ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 299

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
14 ta' Novembru 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 tal-5 ta' Novembru 2015 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ( 1 )

1

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

14.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 299/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1998

tal-5 ta' Novembru 2015

li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu.

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni msemmija fl-Artikolu 4(1) u tal-miżuri ġenerali li jissupplimentaw l-istandards bażiċi komuni msemmija fl-Artikolu 4(2) ta' dak ir-Regolament.

(2)

Jekk ikun fihom informazzjoni sensittiva dwar is-sigurtà, dawn il-miżuri għandhom jiġu trattati skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 (2), kif previst fil-punt (a) tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008. Għalhekk dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati separatament, permezz ta' Deċiżjoni indirizzata lill-Istati Membri, u ma għandhiex tkun ippubblikata.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 (3), li jistabbilixxi miżuri msemmija fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, ġie emendat 20 darba minn mindu daħal fis-seħħ. Sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali, għalhekk għandu jitħassar u jinbidel b'att ġdid biex b'hekk jiġu kkonsolidati l-att inizjali u l-emendi kollha tiegħu. Dak l-att il-ġdid għandu wkoll jiġi ċċarat u aġġornat fejn huwa xieraq, fid-dawl tal-esperjenzi prattiċi miksuba u l-iżviluppi teknoloġiċi relevanti.

(4)

Dawn il-miżuri għandhom jiġu riveduti b'mod regolari biex jiżguraw li jirriflettu l-evoluzzjoni tat-theddida.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili stabbilit bl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni sabiex l-avjazzjoni ċivili tiġi ssalvagwardjata minn atti ta' interferenza mhux skont il-liġi li jipperikolaw is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili, imsemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, u l-miżuri ġenerali li jissupplimentaw dawk l-istandards bażiċi komuni msemmija fl-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament, huma stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Ir-Regolament (UE) Nru 185/2010 jitħassar. Ir-referenzi għae-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan jibda japplika mill-1 ta' Frar 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta' Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (ĠU L 55, 5.3.2010, p. 1).


ANNESS

1.   SIGURTÀ FL-AJRUPORTI

1.0.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.0.1.   Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, l-awtorità, l-operatur tal-ajruport, it-trasportatur tal-ajru jew l-entità responsabbli skont il-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

1.0.2.   Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, inġenju tal-ajru, xarabank, karru tal-bagalji jew mezzi oħra tat-trasport, jew passaġġi minn fejn jgħaddu n-nies, jew pont tal-imbark għandhom jitqiesu bħala parti minn ajruport.

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, “bagalji sikuri” tfisser bagalji skrinjati għal ġol-istiva li huma protetti b'mod fiżiku sabiex jiġi evitat li jiddaħħal kwalunkwe oġġett fihom.

1.0.3.   Mingħajr preġudizzju għall-kriterji għad-derogi stabbiliti fil-Parti K tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 (1), l-awtorità xierqa tista' tippermetti proċeduri ta' sigurtà speċjali jew eżenzjonijiet għall-protezzjoni u s-sigurtà tan-naħiet tal-ajru fl-ajruporti fi ġranet meta ma jkunx hemm ippjanat li jitilqu aktar minn tmien titjiriet, sakemm inġenju tal-ajru wieħed biss ikun se jitgħabba, ikun se jinħatt, ikunu se jimbarkaw in-nies l-inġenju tal-ajru jew se jiżbarkaw minnu fi kwalunkwe ħin wieħed jew fil-parti kritika taż-żona ristretta ta' sigurtà jew f'ajruport li ma jkunx fl-ambitu tal-punt 1.1.3.

1.0.4.   Għall-finijiet ta' dan l-Anness “oġġetti li jkunu qed jinġarru mill-persuni li mhumiex passiġġieri” tfisser oġġetti personali maħsuba għall-użu personali tal-persuna li ġġorrhom.

1.0.5.   Ir-referenzi għal pajjiżi terzi f'dan il-Kapitolu u fejn applikabbli fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005 final (2) jinkludu pajjiżi u territorji oħra li fihom, f'konformità mal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikax it-Titolu VI tal-Parti Tlieta ta' dan it-Trattat.

1.1.   IR-REKWIŻITI TA' PPJANAR FL-AJRUPORTI

1.1.1.   Il-konfini

1.1.1.1.   Il-konfini bejn in-naħa tal-art, in-naħa tal-ajru, iż-żoni ristretti ta' sigurtà, il-partijiet kritiċi u, fejn applikabbli, iż-żoni demarkati għandhom ikunu jistgħu jiġu identifikati b'mod ċar f'kull ajruport sabiex ikunu jistgħu jittieħdu l-miżuri xierqa ta' sigurtà f'kull waħda minn dawk iż-żoni.

1.1.1.2.   Il-konfini bejn in-naħa tal-art u n-naħa tal-ajru għandhom ikunu ostaklu fiżiku li viżibbli b'mod ċar mill-pubbliku ġenerali u li ma jippermettix aċċess għal persuni mhux awtorizzati.

1.1.2.   Iż-żoni ristretti ta' sigurtà

1.1.2.1.   Iż-żoni ristretti ta' sigurtà għandhom jinkludi tal-anqas dan li ġej:

(a)

parti minn ajruport li l-passiġġieri skrinjati li jkunu se jitilqu għandhom aċċess għaliha; kif ukoll

(b)

parti minn ajruport li minnha jistgħu jgħaddu jew li fiha jistgħu jinżammu l-bagalji skrinjati għal ġol-istiva, sakemm ma tikkonċernax il-bagalji sikuri; kif ukoll

(c)

parti minn ajruport allokata għall-parkeġġ tal-inġenji tal-ajru li jkunu se jitilgħu l-passiġġieri fuqhom jew li jkunu se jitgħabbew.

1.1.2.2.   Parti minn ajruport għandha titqies bħala żona ristretta ta' sigurtà tal-anqas għall-perjodu taż-żmien li tulu jkunu qegħdin jitwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-punt 1.1.2.1.

Meta tiġi stabbilita żona ristretta ta' sigurtà, għandha titwettaq tfittxija ta' sigurtà tal-partijiet li setgħu ġew ikkontaminati immedjatament qabel ma tiġi stabbilita t-tali żona sabiex jiġi żgurat b'mod raġonevoli li ma fihiex oġġetti pprojbiti. Din id-dispożizzjoni għandha titqies li ġiet issodisfata għall-inġenji tal-ajru li jkunu soġġetti għal tfittxija ta' sigurtà tal-inġenji tal-ajru.

1.1.2.3.   Kull meta persuni mhux awtorizzati jista' jkun li kellhom aċċess għal żoni ristretti ta' sigurtà, għandha titwettaq tfittxija ta' sigurtà minnufih tal-partijiet li setgħu ġew ikkontaminati sabiex jiġi żgurat b'mod raġonevoli li ma fihomx oġġetti pprojbiti. Din id-dispożizzjoni għandha titqies li ġiet issodisfata għall-inġenji tal-ajru li jkunu soġġetti għal tfittxija ta' sigurtà tal-inġenji tal-ajru.

1.1.3.   Il-partijiet kritiċi ta' żoni ristretti ta' sigurtà

1.1.3.1.   Il-partijiet kritiċi għandhom jiġu stabbiliti fl-ajruporti fejn aktar minn 40 persuna jkollha karta tal-identifikazzjoni tal-ajruport li tagħti aċċess għaż-żoni ristretti ta' sigurtà.

1.1.3.2.   Il-partijiet kritiċi għandhom jinkludu tal-anqas dan li ġej:

(a)

il-partijiet kollha ta' ajruport li l-passiġġieri skrinjati li jkunu se jitilqu għandhom aċċess għalihom; kif ukoll

(b)

il-partijiet kollha ta' ajruport li minnhom jistgħu jgħaddu jew li fihom jistgħu jinżammu l-bagalji skrinjati għal ġol-istiva, sakemm ma jikkonċernawx il-bagalji sikuri.

Parti minn ajruport għandha titqies bħala parti kritika tal-anqas għall-perjodu taż-żmien li tulu jkunu qegħdin jitwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-punti (a) jew (b).

1.1.3.3.   Meta tiġi stabbilita parti kritika, għandha titwettaq tfittxija ta' sigurtà tal-partijiet li setgħu ġew ikkontaminati immedjatament qabel ma tiġi stabbilita t-tali parti sabiex jiġi żgurat b'mod raġonevoli li ma fihiex oġġetti pprojbiti. Din id-dispożizzjoni għandha titqies li ġiet issodisfata għall-inġenji tal-ajru li jkunu soġġetti għal tfittxija ta' sigurtà tal-inġenji tal-ajru.

1.1.3.4.   Kull meta persuni mhux skrinjati, jew passiġġieri u membri tal-ekwipaġġ li ġejjin minn pajjiżi terzi, minbarra dawk imsemmija fid-Dokument Mehmuż 4-B, jista' jkun li kellhom aċċess għal partijiet kritiċi, għandha titwettaq tfittxija ta' sigurtà minnufih fil-partijiet li setgħu ġew kontaminati sabiex jiġi żgurat, b'mod raġonevoli, li ma fihomx oġġetti projbiti.

Il-paragrafu 1 għandu jitqies li ġie sodisfat għall-inġenji tal-ajru li jkunu soġġetti għal tfittxija ta' sigurtà tal-inġenji tal-ajru.

Il-paragrafu 1 ma għandux japplika meta persuni koperti bil-punt 1.3.2 u l-punt 4.1.1.7 seta' kellhom aċċess għal partijiet kritiċi.

Fir-rigward ta' passiġġieri u ta' membri tal-ekwipaġġ li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi, minbarra dawk elenkati fid-Dokument Mehmuż 4-B, il-paragrafu 1 għandu japplika biss għal dawk il-partijiet kritiċi użati minn bagalji tal-istiva skrinjati u/jew passiġġieri skrinjati li jkunu se jitilqu, li ma jkunux se jitilqu fuq l-istess inġenju tal-ajru ta' dawn il-passiġġieri u membri tal-ekwipaġġ.

1.2.   KONTROLL FUQ L-AĊĊESS

1.2.1.   L-aċċess għan-naħa tal-ajru

1.2.1.1.   L-aċċess għan-naħa tal-ajru jista' jiġi awtorizzat biss jekk il-persuni u l-vetturi jkollhom raġuni leġittima għala jkunu qegħdin hemm. Żjarat gwidati tal-ajruport skortati minn persuni awtorizzati għandha titqies li tkun raġuni leġittima.

1.2.1.2.   Sabiex persuna tingħata aċċess għan-naħa tal-ajru għandu jkollha awtorizzazzjoni.

1.2.1.3.   Sabiex vettura tingħata aċċess għan-naħa tal-ajru l-vettura għandha turi l-pass tal-vettura.

1.2.1.4.   Persuni li jinsabu fin-naħa tal-ajru għandhom, meta mitluba, jippreżentaw l-awtorizzazzjoni tagħhom għall-kontroll.

1.2.2.   L-aċċess għaż-żoni ristretti ta' sigurtà

1.2.2.1.   L-aċċess għaż-żoni ristretti ta' sigurtà jista' jingħata biss jekk il-persuni u l-vetturi jkollhom raġuni leġittima għala jkunu qegħdin hemm. Żjarat gwidati tal-ajruport skortati minn persuni awtorizzati għandha titqies li tkun raġuni leġittima.

1.2.2.2.   Sabiex tingħata aċċess għaż-żoni ristretti ta' sigurtà persuna għandha tippreżenta waħda mill-awtorizzazzjonijiet li ġejjin:

(a)

karta valida tal-imbarkazzjoni jew l-ekwivalenti; jew

(b)

karta tal-identifikazzjoni tal-ekwipaġġ valida; jew

(c)

karta tal-identifikazzjoni tal-ajruport valida; jew

(d)

karta tal-identifikazzjoni valida tal-awtorità xierqa nazzjonali; jew

(e)

karta tal-identifikazzjoni tal-awtorità tal-konformità valida rikonoxxuta mill-awtorità xierqa nazzjonali.

Minflok, jista' jingħata wkoll aċċess wara identifikazzjoni pożittiva permezz ta' verifika ta' dejta bijometrika.

1.2.2.3.   Sabiex vettura tingħata aċċess għaż-żoni ristretti ta' sigurtà, il-vettura għandha turi l-pass tal-vettura validu.

1.2.2.4.   Il-karta tal-imbarkazzjoni jew l-ekwivalenti msemmija fil-punt 1.2.2.2(a) għandha tiġi ċċekkjata qabel ma persuna tingħata aċċess għaż-żoni ristretti ta' sigurtà sabiex jiġi żgurat b'mod raġonevoli li tkun valida.

Il-karta msemmija fil-punt 1.2.2.2(b)–(e), rispettivament, għandha tiġi ċċekkjata qabel ma persuna tingħata aċċess għaż-żoni ristretti ta' sigurtà sabiex jiġi żgurat b'mod raġonevoli li tkun valida u tikkorrispondi mad-detentur.

Meta tintuża identifikazzjoni bijometrika, il-verifikazzjoni għandha tiżgura li l-persuna li tkun qed tfittex aċċess għal żoni ristretti ta' sigurtà jkollha waħda mill-awtorizzazzjonijiet elenkati fil-punt 1.2.2.2 u li din l-awtorizzazzjoni tkun valida u ma tkunx ġiet diżattivata.

1.2.2.5.   Għall-prevenzjoni ta' aċċess mhux awtorizzat għaż-żoni ristretti ta' sigurtà l-punti tal-aċċess għandhom jiġu kkontrollati minn:

(a)

sistema elettronika li tillimita l-aċċess għal kull persuna waħda waħda; jew

(b)

persuni awtorizatti li jimplimentaw il-kontroll fuq l-aċċess.

L-awtorità xierqa tista' tiddefinixxi fil-programm nazzjonali tagħha tas-sigurtà tal-avjazzjoni li l-limitazzjoni għal persuna waħda biss fl-istess ħin taħt il-punt (a) ma għandux japplika fil-punti ta' aċċess użati esklussivament minn uffiċjali tal-infurzar tal-liġi.

1.2.2.6.   Il-pass tal-vettura għandu jiġi ċċekkjat qabel ma vettura tingħata aċċess għal żoni ristretti ta' sigurtà sabiex jiġi żgurat li jkun validu u jikkorrispondi mal-vettura.

1.2.2.7.   L-aċċess għal żoni ristretti ta' sigurtà għandu wkoll ikun soġġett għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.

1.2.3.   Ir-rekwiżiti għall-karti tal-identifikazzjoni tal-ekwipaġġ u l-karti tal-identifikazzjoni tal-ajruport tal-Unjoni

1.2.3.1.   Karta tal-identifikazzjoni tal-ekwipaġġ ta' membru tal-ekwipaġġ impjegat minn trasportatur tal-ajru tal-Unjoni u karta tal-identifikazzjoni tal-ajruport jistgħu jinħarġu biss għal persuna li jkollha ħtieġa operazzjonali u li jkun sarilha kontroll tal-preċedenti personali b'eżitu pożittiv skont il-punt 11.1.3.

1.2.3.2.   Il-karti tal-identifikazzjoni tal-ekwipaġġ u tal-ajruport għandhom jinħarġu għal perjodu mhux itwal minn ħames snin.

1.2.3.3.   Il-karta tal-identifikazzjoni ta' persuna li ma tgħaddix mill-kontroll tal-preċedenti personali għandha tiġi rtirata immedjatament.

1.2.3.4.   Il-karta tal-identifikazzjoni għandha tintlibes f'post fejn tidher tal-anqas kull meta d-detentur ikun f'żoni ristretti ta' sigurtà.

Persuna li ma turix il-karta tagħha f'żoni ristretti ta' sigurtà għajr f'dawk iż-żoni fejn ikun hemm il-passiġġieri għandha tintalab tagħmel dan minn persuni responsabbli għall-implimentazzjoni tal-punt 1.5.1(c) u, skont kif ikun xieraq, tiġi rrappurtata.

1.2.3.5.   Il-karta tal-identifikazzjoni għandha tingħata lura immedjatament lill-entità li tkun ħarġitha:

(a)

malli jintalab mill-entità li tkun ħarġitu; jew

(b)

malli jintemm l-impjieg; jew

(c)

malli jinbidel min jimpjega; jew

(d)

malli jkun hemm bidla fil-ħtieġa li wieħed ikollu aċċess għaż-żoni li għalihom tkun ingħatat awtorizzazzjoni; jew

(e)

malli tiskadi l-karta; jew

(f)

malli tiġi rtirata l-karta;

1.2.3.6.   L-entità li toħroġ il-karta għandha tiġi nnotifikata immedjatament dwar telf, serq jew f'każ li l-karta tal-identifikazzjoni ma tingħatax lura.

1.2.3.7.   Karta elettronika għandha tiġi invalidata immedjatament wara li tingħata lura, tiskadi, tiġi rtirata jew ikun hemm notifika dwar telf, serq jew f'każ li ma tingħatax lura.

1.2.3.8.   Il-karti tal-identifikazzjoni tal-ekwipaġġ u l-karti tal-identifikazzjoni tal-ajruport tal-Unjoni għandhom ukoll ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.

1.2.4.   Ir-rekwiżiti supplimentari għall-karti tal-identifikazzjoni tal-ekwipaġġ tal-Unjoni

1.2.4.1.   Karta tal-identifikazzjoni ta' membru tal-ekwipaġġ impjegat minn trasportatur tal-ajru tal-Unjoni għandha turi:

(a)

isem id-detentur u ritratt tiegħu; kif ukoll

(b)

isem it-trasportatur tal-ajru; kif ukoll

(c)

il-kelma “crew” bl-Ingliż; kif ukoll

(d)

id-data ta' skadenza.

1.2.5.   Ir-rekwiżiti supplimentari għall-karti tal-identifikazzjoni tal-ajruport

1.2.5.1.   Karta tal-identifikazzjoni tal-ajruport għandha turi:

(a)

isem id-detentur u ritratt tiegħu; kif ukoll

(b)

isem min iħaddem lid-detentur, sakemm il-karta ma tkunx ipprogrammata elettronikament; kif ukoll

(c)

isem l-entità li toħroġ il-karta jew isem l-ajruport; kif ukoll

(d)

iż-żoni li d-detentur hu awtorizzat li jkollu aċċess għalihom; kif ukoll

(e)

id-data ta' skadenza, sakemm il-karta ma tkunx ipprogrammata elettronikament.

L-ismijiet u ż-żoni ta' aċċess jistgħu jiġu ssostitwiti b'identifikazzjoni ekwivalenti.

1.2.5.2.   Sabiex jiġi evitat l-użu ħażin tal-karti tal-identifikazzjoni tal-ajruport, għandu jkun hemm sistema li tiżgura b'mod raġonevoli li jiġi individwat kwalunkwe attentat ta' użu ta' karti li jkunu ntilfu, insterqu jew li ma jkunux ingħataw lura. Malli t-tali użu jiġi individwat, għandha tittieħed azzjoni xierqa.

1.2.6.   Ir-rekwiżiti għall-passes tal-vetturi

1.2.6.1.   Pass ta' vettura jista' jinħareġ biss fejn tkun ġiet stabbilita ħtieġa operazzjonali.

1.2.6.2.   Pass ta' vettura għandu jkun speċifiku għall-vettura u juri:

(a)

iż-żoni li għandha aċċess għalihom; kif ukoll

(b)

id-data ta' skadenza.

Passes elettroniċi ta' vetturi mhumiex meħtieġa juru ż-żoni li l-vettura għandha aċċess għalihom u lanqas id-data ta' skadenza, sakemm dan it-tagħrif ikun jista' jinqara b'mod elettroniku u jiġi ċċekkjat qabel ma jingħata l-aċċess għaż-żoni ristretti ta' sigurtà.

1.2.6.3.   Pass elettroniku ta' vettura għandu jitwaħħal mal-vettura b'mod li jiżgura li ma jistax jiġi ttrasferit minn vettura għall-oħra.

1.2.6.4.   Il-pass tal-vettura għandu jitqiegħed f'post fejn jidher kull meta l-vettura tkun tinsab fuq in-naħa tal-ajru.

1.2.6.5.   Il-pass tal-vettura għandu jingħata lura immedjatament lill-entità li tkun ħarġitu:

(a)

malli jintalab mill-entità li tkun ħarġitu; jew

(b)

meta l-vettura ma tkunx se tibqa' tintuża sabiex ikollha aċċess għan-naħa tal-ajru; jew

(c)

malli jiskadi l-pass, sakemm il-pass ma jiġix invalidat awtomatikament.

1.2.6.6.   L-entità li toħroġ il-karta għandha tiġi nnotifikata immedjatament dwar telf, serq jew f'każ li l-pass tal-vettura ma jingħatax lura.

1.2.6.7.   Pass elettroniku tal-vettura għandu jiġi invalidat immedjatament wara li jingħata lura, jiskadi, jew ikun hemm notifika dwar telf, serq jew f'każ li ma jingħatax lura.

1.2.6.8.   Sabiex jiġi evitat l-użu ħażin tal-passes tal-vetturi, għandu jkun hemm sistema li tiżgura b'mod raġonevoli li jiġi individwat kwalunkwe attentat ta' użu ta' passes tal-vetturi li jkunu ntilfu, insterqu jew li ma jkunux ingħataw lura. Malli t-tali użu jiġi individwat, għandha tittieħed azzjoni xierqa.

1.2.6.9.   Vetturi li jintużaw biss fin-naħa tal-ajru u li ma jkollhom l-ebda permess li jsuqu f'toroq pubbliċi jistgħu jkunu eżentati mill-applikazzjoni tal-punti 1.2.6.2 sa 1.2.6.8 jekk fuq barra jkollhom immarkat b'mod ċar li huma vetturi operazzjonali użati f'dak l-ajruport.

1.2.7.   Aċċess skortat

1.2.7.1.   Il-membri tal-ekwipaġġ, għajr dawk li jkollhom karta tal-identifikazzjoni tal-ajruport valida, għandhom jiġu skortati l-ħin kollu meta jkunu f'żoni ristretti ta' sigurtà għajr:

(a)

żoni fejn jista' jkun hemm il-pasiġġeri; kif ukoll

(b)

żoni fil-qrib ħafna tal-inġenju tal-ajru li jkunu waslu jew sejrin fuqu; kif ukoll

(c)

żoni allokati għall-ekwipaġġ; kif ukoll

(d)

id-distanzi bejn it-terminal jew il-punt ta' aċċess u l-inġenju tal-ajru li fuqu l-membri tal-ekwipaġġ ikunu waslu jew ikunu se jitilqu.

1.2.7.2.   Eċċezzjonalment, persuna tista' tiġi eżentata mir-rekwiżiti tal-punt 1.2.5.1 u l-obbligi tal-kontrolli tal-preċedenti personali sakemm il-persuna tiġi skortata l-ħin kollu meta tkun fiż-żoni ristretti ta' sigurtà. Persuna tista' tiġi eżentata mir-rekwiżit li tiġi skortata jekk dik il-persuna turi awtorizzazzjoni u jkollha karta tal-identifikazzjoni tal-ajruport valida.

1.2.7.3.   Persuna li tiskorta:

(a)

għandu jkollha karta tal-identifikazzjoni valida kif imsemmi fil-punt 1.2.2.2(c), (d) jew (e); kif ukoll

(b)

għandha tkun awtorizzata tiskorta f'żoni ristretti ta' sigurtà; kif ukoll

(c)

iżżomm lill-persuna jew lill-persuni skortata/i l-ħin kollu direttament taħt għajnejha; kif ukoll

(d)

tiżgura b'mod raġonevoli li ma jitwettaq l-ebda ksur tas-sigurtà mill-persuna jew il-persuni skortata/i.

1.2.7.4.   Vettura tista' tiġi eżentata mir-rekwiżiti tal-punt 1.2.6 sakemm tiġi skortata l-ħin kollu meta tkun fin-naħa tal-ajru.

1.2.7.5.   Kull meta passiġġier ma jivvjaġġax b'riżultat ta' kuntratt ta' trasport bl-ajru li jirriżulta fl-għoti ta' karta tal-imbark jew l-ekwivalenti, membru tal-ekwipaġġ li jkun qed jeskorta dan il-passiġġier jista' jiġi eżentat mir-rekwiżiti tal-punt 1.2.7.3(a).

1.2.8.   Eżenzjonijiet oħra

Eżenzjonijiet oħra għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.

1.3.   SKRINJAR TA' PERSUNI GĦAJR IL-PASSIĠĠIERI U L-OĠĠETTI LI JĠORRU MAGĦHOM

1.3.1.   Skrinjar ta' persuni għajr il-passiġġieri u l-oġġetti li jġorru magħhom

1.3.1.1.   Persuni għajr il-passiġġieri għandhom ikunu skrinjati permezz ta' wieħed mill-mezzi li ġejjin:

(a)

it-tfittxija bl-idejn;

(b)

tagħmir bokka għall-individwazzjoni tal-metall (WTMD);

(c)

il-klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi;

(d)

it-tagħmir għall-individwazzjoni tat-traċċi ta' splussivi (ETD);

(e)

skeners tas-sigurtà li ma jużawx radjazzjoni jonizzanta.

(f)

it-tagħmir għall-individwazzjoni ta' traċċi ta' splussivi (ETD) flimkien mat-tagħmir li jinżamm fl-idejn għall-individwazzjoni tal-metall (HHMD).

1.3.1.2.   Il-punti 4.1.1.3–4.1.1.6 u 4.1.1.10–4.1.1.11 għandhom japplikaw fir-rigward tal-iskrinjar ta' persuni oħra għajr il-passiġġieri.

1.3.1.3.   Il-klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi u t-tagħmir għall-ETD jistgħu jintużaw biss bħala mezz supplimentari ta' skrinjar ta' persuni għajr il-passiġġieri jew f'alternazzjoni mhux prevista tat-tfittxija bl-idejn, tad-WTMD jew tal-iskeners tas-sigurtà.

1.3.1.4.   L-oġġetti li jkunu qed jinġarru mill-persuni li mhumiex passiġġieri għandhom ikunu skrinjati permezz ta' wieħed mill-mezzi li ġejjin:

(a)

it-tfittxija bl-idejn;

(b)

it-tagħmir tar-raġġi X;

(c)

it-tagħmir b'sistemi għall-individwazzjoni tal-isplussivi (EDS);

(d)

il-klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi;

(e)

it-tagħmir għall-individwazzjoni ta' traċċi ta' splussivi (ETD).

1.3.1.5.   Il-punti 4.1.2.4–4.1.2.7 u 4.1.2.11 għandhom japplikaw fir-rigward tal-iskrinjar tal-oġġetti li jkunu qed jinġarru mill-persuni li mhumiex passiġġieri.

1.3.1.6.   Il-klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi u t-tagħmir għall-ETD jistgħu jitużaw biss bħala mezz supplimentari ta' skrinjar ta' oġġetti li jkunu qed jinġarru mill-persuni li mhumiex passiġġieri jew f'alternazzjoni mhux prevista tat-tfittxija bl-idejn, tat-tagħmir tar-raġġi X jew tat-tagħmir bl-EDS.

1.3.1.7.   Fejn persuni għajr il-passiġġieri u l-oġġetti li jġorru magħhom jeħtieġu li jiġu skrinjati fuq bażi aleatorja, il-frekwenza għandha tiġi stabbilita mill-awtorità xierqa abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji.

1.3.1.8.   L-iskrinjar ta' persuni għajr il-passiġġieri u l-oġġetti li jġorru magħhom għandhom ikunu wkoll soġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.

1.3.2.   Eżenzjonijiet u proċeduri ta' skrinjar speċjali

1.3.2.1.   L-awtorità xierqa tista', għal raġunijiet oġġettivi, tippermetti li persuni għajr il-passiġġieri jkunu eżentati mill-iskrinjar, jew li jkunu soġġetti għal proċeduri ta' skrinjar speċjali, sakemm ikunu skortati minn persuna awtorizzata tiskorta skont il-punt 1.2.7.3.

1.3.2.2.   Il-persuni skrinjati għajr il-passiġġieri li temporanjament jitilqu mill-partijiet kritiċi jistgħu jiġu eżentati mill-iskrinjar malli jaslu lura sakemm ikunu ilhom biżżejjed taħt osservazzjoni minn persuni awtorizzati biex jiġi żgurat b'mod raġonevoli li ma jdaħħlux oġġetti pprojbiti f'dawk il-partijiet kritiċi.

1.3.2.3.   Eżenzjonijiet u proċeduri ta' skrinjar speċjali għandhom ikunu wkoll soġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.

1.4.   EŻAMI TAL-VETTURI

1.4.1.   Vetturi li jidħlu fil-partijiet kritiċi

1.4.1.1.   Il-vetturi kollha għandhom jiġu eżaminati qabel ma jidħlu fil-partijiet kritiċi. Għandhom jiġu protetti minn interferenza mhux skont il-liġi minn wara l-eżami sa ma jidħlu fil-partijiet kritiċi.

1.4.1.2.   Ix-xufier u kull okkupant ieħor tal-vettura ma għandhomx ikunu fil-vettura meta jsir l-eżami. Huma jkunu meħtieġa joħorġu l-affarijiet personali tagħhom minn ġol-vettura għall-iskrinjar.

1.4.1.3.   Jeħtieġ li jkun hemm metodoloġiji definiti li jiżguraw li l-għażla taż-żoni li għandhom jiġu eżaminati tkun aleatorja.

1.4.1.4.   Il-vetturi li jidħlu fil-partijiet kritiċi għandhom ikunu wkoll soġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.

1.4.2.   Vetturi li jidħlu f'żoni ristretti ta' sigurtà għajr il-partijiet kritiċi

1.4.2.1.   Ix-xufier u kull okkupant ieħor tal-vettura ma għandhomx ikunu fil-vettura meta jsir l-eżami. Huma jkunu meħtieġa joħorġu l-affarijiet personali tagħhom minn ġol-vettura għall-iskrinjar.

1.4.2.2.   Għandu jkun hemm metodoloġiji definiti li jiżguraw li l-għażla kemm tal-vetturi kif ukoll taż-żoni li għandhom jiġu eżaminati tkun aleatorja.

1.4.2.3.   Il-vetturi li jidħlu fiż-żoni ristretti ta' sigurtà għajr il-partijiet kritiċi għandhom ikunu wkoll soġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.

1.4.3.   Metodi ta' eżaminar

1.4.3.1.   Tfittxija bl-idejn għandha tikkonsisti minn kontroll manwali bir-reqqa taż-żoni magħżula, inkluż il-kontenut tagħhom, sabiex jiġi żgurat b'mod raġonevoli li ma jkunx fihom oġġetti pprojbiti.

1.4.3.2.   Il-metodi li ġejjin jistgħu jintużaw biss bħala mezz supplimentari ta' eżaminar:

(a)

il-klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi; kif ukoll

(b)

it-tagħmir għall-individwazzjoni ta' traċċi ta' splussivi (ETD).

1.4.3.3.   Il-metodi tal-eżaminar għandhom ikunu wkoll soġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.

1.4.4.   Eżenzjonijiet u proċeduri ta' eżaminar speċjali

1.4.4.1.   L-awtorità xierqa tista', għal raġunijiet oġġettivi, tippermetti li vetturi jkunu eżentati mill-eżami, jew li jkunu soġġetti għal proċeduri ta' eżaminar speċjali, sakemm ikunu skortati minn persuna awtorizzata tiskorta skont il-punt 1.2.7.3.

1.4.4.2.   Eżenzjonijiet u proċeduri ta' eżaminar speċjali għandhom ikunu wkoll soġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.

1.5.   SORVELJANZA, GĦASSA U KONTROLLI FIŻIĊI OĦRA

1.5.1.   Għandha titwettaq sorveljanza jew għassa sabiex jiġu mmonitorjati:

(a)

il-konfini bejn in-naħa tal-art, in-naħa tal-ajru, iż-żoni ristretti ta' sigurtà, il-partijiet kritiċi u, fejn applikabbli, iż-żoni demarkati; kif ukoll

(b)

iż-żoni tat-terminals u ż-żoni li jkunu fil-qrib tagħhom li jkunu aċċessibbli għall-pubbliku, inklużi ż-żoni ta' parkeġġ u l-partijiet tat-toroq li jgħaddu minnhom il-vetturi; kif ukoll

(c)

il-validità tal-karti tal-identifkazzjoni tal-persuni f'żoni ristretti ta' sigurtà għajr f'dawk iż-żoni fejn ikun hemm il-passiġġieri u li l-karti tal-identifikazzjoni tagħhom ikunu jidhru; kif ukoll

(d)

il-validità tal-passes tal-vetturi u li l-passes ikunu jidhru meta l-vetturi jinsabu fin-naħa tal-ajru; kif ukoll

(e)

il-bagalji tal-istiva, il-merkanzija u l-posta, il-provvisti għal matul it-titjira, il-posta u l-materjali tat-trasportatur tal-ajru fil-partijiet kritiċi li jkunu qegħdin jistennew biex jitgħabbew.

1.5.2.   Il-frekwenza tat-twettiq tas-sorveljanza u l-għassa, u l-mezzi li permezz tagħhom jitwettaq dan, għandhom jiġu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskji u għandhom jiġu approvati mill-awtorità xierqa. Dawn għandhom iqisu:

(a)

id-daqs tal-ajruport, inklużi l-għadd u n-natura tal-operazzjonijiet; kif ukoll

(b)

it-taqsim tal-ajruport, b'mod partikolari l-interrelazzjoni bejn iż-żoni stabbiliti fl-ajruport; kif ukoll

(c)

il-possibbiltajiet u l-limitazzjonijiet tal-mezzi għat-twettiq tas-sorveljanza, u l-għassa.

Il-partijiet tal-valutazzjoni tar-riskji relatati mal-frekwenza u l-mezzi għat-twettiq tas-sorveljanza u l-għassa għandhom, meta mitluba, jiġu provduti bil-miktub għal finijiet ta' monitoraġġ tal-konformità.

1.5.3.   Is-sorveljanza u l-għassa ma għandhomx isegwu mudell prevedibbli. Il-validità tal-karti tal-identifikazzjoni għandhom jiġu ċċekkjati fuq bażi aleatorja.

1.5.4.   Għandu jkun hemm miżuri li jiskoraġġixxu kemm li persuni jiksru l-punti ta' kontroll tas-sigurtà kif ukoll, li f'każ li jseħħ it-tali ksur, jippermettu li l-ksur u r-riperkussjonijiet tiegħu jiġu solvuti u rrettifikati.

1.6.   OĠĠETTI PPROJBITI

1.6.1.   Persuni għajr il-passiġġieri ma għandux ikollhom il-permess li jġorru l-oġġetti elenkati fid-Dokument Mehmuż 1-A fiż-żoni ristretti ta' sigurtà.

1.6.2.   Tista' tingħata eżenzjoni mill-punt 1.6.1 bil-kundizzjoni li l-persuna tkun awtorizzata ġġorr l-oġġetti pprojbiti f'żoni ristretti ta' sigurtà sabiex twettaq ħidmiet li huma essenzjali għat-tħaddim tal-faċilitajiet tal-ajruport jew tal-inġenji tal-ajru, jew biex twettaq il-ħidmiet ta' waqt it-titjira.

1.6.3.   Sabiex jiġi permess it-taqbil tal-persuna awtorizzata li ġġorr oġġett wieħed jew aktar, kif elenkat fid-Dokument Mehmuż 1-A mal-oġġett li jkun qiegħed jinġarr:

(a)

il-persuna għandu jkollha awtorizzazzjoni u għandha ġġorrha magħha. L-awtorizzazzjoni għandha jew tiġi indikata fuq il-karta tal-identifikazzjoni li tagħti aċċess għaż-żoni ristretti ta' sigurtà jew inkella fuq dikjarazzjoni bil-miktub separata. L-awtorizzazzjoni għandha tindika l-oġġetti li jistgħu jinġarru, jew bħala kategorija jew inkella bħala oġġett speċifiku. Jekk l-awtorizzazzjoni tkun indikata fuq il-karta tal-identifikazzjoni, għandha tkun ta' tip li jista' jingħaraf fuq bażi ta' ħtieġa ta' għarfien; jew

(b)

għandu jkun hemm sistema stabbilita fil-punt ta' kontroll tas-sigurtà li tindika liema oġġetti jistgħu jinġarru minn liema persuni, jew bħala kategorija inkella bħala oġġett speċifiku.

1.6.4.   It-taqbil għandu jitwettaq qabel ma l-persuna tingħata l-permess iġġorr l-oġġetti kkonċernati fiż-żoni ristretti ta' sigurtà jew abbord inġenju tal-ajru, jew jekk tintalab tagħmel dan minn persuni li jwettqu sorveljanza jew għassa skont il-punt 1.5.1 (c).

1.6.5.   L-oġġetti elenkati fid-Dokument Mehmuż 1-A jistgħu jinħażnu f'żoni ristretti ta' sigurtà sakemm jinżammu f'kundizzjonijiet siguri. L-oġġetti elenkati fil-punti (c), (d) u (e) tad-Dokument Mehmuż 4-C jistgħu jinħażnu f'żoni ristretti ta' sigurtà sakemm ma jkunux aċċessibbli għall-passiġġieri.

ID-DOKUMENT MEHMUŻ 1-A

PERSUNI GĦAJR PASSIĠĠIERI

LISTA TA' OĠĠETTI PPROJBITI

(a)

armi tan-nar u kull apparat ieħor li jispara l-projettili — apparat li jista', jew li jidher li jista' jintuża sabiex jikkawża ġrieħi serji billi jispara projettili, inklużi:

armi tan-nar ta' kull tip, bħalma huma l-pistoli, ir-revolvers, l-azzarini, is-snieter,

armi tan-nar tal-logħob, kopji u imitazzjonijiet tal-armi tan-nar li dak li jkun jista' jaħsibhom armi ta' vera,

partijiet komponenti ta' armi tan-nar, esklużi l-miri teleskopiċi,

armi tal-arja u tas-CO2 kkumpressati, bħalma huma pistoli, armi li jisparaw il-pritkuni, azzarini u armi li jisparaw il-ball bearings,

pistoli tas-suffarelli tas-sinjali u pistoli tat-tlielaq,

qwies, “cross bows” u vleġeġ,

apparat li jispara l-ħarpuni jew il-froxxni,

wdab u żbandoli;

(b)

apparat li jistordi — apparat maħsub speċifikament biex jistordi jew jimmobilizza, inklużi:

apparat li jixxokkja, bħalma huma l-pistoli li jistordu, tasers u lembubi li jistordu,

apparat li jistordi l-annimali u li joqtol l-annimali,

kimiċi, gassijiet u sprejs li jrendu inkapaċi, bħalma huma l-mace, l-isprejs tal-bżar, l-isprejs tal-bżar aħdar, il-gass tad-dmugħ, sprejs tal-aċidu u sprejs li jgerrxu l-annimali;

(c)

splussivi u sustanzi u apparat inċendjarji/u — splussivi u sustanzi u apparat inċendjarji/u li jistgħu, jew jidhru li jistgħu, jintużaw biex jikkawżaw ġrieħi serji jew biex jheddu s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru, inklużi:

munizzjon,

mezzi detonaturi,

detonaturi u miċeċ,

tagħmir splussiv ta' imitazzjoni,

mini, granadi u oġġetti splussivi militari oħra,

logħob tan-nar u pirotekniki oħra,

bombi tad-duħħan u stoċċijiet li jiġġeneraw id-dħaħen,

dinamite, porvli u splussivi plastiċi.

(d)

kull oġġett ieħor li jista' jintuża biex jikkawża ġrieħi serji u li ġeneralment ma jintużax f'żoni ristretti ta' sigurtà, eż. tagħmir tal-arti marzjali, xwabel, eċċ.

2.   ŻONI DEMARKATI TAL-AJRUPORTI

L-ebda dispożizzjoni f'dan ir-Regolament.

3.   SIGURTÀ TAL-INĠENJI TAL-AJRU

3.0.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

3.0.1.   Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, trasportatur tal-ajru għandu jiżgura l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti f'dan il-kapitolu fir-rigward tal-inġenji tal-ajru tiegħu.

3.0.2.   Il-pajjiżi terzi fejn l-istandards tas-sigurtà applikati huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni fir-rigward tas-sigurtà tal-inġenji tal-ajru huma elenkati fid-Dokument Mehmuż 3-B.

3.0.3.   Inġenju tal-ajru jeħtieġ li ma jkunx soġġett għal kontroll ta' sigurtà ta' inġenju tal-ajru. Għandu jkun soġġett għal tfittxija ta' sigurtà tal-inġenju tal-ajru skont il-punt 3.1.

3.0.4.   Trasportatur tal-ajru għandu, meta mitlub, jiġi nnotifkat mill-operatur tal-ajruport dwar jekk l-inġenju tal-ajru tiegħu jkunx jinsab f'parti kritika jew le. Meta dan it-tagħrif ma jkunx ċar, wieħed għandu jassumi li l-inġenju tal-ajru jinsab f'parti li mhijiex kritika.

3.0.5.   Meta żona ma tibqax titqies bħala parti kritika minħabba bidla fl-istatus tas-sigurtà l-ajruport imbagħad għandu jgħarraf lil dawk it-trasportaturi tal-ajru milquta.

3.0.6.   Ir-referenzi għal pajjiżi terzi f'dan il-Kapitolu u fejn applikabbli fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015)8005 jinkludu pajjiżi u territorji oħra li fihom, f'konformità mal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikax it-Titolu VI tal-Parti Tlieta ta' dan it-Trattat.

3.1.   TFITTXIJA TAS-SIGURTÀ TA' INĠENJU TAL-AJRU

3.1.1.   Meta għandha titwettaq tfittxija ta' sigurtà ta' inġenju tal-ajru

3.1.1.1.   Inġenju tal-ajru dejjem għandu jiġi soġġett għal tfittxija tas-sigurtà ta' inġenju tal-ajru kull meta jkun hemm raġuni sabiex wieħed jemmen li persuni mhux awtorizzati setgħu kellhom aċċess għalih.

3.1.1.2.   Tfittxija tas-sigurtà ta' inġenju tal-ajru għandha tikkonsisti minn eżami taż-żoni tal-inġenju tal-ajru ddefiniti li huma stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015)8005.

3.1.1.3.   Inġenju tal-ajru li jasal f'parti kritika minn pajjiż terz li mhux elenkat fid-Dokument Mehmuż 3-B għandu jkun soġġett għal tfittxija tas-sigurtà ta' inġenju tal-ajru fi kwalunkwe ħin wara l-iżbarkar tal-passiġġieri miż-żona li trid tiġi mfittxija u/jew il-ħatt tal-istiva.

3.1.1.4.   Inġenju tal-ajru li jkun ġej minn Stat Membru fejn kien fi tranżitu wara li jkun wasal minn pajjiż terz li mhux elenkat fid-Dokument Mehmuż 3-B għandu jitqies bħala inġenju tal-ajru li jkun ġej minn pajjiż terz.

3.1.1.5.   Iż-żmien li matulu għandha titwettaq it-tfittxija tas-sigurtà ta' inġenju tal-ajru għandu jkun ukoll soġġett għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015)8005.

3.1.2.   Kif għandha titwettaq tfittxija ta' sigurtà ta' inġenju tal-ajru

Il-mod kif għandha titwettaq it-tfittxija tas-sigurtà ta' inġenju tal-ajru għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.

3.1.3.   Tagħrif dwar it-tfittxija tas-sigurtà ta' inġenju tal-ajru

It-tagħrif li ġej dwar it-tfittxija tas-sigurtà ta' inġenju tal-ajru ta' titjira li tkun se titlaq għandu jiġi rreġistrat u għandu jinżamm x'imkien mhux fuq l-inġejnu tal-ajru matul it-titjira jew għal 24 siegħa, skont liema minnhom ikun l-itwal.

(a)

in-numru tat-titjira; kif ukoll

(b)

l-oriġini tat-titjira preċedenti;

Meta t-tfittxija tas-sigurtà ta' inġenju tal-ajru tkun twettqet, it-tagħrif għandu jinkludi wkoll:

(c)

id-data u l-ħin meta tkun twettqet it-tfittxija tas-sigurtà tal-inġenju tal-ajru; kif ukoll

(d)

l-isem u l-firma tal-persuna responsabbli għat-twettiq tat-tfittxija tas-sigurtà tal-inġenju tal-ajru.

3.2.   PROTEZZJONI TAL-INĠENJI TAL-AJRU

3.2.1.   Protezzjoni tal-inġenji tal-ajru — Ġenerali

3.2.1.1.   Ikun fejn ikun ipparkjat fl-ajruport, inġenju tal-ajru għandu jkun protett minn aċċess mhux awtorizzat billi:

(a)

jkun żgurat li l-persuni li jfittxu li jiksbu aċċess mhux awtorizzat jiġu kkontrollati minnufih; jew

(b)

jkollu l-bibien esterni tiegħu magħluqa. Meta l-inġenju tal-ajru jkun f'parti kritika, il-bibien esterni li ma jkunux aċċessibbli minn persuna mill-art għandhom jitqiesu magħluqa jekk l-għajnuniet għall-aċċess ikunu tneħħew u tqiegħdu 'l bogħod biżżejjed mill-inġenju tal-ajru sabiex l-aċċess jiġi evitat b'mod raġonevoli minn persuna; jew

(c)

ikun hemm mezzi elettroniċi li immedjatament jindividwaw aċċess mhux awtorizzat. jew;

(d)

ikun hemm sistema b'karta tal-identifikazzjoni tal-ajruport li tagħti aċċess elettroniku għall-bibien kollha li jwasslu għall-pont tal-imbark tal-passiġġieri, maġenb bieb miftuħ tal-inġenju tal-ajru, li tagħti aċċess biss lill-persuni li huma mħarrġa f'konformità mal-punt 11.2.3.7. Dawn il-persuni għandhom jiżguraw li ma jkunx hemm aċċess mhux awtorizzat waqt li jkunu qed jużaw il-bieb.

3.2.1.2.   Il-punt 3.2.1.1 ma għandux japplika għal inġenju tal-ajru pparkjat f'ħangar li jkun imsakkar jew protett b'xi mod ieħor minn aċċess mhux awtorizzat.

3.2.2.   Protezzjoni addizzjonali ta' inġenju tal-ajru bil-bibien esterni magħluqa f'parti oħra għajr il-parti kritika

3.2.2.1.   Meta l-bibien esterni jingħalqu u l-inġenju tal-ajru jkun f'parti għajr il-parti kritika, kull bieb estern għandu wkoll:

(a)

ikollu l-għajnuniet għall-aċċess imneħħija; jew

(b)

ikun issiġillat; jew

(c)

ikun imsakkar; jew

(d)

jiġi mmonitorjat.

Il-punt (a) ma għandux japplika għal bieb li jkun aċċessibbli mill-art minn persuna.

3.2.2.2.   Meta jitneħħew l-għajnuniet għall-aċċess għall-bibien li ma jkunux aċċessibbli minn persuna mill-art, dawn għandhom jitqiegħdu 'l bogħod biżżejjed mill-inġenju tal-ajru sabiex l-aċċess jiġi evitat b'mod raġonevoli.

3.2.2.3.   Meta l-bibien esterni jkunu msakkra, il-persuni li jkollhom ħtieġa operazzjonali biss għandhom ikunu jistgħu jiftħu dawn il-bibien.

3.2.2.4.   Meta l-bibien esterni jiġu mmonitorjati, il-monitoraġġ għandu jiżgura li l-aċċess mhux awtorizzat għall-inġenju tal-ajru jiġi individwat immedjatament.

3.2.2.5.   Il-protezzjoni tal-inġenji tal-ajru bil-bibien esterni magħluqa f'parti għajr parti kritika għandha tkun soġġetta wkoll għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.

ID-DOKUMENT MEHMUŻ 3-A

TFITTXIJA TAS-SIGURTÀ TA' INĠENJU TAL-AJRU

Id-dispożizzjonijiet dettaljati għal tfittxija tas-sigurtà ta' inġenju tal-ajru huma stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.

ID-DOKUMENT MEHMUŻ 3-B

SIGURTÀ TAL-INĠENJI TAL-AJRU

PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI BARRANIN U TERRITORJI OĦRA LI FIHOM, F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 355 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA, MA JAPPLIKAX IT-TITOLU VI, IL-PARTI TLIETA TA' DAK IT-TRATTAT, RIKONOXXUTI BĦALA LI JAPPLIKAW STANDARDS TAS-SIGURTÀ EKWIVALENTI GĦALL-ISTANDARDS BAŻIĊI KOMUNI

Fir-rigward tas-sigurtà tal-inġenji tal-ajru, il-pajjiżi terzi li ġejjin, kif ukoll pajjiżi u territorji oħra li fihom, f'konformità tal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikax it-Titolu VI ta' dan it-Trattat, ġew rikonoxxuti bħala li japplikaw standards tas-sigurtà ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni:

 

L-Istati Uniti tal-Amerka

 

Il-Gżejjer Faeroe, fir-rigward tal-ajruport Vagar

 

Il-Greenland, fir-rigward tal-ajruport Kangerlussuaq

 

Il-Guernsey

 

Il-Jersey

 

L-Isle of Man

Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-awtoritajiet nazzjonali xierqa tal-Istati Membri jekk ikollha xi tagħrif li jindika li l-istandards tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew minn pajjiż jew territorju ieħor ikkonċernat li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livelli ġenerali tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni mhumiex iktar ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni tal-Unjoni.

L-awtoritajiet xierqa tal-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jiġu nnotifikati meta l-Kummissjoni jkollha tagħrif dwar azzjonijiet, inklużi miżuri ta' kumpens, li jikkonfermaw li l-ekwivalenza tal-istandards rilevanti tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew mill-pajjiż jew territorju ieħor ikkonċernat, hija stabbilita mill-ġdid.

4.   PASSIĠĠIERI U BAGALJI TAL-KABINA

4.0.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

4.0.1.   Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, l-awtorità, l-operatur tal-ajruport, it-trasportatur tal-ajru jew l-entità responsabbli skont il-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

4.0.2.   Il-pajjiżi terzi fejn l-istandards tas-sigurtà applikati huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni fir-rigward tas-sigurtà tal-passiġġieri u tal-bagalji tal-kabina huma elenkati fid-Dokument Mehmuż 4-B.

4.0.3.   Il-passiġġieri u l-bagalji tal-kabina tagħhom li jkunu ġejjin minn Stat Membru fejn l-inġenju tal-ajru kien fi tranżitu wara li jkun wasal minn pajjiż terz li ma jkunx elenkat fid-Dokument Mehmuż 4-B għandhom jitqiesu bħala passiġġieri u bagalji tal-kabina li ġejjin minn pajjiż terz, sakemm ma jkunx hemm konferma li dawn il-passiġġieri u l-bagalji tal-kabina tagħhom ġew skrinjati f'dak l-Istat Membru.

4.0.4.   Għall-finijiet ta' dan l-Anness:

(a)

“likwidi, aerosols u ġellijiet” (LAGs) għandhom jinkludu pejsts, lozjonijiet, taħlitiet likwidi/solidi u l-kontenut ta' reċipjenti taħt pressjoni, bħalma huma tutpejst, ġell tax-xagħar, xarbiet, sopop, xropp, fwieħa, ragħwa tal-leħja u oġġetti oħra b'konsistenzi simili.

(b)

“il-borża ta' sigurtà li tikxef kwalunkwe tbagħbis” (STEB) hija borża konformi mal-linji gwida ta' kontroll tas-sigurtà rrakkomandati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili.

(c)

“sistemi għall-individwazzjoni tal-isplussivi likwidi (LEDS)” huwa tagħmir li kapaċi jindividwa materjali ta' theddid li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-punt 12.7 tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.

4.0.5.   Ir-referenzi għal pajjiżi terzi f'dan il-Kapitolu u fejn applikabbli fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015)8005 jinkludu pajjiżi u territorji oħra li fihom, f'konformità mal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikax it-Titolu VI tal-Parti Tlieta ta' dan it-Trattat.

4.1.   SKRINJAR TAL-PASSIĠĠIERI U TAL-BAGALJI TAL-KABINA

4.1.1.   Skrinjar tal-passiġġieri

4.1.1.1.   Qabel l-iskrinjar, il-passiġġieri għandhom jinżgħu il-kowtijiet u l-ġkieket u dawn għandhom jiġu skrinjati bħall-bagalji tal-kabina. L-iskrinjatur jista' jitlob lill-passiġġier biex jinża' iktar ħwejjeġ kif xieraq.

4.1.1.2.   Għallinqas il-passiġġieri għandhom jiġu skrinjati b'wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a)

it-tfittxija bl-idejn;

(b)

tagħmir bokka għall-individwazzjoni tal-metall (WTMD);

(c)

il-klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi;

(d)

it-tagħmir għall-individwazzjoni tat-traċċi ta' splussivi (ETD);

(e)

skaners tas-sigurtà li ma jużawx radjazzjoni jonizzanta.

(f)

it-tagħmir tal-ETD flimkien mat-tagħmir li jinżamm fl-idejn għall-individwazzjoni tal-metall (HHMD).

Meta l-iskrinjatur ma jkunx jista' jindividwalizza jekk il-passiġġier hux iġorr oġġetti pprojbiti jew le, il-passiġġier ma għandux jingħata aċċess għal żoni ristretti ta' sigurtà jew għandu jerġa' jiġi skrinjat sa ma l-iskrinjatur ikun sodisfatt.

4.1.1.3.   Meta ssir tfittxija bl-idejn din għandha titwettaq b'mod li jiżgura b'mod raġonevoli li l-persuna ma tkunx qiegħda ġġorr oġġetti pprojbiti.

4.1.1.4.   Meta t-tagħmir jiskatta l-allarm tad-WTMD, il-kawża tal-allarm għandha tiġi riżolta.

4.1.1.5.   It-tagħmir li jinżamm fl-idejn għall-individwazzjoni tal-metall (HHMD) jista' jintuża biss bħala mezz supplimentari għall-iskrinjar. Ma għandux jissostitwixxi r-rekwiżiti ta' tfittxija bl-idejn.

4.1.1.6.   Meta annimal ħaj jitħalla jinġarr fil-kabina ta' inġenju tal-ajru, dan għandu jiġi skrinjat jew bħala passiġġier jew bħala bagalja tal-kabina.

4.1.1.7.   L-awtorità xierqa tista' toħloq kategoriji ta' passiġġieri li, għal raġunijiet oġġettivi, għandhom ikunu soġġetti għal proċeduri speċjali ta' skrinjar jew jistgħu jiġu eżentati mill-iskrinjar. Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa dwar il-kategoriji maħluqa.

4.1.1.8.   L-iskrinjar tal-passiġġieri għandu jkun ukoll soġġett għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.

4.1.1.9.   Il-klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi u t-tagħmir għall-ETD jistgħu jintużaw biss bħala mezzi supplimentari għall-iskrinjar.

4.1.1.10.   Meta għall-iskrinjar tal-passiġġieri jintuża skener tas-sigurtà b'eżaminatur uman, kif iddefinit skont il-punt 12.11.1 tat-tieni paragrafu, għandu jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

skeners tas-sigurtà ma għandhomx jaħżnu, jżommu, jikkupjaw, jistampaw jew jirkupraw immaġnijiet. Madankollu, kwalunkwe immaġni ġġenerat matul l-iskrinjar jista' jinżamm għaż-żmien meħtieġ mill-eżaminatur uman biex janalizzah u għandu jħassru hekk kif il-passiġġier ikun rilaxxat. Kwalunkwe aċċess u użu mhux awtorizzat tal-immaġni huwa pprojbit u għandu jkun evitat;

(b)

l-eżaminatur uman li janalizza l-immaġni għandu jkun f'post separat sabiex hu/hi ma jkunx/tkunx jista'/tista' tara lill-passiġġier skrinjat;

(c)

kwalunkwe tagħmir tekniku li għandu l-kapaċità li jaħżen, jikkopja jew jiffotografa jew jirrekordja immaġni mod ieħor ma għandux ikun permess fil-post separat fejn ikun qed jiġi analizzat l-immaġni;

(d)

l-immaġni ma għandhiex tkun marbuta ma' ebda dejta li tikkonċerna lill-persuna skrinjata u l-identità tiegħu/tagħha għandha tibqa' anonima;

(e)

passiġġier jista' jitlob li l-immaġni tiegħu/tagħha tkun analizzata minn persuna tas-sess tal-għażla tiegħu/tagħha;

(f)

l-immaġni għandha tkun imċajpra jew skurata biex tkun evitata l-identifikazzjoni tal-wiċċ tal-passiġġier.

Il-paragrafi (a) u (d) għandhom japplikaw ukoll għall-iskeners tas-sigurtà li għandhom individwazzjoni awtomatika ta' theddid.

Il-passiġġieri għandhom ikunu intitolati li ma jagħżlux l-iskener tas-sigurtà. F'dan il-każ, il-passiġġier għandu jkun skrinjat b'metodu ta' skrinjar alternattiv, inkluża għall-inqas tfittxija bl-idejn f'konformità mad-Dokument Mehmuż 4-A tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005. Meta jiskatta l-allarm tal-iskener tas-sigurtà, il-kawża tal-allarm għandha tiġi riżolta.

Qabel ma jkun skrinjat bi skener tas-sigurtà, il-passiġġier għandu jkun infurmat dwar it-teknoloġija użata, il-kundizzjonijiet assoċjati mal-użu tiegħu u l-possibbiltà li jagħzel li ma jiġix skrinjat bi skener tas-sigurtà.

4.1.1.11.   It-tagħmir għall-individwazzjoni ta' traċċi ta' splussivi (ETD) flimkien ma' tagħmir li jinżamm fl-idejn għall-individwazzjoni tal-metall (HHMD) jistgħu jintużaw biss f'każijiet meta l-persunal tal-iskrinjatur iqis li tfittxija bl-idejn ta' ċerta parti tal-persuna hija ineffiċjenti u/jew mhux mixtieqa.

4.1.2.   L-iskrinjar tal-bagalji tal-kabina

4.1.2.1.   Qabel l-iskrinjar, il-kompjuters li jinġarru u oġġetti kbar oħra li jaħdmu bl-elettriku għandhom jitneħħew mill-bagalji tal-kabina u għandhom jiġu skrinjati b'mod separat, sakemm il-bagalji tal-kabina ma jkunux se jiġu skrinjati b'tagħmir b'sistemi għall-individwazzjoni tal-isplussivi (EDS) li jkun jissodisfa l-istandard C2 jew standard ogħla minnu.

4.1.2.2.   L-entità xierqa fl-ajruporti kollha għandhom jiskrinjaw, mad-dħul fiż-żona ta' sigurtà ristretta (SRA), mill-inqas l-LAGs miksuba f'ajruport jew abbord inġenju tal-ajru li jkunu ssiġillati f'STEB li fiha tintwera prova sodisfaċenti li nxtraw fin-naħa tal-ajru f'dak l-ajruport jew abbord inġenju tal-ajru, kif ukoll LAGs li se jintużaw waqt il-vjaġġ għal raġunijiet mediċi inkella bħala rekwiżit speċjali tad-dieta, inkluż l-ikel tat-trabi.

Qabel l-iskrinjar, l-LAGs għandhom jitneħħew mill-bagalji tal-kabina u għandhom jiġu skrinjati b'mod separat minn oġġetti oħra tal-bagalji tal-kabina, sakemm it-tagħmir li jkun qiegħed jintuża għall-iskrinjar tal-bagalji tal-kabina ma jkunx jista' jiskrinja wkoll kontenituri magħluqin multipli tal-LAGs li jkun hemm fil-bagalji.

Meta l-LAGs ikunu tneħħew mill-bagalji tal-kabina, il-passiġġier għandu jippreżenta:

(a)

l-LAGs kollha f'kontenituri individwali b'kapaċità ta' mhux aktar minn 100 millilitru jew l-ekwivalenti f'borża waħda tal-plastik trasparenti li tista' tiġi ssiġillata mill-ġdid b'kapaċità li ma taqbiżx litru (1), fejn il-kontenut tal-borża tal-plastik ikun joqgħod tajjeb fil-borża u l-borża tkun magħluqa kompletament; kif ukoll

(b)

l-LAGs l-oħra kollha, inklużi STEBs li jinkludu LAGs.

L-awtoritajiet xierqa, il-linji tal-ajru u l-ajruporti għandhom jipprovdu informazzjoni xierqa lill-passiġġieri fir-rigward tal-iskrinjar tal-LAGs fl-ajruporti tagħhom.

4.1.2.3.   Għallinqas il-bagalji tal-kabina għandhom jiġu skrinjati b'wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a)

it-tfittxija bl-idejn;

(b)

it-tagħmir tar-raġġi X;

(c)

it-tagħmir b'sistemi għall-individwazzjoni tal-isplussivi (EDS);

(d)

il-klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi flimkien mal-punt (a);

(e)

it-tagħmir għall-ETD.

Meta l-iskrinjatur ma jkunx jista' jiddetermina jekk il-bagalji tal-kabina fihomx oġġetti pprojbiti jew le, dawn għandhom jew jiġu rrifjutati jew jerġgħu jiġu skrinjati sa ma l-iskrinjatur ikun sodisfatt.

4.1.2.4.   Tfittxija bl-idejn tal-bagalji tal-kabina għandha tikkonsisti minn kontroll manwali tal-bagalji, inkluż il-kontenut tagħhom, sabiex jiġi żgurat b'mod raġonevoli li ma jkunx fihom oġġetti pprojbiti.

4.1.2.5.   Meta jintuża tagħmir tar-raġġi X jew bl-EDS, kull immaġni għandha tiġi eżaminata mill-iskrinjatur jew tiġi analizzata minn auto clear software (ACS).

4.1.2.6.   Meta jintuża tagħmir tar-raġġi X jew bl-EDS, l-allarmi kollha għandhom jiġu riżolti sa ma l-iskrinjatur ikun sodisfatt sabiex jiġi żgurat b'mod raġonevoli li l-ebda oġġett ipprojbit ma jinġarr fis-SRA jew abbord l-inġenju tal-ajru.

4.1.2.7.   Meta jintuża tagħmir tar-raġġi X jew bl-EDS, kwalunkwe oġġett li minħabba d-densità tiegħu ma jħallix lill-iskrinjatur janalizza l-kontenut tal-bagalji tal-kabina għandu jinħareġ mill-bagalji. Il-bagalji għandhom jerġgħu jiġu skrinjati u l-oġġett għandu jiġi skrinjat b'mod separat bħala bagalja tal-kabina.

4.1.2.8.   Kwalunkwe bagalja li fiha jinsab oġġett kbir li jaħdem bl-elettriku għandha terġa' tiġi skrinjata mingħajr dak l-oġġett fiha u l-oġġett li jaħdem bl-elettriku għandu jiġi skrinjat b'mod separat, sakemm il-bagalja tal-kabina ma tkunx ġiet skrinjata bl-EDS li jkun jissodisfa l-istandard C2 jew standard ogħla minnu.

4.1.2.9.   Klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi u tagħmir għall-individwazzjoni ta' traċċi ta' splussivi (ETD) jistgħu jintużaw biss bħala mezzi supplimentari għall-iskrinjar.

4.1.2.10.   L-awtorità xierqa tista' toħloq kategoriji ta' bagalji tal-kabina li, għal raġunijiet oġġettivi, għandhom ikunu soġġetti għal proċeduri speċjali ta' skrinjar jew jistgħu jiġu eżentati mill-iskrinjar. Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa dwar il-kategoriji maħluqa.

4.1.2.11.   Persuni li jwettqu l-iskrinjar tal-bagalji tal-kabina b'tagħmir tar-raġġi X jew tagħmir bl-EDS ma għandhomx normalment iqattgħu iżjed minn 20 minuta kontinwi janalizzaw l-immaġinijiet. Wara kull wieħed minn dawn il-perjodi, l-iskrinjatur ma għandux jirrevedi immaġinijiet oħra għal mill-inqas 10 minuti. Din il-ħtieġa għandha tapplika biss meta jkun hemm fluss ta' immaġinijiet bla interruzzjoni li jridu jiġu analizzati.

Għandu jkun hemm superviżur responsabbli għall-iskrinjatur tal-bagalji tal-kabina sabiex ikun assigurat l-aħjar kompożizzjoni tat-tim, kwalità tax-xogħol, taħriġ, appoġġ u evalwazzjoni.

4.1.2.12.   L-iskrinjar tal-passiġġieri għandu jkun ukoll soġġett għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.

4.1.3.   Skrinjar tal-likwidi, l-aerosols u l-ġellijiet (LAGs)

4.1.3.1.   L-LAGs li jinġarru mill-passiġġieri jistgħu jiġu eżentati mill-iskrinjar b'tagħmir tal-LEDS hekk kif jiddaħħlu fl-SRA fil-każijiet li ġejjin:

(a)

jekk l-LAG ikun jinsab f'kontenituri individwali b'kapaċità ta' mhux aktar minn 100 millilitru jew l-ekwivalenti f'borża tal-plastik trasparenti li tista' tiġi ssiġillata mill-ġdid b'kapaċità li ma taqbiżx litru (1), fejn il-kontenut tal-borża tal-plastik ikun joqgħod tajjeb fil-borża u l-borża tkun magħluqa kompletament;

(b)

jekk l-LAG jiġi ssiġillat f'STEB apposta malli jinxtara fin-naħa tal-ajru ta' dak l-ajruport;

(c)

jekk l-LAG f'STEB joriġina minn ajruport ieħor tal-UE jew inġenju tal-ajru ta' trasportatur tal-UE u jiġi ssiġillat mill-ġdid f'STEB apposta qabel joħroġ miż-żona ristretta ta' sigurtà tal-ajruport;

(d)

jekk l-LAGs jiġi skrinjat f'dak l-ajruport b'tagħmir ta' LEDs fin-naħa tal-ajru u mbagħad jiġi ssiġillat f'STEB apposta.

L-eżenzjonijiet imsemmija taħt il-punti (c) u (d) għandhom jiskadu fil-31 ta' Diċembru 2015.

4.1.3.2.   L-STEBs apposta msemmija taħt il-punti (b) sa (d) tal-punt 4.1.3.1 għandhom:

(a)

ikunu identifikabbli b'mod ċar bħala STEB ta' dak l-ajruport; kif ukoll

(b)

juru fihom prova ta' akkwist jew siġillar mill-ġdid f'dak l-ajruport matul it-tliet sigħat ta' qabel; kif ukoll

(c)

jkunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.

4.1.3.3.   L-iskrinjar tal-LAGs għandu jkun ukoll soġġett għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.

4.2.   PROTEZZJONI TAL-PASSIĠĠIERI U TAL-BAGALJI TAL-KABINA

Il-protezzjoni tal-passiġġieri u tal-bagalji tal-kabina għandha tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.

4.3.   PASSIĠĠIERI POTENZJALMENT PROBLEMATIĊI

4.3.1.   Trasportatur tal-ajru għandu jiġi nnotifkat bil-miktub minn qabel mill-awtorità kompetenti dwar il-ħsieb li passiġġier potenzjalment problematiku se jittella' abbord l-inġenju tal-ajru tiegħu.

4.3.2.   In-notifika għandha tinkludi d-dettalji li ġejjin:

(a)

l-identità u s-sess tal-persuna; kif ukoll

(b)

ir-raġuni tal-vjaġġ; kif ukoll

(c)

l-isem u t-titolu tal-iskorta/i, jekk ikun(u) ipprovdut/i; kif ukoll

(d)

valutazzjoni tar-riskji mill-awtorità kompetenti, inklużi r-raġunijiet dwar jekk għandux ikun hemm skorta jew le; kif ukoll

(e)

arranġament minn qabel dwar il-postijiet, jekk meħtieġa; kif ukoll

(f)

n-natura tad-dokumenti tal-ivvjaġġar disponibbli.

It-trasportatur tal-ajru għandu jipprovdi lill-pilota kmandant b'dan it-tagħrif qabel ma l-passiġġieri jitilgħu abbord l-inġenju tal-ajru.

4.3.3.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-persuni taħt kustodja legali dejjem jiġu skortati.

4.4.   OĠĠETTI PPROJBITI

4.4.1.   Il-passiġġieri ma għandux ikollhom il-permess li jġorru l-oġġetti elenkati fid-Dokument Mehmuż 4-C fiż-żoni ristretti ta' sigurtà jew abbord inġenju tal-ajru.

4.4.2.   Tista' tingħata eżenzjoni għall-punt 4.4.1 bil-kundizzjoni li:

(a)

l-awtorità xierqa tkun tat kunsens li l-oġġett jista' jinġarr; kif ukoll

(b)

it-trasportatur tal-ajru ġie mgħarraf dwar il-passiġġier u l-oġġett li l-passiġġier qiegħed iġorr qabel ma l-passiġġieri jkunu telgħu abbord l-inġenju tal-ajru; kif ukoll

(c)

jkun hemm konformità mar-regoli tas-sikurezza applikabbli.

Dawn l-oġġetti għandhom imbagħad jitqiegħdu taħt kundizzjonijiet sikuri abbord l-inġenju tal-ajru.

4.4.3.   It-trasportatur tal-ajru għandu jiżgura li l-passiġġieri jiġu mgħarrfa dwar l-oġġetti pprojbiti elenkati fid-Dokument Mehmuż 4-C qabel ma jsir iċ-check in.

ID-DOKUMENT MEHMUŻ 4-A

IR-REKWIŻITI GĦAL TFITTXIJA BL-IDEJN

Id-dispożizzjonijiet dettaljati għal tfittxija bl-idejn huma stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.

ID-DOKUMENT MEHMUŻ 4-B

PASSIĠĠIERI U BAGALJI TAL-KABINA

PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI OĦRA LI FIHOM, F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 355 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA, MA JAPPLIKAX IT-TITOLU VI TAL-PARTI TLIETA TA' DAN IT-TRATTAT, RIKONOXXUTI BĦALA LI JAPPLIKAW STANDARDS TAS-SIGURTÀ EKWIVALENTI GĦALL-ISTANDARDS BAŻIĊI KOMUNI

Fir-rigward tal-passiġġieri u tal-bagalji tal-kabina, il-pajjiżi terzi li ġejjin, kif ukoll pajjiżi u territorji oħra li fihom, f'konformità tal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikax it-Titolu VI tal-Parti Tlieta ta' dan it-Trattat, ġew rikonoxxuti bħala li japplikaw standards tas-sigurtà ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni:

 

L-Istati Uniti tal-Amerka

 

Il-Gżejjer Faeroe, fir-rigward tal-ajruport Vagar

 

Il-Greenland, fir-rigward tal-ajruport Kangerlussuaq

 

Il-Guernsey

 

Il-Jersey

 

L-Isle of Man

Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-awtoritajiet nazzjonali xierqa tal-Istati Membri jekk ikollha xi tagħrif li jindika li l-istandards tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew minn pajjiż jew territorju ieħor ikkonċernat li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livelli ġenerali tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni mhumiex iktar ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni tal-Unjoni.

L-awtoritajiet xierqa tal-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jiġu nnotifikati meta l-Kummissjoni jkollha tagħrif dwar azzjonijiet, inklużi miżuri ta' kumpens, li jikkonfermaw li l-ekwivalenza tal-istandards rilevanti tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew mill-pajjiż jew territorju ieħor ikkonċernat, hija stabbilita mill-ġdid.

ID-DOKUMENT MEHMUŻ 4-C

PASSIĠĠIERI U BAGALJI TAL-KABINA

LISTA TA' OĠĠETTI PPROJBITI

Mingħajr preġudizzju għar-regoli tas-sikurezza applikabbli, il-passiġġieri ma għandhomx permess iġorru l-oġġetti li ġejjin fiż-żoni ristretti ta' sigurtà u abbord inġenju tal-ajru:

(a)    armi tan-nar u kwalunkwe apparat ieħor li jispara l-projettili — apparat li jista', jew li jidher li jista' jintuża sabiex jikkawża ġrieħi serji billi jispara projettili, inklużi:

armi tan-nar ta' kull tip, bħalma huma l-pistoli, ir-revolvers, l-azzarini, is-snieter,

armi tan-nar tal-logħob, kopji u imitazzjonijiet tal-armi tan-nar li dak li jkun jista' jaħsibhom armi ta' vera,

partijiet komponenti ta' armi tan-nar, esklużi l-miri teleskopiċi,

armi tal-arja u tas-CO2 kkumpressati, bħalma huma pistoli, armi li jisparaw il-pritkuni, azzarini u armi li jisparaw il-ball bearings,

pistoli tas-suffarelli tas-sinjali u pistoli tat-tlielaq,

qwies, “cross bows” u vleġeġ,

apparat li jispara l-ħarpuni jew il-froxxni,

wdab u żbandoli;

(b)    apparat li jistordi — apparat maħsub speċifikament biex jistordi jew jimmobilizza, inklużi:

apparat li jixxokkja, bħalma huma l-pistoli li jistordu, tasers u lembubi li jistordu,

apparat li jistordi l-annimali u li joqtol l-annimali,

kimiċi, gassijiet u sprejs li jrendu inkapaċi, bħalma huma l-mace, l-isprejs tal-bżar, l-isprejs tal-bżar aħdar, il-gass tad-dmugħ, sprejs tal-aċidu u sprejs li jgerrxu l-annimali;

(c)    oġġetti b'ponta taqta' jew xifer jaqta' — oġġetti b'ponta taqta' jew xifer jaqta' li jistgħu jintużaw sabiex jikkawżaw ġrieħi serji, inklużi:

oġġetti għat-tqattigħ, bħall-imnanar, mannaretti u skieken tal-biċċiera,

fisien u baqquni tas-silġ,

xfafar tal-leħja,

xfafar tal-kartun,

skieken bi xfafar ta' aktar minn 6 cm,

mqassijiet bi xfafar ta' aktar minn 6 cm mill-fulkru,

tagħmir tal-arti marzjali bil-ponta taqta' jew b'xifer jaqta',

xwabel;

(d)    għodod tal-ħaddiema — għodod li jistgħu jintużaw jew biex jikkawżaw ġrieħi serji jew inkella biex jheddu s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru, inklużi:

lievi,

drillers u trapani, inklużi d-drillers portabbli mingħajr wajer,

għodod bi xfafar jew xaftijiet ta' aktar minn 6 ċm li jistgħu jintużaw bħala armi, bħalma huma t-turnaviti u l-furmaturi,

srieraq, inklużi s-srieraq portabbli mingħajr wajer,

torċi tal-ħruq,

apparat li jispara l-boltijiet u l-imsiemer;

(e)    strumenti spuntati — oġġetti li jistgħu jintużaw biex jikkawżaw ġrieħi serji mad-daqqa, inklużi:

mazez tal-baseball u tas-softball,

mazez u lembubi, bħall-billy clubs, blackjacks u lembubi tal-għassa,

tagħmir tal-arti marzjali;

(f)    splussivi u sustanzi u apparat inċendjarji/u — splussivi u sustanzi u apparat inċendjarji/u li jistgħu, jew jidhru li jistgħu, jintużaw biex jikkawżaw ġrieħi serji jew biex jheddu s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru, inklużi:

munizzjon,

mezzi detonaturi,

detonaturi u miċeċ,

tagħmir splussiv ta' imitazzjoni,

mini, granadi u oġġetti splussivi militari oħra,

logħob tan-nar u pirotekniki oħra,

bombi tad-duħħan u stoċċijiet li jiġġeneraw id-dħaħen,

dinamite, porvli u splussivi plastiċi.

5.   BAGALJI TAL-ISTIVA

5.0.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

5.0.1.   Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, l-awtorità, l-operatur tal-ajruport, it-trasportatur tal-ajru jew l-entità responsabbli skont il-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

5.0.2.   Il-pajjiżi terzi fejn l-istandards tas-sigurtà applikati huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni fir-rigward tal-bagalji tal-istiva huma elenkati fid-Dokument Mehmuż 5-A.

5.0.3.   Il-bagalji tal-istiva li jkunu ġejjin minn Stat Membru fejn l-inġenju tal-ajru kien fi tranżitu wara li jkun wasal minn pajjiż terz li ma jkunx elenkat fid-Dokument Mehmuż 5-A għandhom jitqiesu bħala bagalji tal-istiva li ġejjin minn pajjiż terz, sakemm ma jkunx hemm konferma li dawn il-bagalji tal-istiva ġew skrinjati f'dak l-Istat Membru.

5.0.4.   Għall-finijiet ta' dan il-kapitolu, “bagalji sikuri” tfisser bagalji skrinjati għal ġol-istiva li huma protetti b'mod fiżiku sabiex jiġi evitat li jiddaħħal kwalunkwe oġġett fihom.

5.0.5.   Ir-referenzi għal pajjiżi terzi f'dan il-Kapitolu u fejn applikabbli fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015)8005 jinkludu pajjiżi u territorji oħra li fihom, f'konformità mal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikax it-Titolu VI tal-Parti Tlieta ta' dan it-Trattat.

5.1.   SKRINJAR TAL-BAGALJI TAL-ISTIVA

5.1.1.   Il-metodi li ġejjin, jew individwalment jew flimkien, għandhom jintużaw għall-iskrinjar tal-bagalji:

(a)

it-tfittxija bl-idejn; jew

(b)

it-tagħmir tar-raġġi X; jew

(c)

it-tagħmir b'sistemi għall-individwazzjoni tal-isplussivi (EDS); jew

(d)

it-tagħmir għall-individwazzjoni tat-traċċi ta' splussivi (ETD); jew

(e)

il-klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi.

Meta l-iskrinjatur ma jkunx jista' jiddetermina jekk il-bagalji tal-istiva fihomx oġġetti pprojbiti jew le, għandhom jew jiġu rrifjutati jew jerġgħu jiġu skrinjati sa ma l-iskrinjatur ikun sodisfatt.

5.1.2.   Tfittxija bl-idejn għandha tikkonsisti minn kontroll manwali bir-reqqa tal-bagalji, inkluż il-kontenut kollu tagħhom, sabiex jiġi żgurat b'mod raġonevoli li ma jkunx fihom oġġetti pprojbiti.

5.1.3.   Il-bagalji għandhom jiġu soġġetti għal metodu ieħor ta' skrinjar meta jintuża tagħmir tar-raġġi X jew bl-EDS, f'każ ta' kull oġġett ta' densità li ma tħallix lill-iskrinjatur janalizza l-kontenut tal-bagalji.

5.1.4.   L-iskrinjar b'tagħmir għall-individwazzjoni ta' traċċi ta' splussivi (ETD) għandu jikkonsisti mill-analiżi ta' kampjuni meħuda kemm minn ġol-bagalji kif ukoll mill-parti ta' barra tal-bagalji u mill-kontenut tagħhom. Il-kontenut jista' jiġi soġġett ukoll għal tfittxija bl-idejn.

5.1.5.   L-awtorità xierqa tista' toħloq kategoriji ta' bagalji tal-istiva li, għal raġunijiet oġġettivi, għandhom ikunu soġġetti għal proċeduri speċjali ta' skrinjar jew jistgħu jiġu eżentati mill-iskrinjar. Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa dwar il-kategoriji maħluqa.

5.1.6.   L-iskrinjar tal-bagalji tal-istiva għandu jkun ukoll soġġett għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.

5.1.7.   Il-persuni li jwettqu l-iskrinjar tal-bagalji tal-istiva permezz ta' tagħmir tar-raġġi X jew tagħmir bl-EDS ma għandhomx normalment iqattgħu iżjed minn 20 minuta kontinwament janalizzaw l-immaġinijiet. Wara kull wieħed minn dawn il-perjodi, l-iskrinjatur ma għandux jirrevedi immaġinijiet oħra għal mill-inqas 10 minuti. Din il-ħtieġa għandha tapplika biss meta jkun hemm fluss ta' immaġinijiet bla interruzzjoni li jridu jiġu analizzati.

Għandu jkun hemm superviżur responsabbli għall-iskrinjaturi tal-bagalji tal-istiva sabiex tkun assigurata l-aħjar kompożizzjoni tat-tim, il-kwalità tax-xogħol, it-taħriġ, l-appoġġ u l-evalwazzjoni.

5.2.   PROTEZZJONI TAL-BAGALJI TAL-ISTIVA

5.2.1.   Il-passiġġieri ma għandux ikollhom aċċess għal bagalji tal-istiva skrinjati, sakemm ma jkunux il-bagalji tagħhom stess u jkunu taħt sorveljanza sabiex ikun żgurat li:

(a)

l-ebda oġġett ipprojbit kif hemm elenkat fid-Dokument Mehmuż 5-B ma jiddaħħal fil-bagalji tal-istiva; jew

(b)

l-ebda oġġett ipprojbit kif hemm elenkat fid-Dokument Mehmuż 4-C ma jitneħħa mill-bagalji tal-istiva u jiddaħħal f'żoni ristretti ta' sigurtà jew abbord inġenju tal-ajru.

5.2.2.   Bagalji tal-istiva li ma jkunux ġew protetti minn interferenza mhux awtorizzata għandhom jerġgħu jiġu skrinjati mill-ġdid.

5.2.3.   Il-protezzjoni tal-bagalji tal-istiva għandu jkun ukoll soġġett għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.

5.3.   TAQBIL TAL-BAGALJI

5.3.1.   Identifikazzjoni tal-bagalji tal-istiva

5.3.1.1.   Trasportatur tal-ajru għandu, waqt il-proċess li tulu l-passiġġieri jkunu telgħin abbord, jiżgura li passiġġier jippreżenta karta tal-imbarkazzjoni valida jew l-ekwivalenti li tikkorrispondi mal-bagalji tal-istiva li sar iċ-check in tagħhom.

5.3.1.2.   Trasportatur tal-ajru għandu jiżgura li teżisti proċedura li tidentifika l-bagalji tal-istiva tal-passiġġieri li ma telgħux abbord jew li telqu mill-inġenju tal-ajru qabel it-tluq.

5.3.1.3.   Jekk il-passiġġier ma jkunx abbord l-inġenju tal-ajru, il-bagalji tal-istiva li jikkorrispondu mal-karta tal-imbarkazzjoni tiegħu jew l-ekwivalenti għandhom jitqiesu bħala mhux akkumpanjati.

5.3.1.4.   Trasportatur tal-ajru għandu jiżgura li kull oġġett li jinsab fil-bagalji tal-istiva mhux akkumpanjati jkun identifikabbli b'mod ċar bħala li huwa awtorizzat għat-trasport bl-ajru.

5.3.2.   Fatturi li l-passiġġieri ma għandhomx kontroll fuqhom

5.3.2.1.   Ir-raġuni għaliex il-bagalja tkun saret bagalja mhux akkumpanjata għandha tiġi rreġistrata qabel ma titgħabba fuq l-inġenju tal-ajru, sakemm ma jiġux applikati l-kontrolli tas-sigurtà msemmija fil-punt 5.3.3.

5.3.2.2.   Id-dispożizzjonijiet dettaljati addizzjonali dwar il-fatturi li l-passiġġieri ma għandhomx kontroll fuqhom huma stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.

5.3.3.   Kontrolli tas-sigurtà xierqa għall-bagalji tal-istiva mhux akkumpanjati

5.3.3.1.   Bagalji tal-istiva mhux akkumpanjati li mhumiex koperti bil-punt 5.3.2 għandhom jiġu skrinjati permezz ta' wieħed mill-metodi stipulati fil-punt 5.1.1 u, fejn applikabbli, bl-applikazzjoni tar-rekwiżiti addizzjonali stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.

5.3.3.2.   Bagalji tal-istiva li jsiru bagalji mhux akkumpanjati minħabba fatturi għajr dawk imsemmija fil-punt 5.3.2.2 għandhom jitneħħew mill-inġenju tal-ajru u jerġgħu jiġu skrinjati qabel ma jerġgħu jitgħabbew.

5.3.3.3.   Id-dispożizzjonijiet dettaljati addizzjonali għal kontrolli tas-sigurtà xierqa għall-bagalji tal-istiva mhux akkumpanjati huma stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.

5.4.   OĠĠETTI PPROJBITI

5.4.1.   Il-passiġġieri ma għandux ikollhom il-permess li jġorru l-oġġetti elenkati fid-Dokument Mehmuż 5-B fil-bagalji tal-istiva tagħhom.

5.4.2.   Tista' tingħata eżenzjoni għall-punt 5.4.1 bil-kundizzjoni li:

(a)

l-awtorità xierqa jkollha regoli nazzjonali li jippermettu l-ġarr tal-oġġett; kif ukoll

(b)

jkun hemm konformità mar-regoli tas-sikurezza applikabbli.

5.4.3.   Il-passiġġieri għandhom jiġu mgħarrfa dwar l-oġġetti pprojbiti elenkati fid-Dokument Mehmuż 5-B qabel ma jitlesta ċ-check in.

ID-DOKUMENT MEHMUŻ 5-A

BAGALJI TAL-ISTIVA

PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI OĦRA LI FIHOM, F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 355 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA, MA JAPPLIKAX IT-TITOLU VI TAL-PARTI TLIETA TA' DAN IT-TRATTAT, RIKONOXXUTI BĦALA LI JAPPLIKAW STANDARDS TAS-SIGURTÀ EKWIVALENTI GĦALL-ISTANDARDS BAŻIĊI KOMUNI

Fir-rigward tal-bagalji tal-istiva, il-pajjiżi terzi li ġejjin, kif ukoll pajjiżi u territorji oħra li fihom, f'konformità tal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikax it-Titolu VI tal-Parti Tlieta ta' dak it-Trattat, rikonoxxuti bħala li japplikaw standards tas-sigurtà ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni.

 

L-Istati Uniti tal-Amerka

 

Il-Gżejjer Faeroe, fir-rigward tal-ajruport Vagar

 

Il-Greenland, fir-rigward tal-ajruport Kangerlussuaq

 

Il-Guernsey

 

Il-Jersey

 

L-Isle of Man

Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-awtoritajiet nazzjonali xierqa tal-Istati Membri jekk ikollha xi tagħrif li jindika li l-istandards tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew minn pajjiż jew territorju ieħor ikkonċernat li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livelli ġenerali tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni mhumiex iktar ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni tal-Unjoni.

L-awtoritajiet xierqa tal-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jiġu nnotifikati meta l-Kummissjoni jkollha tagħrif dwar azzjonijiet, inklużi miżuri ta' kumpens, li jikkonfermaw li l-ekwivalenza tal-istandards rilevanti tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew mill-pajjiż jew territorju ieħor ikkonċernat, hija stabbilita mill-ġdid.

ID-DOKUMENT MEHMUŻ 5-B

BAGALJI TAL-ISTIVA

LISTA TA' OĠĠETTI PPROJBITI

Il-passiġġieri ma għandhomx il-permess iġorru l-oġġetti li ġejjin fil-bagalji tal-istiva tagħhom:

splussivi u sustanzi u apparat inċendjarji/u — splussivi u sustanzi u apparat inċendjarji/u li jistgħu jintużaw biex jikkawżaw ġrieħi serji jew biex jheddu s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru, inklużi:

munizzjon,

mezzi detonaturi,

detonaturi u miċeċ,

mini, granadi u oġġetti splussivi militari oħra,

logħob tan-nar u pirotekniki oħra,

bombi tad-duħħan u stoċċijiet li jiġġeneraw id-dħaħen,

dinamite, porvli u splussivi plastiċi.

6.   MERKANZIJA U POSTA

6.0.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

6.0.1.   L-awtorità, l-operatur tal-ajruport, it-trasportatur tal-ajru jew l-entità kif inhuma ddefinti f'dan il-Kapitolu għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

6.0.2.   Apparat splussiv u inċendjarju armat li ma jinġarrx skont ir-regoli tas-sikurezza applikabbli għandu jitqies bħala oġġetti pprojbiti f'kunsinni tal-merkanzija u tal-posta.

6.0.3.   Ir-referenzi għal pajjiżi terzi f'dan il-Kapitolu u fejn applikabbli fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015)8005 jinkludu pajjiżi u territorji oħra li fihom, f'konformità mal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikax it-Titolu VI tal-Parti Tlieta ta' dan it-Trattat.

6.1.   KONTROLLI TAS-SIGURTÀ — DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

6.1.1.   Il-merkanzija u l-posta kollha għandhom jiġu skrinjati minn aġent regolat qabel ma jitgħabbew fuq inġenju tal-ajru, sakemm:

(a)

il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa ma jkunux ġew applikati għall-kunsinna minn aġent regolat u l-kunsinna ma tkunx ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn meta ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà sa ma titgħabba; jew

(b)

il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa ma jkunux ġew applikati għall-kunsinna minn speditur magħruf u l-kunsinna ma tkunx ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn meta ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà sa ma titgħabba; jew

(c)

il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa ma jkunux ġew applikati għall-kunsinna minn speditur in konto, il-kunsinna ma tkunx ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn meta ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà sa ma titgħabba, u ma tinġarrx fuq inġenju tal-ajru tal-passiġġieri; jew

(d)

il-kunsinna ma tkunx eżentata mill-iskrinjar u ma tkunx ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn meta tkun saret merkanzija bl-ajru identifikabbli jew posta tal-ajru identifikabbli sa ma titgħabba.

6.1.2.   Kull meta jkun hemm raġuni sabiex wieħed jemmen li kunsinna li jkunu sarulha l-kontrolli tas-sigurtà ġiet imbgħabsa jew ma ġietx protetta minn interferenza mhux awtorizzata [b'seħħ mill-mument li fih ikunu saru dawk il-kontrolli], din għandha tiġi skrinjata minn aġent regolat qabel ma titgħabba fuq l-inġenju tal-ajru. Il-kunsinni li jidhru li tbagħbsu b'mod sinifikanti jew li huma taħt suspett għandhom ikunu ttrattati bħala merkanzija jew posta b'riskju għoli (High Risk Cargo — HRCM) skont il-punt 6.7.

6.1.3.   Persuna li jkollha aċċess mingħajr skorta għal merkanzija bl-ajru identifikabbli jew posta bl-ajru identifikabbli li għalihom ikunu ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà jeħtieġ li jkun sarilha jew kontroll tal-isfond jew kontroll ta' qabel l-impjieg, b'eżitu pożittiv skont il-punt 11.1.

6.2.   SKRINJAR

6.2.1.   L-iskrinjar

6.2.1.1.   Meta l-merkanzija jew il-posta tkun qiegħda tiġi skrinjata:

(a)

għandu jintuża l-mezz jew il-metodu li l-aktar li huwa probabbli li jindividwa oġġetti pprojbiti, fil-qies tan-natura tal-kunsinna; kif ukoll

(b)

il-mezz jew il-metodu użat għandu jkun ta' standard biżżejjed li jiżgura b'mod raġonevoli li l-ebda oġġett ipprojbit ma' jkun moħbi fil-kunsinna.

6.2.1.2.   Meta l-iskrinjatur ma jistax ikun żgur, b'mod raġonevoli, li ma hemm l-ebda oġġett ipprojbit fil-kunsinna, il-kunsinna għandha tiġi rrifjutata jew terġa' tiġi skrinjata mill-ġdid sakemm l-iskrinjatur ikun sodisfatt.

6.2.1.3.   L-iskrinjar tal-merkanzija u l-posta għandu jkun ukoll soġġett għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.

6.2.1.4.   Persuni li jiskrinjaw il-merkanzija b'tagħmir tar-raġġi X jew tagħmir bl-EDS m'għandhomx normalment iqattgħu iżjed minn 20 minuta ta' analiżi kontinwa ta' immaġinijiet. Wara kull wieħed minn dawn il-perjodi, l-iskrinjatur ma għandux jirrevedi immaġinijiet oħra għal mill-inqas 10 minuti. Din il-ħtieġa għandha tapplika biss meta jkun hemm fluss ta' immaġinijiet bla interruzzjoni li jridu jiġu analizzati.

6.2.1.5.   Għallinqas il-merkanzija u l-posta għandhom jiġu skrinjati b'wieħed mill-metodi li ġejjin skont id-Dokument Mehmuż 6-J:

(a)

it-tfittxija bl-idejn;

(b)

it-tagħmir tar-raġġi X;

(c)

it-tagħmir bl-EDS;

(d)

il-klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi (EDD);

(e)

it-tagħmir għall-ETD;

(f)

kontrolli viżwali;

(g)

tagħmir għall-individwazzjoni tal-metall (MDE).

Meta l-iskrinjatur ma jkunx jista' jindividwalizza jekk il-merkanzija jew il-posta fihiex oġġetti pprojbiti jew le, din għandha tiġi rifjutata jew għandha terġa' tiġi skrinjata sa ma l-iskrinjatur ikun sodisfatt.

6.2.1.6.   Jekk ikun hemm qbil mill-awtorità xierqa u nnotifikat lill-Kummissjoni, kontrolli oħra xierqa ta' sigurtà jistgħu jiġu applikati biss meta ma jkunx possibbli li jiġi applikat kwalunkwe mezz jew metodu ieħor speċifikat fil-punt 6.2.1.5 minħabba n-natura tal-kunsinna:

6.2.2.   Eżenzjonijiet mill-iskrinjar

Id-dispożizzjonijiet għall-eżenzjonijiet mill-iskrinjar huma stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.

6.3.   AĠENTI REGOLATI

6.3.1.   Approvazzjoni ta' aġenti regolati

6.3.1.1.   Aġenti regolati għandhom ikunu approvati mill-awtorità xierqa.

L-approvazzjoni bħala aġent regolat għandha tkun speċifika għas-sit.

Kwalunkwe entità li tapplika l-kontrolli tas-sigurtà kif inhuma msemmija fil-punt 6.3.2 għandha tkun approvata bħala aġent regolat. Dan jinkludi fornituri ta' servizzi ta' loġistika li jkunu partijiet terzi responsabbli għall-magazzinaġġ integrat u servizzi tat-trasport, trasportaturi tal-ajru u aġenti tal-immaniġġar.

Aġent regolat jista' jissottokuntratta wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

kwalunkwe kontroll tas-sigurtà msemmi fil-punt 6.3.2 ma' kwalunkwe aġent regolat ieħor;

(b)

kwalunkwe kontroll tas-sigurtà msemmi fil-punt 6.3.2 ma' entità oħra, meta l-kontrolli jitwettqu fil-post tal-aġent regolat stess jew f'ajruport, u jkunu koperti bil-programm tas-sigurtà tal-aġent regolat jew tal-ajruport;

(c)

kwalunkwe kontroll tas-sigurtà msemmi fil-punt 6.3.2 ma' entità oħra, meta l-kontrolli jitwettqu x'imkien ieħor li ma jkunx il-post tal-aġent regolat stess jew f'ajruport, u l-entità tkun ġiet iċċertifikata jew approvata u elenkata sabiex tforni dawn is-servizzi mill-awtorità xierqa;

(d)

il-protezzjoni u t-trasport ta' kunsinni għal għand trasportatur li jissodisfa r-rekwiżiti tal-punt 6.6.

6.3.1.2.   Għandha tapplika l-proċedura li ġejja dwar l-approvazzjoni ta' aġenti regolati:

(a)

L-applikant għandu jfittex li jikseb l-approvazzjoni mill-awtorità xierqa tal-Istat Membru li fih ikunu jinsabu l-postijiet inklużi fl-applikazzjoni.

L-applikant għandu jressaq programm ta' sigurtà quddiem l-awtorità xierqa konċernata. Il-programm għandu jiddeskrivi l-metodi u l-proċeduri li l-aġent għandu jsegwi sabiex ikun konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu. Il-programm għandu jiddeskrivi wkoll kif il-konformità ma' dawn il-metodi u l-proċeduri għandha tiġi mmonitorjata mill-aġent innifsu. Programm tas-sigurtà ta' trasportatur tal-ajru li jiddeskrivi l-metodi u l-proċeduri li t-trasportatur tal-ajru għandu jsegwi sabiex ikun konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu għandu jitqies li jissodisfa r-rekwiżit għal programm ta' sigurtà ta' aġent regolat.

L-applikant għandu jressaq ukoll id-“Dikjarazzjoni tal-impenji — aġent regolat” kif tinsab fid-Dokument Mehmuż 6-A. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun iffirmata mir-rappreżentant legali tal-applikant jew mill-persuna responsabbli għas-sigurtà.

Id-dikjarazzjoni ffirmata għandha tinżamm mill-awtorità xierqa konċernata;

(b)

l-awtorità xierqa jew validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE li jaġixxi f'isimha, għandhom jeżaminaw il-programm tas-sigurtà u mbagħad iwettqu verifika fuq il-post tas-siti speċifikati sabiex jiġi vvalutat jekk l-applikant huwiex konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti ta' implimentazzjoni tiegħu.

Għajr għar-rekwiżiti stipulati fil-punt 6.2, eżami tas-sit tal-applikant mill-awtorità doganali rilevanti f'konformità mal-Artikolu 14n tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (3) għandu jitqies bħala verifika fuq il-post jekk ikun sar mhux aktar kmieni minn 3 snin qabel id-data li fiha l-applikant ifittex approvazzjoni bħala aġent regolat. Iċ-ċertifikat AEO u l-valutazzjoni rilevanti tal-awtoritajiet doganali għandhom ikunu disponibbli mill-applikant għal aktar spezzjoni.

(c)

jekk l-awtorità xierqa tkun sodisfatta bit-tagħrif ipprovdut taħt il-punti (a) u (b), għandha tiżgura li d-dettalji meħtieġa tal-aġent jiddaħħlu fil-“Bażi tad-dejta dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista” sa mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol li jkun imiss. Meta t-tagħrif jiddaħħal fil-bażi tad-dejta l-awtorità xierqa għandha tagħti identifikatur alfanumeriku uniku skont il-format standard għal kull sit approvat.

Jekk l-awtorità xierqa ma tkunx sodisfatta bit-tagħrif ipprovdut taħt il-punti (a) u (b) ir-raġunijiet għandhom jiġu nnotifikati minnufih lill-entità li tkun qiegħda tfittex li tikseb l-approvazzjoni bħala aġent regolat.

(d)

aġent regolat ma għandux jitqies bħala approvat qabel ma d-dettalji tiegħu jiddaħħlu fil-“Bażi tad-dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista”.

6.3.1.3.   Aġent irregolat għandu jinnomina tal-anqas persuna waħda f'kull sit li għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm tas-sigurtà li jkun ġie sottomess. Jeħtieġ li din il-persuna jkun sarilha kontroll tal-preċedenti personali b'eżitu pożittiv skont il-punt 11.1.

6.3.1.4.   Aġent regolat għandu jerġa' jiġi vvalidat mill-ġdid f'intervalli regolari li ma jaqbżux il-ħames (5) snin. Dan għandu jinkludi verifika fuq il-post sabiex jiġi vvalutat jekk l-aġent regolat għadux konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u mal-atti tal-implimentazzjoni tiegħu.

Spezzjoni fuq il-post ta' aġent regolat mill-awtorità xierqa skont il-programm nazzjonali tiegħu tal-kontroll tal-kwalità tista' titqies bħala verifika fuq il-post, sakemm din tkun tkopri r-rekwiżiti kollha meħtieġa għall-approvazzjoni.

Għajr għar-rekwiżiti stipulati fil-punt 6.2, eżami tas-sit tal-aġent regolat mill-awtorità doganali rilevanti f'konformità mal-Artikolu 14n tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 għandu jitqies bħala verifika fuq il-post.

6.3.1.5.   Jekk l-awtorità xierqa ma tibqax sodisfatta fir-rigward tal-konformità tal-aġent regolat mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u mal-atti tal-implimentazzjoni tiegħu, għandha tirtira l-istatus ta' aġent regolat għas-sit(i) speċifiku/ċi.

Jekk l-entità ma tkunx għadha d-detentriċi taċ-ċertifikat AEO imsemmi fil-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 14a(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jew jekk dan iċ-ċertifikat AEO jiġi sospiż minħabba nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 14k ta' dak ir-Regolament, l-awtorità xierqa għandha tieħu azzjoni xierqa biex tissodisfa ruħha li l-aġent regolat huwa konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008.

L-entità għandha tinforma lill-awtorità xierqa bi kwalunkwe bidla relatata maċ-ċertifikat AEO tagħha msemmi fil-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 14a(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Immedjatament wara l-irtirar u, f'kull każ, fi żmien 24 siegħa, l-awtorità xierqa għandha tiżgura li l-bidla fl-istatus tal-aġent regolat preċedenti hija indikata fil-“Bażi tad-dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista”.

6.3.1.6.   Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kull Stat Membru li japplika miżuri aktar stretti skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, aġent regolat approvat skont il-punt 6.3 ta' dan l-Anness għandu jkun rikonoxxut fl-Istati Membri kollha.

6.3.1.7.   Ir-rekwiżiti tal-punt 6.3.1, għajr il-punt 6.3.1.2(d), ma għandhomx japplikaw meta l-awtorità xierqa stess tkun se tiġi approvata bħala aġent regolat.

6.3.1.8.   L-awtorità xierqa għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità doganali kull tagħrif relatat mal-istatus ta' aġent regolat li jista' jkun rilevanti fir-rigward tal-kisba ta' ċertifikat AEO kif imsemmi fil-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 14a(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Dan għandu jinkludi t-tagħrif relatat mal-approvazzjonijiet il-ġodda tal-istatus ta' aġent regolat, mal-irtirar tal-istatus ta' aġent regolat, mal-validazzjoni mill-ġdid u l-ispezzjonijiet, mal-iskedi ta' verifika u mar-riżultati ta' dawn il-valutazzjonijiet.

Għandhom jiġu stabbiliti modalitajiet għal dan l-iskambju ta' tagħrif bejn l-awtorità xierqa u l-awtoritajiet doganali nazzjonali.

6.3.2.   Kontrolli tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati minn aġent regolat

6.3.2.1.   Meta jaċċetta kwalunkwe kunsinna, aġent regolat għandu jistabbilixxi jekk l-entità li mingħandha jkun irċieva l-kunsinna hijiex aġent regolat, speditur magħruf, speditur in konto jew l-ebda wieħed minn dawn.

6.3.2.2.   Il-persuna li twassal il-kunsinni għand l-aġent regolat jew it-trasportatur tal-ajru għandha tippreżenta karta tal-identità, passaport, liċenzja tas-sewqan jew dokument ieħor, li jkun jinkludi ritratt tiegħu jew tagħha u li jkun inħareġ jew li huwa rikonoxxut mill-awtorità nazzjonali. Il-karta jew id-dokument għandhom jintużaw biex tkun stabbilita l-identità tal-persuna li twassal il-kunsinni.

6.3.2.3.   Għall-kunsinni li għalihom ma jkunux ġew applikati minn qabel il-kontrolli tas-sigurtà kollha meħtieġa, l-aġent regolat għandu jiżgura li dawn jiġu:

(a)

skrinjati f'konformità mal-punt 6.2; jew

(b)

aċċettati għall-ħżin taħt ir-repsonsabbiltà esklussiva tal-aġent regolat, ma jkunux jistgħu jiġu identifikati bħala kunsinni li jridu jiġu ttrasportati fuq inġenju tal-ajru qabel jiġu magħżula u li jintgħażlu b'mod awtonomu mingħajr l-ebda intervent tal-ispeditur jew ta' kwalunkwe persuna jew entità oħra għajr dawk innominati u mħarrġa mill-aġent regolat għal dak il-għan.

Il-punt (b) jista' jiġi applikat biss jekk ma jistax jitbassar mill-ispeditur li l-kunsinna se tiġi ttrasportata bl-ajru.

6.3.2.4.   Wara li jkunu ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà msemmija fil-punti 6.3.2.1 sa 6.3.2.3 ta' dan ir-Regolament u l-punt 6.3 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005 jkunu ġew applikati, l-aġent regolat għandu jiżgura li:

(a)

L-aċċess mingħajr skorta għal dawn il-kunsinni jkun limitat għal persuni awtorizzati; kif ukoll

(b)

dawn il-kunsinni jkunu protetti minn interferenza mhux awtorizzata sakemm jgħaddu f'idejn aġent regolat jew trasportatur tal-ajru ieħor. Il-kunsinni tal-merkanzija u tal-posta li jkunu f'parti kritika ta' żona ta' sigurtà ristretta għandhom jitqiesu bħala protetti minn interferenza mhux awtorizzata. Il-kunsinni tal-merkanzija u tal-posta li jkunu f'partijiet għajr parti kritika ta' żona ristretta ta' sigurtà għandhom jinsabu fil-partijiet fejn l-aċċess huwa kkontrollat tal-bini tal-aġent regolat jew, kulmeta jinsabu barra minn dawk il-partijiet, għandhom

ikunu protetti fiżikament sabiex jiġi evitat li jiddaħħlu xi oġġetti fihom; jew

ma jitħallewx waħedhom u l-aċċess għalihom ikun limitat għal persuni involuti fil-protezzjoni u l-ġestjoni tal-kunsinni tal-merkanzija.

6.3.2.5.   Wara li jkunu ġew applikati l-kontrolli kollha tas-sigurtà msemmija fil-punti 6.3.2.1 sa 6.3.2.4 ta' dan ir-Regolament, l-aġent regolat għandu jiżgura li kwalunkwe kunsinna ppreżentata lil trasportatur tal-ajru jew lil aġent regolat ieħor ikollha mehmuża magħha d-dokumentazzjoni xierqa, jew fil-forma ta' polza tal-vjaġġ bl-ajru jew f'dikjarazzjoni separata u jew f'forma elettronika jew bil-miktub.

6.3.2.6.   Id-dokumentazzjoni msemmija fil-punt 6.3.2.5 għandha tkun disponibbli għal spezzjoni mill-awtorità xierqa fi kwalunkwe ħin qabel ma l-kunsinna titgħabba fuq l-inġenju tal-ajru u wara, għal kemm iddum it-titjira jew għal 24 siegħa, skont liema minnhom tkun l-itwal, u għandha tipprovdi t-tagħrif li ġej:

(a)

l-identifikatur alfanumeriku uniku tal-aġent regolat kif ikun wasal mingħand l-awtorità xierqa;

(b)

identifikatur uniku tal-kunsinna, bħalma huwa n-numru tal-polza tal-vjaġġ bl-ajru (house jew master);

(c)

il-kontenut tal-kunsinna, ħlief għall-kunsinni elenkati fil-punti 6.2.1(d) u (e) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005;

(d)

l-istatus tas-sigurtà tal-kunsinna, li jindika:

“SPX”, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija u tal-posta, jew

“SCO”, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-merkanzija u tal-posta biss, jew

“SHR”, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija u tal-posta kollha skont rekwiżiti ta' riskju għoli;

(e)

ir-raġuni li għaliha nħareġ l-istatus tas-sigurtà, li jindika:

“KC”, jiġifieri wasal mingħand speditur magħruf, jew

“AC”, jiġifieri wasal mingħand speditur in konto, jew

“RA”, jiġifieri magħżul minn aġent regolat, jew

il-mezz jew il-metodu li ntuża għall-iskrinjar; jew

ir-raġunijiet għaliex il-kunsinna ġiet eżentata mill-iskrinjar.

(f)

isem il-persuna li ħarġet l-istatus tas-sigurtà, jew identifikazzjoni ekwivalenti, u d-data u l-ħin ta' meta nħarġet;

(g)

l-identifikatur uniku li jkun wasal mingħand l-awtorità xierqa, ta' kwalunkwe aġent regolat li jkun aċċetta l-istatus tas-sigurtà mogħti lil kunsinna mingħand aġent regolat ieħor.

Aġent regolat li joffri l-kunsinni lil aġent regolat jew trasportatur tal-ajru ieħor jista' jiddeċiedi wkoll li jittrażmetti biss l-informazzjoni meħtieġa taħt il-punti (a) sa (e) u (g) u li jżomm l-informazzjoni meħtieġa taħt il-punt (f) għal kemm iddum it-titjira (titjiriet) jew għal 24 siegħa, skont liema minnhom ikun l-itwal.

6.3.2.7.   Fil-każ tal-konsolidazzjonijiet, se jitqies li r-rekwiżiti fil-punti 6.3.2.5 u 6.3.2.6 jkunu ntlaħqu jekk:

(a)

l-aġent regolat li jagħmel il-konsolidazzjoni jżomm l-informazzjoni meħtieġa fil-punti 6.3.2.6(a) sa (g) għal kull kunsinna individwali għal kemm iddum it-titjira (titjiriet) jew għal 24 siegħa, skont liema minnhom tkun l-itwal; kif ukoll

(b)

id-dokumentazzjoni li takkumpanja l-konsolidazzjoni tinkludi l-identifikatur alfanumeriku tal-aġent regolat li jkun wettaq il-konsolidazzjoni, identifikatur uniku tal-konsolidazzjoni u l-istatus ta' sigurtà tiegħu.

Il-punt (a) ma għandux ikun meħtieġ għal konsolidazzjonijiet li jkunu dejjem soġġetti għal skrinjar jew li jkunu eżentati mill-iskrinjar skont il-punti 6.2.1(d) u (e) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005 jekk l-aġent regolat jagħti lill-konsolidazzjoni identifikatur uniku u jindika l-istatus ta' sigurtà u raġuni waħda għaliex dan l-istatus ta' sigurtà nħareġ.

6.3.2.8.   Meta jaċċetta kunsinni li għalihom ma jkunux ġew applikati minn qabel il-kontrolli tas-sigurtà kollha meħtieġa, l-aġent regolat jista' jagħżel li ma japplikax il-kontrolli tas-sigurtà kif imsemmija fil-punt 6.3.2, iżda li jgħaddi l-kunsinni lil aġent regolat ieħor sabiex jiżgura l-applikazzjoni ta' dawn il-kontrolli tas-sigurtà.

6.3.2.9.   Aġent regolat għandu jiżgura illi l-membri kollha tal-persunal li jimplimenta l-kontrolli tas-sigurtà jiġu rreklutati u mħarrġa skont ir-rekwiżiti tal-Kapitolu 11 u li l-membri kollha tal-persunal li jkollhom aċċess għal merkanzija bl-ajru identifikabbli jew posta bl-ajru identifikabbli li jkunu diġà sarulhom il-kontrolli tas-sigurtà jkunu ġew irreklutati u soġġetti għal taħriġ ta' għarfien dwar is-sigurtà skont ir-rekwiżiti tal-Kapitolu 11.

Il-kontrolli tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati minn aġent regolat għandhom ikunu soġġetti wkoll għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.

6.4.   SPEDITURI MAGĦRUFA

6.4.1.   Approvazzjoni ta' spedituri magħrufa

6.4.1.1.   Spedituri magħrufa għandhom ikunu approvati mill-awtorità xierqa.

L-approvazzjoni bħala speditur magħruf għandha tkun speċifika għas-sit.

6.4.1.2.   Għandha tapplika l-proċedura li ġejja dwar l-approvazzjoni ta' spedituri magħrufa:

(a)

L-applikant għandu jfittex li jikseb l-approvazzjoni mill-awtorità xierqa tal-Istat Membru li fih jinsab is-sit tiegħu.

L-applikant għandu jingħata “Gwida għall-ispedituri magħrufa” li tinsab fid-Dokument Mehmuż 6-B u l-“Lista ta' kontroll tal-validazzjoni għall-ispedituri magħrufa” li tinsab fid-Dokument Mehmuż 6-C;

(b)

L-awtorità xierqa, jew validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE li jaġixxi f'isimha, għandhom iwettqu verifika fuq il-post tas-siti speċifikati sabiex jiġi vvalutat jekk l-applikant huwiex konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu.

Sabiex jiġi vvalutat jekk l-applikant huwiex konformi jew le ma' dawn ir-rekwiżiti, l-awtorità xierqa, jew validatur tas-sigurtà tal-UE li jaġixxi f'isimha, għandhom jużaw il-“Lista ta' kontroll tal-validazzjoni għall-ispedituri magħrufa” kif tinsab fid-Dokument Mehmuż 6-C. Din il-lista ta' kontroll tinkludi dikjarazzjoni tal-impenji li għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentant legali tal-applikant jew mill-persuna responsabbli għas-sigurtà tas-sit.

Ladarba timtela l-lista ta' kontroll tal-validazzjoni, it-tagħrif li jkun hemm fil-lista ta' kontroll għandu jiġi ttrattat bħala tagħrif ikklassifikat.

Id-dikjarazzjoni ffirmata għandha tinżamm mill-awtorità xierqa konċernata jew tinżamm mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u meta tintalab tkun disponibbli għall-awtorità xierqa konċernata;

(c)

eżami tas-sit tal-applikant mill-awtorità doganali rilevanti f'konformità mal-Artikolu 14n tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 għandu jitqies bħala verifika fuq il-post jekk isir mhux aktar kmieni minn 3 snin qabel id-data li fiha l-applikant ifittex approvazzjoni bħala speditur magħruf. F'dawk il-każijiet, l-applikant għandu jimla t-tagħrif meħtieġ fl-Ewwel Parti tal-“Lista ta' kontroll tal-validazzjoni għall-ispedituri magħrufa” li tinsab fid-Dokument Mehmuż 6-C u jibgħatha lill-awtorità xierqa flimkien mad-dikjarazzjoni tal-impenji li għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentant legali tal-applikant jew mill-persuna responsabbli għas-sigurtà tas-sit.

Iċ-ċertifikat AEO u l-valutazzjoni rilevanti tal-awtoritajiet doganali għandhom ikunu disponibbli mill-applikant għal aktar spezzjoni.

Id-dikjarazzjoni ffirmata għandha tinżamm mill-awtorità xierqa konċernata jew tinżamm mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u meta tintalab tkun disponibbli għall-awtorità xierqa konċernata;

(d)

jekk l-awtorità xierqa tkun sodisfatta bit-tagħrif ipprovdut taħt il-punti (a) u (b) jew (a) u (c), kif applikabbli, għandha tiżgura li d-dettalji meħtieġa tal-ispeditur jiddaħħlu fil-“Bażi tad-dejta dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista” sa mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol li jkun imiss. Meta t-tagħrif jiddaħħal fil-bażi tad-dejta l-awtorità xierqa għandha tagħti identifikatur alfanumeriku uniku skont il-format standard għal kull sit approvat.

Jekk l-awtorità xierqa ma tkunx sodisfatta bit-tagħrif ipprovdut bħala parti mill-punti (a) u (b) jew (a) u (c), kif applikabbli, ir-raġunijiet għandhom jiġu mgħarrfa minnufih lill-entità li tkun qiegħda tfittex li tikseb l-approvazzjoni bħala speditur magħruf;

(e)

speditur magħruf ma għandux jitqies bħala approvat qabel ma d-dettalji tiegħu jiddaħħlu fil-“Bażi tad-dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista”.

6.4.1.3.   Speditur magħruf għandu jinnomina tal-anqas persuna waħda f'kull sit li għandha tkun responsabbli għall-applikazzjoni u s-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà f'dak il-post. Jeħtieġ li din il-persuna jkun sarilha kontroll tal-preċedenti personali b'eżitu pożittiv skont il-punt 11.1.

6.4.1.4.   Speditur magħruf għandu jerġa' jiġi vvalidat mill-ġdid f'intervalli regolari li ma jaqbżux il-ħames (5) snin. Dan għandu jinkludi verifika fuq il-post sabiex jiġi vvalutat jekk l-ispeditur magħruf għadux konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu.

Spezzjoni mill-awtorità xierqa fil-bini ta' speditur magħruf skont il-programm nazzjonali tiegħu tal-kontroll tal-kwalità tista' titqies bħala verifika fuq il-post, sakemm din tkun tkopri l-oqsma kollha speċifikati fil-lista ta' kontroll tad-Dokument Mehmuż 6-C.

Eżami tas-sit tal-ispeditur magħruf mill-awtorità doganali rilevanti f'konformità mal-Artikolu 14n tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu jitqies bħala verifika fuq il-post.

6.4.1.5.   Jekk l-awtorità xierqa ma tibqax sodisfatta fir-rigward tal-konformità tal-ispeditur magħruf mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu, għandha tirtira l-istat ta' speditur magħruf għas-sit(i) speċifiku/ċi.

Jekk l-entità ma jkunx għada d-detentur taċ-ċertifikat AEO msemmi fil-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 14a(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jew jekk dan iċ-ċertifikat jiġi sospiż minħabba nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 14k ta' dak ir-Regolament, l-awtorità xierqa għandha tieħu azzjoni xierqa biex tissodisfa ruħha li l-ispeditur magħruf jikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008.

L-entità għandha tinforma lill-awtorità xierqa bi kwalunkwe bidla relatata maċ-ċertifikat AEO tagħha msemmi fil-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 14a(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Immedjatament wara l-irtirar, u, f'kull każ, fi żmien 24 siegħa, l-awtorità xierqa għandha tiżgura li l-bidla fl-istatus tal-ispeditur magħruf preċedenti hija indikata fil-“Bażi tad-dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista”.

6.4.1.6.   Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kull Stat Membru li japplika miżuri aktar stretti skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, speditur magħruf approvat skont il-punt 6.4 għandu jkun rikonoxxut fl-Istati Membri kollha.

Spedituri magħrufa approvati skont il-punt 6.4.1.2 (d) ta' dan l-Anness għandhom ikunu soġġetti wkoll għad-dispożizzjoni l-oħra stipulati fil-punt 6.4 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.

6.4.1.7.   L-awtorità xierqa għandha tpoġġi għad-dispożizzjoni tal-awtorità doganali, kull tagħrif relatat mal-istatus ta' speditur magħruf li jista' jkun rilevanti fir-rigward tal-kisba ta' ċertifikat AEO kif imsemmi fil-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 14a(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Dan jinkludi t-tagħrif relatat mal-approvazzjonijiet il-ġodda tal-ispedituri magħrufa, mal-irtirar tal-istatus ta' speditur magħruf, mal-validazzjoni mill-ġdid u l-ispezzjonijiet, mal-iskedi ta' verifika u mar-riżultati ta' dawn il-valutazzjonijiet.

Għandhom jiġu stabbiliti modalitajiet għal dan l-iskambju ta' tagħrif bejn l-awtorità xierqa u l-awtoritajiet doganali nazzjonali.

6.4.2.   Kontrolli tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati minn speditur magħruf

6.4.2.1.   Speditur magħruf għandu jiżgura li:

(a)

jkun hemm livell ta' sigurtà fis-sit jew fil-bini li jkun suffiċjenti sabiex il-merkanzija bl-ajru identifikabbli u l-posta bl-ajru identifikabbli jkunu protetti minn interferenza mhux awtorizzata; kif ukoll

(b)

il-membri kollha tal-persunal li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà jiġu rreklutati u mħarrġa skont ir-rekwiżiti tal-Kapitolu 11 u l-membri kollha tal-persunal li jkollhom aċċess għal merkanzija bl-ajru identifikabbli jew posta bl-ajru identifikabbli li jkunu diġà sarulhom il-kontrolli tas-sigurtà jkunu ġew irreklutati u soġġetti għal taħriġ ta' għarfien dwar is-sigurtà skont ir-rekwiżiti tal-Kapitolu 11; kif ukoll

(c)

matul il-produzzjoni, l-ippakkjar, il-ħżin, il-bgħit u/jew it-trasport, skont kif ikun xieraq, merkanzija bl-ajru identifikabbli u posta bl-ajru identifikabbli jkunu protetti minn interferenza mhux awtorizzata jew minn tbagħbis;

Meta, għal kwalunkwe raġuni, dawn il-kontrolli tas-sigurtà ma jkunux ġew applikati għall-kunsinna, jew meta l-kunsinna ma tkunx oriġinat mingħand l-ispeditur magħruf għall-kont tiegħu stess, l-ispeditur magħruf għandu jindika dan b'mod ċar lill-aġent regolat sabiex ikun jista' jiġi applikat il-punt 6.3.2.3.

6.4.2.2.   L-ispeditur magħruf għandu jaċċetta li l-kunsinni li ma jkunux sarulhom il-kontrolli tas-sigurtà xierqa jiġu skrinjati skont il-punt 6.2.1.

6.5.   SPEDITURI IN KONTO

6.5.1.   L-ispeditur in konto għandhom jiġu nnominati minn aġent regolat.

6.5.2.   Il-proċedura li ġejja għandha tapplika sabiex speditur jiġi nnominat bħala speditur in konto:

(a)

L-aġent regolat għandu jipprovdi lill-entità bl-“Istruzzjonijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni għall-ispeditur in konto” u d-“Dikjarazzjoni tal-impenji — speditur in konto” kif jinsabu fid-Dokument Mehmuż 6-D. Dawn l-istruzzjonijiet u d-dikjarazzjoni għandhom jiġu pprovduti lill-aġent regolat mill-awtorità xierqa tal-Istat Membru li fih jinsab is-sit tiegħu;

(b)

l-entità għandha tissottometti “Dikjarazzjoni tal-impenji — speditur in konto” kif hemm fid-Dokument Mehmuż 6-D lill-aġent regolat, sakemm l-entità ma tkunx id-detentur ta' ċertifikat tal-AEO kif imsemmi fil-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 14a(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93.

L-entità għandha tinnomina wkoll tal-anqas persuna waħda responsabbli għas-sigurtà fil-bini tagħha u għandha tgħarraf lill-aġent regolat bl-isem u bid-dettalji ta' kuntatt ta' din il-persuna.

Fejn applikabbli, id-dikjarazzjoni ffirmata għandha tinżamm mill-aġent regolat u meta tintalab tkun disponibbli għall-awtorità xierqa konċernata.

Meta r-rekwiżit li timtela Dikjarazzjoni tal-Impenji tkun ġiet irtirata abbażi ta' ċerifikat tal-AEO, l-ispeditur in konto għandu jgħarraf minnufih lill-aġent regolat jekk ma jkunx għadu d-detentur tat-tali ċertifikat;

(c)

l-aġent regolat għandu jwettaq validazzjoni billi jistabbilixxi d-dettalji li ġejjin tal-ispeditur in konto prospettiv:

id-dettalji tal-kumpanija, inkluż l-indirizz tan-negozju bona fide; u

in-natura tan-negozju; u

d-dettalji ta' kuntatt, inklużi dawk tal-persuna/i responsabbli għas-sigurtà; u

n-numru ta' referenza tal-VAT jew in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija; u

meta tiġi applikata l-eżenzjoni taħt il-punt 6.5.2(b), in-numru taċ-ċertifikat tal-AEO;

(d)

jekk l-aġent regolat ikun sodisfatt bit-tagħrif ipprovdut taħt il-punti (b) u (c), l-aġent regolat jista' jinnomina l-entità bħala speditur in konto.

6.5.3.   L-aġent regolat għandu jżomm bażi tad-dejta bit-tagħrif imsemmi fil-punt 6.5.2(c). Il-bażi tad-dejta għandha tkun disponibbli għal spezzjoni mill-awtorità xierqa.

6.5.4.   Jekk ma jkun hemm l-ebda attività fiċ-ċaqliq tal-merkanzija jew tal-posta bl-ajru fil-kont tal-ispeditur in konto fi żmien sentejn (2), l-istatus ta' speditur in konto għandu jiskadi.

6.5.5.   Jekk l-awtorità xierqa jew l-aġent regolat ma jibqgħux sodisfatti fir-rigward tal-konformità tal-ispeditur in konto mal-istruzzjonijiet kif jinsabu fid-Dokument Mehmuż 6-D, l-aġent regolat għandu jirtira minnufih l-istatus ta' speditur in konto.

6.5.6.   Meta, għal kwalunkwe raġuni, il-kontrolli tas-sigurtà speċifikati fl-“Istruzzjonijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni għall-ispeditur in konto” ma jkunux ġew applikati għall-kunsinna, jew meta l-kunsinna ma tkunx oriġinat mingħand l-ispeditur in konto għall-kont tiegħu stess, l-ispeditur in konto għandu jindika dan b'mod ċar lill-aġent regolat sabiex ikun jista' jiġi applikat il-punt 6.3.2.3.

6.6.   PROTEZZJONI TA' MERKANZIJA U POSTA

6.6.1.   Protezzjoni ta' merkanzija u posta matul it-trasport

6.6.1.1.   Sabiex jiġi żgurat li l-kunsinni li jkunu sarulhom il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa jkunu protetti minn interferenza mhux awtorizzata matul it-trasport:

(a)

il-kunsinni għandhom jiġu ppakkjati jew issiġġilati mill-aġent regolat, l-ispeditur magħruf jew l-ispeditur in konto sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe tbagħbis ikun evidenti; fejn dan ma jkunx possibbli, għandhom jittieħdu miżuri alternattivi ta' protezzjoni li jiżguraw l-integrità tal-kunsinna; kif ukoll

(b)

il-kompartiment tal-vettura għat-tagħbija tal-merkanzija fejn se jiġu ttrasportati l-kunsinni għandu jissakkar jew jiġi ssiġillat jew vetturi li jkollhom il-purtieri fil-ġnub tagħhom għandhom jingħalqu b'mod sikur permezz tal-ħbula tat-TIR sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe tbagħbis ikun evidenti, jew il-parti tat-tagħbija ta' vetturi bi pjattaforma għall-ġarr għandha tinżamm taħt osservazzjoni; kif ukoll

(c)

id-dikjarazzjoni tat-trasportatur kif tinsab fid-Dokument Mehmuż 6-E għandha ssir bi qbil mat-trasportatur li jkun daħal fi ftehim dwar it-trasport mal-aġent regolat, l-ispeditur magħruf jew l-ispeditur in konto, sakemm it-trasportatur innifsu ma jkunx aġent regolat.

Id-dikjarazzjoni ffirmata għandha tinżamm mill-aġent regolat, mill-ispeditur magħruf jew mill-ispeditur in konto li f'ismu jkun qiegħed isir it-trasport. Meta tintalab, kopja tad-dikjarazzjoni ffirmata għandha tkun disponibbli wkoll għall-aġent regolat jew għat-trasportatur tal-ajru li jirċievi l-kunsinna jew l-awtorità xierqa konċernata.

Bħala alternattiva tal-punt (c), it-trasportatur għandu jipprovdi lill-aġent regolat, lill-ispeditur magħruf jew lill-ispeditur in konto li jkun qiegħed jipprovdi t-trasport għalihom, evidenza li jkun ġie ċċertifikat jew approvat minn awtorità xierqa.

Din l-evidenza għandha tinkludi r-rekwiżiti li jinsabu fid-Dokument Mehmuż 6-E u l-kopji għandhom jinżammu mill-aġent regolat, mill-ispeditur magħruf jew mill-ispeditur in konto konċernat. Meta tintalab, għandha tkun disponibbli wkoll kopja għall-aġent regolat jew għat-trasportatur tal-ajru li jirċievi l-kunsinna jew għal awtorità xierqa oħra.

6.6.1.2.   Il-punti 6.6.1.1(b) u (c) ma għandhomx japplikaw waqt it-trasport fin-naħa tal-ajru.

6.6.2.   Protezzjoni ta' merkanzija u posta fl-ajruporti għat-tagħbija fuq inġenju tal-ajru

6.6.2.1.   Il-kunsinni tal-merkanzija u tal-posta li jkunu f'parti kritika għandhom jitqiesu bħala protetti minn interferenza mhux awtorizzata.

6.6.2.2.   Il-kunsinni tal-merkanzija u tal-posta f'parti għajr parti kritika ta' żona ristretta ta' sigurtà għandhom ikunu lokalizzati fil-partijiet tal-post tal-aġent regolat fejn l-aċċess huwa kkontrollat, jew kull meta l-bini jinsab barra dawk il-partijiet, għandu jitqies bħala protett minn interferenza mhux awtorizzata jekk:

(a)

ikunu protetti fiżikament sabiex jiġi evitat li jiddaħħlu xi oġġetti fihom; jew

(b)

ma jitħallewx waħedhom u l-aċċess ikun limitat għal persuni involuti fil-protezzjoni u t-tagħbien tal-kunsinni tal-merkanzija u tal-posta fuq l-inġenju tal-ajru.

6.7.   MERKANZIJA JEW POSTA B'RISKJU GĦOLI (HRCM)

Id-dispożizzjonijiet għall-merkanzija jew il-posta b'riskju għoli huma stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.

6.8.   IL-PROTEZZJONI TAL-MERKANZIJA U L-POSTA LI JINĠARRU MINN PAJJIŻI TERZI LEJN L-UNJONI

6.8.1.   Nominazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru

6.8.1.1.   Kull trasportatur tal-ajru li jġorr merkanzija jew posta minn ajruport f'pajjiż terz li mhuwiex elenkat fid-Dokument Mehmuż 6-Fi jew 6-Fii għat-trasferiment, għat-tranżitu jew għall-ħatt fi kwalunkwe ajruport li jaqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 għandu jkun innominat bħala “Trasportatur ta' Merkanzija jew ta' Posta bl-Ajru li jopera lejn l-Unjoni minn Ajruport ta' Pajjiż Terz” (ACC3) minn waħda minn dawn l-awtoritajiet li ġejjin kif inhu xieraq:

(a)

mill-awtorità xierqa tal-Istat Membru li jkun ħareġ iċ-Ċertifikat tal-Operatur tat-trasportatur tal-ajru;

(b)

mill-awtorità xierqa tal-Istat Membru elenkat fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 748/2009 (4), għat-trasportaturi tal-ajru li ma għandhomx Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru maħruġ minn Stat Membru;

(c)

mill-awtorità xierqa tal-Istat Membru fejn it-trasportatur tal-ajru għandu l-bażi prinċipali tiegħu tal-operazzjonijiet fl-Unjoni, jew minn kwalunkwe awtorità xierqa oħra tal-Unjoni bi ftehim ma' dik l-awtorità xierqa, għat-trasportaturi tal-ajru li mhumiex detenturi ta' Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru maħruġ minn Stat Membru u li mhumiex elenkati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 748/2009.

6.8.1.2.   In-nominazzjoni ta' trasportatur tal-ajru bħala ACC3 fir-rigward tal-operazzjonijiet tiegħu tal-merkanzija u tal-posta minn ajruport li għalih tkun meħtieġa nominazzjoni tal-ACC3 (minn hawn 'il quddiem, “l-operazzjonijiet rilevanti tal-merkanzija”) għandha tkun abbażi ta':

(a)

in-nomina ta' persuna b'responsabbiltà globali f'isem it-trasportatur tal-ajru għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà tal-merkanzija jew tal-posta fir-rigward tal-operazzjoni rilevanti tal-merkanzija; kif ukoll

(b)

rapport ta' validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE li jikkonferma l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' sigurtà.

6.8.1.3.   L-awtorità xierqa għandha talloka identifikatur alfanumeriku uniku fil-format standard lill-ACC3 innominat li jidentifika t-trasportatur tal-ajru u l-ajruport tal-pajjiż terz li għalih it-trasportatur tal-ajru jkun ġie nnominat biex iġorr il-merkanzija jew il-posta lejn l-Unjoni.

6.8.1.4.   In-nominazzjoni għandha tkun valida minn dakinhar li l-awtorità xierqa tkun daħħlet id-dettalji tal-ACC3 fil-bażi tad-dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista, għal perjodu massimu ta' ħames snin.

6.8.1.5.   ACC3 elenkat fil-bażi tad-dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista għandu jkun rikonoxxut fl-Istati Membri kollha għall-operazzjonijiet kollha lejn l-Unjoni minn ajruport ta' pajjiż terz.

6.8.2.   Validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għall-ACC3

6.8.2.1.   Il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE fir-rigward tal-operazzjonijiet rilevanti tal-merkanzija ta' trasportatur tal-ajru għandha tikkonsisti minn

(a)

eżami tal-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru li jiżgura r-rilevanza u l-kompletezza tiegħu fir-rigward tal-punti kollha stipulati fid-Dokument mehmuż 6-G; kif ukoll

(b)

verifika tal-implimentazzjoni tal-miżuri tas-sigurtà tal-avjazzjoni fir-rigward tal-operazzjonijiet rilevanti tal-merkanzija permezz tal-użu tal-lista ta' kontroll stipulata fid-Dokument mehmuż 6-C3.

6.8.2.2.   Il-verifika tal-implimentazzjoni tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandha ssir fuq il-post, f'wieħed minn dawn il-gradi:

(1)

Fl-ajruport minn fejn it-trasportatur tal-ajru jkollu operazzjonijiet rilevanti tal-merkanzija qabel ma tkun tista' tingħata n-nominazzjoni bħala ACC3 għal dak l-ajruport.

Jekk, bħala riżultat ta' dan, il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE tistabbilixxi n-nuqqas ta' implimentazzjoni ta' wieħed jew aktar mill-objettivi elenkati fil-lista ta' kontroll stipulata fid-Dokument mehmuż 6-C3, l-awtorità xierqa ma għandhiex tinnomina lit-trasportatur tal-ajru bħala ACC3 għall-operazzjonijiet rilevanti tal-merkanzija mingħajr prova tal-implimentazzjoni tal-miżuri mit-trasportatur tal-ajru sabiex jiġi rrettifikat in-nuqqas identifikat.

(2)

F'għadd rappreżentattiv ta' ajruporti b'operazzjonijiet rilevanti ta' merkanzija ta' trasportatur tal-ajru qabel tingħata nominazzjoni bħala ACC3 għall-ajruporti kollha b'operazzjonijiet rilevanti ta' merkanzija ta' dak it-trasportatur tal-ajru. Il-kundizzjonijiet li ġejjin japplikaw:

(a)

Din l-għażla tintalab mit-trasportatur tal-ajru li jopera bosta operazzjonijiet rilevanti ta' merkanzija bl-ajru; kif ukoll

(b)

l-awtorità xierqa tkun ivverifikat li t-trasportatur tal-ajru japplika programm ta' assigurazzjoni tal-kwalità tas-sigurtà interna li jkun ekwivalenti għall-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE; kif ukoll

(c)

in-numru rappreżentattiv għandu jkun mill-inqas 3 jew 5 %, skont liema jkun l-ogħla, u l-ajruporti kollha jkunu jinsabu f'oriġini ta' riskju għoli; kif ukoll

(d)

l-awtorità xierqa tkun qablet ma' pjan direzzjonali li jiżgura l-validazzjonijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għal kull sena tan-nominazzjoni f'ajruporti addizzjonali li għalihom tkun sejra tingħata n-nominazzjoni bħala ACC3 jew sakemm jiġu vvalidati l-ajruporti kollha. Dawk il-validazzjonijiet għandhom kull sena jkunu mill-inqas ugwali fin-numru għal dawk meħtieġa fil-punt (c). Il-pjan direzzjonali għandu jgħid x'inhuma r-raġunijiet li jsostnu l-għażla tal-ajruporti addizzjonali; kif ukoll

(e)

in-nominazzjonijiet kollha bħala ACC3 għandhom jiġu fi tmiemhom fl-istess ġurnata; kif ukoll

(f)

fejn waħda mill-validazzjonijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE maqbula skont il-pjan direzzjonali tistabbilixxi n-nuqqas ta' implimentazzjoni ta' wieħed jew aktar mill-objettivi elenkati fil-lista ta' kontroll stipulata fid-Dokument Mehmuż 6-C3, l-awtorità xierqa li tinnomina għandha titlob prova tal-implimentazzjoni tal-miżuri li jirrettifikaw in-nuqqas identifikat f'dak l-ajruport, u, skont is-serjetà tan-nuqqas, titlob:

Validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE tal-ajruporti kollha li għalihom tkun meħtieġa n-nominazzjoni tal-ACC3 skont il-punt 6.8.2.2.1 fi ħdan l-iskadenza stabbilita mill-awtorità xierqa, jew

id-doppju tan-numru tal-validazzjonijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE stabbiliti skont il-punt (d) għal kull sena mis-snin li jifdal ta' nominazzjonijiet bħala ACC3.

6.8.2.3.   L-awtorità xierqa tista' taċċetta r-rapport tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ta' entità ta' pajjiż terz għal nominazzjoni ACC3 f'każijiet fejn dik l-entità twettaq operazzjoni ta' merkanzija sħiħa, inkluż it-tagħbien fl-istiva tal-inġenju tal-ajru, f'isem l-ACC3 u r-rapport tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ikopri dawn l-attivitajiet kollha.

6.8.2.4.   L-awtorità xierqa tista' tinnomina trasportatur tal-ajru bħala ACC3 għal perjodu limitat, li jiġi fi tmiemu mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2016, f'każ li validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ma tkunx tista' sseħħ għal raġunijiet oġġettivi li jmorru lil hinn mir-responsabbiltà tat-trasportatur tal-ajru. Fejn tali nominazzjoni tingħata għal perjodu ta' aktar minn sitt xhur, l-awtorità xierqa għandha tkun ivverifikat li t-trasportatur tal-ajru japplika programm ta' assigurazzjoni tal-kwalità tas-sigurtà interna li jkun ekwivalenti għall-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.

6.8.2.5.   Il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandha tiġi rreġistrata f'rapport ta' validazzjoni li jkun jikkonsisti mill-inqas fid-dikjarazzjoni tal-impenji stipulati fid-Dokument Mehmuż 6-H1, il-lista ta' kontroll stipulata fid-Dokument Mehmuż 6-C3 u dikjarazzjoni mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE kif stipulata fid-Dokument Mehmuż 11-A. Il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jissottometti r-rapport ta' validazzjoni lill-awtorità x-xierqa u għandu jipprovdi kopja tagħha lit-trasportatur tal-ajru vvalidat.

6.8.3.   Il-kontrolli tas-sigurtà għall-merkanzija u l-posta li jaslu minn pajjiż terz

6.8.3.1.   L-ACC3 għandu jiżgura li l-merkanzija u l-posta kollha li jinġarru għat-trasferiment, għat-tranżitu jew għall-ħatt f'ajruport tal-Unjoni jiġu skrinjati, sakemm:

(a)

il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa jkunu ġew applikati għall-kunsinna minn aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u l-kunsinna tkun ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn meta jkunu ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà sa meta titgħabba; jew

(b)

il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa jkunu ġew applikati għall-kunsinna minn speditur magħruf ivvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u l-kunsinna tkun ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn meta ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà sa meta titgħabba; jew

(c)

il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa jkunu ġew applikati għall-kunsinna minn speditur in konto, taħt ir-responsabbiltà tal-ACC3 jew ta' aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE, il-kunsinna tkun ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn meta ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà sa ma titgħabba, u ma tinġarrx fuq inġenju tal-ajru tal-passiġġieri; jew

(d)

il-kunsinna ma tkunx eżentata mill-iskrinjar skont il-punt 6.1.1.(d) u ma tkunx ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn meta tkun saret merkanzija bl-ajru identifikabbli jew posta bl-ajru identifikabbli sa ma titgħabba.

6.8.3.2.   Il-merkanzija u l-posta li jinġarru lejn l-Unjoni għandhom jiġu skrinjati permezz ta' wieħed mill-mezzi u l-metodi elenkati fil-punt 6.2.1 skont standard li jkun biżżejjed biex jiġi żgurat b'mod raġonevoli li dawn ma jkun fihom l-ebda oġġett ipprojbit.

6.8.3.3.   L-ACC3 għandu jiżgura, fir-rigward ta':

(a)

it-trasferiment u t-tranżitu tal-merkanzija jew tal-posta, li l-iskrinjar skont il-punt 6.8.3.2 jew il-kontrolli tas-sigurtà jkunu ġew applikati minnu stess jew minn awtorità tal-avjazzjoni tal-UE fil-punt tal-oriġini jew f'xi punt ieħor fil-katina tal-provvista u li tali kunsinni jkunu ġew protetti minn interferenza mhux awtorizzata minn meta ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà sa meta jitgħabbew. kif ukoll

(b)

il-merkanzija u l-posta b'riskju għoli, li l-iskrinjar skont il-punt 6.7 ikun ġie applikat minnu nnifsu jew minn entità vvalidata tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE fil-punt tal-oriġini jew f'xi punt ieħor fil-katina tal-provvista, li tali kunsinni jkunu ġew ittikkettjati bħala SHR u li jkunu ġew protetti minn interferenza mhux awtorizzata minn meta ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà sa meta jitgħabbew.

6.8.3.4.   L-identifikatur alfanumeriku uniku tal-ACC3 u l-istatus tas-sigurtà tal-kunsinna kif imsemmi fil-punt 6.3.2.6(d), maħruġa minn aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandhom jiġu indikati fid-dokumentazzjoni ta' appoġġ, jew fil-forma ta' polza tal-vjaġġ bl-ajru, ta' dokumentazzjoni postali ekwivalenti jew f'dikjarazzjoni separata u, jew f'format elettroniku jew bil-miktub.

6.8.3.5.   Fin-nuqqas ta' aġent regolat imsemmi fil-punt 6.8.4, l-ACC3 jew trasportatur tal-ajru li jasal minn pajjiż terz elenkat fid-Dokument Mehmuż 6-Fi jew 6-Fii jista' joħroġ id-dikjarazzjoni tal-istatus tas-sigurtà.

6.8.4.   Il-validazzjoni tal-aġenti regolati u tal-ispedituri magħrufa

6.8.4.1.   Sabiex isir aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew speditur magħruf, l-entitajiet minn pajjiżi terzi għandhom jiġu vvalidati skont waħda miż-żewġ għażliet li ġejjin u għandhom jiġu elenkati fil-bażi tad-dejta tal-ACC3(s) fejn jitwasslu direttament il-merkanzija jew il-posta sabiex jinġarru lejn l-Unjoni:

(a)

il-programm tas-sigurtà tal-ACC3 għandu jistabbilixxi d-dettalji tal-kontrolli tas-sigurtà implimentati f'ismu minn entitajiet minn pajjiżi terzi minn fejn huwa jaċċetta l-merkanzija jew il-posta direttament sabiex jinġarru lejn l-Unjoni. Il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE tal-ACC3 għandha tivvalida l-kontrolli tas-sigurtà applikati minn dawk l-entitajiet; jew

(b)

l-entitajiet minn pajjiżi terzi jissottomettu l-attivitajiet rilevanti ta' ġestjoni tal-merkanzija għal validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE f'intervalli ta' mhux aktar minn ħames snin u jipprovdu lill-ACC3(s) b'kopja tar-rapport tal-validazzjoni. Għal aġenti regolati ta' pajjiż terz, ir-rapport tal-validazzjoni għandu jikkonsisti mid-dikjarazzjoni tal-impenji kif stipulat fid-Dokument Mehmuż 6-H2, il-lista ta' kontroll stipulata fid-Dokument Mehmuż 6-C2, u għal spedituri magħrufa ta' pajjiż terz, ir-rapport għandu jkun magħmul mid-dikjarazzjoni tal-impenji kif stipulat fid-Dokument Mehmuż 6-H3 u l-lista ta' kontroll stipulata fid-Dokument Mehmuż 6-C4. Ir-rapport ta' validazzjoni għandu jinkludi wkoll dikjarazzjoni mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE kif stipulata fid-Dokument Mehmuż 11-A.

6.8.4.2.   Jekk il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE skont il-punt 6.8.4.1(b) tikkonkludi li l-entità

(a)

irnexxielha tikkonforma mal-objettivi msemmija fil-lista ta' kontroll rilevanti, ir-rapport tal-validazzjoni għandu jgħid li l-entità hija nnominata bħala aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew bħala speditur magħruf. Il-validatur għandu jipprovdi lill-entità vvalidata bl-oriġinal tar-rapport tal-validazzjoni;

(b)

naqset milli tikkonforma mal-objettivi msemmija fil-lista ta' kontroll rilevanti, l-entità ma tkunx awtorizzata biex topera l-ġarr tal-merkanzija lejn l-UE. Hija għandha tirċievi kopja tal-lista ta' kontroll kompluta li tgħid x'inhuma n-nuqqasijiet.

6.8.4.3.   L-ACC3 għandu jżomm bażi tad-dejta li tagħti mill-inqas l-informazzjoni li ġejja għal kull aġent regolat jew speditur magħruf li jkun soġġett għal validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE skont il-punt 6.8.4.1, minn fejn huwa jaċċetta l-merkanzija jew il-posta direttament sabiex jinġarru lejn l-Unjoni:

(a)

id-dettalji tal-kumpanija, inkluż l-indirizz tan-negozjubona fide; kif ukoll

(b)

in-natura tan-negozju, minbarra informazzjoni sensittiva għan-negozju, kif ukoll

(c)

id-dettalji ta' kuntatt, inklużi dawk tal-persuna/i responsabbli mis-sigurtà, kif ukoll

(d)

in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija, jekk ikun applikabbli; kif ukoll

(e)

ir-rapport ta' validazzjoni, fejn disponibbli.

Id-database għandha tkun disponibbli għal spezzjoni tal-ACC3.

Entitajiet ivvalidati oħrajn tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jistgħu jżommu database ta' dan it-tip.

6.8.4.4.   Entità tal-merkanzija jew tal-posta ttrasportata bl-ajru li taħdem f'netwerk b'siti differenti tista' tikseb nominazzjoni unika bħala aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE li tkopri s-siti kollha tan-netwerk sakemm:

(a)

l-operazzjonijiet rilevanti tas-sigurtà tal-avjazzjoni tan-netwerk, inklużi s-servizzi ta' trasport bejn is-siti, ikunu koperti minn programm uniku ta' sigurtà jew minn programmi identiċi ta' sigurtà; kif ukoll

(b)

l-implimentazzjoni tal-programm(i) ta' sigurtà għandhom ikunu suġġetti għall-istess programm ta' assigurazzjoni tal-kwalità tas-sigurtà interna li jkun ekwivalenti għall-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE; kif ukoll

(c)

qabel in-nominazzjoni tan-netwerk bħala aġent regolat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE, is-siti li ġejjin tal-entità ġew soġġetti għal validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE:

(i)

is-siti li minnhom il-merkanzija jew il-posta titwassal direttament għal ACC3, u

(ii)

minn tal-inqas żewġ siti jew numru li jikkorrispondi għal 20 % tas-siti tan-netwerk, skont liema minnhom huwa l-ogħla, li minnhom il-merkanzija jew il-posta tintbagħat fis-siti msemmija fil-punt i., u

(iii)

is-siti kollha li jinsabu f'pajjiżi terzi elenkati fid-Dokument Mehmuż 6-I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.

Sabiex tinżamm in-nominazzjoni ta' aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għas-siti kollha tan-netwerk li jkunu għadhom mhux ivvalidati sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2018, kull sena wara s-sena tan-nominazzjoni, minn tal-inqas żewġ siti oħra, jew 20 % minnhom, skont liema minnhom huwa l-ogħla, li minnhom il-merkanzija jew il-posta tintbagħat lis-sit(i) imsemmi(ja) fil-punt 6.8.4.4(c) i. għandhom ikunu suġġetti għal validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE, sakemm is-siti kollha jiġu vvalidati.

Il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jistabbilixxi pjan direzzjonali li jelenka l-ordni tal-postijiet li jridu jiġu vvalidati kull sena magħżula fuq bażi aleatorju. Il-pjan direzzjonali għandu jiġi stabbilit b'mod indipendenti mill-entità li topera n-netwerk u ma jistax jinbidel minn dik l-entità. Dan il-pjan direzzjonali għandu jkun parti integrali mir-rapport tal-validazzjoni li fuqu n-netwerk jiġi nominat bħala aġent regolat u vvalidat tal-UE minn pajjiżi terzi.

Ladarba tiġi soġġetta għal validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE, sit tan-netwerk għandu jitqies bħala aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE skont il-punt 6.8.4.2 (a).

6.8.4.5.   Jekk il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ta' sit tan-netwerk imsemmi fil-punt 6.8.4.4(c) ii. tikkonkludi li s-sit naqas milli jikkonforma mal-objettivi msemmija f'din il-lista ta' kontroll fid-Dokument Mehmuż 6-C2, merkanzija u posta minn dak is-sit għandhom jiġu skrinjati f'sit ivvalidat skont 6.8.4.2(a) sakemm il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE tikkonferma l-konformità mal-objettivi tal-lista ta' kontroll.

6.8.4.6.   Il-punti 6.8.4.4 sa 6.8.4.6 għandhom jiskadu fit-30 ta' Ġunju 2018.

6.8.5.   In-nuqqas ta' konformità u s-sospensjoni tan-nominazzjoni bħala ACC3

6.8.5.1.   Nuqqas ta' konformità

1.

F'każ li l-Kummissjoni jew awtorità xierqa tidentifika nuqqas serju relatat ma' operazzjoni tal-ACC3 li jitqies bħala li għandu impatt sinifikanti fuq il-livell globali tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni, hija għandha:

(a)

tgħarraf minnufih lill-ACC3 ikkonċernat, titolbu l-kummenti u tieħu l-miżuri xierqa sabiex tirrettifika n-nuqqas serju; kif ukoll

(b)

tgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn.

2.

Meta awtorità xierqa ma tkunx għamlet ir-rettifika, il-Kummissjoni tista', wara li tikkonsulta mal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili, stabbilit skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, tikkonkludi li t-trasportatur ma għandux jibqa' jkun rikonoxxut bħala ACC3, kemm għal rotot speċifiċi kif ukoll għar-rotot kollha minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni. F'każijiet bħal dawn, id-dettalji tal-ACC3 għandhom jitneħħew mill-bażi tad-dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista.

3.

Trasportatur tal-ajru li r-rikonoxximent tiegħu bħala ACC3 ikun ġie rtirat skont il-punt 6.8.5.1.2 ma għandux jerġa' jiddaħħal jew jiġi inkluż fil-bażi tad-dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista sakemm il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ma tkunx ikkonfermat li n-nuqqas serju ġie rrettifikat u l-kumitat dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili jkun ġie mgħarraf dwar dan mill-awtorità rilevanti xierqa.

6.8.5.2.   Is-sospensjoni

L-awtorità xierqa li nnominat l-ACC3 hija responsabbli għat-tneħħija tal-ACC3 mill-“Bażi tad-dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista”

(a)

fuq it-talba tat-trasportatur tal-ajru jew bi qbil miegħu; jew

(b)

fejn l-ACC3 ma jsegwix l-operazzjonijiet rilevanti tal-merkanzija u ma jirreaġixxix għal talba għall-kummenti jew inkella jfixkel il-valutazzjoni tar-riskju għall-avjazzjoni.

ID-DOKUMENT MEHMUŻ 6-A

DIKJARAZZJONI TAL-IMPENJI — AĠENT REGOLAT

Skont ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu,

Niddikjara li,

skont l-aħjar tagħrif u twemmin tiegħi, it-tagħrif li jinsab fil-programm tas-sigurtà tal-kumpanija huwa veru u preċiż;

il-prattiki u l-proċeduri stabbiliti f'dan il-programm tas-sigurtà se jiġu implimentati u se jinżammu fis-siti kollha koperti bil-programm;

dan il-programm tas-sigurtà se jiġi aġġustat u adattat sabiex ikun konformi ma' kull bidla rilevanti futura fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, sakemm [isem il-kumpanija] ma tkunx avżat lil [isem l-awtorità xierqa] li ma tixtieqx tibqa' fin-negozju bħala aġent regolat,

[isem il-kumpanija] se tgħarraf lil [isem l-awtorità xierqa] bil-miktub dwar:

(a)

bidliet żgħar li jsiru fil-programm tas-sigurtà tagħha, bħalma huma isem il-kumpanija, il-persuna responsabbli għas-sigurtà jew id-dettalji tal-kuntatt, il-bdil tal-persuna li teħtieġ l-aċċess għall-“Bażi tad-dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista”, minnufih u tal-anqas fi żmien 10 ijiem tax-xogħol, kif ukoll

(b)

bidliet kbar li jkunu ppjanati, bħalma huma proċeduri ġodda ta' skrinjar, xogħlijiet kbar ta' kostruzzjoni li jistgħu jaffettwaw il-konformità tagħha mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni jew bidla fil-post/l-indirizz, tal-anqas fi żmien 15-il jum tax-xogħol qabel ma jinbdew/il-bidla ppjanata,

sabiex tiġi żgurata konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-KE, [isem il-kumpanija] se tikkoopera bis-sħiħ fl-ispezzjonijiet kollha, kif meħtieġ, u se tipprovdi aċċess għad-dokumenti kollha, kif jintalab mill-ispetturi,

[isem il-kumpanija] se tgħarraf lil [isem l-awtorità xierqa] dwar kwalunkwe ksur serju tas-sigurtà u dwar kwalunkwe ċirkustanza suspettuża li tista' tkun rilevanti għas-sigurtà tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru, b'mod partikolari dwar kwalunkwe tentattiv ta' ħabi ta' oġġetti pprojbiti fil-kunsinni,

[isem il-kumpanija] se tiżgura li l-persunal kollu rilevanti jirċievi t-taħriġ skont il-Kapitolu 11 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 u jkun konxju mir-responsabbiltajiet tiegħu għas-sigurtà fil-kuntest tal-programm tas-sigurtà tal-kumpanija; kif ukoll

[isem il-kumpanija] se tgħarraf lil [isem l-awtorità xierqa] jekk:

(a)

ittemm in-negozju;

(b)

ma tibqax tittratta ma' merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru; jew

(c)

ma tkunx tista' tibqa' tissodisfa r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Naċċetta responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni.

L-isem:

Il-kariga fil-kumpanija:

Id-data:

Il-firma:

ID-DOKUMENT MEHMUŻ 6-B

GWIDA GĦALL-SPEDITURI MAGĦRUFA

Din il-gwida tgħinek tivvaluta l-arranġamenti eżistenti tas-sigurtà tiegħek imqabbla mal-kriterji meħtieġa għall-ispedituri magħrufa kif deskritt fir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u l-atti ta' implimentazzjoni tiegħu. Dan għandu jippermettilek tiżgura li int tissodisfa r-rekwiżiti qabel ma torganizza żjara uffiċjali ta' validazzjoni fuq il-post.

Huwa importanti li l-validatur ikun jista' jkellem lill-persuni xierqa waqt iż-żjara ta' validazzjoni (eż. il-persuna responsabbli għas-sigurtà u l-persuna responsabbli għar-reklutaġġ tal-persunal). Se tintuża lista ta' kontroll tal-UE biex tirreġistra l-valutazzjonijiet tal-validatur. Ladarba timtela l-lista ta' kontroll tal-validazzjoni, it-tagħrif li jkun hemm fil-lista ta' kontroll se jiġi ttrattat bħala tagħrif ikklassifikat.

Jekk jogħġbok kun af li l-mistoqsijiet fuq il-lista ta' kontroll tal-UE huma ta' żewġ tipi: (1) dawk li f'każ ta' reazzjoni negattiva awtomatikament ifissru li ma tistax tiġi aċċettat bħala speditur magħruf u (2) dawk li se jintużaw biex joħolqu stampa ġenerali tad-dispożizzjonijiet ta' sigurtà tiegħek sabiex lill-validatur jippermettulu jilħaq konklużjoni ġenerali. Il-partijiet fejn “insuffiċjenza” tiġi rreġistrata awtomatikament huma indikati bir-rekwiżiti indikati bit-tipa grassa hawn taħt. Jekk ikun hemm “insuffiċjenza” għar-rekwiżiti indikati bit-tipa grassa, jingħatawlek ir-raġunijiet għal dan u wkoll parir dwar l-aġġustamenti meħtieġa sabiex tgħaddi.

Jekk int detentur ta' ċertifikat AEO imsemmi fil-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 14a(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2545/93 (7) (l-hekk imsejħa ċertifikati AEOF u AEOS) u jekk is-sit li għalih qed titlob l-istatus ta' speditur magħruf ġie eżaminat b'suċċess mill-awtoritajiet doganali f'data li ma tkunx qabel 3 snin mid-data tat-talba tal-istatus ta' speditur magħruf, int meħtieġ li timla, u li rappreżentant legali tal-kumpanija tiegħek jiffirma, l-Ewwel (1) Parti dwar l-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet, kif ukoll id-dikjarazzjoni tal-impenji tal-“Lista ta' kontroll tal-validazzjoni għall-ispedituri magħrufa” li tinsab fid-Dokument Mehmuż 6-C.

Introduzzjoni

Il-merkanzija fuq il-post li se jiġi spezzjonat għandha tkun oriġinata mill-kumpanija tiegħek. Dan ikopri l-manifattura li ssir fuq il-post u operazzjonijiet ta' ġbir u ppakkjar (pick and pack) fejn l-oġġetti ma jkunux identifikabbli bħala merkanzija bl-ajru sakemm ma jintgħażlux biex titlesta ordni partikolari. (Ara wkoll in-Nota.)

Jeħtieġ li inti tiddetermina meta kunsinna ta' merkanzija/posta ssir identifikabbli bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru u turi li jeżistu l-miżuri rilevanti li jipproteġuha minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzat. Dan għandu jinkludi dettalji dwar il-produzzjoni, l-ippakkjar, il-ħżin u/jew il-bgħit.

L-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet

Se tkun meħtieġ tipprovdi dettalji dwar l-organizzazzjoni tiegħek (l-isem, in-numru tal-VAT jew tal-Kamra tal-Kummerċ jew in-numru ta' reġistrazzjoni tal-korporazzjoni jekk ikunu applikabbli, in-numru taċ-ċertifikat AEO u d-data tal-aħħar eżami ta' dan is-sit mill-awtoritajiet doganali, jekk ikun applikabbli), l-indirizz tas-sit li għandu jiġi vvalidat u l-indirizz prinċipali tal-organizzazzjoni (jekk dan ikun differenti minn dak tas-sit li jkun se jiġi vvalidat). Huma meħtieġa: id-data taż-żjara tal-validazzjoni preċedenti u l-aħħar identifikatur alfanumeriku uniku (jekk ikun applikabbli), kif ukoll in-natura tal-kummerċ, l-għadd approssimattiv tal-ħaddiema fuq il-post, l-isem u t-titolu tal-persuna responsabbli għas-sigurtà tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru u d-dettalji ta' kuntatt.

Proċedura ta' reklutaġġ tal-persunal

Se jkun meħtieġ li tipprovdi dettalji dwar il-proċeduri ta' reklutaġġ għall-persunal kollu (permanenti, temporanju jew persunal ta' aġenziji, xufiera) li jkollhom aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli. Il-proċedura ta' reklutaġġ għandha tinkludi kontroll ta' qabel l-impjieg jew kontroll tal-preċedenti personali skont il-punt 11.1 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998. Iż-żjara tal-validazzjoni fuq il-post se tinvolvi intervista mal-persuna responsabbli għar-reklutaġġ tal-persunal. Ikun meħtieġ li huwa/hija jippreżenta/tippreżenta evidenza (eż. formoli vojta) biex tissostanzja l-proċeduri tal-kumpanija. Din il-proċedura ta' reklutaġġ għandha tapplika għall-persunal irreklutat wara d-29 ta' April 2010.

Proċedura ta' taħriġ tal-persunal dwar sigurtà

Ikollok bżonn turi li l-membri kollha tal-persunal (permanenti, temporanji, persunal tal-aġenziji, xufiera) li jkollhom aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru jkunu ġew soġġetti għal taħriġ xieraq dwar kwistjonijiet ta' għarfien rigward is-sigurtà. Dan it-taħriġ għandu jsir skont il-punt 11.2.7 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998. Għandhom jinżammu reġistri ta' taħriġ individwali. Barra minn hekk, tkun meħtieġ turi li l-membri kollha tal-persunal rilevanti li jimplimentaw il-kontrolli tas-siġurtà jkunu rċevew taħriġ jew taħriġ rikorrenti skont il-Kapitolu 11 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998.

Is-sigurtà fiżika

Se tintalab turi kif inhuwa protett is-sit tiegħek (eż. ċint fiżiku jew barriera) u li jeżistu l-proċeduri rilevanti ta' kontroll fuq l-aċċess. Fejn applikabbli, se tintalab tipprovdi dettalji dwar kwalunkwe sistema ta' allarm u/jew ta' CCTV possibbli. Huwa essenzjali li l-aċċess għaż-żona fejn il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi pproċessata jew maħżuna, ikun ikkontrollat. Jeħtieġ li l-bibien, it-twieqi u l-punti l-oħra ta' aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru jkunu sikurizzati jew soġġetti għal kontroll fuq l-aċċess.

Produzzjoni (jekk applikabbli)

Jeħtieġ li turi li l-aċċess għaż-żona tal-produzzjoni hija kkontrollata u l-proċess tal-produzzjoni huwa taħt sorveljanza. Jekk il-prodott jista' jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tul il-proċess tal-produzzjoni allura jkun meħtieġ li turi li qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzat f'dan l-istadju.

Ippakkjar (fejn applikabbli)

Jeħtieġ li turi li l-aċċess għaż-żona tal-ippakkjar hija kkontrollata u l-proċess tal-ippakkjar huwa taħt sorveljanza. Jekk il-prodott jista' jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tul il-proċess tal-ippakkjar allura jkun meħtieġ li turi li qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzat f'dan l-istadju.

Se tintalab tipprovdi dettalji dwar il-proċess tiegħek tal-ippakkjar u turi li l-oġġetti kollha lesti jiġu kkontrollati qabel l-ippakkjar.

Jeħtieġ li tiddeskrivi l-imballaġġ ta' barra meta jkun lest u turi li huwa b'saħħtu. Trid turi wkoll kif l-imballaġġ ta' barra, lest minn kollox, ma jkunx jista'jiġi mbagħbas, pereżempju bl-użu ta' siġilli nnumerati, tejp tas-sigurtà, timbri speċjali jew kaxxi tal-kartun magħluqa permezz tat-tejp. Teħtieġ turi wkoll li dawn jinżammu f'kundizzjonijiet ta' sigurtà meta ma jkunux qegħdin jintużaw u li tikkontrolla l-produzzjoni tagħhom.

Ħżin (fejn applikabbli)

Jeħtieġ li turi li l-aċċess għaż-żona tal-ħżin huwa kkontrollat. Jekk il-prodott jista' jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru waqt li jkun qiegħed jinħażen allura jkun meħtieġ li turi li qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzat f'dan l-istadju.

Fl-aħħar nett, jeħtieġ li turi li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru lesta u ppakkjata tiġi ċċekkjata qabel il-bgħit.

Bgħit (fejn applikabbli)

Jeħtieġ li turi li l-aċċess għaż-żona tal-bgħit huwa kkontrollat. Jekk il-prodott jista' jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tul il-proċess tal-bgħit allura jkun meħtieġ li turi li qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzat f'dan l-istadju.

It-trasportazzjoni

Jeħtieġ li tipprovdi dettalji dwar il-metodu tat-trasport tal-merkanzija/posta għal għand l-aġent regolat.

Jekk tuża t-trasport tiegħek stess, jeħtieġ li turi li x-xufiera tiegħek ġew imħarrġa sal-livell meħtieġ. Jekk il-kumpanija tiegħek tuża kuntrattur, jeħtieġ li tiżgura li a) il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tkun ġiet issiġillata jew ippakkjata minnek sabiex tiżgura li kull tbagħbis ikun evidenti u b) id-dikjarazzjoni tat-trasportatur kif inhi fid-Dokument Mehmuż 6-E tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 ġiet iffirmata mit-trasportatur.

Jekk inti responsabbli għat-trasport tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru, se jkollok turi li l-mezzi tat-trasport jistgħu jiġu assigurati, jew bl-użu ta' siġilli, jekk dan ikun prattikabbli, jew bi kwalunkwe mod ieħor. Meta jintużaw siġilli nnumerati, se jkollok turi li l-aċċess għas-siġilli huwa kkontrollat u n-numri huma rreġistrati; jekk jintużaw metodi oħra jeħtieġ li turi kif il-merkanzija/posta tkun tista' turi li ma ġietx imbgħabsa u/jew kif tinżamm sikura. Barra minn hekk jeħtieġ li turi li jeżistu miżuri biex tkun ivverifikata l-identità tax-xufiera tal-vetturi li jiġbru l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiegħek. Jeħtieġ ukoll li turi li inti tiżgura li l-merkanzija/posta tkun sikura meta tħalli l-bini. Jeħtieġ li turi li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru hija protetta minn interferenza mhux awtorizzata waqt it-trasport.

Mhux se jkollok tipprovdi evidenza dwar it-taħriġ tax-xufier jew kopja tad-dikjarazzjoni tat-trasportatur meta aġent regolat ikun għamel l-arranġamenti tat-trasport għall-ġbir tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru mill-bini tiegħek.

Responsabbiltajiet tal-ispeditur

Jeħtieġ li tiddikjara li se taċċetta spezzjonijiet mingħajr avviż minn qabel mill-ispetturi tal-awtorità xierqa għall-fini ta' monitoraġġ ta' dawn l-istandards.

Jeħtieġ ukoll li tiddikjara li tipprovdi [isem l-awtorità xierqa] bid-dettalji rilevanti minnufih iżda tal-anqas fi żmien għaxart (10) ijiem tax-xogħol jekk:

(a)

ir-responsabbiltà komprensiva għas-sigurtà tkun assenjata lil kwalunkwe persuna għajr dik imsemmija

(b)

ikun hemm kwalunkwe bidla oħra fil-bini jew fil-proċeduri li jista' jkollha impatt sinifikanti fuq is-sigurtà

(c)

il-kumpanija tiegħek ma tibqax fin-negozju, ma tibqax tittratta merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru jew ma tistax tibqa' tissodisfa r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-UE rilevanti.

Fl-aħħar nett jeħtieġ li tiddikjara li se żżomm l-istandards ta' sigurtà saż-żjara u/jew l-ispezzjoni sussegwenti tal-validazzjoni fuq il-post.

Imbagħad se tintalab taċċetta r-responsabbiltà sħiħa għad-dikjarazzjoni u tiffirma d-dokument tal-validazzjoni.

NOTI:

Apparat esplożiv jew inċendjarju

Apparat esplożiv u inċendjarju armat jista' jinġarr f'kunsinni ta' merkanzija jekk ir-rekwiżiti tar-regoli tas-sikurezza kollha jiġu ssodisfati kompletament.

Il-kunsinni minn sorsi oħra

Speditur magħruf jista' jgħaddi kunsinni li ma jkunx oriġinahom huwa stess għal għand aġent regolat, bil-kundizzjoni li:

(a)

dawn ikunu separati minn kunsinni li jkun oriġina huwa stess; kif ukoll

(b)

l-oriġini tkun indikata b'mod ċar fuq il-kunsinna jew fuq id-dokumentazzjoni mehmuża.

It-tali kunsinni kollha għandhom jiġu skrinjati qabel ma jitgħabbew fuq inġenju tal-ajru.

ID-DOKUMENT MEHMUŻ 6-C

LISTA TA' KONTROLL TAL-VALIDAZZJONI GĦALL-ISPEDITURI MAGĦRUFA

Noti dwar il-mili:

Meta tkun qiegħed timla din il-formola jekk jogħġbok innota li:

L-entrati mmarkati “(*)” huma dejta obbligatorja u JEĦTIEĠ li jimtlew.

Jekk it-tweġiba għal kwalunkwe mistoqsija b'tipa grassa hija LE, il-validazzjoni JEĦTIEĠ li tiġi vvalutata bħala INSUFFIĊJENTI. Dan ma japplikax meta l-mistoqsijiet ma jkunux applikabbli,

Il-valutazzjoni ġenerali tista' tiġi vvalutata biss bħala SUFFIĊJENTI wara li l-ispeditur ikun iffirma d-dikjarazzjoni tal-impenji fl-aħħar paġna.

Id-dikjarazzjoni oriġinali tal-impenji jeħtieġ li tinżamm minn jew tkun disponibbli għall-awtorità xierqa sa ma tiskadi l-validazzjoni. Kopja tad-dikjarazzjoni għandha tingħata wkoll lill-ispeditur.

PARTI 1

L-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet

1.1.

Id-data tal-validazzjoni (*)

jj/xx/ssss

 

1.2.

Id-data tal-validazzjoni preċedenti u l-Identifikatur Uniku, fejn ikun applikabbli

jj/xx/ssss

 

UNI

 

1.3.

Isem l-organizzazzjoni li se tiġi vvalidata (*)

L-isem

In-numru tal-VAT/Numru tal-Kamra tal-Kummerċ/Numru ta' reġistrazzjoni tal-korporazzjoni (jekk applikabbli)

1.4.

Tagħrif dwar iċ-ċertifikat AEOF jew AEOS, jekk applikabbli

In-numru taċ-ċertifikat tal-AEO

 

Id-data ta' meta dan is-sit ġie eżaminat l-aħħar mill-awtoritajiet doganali

 

1.5.

L-indirizz tas-sit li għandu jiġi vvalidat (*)

In-Numru/l-Unità/il-Binja

 

It-triq

 

Il-belt

 

Il-kodiċi postali

 

Il-pajjiż

 

1.6.

L-indirizz prinċipali tal-organizzazzjoni (jekk dan ikun differenti minn dak tas-sit li se jiġi vvalidat, sakemm ikun fl-istess pajjiż)

In-Numru/l-Unità/il-Binja

 

It-triq

 

Il-belt

 

Il-kodiċi postali

 

Il-pajjiż

 

1.7.

In-Natura tan-Negozju/Negozji — tipi ta' merkanzija pproċessati

1.8.

L-applikant huwa responsabbli għal:

(a)

Il-produzzjoni

(b)

L-ippakkjar

(c)

Il-ħażna

(d)

Il-bgħit

(e)

Oħrajn, jekk jogħġbok speċifika:

 

1.9.

Għadd approssimattiv tal-impjegati fuq il-post

 

1.10.

L-isem u t-titolu tal-persuna responsabbli għas-sigurtà tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru (*)

L-isem

 

It-titolu tax-xogħol

 

1.11.

In-numri ta' kuntatt bit-telefown

In-numru tat-telefown

 

1.12.

L-indirizz tal-posta elettronika (*)

L-indirizz tal-posta elettronika

 

PARTI 2

Il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli

L-għan: Li jiġi stabbilit il-punt (jew: il-post) fejn il-merkanzija/posta ssir identifikabbli bħala merkanzija bl-ajru/posta.

2.1.

Permezz ta' spezzjoni tal-produzzjoni, l-ippakkjar, il-ħżin, l-għażla, il-bgħit u kwalunkwe parti oħra rilevanti, żgura fejn u kif kunsinna tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru ssir identifikabbli bħala tali.

Iddeskrivi:

N.B: Għandu jingħata tagħrif dettaljat dwar il-protezzjoni ta' merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzat fil-Partijiet 5 sa 8.

PARTI 3

Ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-membri tal-persunal

L-għan: Li jiġi żgurat li l-membri kollha tal-persunal (permanenti, temporanji, persunal tal-aġenziji, xufiera) li jkollhom aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli jkunu ġew soġġetti għal kontroll xieraq ta' qabel l-impjieg u/jew kontroll tal-preċedenti personali kif ukoll jingħataw taħriġ skont il-punt 11.2.7 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998. Barra min hekk, li jiġi żgurat li l-membri kollha tal-persunal li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà fir-rigward tal-provvisti jitħarrġu skont il-Kapitolu 11 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998.

Jekk il-mistoqsijiet 3.1 u 3.2 ikunu jew ma jkunux tipa grassa (u għalhekk meta t-tweġiba tkun LE l-valutazzjoni jeħtieġ li tkun insuffiċjenza) jiddependi mir-regoli nazzjonali applikabbli tal-Istat fejn jinsab is-sit. Madankollu, tal-anqas waħda minn dawn iż-żewġ mistoqsijiet jeħtieġ li tkun bit-tipa grassa, u permezz ta' dan jista' jkun permess li fejn ikun twettaq kontroll tal-isfond, u allura kontroll ta' qabel l-impjieg ma jkunx meħtieġ aktar. Jeħtieġ li l-persuna responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà dejjem isirilha kontroll tal-preċedenti personali.

3.1.

Hemm proċedura ta' reklutaġġ għall-membri kollha tal-persunal li għandhom aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli li tinkludi kontroll ta' qabel l-impjieg skont il-punt 11.1.4 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998? Din tapplika għall-persunal irreklutat wara d-29 ta' April 2010.

IVA jew LE

 

Jekk IVA, liema tip

 

3.2.

Din il-proċedura ta' reklutaġġ tinkludi wkoll kontroll tal-preċedenti personali, inkluż kontroll tar-reġistri kriminali, skont il-punt 11.1.3 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998?

Din tapplika għall-persunal irreklutat wara d-29 ta' April 2010.

IVA jew LE

 

Jekk IVA, liema tip

 

3.3.

Il-proċess tal-ħatra tal-persuna msemmija responsabbli għall-applikazzjoni u s-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà fuq il-post jinkudi rekwiżit għall-kontroll tal-preċedenti personali, inkluż kontroll tar-reġistri kriminali skont il-punt 11.1.3 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

3.4.

Il-persuni b'aċċess għall-merkanzija tal-ajru/posta tal-ajru identifikabbli jirċievu taħriġ ġenerali ta' għarfien dwar is-sigurtà skont il-punt 11.2.7 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 qabel ma jingħataw aċċess għall-merkanzija tal-ajru/posta tal-ajru identifikabbli? Il-membri tal-persunal li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà fir-rigward ta' provvisti jirċievu t-taħriġ skont il-Kapitolu 11 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

3.5.

Il-membri tal-persunal (kif imsemmi hawn fuq) jirċievu taħriġ ta' aġġornament skont il-frekwenza stabbilita għal dan it-taħriġ?

IVA jew LE

 

3.6.

Valutazzjoni — il-miżuri huma biżżejjed sabiex jiżguraw li l-membri kollha tal-persunal li għandhom aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli u l-membri tal-persunal li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà jkunu ġew irreklutati u mħarrġa skont il-Kapitolu 11 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x'inhuma r-raġunijiet

 

PARTI 4

Is-sigurtà fiżika

L-għan: Li jiġi stabbilit jekk hemmx livell ta' sigurtà (fiżika) fis-sit jew fil-bini li huwa biżżejjed sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tkun protetta minn interferenza mhux awtorizzata.

4.1.

Is-sit huwa protett b'ċint fiżiku jew barriera?

IVA jew LE

 

4.2.

Il-punti ta' aċċess għas-sit kollha huma soġġetti għall-kontroll fuq l-aċċess?

IVA jew LE

 

4.3.

Jekk IVA, il-punti ta' aċċess huma …?

Issorveljati mill-persunal:

 

Manwal

 

Awtomatiċi

 

Elettroniċi

Oħrajn, speċifika

4.4.

Il-bini huwa magħmul minn kostruzzjoni solida?

IVA jew LE

 

4.5.

Il-bini għandu sistema effikaċi tal-allarm?

IVA jew LE

 

4.6.

Il-bini għandu sistema effikaċi tas-CCTV?

IVA jew LE

 

4.7.

Jekk iva, l-immaġnijiet tas-CCTV huma rrekordjati?

IVA jew LE

 

4.8.

Il-bibien, it-twieqi u l-punti l-oħra ta' aċċess kollha għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli sikuri jew soġġetti għall-kontroll fuq l-aċċess?

IVA jew LE

 

4.9.

Jekk LE, speċifika x'inhuma r-raġunijiet

4.10.

Valutazzjoni: Il-miżuri li jittieħdu mill-organizzazzjoni huma biżżejjed sabiex jevitaw aċċess mhux awtorizzat għal dawk il-partijiet tas-sit u l-bini fejn tiġi pproċessata jew maħżuna l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x'inhuma r-raġunijiet

 

PARTI 5

Il-produzzjoni

L-għan: Li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzat.

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista' jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tul il-proċess tal-produzzjoni.

5.1.

L-aċċess għaż-żona tal-produzzjoni huwa kkontrollat?

IVA jew LE

 

5.2.

Jekk IVA, kif?

5.3.

Il-proċess tal-produzzjoni huwa taħt sorveljanza?

IVA jew LE

 

5.4.

Jekk IVA, kif?

5.5.

Jeżistu kontrolli li jevitaw it-tbagħbis fl-istadju tal-produzzjoni?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

5.6.

Valutazzjoni: Il-miżuri li jittieħdu mill-organizzazzjoni huma biżżejjed sabiex jipproteġu l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzat tul il-produzzjoni?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x'inhuma r-raġunijiet

 

PARTI 6

L-ippakkjar

L-għan: Li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzat.

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista' jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tul il-proċess tal-ippakkjar.

6.1.

Il-proċess tal-ippakkjar huwa taħt sorveljanza?

IVA jew LE

 

6.2.

Jekk IVA, kif?

6.3.

Jekk jogħġbok iddeskrivi l-imballaġġ estern meta jkun lest:

(a)

Meta jitlesta, l-imballaġġ estern huwa sod?

IVA jew LE

Iddeskrivi:

(b)

Meta jitlesta, l-imballaġġ estern juri li ma jkunx ġie mbagħbas?

IVA jew LE

 

Iddeskrivi:

 

6.4(a)

Jintużaw siġilli nnumerati, tejp tas-sigurtà jew timbri speċjali sabiex jintwera li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru ma ġietx imbagħbsa?

IVA jew LE

 

Jekk IVA:

 

6.4(b)

Is-siġilli nnumerati, it-tejp tas-sigurtà jew it-timbri speċjali jinżammu f'kundizzjonijiet sikuri meta ma jkunux qegħdin jintużaw?

IVA jew LE

 

Iddeskrivi:

 

6.4(c)

Il-ħruġ tas-siġilli nnumerati, it-tejp tas-sigurtà, u/jew it-timbri hu kkontrollat?

IVA jew LE

 

Iddeskrivi:

 

6.5.

Jekk it-tweġiba għal 6.4(a) hija IVA, kif isir dan il-kontroll?

6.6.

Valutazzjoni: Il-proċeduri tal-ippakkjar huma biżżejjed sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli tiġi protetta minn interferenza u/jew tbagħbis mhux awtorizzat?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x'inhuma r-raġunijiet

 

PARTI 7

Ħżin

L-għan: Li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzat.

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista' jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tul il-proċess tal-ħżin.

7.1.

Meta tkun lesta u ppakkjata, il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tinħażen b'mod sikur u jiġi ċċekkjat jekk kienx hemm tbagħbis?

IVA jew LE

 

7.2.

Valutazzjoni: Il-proċeduri tal-ħżin huma biżżejjed sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli tkun protetta minn interferenza u/jew tbagħbis mhux awtorizzat?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x'inhuma r-raġunijiet

PARTI 8

Il-bgħit

L-għan: Li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzat.

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista' jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tul il-proċess tal-bgħit.

8.1.

L-aċċess għaż-żona tal-bgħit huwa kkontrollat?

IVA jew LE

 

8.2.

IVA, kif?

8.3.

Min għandu aċċess għaż-żona tal-bgħit?

L-impjegati?

IVA jew LE

 

Ix-xufiera?

IVA jew LE

 

Il-viżitaturi?

IVA jew LE

 

Il-kuntratturi

IVA jew LE

 

8.4.

Valutazzjoni: Il-protezzjoni hija biżżejjed sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tkun protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzat fiż-żona tal-bgħit?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x'inhuma r-raġunijiet

PARTI 8 A

Il-kunsinni minn sorsi oħra

L-għan: li jiġu stabbiliti proċeduri sabiex ikunu ttrattati kunsinni mhux sikuri.

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet biss jekk il-kunsinni għat-trasport bl-ajru qegħdin jiġu aċċettati minn kumpaniji oħra.

8A.1.

Il-kumpanija taċċetta kunsinni ta' merkanzija maħsuba għat-trasport bl-ajru minn kwalunkwe kumpanija oħra?

IVA JEW LE

 

8A.2.

Jekk IVA, dawn kif jinżammu separati mill-merkanzija tal-kumpanija stess u kif jiġu identifikati għall-aġent regolat/it-trasportatur?

PARTI 9

It-trasportazzjoni

L-għan: Li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzat.

9.1.

Il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru kif tiġi ttrasportata għal għand l-aġent regolat?

(a)

Mill-aġent regolat, jew f'ismu?

IVA jew LE

 

(b)

Bit-trasport tal-ispeditur stess?

IVA jew LE

 

(c)

Minn kuntrattur li jintuża mill-ispeditur?

IVA jew LE

 

9.2.

Meta l-ispeditur juża kuntrattur:

il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi ssiġillata jew ippakkjata qabel tiġi ttrasportata sabiex jiġi żgurat li kull tbagħbis ikun evidenti? kif ukoll

it-trasportatur iffirmaha d-dikjarazzjoni tat-trasportatur?

IVA jew LE

 

Wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin biss meta 9.1(b) jew 9.1(c) japplikaw

9.3.

Il-kompartiment tal-merkanzija tal-vettura tat-trasport jista' jiġi assigurat?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, speċifika kif …

9.4(a)

Meta l-kompartiment tal-merkanzija tal-vettura tat-trasport jista' jiġi assigurat, jintużaw siġilli nnumerati?

IVA jew LE

 

(b)

Meta jintużaw is-siġilli nnumerati, l-aċċess għas-siġilli jkun ikkontrollat u n-numri jiġu rreġistrati malli jinħarġu?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, speċifika kif …

 

9.5.

Meta l-kompartiment tal-merkanzija tal-vettura tat-trasport ma jkunx jista' jiġi assigurat, ikun jista' jintwera li l-merkanzija/posta ma ġietx imbagħbsa?

IVA jew LE

9.6.

Jekk IVA, iddeskrivi x'tip ta' evidenza tintuża biex jintwera li ma kienx hemm tbagħbis

9.7.

Jekk LE, kif jinżamm sikur?

9.8.

Valutazzjoni: Il-miżuri huma biżżejjed sabiex il-merkanzija bl-ajru/il-posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza u/jew tbagħbis waqt it-trasport?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x'inhuma r-raġunijiet

 

DIKJARAZZJONI TAL-IMPENJI

Niddikjara li:

Se naċċetta spezzjonijiet mingħajr avviż minn qabel mill-ispetturi tal-awtorità xierqa għall-fini ta' monitoraġġ ta' dawn l-istandards. Jekk l-ispettur jiskopri kwalunkwe nuqqas serju fis-sigurtà, dan jista' jwassal għall-irtirar tal-istatus tiegħi bħala speditur magħruf.

Se nipprovdi [isem l-awtorità xierqa] bid-dettalji rilevanti minnufih iżda tal-anqas fi żmien għaxart (10) ijiem tax-xogħol jekk:

ir-responsabbiltà komprensiva għas-sigurtà tkun assenjata lil kwalunkwe persuna għajr dik imsemmija fil-punt 1.10;

ikun hemm kwalunkwe bidla oħra fil-bini jew fil-proċeduri li jista' jkollha impatt sinifikanti fuq is-sigurtà kif ukoll

il-kumpanija ma tibqax fin-negozju, ma tibqax tittratta merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru jew ma tistax tibqa' tissodisfa r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti.

Se nżomm l-istandards ta' sigurtà saż-żjara u/jew l-ispezzjoni sussegwenti tal-validazzjoni fuq il-post,

Naċċetta responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni.

Iffirmat

Pożizzjoni fil-kumpanija

 

Valutazzjoni (u notifika)

Suffiċjenza/Insuffiċjenza

 

Meta l-valutazzjoni ġenerali hija insuffiċjenza,elenka hawn taħt il-partijiet fejn l-ispeditur jonqos milli jilħaq l-istandard ta' sigurtà meħtieġ jew għandu vulnerabilità speċifika. Agħti parir ukoll dwar l-aġġustamenti meħtieġa sabiex jintlaħaq l-istandard meħtieġ u għalhekk sabiex ikollu suffiċjenza.

Iffirmat

(Isem il-validatur)

ID-DOKUMENT MEHMUŻ 6-C2

LISTA TA' KONTROLL TAL-VALIDAZZJONI GĦAL AĠENTI REGOLATI U VVALIDATI TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE MINN PAJJIŻ TERZ

Entitatjiet minn pajjiżi terzi jistgħu jagħżlu li jsiru parti minn katina ta' provvista sikura ta' ACC3 (Merkanzija bl-ajru jew għall-posta bl-ajru li joperaw fl-Unjoni minn ajruport ta' pajjiż terz) billi jitolbu nominazzjoni bħala aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE minn pajjiż terz (RA3). RA3 huwa entità tal-maniġġar tal-merkanzija li tinsab f'pajjiż terz li hija vvalidata u approvata bħala tali abbażi tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.

RA3 għandu jiżgura li l-kontrolli tas-sigurtà, inkluż l-iskrinjar fejn applikabbli, ikunu saru fuq il-kunsinni fil-limiti tal-Unjoni Ewropea u li l-kunsinni jkunu ġew imħarsa minn interferenza mhux awtorizzata minn meta ġew applikati dawk il-kontrolli tas-sigurtà u sakemm il-kunsinni tgħabbew fuq inġenju tal-ajru jew inkella ngħataw lil ACC3 jew RA3 ieħor.

Il-prerekwiżiti għall-ġarr tal-merkanzija bl-ajru jew posta bl-ajru lejn l-Unjoni jew l-Iżlanda (8), in-Norveġja u l-Iżvizzera huma meħtieġa mir-Regolament (UE) 2015/1998.

Il-lista ta' kontroll hija l-istrument li għandu jintuża mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għall-valutazzjoni tal-livell ta' sigurtà applikat għall-merkanzija bl-ajru jew għall-posta bl-ajru (9) fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE mill-entità li qed titlob nominazzjoni bħala RA3 jew taħt ir-responsabbiltà tagħha. Il-lista ta' kontroll għandha tintuża biss fil-każijiet speċifikati fil-punt 6.8.4.1(b) tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998. Fil-każijiet speċifikati fil-punt 6.8.4.1(a) tal-Anness, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu juża l-lista ta' kontroll tal-ACC3.

Jekk il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jikkonkludi li l-entità rnexxielha tikkonforma mal-objettivi msemmija f'din il-lista ta' kontroll, għandu jingħata rapport ta' validazzjoni lill-entità vvalidata. Ir-rapport ta' validazzjoni għandu jiddikjara li l-entità hija nominata bħala aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE minn Pajjiż Terz (RA3). Ir-RA3 għandu jkun jista' juża r-rapport fir-relazzjonijiet kummerċjali tiegħu ma' kwalunkwe ACC3. Partijiet integrali tar-rapport ta' validazzjoni għandhom jinkludu minn tal-inqas dawn kollha li ġejjin:

(a)

il-lista ta' kontroll mimlija (id-Dokument Mehmuż 6-C2 stipulat fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998) iffirmata mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u fejn applikabbli, isiru l-kummenti dwarha mill-entità vvalidata;

(b)

id-dikjarazzjoni tal-impenji (id-Dokument Mehmuż 6-H2 stipulat fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998) iffirmata mill-entità vvalidata;

(c)

dikjarazzjoni tal-indipendenza (id-Dokument Mehmuż 11-A tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998) fir-rigward tal-entità vvalidata ffirmata mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.

In-numerazzjoni tal-paġni, id-data tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u l-inizjalar fuq kull paġna mill-validatur u mill-entità vvalidata għandhom ikunu l-prova tal-integrità tar-rapport tal-validazzjoni. F'kull każ, ir-rapport tal-validazzjoni għandu jkun bl-Ingliż.

Il-Parti 5 — L-iskrinjar u l-Parti 6 — Merkanzija jew posta b'riskju għoli (HRCM) għandhom jiġu vvalutati skont ir-rekwiżiti tal-Kapitoli 6.7 u 6.8 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998. Għall-partijiet l-oħrajn li ma jistgħux jiġu vvalutati skont ir-rekwiżiti tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998, l-istandards bażi huma l-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati (SARPs) tal-Anness 17 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u l-materjal ta' gwida li jinsab fil-Manwal tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni tal-ICAO (Dok 8973-Ristrett).

Jekk il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jikkonkludi li l-entità rnexxielha tikkonforma mal-objettivi msemmija f'din il-lista ta' kontroll, l-entità għandha tirċievi kopja tal-lista ta' kontroll mimlija li telenka n-nuqqasijiet.

Noti dwar il-mili:

(1)

Għandhom jimtlew il-partijiet kollha tal-lista ta' kontroll. Fejn ma jkun hemm ebda informazzjoni disponibbli, għandha tingħata spjegazzjoni għal dan.

(2)

Wara kull parti, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jikkonkludi jekk u safejn intlaħqu l-objettivi ta' din il-parti.

PARTI 1

Identifikazzjoni tal-entità vvalidata u tal-validatur

1.1.

Id-data/i tal-validazzjoni

Uża l-format eżatt tad-data, bħal 1.10.2012 sa 2.10.2012

jj/xx/ssss

 

1.2.

Id-data tal-validazzjoni preċedenti fejn applikabbli

jj/xx/ssss

 

In-numru tar-reġistrazzjoni preċedenti tal-RA3, fejn disponibbli

 

Ċertifikat AEO/status C-TPAT/ċertifikazzjonijiet oħrajn, fejn disponibbli

 

1.3.

Informazzjoni dwar il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni

L-isem

 

Kumpanija/Organizzazzjoni/Awtorità

 

Identifikatur Alfanumeriku Uniku (UAI)

 

L-indirizz tal-posta elettronika

 

In-numru tat-telefown — inkluż il-kodiċi internazzjonali

 

1.4.

L-isem tal-entità

L-isem

 

In-numru tal-kumpanija (eż. numru ta' identifikazzjoni tar-reġistru kummerċjali, fejn applikabbli)

 

In-Numru/l-Unità/il-Binja

 

It-triq

 

Il-belt

 

Il-kodiċi postali

 

L-Istat (fejn ikun rilevanti)

 

Il-pajjiż

 

L-indirizz tal-Kaxxa Postali, jekk applikabbli

 

1.5.

L-indirizz prinċipali tal-organizzazzjoni (jekk differenti mis-sit li se tiġi vvalidata)

In-Numru/l-Unità/il-Binja

 

It-triq

 

Il-belt

 

Il-kodiċi postali

 

L-Istat (fejn ikun rilevanti)

 

Il-pajjiż

 

L-indirizz tal-Kaxxa Postali, jekk applikabbli

 

1.6.

In-natura tan-negozju — Jista' jkun applikabbli aktar minn tip wieħed ta' negozju

(a)

merkanzija bl-ajru biss

(b)

bl-ajru u permezz ta' mezzi oħra ta' trasport

(c)

persuna li tgħaddi l-merkanzija li għandha l-bini għall-merkanizja

(d)

persuna li tgħaddi l-merkanzija li ma għandhiex bini għall-merkanizja

(e)

aġent tal-maniġġar

(f)

oħrjan

 

1.7.

L-applikant …?

(a)

jirċievi merkanzija minn aġent regolat minn pajjiż terz ieħor

 

(b)

jirċievi merkanzija mingħand spedituri magħrufa minn pajjiż terz

 

(c)

jirċievi merkanzija mingħand spedituri in konto minn pajjiż terz

 

(d)

jirċievi merkanzija esportata

 

(e)

merkanzija skrinjata

 

(f)

merkanzija maħżuna

 

(g)

oħrajn, jekk jogħġbok speċifika:

 

1.8.

Għadd approssimattiv tal-ħaddiema fuq il-post

Numru

 

1.9.

L-isem u t-titolu tal-persuna responsabbli mis-sigurtà tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-pajjiż terz

L-isem

 

It-titolu tax-xogħol

 

L-indirizz tal-posta elettronika

 

In-numru tat-telefown — inkluż il-kodiċi internazzjonali

 

PARTI 2

L-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet tal-aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE minn pajjiż terz

L-objettiv: L-ebda merkanzija jew posta bl-ajru ma tista' tinġarr lejn l-UE/iż-ŻEE mingħajr ma tkun soġġetta għal kontrolli tas-sigurtà. Il-merkanzija u l-posta li jintbagħtu minn RA3 lil ACC3 jew lil RA3 ieħor jistgħu jiġu aċċettati biss bħala merkanzija jew posta sikura jekk jiġu applikati kontrolli tas-sigurtà bħal dawn mill-RA3. Id-dettalji ta' tali kontrolli huma pprovduti fil-Partijiet li ġejjin ta' din il-lista ta' kontroll.

L-RA3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri biex jiżgura li jiġu applikati l-kontrolli tas-sigurtà xierqa lill-merkanzija bl-ajru u l-posta bl-ajru kollha fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE u l-merkanzija jew il-posta sikura tkun imħarsa sakemm tkun trasferita għand ACC3 jew RA3 ieħor. Il-kontrolli tas-sigurtà għandhom jinkludu wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

Skrinjar fiżiku li għandu jkun ta' standard suffiċjenti biex jiżgura b'mod raġonevoli li ma nħeba ebda oġġett ipprojbit fil-kunsinna;

(b)

Kontrolli tas-sigurtà oħrajn li huma parti minn proċess ta' sigurtà tal-katina tal-provvista li jiżguraw b'mod raġonevoli li ma nħeba ebda oġġett ipprojbit fil-kunsinna u li ġew applikati minn RA3 ieħor, KC3 jew AC3 nominati mill-RA3.

Referenza: Il-punt 6.8.3.

2.1.

L-entità stabbiliet programm ta' sigurtà?

IVA jew LE

 

Jekk LE mur mal-ewwel għall-punt 2.5.

 

2.2.

Programm tas-sigurtà tal-entità

Data — uża l-format eżatt jj/xx/ssss

 

Il-verżjoni

 

Il-programm tas-sigurtà tressaq u/jew ġie approvat mill-awtorità xierqa tal-istat tal-entità? Jekk IVA, jekk jogħġbok iddeskrivi l-proċess

 

2.3.

Il-programm tas-sigurtà jkopri biżżejjed l-elementi msemmija fil-lista ta' kontroll (il-partijiet 3 sa 9)?

IVA jew LE

 

Jekk LE, iddeskrivi għaliex billi tagħti r-raġunijiet fid-dettall

 

2.4.

Il-programm tas-sigurtà huwa konklużiv, robust u komplet?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x'inhuma r-raġunijiet

 

2.5.

L-entità stabbilixxiet proċess sabiex tiżgura li l-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru tiġi sottomessa għal kontrolli xierqa tas-sigurtà qabel ma tiġi trasferita għand ACC3 jew RA3 ieħor?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-proċess

 

2.6.

L-entità għandha fis-seħħ sistema ta' ġestjoni (eż. strumenti, istruzzjonijiet) biex tiżgura li l-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa jiġu implimentati?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi s-sistema ta' ġestjoni u spjega jekk hijiex approvata, iċċekkjata jew ipprovduta mill-awtorità xierqa jew minn entità oħra.

 

Jekk LE, spjega kif l-entità tiżgura li l-kontrolli tas-sigurtà jiġu applikati bil-mod meħtieġ.

 

2.7.

Konklużjonijiet u kummenti ġenerali dwar id-dipendenza, il-konklużività u r-robustezza tal-proċess.

Kummenti mill-entità

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 3

Ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-membri tal-persunal

L-objettiv: Biex jiġi żgurat li l-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa jiġu implimentati, l-RA3 għandu jassenja membri tal-persunal kompetenti u responsabbli biex jaħdmu fil-qasam tas-sikurezza tal-merkanzija bl-ajru jew tal-posta bl-ajru. Il-memrbi tal-persunal b'aċċess għall-merkanzija bl-ajru taħt sigurtà għandu jkollhom il-kompetenzi kollha meħtieġa sabiex iwettqu d-doveri tagħhom u għandhom jingħataw taħriġ adegwat.

Sabiex jissodisfa dan l-objettiv, l-RA3 għandu jkollu proċeduri sabiex jiżgura li l-membri kollha tal-persunal (permanenti, temporanji, membri tal-persunal tal-aġenzija, xufiera, eċċ.) b'aċċess dirett u mingħajr skorta għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru għal liema jkunu qegħdin jiġu jew kienu ġew applikati kontrolli tas-sigurtà:

(a)

kienu soġġetti għal verifiki inizjali u rikorrenti qabel l-impjieg u/jew għal kontrolli tal-preċedenti personali, li mill-inqas ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-awtoritajiet lokali tal-bini tal-RA3 ivvalidat; kif ukoll

(b)

ikunu temmew taħriġ inizjali u rikorrenti fis-sigurtà sabiex ikunu konxji mir-responsabbiltajiet tas-sigurtà tagħhom skont ir-rekwiżiti tal-awtoritajiet lokali tal-bini tal-RA3 ivvalidat.

Nota:

Kontroll tal-preċedenti personali tfisser verifika tal-identità u l-esperjenza preċedenti ta' persuna, inkluż fejn ikun legalment permessibbli, kwalunkwe preċedent kriminali bħala parti mill-valutazzjoni tal-adattabilità ta' individwu sabiex jiġi implimentat kontroll tas-sigurtà u/jew għal aċċess mingħajr skorta għal żona ristretta ta' sigurtà (definizzjoni fl-Anness 17 tal-ICAO).

Verifika qabel l-impjieg għandha tistabbilixxi l-identità tal-persuna fuq il-bażi ta' xhieda ddokumentata, tkopri l-impjieg, l-edukazzjoni u kwalunkwe lakuni matul mill-inqas il-ħames snin ta' qabel, u titlob lill-persuna tiffirma dikjarazzjoni li tiddeskrivi fid-dettall kwalunkwe preċedent kriminali fl-istati kollha tar-residenza matul mill-inqas il-ħames (5) snin ta' qabel (definizzjoni tal-Unjoni).

Referenza: Il-punt 6.8.3.1.

3.1.

Hemm xi proċedura li tiżgura li l-membri kollha tal-persunal b'aċċess dirett u mingħajr skorta għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà jkun soġġett għal verifika qabel l-impjieg li tivvaluta l-isfond u l-kompetenza?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, indika n-numru ta' snin preċedenti kkunsidrati għall-verifika qabel l-impjieg u għid liema entità twettaqha.

 

3.2.

Din il-proċedura tinkludi?

Kontroll tal-preċedenti personali

Verifika qabel l-impjieg

Verifika tar-rekords kriminali

Intervisti

Oħrajn (ipprovdi d-dettalji)

Spjega l-elementi, indika liema entità twettaq dan l-element u fejn applikabbli, indika l-limitu ta' żmien preċedenti li jittieħed f'kunsiderazzjoni.

 

3.3.

Hemm xi proċedura li tiżgura li l-persuna responsabbli mill-applikazzjoni u s-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà fuq il-post tkun soġġetta għal verifika qabel l-impjieg li tivvaluta l-isfond u l-kompetenza?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, indika n-numru ta' snin preċedenti kkunsidrati għall-verifika qabel l-impjieg u għid liema entità twettaqha.

 

3.4.

Din il-proċedura tinkludi?

Kontroll tal-preċedenti personali

Verifika qabel l-impjieg

Verifika tar-rekords kriminali

Intervisti

Oħrajn (ipprovdi d-dettalji)

Spjega l-elementi, indika liema entità twettaq dan l-element u fejn applikabbli, indika l-limitu ta' żmien preċedenti li jittieħed f'kunsiderazzjoni.

3.5.

Il-membri tal-persunal b'aċċess dirett u mingħajr skorta għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà jirċievu xi taħriġ fis-sigurtà qabel jingħataw aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-elementi u t-tul tat-taħriġ

 

3.6.

Il-membri tal-persunal li jaċċettaw, jiskrinjaw u/jew jipproteġu l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru jirċievu xi taħriġ relatat mal-impjieg speċifiku?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-elementi u t-tul tal-korsijiet tat-taħriġ.

 

3.7.

Il-persunal imsemmija fil-punti 3.5 u 3.6 jirċievu taħriġ rikorrenti?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, speċifika l-elementi u l-frekwenza tat-taħriġ rikorrenti

 

3.8.

Il-konklużjoni: il-miżuri li jikkonċernaw ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-membri tal-persunal jiżguraw li l-membri kollha tal-persunal b'aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà jkunu ġew irreklutati u mħarrġa kif xieraq għal standard li jkun biżżejjed sabiex ikollhom sensibilizzazzjoni tar-responsabbiltajiet tas-sigurtà tagħhom?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x'inhuma r-raġunijiet

 

Kummenti mill-entità

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 4

Il-proċeduri ta' aċċettazzjoni

L-objettiv: L-RA3 jista' jirċievi merkanzija jew posta minn RA3 ieħor, KC3, AC3 minn speditur mhux magħruf. L-RA3 għandu jkollu proċeduri ta' aċċettazzjoni adegwati għall-merkanzija u għall-posta sabiex ikun jista' jistabbilixxi jekk kunsinna tiġix minn katina ta' provvista sikura jew le u sussegwentament liema miżura ta' sigurtà għandha tiġi applikata għaliha.

RA3 jista' jżomm bażi tad-dejta li tagħti mill-inqas l-informazzjoni li ġejja għal kull aġent regolat jew speditur magħruf li jkun soġġett għal validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE skont il-punt 6.8.4.1, minn fejn huwa jaċċetta direttament il-merkanzija jew il-posta li għandha tintbagħat lil ACC3 għall-ġarr fl-Unjoni:

(a)

Id-dettalji tal-kumpanija, inkluż l-indirizz tan-negozju bona fide

(b)

In-natura tan-negozju, minbarra informazzjoni sensittiva għan-negozju,

(c)

Id-dettalji ta' kuntatt, inklużi dawk tal-persuna/i responsabbli mis-sigurtà,

(d)

in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija, jekk ikun applikabbli,

(e)

ir-rapport ta' validazzjoni, fejn disponibbli.

Referenza: Il-punti 6.8.3.1 u 6.8.4.3.

Nota: RA3 jista' jaċċetta biss merkanzija minn AC3 bħala merkanzija sikura, jekk dan l-RA3 ikun innomina lil dan l-ispeditur bħala AC3 hu nnifsu u jagħmel tajjeb għall-merkanzija mibgħuta minn dan l-ispeditur.

4.1.

Meta taċċetta kunsinna, l-entità tistabbilixxi jekk din hijiex ġejja minn RA3 ieħor, KC3, AC3 jew speditur mhux magħruf?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, kif?

 

4.2.

L-entità tistabbilixxi u żżomm bażi tad-dejta li tinkludi informazzjoni għal kull RA3, KC3 u AC3 minn fejn hija taċċetta direttament merkanzija bl-ajru jew posta bl-ajru li għandha tintbagħat lil ACC3 għall-ġarr fl-Unjoni?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, speċifika l-informazzjoni inkluża fil-bażi tad-dejta.

 

Jekk LE, kif tkun taf l-entità li l-merkanzija ġejja minn RA3 ieħor, KC3 jew AC3?

 

4.3.

L-entità taħtar spedituri bħala AC3?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-proċedura u l-miżuri ta' salvagwardja li l-entità teħtieġ li l-ispeditur ikollu.

 

4.4.

Meta taċċetta kunsinna, l-entità tistabbilixxi jekk id-destinazzjoni tkunx ajruport tal-UE/taż-ŻEE?

IVA jew LE — spjega

 

4.5.

Jekk IVA — l-entità tissottometti l-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru kollha għall-istess kontrolli tas-sigurtà meta d-destinazzjoni tkun ajruport tal-UE/taż-ŻEE?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-proċedura

 

4.6.

Meta taċċetta kunsinna, l-entità tistabbilixxi jekk din għandhiex titqies bħala merkanzija u posta b'riskju għoli (HRCM) (ara d-definizzjoni fil-parti 6), inkluż għal kunsinni li jitwasslu b'mezzi oħrajn ta' trasport minbarra bl-ajru?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, kif?

Iddeskrivi l-proċedura

 

4.7.

Meta taċċetta kunsinna taħt sigurtà, l-entità vvalidata tistabbilixxi jekk din kinitx protetta minn interferenza u/jew tbagħbis mingħajr awtorizzazzjoni?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi kif (siġilli, katnazzi, spezzjoni, eċċ.)

 

4.8.

Il-persuna li twassal il-kunsinna hija meħtieġa tippreżenta dokument ta' identifikazzjoni uffiċjali li jkun fih ritratt?

IVA jew LE

 

4.9.

Hemm fis-seħħ proċess li jidentifika l-kunsinni li jeħtieġu l-iskrinjar?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, kif?

 

4.10.

Il-konklużjoni: Il-proċeduri ta' aċċettazzjoni huma biżżejjed biex jistabbilixxu jekk il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru għal destinazzjoni ta' ajruport tal-UE/taż-ŻEE tiġix minn katina ta' provvista sikura jew jekk hemmx bżonn li tiġi soġġetta għal skrinjar?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x'inhuma r-raġunijiet

 

Kummenti mill-entità

 

Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 5

L-iskrinjar

L-objettiv: Meta l-RA3 jaċċetta merkanzija u posta li ma tiġix minn katina ta' provvista sikura, jeħtieġ li l-RA3 jgħaddi lil dawn il-kunsinni minn skrinjar adegwat qabel ma jkunu jistgħu jintbagħtu lil ACC3 bħala merkanzija sikura. L-RA3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri sabiex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u l-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE għat-trasferiment, għat-tranżitu jew għall-ħatt f'ajruport tal-Unjoni jiġu skrinjati bil-mezzi jew bil-metodi msemmija fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal standard li jkun biżżejjed biex jiżgura b'mod raġonevoli li dawn ma jkun fihom l-ebda oġġett ipprojbit.

Meta l-iskrinjar tal-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru jitwettaq mill-awtorità xierqa fil-pajjiż terz jew f'isimha, l-RA3 għandu jiddikjara dan il-fatt u jispeċifika kif l-iskrinjar xieraq huwa żgurat.

Referenza: Il-punt 6.8.3.

5.1.

L-iskrinjar isir f'isem l-entità minn entità oħra?

IVA jew LE

 

Jekk IVA,

Speċifika n-natura ta' dawn l-entitajiet u pprovdi d-dettalji:

Kumpanija privata tal-iskrinjar

Kumpanija regolata mill-gvern

Faċilità jew entità ta' skrinjar tal-gvern

Oħrajn

Speċifika n-natura tal-ftehim/kuntratt bejn l-entità vvalidata u l-entità li tapplika l-iskrinjar f'isimha.

 

5.2.

Liema metodi ta' skrinjar jintużaw għall-merkanzija bl-ajru u għall-posta bl-ajru?

Speċifika, inklużi d-dettalji tal-apparat li jintuża għall-iskrinjar tal-merkanzija u tal-posta bl-ajru (eż. il-manifattur, it-tip, il-verżjoni tas-softwer, l-istandard, in-numru tas-serje, eċċ.) għall-metodi kollha użati

 

5.3.

L-apparat jew il-metodu użat (eż. klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi) huwa inkluż fl-aktar lista ta' konformità riċenti tal-UE, tal-Konferenza Ewropea tal-Avjazzjoni Ċivili (ECAC) jew tat-Amministrazzjoni tas-Sigurtà tat-Trasport (TSA) tal-Istati Uniti tal-Amerka?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, ipprovdi d-dettalji

 

Jekk LE, agħti d-dettalji li jispeċifikaw l-approvazzjoni tal-apparat u d-data tagħha, kif ukoll kwalunkwe indikazzjoni li turi li l-apparat huwa konformi mal-istandards tal-apparat tal-UE

 

5.4.

L-apparat qiegħed jintuża skont il-CONOPS (il-kunċett tal-operazzjonijiet) tal-manifatturi u l-apparat qiegħed jiġi ttestjat u ssirlu manutenzjoni regolari?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-proċess

 

5.5.

In-natura tal-kunsinna qiegħda tittieħed f'kunsiderazzjoni matul l-iskrinjar?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi kif qiegħed jiġi żgurat li l-metodu ta' skrinjar magħżul qiegħed jiġi applikat għal standard li jkun biżżejjed biex jiżgura b'mod raġonevoli li ma jitqiegħed ebda oġġett ipprojbit fil-kunsinna.

 

5.6.

Hemm xi proċess għar-riżoluzzjoni tal-allarm iġġenerat mill-apparat tal-iskrinjar? (Għal xi tagħmir, (eż. tagħmir tar-raġġi X), l-allarm jiġi skattat mill-operatur innifsu).

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-proċess li jintuża għar-riżoluzzjoni tal-allarmi sabiex jiġi żgurat b'mod raġonevoli n-nuqqas ta' oġġetti pprojbiti.

 

Jekk LE, iddeskrivi x'jiġri mill-kunsinna.

 

5.7.

Hemm xi kunsinni li huma eżentati mill-iskrinjar tas-sigurtà?

IVA jew LE

 

5.8.

Hemm xi eżenzjonijiet li mhumiex konformi mal-lista tal-Unjoni?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

5.9.

L-aċċess għaż-żona tal-iskrinjar huwa kkontrollat sabiex jiġi żgurat li membri tal-persunal awtorizzati u mħarrġa biss jingħataw aċċess?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

5.10.

Hemm xi sistema stabbilita ta' kontroll tal-kwalità u/jew ittestjar fis-seħħ?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

5.11.

Il-konklużjoni: Il-merkanzija/il-posta bl-ajru qiegħda tiġi skrinjata b'wieħed mill-mezzi jew metodi elenkati fil-punt 6.2.1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (EU) 2015/1998 għal standard biżżejjed sabiex jiġi żgurat b'mod raġonevoli li din ma jkun fiha ebda oġġett ipprojbit?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika r-raġuni

 

Kummenti mill-entità

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 6

Il-Merkanzija jew Posta b'Riskju Għoli (HRCM)

L-objettiv: Kunsinni li joriġinaw minn jew li jkunu involuti fi trasferiment f'postijiet identifikati bħala ta' riskju għoli mill-Unjoni jew li jidhru li ġew imbagħbsa b'mod sinifikanti għandhom jiġu kkunsidrati bħala merkanzija u posta b'riskju għoli (HRCM). Kunsinni bħal dawn għandhom jiġu skrinjati skont struzzjonijiet speċifiċi. L-RA3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri li permezz tagħhom jiżgura li tiġi identifikata l-HRCM fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE u li din tkun soġġetta għal kontrolli xierqa kif definit fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

L-ACC3 fejn l-RA3 tibgħat merkanzija jew posta bl-ajru għat-trasportazzjoni għandu jiġi awtorizzat li jinforma lill-RA3 dwar l-aktar stat riċenti tal-informazzjoni rilevanti dwar l-oriġini ta' riskju għoli.

L-RA3 għandu japplika l-istess miżuri, irrispettivament minn jekk huwa jirċevix merkanzija u posta ta' riskju għoli minn trasportatur tal-ajru jew permezz ta' mezzi oħrajn ta' trasportazzjoni.

Referenza: Il-punt 6.7.

Nota: L-HRCM li tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni sabiex tinġarr lejn l-UE/iż-ŻEE għandha tingħata l-istatus ta' “SHR”, jiġifieri li hija sikura għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija kollha u tal-posta kollha f'konformità mar-rekwiżiti tar-riskju għoli.

6.1.

Il-membri tal-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kontrolli tas-sigurtà jafu liema merkanzija u posta bl-ajru għandha tiġi ttrattata bħala merkanzija u posta ta' riskju għoli (HRCM)?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

6.2.

L-entità għandha fis-seħħ xi proċeduri għall-identifikazzjoni tal-HRCM?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

6.3.

L-HRCM hija soġġetta għal proċeduri ta' skrinjar tal-HRCM skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni?

IVA jew LE

 

Jekk LE, indika l-proċeduri applikati

 

6.4.

Wara l-iskrinjar, l-entità toħroġ dikjarazzjoni dwar l-istatus tas-sigurtà għall-SHR fid-dokumentazzjoni li takkumpanja l-kunsinna?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi kif jinħareġ l-istatus tas-sigurtà u f'liema dokument

 

6.5.

Il-konklużjoni: Il-proċess implimentat mill-entità huwa rilevanti u suffiċjenti sabiex jiġi żgurat li l-HRCM kollha jkunu ġew ittrattati kif xieraq qabel tgħabbew?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika r-raġuni

 

Kummenti mill-entità

 

Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 7

Il-protezzjoni tal-merkanzija u l-posta bl-ajru taħt sigurtà

L-objettiv: L-RA3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri sabiex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u/jew il-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE tkun protetta minn interferenza mhux awtorizzata mill-punt li jiġu applikati l-iskrinjar tas-sigurtà jew kontrolli oħrajn tas-sigurtà jew mill-punt ta' aċċettazzjoni wara li jkunu ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà jew l-iskrinjar, sakemm titgħabba jew tiġi trasferita għand ACC3 jew RA3 ieħor. Jekk merkanzija u posta bl-ajru li qabel kienu taħt sigurtà ma jibqgħux protetti, ma jkunux jistgħu jitgħabbew jew jiġu trasferiti għand ACC3 jew RA3 ieħor bħala merkanzija jew posta sikura.

Il-protezzjoni tista' tiġi pprovduta b'mezzi differenti bħal mezzi fiżiċi (barrikati, kmamar imsakkrin, eċċ.), umani (patrols, membri tal-persunal imħarrġa, eċċ.) u teknoloġiċi (CCTV, allarm, eċċ.).

Il-merkanzija jew il-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE li tkun taħt sigurtà għandha tiġi separata mill-merkanzija jew mill-posta bl-ajru li ma tkunx taħt sigurtà.

Referenza: Il-punt 6.8.3.1.

7.1.

Il-protezzjoni ta' merkanzija bl-ajru u posta bl-ajru taħt sigurtà hija applikata f'isem l-entità vvalidata minn entità oħra?

IVA jew LE

 

Jekk IVA,

Speċifika n-natura ta' dawn l-entitajiet u pprovdi d-dettalji:

Kumpanija privata tal-iskrinjar

Kumpanija regolata mill-gvern

Faċilità jew entità ta' skrinjar tal-gvern

Oħrajn

 

7.2.

Il-protezzjoni u l-kontrolli tas-sigurtà qegħdin fis-seħħ biex jipprevjenu milli jsir xi tbagħbis matul il-proċess tal-iskrinjar?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

Speċifika x'tip/i ta' protezzjoni/jiet hemm fis-seħħ:

Fiżika (ċnut, barrikati, bini ta' kostruzzjoni solida, eċċ.)

Umana (patrols eċċ.)

Teknoloġika (CCTV, sistema ta' allarm, eċċ.)

U spjega kif inhuma organizzati

 

7.3.

Il-merkanzija bl-ajru/il-posta bl-ajru taħt sigurtà huma biss aċċessibbli għal persuni awtorizzati?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

Speċifika kif il-punti kollha tal-aċċess (inklużi l-bibien u t-twieqi) għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli u taħt sigurtà huma kkontrollati.

 

7.4.

Hemm fis-seħħ xi proċeduri li jiżguraw li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE, li għaliha ġew applikati kontrolli tas-sigurtà, hija protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn dak il-ħin li titpoġġa taħt sigurtà sakemm titgħabba jew tiġi trasferita għand ACC3 jew RA3 ieħor?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi kif qiegħda tiġi protetta (b'mod fiżiku, uman, teknoloġiku, eċċ.)

Speċifika wkoll jekk il-bini huwiex magħmul minn kostruzzjoni solida u x'tipi ta' materjali qed jiġu użati, jekk disponibbli.

 

Jekk LE, speċifika x'inhuma r-raġunijiet

 

7.5.

Il-konklużjoni: Il-protezzjoni tal-kunsinni hija robusta biżżejjed biex tipprevjeni interferenza illegali?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika r-raġuni

 

Kummenti mill-entità

 

Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 8

Dokumentazzjoni

L-objettiv: L-istatus tas-sigurtà ta' kunsinna għandu jkun indikat fid-dokumentazzjoni li takkumpanja l-kunsinna, jew fil-forma ta' polza tal-vjaġġ bl-ajru, ta' dokumentazzjoni postali ekwivalenti jew f'dikjarazzjoni separata kif ukoll jew fil-format elettroniku jew bil-kitba. L-istatus tas-sigurtà għandu jingħata mill-RA3.

Referenza: Il-punti 6.3.2.6(d) u 6.8.3.4.

Nota: jistgħu jiġu indikati l-istatus tas-sigurtà li ġejjin:

“SPX”, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija u tal-posta, jew

“SCO”, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-merkanzija u tal-posta biss, jew

“SHR”, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija kollha u tal-posta kollha f'konformità mar-rekwiżiti tar-riskju għoli.

8.1.

Fid-dokumentazzjoni ta' akkumpanjament, l-entità tispeċifika (eż. polza tal-vjaġġ bl-ajru) l-istatus tal-merkanzija u kif dan inkiseb?

IVA jew LE

 

Jekk LE, spjega għaliex

 

8.2.

Il-konklużjoni: Il-proċess tad-dokumentazzjoni huwa biżżejjed biex jiġi żgurat li l-merkanzija jew il-posta jkollha magħha d-dokumentazzjoni ta' appoġġ xierqa li tispeċifika l-istatus korrett tas-sigurtà?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika r-raġuni

 

Kummenti mill-entità

 

Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 9

It-trasportazzjoni

L-objettiv: Il-merkanzija bl-ajru u l-posta bl-ajru għandhom jiġu protetti minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzat minn meta jitpoġġew taħt sigurtà sakemm jitgħabbew jew jiġu trasferiti għand ACC3 jew RA3 ieħor. Dan jinkludi protezzjoni waqt it-trasportazzjoni sal-inġenju tal-ajru, inkella s'għand l-ACC3 jew għand RA3 ieħor. Jekk merkanzija u posta bl-ajru li qabel kienu taħt sigurtà ma jkunux protetti waqt it-trasportazzjoni, ma jkunux jistgħu jitgħabbew jew jiġu trasferiti għand ACC3 jew RA3 ieħor bħala merkanzija sikura.

Waqt it-trasportazzjoni sal-inġenju tal-ajru, ACC3 jew RA3 ieħor, l-RA3 huwa responsabbli għall-protezzjoni tal-kunsinni sikuri. Dan jinkludi każijiet fejn it-trasportazzjoni ssir minn entità oħra, bħal persuna li tgħaddi l-merkanzija, f'isimha. Dan ma jinkludix każijiet fejn il-kunsinni huma ttrasportati taħt ir-responsabbiltà ta' ACC3 jew RA3 ieħor.

Referenza: Il-punt 6.8.3.

9.1.

Kif tasal il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru għand ACC3/RA3 ieħor?

(a)

It-trasport proprju tal-entità vvalidata?

IVA jew LE

 

(b)

It-trasport ta' RA3/ACC3 ieħor?

IVA jew LE

 

(c)

Kuntrattur użat mill-entità vvalidata?

IVA jew LE

 

9.2.

Wara li tbagħbset, il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru ġiet ippakkjata b'mod evidenti?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, kif

 

9.3.

Il-vettura tiġi ssiġġillata jew imsakkra qabel it-trasportazzjoni?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, kif

 

9.4.

Meta jintużaw is-siġilli nnumerati, l-aċċess għas-siġilli jkun ikkontrollat u n-numri jiġu rreġistrati malli jinħarġu?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, speċifika kif

 

9.5.

Jekk applikabbli, it-trasportatur rispettiv jiffirma d-dikjarazzjoni tat-trasport?

IVA jew LE

 

9.6.

Il-persuna li tittrasporta l-merkanzija ġiet soġġetta għal kontrolli speċifiċi ta' sigurtà u taħriġ ta' sensibilizzazzjoni qabel ma ġiet awtorizzata tittrasporta merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, jekk jogħġbok iddeskrivi x'tipi ta' kontrolli tas-sigurtà (verifika qabel l-impjieg, kontroll tal-preċedenti personali, eċċ.) u x'tip ta' taħriġ (taħriġ dwar is-sensibilizzazzjoni tas-sigurtà, eċċ.)

 

9.7.

Il-konklużjoni: Il-miżuri huma biżżejjed sabiex il-merkanzija bl-ajru/il-posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza u/jew tbagħbis waqt it-trasport?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x'inhuma r-raġunijiet

 

Kummenti mill-entità

 

Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 10

Il-konformità

L-objettiv: Wara li jivvaluta l-Partijiet 1 sa 9 ta' din il-lista ta' kontroll, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jikkonkludi jekk il-verifika fuq is-sit tiegħu tikkonfermax l-implimentazzjoni tal-kontroll tas-sigurtà f'konformità mal-objettivi elenkati f'din il-lista ta' kontroll għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE.

Huma possibbli żewġ xenarji differenti. Il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jikkonkludi li l-entità:

(a)

irnexxielha tikkonforma mal-objettivi msemmija f'din il-lista ta' kontroll. Il-validatur għandu jipprovdi lill-entità vvalidata r-rapport oriġinali ta' validazzjoni u jiddikjara li l-entità hija nnominata aġent regolat minn pajjiż terz li hu vvalidat skont l-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE;

(b)

ma rnexxilhiex tikkonforma mal-objettivi msemmija f'din il-lista ta' kontroll. F'dak il-każ, l-entità ma tkunx awtorizzata li tibgħat merkanzija jew posta bl-ajru f'destinazzjoni tal-UE/taż-ŻEE għand ACC3 jew RA3 ieħor. Hija għandha tirċievi kopja tal-lista ta' kontroll kompluta li tgħid x'inhuma n-nuqqasijiet.

B'mod ġenerali, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jiddeċiedi jekk il-merkanzija u l-posta trattati mill-entità vvalidata humiex ġestiti b'tali mod li fil-mument meta jaslu għand ACC3 jew RA3 ieħor jistgħux jitqiesu li huma sikuri biex imorru fl-UE/fiż-ŻEE skont ir-regolamenti applikabbli tal-Unjoni.

Il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jżomm f'moħħu li l-valutazzjoni hija bbażata fuq metodoloġija ta' konformità globali abbażi tal-objettivi.

10.1.

Il-konklużjoni ġenerali:

Valutazzjoni (u notifika)

(immarka l-kelma li tapplika)

Jekk tkun “SUFFIĊJENZA”, l-entità għandha tiġi kkunsidrata nominata bħala aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE minn pajjiż terz (RA3).

Suffiċjenza/Insuffiċjenza

Meta l-valutazzjoni ġenerali twassal għal insuffiċjenza, elenka hawn taħt il-partijiet fejn il-kunsinnatur jonqos milli jilħaq l-istandard ta' sigurtà meħtieġ jew għandu vulnerabilità speċifika. Agħti parir ukoll dwar l-aġġustamenti meħtieġa sabiex jintlaħaq l-istandard meħtieġ u għalhekk sabiex ikollu suffiċjenza.

Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

Kummenti mill-entità

 

L-isem tal-validatur:

Id-data:

Il-firma:


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 tat-2 ta' April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 300/2008 (ĠU L 91, 3.4.2009, p. 7).

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005 final ta' li tistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni li jinkludu t-tagħrif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u li jħassar id-Deċiżjoni (2010) 774 tat-13 ta' April 2010.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 748/2009 tal-5 ta' Awwissu 2009 dwar il-lista ta' operaturi ta' inġenji tal-ajru li wettqu attività ta' avjazzjoni elenkata fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE fl-1 ta' Jannar 2006 jew wara, li tispeċifika l-Istat Membru ta' amministrazzjoni għal kull operatur ta' inġenji tal-ajru (ĠU L 219, 22.8.2009, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(8)  L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea: L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, u r-Renju Unit.

(9)  Merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru/inġenji tal-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE fil-lista ta' kontroll ta' din il-validazzjoni hija ekwivalenti għal merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru/inġenji tal-ajru fil-limiti tal-UE u l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera.


ANNESS

Lista ta' persuni u entitajiet li saritilhom żjara jew li ġew intervistati

Għandhom jingħataw l-isem tal-entità, l-isem tal-persuna ta' kuntatt u d-data taż-żjara jew tal-intervista.

L-isem tal-entità

L-isem tal-persuna ta' kuntatt

Id-data taż-żjara/l-intervista

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ID-DOKUMENT MEHMUŻ 6-C3

LISTA TA' KONTROLL TAL-VALIDAZZJONI GĦALL-ACC3

In-nominazzjoni bħala ACC3 (Trasportaturi tal-merkanzija jew tal-posta bl-ajru li joperaw lejn l-Unjoni minn ajruport ta' pajjiż terz) hija l-prerekwiżit għall-ġarr tal-merkanzija bl-ajru jew tal-posta bl-ajru lejn l-Unjoni Ewropea (1) (UE) jew l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera u hija meħtieġa mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998.

In-nominazzjoni bħala ACC3 hija fil-prinċipju meħtieġa għat-titjiriet kollha li jġorru merkanzija jew posta għat-trasferiment, għat-tranżitu jew għall-ħatt fl-ajruporti tal-UE/taż-ŻEE (2). L-awtoritajiet xierqa tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-Iżlanda, tan-Norveġja u tal-Isvizzera huma lkoll responsabbli għan-nominazzjoni ta' trasportaturi tal-ajru speċifiċi bħala ACC3. In-nominazzjoni hija bbażata fuq il-programm tas-sigurtà ta' trasportatur tal-ajru u fuq verifika fuq il-post tal-implimentazzjoni skont l-objettivi msemmija f'din il-lista ta' kontroll tal-validazzjoni.

Il-lista ta' kontroll hija l-istrument li għandu jintuża mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għall-valutazzjoni tal-livell ta' sigurtà applikata għall-merkanzija bl-ajru jew għall-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE minn jew taħt ir-responsabbiltà tal-ACC3 jew trasportatur tal-ajru li japplika għal nominazzjoni bħala ACC3.

Għandu jintbagħat rapport ta' validazzjoni lill-awtorità ta' nominazzjoni x-xierqa u lill-entità vvalidata fi żmien massimu ta' xahar wara l-verifika fuq il-post. Partijiet integrali tar-rapport ta' validazzjoni għandhom ikunu mill-inqas:

il-lista ta' kontroll mimlija, iffirmata mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u, fejn applikabbli, bil-kummenti dwarha mill-entità vvalidata;

id-dikjarazzjoni tal-impenji (id-Dokument Mehmuż 6-H1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998) iffirmata mill-entità vvalidata; u

dikjarazzjoni tal-indipendenza (id-Dokument Mehmuż 11-A tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998) fir-rigward tal-entità vvalidata ffirmata mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.

In-numerazzjoni tal-paġni, id-data tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u l-inizjalar fuq kull paġna mill-validatur u mill-entità vvalidata għandhom ikunu l-prova tal-integrità tar-rapport tal-validazzjoni. F'kull każ, ir-rapport tal-validazzjoni għandu jkun bl-Ingliż.

Il-Parti 3 — Il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru, il-Parti 6 — Il-bażi tad-dejta, il-Parti 7 — L-iskrinjar u l-Parti 8 — Merkanzija jew posta b'riskju għoli (HRCM) għandhom jiġu vvalidati fl-isfond tar-rekwiżiti tal-Kapitoli 6.7 u 6.8 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998. Għall-partijiet l-oħrajn, l-istandards bażi huma l-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati (SARPs) tal-Anness 17 għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u l-materjal ta' gwida li jinsab fil-Manwal tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni tal-ICAO (Dok 8973-Ristrett).

Noti dwar il-mili:

Għandhom jimtlew il-partijiet kollha tal-lista ta' kontroll. Fejn ma jkun hemm ebda informazzjoni disponibbli, għandha tingħata spjegazzjoni għal dan.

Wara kull parti, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jikkonkludi jekk u safejn intlaħqu l-objettivi ta' din il-parti.

PARTI 1

Identifikazzjoni tal-entità vvalidata u tal-validatur

1.1.

Id-data/i tal-validazzjoni

Uża l-format eżatt tad-data, bħal 1.10.2012 sa 2.10.2012

jj/xx/ssss

 

1.2.

Id-data tal-validazzjoni preċedenti u l-Identifikatur Alfanumeriku Uniku (UAI) tal-ACC3, fejn disponibbli

jj/xx/ssss

 

UAI

 

1.3.

Informazzjoni dwar il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni

L-isem

 

Kumpanija/Organizzazzjoni/Awtorità

 

UAI

 

L-indirizz tal-posta elettronika

 

In-numru tat-telefown — inkluż il-kodiċijiet internazzjonali

 

1.4.

L-isem tat-trasportatur tal-ajru li għandu jiġi vvalidat

L-isem

 

AOC (iċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru) maħruġ fi (l-isem tal-Istat):

 

Il-kodiċi tal-IATA (l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru), jew il-kodiċi tal-ICAO (l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali) jekk il-kodiċi tal-IATA ma jeżistix għat-trasportatur tal-ajru. Speċifika liema kodiċi

 

L-Istat responsabbli għan-nominazzjoni tat-trasportatur tal-ajru bħala ACC3

 

1.5.

Id-dettalji tal-post tal-ajruport tal-pajjiż terz li għandu jiġi vvalidat jew il-faċilitajiet tal-merkanzija/posta marbuta miegħu

L-isem

 

Il-kodiċi tal-IATA (jew tal-ICAO) għall-ajruport

 

Il-pajjiż

 

1.6.

In-natura tan-negozju tat-trasportatur tal-ajru — Jista' jkun applikabbli aktar minn tip wieħed ta' negozju

(a)

Trasportatur tal-passiġġieri u tal-merkanzija/posta

(b)

Trasportatur tal-merkanzija u l-posta biss

(c)

Trasportatur tal-merkanzija biss

(d)

Trasportatur tal-posta biss

(e)

Integratur

(f)

Trasportatur mikri (charter)

 

1.7.

L-isem u t-titolu tal-persuna responsabbli mis-sigurtà tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-pajjiż terz

L-isem

 

It-titolu tax-xogħol

 

L-indirizz tal-posta elettronika

 

In-numru tat-telefown — inkluż il-kodiċijiet internazzjonali

 

1.8.

L-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tat-trasportatur tal-ajru fl-ajruport fejn issir iż-żjara

In-Numru/l-Unità/il-Binja/l-Ajruport

 

It-triq

 

Il-belt

 

Il-kodiċi postali

 

L-Istat (fejn ikun rilevanti)

 

Il-pajjiż

 

1.9.

L-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tat-trasportatur tal-ajru, eż. il-kwartieri korporattivi

In-Numru/l-Unità/il-Binja/l-Ajruport

 

It-triq

 

Il-belt

 

Il-kodiċi postali

 

L-Istat (fejn ikun rilevanti)

 

Il-pajjiż

 

PARTI 2

L-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet tal-ACC3 fl-ajruport

L-objettiv: Ebda merkanzija jew posta bl-ajru ma tista' tinġarr lejn l-UE/iż-ŻEE mingħajr ma tkun soġġetta għal kontrolli tas-sigurtà. Id-dettalji ta' tali kontrolli huma pprovduti mill-Partijiet li ġejjin ta' din il-lista ta' kontroll. L-ACC3 ma għandux jaċċetta merkanzija jew posta biex tinġarr fuq inġenju tal-ajru fil-limiti tal-UE sakemm l-applikazzjoni tal-iskrinjar jew ta' kontrolli tas-sigurtà oħrajn ma tkunx ikkonfermata u ġġustifikata minn aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE, minn speditur magħruf ivvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew minn speditur in konto ta' aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE, jew sakemm tali kunsinni ma jkunux soġġetti għall-iskrinjar skont ir-regoli tal-Unjoni.

L-ACC3 għandu jkollu proċess sabiex jiżgura li jiġu applikati kontrolli xierqa tas-sigurtà għall-merkanzija u l-posta bl-ajru kollha fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE sakemm dawn ma jkunux eżentati mill-iskrinjar skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u bil-kundizzjoni li l-merkanzija jew il-posta jkunu protetti minn hemm 'il quddiem sakemm jitgħabbew fuq l-inġenju tal-ajru. Il-kontrolli tas-sigurtà għandhom jikkonsistu minn:

Skrinjar fiżiku li għandu jkun ta' standard suffiċjenti biex jiżgura b'mod raġonevoli li ma nħeba ebda oġġett ipprojbit fil-kunsinna, jew

Kontrolli tas-sigurtà oħrajn li huma parti minn proċess ta' Sigurtà tal-Katina tal-Provvista li jiżguraw b'mod raġonevoli li ma nħeba ebda oġġett ipprojbit fil-kunsinna applikati minn aġenti regolati u vvalidati tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew minn spedituri magħrufa jew minn speditur in konto ta' aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.

Referenza: Il-punt 6.8.3

2.1.

It-trasportatur tal-ajru stabbilixxa proċess sabiex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru tiġi sottomessa għal kontrolli xierqa tas-sigurtà qabel titgħabba fuq inġenju tal-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-proċess

 

2.2.

Il-kontrolli tas-sigurtà huma applikati mit-trasportatur tal-ajru jew f'ismu minn entità koperta skont il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru?

Jekk IVA, ipprovdi d-dettalji

 

Jekk LE, liema entitajiet mhux koperti mill-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru japplikaw kontrolli tas-sigurtà għal merkanzija jew posta bl-ajru li tinġarr minn dan it-trasportatur tal-ajru lejn l-UE/iż-ŻEE?

 

Speċifika n-natura ta' dawn l-entitajiet u pprovdi d-dettalji

Kumpanija privata ta' ġestjoni tal-merkanzija

Kumpanija regolata mill-gvern

Faċilità jew entità ta' skrinjar tal-gvern

Oħrajn

 

2.3.

Permezz ta' liema strumenti u struzzjonijiet it-trasportatur tal-ajru jiżgura li l-kontrolli tas-sigurtà huma applikati bil-mod meħtieġ?

 

2.4.

It-trasportatur tal-ajru huwa kapaċi jesiġi li jsiru l-kontrolli tas-sigurtà xierqa f'każ li l-iskrinjar jitwettaq minn entitajiet li mhumiex koperti mill-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru, bħalma huma l-faċilitajiet tal-gvern?

IVA jew LE

 

Jekk LE, ipprovdi d-dettalji

 

2.5.

Ġie implimentat xi programm ta' aġenti regolati/spedituri magħrufa għall-merkanzija u l-posta bl-ajru skont l-istandards tal-ICAO fl-Istat tal-ajruport fejn issir iż-żjara ta' validazzjoni?

Jekk IVA, iddeskrivi l-elementi tal-programm u kif dan iddaħħal fis-seħħ

 

2.6.

Konklużjonijiet u kummenti ġenerali dwar id-dipendenza, il-konklużività u r-robustezza tal-proċess.

Kummenti mit-trasportatur tal-ajru

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 3

Il-Programm tas-Sigurtà tat-trasportatur tal-ajru

L-objettiv: L-ACC3 għandu jiżgura li l-programm tas-sigurtà tiegħu jkun jinkludi l-miżuri kollha tas-sigurtà tal-avjazzjoni li huma rilevanti u suffiċjenti biex il-merkanzija u l-posta bl-ajru jinġarru lejn l-UE.

Il-programm tas-sigurtà u d-dokumentazzjoni assoċjata tat-trasportatur tal-ajru għandhom ikunu l-bażi tal-kontrolli tas-sigurtà applikati skont l-objettiv ta' din il-lista ta' kontroll. It-trasportatur tal-ajru jista' jikkunsidra li jgħaddi d-dokumentazzjoni tiegħu lill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE qabel ma ssir iż-żjara fuq il-post, biex tgħinu jiffamiljarizza ruħu mad-dettalji tal-postijiet li jrid iżur.

Referenza: Il-punt 6.8.2.1 u d-Dokument mehmuż 6-G

Nota: Il-punti li ġejjin elenkati fid-Dokument Mehmuż 6-G tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 għandhom ikunu koperti b'mod xieraq:

(a)

deskrizzjoni tal-miżuri għall-merkanzija u l-posta bl-ajru;

(b)

il-proċeduri għall-aċċettazzjoni;

(c)

l-iskema u l-kriterji tal-aġent regolat;

(d)

l-iskema u l-kriterji tal-ispeditur magħruf;

(e)

l-iskema u l-kriterji tal-ispeditur in konto;

(f)

l-istandard tal-iskrinjar;

(g)

il-post tal-iskrinjar;

(h)

id-dettalji dwar it-tagħmir tal-iskrinjar;

(i)

id-dettalji tal-operatur jew tal-fornitur tas-servizz;

(j)

il-lista ta' eżenzjonijiet mill-iskrinjar tas-siġurtà;

(k)

it-trattament ta' merkanzija u posta bl-ajru b'riskju għoli.

3.1.

Il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru

Id-data — uża l-format eżatt tad-data jj/xx/ssss

 

Il-verżjoni

 

Il-programm ġie sottomess lil awtorità xierqa tal-UE/ŻEE fi stadju aktar bikri? Jekk IVA, kien għal nominazzjoni bħala ACC3? Għal skopijiet oħrajn?

 

3.2.

Il-programm tas-sigurtà jkopri biżżejjed l-elementi tal-lista ta' hawn fuq?

IVA jew LE

 

Jekk LE, iddeskrivi għaliex billi tagħti r-raġunijiet fid-dettall

 

3.3.

Il-miżuri tas-sigurtà tal-avjazzjoni deskritti mill-programm tas-sigurtà huma rilevanti u biżżejjed sabiex jiżguraw il-merkanzija bl-ajru/il-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE skont l-istandards meħtieġa?

IVA jew LE

 

Jekk LE, iddeskrivi għaliex billi tagħti r-raġunijiet fid-dettall

 

3.4.

Il-konklużjoni: Il-programm tas-sigurtà huwa konklużiv, robust u komplet?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x'inhuma r-raġunijiet

 

Kummenti mit-trasportatur tal-ajru

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 4

Ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-membri tal-persunal

L-objettiv: L-ACC3 għandu jassenja membri tal-persunal kompetenti u responsabbli biex jaħdmu fil-qasam tas-sikurezza u l-ġestjoni tal-merkanzija bl-ajru jew tal-posta bl-ajru. Il-persunal b'aċċess għall-merkanzija bl-ajru taħt sigurtà jippossjedu l-kompetenzi kollha meħtieġa sabiex iwettqu d-doveri tagħhom u ngħataw taħriġ adegwat.

Sabiex jissodisfa dan l-objettiv, l-ACC3 għandu jkollu proċedura sabiex jiżgura li l-membri kollha tal-persunal (permanenti, temporanji, persunal tal-aġenzija, xufiera, eċċ.) b'aċċess dirett u mingħajr skorta għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru għal liema jkunu qegħdin jiġu jew kienu ġew applikati kontrolli tas-sigurtà:

kienu soġġetti għal verifiki inizjali u rikorrenti qabel l-impjieg u/jew għal kontrolli tal-preċedenti personali, li mill-inqas ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-awtoritajiet lokali tal-ajruport ivvalidat, u

ikunu temmew taħriġ inizjali u rikorrenti fis-sigurtà sabiex ikunu konxji mir-responsabbiltajiet tas-sigurtà tagħhom skont ir-rekwiżiti tal-awtoritajiet lokali tal-ajruport ivvalidat.

Referenza: Il-punt 6.8.3.1

Nota:

Kontroll tal-preċedenti personali tfisser verifika tal-identità u l-esperjenza preċedenti ta' persuna, inkluż fejn ikun legalment permessibbli, kwalunkwe preċedent kriminali bħala parti mill-valutazzjoni tal-adattabilità ta' individwu sabiex jiġi implimentat kontroll tas-sigurtà u/jew għal aċċess mingħajr skorta għal żona ristretta ta' sigurtà (definizzjoni fl-Anness 17 tal-ICAO).

Verifika qabel l-impjieg għandha tistabbilixxi l-identità tal-persuna fuq il-bażi ta' xhieda ddokumentata, tkopri l-impjieg, l-edukazzjoni u kwalunkwe lakuni matul mill-inqas il-ħames snin ta' qabel, u titlob lill-persuna tiffirma dikjarazzjoni li tiddeskrivi fid-dettall kwalunkwe preċedent kriminali fl-istati kollha tar-residenza matul mill-inqas il-ħames (5) snin ta' qabel (definizzjoni tal-Unjoni).

4.1.

Hemm xi proċedura li tiżgura li l-persunal kollu b'aċċess dirett u mingħajr skorta għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà jkun soġġett għal verifika qabel l-impjieg li tivvaluta l-isfond u l-kompetenza?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, indika n-numru ta' snin preċedenti kkunsidrati għall-verifika qabel l-impjieg u għid liema entità twettaqha.

 

4.2.

Din il-proċedura tinkludi?

Kontroll tal-preċedenti personali

Verifika qabel l-impjieg

Verifika tar-rekords kriminali

Intervisti

Oħrajn (ipprovdi d-dettalji)

Spjega l-elementi, indika liema entità twettaq dan l-element u fejn applikabbli, indika l-limitu ta' żmien preċedenti li jittieħed f'kunsiderazzjoni.

 

4.3.

Hemm xi proċedura li tiżgura li l-persuna responsabbli mill-applikazzjoni u s-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà fuq il-post tkun soġġetta għal verifika qabel l-impjieg li tivvaluta l-isfond u l-kompetenza?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, indika n-numru ta' snin preċedenti kkunsidrati għall-verifika qabel l-impjieg u għid liema entità twettaqha.

 

4.4.

Din il-proċedura tinkludi?

Kontroll tal-preċedenti personali

Verifika qabel l-impjieg

Verifika tar-rekords kriminali

Intervisti

Oħrajn (ipprovdi d-dettalji)

Spjega l-elementi, indika liema entità twettaq dan l-element u fejn applikabbli, indika l-limitu ta' żmien preċedenti li jittieħed f'kunsiderazzjoni.

 

4.5.

Il-membri tal-persunal b'aċċess dirett u mingħajr skorta għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà jirċievu xi taħriġ fis-sigurtà qabel jingħataw aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-elementi u t-tul tat-taħriġ

 

4.6.

Il-persunal li jaċċettaw, jiskrinjaw u/jew jipproteġu l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru jirċievu xi taħriġ relatat mal-impjieg speċifiku?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-elementi u t-tul tal-korsijiet tat-taħriġ.

 

4.7.

Il-persunal imsemmija fil-punti 4.5 u 4.6 jirċievu taħriġ rikorrenti?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, speċifika l-elementi u l-frekwenza tat-taħriġ rikorrenti

 

4.8.

Il-konklużjoni: il-miżuri li jikkonċernaw ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-persunal jiżguraw li l-persunal kollu b'aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà jkunu ġew assenjati u mħarrġin kif xieraq għal standard li jkun biżżejjed sabiex ikunu konxji mir-responsabbiltajiet tas-sigurtà tagħhom?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x'inhuma r-raġunijiet

 

Kummenti mit-trasportatur tal-ajru

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 5

Il-proċeduri ta' aċċettazzjoni

L-objettiv: L-ACC3 għandu jkollu proċedura fis-seħħ sabiex mal-aċċettazzjoni jivvaluta u jivverifika l-istatus tas-sigurtà ta' kunsinna fir-rigward tal-verifiki preċedenti.

Il-proċedura għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:

verifika ta' jekk il-kunsinna titwassalx minn persuna nnominata mill-aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-EU jew minn speditur magħruf kif elenkat fil-bażi tad-dejta tagħha (il-Parti 6) jew minn speditur in konto ta' tali aġent regolat;

verifika ta' jekk il-kunsinna hijiex ippreżentata bl-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-sigurtà (polza tal-vjaġġ bl-ajru u informazzjoni dwar l-istatus tas-sigurtà bil-kitba jew b'mod elettroniku) li tikkorrespondi għall-kunsinni tal-merkanzija u tal-posta bl-ajru li jkunu qegħdin jitwasslu;

Verifika ta' jekk il-kunsinna hijiex ħielsa minn kwalunkwe sinjal ta' tbagħbis, u

verifika ta' jekk il-kunsinna għandhiex tiġi ttrattata bħala merkanzija u posta b'riskju għoli (HRCM).

Referenza: Il-punt 6.8.3.1

Nota:

Aġent regolat jew speditur magħruf huwa entità li tiġġestixxi merkanzija li tkun ġiet ivvalidata b'suċċess minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew li l-miżuri ta' sigurtà tagħha jkunu ġew inklużi fil-programm tas-sigurtà tal-ACC3 ivvalidat mill-UE (f'dak il-każ, l-ACC3 huwa ko-responsabbli għall-miżuri tas-sigurtà).

Speditur in konto huwa entità li tiġġestixxi merkanzija akkont tagħha stess taħt ir-responsabbiltà ta' aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE. Dan l-aġent regolat huwa responsabbli b'mod sħiħ mill-kontrolli tas-sigurtà applikati mill-ispeditur in konto.

Il-persuna nnominata tikkorrispondi għall-persuna inkarigata biex twassal il-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru għal fuq it-trasportatur tal-ajru. Il-persuna li twassal il-kunsinna fuq it-trasportatur tal-ajru għandha tippreżenta karta tal-identità, passaport, liċenzja tas-sewqan jew xi dokument ieħor, li jkun jinkludi ritratt tagħha u li jkun inħareġ jew li jkun ġie rikonoxxut mill-awtorità nazzjonali.

5.1.

Meta jaċċetta kunsinna direttament, it-trasportatur tal-ajru jistabbilixxi jekk din hijiex ġejja minn aġent regolat, minn speditur magħruf jew minn speditur in konto li jkun ivvalidat jew rikonoxxut skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-merkanzija bl-ajru u elenkat fil-bażi tad-dejta miżmuma mit-trasportatur tal-ajru?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-proċedura

 

5.2.

Meta jaċċetta kunsinna direttament, it-trasportatur tal-ajru jistabbilixxi jekk id-destinazzjoni tagħha hijiex ajruport tal-UE/taż-ŻEE?

IVA jew LE — spjega

 

5.3.

Jekk IVA — it-trasportatur tal-ajru jissottometti l-merkanzija kollha tiegħu għall-istess kontrolli tas-sigurtà meta d-destinazzjoni tkun ajruport tal-UE/taż-ŻEE?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-proċedura

 

5.4.

Meta jaċċetta kunsinna direttament, it-trasportatur tal-ajru jistabbilixxi jekk din għandhiex titqies bħala merkanzija u posta b'riskju għoli (HRCM), inkluż għal kunsinni li jitwasslu b'mezzi oħrajn ta' trasport minbarra bl-ajru?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, kif?

Iddeskrivi l-proċedura

 

5.5.

Meta jaċċetta kunsinna taħt sigurtà, it-trasportatur tal-ajru jistabbilixxi jekk din kinitx protetta minn interferenza u/jew tbagħbis mingħajr awtorizzazzjoni?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi kif (siġilli, katnazzi, eċċ.).

 

5.6.

Jekk it-trasportatur tal-ajru jaċċetta t-tranżitu tal-merkanzija bl-ajru/il-posta bl-ajru f'dan il-post (merkanzija/posta li titlaq fuq l-istess inġenju tal-ajru li tkun waslet fuqu), it-trasportatur tal-ajru jistabbilixxi abbażi tad-dejta mogħtija jekk hemmx bżonn jiġu applikati jew le kontrolli ta' sigurtà ulterjuri?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, kif jiġi stabbilit dan?

 

Jekk LE, x'tip ta' kontrolli huma applikati sabiex jiżguraw is-sigurtà tal-merkanzija u tal-posta fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE?

 

5.7.

Jekk it-trasportatur tal-ajru jaċċetta t-trasferiment tal-merkanzija bl-ajru/il-posta bl-ajru f'dan il-post (merkanzija/posta li titlaq fuq inġenju tal-ajru differenti minn dak li tkun waslet fuqu), it-trasportatur tal-ajru jistabbilixxi abbażi tad-dejta mogħtija jekk hemmx bżonn jiġu applikati jew le kontrolli ta' sigurtà ulterjuri?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, kif jiġi stabbilit dan?

 

Jekk LE, x'tip ta' kontrolli huma applikati sabiex jiżguraw is-sigurtà tal-merkanzija u tal-posta fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE?

 

5.8.

Il-persuna li twassal il-merkanzija bl-ajru taħt sigurtà lit-trasportatur tal-ajru hija meħtieġa tippreżenta dokument ta' identifikazzjoni uffiċjali li jkun fih ritratt?

IVA jew LE

 

5.9.

Il-konklużjoni: Il-proċeduri ta' aċċettazzjoni huma biżżejjed biex jistabbilixxu jekk il-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru tiġix minn katina ta' provvista sikura jew jekk hemmx bżonn li tiġi soġġetta għal skrinjar?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x'inhuma r-raġunijiet

 

Kummenti mit-trasportatur tal-ajru

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 6

Bażi tad-dejta

L-objettiv: Meta l-ACC3 ma jkunx obbligat li japplika skrinjar ta' 100 % għall-merkanzija bl-ajru jew għall-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE, l-ACC3 għandu jiżgura li l-merkanzija jew il-posta tkun ġejja minn aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew minn speditur magħruf jew minn speditur in konto ta' aġent regolat.

Għall-monitoraġġ tar-rekord għall-verifika rilevanti għas-sigurtà, l-ACC3 għandu jżomm bażi tad-dejta li tagħti l-informazzjoni li ġejja għal kull entità jew persuna li mingħandha jkun aċċetta l-merkanzija jew il-posta direttament:

L-istatus tal-entità involuta (aġent regolat jew speditur magħruf),

Id-dettalji tal-kumpanija, inkluż l-indirizz tan-negozju bona fide

In-natura tan-negozju, minbarra informazzjoni sensittiva għan-negozju,

Id-dettalji ta' kuntatt, inklużi dawk tal-persuna/i responsabbli mis-sigurtà,

In-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija, jekk ikun applikabbli.

Meta jirċievi merkanzija jew posta bl-ajru, l-ACC3 għandu jiċċekkja fil-bażi tad-dejta jekk l-entità hijiex imniżżla. Jekk l-entità ma tkunx inkluża fil-bażi tad-dejta, il-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru mwassla minnha tkun trid tiġi skrinjata qabel titgħabba.

Referenza: Il-punti 6.8.4.1 u 6.8.4.3

6.1.

It-trasportatur tal-ajru jżomm bażi tad-dejta li tinkludi, skont kif xieraq, id-dettalji msemmija hawn fuq, ta':

Aġenti regolati u vvalidati tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE;

Spedituri magħrufa vvalidati tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE;

Spedituri in konto ta' aġent regolat (fuq bażi volontarja)?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-bażi tad-dejta

 

Jekk LE, spjega għaliex

 

6.2.

Il-persunal li jaċċetta l-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru għandu aċċess faċli għall-bażi tad-dejta?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-proċess

 

6.3.

Il-bażi tad-dejta tiġi aġġornata b'mod regolari sabiex tipprovdi dejta affidabbli lill-persunal li jaċċetta merkanzija bl-ajru jew posta bl-ajru?

IVA jew LE

 

Jekk LE, spjega għaliex

 

6.4.

Il-konklużjoni: It-trasportatur tal-ajru jżomm xi bażi tad-dejta li tiżgura t-trasparenza sħiħa fir-rigward tiegħu mal-entitajiet li mingħandhom jirċievi direttament merkanzija jew posta (skrinjata jew ikkontrollata mis-sigurtà) għat-trasport lejn l-UE/iż-ŻEE?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x'inhuma r-raġunijiet

 

Kummenti mit-trasportatur tal-ajru

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 7

L-iskrinjar

L-objettiv: Meta l-ACC3 jaċċetta merkanzija u posta mingħand entità li mhijiex ivvalidata għas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew il-merkanzija kkunsinjata ma tkunx ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn dak iż-żmien li jkunu ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà, l-ACC3 għandu jiżgura li din il-merkanzija/posta bl-ajru tiġi skrinjata qabel titgħabba fuq l-inġenju tal-ajru. L-ACC3 għandu jkollu proċess sabiex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u l-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE għat-trasferiment, għat-tranżitu jew għall-ħatt f'ajruport tal-Unjoni jiġu skrinjati bil-mezzi jew bil-metodi msemmija fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal standard li jkun biżżejjed biex jiżgura b'mod raġonevoli li dawn ma jkun fihom l-ebda oġġett ipprojbit.

Meta l-ACC3 ma jiskrinjax il-merkanzija jew il-posta bl-ajru huwa nnifsu, huwa għandu jiżgura li l-iskrinjar xieraq jitwettaq skont ir-rekwiżiti tal-Unjoni. Il-proċeduri tal-iskrinjar għandhom jinkludu, fejn ikun xieraq, it-trattament tat-trasferiment u/jew it-tranżitu tal-merkanzija u l-posta.

Meta l-iskrinjar tal-merkanzija jew tal-posta bl-ajru jitwettaq minn jew f'isem l-awtorità xierqa fil-pajjiż terz, l-ACC3 li jirċievi tali merkanzija jew posta bl-ajru mingħand l-entità għandu jiddikjara dan il-fatt fil-programm tas-sigurtà tiegħu, u jispeċifika l-mod li bih jista' jiġi żgurat skrinjar adegwat.

Referenza: Il-punti 6.8.3.1, 6.8.3.2, 6.8.3.3

7.1.

L-iskrinjar huwa applikat mit-trasportatur tal-ajru jew f'ismu minn entità koperta taħt il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru?

Jekk IVA, ipprovdi d-dettalji.

Jekk applikabbli, ipprovdi d-dettalji tal-entità jew entitajiet koperta/i skont il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru:

L-isem

L-indirizz speiċifiku tas-sit

Preżenza ta' status AEO, jekk applikabbli

 

Jekk LE, liema entitajiet li mhumiex koperti mill-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru japplikaw l-iskrinjar għall-merkanzija jew il-posta bl-ajru kkunsinjata minn dan it-trasportatur tal-ajru lejn l-UE/iż-ŻEE?

Speċifika n-natura ta' dawn l-entitajiet u pprovdi d-dettalji

Kumpanija privata ta' ġestjoni tal-merkanzija

Kumpanija regolata mill-gvern

Faċilità jew entità ta' skrinjar tal-gvern

Oħrajn

 

7.2.

Liema metodi ta' skrinjar jintużaw għall-merkanzija bl-ajru u għall-posta bl-ajru?

Speċifika, inklużi d-dettalji tal-apparat li jintuża għall-iskrinjar tal-merkanzija u tal-posta bl-ajru (il-manifattur, it-tip, il-verżjoni tas-softwer, l-istandard, in-numru tas-serje, eċċ.) għall-metodi kollha użati

 

7.3.

L-apparat jew il-metodu użat (eż. klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi) huwa inkluż fl-aktar lista ta' konformità riċenti tal-UE, tal-Konferenza Ewropea tal-Avjazzjoni Ċivili (ECAC) jew tat-Amministrazzjoni tas-Sigurtà tat-Trasport (TSA) tal-Istati Uniti tal-Amerka?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, ipprovdi d-dettalji

 

Jekk LE, agħti d-dettalji li jispeċifikaw l-approvazzjoni tal-apparat u d-data tagħha, kif ukoll kwalunkwe indikazzjoni li turi li l-apparat huwa konformi mal-istandards tal-apparat tal-UE

 

7.4.

L-apparat qiegħed jintuża skont il-CONOPS (il-kunċett tal-operazzjonijiet) tal-manifatturi u l-apparat qiegħed jiġi ttestjat u ssirlu manutenzjoni regolari?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-proċess

 

7.5.

In-natura tal-kunsinna qiegħda tittieħed f'kunsiderazzjoni matul l-iskrinjar?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi kif qiegħed jiġi żgurat li l-metodu ta' skrinjar magħżul qiegħed jiġi applikat għal standard li jkun biżżejjed biex jiżgura b'mod raġonevoli li ma jitqiegħed ebda oġġett ipprojbit fil-kunsinna

 

7.6.

Hemm xi proċess għar-riżoluzzjoni tal-allarm iġġenerat mill-apparat tal-iskrinjar?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-proċess li jintuża għar-riżoluzzjoni tal-allarmi sabiex jiġi żgurat b'mod raġonevoli n-nuqqas ta' oġġetti pprojbiti.

 

Jekk LE, iddeskrivi x'jiġri mill-kunsinna.

 

7.7.

Hemm xi kunsinni li huma eżentati mill-iskrinjar tas-sigurtà?

IVA jew LE

 

7.8.

Hemm xi eżenzjonijiet li mhumiex konformi mal-lista tal-Unjoni?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

7.9.

L-aċċess għaż-żona tal-iskrinjar huwa kkontrollat sabiex jiġi żgurat li membri tal-persunal awtorizzati u mħarrġin biss jingħataw aċċess?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

7.10.

Hemm xi sistema stabbilita ta' kontroll tal-kwalità u/jew ittestjar fis-seħħ?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

7.11.

Il-konklużjoni: Il-merkanzija/il-posta bl-ajru qiegħda tiġi skrinjata b'wieħed mill-mezzi jew metodi elenkati fil-punt 6.2.1 tar-Regolament ta' Implimentazzoni (EU) 2015/1998 għal standard biżżejjed sabiex jiġi żgurat b'mod raġonevoli li din ma jkun fiha ebda oġġett ipprojbit?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika r-raġuni

 

Kummenti mit-trasportatur tal-ajru

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 8

Merkanzija jew Posta b'Riskju Għoli (HRCM)

L-objettiv: Kunsinni li joriġinaw minn jew li jkunu involuti fi trasferiment f'postijiet identifikati bħala ta' riskju għoli mill-UE jew li jidhru li ġew imbagħbsa b'mod sinifikanti għandhom jiġu kkunsidrati bħala merkanzija u posta b'riskju għoli (HRCM). Kunsinni bħal dawn għandhom jiġu skrinjati skont struzzjonijiet speċifiċi. L-oriġini ta' riskju għoli u l-istruzzjonijiet tal-iskrinjar jiġu pprovduti mill-awtorità xierqa tal-UE/taż-ŻEE li tkun innominat l-ACC3. L-ACC3 għandu jkollu proċedura li permezz tagħha jiżgura li tiġi identifikata l-HRCM fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE u li din tkun soġġetta għal kontrolli xierqa kif definit fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

L-ACC3 għandu jibqa' f'kuntatt mal-awtorità xierqa responsabbli għall-ajruporti tal-UE/taż-ŻEE li jġorr il-merkanzija lejhom sabiex ikollu disponibbli l-aħħar stat ta' informazzjoni dwar l-oriġini ta' riskju għoli.

L-ACC3 għandu japplika l-istess miżuri, irrispettivament minn jekk huwa jirċevix merkanzija u posta ta' riskju għoli minn trasportatur tal-ajru ieħor jew permezz ta' mezzi oħrajn ta' trasportazzjoni.

Referenza: Il-punti 6.7 u 6.8.3.4

Nota: L-HRCM li tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni sabiex tinġarr lejn l-UE/iż-ŻEE għandha tingħata l-istatus ta' “SHR”, jiġifieri li hija sikura għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija kollha u tal-posta kollha f'konformità mar-rekwiżiti tar-riskju għoli.

8.1.

Il-persunal tat-trasportatur tal-ajru responsabbli għat-twettiq tal-kontrolli tas-sigurtà jaf liema merkanzija u posta bl-ajru għandha tiġi ttrattata bħala merkanzija u posta ta' riskju għoli (HRCM)?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

8.2.

It-trasportatur tal-ajru għandu xi proċeduri fis-seħħ għall-identifikazzjoni tal-HRCM?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

8.3.

L-HRCM hija soġġetta għal proċeduri ta' skrinjar tal-HRCM skont il-leġiżlazzjoni tal-UE?

IVA jew LE

 

Jekk LE, indika l-proċeduri applikati

 

8.4.

Wara l-iskrinjar, it-trasportatur tal-ajru joħroġ dikjarazzjoni dwar l-istatus tas-sigurtà għall-SHR fid-dokumentazzjoni li takkumpanja l-kunsinna?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi kif jinħareġ l-istatus tas-sigurtà u f'liema dokument

 

8.5.

Il-konklużjoni: Il-proċess implimentat mit-trasportatur tal-ajru huwa rilevanti u suffiċjenti sabiex jiġi żgurat li l-HRCM kollha jkunu ġew ittrattati kif xieraq qabel tgħabbew?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika r-raġuni

 

Kummenti mit-trasportatur tal-ajru

 

Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 9

Protezzjoni

L-objettiv: L-ACC3 għandu jkollu proċessi fis-seħħ sabiex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u/jew il-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE tkun protetta minn interferenza mhux awtorizzata mill-punt li jiġu applikati l-iskrinjar tas-sigurtà jew kontrolli oħrajn tas-sigurtà jew mill-punt ta' aċċettazzjoni wara li jkunu ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà jew l-iskrining, sakemm titgħabba.

Il-protezzjoni tista' tiġi pprovduta b'mezzi differenti bħal mezzi fiżiċi (barrikati, kmamar imsakkrin, eċċ.), umani (patrols, membri tal-persunal imħarrġa, eċċ.) u teknoloġiċi (CCTV, allarm, eċċ.).

Il-merkanzija jew il-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE li tkun taħt sigurtà għandha tiġi separata mill-merkanzija jew mill-posta bl-ajru li ma tkunx taħt sigurtà.

Referenza: Il-punt 6.8.3

9.1.

Il-protezzjoni tal-merkanzija bl-ajru u tal-posta bl-ajru taħt sigurtà tiġi applikata mit-trasportatur tal-ajru jew f'ismu minn entità koperta taħt il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru?

Jekk IVA, ipprovdi d-dettalji

 

Jekk LE, liema entitajiet li mhumiex koperti mill-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru japplikaw il-miżuri ta' protezzjoni għall-merkanzija jew il-posta bl-ajru li jinġarru minn dan it-trasportatur tal-ajru lejn l-UE/iż-ŻEE?

Speċifika n-natura ta' dawn l-entitajiet u pprovdi d-dettalji

Kumpanija privata ta' ġestjoni tal-merkanzija

Kumpanija regolata mill-gvern

Faċilità jew entità ta' skrinjar tal-gvern

Oħrajn

 

9.2.

Il-protezzjoni u l-kontrolli tas-sigurtà qegħdin fis-seħħ biex jipprevjenu milli jsir xi tbagħbis matul il-proċess tal-iskrinjar?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

9.3.

Hemm xi proċessi fis-seħħ biex jiżguraw li l-merkanzija bl-ajru/il-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE, li għalihom ġew applikati kontrolli tas-sigurtà, huma protetti minn interferenza mhux awtorizzata minn dak il-ħin li jintrabtu b'siġurtà sakemm jitgħabbew?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi kif qegħdin jiġu protetti

 

Jekk LE, speċifika x'inhuma r-raġunijiet

 

9.4.

Konklużjonijiet: Il-protezzjoni tal-kunsinni hija robusta biżżejjed biex tipprevjeni interferenza illegali?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x'inhi r-raġuni

 

Kummenti mit-trasportatur tal-ajru

 

Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 10

Dokumentazzjoni ta' appoġġ

L-objettiv: L-ACC3 għandu jiżgura li:

(1)

L-istatus tas-sigurtà tal-kunsinna jkun indikat fid-dokumentazzjoni ta' appoġġ, jew fil-forma ta' polza tal-vjaġġ bl-ajru, ta' dokumentazzjoni postali ekwivalenti jew f'dikjarazzjoni separata u jew fil-format elettroniku jew bil-miktub; kif ukoll

(2)

L-identifikatur alfanumeriku uniku tiegħu jkun jidher fuq id-dokumentazzjoni ta' appoġġ għall-kunsinni li jinġarru, f'format elettroniku jew bil-miktub.

Referenza: Il-punti 6.3.2.6 (d), 6.8.3.4 u 6.8.3.5

Nota: jistgħu jiġu indikati l-istatus tas-sigurtà li ġejjin:

“SPX”, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija u tal-posta, jew

“SCO”, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-merkanzija u tal-posta biss, jew

“SHR”, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija kollha u tal-posta kollha f'konformità mar-rekwiżiti tar-riskju għoli.

Fin-nuqqas ta' aġent regolat, l-ACC3 jew trasportatur tal-ajru li jasal minn pajjiż terz eżentat mir-reġim tal-ACC3 jista' joħroġ id-dikjarazzjoni tal-istatus tas-sigurtà.

10.1.

Il-kunsinni huma akkumpanjati minn dokumentazzjoni li tikkonferma l-kontrolli tas-sigurtà preċedenti u attwali?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-kontenut tad-dokumentazzjoni

 

Jekk LE, spjega għalfejn u kif il-merkanzija jew il-posta hija ttrattata bħala “sikura” mit-trasportatur tal-ajru jekk din titgħabba fuq l-inġenju tal-ajru

 

10.2.

Id-dokumentazzjoni tinkludi l-identifikatur alfanumeriku uniku ACC3 tat-trasportatur tal-ajru?

IVA jew LE

 

Jekk LE, spjega għaliex

 

10.3.

Id-dokumentazzjoni tispeċifika l-istatus tas-sigurtà tal-merkanzija u kif inkiseb dan l-istatus?

IVA jew LE

 

10.4.

Il-konklużjoni: Il-proċess tad-dokumentazzjoni huwa biżżejjed biex jiġi żgurat li l-merkanzija jew il-posta jkollha magħha d-dokumentazzjoni ta' appoġġ xierqa li tispeċifika l-istatus korrett tas-sigurtà?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x'inhi r-raġuni

 

Kummenti mit-trasportatur tal-ajru

 

Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 11

Il-konformità

L-objettiv: Wara li jivvaluta l-għaxar partijiet preċedenti ta' din il-lista ta' kontroll, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jikkonkludi jekk il-verifika tiegħu fuq il-post tikkorrispondix mal-kontenut tal-parti tal-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru li tiddeskrivi l-miżuri għall-merkanzija bl-ajru/il-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE u jekk il-kontrolli tas-sigurtà jimplimentawx biżżejjed l-objettivi elenkati f'din il-lista ta' kontroll.

Għall-konklużjonijiet tiegħek, iddistingwi bejn erba' każijiet prinċipali possibbli:

(1)

il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru huwa f'konformità mad-Dokument Mehmuż 6-G tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 u l-verifika fuq il-post tikkonferma l-konformità mal-objettiv tal-lista ta' kontroll; jew

(2)

il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru huwa f'konformità mad-Dokument Mehmuż 6-G tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 iżda l-verifika fuq il-post ma tikkonfermax il-konformità mal-objettiv tal-lista ta' kontroll; jew

(3)

il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru mhuwiex konformi mad-Dokument Mehmuż 6-G tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 iżda l-verifika fuq il-post tikkonferma l-konformità mal-objettiv tal-lista ta' kontroll; jew

(4)

il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru mhuwiex konformi mad-Dokument Mehmuż 6-G tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 u l-verifika fuq il-post ma tikkonfermax il-konformità mal-objettiv tal-lista ta' kontroll.

11.1.

Il-konklużjoni ġenerali: Indika l-każ li huwa l-eqreb għas-sitwazzjoni vvalidata

1, 2, 3 jew 4

 

Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

Kummenti mit-trasportatur tal-ajru

 

L-isem tal-validatur:

Id-data:

Il-firma:


(1)  L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea: L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, u r-Renju Unit.

(2)  Merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru/inġenji tal-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE fil-lista ta' kontroll ta' din il-validazzjoni hija ekwivalenti għal merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru/inġenji tal-ajru fil-limiti tal-UE u l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera.


ANNESS

Lista ta' persuni u entitajiet li saritilhom żjara jew li ġew intervistati

Għandhom jingħataw l-isem tal-entità, l-isem tal-persuna ta' kuntatt u d-data taż-żjara jew tal-intervista.

L-isem tal-entità

L-isem tal-persuna ta' kuntatt

Id-data taż-żjara/l-intervista

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ID-DOKUMENT MEHMUŻ 6-C4

LISTA TA' KONTROLL TAL-VALIDAZZJONI GĦALL-ISPEDITURI MAGĦRUFA MINN PAJJIŻI TERZI TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE IVVALIDATI

Entitatjiet minn pajjiżi terzi jistgħu jagħżlu li jsiru parti mill-katina ta' provvista sikura ta' ACC3 (Trasportatur ta' merkanzija bl-ajru jew għall-posta bl-ajru li jopera fl-Unjoni minn ajruport ta' pajjiż terz) billi jitolbu nominazzjoni bħala Speditur Magħruf minn pajjiż terz li hu vvalidat skont l-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE (KC3). KC3 huwa entità tal-maniġġar tal-merkanzija minn pajjiż terz li hija vvalidata u approvata bħala tali abbażi tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.

KC3 għandu jiżgura li l-kontrolli tas-sigurtà jkunu ġew applikati lill-kunsinni fil-limiti tal-Unjoni (1) u li l-kunsinni jkunu ġew protetti minn interferenza mhux awtorizzata minn meta jiġu applikati dawk il-kontrolli tas-sigurtà u sakemm jiġu trasferiti għand ACC3 jew aġent regolat minn pajjiż terz li hu vvalidat skont l-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE (RA3).

Il-prerekwiżiti għall-ġarr tal-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru lejn l-Unjoni (UE) jew l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera huma meħtieġa mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998.

Il-lista ta' kontroll hija l-istrument li għandu jintuża mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għall-valutazzjoni tal-livell ta' sigurtà applikata għall-merkanzija bl-ajru jew għall-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE (2) mill-entità li qed titlob nominazzjoni bħala KC3 jew taħt ir-responsabbiltà tagħha. Il-lista ta' kontroll għandha tintuża biss fil-każijiet speċifikati fil-punt 6.8.4.1(b) tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 Fil-każijiet speċifikati fil-punt 6.8.4.1(a) tal-imsemmi Anness, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu juża l-lista ta' kontroll tal-ACC3.

Jekk il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jikkonkludi li l-entità rnexxielha tikkonforma mal-objettivi msemmija f'din il-lista ta' kontroll, għandu jingħata rapport ta' validazzjoni lill-entità vvalidata. Ir-rapport tal-validazzjoni għandu jiddikjara li l-entità hija nominata speditur magħruf minn pajjiż terz li hu vvalidat skont l-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE (KC3). Il-KC3 għandu jkun jista' juża r-rapport fir-relazzjonijiet tan-negozju tiegħu ma' kwalunkwe ACC3 u RA3. Partijiet integrali tar-rapport ta' validazzjoni għandhom jinkludu minn tal-inqas dawn kollha li ġejjin:

(a)

il-lista ta' kontroll mimlija (id-Dokument Mehmuż 6-C4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998) iffirmata mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u fejn applikabbli, isiru l-kummenti dwarha mill-entità vvalidata;

(b)

id-dikjarazzjoni tal-impenji (id-Dokument Mehmuż 6-H3 tar-Regolament ta; Implimentazzjoni (UE) 2015/1998) iffirmata mill-entità vvalidata; kif ukoll

(c)

dikjarazzjoni tal-indipendenza (id-Dokument Mehmuż 11-A tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998) fir-rigward tal-entità vvalidata ffirmata mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.

In-numerazzjoni tal-paġni, id-data tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u l-inizjalar fuq kull paġna mill-validatur u mill-entità vvalidata għandhom ikunu l-prova tal-integrità tar-rapport tal-validazzjoni. F'kull każ, ir-rapport tal-validazzjoni għandu jkun bl-Ingliż.

Għall-partijiet l-oħrajn li ma jistgħux jiġu vvalutati skont ir-rekwiżiti tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998, l-istandards bażi huma l-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati (SARPs) tal-Anness 17 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u l-materjal ta' gwida li jinsab fil-Manwal tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni tal-ICAO (Dok 8973-Ristrett).

Jekk il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE tikkonkludi li l-entità naqset milli tikkonforma mal-objettivi msemmija f'din il-lista ta' kontroll, din l-entità għandha tirċievi kopja tal-lista ta' kontroll mimlija li telenka n-nuqqasijiet.

Noti dwar il-mili:

(1)

Għandhom jimtlew il-partijiet kollha tal-lista ta' kontroll. Fejn ma jkun hemm ebda informazzjoni disponibbli, għandha tingħata spjegazzjoni għal dan.

(2)

Wara kull parti, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jikkonkludi jekk u safejn intlaħqu l-objettivi ta' din il-parti.

PARTI 1

L-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet

1.1.

Id-data/i tal-validazzjoni

Uża l-format eżatt tad-data, bħal 1.10.2012 sa 2.10.2012

jj/xx/ssss

 

1.2.

Id-data tal-validazzjoni preċedenti fejn applikabbli.

jj/xx/ssss

 

In-numru tar-reġistrazzjoni preċedenti tal-KC3, fejn disponibbli

 

Ċertifikat AEO/status C-TPAT/ċertifikazzjonijiet oħrajn, fejn disponibbli

 

1.3.

Informazzjoni dwar il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni

L-isem

 

Kumpanija/Organizzazzjoni/Awtorità

 

Identifikatur Alfanumeriku Uniku (UAI)

 

L-indirizz tal-posta elettronika

 

In-numru tat-telefown — inkluż il-kodiċi internazzjonali

 

1.4.

L-isem tal-entità

L-isem

 

In-numru tal-kumpanija (eż. numru ta' identifikazzjoni tar-reġistru kummerċjali, fejn applikabbli)

 

In-Numru/l-Unità/il-Binja

 

It-triq

 

Il-belt

 

Il-kodiċi postali

 

L-Istat (fejn ikun rilevanti)

 

Il-pajjiż

 

L-indirizz tal-Kaxxa Postali, jekk applikabbli

 

1.5.

L-indirizz prinċipali tal-organizzazzjoni (jekk differenti mis-sit li se tiġi vvalidata)

In-Numru/l-Unità/il-Binja

 

It-triq

 

Il-belt

 

Il-kodiċi postali

 

L-Istat (fejn ikun rilevanti)

 

Il-pajjiż

 

L-indirizz tal-Kaxxa Postali, jekk applikabbli

 

1.6.

In-natura tan-negozju — It-tipi ta' merkanzija pproċessati

X'inhi n-natura tan-negozju(i) — tip ta' merkanzija pproċessata fil-bini tal-applikant?

 

1.7.

L-applikant huwa responsabbli għal …?

(a)

Il-produzzjoni

(b)

L-ippakkjar

(c)

Ħżin

(d)

Il-bgħit

(e)

Oħrajn, jekk jogħġbok speċifika

 

1.8.

Għadd approssimattiv tal-ħaddiema fuq il-post

Numru

 

1.9.

L-isem u t-titolu tal-persuna responsabbli mis-sigurtà tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-pajjiż terz

L-isem

 

It-titolu tax-xogħol

 

L-indirizz tal-posta elettronika

 

In-numru tat-telefown — inkluż il-kodiċi internazzjonali

 

PARTI 2

L-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet tal-ispeditur magħruf minn pajjiż terz li hu vvalidat skont l-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

L-objettiv: L-ebda merkanzija jew posta bl-ajru ma tista' tinġarr lejn l-UE/iż-ŻEE mingħajr ma tkun soġġetta għal kontrolli tas-sigurtà. Il-merkanzija u l-posta li jintbagħtu minn KC3 għand ACC3 jew RA3 jistgħu jiġu aċċettati biss bħala merkanzija jew posta sikura jekk jiġu applikati kontrolli tas-sigurtà bħal dawn mill-KC3. Id-dettalji ta' tali kontrolli huma pprovduti mill-Partijiet li ġejjin ta' din il-lista ta' kontroll.

Il-KC3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri biex jiżgura li jiġu applikati l-kontrolli tas-sigurtà xierqa lill-merkanzija bl-ajru u l-posta bl-ajru kollha fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE u l-merkanzija jew il-posta sikura titħares sakemm tkun trasferita għand ACC3 jew RA3. Il-kontrolli tas-sigurtà għandhom jikkonsistu f'miżuri li jiżguraw b'mod raġonevoli li ma nħeba ebda oġġett ipprojbit fil-kunsinna.

Referenza: Il-punt 6.8.3.

2.1.

L-entità stabbiliet programm ta' sigurtà?

IVA jew LE

 

Jekk LE mur mal-ewwel għall-punt 2.5

 

2.2.

Informazzjoni dwar il-programm tas-sigurtà tal-entità

Data — uża l-format eżatt jj/xx/ssss

 

Il-verżjoni

 

Il-programm tas-sigurtà tressaq quddiem l-awtorità xierqa tal-istat fejn tinsab l-entità u/jew ġie approvat minnha? Jekk IVA, jekk jogħġbok iddeskrivi l-proċess.

 

2.3.

Il-programm tas-sigurtà jkopri biżżejjed l-elementi msemmija fil-lista ta' kontroll (il-partijiet 4 sa 11)?

IVA jew LE

 

Jekk LE, iddeskrivi għaliex billi tagħti r-raġunijiet fid-dettall

 

2.4.

Il-programm tas-sigurtà huwa konklużiv, robust u komplet?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x'inhuma r-raġunijiet

 

2.5.

L-entità stabbilixxiet proċess sabiex tiżgura li l-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE tiġi sottomessa għal kontrolli xierqa tas-sigurtà qabel ma tiġi trasferita għand ACC3 jew RA3?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-proċess

 

2.6.

L-entità għandha fis-seħħ sistema ta' ġestjoni (eż. strumenti, istruzzjonijiet, eċċ.) biex tiżgura li l-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa jiġu implimentati?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi s-sistema ta' ġestjoni u spjega jekk hijiex approvata, iċċekkjata jew ipprovduta mill-awtorità xierqa jew minn entità oħra.

 

Jekk LE, spjega kif l-entità tiżgura li l-kontrolli tas-sigurtà jiġu applikati bil-mod meħtieġ.

 

2.7.

Konklużjonijiet u kummenti ġenerali dwar id-dipendenza, il-konklużività u r-robustezza tal-proċess.

Kummenti mill-entità

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 3

Il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli

L-objettiv: Li jiġi stabbilit il-punt (jew: il-post) fejn il-merkanzija/posta ssir identifikabbli bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru.

3.1.

Permezz ta' spezzjoni tal-produzzjoni, l-ippakkjar, il-ħażna, l-għażla, il-bgħit u kwalunkwe parti oħra rilevanti, żgura fejn u kif kunsinna tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE ssir identifikabbli bħala tali.

Iddeskrivi

 

Kummenti mill-entità

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

N.B.: Għandu jingħata tagħrif dettaljat dwar il-protezzjoni ta' merkanzija bl-ajru/il-posta bl-ajru identifikabbli minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzat fil-Partijiet 6 sa 9.

PARTI 4

Ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-membri tal-persunal

L-objettiv: Biex jiġi żgurat li l-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa jiġu implimentati, il-KC3 għandu jassenja membri tal-persunal kompetenti u responsabbli biex jaħdmu fil-qasam tas-sikurezza tal-merkanzija bl-ajru jew tal-posta bl-ajru. Il-membri tal-persunal b'aċċess għall-merkanzija bl-ajru identifikabbli jippossjedu l-kompetenzi kollha meħtieġa sabiex iwettqu d-doveri tagħhom u jingħataw taħriġ adegwat.

Sabiex jissodisfa dan l-objettiv, il-KC3 għandu jkollu proċedura sabiex jiżgura li l-membri kollha tal-persunal (permanenti, temporanji, membri tal-persunal tal-aġenzija, xufiera, eċċ.) b'aċċess dirett u mingħajr skorta għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru għal liema jkunu qegħdin jiġu jew kienu ġew applikati kontrolli tas-sigurtà:

(a)

kienu soġġetti għal verifiki inizjali u rikorrenti qabel l-impjieg u/jew għal kontroll tal-preċedenti personali, li mill-inqas ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-awtoritajiet lokali tal-bini tal-KC3 ivvalidat; kif ukoll

(b)

ikunu temmew taħriġ inizjali u rikorrenti fis-sigurtà sabiex ikunu konxji mir-responsabbiltajiet tas-sigurtà tagħhom skont ir-rekwiżiti tal-awtoritajiet lokali tal-bini tal-KC3 ivvalidat.

Nota:

Kontroll tal-preċedenti personali tfisser verifika tal-identità u l-esperjenza preċedenti ta' persuna, inkluż fejn ikun legalment permessibbli, kwalunkwe preċedent kriminali bħala parti mill-valutazzjoni tal-adattabilità ta' individwu sabiex jiġi implimentat kontroll tas-sigurtà u/jew għal aċċess mingħajr skorta għal żona ristretta ta' sigurtà (definizzjoni fl-Anness 17 tal-ICAO).

Verifika qabel l-impjieg għandha tistabbilixxi l-identità tal-persuna fuq il-bażi ta' xhieda ddokumentata, tkopri l-impjieg, l-edukazzjoni u kwalunkwe lakuni matul mill-inqas il-ħames snin ta' qabel, u titlob lill-persuna tiffirma dikjarazzjoni li tiddeskrivi fid-dettall kwalunkwe preċedent kriminali fl-istati kollha tar-residenza matul mill-inqas il-ħames (5) snin ta' qabel (definizzjoni tal-Unjoni).

Referenza: Il-punt 6.8.3.1.

4.1.

Hemm xi proċedura li tiżgura li l-membri kollha tal-persunal b'aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli jkunu soġġetti għal verifika qabel l-impjieg li tivvaluta l-isfond u l-kompetenza?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, indika n-numru ta' snin preċedenti kkunsidrati għall-verifika qabel l-impjieg u għid liema entità twettaqha.

 

4.2.

Din il-proċedura tinkludi?

Kontroll tal-preċedenti personali

Verifika qabel l-impjieg

Verifika tar-rekords kriminali

Intervisti

Oħrajn (ipprovdi d-dettalji)

Spjega l-elementi, indika liema entità twettaq dan l-element u fejn applikabbli, indika l-limitu ta' żmien preċedenti li jittieħed f'kunsiderazzjoni.

 

4.3.

Hemm xi proċedura li tiżgura li l-persuna responsabbli mill-applikazzjoni u s-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà fuq il-post tkun soġġetta għal verifika qabel l-impjieg li tivvaluta l-isfond u l-kompetenza?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, indika n-numru ta' snin preċedenti kkunsidrati għall-verifika qabel l-impjieg u għid liema entità twettaqha.

 

4.4.

Din il-proċedura tinkludi?

Kontroll tal-preċedenti personali

Verifika qabel l-impjieg

Verifika tar-rekords kriminali

Intervisti

Oħrajn (ipprovdi d-dettalji)

Spjega l-elementi, indika liema entità twettaq dan l-element u fejn applikabbli, indika l-limitu ta' żmien preċedenti li jittieħed f'kunsiderazzjoni.

 

4.5.

Il-membri tal-persunal b'aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli jirċievu xi taħriġ fis-sigurtà qabel jingħataw aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-elementi u t-tul tat-taħriġ

 

4.6.

Il-membri tal-persunal imsemmija fil-punt 4.5 jirċievu taħriġ rikorrenti?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, speċifika l-elementi u l-frekwenza tat-taħriġ rikorrenti

 

4.7.

Il-konklużjoni: il-miżuri li jikkonċernaw ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-membri tal-persunal jiżguraw li l-membri kollha tal-persunal b'aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE jkunu ġew irreklutati u mħarrġa kif xieraq għal standard li jkun biżżejjed sabiex ikollhom sensibilizzazzjoni dwar ir-responsabbiltajiet tas-sigurtà tagħhom?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x'inhuma r-raġunijiet

 

Kummenti mill-entità

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 5

Is-sigurtà fiżika

L-objettiv: Il-KC3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri biex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u/jew il-posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE tkun protetta minn kull interferenza u/jew tbagħbis mhux awtorizzat. Jekk merkanzija jew posta bħal din ma tkunx protetta, ma tistax tintbagħat għand ACC3 jew RA3 bħala merkanzija jew posta sikura.

L-entità għandha turi kif is-sit tagħha jew il-bini tagħha huma protetti u li hemm fis-seħħ proċeduri ta' kontroll rilevanti għall-aċċess. Huwa essenzjali li l-aċċess għaż-żona fejn il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli tiġi pproċessata jew maħżuna, ikun ikkontrollat. Jeħtieġ li l-bibien, it-twieqi u l-punti l-oħra kollha ta' aċċess għall-merkanzija bl-ajru/il-posta bl-ajru sikuri fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE ikunu taħt sigurtà jew soġġetti għall-kontroll tal-aċċess.

Is-sigurtà fiżika tista' tkun, imma mhix limitata għal:

Ostakli fiżiċi bħal ċnut jew barrikati;

Teknoloġija bl-użu ta' allarmi u/jew sistemi ta' CCTV;

Sigurtà umana bħal membri tal-persunal li xogħolhom ikun li jwettqu attivitajiet ta' sorveljanza.

Referenza: Il-punt 6.8.3.1.

5.1.

Il-punti tal-aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli huma kollha soġġetti għall-kontroll tal-aċċess u l-aċċess huwa limitat għal persuni awtorizzati?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, kif jiġi kkontrollat l-aċċess? Spjega u ddeskrivi. Tista' tagħti aktar minn risposta waħda.

Minn membri tal-persunal tas-sigurtà

Minn membri oħrajn tal-persunal

Verifika manwali jekk il-persuni jkunu jistgħu jidħlu f'dik iż-żona

Sistemi ta' kontroll elettroniku għall-aċċess

Oħrajn, speċifika

 

Jekk IVA, kif jiġi żgurat li persuna tkun awtorizzata li tidħol fiż-żona? Spjega u ddeskrivi. Tista' tagħti aktar minn risposta waħda.

Użu ta' karta ta' identifikazzjoni tal-kumpanija

Użu ta' tip ieħor ta' karta tal-identifikazzjoni bħal passaport jew liċenzja tas-sewqan

Lista tal-persuni awtorizzati użata mill-membri tal-persunal (tas-sigurtà)

Awtorizzazzjoni elettronika, eż. bl-użu ta' ċippa

Distribuzzjoni ta' ċwievet jew kodiċi ta' aċċess biss lill-membri awtorizzati tal-persunal

Oħrajn, speċifika

 

5.2.

Il-punti kollha tal-aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli huma taħt sigurtà? Dawn jinkludu l-punti tal-aċċess li mhumiex f'użu permanenti u punti li normalment ma jintużawx bħala punti tal-aċċess, bħat-twieqi

IVA jew LE

 

Jekk IVA, kif inhuma dawn il-punti taħt sigurtà? Spjega u ddeskrivi. Tista' tagħti aktar minn risposta waħda.

Preżenza tal-membri tal-persunal tas-sigurtà

Sistemi ta' kontroll elettroniku għall-aċċess li jippermettu aċċess lil persuna waħda biss fl-istess ħin

Barrikati, eż. kontraporti jew serraturi

Sistema ta' CCTV

Sistema ta' sejbien ta' intrużi

 

5.3.

Hemm miżuri addizzjonali biex itejbu s-sigurtà tal-bini b'mod ġenerali?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, spjega u ddeskrivi x'inhuma

Ċnut jew barrikati

Sistema ta' CCTV

Sistema ta' sejbien ta' intrużi

Sorveljanza u patrols

Oħrajn, speċifika

 

5.4.

Il-bini huwa magħmul minn kostruzzjoni solida?

IVA jew LE

 

5.5.

Il-konklużjoni: Il-miżuri li jittieħdu mill-entità huma biżżejjed sabiex jevitaw aċċess mhux awtorizzat għal dawk il-partijiet tas-sit u l-bini fejn tiġi pproċessata jew maħżuna l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x'inhuma r-raġunijiet

 

Kummenti mill-entità

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 6

Il-produzzjoni

L-objettiv: Il-KC3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri biex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u/jew il-posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE tkun protetta minn kull interferenza u/jew tbagħbis mhux awtorizzat matul il-proċess ta' produzzjoni. Jekk merkanzija jew posta bħal din ma tkunx protetta, ma tistax tintbagħat għand ACC3 jew RA3 bħala merkanzija jew posta sikura.

L-entità għandha bżonn turi li l-aċċess għaż-żona tal-produzzjoni huwa kkontrollat u l-proċess tal-produzzjoni huwa taħt sorveljanza. Jekk il-prodott jista' jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE matul il-proċess tal-produzzjoni, l-entità jkollha bżonn turi li qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il-merkanzija bl-ajru/il-posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzat f'dan l-istadju.

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista' jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE matul il-proċess tal-produzzjoni.

6.1.

L-aċċess għaż-żona tal-produzzjoni huwa kkontrollat u limitat għall-persuni awtorizzati?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, spjega kif l-aċċess huwa kkontrollat u limitat għall-persuni awtorizzati

 

6.2.

Il-proċess tal-produzzjoni huwa taħt sorveljanza?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi kif qiegħed jiġi sorveljat

 

6.3.

Jeżistu kontrolli li jevitaw it-tbagħbis fl-istadju tal-produzzjoni?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

6.4.

Il-konklużjoni: Il-miżuri li jittieħdu mill-entità huma biżżejjed sabiex jipproteġu l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzat tul il-produzzjoni?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x'inhuma r-raġunijiet

 

Kummenti mill-entità

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 7

L-ippakkjar

L-objettiv: Il-KC3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri biex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u/jew il-posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE tkun protetta minn kull interferenza u/jew tbagħbis mhux awtorizzat matul il-proċess tal-ippakkjar. Jekk merkanzija jew posta bħal din ma tkunx protetta, ma tistax tintbagħat għand ACC3 jew RA3 bħala merkanzija jew posta sikura.

L-entità għandha bżonn turi li l-aċċess għaż-żona tal-ippakkjar huwa kkontrollat u l-proċess tal-ippakkjar huwa taħt sorveljanza. Jekk il-prodott jista' jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE matul il-proċess tal-ippakkjar, l-entità għandha bżonn turi li qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzat f'dan l-istadju. Hemm bżonn li l-prodotti lesti kollha jiġu vverifikati qabel ma jiġu ppakkjati.

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista' jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE matul il-proċess tal-ippakkjar.

7.1.

L-aċċess għaż-żona tal-ippakkjar huwa kkontrollat u limitat għall-persuni awtorizzati?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, spjega kif l-aċċess huwa kkontrollat u limitat għall-persuni awtorizzati

 

7.2.

Il-proċess tal-ippakkjar huwa taħt sorveljanza?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi kif qiegħed jiġi sorveljat

 

7.3.

Jeżistu kontolli li jevitaw it-tbagħbis fl-istadju tal-ippakkjar?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

7.4.

Iddeskrivi l-imballaġġ ta' barra meta jkun lest:

(a)

L-ippakkjar ta' barra meta jkun lest huwa robust?

IVA jew LE

 

Iddeskrivi

 

(b)

Meta jitlesta, l-imballaġġ estern juri li ma jkunx ġie mbagħbas?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi liema proċess jintuża biex jagħmilha evidenti li jkun sar tbagħbis fl-imballaġġ, pereżempju bl-użu ta' siġilli nnumerati, timbri speċjali jew tejp tas-sigurtà, eċċ.

 

Jekk LE, iddeskrivi x'miżuri ta' protezzjoni jittieħdu biex jiżguraw l-integrità tal-kunsinni.

 

7.5.

Il-konklużjoni: Il-miżuri li jittieħdu mill-organizzazzjoni huma biżżejjed sabiex jipproteġu l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzat matul l-ippakkjar?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x'inhuma r-raġunijiet

 

Kummenti mill-entità

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 8

Ħżin

L-objettiv: Il-KC3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri biex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u/jew il-posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/ŻEE tkun protetta minn kull interferenza u/jew tbagħbis mhux awtorizzat matul il-ħażna. Jekk merkanzija jew posta bħal din ma tkunx protetta, ma tistax tintbagħat għand ACC3 jew RA3 bħala merkanzija jew posta sikura.

L-entità għandha bżonn turi li l-aċċess għaż-żona tal-ħażna huwa kkontrollat. Jekk il-prodott jista' jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE waqt li jkun qiegħed jinħażen, l-entità għandha bżonn turi li qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il-merkanzija bl-ajru/il-posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzat f'dan l-istadju.

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista' jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE matul il-proċess tal-ħażna.

8.1.

L-aċċess għaż-żona tal-ħażna huwa kkontrollat u limitat għall-persuni awtorizzati?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, spjega kif l-aċċess huwa kkontrollat u limitat għall-persuni awtorizzati

 

8.2.

Meta tkun lesta u ppakkjata, il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tinħażen b'mod sikur u jiġi ċċekkjat jekk kienx hemm tbagħbis?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

Jekk LE, spjega kif l-entità tiżgura li l-merkanzija bl-ajru u l-posta bl-ajru lesti u ppakkjati fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE ikunu protetti minn kull interferenza u tbagħbis mhux awtorizzat.

 

8.3.

Il-konklużjoni: Il-miżuri li jittieħdu mill-organizzazzjoni huma biżżejjed sabiex jipproteġu l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzat matul il-ħażna?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x'inhuma r-raġunijiet

 

Kummenti mill-entità

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 9

Il-bgħit

L-objettiv: Il-KC3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri biex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u/jew il-posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE tkun protetta minn kull interferenza u/jew tbagħbis mhux awtorizzat matul il-proċess tal-bgħit. Jekk merkanzija jew posta bħal din ma tkunx protetta, ma tistax tintbagħat għand ACC3 jew RA3 bħala merkanzija jew posta sikura.

L-entità għandha bżonn turi li l-aċċess għaż-żona tal-bgħit huwa kkontrollat. Jekk il-prodott jista' jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE matul il-proċess tal-bgħit, l-entità jkollha bżonn turi li qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il-merkanzija bl-ajru/il-posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzat f'dan l-istadju.

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista' jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE matul il-proċess tal-bgħit.

9.1.

L-aċċess għaż-żona tal-bgħit huwa kkontrollat u limitat għall-persuni awtorizzati?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, spjega kif l-aċċess huwa kkontrollat u limitat għall-persuni awtorizzati

 

9.2.

Min għandu aċċess għaż-żona tal-bgħit? Tista' tagħti aktar minn risposta waħda.

L-impjegati tal-entità

Ix-xufiera

Il-viżitaturi

Il-kuntratturi

Oħrajn, speċifika

 

9.3.

Il-proċess tal-bgħit huwa taħt sorveljanza?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi kif qiegħed jiġi sorveljat

 

9.4.

Jeżistu kontrolli li jevitaw it-tbagħbis fl-istadju tal-bgħit?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

9.5.

Il-konklużjoni: Il-miżuri li jittieħdu mill-organizzazzjoni huma biżżejjed sabiex jipproteġu l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzat matul il-proċess tal-bgħit?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x'inhuma r-raġunijiet

 

Kummenti mill-entità

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 10

Il-kunsinni minn sorsi oħra

L-objettiv: Il-KC3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri li jiżguraw li l-merkanzija jew il-posta li ma jkunx oriġina hu, ma tintbagħatx għand ACC3 jew RA3 bħala merkanzija jew posta sikura.

KC3 jista' jgħaddi kunsinni li ma jkunx oripina hu stess lil RA3 jew ACC3, sakemm:

(a)

dawn ikunu separati minn kunsinni li jkun oriġina huwa stess; kif ukoll

(b)

l-oriġini tkun indikata b'mod ċar fuq il-kunsinna jew fuq id-dokumentazzjoni ta' akkumpanjament.

Il-kunsinni kollha għandhom jiġu skrinjati minn RA3 jew ACC3 qabel ma jitgħabbew fuq inġenju tal-ajru.

10.1.

L-entità taċċetta kunsinni ta' merkanzija jew posta maħsuba għall-ġarr bl-ajru minn entità oħra?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, kif dawn il-kunsinni jinżammu separati mill-merkanzija jew il-posta tal-kumpanija nnifisha u kif inhuma identifikabbli għall-aġent/trasportatur regolat?

 

Kummenti mill-entità

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.

 

PARTI 11

It-trasportazzjoni

L-objettiv: Il-KC3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri biex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u/jew il-posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/ŻEE tkun protetta minn kull interferenza u/jew tbagħbis mhux awtorizzat matul it-trasportazzjoni. Jekk merkanzija jew posta bħal din ma tkunx protetta, ma tistax tiġi aċċettata mingħand ACC3 jew RA3 bħala merkanzija jew posta sikura.

Matul it-trasportazzjoni, il-KC3 huwa responsabbli għall-protezzjoni tal-kunsinni sikuri. Dan jinkludi każijiet fejn it-trasportazzjoni ssir minn entità oħra, bħal persuna li tgħaddi l-merkanzija, f'isimha. Dan ma jinkludix każijiet fejn il-kunsinni jkunu ttrasportati taħt ir-responsabbiltà ta' ACC3 jew RA3.

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista' jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE meta ttrasportat.

11.1.

Kif tasal il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru għand l-ACC3 jew l-RA3?

(a)

It-trasport proprju tal-entità vvalidata?

IVA jew LE

 

(b)

It-trasport ta' ACC3/RA3?

IVA jew LE

 

(c)

Kuntrattur użat mill-entità vvalidata?

IVA jew LE

 

11.2.

Wara li tbagħbset, il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru ġiet ippakkjata b'mod evidenti?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, kif

 

11.3.

Il-vettura tiġi ssiġġillata jew imsakkra qabel it-trasportazzjoni?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, kif

 

11.4.

Meta jintużaw is-siġilli nnumerati, l-aċċess għas-siġilli jkun ikkontrollat u n-numri jiġu rreġistrati malli jinħarġu?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, speċifika kif

 

11.5.

Jekk applikabbli, it-trasportatur rispettiv jiffirma d-dikjarazzjoni tat-trasport?

IVA jew LE

 

11.6.

Il-persuna li tittrasporta l-merkanzija ġiet soġġetta għal kontrolli speċifiċi ta' sigurtà u taħriġ ta' sensibilizzazzjoni qabel ma ġiet awtorizzata tittrasporta merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, jekk jogħġbok iddeskrivi x'tipi ta' kontrolli tas-sigurtà (kontroll qabel l-impjieg, kontroll tal-preċedenti personali, eċċ.) u x'tip ta' taħriġ (taħriġ dwar is-sensibilizzazzjoni tas-sigurtà, eċċ.)

 

11.7.

Il-konklużjoni: Il-miżuri huma biżżejjed sabiex il-merkanzija bl-ajru/il-posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza u/jew tbagħbis waqt it-trasport?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x'inhuma r-raġunijiet

 

Kummenti mill-entità