ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 295

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
12 ta' Novembru 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2010 tal-11 ta' Novembru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1708/2005 li jistipula regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 fir-rigward tal-perjodu ta' referenza tal-indiċi komuni għall-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2011 tal-11 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-listi ta' gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali, li l-iskoperturi għalihom għandhom ikunu trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2012 tal-11 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-proċeduri għad-deċiżjonijiet biex jiġu stabbiliti, ikkalkolati u mneħħija s-supplimentazzjonijiet kapitali skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

5

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2013 tal-11 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' devjazzjonijiet standard fir-rigward ta' sistemi ta' ugwalizzazzjoni tar-riskju tas-saħħa skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

9

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2014 tal-11 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-proċeduri u l-mudelli għall-preżentazzjoni ta' informazzjoni lis-superviżur tal-grupp u għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

11

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2015 tal-11 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-proċeduri biex jiġu eżaminati l-valutazzjonijiet esterni tal-kreditu skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

16

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2016 tal-11 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-indiċi ta' ekwità għall-aġġustament simetriku tal-imposta standard tal-kapital tal-ekwità skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

18

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2017 tal-11 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' fatturi aġġustati biex jiġi kkalkulat ir-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-munita għall-muniti marbuta mal-euro skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

21

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2018 tal-11 ta' Novembru 2015 li jirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi esportaturi skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti ta' anti-dumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi

23

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2019 tal-11 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

39

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2020 tas-26 ta' Ottubru 2015 li tiddelega lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill is-setgħa li joħroġ laissez-passer lil membri, uffiċjali u aġenti oħra tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll lill-applikanti speċjali previsti fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1417/2013, u li tħassar id-Deċiżjoni 2005/682/KE, Euratom

42

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2021 tal-10 ta' Novembru 2015 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Liberja mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ

44

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2022 tal-10 ta' Novembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2008/866/KE, dwar miżuri ta' emerġenza li jissospendu importazzjonijiet mill-Perù ta' ċerti molluski bivalvi maħsuba għall-konsum mill-bniedem, fir-rigward tal-perjodu tal-applikazzjoni tagħha (notifikata bid-dokument C(2015) 7669)  ( 1 )

45

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 273/14/COL tad-9 ta' Lulju 2014 dwar il-finanzjament ta' Scandinavian Airlines permezz tal-Faċilità ta' Kreditu li Jdur il-ġdida (In-Norveġja) [2015/2023]

47

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA Nru 2/2015/SC tal-24 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi Kumitat Interim għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014–2021 [2015/2024]

63

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

12.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2010

tal-11 ta' Novembru 2015

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1708/2005 li jistipula regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 fir-rigward tal-perjodu ta' referenza tal-indiċi komuni għall-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta' Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (1), u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 4 u l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2494/95 jistabbilixxi l-bażijiet statistiċi neċessarji għall-produzzjoni tal-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (HICP).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1708/2005 (3) jistabbilixxi regoli komuni għad-determinazzjoni tal-perjodu ta' referenza tal-indiċi għall-HICP u jistabbilixxi l-2005 bħala ugwali għal 100.

(3)

Minħabba l-bidliet fil-klassifikazzjoni tas-subindiċi tal-HICP u l-allinjament tas-subindiċijiet li ġew assoċjati mal-HICP wara l-introduzzjoni ta' 2005 = 100, jeħtieġ li jinbidel il-perjodu komuni ta' referenza tal-indiċi. Sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà u r-rilevanza tal-HICP, il-perjodu komuni ta' referenza tal-indiċi għandu għalhekk jinbidel u jsir 2015 = 100.

(4)

B'konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2494/95, tqieset il-kosteffettività fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.

(5)

Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1708/2005 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Perjodu ta' referenza tal-indiċi

1.   Il-perjodu komuni ta' referenza tal-indiċi għall-HICP għandu jiġi stabbilit bħala 2015 = 100. Dan il-perjodu ta' referenza tal-indiċi ġdid għandu jintuża għas-serje kronoloġika sħiħa tal-indiċijiet u s-subindiċijiet tal-HICP, minnufih mal-pubblikazzjoni tal-HICP għal Jannar 2016.

2.   Kull subindiċi addizzjonali li jiġi integrat fl-HICP għandu jiġi assoċjat f'Diċembru ta' sena partikolari fil-livell ta' 100 punt indiċi u għandu jintuża minn Jannar, dan inkluż, tas-sena ta' wara.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 257, 27.10.1995, p. 1.

(2)  Opinjoni tal-1 ta' Ġunju 2015 (ĠU C 209, 25.6.2015, p. 3).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1708/2005 tad-19 ta' Ottubru 2005 li jistipula regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 fir-rigward tal-perjodu ta' referenza tal-indiċi komuni għall-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur, u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2214/96 (ĠU L 274, 20.10.2005, p. 9).


12.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2011

tal-11 ta' Novembru 2015

li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-listi ta' gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali, li l-iskoperturi għalihom għandhom ikunu trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (1), u b'mod partikolari il-punt (a) tal-Artikolu 109a(2) tagħha,

Billi:

(1)

Il-listi ta' gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali, li l-iskoperturi għalihom għandhom ikunu trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali skont id-Direttiva 2009/138/KE, huma rilevanti għall-kalkolu tal-modulu tar-riskju tas-suq u l-modulu tar-riskju ta' inadempjenza tal-kontroparti tal-formula standard tar-rekwiżit tal-kapital tas- solvibbiltà.

(2)

Fejn rilevanti, il-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali inklużi f'dawk il-listi għandhom jiġu kategorizzati skont it-tip, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 85 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 (2).

(3)

L-awtoritajiet superviżorji pprovdew informazzjoni relevanti dwar is-setgħat speċifiċi li jżidu d-dħul u l-arranġamenti istituzzjonali eżistenti skont il-liġi nazzjonali fir-rigward tal-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali fil-ġurisdizzjoni tagħhom u dwar sa liema punt dawn il-gvernijiet u awtoritajiet jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fil-punt (a) tal-Artikolu 109a (2) tad-Direttiva 2009/138/KE.

(4)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomess mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol lill-Kummissjoni.

(5)

L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni stabbilit f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Listi ta' gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali

Il-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali li ġejjin ser jitqiesu bħala entitajiet, li l-iskoperturi għalihom għandhom ikunu trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali tal-ġurisdizzjoni fejn huma stabbiliti, kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 109a(2) tad-Direttiva 2009/138/KE:

(1)

fl-Awstrija: kull “Land” jew “Gemeinde”;

(2)

fil-Belġju: kull “communauté” jew “gemeenschap”,“région” jew “gewest”, “province” jew “provincie”, jew “commune” jew “gemeente”;

(3)

fid-Danimarka: kull “region” jew “kommune”;

(4)

fil-Finlandja: kull “kaupunki” jew “stad”, “kunta” jew “kommun”, jew l-“Ahvenanmaan maakunta” jew il-“Landskapet Åland”;

(5)

fi Franza: kull “région”, “département” jew “commune”;

(6)

fil-Ġermanja: kull “Land”, “Gemeindeverband” jew “Gemeinde”;

(7)

fil-Liechtenstein: kull “Gemeinde”;

(8)

fil-Litwanja: kull “savivaldybė”;

(9)

fil-Lussemburgu: kull “commune”;

(10)

fin-Netherlands: kull “provincie”, “waterschap” jew “gemeente”;

(11)

fil-Polonja: kull “województwo”, “związek powiatów”, “powiat”, “związek międzygminny”, “gmina”, jew il-“miasto stołeczne Warszawa”;

(12)

fil-Portugall: ir-“Região Autónoma dos Açores” jew ir-“Região Autónoma da Madeira”;

(13)

fi Spanja: kull “comunidad autónoma” jew “corporación local”;

(14)

fl-Iżvezja: kull “region”, “landsting” jew “kommun”;

(15)

fir-Renju Unit: il-Parlament Skoċċiż, l-Assemblea Nazzjonali għal Wales jew l-Assemblea tal-Irlanda ta' Fuq.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 12, 17.1.2015, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).


12.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2012

tal-11 ta' Novembru 2015

li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-proċeduri għad-deċiżjonijiet biex jiġu stabbiliti, ikkalkolati u mneħħija s-supplimentazzjonijiet kapitali skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 37(8) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/138/KE tipprovdi għall-possibbiltà li l-awtoritajiet superviżorji jistabbilixxu supplimentazzjoni kapitali għal impriża tal-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni. Huwa neċessarju li jiġu pprovduti proċeduri għad-deċiżjonijiet biex jiġu stabbiliti, ikkalkulati u mneħħija s-supplimentazzjonijiet kapitali.

(2)

Sabiex tippermetti lill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tipprovdi tagħrif u ġustifikazzjonijiet li jistgħu jtaffu jew jikkontestaw il-ħtieġa għal supplimentazzjoni kapitali qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar l-istabbiliment tas-supplimentazzjoni kapitali, l-awtorità superviżorja għandha tagħti l-possibilità lill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tipprovdi raġunijiet kontra l-istabbiliment ta' supplimentazzjoni kapitali.

(3)

Il-kooperazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni mal-awtorità superviżorja hija essenzjali sabiex tiġi żgurata l-effettività tas-supplimentazzjoni kapitali bħala miżura superviżorja. Sabiex tippermetti lill-awtorità superviżorja li tibbaża s-supplimentazzjoni kapitali fuq informazzjoni eżatta u aġġornata, l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha tikkalkula s-supplimentazzjoni kapitali fuq talba tal-awtorità superviżorja.

(4)

Sabiex l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkollha l-possibilità li tirrimedja n-nuqqasijiet li wasslu biex tiġi mposta s-supplimentazzjoni kapitali, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat il-kontenut tad-deċiżjoni li tiġi stabbilita supplimentazzjoni kapitali.

(5)

L-awtorità superviżorja u l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni m'għandhomx joqogħdu biss fuq ir-reviżjoni annwali tas-supplimentazzjoni kapitali, iżda għandhom jissorveljaw b'mod proattiv iċ-ċirkostanzi li wasslu għall-istabbiliment ta' supplimentazzjoni kapitali sabiex jieħdu miżuri adatti. Għal dan l-iskop, l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha għalhekk tipprovdi lill-awtorità superviżorja b'rapporti ta' progress dwar ir-rimedjar tan-nuqqasijiet li wasslu biex tiġi mposta s-supplimentazzjoni kapitali. Huwa wkoll neċessarju li tiġi pprovduta l-proċedura tar-rieżami tad-deċiżjonijiet dwar supplimentazzjoni kapitali jekk ikun hemm bidla materjali fiċ-ċirkostanzi li wasslu għall-istabbiliment tas-supplimentazzjoni kapitali.

(6)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomess mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol lill-Kummissjoni.

(7)

L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni stabbilit f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Notifika qabel ma tiġi stabbilita supplimentazzjoni kapitali

1.   L-awtorità superviżorja tinnotifika lill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kkonċernata bl-intenzjoni tagħha li tistabbilixxi supplimentazzjoni kapitali u r-raġunijiet għall-ħolqien tas-supplimentazzjoni kapitali.

2.   L-awtorità superviżorja tistabbilixxi data ta' skadenza sa meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha tirrispondi għan-notifika msemmija fil-paragrafu 1. L-awtorità superviżorja tikkunsidra kull informazzjoni pprovduta mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni qabel ma tieħu d-deċiżjoni tagħha.

Artikolu 2

Kalkolu ta' supplimentazzjoni kapitali

Jekk mitluba mill-awtorità superviżorja, l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni twettaq il-kalkolu tas-supplimentazzjoni kapitali f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti mill-awtorità superviżorja.

Artikolu 3

L-għoti ta' informazzjoni

1.   L-awtorità superviżorja tista' titlob lill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni biex tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għat-teħid ta' deċiżjoni dwar l-istabbiliment ta' supplimentazzjoni kapitali sa data ta' skadenza ffissata mill-awtorità superviżorja.

2.   Meta tistabbilixxi l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità superviżorja tagħti attenzjoni partikolari lill-probabbiltà u s-severità ta' kull impatt negattiv fuq detenturi ta' polza u benefiċjarji.

3.   L-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tinnotifika minnufih lill-awtorità superviżorja jekk ma tkunx tista' tilħaq id-data ta' skadenza msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 4

Deċiżjoni li tiġi stabbilita supplimentazzjoni kapitali

1.   L-awtorità superviżorja tinnotifika bil-miktub id-deċiżjoni tagħha li tistabbilixxi supplimentazzjoni kapitali lill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni.

2.   Id-deċiżjoni tal-awtorità superviżorja tkun dettaljata biżżejjed biex tippermetti lill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tifhem liema miżuri jeħtieġ li tieħu jew liema nuqqasijiet jeħtieġ li tirranġa sabiex titneħħa s-supplimentazzjoni kapitali.

3.   Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 tinkludi:

(a)

ir-raġunijiet għaliex qed tiġi stabbilita s-supplimentazzjoni kapitali;

(b)

il-metodoloġija għall-kalkolu tas-supplimentazzjonijiet kapitali u l-ammont tas-supplimentazzjoni kapitali;

(c)

id-data minn meta s-supplimentazzjoni kapitali hija applikabbli;

(d)

fejn ikun rilevanti, id-data ta' skadenza sa meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha tirrimedja n-nuqqasijiet li wasslu biex tiġi stabbilita s-supplimentazzjoni kapitali;

(e)

fejn hu rilevanti, il-kontenut u l-frekwenza ta' kull rapport ta' progress li għandu jiġi pprovdut skont l-Artikolu 5.

Artikolu 5

Rapport ta' progress

Fil-każijiet stipulati fl-Artikolu 37(1)(b) u (c) tad-Direttiva 2009/138/KE u jekk mitluba mill-awtorità superviżorja, l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tavża lill-awtorità superviżorja dwar il-progress li tkun għamlet biex jiġu rimedjati n-nuqqasijiet li wasslu għall-istabbiliment tas-supplimentazzjoni kapitali u x'azzjonijiet rilevanti ħadet.

Artikolu 6

Rieżami tas-supplimentazzjoni kapitali

1.   L-awtorità superviżorja tagħmel rieżami tas-supplimentazzjoni kapitali mposta jekk ikun hemm tibdil materjali fiċ-ċirkostanzi li wasslu għall-istabbiliment tas-supplimentazzjoni kapitali.

2.   Wara r-rieżami tas-supplimentazzjoni kapitali imposta, l-awtorità superviżorja żżomm, tibdel jew tneħħi s-supplimentazzjoni kapitali.

Artikolu 7

Iż-żamma, bdil jew tneħħija tas-supplimentazzjoni kapitali

Meta tkun qed tikkunsidra jekk għandhiex iżżomm, tibdel jew tneħħi s-supplimentazzjoni kapitali, l-awtorità superviżorja tqis kull waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

informazzjoni ppreżentata mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni matul il-proċess tal-istabbiliment u l-kalkolu tas-supplimentazzjoni kapitali;

(b)

informazzjoni miksuba mill-awtorità superviżorja permezz tal-proċess ta' rieżami superviżorju u permezz ta' kull attività ta' kontroll sussegwenti;

(c)

informazzjoni mogħtija fir-rapport ta' progress jekk mitlub mill-awtorità superviżorja b'konformità mal-Artikolu 5;

(d)

kull informazzjoni rilevanti oħra li tindika bidla materjali fiċ-ċirkustanzi li wasslu għall-istabbiliment tas-supplimentazzjoni kapitali.

Artikolu 8

Deċiżjoni li tiġi mibdula jew imneħħija s-supplimentazzjoni kapitali

1.   L-awtorità ta' superviżjoni tinnotifika bil-miktub mingħajr dewmien id-deċiżjoni tagħha li tibdel jew tneħħi s-supplimentazzjoni kapitali u d-data effettiva ta' dik id-deċiżjoni lill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni.

2.   Meta l-awtorità superviżorja tiddeċiedi li tibdel iż-żieda kapitali, hi tadotta deċiżjoni ġdida skont l-Artikolu 4(2) u (3).

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).


12.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2013

tal-11 ta' Novembru 2015

li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' devjazzjonijiet standard fir-rigward ta' sistemi ta' ugwalizzazzjoni tar-riskju tas-saħħa skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbilità II) (1), u b'mod partikolari it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 109 a(4) tagħha,

Billi:

(1)

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-modulu ta' sottoskrizzjoni tar-riskju tas-saħħa tal-formula standard għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, devjazzjonijiet standard għar-riskju tal-primjum u tar-riżerva għandhom jiġu stabbiliti fir-rigward ta' miżuri leġiżlattivi nazzjonali speċifiċi li jippermettu l-qsim ta' ħlasijiet ta' pretensjonijiet fir-rigward tar-riskju tas-saħħa fost l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni.

(2)

Tali devjazzjonijiet standard għandhom jiġu stabbiliti biss f'dak li għandu x'jaqsam maz-Zorgverzekeringswet (l-Att dwar l-Assigurazzjoni tal-Kura tas-Saħħa) li jipprovdi għal assigurazzjoni medika bażika obbligatorja (basisverzekering) fin-Netherlands (minn hawn 'il quddiem is-“sistema ta' ugwalizzazzjoni tar-riskju tas-saħħa fin-Netherlands”). Skont stħarriġ mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, is-sistema ta' ugwalizzazzjoni tar-riskju tas-saħħa fin-Netherlands hija l-unika sistema bħal din fl-Unjoni li tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 109a(4) u (5) tad-Direttiva 2009/138/KE.

(3)

Id-devjazzjonijiet standard stabbiliti f'dan ir-Regolament ġew determinati billi ġew meqjusal-kalkoli pprovduti mid-De Nederlandsche Bank.

(4)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomess mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol lill-Kummissjoni.

(5)

L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni stabbilit f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1094/2010 (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Devjazzjonijiet standard

Għall-assigurazzjoni ta' spejjeż mediċi u r-riassigurazzjoni proporzjonali soġġetti għal sistema ta' ugwalizzazzjoni tar-riskju tas-saħħa fin-Netherlands, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jużaw fil-kalkolu tal-modulu tar-riskju ta' sottoskrizzjoni tas-saħħa d-devjazzjonijiet standard li ġejjin:

(a)

2,7 % għar-riskju ta' premium tal-assigurazzjoni medika tal-NSLT;

(b)

5 % għar-riskju ta' riserva tal-assigurazzjoni medika tal-NSLT.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).


12.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2014

tal-11 ta' Novembru 2015

li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-proċeduri u l-mudelli għall-preżentazzjoni ta' informazzjoni lis-superviżur tal-grupp u għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbilità II) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 249(4) tagħha,

Billi:

(1)

Mingħajr preġudizzju għal forom oħra ta' kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni li jistgħu jseħħu b'mod bilaterali jew multilaterali bejn l-awtoritajiet ta' superviżjoni, il-proċeduri u l-mudelli huma partikolarment meħtieġa sabiex jiffaċilitaw skambju effiċjenti u konverġenti ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji fil-kulleġġ tas-superviżuri peress li l-kulleġġ tas-superviżuri għandu jkun il-pjattaforma prinċipali għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji ta' grupp.

(2)

Dawn il-proċeduri u l-mudelli huma indirizzati lill-awtoritajiet superviżorji fil-kulleġġ tas-superviżuri, li jiddeċiedu bħala parti minn arranġament ta' koordinazzjoni fuq l-informazzjoni meħtieġa għall-attivitajiet tal-kulleġġ tas-superviżuri u l-modalitajiet li skonthom għandha tiġi skambjata, skont l-Artikolu 357 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 (2).

(3)

Superviżjoni effettiva u effiċjenti tirrikjedi li l-iskambju ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji jqisu n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-grupp, id-disponibbiltà u t-tip ta' informazzjoni u l-aktar dejta rilevanti u riċenti.

(4)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomess mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol lill-Kummissjoni.

(5)

L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tal-Assigurazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji fil-kulleġġ tas-superviżuri

L-awtoritajiet superviżorji fil-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiskambjaw informazzjoni fuq bażi sistematika, mill-inqas kull sena, u, fejn xieraq, fuq bażi ad hoc.

Artikolu 2

Il-limitu ta' żmien għall-iskambju ta' informazzjoni

1.   Għal kull skambju ta' informazzjoni fuq bażi sistematika jew ad hoc l-awtoritajiet superviżorji fil-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jilħqu qbil fuq limitu taż-żmien.

2.   Devjazzjonijiet mil-limiti taż-żmien miftiehma għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati minn qabel b'ġustifikazzjoni xierqa.

Artikolu 3

Il-mezzi ta' skambju ta' informazzjoni

L-awtoritajiet superviżorji fil-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jaqblu fuq formola elettronika sigura għall-iskambju ta' informazzjoni kif ukoll fuq il-format tad-dejta li din l-informazzjoni għandha tiġi skambjata fih.

Artikolu 4

Munita

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-awtoritajiet superviżorji fil-kulleġġ tas-superviżuri bħala parti mill-arranġament ta' koordinazzjoni konkluż skont l-Artikolu 248(4) tad-Direttiva 2009/138/KE, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jesprimu l-ammonti bħala parti minn skambju ta' informazzjoni fil-kulleġġ tas-superviżuri fil-munita li l-informazzjoni ġiet rappurtata biha.

Artikolu 5

Lingwa

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-awtoritajiet superviżorji fil-kulleġġ tas-superviżuri bħala parti mill-arranġament ta' koordinazzjoni konkluż skont l-Artikolu 248(4) tad-Direttiva 2009/138/KE, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jiskambjaw l-informazzjoni fi ħdan il-kulleġġ tas-superviżuri fil-lingwa li tinftiehem l-iktar mill-kulleġġ tas-superviżuri.

Artikolu 6

Ħarsa ġenerali lejn l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata fil-kulleġġ tas-superviżuri

Is-superviżur tal-grupp għandu jissottometti lill-awtoritajiet superviżorji l-oħra fil-kulleġġ tas-superviżuri ħarsa ġenerali lejn l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata skont l-Artikolu 357 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35, bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Preżentazzjoni tal-konklużjonijiet ewlenin wara l-proċess ta' rieżami superviżorju

1.   L-awtoritajiet superviżorji l-oħra fil-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jissottomettu lis-superviżur tal-grupp il-konklużjonijiet ewlenin wara l-proċess ta' rieżami superviżorju mwettaq fil-livell tal-impriża individwali skont l-Artikolu 357(2)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35 skont il-mudell ippreżentat fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

2.   Is-superviżur tal-grupp għandu jissottometti lill-awtoritajiet superviżorji l-oħra fil-kulleġġ tas-superviżuri l-konklużjonijiet ewlenin wara l-proċess ta' rieżami superviżorju mwettaq fil-livell tal-grupp skont il-punt (iii) tal-Artikolu 357(3)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35 skont il-mudell ippreżentat fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Il-Kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji barra l-kulleġġ tas-superviżuri

1.   Meta awtorità ta' superviżjoni fil-kulleġġ tas-superviżuri taqsam informazzjoni li tkun rilevanti għas-superviżjoni tal-grupp fuq bażi bilaterali jew multilaterali ma' xi wħud mill-awtoritajiet superviżorji l-oħra fil-kulleġġ tas-superviżuri, hija għandha tirrapporta l-informazzjoni lis-superviżur tal-grupp fi żmien raġonevoli. Is-superviżur tal-grupp għandu jiżgura li l-informazzjoni titqassam lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati l-oħra kollha fil-kulleġġ tas-superviżuri fil-laqgħa li jkun imiss tiegħu jew qabilha.

2.   Meta awtorità superviżorja fil-kulleġġ tas-superviżuri tirċievi informazzjoni minn parti terza li tkun rilevanti għas-superviżjoni tal-grupp u taqsam din l-informazzjoni ma' wħud mill-awtoritajiet superviżorji l-oħra fil-kulleġġ tas-superviżuri, din għandha tirrapporta l-informazzjoni, kemm jista' jkun, soġġetta għal xi restrizzjonijiet ta' kunfidenzjalità imposti mill-parti terza jew bil-liġi, lis-superviżur tal-grupp fi żmien raġonevoli. Is-superviżur tal-grupp għandu jiżgura li l-informazzjoni titqassam lill-awtoritajiet superviżorji l-oħra kollha kkonċernati fil-kulleġġ tas-superviżuri fil-laqgħa li jkun imiss tiegħu jew qabilha.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-11 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbilità II) (ĠU L 12, 17.1.2015, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).


ANNESS I

Ħarsa ġenerali lejn l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata fil-kulleġġ tas-superviżuri

Tip ta' informazzjoni

Isem tal-impriża

Rapport dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjara

Rapport superviżorju regolari

Mudelli tar-rappurtar kwantitattivi

Konklużjonijiet ewlenin tal-proċess ta' rieżami superviżorju

Dejta oħra magħżula

Impriża parteċipanti

Element

 

 

 

 

 

Frekwenza

 

 

 

 

 

Skadenza

 

 

 

 

 

Sussidjarja

Element

 

 

 

 

 

Frekwenza

 

 

 

 

 

Skadenza

 

 

 

 

 

Impriża oħra relatata

Element

 

 

 

 

 

Frekwenza

 

 

 

 

 

Skadenza

 

 

 

 

 

Elementi ta' informazzjoni li jridu jiġu skambjati inklużi l-partijiet rilevanti ta' rapporti narrattivi, mudelli rilevanti tar-rappurtar kwantitattivi, il-konklużjonijiet ewlenin wara l-proċess ta' rieżami superviżorju u dejta oħra magħżula kif ukoll l-iskadenzi u l-frekwenza, kif maqbul fil-kulleġġ tas-superviżuri, jiġu speċifikati fil-ħarsa ġenerali.


ANNESS II

Sottomissjoni tal-konklużjonijiet ewlenin tal-proċess ta' rieżami superviżorju

Isem ta' impriża individwali jew tal-grupp

 

Ir-riżultat tal-valutazzjoni tar-riskju u l-attivitajiet rilevanti superviżorji ppjanati

Deskrizzjoni

 

Is-sejbiet tal-eżamijiet/spezzjonijiet fuq il-post u attivitajiet mhux fuq il-post

Deskrizzjoni

 

Il-miżuri superviżorji rilevanti

Deskrizzjoni

 

Il-konklużjonijiet ewlenin wara l-proċess ta' rieżami superviżorju jinkludu l-eżitu tal-valutazzjoni tar-riskju, l-attivitajiet rilevanti ta' superviżjoni ppjanati, is-sejbiet minn eżamijiet fuq il-post, spezzjonijiet fuq il-post u attivitajiet mhux fuq il-post u l-miżuri rilevanti superviżorji kif maqbul fil-kulleġġ tas-superviżuri.


12.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2015

tal-11 ta' Novembru 2015

li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-proċeduri biex jiġu eżaminati l-valutazzjonijiet esterni tal-kreditu skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbilità II) (1), u b'mod partikolari r-raba' sottoparagrafu tal-Artikolu 44(4a) tagħha,

Billi:

(1)

Il-valutazzjonijiet addizzjonali tal-adegwatezza tal-valutazzjonijiet esterni tal-kreditu msemmija fl-Artikolu 44(4a) tad-Direttiva 2009/138/KE għandhom jikkostitwixxu attività kritika u importanti bħala parti mis-sistema tal-ġestjoni tar-riskju, peress li dawn inaqqsu r-riskji relatati mal-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi u r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.

(2)

L-aspetti proċedurali tal-valutazzjonijiet addizzjonali għandhom jiġu riflessi fil-politika dwar il-ġestjoni tar-riskju tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 41(3) tad-Direttiva 2009/138/KE, peress li l-valutazzjonijiet addizzjonali huma parti mis-sistema tal-ġestjoni tar-riskju.

(3)

In-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-operat tal-impriżi ta' assigurazzjoni u ta' riassigurazzjoni għandhom jitqiesu meta dawn l-impriżi jinkludu l-aspetti proċedurali tal-valutazzjonijiet addizzjonali fil-politika tagħhom dwar il-ġestjoni tar-riskju u jiddokumentaw ir-riżultati tal-valutazzjonijiet addizzjonali u l-mod li bih jitwettqu dawk il-valutazzjonijiet.

(4)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomess mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol lill-Kummissjoni.

(5)

L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni stabbilit f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1094/2010 (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Politika dwar il-ġestjoni tar-riskju

Għall-finijiet tal-eżami tal-adegwatezza tal-valutazzjonijiet esterni tal-kreditu użati fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi u r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza permezz ta' valutazzjonijiet addizzjonali msemmija fl-Artikolu 44(4a) tad-Direttiva 2009/138/KE, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jinkludu dawn li ġejjin fil-politika tagħhom dwar il-ġestjoni tar-riskju:

(a)

il-kamp ta' applikazzjoni u l-frekwenza tal-valutazzjonijiet addizzjonali;

(b)

il-mod li bih jitwettqu l-valutazzjonijiet addizzjonali, inklużi s-suppożizzjonijiet li fuqhom huma bbażati;

(c)

il-frekwenza tar-reviżjoni regolari tal-valutazzjonijiet addizzjonali u l-kundizzjonijiet li jeħtieġu analiżi ad hoc tal-valutazzjonijiet addizzjonali.

Artikolu 2

Kompiti tal-funzjoni ta' ġestjoni tar-riskju

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jiżguraw li l-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskju tkopri l-valutazzjonijiet addizzjonali f'konformità mal-politika tal-immaniġġjar tar-riskju msemmija fl-Artikolu 1 u debitament iqisu r-riżultati tal-evalwazzjonijiet addizzjonali fil-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi u r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.

Artikolu 3

Informazzjoni użata għall-valutazzjonijiet addizzjonali

Meta jwettqu l-valutazzjonijiet addizzjonali, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jużaw informazzjoni li tkun ġejja minn sorsi affidabbli li huma aġġornati.

Artikolu 4

Reviżjoni ta' valutazzjonijiet addizzjonali

1.   Skont l-Artikolu 41(3) tad-Direttiva 2009/138/KE, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jirrevedu l-valutazzjonijiet addizzjonali tagħhom mill-inqas kull sena.

2.   L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jirrevedu wkoll il-valutazzjonijiet addizzjonali fuq bażi ad hoc, kull meta sseħħ xi waħda mill-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 1(c) jew jekk is-suppożizzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk l-evalwazzjonijiet ma jibqgħux validi.

Artikolu 5

Dokumentazzjoni

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jiddokumentaw dawn li ġejjin:

(a)

il-mod li bih jitwettqu l-valutazzjonijiet addizzjonali u r-riżultati ta' dawn il-valutazzjonijiet;

(b)

kemm huma meqjusa r-riżultati tal-valutazzjonijiet addizzjonali fil-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi u r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).


12.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/18


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2016

tal-11 ta' Novembru 2015

li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-indiċi ta' ekwità għall-aġġustament simetriku tal-imposta standard tal-kapital tal-ekwità skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvenza II) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 109a(2)(b) tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex jiġi żgurat li l-indiċi tal-ekwità jkejjel il-prezz tas-suq ta' portafoll diversifikat ta' ekwitajiet li huwa rappreżentativ tal-għamla tal-ekwitajiet tipikament miżmumin mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, kif mitlub mill-Artikolu 172 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 (2), dan għandu jkun magħmul minn diversi indiċi ta' ekwità eżistenti għas-swieq rilevanti. Sabiex il-livelli ta' dawk l-indiċijiet tal-ekwità jiġu komparabbli, il-livell ta' kull indiċi fil-bidu ta' perjodu adattat ta' żmien imsemmi fl-Artikolu 106(2) tad-Direttiva 2009/138/KE, għandu jkun stabbilit għal 100 punt perċentwali.

(2)

Il-valur tal-indiċi tal-ekwità jvarja matul il-jum. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi ċċarat liema valur jintuża għal dik il-ġurnata. Peress li l-borża ma tkunx miftuħa għan-negozju kuljum, huwa wkoll neċessarju li jiġi speċifikat għal liema ġranet għandhom jiġu kkalkulati l-livelli tal-indiċi tal-ekwità. Għal din ir-raġuni, it-termini “l-aħħar livell” u “jum ta' xogħol” għandhom jiġu definiti.

(3)

L-indiċi tal-ekwità għandu jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 172 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35.

(4)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomess mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol lill-Kummissjoni.

(5)

L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni stabbilit mill-Artikolu 37 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1094/2010 (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“l-aħħar livell” ifisser l-aħħar valur tal-indiċi tal-ekwità għall-jum ta' referenza ppubblikat mill-fornitur tal-indiċi tal-ekwità,

(2)

“jum ta' xogħol” ifisser kull jum ieħor għajr is-Sibt u l-Ħadd.

Artikolu 2

Kalkolu tal-indiċi tal-ekwità

1.   Il-livell tal-indiċi tal-ekwità msemmi fl-Artikolu 106(2) tad-Direttiva 2009/138/KE jkun iddeterminat għal kull jum ta' xogħol.

Il-livell tal-indiċi tal-ekwità għal jum ta' xogħol partikolari jkun is-somma tal-kontribuzzjonijiet tal-indiċi tal-ekwità kollha inklużi fl-Anness f'dak il-jum ta' xogħol.

Għal kull indiċi tal-ekwità stipulat fl-Anness, il-kontribuzzjoni tiegħu għal jum tax-xogħol partikolari għandha tkun il-prodott tal-livell normalizzat tiegħu għal dak il-jum ta' xogħol u l-piż rispettiv għall-indiċi ta' ekwità kif stabbilit fl-Anness.

2.   Għal kull indiċi tal-ekwità stabbilit fl-Anness, il-livell normalizzat tiegħu għal jum ta' xogħol partikolari jkun l-aħħar livell tiegħu f'dak il-jum ta' xogħol diviż bl-aħħar livell tiegħu fl-ewwel jum tal-perjodu ta' 36-il xahar li jintemm fil-jum tax-xogħol li fih il-livell tal-indiċi tal-ekwità kif definit fl-Artikolu 172(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35 qed jiġi kkalkulat. Fejn, għal jum speċifiku, l-aħħar livell ta' indiċi ta' ekwità ma jkunx disponibbli, ikun użat l-aktar livell aħħari reċenti qabel dak il-jum.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvenza II) (ĠU L 12, 17.1.2015, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).


ANNESS

Indiċi u ponderazzjonijiet tal-ekwità

Indiċi tal-ekwità (indiċi tal-prezzijiet)

Fatturi ta' ponderazzjoni

AEX

0,14

CAC 40

0,14

DAX

0,14

FTSE All-Share Index

0,14

FTSE MIB Index

0,08

IBEX 35

0,08

Nikkei 225

0,02

OMX Stockholm 30 Index

0,08

S&P 500

0,08

SMI

0,02

WIG30

0,08


12.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/21


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2017

tal-11 ta' Novembru 2015

li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' fatturi aġġustati biex jiġi kkalkulat ir-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-munita għall-muniti marbuta mal-euro skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 109a(2)(c) tagħha,

Billi:

(1)

L-aġġustamenti stabbiliti f'dan ir-Regolament iqisu l-kriterji dettaljati stabbiliti fl- Artikolu 188(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 (2).

(2)

Sabiex jiġi żgurat trattament konsistenti ta' muniti marbutin mal-euro fil-kalkolu tar-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-munita, għandhom jiġu pprovduti fatturi aġġustati għar-riskju tal-munita fir-rigward tar-rati tal-kambju bejn l-euro u l-muniti marbutin mal-euro kif ukoll fir-rigward tar-rati tal-kambju bejn żewġ muniti marbutin mal-euro.

(3)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomess mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol lill-Kummissjoni.

(4)

L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni stabbilit f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1094/2010 (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fatturi aġġustati għar-riskju tal-munita meta l-munita lokali jew barranija hija l-euro

Meta l-munita lokali jew barranija hija l-euro, għall-finijiet tal-Artikolu 188(3) u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35, il-fattur ta' 25 % huwa sostitwit bi:

(a)

0,39 % meta l-munita l-oħra hija l-krona Daniż (DKK);

(b)

1,81 % meta l-munita l-oħra hija l-lev (BGN);

(c)

2,18 % meta l-munita l-oħra hija l-frank CFA tal-Punent tal-Afrika (BCEAP) (XOF);

(d)

1,96 % meta l-munita l-oħra hija l-frank CFA taċ-Ċentru tal-Afrika (BEAP) (XAF);

(e)

2,00 % meta l-munita l-oħra hija l-frank Comorjan (KMF).

Artikolu 2

Fatturi aġġustati għar-riskju tal-munita meta l-munita lokali jew barranija huma marbutin mal-euro

Għall-finijiet tal-Artikolu 188(3) u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35, il-fattur ta' 25 % huwa sostitwit bi:

(a)

2,24 % meta ż-żewġ muniti huma d-DKK u l-BGN;

(b)

2,62 % meta ż-żewġ muniti huma d-DKK u l-XOF;

(c)

2,40 % meta ż-żewġ muniti huma d-DKK u l-XAF;

(d)

2,44 % meta ż-żewġ muniti huma d-DKK u l-KMF;

(e)

4,06 % meta ż-żewġ muniti huma l-BGN u l-XOF;

(f)

3,85 % meta ż-żewġ muniti huma l-BGN u l-XAF;

(g)

3,89 % meta ż-żewġ muniti huma l-BGN u l-KMF;

(h)

4,23 % meta ż-żewġ muniti huma l-XOF u l-XAF;

(i)

4,27 % meta ż-żewġ muniti huma l-XOF u l-KMF;

(j)

4,04 % meta ż-żewġ muniti huma l-XAF u l-KMF.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan- negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 12, 17.1.2015, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).


12.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/23


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2018

tal-11 ta' Novembru 2015

li jirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi esportaturi skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti ta' anti-dumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament antidumping bażiku”), u b'mod partikulari l-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament antisussidji bażiku”), u b'mod partikulari l-Artikolu 13 tiegħu,

Infurmat lill-Istati Membri,

Billi:

A.   IMPENN U MIŻURI EŻISTENTI OĦRAJN

(1)

Permezz tar-Regolament (UE) Nru 513/2013 (3), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) ta' moduli fotovoltajċi (“moduli”) tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jiġu kkunsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ”).

(2)

Grupp ta' produtturi esportaturi ta mandat lill-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u għall-Esportazzjoni ta' Makkinarju u ta' Prodotti Elettroniċi (China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products, “CCCME”) sabiex tippreżenta impenn fuq il-prezz f'isimhom lill-Kummissjoni, kif fil-fatt għamlet. Huwa ċar mit-termini ta' dan l-impenn fuq il-prezz li huwa jikkostitwixxi ġabra ta' impenji individwali fuq il-prezz għal kull produttur esportatur, li hija, għal raġunijiet ta' prattiċità tal-amministrazzjoni, ikkoordinata mis-CCCME.

(3)

Permezz tad-Deċiżjoni 2013/423/UE (4), il-Kummissjoni aċċettat dan l-impenn fuq il-prezz fir-rigward tad-dazju antidumping provviżorju. Permezz tar-Regolament (UE) Nru 748/2013 (5), il-Kummissjoni emendat ir-Regolament (UE) Nru 513/2013 sabiex tintroduċi l-bidliet tekniċi meħtieġa minħabba l-aċċettazzjoni tal-impenn fir-rigward tad-dazju antidumping provviżorju.

(4)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 (6), il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' moduli u ta' ċelloli fl-Unjoni li joriġinaw jew li jiġu kkunsinjati mir-RPĊ (“il-prodotti kkonċernati”). Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 (7), il-Kunsill impona wkoll dazju antidumping kumpensatorju fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni.

(5)

Wara n-notifika ta' verżjoni emendata tal-impenn fuq il-prezz minn grupp ta' produtturi esportaturi (“il-produtturi esportaturi”) flimkien mas-CCCME, il-Kummissjoni kkonfermat, permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE (8), l-aċċettazzjoni tal-impenn fuq il-prezz kif emendat (“l-impenn”) għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi. L-Anness ta' din id-Deċiżjoni jelenka b'mod partikolari lista tal-produtturi esportaturi li għalihom ġie aċċettat l-impenn, fost l-oħrajn:

(a)

Chint Solar (Zhejiang) Co. Ltd flimkien mal-kumpaniji relatati tagħha fl-Unjoni Ewropea, b'mod konġunt koperti mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B810 (“Chint Solar”); kif ukoll

(b)

Hangzhou Zhejiang University Sunny Energy Science and Technology Co. Ltd u Zhejiang Jinbest Energy Science and Technology Co. Ltd, b'mod konġunt koperti mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B825 (“Sunny Energy”).

(6)

Permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/657/UE (9), il-Kummissjoni aċċettat proposta mill-grupp tal-produtturi esportaturi flimkien mas-CCCME għal kjarifiki rigward l-implimentazzjoni tal-impenn għall-prodott ikkonċernat kopert mill-impenn, jiġifieri l-moduli u ċ-ċelloli li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-RPĊ u li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8541 40 90 (il-kodiċijiet TARIC 8541409021, 8541409029, 8541409031 u 8541409039) magħmula mill-produtturi esportaturi (“il-prodott kopert”). Id-dazji antidumping u kumpensatorji msemmija fil-premessa (4) hawn fuq, flimkien mal-impenn, huma flimkien imsejħa “miżuri”.

(7)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/866 (10), il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal tliet produtturi esportaturi.

(8)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1403 (11), il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor.

B.   IT-TERMINI TAL-IMPENN LI ĠEW MIKSURA

(9)

Kull kumpanija li minnha ġie aċċettat l-impenn intrabtet li tbigħ biss il-prodott kopert manifatturat minn din il-kumpanija. Il-bejgħ ta' prodotti manifatturati minn kumpaniji oħra mhuwiex permess.

(10)

Il-produtturi esportaturi qablu li, fost l-oħrajn, ma jbigħux il-prodott ikkonċernat lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni taħt ċertu prezz minimu ta' importazzjoni (“l-MIP — minimum import price”), fil-livell annwali assoċjat mal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni stipulat fl-impenn.

(11)

L-impenn jikkjarifika wkoll, f'lista mhux eżawrjenti, dak li jikkostitwixxi ksur tal-impenn. Il-lista tinkludi, b'mod partikolari, li jsiru arranġamenti ta' kumpens mal-klijenti, li jsiru dikjarazzjonijiet qarrieqa rigward l-oriġini tal-prodott ikkonċernat jew l-identità tal-esportatur. Il-parteċipazzjoni f'sistema ta' kummerċ li tista' twassal għal riskju ta' evażjoni wkoll tikkostitwixxi ksur. Il-lista tinkludi wkoll li huwa ksur il-ħruġ ta' fattura kummerċjali, kif definita fl-impenn, li t-tranżazzjoni finanzjarja li tkun ibbażata fuqha ma tkunx skont il-valur nominali tagħha.

(12)

Minbarra dan, il-produtturi esportaturi impenjaw ruħhom li ma jbigħux prodotti ħlief il-prodott kopert, immanifatturat jew ikkummerċjalizzat minnhom aktar minn limitu perċentwali żgħir tal-valur totali tal-bejgħ tal-prodott kopert lill-istess klijenti li lilhom ibigħu l-prodott kopert. (“il-limitu parallel tal-bejgħ”).

(13)

Minbarra dan, l-impenn jobbliga lill-produtturi esportaturi sabiex jipprovdu lill-Kummissjoni fuq bażi trimestrali u bi skadenzi speċifiċi, b'informazzjoni dettaljata dwar il-bejgħ kollu tal-esportazzjoni tagħhom lejn l-Unjoni, u l-bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni (“ir-rapporti trimestrali”). Dan ifisser li d-dejta ppreżentata f'dawn ir-rapporti trimestrali trid tkun kompluta u korretta u li t-tranżazzjonijiet irrappurtati jkunu totalment konformi mat-termini tal-impenn. Bejgħ ta' prodotti oħra minbarra l-prodott kopert lill-istess klijenti wkoll għandu jiġi rrappurtat.

(14)

Bil-għan li jiżguraw konformità mal-impenn, il-produtturi esportaturi ntrabtu wkoll li jippermettu żjarat ta' verifika fil-post fil-proprjetà tagħhom biex tiġi vverifikata l-eżattezza u l-kompletezza tad-dejta ppreżentata lill-Kummissjoni fir-rapporti trimestrali msemmija u li jipprovdu t-tagħrif kollu meqjus bħala meħtieġ mill-Kummissjoni.

C.   IT-TERMINI TAL-IMPENN LI JIPPERMETTU L-IRTIRAR MILL-KUMMISSJONI FIN-NUQQAS TA' KSUR

(15)

L-impenn jistipula li l-Kummissjoni tista' tirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn f'kull ħin matul il-perjodu ta' żmien ta' applikazzjoni tiegħu jekk il-monitoraġġ u l-infurzar jirriżultaw li ma jkunux prattikabbli.

D.   MONITORAĠĠ TAL-PRODUTTURI ESPORTATURI

(16)

Filwaqt li għamlet monitoraġġ tal-konformità mal-impenn, il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni ppreżentata miż-żewġ produtturi esportaturi msemmija fil-premessa (5) hawn fuq li kienet rilevanti għall-impenn. Il-Kummissjoni wettqet żjarat ta' verifika fil-bini ta' dawn il-produtturi esportaturi. Is-sejbiet elenkati fil-premessi minn (17) sa (27) jindirizzaw il-problemi identifikati għal Chint Solar u Sunny Energy li jobbligaw lill-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal dawn iż-żewġ produtturi esportaturi.

E.   RAĠUNIJIET GĦALL-IRTIRAR TAL-AĊĊETTAZZJONI TAL-IMPENN

(i)   Chint Solar

(17)

Il-kumpaniji relatati ta' Chint Solar fl-Unjoni msemmija fil-premessa (5) a) biegħu l-prodott ikkonċernat lil klijenti indipendenti fl-Unjoni fl-2013 u fl-2014. Dan il-bejgħ ma kienx irrappurtat lill-Kummissjoni sal-iskadenza stipulata fl-impenn. Rapport inkomplut kien ippreżentat biss fil-bidu taż-żjara ta' verifika. Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li Chint Solar kisret l-obbligi ta' rappurtar tagħha.

(18)

Chint Solar biegħet ukoll moduli lill-Unjoni li kienu manifatturati minn kumpanija relatata li mhijiex parti fl-impenn. Il-Kummissjoni analizzat din il-prattika u kkonkludiet li Chint Solar kisret l-obbligu li tbigħ biss dawk il-moduli li kienu prodotti mill-kumpanija li hija parti fl-impenn.

(19)

Barra minn hekk, produttur relatat tal-moduli fl-Unjoni biegħ dawn il-prodotti, inter alia, jew lil wieħed mill-klijenti ta' Chint Solar jew lil klijenti relatati ma' klijent ta' Chint Solar. Parti sostanzjali minn dan il-bejgħ saret bi prezzijiet taħt l-MIP. Il-Kummissjoni analizzat dan il-mudell ta' negozju. Il-Kummissjoni kkonkludiet li billi għamlet bejgħ bi prezzijiet taħt l-MIP lil klijent ta' Chint Solar jew lil xi klijent relatat ma' klijent ta' Chint Solar, kien seħħ arranġament ta' kumpens u li Chint Solar kienet kisret l-obbligu skont l-impenn li ma tidħolx f'arranġament ta' kumpens.

(20)

Barra minn hekk, Chint Solar parzjalment tipproduċi moduli bi ftehimiet ta' manifattur ta' tagħmir oriġinali (“OEM”). Għal grupp wieħed ta' klijenti OEM tagħha, l-arranġament kuntrattwali jippermetti l-bejgħ lil dan il-grupp ta' konsumaturi lejn destinazzjonijiet tal-Unjoni u mhux tal-Unjoni. Chint Solar ma pprovdietx it-tagħrif kollu meqjus bħala meħtieġ mill-Kummissjoni għall-monitoraġġ tal-impenn. Għal grupp ieħor ta' klijenti OEM tagħha, il-verifika stabbiliet li tal-inqas f'każ minnhom moduli kienu kkunsinjati kemm lil membri ta' dan il-grupp li huma mill-Unjoni kif ukoll lil oħrajn li mhumiex.

(21)

Dan il-mudell ta' negozju jwassal għal riskju ta' evażjoni f'forma ta' kumpens trażversali tal-MIP. B'mod aktar speċifiku, dan ikun il-każ jekk il-moduli jinbiegħu lil gruppi ta' klijenti OEM permezz tal-kumpanija relatata ta' Chint Solar li mhijiex parti fl-impenn.

(22)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li x-xejra tal-kummerċ identifikata tagħmel il-monitoraġġ tal-impenn ta' Chint Solar imprattikabbli.

(ii)   Sunny Energy

(23)

Sunny Energy ħarġet diversi fatturi kummerċjali għall-moduli solari li l-valur nominali tagħhom kien skont l-MIP. Madankollu, spezzjoni tal-fatturi rilevanti li Sunny Energy ppreżentat lill-awtoritajiet tal-VAT Ċiniżi wriet li dawn it-tranżazzjonijiet ta' bejgħ kienu jinkludu wkoll prodotti li mhumiex koperti mill-impenn, pereżempju invertituri u kejbils definiti fl-impenn bħala “prodotti oħra”, li ma ġewx irrappurtati lill-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-bejgħ ta' dawn il-“prodotti oħra” lill-istess klijenti jaqbeż il-limitu ta' bejgħ parallel awtorizzat mill-impenn. Dan huwa ksur tal-obbligi ta' rappurtar u tal-limitu għal bejgħ ta' “prodotti oħra” lill-istess klijenti.

(24)

Barra minn hekk, iż-żjara ta' verifika stabbiliet li l-prezz ta' bejgħ ta' moduli solari fuq il-fatturi li Sunny Energy ppreżentat lill-awtoritajiet tal-VAT Ċiniżi kien aktar baxx mill-prezz fil-fatturi tal-impenn. Il-Kummissjoni analizzat din il-prattika u kkonkludiet li Sunny Energy kisret l-impenn billi ħarġet fatturi kummerċjali li t-tranżazzjonijiet finanzjarji li huma bbażati fuqhom ma kinux skont il-valur nominali tagħhom.

(25)

Sunny Energy esportat ukoll “prodotti oħra” fuq perjodu ta' żmien sostanzjali f'maħżen doganali fl-Unjoni. L-ikklerjar doganali ta' dawk il-prodotti jseħħ ladarba l-klijent jordna dawk il-prodotti. Dan il-bejgħ huwa barra mill-ambitu tal-monitoraġġ mill-Kummissjoni.

(26)

Il-Kummissjoni analizzat l-implikazzjonijiet ta' dan ix-xejra ta' kummerċ u kkonkludiet li hemm riskju għoli ta' kumpens trażversali tal-MIP, jiġifieri jekk il-prodotti koperti u l-prodotti mhux koperti jiġu mibjugħa minn maħżen doganali lill-istess klijenti. Il-Kummissjoni kkonkludiet li x-xejra tal-kummerċ identifikata tagħmel il-monitoraġġ tal-impenn ta' Sunny Energy imprattikabbli.

(27)

Barra minn hekk, rekords tat-tranżazzjonijiet spezzjonati fuq il-post urew li klijent wieħed ma kienx ħallas l-ammont sħiħ għat-tranżazzjoni ta' bejgħ inkwistjoni. Analiżi ulterjuri stabbiliet li dan il-ħlas parzjali wassal għal prezz ta' bejgħ taħt l-MIP. Il-bejgħ bi prezz inqas mill-MIP jikkostitwixxi ksur tal-impenn.

(iii)   Konklużjonijiet

(28)

Is-sejbiet ta' ksur tal-impenn u l-imprattikabbiltà stabbiliti għal Chint Solar u Sunny Energy jiġġustifikaw l-irtirar tal-aċċettazzjonijiet tal-impenn għal dawn iż-żewġ produtturi esportaturi skont l-Artikoli 8(7) u 8(9) tar-Regolament antidumping bażiku, l-Artikoli 13(7) u 13(9) tar-Regolament antisussidji bażiku, u skont it-termini tal-impenn.

F.   VALUTAZZJONI ĠENERALI TA' PRATTIKABILITÀ TAL-IMPENN ĠENERALI

(29)

L-impenn jistipula li ksur minn produttur esportatur individwali ma jwassalx awtomatikament għal irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn għall-produtturi esportaturi kollha. F'każ bħal dan, il-Kummissjoni tivvaluta l-impatt ta' dak il-ksur partikolari fuq il-prattikabbiltà tal-impenn bl-effett għall-produtturi esportaturi kollha u s-CCCME.

(30)

Għalhekk il-Kummissjoni vvalutat l-impatt tal-ksur minn Chint Solar u Sunny Energy fuq il-prattikabbiltà tal-impenn bl-effett għall-produtturi esportaturi kollha u s-CCCME.

(31)

Ir-responsabbiltà għall-ksur hija biss tal-produtturi esportaturi inkwistjoni; il-monitoraġġ ma żvela l-ebda ksur sistematiku minn għadd kbir ta' produtturi esportaturi jew mis-CCCME.

(32)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-funzjonament ġenerali tal-impenn mhuwiex affettwat u li ma hemm l-ebda raġuni għall-irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn għall-produtturi esportaturi kollha u s-CCCME.

G.   SOTTOMISSJONIJIET BIL-MIKTUB U SEDUTI TA' SMIGĦ

(33)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jinstemgħu u li jressqu kummenti skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament antisussidji bażiku. Kemm Chint Solar kif ukoll Sunny Energyressqu kummenti u ġew mismugħa. Parti interessata oħra ssottomettiet ukoll kummenti.

(34)

Matul is-smigħ, kemm Chint Solar kif ukoll Sunny Energy kkonfermaw li kien seħħ ċertu ksur iżda impenjaw ruħhom li jirrispettaw l-impenn fil-futur u saħqu li kienu jqisu l-ksur bħala minuri.

(i)   Chint Solar

Il-bejgħ ta' moduli lill-Unjoni mmanifatturaati minn kumpanija relatata li mhijiex parti fl-impenn.

(35)

Chint Solar sostniet li minkejja r-risposti ppreżentati matul l-investigazzjoni oriġinali mill-produttur relatat imsemmi fil-premessa (18) hawn fuq, il-Kummissjoni la inkludiet dan il-produttur fil-proposta ta' kampjunar u lanqas fil-lista ta' produtturi li kkooperaw suġġett għad-determinazzjoni finali tal-investigazzjoni oriġinali. Fil-fehma tagħhom, minħabba dawn in-nuqqasijiet, Chint Solar ma kinitx f'pożizzjoni li tifhem l-istatus differenti tal-produtturi tagħha.

(36)

Il-Kummissjoni tiċħad dan l-argument. L-ewwel nett, il-proposta ta' kampjunar kienet tirreferi kemm għall-produtturi individwali kif ukoll għall-gruppi ta' kumpaniji. Huwa ċar mill-kliem u mil-lista ta' kumpaniji marbuta mal-propota tal-kampjunar li kienet elenkata kumpanija waħda għal kull grupp ta' kumpaniji. Fil-fatt, il-biċċa l-kbira tal-kumpaniji proposti għall-kampjunar kellhom għadd ta' kumpaniji relatati fir-RPĊ iżda biss kumpanija waħda għal kull grupp ta' kumpaniji ġiet elenkata fil-proposta tal-kampjunar.

(37)

It-tieni nett, kuntrarjament għall-proposta ta' kampjunar, il-lista ta' produtturi esportaturi li kkooperaw imsemmija fir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni li jimponu dazji proviżorji u definittivi ta' antidumping u kumpensatorji fuq il-prodott ikkonċernat fiha l-kumpaniji kollha fil-grupp ta' kumpaniji. Il-Kummissjoni tqis li Chint Solar kienet ingħatat biżżejjed żmien biex tindika kull ineżattezza fil-lista ta' produtturi esportaturi li kkooperaw wara d-divulgazzjonijiet fl-istadji provviżorji u finali tal-investigazzjonijiet oriġinali. Ma wasal l-ebda kumment mingħand Chint Solar.

Obbligi ta' rappurtar mingħand l-importaturi relatati fl-Unjoni

(38)

Chint Solar sostniet ukoll li ma kenitx konxja mill-obbligi ta' rappurtar fuq il-kumpaniji relatati tagħha fl-Unjoni msemmija fil-premessa (5)(a) ta' hawn fuq, billi Chint Solar ma ġietx innotifikata dwar l-aċċettazzjoni tal-impenn offrut minn dawn il-kumpaniji relatati. Barra minn hekk, Chint Solar argumentat li ma ġie pprovdut l-ebda aċċess indipendenti għas-sistema ta' rappurtar lil dawn il-kumpaniji relatati fl-Unjoni, u dan għamel is-sottomissjoni tar-rapporti trimestrali tagħhom mhux prattikabbli.

(39)

Il-Kummissjoni tiċħad dawn l-argumenti billi Chint Solar kienet obbligata li tirrapporta t-tranżazzjonijiet ta' bejgħ mill-ġdid lil klijenti indipendenti fl-Unjoni u naqset milli tagħmel dan. Dan kien għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)

L-offerta ta' impenn li tinkludi waħda mill-kumpaniji relatati fl-Unjoni msemmija fil-premessa (5)(a) hawn fuq kienet diġà ġiet aċċettata bid-dazju provviżorju tal-anti-dumping (12). Id-dispożizzjonijiet tat-test tal-impenn jistipulaw b'mod ċar li l-bejgħ mill-ġdid lil klijenti indipendenti fl-Unjoni għandu jiġi rrappurtat.

(b)

L-offerta ta' impenn li tinkludi l-kumpanija relatata l-oħra fl-Unjoni msemmija fil-premessa (5)(a) hawn fuq ġiet aċċettata għall-perjodu ta' applikazzjoni tal-miżuri definittivi (13). Madankollu, ma sar l-ebda bejgħ lil din il-kumpanija relatata wara l-aċċettazzjoni tal-impenn. Għalhekk, l-argumenti ta' Chint Solar huma irrelevanti fir-rigward ta' din il-kumpannija.

(c)

Is-CCCME tikkoordina t-tressiq tar-rapporti trimestrali kollha mill-kumpaniji soġġetti għall-impenn, inklużi r-rapporti trimestrali dwar tranżazzjonijiet ta' bejgħ mill-ġdid. Chint Solar kienet f'pożizzjoni li tikseb kull informazzjoni oħra dwar l-obbligi ta' rappurtar tagħha skont l-impenn.

(d)

Chint Solar ressqet rapport trimestrali mhux komplut fil-bidu taż-żjara ta' verifika. Dan jissostanzja li Chint Solar kienet konxja mill-obbligi ta' rappurtar tal-kumpaniji relatati tagħha fl-Unjoni.

L-ebda ksur sostanzjali

(40)

Chint Solar stqarret ukoll li ma seħħ l-ebda ksur sostanzjali billi t-tranżazzjonijiet mhux irrapportati kienu marġinali meta mqabbla man-numru totali ta' tranżazzjonijiet ta' bejgħ.

(41)

Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta dan l-argument. Chint Solar ma ppreżentat l-ebda rapport trimestrali dwar it-tranżazzjonijiet tal-bejgħ mill-ġdid tal-kumpanija relatata tagħha msemmija fil-premessa (5)(a) sa mid-dħul fis-seħħ tal-impenn. Dan irrispettivament min-numru ta' tranżazzjonijiet mhux irrapportati. Għalhekk, il-Kummissjoni ssostni l-konklużjoni tagħha li Chint Solar kisret l-obbligu tagħha tar-rapportar skont l-impenn.

Bejgħ mill-produttur relatat fl-Unjoni

(42)

Chint Solar ikkontestat ukoll li hija kisret l-obbligu skont l-impenn li ma tidħolx f'arranġament ta' kumpens għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)

Chint Solar innotifikat lill-Kummissjoni dwar l-akkwist tal-modulu produttur fl-Unjoni msemmi fil-premessa (19) hawn fuq u l-Kummissjoni ma rreaġixxietx.

(b)

Il-kumplessità tal-impenn b'mod ġenerali, wasslet lill-Kummissjoni biex toħroġ tweġibiet differenti għall-istess xenarju matul il-perjodu. Għalhekk, huwa raġonevoli li Chint Solar ma qisitx ir-riskju ta' arranġamenti ta' kumpens sad-divulgazzjoni dwar l-intenzjoni li jiġi rtirat l-impenn mill-Kummissjoni.

(c)

Il-bejgħ tal-produttur relatat fl-Unjoni ma għandux ikun suġġett għat-termini tal-impenn li jkopri biss moduli u ċelloli li joriġinaw minn jew li ġew konsenjati mir-RPĊ.

(d)

Chint Solar ma kellha l-ebda intenzjoni għal xi kumpens trażversali permezz ta' bejgħ lill-istess klijent ta' Chint Solar mir-RPĊ u l-produttur relatat fl-Unjoni. Id-differenza fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott u d-drawwa tan-negozju tal-klijent partikolari ta' Chint Solar tiġġustifika dan il-bejgħ parallel. Chint Solar stqarret ukoll li l-prezz tal-bejgħ tal-produttur relatat fl-Unjoni kien konformi mal-prezz tas-suq. Barra minn hekk, Chint Solar impenjat ruħha li tieqaf tbigħ il-prodott ikkonċernat lil dak il-klijent ta' Chint Solari mir-RPĊ, li tipprovdi rapporti trimestrali dwar il-bejgħ tal-produttur relatat tagħha fl-Unjoni u li tippermetti li tiġi vverifikata l-eżattezza ta' dawn ir-rapporti.

(43)

Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta dawn l-argumenti. L-ewwel nett, il-Kummissjoni ma kkritikatx lil Chint Solar għaliex ma nnotifikatx l-akkwist iżda għall-bejgħ parallel deskritt fil-premessa (19) aktar 'il fuq.

(44)

It-tieni nett, Chint Solar tikkwota t-tweġibiet tas-servizzi tal-Kummissjoni, li fi kwalunkwe każ ġew ikkwalifikati bħala mhux vinkolanti, barra mill-kuntest tagħhom. It-tweġibiet imsemmija huma irrilevanti għall-obbligu li ma tidħolx f'arranġament ta' kumpens.

(45)

It-tielet nett, huwa ċar li l-bejgħ ta' produttur tal-Unjoni ma jistax ikun soġġett għall-impenn. Madankollu, l-arranġamenti kompensatorji misjuba mill-Kummissjoni seħħew minħabba l-bejgħ parallel minn dan il-produttur relatat tal-Unjoni lil klijent ta' Chint Solar jew lil klijenti relatati ma' klijent ta' Chint Solar. Id-differenza fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott hija irrilevanti, mill-aspett tal-kumpens trażversali. Barra minn hekk, hija wkoll irrilevanti jekk il-bejgħ sar bi prezzijiet tas-suq billi dawn il-prezzijiet kienu inqas mill-MIP.

(46)

Il-Kummissjoni analizzat ukoll l-impenji addizzjonali mogħtija minn Chint Solar u kkonkludiet li huma jindirizzaw biss ir-riskju ta' arranġamenti ta' kumpens fir-rigward ta' klijent partikolari wieħed. Barra minn hekk, huma joħolqu piż addizzjonali fuq il-monitoraġġ tal-impenn, jiġifieri kontrolli ulterjuri ta' rapporti trimestrali addizzjonali.

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonferma l-valutazzjoni tagħha li Chint Solar kisret l-obbligu tagħha skont l-impenn li ma tidħolx f'arranġament ta' kumpens.

Il-bejgħ OEM

(47)

Chint Solar sostniet ukoll li ma kenitx biegħet moduli lil destinazzjonijiet mhux tal-Unjoni tal-klijent tal-OEM imsemmi fil-premessa (20) ta' hawn fuq. Barra minn hekk, Chint Solar tenniet li kienet ipprovdiet lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha dwar l-arranġament kuntrattwali partikolari tal-OEM.

(48)

Chint Solar iċċarat ukoll li f'każ wieħed kienet aċċidentalment ikkunsinjat lil membri tal-Unjoni u mhux tal-Unjoni tal-grupp ta' kljenti OEM l-ieħor imsemmi fil-premessa (20) f'ċirkustanzi speċjali. Chint Solar offriet ukoll impenji li ma jkunx hemm inċidenti simili fil-futur.

(49)

Il-Kummissjoni tiċħad dawn l-argumenti. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tqis li l-eżistenza ta' tali mudell tan-negozju twassal għal riskju ta' evitar f'forma ta' kumpensar trażversali tal-MIP. Il-fatt li l-ebda bejgħ ma seħħ ma jtaffix ir-riskju identifikat ta' kumpens trażversali. Barra minn hekk, Chint Solar ma pprovdiet ebda dettall dwar kif jiġi żgurat li l-ebda bejgħ aċċidentali bħal dan ma jseħħ fil-futur.

Trattament mhux diskriminatorju u t-tibdiliet fis-suq solari tal-Unjoni

(50)

Chint Solar sostniet ukoll li għandha tingħata istruzzjonijiet f'waqthom u opportunitajiet indaqs biex tagħmel korrezzjonijiet waqt l-implimentazzjoni tal-impenn. Skont l-għarfien tagħhom, il-Kummissjoni sabet kwistjonijiet ta' nuqqas ta' rapportar u ksur ieħor minn kumpaniji oħra soġġetti għall-impenn li ma ġewx segwiti minn irtirar mill-impenn.

(51)

Il-Kummissjoni tirrifjuta dan l-argument għax ebda Kumpanija oħra ma nstabet li kisret l-impenn għall-istess raġunijiet bħal Chint Solar.

(52)

Il-Kummissjoni għalhekk tiċħad dawn l-allegazzjonijiet ta' Chint Solar bħala li mhumiex sostanzjati.

(53)

Chint Solar iddikjarat ukoll li l-Kummissjoni għandha tevalwa bidliet fis-suq solari tal-Unjoni, b'mod partikolari l-allegat impatt negattiv tal-miżuri antidumping u kumpensatorji fuq fis-settur solari tal-Unjoni meta tiddeċiedi dwar l-irtirar tal-impenn minn Chint Solar.

(54)

Il-Kummissjoni tiċħad dan l-argument billi huwa irrelevanti għall-valutazzjoni tal-ksur tal-impenn minn Chint Solar.

(ii)   Sunny Energy

Nuqqas ta' rappurtar

(55)

Sunny Energy kkontestat li hija kisret l-obbligu ta' rappurtar tagħha peress li mill-inqas xi bejgħ ta' “prodotti oħra” ġie rrappurtat lill-Kummissjoni f'wieħed mir-rapporti trimestrali u mill-inqas rapport ieħor ġie ppreparat mingħajr ma ġie ppreżentat lill-Kummissjoni.

(56)

Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta dan l-argument. Sunny Energy ppreżentat ir-rapport trimestrali ta' “prodotti oħra” fl-ewwel tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-impenn. Madankollu, Sunny Energy naqset milli tissottometti rapporti kull tliet xhur ta' “prodotti oħra” jew li tirrettifika t-tranżazzjonijiet maqbuża f'rapporti trimestrali sussegwenti.

Limitu ta' bejgħ

(57)

Sunny Energy sostniet ukoll li ma kienx hemm ksur sostanzjali tal-impenn fil-biċċa l-kbira tal-każijiet u li l-valur tal-bejgħ ta' “prodotti oħra” qabeż il-limitu ta' bejgħ parallel b'ammont marġinali.

(58)

Il-Kummissjoni tiċħad dan l-argument. L-eċċess tal-limitu tal-bejgħ parallel huwa indipendenti mill-ammont inkwistjoni, ukoll jekk ikun marġinali. Għalhekk, il-Kummissjoni ssostni l-konklużjoni tagħha li Sunny Energy kisret l-obbligu tar-rappurtar tagħha skont l-impenn.

Is-sistema ta' fatturazzjoni doppja

(59)

Sunny Energy sostniet li l-valuri tal-fattura tal-impenn ipprovduta lill-klijenti ta' Sunny Energy huma preċiżi u huma użati biex jiġu rreġistrati t-tranżazzjonijiet fil-kontijiet ta' Sunny Energy. Il-ħlas għal tranżazzjoni partikolari huwa bbażatat ukoll fuq il-fattura tal-impenn. Fl-opinjoni tagħhom, huwa biss il-valur totali tal-fattura tal-VAT li huwa rilevanti għall-konformità mat-termini tal-impenn, mhux id-deskrizzjoni dettaljata ta' kif intlaħaq dak it-total. Għalhekk, it-tranżazzjonijiet finanzjarji sottostanti kienu konformi mal-valur nominali tagħhom. Barra minn hekk, id-differenza fil-valuri bejn il-fatturi tal-impenn u l-fatturi tal-VAT hija marġinali.

(60)

Il-Kummissjoni tiċħad dan l-argument. L-ewwel nett, il-fattura tal-VAT kienet tinkludi l-prezz tal-prodott ikkonċernat u tal-“prodotti l-oħra” mhux irrapportati li għalihom il-prezz tal-bejgħ kien differenti minn dawk indikati fuq il-fattura tal-impenn. It-tieni nett, Sunny Energy ma pprovdiet l-ebda argument konvinċenti għad-differenza bejn id-diversi dokumenti finanzjarji u amministrattivi.

Pagament parzjali

(61)

Sunny Energy ssottomettiet ukoll li hija kienet ikkuntattjat lill-klijent imsemmi fil-premessa (27) hawn fuq u rċeviet il-ħlas sħiħ ta' dik il-fattura.

(62)

Il-Kummissjoni tinnota dawn il-passi meħuda minn Sunny Energy, li, madankollu, seħħew wara li l-Kummissjoni indunat bil-problema.

Bejgħ minn maħżen fl-Unjoni

(63)

Sunny Energy ssottomettiet ukoll li hija lesta biex twaqqaf il-bejgħ ta' “prodotti oħra” mill-maħżen doganali fl-Unjoni msemmi fil-premessa (25) hawn fuq biex tevita r-riskju potenzjali ta' kumpens trażversali.

(64)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li għalkemm dan l-impenn jindirizza r-riskju ta' kumpens trażversali, ma jkunx possibbli li jiġi mmonitorjat impenn bħal dan. Barra minn hekk, dawn l-impenji ma jindirizzawx ix-xejra identifikata tal-kummerċ li seħħet matul perjodu sostanzjali ta' żmien.

(iii)   Kummenti mill-parti interessata l-oħra

(65)

Parti interessata argumentat li Chint Solar u Sunny Energy sistematikament biegħu l-prodott ikkonċernat b'inqas mill-MIP jew inkella evitawh b'xi mod ieħor. Il-parti interessata ħeġġet għall-irtirar ta' dawn il-kumpaniji mill-impenn.

(66)

Barra minn hekk, il-parti interessata argumentat li n-numru ta' kumpaniji li rtiraw mill-impenn jikkonferma l-esperjenza tas-suq li l-impenn ġie miksur fuq skala wiesgħa.

(67)

Il-Kummissjoni tfakkar li l-parti interessata għamlet suppożizzjonijiet infondati fis-sottomissjoni tagħha. il-monitoraġġ tal-Kummissjoni ma żvela l-ebda ksur sistematiku minn għadd kbir ta' produtturi esportaturi jew mis-CCCME.

(iv)   Konklużjoni

(68)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonferma s-sejbiet tagħha dwar ksur tal-impenn għal Chint Solar u Sunny Energy.

H.   L-IRTIRAR TAL-AĊĊETTAZZJONI TAL-IMPENN U IMPOŻIZZJONI TA' DAZJI DEFINITTIVI

(69)

Għaldaqstant, skont l-Artikolu 8(7) u 8(9) tar-Regolament antidumping bażiku, l-Artikolu 13(7) u 13(9) tar-Regolament antisussidji bażiku, u wkoll skont it-termini tal-impenn, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-aċċettazzjoni tal-impenn għal Chint Solar u Sunny Energy tiġi rtirata.

(70)

Għaldaqstant, skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament antisussidji bażiku, id-dazju antidumping definittiv impost mill-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u d-dazju kumpensatorju definittiv impost mill-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 japplikaw awtomatikament għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw jew jiġu kkunsinjati mir-RPĊ u li huma magħmula minn Chint Solar (kodiċi addizzjonali TARIC: B810) u Sunny Energy (kodiċi addizzjonali TARIC: B825) mill-ġurnata tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(71)

Għal skopijiet ta' informazzjoni, it-tabella fl-Anness ta' dan ir-Regolament telenka lill-produtturi esportaturi li għalihom l-aċċettazzjoni tal-impenn mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/657/UE mhijiex affettwata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-aċċettazzjoni tal-impenn bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/707/UE tal-4 ta' Diċembru 2013 fir-rigward ta' (i) Chint Solar (Zhejiang) Co. Ltd flimkien mal-kumpaniji relatati tagħha fl-Unjoni Ewropea, b'mod konġunt koperti mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B810, (ii) Hangzhou Zhejiang University Sunny Energy Science and Technology Co. Ltd u Zhejiang Jinbest Energy Science and Technology Co. Ltd, b'mod konġunt koperti mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B825 hija b'dan irtirata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(3)  ĠU L 152, 5.6.2013, p. 5.

(4)  ĠU L 209, 3.8.2013, p. 26.

(5)  ĠU L 209, 3.8.2013, p. 1.

(6)  ĠU L 325, 5.12.2013, p. 1.

(7)  ĠU L 325, 5.12.2013, p. 66.

(8)  ĠU L 325, 5.12.2013, p. 214.

(9)  ĠU L 270, 11.9.2014, p. 6.

(10)  ĠU L 139, 5.6.2015, p. 30.

(11)  ĠU L 218, 19.8.2015, p. 1.

(12)  Id-Deċiżjoni 2013/423/UE.

(13)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE.


ANNESS

Lista ta' kumpaniji:

Isem il-kumpanija

Kodiċi addizzjonali TARIC

Jiangsu Aide Solar Energy Technology Co. Ltd

B798

Alternative Energy (AE) Solar Co. Ltd

B799

Anhui Chaoqun Power Co. Ltd

B800

Anji DaSol Solar Energy Science & Technology Co. Ltd

B802

Anhui Schutten Solar Energy Co. Ltd

Quanjiao Jingkun Trade Co. Ltd

B801

Arhui Titan PV Co. Ltd

B803

Xi'an SunOasis (Prime) Company Limited

TBEA SOLAR CO. LTD

XINJIANG SANG'O SOLAR EQUIPMENT

B804

Changzhou NESL Solartech Co. Ltd

B806

Changzhou Shangyou Lianyi Electronic Co. Ltd

B807

Changzhou Trina Solar Energy Co. Ltd

Trina Solar (Changzhou) Science & Technology Co. Ltd

Changzhou Youze Technology Co. Ltd

Trina Solar Energy (Shanghai) Co. Ltd

Yancheng Trina Solar Energy Technology Co. Ltd

B791

CHINALAND SOLAR ENERGY CO. LTD

B808

ChangZhou EGing Photovoltaic Technology Co. Ltd

B811

CIXI CITY RIXING ELECTRONICS CO. LTD

ANHUI RINENG ZHONGTIAN SEMICONDUCTOR DEVELOPMENT CO. LTD

HUOSHAN KEBO ENERGY & TECHNOLOGY CO. LTD

B812

CNPV Dongying Solar Power Co. Ltd

B813

CSG PVtech Co. Ltd

B814

China Sunergy (Nanjing) Co. Ltd

CEEG Nanjing Renewable Energy Co. Ltd

CEEG (Shanghai) Solar Science Technology Co. Ltd

China Sunergy (Yangzhou) Co. Ltd

China Sunergy (Shanghai) Co. Ltd

B809

Delsolar (Wujiang) Ltd

B792

Dongfang Electric (Yixing) MAGI Solar Power Technology Co. Ltd

B816

EOPLLY New Energy Technology Co. Ltd

SHANGHAI EBEST SOLAR ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD

JIANGSU EOPLLY IMPORT & EXPORT CO. LTD

B817

Era Solar Co. Ltd

B818

GD Solar Co. Ltd

B820

Greenway Solar-Tech (Shanghai) Co. Ltd

Greenway Solar-Tech (Huaian) Co. Ltd

B821

Konca Solar Cell Co. Ltd

Suzhou GCL Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jiangsu GCL Silicon Material Technology Development Co. Ltd

Jiangsu Zhongneng Polysilicon Technology Development Co. Ltd

GCL-Poly (Suzhou) Energy Limited

GCL-Poly Solar Power System Integration (Taicang) Co. Ltd

GCL SOLAR POWER (SUZHOU) LIMITED

B850

Guodian Jintech Solar Energy Co. Ltd

B822

Hangzhou Bluesun New Material Co. Ltd

B824

Hanwha SolarOne (Qidong) Co. Ltd

B826

Hengdian Group DMEGC Magnetics Co. Ltd

B827

HENGJI PV-TECH ENERGY CO. LTD

B828

Himin Clean Energy Holdings Co. Ltd

B829

Jetion Solar (China) Co. Ltd

Junfeng Solar (Jiangsu) Co. Ltd

Jetion Solar (Jiangyin) Co. Ltd

B830

Jiangsu Green Power PV Co. Ltd

B831

Jiangsu Hosun Solar Power Co. Ltd

B832

Jiangsu Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd

B833

Jiangsu Runda PV Co. Ltd

B834

Jiangsu Sainty Photovoltaic Systems Co. Ltd

Jiangsu Sainty Machinery Imp. And Exp. Corp. Ltd

B835

Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd

B836

Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Technology Co. Ltd

Changzhou Shunfeng Photovoltaic Materials Co. Ltd

Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Electronic Power Co. Ltd

B837

Jiangsu Sinski PV Co. Ltd

B838

Jiangsu Sunlink PV Technology Co. Ltd

B839

Jiangsu Zhongchao Solar Technology Co. Ltd

B840

Jiangxi Risun Solar Energy Co. Ltd

B841

Jiangxi LDK Solar Hi-Tech Co. Ltd

LDK Solar Hi-Tech (Nanchang) Co. Ltd

LDK Solar Hi-Tech (Suzhou) Co. Ltd

B793

Jiangyin Hareon Power Co. Ltd

Hareon Solar Technology Co. Ltd

Taicang Hareon Solar Co. Ltd

Hefei Hareon Solar Technology Co. Ltd

Jiangyin Xinhui Solar Energy Co. Ltd

Altusvia Energy (Taicang) Co. Ltd

B842

Jiangyin Shine Science and Technology Co. Ltd

B843

JingAo Solar Co. Ltd

Shanghai JA Solar Technology Co. Ltd

JA Solar Technology Yangzhou Co. Ltd

Hefei JA Solar Technology Co. Ltd

Shanghai JA Solar PV Technology Co. Ltd

B794

Jinko Solar Co. Ltd

Jinko Solar Import and Export Co. Ltd

ZHEJIANG JINKO SOLAR CO. LTD

ZHEJIANG JINKO SOLAR TRADING CO. LTD

B845

Jinzhou Yangguang Energy Co. Ltd

Jinzhou Huachang Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jinzhou Jinmao Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jinzhou Rixin Silicon Materials Co. Ltd

Jinzhou Youhua Silicon Materials Co. Ltd

B795

Juli New Energy Co. Ltd

B846

Jumao Photonic (Xiamen) Co. Ltd

B847

King-PV Technology Co. Ltd

B848

Kinve Solar Power Co. Ltd (Maanshan)

B849

Lightway Green New Energy Co. Ltd

Lightway Green New Energy(Zhuozhou) Co. Ltd

B851

MOTECH (SUZHOU) RENEWABLE ENERGY CO. LTD

B852

Nanjing Daqo New Energy Co. Ltd

B853

NICE SUN PV CO. LTD

LEVO SOLAR TECHNOLOGY CO. LTD

B854

Ningbo Huashun Solar Energy Technology Co. Ltd

B856

Ningbo Jinshi Solar Electrical Science & Technology Co. Ltd

B857

Ningbo Komaes Solar Technology Co. Ltd

B858

Ningbo Osda Solar Co. Ltd

B859

Ningbo Qixin Solar Electrical Appliance Co. Ltd

B860

Ningbo South New Energy Technology Co. Ltd

B861

Ningbo Sunbe Electric Ind Co. Ltd

B862

Ningbo Ulica Solar Science & Technology Co. Ltd

B863

Perfectenergy (Shanghai) Co. Ltd

B864

Perlight Solar Co. Ltd

B865

Phono Solar Technology Co. Ltd

Sumec Hardware & Tools Co. Ltd

B866

RISEN ENERGY CO. LTD

B868

SHANDONG LINUO PHOTOVOLTAIC HI-TECH CO. LTD

B869

SHANGHAI ALEX SOLAR ENERGY SCIENCE & TECHNOLOGY CO. LTD

SHANGHAI ALEX NEW ENERGY CO. LTD

B870

Shanghai BYD Co. Ltd

BYD(Shangluo)Industrial Co. Ltd

B871

Shanghai Chaori Solar Energy Science & Technology Co. Ltd

Shanghai Chaori International Trading Co. Ltd

B872

Propsolar (Zhejiang) New Energy Technology Co. Ltd

Shanghai Propsolar New Energy Co. Ltd

B873

SHANGHAI SHANGHONG ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD

B874

SHANGHAI SOLAR ENERGY S&T CO. LTD

Shanghai Shenzhou New Energy Development Co. Ltd

Lianyungang Shenzhou New Energy Co. Ltd

B875

Shanghai ST Solar Co. Ltd

Jiangsu ST Solar Co. Ltd

B876

Shenzhen Sacred Industry Co.Ltd

B878

Shenzhen Topray Solar Co. Ltd

Shanxi Topray Solar Co. Ltd

Leshan Topray Cell Co. Ltd

B880

Sopray Energy Co. Ltd

Shanghai Sopray New Energy Co. Ltd

B881

SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD

NINGBO SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD

Ningbo Sun Earth Solar Energy Co. Ltd

B882

SUZHOU SHENGLONG PV-TECH CO. LTD

B883

TDG Holding Co. Ltd

B884

Tianwei New Energy Holdings Co. Ltd

Tianwei New Energy (Chengdu) PV Module Co. Ltd

Tianwei New Energy (Yangzhou) Co. Ltd

B885

Wenzhou Jingri Electrical and Mechanical Co. Ltd

B886

Shanghai Topsolar Green Energy Co. Ltd

B877

Shenzhen Sungold Solar Co. Ltd

B879

Wuhu Zhongfu PV Co. Ltd

B889

Wuxi Saijing Solar Co. Ltd

B890

Wuxi Shangpin Solar Energy Science and Technology Co. Ltd

B891

Wuxi Solar Innova PV Co. Ltd

B892

Wuxi Suntech Power Co. Ltd

Suntech Power Co. Ltd

Wuxi Sunshine Power Co. Ltd

Luoyang Suntech Power Co. Ltd

Zhenjiang Rietech New Energy Science Technology Co. Ltd

Zhenjiang Ren De New Energy Science Technology Co. Ltd

B796

Wuxi Taichang Electronic Co. Ltd

Wuxi Machinery & Equipment Import & Export Co. Ltd

Wuxi Taichen Machinery & Equipment Co. Ltd

B893

Xi'an Huanghe Photovoltaic Technology Co. Ltd

State-run Huanghe Machine-Building Factory Import and Export Corporation

Shanghai Huanghe Fengjia Photovoltaic Technology Co. Ltd

B896

Xi'an LONGi Silicon Materials Corp.

Wuxi LONGi Silicon Materials Co. Ltd

B897

Years Solar Co. Ltd

B898

Yingli Energy (China) Co. Ltd

Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Hainan Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Hengshui Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Tianjin Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Lixian Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Baoding Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd

Beijing Tianneng Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Yingli Energy (Beijing) Co. Ltd

B797

Yuhuan BLD Solar Technology Co. Ltd

Zhejiang BLD Solar Technology Co. Ltd

B899

Yuhuan Sinosola Science & Technology Co.Ltd

B900

Zhangjiagang City SEG PV Co. Ltd

B902

Zhejiang Fengsheng Electrical Co. Ltd

B903

Zhejiang Global Photovoltaic Technology Co. Ltd

B904

Zhejiang Heda Solar Technology Co. Ltd

B905

Zhejiang Jiutai New Energy Co. Ltd

Zhejiang Topoint Photovoltaic Co. Ltd

B906

Zhejiang Kingdom Solar Energy Technic Co. Ltd

B907

Zhejiang Koly Energy Co. Ltd

B908

Zhejiang Mega Solar Energy Co. Ltd

Zhejiang Fortune Photovoltaic Co. Ltd

B910

Zhejiang Shuqimeng Photovoltaic Technology Co. Ltd

B911

Zhejiang Shinew Photoelectronic Technology Co. Ltd

B912

Zhejiang Sunflower Light Energy Science & Technology Limited Liability Company

Zhejiang Yauchong Light Energy Science & Technology Co. Ltd

B914

Zhejiang Sunrupu New Energy Co. Ltd

B915

Zhejiang Tianming Solar Technology Co. Ltd

B916

Zhejiang Trunsun Solar Co. Ltd

Zhejiang Beyondsun PV Co. Ltd

B917

Zhejiang Wanxiang Solar Co. Ltd

WANXIANG IMPORT & EXPORT CO LTD

B918

Zhejiang Xiongtai Photovoltaic Technology Co. Ltd

B919

ZHEJIANG YUANZHONG SOLAR CO. LTD

B920

Zhongli Talesun Solar Co. Ltd

B922


12.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/39


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2019

tal-11 ta' Novembru 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

50,7

MA

68,0

MK

50,7

ZZ

56,5

0707 00 05

AL

80,9

JO

229,9

MA

183,4

TR

153,7

ZZ

162,0

0709 93 10

MA

103,9

TR

148,5

ZZ

126,2

0805 20 10

CL

170,3

MA

76,8

PE

166,7

TR

83,5

ZZ

124,3

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CL

184,7

PE

147,1

TR

68,7

ZA

95,1

ZZ

123,9

0805 50 10

TR

99,9

ZZ

99,9

0806 10 10

BR

306,7

EG

224,2

PE

300,3

TR

171,8

ZZ

250,8

0808 10 80

AR

145,7

CA

163,3

CL

81,2

MK

29,8

NZ

117,4

US

146,9

ZA

213,7

ZZ

128,3

0808 30 90

BA

73,9

CN

83,9

TR

126,3

XS

80,0

ZZ

91,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

12.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/42


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2020

tas-26 ta' Ottubru 2015

li tiddelega lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill is-setgħa li joħroġ laissez-passer lil membri, uffiċjali u aġenti oħra tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll lill-applikanti speċjali previsti fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1417/2013, u li tħassar id-Deċiżjoni 2005/682/KE, Euratom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u, b'mod partikolari, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 240(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u, b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikoli 235(4) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 240(2) tat-TFUE, kemm il-Kunsill Ewropew kif ukoll il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu assistiti mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

(2)

Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 tal-Protokoll Nru 7, huma l-President tal-Kunsill Ewropew u l-President tal-Kunsill li jistgħu jipprovdu l-laissez-passer lil membri tal-istituzzjonijiet tagħhom u lil uffiċjali u aġenti oħra tal-istituzzjonijiet tagħhom f'konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u fil-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1).

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1417/2013 (2) jistabbilixxi l-forma, il-kamp ta' applikazzjoni u l-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta' laissez-passer lil membri tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, lil uffiċjali u aġenti oħra tal-Unjoni, u lil applikanti speċjali previsti fl-Anness II tiegħu.

(4)

Skont l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 1417/2013, il-laissez-passer jista' jinħareġ lil applikanti speċjali, skont l-Anness II ta' dak ir-Regolament, esklussivament fl-interess tal-Unjoni, f'każijiet eċċezzjonali u bil-motivazzjoni dovuta.

(5)

Il-President tal-Kunsill Ewropew u l-President tal-Kunsill għandhom jiddelegaw is-setgħat rispettivi tagħhom lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill.

(6)

Jinħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/682/KE, Euratom (3) titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-setgħat mogħtija lill-President tal-Kunsill Ewropew u lill-President tal-Kunsill taħt l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 tal-Protokoll Nru 7 għall-ħruġ ta' laissez-passer lil membri tal-istituzzjonijiet tagħhom, lil uffiċjali u aġenti oħra tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll lil applikanti speċjali previsti fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1417/2013 għandhom jiġu eżerċitati mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill.

Is-Segretarju Ġenerali huwa awtorizzat jiddelega dawk is-setgħat lid-Direttur Ġenerali tal-Amministrazzjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2005/682/KE, Euratom hija mħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

C. DIESCHBOURG


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, u li jistitwixxi miżuri speċjali applikabbli temporanjament għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1417/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-forma tal-laissez-passer maħruġin mill-Unjoni Ewropea (ĠU L 353, 28.12.2013, p. 26).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/682/KE, Euratom tal-20 ta' Settembru 2005 li tiddelega lid-Deputat Segretarju Ġenerali s-setgħa li jipprovdi laissez-passer lill-uffiċjali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (ĠU L 258, 4.10.2005, p. 4).


12.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/44


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2021

tal-10 ta' Novembru 2015

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Liberja mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-13 ta' Ġunju 2007, il-Gvern tar-Repubblika tal-Liberja applika għall-adeżjoni mal-Ftehim ta' Marrakesh li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“il-Ftehim ta' Marrakesh”) b'konformità mal-Artikolu XII ta' dak il-Ftehim.

(2)

Fit-18 ta' Diċembru 2007, Grupp ta' Ħidma dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Liberja ġie stabbilit sabiex jintlaħaq ftehim dwar it-termini ta' adeżjoni aċċettabbli għar-Repubblika tal-Liberja u l-Membri kollha tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO).

(3)

Il-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni, innegozjat għadd komprensiv ta' impenji għal impenji tal-ftuħ tas-suq min-naħa tar-Repubblika tal-Liberja li huma f'konformità mal-Linji Gwida għall-Adeżjoni tal-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati stipulati mill-Kunsill Ġenerali tad-WTO u li jissodisfaw it-talbiet tal-Unjoni, b'kont meħud tar-relazzjonijiet kummerċjali bilaterali mar-Repubblika tal-Liberja fil-kuntest tas-Sħubija UE-AKP.

(4)

Dawk l-impenji huma issa inkorporati fil-Protokoll ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Liberja fid-WTO (“il-Protokoll ta' Adeżjoni”).

(5)

L-adeżjoni mad-WTO hija mistennija li tagħti kontribut pożittiv u dejjiemi għall-proċess tar-riforma ekonomika u l-iżvilupp sostenibbli fir-Repubblika tal-Liberja.

(6)

Il-Protokoll ta' Adeżjoni għandu għalhekk jiġi approvat.

(7)

L-Artikolu XII tal-Ftehim ta' Marrakesh jistipula li t-termini tal-adeżjoni għandhom jiġu miftehmin bejn l-Istat li qed jaderixxi u d-WTO, u li l-Konferenza Ministerjali tad-WTO tapprova t-termini tal-adeżjoni min-naħa tad-WTO. L-Artikolu IV.2 ta' dak il-Ftehim jipprevedi li matul l-intervalli bejn il-laqgħat tal-Konferenza Ministerjali, il-funzjonijiet tagħha għandhom jitmexxew mill-Kunsill Ġenerali tad-WTO.

(8)

Huwa opportun li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Konferenza Ministerjali tad-WTO dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Liberja mad-WTO,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Liberja mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ hija li tapprova l-adeżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

P. GRAMEGNA


12.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/45


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2022

tal-10 ta' Novembru 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2008/866/KE, dwar miżuri ta' emerġenza li jissospendu importazzjonijiet mill-Perù ta' ċerti molluski bivalvi maħsuba għall-konsum mill-bniedem, fir-rigward tal-perjodu tal-applikazzjoni tagħha

(notifikata bid-dokument C(2015) 7669)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(i) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali li jirregolaw b'mod ġenerali l-ikel u l-għalf, u b'mod partikolari s-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali. Dan jistipula miżuri ta' emerġenza meta jkun evidenti li ikel jew għalf importat minn pajjiż terz x'aktarx huwa ta' riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent, u li riskju bħal dan ma jistax jitrażżan b'mod sodisfaċenti permezz ta' miżuri meħuda mill-Istat Membru/Istati Membri kkonċernat/i.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/866/KE (2) ġiet adottata wara tifqigħa tal-Epatite A fil-bnedmin relatata mal-konsum ta' molluski bivalvi importati mill-Perù li kienu kkontaminati mill-vajrus tal-Epatite A (HAV). Din id-Deċiżjoni inizjalment kienet tapplika sal-31 ta' Marzu 2009, imma dan il-perjodu ta' applikazzjoni kien ġie estiż sat-30 ta' Novembru 2015 bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/874/UE (3).

(3)

L-Awtorità Kompetenti Peruvjana ntalbet tipprovdi garanziji sodisfaċenti biex tassigura li n-nuqqasijiet identifikati fir-rigward tas-sistema ta' monitoraġġ għad-detezzjoni tal-vajrus f'molluski bivalvi ħajjin ġew ikkoreġuti. Il-miżuri protettivi għandhom jiġu estiżi sakemm tintwera l-effettività tal-miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu mill-awtoritajiet kompetenti Peruvjana. Sal-lum, fid-dawl tar-riżultati tal-programm ta' monitoraġġ, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li s-sistema ta' kontroll u l-pjan ta' monitoraġġ li hemm fis-seħħ bħalissa fil-Perù għal ċerti molluski bivalvi jista' jagħti l-garanziji meħtieġa mil-liġi tal-Unjoni.

(4)

Għaldaqstant, il-limitu tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/866/KE għandu jiġi emendat kif xieraq.

(5)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2008/866/KE, id-data “30 ta' Novembru 2015” tinbidel bid-data “30 ta' Novembru 2017”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni 2008/866/KE tat-12 ta' Novembru 2008 dwar miżuri ta' emerġenza li jissospendu importazzjonijiet mill-Perù ta' ċerti molluski bivalvi maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 307, 18.11.2008, p. 9).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/874/UE tat-3 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2008/866/KE dwar miżuri ta' emerġenza li jissospendu importazzjonijiet mill-Perù ta' ċerti molluski bivalvi maħsuba għall-konsum mill-bniedem, fir-rigward tal-perjodu tal-applikazzjoni tagħha (ĠU L 349, 5.12.2014, p. 63).


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

12.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/47


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 273/14/COL

tad-9 ta' Lulju 2014

dwar il-finanzjament ta' Scandinavian Airlines permezz tal-Faċilità ta' Kreditu li Jdur il-ġdida (In-Norveġja) [2015/2023]

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA (“l-Awtorità”),

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE”), b'mod partikolari l-Artikoli 61, 109 u l-Protokolli 26 u 27 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), b'mod partikolari l-Artikolu 24,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Protokoll 3 mal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (“il-Protokoll 3”), b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) tal-Parti I u l-Artikolu 7(2) tal-Parti II,

Billi:

I.   IL-FATTI

1.   PROĊEDURA

(1)

Lejn l-aħħar ta' Ottubru 2012, l-Awtorità u l-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ġew ikkuntattjati informalment min-Norveġja, id-Danimarka u l-Iżvezja (flimkien “l-Istati”) dwar l-intenzjoni tagħhom li jipparteċipaw f'Faċilità ta' Kreditu li Jdur (“l-RCF il-ġdida”) favur Scandinavian Airlines (“SAS” jew “il-Grupp SAS” jew “il-kumpanija”). Fit-12 ta' Novembru 2012, l-Istati ddeċidew li jipparteċipaw fil-Faċilita ta' Kreditu li Jdur (Revolving Credit Facility, RCF) il-ġdida mingħajr madankollu ma nnotifikaw formalment il-miżura lill-Awtorità.

(2)

Fil-5 ta' Frar 2013, l-Awtorità rċeviet ilment mingħand il-European Low Fares Airline Association (“ELFAA”) kontra l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fl-RCF. Permezz tal-ittra bid-data tat-18 ta' Frar 2013, l-Awtorità stiednet lill-awtoritajiet Norveġiżi biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar l-ilment u dwar l-allegazzjonijiet ta' għajnuna mill-Istat illeċita.

(3)

L-awtoritajiet Norveġiżi wieġbu permezz tal-ittra tal-25 ta' Marzu 2013. Huma pprovdew ukoll informazzjoni addizzjonali permezz tal-ittra bid-data tas-6 ta' Ġunju 2013.

(4)

Bid-Deċiżjoni Nru 259/13/COL tad-19 ta' Ġunju 2013, l-Awtorità fetħet il-proċedura ta' investigazzjoni formali dwar għajnuna potenzjalment illegali lil SAS permezz tal-RCF il-ġdida (“id-Deċiżjoni ta' ftuħ”). Id-deċiżjoni ta' ftuħ ġiet pubblikata f'Iil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-suppliment taż-ŻEE tiegħu (1). L-awtoritajiet Norveġiżi, il-Grupp SAS u Foundation Asset Management Sweden AB (“FAM”) (2) issottomettew kummenti dwar id-deċiżjoni ta' ftuħ. Fis-6 ta' Novembru 2013, l-Awtorità bagħtet l-osservazzjonijiet li waslu mingħand il-Grupp SAS u l-FAM lill-awtoritajiet Norveġiżi li ngħataw l-opportunità sabiex jagħtu r-reazzjonijiet tagħhom. F'ittra bid-data tas-6 ta' Diċembru 2013, l-awtoritajiet Norveġiżi nnutaw li ma kellhom l-ebda kummenti dwar l-osservazzjonijiet tal-Grupp SAS u l-FAM.

(5)

Permezz ta' ittra bid-data tal-25 ta' Frar 2014, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali mingħand l-awtoritajiet Norveġiżi. Din l-informazzjoni ntbagħtet permezz ta' ittra bid-data tas-27 ta' Marzu 2014.

(6)

Permezz ta' ittra bid-data tas-6 ta' Marzu 2014, l-awtoritajiet Norveġiżi infurmaw lill-Awtorità li l-SAS kienet iddeċidiet li tannulla l-RCF il-ġdida u tinvestiga l-possibilitajiet alternattivi biex issaħħaħ il-bażi kapitali tagħha. Il-kanċellazzjoni daħlet fis-seħħ mill-4 ta' Marzu 2014.

(7)

Għal din il-proċedura, l-Awtorità, skont l-Artikolu 109(1) tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-“Ftehim taż-ŻEE”) flimkien mal- Artikolu 24 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja, hija kompetenti biex tivvaluta jekk id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE ġewx imħarsa min-Norveġja. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni biss hija kompetenti biex tivvaluta jekk id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) ġewx rispettati mid-Danimarka u l-Iżvezja. Barra minn hekk, fuq il-bażi tal-Artikolu 109(2) u l-Protokoll 27 tal-Ftehim taż-ŻEE, sabiex jiżguraw applikazzjoni uniformi madwar iż-ŻEE, l-Awtorità u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw, jiskambjaw informazzjoni u jikkonsultaw lil xulxin dwar kwistjonijiet ta' politika ta' sorveljanza u każijiet individwali.

(8)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq u minħabba kompetenza parallela taż-żewġ istituzzjonijiet f'dan il-każ, l-Awtorità kkooperat u kkonsultat mal-Kummissjoni qabel l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

2.   IS-SUQ TAT-TRASPORT BL-AJRU SKANDINAVU

(9)

Bejn l-2001 u l-2011, is-suq tat-trasport bl-ajru Skandinavu (li jinkludi d-Danimarka, l-Iżvezja, il-Finlandja u n-Norveġja) allegatament kiber b'126 % f'termini ta' ASK (3). Kważi t-tkabbir kollu fis-suq Skandinavu b'distanzi qosra seħħ minn trasportaturi bi prezzijiet baxxi, b'mod partikolari Norwegian Air Shuttle u Ryanair. Huwa stmat li trasportaturi bi prezz baxx iġġeneraw 90 % tat-tkabbir f'dan il-perjodu (4).

(10)

Minkejja ż-żieda fl-importanza ta' trasportaturi bi prezz baxx, l-akbar parteċipant fis-suq skandinavu għadha l-SAS, b'sehem stmat fis-suq fl-2011 ta' 35,6 %, ferm 'il bogħod mis-sehem ta' 50 % li kellhom 10 snin ilu. L-ishma tas-suq ta' Norwegian Air Shuttle u Ryanair laħqu t-18,7 % u s-6,8 % rispettivament f'dik is-sena.

3.   IL-BENEFIĊJARJU

(11)

SAS hija l-kumpanija tal-ajru tal-Istati, l-akbar linja tal-ajru fl-Iskandinavja u t-tmien l-akbar linja tal-ajru fl-Ewropa. Hija wkoll membru fundatur ta' Star Alliance. Il-grupp tal-linja tal-ajru, li jinkludi Scandinavian Airlines, Widerøe (5) u Blue 1, għandu l-kwartieri ġenerali fi Stokkolma u ċ-ċentru Ewropew u interkontinentali ewlieni fl-ajruport ta' Kopenħagen. Fl-2013, SAS ġarrew madwar 28 miljun passiġġier, u kisbu dħul ta' madwar SEK 42 biljun.

(12)

SAS bħalissa hija 50 % proprjetà tal-Istati: 21,4 % tal-Iżvezja, 14,3 % tad-Danimarka u 14,3 % tan-Norveġja. L-azzjonist privat ewlieni huwa Knut and Alice Wallenberg Foundation (“KAW”) (7,6 %), waqt li l-azzjonisti l-oħra huma sidien ta' ishma ta' 1,5 % jew inqas.

Tabella 1

L-azzjonisti prinċipali f'SAS AB fil-31 ta' Marzu 2012  (6)

Isem l-azzjonist

Totali (%)

Il-Gvern Żvediż

21,4

Il-Gvern Daniż

14,3

Il-Gvern Norveġiż

14,3

Knut and Alice Wallenberg Foundation

7,6

Försäkringsaktiebolaget, Avanza Pension

1,5

A.H Värdepapper AB

1,4

Unionen

1,4

Il-Bank Nazzjonali tad-Danimarka

1,4

Robur Försäkring

0,9

Ponderus Försäkring

0,8

Andra AP-fonden

0,5

Tredje AP-fonden

0,5

SSB+TC Ledning Omnibus FD Nru OM79

0,5

Nordnet Pensionsförsäkring AB

0,4

Swedbank Robur Sverigefond

0,4

Swedbank Robur Sverigefond Mega

0,3

JPM Chase NA

0,3

AMF Aktiefond Småbolag

0,3

JP Morgan Bank

0,3

KPA Pensionsförsäkring AB

0,2

Nomura International

0,2

(13)

Il-qagħda finanzjarja ta' SAS kienet dgħajfa għal bosta snin, b'telf rikorrenti bejn l-2008 u l-2013. F'Novembru 2012, Standard and Poor's (“S&P”) baxxiet il-klassifikazzjoni tal-kreditu għall-kumpanija minn B– għal CCC+ (7). Dawn id-diffikultajiet żdiedu minħabba l-ambjent tas-suq ta' spejjeż tal-fjuwil għoljin u nuqqas ta' ċertezza fid-domanda.

(14)

B'mod partikolari, dan jirriżulta mir-rapporti annwali tal-kumpanija li, bejn l-2008 u l-2012, SAS ġarrbu telf sostanzjali kull sena u rreġistraw ammonti sinifikanti ta' dejn finanzjarju nett.

Tabella 2

Id-dejta finanzjarja ewlenija ta' SAS (SEK miljun) 2007-2012  (8)

 

2007

2008

2009

2010

2011

2012

(Jan-Ott)

Dħul

50 958

52 870

44 918

41 070

41 412

35 986

Dejn finanzjarju nett

1 231

8 912

6 504

2 862

7 017

6 549

Qligħ qabel it-taxxa

1 044

– 969

– 3 423

– 3 069

– 1 629

– 1 245

Introjtu nett

636

– 6 360

– 2 947

– 2 218

– 1 687

– 985

Il-likwidità għas-sena

– 1 839

– 3 084

– 1 741

868

– 1 243

– 1 018

Rendiment fuq il-kapital investit (ROCE) — %

6,7

– 19,6

– 11,7

– 7,6

– 2,2

– 8,1

Rendiment fuq l-ekwità tal-kotba wara t-taxxa — %

3,8

– 47,6

– 26,8

– 17,0

– 12,0

– 24,8

Proporzjon tal-kopertura tal-interessi — %

1,8

– 5,3

– 4,4

– 1,9

– 0,6

– 1,6

(15)

Minħabba l-qagħda finanzjarja li sejra lura, SAS segwiet programm ta' tnaqqis sostanzjali fl-ispejjeż (“Core SAS”) fl-2009/2010. Fl-implimentazzjoni ta' dak il-programm, SAS kellha tiġbor l-ekwitajiet mill-azzjonisti tagħha permezz ta' żewġ ħarġiet ta' drittijiet: (i) SEK 6 biljun f'April 2009; u (ii) SEK 5 biljun f'Mejju 2010 (9);

(16)

Id-diffikultajiet finanzjarji ta' SAS laħqu l-milja tagħhom fl-2012, meta l-kumpanija preżentat il-pjan tan-negozju 4 Excellence Next Generation (“4XNG plan”), meqjus mill-maniġers bħala “l-aħħar ċans” għall-SAS (10). Barra minn hekk, f'Novembru 2012 il-mezzi tax-xandir bdew jirrapportaw li kien hemm iċ-ċans li l-SAS tfalli (11).

4.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA: L-RCF IL-ĠDIDA FL-2012

(17)

Bħal-linji tal-ajru oħra globali, SAS iddependiet fuq faċilitajiet ta' kreditu esterni sabiex jinżamm livell minimu ta' likwidità. Mill-20 ta' Diċembru 2006 'l hawn, SAS iddependiet fuq RCF li kienet se tiskadi f'Ġunju 2013 (“l-RCF l-antika”). L-RCF l-antika kienet tammonta għal EUR 366 miljun u ġiet ipprovduta esklussivament minn għadd ta' banek […]. Din inkludiet ukoll għadd ta' patti jew kundizzjonijiet finanzjarji, […].

(18)

F'Diċembru 2011, b'riżultat tad-deterjorament fil-prestazzjoni tan-negozju tal-kumpanija, il-maniġers ta' SAS iddeċidew li jiġbdu l-RCF l-antika b'mod sħiħ. Wara applikazzjoni għal falliment minn sussidjarja ta' SAS (jiġifieri Spanair) f'Jannar 2012, SAS daħlet f'negozjati mal-banek u laħqu qbil għal patt ġdid fil-15 ta' Marzu 2012. Dan il-patt ġdid żied l-ispejjeż biex tinġibed l-RCF l-antika, għamel il-kundizzjonijiet ta' ġbid aktar stretti u SAS ġiet obbligata tipprovdi ħlas lura sħiħ u immedjat tal-ammont miġbud. Barra minn hekk, SAS kellha tipprovdi l-mutwanti bi Pjan ta' Rikapitalizzazzjoni li kellu jiġi approvat mill-Bord u l-azzjonisti prinċipali, jiġifieri l-Istati u KAW.

(19)

Il-Pjan ta' Rikapitalizzazzjoni kien ibbażat fuq l-hekk imsejjaħ pjan 4XNG li kien diġà qed jiġi żviluppat fil-bidu tal-2012. Il-pjan 4XNG indirizza wkoll tħassib espress minn […] dwar il-pjan ta' negozju eżistenti ta' SAS imsejjaħ 4 Excellence (“4X Plan”), f'Mejju 2012. Skont SAS, il-pjan ta' negozju 4XNG jippermettilha tippożizzjona lilha nfisha bħala linja tal-ajru finanzjarjament indipendenti. Il-pjan elenka għadd ta' miri finanzjarji li SAS kellha tilħaq fis-sena finanzjarja 2014/2015. Dawn kienu jinkludu marġini EBIT ta' 'l fuq minn 8 %, il-proporzjon ta' tħejjija finanzjarja ta' 'l fuq minn 20 %, u proporzjon ta' ekwità (ekwità/assi) ta' aktar minn 35 %. Il-pjan 4XNG kellu jippermetti lil SAS biex ittejjeb l-EBT tagħha b'madwar SEK 3 biljun fuq bażi annwali, filwaqt li l-implimentazzjoni tiegħu tkun teħtieġ spejjeż ta' ristrutturar u spejjeż ta' darba ta' madwar SEK 1,5 biljun.

(20)

Għan ieħor tal-pjan 4XNG kien li l-kumpanija titħejja għall-introduzzjoni ta' regoli ta' kontabilità ġodda għall-pensjonijiet minn Novembru 2013, li kienu antiċipati li se jkollhom impatt negattiv fuq l-ekwità tal-Grupp SAS. Barra minn hekk, il-pjan kien jinkludi impenn għat-tlestija ta' disponiment tal-assi u l-pjan ta' finanzjament, li ammontaw għal madwar SEK 3 biljun fi dħul ta' flus nett potenzjali. Id-disponiment tal-assi inkluda (12): (i) il-bejgħ ta' Widerøe, linja tal-ajru reġjonali sussidjarja fin-Norveġja. (13) (ii) il-bejgħ ta' investiment ta' interessi minoritarji fi […], (iii) il-bejgħ ta' interessi ta' proprjetà immobbli relatata mal-ajruport, (iv) l-ikkuntrattar ta' servizzi ta' ground handling (14), (v) il-bejgħ tal-magni tal-ajruplani (15), (vi) il-bejgħ u l-kiri lura jew tranżazzjonijiet oħra ta' finanzjament fir-rigward ta' […], (vii) l-ikkuntrattar ta' sistemi ta' ġestjoni u call centres (16), u (viii) il-bejgħ jew finanzjament sigur ta' tliet ajruplani Q400.

(21)

In-Norveġja tinsisti li l-pjan 4XNG kien jiffinanzja lilu nnifsu, li jfisser li SAS tista' tiġġenera biżżejjed flus minn operazzjonijiet u disponimenti mhux ewlenin biex tiffinanzja l-ispiża immedjata tal-implimentazzjoni tal-pjan 4XNG. Madankollu SAS kienet imħassba dwar il-perċezzjoni tal-investituri ta' qagħda ta' likwidità dgħajfa minħabba spejjeż sinifikanti bil-quddiem minħabba l-implimentazzjoni tal-pjan 4XNG. SAS għalhekk talbet estensjoni tal-RCF l-antika flimkien mal-introduzzjoni tal-RCF il-ġdida appoġġata mill-Istati u l-KAW. Madankollu, SAS argumentat li la l-RCF l-antika (kif estiża) u lanqas l-RCF il-ġdida ma jistgħu jinġibdu.

(22)

Id-diskussjonijiet dwar l-RCF il-ġdida bdew fl-4 ta' Ġunju 2012 (17). Għall-bidu, f'konformità mal-Pjan ta' Rikapitalizzazzjoni (ara l-paragrafu (18) above), il-banek li kienu s-selliefa tal-RCF l-antika obbligaw li l-Istati jipprovdu rawnd ieħor ta' ekwità, pereż. ħruġ ta' drittijiet, minħabba li ma kinux lesti li jappoġġaw RCF ġdid waħedhom. Madankollu, l-Istati rrifjutaw din l-idea.

(23)

Wara xi negozjati, il-banek aċċettaw l-RCF il-ġdida li titwaqqaf b'mod konġunt mal-Istati u KAW u tkun strutturata strettament fuq termini ugwali mingħajr subordinazzjoni jew drittijiet sproporzjonati għas-sigurtà. Għandu jiġi nnutat li l-RCF il-ġdida kienet inizjalment immirata li tkun SEK [3-6] biljun fid-daqs, filwaqt li kienu jeżistu biss SEK [1-4] biljun ta' sigurtà. Fit-22 ta' Ottubru 2012, id-daqs tal-RCF il-ġdida finalment tnaqqas għal SEK 3,5 biljun (madwar EUR 400 miljun).

(24)

L-RCF il-ġdida ġiet provduta mill-istess banek li pprovdew l-RCF l-antika (ħlief wieħed) (18) flimkien mal-Istati u l-KAW. F'dan ir-rigward, 50 % tal-RCF il-ġdida kienet provduta mill-Istati bi proporzjon mal-parteċipazzjoni azzjonarja tagħhom fl-SAS u l-50 % li jifdal kienet pprovduta mill-banek u mill-KAW. L-Istati u l-KAW ipparteċipaw fl-RCF il-ġdid bl-istess termini (miżati, rati tal-imgħax, ftehimiet) bħall-banek.

(25)

Il-karatteristiċi ewlenin tal-RCF il-ġdida kienu dawn li ġejjin:

Ġiet maqsuma f'żewġ sottofaċilitajiet ta' SEK 2 biljun (il-Faċilità A) u SEK 1,5 biljun (il-Faċilità B), li fir-rigward tagħha l-Istati kkontribwixxew 50 % tal-valur. Il-kundizzjonijiet tal-ipprezzar għaż-żewġ faċilitajiet inkluda miżata bil-quddiem, miżata ta' impenn, miżata ta' utilizzazzjoni, u miżata ta' marġni u ħruġ.

SAS kellha bżonn tissodisfa ċerti kundizzjonijiet biex tkun tista' tutilizza din l-RCF, u dawn il-kundizzjonijiet kienu aktar ristretti għall-Faċilità B milli għall-Faċilità A (19).

L-RCF il-ġdida kompliet il-pakkett ta' sigurtà tal-RCF l-antika u barra minn hekk il-mutwanti ngħataw sigurtà fuq l-ishma kollha f'Widerøe u l-assi fissi mhux ostakolati l-oħra kollha tal-grupp SAS sa Diċembru 2012. L-RCF il-ġdida għalhekk kellha sigurtà tal-ewwel grad fuq numru ta' assi tal-SAS, inkluż 100 % tal-ishma tas-sussidjarji tagħha Widerøe u SAS Spare Engine, 18-il ajruplan u għadd ta' proprjetajiet. Dawn it-titoli kienu vvalutati b'valur skont il-kotba ta' madwar SEK 2,7 biljun (jiġifieri madwar 75 % tal-RCF il-ġdida) u tqassmu pro rata bejn il-Faċilità A u l-Faċilità B.

Il-Faċilità B tista' tinġibed biss ladarba l-Faċilità A tkun inġibdet b'mod sħiħ. Wara l-1 ta' Jannar 2014, l-SAS tkun tista' tiġbed minnha biss jekk il-bejgħ tal-assi jew ishma f'Widerøe jkunu tlestew.

Il-maturità tal-RCF il-ġdida kienet il-31 ta' Marzu 2015.

(26)

It-termini tal-RCF il-ġdida ġew miftehma fil-25 ta' Ottubru 2012. Madankollu, soġġetta inter alia għal approvazzjonijiet parlamentari għal kull wieħed mill-Istati u l-iffirmar ta' ftehim mal-junjin tal-piloti u l-ekwipaġġ tal-kabina.

(27)

L-Istati ppreżentaw rapport imħejji minn CITI bid-data tas-7 ta' Novembru 2012 (“ir-rapport CITI”) fejn fittxew li jevalwaw jekk investitur privat f'sitwazzjoni kemm jista' jkun qrib għal dik tal-Istati kienx jidħol għall-RCF il-ġdida b'termini u kundizzjonijiet simili. Jekk tiġi preżunta implimentazzjoni b'suċċess tal-pjan 4XNG fil-każ bażi, ir-rapport CITI kkonkluda li l-parteċipazzjoni tal-Istati fl-RCF il-ġdida jwassal għal rata interna ta' redditu (“IRR”) ta' [90-140 %], multiplu ta' flus bi flus ta' madwar [4-9X], u żieda fil-valur tal-ekwità ta' qrib [700-1 200 %] (minn Novembru 2012 sa Marzu 2015). Ir-rapport CITI kkonkluda li r-ritorn meћtieġ mill-Istati għalhekk ikun mill-inqas ugwali għal dak meħtieġ minn investituri privati f'pożizzjoni simili. Madankollu, ir-rapport CITI ma vvalutax il-probabbiltà ta' eżekuzzjoni minn SAS b'suċċess tal-pjan 4XNG fuq “każ bażi” u lanqas ma vvaluta l-impatt ta' devjazzjonijiet mill-“każ bażi” bħal, pereżempju, nuqqas ta' monetarizzar ta' assi mhux essenzjali.

(28)

SAS ħabbret fid-19 ta' Diċembru 2012 li l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa għall-RCF il-ġdida biex tidħol fis-seħħ (ara l-paragrafu (26) above) kienu fis-seħħ, inkluża l-approvazzjoni parlamentari fl-Istati. Sa minn din id-data u sat-3 ta' Marzu 2014, l-RCF il-ġdida kienet effettiva, u ssostitwixxiet l-RCF l-antika (20).

(29)

Permezz ta' ittra tas-6 ta' Ġunju 2013, in-Norvegja spjegat li, bħala riżultat tal-bejgħ ta' 80 % tal-ishma ta' Widerøe (paragrafu (20) above), l-Istati u l-banek tas-self kienu ftiehmu ma' SAS dwar bidla fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-RCF il-ġdida, għalkemm il-ftehim dwar l-emenda kien għadu ma ġiex iffirmat formalment. Fil-kummenti tagħhom sottomessi matul l-investigazzjoni formali, l-awtoritajiet Norveġiżi infurmaw lill-Awtorità li l-modifika tal-RCF il-ġdida ġiet iffirmata mill-partijiet kollha u se tidħol fis-seħħ meta t-tranżazzjoni Widerøe tiġi mitmuma, jiġifieri fit-30 ta' Settembru 2013. Dawn il-modifiki kienu jinkludu dan li ġej:

Il-Faċilità A tonqos minn SEK 1,173 biljun għal SEK 0,8 biljun u l-maturità tagħha tiġi estiża għal ħames xhur sal-1 ta' Ġunju 2014.

SAS se twiegħed SEK [0,5-0,8] biljun fi flus kontanti bħala sigurtà għall-Faċilità A. Il-bqija SEK [0,1-0,4] biljun se jiġu garantiti permezz ta' titoli diġà elenkati fil-ftehim tal-RCF il-ġdida.

SEK 0,2 biljun tal-Faċilità A se jitħassru ladarba t-taqsima tal-ground handling tiġi mibjugħa. Saż-żmien li l-RCF il-ġdida ġiet ikkanċellata fl-4 ta' Marzu 2014, SAS kienet daħlet f'ittra ta' intenzjoni ma' bejjiegħ potenzjali (21).

Il-Faċilità B għandha titnaqqas minn SEK 1,5 biljun għal SEK 1,2 biljun.

5.   RAĠUNIJIET GĦALL-FTUĦ TAL-INVESTIGAZZJONI FORMALI

(30)

Fid-deċiżjoni tagħha tal-ftuħ, l-Awtorità esprimiet dubji fir-rigward tal-parteċipazzjoni pari passu tal-Istati, il-KAW u l-banek fl-RCF il-ġdida l-aktar minħabba dan li ġej:

L-esponiment preċedenti tal-banek għal SAS permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-RCF ta' qabel. Tabilħaqq, il-banek kienu bejn wieħed u ieħor naqqsu bin-nofs il-kontribuzzjoni tagħhom fl-RCF il-ġdida u għalhekk naqqsu l-esponiment globali tagħhom għal SAS b'madwar 50 % f'termini ta' RCF, filwaqt li l-Istati — li ma kienu rċevew l-ebda redditu fir-rigward tal-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-2009 u l-2010 minħabba riżultati negattivi persistenti ta' SAS — żiedu l-esponiment tagħhom għal SAS.

Il-fatt li SAS kienet ġibdet kompletament l-RCF l-antika f'Jannar 2012 li setgħet influwenzat id-deċiżjoni tal-banek tas-self biex jipparteċipaw fl-RCF il-ġdida, sabiex jiġi evitat kwalunkwe ġbid ulterjuri u biex jiġi żgurat li l-kontribuzzjonijiet tal-RCF tagħhom ma kinux kompletament mitlufa fid-dawl tad-diffikultajiet tal-kumpanija. Ma kienx ċar għall-Awtorità jekk id-deċiżjoni tal-banek li jipparteċipaw fl-RCF il-ġdida kinitx influwenzata mill-appoġġ finanzjarju kontinwu tal-Istati għal SAS fis-snin preċedenti. L-Awtorità nnotat ukoll li l-involviment tal-Istati kien rekwiżit strett għall-operaturi privati biex jipparteċipaw fl-RCF il-ġdida.

L-Awtorità kellha dubji dwar jekk il-parteċipazzjoni tal-KAW fl-RCF il-ġdida jistax jiġi mqabbel ma' dak ta' investitur privat, minħabba l-esponiment ta' KAW għal SAS mhux biss permezz tal-ishma tagħha iżda wkoll permezz tal-Bank SEB.

(31)

L-Awtorità kompliet tanalizza kemm jekk il-parteċipazzjoni tal-Istati fl-RCF il-ġdida tistax tkun ikkunsidrata bħala razzjonali minn perspettiva tal-azzjonisti kif ukoll kemm tkun tista' tgħaddi mit-test tal-investitur f'ekonomija tas-suq (“MEI”) barra r-raġunament tal-pari passu. F'dan ir-rigward, l-Awtorità eżaminat jekk il-pjan 4XNG kienx bażat fuq suppożizzjonijiet robusti biżżejjed biex iħajru lil investitur privat biex jipparteċipa fl-RCF il-ġdida, u jekk l-analiżi ta' sensittività li saret fil-pjan kinitx ottimista żżejjed.

(32)

Pereżempju, l-Awtorità indikat inter alia ċifri ottimisti rigward it-tkabbir tas-suq fl-ASK u l-PDG, kif ukoll rata ta' inflazzjoni ta' 0 % għall-perjodu 2015-2017. Bl-istess mod, hija esprimiet dubji dwar jekk l-implimentazzjoni b'suċċess tal-miżuri kollha tal-iffrankar tal-ispejjeż u l-inizjattivi ta' disponiment tal-assi setgħux ġew previsti fil-mument tal-firma tal-RCF il-ġdida.

(33)

Fir-rigward tat-termini u l-kundizzjonijiet tal-RCF il-ġdida u l-valutazzjoni ta' CITI tar-redditu mistenni mill-parteċipazzjoni tal-Istati fl-RCF il-ġdida, l-Awtorità enfasizzat li r-rapport ta' CITI ma vvalutax il-pjan 4XNG u lanqas ma wettaq analiżi tas-sensittività tal-mudell finanzjarju, iżda sempliċiment qagħad fuq l-informazzjoni pprovduta lilhom. L-Awtorità enfasizzat ukoll li r-rapport ta' CITI ma jivvalutax is-sigurtà tal-RCF il-ġdida minn investitur privat tas-suq u li ma jqisx l-impatt possibbli ta' xenarji alternattivi b'inqas suppożizzjonijiet favorevoli (inkluża l-inadempjenza) dwar l-analiżi tar-redditu. F'dan ir-rigward, l-Awtorità nnutat li r-rapport ta' CITI assenja probabilità ta' żero li SAS tkun inadempjenti fit-tliet snin li ġejjin, li jidher li hu sottovalutazzjoni tar-riskju.

(34)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, l-Awtorità ma setgħetx teskludi li l-parteċipazzjoni tal-Istati fl-RCF il-ġdida tista' tkun ta' vantaġġ favur SAS fit-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

(35)

Fl-aħħar nett, jekk l-RCF il-ġdida kienet tinvolvi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Ftehim taż-ŻEE, l-Awtorità kellha dubji dwar jekk l-RCF il-ġdida tistax titqies bħala kompatibbli mal-Ftehim taż-ŻEE. F'dan ir-rigward, l-Awtorità evalwat jekk xi raġunijiet possibbli ta' kompatibbiltà stabbiliti fil-Ftehim taż-ŻEE jkunux applikabbli. Fid-dawl tan-natura tal-miżuri u tad-diffikultajiet ta' SAS, l-Awtorità nnutat li l-uniċi kriterji rilevanti jidhru li huma dawk dwar l-għajnuna għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' ditti f'diffikultà skont l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE fuq il-bażi tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' ditti f'diffikultà (22) (“il-Linji Gwida R&R”). Madankollu, l-Awtorità waslet għall-konklużjoni preliminari li l-kundizzjonijiet għall-għajnuna ta' salvataġġ u ta' ristrutturar stabbiliti fil-linji gwida R&R ma jidhrux li ġew issodisfati.

6.   IL-KUMMENTI DWAR ID-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ

6.1.   Kummenti min-naħa tal-awtoritajiet Norveġiżi

(36)

In-Norveġja ssostni li l-parteċipazzjoni tagħha fl-RCF il-ġdida kienet fuq termini tas-suq peress li hija pparteċipat fiha pari passu mal-banek u l-KAW, u għaldaqstant il-preżenza ta' għajnuna mill-Istat hija eskluża.

(37)

In-Norveġja ssostni li SAS ma ġibditx mill-RCF l-antika f'kull ħin matul il-perjodu li fih saru n-negozjati dwar l-RCF il-ġdida. Hija tinnota l-emendi għall-RCF l-antika f'Marzu 2012 li jintroduċu kundizzjonijiet għall-ġbid ta' kreditu iktar stretti u targumenta li l-banek kienu għaldaqstant f'pożizzjoni mill-aħħar ta' Ġunju 2012 li jirrifjutaw kull talba ta' ġbid ta' kreditu minn SAS. L-ammont miġbud mill-RCF tħallas lura kompletament minn SAS f'Marzu 2012 u SAS ma ġibditx mill-RCF l-antika wara dik id-data. Bħala riżultat ta' dan, dawn il-banek jistgħu raġonevolment jitqiesu bħala li huma investituri “esterni” li jipparteċipaw fl-RCF il-ġdida fuq termini ugwali mal-Istati Membri (23), mingħajr ma jkollhom l-ebda skopertura materjali mhux garantita għal SAS (24).

(38)

Dwar il-parteċipazzjoni tal-KAW fl-RCF il-ġdida flimkien mal-banek, l-awtoritajiet Norveġiżi huma tal-opinjoni li KAW kellha esponiment ekonomiku limitat għal SEB u li din ma setgħetx affettwat id-deċiżjoni tagħha li tipparteċipa fl-RCF il-ġdida.

(39)

Barra minn hekk, in-Norveġja hija tal-opinjoni li l-pjan 4XNG kien realistiku u li jista' jiġi implimentat b'suċċess. Hija ssostni li l-aspetti kollha u s-suppożizzjonijiet, inklużi dawk dwar il-projezzjonijiet tad-dħul (“RASK”) (25), miżuri tal-iffrankar u ċessjonijiet ippjanati, ġew eżaminati bir-reqqa biex jissodisfaw il-miri finanzjarji fil-pjan 4XNG għall-2014-2015. Barra minn hekk, il-pjan 4XNG — flimkien mas-suppożizzjonijiet kollha li hu bbażat fuqhom — ġie eżaminat bir-reqqa minn konsulenti finanzjarji esterni taż-żewġ Stati (Goldman Sachs) u l-banek […] u ġie adattat b'kunsiderazzjoni għall-kummenti u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom. Hija tenfasizza wkoll li l-aspettattiva ta' implimentazzjoni b'suċċess tal-pjan meta ddeċidiet li tipparteċipa fl-RCF il-ġdida kienet appoġġata mill-fatt li l-konklużjoni ta' ftehimiet ġodda tal-junjin kienet kundizzjoni preliminari għall-RCF il-ġdida. Barra minn hekk, skont in-Norveġja, l-iżviluppi bejn Diċembru 2012 u l-kanċellazzjoni tal-RCF il-ġdida fl-4 ta' Marzu 2014 wriet li l-pjan kien fit-triq it-tajba sabiex jinkisbu r-riżultati mistennija (26).

(40)

Fir-rigward tat-termini u l-kundizzjonijiet tal-RCF il-ġdida, in-Norveġja ssostni li dawn kienu konformi mal-kundizzjonijiet normali tas-suq, peress li dawn kienu simili għal dawk ta' ftehimiet komparabbli u l-RCF il-ġdida kellha wkoll tariffi ogħla bil-quddiem u kundizzjonijiet aktar stretti għal ġbid ta' kreditu mill-biċċa l-kbira tal-ftehimiet analizzati. F'dak li jikkonċerna l-pakkett tas-sigurtà, in-Norveġja tiddikjara li r-riskji finanzjarji reali mill-banek tas-self kienu negliġibbli minħabba li t-titoli kellhom valur stmat li jaqbeż sew id-daqs tal-Faċilità A. Bħala riżultat, f'xenarju ta' likwidazzjoni l-klejms kollha tal-banek ta' self ikunu sodisfatti mill-pakkett ta' sigurtà, jew minn assi SAS oħra li jistgħu jinbiegħu, bħal […], il-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha fi […], eċċ. Dan ta' hawn fuq huwa wkoll appoġġat minn kanċellazzjoni ta' parti sinifikanti tal-impenji taħt il-Faċilità A matul l-ewwel nofs tal-2013. Skont in-Norveġja, dan juri li l-banek aġixxew kummerċjalment u b'mod prudenti meta ddeċidew li jipparteċipaw flimkien mal-Istati u l-KAW fl-RCF il-ġdida.

(41)

Fl-aħħar nett, in-Norveġja rrapportat li l-parteċipazzjoni fl-RCF il-ġdida ġġenerat redditu sinifikanti għas-selliefa tal-RCF mingħajr il-ġbid tal-faċilità minn SAS. Dan għandu jappoġġa l-fehma li l-parteċipazzjoni tal-Istati fl-RCF il-ġdida flimkien ma' KAW u l-banek kienet konformi b'mod sħiħ mal-prinċipju MEI.

6.2.   Kummenti mill-Grupp SAS

(42)

Il-Grupp SAS jargumenta li l-Istati pparteċipaw fl-RCF il-ġdida fil-kapaċità tagħhom bħala azzjonisti, mhux bħala awtoritajiet pubbliċi. Minn dik il-perspettiva, il-parteċipazzjoni f'tali strument kienet preferibbli milli kontribuzzjoni ta' ekwità, minħabba l-ġenerazzjoni ta' dħul sinifikanti għall-azzjonisti/selliefa f'termini ta' tariffi, kif ukoll prospettivi ta' żieda fis-sehem valur.

(43)

Fir-rigward tat-test tal-pari passu, il-Grupp SAS jiddikjara li dan ġie sodisfatt billi l-banek ma kinux esposti għal SAS u, b'riżultat ta' dan, għandhom jiġu ttrattati bħala investituri “esterni”. Barra minn dan, il-parteċipazzjoni tal-Istati fl-RCF il-ġdida ma għandhiex tinfluwenza l-imġiba tal-banek, minħabba li kienet SAS u mhux il-banek, li talbet lill-azzjonisti jingħaqdu fl-RCF il-ġdida. Barra minn hekk, il-Grupp SAS isostni li l-banek iddeċidew li jipparteċipaw fl-RCF il-ġdida fuq termini ugwali mal-Istati u KAW fuq il-bażi ta' riżultati ferm pożittivi tal-analiżi tar-riskju/dħul.

(44)

Il-Grupp SAS jappoġġa wkoll l-istqarrija tan-Norveġja li s-suppożizzjonijiet sottostanti tal-pjan 4XNG kienu robusti b'termini ta' previżjonijiet realistiċi fir-rigward tat-tliet muturi ewlenin, jiġifieri t-tkabbir tas-suq f'termini ta' ASK, it-tkabbir tal-PGD għall-2015-2017 u l-inflazzjoni preżunta ta' 0 %. Barra minn hekk, ir-riskji assoċjati mal-implimentazzjoni tal-pjan ġew eżaminati mill-qrib mill-banek tas-self kollha b'enfasi partikolari fuq RASK bħala indikatur ewlieni tal-vijabbiltà tal-kumpanija.

(45)

Fl-istess ħin, il-Grupp SAS jargumenta li l-pakkett ta' garanzija ġie valutat b'mod suffiċjenti u li r-riskju li SAS ma tonorax l-implimentazzjoni ta' tal-pjan 4XNG ġie mitigat. Dan huwa appoġġat mill-fatt li t-twassil tal-iffrankar ta' spejjeż kienet kundizzjoni preliminari lis-selliefa li daħlu fl-RCF il-ġdida u li l-konklużjoni ta' ftehim kollettiv ġdid f'Novembru 2012 kien essenzjali għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-pjan.

(46)

Il-Grupp SAS jikkritika wkoll lill-Awtorità talli naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-alternattiva ta' falliment u l-fatt li l-Istati jkunu tilfu l-valur tal-ishma tagħhom kieku l-RCF il-ġdida ma saritx disponibbli. F'dan il-kuntest, il-Grupp SAS jenfasizza li l-Istati pparteċipaw fl-RCF il-ġdida fil-kapaċità tagħhom bħala azzjonisti ewlenin f'SAS li għandhom l-għan li jiksbu redditu xieraq fuq l-investiment tagħhom.

(47)

Fl-aħħar nett, il-Grupp SAS jirrapporta li l-implimentazzjoni tal-pjan 4XNG kisbet qligħ qabel it-taxxa ta' SEK 3 biljun, li jwassal għal riżultat pożittiv għal SAS għall-perjodu Novembru 2012 — Lulju 2013.

6.3.   Kummenti minn FAM

(48)

Skont FAM, il-kumpanija responsabbli għall-ġestjoni tal-assi ta' KAW, id-deċiżjoni ta' din tal-aħħar li tipparteċipa fl-RCF il-ġdida ġiet meħuda indipendentement mill-interess tagħha f'SEB u l-espożizzjoni ta' SEB għal SAS. FAM argumentat li KAW la kellha l-maġġoranza tal-ishma ta' SEB, u lanqas ma seta' jingħad li hija tikkontrolla SEB.

(49)

FAM eżaminat il-pjan 4XNG, ir-riskji finanzjarji assoċjati u l-pakkett ta' garanzija, u kkunsidrat li jkun fl-interess ta' KAW li tipparteċipaw fl-RCF il-ġdida. F'dan ir-rigward, hija qabblet il-prospett ta' protezzjoni tal-investiment fit-tul ta' KAW f'SAS u redditu futur possibbli fuq dak l-investiment, kif ukoll tariffi għolja li se jitħallsu minn SAS fil-qafas tal-RCF il-ġdida, kontra l-istralċ ta' SAS, li hija ma tikkunsidrax bħala għażla interessanti ekonomikament.

(50)

FAM taqbel ukoll man-Norveġja u l-Grupp SAS li l-partijiet interessati kollha pparteċipaw fl-RCF il-ġdida fuq termini ugwali, mingħajr ebda forma ta' subordinazzjoni, drittijiet sproporzjonat għal titoli, jew termini assimetriċi oħra. Id-deċiżjoni li jipparteċipaw fl-RCF il-ġdida kienet ibbażata fuq analiżi bir-reqqa tal-prospetti ta' qligħ li jirriżultaw minn SAS b'saħħitha u kompetittiva fil-futur.

(51)

Fl-aħħar nett, FAM għandha l-istess opinjoni bħan-Norveġja li d-deċiżjoni tal-banek selliefa li jipparteċipaw fl-RCF il-ġdida kienet ibbażata fuq kunsiderazzjonijiet kummerċjali, minħabba li l-esponiment eżistenti tagħhom taħt l-RCF l-antika kien biss teoretiku. Hija targumenta li l-banek kellhom saħansitra inqas inċentiv biex jipparteċipaw fl-RCF il-ġdida mill-Istati u l-KAW, peress li dan tal-aħħar jista' jserraħ fuq żieda fil-prezz tal-ishma. Hija għalhekk issostni li l-kundizzjonijiet tat-test pari passu għandu jitqies li ġie sodisfatt.

II.   VALUTAZZJONI

1.   L-EŻISTENZA TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(52)

L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE huwa kif ġej:

“Mingħajr ħsara għal dispożizzjonijiet kuntrarji f'dan il-Ftehim, kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija mill-Istati Membri tal-KE, l-Istati tal-EFTA jew permezz ta' riżorsi tal-Istat li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, tkun inkompatibbli ma' dan il-Ftehim.”

(53)

Il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat japplika għal kwalunkwe vantaġġ mogħti direttament jew indirettament, iffinanzjat mir-riżorsi tal-Istat, mogħti mill-Istat innifsu jew minn kwalunkwe korp intermedjarju li qed jaġixxi bis-saħħa tas-setgħat mogħtija lilu.

(54)

Sabiex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, miżura trid tirriżulta minn riżorsi tal-Istat u għandha tkun imputabbli lill-Istat. Fil-prinċipju, ir-riżorsi tal-Istat huma riżorsi ta' Stat Membru u l-awtoritajiet pubbliċi tiegħu, kif ukoll ir-riżorsi tal-intrapriżi pubbliċi li fuqhom l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jeżerċitaw, direttament jew indirettament, influwenza ta' kontroll.

(55)

Ma jistax jiġi kkontestat li l-miżura inkwistjoni kienet tinvolvi riżorsi tal-Istat, peress li kienet iffinanzjata minn riżorsi li ġejjin minn baġits ta' Stati, u li kienet imputabbli lill-Istat. B'mod partikolari, jista' jiġi nnotat li l-Parlament tan-Norveġja approva l-parteċipazzjoni tal-Gvern tan-Norveġja fl-RCF il-ġdida (paragrafu (28) above).

(56)

Il-miżura inkwistjoni trid tkun tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u tkun tolqot il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti.

(57)

Skont il-ġurisprudenza stabbilita, meta l-appoġġ finanzjarju mogħti minn Stat Membru jsaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża mqabbla ma' impriża oħra li qed tikkompeti fil-kummerċ ġewwa l-Unjoni, ikun hemm mill-anqas effett potenzjali fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u fuq il-kompetizzjoni (27). F'dan ir-rigward, l-Awtorità hija tal-fehma li kull vantaġġ ekonomiku potenzjali mogħti lil SAS permezz ta' riżorsi tal-istat jissodisfa din il-kundizzjoni. SAS tikkompeti ma' linji tal-ajru oħra tal-Unjoni Ewropea u ż-ŻEE, b'mod partikolari minn mindu daħal fis-seħħ it-tielet stadju tal-liberalizzazzjoni tat-trasport tal-ajru “it-tielet pakket” fl-1 ta' Jannar 1993 (28). Barra minn hekk, għal vjaġġi b'distanzi relattivament qosra fiż-ŻEE, it-trasport bl-ajru qed jikkompeti mat-trasport bit-triq u l-ferrovija u għalhekk trasportaturi bil-triq u l-ferroviji jistgħu jkunu affettwati wkoll.

(58)

L-uniku kriterju tal-kunċett ta' għajnuna mill-Istat inkwistjoni b'hekk hija l-mistoqsija jekk il-miżura tagħtix vantaġġ ekonomiku mhux dovut lill SAS.

(59)

Fid-dawl ta' kanċellazzjoni tal-RCF il-ġdida mill-4 ta' Marzu 2014, l-Awtorità evalwat jekk l-RCF il-ġdida tatx vantaġġ ekonomiku selettiv mhux dovut lil SAS, minn meta ġiet stabbilita fl-2012 sakemm tħassret fl-2014.

2.   VANTAĠĠ EKONOMIKU FAVUR SAS

(60)

Sabiex tiddetermina jekk kinitx ingħatat għajnuna mill-Istat favur SAS fit-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, l-Awtorità se tivvaluta jekk il-linja tal-ajru rċevietx vantaġġ ekonomiku li kieku ma kinitx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. Biex teżamina din il-kwistjoni l-Awtorità tapplika t-test MEI, li jgħid li l-ebda għajnuna mill-Istat ma tkun involuta fejn, f'ċirkustanzi simili, investitur privat ta' daqs komparabbli tal-korpi rilevanti fis-settur pubbliku, u li jopera f'kundizzjonijiet normali tas-suq, f'ekonomija tas-suq, seta' jħossu inċentivat biex jipprovdi l-miżura inkwistjoni lill-benefiċjarju.

(61)

Skont it-test tal-MEI, l-Awtorità għalhekk trid tivvaluta jekk investitur privat kienx jaċċetta t-tranżazzjoni li qed tiġi valutata fuq l-istess termini. L-attitudni tal-investitur privat ipotetiku hija dik ta' investitur prudenti li l-għan tiegħu tal-massimizzazzjoni tal-qligħ hija kkontrollata mill-prudenza dwar il-livell ta' riskju aċċettabbli għal rata partikolari ta' ritorn (29).

(62)

Fil-prinċipju, kontribuzzjoni mill-fondi pubbliċi ma tinvolvix għajnuna mill-Istat jekk din isseħħ b'konkomitanza ma' kontribuzzjoni kapitali sinifikattiva minn investitur privat f'ċirkustanzi kumparabbli u fuq termini komparabbli (pari passu) (30).

2.1.   Il-parteċipazzjoni pari passu tal-Istati, KAW u l-banek fl-RCF il-ġdida

(63)

L-Awtorità tinnota li l-banek tas-self ikkonċernati fl-RCF il-ġdida pparteċipaw ukoll fl-RCF ta' qabel. Fl-RCF il-ġdida, madankollu, l-Istati żiedu l-esponiment tagħhom għal SAS, filwaqt li bejn wieħed u ieħor il-banek naqqsu bin-nofs il-kontribuzzjoni tagħhom (minn EUR 366 miljun għal bejn wieħed u ieħor EUR 200 miljun) u għalhekk naqqsu l-esponiment globali tal-RCF bejn wieħed u ieħor b'50 %. Fid-dawl ta' dan, l-Awtorità esprimiet dubji fid-deċiżjoni ta' ftuħ li l-argument pari passu jista' jiġi ssodisfat minħabba li l-Istati u l-banek ma jidhrux li huma f'pożizzjonijiet kumparabbli.

(64)

In-Norveġja u l-Grupp SAS argumentaw matul il-proċedura ta' investigazzjoni formali li l-banek tas-self ma kellhom l-ebda esponiment taħt l-RCF l-antika meta nnegozjaw il-parteċipazzjoni tagħhom fl-RCF il-ġdida. Il-banek għandhom għaldaqstant jiġu kkunsidrati bħala investituri “esterni” f'pożizzjoni komparabbli għall-Istati u l-KAW.

(65)

L-Awtorità tinnota li SAS kienet ġibdet kompletament l-RCF l-antika f'Jannar 2012 (paragrafu (18) above). L-emendi għall-RCF l-antika f'Marzu 2012 kienu jinkludu inter alia kundizzjoni ta' ħlas lura sħiħ u immedjat tal-ammont miġbud. L-ammonti tħallsu lura b'mod sħiħ f'Marzu 2012 u l-emendi għall-RCF il-ġdida li daħlu fis-seħħ fl-istess xahar għamlu diffiċli ferm għall-SAS li tiġbed mill-faċilità wara dan (31). Barra hekk, SAS kienet obbligata li tipprovdi Pjan ta' Rikapitalizzazzjoni sa Ġunju 2012, li kellu jiġi approvat mill-Bord, kif ukoll mill-Istati u l-KAW bħala l-azzjonisti ewlenin. Dan il-pjan kien inizjalment rifjutat mill-banek. Kien biss f'Novembru 2012 li l-Istati, wara li eżaminaw bir-reqqa l-pjan 4XNG rivedut, iddeċidew li jipparteċipaw fl-RCF il-ġdida, segwiti mill-banek.

(66)

B'riżultat ta' dan, l-awtoritajiet Norveġiżi u l-Grupp SAS iddikjaraw matul l-investigazzjoni formali li SAS kienet effettivament impedita milli titlob ġbid ta' kreditu tal-RCF l-antika. Filwaqt li konxji ta' din is-sitwazzjoni, il-banek kellhom jiddeċiedu dwar jekk ikomplux bl-RCF l-antika sal-iskadenza tagħha f'Ġunju 2013, jew li jipparteċipaw fl-RCF il-ġdida fuq termini ugwali mal-Istati u KAW, minkejja l-fatt li l-Istati u KAW, bħala azzjonisti, kienu aktar inċentivati biex jipparteċipaw bil-għan li potenzjalment jiksbu iktar valur fuq l-ishma tagħhom wara l-implimentazzjoni tal-pjan 4XNG.

(67)

Għalkemm l-Awtorità tqis li hu probabbli li l-banek, tal-inqas dawk li ma għandhom l-ebda skoperturi bilaterali mhux garantiti għal SAS, ma kinux esposti materjalment għall-RCF l-antika fil-ħin tat-teħid ta' deċiżjoni biex jipparteċipaw fl-RCF il-ġdida, hija wkoll tal-fehma li xorta kien hemm riskju li SAS setgħet tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-ġbid ta' kreditu qabel l-RCF il-ġdida kienet fis-seħħ. Il-fatt li dan ma seħħx u li l-RCF l-antika ma kinitx użata wara li tħallset lura kompletament f'Marzu 2012 huwa irrilevanti f'dan ir-rigward. Fuq din il-bażi, jidher li l-banek kellhom ċertu grad ta' esponiment għal SAS taħt l-RCF l-antika li l-Istati (u KAW) ma kellhomx. Għalhekk, l-Awtorità ma tistax taċċetta l-argument tal-awtoritajiet Norveġiżi li l-banek ipparteċipaw fl-RCF il-ġdida bħala investituri “esterni”, minkejja l-esponiment tagħhom bl-RCF l-antika.

(68)

Barra minn hekk, l-Awtorità ma tistax taqbel man-Norveġja li l-esponiment ta' xi banek fil-forma ta' faċilitajiet bilaterali marbuta mal-RCF l-antika (32) ma kienu jinkludu ebda riskju finanzjarju għall-banek matul il-perjodu ta' negozjar tal-RCF il-ġdida, fuq il-bażi li dawn il-faċilitajiet ma setgħux jiġu miġbuda sakemm l-RCF ta' qabel kienet miġbuda b'mod sħiħ. Kif imsemmi hawn fuq, kien hemm riskju, anki jekk ċertament żgħir, li l-kundizzjonijiet tal-ġbid setgħu jiġu sodisfatti minkejja li, wara l-emendi f'Marzu 2012 u l-kundizzjonijiet stretti introdotti, il-probabbiltà li SAS tiġbed l-RCF l-antika kienet baxxa ħafna.

(69)

Barra minn hekk, jidher li xi banek kellhom esponimenti oħra għal SAS. Pereżempju, minbarra li ħa sehem fl-RCF ta' qabel, […] kellu (sat-30 ta' Settembru 2012) esponiment bilaterali mhux assigurat (u mhux miġbud) għal SAS ta' SEK [200-600] miljun, kif ukoll esponiment ta' kredit kards ta' SEK [500-900] miljun. Seta' għalhekk kien responsabbli sabiex ikopri kwalunkwe spejjeż ta' rimborż lill-klijenti kieku SAS ikkanċellaw it-titjiriet korrispondenti. Filwaqt li dan l-esponiment mhux garantit tal-karti ta' kreditu jirrappreenta [0-2 %] ta' […] totali tal-portafoll ta' kreditu ta' madwar SEK [1 000-3 000] biljun, madankollu huwa kienet jikkostitwixxi riskju finanzjarju u, għalhekk, ma jistax jiġi aċċettat li […] kien f'sitwazzjoni paragunabbli vis-à-vis l-Istati meta jiddeċiedi li jipparteċipa fl-RCF il-ġdida.

(70)

Barra minn hekk, tliet banek oħra kellhom esponiment f'termini ta' faċilitajiet ta' finanzjament ta' inġenji tal-ajru (pereż. […]). Għalkemm l-Istati jargumentaw li finanzjamenti kienu assigurati permezz tal-ajruplan u ma kienx hemm riskju finanzjarju għall-banek, minħabba li setgħu faċilment jiġu mibjugħa fis-suq, dan ma kienx pruvat fattwalment. Għadu mhux ċar jekk, f'każ ta' likwidazzjoni ta' inġenju tal-ajru, kienx jiġi irkuprat l-ammont totali.

(71)

Barra minn hekk, fid-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Awtorità kellha dubji dwar jekk l-imġiba tal-banek setgħetx kienet influwenzata mill-kondotta tal-Istati, minħabba appoġġ finanzjarju kontinwu tal-Istati lil-linja tal-ajru fi snin preċedenti (pereż. kwistjonijiet tad-drittijiet tal-2009 u l-2010). Barra minn hekk, il-banek kienu lesti li jipparteċipaw fl-RCF il-ġdida biss bil-kundizzjoni li l-Istati jipparteċipaw fiha, kif spjegat fil-paragrafi (21) u (22) above.

(72)

Fil-prinċipju, l-Awtorità tqis li l-kundizzjoni pari passu ma tistax tkun applikabbli f'każijiet fejn l-involviment tal-Istati jikkostitwixxi rekwiżit strett għall-operaturi privati biex jipparteċipaw fit-tranżazzjoni.

(73)

Matul l-investigazzjoni formali, in-Norveġja u l-Grupp SAS argumentaw li l-banek fl-ebda stadju matul in-negozjati għall-RCF il-ġdida ma ħassewhom “affettwati” mill-aġir passat tal-Istati u r-rieda kontinwa tagħhom li jappoġġaw lill-SAS, minkejja li t-tbassir tad-dħul tal-Istati fuq ishma bi dritt tal-2009 u l-2010 naqas.

(74)

L-Awtorità ma tistax teskludi l-possibbiltà li operaturi privati ma kinux ikunu lesti li jinvestu f'negozju b'tali rekord u proġettazzjonijiet imprevedibbli, sakemm mhux bil-parteċipazzjoni tal-Istati Membri. Fl-istess ħin, wieħed ma jistax jeskludi li l-Istati, li kienu rrifjutaw li jipprovdu ekwità ġdida u li jidħlu f'RCF subordinat, ma kinux għadhom lesti li jgħaddu fondi addizzjonali lil SAS. Minkejja dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-Awtorità tibqa' mhux konvinta li l-parteċipazzjoni tal-Istati fl-RCF il-ġdida saret f'termini pari passu mal-banek mutwanti, b'kont meħud li l-parteċipazzjoni tal-Istati wasslet biex il-banek inaqqsu l-esponiment ġenerali tagħhom tal-RCF għal SAS b'madwar 50 %, filwaqt li fl-istess ħin l-Istati żiedu l-esponiment tagħhom għal SAS.

(75)

Fir-rigward ta' jekk l-aġir ta' KAW jistax jitqies bħala punt ta' referenza sabiex jiġi stabbilit l-aġir ta' investitur privat, il-proċedura formali ta' investigazzjoni wriet li l-esponiment ta' KAW għal SAS permezz tas-sehem tagħha fil-kapital ta' SEB kien iżgħar minn dak indikat fid-deċiżjoni tal-ftuħ. Meta jitqies li KAW hija biss azzjonista minoritarja f'SEB u li l-espożizzjoni ta' SEB għal SAS kienet limitata, jista' jiġi argumentat li KAW ipparteċipat fl-RCF il-ġdida minn motivazzjoni ta' prospetti ta' qligħ mill-investiment.

(76)

B'żieda ma' dan ta' hawn fuq, l-investigazzjoni formali ma ppermettiex lill-Awtorità li tikkonkludi b'ċertezza li t-tranżazzjoni inkwistjoni kienet saret fuq termini pari passu.

(77)

Irrispettivament mill-valutazzjoni pari passu, l-Awtorità eżaminat ukoll jekk il-parteċipazzjoni tal-Istati fl-RCF il-ġdida tistax titqies razzjonali minn perspettiva ta' azzjonist u jekk tissodisfax it-test tal-MEI barra r-raġunament pari passu.

2.2.   Valutazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-Istati fl-RCF il-ġdida taħt it-test tal-MEI

(78)

Il-kwistjoni li għandha tiġi indirizzata hija jekk investitur privat fl-istess pożizzjoni bħall-Istati, jiġifieri bħala azzjonisti eżistenti f'SAS u li qed jiffaċċa sett simili ta' ċirkostanzi bħall-Istati fl-2012, kienx jidħol fl-RCF il-ġdida b'termini u kundizzjonijiet simili (33).

(79)

Analiżi indipendenti mwettqa minn konsultenti finanzjarji esterni (jiġifieri Goldman Sachs International u CITI bħala konsulenti għall-Istati u […] bħala konsulenti lil min isellef) qabel il-konklużjoni tal-RCF il-ġdida huma informattivi ħafna f'dan ir-rigward. Skont in-Norveġja fir-risposta tagħha għad-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Istati ddeċidew li jipparteċipaw fl-RCF il-ġdida biss wara skrutinju dettaljat tal-pjan 4XNG mill-konsulenti esterni tagħha u wara aġġustament tat-termini u l-kundizzjonijiet tal-RCF il-ġdida.

(80)

Filwaqt li l-Awtorità esprimiet xi riżervi fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha rigward il-kamp ta' applikazzjoni tar-rapport imħejji minn CITI, in-Norveġja ċċarat li d-deċiżjoni tagħha li tipparteċipa fl-RCF il-ġdida ġibdet mill-analiżijiet ippreparati mill-konsulenti finanzjarji tagħha u dak ir-rapport ta' CITI għalhekk ma għandux jiġi vvalutat b'mod iżolat.

(81)

Il-konsulenti finanzjarji kellhom il-kompitu fost l-oħrajn li jipprovdu analiżi kritika tal-pjan 4XNG u l-RCF il-ġdida u s-sensittivitajiet rilevanti u vulnerabbiltajiet f'dan ir-rigward. Din l-analiżi saret fuq rapporti suċċessivi oħra b'referenza għall-prestazzjoni storika ta' SAS u għal referenzi oħra tal-industrija. Il-konsulenti ħarġu firxa ta' rakkomandazzjonijiet dwar strateġiji għat-tnaqqis tar-riskju kemm għall-pjan 4XNG kif ukoll għall-RCF il-ġdida. Skont dan il-parir, l-Istati talbu numru ta' aġġustamenti għall-pjan 4XNG (biex jaċċelleraw miżuri li jiffrankaw l-ispejjeż u jakkomodaw inizjattivi addizzjonali), kif ukoll aġġustamenti għat-termini tal-RCF il-ġdida li jnaqqsu l-probabbiltà ta' ġbid ta' kreditu.

(82)

Fl-analiżi tal-pjan 4XNG, il-konsulenti esterni identifikaw u taw attenzjoni partikolari għal oqsma ewlenin ta' riskju possibbli, inklużi miri għall-iffrankar tal-ispejjeż, ċessjonijiet u pressjoni RASK. Din il-valutazzjoni tar-riskju rriżultat inter alia f'dan li ġej:

Miri ta' ffrankar tal-ispejjeż

Minbarra l-konsulenza esterna mogħtija, il-pjan 4XNG ġie modifikat u msaħħaħ biex jinkludi inizjattivi ta' ffrankar ta' madwar SEK [1-4] biljun fis-sena (aktar mill-mira oriġinali ta' SEK [1-4] biljun p.a.). Filwaqt li n-nuqqas ta' kisba tal-miri tal-iffrankar tal-ispejjeż kienu identifikati bħala ta' tħassib prinċipali, azzjoni ewlenija sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-pjan 4XNG qabel tiġi finalizzata l-RCF il-ġdida kienet il-konklużjoni ta' ftehimiet ġodda tal-Unjoni b'nuqqas fil-kumpens u benefiċċji tal-impjegati, kif ukoll bidliet fil-pjan tal-pensjoni f'Novembru 2012. Dan irriżulta fi ffrankar dirett tal-ispejjeż ta' madwar SEK […] li, fuq talba tal-Istati, kellu jiġi esegwit b'suċċess qabel l-RCF il-ġdida setgħet tidħol fis-seħħ.

Ċessjonijiet

Wara li l-assunsjonijiet inizjali dwar ċessjoni tal-assi ġew dubitati mill-konsulent finanzjarju estern, u anki minħabba informazzjoni ġdida li mmaterjalizzat matul il-proċess, il-lista finali ta' ċessjonijiet pjanati fil-pjan 4XNG iddevjat mil-lista inizjali mressqa minn SAS (34). Il-konsulent finanzjarju tal-Istati fl-aħħar ikkonkluda li ċ-ċessjonijiet (b'valur stmat ta' madwar SEK 3,0 biljuni) inkluż fil-pjan 4XNG finali kienu fattibbli fil-perjodu ta' żmien stmat. Barra minn hekk, l-RCF il-ġdida kien fiha dispożizzjonijiet għall-għażla taż-żmien għall-bejgħ ta' Widerøe, kif ukoll għall-applikazzjoni stretta ta' rikavat minn ċessjonijiet lejn ħlas lura għall-RCF il-ġdida.

Pressjoni RASK

L-assunzjonijiet ta' rendiment sottostanti u pressjoni RASK ġew ivvalutati u meqjusa raġonevoli meta titqies dejta rilevanti dwar xejriet storiċi, previżjonijiet ta' partijiet terzi u bidliet magħrufa fl-ambjent kompetittiv f'dak iż-żmien. Dawn is-suppożizzjonijiet kienu għalhekk meqjusa li ma joħolqux riskju negattiv sinifikanti fl-eżekuzzjoni tal-pjan 4XNG.

(83)

Rigward id-dubji tal-Awtorità fid-deċiżjoni tal-ftuħ dwar il-karattru ottimist ta' bażijiet speċifiċi tal-pjan 4XNG (pereż. it-tkabbir tas-suq f'termini ta' ASK, previżjonijiet dwar il-PDG u inflazzjoni ta' 0 % għall-perjodu 2015-2017), l-informazzjoni ppreżentata min-Norveġja u mill-Grupp SAS matul l-investigazzjoni formali tindika li dawn l-istimi ħadu kont partikolari tas-swieq prinċipali li fihom SAS hija attiva. Dan kien jinkludi esponiment aktar qawwi tal-kumpanija lejn it-tramuntana iktar milli lejn in-nofsinhar tal-Ewropa, kif ukoll l-esponiment tagħha fis-swieq Ażjatiċi u tal-Istati Uniti. Is-sottomissjonijiet jindikaw ukoll li l-ispiża stmata ta' inflazzjoni ta' 0 % fis-sena għall-perjodu 2015-2017 hija l-effett nett ta' rata ta' inflazzjoni sottostanti ta' 2 % kull sena (skont il-livell ta' inflazzjoni stmata tal-UE) u li kien possibbli li din tiġi newtralizzata permezz ta' miżuri ta' ffrankar ġodda.

(84)

Fir-rigward tan-nuqqas ta' sensittività dwar l-ittestjar tal-analiżi IRR ppreżentata fir-rapport ta' CITI (ara l-paragrafu (33) hawn fuq), kif ukoll it-tħassib inizjali tal-Awtorità dwar l-impatt potenzjali ta' xenarji inqas ottimisti, l-Awtorità rċeviet informazzjoni addizzjonali mingħand in-Norveġja fis-sottomissjoni tagħha dwar id-deċiżjoni ta' ftuħ dwar il-frekwenza ta' analiżi tas-sensittività mwettqa. F'dan ir-rigward, Goldman Sachs ppreżentat firxa ta' testijiet tas-sensittività matul l-iżvilupp tal-pjan 4XNG matul il-perjodu minn Ġunju sa Settembru 2012. Analiżi riveduta f'Settembru 2012 indikat li SAS ma tispiċċax mingħajr flus kontanti lanqas jekk iseħħu l-agħar xenarji preżentati, jiġifieri f'kull każ analizzat, il-pożizzjoni ta' SAS fi flus kontanti għandha tibqa' 'l fuq mit-tarf t'isfel tal-kuritur RCF. Madankollu, biex tinżamm il-fiduċja fis-suq, tqies li kien meħtieġ pjan ta' emerġenza ta' likwidità u li RCF baqgħet l-aktar għażla realistika għal tali riżerva ta' likwidità.

(85)

B'hekk, l-Awtorità tinnota li reviżjonijiet finanzjarji suċċessivi mwettqa fuq il-pjan 4XNG (inklużi analiżi fil-fond u ttestjar ta' diversi fażijiet tal-pjan). L-Awtorità tinnota wkoll it-talba riżultanti tal-Istati biex jitnaqqsu r-riskji ta' implimentazzjoni u jinkiseb pjan konsolidat ta' ristrutturar qabel id-dħul fis-seħħ tal-RCF il-ġdida. Azzjonijiet bħal dawn jidhru li huma f'konformità ma' dawk ta' investitur privat prudenti. Minkejja dan, għad hemm bżonn jiġi kkunsidrat jekk it-termini u l-kundizzjonijiet tal-RCF il-ġdida kinux konformi ma' dawk li investitur tas-suq privat, fl-istess pożizzjoni bħall-Istati, jiġifieri bħala azzjonisti eżistenti fil-kumpanija, kienux jiġu aċċettati.

(86)

In-Norveġja u l-Grupp SAS spjegaw li karatteristika speċifika tas-settur tal-linji tal-ajru hija l-ħtieġa li jinżamm livell għoli ta' tħejjija finanzjarja biex tiġi ppreservata l-fiduċja tal-klijent u tal-partijiet interessati fl-abilità tan-negozju li jkompli l-operazzjonijiet tiegħu. Meta jitqiesu d-diffikultajiet finanzjarji li affaċċaw SAS fl-2012 u s-sitwazzjoni ta' likwidità prevalenti f'dak iż-żmien, motivazzjoni għall-parteċipazzjoni tal-Istati fl-RCF il-ġdida, bħala azzjonisti ta' SAS, kienet li jiġi evitat telf akbar jew falliment f'każ ta' nuqqas ta' likwidità fuq il-kumpanija.

(87)

F'dan ir-rigward, l-Istati jidhru li ġibdu l-aktar fuq rakkomandazzjonijiet mill-konsulenti finanzjarji indipendenti meta ffinalizzaw it-termini u l-kundizzjonijiet tal-RCF il-ġdida. Tabilħaqq, jidher li t-termini u l-kundizzjonijiet tal-RCF il-ġdida kollettivament kienu mmirati lejn il-mitigazzjoni tar-riskji kummerċjali ewlenin identifikati. Pereżempju, kif innutat fil-paragrafu (82) hawn fuq, kundizzjoni ewlenija preċedent għall-implimentazzjoni tal-RCF il-ġdida kienet l-eżekuzzjoni b'suċċess tal-ftehim kollettiv ġdid mal-ekwipaġġi tat-titjiriet. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet applikabbli għall-ġbid tal-Faċilità B jidhru li għamluha ferm improbabbli li setgħet tinġibed qabel Marzu 2015. (35) Il-patti finanzjarji mehmuża mal-RCF il-ġdida kienu wkoll strutturati b'tali mod li, sakemm SAS setgħet teżegwixxi l-proġettazzjonijiet finanzjarji ewlenin li kien hemm fil-pjan 4XNG, ma kienx ikollha għalfejn tokkorri għall-RCF jew kien ikollha tħallas lura kull ammont miġbud fuq l-RCF fil-ħin (36).

(88)

Minbarra l-osservazzjonijiet ta' hawn fuq, l-Awtorità rċeviet informazzjoni addizzjonali dwar l-adegwatezza tal-kollateral sottostanti għall-RCF il-ġdida. F'rapport bid-data ta' Mejju 2012, […] ipprovda valutazzjoni indipendenti ta' Widerøe u ċerti assi tanġibbli (inklużi magni ta' riżerva, inġenji tal-ajru rilevanti, għadd ta' proprjetajiet żgħar u xi tagħmir) li ntużaw sussegwentement bħala sigurtà għall-RCF il-ġdida. Filwaqt li l-enfasi kienet fuq Widerøe, bħala l-aktar assi importanti fil-pakkett ta' sigurtà, u l-valutazzjoni ta' assi oħra kienet ibbażata fuq informazzjoni aktar limitata ta' valutazzjoni globali, il-valutazzjoni globali implikat valur totali tal-assi ta' madwar SEK [1-4] — [3-6] biljun. Il-valur totali stmat tal-assi suġġetti għal garanziji b'hekk jeċċedi d-daqs tal-Faċilità A. Skont in-Norveġja, dan tqies kumdità suffiċjenti għal dawk li sellfu għall-RCF il-ġdida, peress li, kif jidher hawn fuq, il-probabbiltà li SAS tiġbed mill-Faċilità B ġie kkunsidrat negliġibbli.

(89)

Ir-riskji finanzjarji reali assoċjati mal-RCF il-ġdida kienu aktar mitigati b'dispożizzjonijiet dwar ħlas minn qabel obbligatorju u/jew kanċellazzjoni tal-impenji taħt l-RCF il-ġdida, jekk SAS tiddisponi minn ċerti assi jew tidħol f'għażliet oħra ta' finanzjament. Tali dispożizzjonijiet ta' pagamenti bil-quddiem u kanċellazzjoni kellhom l-effett li jnaqqsu t-telf potenzjali tul iż-żmien. Bħala riżultat tal-bejgħ ta' Widerøe, u skont ftehim li daħal fis-seħħ fuq dak il-bejgħ f'Settembru 2013 (ara l-paragrafu (29) hawn fuq), id-daqs globali tal-RCF il-ġdida tnaqqas minn SEK 3,5 biljun għal SEK 2 biljun.

(90)

Għalhekk jidher li ttieħed sett komprensiv u koerenti ta' miżuri, speċifikament immirati sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà kontinwa ta' SAS matul il-perjodu 2012-2015 u li jillimitaw ir-riskji finanzjarji ewlenin marbuta mal-RCF il-ġdida.

(91)

Barra minn hekk, l-Awtorità tirrikonoxxi l-ħtieġa li jitqies jekk investitur privat komparabbli, li jiffaċċa ċirkostanzi simili fis-suq bħall-Istati (jiġifieri bħala azzjonisti eżistenti f'SAS), setax iħossu inċentivat biex jipprovdi l-miżura inkwistjoni lill-benefiċjarju. Għal dan l-għan, huwa utli wkoll li tiġi kkunsidrata possibbli sitwazzjoni kontrafattwali li tfiġġ fin-nuqqas tal-miżura li qed tiġi pprovduta.

(92)

F'dan ir-rigward, in-Norveġja u l-Grupp SAS jsostnu fis-sottomissjonijiet tagħhom dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ li l-falliment kien ikun probabbli kieku l-RCF il-ġdida ma kinitx disponibbli fl-2012. Skont in-Norveġja, dan kien ikun ikkorrisponda għal telf konġunt ta' SEK 1 044,6 miljun għall-Istati, jiġifieri l-valur ta' ishma aggregati tagħhom. Konsiderazzjoni oħra kienet relatata wkoll mal-prospett ta' qligħ kapitali possibbli futur miksub jekk il-pjan 4XNG jiġi implimentat b'suċċess. B'paragun, l-istimi tan-Norveġja fis-sottomissjoni tagħha li kieku SAS waqgħet lura fil-ħlasijiet fl-RCF il-ġdida, tinkludi telf totali li jirriżulta minn ishma kollettivi tal-Istati u l-kontribuzzjonijiet tal-RCF tagħhom, fl-aktar xenarju estrem, ikunu fir-reġjun ta' SEK [1 000-3 000] miljun (37).

(93)

Konsegwentement, fil-każ ta' falliment ta' SAS, il-possibbiltà ta' telf addizzjonali assoċjat mal-parteċipazzjoni tal-Istati fl-RCF il-ġdida (jiġifieri madwar SEK 447,5 miljun ibbażati fuq l-eżempju illustrattiv tan-Norveġja) jidher relattivament limitat meta mqabbel ma' telf li kien xorta jakkumula fir-rigward tas-sehem tal-ishma tal-Istati. Jekk inqabblu din il-bidla relattivament inkrementali fl-agħar xenarju għall-Istati (falliment) mal-pożittiv potenzjali għall-Istati minn eżekuzzjoni b'suċċess tal-pjan 4XNG, tidher li dan jipprovdi aktar appoġġ għad-deċiżjoni tal-Istati li jipparteċipaw fl-RCF il-ġdida. Fl-aktar xenarju ottimist “każ bażi”, ir-rapport ta' CITI għamel stima ta' qligħ kapitali potenzjali għall-Istati ta' SEK [7 000-12 000] miljun b'kollox. Madankollu, filwaqt li l-Awtorità esprimiet xi riżervi fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha rigward il-karattru ottimist ta' dawn il-projezzjonijiet tat-tkabbir, hija tirrikonoxxi l-possibbiltà li, anki taħt xenarji aktar konservattivi, il-qligħ kapitali potenzjali f'xenarju pożittiv xorta jista' notevolment jaqbeż il-valur ta' telf potenzjali f'xenarji negattivi.

(94)

L-Awtorità għalhekk tinnota li l-valutazzjoni ta' premjar tar-riskju msemmija hawn fuq, kif ukoll ir-reviżjoni u l-ittestjar estensiv tal-pjan 4XNG, il-verifiki addizzjonali provduti fil-kollateral sottostanti (38), id-dispożizzjonijiet ta' kanċellazzjoni u pagament minn qabel li naqqas it-telf potenzjali matul iż-żmien (39) u l-miżuri varji l-oħra ta' mitigazzjoni tar-riskju inkorporati fit-termini tal-RCF il-ġdida (40). Meta wieħed jieħu kont ta' dan ta' hawn fuq, id-deċiżjoni tal-Istati li jipparteċipaw fl-RCF il-ġdida tidher konsistenti mal-azzjonijiet ta' operatur privat li jaġixxi bil-għan li jikseb ritorn normali tas-suq minħabba s-sitwazzjoni speċifika tal-kumpanija f'dak iż-żmien.

(95)

Minbarra dan ta' hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li l-Istati, fil-pożizzjoni tagħhom bħala azzjonisti eżistenti f'SAS, kienu raġonevoli u realistikament iggwidati minn prospetti ta' profitt meta ddeċidew li jipparteċipaw fl-RCF il-ġdida flimkien ma' KAW u l-banek tas-self matul il-perjodu Diċembru 2012 — Marzu 2014. Din il-parteċipazzjoni b'hekk ma kienet tinvolvi ebda vantaġġ għal SAS fit-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

3.   KONKLUŻJONI DWAR IL-PREŻENZA TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(96)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li l-parteċipazzjoni tan-Norveġja fl-RCF il-ġdida ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-finanzjament ta' SAS permezz tal-Faċilità ta' Kreditu li Jdur il-ġdida li n-Norveġja implimentat f'Diċembru 2012 ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Norveġja.

Artikolu 3

Il-verżjoni Ingliża biss ta' din id-deċiżjoni hija meqjusa li hi awtentika.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Lulju 2014.

Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

Oda Helen SLETNES

Il-President

Helga JÓNSDÓTTIR

Membru tal-Kulleġġ


(1)  ĠU C 290, 5.10.2013, p. 9 (rettifika).

(2)  Il-FAM hija l-kumpanija responsabbli mill-amministrazzjoni tal-assi ta' Knut and Alice Wallenberg Foundation.

(3)  Available Seat Kilometer (ASK) huwa kejl tal-kapaċità tal-ġarr tal-passiġġieri ta' linja tal-ajru. Hija ugwali għan-numru ta' postijiet disponibbli multipplikati bin-numru ta' kilometri ta' titjir.

(4)  Sors: http://www.airlineleader.com/regional-focus/nordic-region-heats-up-as-all-major-players-overhaul-their-strategies

(5)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 11 u l-paragrafu (29) hawn taħt, rigward il-bejgħ ta' 80 % tal-ishma ta' Widerøe.

(6)  Sors: http://www.sasgroup.net/SASGroup/default.asp

(7)  Żviluppi aktar reċenti fil-klassifikazzjoni tal-kreditu ta' S&P għal SAS huma diskussi fin-nota ta' qiegħ il-paġna 24 hawn taħt.

(8)  Sors: rapportiannwali ta' SAS għall-perjodu 2008-2012, disponibbli fis-sit: http://www.sasgroup.net/SASGroup/default.asp

(9)  Il-ħarġa tad-drittijiet tal-2009 u l-2010 kienu soġġetti ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ SA.29785 (jinsab fis-sit http://ec.europa.eu/competition/state_aid/cases/249053/249053_1461974_61_2.pdf)), fejn il-Kummissjoni kkonkludiet li ma involvewx għajnuna tal-Istat.

(10)  Ara f'dan is-sens il-kliem tas-CEO ta' SAS, kwotat minn Reuters fit-12 ta' Frar 2012: “Dan huwa verament l-aħħar ċans tagħna jekk se jkun hemm SAS fil-futur. qal il-Kap Eżekuttiv […] wara t-tnedija ta' pjan ta' salvataġġ ġdid għal-linja tal-ajru […] li ma għamlitx profitt għal sena sħiħa mill-2007”, jinsab fis-sit http://www.reuters.com/article/2012/11/12/uk-sas-idUSLNE8AB01O20121112. Ara wkoll l-artiklu bl-isem “SAS tops European airline critical list” fil-Financial Times tat-13 ta' Novembru 2012, jinsab fis-sit http://www.ft.com/intl/cms/s/0/fa1cbd88-2d87-11e2-9988-00144feabdc0.html#axzz2TSY5JHUh

(11)  Ara pereżempju Reuters fit-18 ta' Novembru 2012 (http://www.reuters.com/article/2012/11/19/sas-idUSL5E8MI6IY20121119) u l-Financial Times fid-19 ta' Novembru 2012 (http://www.ft.com/intl/cms/s/0/43e37eba-322f-11e2-b891-00144feabdc0.html#axzz2TSY5JHUh).

(12)  Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Norveġiżi, il-bejgħ ta' […] tneħħa minn fuq il-lista finali ta' ċessjonijiet ippjanati, meta wieħed iqis l-inċertezza kbira fir-rigward tal-ħinijiet ta' bejgħ u l-ġenerazzjoni ta' dħul.

(13)  Fl-20 ta' Mejju 2013, l-SAS irrappurtat li kienet iffirmat ftehim li tbiegħ 80 % tal-ishma tagħha f'Widerøe lil grupp investitur. SAS se żżomm sehem ta' 20 % f'Widerøe iżda se jkollha l-għażla li tittrasferixxi s-sjieda kompletament fl-2016. Ara http://mb.cision.com/Main/290/9410155/119539.pdf

(14)  SAS biegħet 10 % tal-ishma fil-kumpanija ta' ground handling tagħha lil Swissport. Dan l-akkwist kien effettiv mill-1 ta' Novembru 2013. Bħalissa, in-negozjati huma fi stat ta' stennija sakemm Swissport tikkonkludi l-akkwist u l-integrazzjoni ta' Servisair.

(15)  Din tlestiet u għandha effett ta' likwidità ta' madwar SEK 1,7 biljun.

(16)  Dawn il-miżuri ġew fil-biċċa l-kbira implimentati u se jammontaw għal tfaddil ta' madwar SEK 1 biljun.

(17)  […].

(18)  […], wieħed mis-selliefa taħt l-RCF l-antika, indika li ma kienx se jkun lest li jipparteċipa fl-RCF il-ġdida. Bħala riżultat, […] u […] żdiedu l-parteċipazzjoni tagħhom fl-RCF il-ġdida b'mod proporzjonali.

(19)  Ara n-nota f 'qiegħ il-paġna 33 hawn taħt:

(20)  Ara http://www.reuters.com/finance/stocks/SAS.ST/key-developments/article/2662973.

(21)  L-impenn bil-Faċilità A tnaqqas minn SEK 0,8 biljun għal SEK 0,6 biljun fil-31 ta' Ottubru 2013 bħala konsegwenza tal-bejgħ tas-sehem ta' SAS f'SAS Ground Handling lil Swissport.

(22)  ĠU L 97, 15.4.2005, p. 41, u s-suppliment taż-ŻEE Nru 18, 14.4.2005, p. 1.

(23)  L-alternattiva tkun li sempliċiment jippermettu l-RCF l-antika tiskadi fl-20 ta' Ġunju 2013, filwaqt li fl-istess ħin jipprevjenu kull użu f'dan il-perjodu sakemm SAS ma tkunx tissodisfa l-kundizzjonijiet ta' ġbid.

(24)  L-awtoritajiet Norveġiżi provdew informazzjoni dwar uħud mill-iskoperturi ta' banek għal SAS fil-forma ta' faċilitajiet bilaterali, diversi arranġamenti ta' ħħeġġjar, karti ta' kreditu, faċilitajiet ta' finanzjament ta' tal-ajruplani, faċilitajiet ta' overdraft u tranżazzjonijiet ta' proprjetà immobbli. L-awtoritajiet Norveġiżi jsostnu li, bl-eċċezzjoni possibbli ta' […] esponiment relatat ma' pagamenti tal-karti ta' kreditu, il-banek ma għandhom l-ebda esponiment materjali mhux garantit għal SAS. Il-forom differenti ta' esponiment imsemmija kienu jew limitati fid-daqs jew garantiti u konsegwentement dehru insinifikanti fir-rigward tad-deċiżjoni tal-banek li jipparteċipaw fl-RCF il-ġdida.

(25)  Id-Dħul għal kull Post f'kull Kilometru (RASK) huwa kejl komuni tad-dħul għal-linji tal-ajru.

(26)  In-Norveġja u SAS jenfasizzaw ukoll, f'dan ir-rigward, li S&P tejbet il-klassifikazzjoni tal-kreditu ta' SAS minn CCC+ għal B– bi prospettiva stabbli fil-5 ta' Awwissu 2013.

(27)  Ara l-Kawża 730/79 Philip Morris Holland BV vs Il-Kummissjoni [1980] Ġabra — 2671, il-paragrafu 11: il-Kawża T-288/97 Regione Friuli Venezia Giulia v Il-Kummissjoni [2001] Ġabra 2001 II-1169, il-paragrafu 41; u l-Kawża C-280/00 Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg v Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH (Altmark) [2003] Ġabra I-7747, il-paragrafu 75

(28)  It-“tielet pakkett” jinkludi tliet miżuri leġiżlattivi: (i) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar il-liċenzjar ta' trasportaturi tal-arju (ĠU L 240, 24.8.1992, p. 1); (ii) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92, tat-23 ta' Lulju 1992, dwar aċċess għat-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità għal rotot tal-ajru intra-Komunitarji (ĠU L 240, 24.8.1992, p. 8); u (iii) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2409/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar nollijiet u rati għal servizzi tal-ajru (ĠU L 240, 24.8.1992, p. 15); Dawn ir-Regolamenti ġew inkorporati fil-Ftehim taż-ŻEE sakemm dawn ġew imħassra bir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni), kif inkorporat fl-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE.

(29)  Il-Kawżi Magħquda T-228/99 u T-233/99 Westdeutsche Landesbank Girozentrale, Land Nordrhein-Westfalen vs Il-Kummissjoni [2003] Ġabra II-435, il-paragrafu 255.

(30)  Il-Kawża T-296/97 Alitalia [2000] Ġabra II-3871, il-paragrafu 81.

(31)  […].

(32)  Minbarra l-RCF l-antika, tliet banek kienu sat-30 ta' Settembru 2012 esposti fil-forma ta' faċilitajiet bilaterali marbuta mal-RCF l-antika li ma setgħux jiġu miġbuda sakemm l-RCF ta' qabel kienet tinġibed b'mod sħiħ. L-ammonti ta' faċilitajiet bilaterali individwali kienu ta' EUR [400-800] miljun għal […], EUR [200-400] miljun għal […] u EUR [400-800] miljun għal […].

(33)  Il-Kawża C-305/89 L-Italja v Il-Kummissjoni [1991] Ġabra I-1603, il-paragrafu 20.

(34)  Pereżempju, […] tneħħa mill-lista finali ta' ċessjonijiet pjanati […].

(35)  Pereżempju, waħda mill-kundizzjonijiet ta' ġbid ta' kreditu għall-Faċilità B kienet li SAS għandu jkollha EBITDAR ta' mill-anqas SEK [5-9] biljun fuq bażi rikorrenti ta' 12-il xahar. Minħabba li din qabżet l-EBITDAR previst għal kull sena tal-perjodu 2012-2015, tqies li ma kienx probabbli li SAS tkun f'pożizzjoni li tuża l-Faċilità B matul il-medda ta' żmien tal-RCF il-ġdida.

(36)  Pattijiet finanzjarji marbuta ma' […]. Dawn l-aħħar żewġ pattijiet finanzjarji ġew aġġustati fuq bażi ta' kull tliet xhur fuq il-bażi tal-mudell finanzjarju sottostanti għall-pjan 4XNG, li jimplika li SAS kienet mitluba li tilħaq il-miri finanzjarji tagħha stess.

(37)  Għal skopijiet illustrattivi, in-Norveġja provdiet stima li t-telf totali tal-Istati għall-RCF il-ġdida billi jassumu ġbid ta' kreditu kollu bil-Faċilità A (li minnhom SEK [700-1 200] miljun kienu koperti mill-Istati) u tassumi wkoll li l-garanzija kienet tkopri biss 50 % tal-impenn tal-Faċilità A u li l-Istati kienu diġà rċevew l-ewwel pagament tal-miżata ta' impenn. Dan kien jimplika telf stmat ta' SEK [400-800] miljun fuq l-RCF il-ġdida flimkien ma' stima ta' telf fuq ishma totali ta' SEK [700–1 200] miljun, jiġifieri SEK [1 100–2 000] miljun b'kollox.

(38)  Ara l-paragrafu (88).

(39)  Ara l-paragrafi (82) u (89).

(40)  Ara l-paragrafi (82) u (87).


12.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/63


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT PERMANENTI TAL-ISTATI TAL-EFTA

Nru 2/2015/SC

tal-24 ta' Settembru 2015

li tistabbilixxi Kumitat Interim għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014–2021 [2015/2024]

IL-KUMITAT PERMANENTI TAL-ISTATI TAL-EFTA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ bħala l-Ftehim ŻEE,

Wara li kkunsidra l-ftehim li għandu jiġi konkluż li jistabbilixxi Mekkaniżmu Finanzjarju ġdid taż-ŻEE għall-perjodu 2014–2021,

Wara li kkunsidra l-ftehim li għandu jiġi konkluż bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea biex ikun stabbilit Mekkaniżmu Finanzjarju tan-Norveġja għall-perjodu 2014–2021,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Kumitat Interim għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014–2021, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Kumitat Interim, li għandu jibda' jopera mill-aktar fis, huwa b'dan stabbilit.

2.   Il-Kumitat Interim għandu jassisti lill-Istati tal-EFTA fit-tħejjija għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-2014–2021.

3.   Il-Kumitat Interim għandu jirrapporta lill-Kumitat Permanenti.

4.   Il-Kumitat Interim jista' jiġi assistit mill-Missjonijiet tal-Istati tal-EFTA u ż-ŻEE għall-UE.

5.   Il-Kumitat Interim għandu, dakinhar tad-dħul fis-seħħ tiegħu jew dakinhar tal-applikazzjoni proviżorja tal-ftehim li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014–2021, jiġi ssostitwit minn Kumitat għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014–2021.

6.   Il-Kumitat Interim għandu jiddiskuti u jivvaluta l-koordinazzjoni possibbli bejn il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE u l-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż.

7.   Il-Kumitat Interim għandu bi qbil jagħżel President li għandu jkun ikkonfermat mill-Kumitat Permanenti.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni jkollha effett immedjat.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Permanenti

L-Aġent President

Ingrid SCHULERUD

Is-Segretarju Ġenerali

Kristinn F. ÁRNASON