut masssimu ta' rmied (inkluż il-P205)

2,5 % skont il-piż

6.

Il-kontenut massimu ta' lattożju anidru

1 % skont il-piż

7.

Il-kontenut massimu ta' sediment (partikuli maħruqin)

22,5 mg f'25 g

(b)   Kontaminanti

Il-kontenut massimu ta' ċomb

0,75 mg/kg

(c)   Impuritajiet

Materja barranija (bħal partikuli ta' injam jew metall, xagħar jew frammenti ta' insetti)

Xejn f'25 g

(d)   Għajnuniet għall-ipproċessar, kulturi batteriċi u ingredjenti awtorizzati

1.

aċidi

aċidu lattiku

aċidu idrokloriku

aċidu sulfuriku

aċidu ċitriku

aċidu aċetiku

aċidu ortofosforiku

2.

kulturi batteriċi li jipproduċu l-aċidu lattiku

3.

xorrox

(e)   Karatterisiċi organolettiċi

1.

:

Ir-riħa

:

L-ebda rwejjaħ barranin.

2.

:

Id-dehra

:

Kulur li jvarja minn abjad għall-kulur il-krema; il-prodott ma jistax ikollu fih biċċiet li ma jitfarrkux bi pressa ħafifa.

II.   STANDARDS LI JAPPLIKAW GĦALL-KASEINI MILL-KIMOŻINA LI JITTIEKLU

(a)   Fatturi essenzjali tal-kompożizzjoni

1.

Il-kontenut massimu ta' umdità

12 % skont il-piż

2.

Kontenut ta' proteina tal-ħalib minimu kkalkulat fuq l-estratt imnixxef

84 % skont il-piż

li minnu l-kontenut tal-kaseina minimu

95 % skont il-piż

3.

Il-kontenut massimu ta' grass tal-ħalib

2 % skont il-piż

4.

Il-kontenut minimu ta' rmied (inkluż il-P2O5)

7,5 % skont il-piż

5.

Il-kontenut massimu ta' lattożju anidru

1 % skont il-piż

6.

Il-kontenut massimu ta' sediment (partikuli maħruqin)

15 mg f'25 g

(b)   Kontaminanti

Il-kontenut massimu ta' ċomb

0,75 mg/kg

(c)   Impuritajiet

Materja barranija (bħal partikuli ta' injam jew metall, xagħar jew frammenti ta' insetti)

xejn f'25 g

(d)   Għajnuniet għall-ipproċessar

kimożina li tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1332/2008

enzimi oħra li jikkoagulaw il-ħalib u li jissodisfaw il-ħtiġijet tar-Regolament (KE) Nru 1332/2008.

(e)   Karatterisiċi organolettiċi

1.

:

Ir-riħa

:

L-ebda rwejjaħ barranin.

2.

:

Id-dehra

:

Kulur li jvarja minn abjad għall-kulur il-krema; il-prodott ma jistax ikollu fih biċċiet li ma jitfarrkux bi pressa ħafifa.


ANNESS II

KASEINATI LI JITTIEKLU

STANDARDS LI JAPPLIKAW GĦALL-KASEINATI LI JITTIEKLU

(a)   Fatturi essenzjali tal-kompożizzjoni

1.

Il-kontenut massimu ta' umdità

8 % skont il-piż

2.

Kontenut minimu ta' proteina tal-ħalib ikkalkulat fuq l-estratt imnixxef

88 % skont il-piż

li minnu l-kontenut minimu tal-kaseina

95 % skont il-piż

3.

Il-kontenut massimu ta' grass tal-ħalib

2 % skont il-piż

4.

Il-kontenut massimu ta' lattożju anidru

1 % skont il-piż

5.

Il-valur pH

6,0 sa 8,0

6.

Il-kontenut massimu ta' sediment (partikuli maħruqin)

22,5 mg f'25 g

(b)   Kontaminanti

Il-kontenut massimu ta' ċomb

0,75 mg/kg

(c)   Impuritajiet

Materja barranija (bħal partikuli ta' injam jew metall, xagħar jew frammenti ta' insetti)

Xejn f'25 g

(d)   Addittivi tal-ikel

(l-aġenti newtralizzanti u li jservu biex inaqqsu l-qawwa, mhux mandatorji)

idrossidi

karbonati

fosfati

ċitrati

ta'

sodju

potassju

kalċju

ammonju

manjeżju

(e)   Karatteristiċi

1.

:

Ir-riħa

:

Togħmiet u rwejjaħ barranin ħfief ħafna.

2.

:

Id-dehra

:

Kulur li jvarja minn abjad għall-kulur il-krema; il-prodott ma jistax ikollu fih biċċiet li ma jitfarrkux bi pressa ħafifa.

3.

:

Solubbiltà

:

Kważi solubbli għal kollox fl-ilma ddistillat, għajr għall-kalċju tal-kaseina.


ANNESS III

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Id-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikoli 1 u 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 5

Artikolu 6(1)

Artikolu 6(2)

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 12

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 13

Artikolu 10

Anness I, taqsima I

Artikolu 2, punti (a) u (b)

Anness I, taqsima II

Anness I, taqsima I

Anness I, taqsima III

Anness I, taqsima II

Anness II, taqsima I

Artikolu 2, punt (c)

Anness II, taqsima II

Anness II

Anness III


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

1.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2204

tat-30 ta' Novembru 2015

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.

(2)

Permezz tas-sentenza tagħha tat-18 ta' Settembru 2015 fil-Kawża T-121/13, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat id-Deċiżjoni tal-Kunsill biex tiġi inkluża Oil Industry Pension Fund Investment Company (OPIC) fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012.

(3)

OPIC għandha terġa' tiġi inkluża fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, abbażi ta' dikjarazzjoni ġdida tar-raġunijiet.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2015..

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


(1)  ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1.


ANNESS

L-entità elenkata hawn taħt hija mdaħħla fil-lista li tinsab fil-Parti I tal-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012:

I.   Persuni u entitajiet involuti f'attivitajiet fir-rigward ta' missili nukleari jew ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.

B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“159.

Oil industry Pension Fund Investment Company (OPIC)

No 234, Taleghani St, Teheran, Iran

OPIC tipprovdi appoġġ sinifikanti lill-Gvern tal-Iran billi tipprovdi riżorsi finanzjarji u servizzi ta' finanzjament għal proġetti ta' żvilupp ta' żejt u gass għal diversi entitajiet marbuta mal-Gvern tal-Iran, inkluż sussidjarji ta' kumpanniji tal-Istat (NIOC). Barra minn hekk, OPIC kellha taħt is-sjieda tagħha IOEC (Iranian Offshore Engineering Construction Co.) li hija ddeżinjata mill-UE li tipprovdi appoġġ loġistiku lill-Gvern tal-Iran.

Is-settur taż-żejt u l-gass jikkostitwixxi sors sinifikanti ta' finanzjament għall-Gvern tal-Iran, u hemm rabta potenzjali bejn id-dħul tal-Iran miż-żejt li ġej mis-settur tal-enerġija tiegħu u l-finanzjament ta' attivitajiet tal-Iran marbutin mal-proliferazzjoni.

Id-Direttur Maniġerjali ta' OPIC huwa Naser Maleki, li huwa individwu ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti bħala Kap ta' Shahid Hemat Industrial Group (SHIG) u wkoll uffiċjal ta' MODAFL (Ministeru Iranjan għad-Difiża u l-Loġistika tal-Forzi Armati) li jissorvelja l-ħidma marbuta mal-programm tal-missili ballistiċi Shahab 3 (il-missili ballistika ta' medda twila tal-Iran operattiva bħalissa). SHIG huwa entità ddeżinjata min-Nazzjonijiet Uniti għar-raġuni li huwa entità li taqa' taħt l-Aerospaces Industries Organisation (AIO), li hi entità ddeżinjata mill-UE) u peress li hi involuta fil-programm tal-missili ballistiċi tal-Iran. Għaldaqstant, OPIC hi assoċjata direttament mal-attivitajiet nukleari tal-Iran marbutin mal-proliferazzjoni jew l-iżvilupp ta' sistemi ta' kunsinna ta' armi nukleari.

1.12.2015”


1.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/13


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2205

tas-6 ta' Awwissu 2015

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) ġiet notifikata bil-klassijiet ta' derivattivi b'rati tal-imgħax barra l-Borża (OTC) li ċerti kontropartijiet ċentrali (CCPs) ingħataw awtorizzazzjoni li jikklerjaw. Għal kull waħda minn dawn il-klassijiet, l-ESMA evalwat il-kriterji li huma essenzjali biex tissuġġettahom għall-obbligu tal-ikklerjar, inkluż il-livell ta' standardizzazzjoni, il-volum u l-likwidità, u d-disponibilità tal-informazzjoni dwar il-prezz. Bl-objettiv fuq kollox tat-tnaqqis ta' riskju sistemiku, l-ESMA stabbiliet il-klassijiet ta' derivattivi b'rata tal-imgħax OTC li għandhom jiġu suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar skont il-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 648/2012.

(2)

Il-kuntratti dwar derivattivi b'rata tal-imgħax OTC jista' jkollhom ammont nozzjonali kostanti, ammont nozzjonali varjabbli jew inkella ammont nozzjonali kondizzjonali. Kuntratti b'ammont nozzjonali kostanti jkollhom ammont nozzjonali li ma jvarjax matul iż-żmien li fih jibqa' validu l-kuntratt. Kuntratti b'ammont nozzjonali varjabbli jkollhom ammont nozzjonali li jvarja b'mod prevedibbli matul iż-żmien li fih jibqa' validu l-kuntratt. Kuntratti b'ammont nozzjonali kundizzjonali jkollhom ammont nozzjonali li jvarja b'mod mhux previdibbli matul iż-żmien li fih jibqa' validu l-kuntratt. Ammonti nozzjonali kondizzjonali jżidu mal-kumplessità tal-ipprezzar u l-ġestjoni tar-riskju, assoċjati ma' kuntratti dwar derivattivi b'rata tal-imgħax OTC u għalhekk mal-abilità tas-CCPs li jikklerjawhom. Dan il-fattur għandu jittieħed f'kunsiderazzjoni meta jiġu definiti l-klassijiet ta' derivattivi b'rati tal-imgħax OTC li għandhom jkunu suġġett għall-obbligu ta' kklerjar.

(3)

Meta jkun qed jiġi ddeterminat liema klassijiet ta' kuntratti ta' derivattivi OTC għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar, għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni n-natura speċifika tal-kuntratti tad-derivattivi OTC li jiġu konklużi ma' min joħroġ bonds koperti jew ma' “cover pools” ta' bonds koperti. F'dan ir-rigward, il-klassijiet ta' derivattivi b'rati tal-imgħax OTC suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar taħt dan ir-Regolament ma għandhomx jinkludu kuntratti konklużi ma' min joħroġ bonds koperti jew ma' “cover pools” ta' bonds koperti, sakemm huma jkunu jissodisfaw ċerti kundizzjonjiet.

(4)

Kontropartijiet differenti għandhom bżonn perjodu differenti ta' żmien biex jistabbilixxu l-arranġamenti neċessarji biex jikklerjaw id-derivattivi b'rati tal-imgħax OTC li jkunu suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar. Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm implimentazzjoni ordnata u f'ħinha ta' dak l-obbligu, il-kontropartijiet għandhom jiġu kklasifikati f'kategoriji li fihom kontropartijiet li jkollhom karatteristiċi suffiċjentement simili jkunu suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar mill-istess data.

(5)

L-ewwel kategorija għandha tinkludi kemm kontropartijiet finanzjarji kif ukoll mhux finanzjarji li, fid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, ikunu membri tal-ikklerjar ta' mill-anqas waħda mis-CCPs relevanti u li għall-anqas waħda mill-klassijiet ta' derivattivi b'rati tal-imgħax OTC suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar, peress li dawk il-kontropartijiet diġà jkollhom esperjenza bl-ikklerjar volontarju u jkunu diġà stabbilew il-konnessjonijiet ma' dawk is-CCPs biex jikklerjaw mill-anqas waħda minn dawk il-klassijiet. kontropartijiet mhux finanzjarji li jkunu membri tal-ikklerjar għandhom ukoll jiġu inklużi f'din l-ewwel kategorija peress li l-esperjenza u l-preparazzjoni tagħhom lejn l-ikklerjar ċentrali hija kumparabbli ma' dik ta' kontropartijiet finanzjarji inklużi fiha.

(6)

It-tieni u t-tielet kategorija għandhom jinkludu kontropartijiet finanzjarji mhux inklużi fl-ewwel kategorija, miġbura skont il-livelli tagħhom ta' kapaċità ġuridika u operattiva rigward id-derivattivi OTC. Il-livell ta' attività f'derivattivi OTC għandu jservi ta' bażi għad-differenzjazzjoni tal-grad ta' kapaċità ġuridika u operattiva tal-kontropartijiet finanzjarji, u għatba kwantitattiva għandha tiġi għalhekk stabbilita għal diviżjoni bejn it-tieni u t-tielet kategorija abbażi tal-ammont nozzjonali medju aggregat fi tmiem ix-xahar ta' derivattivi kklerjati mhux ċentrali. Dik l-għatba għandha tiġi stabbilita f'livell xieraq biex jiġu differenzjati parteċipanti iżgħar fis-suq, filwaqt li xorta tkun taqbad livell sinifikanti ta' riskju taħt it-tieni kategorija. L-għatba għandha wkoll tkun allinjata mal-għatba maqbula f'livell internazzjonali marbuta mar-rekwiżiti ta' marġini għal derivattivi mhux ikklerjati ċentralment sabiex tittejjeb il-konverġenza regolatorja u jiġu limitati l-kosti ta' konformità għall-kontropartijiet. Bħal fil-każ ta' dawk l-istandards internazzjonali, filwaqt li l-għatba tapplika b'mod ġenerali fil-livell ta' grupp meta wieħed iqis ir-riskji potenzjali kondiviżi fi ħdan il-grupp, fil-każ ta' fondi ta' investiment l-għatba għandha tiġi applikata b'mod separat għal kull fond peress li r-responsabbilitajiet ta' fond mhumiex normalment affettwati mir-responsabbilitajiet ta' fondi oħra jew l-amministratur tal-investiment tagħhom. Għalhekk l-għatba għandha tiġi applikata b'mod separat għal kull fond sakemm, fil-każ ta' insolvenza jew falliment tal-fond, kull fond ta' investiment ikun jikkostitwixxi ġabra ta' assi kompletament separata u protetta li ma tkun kollateralizzata, garantita jew appoġġjata minn fondi oħra ta' investiment jew mill-amministratur tal-investiment innifsu.

(7)

Ċerti fondi ta' investiment alternattivi (“AIFs”) ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta' kontropartijiet finanzjarji skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 għalkemm għandhom grad ta' kapaċità operattiva fir-rigward ta' kuntratti ta' derivattivi OTC simili għal dak ta' AIFs li jaqgħu taħt dik id-definizzjoni. Għalhekk l-AIFs li jiġu kklassifikati bħala kontropartijiet mhux finanzjarji għandhom jiġu inklużi fl-istess kategoriji ta' kontropartijiet bħal AIFs ikklassifikati bħala kontropartijiet finanzjarji.

(8)

Ir-raba' kategorija għandha tinkludi kontropartijiet mhux finanzjarji mhux inklużi fil-kategoriji l-oħra, meta jitqiesu l-esperjenza u l-kapaċità aktar limitata tagħhom b'derivattivi OTC u b'ikklerjar ċentrali mill-kategoriji l-oħra ta' kontropartijiet.

(9)

Id-data li fiha l-obbligu tal-ikklerjar jidħol fis-seħħ fil-każ ta' kontropartijiet fl-ewwel kategorija għandha tieħu f'kunsiderazzjoni l-fatt li huma jista' ma jkollhomx il-konnessjonijiet neċessarji preeżistenti mas-CCPs għall-klassijiet kollha suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar. Barra minn dan, il-kontropartijiet f'din il-kategorija jikkostitwixxu l-punt ta' aċċess għall-ikklerjar għal kontropartijiet li ma humiex membri tal-ikklerjar, bl-istennija li l-ikljerjar tal-klijenti u ikklerjar indirett tal-klijenti jiżdied b'mod sostanzjali bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tal-obbligu tal-ikklerjar. Fl-aħħarnett, din l-ewwel kategorija ta' kontropartijiet tifforma parti sinifikanti mill-volum ta' derivattivi b'rata ta' imgħax OTC li diġà huma kklerjati, u l-volum tat-tranżazzjonijiet li għandhom jiġu kklerjati se jiżdied b'mod sinifikanti wara d-data li fiha l-obbligu tal-ikklerjar stabbilit b'dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ. Għalhekk, għandu jiġi stabbilit perjodu ta' żmien raġjonevoli ta' sitt xhur għall-kontropartijiet fl-ewwel kategorija biex iħejju għall-ikklerjar ta' klassijiet addizzjonali, sabiex jittrattaw iż-żieda fl-ikklerjar tal-klijenti u l-ikklerjar indirett tal-klijenti u jadattaw għal volumi li jiżdiedu ta' tranżazzjonijiet li għandhom jiġu kklerjati.

(10)

Id-data li fiha l-obbligu tal-ikklerjar jidħol fis-seħħ fil-każ ta' kontropartijiet fit-tieni u t-tielet kategoriji għandh tieħu f'kunsiderazzjoni l-fatt li l-biċċa l-kbira minnhom jakkwistaw aċċess għal CCP billi jsiru klijent jew klijent indirett ta' membri tal-ikklerjar. Jista' jkun hemm bżonn ta' bejn 12 u 18-il xahar għal dan il-proċess, skont il-kapaċità ġuridika u operattiva tal-kontropartijiet u l-livell tagħhom ta' tħejjija rigward l-istabbiliment tal-arranġamenti ma membri tal-ikklerjar li jkunu neċessarji għall-ikklerjar tal-kuntratti.

(11)

Id-data li fiha l-obbligu tal-ikklerjar jidħol fis-seħħ fil-każ tal-kontropartijiet fir-raba' kategorija għandha tieħu f'kunsiderazzjoni l-kapaċità ġuridika u operattiva tagħhom, u l-esperjenza aktar limitata tagħhom b'derivattivi OTC u l-ikklerjar ċentrali minn kategoriji oħra ta' kontropartijiet.

(12)

Fil-każ ta' kuntratti ta' derivattivi OTC konklużi bejn kontroparti stabbilita f'pajjiż terz u kontroparti oħra stabbilita fl-Unjoni li tkun tappartjeni għall-istess grupp u li jkunu inklużi fl-istess konsolidazzjoni fuq bażi sħiħa u li jkunu suġġetti għal evalwazzjoni ta' riskju xierqa u ċentralizzata, proċeduri ta' kejl u ta' kontroll, għandha tingħata data differita ta' applikazzjoni tal-obbligu tal-ikkljerjar. L-applikazzjoni differita għandha tiżgura li dawk il-kuntratti li ma jkunux suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar għal perjodu limitat ta' żmien fin-nuqqas ta' atti implimentattivi skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 li jkopri l-kuntratti ta' derivattivi OTC stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament u għar-rigward tal-ġurisdizzjoni fejn tkun stabbilita l-kontroparti mhux tal-Unjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu fil-pożizzjoni li jivverifikaw minn qabel li l-kontropartijiet li jikkonkludu dawk il-kuntratti jkunu jappartjenu għall-istess grupp u jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet l-oħra ta' tranżazzjonijiet intragrupp skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012.

(13)

Għall-kuntrarju ta' derivattivi OTC li l-kontropartijiet tagħhom ikunu kontropartijiet mhux finanzjarji, meta l-kontropartijiet għal kuntratti ta' derivattivi OTC ikunu kontropartijiet finanzjarji, ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jirrekjedi l-applikazzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar għal kuntratti konklużi wara n-notifika lill-ESMA li ssegwi l-awtorizzazzjoni ta' CCP għall-ikklerjar ta' ċerta klassi ta' derivattivi OTC, iżda qabel id-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar, sakemm dan ikun ġustifikat mill-maturità residwa tat-tali kuntratti fid-data li fiha l-obbligu jidħol fis-seħħ. L-applikazjoni tal-obbligu tal-ikklerjar għal dawk il-kuntratti għandha ssegwi l-objettiv li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi u koerenti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Għandha sservi biex tinkiseb l-istabilità finanzjarja u t-tnaqqis ta' riskju sistemiku, kif ukoll biex jiġi żgurat li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi għall-parteċipanti kollha fis-suq meta tiġi dikjarata klassi ta' kuntratti ta' derivattivi OTC suġġett għall-obbligu ta' kklerjar. Il-maturità residwa minima għandha għalhekk tiġi ffissata fil-livell li jiżgura l-kisba ta' dawk l-objettivi.

(14)

Qabel ma jidħlu fis-seħħ standards tekniċi regolatorji adottati skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, il-kontropartijiet ma jistgħux jipprevedu jekk kuntratti ta' derivattivi OTC li jikkonkludu ikunux suġġetti għall-obbligu ta' kklerjar fid-data li fiha jidħol fis-seħħ dak l-obbligu. Din l-inċertezza għandha impatt sinifikanti fuq il-kapaċità tal-parteċipanti fis-suq li jiffissaw b'mod preċiż prezz għall-kuntratti ta' derivattivi OTC li huma jidħlu fihom peress li kuntratti kklerjati b'mod ċentrali huma suġġetti għal reġim kollaterali differenti minn kuntratti kklerjati mhux ċentralment. L-impożizzjoni ta' kuntratti ta' derivattiti OTC ikklerjati b'mod antiċipat konklużi qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, irrispettivament mill-maturità residwa fid-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar, tista' tillimita l-abbiltà tal-kontropartijiet li jiħħeġġjaw b'mod xieraq ir-riskji tas-suq tagħhom u jew ikollha impatt fuq il-funzjonament tas-suq u l-istabbilità finanzjarja, jew ma tħallihomx jeżerċitaw l-attivitajiet tas-soltu tagħhom billi jiħħeġġjaw b'mezzi xierqa oħra.

(15)

Barra minn dan, il-kuntratti ta' derivattivi OTC konklużi wara li dan ir-Regolament ikun daħal fis-seħħ u qabel ma jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar ma għandhomx ikun suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar sakemm il-kontropartijiet ta' dawn il-kuntratti ma jkunux jistgħu jistabbilixxu l-kategorija li huma inklużi fiha, jekk ikunux suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar għal kuntratt partikolari, inklużi t-tranżazzjonijiet intergrupp tagħhom, u qabel ma jkunu jistgħu jimplimentaw l-arranġamenti neċessarji biex jikkonkludu dawk il-kuntratti fil-kunsiderazzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar. Għalhekk, sabiex jinżamm il-funzjonament ordnat u l-istabbilità tas-suq, kif ukoll kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni bejn il-kontropartijiet, ikun xieraq li jiġi kkunsidrat li dawk il-kuntratti ma jkunux suġġett għall-obbligu tal-ikklerjar, irrispettivament mill-maturitajiet residwi tagħhom.

(16)

Il-kuntratti dwar derivattivi OTC konklużi wara n-notifika lill-ESMA li ssegwi l-awtorizzazzjoni ta' CCP li tiġi kklerjata ċerta klassi ta' derivattivi OTC, iżda qabel id-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar ma għandhomx ikunu suġġett għall-obbligu tal-ikkjerjar meta ma jkunux relevanti b'mod sinifikanti għar-riskju sistemiku jew meta l-issuġġettar ta' dawn il-kuntratti għall-obbligu tal-ikklerjar altrimenti jipperikola l-applikazzjoni uniformi u koerenti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Ir-riskju ta' kreditu tal-kontroparti assoċjata ma' kuntratti dwar derivattivi OTC b'maturitajiet aktar twal jibqa' fis-suq għal perjodu itwal minn dak assoċjat mad-derivattivi b'rati tal-imgħax OTC b'maturitajiet residwi baxxi. L-impożizzjoni ta' obbligu tal-ikklerjar fuq kuntratti b'maturijtajiet residwi qosra ikun jimplika piż fuq il-kontropartijiet li jkun sproporzjonat għal-livell ta' riskju mitigat. Barra minn dan, derivattivi OTC tar-rata tal-imgħax b'maturitajiet residwi baxxi jirrappreżentaw porzjon relattivament baxx mis-suq totali u għalhekk porzjon relattivament żgħir mir-riskju sistemiku totali assoċjat ma' dan is-suq. Il-maturitajiet residwi minimi għandhom għalhekk jiġu ffissati f'livell li jiżgura li l-kuntratti ma' maturitajiet li jifdal ta' mhux aktar minn ftit xhur ma jkunux suġġett għall-obbligu tal-ikklerjar.

(17)

Il-kontropartijiet fit-tielet kategorija iġorru sehem relattivament limitat tar-riskju sistemiku ġenerali u għandhom grad aktar baxx ta' kapaċità ġuridika u operattiva għar-rigward tad-derivattivi OTC minn kontropartijiet fl-ewwel u t-tieni kategorija. Elementi essenzjali tal-kuntratti dwar derivattivi OTC, inkluż l-ipprezzar ta' derivattivi b'rata tal-imgħax OTC suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar u konklużi qabel ma dak l-obbligu jkun daħal fis-seħħ se jkollhom jiġu adattati fi żmien perjodi qosra sabiex jinkorporaw l-ikkerjar li ma jseħħx qabel ma jkunu għaddew diversi xhur wara li jkun konkluż il-kuntratt. Dan il-proċess ta' ikklerjar antiċipat jinvolvi adattazzjonijiet importanti għall-mudell tal-ipprezzar u emendi għad-dokumentazzjoni ta' dawk il-kuntratti ta' derivattivi OTC. Il-kontropartijiet fit-tielet kategorija għandhom abilità limitata ħafna li jinkorporaw ikklerjar antiċipat fil-kuntratti tad-derivattivi OTC tagħhom. Għalhekk, l-impożizzjoni tal-ikklerjar ta' kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi qabel ma jkun ħa effett l-obbligu tal-ikklerjar għal dawk il-kontropartijiet jista' jillimita l-ħila tagħhom li jiħħeġġjaw ir-riskji tagħhom b'mod adegwat u jew ikollu impatt fuq il-funzjonament u l-istabilità tas-suq jew inkella ma jħallihomx jeżerċitaw l-attivitajiet normali tagħhom jekk ma jkunux jistgħu jibqgħu jiħħeġġjaw. Għalhekk, il-kuntratti ta' derivattivi OTC konklużi minn kontropartijiet fit-tielet kategorija qabel id-data li fiha l-obbligu tal-ikklerjar jidħol fis-seħħ ma għandhomx ikunu suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar.

(18)

Barra minn hekk, il-kuntratti ta' derivattivi OTC konklużi bejn il-kontropartijiet li jappartjenu għall-istess grupp jistgħu jiġu eżenti mill-ikklerjar, sakemm jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, sabiex tiġi evitata l-limitazzjoni tal-effiċjenza tal-proċessi ta' ġestjoni tar-riskju intragrupp u b'hekk jimminaw il-kisba tal-għan suprem tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Għalhekk, it-tranżazzjonijiet intragrupp li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet u li jkunu konklużi qabel id-data li fiha l-obbligu tal-ikklerjar jidħol fis-seħħ għal dawk it-tranżazzjonijiet ma għandhomx ikunu suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar.

(19)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess mill-ESMA lill-Kummissjoni.

(20)

Il-Kummissjoni infurmat lill-ESMA bl-intenzjoni tagħha li tapprova b'emendi l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji proposti mill-ESMA, skont il-proċedura stabbilita fil-ħames u s-sitt subparagrafi tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). L-ESMA adottat opinjoni formali dwar dawk l-emendi li hija ppreżentat lill-Kummissjoni.

(21)

L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa msejjes dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali, talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, u kkonsultat lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Klassijiet ta' derivattivi OTC suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar

1.   Il-klassijiet ta' derivattivi barra l-Borża (OTC) elenkati fl-Anness ikunu suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar.

2.   Il-klassijiet ta' derivattivi OTC elenkati fl-Anness ma jinkludux kuntratti konklużi ma' min joħroġ bonds koperti jew ma' “cover pools” ta' bonds koperti, sakemm dawk il-kuntratti ma jkunux jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejin:

(a)

Jintużaw biss biex jiħħeġġjaw ir-rata tal-imgħax jew id-diskrepanzi fil-munita tal-pool ta' kopertura f'relazzjoni mal-bond koperti;

(b)

Ikunu rreġistrati jew irrekordjati fil-pool ta' kopertura tal-bond koperti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-bond kopert;

(c)

Ma jiġux terminati fil-każ ta' riżoluzzjoni jew insolvenza ta' min joħroġ bonds koperti jew tal-pool ta' kopertura;

(d)

Il-kontroparti għad-derivattiva OTC konkluża ma' min joħroġ bonds koperti jew ma' “cover pools” ta' bonds koperti, tkun fil-livell mill-anqas identiku mad-detenturi ta' bonds koperti ħlief meta l-kontroparti tad-derivattivi OTC konklużi ma' min joħroġ bonds koperti jew ma' “cover pools” ta' bonds koperti tkun il-parti f'inadempjenza jew dik affettwata, jew iċċedi l-livell identiku;

(e)

Il-bond kopert ikun jissodisfa l-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u jkun suġġett għal obbligu ta' kollateralizzazzjoni regolatorja ta' mill-anqas 102 %.

Artikolu 2

1.   Għall-iskopjiet tal-Artikoli 3 u 4, il-kontropartijiet suġġetti għall-obbligi tal-ikklerjar ikunu maqsuma fil-kategoriji li ġejjin:

(a)

Il-Kategorija 1, li tinkludi l-kontropartijiet li, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ikunu membri li jikklerjaw, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(14) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, għal mill-anqas klassi waħda ta' derivattivi OTC elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament, ta' mill-anqas waħda mis-CCPs awtorizzati jew rikonoxxuti qabel dik id-data li jikklerjaw tal-anqas waħda minn dawk il-klassijiet;

(b)

Il-kategoriji 2 tinkludi kontropartijiet li ma jappartjenux għall-Kategorija 1 li jappartjenu għal grupp li l-medja aggregata fi tmiem ix-xahar tiegħu ta' ammont nozzjoni gross pendenti ta' derivattivi kklerjati mhux ċentralment għal Jannar, Frar u Marzu 2016 tkun aktar minn EUR 8 biljun u li jkunu xi waħda mis-segwenti:

(i)

Kontropartijiet finanzjarji;

(ii)

Fondi alternattivi ta' investiment kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li jkunu kontropartijiet mhux finanzjarji.

(c)

Il-Kategorija 3 li tinkludi kontropartijiet li ma jappartjenux għall-Kategorija 1 jew Kategorija 2 li jkunu xi waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

Kontropartijiet finanzjarji;

(ii)

Fondi alternattivi ta' investiment kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE li jkunu kontropartijiet mhux finanzjarji.

(d)

Il-Kategorija 4 li tinkludi kontropartijiet mhux finanzjarji li ma jappartjenux għall-Kategorija 1, il-Kategorija 2 jew il-Kategorija 3.

2.   Għall-iskop tal-kalkolu tal-medja aggregata fi tmiem ix-xahar tal-grupp ta' ammont nozzjonali pendenti gross imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, id-derivattivi kklerjati mhux ċentralment tal-grupp, inklużi antiċipi ta' skambju tal-munita, swaps u currency swaps, ikunu inklużi.

3.   Fejn il-kontropartijeti ikunu fondi alternattivi ta' investiment kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE jew impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli kif definiti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), l-għatba ta' EUR 8 biljun imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tapplika b'mod individwali fil-livell ta' fond.

Artikolu 3

Id-data li minnha jibda l-obbligu tal-ikklerjar.

1.   Għar-rigward ta' kuntratti li jappartjenu għal klassi ta' derivattivi OTC elenkati fl-Anness, l-obbligu tal-ikklerjar jidħol fis-seħħ:

(a)

fil-21 ta' Ġunju 2016 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 1;

(b)

fil-21 ta' Diċembru 2016 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 2;

(c)

fil-21 ta' Ġunju 2017 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 3;

(d)

fil-21 ta' Diċembru 2018 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 4.

Meta kuntratt jiġi konkluż bejn żewġ kontropartijiet inklużi f'kategoriji differenti ta' kontropartijiet, id-data li minnha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar għal dak il-kuntratt tkun id-data tal-aħħar.

2.   B'deroga mill-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1, għar-rigward ta' kuntratti li jappartjenu għal klassi ta' derivattivi OTC elenkati fl-Anness u konklużi bejn kontropartijiet li ma jkunux il-kontropartijiet fil-Kategorija 4 li jkunu parti mill-istess grupp u meta kontroparti waħda tkun stabbilita f'pajjiż terz u l-kontroparti l-oħra tkun stabbilita fl-Unjoni, l-obbligu tal-ikklerjar jidħol fis-seħħ:

(a)

fil-21 ta' Diċembru 2018 fil-każ li ma tkun ġiet adottata l-ebda deċiżjoni ta' ekwivalenza skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament li jkopri kuntratti ta' derivattivi OTC imsemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti; jew

(b)

L-aħħar fost id-dati segwenti fil-każ li tkun tkun ġiet adottata deċiżjoni ta' ekwivalenza skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament li jkopri kuntratti ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti;

(i)

60 ġurnata wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament li jkopri kuntratti ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti;

(ii)

Id-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar skont il-paragrafu 1.

Din id-deroga tapplika biss meta l-kontropartijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-kontroparti stabbilita f'pajjiż terz tkun jew kontroparti finanzjarja jew kontroparti mhux finanzjarja;

(b)

Il-kontroparti stabbilita fl-Unjoni tkun:

(i)

Kontroparti finanzjarja, kontroparti mhux finanzjarja, kumpanija finanzjarja possedenti, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta' servizzi anċillari suġġetta għal rekwiżiti prudenzjali xierqa u l-kontroparti msemmija fil-punt (a) tkun kontroparti finanzjarja; jew

(ii)

Jew kontroparti finanzjarja jew kontroparti mhux finanzjarja u l-kontroparti msemmija fil-punt (a) tkun kontroparti mhux finanzjarja;

(c)

Iż-żewġ kontropartijiet ikunu inklużi fl-istess konsolidazjoni fuq bażi sħiħa skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(d)

Iż-żewġ kontropartijiet ikunu soġġetti għal proċeduri ċentralizzati ta' evalwazzjoni, kejl u kontroll tar-riskju;

(e)

Il-kontroparti stabbilita fl-Unjoni tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti tagħha bil-miktub li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b), (c) u (d) ikunu ssodisfati u, fi żmien 30 jum tal-kalendarju wara l-wasla tan-notifika, l-awtorità kompetenti tkun ikkonfermat li dawk il-kundizzjonijiet ikunu ġew issodisfati.

Artikolu 4

Maturità residwa minima

1.   Fil-każ ta' kontropartijiet finanzjarji fil-Kategorija 1, il-maturità residwa minima msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fid-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar tkun:

(a)

50 sena fil-każ ta' kuntratti li jkunu daħlu fis-seħħ jew innovati qabel il-21 ta' Frar 2016 li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 1 jew it-Tabella 2 kif tidher fl-Anness;

(b)

3 snin fil-każ ta' kuntratti li jkunu daħlu fis-seħħ jew innovati qabel il-21 ta' Frar 2016 li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 3 jew it-Tabella 4 kif tidher fl-Anness;

(c)

6 xhur fil-każ ta' kuntratti li jkunu daħlu fis-seħħ jew innovati fi jew wara l-21 ta' Frar 2016 li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 1 sat-Tabella 4 kif tidher fl-Anness;

2.   Fil-każ ta' kontropartijiet finanzjarji fil-Kategorija 2, il-maturità residwa minima msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fid-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar tkun:

(a)

50 sena fil-każ ta' kuntratti li jkunu daħlu fis-seħħ jew innovati qabel il-21 ta' Mejju 2016 li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 1 jew it-Tabella 2 kif tidher fl-Anness;

(b)

3 snin fil-każ ta' kuntratti li jkunu daħlu fis-seħħ jew innovati qabel il-21 ta' Mejju 2016 li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 3 jew it-Tabella 4 kif tidher fl-Anness;

(c)

6 xhur fil-każ ta' kuntratti li jkunu daħlu fis-seħħ jew innovati fi jew wara l-21 ta' Mejju 2016 li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 1 sat-Tabella 4 kif tidher fl-Anness;

3.   Fil-każ ta' kontropartijiet finanzjarji fil-Kategorija 3, u ta' tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament, konklużi bejn kontropartijiet finanzjarji, il-maturità residwa minima msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fid-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar tkun:

(a)

50 sena fil-każ ta' kuntratti li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 1 jew it-Tabella 2 tal-Anness;

(b)

3 snin fil-każ ta' kuntratti li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 3 jew it-Tabella 4 tal-Anness;

4.   Meta kuntratt jiġi konkluż bejn żewġ kontropartijiet finanzjarji li jkunu jappartjenu għal kategoriji differenti jew bejn żewġ kontropartijiet finanzjarji li jkunu involuti fi tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2), il-maturità residwa minima li tittieħed f'kunsiderazzjoni għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu tkun l-itwal maturità residwa li jifdal applikabbli.

Artikolu 5

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament ikun vinkolanti fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(4)  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).


ANNESSI

Klassijiet ta' derivattivi b'rata tal-imgħax OTC suġġetit għall-obbligu tal-ikklerjar

Tabella 1

Klassijiet bażiċi ta' swaps

id

Tip

Indiċi ta' Referenza

Munita ta' Saldu

Maturità

Tip ta' Munita ta' Saldu

Opzjonalità

Tip Nozzjonali

A.1.1

Bażi

EURIBOR

EUR

28D-50Y

Munita unika

Le

Kostanti jew varjabbli

A.1.2

Bażi

LIBOR

GBP

28D-50Y

Munita unika

Le

Kostanti jew varjabbli

A.1.3

Bażi

LIBOR

JPY

28D-30Y

Munita unika

Le

Kostanti jew varjabbli

A.1.4

Bażi

LIBOR

USD

28D-50Y

Munita unika

Le

Kostanti jew varjabbli


Tabella 2

Klassijiet ta' Fixed-to-Float interest rate swap

id

Tip

Indiċi ta' Referenza

Munita ta' Saldu

Maturità

Tip ta' Munita ta' Saldu

Opzjonalità

Tip Nozzjonali

A.2.1

Fixed- to-Float

EURIBOR

EUR

28D-50Y

Munita unika

Le

Kostanti jew varjabbli

A.2.2

Fixed- to-Float

LIBOR

GBP

28D-50Y

Munita unika

Le

Kostanti jew varjabbli

A.2.3

Fixed- to-Float

LIBOR

JPY

28D-30Y

Munita unika

Le

Kostanti jew varjabbli

A.2.4

Fixed- to-Float

LIBOR

USD

28D-50Y

Munita unika

Le

Kostanti jew varjabbli


Tabella 3

Klassijiet ta' forward rate agreement

id

Tip

Indiċi ta' Referenza

Munita ta' Saldu

Maturità

Tip ta' Munita ta' Saldu

Opzjonalità

Tip Nozzjonali

A.3.1

FRA

EURIBOR

EUR

3D-3Y

Munita unika

Le

Kostanti jew varjabbli

A.3.2

FRA

LIBOR

GBP

3D-3Y

Munita unika

Le

Kostanti jew varjabbli

A.3.3

FRA

LIBOR

USD

3D-3Y

Munita unika

Le

Kostanti jew varjabbli


Tabella 4

Klassijiet ta' overnight index swap

id

Tip

Indiċi ta' Referenza

Munita ta' Saldu

Maturità

Tip ta' Munita ta' Saldu

Opzjonalità

Tip Nozzjonali

A.4.1

OIS

EONIA

EUR

7D-3Y

Munita unika

Le

Kostanti jew varjabbli

A.4.2

OIS

FedFunds

USD

7D-3Y

Munita unika

Le

Kostanti jew varjabbli

A.4.3

OIS

SONIA

GBP

7D-3Y

Munita unika

Le

Kostanti jew varjabbli


1.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/22


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2206

tat-30 ta' Novembru 2015

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1238/95 fir-rigward tat-tariffi pagabbli lill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta' Lulju 1994 dwar drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità (1) (“ir-Regolament Bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1238/95 (2) jipprevedi li l-President tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (“l-Uffiċċju”) jista' jippermetti forom alternattivi ta' ħlas tat-tariffi u tas-sopraimposti, inklużi bil-kunsinna jew bl-għoti ta' ċekkijiet iċċertifikati. Madankollu, id-detenturi jqisuh piż kbir għalihom li jirrikjedu ċekkijiet iċċertifikati bħala ħlas. Barra minn hekk, irid jiġi żgurat li l-ħlasijiiet isiru b'mezz elettroniku.

(2)

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1238/95 jirrikjedi li persuna li tħallas it-tariffi jew is-sopraimposti trid tindika isimha u l-iskop ta' dan il-ħlas. F'każ li l-Uffiċċju jirċievi ħlas li għalih ma tkunx tista' tiġi stabbilita l-identità tal-persuna li għamlitu u lanqas ma tkun tista' ssir rifużjoni tal-ammont lil din il-persuna, jixraq li dawn il-flus jinżammu mill-Uffiċċju bħala dħul ieħor.

(3)

L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1238/95 jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet dwar il-livell tat-tariffa fuq l-applikazzjoni pagabbli lill-Uffiċċju għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal għotja ta' dritt ta' varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità. Sabiex isir eżami effettiv, effiċjenti u rapidu tal-applikazzjonijiet, importanti li titħeġġeġ il-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet b'mezzi elettroniċi mill-formola fuq il-web. Għal din ir-raġuni, jixraq li titnaqqas it-tariffa mħallsa għall-ipproċessar tal-applikazzjoni f'każ li applikazzjoni tiġi ppreżentata b'mezzi elettroniċi.

(4)

It-test fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1238/95 dwar il-ħatra u l-inkarigi ta' uffiċċji sekondarji u aġenziji nazzjonali jrid jiġi allinjat mar-Regolament Bażiku.

(5)

L-Artikolu 7(7) tar-Regolament (KE) Nru 1238/95 jirregola r-rifużjoni tat-tariffi fuq l-applikazzjoni għall-applikazzjonijiet li mhumiex validi skont l-Artikolu 50 tar-Regolament Bażiku. Abbażi tal-esperjenza li għandu l-Uffiċċju dwar l-ispiża marbuta mal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-għotja ta' drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità li ma jkunux validi, jixraq li jitnaqqas l-ammont tat-tariffa fuq l-applikazzjoni li jżomm l-Uffiċċju.

(6)

L-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1238/95 jikkonċerna t-tariffi għall-eżami tekniku ta' varjetà. F'każ ta' rapport ta' eżami dwar ir-riżultat ta' eżami tekniku li jkun diġà twettaq minn Uffiċċju ta' Eżami responsabbli qabel id-data ta' applikazzjoni għad-Dritt ta' Varjetajiet ta' Pjanti fil-Komunità msemmi fl-Artikolu 8(5), jixraq li jiġi speċifikat li t-tariffa għandha tiġi determinata mill-President tal-Uffiċċju wara konsultazzjoni mal-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju.

(7)

L-Artikolu 12(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1238/95 jipprevedi li l-President tal-Uffiċċju jistabbilixxi t-tariffi fir-rigward tal-Gazzetta Uffiċjali tal-Uffiċċju. Il-pubblikazzjoni perjodika tal-Gazzetta Uffiċjali tal-Uffiċċju li tiġi ppubblikata biss fil-verżjoni elettronika u ma għadhiex tiġi stampata tirrifletti l-kontenut tal-bażijiet tad-dejta tal-Uffiċċju. Din il-pubblikazzjoni ma teħtieġ l-ebda riżorsa partikolari oħra u għalhekk għandha titneħħa t-tariffa speċifika.

(8)

L-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1238/95 jikkonċerna s-sopraimposti. L-esperjenza wriet li l-ħidma addizzjonali tal-Uffiċċju, imsemmija fl-Artikolu 13(1) u (2)(b) dwar id-denominazzjonijiet tal-varjetà minħabba n-nuqqas ta' konformità inizjali tagħhom mar-rekwiżiti stabbiliti jew mal-emendi fil-każ ta' dritt konfliġġenti minn qabel, hija abitwali u ma teħtieġx aktar riżorsi. Għalhekk, kull sopraimposta għal dik il-ħidma addizzjonali mhix iġġustifikata.

(9)

L-Artikolu 13(2)(a) jipprevedi li l-Uffiċċju jista' jimponi sopraimposta mat-tariffa annwali jekk id-detentur jonqos milli jħallas it-tariffa annwali. F'dawn il-każijiet, l-Uffiċċju jista' jibda l-proċedura għall-kanċellazzjoni tal-protezzjoni. L-esperjenza wriet li l-Uffiċċju ma jimponi l-ebda sopraimposta jekk ma jsirx il-ħlas tat-tariffa annwali. Għalhekk, din id-dispożizzjoni għandha titħassar.

(10)

L-Artikoli 93(3) u 94 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1239/95 (3) ma ġewx sostitwiti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2009 (4). Għalhekk, il-paragrafi (3) u (4) tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1238/95 li jirreferu għal dawn id-dispożizzjonijiet, għandhom jitħassru.

(11)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1238/95 għandu jiġi emendat skont dan.

(12)

Jixraq li l-emendi proposti jibdew japplikaw mill-1 ta' Jannar 2016, biex ikunu allinjati mal-bidu tas-sena finanzjarja l-ġdida għall-baġit tal-Uffiċċju.

(13)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar id-Drittijiet Komunitarji tal-Varjetajiet tal-Pjanti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1238/95 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

il-kunsinna jew l-għotja ta' ċekkijiet li jitħallsu f'euro lill-Uffiċċju;”;

(ii)

il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:

“(d)

ħlas b'mezzi elettroniċi, b'kard tal-ħlas jew b'debitu dirett.”.

(b)

Fl-Artikolu 5, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Jekk wara li tintalab l-informazzjoni mill-bank ikkonċernat, l-identità tal-persuna li tagħmel il-ħlas ma tkunx tista' tiġi kkonfermata u ma tkunx tista' ssir rifużjoni tal-ammont lil xi persuna partikolari, l-ammont għandu jitqies bħala dħul ieħor fl-iskadenzi mniżżla fid-dispożizzjonijiet finanzjarji interni tal-Uffiċċju msemmi fl-Artikolu 112 tar-Regolament Bażiku u adottat mill-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju.”.

(c)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(i)

Il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b'dan li ġej:

“1.   L-applikant għal Dritt ta' Varjetajiet ta' Pjanti fil-Komunità (‘l-applikant’) għandu jħallas tariffa ta' EUR 450 għall-ipproċessar ta' applikazzjoni ppreżentata b'mezzi elettoniċi mill-formola fuq il-web, li ssir mis-sistema ta' applikazzjoni onlajn tal-Uffiċċju.

L-applikant għandu jħallas tariffa ta' EUR 650 għall-ipproċessar ta' applikazzjoni ppreżentata b'mezzi oħra li ma jinkludux is-sistema ta' applikazzjoni onlajn tal-Uffiċċju.

2.   L-applikant għandu jieħu l-passi meħieġa għall-ħlasijiet tat-tariffa fuq l-applikazzjoni, skont l-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, qabel jew fid-data li l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata direttament fl-Uffiċċju jew f'wieħed mill-Uffiċċji sekondarji stabbiliti jew fl-aġenziji nazzjonali responsabbli skont l-Artikolu 30(4) tar-Regolament Bażiku.”.

(ii)

Il-paragrafu 7 jinbidel b'dan li ġej:

“7.   Meta titħallas it-tariffa fuq l-applikazzjoni iżda l-applikazzjoni ma tkunx valida skont l-Artikolu 50 tar-Regolament Bażiku, l-Uffiċċju għandu jżomm EUR 150 mit-tariffa fuq l-applikazzjoni u jagħti rifużjoni tal-bqija meta javża lill-applikant bin-nuqqasijiet li jkunu nstabu fl-applikazzjoni.”

(d)

Fl-Artikolu 8(5), tiżdied is-sentenza li ġejja:

“L-ammont ta' dik it-tariffa għandu jkun determinat mill-President tal-Uffiċċju wara konsultazzjoni mal-Kunsill Amministrattiv u għandu jiġi ppubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Uffiċċju.”.

(e)

Fl-Artikolu 12(1), jitħassar il-punt (c).

(f)

Jitħassar l-Artikolu 13.

(g)

Fl-Artikolu 14, jitħassru l-paragrafi 3 u 4.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' Jannar 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1238/95 tal-31 ta' Mejju 1995 li jistabbilixxi r-regoli tal-implimentazzjoni sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 rigward il-piżijiet pagabbli lill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (ĠU L 121, 1.6.1995, p. 31).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1239/95 tal-31 ta' Mejju 1995 li jistabbilixxi r-regoli ta' implimentazzjoni sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 rigward il-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (ĠU L 121, 1.6.1995, p. 37).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2009 tas-17 ta' Settembru 2009 li jistabbilixxi r-regoli ta' implimentazzjoni sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 rigward il-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (ĠU L 251, 24.9.2009, p. 3).


1.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/25


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2207

tat-30 ta' Novembru 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

53,3

MA

77,9

ZZ

65,6

0707 00 05

AL

48,7

MA

93,1

TR

148,3

ZZ

96,7

0709 93 10

AL

80,9

MA

66,5

TR

157,4

ZZ

101,6

0805 20 10

CL

96,2

MA

77,9

PE

78,3

ZZ

84,1

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

TR

80,9

ZZ

80,9

0805 50 10

AR

61,0

TR

106,6

ZZ

83,8

0808 10 80

CA

159,0

CL

85,8

MK

32,8

US

115,5

ZA

152,4

ZZ

109,1

0808 30 90

BA

88,2

CN

63,9

TR

128,6

ZZ

93,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

1.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/27


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW (UE) 2015/2208

tas-27 ta' Ottubru 2015

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 — C8–0049/2015),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015 (3) li jiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2013, kif ukoll it-tweġibiet mid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ARTEMIS),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal- Impriża Konġunta ARTEMIS għall-implimentazzjoni ta' Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f'Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter (6),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL (7), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (8),

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9),

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0283/2015),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 452, 16.12.2014, p. 8.

(2)  ĠU C 452, 16.12.2014, p. 9.

(3)  ĠU L 255, 30.9.2015, p. 416.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(6)  ĠU L 30, 4.2.2008, p. 52.

(7)  ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.

(8)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(9)  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.


1.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/29


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' Ottubru 2015

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0283/2015),

A.

billi l-Impriża Konġunta ARTEMIS (l-“Impriża Konġunta”) twaqqfet f'Diċembru 2007 għal perjodu ta' 10 snin biex tiddefinixxi u timplimenta “Aġenda ta' Riċerka” għall-iżvilupp ta' teknoloġiji ewlenin għal f'sistemi inkorporati tal-kompjuter f'oqsma differenti ta' applikazzjoni sabiex tissaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-Unjoni, u biex tippermetti l-ħolqien ta' swieq u applikazzjonijiet għas-soċjetà ġodda;

B.

billi l-Impriża Konġunta bdiet topera b'mod awtonomu f'Ottubru 2009,

C.

billi l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri tal-ARTEMIS għandhom jammontaw għal 1,8 darbiet aktar mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni filwaqt li l-kontribuzzjoni in natura mill-organizzazzjonijiet ta' riċerka u żvilupp li jipparteċipaw fi proġetti matul il-perjodu tal-Impriża Konġunta għandha tkun daqs jew akbar il-kontribuzzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi,

D.

billi l-Impriża Konġunta ingħaqdet mal-Impriża Konġunta ENIAC sabiex tinħoloq l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta tal-Komponenti u s-Sistemi Elettroniċi għat-Tmexxija Ewropea (ECSEL ITK) li bdiet l-attività tagħha f'Ġunju 2014 u se tibqa' topera għal 10 snin,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Ifakkar li l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”) iddikjarat li l-kontijiet annwali tal-2013 tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi ta' flusha għal tmiem is-sena, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Finanzjarji tagħha;

2.

Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li ġew stabbiliti l-arranġamenti prattiċi għall-awditi ex post fir-rigward tal-ftehimiet amministrattivi ffirmati mal-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali; jieħu nota li l-arranġamenti prattiċi jinkludu l-introduzzjoni ta' formola speċifika ta' rappurtar, rinfurzata bil-valutazzjoni tas-sistemi ta' assigurazzjoni nazzjonali mill-Impriża Konġunta u żjarat lill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali mill-Qorti;

3.

Ifakkar li l-istrateġija ex post adottata mill-Impriża Konġunta tiddikjara li hija għandha tivvaluta minn tal-inqas darba fis-sena jekk l-informazzjoni mibgħuta mill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali tipprovdix biżżejjed assigurazzjoni fir-rigward tar-regolarità u l-legalità tat-tranżazzjonijiet eżegwiti;

4.

Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li t-23 awtorità ta' finanzjament nazzjonali li qasmu l-informazzjoni dwar l-istrateġija tal-awditu tagħhom jirrappreżentaw 93 % tat-total tal-għotjiet li ngħataw; jilqa' l-fatt li sabiex tikkomplementa l-informazzjoni li ngħatat mill-Impriża Konġunta, il-Qorti kisbet informazzjoni addizzjonali direttament mill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali sabiex tesprimi opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet;

5.

Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li hija għamlet progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni li għandu l-għan li jirrimedja n-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti fl-opinjoni kwalifikata tagħha; josserva li l-assigurazzjonijiet li ngħataw mis-sistemi nazzjonali kienu vvalutati b'mod pożittiv mill-pajjiżi li jirrappreżentaw 54 % tat-total tal-għotjiet, filwaqt li l-valutazzjonijiet għal pajjiżi oħra qegħdin f'fażi ta' eżekuzzjoni avvanzata li se ġġib il-kopertura ta' għotjiet ivvalutati għal 84 %; jistieden lill-Impriża Konġunta tkompli tivvaluta sabiex tilħaq kopertura ta' 100 % tat-total tal-għotjiet;

6.

Jieħu nota li ġiet organizzata sessjoni ta' ħidma dwar l-assigurazzjoni, li laqqgħet flimkien r-rappreżentanti tal-Qorti, tal-Kummissjoni u tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni, kif ukoll rappreżentanti tal-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali attivi fl-Impriża Konġunta; josserva li s-sessjoni ta' ħidma enfasizzat ir-rekwiżiti tal-programmi Ewropej u tat lok għal skambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki mal-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali;

7.

Josserva li l-Impriża Konġunta żviluppat metodoloġija ġdida għal stima tar-rata tal-iżball residwu, simili għal dik użata mis-servizzi tal-Kummissjoni li huma inkarigati mill-finanzjament koġestit; jirrikonoxxi li l-ewwel evalwazzjoni tar-rata tal-iżball residwu bbażata fuq 157 tranżazzjoni awditjata kienet 0,73 %, filwaqt li aġġornament reċenti bbażat fuq 331 tranżazzjoni rriżulta f'rata tal-iżball ta' 0,66 %, li huwa taħt is-soll ta' materjalità ta' 2 %;

8.

Ifakkar li r-rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet ta' pagament wara l-emenda tal-baġit tal-aħħar tas-sena kienet 69 %; jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li d-dewmin fil-ħruġ taċ-ċertifikati ta' pagament mill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali kien wieħed mir-raġunijiet ewlenin għar-rata ta' użu baxxa peress li l-pagamenti kienu eżegwiti mingħajr dewmien malli ġew irċevuti ċ-ċeritifkati nazzjonali; jirrikonoxxi, barra minn hekk li, r-ritmu tal-ħlasijiet aktar bil-mod ma affettwax l-eżekuzzjoni teknika tal-proġetti;

9.

Jaċċerta ruħu, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li l-kontribuzzjonijiet impenjati mill-Istati Membri kienu fil-livell ta' 1,8 drabi l-impenji tal-Unjoni; jirrikonoxxi li l-impenji mill-Istati Membri kellhom jitnaqqsu taħt is-soll ta' 1,8 meta jagħtu l-għotjiet sabiex jikkonformaw mal-limitazzjonijiet imposti mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat; jieħu nota li l-kontribuzzjonijiet li jirriżultaw lill-Impriża Konġunta mill-Unjoni kienu EUR 181 454 844, filwaqt li kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri kienu EUR 341 842 261, li jirriżulta f'livell ta' 1,88;

10.

Jieħu nota li l-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni biex tivvaluta l-attività tal-ARTEMIS sad-data tal-ħolqien tal-ECSEL JTI, kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ARTEMIS, li għandha tiġi kkunsidrata għall-kwittanza tas-sena finanzjarja 2014;

Sistemi ta' kontroll intern

11.

Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li apparti r-rekwiżiti tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament li jwaqqafha, il-Kapaċità tal-Awditjar Intern li twaqqaf fl-Impriża Konġunta ENIAC, issa huwa mwaqqaf bħala l-Kapaċità tal-Awditjar Intern tal-Impriża Konġunta minħabba il-fużjoni taż-żewġ Impriżi Konġunti;

12.

Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li l-Pjan ta' Rkupru minn Diżastru għall-infrastruttura komuni tal-IT tal-Impriża Konġunta huwa approvat;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

13.

Josserva li minħabba l-fużjoni mal-Impriża Konġunta ENIAC, il-politika komprensiva għall-prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess tal-Impriża Konġunta ENIAC hija applikabbli wkoll għall-Impriża Konġunta; josserva, barra minn hekk, li l-proċeduri għall-ġestjoni ta' sitwazzjonijiet ta' kunflitti ta' interess, kif ukoll il-mekkaniżmi tal-proċedimenti fl-eventwalità ta' vjolazzjoni tar-regoli, huma parti mill-politika adottata;

14.

Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li nġabru u ttellgħu fuq is-sit web tal-Impriża Konġunta s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tad-Direttur Eżekuttiv u tal-maniġers tagħha kif mitlub mir-Regolamenti tal-Persunal u r-regoli ta' implimentazzjoni; josserva li ġiet stabbilita bażi ta' data komprensiva li tinkludi kull informazzjoni identifikata fir-rigward ta' kunflitti ta' interessi kif ukoll il-miżuri li ttieħdu, u hija miżmuma fuq bażi regolari;

Monitoraġġ u rappurtar tar-riżultati tar-riċerka

15.

Ifakkar li d-Deċiżjoni dwar is-Seba' Programm Kwadru (FP7) (1) tistabbilixxi sistema ta' monitoraġġ u rappurtar li tkopri l-protezzjoni, it-tixrid u t-trasferiment ta' riżultati tar-riċerka; jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li 211,5 pubblikazzjoni u 16,6 privattiva għal kull EUR 10 000 000 f'għotjiet tal-Unjoni juru produttività għolja tar-riżultati tar-riċerka tagħha u li hija konformi mat-talbiet kollha mitluba s'issa mill-koordinaturi tal-FP7.


(1)  Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007–2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1).


1.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/32


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW (UE) 2015/2209

tas-27 ta' Ottubru 2015

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijet annwali finali tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ARTEMIS) għas-sena finanzjarja 2013,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 — C8–0049/2015),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015 (3) li jiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2013, u t-tweġibiet mid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ARTEMIS),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għall-implimentazzjoni ta' Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f'Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter (6),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL (7), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (8),

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9),

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0283/2015),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 452, 16.12.2014, p. 8.

(2)  ĠU C 452, 16.12.2014, p. 9.

(3)  ĠU L 255, 30.9.2015, p. 416.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(6)  ĠU L 30, 4.2.2008, p. 52.

(7)  ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.

(8)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(9)  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.


1.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/34


DEĊIŻJONI (UE) 2015/2210 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' Ottubru 2015

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Istitut (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 — C8-0054/2015),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015 (3) li tipposponi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2013, kif ukoll it-tweġibiet tad-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija,

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (6), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (7),

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0282/2015),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2013;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, tad-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 442, 10.12.2014, p. 184.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 255, 30.9.2015, p. 409.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(6)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1.

(7)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(8)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


1.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/36


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' Ottubru 2015

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0282/2015),

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

1.

Ifakkar li l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (“l-Istitut”) għas-sena finanzjarja 2013, għat-tieni sena konsekuttiva, ma sabet l-ebda assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet marbuta mal-għotjiet; jinnota li fl-opinjoni tal-Qorti, il-kwalità taċ-ċertifikati kienet kompromessa peress li nħarġu minn kumpaniji tal-awditjar indipendenti kuntrattati minn benefiċjarji ta' għotjiet, li jkopru madwar 87 % tal-infiq tal-għotjiet; ifakkar, barra minn hekk, li sabiex jiġu indirizzati d-difetti relatati mal-kwalità taċ-ċertifikati tal-awditjar, l-Istitut tejjeb l-istruzzjonijiet mogħtija lill-awdituri inkarigati miċ-ċertifikazzjoni u kkomunika l-istruzzjonijiet aġġornati lill-“Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni” (KKI), il-benefiċjarji tal-għotjiet tal-Istitut, f'Ġunju 2013;

2.

Jikkonstata, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Istitut, li l-istruzzjonijiet imtejba rriżultaw f'titjib fil-kwalità taċ-ċertifikati tal-awditjar riċevuti meta mqabbla mat-tranżazzjonijiet marbuta mal-għotjiet tal-2013 li għalihom il-pagamenti finali saru fl-2014;

3.

Jirrikonoxxi li, ibda mill-ftehimiet ta' għotja tal-2014, l-Istitut juża l-istess metodoloġija taċ-ċertifikati tal-awditjar bħall-programmi l-oħrajn kollha fl-ambitu tal-programm qafas Orizzont 2020; josserva li l-użu ta' metodoloġija ta' ċertifikazzjoni aktar dettaljata u konsistenti kompla jżid l-assigurazzjoni miksuba matul il-verifiki ex ante;

4.

Ifakkar li l-Istitut introduċa verifiki komplementari ex post għat-tranżazzjonijiet marbuta mal-għotjiet bħala t-tieni livell ta' assigurazzjoni tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet marbuta mal-għotjiet; jirrikonoxxi li l-Istitut wettaq awditjar “fuq il-post” u kopra madwar 40 % tal-għotjiet imħallsa skont il-Ftehimiet ta' Għotja tal-2013; josserva li dan l-awditjar irriżulta fl-irkupru ta' EUR 263 239, mill-ammont totali ta' EUR 29 163 272 suġġett għal awditjar; jirrikonoxxi li r-rata ta' żball maqbud fil-kampjun awditjat hija 0,90 % u r-rata tal-iżball residwu hija 0,69 %, li hija taħt il-limitu tal-materjalità ta' 2 %; jikkonstata li l-Qorti ma għamlet l-ebda kumment jew sejba fir-rigward tal-verifiki ex ante jew ex post fl-osservazzjonijiet preliminari tagħha għas-sena finanzjarja 2014;

5.

Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Istitut, li mill-2013 huwa tejjeb il-proċeduri ta' akkwist tiegħu u adotta approċċ proattiv wara li l-Qorti sabet l-iżbalji; josserva b'mod partikolari li l-Istitut ħassar iż-żewġ kuntratti qafas konklużi fl-2010 u fl-2012 li fihom ġiet identifikata irregolarità fl-użu tal-proċedura negozjata; josserva, barra minn hekk, li l-Istitut għamel reviżjoni tal-proċeduri, taċ-ċirkwiti u tal-mudelli interni tiegħu, bil-għan li jirrispetta totalment ir-regoli rispettivi fil-qasam tal-akkwist pubbliku, b'attenzjoni speċjali għall-ippjanar sod u għall-istima tal-bżonnijiet; jirrikonoxxi li fl-2015 l-Istitut irrekluta uffiċjal ieħor għall-akkwisti u wettaq sensiela ta' sessjonijiet ta' taħriġ dwar l-akkwist indirizzati lill-persunal tiegħu;

6.

Jirrikonoxxi li barra mill-kompitu ta' konsulenza eżegwit mill-Kapaċità ta' Awditjar Intern (IAC) tal-Istitut, dan tal-aħħar implimenta l-azzjonijiet segwenti:

żviluppa vade mecum dwar l-akkwist li jinkludi listi ta' kontroll għad-diversi proċeduri ta' akkwist u kuntratti speċifiċi fl-ambitu tal-kuntratti qafas;

talab li l-funzjoni ta' akkwist tivverifika r-rikjesti kollha għal servizz qabel ma tintalab offerta, li jipprovdi livell addizzjonali ta' kontroll;

żgura li l-membri tal-persunal ikunu mħarrġa biżżejjed permezz ta' sessjonijiet ta' taħriġ immirati;

iċċara r-rwol rispettiv tal-funzjoni tal-akkwist, operattiva u tal-ġestjoni tal-kuntratti kif ukoll daħħal titjib fil-listi ta' kontroll u fl-iskedi li jispeċifikaw l-iter ta' ċirkolazzjoni (routing slips);

iddokumenta l-proċeduri ta' akkwist b'arkivju uniku u li jista' jintuża b'mod prattiku proporzjonat għad-daqs tal-Istitut.

7.

Jikkonstata, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Istitut, li ma nstab l-ebda żball fl-akkwist fir-rigward tas-sena 2014; josserva, barra minn hekk, li peress li r-rata tal-iżball residwu fl-infiq tal-għotjiet hija 0,69 %, ir-rata ta' żball kombinat għall-infiq amministrattiv u dak operattiv hija bejn wieħed u ieħor 0,5 % tal-pagamenti totali li saru fl-2014; jistenna bil-ħerqa r-rapport tal-Qorti dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut għas-sena 2014 biex jikkonferma dawn il-konklużjonijiet;

8.

Jaċċerta li l-Istitut kiseb iċ-ċertifikati ta' awditjar dwar l-ispejjeż tal-attivitajiet komplementari tal-KKI inkorsi fil-perjodu 2010–2014; josserva li l-Istitut għamel rieżami tal-portafoll tal-attivitajiet komplementari tal-KKI bil-għan li jiggarantixxi li jkunu aċċettati biss l-attivitajiet b'rabta ċara mal-valur miżjud tal-KKI ffinanzjati mill-Istitut;

9.

Jirrikonoxxi li l-finanzjament fornut mill-Istitut lill-KKI fil-perjodu 2010–2014 ma qabiżx il-limitu massimu ta' 25 % kif iffissat mill-Ftehimiet Qafas ta' Sħubija bejn il-KKI u l-Istitut;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

10.

Josserva li l-Istitut tejjeb il-proċeduri ta' ppjanar u ta' monitoraġġ marbuta mal-implimentazzjoni tal-baġit; jieħu nota li tali proċeduri issa jinkludu valutazzjoni aktar rigoruża tal-attivitajiet kollha proposti b'impatt fuq il-baġit li jammonta għal aktar minn EUR 50 000, kif ukoll l-introduzzjoni ta' dokumenti addizzjonali ta' ppjanar li jiggarantixxu li l-bżonnijiet tar-riżorsi umani u finanzjarji jkunu identifikati sewwa u disponibbli għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet ippjanati kollha; josserva, barra minn dan, li ssaħħet ir-rabta bejn l-attivitajiet ippjanati u l-allokazzjoni tar-riżorsi billi l-Programm ta' Ħidma Annwali ntrabat mal-baġit annwali;

11.

Josserva li l-Istitut, flimkien mal-KKI, tejjeb b'mod sinifikanti l-kapaċità ta' assorbiment tal-ewwel mewġa ta' KKI għall-perjodu 2010–2014, b'rata medja ta' tkabbir annwali tal-għotjiet assorbiti mill-Istitut ta' 85 %; josserva, barra minn hekk, li l-Bord tat-Tmexxija tal-Istitut għażel u ħatar żewġ sħubijiet biex isiru l-KKI tat-tieni mewġa, li se jkomplu jgħollu l-kapaċità ta' assorbiment mis-sena 2015 u jżidu r-rata ta' eżekuzzjoni tal-baġit tal-Istitut;

12.

Ifakkar li r-rata baxxa ta' implimentazzjoni tal-baġit għat-Titolu I (infiq għall-persunal) hija dovuta prinċipalment għaċ-ċaqliq qawwi tal-persunal u l-adozzjoni straordinarja tar-regolamenti dwar l-aġġustamenti fis-salarji; jieħu nota li l-analiżi tal-intervisti ta' tmiem l-impjieg identifikat in-nuqqas ta' prospettiva ċara fir-rigward tal-karrieri, ambjent tax-xogħol diffiċli u pakkett ta' salarju mhux attraenti relatat mal-koeffiċjent ta' korrezzjoni għall-Ungerija bħala r-raġunijiet ewlenin għaċ-ċaqliq qawwi tal-persunal;

13.

Jikkonstata l-azzjonijiet meħuda mill-Istitut bil-għan li jtaffi ċ-ċaqliq qawwi tal-persunal; josserva partikolarment it-titjib fil-ġestjoni ta' postijiet vakanti, il-ħolqien ta' sistema ta' evalwazzjoni u ta' riklassifikazzjoni li joffri prospettiva professjonali aħjar u jsaħħaħ il-livell maniġerjali tan-nofs; jilqa' t-tnaqqis fir-rata ta' ċaqliq tal-persunal minn 20–25 % fil-perjodu 2012–2013 għal 12 % fl-2014; jieħu nota tal-fatt li l-erba' postijiet vakanti li baqa' se jimtlew gradwalment matul l-2015;

Awditjar intern

14.

Jirrikonoxxi li f'Ġunju 2014 is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni ħareġ rapport ta' awditjar ta' segwitu dwar l-istatus tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni li jirriżulta mir-“Rieżami Limitat dwar il-Ġestjoni tal-Għotjiet — Tħejjija għall-Ftehimiet ta' Għotja Annwali”; jieħu nota li l-IAS għalaq żewġ rakkomandazzjonijet mis-sitta oriġinali u li rakkomandazzjoni oħra niżlet mil-livell ta' “Kritika” għal dak ta' “Importanti Ħafna”;

15.

Jirrikonoxxi li f'Diċembru 2014 l-IAS għamel żjara ta' ġbir ta' informazzjoni fl-Istitut sabiex jagħmel rieżami tal-progess li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet miftuħa; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li ż-żjara serviet biex l-IAS jirrikonoxxi aktar titjib fil-proċess ta' allokazzjoni tal-għotjiet annwali u li l-azzjonijiet dettaljati kollha ppreżentati lill-IAS matul iż-żjara, sew jekk kompletati, għaddejjin jew ippjanati, qegħdin jindirizzaw adegwatament ir-riskji evidenzjati mir-rieżami limitat tal-IAS;

16.

Josserva li mill-25 azzjoni li jirriżultaw mill-pjan ta' azzjoni, 18 ġew implimentati u li l-implimentazzjoni tas-seba' azzjonijiet li baqa' għadha għaddejja; josserva wkoll li tlieta minn dawk is-seba' azzjonijiet għandhom ikunu implimentati qabel it-tmiem tal-2015, wara li jkun ġie ffirmat il-Ftehim Qafas ta' Sħubija emendat bejn l-Istitut u l-KKI; jikkonstata, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Istitut, li l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet li baqa' miexja skont kif ippjanata;

17.

Josserva li l-IAC għamel seba' eżerċizzji ta' awditjar u impenji konsultattivi fl-2014 u jirrikonoxxi l-azzjonijiet li ħa l-Istitut fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet tal-IAC.


1.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/39


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW (UE) 2015/2211

tas-27 ta' Ottubru 2015

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Istitut (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 — C8-0054/2015),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015 (3) li tipposponi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2013, kif ukoll it-tweġibiet tad-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija,

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (6), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (7),

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0282/2015),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013/Jipposponi l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni tad-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 442, 10.12.2014, p. 184.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 255, 30.9.2015, p. 409.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(6)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1.

(7)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(8)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


1.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/41


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW (UE) 2015/2212

tas-27 ta' Ottubru 2015

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta, (1)

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 — C8–0049/2015),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015 (3) li jiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2013, u t-tweġibiet mid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, (4)

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, (5) u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC (6),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL (7), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (8),

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9),

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0285/2015),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 452, 16.12.2014, p. 26.

(2)  ĠU C 452, 16.12.2014, p. 27.

(3)  ĠU L 255, 30.9.2015, p. 424.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(6)  ĠU L 30, 4.2.2008, p. 21.

(7)  ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.

(8)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(9)  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.


1.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/43


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' Ottubru 2015

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0285/2015),

A.

billi l-Impriża Konġunta ENIAC (“l-Impriża Konġunta”) ġiet stabbilita fl-20 ta' Diċembru 2007 għal perjodu ta' 10 snin biex tiddefinixxi u timplimenta “aġenda ta' riċerka” għall-iżvilupp ta' kompetenzi ewlenin għan-nanoelettronika f'oqsma ta' applikazzjoni differenti;

B.

billi l-Impriża Konġunta ngħatat l-awtonomija finanzjarja tagħha f'Lulju 2010;

C.

billi l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni, il-Belġju, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, l-Iżvezja u r-Renju Unit u l-Assoċjazzjoni għall-Attivitajiet Nanoelettroniċi Ewropej (AENEAS);

D.

billi l-kontribuzzjoni massima għall-perjodu ta' 10 snin mill-Unjoni lill-Impriża Konġunta hija EUR 450 000 000, u din titħallas mill-baġit tas-Seba' Programm Kwadru tar-Riċerka;

E.

billi l-kontribuzzjoni massima tal-AENEAS għall-ispejjeż operattivi tal-Impriża Konġunta hija ta' EUR 30 000 000 u l-Istati Membri għandhom jagħtu kontribuzzjonijiet in natura għall-ispejjeż operattivi kif ukoll jipprovdu kontribuzzjonijiet finanzjarji ta' 1,8 darbiet aktar mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni;

F.

billi l-Impriża Konġunta ingħaqdet f'fużjoni mal-Impriża Konġunta ARTEMIS sabiex tinħoloq l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta tal-Komponenti u s-Sistemi Elettroniċi għat-Tmexxija Ewropea (ECSEL ITK) li bdiet l-attività tagħha f'Ġunju 2014 u se tibqa' topera għal 10 snin;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Ifakkar li l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”) iddikjarat li l-kontijiet annwali tal-2013 tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi ta' flusha għal tmiem is-sena, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Finanzjarji tagħha u mar-regoli tal-kontabbiltà adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni;

2.

Ifakkar li l-Qorti ħarġet opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali, abbażi tal-fatt li ma setgħetx tikkonkludi jekk l-istrateġija ta' awditjar ex post, li tiddependi ħafna mill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali għall-awditjar tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż marbuta mal-proġetti, tipprovdix assigurazzjoni biżżejjed fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi;

3.

Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li l-Qorti se tieħu miżuri sabiex tikseb biżżejjed garanziji tal-awditi mwettqa mill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-ECSEL ITK se tagħmel aktar valutazzjonijiet tas-sistemi ta' assigurazzjoni nazzjonali wara l-fużjoni tal-Impriża Konġunta u l-Impriża Konġunta ARTEMIS;

4.

Josserva li l-Impriża Konġunta stabbiliet l-arranġamenti prattiċi għall-awditi ex post dwar il-ftehimiet amministrattivi ffirmati mal-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali; jieħu nota li l-arranġamenti prattiċi jinkludu l-introduzzjoni ta' formola speċifika ta' rappurtar, rinfurzata bil-valutazzjoni tas-sistemi ta' assigurazzjoni nazzjonali mill-Impriża Konġunta u żjarat lill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali mill-Qorti;

5.

Jieħu nota li r-rieżami limitat tad-dikjarazzjonijiet ta' spiża mwettaq mill-Impriża Konġunta fl-2012 kien wieħed mill-elementi li saħħew lill-garanzija, li ppermetta lill-Impriża Konġunta tissorvelja liema tranżazzjonijiet kienu soġġetti għall-awditi qabel l-introduzzjoni tal-formola speċifika ta' rappurtar; josserva li dan il-kampjun wera għadd żgħir tal-ewwel awditi nazzjonali li bdew fl-2012 u laħqu ammont li jistgħu jirrendu evalwazzjonijiet statistiċi importanti fl-2014;

6.

Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li t-23 awtorità ta' finanzjament nazzjonali li qasmu l-informazzjoni dwar l-istrateġija tal-awditu tagħhom jirrappreżentaw 95 % tat-total tal-għotjiet li ngħataw; jilqa' l-fatt li sabiex tikkomplementa l-informazzjoni li ngħatat mill-Impriża Konġunta, il-Qorti kisbet informazzjoni addizzjonali direttament mill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali sabiex tesprimi opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet;

7.

Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li hija għamlet progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni li għandu l-għan li jirrimedja n-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti fl-opinjoni kwalifikata tagħha; josserva li l-assigurazzjonijiet li ngħataw mis-sistemi nazzjonali kienu vvalutati b'mod pożittiv mill-pajjiżi li jirrappreżentaw 54 % tat-total tal-għotjiet, filwaqt li l-valutazzjonijiet għall-pajjiżi oħra qegħdin f'fażi ta' eżekuzzjoni avvanzata, li se jġibu l-kopertura ta' għotjiet ivvalutati għal 84 %; jistieden lill-Impriża Konġunta tkompli tivvaluta sabiex tilħaq kopertura ta' 100 % tat-total tal-għotjiet;

8.

Jieħu nota li ġiet organizzata sessjoni ta' ħidma dwar l-assigurazzjoni, li laqqgħet flimkien r-rappreżentanti tal-Qorti, tal-Kummissjoni u tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni, kif ukoll rappreżentanti tal-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali attivi fl-Impriża Konġunta; josserva li s-sessjoni ta' ħidma enfasizzat ir-rekwiżiti tal-programmi Ewropej u tat lok għal skambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki mal-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali;

9.

Josserva li l-Impriża Konġunta żviluppat metodoloġija ġdida għal stima tar-rata tal-iżball residwu, simili għal dik użata mis-servizzi tal-Kummissjoni li huma nkarigati mill-finanzjament koġestit; jirrikonoxxi li l-ewwel evalwazzjoni tar-rata tal-iżball residwu bbażata fuq 157 tranżazzjoni awditjati kienet ta' 0,73 %, filwaqt li aġġornament reċenti bbażat fuq 331 tranżazzjoni rriżulta f'rata tal-iżball ta' 0,66 %, li huwa taħt il-livell limitu ta' materjalità ta' 2 %;

10.

Jaċċerta ruħu, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri kienu taħt il-livell ta' 1,8 darbiet aktar mill-kontribuzzjoni finanzjarja kif mitlub mill-istatut tal-Impriża Konġunta sabiex ikunu konformi mal-limitazzjonijiet imposti mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat; josserva b'mod partikolari li għall-parteċipanti tal-industrija fi proġetti pilota kbar ta' linja t-total tal-finanzjament pubbliku ma jistax jaqbeż il-25 %, filwaqt li l-istatut tal-Impriża Konġunta jesiġi allokazzjoni tal-istess rata ta' rimborż lil kull parteċipant;

11.

Jirrikonoxxi li l-kontribuzzjonijiet aktar baxxi mill-Istati Membri kienu aktar milli kkumpensati miż-żieda ta' kontribuzzjonijiet mis-settur privat li jammontaw għal 65 % tal-ispejjeż totali u għalhekk laħqu livell għoli ħafna ta' kopertura tal-finanzjament tal-Unjoni;

12.

Jieħu nota li l-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni biex tivvaluta l-attività tal-ENIAC sad-data tal-ħolqien tal-ECSEL JTI, kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC, li għandha tiġi kkunsidrati għall-kwittanza tas-sena finanzjarja 2014;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

13.

Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li nġabru u ttelgħu fuq is-sit web tal-Impriża Konġunta s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tad-Direttur Eżekuttiv u tal-maniġers tagħha kif mitlub mir-Regolamenti tal-Persunal u r-regoli ta' implimentazzjoni; josserva li ġiet stabbilita bażi ta' data komprensiva li tinkludi kull informazzjoni identifikata fir-rigward ta' kunflitti ta' interessi kif ukoll il-miżuri li ttieħdu, u hija miżmuma fuq bażi regolari;

Monitoraġġ u rappurtar tar-riżultati tar-riċerka

14.

Ifakkar li d-Deċiżjoni dwar is-Seba' Programm Kwadru (FP7) (1) tistabbilixxi sistema ta' monitoraġġ u rappurtar li tkopri l-protezzjoni, it-tixrid u t-trasferiment ta' riżultati tar-riċerka; jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li 211,5 pubblikazzjoni u 16,6 privattiva għal kull EUR 10 000 000 ta' għotjiet tal-Unjoni juru produttività għolja tar-riżultati tar-riċerka tagħha u li hija konformi mat-talbiet kollha mitluba s'issa mill-koordinaturi tal-FP7.


(1)  L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007–2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1).


1.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/46


DEĊIŻJONI (UE) 2015/2213 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' Ottubru 2015

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) Dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 — C8–0049/2015),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015 (3) li jiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2013, u t-tweġibiet mid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC (6),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL (7), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (8),

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9),

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0285/2015),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 452, 16.12.2014, p. 26.

(2)  ĠU C 452, 16.12.2014, p. 27.

(3)  ĠU L 255, 30.9.2015, p. 424.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(6)  ĠU L 30, 4.2.2008, p. 21.

(7)  ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.

(8)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(9)  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.


1.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/48


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW (UE) 2015/2214

tas-27 ta' Ottubru 2015

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014) 510) — C8-0148/2014) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015 (5) li jipposponi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2013, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li takkumpanjaha,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (7), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0269/2015),

1.

Jiċħad il-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2013;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 66, 8.3.2013.

(2)  ĠU C 403, 13.11.2014, p. 1.

(3)  ĠU C 398, 12.11.2014, p. 1.

(4)  ĠU C 403, 13.11.2014, p. 128.

(5)  ĠU L 255, 30.9.2015, p. 21.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


1.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/49


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' Ottubru 2015

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0269/2015),

A.

billi l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni għandhom ikunu trasparenti u jagħtu rendikont sħiħ liċ-ċittadini tal-Unjoni għall-fondi fdati lilhom bħala istituzzjonijiet tal-Unjoni;

B.

billi l-Kunsill Ewropew u l-Kunsill, bħala istituzzjonijiet tal-Unjoni, għandhom ikunu soġġetti għar-responsabbiltà demokratika fir-rigward taċ-ċittadini tal-Unjoni peress li huma benefiċjarji mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea;

C.

billi l-Parlament huwa l-uniku korp elett direttament fost l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u għandu r-responsabbiltà li jagħti l-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea;

1.

Jenfasizza r-rwol tal-Parlament speċifikat fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fir-rigward tal-kwittanza baġitarja;

2.

Jindika li, skont l-Artikolu 335 tat-TFUE, “[…] l-Unjoni għandha tkun rappreżentata minn kull waħda mill-istituzzjonijiet, bis-saħħa tal-awtonomija amministrattiva tagħhom, fi kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-operat rispettiv tagħhom”, u li, għaldaqstant, waqt li jitqies l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ir-Regolament Finanzjarju), l-istituzzjonijiet huma responsabbli b'mod individwali għall-implimentazzjoni tal-baġits tagħhom;

3.

Jenfasizza r-rwol tal-Parlament u ta' istituzzjonijiet oħra fi ħdan il-proċedura ta' kwittanza hekk kif irregolat mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu;

4.

Jinnota li, skont l-Artikolu 94 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, “id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura ta' għoti ta' kwittanza lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għandhom japplikaw bl-istess mod għall-proċedura ta' għoti ta' kwittanza […] lill-persuni responsabbli mill-implimentazzjoni tal-baġits ta' istituzzjonijiet u organi oħra tal-Unjoni Ewropea bħal ma huma l-Kunsill (f'dak li għandu x'jaqsam mal-attivitajiet tiegħu bħala eżekuttiv) […]”;

5.

Jiddispjaċih li l-Kunsill ma ta l-ebda spjegazzjoni dwar iż-żieda fis-sottoutilizzazzjoni u ta' riporti tal-impenji fil-baġit tagħhom tal-2013;

Kwistjonijiet pendenti

6.

Ifakkar lill-Kunsill bl-appell tal-Parlament għal rapporti ta' progress dwar proġetti ta' bini u analiżi dettaljata tal-ispejjeż li tħallsu s'issa;

7.

Iħeġġeġ lill-Kunsill jipprovdi spjegazzjoni bil-miktub u dettaljata dwar l-ammont totali ta' approprjazzjonijiet użati fix-xiri tal-bini “Residence Palace”, l-intestaturi baġitarji li minnhom ittieħdu dawn l-approprjazzjonijiet, il-pagamenti parzjali li tħallsu s'issa, u l-pagamenti parzjali li għad iridu jitħallsu;

8.

Itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill biex jipprovdi informazzjoni dwar il-proċess ta' modernizzazzjoni amministrattiva tiegħu, b'mod partikolari dwar il-miżuri konkreti ta' implimentazzjoni ta' dak il-proċess u l-impatt previst fuq il-baġit tal-Kunsill;

9.

Jiddispjaċih bid-diffikultajiet li tfaċċaw ripetutament fil-proċeduri ta' kwittanza sal-lum, li seħħew minħabba nuqqas ta' kooperazzjoni min-naħa tal-Kunsill; jirrimarka li l-Parlament ċaħad l-għoti ta' kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill fir-rigward tas-snin finanzjarji 2009, 2010, 2011 u 2012 għar-raġunijiet stabbliti fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-10 ta' Mejju 2011 (1), tal-25 ta' Ottubru 2011 (2), tal-10 ta' Mejju 2012 (3), tat-23 ta' Ottubru 2012 (4), tas-17 ta' April 2013 (5), tad-9 ta' Ottubru 2013 (6), tat-3 ta' April 2014 (7) u tat-23 ta' Ottubru 2014 (8) u ppospona d-deċiżjoni tiegħu li jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill fir-rigward tas-sena finanzjarja 2013 għar-raġunijiet stabbiliti fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015 (9);

10.

Jinsisti li eżerċizzju ta' kontroll baġitarju effikaċi jeħtieġ kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kunsill, kif stabbilit fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015; jikkonferma li l-Parlament mhuwiex fil-qagħda li jieħu deċiżjoni infurmata dwar l-għoti tal-kwittanza;

11.

Ifakkar lill-Kunsill bil-fehmiet tal-Kummissjoni, kif espressi fl-ittra tagħha tat-23 ta' Jannar 2014, li l-istituzzjonijiet kollha huma parti sħiħa mill-proċess ta' segwitu wara l-kummenti magħmula mill-Parlament fl-eżerċizzju ta' kwittanza u li l-istituzzjonijiet kollha għandhom jikkooperaw biex jiżguraw il-funzjonament mingħajr xkiel tal-proċedura ta' kwittanza;

12.

Jinnota li fl-ittra msemmija hawn fuq il-Kummissjoni sostniet li mhijiex se tissorvelja l-implimentazzjoni tal-baġits tal-istituzzjonijiet l-oħra u li l-fatt li tagħti risposta għal mistoqsijiet indirizzati lil istituzzjoni oħra jikser l-awtonomija ta' dik l-istituzzjoni li timplimenta t-taqsima tagħha stess tal-baġit;

13.

Jiddispjaċih li l-Kunsill għadu qiegħed jonqos milli jagħti tweġibiet għall-mistoqsijiet tal-Parlament; ifakkar il-konklużjonijiet tas-sessjoni ta' ħidma tal-Parlament tas-27 ta' Settembru 2012 dwar id-Dritt tal-Parlament li Jagħti Kwittanza lill-Kunsill, li matulha l-biċċa l-kbira tal-esperti ġuridiċi u akkademiċi qablu dwar id-dritt tal-Parlament għall-informazzjoni; jirreferi f'dan ir-rigward għall-Artikolu 15(3) tat-TFUE li jipprevedi li kull istituzzjoni, korp, jew organu għandu jassigura t-trasparenza tal-ħidma tiegħu;

14.

Jinsisti li n-nefqa tal-Kunsill għandha tgħaddi minn skrutinju bħal dik tal-istituzzjonijiet l-oħra u li l-elementi fundamentali ta' dan l-iskrutinju huma stabbiliti fir-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza tiegħu tas-snin li għaddew;

15.

Jenfasizza l-prerogattiva tal-Parlament li jagħti l-kwittanza skont l-Artikoli 316, 317 u 319 tat-TFUE, f'konformità mal-interpretazzjoni u l-prassi attwali, speċifikament li jagħti l-kwittanza għal kull intestatura tal-baġit b'mod individwali sabiex jinżammu t-trasparenza u l-obbligu demokratiku li jingħata rendikont lill-kontribwenti tal-Unjoni;

16.

Hu tal-fehma li n-nuqqas tal-Kunsill li jressaq id-dokumenti mitluba lill-Parlament jimmina għal kollox id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni għall-informazzjoni u t-trasparenza, u qiegħed isir għajn ta' tħassib, peress li joħloq ċertu defiċit demokratiku fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

17.

Jemmen li huwa meħtieġ li jitqiesu possibbiltajiet differenti sabiex jiġu aġġornati r-regoli dwar l-għoti ta' kwittanza kif stabbiliti fit-TFUE;

18.

Iqis li kooperazzjoni sodisfaċenti bejn il-Parlament, il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill bħala riżultat ta' proċedura ta' djalogu miftuħ u formali, tista' tkun sinjal pożittiv li jingħata liċ-ċittadini tal-Unjoni.


(1)  ĠU L 250, 27.9.2011, p. 25.

(2)  ĠU L 313, 26.11.2011, p. 13.

(3)  ĠU L 286, 17.10.2012, p. 23.

(4)  ĠU L 350, 20.12.2012, p. 71.

(5)  ĠU L 308, 16.11.2013, p. 22.

(6)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 97.

(7)  ĠU L 266, 5.9.2014, p. 26.

(8)  ĠU L 334, 21.11.2014, p. 95.

(9)  ĠU L 255, 30.9.2015, p. 22.


1.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/51


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/2215

tat-30 ta' Novembru 2015

b'appoġġ għall-UNSCR 2235 (2015), li tistabbilixxi mekkaniżmu ta' investigazzjoni konġunt bejn l-OPCW u n-NU sabiex jiġu identifikati l-awturi ta' attakki kimiċi fir-Repubblika Għarbija Sirjana

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 26(2) u l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-7 ta' Awwissu 2015, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta unanimament ir-Riżoluzzjoni (UNSCR) 2235 (2015), li tikkundanna kwalunkwe użu ta' kimiċi tossiċi, bħall-kloru, bħala arma kimika fir-Repubblika Għarbija Sirjana u li tesprimi d-determinazzjoni tiegħu li jidentifika lil dawk responsabbli għal tali atti. Għal dan l-għan, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU stabbilixxa, għal perijodu ta' sena, bil-possibbiltà ta' estensjoni futura jekk jidhirlu li dan ikun meħtieġ, mekkaniżmu ta' investigazzjoni konġunt (MIK) biex jiġu identifikati, sal-aktar punt fattibbli, individwi, entitajiet, gruppi jew gvernijiet li kienu l-awturi, l-organizzaturi, l-isponsors jew b'xi mod ieħor involuti fl-użu ta' kimiċi, inkluż il-kloru jew kwalunkwe kimika tossika oħra, bħala armi fir-Repubblika Għarbija Sirjana, f'każijiet fejn il-missjoni ta' tiftix tal-fatti (FFM, fact-finding mission) tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW) tiddetermina jew tkun iddeterminat li inċident speċifiku fir-Repubblika Għarbija Sirjana involva jew x'aktarx involva l-użu ta' kimiċi, inkluż il-kloru jew kwalunkwe kimika tossika oħra, bħala armi.

(2)

Fl-10 ta' Settembru 2015, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU awtorizza r-rakkomandazzjonijiet, inklużi elementi ta' termini ta' referenza dwar il-MIK bejn l-OPCW u n-NU stabbilit mill-UNSCR 2235 (2015), ippreżentati mis-Segretarju Ġenerali tan-NU fl-ittri tiegħu lill-President tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tas-27 ta' Awwissu 2015 u tad-9 ta' Settembru 2015.

(3)

L-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva (l-'Istrateġija') tissottolinja r-rwol kruċjali tal-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Ħażna u l-Użu ta' Armi Kimiċi u dwar il-Qerda tagħhom (CWC) u tal-OPCW fil-ħolqien ta' dinja ħielsa mill-armi kimiċi.

(4)

L-Unjoni qed timplimenta l-Istrateġija b'mod attiv u qed timplimenta l-miżuri elenkati fil-Kapitolu III tagħha, b'mod partikolari billi tipprovdi riżorsi finanzjarji għall-appoġġ ta' proġetti speċifiċi mwettqa minn istituzzjonijiet multilaterali, bħall-OPCW. Għaldaqstant, fid-9 ta' Diċembru 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/726/PESK (1) b'appoġġ għall-attivitajiet tal-OPCW fil-qafas ta' UNSCR 2118 (2013), id-Deċiżjoni tal-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW tas-27 ta' Settembru 2013 dwar il-qerda tal-armi kimiċi Sirjani u deċiżjonijiet u riżoluzzjonijiet sussegwenti u relatati. Barra minn hekk, fis-17 ta' Frar 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/259 (2) b'appoġġ għall-attivitajiet tal-OPCW fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija.

(5)

Fit-23 ta' Settembru 2015, id-Direttur Ġenerali tal-OPCW indirizza ittra lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ('ir-Rappreżentant Għoli') fejn intalbet kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal fond fiduċjarju għal missjonijiet tal-OPCW fir-Repubblika Għarbija Sirjana, inklużi attivitajiet relatati mal-FFM tal-OPCW, b'appoġġ għall-MIK, li janalizzaw allegazzjonijiet tal-użu ta' kimiċi, inkluż il-kloru jew kwalunkwe kimika tossika oħra, bħala armi.

(6)

Fl-24 ta' Settembru 2015, il-Kap tal-MIK bejn l-OPCW u n-NU indirizza ittra lir-Rappreżentant Għoli fejn talab appoġġ finanzjarju għall-MIK permezz ta' fond fiduċjarju.

(7)

Konsegwentement għall-adeżjoni tar-Repubblika Għarbija Sirjana mal-CWC, b'effett mill-14 ta' Ottubru 2013, l-OPCW hija responsabbli li tivverifika l-konformità tar-Repubblika Għarbija Sirjana mas-CWC u t-termini ta' kwalunkwe Deċiżjoni rilevanti tal-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW u li tirrapporta, f'koordinazzjoni mas-Segretarju Ġenerali tan-NU, kif meħtieġ, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar nuqqas ta' konformità mal-UNSCR 2118 (2013).

(8)

L-implimentazzjoni teknika ta' din id-Deċiżjoni għandha tkun fdata lill-OPCW u l-Uffiċċju tan-NU għall-Affarijiet ta' Diżarm (UNODA) bħala l-uffiċċju ta' implimentazzjoni tal-fond fiduċjarju tal-MIK. Il-proġetti appoġġati mill-Unjoni jistgħu jiġu ffinanzjati biss permezz ta' kontribuzzjonijiet volontarji lill-fondi fiduċjarji rispettivi tal-OPCW u tal-MIK. Dawn il-kontribuzzjonijiet li ser jiġu pprovduti mill-Unjoni ser ikunu strumentali biex l-OPCW u l-MIK ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti stabbiliti f'UNSCR 2235 (2015).

(9)

Is-superviżjoni tal-implimentazzjoni korretta tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun fdata lill-Kummissjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Sabiex ikunu implimentati ċerti elementi tal-Istrateġija, l-Unjoni għandha tappoġġa lill-OPCW u l-MIK billi tikkontribwixxi għal spejjeż assoċjati mal-attivitajiet tagħhom taħt l-UNSCR 2235 (2015), bl-objettiv ġenerali li ġej: l-identifikazzjoni sal-aktar punt fattibbli ta' individwi, entitajiet, gruppi jew gvernijiet li kienu l-awturi, l-organizzaturi, l-isponsors jew b'xi mod ieħor involuti fl-użu ta' kimiċi, inkluż il-kloru jew kwalunkwe kimika tossika oħra, bħala armi fir-Repubblika Għarbija Sirjana, fejn l-FFM tal-OPCW tiddetermina jew tkun iddeterminat li inċident speċifiku fir-Repubblika Għarbija Sirjana involva jew x'aktarx involva l-użu ta' kimiċi, inkluż il-kloru jew kwalunkwe kimika tossika oħra, bħala armi.

2.   Sabiex jintlaħaq l-objettiv imsemmi fil-paragrafu 1, l-Unjoni għandha tappoġġa l-proġetti li ġejjin:

(a)

missjonijiet speċjali tal-OPCW fir-Repubblika Għarbija Sirjana, inklużi attivitajiet relatati mal-FFM tal-OPCW b'appoġġ għall-MIK, li janalizzaw allegazzjonijiet ta' użu ta' kimiċi, inkluż il-kloru jew kwalunkwe kimika tossika oħra, bħala armi;

(b)

MIK bejn l-OPCW u n-NU, inkluż l-istabbiliment tiegħu u l-kapaċità li jibda jopera b'mod sħiħ skont UNSCR 2235 (2015).

Deskrizzjoni dettaljata ta' dawn il-proġetti tinsab fl-Anness.

Artikolu 2

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

2.   L-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2) għandha tkun fdata lill-OPCW u l-UNODA bħala l-uffiċċju ta' implimentazzjoni tal-fond fiduċjarju tal-MIK. Huma għandhom iwettqu dan il-kompitu taħt ir-responsabbiltà tar-Rappreżentant Għoli. Għal dan il-għan, ir-Rappreżentant Għoli għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-OPCW u l-UNODA.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta' EUR 4 586 096.

2.   L-infiq iffinanzjat mill-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun amministrat f'konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni korretta tal-infiq imsemmi fil-paragrafu 1. Għal dan il-għan, hija għandha tikkonkludi ftehimiet ta' finanzjament mal-OPCW u l-UNODA bħala l-uffiċċju ta' implimentazzjoni tal-fond fiduċjarju tal-MIK, rispettivament. Il-ftehimiet ta' finanzjament għandhom jistipulaw li l-OPCW u n-NU għandhom jiżguraw il-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, b'mod adatt skont id-daqs tagħha.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehimiet ta' finanzjament imsemmija fil-paragrafu 3 malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f'dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni ta' dawk il-ftehimiet ta' finanzjament.

Artikolu 4

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni abbażi ta' rapporti regolari mħejjijin mill-OPCW u l-MIK bejn l-OPCW u n-NU. Dawk ir-rapporti għandhom ikunu l-bażi ta' evalwazzjoni mill-Kunsill.

2.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Kunsill b'informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 5

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

2.   Hija għandha tiskadi 18-il xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehimiet ta' finanzjament bejn il-Kummissjoni u l-OPCW u l-UNODA imsemmija fl-Artikolu 3(3), jew għandha tiskadi fil-31 ta' Mejju 2016 jekk ma jkun ġie konkluż l-ebda ftehim ta' finanzjament bħal dan qabel dik id-data.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

É. SCHNEIDER


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/726/PESK tad-9 ta' Diċembru 2013 b'appoġġ għal UNSCR 2118 (2013) u l-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW EC-M-33/Dec 1, fil-qafas tal- implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva (ĠU L 329, 10.12.2013, p. 41).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/259 tas-17 ta' Frar 2015 b'appoġġ għall-attivitajiet tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva (ĠU L 43, 18.2.2015, p. 14).


ANNESS

Appoġġ tal-Unjoni Ewropea għall-UNSCR 2235 (2015) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva

1.   Qafas ġenerali u objettivi

F'April 2014, fil-quċċata tal-operazzjoni għat-tneħħija u l-qerda tal-armi kimiċi tas-Sirja, saru għadd ta' allegazzjonijiet serji rigward l-użu tal-kloru bħala arma kontra l-popolazzjoni ċivili. Id-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW) stabbilixxa missjoni ta' tiftix tal-fatti (FFM) tal-OPCW biex tinvestiga dawn l-allegazzjonijiet. Id-deċiżjoni tiegħu kienet appoġġata mill-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW u s-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) wiegħed l-assistenza tiegħu.

F'Mejju 2014 tim magħmul minn persunal tal-OPCW u tan-NU għamel tentattiv biex iwettaq investigazzjoni fuq il-post f'wieħed mill-villaġġi li allegatament kien attakkat bil-kloru. Waqt li kien qed jaqsam żona ta' lqugħ bejn iż-żoni kkontrollati mill-gvern Sirjan u dawk ikkontrollati mill-oppożizzjoni, it-tim sab ruħu taħt attakk armat u kellu jwaqqaf il-missjoni. Il-FFM madankollu kompliet il-ħidma tagħha, intervistat xhieda u tobba li jagħtu l-kura, dawk li jagħtu l-ewwel rispons u vittmi f'post sikur barra mis-Sirja. Abbażi ta' din il-ħidma, il-FFM ikkonkludiet b'livell għoli ta' kunfidenza li l-kloru, kemm pur jew f'taħlita, kien fil-fatt intuża bħala arma fi tliet villaġġi fit-Tramuntana tas-Sirja.

Fid-Deċiżjoni tiegħu EC-M-48/DEC.1 adottata fl-4 ta' Frar 2015, il-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW esprima tħassib serju dwar is-sejbiet tal-FFM u afferma mill-ġdid il-kundanna tiegħu, bl-aktar mod qawwi possibbli, l-użu ta' armi kimiċi minn kwalunkwe persuna taħt kwalunkwe ċirkostanza. Il-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW esprima appoġġ ukoll għall-kontinwazzjoni tal-ħidma tal-FFM b'mod partikolari bl-istudju tal-informazzjoni kollha disponibbli relatata ma' allegazzjonijiet dwar l-użu tal-armi kimiċi fis-Sirja, inklużi dawk provduti mir-Repubblika Għarbija Sirjana kif ukoll minn oħrajn. Din kienet segwita mill-adozzjoni fis-6 ta' Marzu 2015 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (UNSCR) 2209 (2015) li fiha l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU approva d-deċiżjoni tal-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW u appella biex dawk responsabbli għal dawn l-attakki jwieġbu għal għemilhom.

B'segwitu ta' dik ir-Riżoluzzjoni, fis-7 ta' Awwissu 2015, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta unanimament l-UNSCR 2235 (2015), li tikkundanna kwalunkwe użu ta' kimiċi tossiċi, bħalma huwa l-kloru, bħala arma kimika fir-Repubblika Għarbija Sirjana u esprima d-determinazzjoni tiegħu li jidentifika lil dawk responsabbli għal tali atti. F'dan ir-rigward, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fakkar il-Protokoll għall-Projbizzjoni tal-Użu fil-Gwerra ta' Gassijiet Asfissjanti, Velenużi jew Gassijiet Oħra, u ta' Mezzi Batterjoloġiċi; il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Ħażna u l-Użu ta' Armi Kimiċi u dwar il-Qerda tagħhom (CWC); u l-UNSCR 1540 (2004), l-UNSCR 2118 (2013) u l-UNSCR 2209 (2015). Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU stabbilixxa għal perijodu ta' sena, bil-possibbiltà ta' estensjoni futura jekk jidhirlu li dan huwa meħtieġ, mekkaniżmu ta' investigazzjoni konġunt (MIK) bejn l-OPCW u n-NU biex jiġi identifikat sal-aktar punt fattibbli individwi, entitajiet, gruppi jew gvernijiet li kienu l-awturi, l-organizzaturi, l-isponsors jew b'xi mod ieħor involuti fl-użu ta' kimiċi, inkluż il-kloru jew kwalunkwe kimika tossika oħra, bħala armi fir-Repubblika Għarbija Sirjana, fejn il-FFM tal-OPCW tiddetermina jew tkun iddeterminat li inċident speċifiku fir-Repubblika Għarbija Sirjana involva jew x'aktarx involva l-użu ta' kimiċi, inkluż il-kloru jew kwalunkwe kimika tossika oħra, bħala armi. Dak il-mekkaniżmu attwalment qed jiġi stabbilit.

Għal dan il-għan, l-Unjoni għandha tappoġġa lill-OPCW u l-MIK fil-kompiti rispettivi tagħhom taħt l-UNSCR 2235 (2015) u d-deċiżjoni tal-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW EC-M-48/DEC.1, kif ukoll is-CWC.

2.   Deskrizzjoni tal-Proġetti

A.   Proġett 1: FFMs tal-OPCW

1.   Għan tal-Proġett

Li tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-FFM tal-OPCW, kemm taħt l-UNSCR 2235 (2015) u d-deċiżjoni tal-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW EC-M-48/DEC.1, kif ukoll taħt is-CWC, billi jiġu koperti l-ispejjeż operazzjonali relatati tal-FFM. Dawk l-ispejjeż jinkludu r-reklutaġġ ta' konsulenti esterni b'ħiliet speċifiċi (eż. interpreti u tobba), kif ukoll l-apparat tal-OPCW meħtieġ mit-tim tal-FFM.

2.   Riżultati mistennija

Il-ħidma attwalment għaddejja tal-FFM ser titfa' dawl fuq għadd ta' allegazzjonijiet ta' użu ta' kimiċi tossiċi fir-Repubblika Għarbija Sirjana, u għandha tikkoopera mill-qrib mal-MIK u b'hekk tikkontribwixxi għat-twettiq tal-mandat tal-MIK taħt il-paragrafu 5 ta' UNSCR 2235 (2015).

3.   Deskrizzjoni tal-proġett

Il-FFM għandha tkompli tivvaluta jekk l-inċidenti allegati fir-Repubblika Għarbija Sirjana involvew jew x'aktarx involvew l-użu ta' kimiċi bħala armi. L-attivitajiet tal-FFM ikopru allegazzjonijiet kemm ta' inċidenti fil-passat kif ukoll ta' inċidenti li jistgħu allegatament iseħħu fil-futur. Il-kumplessità ta' dawn l-attivitajiet x'aktarx li tvarja b'mod konsiderevoli; għalhekk in-numru eżatt ta' skjeramenti ma jistax jiġi determinat b'mod preċiż.

Abbażi tal-esperjenza ta' skjeramenti fl-2015, l-OPCW qed tistenna li fl-2016 l-operazzjonijiet tal-FFM jistgħu jinvolvu l-iskjerament ta' bejn 6 sa 12-il ispettur fuq sitt missjonijiet, li t-tul ta' żmien ta' kull wieħed minnhom ikun madwar tliet ġimgħat. X'aktarx li kull missjoni ser tinkludi r-reklutaġġ ta' konsulenti esterni b'ħiliet speċifiċi bħal interpreti u tobba.

L-attivitajiet li ġejjin huma ppjanati bħala parti mill-FFM:

(a)

Intervisti: in-natura tal-inċidenti allegati tista' twassal għall-ħtieġa li jiġu intervistati varjetà kbira ta' xhieda. Dawn jinkludu:

persunal mediku

dawk li jagħtu l-ewwel rispons

tobba li jagħtu l-kura

vittmi

xhieda oħra.

Fil-fatt, it-timijiet tal-intervisti jeħtieġ li jkollhom għarfien pluridimensjonali inkluż fl-armamenti, fil-kimiċi, fis-sinjali u s-sintomi mediċi, kif ukoll fl-interpretazzjoni.

(b)

Eżamijiet mediċi u t-teħid ta' kampjuni bijomediċi.

(c)

Identifikazzjoni tal-kampjun, il-ġbir u l-analiżi.

(d)

Immaniġġjar ta' evidenza, inklużi sorsi miftuħa kif ukoll oġġetti provduti minn xhieda u partijiet terzi. Minbarra dak tat-timijiet tal-intervisti, għarfien pluridimensjonali huwa wkoll meħtieġ b'mod partikolari f'dan il-qasam.

(e)

Kitba ta' rapporti.

(f)

Taħriġ, inkluż taħriġ ta' aġġornament sabiex iżommu ruħhom aġġornati ma' prattiki moderni:

approċċi ta' sikurezza u sigurtà fil-qasam,

tekniki tal-intervista,

immaniġġjar u ħażna ta' evidenza, inkluża l-katina tal-kustodja,

konsapevolezza tal-fdalijiet esplożivi tal-gwerra,

kors ta' taħriġ dwar kimiċi tossiċi,

konsapevolezza forensika,

kimika industrijali bażika u tfassil ta' profil kimiku.

(g)

Valutazzjoni tas-sit u sfruttament tax-xena.

(h)

Persunal ta' appoġġ għall-missjoni u għarfien, b'mod partikolari għal missjonijiet kumplessi.

B.   Proġett 2: MIK bejn l-OPCW u n-NU

1.   Għan tal-proġett

Li jiġi appoġġat l-istabbiliment rapidu tal-MIK u l-kapaċità tiegħu li jibda jopera b'mod sħiħ skont UNSCR 2235 (2015).

2.   Riżultati mistennija

L-identifikazzjoni sal-aktar punt fattibbli ta' individwi, entitajiet, gruppi jew gvernijiet li kienu l-awturi, l-organizzaturi, l-isponsors jew b'xi mod ieħor involuti fl-użu ta' kimiċi, inkluż il-kloru jew kwalunkwe kimika tossika oħra, bħala armi fir-Repubblika Għarbija Sirjana.

3.   Deskrizzjoni tal-proġett

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU approva r-rakkomandazzjonijiet tas-Segretarju Ġenerali tan-NU rigward l-istabbiliment u l-operazzjoni tal-MIK u talab li s-Segretarju Ġenerali tan-NU, f'koordinazzjoni mad-Direttur Ġenerali tal-OPCW, iwettaq mingħajr dewmien il-passi, miżuri, u l-arranġamenti meħtieġa għall-istabbiliment rapidu u l-funzjonament sħiħ tal-MIK, inkluż ir-reklutaġġ ta' persunal imparzjali u ta' esperjenza li għandhom ħiliet u għarfien rilevanti biex jimplimentaw b'mod sħiħ ir-responsabbiltajiet skont UNSCR 2235 (2015).

Il-MIK għandu jitmexxa minn bord indipendenti ta' tliet membri (il-“Bord ta' Tmexxija”) li jiġi appoġġat minn persunal ċentrali ta' professjonisti miġbura fi tliet komponenti. F'dan ir-rigward, il-MIK għandu jkun immexxi minn Assistent-Segretarju-Ġenerali bir-responsabbiltà globali u żewġ Deputati responsabbli għall-komponenti politiċi u ta' investigazzjoni, rispettivament.

It-tmexxija tal-MIK għandha tkun appoġġata minn tliet komponenti. Uffiċċju Politiku, li ser ikun ibbażat fi New York, għandu jipprovdi analiżi politika, pariri legali, relazzjonijiet mal-mezzi tal-informazzjoni u appoġġ amministrattiv. Uffiċċju tal-Investigazzjoni, li ser ikun ibbażat fl-Aja, għandu jipprovdi analiżi kimika u medika, il-forensika, analiżi tal-ordinanza militari, l-investigazzjoni u l-analiżi tal-informazzjoni. Uffiċċju ta' Appoġġ Operazzjonali, li ser ikun ibbażat fi New York, għandu jipprovdi appoġġ għall-komponenti politiċi u ta' investigazzjoni.

Il-persunal ċentrali tal-MIK, bl-eċċezzjoni ta' dawk b'funzjoni amministrattiva, għandhom jiġu ffinanzjati mill-baġit regolari. Il-Kunsill tas-Sigurtà ddeċieda li materjal u ħtiġijiet tekniċi għandhom jiġu ffinanzjati minn kontribuzzjonijiet volontarji. Għal dak il-għan, is-Segretarju-Ġenerali tan-NU stabbilixxa fond fiduċjarju, li għandu jiġi amministrat f'konformità mar-regolamenti amministrattivi u finanzjarji tan-NU.

F'konformità mal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva, li tistabbilixxi l-objettiv tal-promozzjoni tar-rwol tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, u t-tisħiħ tal-għarfien tiegħu biex jiffaċċa l-isfidi tal-proliferazzjoni, l-Unjoni għandha tappoġġa l-implimentazzjoni ta' UNSCR 2235 (2015), b'mod partikolari f'dawk l-oqsma li għandhom potenzjal għoli għal impatt viżibbli u rapidu fl-istabbiliment tal-MIK u l-kapaċità tiegħu li jibda jopera b'mod sħiħ.

Dawn jinkludu appoġġ għall-attivitajiet li ġejjin:

(a)

il-finalizzazzjoni tat-twaqqif ta' uffiċċji kemm fi New York u fl-Aja u għall-Bord ta' Tmexxija u l-Uffiċċji Politiċi u ta' Investigazzjoni tiegħu, rispettivament, kif ukoll l-Uffiċċju ta' Appoġġ Operazzjonali u x-xiri ta' għamara tal-uffiċċju u armarji li jissakkru biex tiġi żgurata l-ħażna sigura ta' informazzjoni u materjali riċevuti u/jew iġġenerati mill-MIK;

(b)

l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' sistema ta' ġestjoni ta' rekords fi ħdan reġim robust tas-sigurtà tal-informazzjoni li għandha tiġi applikata għall-informazzjoni kollha miksuba jew iġġenerata mill-MIK fit-twettiq tal-ħidma tiegħu; dan ir-reġim għandu jieħu kont tar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u tas-sigurtà meqjusa neċessarji għall-ħażna u l-użu tal-informazzjoni u materjali riċevuti u/jew iġġenerati mill-MIK;

(c)

it-tħejjija ta' skjerament possibbli tal-investigaturi tal-MIK lejn ir-Repubblika Għarbija Sirjana jekk dan jitqies bħala rilevanti mill-MIK għall-investigazzjoni tiegħu u fejn huwa jiddeċiedi li hemm raġunijiet raġonevoli biex jitqies ġustifikat l-aċċess għas-Sirja, inkluż f'żoni fi ħdan it-territorju Sirjan iżda barra mill-kontroll tar-Repubblika Għarbija Sirjana;

(d)

ix-xiri ta' tagħmir tal-komunikazzjoni u dak relatat mas-sigurtà, u provvisti għall-uffiċċji biex jiġi appoġġat il-MIK fl-implimentazzjoni tal-mandat tiegħu. Dawn għandhom jinkludu apparat tal-IT (server dedikat, kompjuters, laptops bi stazzjonijiet għad-dokkjar, sett addizzjonali ta' kompjuters għan-netwerk tal-intranet li mhux imqabbad mal-Internet, magni kummerċjali li jqattgħu l-karti (shredders), eċċ.) li huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tar-reġim tas-sigurtà tal-informazzjoni msemmi fil-punt (b).

L-għarfien u l-attivitajiet addizzjonali għandhom ikunu ffinanzjati permezz ta' kontribuzzjonijiet volontarji hekk kif ir-rekwiżiti jibqgħu jitfaċċaw. Għandhom jiġu impjegati għal perijodi qosra konsulenti esperti ad hoc, inkluż għall-iżvilupp rapidu tas-sistema ta' ġestjoni ta' rekords u tar-reġim tas-sigurtà tal-informazzjoni msemmi fil-punt (b), kif ukoll l-iżvilupp ta' proċeduri operattivi standard.

3.   Tul ta' żmien

Il-perijodu stmat ta' implimentazzjoni għal dawn il-proġetti huwa ta' 12-il xahar.

4.   Aġenzija ta' implimentazzjoni

L-OPCW ser tiġi fdata bl-implimentazzjoni teknika tal-proġett 1. Dak il-proġett għandu jiġi implimentat mill-persunal tal-OPCW, esperti u kuntratturi.

L-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet ta' Diżarm f'isem il-MIK bejn l-OPCW u n-NU għandu jiġi fdat bl-implimentazzjoni teknika tal-proġett 2. Dak il-proġett għandu jiġi implimentat mill-persunal tal-MIK, konsulenti, u kuntratturi.

In-NU u l-OPCW ser jiżviluppaw l-attivitajiet tagħhom f'kooperazzjoni mal-isħab rilevanti, inkluż organizzazzjonijiet u aġenziji internazzjonali, sabiex jiżguraw sinerġiji effettivi u jevitaw duplikazzjoni.

5.   Viżibbiltà tal-Unjoni

L-aġenzija ta' implimentazzjoni għandha tieħu l-miżuri adatti kollha biex tippubbliċizza l-fatt li l-azzjoni hija ffinanzjata mill-Unjoni. Tali miżuri għandhom jiġu implimentati skont il-manwal dwar il-Komunikazzjoni u l-viżibbiltà għal azzjonijiet esterni tal-UE ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea.

6.   Rapportar

L-aġenziji ta' implimentazzjoni għandhom iħejju:

(a)

rapporti regolari dwar l-implimentazzjoni tal-proġetti kkonċernati; u

(b)

rapport finali mhux aktar tard minn 3 xhur wara li jitlestew l-attivitajiet rilevanti

7.   Spiża totali stmata tal-proġetti

L-ispiża totali stmata tal-proġetti hija ta' EUR 4 586 096.


1.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/58


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/2216

tat-30 ta' Novembru 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.

(2)

Bis-sentenza tagħha tat-18 ta' Settembru 2015 fil-Kawża T-121/13, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat id-deċiżjoni tal-Kunsill biex tiġi inkluża Oil Industry Pension Fund Investment Company (OPIC) fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(3)

OPIC għandha terġa' tiġi inkluża fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, abbażi ta' dikjarazzjoni ġdida tar-raġunijiet.

(4)

Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2015.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


(1)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.


ANNESS

L-entità elenkata hawn taħt hija mdaħħla fil-lista li tinsab fil-Parti I tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK:

I.   Persuni u entitajiet involuti f'attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran

B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“159.

Oil industry Pension Fund Investment Company (OPIC)

No 234, Taleghani St, Teheran, Iran

OPIC tipprovdi appoġġ sinifikanti lill-Gvern tal-Iran billi tipprovdi riżorsi finanzjarji u servizzi ta' finanzjament għal proġetti ta' żvilupp ta' żejt u gass għal diversi entitajiet marbuta mal-Gvern tal-Iran, inkluż sussidjarji ta' kumpanniji tal-Istat (NIOC). Barra minn hekk, OPIC kellha taħt is-sjieda tagħha IOEC (Iranian Offshore Engineering Construction Co.) li hija ddeżinjata mill-UE li tipprovdi appoġġ loġistiku lill-Gvern tal-Iran.

Is-settur taż-żejt u l-gass jikkostitwixxi sors sinifikanti ta' finanzjament għall-Gvern tal-Iran, u hemm rabta potenzjali bejn id-dħul tal-Iran miż-żejt li ġej mis-settur tal-enerġija tiegħu u l-finanzjament ta' attivitajiet tal-Iran marbutin mal-proliferazzjoni.

Id-Direttur Maniġerjali ta' OPIC huwa Naser Maleki, li huwa individwu ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti bħala Kap ta' Shahid Hemat Industrial Group (SHIG) u wkoll uffiċjal ta' MODAFL (Ministeru Iranjan għad-Difiża u l-Loġistika tal-Forzi Armati) li jissorvelja l-ħidma marbuta mal-programm tal-missili ballistiċi Shahab 3 (il-missili ballistika ta' medda twila tal-Iran operattiva bħalissa). SHIG huwa entità ddeżinjata min-Nazzjonijiet Uniti għar-raġuni li huwa entità li taqa' taħt l-Aerospaces Industries Organisation (AIO), li hi entità ddeżinjata mill-UE) u peress li hi involuta fil-programm tal-missili ballistiċi tal-Iran. Għaldaqstant, OPIC hi assoċjata direttament mal-attivitajiet nukleari tal-Iran marbutin mal-proliferazzjoni jew l-iżvilupp ta' sistemi ta' kunsinna ta' armi nukleari.

1.12.2015”


1.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/60


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2217

tas-27 ta' Novembru 2015

dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-vajrus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer mil-Libja u mill-Marokk

(notifikata bid-dokument C(2015) 8223)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(6) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(5) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/496/KEE tistabbilixxi l-prinċipji tal-kontrolli veterinarji fuq l-annimali li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi. Din tistabbilixxi l-miżuri li jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni, jekk marda li tista' tkun ta' theddida serja għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika, timmanifesta ruħha jew tinfirex fit-territorju ta' pajjiż terz.

(2)

Id-Direttiva 97/78/KE tistabbilixxi l-prinċipji tal-verifiki veterinarji fuq il-prodotti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi. Din tistabbilixxi l-miżuri li jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni, jekk marda li tista' tkun ta' theddida serja għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika, timmanifesta ruħha jew tinfirex fit-territorju ta' pajjiż terz.

(3)

Il-marda tal-ilsien u d-dwiefer hija waħda mill-aktar mard li jittieħed malajr fl-ifrat, in-nagħaġ, il-mogħoż u l-ħnieżer. Il-vajrus li jikkawża din il-marda għandu l-potenzjal li jinfirex malajr, l-aktar permezz ta' prodotti li jinkisbu minn annimali infettati u oġġetti mhux ħajjin kontaminati, inklużi l-mezzi ta' trasport bħall-vetturi għall-ġarr tal-bhejjem. Il-vajrus jista' jippersisti wkoll għal diversi ġimgħat f'ambjent kontaminat barra ġisem l-annimal li jkollu l-marda, dejjem skont it-temperatura.

(4)

Wara t-tifqigħat li seħħew fl-2014 tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-Alġerija, fil-Libja u fit-Tuneżija, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/689/UE (3) ipprevediet miżuri ta' protezzjoni biex jevitaw l-introduzzjoni tal-marda fl-Unjoni.

(5)

B'mod partikolari, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/689/UE tistabbilixxi miżuri dwar it-tindif u d-diżinfezzjoni tal-vetturi u tal-bastimenti għall-ġarr tal-bhejjem mill-Alġerija, mil-Libja u mit-Tuneżija. Peress li l-Marokk huwa pajjiż potenzjali minn fejn jistgħu jgħaddu l-vetturi għall-ġarr tal-bhejjem li jkunu sejrin mill-Alġerija, mil-Libja u mit-Tuneżija lejn l-Unjoni, dawk il-miżuri huma applikati wkoll għall-vetturi u l-bastimenti minn dak il-pajjiż. Dik id-Deċiżjoni kienet tapplika sal-1 ta' Ottubru 2015.

(6)

Fit-2 ta' Novembru 2015, il-Marokk bagħat notifika lill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (l-OEI) biex jikkonferma t-tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer tas-serotip O fil-Punent tat-territorju tiegħu.

(7)

Il-preżenza tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Marokk tista' tikkostitwixxi riskju serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem fl-Unjoni.

(8)

Is-sitwazzjoni tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Libja għadha inċerta u għadd sinifikanti ta' kunsinni ta' annimali bovini ħajjin qed jiġi esportat f'dak il-pajjiż mill-Istati Membri tal-UE.

(9)

Barra minn hekk, il-Libja u l-Marokk huma pajjiżi potenzjali minn fejn jistgħu jgħaddu l-vetturi għall-ġarr tal-bhejjem minn pajjiżi Afrikani oħra lejn l-Unjoni.

(10)

Għalhekk, is-sitwazzjoni tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Libja u fil-Marokk tirrekjedi li jiġu adottati miżuri ta' protezzjoni fil-livell tal-Unjoni li jqisu s-soppravivenza fl-ambjent tal-vajrus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer u r-rotot ta' trażmissjoni potenzjali ta' dak il-vajrus.

(11)

Il-vetturi u l-bastimenti għall-ġarr tal-bhejjem użati għat-trasport tal-annimali ħajjin mil-Libja u mill-Marokk jistgħu jiġu kkontaminati bil-vajrus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer f'dawk il-pajjiżi, u għalhekk hemm ir-riskju li jintroduċu l-marda mal-wasla tagħhom fl-Unjoni.

(12)

It-tindif u d-diżinfezzjoni xierqa tal-vetturi u tal-bastimenti għall-ġarr tal-bhejjem huwa l-aħjar mod kif jitnaqqas ir-riskju tat-trażmissjoni rapida tal-vajrus fuq distanzi kbar.

(13)

Għalhekk, huwa xieraq li l-vetturi u l-bastimenti kollha għall-ġarr tal-bhejjem li jkunu ttrasportaw annimali ħajjin lejn destinazzjonijiet fil-Libja jew fil-Marokk jiġu mnaddfa u diżinfettati b'mod xieraq, u li dan it-tindif u d-diżinfezzjoni jiġi dokumentat kif suppost f'dikjarazzjoni li trid tiġi ppreżentata mill-operatur jew mis-sewwieq lill-awtorità kompetenti fil-punt tad-dħul fl-Unjoni.

(14)

L-operatur jew is-sewwieq għandu jiżgura li għal kull vettura u bastiment għall-ġarr tal-bhejjem li jkunu ttrasportaw annimali ħajjin lejn destinazzjonijiet fil-Libja u fil-Marokk, jinżamm iċ-ċertifikat tat-tindif u d-diżinfezzjoni għal perjodu minimu ta' tliet snin.

(15)

L-Istati Membri għandu jkollhom ukoll il-possibbiltà li l-vetturi li jittrasportaw l-għalf minn pajjiżi infettati jew lejhom, u li minnhom ma jistax jiġi eskluż ir-riskju sinifikanti tal-introduzzjoni tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fit-territorju tal-Unjoni, ikunu suġġetti għal diżinfezzjoni fuq il-post tar-roti jew ta' kull parti oħra tal-vettura li titqies neċessarja biex jitnaqqas dan ir-riskju.

(16)

Barra minn hekk, għalkemm l-importazzjonijiet ta' annimali ħajjin ta' speċijiet suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer mhumiex awtorizzati minn kull pajjiż fl-Afrika, skont id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE (4) hija awtorizzata l-importazzjoni ta' ċerti kategoriji ta' ekwidi li ġejjin mill-Marokk u skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/57/UE (5) huwa permess li jsir it-tranżitu fl-Unjoni tal-ekwidi li ġejjin minn dak il-pajjiż terz u li qegħdin fi triqthom lejn pajjiż terz ieħor. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li l-vetturi għall-ġarr tal-bhejjem li jittrasportaw ekwidi li ġejjin minn dak il-pajjiż terz, ikunu suġġetti għal diżinfezzjoni fuq il-post tar-roti jew ta' kull parti oħra tal-vettura li titqies neċessarja biex jitnaqqas ir-riskju ta' introduzzjoni tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-Unjoni.

(17)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw għal perjodu ta' żmien li jippermetti li ssir evalwazzjoni sħiħa tal-evoluzzjoni tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fiż-żoni affettwati.

(18)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, “vettura għall-ġarr tal-bhejjem” jew “bastiment għall-ġarr tal-bhejjem” tfisser kull vettura jew bastiment li qed jintużaw jew li ntużaw għat-trasport ta' annimali terrestri ħajjin.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mal-wasla tal-operatur jew tas-sewwieq ta' vettura għall-ġarr tal-bhejjem jew ta' bastiment għall-ġarr tal-bhejjem mil-Libja u mill-Marokk, fil-punt tad-dħul fl-Unjoni jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru bl-informazzjoni li turi li l-bhejjem jew il-kompartament tal-ġarr, meta applikabbli l-kaxxa tat-trakk, ir-rampa tat-tagħbija, it-tagħmir li jkun miss mal-annimali, ir-roti u l-kabina tas-sewwieq u l-ħwejjeġ u l-bwiez protettivi użati matul il-ħatt, tnaddfu u ġew diżinfettati wara l-aħħar ħatt tal-annimali.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi inkluża f'dikjarazzjoni mimlija skont il-mudell stipulat fl-Anness I jew fi kwalunkwe format ieħor ekwivalenti li jinkludi mill-inqas l-informazzjoni stipulata f'dak il-mudell.

3.   Il-kopja oriġinali tad-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinżamm mill-awtorità kompetenti għal perjodu ta' tliet snin.

Artikolu 3

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-punt tad-dħul fl-Unjoni għandha tikkontrolla viżwalment il-vetturi għall-ġarr tal-bhejjem li ġejjin mil-Libja u mill-Marokk sabiex tiddetermina jekk tnaddfux u ġewx diżinfettati b'mod sodisfaċenti.

2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli mill-ħruġ taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni fil-Libja u fil-Marokk ta' annimali ħajjin li jridu jinġarru, għandha tikkontrolla viżwalment il-vetturi għall-ġarr tal-bhejjem sabiex tiddetermina jekk tnaddfux u ġewx diżinfettati b'mod sodisfaċenti qabel it-tagħbija tal-annimali.

3.   Jekk il-kontrolli msemmija fil-paragrafi 1 u 2 juru li t-tindif u d-diżinfezzjoni twettqu b'mod sodisfaċenti jew jekk l-awtoritajiet kompetenti minbarra l-miżuri stipulati fil-paragrafu 1, ordnaw, organizzaw u wettqu diżinfezzjoni addizzjonali ta' vetturi jew bastimenti għall-ġarr tal-bhejjem li tnaddfu qabel, l-awtorità kompetenti għandha tiddikjara dak il-fatt billi toħroġ ċertifikat skont il-mudell stabbilit fl-Anness II.

4.   Jekk il-kontrolli msemmija fil-paragrafi 1 u 2 juru li t-tindif u d-diżinfezzjoni tal-vettura jew tal-bastiment għall-ġarr tal-bhejjem ma twettqux b'mod sodisfaċenti, l-awtorità kompetenti għandha tieħu waħda mill-miżuri li ġejjin:

(a)

tordna li l-vettura jew il-bastiment għall-ġarr tal-bhejjem jitnaddaf u jiġi diżinfettat kif suppost f'post innominat mill-awtorità kompetenti, viċin kemm jista' jkun tal-punt tad-dħul fl-Istat Membru kkonċernat u toħroġ iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 3;

(b)

jekk ma jkunx hemm faċilità adattata għat-tindif u d-diżinfezzjoni viċin il-punt tad-dħul jew jekk hemm riskju li l-prodotti residwi tal-annimali jistgħu jiġu rilaxxati minn vettura jew bastiment għall-ġarr tal-bhejjem mhux imnaddaf:

(i)

tiċħad id-dħul fl-Unjoni tal-vettura jew tal-bastiment għall-ġarr tal-bhejjem; jew

(ii)

twettaq diżinfezzjoni preliminarja fuq il-post tal-vettura jew tal-bastiment għall-ġarr tal-bhejjem li ma jkunx tnaddaf jew ġie diżinfettat b'mod sodisfaċenti sakemm titwettaq l-applikazzjoni tal-miżuri stipulati fil-punt (a).

5.   Il-kopja oriġinali taċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 3 għandha tinżamm mill-operatur jew mis-sewwieq tal-vettura għall-ġarr tal-bhejjem għal perjodu ta' tliet snin. L-awtorità kompetenti għandha żżomm kopja ta' dak iċ-ċertifikat għal perjodu ta' tliet snin.

Artikolu 4

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-punt tad-dħul fl-Unjoni tista' tissuġġetta kull vettura li tkun ittrasportat għalf li jkun ġej mil-Libja u mill-Marokk jew lejhom, u li minnha ma jistax jiġi eskluż ir-riskju sinifikanti tal-introduzzjoni tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-Unjoni, għal diżinfezzjoni fuq il-post tar-roti jew ta' kull parti oħra tal-vettura li titqies neċessarja biex jitnaqqas dan ir-riskju.

Artikolu 5

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post tad-dħul ta' spezzjoni fil-fruntiera tista' tissuġġetta vetturi li jittrasportaw ekwidi mill-Marokk li jiġu introdotti fl-Unjoni skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/156/KE u f'każ ta' tranżitu skont id-Deċiżjoni 2010/57/UE, u li minnhom ma jistax jiġi eskluż ir-riskju sinifikanti tal-introduzzjoni tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fit-territorju tal-Unjoni, għal diżinfezzjoni fuq il-post tar-roti jew ta' kull parti oħra tal-vettura li titqies neċessarja biex jitnaqqas dan ir-riskju.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni tapplika sal-31 ta' Diċembru 2016.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(2)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/689/UE tad-29 ta' Settembru 2014 dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-vajrus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer mill-Alġerija, il-Libja, il-Marokk u t-Tuneżija (ĠU L 287, 1.10.2014, p. 27).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' ekwidi (ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/57/UE tat-3 ta' Frar 2010 li tistabbilixxi garanziji tas-saħħa għat-tranżitu tal-equidae (razza taż-żwiemel) li jkunu qegħdin jiġu ttrasportati mit-territorji elenkati fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE (ĠU L 32, 4.2.2010, p. 9).


ANNESS I

Dikjarazzjoni mudell li trid tingħata mill-operatur/mis-sewwieq tal-vettura/tal-bastiment għall-ġarr tal-bhejjem li ġejjin mil-Libja u mill-Marokk

Jien, l-operatur/is-sewwieq tal-vettura/tal-bastiment għall-ġarr tal-bhejjem … (1)

niddikjara li:

Il-ħatt l-aktar riċenti tal-annimali u tal-għalf sar fi:

Pajjiż, reġjun, post

Data (jj.xx.ssss)

Ħin (ss:mm)

 

 

 

 

Wara l-ħatt, il-vettura/il-bastiment għall-ġarr tal-bhejjem tnaddfu u ġew diżinfettati. It-tindif u d-diżinfezzjoni inkludew il-kompartiment tal-bhejjem jew tat-tagħbija, [il-kaxxa tat-trakk,] (2) ir-rampa tat-tagħbija, it-tagħmir li jkun miss mal-annimali, ir-roti u l-kabina tas-sewwieq u l-ħwejjeġ u l-bwiez protettivi li ntużaw matul il-ħatt.

It-tindif u d-diżinfezzjoni twettqu fi:

Pajjiż, reġjun, post

Data (jj.xx.ssss)

Ħin (ss:mm)

 

 

 

 

Id-diżinfettant intuża skont il-konċentrazzjonijiet rakkomandati mill-manifattur (3):

It-tagħbija li jmiss ta' annimali se sseħħ fi:

Pajjiż, reġjun, post

Data (jj.xx.ss)

Ħin (ss:mm)

 

 

 

 

Data

Post

Firma tal-operatur/tas-sewwieq

 

 

 

Isem l-operatur/is-sewwieq tal-vettura għall-ġarr tal-bhejjem u l-indirizz kummerċjali (f'ittri kapitali)


(1)  Daħħal in-numru tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni/ta' identifikazzjoni tal-vettura/tal-bastiment għall-ġarr tal-bhejjem.

(2)  Ħassar jekk mhux applikabbli.

(3)  Indika s-sustanza u l-konċentrazzjoni tagħha.


ANNESS II

Ċertifikat mudell ta' tindif u diżinfezzjoni tal-vetturi/tal-bastimenti għall-ġarr tal-bhejjem li ġejjin mil-Libja u mill-marokk

Jien, li ffirmajt hawn taħt, niċċertifika uffiċjalment li spezzjonajt:

1.

il-vetturi/il-bastimenti għall-ġarr tal-bhejjem bil-pjanċi tar-reġistrazzjoni/ta' identifikazzjoni … (1) llum u permezz ta' kontroll viżiv sibt li l-kompartament tal-bhejjem jew tat-tagħbija, [il-kaxxa tat-trakk] (2), ir-rampa tat-tagħbija, it-tagħmir li jkun miss mal-annimali, ir-roti u l-kabina tas-sewwieq u l-ħwejjeġ u l-bwiez protettivi użati matul il-ħatt, tnaddfu b'mod sodisfaċenti.

2.

l-informazzjoni ppreżentata fil-forma ta' dikjarazzjoni kif stipulat fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2217 (3) jew fi kwalunkwe forma ekwivalenti oħra li tkopri l-punti stipulati fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2217.

Data

Ħin

Post

Awtorità kompetenti

Firma tal-uffiċjal (*)

 

 

 

 

 

Timbru:

Isem f'ittri kapitali:


(1)  Daħħal in-numri tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni/ta' identifikazzjoni tal-vetturi/tal-bastimenti għall-ġarr tal-bhejjem.

(2)  Ħassar jekk mhux applikabbli.

(3)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2217 tas-27 ta' Novembru 2015 dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-vajrus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer mil-Libja u mill-Marokk (ĠU L 314, 1.12.2015, p. 60).

(*)  Il-kulur tat-timbru u tal-firma għandu jkun differenti minn dak użat għall-istampar.


1.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/66


DEĊIŻJONI (UE) 2015/2218 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-20 ta' Novembru 2015

dwar il-proċedura biex jiġu esklużi membri tal-persunal mis-suppożizzjoni li kellhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta' istituzzjoni tal-kreditu taħt superviżjoni (BĊE/2015/38)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 127(6) u l-Artikolu 132 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fi ħdan il-qafas stabbilit skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu kompetenza esklużiva biex iwettaq il-kompiti mogħtija lilu mill-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament li huma relatati ma' istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fi Stati Membri parteċipanti jew friegħi stabbiliti fi Stati Membri parteċipanti minn istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti.

(2)

Sabiex jiġu segwiti l-objettivi tal-unjoni bankarja wara l-konklużjoni tal-Kunsill Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2012, li qalet li l-proċess lejn unjoni ekonomika u monetarja aktar profonda għandha tibni fuq il-qafas istituzzjonali u legali tal-Unjoni, għandu jiġi stabbilit qafas legali armonizzat fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) (2) jistabbilixxi l-qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u mal-awtoritajiet nazzjonali nominati. B'mod partikolari, it-Titolu 2 tal-Parti III jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali relatati mal-proċess ġust għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet superviżorji tal-BĊE.

(4)

Il-qafas għal superviżjoni prudenzjali stabbilit permezz tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jeħtieġ li l-istituzzjonijiet jidentifikaw il-membri tal-persunal kollha li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni. Kwalunkwe kriterju użat għal dan l-iskop għandu jiżgura li l-identifikazzjoni ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandu impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni tirrifletti l-livell ta' riskju tal-attivitajiet differenti fi ħdan l-istituzzjoni.

(5)

Il-BĊE huwa responsabbli sabiex jiżgura, fi ħdan il-qafas tar-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 604/2014 (4), li l-entitajiet taħt is-superviżjoni diretta tiegħu japplikaw ir-regoli dwar l-identifikazzjoni ta' persunal li jkollhom impatt materjali fuq il-profil ta' riskju ta' istituzzjoni b'mod koerenti li jissalvagwardja s-sodezza ta' kwalunkwe identifikazzjoni ta' din ix-xorta. Din id-Deċiżjoni għalhekk tipprovdi għal proċedura b'rabta mal-applikazzjoni tal-kriterji kwantitattivi stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 604/2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-rekwiżiti proċedurali kemm għan-notifika tal-approvazzjoni minn qabel, kif ukoll l-applikazzjoni għaliha, li l-istituzzjonijiet ta' kreditu taħt superviżjoni għandhom jissottomettu lill-BĊE sabiex jeskludu membri tal-persunal jew kategoriji ta' membri tal-persunal mis-suppożizzjoni li huma persunal identifikat fuq il-bażi tal-kriterji kwantitattivi stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 604/2014.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni:

(1)

“istituzzjoni ta' kreditu taħt superviżjoni” tfisser entità sinifikanti taħt superviżjoni kif iddefinita fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17) jew grupp sinifikanti taħt superviżjoni kif iddefinit fl-Artikolu 2(22) tar-Regolament (UE);

(2)

“Deċiżjoni superviżorja tal-BĊE” għandha l-istess tifsira kif iddefinita fl-Artikolu 2(26) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17);

(3)

“persunal identifikat” tfisser il-membri kollha tal-persunal ta' istituzzjoni ta' kreditu taħt superviżjoni li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni ta' kreditu, fuq bażi individwali, subkonsolidata jew konsolidata, kif iddefinit fil-paragrafi (48) u (49) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

Article 3

Informazzjoni ġenerali li għandha tingħata lill-BĊE

1.   In-notifika skont l-Artikolu 4(4) u l-applikazzjoni għal approvazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 604/2014 għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja għat-tmiem tas-sena finanzjarja preċedenti u s-sena finanzjarja attwali:

(a)

id-data ta' referenza;

(b)

l-identifikatur tal-entità legali (legal entity identifier — LEI) tal-istituzzjoni ta' kreditu taħt superviżjoni;

(c)

in-numru ta' impjegati ekwivalenti għal full-time;

(d)

in-numru ta' persunal identifikat;

(e)

in-numru ta' persunal identifikat fuq il-bażi tal-kriterji kwalitattivi skont l-Artikolu 3 tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 604/2014;

(f)

in-numru ta' persunal identifikat ibbażat esklużivament fuq il-kriterji kwantitattivi stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 604/2014, flimkien ma' indikazzjoni tal-kategorija li għaliha jappartjeni kull membru tal-persunal identifikat mill-kategoriji speċifikati fl-Artikolu 4(1)(a), (b) jew (c) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 604/2014;

(g)

in-numru ta' persunal identifikat ibbażat esklużivament fuq kriterji addizzjonali stipulati mill-istituzzjoni ta' kreditu taħt superviżjoni.

2.   In-notifika skont l-Artikolu 4(4) u l-applikazzjoni għal approvazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 604/2014 għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja għal kull membru tal-persunal li għalih tintalab esklużjoni.

(a)

l-isem, l-entità, l-unità operatorja, id-dipartiment, it-titlu tal-kariga u l-linja tar-rapportar tal-membru tal-persunal flimkien man-numru ta' impjegati ekwivalenti għal full-time taħt it-tmexxija tal-membru tal-persunal;

(b)

jekk il-membru tal-persunal jappartjenix għal xi funzjoni ta' teħid ta' riskju jew kontroll tar-riskju u jekk dan ikun il-każ, il-limitu minimu f'miljuni ta' euro ta' pożizzjonijiet ta' riskju li l-funzjoni tista' tieħu;

(c)

jekk il-membru tal-persunal huwiex membri ta' xi kumitat u, jekk dan huwa l-każ, l-isem tal-kumitat, il-livell ta' rapportar tiegħu u l-grad ta' awtorità tiegħu biex jieħu deċiżjonijiet ta' riskju espressi bħala perċnetwal tal-kapital tal-Ekwità Komuni ta' Grad;

(d)

l-ammont totali ta' remunerazzjoni f'euro u l-proporzjon ta' remunerazzjoni varjabbli sa fissa mogħti lill-membru tal-persunal fis-sena finanzjarja preċedenti;

(e)

l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għar-remunerazzjoni varjabbli tal-membru tal-persunal;

(f)

il-kriterji kwantitattivi li fuq il-bażi tagħhom il-membru tal-persunal kien evalwat bħala persunal identifikat (Artikolu 4(1)(a), (b) jew (c) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 604/2014);

(g)

il-kriterji li fuq il-bażi tagħhom l-esklużjoni tal-membru tal-persunal tkun mitluba (Artikolu 4(2)(a) jew (b) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 604/2014).

3.   In-notifika skont l-Artikolu 4(4) u l-applikazzjoni għal approvazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 604/2014 għandhom jinkludu r-rapport tal-valutazzjoni tal-awditu intern jew estern annwali dwar il-proċess ta' identifikazzjoni ta' persunal identifikat u r-riżultati tiegħu, li jkopru wkoll l-esklużjonijiet mitluba.

Artikolu 4

Dokumentazzjoni meħtieġa biex tissostanzja li unità tax-xogħol mhijiex materjali

1.   Meta jippreżentaw notifika skont l-Artikolu 4(4) jew japplikaw għal approvazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 604/2014, l-istituzzjonijiet ta' kreditu taħt superviżjoni għandhom jissottomettu lill-BĊE d-dokumentazzjoni li ġejja sabiex jissostanzjaw li membru tal-persunal, jew il-kategorija ta' persunal li għaliha jappartjeni membru tal-persunal, iwettaq biss attivitajiet professjonali f'unità operatorja li ma tkunx unità operatorja materjali kif imsemmi fl-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 604/2014:

(a)

deskrizzjoni dettaljata u komprensiva tad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-membru tal-persunal jew kategorija ta' persunal relevanti li għaliha jappartjeni l-membru tal-persunal;

(b)

organigramma tal-unità operatorja relevanti li turi l-istruttura ġerarkika u l-linji tar-rapportar, inkluż il-membru tal-persunal jew kategorija ta' persunal relevanti li għaliha jappartjeni l-membru tal-persunal;

(c)

deskrizzjoni dettaljata tal-allokazzjoni ta' kapital intern lill-unità operatorja relevanti skont l-Artikolu 73 tad-Direttiva 2013/36/UE għas-sena finanzjarja attwali u s-sentejn ta' qabel;

(d)

ħarsa ġenerali eljn l-allokazzjoni ta' kapital intern lill-unitajiet operatorji kollha skont l-Artikolu 73 tad-Direttiva 2013/36/UE għas-sena finanzjarja attwali u s-sentejn ta' qabel;

(e)

dikjarazzjoni li tispjega għaliex l-istituzzjoni ta' kreditu taħt superviżjoni tat lill-membru tal-persunal, jew kategorija ta' persunal li għaliha jappartjeni l-membru tal-persunal, remunerazzjoni li tissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 604/2014 għalkemm il-membru tal-persunal iwettaq attivitajiet professjonali f'unità operatorja mhux materjali;

(f)

dikjarazzjoni mmotivata li tispjega għaliex il-membru tla-persunal, jew il-kategorija tal-persunal li għaliha jappartjeni l-membru tal-persunal, ma jissodisfawx il-kriterji kwalitattivi msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 604/2014.

2.   Jekk id-definizzjoni ta' unitajiet operatorji fi ħdan l-istituzzjoni ta' kreditu taħt superviżjoni tkun inbidlet matul is-sena finanzjarja attwali u s-sentejn finanzjarji ta' qabel, l-istituzzjoni ta' kreditu taħt superviżjoni għandha tipprovdi r-raġunijiet għal din il-bidla.

3.   Il-BĊE jista' jeħtieġ li l-istituzzjoni ta' kreditu tissottometti aktar informazzjoni sabiex tissostanzja l-applikazzjoni.

Artikolu 5

Dokumentazzjoni li turi li l-attivitajiet professjonali ta' membru tal-persunal m'għandhom ebda impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta' unità operatorja materjali

1.   Meta jippreżentaw notifika skont l-Artikolu 4(4) jew japplikaw għal approvazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 604/2014, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jissottomettu lill-BĊE d-dokumentazzjoni li ġejja sabiex juru li l-attivitajiet professjonali ta' membru tal-persunal jew kategorija ta' persunal m'għandhom ebda impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta' unità operatorja materjali kif imsemmi fl-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 604/2014:

(a)

deskrizzjoni dettaljata u komprensiva tad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-membru tal-persunal jew kategorija ta' persunal relevanti li għaliha jappartjeni l-membru tal-persunal;

(b)

organigramma tal-unità operatorja relevanti li turi l-istruttura ġerarkika u l-linji tar-rapportar, inkluż il-membru tal-persunal jew kategorija ta' persunal relevanti li għaliha jappartjeni l-membru tal-persunal;

(c)

deskrizzjoni dettaljata tal-kriterji oġġettivi stipulati fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 604/2014 li ntużaw sabiex jiġi evalwat li l-attivitajiet professjonali tal-membru tal-persunal relevanti, jew il-kategorija tal-persunal li għaliha jappartjeni l-membru tal-persunal m'għandhom ebda impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta' unità operatorja materjali, waqt li jiġi speċifikat kif dawk il-kriterji ġew applikati u kif l-indikaturi relevanti kollha tar-riskju u tal-prestazzjoni użati għall-finijiet tal-kejl tar-riskju intern ittieħdu inkunsiderazzjoni;

(d)

dikjarazzjoni li tispjega għaliex l-istituzzjoni ta' kreditu taħt superviżjoni tat lill-membru tal-persunal, jew kategorija ta' persunal li għaliha jappartjeni l-membru tal-persunal, remunerazzjoni li tissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 604/2014 għalkemm il-membru tal-persunal m'għandu ebda impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta' unità operatorja materjali;

(e)

dikjarazzjoni mmotivata li tispjega għaliex il-membru tal-persunal relevanti, jew il-kategorija ta' persunal li għaliha jappartjeni l-membru tal-persunal, ma jissodisfawx il-kriterji kwalitattivi msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 604/2014.

2.   Il-BĊE jista' jeħtieġ li l-istituzzjoni ta' kreditu tissottometti aktar informazzjoni sabiex tissostanzja l-applikazzjoni.

Artikolu 6

Dokumentazzjoni supplimentari biex tissostanzja applikazzjonijiet għal membri tal-persunal li jingħataw remunerazzjoni totali ta' EUR 1 000 000 jew aktar

1.   Meta japplikaw għal approvazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 604/2014 għal membru tal-persunal li kien ingħata remunerazzjoni totali ta' EUR 1 000 000 jew aktar fis-sena finanzjarja preċedenti, l-istituzzjonijiet ta' kreditu taħt superviżjoni għandhom jissottomettu d-dokumentazzjoni li ġejja lill-BĊE sabiex jissostanzjaw iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 4( %) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 604/2014:

(a)

deskrizzjoni ddettaljata taċ-ċirkustanzi eċċezzjonali marbuta mal-attività professjonali tal-membru tal-persunal relevanti u l-impatt tagħhom fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni ta' kreditu taħt superviżjoni. Sitwazzjoni ferm kompetittiva m'għandhiex titqies bħala ċirkustanza eċċezzjonali;

(b)

deskrizzjoni dettaljata ta' kwalunkwe ċirkustanza eċċezzjonali marbuta mar-remunerazzjoni tal-membru tal-persunal relevanti li tispjega għaliex l-istituzzjoni ta' kreditu taħt superviżjoni tat lill-membru tal-persunal remunerazzjoni ta' EUR 1 000 000 jew aktar, minkejja li jkun irrapportat li l-membru tal-persunal m'għandux impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni ta' kreditu taħt superviżjoni.

2.   Il-BĊE jista' jeħtieġ li l-istituzzjoni ta' kreditu tissottometti aktar informazzjoni sabiex tissostanzja l-applikazzjoni.

Article 7

Perijodu għas-sottomissjoni ta' notifiki

1.   Notifiki skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 604/2014 għandhom jiġu ppreżentati mingħajr dewmien, iżda sa mhux aktar tard minn sitt xhur mit-tmiem tas-sena finanzjarja preċedenti. Konstatazzjoni minn istituzzjoni ta' kreditu taħt superviżjoni li tintuża bħala l-bażi għal notifika għandha tkun limitata għall-prestazzjoni tal-membru tal-persunal matul is-sena finanzjarja wara s-sena meta tkun saret in-notifika.

2.   Għal membri tal-persunal li kienu koperti minn notifika fil-perijodu ta' preżentata preċedenti, notifika ġdida mhijiex meħtieġa sakemm il-kriterju użat għall-konstatazzjoni jkun għadu applikabbli.

3.   Fil-każ ta' membru tal-persunal li jkun is-suġġett ta' notifika għall-ewwel darba, il-konstatazzjoni għandha tapplika kemm għall-prestazzjoni tal-membru tal-persunal matul is-sena finanzjarja meta saret in-notifika, kif ukoll għall-prestazzjoni tal-membru tal-persunal matul is-sena finanzjarja ta' wara. Din id-dispożizzjoni għandha tkun applikabbli biss fir-rigward ta' notifiki ppreżentati wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Perijodu għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet għal approvazzjoni minn qabel

Applikazzjonijiet għal approvazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 604/2014 għandhom jiġu ppreżentati mingħajr dewmien, iżda sa mhux aktar tard minn sitt xhur mit-tmiem tas-sena finanzjarja preċedenti.

Artikolu 9

Evalwazzjoni mill-BĊE

1.   Fuq il-bażi ta' notifiki ppreżentati skont l-Artikolu 4(4) u applikazzjonijiet ippreżentati għal approvazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 604/2014, il-BĊE għandu jevalwa:

(a)

il-kompletezza tad-dokumentazzjoni;

(b)

il-bażi li fuqha l-istituzzjoni ta' kreditu taħt superviżjoni tkun iddeterminat li l-membru tal-persunal ikkonċernat, jew il-kategorija ta' persunal li għaliha jappartjeni l-membru tal-persunal, jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 604/2014;

(c)

jekk il-membru tal-persunal, jew il-kategorija ta' persunal li għaliha jappartjeni l-membru tal-persunal, m'għandu ebda impatt materjali fuq il-profil ta' riskju ta' unità operatorja materjali permezz tal-attivitajiet professjonali mwettqa billi jiġi vverifikat:

(i)

jekk l-istituzzjoni ta' kreditu taħt superviżjoni applikatx kriterji oġġettivi, li jqisu l-indikaturi relevanti kollha ta' riskju u ta' prestazzjoni li altrimenti tuża biex tidentifika, timmaniġġja u timmonitorja riskji skont l-Artikolu 74 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(ii)

jekk l-istituzzjoni ta' kreditu taħt superviżjoni qabblitx id-dmirijiet u l-awtoritajiet tal-membru tal-persunal, jew kategorija ta' persunal li għaliha jappartjeni l-membru tal-persunal, u l-impatt tagħhom fuq il-profil ta' riskju tal-istituzzjoni ta' kreditu mal-impatt tal-attivitajiet professjonali ta' membri tal-persunal identifikati permezz tal-kriterji kwalitattivi stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 604/2014;

(d)

fir-rigward tal-applikazzjonijiet għal approvazzjoni minn qabel għal membri tal-persunal mogħtija remunerazzjoni totali ta' EUR 1 000 000 jew aktar, jekk japplikawx ċirkustanzi eċċezzjonali. F'dawk il-każijiet il-BĊE għandu jinforma lill-Awtorità Bankarja Ewropea dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni inizjali qabel ma jieħu xi deċiżjoni.

2.   F'każ ta' applikazzjoni ppreżentata għal approvazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 604/2014, il-BĊE għandu joħroġ deċiżjoni fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi d-dokumentazzjoni sħiħa.

3.   F'każ ta' notifika skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 604/2014, fejn il-valutazzjoni tindika li r-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Deċiżjoni u l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 604/2014 mhumiex issodisfati, il-BĊE għandu jinnotifika lill-istituzzjoni ta' kreditu dwar dan fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi d-dokumentazzjoni sħiħa. L-istituzzjoni ta' kreditu taħt superviżjoni m'għandhiex tapplika l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 604/2014. Fin-nuqqas ta' notifika mill-BĊE skont l-ewwel sentenza ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjoni ta' kreditu taħt superviżjoni għandha titqies li hija konformi mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 604/2014 u r-rekwiżiti msemmija fih.

Artikolu 10

Tul ta' żmien tal-approvazzjoni mogħtija minn qabel

1.   Approvazzjoni minn qabel mogħtija mill-BĊE skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 604/2014 għandha tkun limitata għall-prestazzjoni tal-membru tal-persunal matul is-sena finanzjarja wara s-sena meta d-deċiżjoni superviżorja tal-BĊE li jkun fiha l-approvazzjoni ġiet innotifikata lill-istituzzjoni ta' kreditu taħt superviżjoni.

2.   F'każ tal-ewwel applikazzjoni għal membru tal-persunal relevanti, l-approvazzjoni għandha tingħata għall-prestazzjoni tal-membru tal-persunal matul is-sena finanzjarja meta d-deċiżjoni superviżorja tal-BĊE li jkun fiha l-approvazzjoni tkun ġiet innotifikata lill-istituzzjoni ta' kreditu taħt superviżjoni kif ukoll għall-prestazzjoni tal-membru tal-persunal matul is-sena finanzjarja ta' wara. Din id-dispożizzjoni għandha tkun applikabbli biss b'referenza għall-applikazzjonijiet ippreżentati wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 11

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-preżentata ta' notifiki skont l-Artikolu 4(4) jew applikazzjonijiet għal approvazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 604/2014 ippreżentati wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

2.   Eċċezzjonalment, il-preżentata ta' notifiki skont l-Artikolu 4(4) jew applikazzjonijiet għal approvazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 604/2014 fuq il-bażi ta' informazzjoni tal-2014 għandha ssir sal-31 ta' Diċembru 2015.

3.   L-approvazzjonijiet mogħtija mill-BĊE skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 604/2014 taħt dawn id-dispożizzjonijiet tranżitorji għandhom japplikaw għall-prestazzjoni tal-membru tal-persunal matul is-snin finanzjarji 2015 u 2016.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Frankfurt am Main, l-20 ta' Novembru 2015.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.

(2)  Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u mal-awtoritajiet nazzjonali ddenominati (Regolament Qafas dwar l-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).

(3)  Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(4)  Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 604/2014 tal-4 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jikkonċerna l-istandards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-kriterji kwalitattivi u kwantitattivi xierqa biex jiġu identifikati l-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni (ĠU L 167, 6.6.2014, p. 30).

(5)  Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).


Rettifika

1.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/72


Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2075 tat-18 ta' Novembru 2015 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-abamektin, għad-desmedifam, għad-diklorprop-P, għall-aloksifop-P, għall-oriżalin u għall-fenmedifam f'ċerti prodotti jew fuqhom

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 302 tad-19 ta' Novembru 2015 )

F'paġna 17, l-Artikolu 2,

minflok:

“Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat permezz ta' dan ir-Regolament għandu jibqa' japplika għall-prodotti li kienu mmanifatturati sat-8 ta' Diċembru 2015.”,

aqra:

“Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat permezz ta' dan ir-Regolament għandu jibqa' japplika għall-prodotti li kienu mmanifatturati sat-8 ta' Ġunju 2016.”