ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 307 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 58 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
25.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 307/1 |
Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra
Il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (1), iffirmat fi Brussell fis-6 ta' Ottubru 2010, ser jidħol fis-seħħ fit-13 ta' Diċembru 2015.
(1) ĠU L 127, 14.5.2011, p. 6.
25.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 307/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2169
tal-1 ta' Ottubru 2015
dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 91, 100(2), 167(3) u 207, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Fit-23 ta' April 2007 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja Ftehim ta' Kummerċ Ħieles mar-Repubblika tal-Korea, minn issa msejjħa “il-Korea”, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha. |
(2) |
Dawk in-negozjati ġew konklużi u Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), ġie ffirmat fil-15 ta' Ottubru 2009. |
(3) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2011/265/UE tas-16 ta' Settembru 2010 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (1) il-Ftehim ġie inizjalat f'isem l-Unjoni fis-6 ta' Ottubru 2010, pendenti l-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard, u ġie applikat fuq bażi provviżorja. |
(4) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat. |
(5) |
Il-Ftehim ma jaffettwax id-drittijiet tal-investituri tal-Istati Membri tal-Unjoni milli jibbenefikaw minn xi trattament aktar favorevoli previst f'xi ftehim marbut mal-investiment li tiegħu jkunu Partijiet Stat Membru u l-Korea. |
(6) |
Skont l-Artikolu 218(7) tat-Trattat, huwa xieraq li l-Kunsill jawtorizza lill-Kummissjoni biex tapprova ċerti modifiki limitati għall-Ftehim. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-awtorizzazzjoni li ġġib fi tmiemu d-dritt għall-koproduzzjonijiet kif stipulat fl-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-Kooperazzjoni Kulturali sakemm il-Kummissjoni ma tiddeċidix li dan il-jedd għandu jkompli u dan jiġi approvat mill-Kunsill skont proċedura speċifika meħtieġa kemm minħabba s-sensittività ta' dan l-element tal-Ftehim kif ukoll minħabba l-fatt li l-Ftehim ser jiġi konkluż mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata li tapprova l-modifiki tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi skont l-Artikolu 10.25 tal-Ftehim. |
(7) |
Huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-proċeduri rilevanti għall-ħarsien tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi li jingħataw ħarsien skont il-Ftehim, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, (2) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna(i) awtorizzata(i) biex tipproċedi/jipproċedu, f'isem l-Unjoni sabiex jagħtu n-notifika msemmija fl-Artikolu 15.10.2 tal-Ftehim, sabiex jiġi espress il-kunsens tal-Unjoni biex tiġi marbuta bil-Ftehim.
Artikolu 3
1. Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Korea bl-intenzjoni tal-Unjoni Ewropea li ma testendix il-perjodu tad-dritt għall-koproduzzjoni skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-Kooperazzjoni Kulturali bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5(8) tal-imsemmi Protokoll, sakemm, fuq proposta mill-Kummissjoni, erba' xhur qabel it-tmiem ta' tali perjodu ta' dritt, il-Kunsill ma japprovax li dan id-dritt ikompli. Jekk il-Kunsill jaqbel li għandu jkompli dan id-dritt, din id-dispożizzjoni għandha terġa' ssir applikabbli fi tmiem il-perjodu mġedded tad-dritt. Għall-għan speċifiku li tittieħed deċiżjoni dwar it-tkomplija tal-perjodu tad-dritt, il-Kunsill għandu jaġixxi b'unanimità.
2. Għall-għanijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 10.25 tal-Ftehim, modifiki għall-Ftehim permezz ta' deċiżjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni f'isem l-Unjoni. Fejn il-partijiet interessati ma jkunux jistgħu jaqblu fil-każ li jkun hemm l-oġġezzjonijiet marbutin ma' xi Indikazzjoni Ġeografika, il-Kummissjoni għandha tadotta din il-pożizzjoni abbażi tal-proċedura stipulata fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal- 20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (3). Il-perjodu imsemmi fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-implementazzjoni tal-poteri mogħtija lill-Kummissjoni (4) għandu jkun ta' xahar.
Artikolu 4
1. Isem li jkun protett taħt is-Sottotaqsima C “Indikazzjonijiet Ġeografiċi” tal-Kapitlu Għaxra tal-Ftehim jista' jintuża minn kwalunkwe operatur li jkun qiegħed ibiegħ il-prodotti agrikoli, l-oġġetti tal-ikel, l-inbejjed, l-inbejjed aromatizzati jew l-ispirti li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni korrispondenti.
2. L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jinforzaw il-protezzjoni prevista fl-Artikoli 10.18 sa 10.23 tal-Ftehim, inkluż fuq talba ta' parti interessata.
Artikolu 5
Il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni fil-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Kulturali dwar deċiżjonijiet li jkollhom effetti legali se tkun iddeterminata mill-aġir tal-Kunsill b'konformità mat-Trattat. Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Kulturali se jkunu uffiċjali anzjani kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-Istati Membri li għandhom kompetenza u esperjenza fuq kwistjonijiet u prassi kulturali, u li se jippreżentaw il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea skont it-Trattat.
Artikolu 6
Id-dispożizzjoni applikabbli għall-għanijiet li jiġu adottati r-regoli implimentattivi meħtieġa għall-applikazzjoni tar-regoli li jinstabu fl-Anness II(a) tal-Protokoll dwar id-Definizzjoni ta' “Prodotti li Joriġinaw” u Metodi ta' Kooperazzjoni Amministrattiva tal-Ftehim hija l-Artikolu 247a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (5).
Artikolu 7
Il-Ftehim m'għandux jinftiehem li jagħti xi drittijiet jew jimponi xi obbligazzjonijiet li jistgħu jkunu invokati quddiem il-qrati u t-tribunali tal-Unjoni jew tal-Istati Membri.
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-1 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
É. SCHNEIDER
(1) ĠU L 127, 14.5.2011, p. 1.
(2) Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 127, 14.5.2011, p. 1, flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffimar.
(3) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(4) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(5) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
REGOLAMENTI
25.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 307/5 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2170
tal-24 ta' Novembru 2015
li jemenda d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti ta' applikazzjoni għall-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni 94/800/KE (2) il-Kunsill ikkonkluda l-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (“il-Ftehim”) (3). Il-Ftehim għandu jkun applikat għal b'valur li jilħaq jew li jaqbeż l-ammonti (“il-limiti”) stipulati fil-Ftehim u espressi bħala drittijiet speċjali ta' prelevament. |
(2) |
Wieħed mill-għanijiet tad-Direttiva 2014/24/UE huwa li l-awtoritajiet kontraenti li japplikaw dik id-Direttiva jitħallew jikkonformaw fl-istess waqt mal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim. Biex jinkiseb dan, il-limiti stabbiliti għall-kuntratti pubbliċi f'dik id-Direttiva, li huma koperti wkoll mill-Ftehim, għandhom jiġu allinjati sabiex jiġi żgurat li jikkorrispondu mal-ekwivalenti f'euro, aġġustat 'l isfel għall-eqreb elf, tal-limiti stipulati fil-Ftehim. |
(3) |
Għal raġunijiet ta' koerenza, huwa xieraq li jiġu allinjati wkoll il-limiti fid-Direttiva 2014/24/UE, li mhumiex koperti mill-Ftehim. Għaldaqstant id-Direttiva 2014/24/UE għandha tiġi emendata skont dan. |
(4) |
Minħabba li l-kalkolu tal-limiti riveduti jeħtieġ isir abbażi ta' valur medju tal-euro għal ċertu perjodu li jkun jiġi fi tmiemu fil-31 ta' Awwissu, u minħabba li l-limiti riveduti jridu jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-bidu ta' Novembru, meta jiġi adottat dan ir-Regolament għandha tiġi applikata l-proċedura ta' urġenza, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2014/24/UE tiġi emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 hu emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar il-konklużjoin f'isem il-Komunitа Ewropea, fejn għandhom x'jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta' negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).
(3) Il-Ftehim huwa ftehim multilaterali fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Dan il-Ftehim għandu l-għan li s-swieq tal-akkwist pubbliku jinfetħu b'mod reċiproku fost il-partijiet kontraenti tiegħu.
25.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 307/7 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2171
tal-24 ta' Novembru 2015
li jemenda d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli limitu applikabbli fil-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tagħha,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni 94/800/KE (2) il-Kunsill ikkonkluda l-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (“il-Ftehim”) (3). Il-Ftehim għandu jkun applikat għal kwalunkwe kuntratt ta' akkwisti b'valur li jilħaq jew li jaqbeż l-ammonti (“livelli limitu”) stipulati fil-Ftehim u espressi bħala drittijiet speċjali ta' prelevament. |
(2) |
Wieħed mill-għanijiet tad-Direttiva 2014/25/UE huwa li tippermetti lill-entitajiet kontraenti li japplikawha biex fl-istess waqt ikunu jistgħu jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim. Biex jinkiseb dan, il-livelli limitu stabbiliti permezz ta' din id-Direttiva għall-kuntratti pubbliċi li huma koperti wkoll mill-Ftehim, għandhom jiġu allinjati sabiex jiġi żgurat li jikkorrispondu mal-ekwivalenti f'euro, aġġustati 'l isfel għall-eqreb elf, tal-livelli limitu stipulati fil-Ftehim. |
(3) |
Għal raġunijiet ta' koerenza, huwa xieraq li jiġu allinjati wkoll il-livelli limitu tad-Direttiva 2014/25/UE li mhumiex koperti mill-Ftehim. Id-Direttiva 2014/25/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(4) |
Peress li l-kalkolu tal-livelli limitu riveduti għandu jsir abbażi ta' valur medju tal-euro għal perjodu definit li jagħlaq fil-31 ta' Awwissu u l-livelli limitu riveduti għandhom jiġu ppubblikati f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-bidu ta' Novembru, meta jiġi applikat dan ir-Regolament għandha tiġi applikata l-proċedura ta' urġenza. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2014/25/UE jiġi emendat kif ġej:
(a) |
fil-punt (a) l-ammont “EUR 414 000” jinbidel b'“EUR 418 000”, |
(b) |
fil-punt (b), l-ammont “EUR 5 186 000” jinbidel b'“EUR 5 225 000”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunitа Ewropea, fejn għandhom x'jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta' negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).
(3) Il-Ftehim huwa ftehim plurilaterali fi ħdan il-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. L-għan tal-Ftehim huwa li jwassal għall-ftuħ reċiproku tas-swieq tal-akkwisti pubbliċi fost il-partijiet tiegħu.
25.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 307/9 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2172
tal-24 ta' Novembru 2015
li jemenda d-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti ta' applikazzjoni għall-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tagħha,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni 94/800/KE (2) il-Kunsill ikkonkluda l-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (“il-Ftehim”) (3). Il-Ftehim għandu jkun applikat għal kwalunkwe kuntratt ta' akkwist b'valur li jilħaq jew li jaqbeż l-ammonti (“il-limiti”) stipulati fil-Ftehim u espressi bħala drittijiet speċjali ta' prelevament. |
(2) |
Wieħed mill-għanijiet tad-Direttiva 2014/23/UE huwa li l-entitajiet kontraenti u l-awtoritajiet kontraenti li japplikaw dik id-Direttiva jitħallew jikkonformaw fl-istess waqt mal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim. Biex jinkiseb dan, il-limiti stabbiliti għall-kuntratti pubbliċi f'dik id-Direttiva, li huma koperti wkoll mill-Ftehim, għandhom jiġu allinjati sabiex jiġi żgurat li jikkorrispondu mal-ekwivalenti f'euro, aġġustat 'l isfel għall-eqreb elf, tal-limiti stipulati fil-Ftehim. |
(3) |
Għal raġunijiet ta' koerenza, huwa xieraq li jiġu allinjati wkoll il-limiti fid-Direttiva 2014/23/UE, li mhijiex koperta mill-Ftehim. Għaldaqstant, id-Direttiva 2014/23/UE għandha tiġi emendata skont dan. |
(4) |
Minħabba li l-kalkolu tal-limiti riveduti jeħtieġ isir abbażi ta' valur medju tal-euro għal ċertu perjodu li jkun jiġi fi tmiemu fil-31 ta' Awwissu, u minħabba li l-limiti riveduti jridu jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-bidu ta' Novembru, meta jiġi adottat dan ir-Regolament għandha tiġi applikata l-proċedura ta' urġenza, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2014/23/UE, l-ammont “EUR 5 186 000” jinbidel b'“EUR 5 225 000”,
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar il-konklużjoin f'isem il-Komunitа Ewropea, fejn għandhom x'jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta' negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).
(3) Il-Ftehim huwa ftehim multilaterali fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Dan il-Ftehim għandu l-għan li s-swieq tal-akkwist pubbliku jinfetħu b'mod reċiproku fost il-partijiet kontraenti tiegħu.
25.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 307/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2173
tal-24 ta' Novembru 2015
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 11
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta' Ottubru 2008. |
(2) |
Fis-6 ta' Mejju 2014, il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà ppubblika emendi għall-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) 11 Arranġamenti Konġunti intitolat Kontabilità għall-Akkwisti ta' Interessi f'Operazzjonijiet Konġunti. L-emendi jipprovdu gwida ġdida dwar it-trattament tal-kontabilità ta' akkwist ta' interess f'operazzjoni konġunta li fiha l-attività tal-operazzjoni konġunta tikkostitwixxi negozju. |
(3) |
L-emendi għall-IFRS 11 jinkludu referenzi għall-IFRS 9 li attwalment ma jistgħux jiġu applikati billi l-IFRS 9 ma ġiex adottat mill-Unjoni. Għalhekk kwalunkwe referenza għall-IFRS 9 kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tinqara bħala referenza għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl. |
(4) |
Il-konsultazzjoni mal-Grupp Konsultattiv Ewropew dwar ir-Rapportar Finanzjarju tikkonferma li l-emendi għall-IFRS 11 jissodisfaw il-kriterji għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nr 1126/2008, l-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 11 Arranġamenti Konġunti jiġi emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;
2. Kwalunkwe referenza għall-IFRS 9 kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament tinqara bħala referenza għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl.
Artikolu 2
Kull kumpanija tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1, sa mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta' Jannar 2016 jew wara.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1).
ANNESS
Kontabilizzazzjoni tal-akkwiżizzjonijiet ta' Interessi f'Operazzjonijiet Konġunti
(Emendi għall-IFRS 11)
“Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra miż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta' riproduzzjoni għall-użu personali jew għal skopijiet oħra in bona fide. Aktar tagħrif jista' jinkiseb mill-IASB fuq www.iasb.org”
Emendi għal IFRS 11 Arranġamenti Konġunti
Jiżdied il-paragrafu 21. Il-paragrafi 20–21 ġew inklużi għall-ħeffa ta' referenza iżda mhumiex emendati.
Operazzjonijiet konġunti
20. |
Operatur konġunt għandu jirrikonoxxi b'rabta mal-interess tiegħu f'operazzjoni konġunta:
|
21. |
Operatur konġunt għandu jikontabilizza l-assi, l-obbligazzjonijiet, id-dħul u l-ispejjeż marbuta mal-interess tiegħu f'operazzjoni konġunta skont l-IFRSs applikabbli għall-assi, l-obbligazzjonijiet, id-dħul u l-ispejjeż partikolari. |
21A |
Meta entità takkwista interess f'operazzjoni konġunta li fiha l-attività tal-operazzjoni konġunta tikkostitwixxi negozju, kif definit fl-IFRS 3, hija għandha tapplika, sal-limitu tas-sehem tagħha skont il-paragrafu 20, il-prinċipji kollha dwar il-kontabilizzazzjoni ta' kombinamenti ta' negozju, fl-IFRS 3, u IFRSs oħra, li ma jkunux f'kunflitt mal-linji gwida f'dan l-IFRS u tiddivulga l-informazzjoni li hija meħtieġa f'dawk l-IFRSs f'relazzjoni mal-kombinamenti ta' negozju. Dan japplika għall-akkwiżizzjoni kemm ta' interess inizjali u kemm ta' interessi addizzjonali f'operazzjoni konġunta li fiha l-attività tal-operazzjoni konġunta tikkostitwixxi negozju. Il-kontabilizzazzjoni għall-akkwiżizzjoni ta' interess f'operazzjoni konġunta bħal din hija speċifikata fil-paragrafi B33 A–B33D. |
Fl-Appendiċi B, l-intestatura ewlenija qabel il-paragrafu B34 hija emendata u jiżdiedu l-paragrafi B33 A–B33D u l-intestatura relatata tagħhom.
Rapporti finanzjarji ta' partijiet f'arranġament konġunt (il-paragrafu 21 A–22)
Kontabilizzazzjoni għal akkwiżizzjonijiet ta' interessi f'operazzjonijiet konġunti
B33A |
Meta entità takkwista interess f'operazzjoni konġunta li fiha l-attività tal-operazzjoni konġunta tikkostitwixxi negozju, kif definit fl-IFRS 3, għandha tapplika, sal-limitu tas-sehem tagħha skont il-paragrafu 20, il-prinċipji kollha dwar il-kontabilizzazzjoni ta' kombinamenti ta' negozju, fl-IFRS 3, u IFRSs oħra, li ma jkunux f'kunflitt mal-linji gwida f'dan l-IFRS u tiddivulga l-informazzjoni li hija meħtieġa f'dawk l-IFRSs f'relazzjoni mal-kombinamenti ta' negozju. Il-prinċipji tal-kontabilizzazzjoni tà kombinamenti ta' negozju li ma jkunux f'kunflitt mal-linji gwida f'dan l-IFRS jinkludu iżda mhumiex limitati għal:
|
B33B |
Il-paragrafi 21 A u B33 A japplikaw ukoll għall-formazzjoni ta' operazzjoni konġunta jekk, u biss jekk, negozju eżistenti, kif definit fl-IFRS 3, jiġi kkontribwit lill-operazzjoni konġunta mal-formazzjoni tagħha minn waħda mill-partijiet li jipparteċipaw fl-operazzjoni konġunta. Madankollu, dawn il-paragrafi ma japplikawx għall-formazzjoni ta' operazzjoni konġunta jekk il-partijiet kollha li jipparteċipaw f'operazzjoni konġunta jikkontribwixxu biss assi jew gruppi ta' assi li ma jikkostitwixxux negozji lill-operazzjoni konġunta mal-formazzjoni tagħha. |
B33C |
Operatur konġunt jista' jżid l-interess tiegħu f'operazzjoni konġunta li fiha l-attività tal-operazzjoni konġunta tikkostitwixxi negozju, kif definit fl-IFRS 3, billi jakkwista interess addizzjonali fl-operazzjoni konġunta. F'każijiet bħal dawn, interessi miżmuma preċedentement fl-operazzjoni konġunta ma jerġgħux jitkejlu jekk l-operatur konġunt iżomm kontroll konġunt. |
B33D |
Il-paragrafi 21 A u B33 A-B33C ma japplikawx għall-akkwiżizzjoni ta' interess f'operazzjoni konġunta meta l-partijiet li jaqsmu l-kontroll konġunt, inkluż l-entità li takkwista l-interess fl-operazzjoni konġunta, ikunu taħt kontroll komuni tal-istess parti jew partijiet aħħarija li jikkontrollaw, kemm qabel kif ukoll wara l-akkwiżizzjoni, u dak il-kontroll ma jkunx tranżitorju. |
Fl-Appendiċi C, jiżdiedu l-paragrafu C1AA u l-paragrafu C14 A u l-intestatura relatata tiegħu.
DATA EFFETTIVA
…
C1AA |
Kontabilizzazzjoni għal Akkwiżizzjonijiet ta' interessi f'Operazzjonijiet Konġunti (Emendi fl-IFRS 11) maħruġ f'Mejju 2014, emenda l-intestatura wara l-paragrafu B33 u żied il-paragrafi 21 A, B33 A–B33D u C14 A u l-intestaturi relatati tagħhom. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b'mod prospettiv f'perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2016 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar kmieni. Jekk entità tapplika dawk l-emendi f'perjodu aktar kmieni, hija għandha tiddivulga dak il-fatt. … |
Kontabilizzazzjoni għal akkwiżizzjonijiet ta' interessi f'operazzjonijiet konġunti
C14A |
Kontabilizzazzjoni għal Akkwiżizzjonijiet ta' interessi f'Operazzjonijiet Konġunti (Emendi fl-IFRS 11) maħruġ f'Mejju 2014, emenda l-intestatura wara l-paragrafu B33 u żied il-paragrafi 21 A, B33 A–B33D, C1AA u l-intestaturi relatati tagħhom. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b'mod prospettiv għal akkwiżizzjonijiet ta' interessi f'operazzjonijiet konġunti li fihom l-attivitajiet tal-operazzjonijiet konġunti jikkostitwixxu n-negozji, kif definit fl-IFRS 3, għal dawk l-akkwiżizzjonijiet li jseħħu mill-bidu tal-ewwel perjodu li fih tapplika dawk l-emendi. Konsegwentement, ammonti rikonoxxuti għal akkwiżizzjonijiet ta' interessi f'operazzjonijiet konġunti li jseħħu f'perjodi preċedenti ma għandhomx jiġu aġġustati. |
Emendi konsegwenzjali għall-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju
Jiżdied il-paragrafu 39 W.
DATA EFFETTIVA
…
39W |
Kontabilizzazzjoni għall-Akkwiżizzjonijiet ta' Interessi f'Operazzjonijiet Konġunti (Emendi fl-IFRS 11), maħruġ f'Mejju 2014, emenda l-paragrafu C5. Entità għandha tapplika dik l-emenda f'perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2016. Jekk entità tapplika l-emendi relatati mal-IFRS 11 mill-Kontabilizzazzjon għal Akkwiżizzjonijiet ta' Interessi f'Operazzjonijiet Konġunti (Emendi fl-IFRS 11) f'perjodu aktar kmieni, l-emenda għall-paragrafu C5 għandha tiġi applikata għal dak il-perjodu aktar kmieni. |
Fl-Appendiċi C, il-paragrafu C5 huwa emendat.
Appendiċi C
Eżenzjonijiet għal kombinamenti ta' negozji
…
C5 |
L-eżenzjoni għal kombinamenti ta' negozji fl-imgħoddi tapplika wkoll għal akkwiżizzjonijiet fl-imgħoddi ta' investimenti f'assoċjati, interessi f'kumpaniji konġunti u interessi f'operazzjonijiet konġunti li fihom l-attività tal-operazzjoni konġunta tikkostitwixxi negozju, kif definit fl-IFRS 3. Barra minn dan, id-data magħżula fil-paragrafu C1 tapplika wkoll għal kull akkwiżizzjoni bħal din. |
(1) Jekk entità tapplika dawn l-emendi imma għadha ma tapplikax l-IFRS 9, kwalunkwe referenza għall-IFRS 9 għandha tinqara bħala referenza għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl.
25.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 307/17 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2174
tal-24 ta' Novembru 2015
dwar l-kompendju indikattiv ta' prodotti u servizzi ambjentali, il-format tat-trażmissjoni tad-dejta għall-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej u l-modalitajiet, l-istruttura u l-perjodiċità tar-rapporti ta' kwalità skont ir-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 3(5), 6(2) u 7(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 691/2011 għandhom struttura modulari, u b'mod partikolari jeżisti modulu għall-kontijiet tal-oġġetti ambjentali u s-settur tas-servizzi fl-Anness V. |
(2) |
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kompendju indikattiv tal-prodotti u s-servizzi ambjentali u tal-attivitajiet ekonomiċi li għandhom jiġu koperti mill-Anness V sal-31 ta' Diċembru 2015. |
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 691/2011, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-dejta statistika f'forma elettronika, b'mod konformi mal-format tekniku xieraq li għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni. L-inizjattiva tal-Iskambju tad-Dejta u l-Metadejta Statistiċi (SDMX) dwar l-istandards statistiċi u tekniċi għall-iskambju u l-qsim tad-dejta u l-metadejta tnediet mill-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kummissjoni (il-Eurostat), il-Fond Monetarju Internazzjonali, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), in-Nazzjonijiet Uniti u l-Bank Dinji. Għall-iskambju tal-istatistiki uffiċjali, l-SDMX tipprovdi standards statistiċi u tekniċi. Għaldaqstant għandu jiddaħħal format tekniku f'konformità ma' dawn l-istandards. Għandha tingħata gwida lill-Istati Membri dwar kif dawn il-formati għandhom jiġu implimentati skont ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Dawn il-linji gwida għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni (mill-Eurostat) f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri fi ħdan is-Sistema Ewropea tal-Istatistika. |
(4) |
L-applikazzjoni ta' standard uniku għall-iskambju u t-trażmissjoni ta' dejta għall-istatistika koperta bir-Regolament (UE) Nru 691/2011 tikkontribwixxi b'mod pożittiv għall-integrazzjoni tal-proċessi tan-negozju f'dan il-qasam ta' statistika. |
(5) |
F'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 691/2011, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (lill-Eurostat) b'rapport dwar il-kwalità tad-dejta trażmessa. |
(6) |
F'konformità mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 691/2011, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni bil-għan li jiddefinixxu l-modalitajiet, l-istruttura u l-perjodiċità tar-rapporti ta' kwalità. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kompendju indikattiv tal-prodotti u s-servizzi ambjentali u tal-attivitajiet ekonomiċi
Il-kompendju indikattiv tal-prodotti u s-servizzi ambjentali u tal-attivitajiet ekonomiċi huwa stabbilit kif imniżżel fl-Anness.
Artikolu 2
Il-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta
L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-dejta rikjesta mir-Regolament (UE) Nru 691/2011 billi jużaw formati tad-dejta konformi mal-SDMX. Il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni d-dokumentazzjoni dettaljata marbuta ma' dawn il-formati.
Artikolu 3
Il-modalitajiet, l-istruttura u l-perjodiċità tar-rapporti ta' kwalità
1. Kull sena l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (lill-Eurostat) b'rapporti dwar il-kwalità tad-dejta trażmessa skont ir-Regolament (UE) Nru 691/2011 bl-istess dati tal-għeluq għat-trasmissjoni kif stipulat fl-Annessi I sa VI, it-Taqsima 4 ta' dak ir-Regolament.
2. Ir-rapporti tal-kwalità għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
il-kwalità tas-sorsi użati għad-dejta trażmessa skont ir-Regolament (UE) Nru 691/2011; |
(b) |
l-aġġustamenti magħmulin fl-istatistika bażika biex ir-riżultat jiġi allineat mal-kunċetti u d-definizzjonijiet tal-kontijiet jew għal raġunijiet metodoloġiċi oħra; |
(c) |
l-istima u l-ġbir ta' dejta li ma tistax tittieħed direttament minn sorsi statistiċi; |
(d) |
il-pawżi fis-serje ta' żmien li jirriżultaw minn bidliet fil-metodoloġija jew sorsi tad-dejta u l-passi meħuda sabiex jiġi żgurat li s-serje ta' żmien kemm jista' jkun ikunu jistgħu jitqabblu. |
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 192, 22.7.2011, p. 1.
ANNESS
Sabiex titħaffef l-applikazzjoni uniformi tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 691/2011, dan l-Anness jistabbilixxi kompendju indikattiv tal-prodotti u s-servizzi ambjentali u tal-attivitajiet ekonomiċi. Il-kompendju jikkonsisti f'lista ta' prodotti u servizzi ambjentali u lista ta' attivitajiet ekonomiċi.
L-oġġetti, is-servizzi u l-attivitajiet ekonomiċi għandhom ikunu rilevanti fil-livell nazzjonali. L-aspetti li ġejjin jistgħu jintużaw biex tiġi vvalutata r-rilevanza nazzjonali:
(a) |
il-produzzjoni tal-oġġetti u s-servizzi u l-attivitajiet ekonomiċi huma statistikament sinifikanti fil-pajjiż, |
(b) |
is-sorsi tad-dejta biex jiġu stmati l-merkanzija, is-servizzi u l-attivitajiet ekonomiċi jeżistu. |
Il-kompendju indikattiv mhux eżawrjenti u ma jeskludix l-eżistenza ta' oġġetti, servizzi u attivitajiet ambjentali oħra rilevanti fil-livell nazzjonali.
Prodotti u servizzi ambjentali
— |
Prodotti tal-agrikoltura (pjanti u bhejjem) u l-akkwakultura organiċi u servizzi ta' sostenn; |
— |
Ħatab; injam ieħor meta jikkonforma ma' miżuri ta' sostenibilità; |
— |
Servizzi ta' riabilitazzjoni ta' siti tal-minjieri; |
— |
Servizzi ta' qbid tal-ilma tad-drenaġġ biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-ilma tal-pjan; |
— |
Vetturi elettriċi u tagħmir ta' trasport aktar effiċjenti fl-użu tar-riżorsi; pajpijiet tal-egżost u l-partijiet tagħhom (il-filtri tal-partiċelli wkoll); |
— |
Strumenti, makkinarju u apparat għall-analiżi ta' sustanzi li jniġġsu, li jiffiltraw jew li jsaffu l-gassijiet u l-likwidi; |
— |
Tankijiet settiċi, bramel imtaqqbin u oġġetti simili użati għall-filtrazzjoni tal-ilma fil-bokok tal-katusi; pompi li jintużaw fit-trattament tal-ilma mormi, vetturi għall-ġbir tal-ilma mormi u t-tindif tad-drenaġġi, karbonju attivat bl-għan li jiffiltra l-ilma; |
— |
Tubi u pajpijiet għall-impjanti għat-trattament tal-ilma mormi kif ukoll għall-ġestjoni tal-ilma; |
— |
Xkejjer u boroż li jieħdu post il-basktijiet tal-plastik; bramel, kaxxi, kontenituri jew reċipjenti oħra għall-ħażna u l-ġarr tal-iskart; pannelli, blokki u oġġetti simili magħmula minn fibri veġetali, tiben jew tilqit tal-injam, agglomerati b'sustanzi minerali li jgħaqqdu; inċineraturi u makkinarju għat-trattament tal-iskart (pereżempju dawk użati fil-miżbliet); |
— |
Kontenituri taċ-ċomb għall-iskart radjuattiv; |
— |
Servizzi ta' manutenzjoni u tiswija għat-tnaqqis fit-telf tal-ilma; |
— |
Tagħmir speċifiku għall-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli: pereżempju, sistemi ta' ħżin għall-bijogass, bojlers u tagħmir ieħor imħaddem bil-gass, pannelli solari u ċelloli fotovoltajċi, turbini idrawliċi u roti tal-ilma, turbini tar-riħ; |
— |
Il-bijofjuwils; |
— |
Il-faħam tal-kannol meta jikkonforma ma' miżuri ta' sostenibilità; |
— |
Prodotti għall-iżolament termali u kontra l-istorbju, l-iktar fil-bini: pereżempju, prodotti tas-sufra, twieqi bi tliet saffi iżolanti, materjal ta' iżolament għall-faċċati, il-bjut u elementi oħra tal-bini bħall-materjali magħmulin minn fibri tal-ħġieġ, fibri tal-ġebla, ċelluloża, polimeri u poliuretan u oħrajn; |
— |
Kontenituri tal-injam rikondizzjonat; |
— |
Tagħmir speċifiku prodott għall-ħarsien tal-ambjent u prodotti għall-ġestjoni tar-riżorsi: pereżempju termostats għar-regolazzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ, valvi termostatiċi, pompi tas-sħana, bojlers li jużaw il-kondensazzjoni, ħiters tal-ilma solari; |
— |
Lampi bi skariku elettriku bħala lampi bi pressa baxxa (pereżempju lampi fluworexxenti kompatti) u l-aktar tagħmir domestiku effiċjenti; |
— |
Gomma riġenerata f'għamliet primarji jew fi pjanċi, folji jew strixxi, xkejjer u basktijiet tal-bijoplastik; |
— |
Makkinarju għall-irkupru tal-metall; |
— |
Manutenzjoni, tiswija u servizzi ta' installazzjoni għall-prodotti ambjentali; |
— |
Elettriku, gass u sħana minn sorsi rinnovabbli: |
— |
Ilma desalinat u ilma tax-xita miġbur; manutenzjoni ta' mejnijiet tal-ilma biex jitnaqqas it-telf tal-ilma; |
— |
Servizzi ta' drenaġġ: Pereżempju l-ġbir, it-trasport u t-trattament tal-iskart, operazzjoni, manutenzjoni u tindif ta' sistemi tad-drenaġġ; |
— |
Servizzi ta' ġbir, trattament u rimi ta' skart perikoluż u mhux perikoluż; |
— |
Servizzi ta' trattament u rimi ta' skart nukleari; |
— |
Servizzi ta' irkupru tal-materjali; materji primi sekondarji; |
— |
Servizzi ta' rimedju u tindif għall-ħamrija, għall-ilma tal-pjan u għall-ilma tal-wiċċ; |
— |
Servizzi ta' rimedju u tindif għall-arja; |
— |
Servizzi oħrajn ta' rimedju u kontroll speċjalizzat tat-tniġġiż; |
— |
Konsum baxx tal-enerġija u l-bini passiv u r-rinnovament enerġetiku ta' bini eżistenti; |
— |
Manutenzjoni u tiswija ta' servizzi ta' netwerks tal-ilma; |
— |
Impjanti tat-trattament tal-ilma mormi u tal-iskart u sistemi tad-drenaġġ; |
— |
Impjanti tal-enerġija rinnovabbli inkluża l-installazzjoni ta' pannelli fotovoltajċi; |
— |
Xogħlijiet ta' iżolament tal-istorbju; |
— |
Servizzi ta' inġinerija u arkitettura għall-konsum baxx tal-enerġija u bini passiv u r-rinnovament enerġetiku ta' bini eżistenti; |
— |
Servizzi ta' inġinerija u arkitettura għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli; |
— |
Servizzi ta' inġinerija u arkitettura għall-proġetti tal-ġestjoni tal-ilma, tal-ilma mormi u tal-iskart; |
— |
Servizzi ta' spezzjoni teknika ta' vetturi tat-trasport bit-triq fir-rigward tal-emissjonijiet fl-arja; |
— |
Servizzi ta' R&Ż għall-ħarsien ambjentali u l-ġestjoni tar-riżorsi; |
— |
Servizzi ta' konsulenza dwar l-ambjent; |
— |
Skart pubbliku u l-ġbir tal-iskart mit-toroq; |
— |
Servizzi amministrattivi għall-ħarsien ambjentali u l-finijiet tal-ġestjoni tar-riżorsi; |
— |
Servizzi ta' taħriġ fil-ħarsien ambjentali u l-ġestjoni tar-riżorsi; |
— |
Servizzi ambjentali pprovduti minn organizzazzjonijiet bl-imseħbin; |
— |
Servizzi ta' riservi naturali, inklużi l-konservazzjoni tal-organiżmi selvaġġi. |
Attivitajiet ekonomiċi ambjentali
— |
Attivitajiet tal-agrikoltura (pjanti u bhejjem) u l-akkwakultura organiċi u servizzi ta' sostenn; |
— |
Ħatab; produzzjoni ta' injam ieħor meta jikkonforma ma' miżuri ta' sostenibilità; |
— |
Riabilitazzjoni ta' siti tal-minjieri; |
— |
Qbid tal-ilma tad-drenaġġ għall-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni tal-ilma tal-pjan; |
— |
Il-manifattura ta' tagħmir tat-trasport elettriku u aktar effiċjenti fl-użu tar-riżorsi; pajpijiet tal-egżost u l-partijiet tagħhom (il-filtri tal-partiċelli wkoll); |
— |
Il-manifattura ta' strumenti, makkinarju u apparat għall-analiżi ta' sustanzi li jniġġsu, li jiffiltraw jew isaffu l-gassijiet u l-likwidi; |
— |
Il-manifattura ta' tankijiet settiċi, bramel imtaqqbin u oġġetti simili użati għall-filtrazzjoni tal-ilma fid-dħul għall-katusi; pompi li jintużaw fit-trattament tal-ilma mormi, vetturi għall-ġbir tal-ilma mormi u t-tindif tad-drenaġġi, karbonju attivat bl-għan li jiffiltra l-ilma; |
— |
Il-manifattura ta' tubi u pajpijiet għall-impjanti għat-trattament tal-ilma mormi kif ukoll għall-ġestjoni tal-ilma; |
— |
Il-manifattura ta' xkejjer u boroż li jieħdu post il-basktijiet tal-plastik; bramel, kaxxi, kontenituri jew reċipjenti oħra għall-ħażna u l-ġarr tal-iskart; pannelli, blokki u oġġetti simili magħmula minn fibri veġetali, tiben jew tilqit tal-injam, agglomerati b'sustanzi minerali li jgħaqqdu; inċineraturi u makkinarju għat-trattament tal-iskart (pereżempju dawk użati fil-miżbliet); |
— |
Il-manifattura ta' kontenituri taċ-ċomb għall-iskart radjuattiv; |
— |
Attivitajiet ta' manutenzjoni u tiswija għat-tnaqqis fit-telf tal-ilma; |
— |
Il-manifattura ta' tagħmir speċifiku għall-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli: pereżempju, sistemi ta' ħżin għall-bijogass, bojlers u tagħmir ieħor imħaddem bil-gass, pannelli solari u ċelloli fotovoltajċi, turbini idrawliċi u roti tal-ilma, turbini tar-riħ; |
— |
Il-manifattura ta' bijokarburanti; |
— |
Il-manifattura ta' faħam tal-kannol li jikkonforma ma' miżuri ta' sostenibilità; |
— |
Il-manifattura ta' prodotti għall-iżolament termali u kontra l-istorbju l-iktar fil-bini: pereżempju, prodotti tas-sufra, twieqi bi tliet saffi iżolanti, materjal ta' iżolament għall-faċċati, il-bjut u elementi oħra tal-bini bħall-materjali magħmulin minn fibri tal-ħġieġ, fibri tal-ġebla, ċelluloża, polimeri u poliuretan u oħrajn; |
— |
Ir-rikondizzjonament ta' kontenituri tal-injam; |
— |
Il-manifattura ta' tagħmir speċifiku prodott għall-ħarsien ambjentali u prodotti għall-ġestjoni tar-riżorsi: pereżempju termostats għar-regolazzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ, valvi termostatiċi, pompi tas-sħana, bojlers li jużaw il-kondensazzjoni, ħiters tal-ilma solari; |
— |
Il-manifattura ta' lampi bi skariku elettriku bħala lampi bi pressa baxxa (pereżempju lampi fluworexxenti kompatti) u l-aktar tagħmir domestiku effiċjenti; |
— |
Il-manifattura ta' gomma riġenerata f'għamliet primarji jew fi pjanċi, folji jew strixxa, xkejjer u basktijiet tal-bijoplastik; |
— |
Il-manifattura ta' makkinarju għall-irkupru tal-metall; |
— |
Il-manutenzjoni, it-tiswija u servizzi ta' installazzjoni għall-prodotti ambjentali; |
— |
Il-produzzjoni tal-elettriku, il-gass u s-sħana minn sorsi rinnovabbli: |
— |
Id-desalinazzjoni tal-ilma u l-ġbir tal-ilma tax-xita; il-manutenzjoni ta' mejnijiet tal-ilma biex jitnaqqas it-telf tal-ilma; |
— |
Il-provvediment ta' servizzi tad-drenaġġ: Pereżempju l-ġbir, it-trasport u t-trattament tal-iskart, operazzjoni, manutenzjoni u tindif ta' sistemi tad-drenaġġ; |
— |
Il-provvediment ta' servizzi ta' ġbir, trattament u rimi ta' skart mhux perikoluż u perikoluż; |
— |
Il-provvediment ta' servizzi ta' trattament u rimi ta' skart nukleari; |
— |
Il-provvediment ta' servizzi ta' rkupru tal-materjali; il-produzzjoni ta' materji primi sekondarji; |
— |
Il-provvediment ta' servizzi ta' rimedju u tindif għall-ħamrija, għall-ilma tal-pjan u għall-ilma tal-wiċċ; |
— |
Il-provvediment ta' servizzi ta' rimedju u tindif għall-arja; |
— |
Il-provvediment ta' servizzi oħrajn ta' rimedju u kontroll speċjalizzat tat-tniġġiż; |
— |
Il-kostruzzjoni ta' bini passiv u b'konsum baxx tal-enerġija u r-rinnovament enerġetiku ta' bini eżistenti; |
— |
Il-manutenzjoni u t-tiswija ta' servizzi ta' netwerks tal-ilma; |
— |
Ix-xogħol tal-kostruzzjoni għal impjanti tat-trattament tal-ilma mormi u tal-iskart u sistemi tad-drenaġġ; |
— |
Ix-xogħol tal-kostruzzjoni għal impjanti tal-enerġija rinnovabbli inkluża l-installazzjoni ta' pannelli fotovoltajċi; |
— |
Xogħlijiet ta' iżolament tal-istorbju; |
— |
Servizzi ta' inġinerija u arkitettura għall-konsum baxx tal-enerġija u bini passiv u r-rinnovament enerġetiku ta' bini eżistenti; |
— |
Servizzi ta' inġinerija u arkitettura għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli; |
— |
Servizzi ta' inġinerija u arkitettura għall-proġetti tal-ġestjoni tal-ilma, tal-ilma mormi u tal-iskart; |
— |
Servizzi ta' spezzjoni teknika ta' vetturi tat-trasport bit-triq fir-rigward tal-emissjonijiet fl-arja; |
— |
Servizzi ta' R&Ż għall-ħarsien ambjentali u l-ġestjoni tar-riżorsi; |
— |
Servizzi ta' konsulenza dwar l-ambjent; |
— |
Skart pubbliku u l-ġbir tal-iskart mit-toroq; |
— |
Servizzi amministrattivi għall-ħarsien ambjentali u l-finijiet tal-ġestjoni tar-riżorsi; |
— |
Servizzi ta' taħriġ fil-ħarsien ambjentali u l-ġestjoni tar-riżorsi; |
— |
Servizzi ambjentali pprovduti minn organizzazzjonijiet bl-imseħbin; |
— |
Servizzi ta' riservi naturali, inklużi l-konservazzjoni tal-organiżmi selvaġġi. |
25.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 307/23 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2175
tal-24 ta' Novembru 2015
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
AL |
66,1 |
MA |
79,5 |
|
ZZ |
72,8 |
|
0707 00 05 |
AL |
78,9 |
MA |
96,4 |
|
TR |
143,5 |
|
ZZ |
106,3 |
|
0709 93 10 |
AL |
59,9 |
MA |
69,6 |
|
TR |
167,3 |
|
ZZ |
98,9 |
|
0805 20 10 |
MA |
87,2 |
ZZ |
87,2 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
TR |
60,8 |
ZZ |
60,8 |
|
0805 50 10 |
AR |
61,0 |
TR |
97,2 |
|
ZZ |
79,1 |
|
0808 10 80 |
AU |
166,8 |
CA |
159,7 |
|
CL |
85,1 |
|
MK |
36,9 |
|
NZ |
173,1 |
|
US |
107,0 |
|
ZA |
166,3 |
|
ZZ |
127,8 |
|
0808 30 90 |
BA |
88,1 |
CN |
64,0 |
|
TR |
124,6 |
|
ZZ |
92,2 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
25.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 307/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2176
tat-23 ta' Novembru 2015
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Ewropew għat-tfassil ta' standards fin-navigazzjoni interna (CESNI) u fis-sessjoni plenarja tal-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu (is-CCNR) rigward l-adozzjoni ta' standard dwar ir-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-azzjoni mill-Unjoni fis-settur tan-navigazzjoni interna għandu jkollha l-għan li tiżgura uniformità fl-iżvilupp tar-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni li jridu jiġu applikati fl-Unjoni. |
(2) |
Il-Kumitat Ewropew għat-tfassil ta' standards fin-navigazzjoni interna (CESNI) ġie stabbilit fit-3 ta' Ġunju 2015 fil-qafas tal-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu (CCNR) biex jiżviluppa standards tekniċi għall-passaġġi fuq l-ilma interni f'diversi oqsma, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-bastimenti, it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-ekwipaġġ. |
(3) |
Is-CESNI huwa mistenni li jadotta standard dwar ir-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (“l-istandard”) fil-laqgħa tiegħu tas-26 ta' Novembru 2015. Is-sessjoni plenarja tas-CCNR se temenda l-qafas leġiżlattiv tagħha, (ir-Regolamenti għall-Ispezzjoni ta' Bastimenti fuq ir-Renu) (“ir-RVIR”), biex issir referenza għall-istandard u tagħmlu mandatorju fil-qafas tal-applikazzjoni tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu. |
(4) |
L-istandard jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi uniformi meħtieġa biex jiżguraw is-sigurtà tal-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni. Dan jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-bini tal-bastimenti, l-armar u t-tagħmir għal bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward ta' kategoriji speċifiċi ta' bastimenti bħal bastimenti tal-passiġġieri, konvojs imbuttati u bastimenti tal-kontejners, dispożizzjonijiet dwar l-identifikazzjoni tal-bastiment, mudell ta' ċertifikati u reġistru, dispożizzjonijiet tranżitorji kif ukoll struzzjonijiet għall-applikazzjoni tal standard. Id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) tiżgura li ċ-ċertifikati għan-navigazzjoni tal-passaġġi fuq l-ilma interni fl-Unjoni jinħarġu għal inġenji li huma konformi mar-rekwiżiti tekniċi għal bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni stabbiliti fl-Anness II għal dik id-Direttiva li għalihom ġiet stabbilita l-ekwivalenza mar-rekwiżiti tekniċi stipulati fl-applikazzjoni tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, fl-10 ta' Settembru 2013, adottat proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE, li tqis l-iżviluppi li jirriżultaw f'dan il-qasam minn organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari dawk tas-CCNR fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni. |
(5) |
Għalhekk, l-istandard dwar ir-rekwiżiti tekniċi għal bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni li għandu jiġi adottat taħt l-awspiċi tas-CCNR se jaffettwa d-Direttiva 2006/87/KE, kif ukoll l-iżvilupp prevedibbli tal-acquis f'dan il-qasam. |
(6) |
Ir-reviżjoni tar-RVIR, li hija maħsuba biex tiffaċilita referenza diretta għall-istandard, għadha ma ġietx finalizzata fi ħdan is-CCNR. Madankollu, sabiex jitqies l-istandard saħansitra qabel ir-referenza diretta tkun tista' tiġi inkluża fir-RVIR, hu xieraq li jiġu inklużi dispożizzjonijiet individwali, inkluż dawk relatati mal-gass naturali likwifikat (LNG) fir-RVIR. |
(7) |
L-Unjoni la hija membru tas-CCNR u lanqas tas-CESNI. Għalhekk jeħtieġ li l-Kunsill jawtorizza lill-Istati Membri jesprimu l-pożizzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-istandard f'dawk il-korpi, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-laqgħa tas-CESNI fis-26 ta' Novembru 2015 għandha tkun li taqbel mal-adozzjoni tal-istandard Ewropew li jistabbilixxi Rekwiżiti Tekniċi għan-Navigazzjoni fl-Ilmijiet Interni.
2. Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-laqgħa tas-sessjoni plenarja tas-CCNR fit-3 ta' Diċembru 2015 għandha tkun li tappoġġa biss dawk l-emendi individwali għar-RVIR li huma f'konformità mal-ES-TRIN 2015/1. Dan jinkludi, b'mod partikolari, l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-propulsjoni ta' bastimenti li jużaw sistema ta' LNG.
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea f'laqgħa sussegwenti tas-sessjoni plenarja tas-CCNR għandha tkun li taqbel li temenda r-RVIR b'ħarsa lejn ir-referenza għall-ES-TRIN 2015/1 ladarba ssir ir-reviżjoni neċessarja tar-RVIR.
Artikolu 2
1. Il-pożizzjoni tal-Unjoni kif stipulata fl-Artikolu 1(1) għandha tiġi espressa mill-Istati Membri, li jaġixxu b'mod konġunt fl-interess tal-Unjoni.
2. Il-pożizzjoni tal-Unjoni kif stipulata fl-Artikolu 1(2) għandha tiġi espressa mill-Istati Membri li huma membri tas-CCNR, li jaġixxu b'mod konġunt fl-interess tal-Unjoni.
Artikolu 3
Bidliet minuri għall-pożizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu miftiehma mingħajr deċiżjonijiet ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Novembru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
C. MEISCH
(1) Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE (ĠU L 389, 30.12.2006, p. 1).
25.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 307/27 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2177
tal-20 ta' Novembru 2015
li teżenta l-esplorazzjoni għaż-żejt u għall-gass fil-Portugall mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali
(notifikata bid-dokument C(2015) 8043)
(It-test bil-Portugiż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30(4),
Wara li kkunsidrat it-talba mressqa fit-28 ta' Lulju 2015 min-naħa ta' ENI PORTUGAL B.V. permezz tal-posta elettronika,
Billi:
I. IL-FATTI
(1) |
Fit-28 ta' Lulju 2015, ENI PORTUGAL B.V. (minn hawn 'il quddiem “l-applikant”) ressqet talba formali lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li ntbgħatet lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika. It-talba kienet akkumpanjata minn pożizzjoni raġunata u sostanzjata tas-16 ta' Lulju 2015 adottata mill-Awtorità Portugiża tal-Kompetizzjoni. Skont it-talba, il-Kummissjoni ġiet mistoqsija tistabbilixxi li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/17/KE, u l-proċeduri ta' akkwist previsti f'dik id-Direttiva, ma kinux japplikaw għall-esplorazzjoni għaż-żejt u għall-gass fil-Portugall. |
II. IL-QAFAS ĠURIDIKU
(2) |
Sakemm titħassar, id-Direttiva 2004/17/KE tapplika għall-għoti ta' kuntratti għall-esplorazzjoni għaż-żejt u għall-gass, sakemm din l-attività ma tkunx eżentata skont l-Artikolu 30 ta' dik id-Direttiva. Madankollu, mil-lat proċedurali d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/25/UE japplikaw għat-talbiet ta' eżenzjoni, billi l-kundizzjonijiet materjali għall-għoti ta' eżenzjoni jibqgħu l-istess fis-sustanza. |
(3) |
Skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE, il-kuntratti maħsuba sabiex jippermettu waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 3 sa 7 ta' dik id-Direttiva mhumiex suġġetti għal dik id-Direttiva jekk, fl-Istat Membru li fih titwettaq, l-attività hija direttament esposta għall-kompetizzjoni fis-swieq li għalihom l-aċċess mhuwiex ristrett. L-esponiment dirett għall-kompetizzjoni huwa vvalutat abbażi ta' kriterji oġġettivi, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur ikkonċernat. L-aċċess għal suq partikolari jitqies li mhuwiex ristrett jekk l-Istat Membru jkun implimenta u applika l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-ftuħ tas-suq rilevanti kif stabbilit fl-Anness XI tad-Direttiva 2004/17/KE. Skont il-punt G ta' dak l-Anness XI, id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tikkostitwixxi leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar il-ftuħ tas-suq għall-esplorazzjoni u għaż-żejt jew għall-gass u għall-estrazzjoni tagħhom. |
(4) |
Il-Portugall ittraspona (4) u applika d-Direttiva 94/22/KE. Għalhekk, l-aċċess għas-suq għall-esplorazzjoni għaż-żejt jew għall-gass u għall-estrazzjoni tagħhom jitqies li mhuwiex ristrett skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(3) tad-Direttiva 2004/17/KE. |
(5) |
Għall-finijiet li jiġi vvalutat jekk l-attività rilevanti hijiex suġġetta għall-kompetizzjoni diretta fis-swieq ikkonċernati minn din id-Deċiżjoni, iridu jitqiesu s-sehem tas-suq tal-atturi ewlenin u l-livell ta' konċentrazzjoni ta' dawk is-swieq. |
(6) |
Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni. |
III. IL-VALUTAZZJONI
(7) |
L-applikant huwa entità kontraenti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2004/17/KE. L-applikant ma jistax jiġi kkwalifikat bħala awtorità kontraenti jew impriża pubblika. Huwa jwettaq attività ta' esplorazzjoni għaż-żejt u għall-gass kif imsemmi fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/17/KE. Barra minn hekk, huwa jopera abbażi ta' drittijiet speċjali akkwistati fit-18 ta' Diċembru 2014. Dawn id-drittijiet speċjali jikkonsistu f'kuntratti ta' konċessjoni għall-blokkok “Santola”, “Lavagante” u “Gamba” akkwistati mill-applikant. Il-kuntratti inizjali ta' konċessjoni ġew iffirmati fl-1 ta' Frar 2007 bejn l-Istat Portugiż min-naħa, u Harman Resources Ltd. (80 %) Petróleos de Portugal — Petrogal, S.A. (Galp) (10 %) u Partex Oil and Gas (Holdings) Corporation (10 %) min-naħa l-oħra. Fil-25 ta' Marzu 2010, il-kuntratti ta' konċessjoni ġew assenjati lil Petrobras International Baspetro B.V. (50 %) u Petróleos de Portugal — Petrogal S.A. (Galp) (50 %). Fl-aħħar nett, permezz ta' emenda li tressqet fit-18 ta' Diċembru 2014, l-imsemmija pożizzjonijiet kuntrattwali ġew assenjati lil Eni Portugal B.V. (70 %) u Petróleos de Portugal — Petrogal, S.A. (Galp) (30 %). |
(8) |
It-talba hija limitata għall-esplorazzjoni għaż-żejt u għall-gass. Eni Portugal B.V. u Petróleos de Portugal — Petrogal, S.A. (Galp). flimkien jiffurmaw impriża konġunta li fiha l-applikant huwa l-operatur tal-proġett u huwa responsabbli mill-esplorazzjoni, mill-evalwazzjoni, mill-iżvilupp, mill-produzzjoni u mill-operazzjonijiet ta' dekummissjonar. L-applikant huwa responsabbli għal kull akkwist meħtieġ għall-iżvilupp ta' attivitajiet ta' esplorazzjoni u ta' produzzjoni. |
(9) |
Skont il-prattika stabbilita tal-Kummissjoni, (5) l-esplorazzjoni għaż-żejt u l-esplorazzjoni għall-gass naturali għandhom jitqiesu li jikkostitwixxu suq wieħed rilevanti tal-prodotti, ladarba mhuwiex possibbli li jkun deċiż minn qabel jekk l-esplorazzjoni hijiex se twassal biex jinstab iż-żejt jew il-gass naturali. Barra minn hekk, skont din il-prattika, l-ambitu ġeografiku ta' dak is-suq għandu jitqies li hu dinji. Minħabba li ma hemm l-ebda indikazzjoni li d-definizzjoni tal-ambitu ġeografiku tas-suq se tkun differenti f'dan il-każ, għall-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni għandha tinżamm l-istess waħda. |
(10) |
L-ishma tas-suq ta' operaturi attivi fl-esplorazzjoni jistgħu jitkejlu b'referenza għal tliet fatturi: in-nefqa kapitali, ir-riżervi aċċertati u l-produzzjoni mistennija. |
(11) |
Madankollu, l-użu tan-nefqa kapitali biex jitkejlu l-ishma tas-suq ta' operaturi fis-suq tal-esplorazzjoni tqies li mhux adatt minħabba d-daqs tad-differenzi bejn il-livelli meħtieġa ta' investiment li jaf ikunu neċessarji fiż-żoni ġeografiċi differenti. Iż-żewġ parametri l-oħra, jiġifieri r-riżervi aċċertati u l-produzzjoni mistennija, tipikament ġew applikati sabiex jiġu vvalutati l-ishma tas-suq ta' operaturi ekonomiċi f'dan is-settur (6). |
(12) |
Fl-2014, ir-riżervi dinjin aċċertati u probabbli taż-żejt u tal-gass kienu jammontaw għal 209 934 817 170 metru kubu standard ekwivalenti ta' żejt (7). Fil-Portugall, in-numru totali ta' konċessjonijiet għall-esplorazzjoni kien jammonta għal 12 (8) u l-għadd ta' bjar tal-esplorazzjoni li ġew imħaffra fil-Portugall kien ta' 0 fl-2014. Bħalissa ma hemm l-ebda riżerva aċċertata taż-żejt u tal-gass fil-Portugall. |
(13) |
L-applikant ma pproduċa l-ebda żejt jew gass naturali fil-Portugall jew f'xi pajjiż ieħor f'dawn l-aħħar tliet snin finanzjarji. madankollu l-istima hija tali li l-esplorazzjoni tista' twassal għal skoperta possibbli ta' idrokarburi ta' madwar [… metri kubi standard] fiż-żoni ta' esplorazzjoni tal-baħar fond tal-Portugall li għalihom ġew assenjati l-permessi (9). Fl-2014, il-kumpanija prinċipali Eni S.p.A. kellha sehem ta' 0.9 % fis-suq dinji tar-riżervi aċċertati u probabbli għall-esplorazzjoni għaż-żejt u għall-gass (10). |
(14) |
Is-suq tal-esplorazzjoni mhuwiex ikkonċentrat ħafna. Minbarra l-kumpaniji li huma proprjetà tal-istat, fis-suq hemm kumpaniji kbar, bħalma huma ExxonMobil, Chevron, Shell, BP u Total. Fl-2014, fis-suq dinji tal-esplorazzjoni għaż-żejt u għall-gass naturali, il-kumpaniji l-kbar għandhom ishma rispettivi ta' 2,8 % (ExxonMobil), 2,1 % (Chevron), 1,9 % (Shell), 1,4 % (BP), 1,4 % (Total). Fir-rigward tal-kumpaniji tal-istat, l-ishma rispettivi fis-suq dinji tal-esplorazzjoni għaż-żejt u għall-gass naturali huma ta' 13,6 % (Saudi Aramco), 7,4 % (Gazprom), 4,8 % (Qatar Petroleum), 4,7 % (National Iranian Oil Company) (11). Eni S.p.A. għandha sehem fis-suq ta' 0,9 % tar-riżervi dinjija aċċertati u probabbli taż-żejt u tal-gass naturali. Fir-rigward tat-territorju tal-UE, Eni S.p.A. għandha sehem fis-suq ta'4 % tar-riżervi aċċertati u probabbli taż-żejt u tal-gass naturali (12). Dawn il-fatturi huma indikazzjoni tal-esponiment dirett għall-kompetizzjoni. |
IV. IL-KONKLUŻJONI
(15) |
Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet stabbiliti fil-premessi 1 sa 14, il-kundizzjoni ta' esponiment dirett għall-kompetizzjoni stabbilita fl-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE għandha titqies li ġiet ssodisfatta fil-Portugall. |
(16) |
Ladarba jitqies li ġiet issodisfata l-kundizzjoni ta' aċċess għas-suq mingħajr restrizzjonijiet, id-Direttiva 2004/17/KE ma għandhiex tapplika meta l-entitajiet kontraenti jagħtu kuntratti maħsuba biex jippermettu li titwettaq l-esplorazzjoni għaż-żejt u għall-gass naturali fil-Portugall, u lanqas meta jiġu organizzati kompetizzjonijiet tad-disinn għat-twettiq ta' attività bħal din f'dik iż-żona ġeografika. |
(17) |
Din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq is-sitwazzjoni ġuridika u fattwali mid-29 ta' Lulju 2015 sal-11 ta' Settembru 2015 skont l-informazzjoni li tressqet mill-applikant. Din tista' tiġi rreveduta jekk ikun hemm xi tibdil sinifikanti fis-sitwazzjoni ġuridika jew fattwali li jwassal biex il-kundizzjonijiet għall-applikabbiltà tal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE ma jibqgħux issodisfati aktar. |
(18) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2004/17/KE ma tapplikax għall-kuntratti li ngħataw mill-entitajiet kontraenti u maħsuba biex jippermettu li titwettaq l-esplorazzjoni għaż-żejt u għall-gass naturali fil-Portugall.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Portugiża.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Elżbieta BIEŃKOWSKA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.
(2) Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
(3) Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew U Tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3)
(4) Id-Digriet Liġi Nru 109/94, tas-26 ta' April (Decreto-Lei n.o 109/94 de 26 de Abril); L-Ordni Ministerjali Nru 790/94, tal-5 ta' Settembru (Portaria n.o 790/94 de 5 de Septembro).
(5) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/284/KE tad-29 ta' Settembru 1999 li tiddikjara konċentrazzjoni bħala kompatibbli mas-suq komuni u l-Ftehim ŻEE (il-Kawża Nru IV/M/1383 — Exxon/Mobil), (ĠU L 103, 7.4.2004, p. 1); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/45/KE tad-29 ta' Settembru 1999 li tiddikjara konċentrazzjoni bħala kompatibbli mas-suq komuni u l-Ftehim ŻEE (il-Kawża Nru IV M.1532 — BP Amoco/Arco), (ĠU L 18, 19.1.2001, p. 1); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Marzu 2002 li tiddikjara konċentrazzjoni bħala kompatibbli mas-suq komuni (il-Kawża Nru COMP/M.2681 CONOCO/PHILIPS PETROLEUM) (ĠU C 79, 3.4.2002, p. 12); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2003 li tiddikjara konċentrazzjoni bħala kompatibbli mas-suq komuni (il-Kawża Nru COMP/M.3294 EXXONMOBIL/BEB) (ĠU C 8, 13.1.2004, p. 7); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2007 li tiddikjara konċentrazzjoni bħala kompatibbli mas-suq komuni (il-Kawża Nru COMP/M.4545 STATOIL/HYDRO) (ĠU C 130, 12.6.2007, p. 8); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Novembru 2007 li tiddikjara konċentrazzjoni bħala kompatibbli mas-suq komuni (il-Kawża Nru COMP/M/4934 — KAZMUNAIGAZ/ROMPETROL), (ĠU C 31, 5.2.2008, p. 2).
(6) Ara b'mod partikolari l-punti 25 u 27 tad-Deċiżjoni 2004/284/KE u d-Deċiżjonijiet sussegwenti, fosthom il-Kawża Nru COMP/M.4545 — STATOIL/HYDRO.
(7) Skont is-sentenza Wood Mackenzie kkwotata mill-applikant.
(8) Dawn jinkludu blokkok fil-baħar fond 'il hinn mill-kosta, il-konċessjoni Barreiro u, barra minn hekk, il-blokkok “Caranguejo” u “Sapateira” fil-Baċir tal-Algarve, li diġà ngħataw iżda l-kuntratti ta' konċessjoni għadhom ma ġewx iffirmati.
(9) [… informazzjoni kunfidenzjali].
(10) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 7.
(11) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 7.
(12) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 7.