ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 301

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
18 ta' Novembru 2015


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/2060 tal-10 ta' Novembru 2015 li tħassar id-Direttiva 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' riżervi fuq id-dħul fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2061 tal-4 ta' Novembru 2015 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Oberlausitzer Biokarpfen (IĠP)]

5

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2062 tas-17 ta' Novembru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 f'dak li għandu x'jaqsam mas-sustanza sisapronil ( 1 )

7

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2063 tas-17 ta' Novembru 2015 dwar l-għoti ta' aċċess illimitat ta' eżenzjoni mid-dazju fl-Unjoni għall-2016 għal ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta' prodotti koperti bir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

10

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2064 tas-17 ta' Novembru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju dwar il-ħġieġ solari maħsub biex jiġi pproċessat skont il-proċedura tal-ipproċessar li taqa' taħt il-kontroll doganali ( 1 )

12

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2065 tas-17 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format għan-notifika tal-programmi ta' taħriġ u ta' ċertifikazzjoni tal-Istati Membri ( 1 )

14

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2066 tas-17 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta' persuni fiżiċi li jwettqu l-istallazzjoni, is-servisjar, il-manutenzjoni, it-tiswija jew id-dekummissjonar ta' tagħmir tat-tqassim tal-elettriku li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew l-irkupru ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra minn tagħmir għat-tqassim tal-elettriku stazzjonarju ( 1 )

22

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2067 tas-17 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta' persuni fiżiċi f'dak li għandu x'jaqsam ma' tagħmir ta' sistemi stazzjonarji ta' refriġerazzjoni, ta' kondizzjonament tal-arja u ta' pompi tas-sħana, kif ukoll ma' unitajiet ta' refriġerazzjoni ta' trakkijiet u trejlers refriġerati, li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, u għaċ-ċertifikazzjoni ta' kumpaniji f'dak li għandu x'jaqsam ma' tagħmir ta' sistemi stazzjonarji ta' refriġerazzjoni, ta' kondizzjonament tal-arja u ta' pompi tas-sħana, li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra ( 1 )

28

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2068 tas-17 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format tat-tikketti għal prodotti u tagħmir li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra ( 1 )

39

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2069 tas-17 ta' Novembru 2015 li japprova s-sustanza bażika idroġenu karbonat tas-sodju skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

42

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2070 tas-17 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

45

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2071 tal-10 ta' Novembru 2015 li tawtorizza lill-Istati Membri jirratifikaw, fl-interessi tal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll tal-2014 għall-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, 1930, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol fir-rigward tal-Artikoli 1 sa 4 tal-Protokoll fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali

47

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

18.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/1


DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2015/2060

tal-10 ta' Novembru 2015

li tħassar id-Direttiva 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' riżervi fuq id-dħul fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 115 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)

Filwaqt li tibni fuq il-kunsens li ntlaħaq fil-Kunsill Ewropew tal-20 ta' Ġunju 2000 li għandu jkun hemm skambju tal-informazzjoni rilevanti għall-finijiet tat-taxxa fuq bażi wiesgħa kemm jista' jkun, id-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE (1) ilha tiġi applikata fl-Istati Membri sa mill-1 ta' Lulju 2005 bil-għan li tippermetti li d-dħul mit-tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' mgħax li jsiru fi Stat Membru wieħed lil sidien benefiċjarji li huma individwi residenti fi Stat Membru ieħor ikun soġġett għal tassazzjoni effettiva skont il-liġijiet tal-Istat Membru tar-residenza, biex b'hekk jiġu eliminati d-distorsjonijiet fil-moviment tal-kapital bejn l-Istati Membri, li mhumiex kompatibbli mas-suq intern.

(2)

Id-dimensjoni mondjali tal-isfidi li jirriżultaw mill-frodi u l-evażjoni tat-taxxa transkonfinali hija punt ta' tħassib ewlieni fuq livell globali u fl-Unjoni. Id-dħul li ma jiġix irrappurtat u ntaxxat inaqqas b'mod konsiderevoli d-dħul nazzjonali mit-taxxi. Fit-22 ta' Mejju 2013, il-Kunsill Ewropew laqa' b'mod pożittiv l-isforzi kontinwi li qed isiru fil-G8, fil-G20 u fl-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) biex jiġi żviluppat standard globali.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE (2) tipprevedi l-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' ċerta informazzjoni bejn l-Istati Membri. Tipprevedi wkoll l-estensjoni progressiva tal-kamp ta' applikazzjoni tagħha għal kategoriji ġodda ta' dħul u kapital sabiex jiġu miġġielda l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa transkonfinali.

(4)

Fid-9 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill adotta d-Direttiva 2014/107/UE (3) li emendat id-Direttiva 2011/16/UE biex testendi l-iskambju awtomatiku obbligatorju tal-informazzjoni għal firxa usa' ta' dħul f'konformità mal-Istandard Globali maħruġ mill-Kunsill tal-OECD f'Lulju tal-2014 u li żgurat li jkun hemm approċċ koerenti, konsistenti u komprensiv fl-Unjoni kollha għall-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni dwar il-kontijiet finanzjarji fis-suq intern.

(5)

B'mod ġenerali, id-Direttiva 2014/107/UE għandha kamp ta' applikazzjoni usa' minn dak tad-Direttiva 2003/48/KE, u tipprevedi li, f'każijiet ta' sovrappożizzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni, id-Direttiva 2003/48/KE għandha tipprevali. Għad hemm każijiet residwi li għalihom tapplika biss id-Direttiva 2003/48/KE. Dawk il-każijiet residwi huma l-konsegwenza ta' differenzi żgħar fl-approċċ bejn iż-żewġ Direttivi u ta' eżenzjonijiet speċifiċi differenti. F'dawk il-każijiet limitati, l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/48/KE twassal għal standards tar-rappurtar doppji fl-Unjoni. Il-benefiċċji minuri li jkun hemm jekk wieħed iżomm it-tali rappurtar doppju jingħelbu mill-ispejjeż li dan iġib miegħu.

(6)

Fil-21 ta' Marzu 2014, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kunsill biex jiżgura li l-liġi rilevanti tal-Unjoni tkun allinjata għalkollox mal-Istandard Globali uniku l-ġdid għall-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni żviluppat mill-OECD. Barra minn hekk, meta adotta d-Direttiva 2014/107/UE, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta għat-tħassir tad-Direttiva 2003/48/KE u biex tikkoordina t-tħassir ta' dik id-Direttiva mad-data tal-applikazzjoni stabbilita fid-Direttiva 2014/107/UE, b'kont meħud tad-deroga stipulata fiha fir-rigward tal-Awstrija. Għalhekk, id-Direttiva 2003/48/KE għandha tkompli tapplika għall-Awstrija għal perjodu addizzjonali ta' sena. Fid-dawl tal-pożizzjoni meħuda mill-Kunsill, hemm bżonn li d-Direttiva 2003/48/KE titħassar sabiex jiġu evitati l-obbligi doppji tar-rappurtar u sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż kemm għall-awtoritajiet tat-taxxa kif ukoll għall-operaturi ekonomiċi.

(7)

Skont id-Direttiva tal-Kunsill 2014/48/UE (4), l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-1 ta' Jannar 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' dik id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2017. Minħabba t-tħassir tad-Direttiva 2003/48/KE, ma jibqax il-bżonn li d-Direttiva 2014/48/UE tiġi trasposta.

(8)

Sabiex ikun żgurat li r-rappurtar awtomatiku tal-informazzjoni dwar il-kontijiet finanzjarji jkompli jseħħ mingħajr xkiel, it-tħassir tad-Direttiva 2003/48/KE għandu japplika fl-istess jum bħad-data tal-applikazzjoni tal-miżuri stabbilita fid-Direttiva 2014/107/UE.

(9)

Minkejja t-tħassir tad-Direttiva 2003/48/KE, l-informazzjoni miġbura mill-aġenti tal-pagamenti, mill-operaturi ekonomiċi u mill-Istati Membri qabel id-data ta' tħassir għandha tiġi pproċessata u ttrasferita kif previst oriġinarjament, u l-obbligi li rriżultaw qabel dik id-data għandhom jiġu ssodisfati.

(10)

Fir-rigward tat-taxxa minn ras il-għajn imposta matul il-perjodu tranżitorju msemmi fid-Direttiva 2003/48/KE, sabiex jipproteġu d-drittijiet miksubin tas-sidien benefiċjarji, l-Istati Membri għandhom ikomplu jagħtu l-kreditu jew ir-rifużjonijiet kif previst oriġinarjament u għandhom joħorġu, fuq talba, ċertifikati biex is-sidien benefiċjarji jkunu jistgħu jiżguraw li t-taxxa minn ras il-għajn ma tiġix imposta.

(11)

Għandu jitqies il-fatt li, fid-dawl tad-differenzi strutturali, l-Awstrija ngħatat deroga skont id-Direttiva 2014/107/UE li tippermettilha tipposponi l-applikazzjoni ta' dik id-Direttiva b'sena sal-1 ta' Jannar 2017. Madankollu, mal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/107/UE, l-Awstrija ħabbret li ma kinitx ser tuża d-deroga għalkollox. Minflok, l-Awstrija għandha tiskambja informazzjoni sa Settembru tal-2017, għalkemm biss fir-rigward ta' sett limitat ta' kontijiet, filwaqt li żżomm id-deroga f'każijiet l-oħra. Għalhekk, għandu jkun hemm dispożizzjoni speċifika li tiżgura li l-Awstrija, u l-aġenti tal-pagamenti u l-operaturi ekonomiċi stabbiliti hemm, ikomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/48/KE matul il-perjodu tad-deroga, bl-eċċezzjoni ta' dawk il-kontijiet li għalihom tapplika d-Direttiva 2014/107/UE.

(12)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji li huma rrikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fosthom id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, u xejn f'din id-Direttiva ma għandu jnaqqas jew jelimina dawk id-drittijiet.

(13)

Peress li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri li titħassar id-Direttiva 2003/48/KE bl-eżenzjonijiet temporanji neċessarji għall-protezzjoni tad-drittijiet miksubin u biex jittieħed kont tad-deroga mogħtija lill-Awstrija skont id-Direttiva 2014/107/UE, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista' pjuttost, minħabba l-livell ta' uniformità u effettività meħtieġ, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jinkiseb dak l-objettiv.

(14)

Għalhekk id-Direttiva 2003/48/KE għandha titħassar,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1.   Soġġett għal paragrafi 2 u 3, id-Direttiva 2003/48/KE titħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2016.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, l-obbligi li ġejjin tad-Direttiva 2003/48/KE, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/98/KE (5),għandhom ikomplu japplikaw:

(a)

l-obbligi tal-Istati Membri u tal-operaturi ekonomiċi stabbiliti fihom taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/48/KE għandhom ikomplu japplikaw sal-5 ta' Ottubru 2016 jew sa ma dawk l-obbligi jkunu ġew issodisfati;

(b)

l-obbligi tal-aġenti tal-pagamenti taħt l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2003/48/KE u tal-Istati Membri tal-aġenti tal-pagamenti taħt l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/48/KE għandhom ikomplu japplikaw sal-5 ta' Ottubru 2016 jew sa ma dawk l-obbligi jkunu ġew issodisfati;

(c)

l-obbligi tal-Istati Membri ta' residenza għall-finijiet tat-taxxa tas-sidien benefiċjarji taħt -Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2003/48/KE għandhom ikomplu japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2016; u

(d)

l-obbligi tal-Istati Membri ta' residenza għall-finijiet tat-taxxa tas-sidien benefiċjarji taħt l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2003/48/KE għandhom ikomplu japplikaw, fir-rigward rat-taxxa minn ras il-għajn imposta fl-2016 u fis-snin ta' qabel, sa ma dawk l-obbligi jkunu ġew issodisfati.

3.   Id-Direttiva 2003/48/KE, kif emendata bid-Direttiva 2006/98/KE, għandha tkompli tapplika fir-rigward tal-Awstrija sal-31 ta' Diċembru 2016, bl-eċċezzjoni tal-obbligi li ġejjin:

(a)

l-obbligi tal-Awstrija u l-obbligi sottostanti tal-aġenti tal-pagamenti u tal-operaturi ekonomiċi stabbiliti hemm taħt l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2003/48/KE, li għandhom ikomplu japplikaw sat-30 ta' Ġunju 2017 jew sa ma dawk l-obbligi jkunu ġew issodisfati;

(b)

l-obbligi tal-Awstrija u tal-operaturi ekonomiċi stabbiliti hemmtaħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/48/KE, li għandhom ikomplu japplikaw sat-30 ta' Ġunju 2017 jew sa ma dawk l-obbligi jkunu ġew issodisfati; u

(c)

l-obbligi tal-Awstrija u l-obbligi sottostanti tal-aġenti tal-pagamenti stabbiliti hemm li jirriżultaw direttament jew indirettament mill-proċeduri msemmija fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2003/48/KE, li għandhom ikomplu japplikaw sat-30 ta' Ġunju 2017 jew sa ma dawk l-obbligi jkunu ġew issodisfati.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, id-Direttiva 2003/48/KE, kif emendata bid-Direttiva 2006/98/KE, ma għandhiex tapplika wara l-1 ta' Ottubru 2016 għall-pagamenti ta' mgħax fir-rigward tal-kontijiet li għalihom l-obbligi ta' rappurtar u ta' diliġenza dovuta inklużi fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2011/16/UE jkunu ġew issodisfati u li għalihom l-Awstrija tkun ikkomunikat, permezz ta' skambju awtomatiku, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(3)(a) tad-Direttiva 2011/16/UE fiż-żmien stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 8(6) tad-Direttiva 2011/16/UE.

Artikolu 2

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

P. GRAMEGNA


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar tassazzjoni ta' riżervi fuq id-dħul fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax (ĠU L 157, 26.6.2003, p. 38).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).

(3)  Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE tad-9 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 1).

(4)  Direttiva tal-Kunsill 2014/48/UE tal-24 ta' Marzu 2014 li temenda d-Direttiva 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax (ĠU L 111, 15.4.2014, p. 50).

(5)  Direttiva tal-Kunsill 2006/98/KE tal-20 ta' Novembru 2006 li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tat-tassazzjoni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 129; Edizzjoni Speċjali bil-Malti: ĠU L 352 M, 31.12.2008, p. 757).


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

18.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2061

tal-4 ta' Novembru 2015

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Oberlausitzer Biokarpfen (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Ġermanja biex id-denominazzjoni “Oberlausitzer Biokarpfen” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet ebda stqarrija ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Oberlausitzer Biokarpfen” għandha għalhekk tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Oberlausitzer Biokarpfen” (IĠP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni speċifikata fl-ewwel paragrafu tidentifika prodotti fil-Klassifika 1.7. Ħut, molluski, krustaċej friski u prodotti derivati skont l-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 212, 27.6.2015, p. 9.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


18.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2062

tas-17 ta' Novembru 2015

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 f'dak li għandu x'jaqsam mas-sustanza “sisapronil”

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta' limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fformulata mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, il-limitu massimu ta' residwi (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “l-MRL”) għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali għandu jiġi stabbilit f'Regolament.

(2)

It-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (2) tistabbilixxi s-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fejn jidħlu l-limiti massimi ta' residwi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali.

(3)

Is-sisapronil għadu ma ddaħħalx f'din it-tabella.

(4)

Lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-EMA”) intbagħtitilha applikazzjoni għall-istabbiliment tal-limiti massimi ta' residwi għas-sisapronil fl-ispeċijiet bovini.

(5)

Abbażi tal-opinjoni tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju, l-EMA rrakkomandat li jiġi stabbilit MRL għas-sisapronil fl-ispeċijiet bovini li japplika għall-muskoli, għax-xaħam, għall-fwied u għall-kliewi, dejjem jekk din is-sustanza ma tintużax għall-annimali li minnhom jinħaleb il-ħalib għall-konsum mill-bniedem.

(6)

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, l-EMA għandha tqis li jew tuża l-limiti massimi ta' residwi stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva li tinsab f'oġġett tal-ikel partikulari għal oġġett tal-ikel ieħor li ġej mill-istess speċi, jew inkella li tuża l-limiti massimi ta' residwi stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva fi speċi waħda jew iktar għal speċijiet oħrajn.

(7)

L-EMA jidhrilha li l-estrapolazzjoni tal-MRL għas-sisapronil mill-ispeċijiet bovini għall-ispeċijiet kaprini hija xierqa.

(8)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Jixraq li l-partijiet interessati kkonċernati jingħataw perjodu raġonevoli taż-żmien biex jieħdu l-miżuri li jaf ikunu meħtieġa biex huma jikkonformaw mal-MRL il-ġdid.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 qed jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa jibda japplika mis-17 ta' Jannar 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta' Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).


ANNESS

F'ordni alfabetika, fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 qed tiddaħħal din is-sustanza:

Sustanza farmakoloġikament attiva

Residwu markatur

Speċi tal-Annimali

MRL (limitu massimu ta' residwi)

Tessuti fil-Mira

Dispożizzjonijiet Oħra (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009)

Klassifikazzjoni Terapewtika

“Sisapronil

Sisapronil

Bovini, kaprini

100 μg/kg

2 000  μg/kg

200 μg/kg

100 μg/kg

Muskoli

Xaħam

Fwied

Kliewi

Mhux għall-użu f'annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem

Aġenti antiparassitiċi/Aġenti li jaġixxu kontra l-ektoparassiti”


18.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2063

tas-17 ta' Novembru 2015

dwar l-għoti ta' aċċess illimitat ta' eżenzjoni mid-dazju fl-Unjoni għall-2016 għal ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta' prodotti koperti bir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(1)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/859/KE tal-25 ta' Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja fuq il-Protokoll 2 għall-Ftehim bilaterali ta' Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja tal-14 ta' Mejju 1973 (3) (“il-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja”) u l-Protokoll 3 tal-Ftehim taż-ŻEE (4) jiddeterminaw l-arranġamenti kummerċjali għal ċertu prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati bejn il-Partijiet Kontraenti.

(2)

Il-Protokoll 3 tal-Ftehim taż-ŻEE jistipula dazju b'rata żero għall-ilmijiet li jkollhom zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud magħhom jew li jkunu bit-togħma, li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 2202 10 00, u għal xarbiet mhux alkoħoliċi oħra, li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 2202 90 10 li ma fihomx prodotti li jaqgħu taħt l-intestaturi 0401 sa 0404 jew xaħam miksub minn prodotti li jaqgħu taħt l-intestaturi 0401 sa 0404.

(3)

Id-dazju b'rata żero għal dawk l-ilmijiet u għal dawk ix-xarbiet l-oħra ġie sospiż temporanjament għan-Norveġja għal perjodu ta' żmien illimitat permezz tal-Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-Protokoll 2 għall-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (5) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri”), li ġie approvat bid-Deċiżjoni 2004/859/KE. F'konformità mal-Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri, l-importazzjonijiet bla dazju ta' oġġetti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 2202 10 00 u ex 2202 90 10 li joriġinaw fin-Norveġja għandhom jiġu permessi biss fil-limiti ta' kwota bla dazju. Għandu jitħallas dazju fuq l-importazzjonijiet li jaqbżu l-allokazzjoni tal-kwota.

(4)

Barra minn hekk, il-Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri jirrikjedi li l-prodotti kkonċernati jingħataw aċċess illimitat ta' eżenzjoni mid-dazju fl-Unjoni jekk il-kwota tariffarja ma tkunx ġiet eżawrita sal-31 ta' Ottubru tas-sena preċedenti. Skont id-dejta mogħtija lill-Kummissjoni, il-kwota annwali għall-2015 għall-ilmijiet u x-xarbiet kkonċernati miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1130/2014 (6), ma ġietx eżawrita sal-31 ta' Ottubru 2015. Għalhekk, il-prodotti kkonċernati għandhom jingħataw aċċess illimitat ta' eżenzjoni mid-dazju fl-Unjoni mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016.

(5)

Għalhekk, is-sospensjoni temporanja tar-reġim bla dazju applikat skont il-Protokoll 2 għall-Ftehim bilaterali ta' Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja ma għandhiex tiġi applikata għall-2016.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-kwistjonijiet orizzontali dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli pproċessati li mhumiex elenkati fl-Anness I,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016, l-oġġetti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 2202 10 00 (ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti, li fihom miżjud zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew imħawwrin) u l-kodiċijiet tan-NM ex 2202 90 11, ex 2202 90 15 u ex 2202 90 19 (xarbiet oħra mhux alkoħoliċi li fihom iz-zokkor (sukrożju jew zokkor invertit) — is-subdiviżjonijiet TARIC 11 u 19) li joriġinaw min-Norveġja, għandhom jingħataw aċċess illimitat ta' eżenzjoni mid-dazju fl-Unjoni.

2.   Ir-regoli tal-oriġini applikabbli għall-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Protokoll 3 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja tal-14 ta' Mejju 1973.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa japplika mill-1 ta' Jannar 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.

(2)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 70.

(3)  ĠU L 171, 27.6.1973, p. 2.

(4)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(5)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 72.

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1130/2014 tat-22 ta' Ottubru 2014 li jiftaħ il-kwota tariffarja għall-2015 għall-importazzjoni, fl-Unjoni Ewropea, ta' ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli koperti mir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 305, 24.10.2014, p. 104).


18.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2064

tas-17 ta' Novembru 2015

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju dwar il-ħġieġ solari maħsub biex jiġi pproċessat skont il-proċedura tal-ipproċessar li taqa' taħt il-kontroll doganali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (2) jipprevedi l-possibbiltà li ċerta merkanzija tiġi pproċessata skont il-proċedura tal-ipproċessar li taqa' taħt il-kontroll doganali mingħajr ma jiġu eżaminati l-kundizzjonijiet ekonomiċi msemmija fl-Artikolu 133(e) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. Għal dik il-merkanzija, il-kundizzjonijiet ekonomiċi jitqiesu li jkunu ssodisfati skont l-Artikolu 552 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Din il-merkanzija hija koperta mill-Parti A tal-Anness 76 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

(2)

In-numru tal-ordni 11 tal-Parti A tal-Anness 76 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 ikopri ċerti komponenti, partijiet, assemblaġġi jew materjali li jistgħu jiġu pproċessati biex isiru prodotti tat-teknoloġija tal-informatika.

(3)

Il-ħġieġ solari jista' jiġi pproċessat biex minnu jsirupannelli solari skont il-proċedura tal-ipproċessar li taqa' taħt il-kontroll doganali. L-operazzjoni ta' pproċessar hija koperta min-numru tal-ordni 11 tal-Parti A tal-Anness 76 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

(4)

Jekk ikun iddikjarat bħala prodott għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, il-ħġieġ solari li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina maħsub biex jiġi pproċessat skont il-proċedura tal-ipproċessar li taqa' taħt il-kontroll doganali jkun soġġett għal dazju antidumping definittiv skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 470/2014 (3) jew għal dazju kumpensatorju definittiv skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 471/2014 (4).

(5)

L-ipproċessar ta' ħġieġ solari li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont il-proċedura tal-ipproċessar li taqa' taħt il-kontroll doganali jista' jaffettwa ħażin l-interessi essenzjali tal-produtturi tal-Unjoni tal-ħġieġ solari. Għalhekk, l-użu tal-proċedura tal-ipproċessar li taqa' taħt il-kontroll doganali għandu jkun possibbli biss wara li l-Kumitat tal-Kodiċi Doganali jkun eżamina l-kundizzjonijiet ekonomiċi f'konformità mal-Artikolu 552(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 u jkun ikkonkluda li dawn il-kundizzjonijiet huma ssodisfati.

(6)

Għalhekk, ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Parti A tal-Anness 76 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, it-test fil-kolonna 1 tan-numru tal-ordni 11 tinbidel b'dan li ġej:

“Kull tip elettroniku ta' komponenti, partijiet, assemblaġġi (inklużi subassemblaġġi) jew materjali (kemm elettroniċi u kemm jekk le), li huma essenzjali għall-prestazzjoni tat-tħaddim elettroniku tal-prodott ipproċessat, bl-eċċezzjoni tal-ħġieġ solari li se jkun soġġett għal dazji antidumping jew kumpensatorji provviżorji jew definittivijekk ikun ġie ddikjarat għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 470/2014 tat-13 ta' Mejju 2014 li jimponi dazju antidumping u ġbir definittiv tad-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ħġieġ solari li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 142, 14.5.2014, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 471/2014 tat-13 ta' Mejju 2014 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ħġieġ solari li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 142, 14.5.2014, p. 23).


18.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2065

tas-17 ta' Novembru 2015

li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format għan-notifika tal-programmi ta' taħriġ u ta' ċertifikazzjoni tal-Istati Membri

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(13) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-format tan-notifika skont l-Artikolu 10(10) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 għandu jkun armonizzat, billi jispeċifika t-tagħrif essenzjali meħtieġ, sabiex jippermetti l-awtentikazzjoni ta' ċertifikat jew attestazzjoni konformi mar-rekwiżiti minimi u mal-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku li ġew stabbiliti.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea aġġornat ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għal rikonoxximent reċiproku billi adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2067 (2) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2066 (3).

(3)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 308/2008 (4) għandu jitħassar.

(4)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jużaw il-formoli li ġejjin għan-notifiki msemmija fl-Artikolu 10(10) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014:

(1)

għal tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, arja kundizzjonata u bil-pompa tas-sħana, u unitajiet ta' refriġerazzjoni ta' trakkijiet u trejlers refriġerati, il-formola tan-notifika stabbilita fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(2)

għal sistemi stazzjonarji ta' protezzjoni min-nar u għal pompi tat-tifi tan-nar, il-formola ta' notifika speċifikata fl-Anness II ta' dan ir-Regolament;

(3)

għal tagħmir għat-tqassim tal-elettriku l-formola ta' notifika speċifikata fl-Anness III ta' dan ir-Regolament;

(4)

għal tagħmir li fih solventi b'bażi ta' gass fluworurat b'effett ta' serra l-formola ta' notifika speċifikata fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament;

(5)

għal sistemi ta' kondizzjonament tal-arja f'vetturi bil-mutur il-formola ta' notifika speċifikata fl-Anness V ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 308/2008 jitħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw b'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni mogħtija fl-Anness VI.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2067 tas-17 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta' persuni fiżiċi f'dak li għandu x'jaqsam ma' sistemi stazzjonarji ta' tkessiħ u tagħmir ta' kondizzjonament tal-arja u ta' pompi tas-sħana u unitajiet ta' refriġerazzjoni ta' trakkijiet u trejlers refriġerati li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, u għaċ-ċertifikazzjoni ta' kumpaniji f'dak li għandu x'jaqsam ma' sistemi stazzjonarji ta' tkessiħ u tagħmir ta' kondizzjonament tal-arja u ta' pompi tas-sħana, li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra (ara l-paġna 28 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2066 tas-17 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta' persuni fiżiċi li jwettqu l-istallazzjoni, l-għoti ta' servizz, il-manutenzjoni, it-tiswija jew id-dekummissjonar ta' tagħmir għat-tqassim tal-elettriku li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew l-irkupru ta' gassijiet b'effett ta' serra fluworinati minn tagħmir għat-tqassim tal-elettriku stazzjonarju (ara l-paġna 22 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 308/2008 tat-2 ta' April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format għan-notifika tal-programmi ta' taħriġ u ċertifikazzjoni tal-Istati Membri (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 28).


ANNESS I

SISTEMI STAZZJONARJI TA' REFRIĠIRAZZJONI, TA' KONDIZZJONAMENT TAL-ARJA U TA' TAGĦMIR TA' POMPI TAS-SĦANA U UNITAJIET TA' REFRIĠERAZZJONI TA' TRAKKIJIET U TREJLERS REFRIĠERATI

NOTIFIKA

BIEX L-ISTATI MEMBRI JISTABBILIXXU JEW JADATTAW IR-REKWIŻITI TA' TAĦRIĠ U TA' ĊERTIFIKAZZJONI TAGĦHOM GĦALL-KUMPANIJI U GĦALL-PERSUNI FIŻIĊI INVOLUTI F'ĦIDMIET KOPERTI MILL-ARTIKOLU 10(1) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 517/2014 DWAR GASSIJIET FLUWORURATI B'EFFETT TA' SERRA

INFORMAZZJONI ĠENERALI

(a)

Stat Membru

 

(b)

Awtorità li qed tagħmel in-Notifika

 

(c)

Data tan-Notifika

 

Parti A — Persuni fiżiċi

Is-sistemi li ġejjin għall-persuni fiżiċi involuti fl-istallazzjoni, it-tiswija, il-manutenzjoni, is-servisjar, id-dekommissjonar jew il-kontroll għat-tnixxija ta' tagħmir stazzjonarju tar-refriġirazzjoni, il-kondizzjonament tal-arja u l-pompi tas-sħana, u l-unitajiet tar-refriġirazzjoni ta' trakkijiet u trejlers refriġirati, li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew fl-irkupru ta' dawk il-gassijiet mit-tali tagħmir, jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku kif jistipulaw l-Artikoli 4 u 10 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2067 (1).

Titolu taċ-Ċertifikat

Kategorija

(I, II, III u/jew IV)

Il-korp taċ-Ċertifikazzjoni għal persuni fiżiċi (l-isem u d-dettalji ta' kuntatt)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(…)

Parti B — Kumpaniji

Is-sistemi ta' ċertifikazzjoni li ġejjin għall-kumpaniji involuti fl-istallazzjoni, il-manutenzjoni, is-servisjar jew id-dekumissjonar ta' tagħmir stazzjonarju ta' refriġirazzjoni, ta' kondizzjonament tal-arja u ta' pompi tas-sħana li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, tissodisfa/jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku stipulati fl-Artikoli 6 u 10 tar-Regolament (UE) 2015/2067.

Titolu taċ-Ċertifikat

Il-Korp ta' Ċertifikazzjoni tal-Kumpaniji (l-isem u d-dettalji ta' kuntatt)

 

 

 

 

 

 

 

(…)


(1)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2067 tas-17 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta' persuni fiżiċi f'dak li għandu x'jaqsam ma' sistemi stazzjonarji ta' refriġirazzjoni u tagħmir ta' kondizzjonament tal-arja u ta' pompi tas-sħana u unitajiet ta' refriġerazzjoni ta' trakkijiet u trejlers refriġerati li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, u għaċ-ċertifikazzjoni ta' kumpaniji f'dak li għandu x'jaqsam ma' sistemi stazzjonarji ta' refriġirazzjoni u tagħmir ta' kondizzjonament tal-arja u ta' pompi tas-sħana, li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra (ĠU L 301, 18.11.2015, p. 28).


ANNESS II

TAGĦMIR TA' PROTEZZJONI TAN-NAR STAZZJONARJU

NOTIFIKA

BIEX L-ISTATI MEMBRI JISTABBILIXXU/JADATTAW IR-REKWIŻITI TA' TAĦRIĠ U TA' ĊERTIFIKAZZJONI TAGĦHOM GĦALL-KUMPANIJI U GĦALL-PERSUNI FIŻIĊI INVOLUTI F'ĦIDMIET KOPERTI MILL-ARTIKOLU 10(1) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 517/2014 DWAR GASSIJIET FLUWORURATI B'EFFETT TA' SERRA

INFORMAZZJONI ĠENERALI

(a)

Stat Membru

 

(b)

Awtorità li qed tagħmel in-Notifika

 

(c)

Data tan-Notifika

 

Parti A — Persuni fiżiċi

Is-sistema/sistemi ta' ċertifikazzjoni li ġejja/ġejjin għall-persuni fiżiċi involuti fl-istallazzjoni, il-manutenzjoni, is-servisjar, id-dekomissjonar jew il-kontrolli għat-tnixxija ta' sistemi stazzjonarji tal-protezzjoni min-nar li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew fl-irkupru ta' dawk il-gassijiet minn sistemi stazzjonarji ta' protezzjoni min-nar u pompi tat-tifi tan-nar, tissodisfa/jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku mniżżlin fl-Artikoli 5 u 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 304/2008 (1).

Titolu taċ-Ċertifikat

Il-korp taċ-Ċertifikazzjoni għal persuni fiżiċi (l-isem u d-dettalji ta' kuntatt)

 

 

 

 

 

 

 

(…)

Parti B — Kumpaniji

Is-sistema/sistemi ta' ċertifikazzjoni li ġejja/ġejjin għall-kumpaniji involuti fl-istallazzjoni, il-manutenzjoni, is-servisjar jew id-dekomissjonar ta' sistemi stazzjonarji ta' protezzjoni min-nar li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, tissodisfa/jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku stipulati fl-Artikoli 8 u 13 tar-Regolament (KE) Nru 304/2008.

Titolu taċ-Ċertifikat

Il-Korp ta' Ċertifikazzjoni tal-Kumpaniji (l-isem u d-dettalji ta' kuntatt)

 

 

 

 

 

 

 

(…)


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 304/2008 tat-2 ta' April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-kumpaniji u tal-persunal f'dak li għandu x'jaqsam ma' sistemi stazzjonarji ta' protezzjoni min-nar u ma' pompi tat-tifi tan-nar li fihom ċerti gassijiet fluworurati b'effett ta' serra (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 12).


ANNESS III

TAGĦMIR TAT-TQASSIM TAL-ELETTRIKU

NOTIFIKA

BIEX L-ISTATI MEMBRI JISTABBILIXXU/JADATTAW IR-REKWIŻITI TA' TAĦRIĠ U TA' ĊERTIFIKAZZJONI TAGĦHOM GĦALL-PERSUNI FIŻIĊI INVOLUTI F'ĦIDMIET KOPERTI MILL-ARTIKOLU 10(1) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 517/2014 DWAR GASSIJIET FLUWORURATI B'EFFETT TA' SERRA

INFORMAZZJONI ĠENERALI

(a)

Stat Membru

 

(b)

Awtorità li qed tagħmel in-Notifika

 

(c)

Data tan-Notifika

 

Is-sistema/sistemi ta' ċertifikazzjoni li ġejja/ġejjin għall-persuni fiżiċi involuti fl-istallazzjoni, it-tiswija, il-manutenzjoni, is-servisjar, jew id-dekomissjonar ta' tagħmir tat-tqassim tal-elettriku li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew fl-irkupru ta' dawk il-gassijiet minn sistemi stazzjonarji ta' tagħmir tat-tqassim tal-elettriku, tissodisfa/jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku mniżżlin fl-Artikoli 3 u 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2066 (1).

Titolu taċ-Ċertifikat

Il-Korp taċ-Ċertifikazzjoni għal persuni fiżiċi (l-isem u d-dettalji ta' kuntatt)

 

 

 

 

 

 

 

(…)


(1)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2066 tas-17 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta' persuni fiżiċi li jwettqu l-istallazzjoni, l-isservisjar, il-manutenzjoni, it-tiswija jew id-dekummissjonar ta' tagħmir tat-tqassim tal-elettriku li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew l-irkupru ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra minn tagħmir għat-tqassim tal-elettriku stazzjonarju (ĠU L 301, 18.11.2015, p. 22).


ANNESS IV

TAGĦMIR LI JINKLUDI SOLVENTI B'BAŻI TA' GASS FLOWURURAT B'EFFETT TA' SERRA

NOTIFIKA

BIEX L-ISTATI MEMBRI JISTABBILIXXU/JADATTAW IR-REKWIŻITI TA' TAĦRIĠ U TA' ĊERTIFIKAZZJONI TAGĦHOM GĦALL-PERSUNI FIŻIĊI INVOLUTI F'ĦIDMIET KOPERTI MILL-ARTIKOLU 10(1) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 517/2014 DWAR GASSIJIET FLUWORURATI B'EFFETT TA' SERRA

INFORMAZZJONI ĠENERALI

(a)

Stat Membru

 

(b)

Awtorità li qed tagħmel in-Notifika

 

(c)

Data tan-Notifika

 

Is-sistema/i ta' ċertifikazzjoni li ġejja/ġejjin għall-persuni fiżiċi involuti fl-irkupru ta' solventi b'bażi ta' gass fluworurat b'effett ta' serra mit-tagħmir, tissodisfa/jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku mniżżlin fl-Artikoli 3 u 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 306/2008 (1).

Titolu taċ-Ċertifikat

Il-korp taċ-Ċertifikazzjoni għal persuni fiżiċi (l-isem u d-dettalji ta' kuntatt)

 

 

 

 

 

 

 

(…)


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 306/2008 tat-2 ta' April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol ta' rkupru ta' ċerti solventi b'bażi ta' gass fluworurat b'effett ta' serra mit-tagħmir (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 21).


ANNESS V

SISTEMI TAL-IKKONDIZZJONAR TAL-ARJA F'VETTURI BIL-MUTUR

NOTIFIKA

BIEX L-ISTATI MEMBRI JISTABBILIXXU/JADATTAW IR-REKWIŻITI TA' TAĦRIĠ U TA' KWALIFIKAZZJONI TAGĦHOM GĦALL-PERSUNI FIŻIĊI INVOLUTI F'ĦIDMIET KOPERTI MILL-ARTIKOLU 10(1) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 517/2014 DWAR GASSIJIET FLUWORURATI B'EFFETT TA' SERRA

INFORMAZZJONI ĠENERALI

(a)

Stat Membru

 

(b)

Awtorità li qed tagħmel in-Notifika

 

(c)

Data tan-Notifika

 

Il-programm(i) ta' taħriġ li ġej/ġejjin għall-persuni fiżiċi involuti fl-irkupru ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra minn sistemi tal-ikkondizzjonar tal-arja fil-vetturi bil-mutur, tissodisfa/jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku stipulati fl-Artikoli 2(1) u 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 307/2008 (1).

It-Titolu tal-Attestazzjoni

Il-Korp tal-Attestazzjoni għal persuni fiżiċi (l-isem u d-dettalji ta' kuntatt)

 

 

 

 

 

 

 

(…)


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 307/2008 tat-2 ta' April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi għall-programmi ta' taħriġ u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku tal-attestazzjonijiet ta' taħriġ tal-persunal f'dak li għandu x'jaqsam ma' sistemi ta' kondizzjonament tal-arja li fihom ċerti gassijiet fluworurati b'effett ta' serra f'vetturi bil-mutur (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 25).


ANNESS VI

Tabella ta' korrelazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 308/2008

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III

Anness III

Anness IV

Anness IV

Anness V

Anness V

Anness VI


18.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/22


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2066

tas-17 ta' Novembru 2015

li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta' persuni fiżiċi li jwettqu l-istallazzjoni, is-servisjar, il-manutenzjoni, it-tiswija jew id-dekummissjonar ta' tagħmir tat-tqassim tal-elettriku li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew l-irkupru ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra minn tagħmir għat-tqassim tal-elettriku stazzjonarju

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(12) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 jinkludi obbligi dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward ta' tagħmir għat-tqassim tal-elettriku li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra. Barra minn hekk, għall-irkupru, iċ-ċertifikazzjoni tagħhom tkopri l-istallazzjoni, is-servisjar, il-manutenzjoni, it-tiswija u d-dekummissjonar. Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 jinkludi wkoll rekwiżiti għall-kontenut ta' programmi ta' ċertifikazzjoni li jkun fihom l-informazzjoni dwar it-teknoloġiji relevanti għas-sostituzzjoni jew għat-tnaqqis tal-użu tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u għall-immaniġġjar sikur ta' dawn it-teknoloġiji.

(2)

Għalhekk, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 jenħtieġ li jiġu aġġornati r-rekwiżiti minimi rigward il-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet kif ukoll il-ħiliet u l-għarfien li għandhom jiġu koperti, bi speċifikazzjoni tal-modalitajiet taċ-ċertifikazzjoni u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku.

(3)

Għal skemi ta' kwalifika u ċertifikazzjoni eżistenti, b'mod partikolari dawk li ġew adottati fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li ġie mħassar, u r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 305/2008 (3), dawk ir-rekwiżiti għandhom ikunu inkorporati f'dan ir-Regolament sa fejn dan ikun possibbli.

(4)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 305/2008 għandu jitħassar.

(5)

Sabiex l-Istati Membri jkollhom żmien biżżejjed biex jadattaw il-programmi ta' ċertifikazzjoni tagħhom li jkopru attivitajiet relatati mal-istallazzjoni, is-servisjar, il-manutenzjoni, it-tiswija jew id-dekummissjonar ta' tagħmir tat-tqassim tal-elettriku li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, kif ukoll mal-irkupru għajr it-tagħmir għat-tqassim tal-elettriku b'vultaġġ għoli msemmi fir-Regolament (KE) Nru 305/2008, huwa xieraq li r-rekwiżit ta' pussess ta' ċertifikat skont dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Lulju 2017 fil-każ tal-attivitajiet relatati mal-istallazzjoni, is-servisjar, il-manutenzjoni, it-tiswija jew id-dekummissjonar ta' tagħmir tat-tqassim tal-elettriku li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għaċ-ċertifikazzjoni ta' persuni fiżiċi li jwettqu l-istallazzjoni, is-servisjar, il-manutenzjoni, it-tiswija, u d-dekummissjonar ta' tagħmir għat-tqassim tal-elettriku li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew l-irkupru ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra minn tagħmir għat-tqassim tal-elettriku stazzjonarju kif ukoll il-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku ta' ċertifikati maħruġa skont dawk ir-rekwiżiti.

Artikolu 2

Ċertifikazzjoni ta' persuni fiżiċi

1.   Il-persuni fiżiċi involuti fl-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 għandu jkollhom ċertifikat kif imsemmi fl-Artikolu 3.

2.   Il-persuni fiżiċi li jidħlu għal waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 ma għandhomx ikunu soġġetti għall-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sakemm dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

huma miktubin f'kors ta' taħriġ sabiex jiksbu ċertifikat li jkopri l-attività rilevanti u

(b)

huma jwettqu l-attività taħt is-superviżjoni ta' persuna li għandha ċertifikat li jkopri din l-attività u li tkun kompletament responsabbli għall-eżekuzzjoni korretta tal-attività.

Id-deroga prevista fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika għat-tul tal-perjodi li fihom jitwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 li ma jkunux itwal minn 12-il xahar.

3.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal kwalunkwe xogħol ta' manifattura jew tiswija li jsir fis-siti tal-manifattura ta' tagħmir għat-tqassim tal-elettriku.

Artikolu 3

Ħruġ ta' ċertifikati għal persuni fiżiċi

1.   Kif imsemmi fl-Artikolu 4, korp ta' ċertifikazzjoni għandu joħroġ ċertifikat lill-persuni fiżiċi li jkunu għaddew minn eżami teoretiku u prattiku li jkopri l-ħiliet minimi u l-għarfien stipulati fl-Anness I, u li jkun organizzat minn korp ta' evalwazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 5.

2.   Iċ-ċertifikat għandu jinkludi tal-anqas dan li ġej:

(a)

l-isem tal-korp ta' ċertifikazzjoni, l-isem sħiħ tal-persuna li nħarġilha dak iċ-ċertifikat, in-numru taċ-ċertifikat, u d-data ta' skadenza, jekk hemm;

(b)

l-attivitajiet li tista' tagħmel il-persuna li nħarġilha ċ-ċertifikat;

(c)

id-data tal-ħruġ u l-firma tal-emittent.

3.   Id-detenturi ta' ċertifikati maħruġa skont ir-Regolament (KE) Nru 305/2008 għandhom jitqiesu li huma kkwalifikati biex iwettqu l-attivitajiet kollha msemmija fl-Artikolu 1 u korp ta' ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4 jista' joħroġ ċertifikat lil min diġà għandu din il-kwalifika mingħajr ma din tirrepeti l-eżami.

Artikolu 4

Korp taċ-ċertifikazzjoni

1.   Il-liġijiet nazzjonali jew l-awtorità komptenti ta' Stat Membru jew entitajiet oħrajn li għandhom id-dritt jagħmlu dan għandhom jipprevedu korp ta' ċertifikazzjoni li jkollu l-permess li joħroġ ċertifikati lill-persuni fiżiċi involuti fl-attività msemmija fl-Artikolu 1.

Il-korp ta' ċertifikazzjoni għandu jkun imparzjali fit-twettiq ta' ħidmietu.

2.   Il-korp ta' ċertifikazzjoni għandu jistabbilixxi u jimplimenta proċeduri għall-ħruġ, għall-waqfien u għall-irtirar taċ-ċertifikati.

3.   Il-korp ta' ċertifikazzjoni għandu jżomm reġistru li jippermetti l-verifika tal-istat tal-persuna ċċertifikata. Ir-reġistri għandhom juru li l-proċess ta' ċertifikazzjoni twettaq b'mod effettiv. Ir-reġistri għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta' ħames snin.

Artikolu 5

Korp ta' evalwazzjoni

1.   Korp ta' evalwazzjoni maħtur mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru jew minn entitajiet oħrajn li għandhom id-dritt jagħmlu dan għandu jorganizza l-eżamijiet għall-persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 1. Il-korp ta' ċertifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 4 jista' wkoll jikkwalifika bħala korp ta' evalwazzjoni.

Il-korp ta' evalwazzjoni għandu jkun imparzjali fit-twettiq ta' ħidmietu.

2.   L-eżamijiet għandhom ikunu ppjanati u strutturati b'mod li jiżguraw li jkunu koperti l-ħiliet minimi u l-għarfien stipulati fl-Anness I.

3.   Il-korp ta' evalwazzjoni għandu jadotta proċeduri ta' rrappurtar u jżomm reġistri sabiex ikun hemm id-dokumentazzjoni dwar il-persuna u dwar ir-riżultati globali tal-evalwazzjoni.

4.   Il-korp ta' evalwazzjoni għandu jiżgura li l-eżaminaturi li jkunu ntgħażlu għal xi eżami jkollhom għarfien xieraq tal-metodi u tad-dokumenti relevanti għall-eżami, kif ukoll kompetenza xierqa fil-qasam li se jiġi eżaminat. Huwa għandu jiżgura wkoll li t-tagħmir, l-għodda u l-materjali meħtieġa għall-eżamijiet prattiċi jkunu disponibbli.

Artikolu 6

Notifika

1.   Sal-1 ta' Jannar 2017, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar l-ismijiet u d-dettalji tal-kuntatt tal-korpi ta' ċertifikazzjoni tal-persuni fiżiċi koperti mill-Artikolu 4 u tat-titoli taċ-ċertifikati tal-persuni fiżiċi li huma konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 3, billi jużaw il-format stabbilit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2065 (4).

2.   L-Istati Membri għandhom jaġġornaw in-notifika mressqa skont il-paragrafu 1 b'kull tagħrif ġdid relevanti u għandhom jgħadduha lill-Kummissjoni mingħajr telf ta' żmien.

Artikolu 7

Kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku

1.   L-għarfien reċiproku taċ-ċertifikati maħruġa fi Stati Membri oħrajn għandu japplika fil-każ ta' ċertifikati maħruġa skont l-Artikolu 3.

2.   L-Istati Membri jistgħu jitolbu lil min għandu ċertifikat maħruġ fi Stat Membru ieħor jipprovdi traduzzjoni taċ-ċertifikat b'lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni.

Artikolu 8

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 305/2008 jitħassar.

Referenzi għar-Regolament (KE) Nru 305/2008 imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, l-Artikolu 2(1) għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2017 għal persuni fiżiċi li jidħlu għall-istallazzjoni, is-servisjar, il-manutenzjoni, it-tiswija jew id-dekummissjonar ta' tagħmir tat-tqassim tal-elettriku li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u l-irkupru ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra minn tagħmir tat-tqassim tal-elettriku stazzjonarju, għajr it-tagħmir tat-tqassim tal-elettriku ta' vultaġġ għoli msemmi fir-Regolament (KE) Nru 305/2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra flworinati (ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 305/2008 tat-2 ta' April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol ta' rkupru ta' ċerti gassijiet fluworurati b'effett ta' serra minn tagħmir għat-tqassim tal-elettriku (“switchgear”) b'vultaġġ għoli (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 17).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2065 tas-17 ta' Novembru 2015, jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format għan-notifika tal-programmi ta' taħriġ u ċertifikazzjoni tal-Istati Membri (ara l-paġna 14 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS I

Ir-rekwiżiti minimi f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħiliet u mal-għarfien li għandhom jiġu koperti mill-korpi ta' evalwazzjoni

L-eżami msemmi fl-Artikoli 3(1) u 5(2) għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

eżami teoretiku b'mistoqsija waħda jew iktar dwar dik il-ħila jew dak l-għarfien, kif muri b'(T) fil-kolonna msejħa “It-Tip ta' Eżami”;

(b)

eżami prattiku li matulu l-applikant għandu jagħmel il-biċċa xogħol korrispondenti bil-materjal, l-għodda u t-tagħmir relevanti, kif muri b'(P) fil-kolonna msejħa “It-Tip ta' Eżami”.

Nru

L-Għarfien u l-Ħiliet Minimi

Tip ta' test

1

Għarfien bażiku tal-kwistjonijiet ambjentali rilevanti (it-tibdil fil-klima, il-Potenzjal ta' Tisħin Globali), id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u tal-atti implimentattivi rilevanti.

T

2

Il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u ambjentali tal-SF6

T

3

L-użu tal-SF6 f'tagħmir elettriku (insulazzjoni, tifi tal-ark)

T

4

Il-kwalità tal-SF6, skont l-istandards industrijali rilevanti

T

5

Il-fehim tad-disinn ta' tagħmir elettriku

T

6

L-iċċekkjar tal-kwalità tal-SF6

P

7

L-irkupru tal-SF6 u ta' taħlitiet tal-SF6 u t-tisfija tal-SF6

P

8

Il-ħżin u t-trasport tal-SF6

T

9

It-tħaddim tat-tagħmir ta' rkupru tal-SF6

P

10

It-tħaddim ta' sistemi ta' tight drilling, jekk meħtieġ

P

11

L-użu mill-ġdid tal-SF6 u l-kategoriji differenti ta' użu mill-ġdid

T

12

Il-ħidma fuq kompartimenti tal-SF6 miftuħa

P

13

In-newtralizzazzjoni ta' prodotti sekondarji tal-SF6

T

14

Il-monitoraġġ tal-SF6 u l-obbligi xierqa ta' rreġistrar ta' dejta skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni, jew skont ftehimiet internazzjonali

T

15

Tnaqqis u kontrolli ta' tnixxijiet

T

16

Għarfien bażiku tat-teknoloġiji rilevanti għas-sostituzzjoni jew għat-tnaqqis tal-użu tal-gassijiet fluworunati b'effett ta' serra u għall-immaniġġar sikur tagħhom.

T


ANNESS II

Tabella ta' korrelazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 305/2008

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 2

Artikolu 4

Artikolu 3

Artikolu 5

Artikolu 4

Artikolu 6

Artikolu 5

Artikolu 7

Artikolu 6

Artikolu 8

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Anness

Anness I

Anness II


18.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/28


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2067

tas-17 ta' Novembru 2015

li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta' persuni fiżiċi f'dak li għandu x'jaqsam ma' tagħmir ta' sistemi stazzjonarji ta' refriġerazzjoni, ta' kondizzjonament tal-arja u ta' pompi tas-sħana, kif ukoll ma' unitajiet ta' refriġerazzjoni ta' trakkijiet u trejlers refriġerati, li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, u għaċ-ċertifikazzjoni ta' kumpaniji f'dak li għandu x'jaqsam ma' tagħmir ta' sistemi stazzjonarji ta' refriġerazzjoni, ta' kondizzjonament tal-arja u ta' pompi tas-sħana, li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(12) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 jinkludi obbligi dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' kumpaniji u ta' persuni fiżiċi. B'kuntrast mar-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir kopert jinkludi wkoll, b'rabta maċ-ċertifikazzjoni ta' persuni fiżiċi, unitajiet ta' refriġerazzjoni ta' trakkijiet u trejlers refriġerati. Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 jinkludi wkoll rekwiżiti rigward il-kontenut ta' programmi ta' ċertifikazzjoni, li fihom informazzjoni dwar it-teknoloġiji rilevanti li għandhom jissostitwixxu jew inaqqsu l-użu tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u dwar l-użu sigur ta' dawn it-teknoloġiji.

(2)

Għalhekk, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jenħtieġ li jiġu aġġornati r-rekwiżiti minimi fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet, tal-ħiliet u tal-għarfien li għandhom jiġu koperti, b'tali mod li jiġu speċifikati l-modalitajiet taċ-ċertifikazzjoni u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku.

(3)

Sabiex jitqiesu l-iskemi ta' kwalifika u ta' ċertifikazzjoni eżistenti, b'mod partikolari dawk li ġew adottati fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 842/2006, li sadanittant ġie mħassar, u r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 303/2008 (3), dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu inkorporati f'dan ir-Regolament sa fejn ikun possibbli.

(4)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 303/2008 għandu jitħassar.

(5)

Sabiex l-Istati Membri jkollhom żmien biżżejjed biex jadattaw il-programmi tagħhom ta' ċertifikazzjoni għal persuni fiżiċi b'mod li dawn ikopru attivitajiet relatati ma' unitajiet ta' refriġerazzjoni ta' trakkijiet u trejlers refriġerati, huwa xieraq li r-rekwiżit għal pussess ta' ċertifikat skont dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Lulju 2017 fir-rigward ta' attivitajiet relatati ma' unitajiet ta' refriġerazzjoni ta' trakkijiet u trejlers refriġerati.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għaċ-ċertifikazzjoni ta' persuni fiżiċi li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1) b'rabta ma' unitajiet ta' refriġerazzjoni ta' trakkijiet u trejlers refriġerati, tagħmir ta' sistemi stazzjonarji ta' refriġerazzjoni, ta' kondizzjonament tal-arja u ta' pompi tas-sħana li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, u għaċ-ċertifikazzjoni ta' kumpaniji li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(2) b'rabta ma' tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, ta' kondizzjonament tal-arja u ta' pompi tas-sħana li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, kif ukoll il-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati maħruġa skont dawn ir-rekwiżiti.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika għal persuni fiżiċi li jwettqu l-attivitajiet li ġejjin:

(a)

kontrolli relatati mat-tnixxija minn tagħmir li jkun fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra fi kwantitajiet ta' 5 tunnellati ta' ekwivalenti għas-CO2 jew aktar u li ma jkunux jinsabu f'materjali f'għamla ta' ragħwa, sakemm it-tagħmir ma jiġix issiġillat b'mod ermetiku, jiġi ttikkettat bħala tali u jkun fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra fi kwantitajiet ta' inqas minn 10 tunnellati ta' ekwivalenti għas-CO2;

(b)

irkupru;

(c)

stallazzjonijiet;

(d)

tiswijiet, manutenzjoni jew servisjar;

(e)

diżattivazzjoni.

2.   Għandu japplika wkoll għal kumpaniji li jwettqu l-attivitajiet li ġejjin f'dak li għandu x'jaqsam ma' tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, ta' kondizzjonament tal-arja u ta' pompi tas-sħana għal partijiet oħra:

(a)

stallazzjonijiet;

(b)

tiswijiet, manutenzjoni jew servisjar;

(c)

diżattivazzjoni.

3.   Dan ir-Regolament ma għandu japplika għall-ebda attivitajiet ta' manifattura jew ta' tiswija li jsiru fuq it-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 1 fuq il-proprjetà tal-manifattur.

Artikolu 3

Ċertifikazzjoni ta' persuni fiżiċi

1.   Persuni fiżiċi li jwettqu l-attivitajiet li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(1) għandu jkollhom ċertifikat kif imsemmi fl-Artikolu 4 għall-kategorija korrispondenti kif stipulat fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.   Ċertifikati li juru li d-detentur jissoddisfa r-rekwiżiti biex iwettaq waħda jew aktar mill-attivitajiet li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(1) għandhom jingħataw għall-kategoriji li ġejjin ta' persuni fiżiċi:

(a)

Persuni li għandhom ċertifikat tal-kategorija I jistgħu jwettqu l-attivitajiet kollha stipulati fl-Artikolu 2(1);

(b)

Persuni li għandhom ċertifikat tal-kategorija II jistgħu jwettqu l-attivitajiet stipulati fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1), bil-kundizzjoni li dawn ma jinvolvux li wieħed jiżgassa ċ-ċirkuwitu ta' refriġerazzjoni li fih ikun hemm gassijiet fluworurati b'effett ta' serra. Persuni li għandhom ċertifikat tal-kategorija II jistgħu jwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-punti (b), (c), (d) u (e) tal-Artikolu 2(1) b'rabta mat-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 1 u li fih jinsabu inqas minn 3 kilogrammi ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew, fil-każ ta' sistemi ssiġillati b'mod ermetiku u li huma mmarkati bħala tali, li jkun fihom inqas minn 6 kilogrammi ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra;

(c)

Persuni li għandhom ċertifikat tal-kategorija III jistgħu jwettqu l-attività stipulata fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) b'rabta mat-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 1 u li fih jinsabu inqas minn 3 kilogrammi ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew, fil-każ ta' sistemi ssiġillati b'mod ermetiku u li huma mmarkati bħala tali, li jkun fihom inqas minn 6 kilogrammi ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra;

(d)

Persuni li għandhom ċertifikat tal-kategorija IV jistgħu jwettqu l-attività stipulata fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1), bil-kundizzjoni li dawn ma jinvolvux li wieħed jiżgassa ċ-ċirkuwitu ta' refriġerazzjoni li fih ikun hemm gassijiet fluworurati b'effett ta' serra.

3.   Il-paragrafu 1 ma japplikax għal persuni fiżiċi li jwettqu l-attivitajiet li ġejjin:

(a)

ibbrejżajar, issaldjar jew iwweldjar ta' partijiet minn sistema jew biċċa minn tagħmir fil-kuntest ta' waħda mill-attivitajiet li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(1), li għandhom il-kwalifika meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali sabiex iwettqu tali attivitajiet, bil-kundizzjoni li dawn l-attivitajiet isiru taħt is-superviżjoni ta' persuna li għandha ċertifikat li jkopri l-attività rilevanti u li hija responsabbli b'mod sħiħ għat-twettiq tal-attività b'mod korrett;

(b)

l-irkupru ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra minn tagħmir kopert mid-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) b'ċarġ ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra ta' inqas minn 3 kilogrammi u ta' inqas minn 5 tunnellati ta' ekwivalenti għas-CO2, f'postijiet koperti minn permess skont Artikolu 9(1) u l-Artikolu (2) ta' dik id-Direttiva, bil-kundizzjoni li dawk il-persuni fiżiċi jkunu impjegati tal-kumpanija li jkollha l-permess u li dawn ikunu lestew kors ta' taħriġ dwar il-ħiliet u l-għarfien minimi li jikkorrispondu għall-kategorija III kif stipulat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, u li għalih tkun tista' tintwera attestazzjoni ta' kompetenza maħruġa mid-detentur tal-permess.

4.   Persuni fiżiċi li jwettqu waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1) ma għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sakemm dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikunu qed isegwu kors ta' taħriġ bl-għan li jiksbu ċertifikat li jkopri l-attività rilevanti u

(b)

iwettqu l-attività taħt is-superviżjoni ta' persuna li għandha ċertifikat li jkopri l-attività u li hija responsabbli b'mod sħiħ għat-twettiq tal-attività b'mod korrett;

Id-deroga stipulata fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika tul il-perjodi li fihom jitwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1), u li b'kollox ma għandhomx jaqbżu l-24 xahar.

Artikolu 4

Ċertifikazzjoni għal persuni fiżiċi

1.   Korp ta' ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7 għandu joħroġ ċertifikat lill-persuni fiżiċi li jkunu għaddew minn eżami tat-teorija u prattiku organizzat minn korp ta' valutazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 8, li jkopri l-ħiliet u l-għarfien minimi msemmija fl-Anness I, għall-kategorija kkonċernata.

2.   Iċ-ċertifikat għandu jkun fih tal-anqas dan li ġej:

(a)

isem il-korp taċ-ċertifikazzjoni, l-isem sħiħ tad-detentur, in-numru taċ-ċertifikat, u d-data tal-iskadenza, jekk ikun il-każ;

(b)

il-kategorija taċ-ċertifikazzjoni tal-persuni fiżiċi kif speċifikat fl-Artikolu 3(2) u l-attivitajiet assoċjati li d-detentur huwa intitolat li jwettaq, flimkien ma' speċifikazzjoni tat-tip ta' tagħmir ikkonċernat, jekk ikun il-każ;

(c)

id-data tal-ħruġ u l-firma tal-emittent.

3.   Meta sistema eżistenti ta' ċertifikazzjoni bbażata fuq eżami tkopri l-ħiliet u t-tagħrif minimi msemmija fl-Anness I għal kategorija partikolari u tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 7 u 8, iżda l-attestazjoni relatata ma tkunx tinkludi l-elementi stipulati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-korp taċ-ċertifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 7 jista' joħroġ ċertifikat lid-detentur ta' din il-kwalifika għall-kategorija korrispondenti mingħajr ma dan tal-aħħar ikollu għalfejn jerġa' jagħmel l-eżami.

4.   Fejn sistema eżistenti ta' ċertifikazzjoni bbażata fuq eżami għal persuni fiżiċi li jwettqu attività waħda jew aktar stipulati fl-Artikolu 2(1) b'rabta ma' unitajiet ta' refriġerazzjoni ta' trakkijiet u trejlers refriġerati tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 7 u 8 u tkopri, b'mod parzjali, il-ħiliet minimi ta' kategorija partikolari skont kif imsemmi fl-Anness I, il-korpi taċ-ċertifikazzjoni jistgħu joħorġu ċertifikat għall-kategorija korrispondenti bil-kundizzjoni li l-applikant jgħaddi minn eżami supplimentari tal-ħiliet u tal-għarfien mhux koperti miċ-ċertifikazzjoni eżistenti minn korp ta' valutazzjoni li għalih issir referenza fl-Artikolu 8.

Artikolu 5

Ċertifikazzjoni ta' kumpaniji

Kumpaniji li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 2(2) għandu jkollhom ċertifikat kif imsemmi fl-Artikolu 6.

Artikolu 6

Ċertifikati tal-kumpaniji

1.   Korp ta' ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7 għandu joħroġ ċertifikat lil kumpanija għal waħda jew aktar mill-attivitajiet li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 2(2), bil-kundizzjoni li l-kumpanija tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

li timpjega persuni fiżiċi li huma ċertifikati b'konformità mal-Artikolu 3, għall-attivitajiet li jeħtieġu ċertifikazzjoni, f'għadd suffiċjenti li jkopri l-volum mistenni ta' attivitajiet;

(b)

li tkun kapaċi turi li l-persuni fiżiċi li jkunu qed iwettqu l-attivitajiet li għalihom hija meħtieġa ċ-ċertifikazzjoni jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-għodod u l-proċeduri meħtieġa.

2.   Iċ-ċertifikat għandu jkun fih tal-anqas dan li ġej:

(a)

isem il-korp taċ-ċertifikazzjoni, l-isem sħiħ tad-detentur, in-numru taċ-ċertifikat, u d-data tal-iskadenza, jekk ikun il-każ;

(b)

l-attivitajiet li d-detentur taċ-ċertifikat hu intitolat li jwettaq, kif ukoll speċifikazzjoni tad-daqs massimu taċ-ċarġ, espress f'kilogrammi, tat-tagħmir ikkonċernat;

(c)

id-data tal-ħruġ u l-firma tal-emittent.

Artikolu 7

Korp taċ-ċertifikazzjoni

1.   Il-liġijiet nazzjonali jew l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru jew entitajiet oħrajn li għandhom id-dritt jagħmlu dan għandhom jaħtru korp taċ-ċertifikazzjoni li jkollu l-permess joħroġ ċertifikati lil persuni fiżiċi jew lil kumpaniji involuti f'waħda jew aktar mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2.

Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jkun indipendenti u imparzjali fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu.

2.   Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jistabbilixxi u jimplimenta proċeduri għall-ħruġ, għall-waqfien u għall-irtirar taċ-ċertifikati.

3.   Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jżomm rekords li jippermettu li jsiru verifiki tal-istatus ta' persuna jew kumpanija ċertifikata. Ir-rekords għandhom juru li l-proċess ta' ċertifikazzjoni twettaq b'mod effettiv. Ir-rekords għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta' ħames snin.

Artikolu 8

Korp ta' evalwazzjoni

1.   Korp ta' evalwazzjoni maħtur mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru jew minn entitajiet oħrajn li għandhom id-dritt jagħmlu dan għandu jorganizza l-eżamijiet għall-persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 2(1). Korp ta' ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7 jista' wkoll jikkwalifika bħala korp ta' evalwazzjoni. Il-korp ta' evalwazzjoni għandu jkun indipendenti u imparzjali fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu.

2.   L-eżamijiet għandhom ikunu ppjanati u strutturati b'tali mod li jiġi żgurat li l-ħiliet u l-għarfien minimi mniżżla fl-Anness I huma koperti.

3.   Il-korp ta' evalwazzjoni għandu jadotta proċeduri ta' rrappurtar u jżomm reġistri sabiex ikun hemm dokumentazzjoni dwar il-persuna u dwar ir-riżultati globali tal-evalwazzjoni.

4.   Il-korp ta' evalwazzjoni għandu jiżgura li l-eżaminaturi li jkunu ntgħażlu għal eżami jkollhom għarfien xieraq tal-metodi u tad-dokumenti rilevanti għall-eżami, kif ukoll kompetenza xierqa fil-qasam li jkun se jiġi eżaminat. Huwa għandu jiżgura wkoll li t-tagħmir, l-għodda u l-materjali meħtieġa għall-eżamijiet prattiċi jkunu disponibbli.

Artikolu 9

Notifika

1.   Sal-1 ta' Jannar 2017, l-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni l-ismijiet u d-dettalji tal-kuntatt tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni għal persuni fiżiċi u kumpaniji koperti mill-Artikolu 7, flimkien mat-titoli taċ-ċertifikati għal persuni fiżiċi li huma konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4 u għal kumpaniji li huma konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 6, billi jużaw il-format stabbilit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2065 (5).

2.   L-Istati Membri għandhom jaġġornaw in-notifika mibgħuta skont il-paragrafu 1 b'informazzjoni rilevanti ġdida, u għandhom jippreżentawha lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

Artikolu 10

Kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku

1.   Ir-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati maħruġa fi Stati Membri oħra għandu japplika biss għal ċertifikati maħruġa skont l-Artikolu 4 għal persuni fiżiċi, u skont l-Artikolu 6 għall-kumpaniji.

2.   L-Istati Membri jistgħu jitolbu lil min għandu ċertifikat maħruġ fi Stat Membru ieħor biex jipprovdi traduzzjoni taċ-ċertifikat b'lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni.

Artikolu 11

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 303/2008 jitħassar.

Referenzi għar-Regolament (KE) Nru 303/2008 imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, l-Artikolu 3(1) għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2017 għal persuni fiżiċi li jwettqu waħda jew aktar mill-attivitajiet stipulati fl-Artikolu 2(1) fir-rigward ta' unitajiet ta' refriġerazzjoni ta' trakkijiet u trejlers refriġerati.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra flworinati (ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 303/2008 tat-2 ta' April 2008 li jistabbilixxi, skont Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta' kumpaniji u persunal fir-rigward ta' tagħmir fiss ta' refriġerazzjoni, arja kundizzjonata u pompi tas-sħana li fih ċerti gassijiet serra fluworinati (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 3).

(4)  Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE), (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2065 tas-17 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format għan-notifika tal-programmi ta' taħriġ u ċertifikazzjoni tal-Istati Membri (ara l-paġna 14 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS I

Ir-rekwiżiti minimi f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħiliet u mal-għarfien li għandhom jiġu koperti mill-korpi ta' evalwazzjoni

1.

L-eżami għal kull Kategorija msemmija fl-Artikolu 3(2) għandu jkun fih dan li ġej:

(a)

test tat-teorija b'mistoqsija jew aktar sabiex jiġu eżaminati l-ħiliet u l-għarfien partikolari, kif indikat b'(T) fil-kolonni tal-Kategorija;

(b)

test prattiku fejn l-applikant għandu jwettaq il-kompitu korrispondenti bil-materjal, bl-għodod u bit-tagħmir rilevanti, kif indikat b'(P) fil-kolonni tal-Kategorija.

2.

L-eżami għandu jkopri kull wieħed mill-gruppi ta' ħiliet u għarfien 1, 2, 3, 4, 5, 10 u 11.

3.

L-eżami għandu jkopri tal-anqas wieħed mill-gruppi ta' ħiliet u għarfien 6, 7, 8 u 9. Il-kandidat ma għandux ikun jaf minn qabel l-eżami dwar liema wieħed minn dawn l-erba' komponenti se jiġi eżaminat.

4.

Jekk ikun hemm kaxxa waħda biss fil-kolonni tal-kategorija li tikkorrispondi għal diversi kaxex (għadd ta' ħiliet u għarfien) fil-kolonni tal-ħiliet u tal-għarfien, dan ifisser li mhux neċessarjament il-ħiliet u l-għarfien kollha għandhom jiġu eżaminati matul l-eżami.

 

KATEGORIJI

ĦILIET U GĦARFIEN

I

II

III

IV

1

Termodinamika bażika

1.01

Għarfien dwar l-unitajiet standard ta' kejl bażiċi ISO għat-temperatura, għall-pressjoni, għall-massa, għad-densità, għall-enerġija

T

T

T

1.02

Fehim tat-teorija bażika dwar is-sistemi ta' refriġerazzjoni: termodinamika bażika (terminoloġija prinċipali, parametri u proċessi bħal “Superheat”, “High Side”, Sħana ta' Kompressjoni (“Heat of Compression”), “Enthalpy”, Effett ta' Refriġerazzjoni (“Refrigeration Effect”), “Low Side”, Sottotkessiħ (“Sub-cooling”)), proprjetajiet u trasformazzjonijiet termodinamiċi ta' refriġeranti inkluża l-identifikazzjoni ta' taħlitiet zeotropiċi u stati fluwidi.

T

T

1.03

Użu tat-tabelli u tal-grafiki rilevanti, u l-interpretazzjoni tagħhom fil-kuntest ta' verifika ta' tnixxija indiretta (inkluża verifika rigward it-tħaddim tajjeb tas-sistema): grafika log p/h, tabelli ta' saturazzjoni ta' refriġerant, grafika ta' ċiklu singolu ta' refriġerazzjoni bil-kompressjoni

T

T

1.04

Deskrizzjoni tal-funzjoni tal-komponenti ewlenin tas-sistema (kumpressur, evaporatur, kundensatur, valvoli ta' espansjoni termostatika) u t-trasformazzjoni termodinamika tar-refriġerant

T

T

1.05

Għarfien dwar it-tħaddim bażiku tal-komponenti li jintużaw f'sistema ta' refriġerazzjoni li ġejjin, u r-rwol u l-importanza tagħhom fil-prevenzjoni u fl-identifikazzjoni ta' tnixxija ta' refriġerant: (a) valvoli (valvoli ballun, dijaframmi, valvoli globu, valvoli ta' rilaxx), (b) kontrolli ta' temperatura u pressjoni, (c) gejġijiet tal-ħġieġ għall-ispezzjoni ottika u indikaturi tal-umdità, (d) kontrolli kontra l-iffriżar, (e) protetturi tas-sistema, (f) apparat ta' kejl bħat-termometru manifold, (g) sistemi ta' kontroll taż-żejt, (h) riċevituri, (i) separaturi ta' likwidu u żejt

1.06

Għarfien dwar l-imġiba speċifika, il-parametri fiżiċi, is-soluzzjonijiet, is-sistemi, id-devjanzi ta' refriġeranti alternattivi fiċ-ċiklu ta' refriġerazzjoni u l-komponenti għall-użu tagħhom

T

T

T

T

2

L-impatt ambjentali ta' refriġeranti u r-regolamenti ambjentali korrispondenti

2.01

Għarfien bażiku dwar il-politika tal-UE, kif ukoll dik internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima, inkluża l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

T

T

T

T

2.02

Għarfien bażiku dwar il-kunċett ta' Potenzjal ta' Tisħin Globali (GWP), dwar l-użu ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u ta' sustanzi oħra bħala refriġeranti, dwar l-impatt tal-emissjonijiet tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra fuq il-klima (l-iskala tad-daqs tal-GWP tagħhom), dwar id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u dwar l-atti ta' implimentazzjoni rilevanti

T

T

T

T

3

Verifiki qabel ma jinbeda t-tħaddim għall-ewwel darba, wara perjodu twil ta' nuqqas ta' użu, wara xogħol ta' manutenzjoni jew ta' tiswija, jew matul l-operazzjoni

3.01

It-twettiq ta' test tal-pressjoni sabiex tiġi vverifikata l-qawwa tas-sistema

P

P

3.02

It-twettiq ta' test tal-pressjoni sabiex jiġi vverifikat li ma hemm ebda tnixxija mis-sistema

3.03

L-użu ta' pompa li toħloq vakwu

3.04

L-evakwazzjoni tas-sistema sabiex jitneħħew l-arja u l-umdità skont il-prattika standard

3.05

Il-mili tad-dejta fir-rekords tat-tagħmir, u l-mili ta' rapport dwar test wieħed jew aktar, kif ukoll il-verifiki li jkunu twettqu matul l-eżami.

T

T

4

Verifiki għal tnixxija

4.01

Għarfien dwar il-punti possibbli ta' tnixxija ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni, ta' arja kundizzjonata u ta' pompi tas-sħana

T

T

T

4.02

Verifika tar-rekords dwar it-tagħmir qabel issir verifika għal tnixxija, u l-identifikazzjoni tal-informazzjoni rilevanti dwar kwalunkwe kwistjonijiet jew oqsma problematiċi rikorrenti li għandhom jingħataw attenzjoni speċjali

T

T

T

4.03

It-twettiq ta' spezzjoni viżwali u manwali tas-sistema kollha b'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1516/2007 (1)

P

P

P

4.04

It-twettiq ta' verifika għat-tnixxija fis-sistema permezz ta' metodu indirett skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1516/2007 u skont il-manwal tal-istruzzjonijiet tas-sistema

P

P

P

4.05

L-użu ta' strumenti ta' kejl li jinġarru bħal settijiet ta' manometri, termometri u multimetri għall-kejl fl-unitajiet Volt/Amp/Ohm fil-kuntest ta' metodi indiretti għal verifiki għal tnixxija, u l-interpretazzjoni tal-parametri mkejla.

P

P

P

4.06

It-twettiq ta' verifika għal tnixxija fis-sistema permezz ta' wieħed mill-metodi diretti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1516/2007

P

4.07

It-twettiq ta' verifika għal tnixxija fis-sistema permezz ta' wieħed mill-metodi diretti li ma jinvolvux li wieħed jiżgassa ċ-ċirkuwitu ta' refriġerazzjoni, li ssir referenza għalihom fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1516/2007

P

P

4.08

L-użu ta' apparat elettroniku xieraq għad-detezzjoni tat-tnixxija

P

P

P

4.09

Il-mili tad-dejta fir-rekords tat-tagħmir

T

T

T

5

Maniġġar ekoloġiku tas-sistema u tar-refriġerant waqt l-istallazzjoni, il-manutenzjoni, is-servisjar jew l-irkupru

5.01

It-tqabbid u l-iskonnettjar ta' gejġijiet u ta' linji bl-inqas emissjonijiet possibbli

P

P

5.02

It-tbattil u l-mili ta' ċilindru ta' refriġerant fi stat kemm likwidu kif ukoll ta' fwar

P

P

P

5.03

L-użu ta' sett ta' rkupru għall-irkupru tar-refriġerant, u għall-iskonnettjar tas-sett ta' rkupru bl-inqas emissjonijiet possibbli

P

P

P

5.04

It-tneħħija mis-sistema ta' żejt ikkontaminat b'gassijiet fluworurati b'effett ta' serra

P

P

P

5.05

L-identifikazzjoni tal-istat tar-refriġerant (likwidu, fwar) u tal-kundizzjoni tiegħu (subimkessaħ, saturat jew superimsaħħan) qabel ma jiġi ċċarġjat, sabiex jiġi żgurat li l-iċċarġjar isir b'mod korrett u b'volum xieraq ta' refriġerant. Il-mili tas-sistema b'refriġerant (kemm fil-fażi likwida u dik ta' fwar) mingħajr telf tar-refriġerant

P

P

5.06

L-għażla tat-tip korrett ta' skali, u l-użu tagħhom għall-kejl tal-piż tar-refriġerant

P

P

P

5.07

Il-mili tar-rekords dwar it-tagħmir bl-informazzjoni rilevanti kollha dwar ir-refriġerant li jiġi rkuprat jew miżjud

T

T

5.08

Għarfien dwar ir-rekwiżiti u l-proċeduri għall-maniġġar, għall-użu mill-ġdid, għar-riġenerazzjoni, għall-ħażna u għat-trasport ta' refriġeranti u ta' żjut kontaminati

T

T

T

6

Komponent: stallazzjoni, tħaddim u manutenzjoni ta' kumpressuri reċiprokanti, “screw and scroll”, singoli jew b'żewġ stadji

6.01

Spjegar tal-funzjonament bażiku ta' kumpressur (inklużi kontrolli tal-kapaċità u s-sistema ta' lubrikazzjoni) u riskji ta' tnixxija tar-refriġerant jew ta' emissjoni assoċjati mar-refriġerant.

T

T

6.02

Stallazzjoni korretta ta' kumpressur, inkluż tagħmir ta' kontroll u ta' sikurezza, sabiex ma jseħħu l-ebda tnixxija jew emissjonijiet kbar ladarba s-sistema titħaddem

P

P

6.03

Aġġustament tas-swiċċijiet ta' sikurezza u ta' kontroll

P

6.04

Aġġustament tal-valvoli tal-ġbid u tal-ħruġ

6.05

Verifika tas-sistema ta' ritorn taż-żejt

6.06

Startjar u tifi ta' kumpressur, u verifika tal-kundizzjoni tajba ta' tħaddim tal-kumpressur, inkluż billi jsir kejl matul it-tħaddim tal-kumpressur

P

P

6.07

Kompilazzjoni ta' rapport dwar il-kundizzjoni tal-kumpressur, li fih jiġu identifikati kwalunkwe problemi fit-tħaddim tal-kumpressur li jistgħu jwasslu għal ħsara fis-sistema u eventwalment għal tnixxija jew ħruġ ta' refriġerant jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni

T

T

7

Komponent: stallazzjoni, tħaddim u manutenzjoni ta' kundensaturi mkessħa bl-arja u bl-ilma

7.01

Spjegar tal-funzjonament bażiku ta' kundensatur, u tar-riskji ta' tnixxija assoċjati miegħu

T

T

7.02

Aġġustament tal-kontroll għar-rilaxx tal-pressjoni tal-kundensatur

P

7.03

Stallazzjoni korretta ta' kundensatur/unità esterna, inkluż tagħmir ta' kontroll u ta' sikurezza, sabiex ma jseħħu l-ebda tnixxija jew emissjonijiet kbar ladarba s-sistema titħaddem

P

P

7.04

Aġġustament tas-swiċċijiet ta' sikurezza u ta' kontroll

P

7.05

Verifika tal-linji ta' ħruġ u tal-likwidu

7.06

Tneħħija ta' gassijiet li ma jikkundensawx mill-kundensatur permezz ta' apparat għat-tindif ta' sistemi ta' refriġerazzjoni

P

7.07

Startjar u tifi ta' kunsdensatur, u verifika tal-kundizzjoni tajba ta' tħaddim tal-kundensatur, inkluż billi jsir kejl matul it-tħaddim

P

P

7.08

Spezzjoni tal-wiċċ tal-kundensatur

P

P

7.09

Kompilazzjoni ta' rapport dwar il-kundizzjoni tal-kundensatur, li fih jiġu identifikati kwalunkwe problemi fit-tħaddim li jistgħu jwasslu għal ħsara fis-sistema u eventwalment għal tnixxija jew ħruġ ta' refriġerant jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni

T

T

8

Komponent: stallazzjoni, tħaddim u manutenzjoni ta' evaporaturi mkessħa bl-arja u bl-ilma

8.01

Spjegar tal-funzjonament bażiku ta' evaporatur (inkluża sistema kontra l-iffriżar) u tar-riskji ta' tnixxija assoċjati miegħu

T

T

8.02

Aġġustament tal-kontroll tal-pressa tal-evaporazzjoni tal-evaporatur

P

8.03

Stallazzjoni ta' evaporatur, inkluż tagħmir ta' kontroll u ta' sikurezza, sabiex ma jseħħu l-ebda tnixxija jew emissjonijiet kbar ladarba s-sistema titħaddem

P

P

8.04

Aġġustament tas-swiċċijiet ta' sikurezza u ta' kontroll

P

8.05

Verifika biex jiġi żgurat li l-linji tal-pajpijiet tal-likwidu u tal-ġbid jinsabu f'pożizzjoni korretta

8.06

Verifika tal-pajpijiet tal-gass sħun kontra l-iffriżar

8.07

Aġġustament tal-valv ta' regolazzjoni tal-pressjoni tal-evaporazzjoni

8.08

Startjar u tifi tal-evaporatur, u verifika tal-kundizzjoni tajba ta' tħaddim tal-evaporatur, inkluż billi jsir kejl matul it-tħaddim

P

P

8.09

Verifika tal-wiċċ tal-evaporatur

P

P

8.10

Kompilazzjoni ta' rapport dwar il-kundizzjoni tal-evaporatur, li fih jiġu identifikati kwalunkwe problemi fit-tħaddim li jistgħu jwasslu għal ħsara fis-sistema u eventwalment għal tnixxija jew ħruġ ta' refriġerant jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni

T

T

9

Komponent: stallazzjoni, tħaddim u servisjar ta' Valvoli ta' Espansjoni Termostatiċi (TEV) u ta' komponenti oħra

9.01

Spjegar tat-tħaddim bażiku ta' tipi differenti ta' regolaturi ta' espansjoni (valvoli ta' espansjoni termostatiċi, tubi kapillari), u tar-riskji ta' tnixxija assoċjati miegħu

T

T

9.02

Stallazzjoni ta' valvoli f'pożizzjoni korretta

P

9.03

Aġġustament ta' TEV mekkanika/elettronika

P

9.04

Aġġustament ta' termostati mekkaniċi u elettroniċi

9.05

Aġġustament ta' valvirregolat bil-pressa

9.06

Aġġustament ta' limitaturi tal-pressa elettroniċi u mekkaniċi

9.07

Verifika tal-funzjonament ta' separatur taż-żejt

P

9.08

Verifika tal-kundizzjoni tat-tagħmir ta' filtrazzjoni u tnixxif

9.09

Kompilazzjoni ta' rapport dwar il-kundizzjoni ta' dawn il-komponenti, li fih jiġu identifikati kwalunkwe problemi fit-tħaddim li jistgħu jwasslu għal ħsara fis-sistema u eventwalment għal tnixxija jew ħruġ ta' refriġerant jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni

T

10

Pajpijiet: il-kostruzzjoni ta' sistema ta' pajpijiet li ma tippermettix tnixxija fi stallazzjoni ta' refriġerazzjoni

10.01

Iwweldjar, ibbrejżjar u/jew issaldjar ta' ġonot li ma jippermettux tnixxija fuq tubi, pajpijiet u komponenti tal-metall li jistgħu jintużaw f'sistemi ta' refriġerazzjoni, tal-arja kundizzjonata jew ta' sistemi ta' pompi tas-sħana

P

P

10.02

Il-fabbrikazzjoni/verifika tal-appoġġi tal-pajpijiet u tal-komponenti

P

P

11

Informazzjoni dwar it-teknoloġiji rilevanti għas-sostituzzjoni jew għat-tnaqqis tal-użu tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, u dwar l-immaniġġar sikur tagħhom

 

 

 

 

11.01

Għarfien dwar it-teknoloġiji alternattivi rilevanti għas-sostituzzjoni jew għat-tnaqqis tal-użu tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, u dwar l-immaniġġar sikur tagħhom

T

T

T

T

11.02

Għarfien dwar id-disinni tas-sistemi rilevanti biex jitnaqqas id-daqs taċ-ċarġ ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, u biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika

T

T

11.03

Għarfien dwar ir-regolamenti u l-istandards rilevanti tas-sikurezza għall-użu, għall-ħażna u għat-trasport ta' refriġeranti tossiċi jew li jieħdu n-nar, jew ta' refriġeranti li jeħtieġu livelli ogħla ta' pressjoni waqt it-tħaddim

T

T

11.04

Fehim tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi rispettivi, b'mod partikolari b'rabta mal-effiċjenza enerġetika, ta' refriġeranti alternattivi skont l-applikazzjoni ppjanata, u skont il-kundizzjonijiet klimatiċi tar-reġjuni differenti

T

T


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1516/2007 tad-19 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rekwiżiti standard għall-kontroll ta' tnixxija minn tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, ikkundizzjonar tal-arja u b'pompa tas-sħana li jkun fihom ċerti gassijiet serra florinati (ĠU L 335, 20.12.2007, p. 10).


ANNESS II

Tabella ta' korrelazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 303/2008

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 4(1) u (2)

Artikolu 3(1) u (2)

Artikolu 4(3)(a)

Artikolu 3(4)

Artikolu 4(3)(b) u (c)

Artikolu 3(3)(a) u (b)

Artikolu 4(4)

Artikolu 5

Artikolu 4

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 5

Artikolu 8

Artikolu 6

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 7

Artikolu 11

Artikolu 8

Artikolu 12

Artikolu 9

Artikolu 13

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 14

Artikolu 12

Anness

Anness I

Anness II


18.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/39


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2068

tas-17 ta' Novembru 2015

li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format tat-tikketti għal prodotti u tagħmir li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(14) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 inkluda ċerti rekwiżiti ta' tikkettar għal prodotti u tagħmir li fih, jew li l-funzjonament tiegħu jiddependi minn gassijiet fluworurati b'effett ta' serra stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1494/2007 (2) u żied ir-rekwiżiti tat-tikkettar għal fowms u għal gassijiet fluworurati b'effett ta' serra mqiegħda fis-suq għal użi speċifiċi.

(2)

Għal raġunijiet ta' ċarezza, huwa xieraq li jiġu definiti t-termini eżatti tal-informazzjoni li għandha tiġi indikata fuq it-tikketti msemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u li jiġu stabbiliti rekwiżiti li jiżguraw il-viżibbiltà u l-leġibbiltà ta' tikketti bħal dawn fir-rigward tat-tfassil u t-tqegħid tagħhom.

(3)

Biex jiżguraw li tintuża tikketta waħdanija għall-prodotti li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra li huma wkoll soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), b'mod partikolari dwar it-tikkettar ta' kontenituri, inklużi ċilindri, tankijiet u tankers tat-triq u tal-ferrovija, l-informazzjoni tat-tikkettar stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 517/2014 għandha tiġi indikata fit-taqsima għall-informazzjoni supplimentari fuq it-tikketta.

(4)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1494/2007 għandu jitħassar.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-format tat-tikketti li għandu japplika għat-tipi ta' prodotti u tagħmir imsemmi fl-Artikolu 12(1), (2), u (5) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, kif ukoll għall-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra msemmija fl-Artikolu 12(6) sa (12) ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 2

Format ta' tikkettar

1.   L-informazzjoni fuq it-tikketta għandha tidher b'mod ċar fuq l-isfond tat-tikketta u għandha tkun ta' daqs u spazju tali li tkun tista' tinqara b'mod ċar. Meta l-informazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament hija miżjuda ma' tikketta diġà mwaħħla fuq il-prodott jew it-tagħmir ikkonċernat, id-daqs tat-tipa m'għandux ikun iżgħar mid-daqs minimu ta' informazzjoni oħra fuq it-tikketta jew fuq tabelli tal-isem eżistenti jew fuq tikketti eżistenti b'tagħrif ieħor dwar il-prodott.

2.   It-tikketta kollha u l-kontenut tagħha għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jiżgura li dawn jibqgħu f'posthom fuq il-prodott jew it-tagħmir u għandhom ikunu jistgħu jinqraw faċilment taħt kundizzjonijiet operattivi normali, matul il-perjodu kollu li fih il-prodott jew it-tagħmir ikun fih il-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra.

3.   Il-prodotti u t-tagħmir imsemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, għandhom ikunu mmarkati b'tikketta li jkun fiha l-informazzjoni skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u li tinkludi t-test “Fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra”.

4.   Il-piż tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra għandu jiġi espress f'kilogrammi u l-ekwivalenti ta' CO2 għandhom jiġu espressi f'tunnellati.

5.   Meta t-tagħmir ikun iċċarġjat minn qabel bil-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew meta l-operat ta' dan it-tagħmir jiddependi minnhom, u gassijiet bħal dawn jistgħu jiġu miżjuda barra s-sit tal-manifattura u l-kwantità totali li tirriżulta mhix definita mill-manifattur, it-tikketta għandha tinkludi l-kwantità mitluba fis-sit tal-manifattura, jew il-kwantità li għaliha jkun ġie mfassal, u għandu jiġi provdut spazju fuq it-tikketta għall-kwantità miżjuda barra mis-sit tal-manifattura kif ukoll il-kwantità totali li tirriżulta ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra.

6.   Prodott li jkun fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew polioli mħalltin minn qabel għandu jiġi ttikettat ukoll skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, l-informazzjoni skont l-Artikolu 12(3), (5) sa (12) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 għandha tkun indikata fit-taqsima għall-informazzjoni supplimentari fuq it-tikketta msemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

7.   Meta l-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jkunu maħsuba biex iservu għal ċerti użi skont l-Artikolu 12(6) sa (12) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, it-test li ġej għandu jkun inkluż fit-tikketta:

(a)   “100 % Reklamat” jew “100 % Riċiklat”: għal gassijiet fluworurati b'effett ta' serra reklamati jew reċiklati li ma jkunx fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra verġni. L-indirizz tal-faċilità tar-reklamazzjoni jew il-faċilità tar-riċiklaġġ għandu jinkludi l-indirizz tat-triq tagħha fl-Unjoni;

(b)   “Importati għall-qerda biss”: għal kwantitajiet ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra importati biex jinqerdu;

(c)   “Għal esportazzjoni diretta bil-massa barra mill-UE biss”: għal kwantitajiet ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra li jiġu pprovduti minn produttur jew importatur lil impriża għal esportazzjoni diretta bil-massa barra mill-Unjoni;

(d)   “Għall-użu f'tagħmir militari biss”: għal kwantitajiet ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra li għandhom jintużaw f'tagħmir militari;

(e)   “Għall-inċiżjoni/għat-tindif fl-industrija tas-semikondutturi biss”: għal kwantitajiet ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra li għandhom jintużaw għal skopijiet ta' inċiżjoni u tindif fl-industrija tas-semikondutturi;

(f)   “Għall-użu bħala materjal tal-għalf biss”: għal gassijiet fluworurati b'effett ta' serra li jservu ta' materjal tal-għalf;

(g)   “Għall-produzzjoni tal-MDI biss”: għal kwantitajiet ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra maħsuba għall-konsenja ta' ingredjenti farmaċewtiċi f'inalaturi b'dożaġġ imkejjel (MDIs).

8.   Tagħmir tar-refriġirazzjoni u tal-ikkundizzjonar tal-arja kif ukoll pompi tas-sħana, li huwa insulat bil-fowm minfuħ b'gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, għandu jiġi mmarkat b'tikketta li jkun fiha t-test li ġej: “Fowm minfuħ b'gassijiet fluworurati b'effett ta' serra”.

9.   It-tikketti għandhom jitqiegħdu b'konformità mal-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u, meta jkun possibbli, biswit tabelli tal-isem jew tabelli b'tagħrif dwar il-prodott eżistenti tal-prodott jew it-tagħmir li fih il-gass fluworurat b'effett ta' serra.

Artikolu 3

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 1494/2007 jitħassar. L-Artikolu 2(1) il-punt (c) tar-Regolament (KE) Nru 1494/2007 jibqa' japplika sal-1 ta' Jannar 2017; madankollu, sabiex ikunu konformi ma' din id-dispożizzjoni qabel l-1 ta' Jannar 2017, l-impriżi jistgħu diġà japplikaw l-Artikolu 12(3) punt (c) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014.

Referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1494/2007 għandhhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw b'konformità mal-lista misjuba fl-Anness.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1494/2007 tas-17 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-forma tat-tikketti u rekwiżiti addizzjonali ta' tikkettar rigward prodotti u tagħmir li jkollhom ċerti gassijiet serra fluworinati (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 25).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).


ANNESS

Tabella ta' korrelazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 1494/2007

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(3) u (4)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(8)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(5)

Artikolu 2(4)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(2)

Artikolu 2(1)

Artikolu 3(3)

Artikolu 2(2)

Artikolu 4(1)

Artikolu 2(9)

Artikolu 4(2)

Artikolu 5

Artikolu 4


18.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/42


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2069

tas-17 ta' Novembru 2015

li japprova s-sustanza bażika idroġenu karbonat tas-sodju skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(5) flimkien mal-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-Kummissjoni fis-26 ta' Marzu 2014 waslitilha applikazzjoni mill-Aġenzija Daniża għall-Protezzjoni tal-Ambjent għall-approvazzjoni tal-idroġenu karbonat tas-sodju bħala sustanza bażika. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-informazzjoni meħtieġa skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(3).

(2)

Il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) għal għajnuna xjentifika. Fil-11 ta' Diċembru 2014, l-Awtorità ppreżentat Rapport Tekniku dwar is-sustanza inkwistjoni lill-Kummissjoni (2). Il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta' analiżi (3) kif ukoll abbozz ta' dan ir-Regolament lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fit-28 ta' Mejju 2015, u ffinalizzathom għal-laqgħa ta' dan il-Kumitat fid-9 ta' Ottubru 2015.

(3)

Id-dokumentazzjoni mressqa mill-applikant turi li l-idroġenu karbonat tas-sodju jissodisfa l-kriterji ta' oġġett tal-ikel kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Barra minn hekk, is-sustanza mhix użata b'mod predominanti biex jiġu protetti l-pjanti, iżda madankollu hija utli għall-protezzjoni tal-pjanti fi prodott li jikkonsisti mis-sustanza u mill-ilma. Konsegwentement, għandha titqies bħala sustanza bażika.

(4)

Mill-eżamijiet li saru, irriżulta li l-idroġenu karbonat tas-sodju jista' jkun mistenni jissodisfa, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, b'mod partikolari fir-rigward tal-użijiet li ġew eżaminati u spjegati fid-dettall fir-rapport ta' analiżi tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, jixraq li l-idroġenu karbonat tas-sodju jkun approvat bħala sustanza bażika.

(5)

F'konformità mal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ madankollu li jiddaħħlu ċerti kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, li huma spjegati fid-dettall fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(6)

F'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (5) għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta' sustanza bażika

Is-sustanza idroġenu karbonat tas-sodju, kif speċifikata fl-Anness I, hija approvata bħala sustanza bażika soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, 2015; Outcome of the consultation with Member States and EFSA on the basic substance application for sodium hydrogen carbonate for use in plant protection as a fungicide for the control of mildews on a range of horticultural crops, apple scab and for post-harvest control of storage diseases of various fruits. Il-pubblikazzjoni ta' sostenn tal-EFSA 2015:EN-719. 30 paġna.

(3)  http://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/public/?event=activesubstance.selection&language=MT

(4)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

idroġenu karbonat tas-sodju

Nru CAS: 144-55-8

Idroġenu karbonat tas-sodju

Grad tal-ikel

It-8 ta' Diċembru 2015

L-idroġenu karbonat tas-sodju għandu jintuża skont il-kundizzjonijiet speċifiċi inklużi fil-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar l-idroġenu karbonat tas-sodju (SANTE/10667/2015) u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità, l-ispeċifikazzjoni u l-modalitajiet tal-użu tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' analiżi.


ANNESS II

Fil-Parti C tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja:

Numru

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (*)

Data tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“9

idroġenu karbonat tas-sodju

Nru CAS: 144-55-8

idroġenu karbonat tas-sodju

Grad tal-ikel

It-8 ta' Diċembru 2015

L-idroġenu karbonat tas-sodju għandu jintuża skont il-kundizzjonijiet speċifiċi inklużi fil-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar l-idroġenu karbonat tas-sodju (SANTE/10667/2015) u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.”


(*)  Aktar dettalji dwar l-identità, l-ispeċifikazzjoni u l-modalitajiet tal-użu tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' analiżi.


18.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/45


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2070

tas-17 ta' Novembru 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

51,2

MA

77,7

MK

43,3

ZZ

57,4

0707 00 05

AL

71,7

TR

143,3

ZZ

107,5

0709 93 10

MA

66,4

TR

185,2

ZZ

125,8

0805 20 10

CL

185,6

MA

91,3

TR

83,5

ZZ

120,1

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

TR

64,7

ZZ

64,7

0805 50 10

TR

97,7

ZZ

97,7

0806 10 10

BR

291,8

EG

234,3

PE

275,9

TR

174,9

ZZ

244,2

0808 10 80

AR

151,8

CA

158,0

CL

84,4

MK

29,8

NZ

178,0

US

150,6

ZA

241,6

ZZ

142,0

0808 30 90

BA

97,7

CN

63,2

TR

128,7

ZZ

96,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

18.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/47


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2071

tal-10 ta' Novembru 2015

li tawtorizza lill-Istati Membri jirratifikaw, fl-interessi tal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll tal-2014 għall-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, 1930, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol fir-rigward tal-Artikoli 1 sa 4 tal-Protokoll fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 82(2), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

L-Unjoni qed tippromwovi r-ratifika tal-konvenzjonijiet internazzjonali tax-xogħol, ikklassifikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) bħala aġġornati, biex jingħata kontribut lill-isforzi tal-Unjoni biex tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u xogħol deċenti għal kulħadd u biex jinqered it-traffikar tal-bnedmin kemm fl-Unjoni kif ukoll barra minnha. Il-ħarsien tal-prinċipji fundamentali u d-drittijiet fil-post tax-xogħol huwa aspett ewlieni ta' dik il-promozzjoni.

(2)

Il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, 1930, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, li l-Protokoll tal-2014 jissupplimenta, hija Konvenzjoni tal-ILO fundamentali u għandha effett fuq ir-regoli li jirreferu għall-istandards ewlenin tax-xogħol.

(3)

Sa fejn il-Protokoll tal-2014 għall-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, 1930, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“il-Protokoll”), ikopri l-qasam tal-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità rregolat mill-Artikolu 82(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Unjoni diġà adottat regoli komuni li fil-biċċa l-kbira jkopru dan il-qasam, b'mod partikolari permezz tad-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u d-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Il-Protokoll jista' jaffettwa dawk ir-regoli komuni.

(4)

L-Artikolu 19(4) tal-Kostituzzjoni tal-ILO, dwar l-adozzjoni u r-ratifika ta' Konvenzjonijiet, japplika bl-istess mod għal Protokolli, li huma ftehimiet internazzjonali li jorbtu, soġġetti għal ratifika u marbutin ma' Konvenzjonijiet.

(5)

L-Unjoni ma tistax tirratifika l-Protokoll, billi l-Istati biss jistgħu jkunu partijiet fih.

(6)

Għalhekk l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati jirratifikaw il-Protokoll, waqt li jaġixxu b'mod konġunt fl-interess tal-Unjoni, fir-rigward ta' dawk il-partijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni skont l-Artikolu 82(2) tat-TFUE.

(7)

L-Artikoli 1 sa 4 tal-Protokoll fihom obbligi relatati ma' leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta' vittmi tal-kriminalità. B'konsegwenza, dawk id-dispożizzjonijiet jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-TFUE, partikolarment l-Artikolu 82(2) tiegħu.

(8)

L-Artikolu 82(2) tat-TFUE huwa l-unika bażi legali li fuqha għandha tkun ibbażata din id-Deċiżjoni. Il-Protokoll, b'mod partikolari, l-Artikolu 4 tiegħu, jirreferi ukoll għall-istatus ta' residenza tal-vittmi ta' xogħol furzat jew obbligatorju sal-punt li dan huwa meħtieġ biex jippermetti li dawn il-vittmi jkollhom aċċess għal rimedji xierqa u effettivi. Madankollu, dan l-objettiv li huwa relatat mal-Artikolu 79 tat-TFUE, huwa biss wieħed inċidentali, filwaqt li l-objettivi relatati mal-Artikolu 82(2) tat-TFUE huma identifikabbli bħala l-għan u l-komponent predominanti.

(9)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qiegħda tiegħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(10)

Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbuta bid-Direttiva 2011/36/UE u d-Direttiva 2012/29/UE, u għalhekk qegħdin jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(11)

L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati jirratifikaw il-Protokoll fir-rigward ta' kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali li hemm fl-Artikoli 1 sa 4 tiegħu. Il-partijiet tal-Protokoll li jaqgħu fil-kompetenza mogħtija lill-Unjoni, għajr il-partijiet relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, ser ikunu soġġetti għal Deċiżjoni adottata b'mod parallel ma' din id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri huma b'dan awtorizzati jirratifikaw, għall-partijiet, li jinsabu fl-Artikoli 1 sa 4 tal-Protokoll, li jaqgħu fil-kompetenza mogħtija lill-Unjoni Ewropea taħt l-Artikolu 82(2) tat-TFUE, il-Protokoll tal-2014 għall-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, 1930, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta' ratifika tal-Protokoll mad-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol kemm jista' jkun malajr, preferibbilment sal-31 ta' Diċembru 2016.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

P. GRAMEGNA


(1)  Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1).

(2)  Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57).