ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 294

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
11 ta' Novembru 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2002 tal-10 ta' Novembru 2015 li jemenda l-Annessi IC u V tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta' skart ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2003 tal-10 ta' Novembru 2015 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni ( 1 )

32

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2004 tal-10 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

50

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2005 tal-10 ta' Novembru 2015 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Afganistan

53

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2006 tal-10 ta' Novembru 2015 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Qarn tal-Afrika

58

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2007 tal-10 ta' Novembru 2015 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina

64

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2008 tal-10 ta' Novembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia

69

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2009 tal-10 ta' Novembru 2015 dwar it-tnedija fil-Polonja tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika

70

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

11.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2002

tal-10 ta' Novembru 2015

li jemenda l-Annessi IC u V tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta' skart

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta' skart (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 58(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1357/2014 (2) li jissostitwixxi l-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jemenda l-karatteristiċi perikolużi tal-iskart sabiex jiġu konformi mal-bidliet introdotti bir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). F'din il-bidla, il-karatteristiċi perikolużi H1-H15 qed jingħataw l-ismijiet ġodda HP1-HP15 sabiex tiġi evitata l-possibbiltà ta' konfużjoni mal-kodiċijiet ta' dikjarazzjoni ta' periklu ddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Dak ir-Regolament japplika mill-1 ta' Ġunju 2015.

(2)

L-Anness IC tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, li jipprovdi struzzjonijiet speċifiċi dwar il-mod illi bih għandhom jimtlew id-dokumenti ta' notifika u ta' moviment, jirreferi għall-ismijiet l-antiki tal-karatteristiċi perikolużi, u għaldaqstant għandu jiġi aġġornat b'mod adatt.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/955/UE (5) tissostitwixxi t-tipi ta' skart elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE (6) sabiex tirrifletti l-progress tekniku u xjentifiku. Id-Deċiżjoni 2014/955/UE tapplika mill-1 ta' Ġunju 2015.

(4)

Il-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 telenka l-iskart elenkat fl-Anness tad-Deċiżjoni 2000/532/KE. Wara l-emenda tad-Deċiżjoni 2000/532/KE, l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 għandu jiġi rivedut billi jsiru l-bidliet adatti. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data bħar-Regolament (UE) Nru 1357/2014 u bħad-Deċiżjoni 2014/955/UE.

(5)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 għandu jiġi emendat b'mod adatt.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi IC u V tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Ġunju 2015.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1357/2014 tat-18 ta' Diċembru 2014 li jieħu post l-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart u li jħassar ċerti Direttivi (ĠU L 365, 19.12.2014, p. 89).

(3)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/955/UE tat-18 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2000/532/KE dwar il-lista ta' skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 44).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE tat-3 ta' Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabbilixxi lista ta' skart skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabbilixxi lista ta' skart perikoluż skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż (ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3).


ANNESS

L-Annessi IĊ u V tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 huma emendati kif ġej:

1.

Fil-punt IV.25 tal-Anness IĊ, il-punt (g) jinbidel b'li ġej:

“(g)

Subintestatura (viii): Jekk applikabbli, agħti hawnhekk il-kodiċi-H jew il-kodiċijiet-H kif xieraq, jiġifieri l-kodiċijiet li jindikaw il-karatteristiċi perikolużi li juri l-iskart (ara l-lista ta' taqsiriet u kodiċijiet mehmuża mad-dokument ta' notifika). Jekk ma hemm l-ebda karatteristika koperta mill-Konvenzjoni ta' Basel, iżda l-iskart huwa perikoluż skont l-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, agħti l-kodiċi HP jew il-kodiċijiet HP skont dan l-Anness III, u daħħal ‘EU’ wara l-kodiċi HP (eż. HP14 EU).”

2.

Fl-Anness V, il-Parti 2 tinbidel b'li ġej:

“Parti 2

Skart elenkat fl-Anness tad-Deċiżjoni 2000/532/KE  (1)

01

SKART LI JIRRIŻULTA MILL-ESPLORAZZJONI, IT-TĦAFFIR TAL-MINJIERI, IT-TĦAFFIR TAL-BARRIERI, U T-TRATTAMENT FIŻIKU U KIMIKU TAL-MINERALI

01 01

skart mit-tħaffir ta' minerali

01 01 01

skart mit-tħaffir għall-minerali li fihom il-metalli

01 01 02

skart mit-tħaffir għall-minerali li ma fihomx metalli

01 03

skart mill-ipproċessar fiżiku u kimiku ta' minerali li fihom il-metall

01 03 04 *

rmied tat-tlissija li jiġġenera l-aċidu mill-ipproċessar tal-minerali tas-sulfur

01 03 05 *

rmied tat-tlissija ieħor li fih sustanzi perikolużi

01 03 06

rmied tat-tlissija ieħor għajr għal dak imsemmi f'01 03 04 u 01 03 05

01 03 07 *

skart ieħor li fih sustanzi perikolużi mill-ipproċessar fiżiku u kimiku ta' minerali li fihom il-metall

01 03 08

skart f'għamla ta' trab u għabra għajr għal dak imsemmi f'01 03 07

01 03 09

tajn aħmar mill-produzzjoni tal-alumina għajr għall-iskart imsemmi f'01 03 10

01 03 10 *

tajn aħmar mill-produzzjoni tal-alumina li jkun fih sustanzi perikolużi għajr għall-iskart imsemmi f'01 03 07

01 03 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

01 04

skart mill-ipproċessar fiżiku u kimiku ta' minerali li ma fihomx il-metall

01 04 07 *

skart li fih sustanzi perikolużi mill-ipproċessar fiżiku u kimiku ta' minerali li ma fihomx il-metall

01 04 08

skart taż-żrar u blat imfarrak għajr għal dak imsemmi f'01 04 07

01 04 09

skart tar-ramel u tat-tafal

01 04 10

skart f'għamla ta' trab u għabra għajr għal dak imsemmi f'01 04 07

01 04 11

skart mill-ipproċessar tal-potassju u tal-melħ tal-blat għajr għal dak imsemmi f'01 04 07

01 04 12

rmied tat-tlissija u skart ieħor mill-ħasil u t-tindif tal-minerali għajr għal dawk imsemmija f'01 04 07 u 01 04 11

01 04 13

skart mit-tqattigħ u sserrar tal-ġebel għajr għal dak imsemmi f'01 04 07

01 04 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

01 05

tajn mit-tħaffir u skart ieħor mit-tħaffir

01 05 04

skart u tajn tat-tħaffir fl-ilma ħelu

01 05 05 *

tajn u skart tat-tħaffir li fih iż-żejt

01 05 06 *

tajn tat-tħaffir u skart ieħor tat-tħaffir li fih sustanzi perikolużi

01 05 07

skart u tajn tat-tħaffir li fih il-barit għajr għal dak imsemmi f'01 05 05 u 01 05 06

01 05 08

skart u tajn tat-tħaffir li fih il-klorur għajr għal dak imsemmi f'01 05 05 u 01 05 06

01 05 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

02

SKART MILL-AGRIKOLTURA, L-ORTIKULTURA, L-AKKWAKULTURA, IL-FORESTRIJA, IL-KAĊĊA U S-SAJD, IL-PREPARAZZJONI U L-IPPROĊESSAR TAL-IKEL

02 01

skart mill-agrikoltura, l-ortikultura, l-akkwakultura, il-forestrija, il-kaċċa u s-sajd

02 01 01

ħama li jirriżulta mill-ħasil u mit-tindif

02 01 02

skart tat-tessut tal-annimali

02 01 03

skart tat-tessut tal-pjanti

02 01 04

skart tal-plastik (għajr għall-ippakkjar)

02 01 06

rawt, awrina u demel tal-annimali (inkluż it-tiben maħmuġ), effluwent, miġbur separatament u ttrattat lil hinn mis-sit

02 01 07

skart mill-forestrija

02 01 08 *

skart agrokimiku li fih sustanzi perikolużi

02 01 09

skart agrokimiku għajr għal dak imsemmi f'02 01 08

02 01 10

metall mormi

02 01 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

02 02

skart mill-preparazzjoni u l-ipproċessar ta' laħam, ħut u ikel ieħor li jkun ġej mill-annimali

02 02 01

ħama li jirriżulta mill-ħasil u mit-tindif

02 02 02

skart tat-tessut tal-annimali

02 02 03

materjali mhux tajbin għall-konsum jew għall-ipproċessar

02 02 04

ħama mit-trattament ta' effluwent fis-sit

02 02 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

02 03

skart mill-preparazzjoni u l-ipproċessar tal-frott, il-ħaxix, iċ-ċereali, iż-żjut alimentari, il-kawkaw, il-kafè, it-te u t-tabakk; il-produzzjoni tal-marmellati; il-produzzjoni tal-ħmira u tal-estratti tal-ħmira, il-preparazzjoni u l-fermentazzjoni tal-melassa

02 03 01

ħama li jirriżulta mill-proċessi tal-ħasil, tat-tindif, tat-tqaxxir, taċ-ċentrifugazzjoni u tas-separazzjoni

02 03 02

skart minn aġenti għall-preservazzjoni

02 03 03

skart mill-estrazzjoni tas-solventi

02 03 04

materjali mhux tajbin għall-konsum jew l-ipproċessar

02 03 05

ħama mit-trattament ta' effluwent fis-sit

02 03 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

02 04

skart mill-ipproċessar taz-zokkor

02 04 01

ħamrija mill-ħasil u t-tindif tal-pitravi

02 04 02

karbonat tal-kalċju mhux skont l-ispeċifikazzjoni

02 04 03

ħama mit-trattament ta' effluwent fis-sit

02 04 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

02 05

skart mill-industrija tal-prodotti tal-ħalib

02 05 01

materjali mhux tajbin għall-konsum jew l-ipproċessar

02 05 02

ħama mit-trattament ta' effluwent fis-sit

02 05 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

02 06

skart mill-industriji tal-ħami u d-dolċerija

02 06 01

materjali li mhumiex tajbin għall-konsum jew l-ipproċessar

02 06 02

skart minn aġenti għall-preservazzjoni

02 06 03

ħama mit-trattament ta' effluwent fis-sit

02 06 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

02 07

skart mill-produzzjoni ta' xorb alkoħoliku u mhux alkoħoliku (għajr għall-kafè u l-kawkaw)

02 07 01

skart mill-ħasil, mit-tindif u mir-riduzzjoni mekkanika tal-materja prima

02 07 02

skart minn distillazzjoni tal-ispirti

02 07 03

skart minn trattament kimiku

02 07 04

materjali li mhumiex tajbin għall-konsum jew l-ipproċessar

02 07 05

ħama mit-trattament ta' effluwent fis-sit

02 07 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

03

SKART MILL-IPPROĊESSAR TAL-INJAM U MILL-PRODUZZONI TA' PANNELLI U GĦAMARA, POLPA, KARTI U KARTUN

03 01

Skart mill-ipproċessar tal-injam u l-produzzjoni ta' pannelli u għamara

03 01 01

skart tal-qoxra tas-siġar u tas-sufra

03 01 04 *

serratura, ċana, tqattigħ, injam, ċippbord u fuljetta li fihom sustanzi perikolużi

03 01 05

serratura, ċana, tqattigħ, injam, ċippbord u fuljetta għajr għal dawk imsemmija f'03 01 04

03 01 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

03 02

skart mill-preservazzjoni tal-injam

03 02 01 *

preservattivi organiċi tal-injam mhux aloġenati

03 02 02 *

preservattivi tal-injam organoklorinati

03 02 03 *

preservattivi tal-injam organometalliċi

03 02 04 *

preservattivi tal-injam inorganiċi

03 02 05 *

preservattivi oħra tal-injam li fihom sustanzi perikolużi

03 02 99

preservattivi tal-injam mhux speċifikati mod ieħor

03 03

skart mill-produzzjoni u l-ipproċessar tal-polpa, il-karti u l-kartun

03 03 01

skart tal-qoxra tas-siġar u tal-injam

03 03 02

ħama tal-likur aħdar (mill-fdalijiet tal-likur tat-tisjir)

03 03 05

ħama mit-tneħħija tal-linka mir-riċiklaġġ tal-karti

03 03 07

skart separat mekkanikament mill-ippulpjar tal-karti u l-kartun

03 03 08

skart wara l-għażla tal-karti u tal-kartun għar-riċiklaġġ

03 03 09

skart tat-tajn tal-ġir

03 03 10

rimi mill-fibri, ħama mill-fibri, il-mili u l-kisjiet mis-separazzjoni mekkanika

03 03 11

ħama mit-trattament ta' dranaġġ lil hinn mis-sit għajr għal dak imsemmi f'03 03 10

03 03 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

04

SKART MILL-INDUSTRIJI TAL-ĠILD, IL-PELLIĊĊA U T-TESSUTI

04 01

skart industriji tal-ġilda u l-pelliċċa

04 01 01

skart magħmul minn fdalijiet ta' laħam mneħħijin minn mal-ġlud, u tal-ġir waqt il-proċess tal-kunzatura

04 01 02

skart tat-trattament bil-ġir waqt il-proċess tal-kunzatura

04 01 03 *

skart mit-tneħħija taż żejt li fih is-solventi mingħajr fażi likwida

04 01 04

likur tal-kunzatura li fih il-kromju

04 01 05

likur tal-kunzatura li ma fihx il-kromju

04 01 06

ħama, partikolarment mit-trattament fis-sit tal-effluwent li fih il-kromju

04 01 07

ħama, partikolarment mit-trattament tal-effluwent fis-sit mingħajr kromju

04 01 08

skart ta' ġidla li tkun għaddiet mill-proċess tal-kunzatura (materjal blu li jintuża fil-pjanċi, serratura, tqattigħ, trab tal-baff) li fih il-kromju

04 01 09

skart ta' wara l-proċessi tal-illostrar, il-preservazzjoni u l-finitura

04 01 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

04 02

skart mill-industrija tat-tessuti

04 02 09

skart minn materjali komposti (tessut imxarrab, elastomeru, plastomeru)

04 02 10

materjal organiku minn prodotti naturali (eż. grass, xama')

04 02 14 *

skart mill-finitura li fih solventi organiċi

04 02 15

skart mill-finitura għajr għal dak imsemmi f'04 02 14

04 02 16 *

żebgħa u pigmenti li fihom sustanzi perikolużi

04 02 17

żebgħa u pigmenti għajr għal dawk imsemmija f'04 02 16

04 02 19 *

ħama mit-trattament fis-sit ta' effluwent li fih sustanzi perikolużi

04 02 20

ħama mit-trattament ta' dranaġġ lil hinn mis-sit għajr għal dak imsemmi f'04 02 19

04 02 21

skart minn fibra tad-drappijiet mhux proċessata

04 02 22

skart minn fibra tat-tessuti proċessata

04 02 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

05

SKART MIR-RAFFINAR TAŻ-ŻEJT, MILL-PURIFIKAZZJONI TAL-GASS NATURALI U MIT-TRATTAMENT PIROLITIKU TAL-FAĦAM

05 01

skart mir-raffinazzjoni taż-żejt

05 01 02 *

ħama tat-tneħħija tal-melħ

05 01 03 *

ħama tal-qiegħ tat-tankijiet

05 01 04 *

ħama alkil aċidu

05 01 05 *

żejt imxerred

05 01 06 *

ħama żejtni mix-xogħol ta' manutenzjoni tal-impjanti jew tat-tagħmir

05 01 07 *

qatran aċiduż

05 01 08 *

qatran ieħor

05 01 09 *

ħama mit-trattament fis-sit ta' effluwent li fih sustanzi perikolużi

05 01 10

ħama mit-trattament ta' dranaġġ lil hinn mis-sit għajr għal dak imsemmi f'05 01 09

05 01 11 *

skart mit-tindif tal-karburant b'bażijiet

05 01 12 *

aċidi li fihom iż-żejt

05 01 13

ħama tal-ilma tad-dħul fil-bojlers

05 01 14

skart minn kolonni li jiffriskaw

05 01 15 *

tafal tal-filtru eżawrit

05 01 16

skart li fih il-kubrit mill-proċess tat-tneħħija tal-kubrit miż-żejt

05 01 17

Bitum

05 01 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

05 06

Skart mit-trattament pirolitiku tal-faħam

05 06 01 *

qatran aċiduż

05 06 03 *

qatran ieħor

05 06 04

skart minn kolonni li jiffriskaw

05 06 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

05 07

Skart mill-purifikazzjoni u trasportazzjoni ta' gass naturali

05 07 01 *

skart li fih il-merkurju

05 07 02

skart li fih il-kubrit

05 07 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

06

SKART MINN PROĊESSI KIMIKI INORGANIĊI

06 01

skart mill-manifattura, formulazzjoni, provvista u użu (MFPU) ta' aċidi

06 01 01 *

aċidu sulfuriku u aċidu sulfuruż

06 01 02 *

aċidu idrokloriku

06 01 03 *

aċidu idrofloriku

06 01 04 *

aċidu fosforiku u fosforuż

06 01 05 *

aċidu nitriku u aċidu nitruż

06 01 06 *

aċidi oħra

06 01 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

06 02

skart mill-MFPU tal-bażijiet

06 02 01 *

idrossidu tal-kalċju

06 02 03 *

idrossidu tal-ammonju

06 02 04 *

idrossidu tas-sodju u l-potassju

06 02 05 *

bażijiet oħra

06 02 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

06 03

skart mill-MFPU ta' imluħa u s-soluzzjonijiet tagħhom u l-ossidi metalliċi

06 03 11 *

imluħa solidi u soluzzjonijiet li fihom iċ-ċjanur

06 03 13 *

imluħa solidi u soluzzjonijiet li fihom metalli ta' densità għolja

06 03 14

imluħa solidi u soluzzjonijiet għajr għal dawk imsemmija f'06 03 11 u 06 03 13

06 03 15 *

ossidi tal-metall li fihom metalli tqal

06 03 16

ossidi tal-metall għajr għal dawk imsemmija f'06 03 15

06 03 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

06 04

skart li fih il-metall għajr għal dak imsemmi f' 06 03

06 04 03 *

skart li fih l-arseniku

06 04 04 *

skart li fih il-merkurju

06 04 05 *

skart li fih metalli tqal oħra

06 04 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

06 05

ħama mit-trattament ta' effluwent fis-sit

06 05 02 *

ħama mit-trattament fis-sit ta' effluwent li fih sustanzi perikolużi

06 05 03

ħama mit-trattament ta' dranaġġ lil hinn mis-sit għajr għal dak imsemmi f'06 05 02

06 06

skart mill-MFPU ta' kimiki tal-kubrit, proċessi kimiki tal-kubrit u proċessi ta' tneħħija tal-kubrit

06 06 02 *

skart li fih sulfuri perikolużi

06 06 03

skart li fih is-sulfur għajr għal dak imsemmi f'06 06 02

06 06 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

06 07

skart minn MFPU ta' aloġeni u proċessi kimici tal-aloġeni

06 07 01 *

skart li fih l-asbestos mill-elettroliżi

06 07 02 *

karbonju attivat mill-produzzjoni tal-kloru

06 07 03 *

ħama tas-sulfat tal-barju li fih il-merkurju

06 07 04 *

soluzzjonijiet u aċidi, pereżempju aċidu tal-kuntatt

06 07 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

06 08

skart minn MFPU ta' siliċju u derivattivi tas-siliċju

06 08 02 *

skart li fih il-klorosilani perikolużi

06 08 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

06 09

skart mill-MFPU ta' kimiki mill-fosfru u proċessi kimiki tal-fosfru

06 09 02

gagazza tal-fosfru

06 09 03 *

skart tar-reazzjonijiet bbażat fuq il-kalċju li fih jew li hu kkontaminat b'sustanzi perikolużi

06 09 04

skart tar-reazzjonijiet bbażati fuq il-kalċju għajr għal dak imsemmi f'06 09 03

06 09 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

06 10

skart mill-MFPU ta' kimiki tan-nitroġenu, proċessi kimiki tan-nitroġenu u manifattura ta' fertilizzant

06 10 02 *

skart li fih sustanzi perikolużi

06 10 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

06 11

skart mill-manifattura ta' pigmenti inorganiċi u sustanzi li jippannaw

06 11 01

skart tar-reazzjonijiet bbażati fuq il-kalċju mill-produzzjoni tad-diossidu tat-titanju

06 11 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

06 13

skart minn proċessi kimiki inorganiċi mhux speċifikati mod ieħor

06 13 01 *

prodotti inorganiċi għall-ħarsien tax-xtieli, aġenti li jippriżervaw l-injam u bijoċidi oħra.

06 13 02 *

karbonju attivat eżawrit (għajr għal 06 07 02 )

06 13 03

iswed tal-karbonju

06 13 04 *

skart mill-ipproċessar tal-asbestos

06 13 05 *

nugrufun

06 13 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

07

SKART MINN PROĊESSI KIMIKI ORGANIĊI

07 01

skart mill-manifattura, formulazzjoni, provvista u użu (MFPU) ta' kimiki organiċi bażiċi

07 01 01 *

likwidi tal-ħasil u likuri primarji milwiema

07 01 03 *

solventi organiċi aloġenati, likwidi tal-ħasil u likuri primarji

07 01 04 *

solventi organiċi oħra, likwidi tal-ħasil u likuri primarji

07 01 07 *

il-fdalijiet aloġenati tad-distillazzjoni u r-residwi ta' reazzjonijiet

07 01 08 *

fdalijiet tad-distillazzjoni u residwi ta' reazzjonijiet oħrajn

07 01 09 *

ċapep tal-filtru u assorbenti eżawriti aloġenati

07 01 10 *

ċapep tal-filtru u assorbenti eżawriti oħra

07 01 11 *

ħama mit-trattament fis-sit ta' effluwent li fih sustanzi perikolużi

07 01 12

ħama mit-trattament ta' dranaġġ lil hinn mis-sit għajr għal dak imsemmi f'07 01 11

07 01 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

07 02

skart mill-MFPU ta' plastik, gomma sintetika u fibri magħmula mill-bniedem

07 02 01 *

likwidi tal-ħasil u likuri primarji milwiema

07 02 03 *

solventi organiċi aloġenati, likwidi tal-ħasil u likuri omm

07 02 04 *

solventi organiċi oħra, likwidi tal-ħasil u likuri primarji

07 02 07 *

fdalijiet aloġenati tad-distillazzjoni u residwi ta' reazzjonijiet

07 02 08 *

fdalijiet tad-distillazzjoni u residwi ta' reazzjonijiet oħrajn

07 02 09 *

ċapep tal-filtru u assorbenti eżawriti aloġenati

07 02 10 *

ċapep tal-filtru u assorbenti eżawriti oħra

07 02 11 *

ħama mit-trattament fis-sit ta' effluwent li fih sustanzi perikolużi

07 02 12

ħama mit-trattament ta' dranaġġ lil hinn mis-sit għajr għal dak imsemmi f'07 02 11

07 02 13

skart tal-plastik

07 02 14 *

skart minn addittivi li fihom sustanzi perikolużi

07 02 15

skart mill-addittivi għajr għal dawk imsemmija f'07 02 14

07 02 16 *

skart li fih siliċju perikoluż

07 02 17

skart li fih is-siliċju għajr għal dawk imsemmija f'07 02 16

07 02 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

07 03

Skart mill-MFPU ta' kuluri organiċi u pigmenti (għajr għal 06 11 )

07 03 01 *

likwidi tal-ħasil u likuri primarji milwiema

07 03 03 *

solventi organiċi aloġenati, likwidi tal-ħasil u likuri primarji

07 03 04 *

solventi organiċi oħra, likwidi tal-ħasil u likuri primarji

07 03 07 *

fdalijiet aloġenati tad-distillazzjoni u residwi ta' reazzjonijiet

07 03 08 *

fdalijiet tad-distillazzjoni u residwi ta' reazzjonijiet oħrajn

07 03 09 *

ċapep tal-filtru u assorbenti eżawriti aloġenati

07 03 10 *

ċapep tal-filtru u assorbenti eżawriti oħra

07 03 11 *

ħama mit-trattament fis-sit ta' effluwent li fih sustanzi perikolużi

07 03 12

ħama mit-trattament ta' dranaġġ lil hinn mis-sit għajr għal dak imsemmi f'07 03 11

07 03 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

07 04

skart mill-MFPU ta' prodotti organiċi għall-ħarsien tax-xtieli (għajr għal 02 01 08 u 02 01 09 ), aġenti għall-ippreservar tal-injam (għajr għal 03 02 ) u bijoċidi oħra

07 04 01 *

likwidi tal-ħasil u likuri primarji milwiema

07 04 03 *

solventi organiċi aloġenati, likwidi tal-ħasil u likuri primarji

07 04 04 *

solventi organiċi oħra, likwidi tal-ħasil u likuri primarji

07 04 07 *

fdalijiet aloġenati tad-distillazzjoni u residwi ta' reazzjonijiet

07 04 08 *

fdalijiet tad-distillazzjoni u residwi ta' reazzjonijiet oħrajn

07 04 09 *

ċapep tal-filtru u assorbenti eżawriti aloġenati

07 04 10 *

ċapep tal-filtru u assorbenti eżawriti oħra

07 04 11 *

ħama mit-trattament fis-sit ta' effluwent li fih sustanzi perikolużi

07 04 12

ħama mit-trattament ta' dranaġġ lil hinn mis-sit għajr għal dak imsemmi f'07 04 11

07 04 13 *

skart solidu li fih sustanzi perikolużi

07 04 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

07 05

skart mill-MFPU ta' farmaċewtiċi

07 05 01 *

likwidi tal-ħasil u likuri primarji milwiema

07 05 03 *

solventi organiċi aloġenati, likwidi tal-ħasil u likuri primarji

07 05 04 *

solventi organiċi oħra, likwidi tal-ħasil u likuri primarji

07 05 07 *

il-fdalijiet aloġenati tad-distillazzjoni u r-residwi ta' reazzjonijiet

07 05 08 *

fdalijiet tad-distillazzjoni u residwi ta' reazzjonijiet oħrajn

07 05 09 *

ċapep tal-filtru u assorbenti eżawriti aloġenati

07 05 10 *

ċapep tal-filtru u assorbenti eżawriti oħra

07 05 11 *

ħama mit-trattament fis-sit ta' effluwent li fih sustanzi perikolużi

07 05 12

ħama mit-trattament ta' dranaġġ lil hinn mis-sit għajr għal dak imsemmi f'07 05 11

07 05 13 *

skart solidu li fih sustanzi perikolużi

07 05 14

skart solidu għajr għal dak imsemmi f'07 05 13

07 05 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

07 06

skart mill-MFPU ta' xaħmijiet, grass, sapun, deterġenti, diżinfettanti u kożmetiċi

07 06 01 *

likwidi tal-ħasil u likuri primarji milwiema

07 06 03 *

solventi organiċi aloġenati, likwidi tal-ħasil u likuri primarji

07 06 04 *

solventi organiċi, likwidi tal-ħasil u likuri primarji oħra

07 06 07 *

fdalijiet aloġenati tad-distillazzjoni u residwi ta' reazzjonijiet

07 06 08 *

fdalijiet tad-distillazzjoni u residwi ta' reazzjonijiet oħrajn

07 06 09 *

ċapep tal-filtru u assorbenti eżawriti aloġenati

07 06 10 *

ċapep tal-filtru u assorbenti eżawriti oħra

07 06 11 *

ħama mit-trattament fis-sit ta' effluwent li fih sustanzi perikolużi

07 06 12

ħama mit-trattament ta' dranaġġ lil hinn mis-sit għajr għal dak imsemmi f'07 06 11

07 06 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

07 07

Skart mill-MFPU ta' kimiki u prodotti kimiċi mhux speċifikati mod ieħor

07 07 01 *

likwidi tal-ħasil u likuri primarji milwiema

07 07 03 *

solventi organiċi aloġenati, likwidi tal-ħasil u likuri primarji

07 07 04 *

solventi organiċi oħra, likwidi tal-ħasil u likuri primarji

07 07 07 *

fdalijiet aloġenati tad-distillazzjoni u residwi ta' reazzjonijiet

07 07 08 *

fdalijiet tad-distillazzjoni u residwi ta' reazzjonijiet oħrajn

07 07 09 *

ċapep tal-filtru u assorbenti eżawriti aloġenati

07 07 10 *

ċapep tal-filtru u assorbenti eżawriti oħra

07 07 11 *

ħama mit-trattament fis-sit ta' effluwent li fih sustanzi perikolużi

07 07 12

ħama mit-trattament ta' dranaġġ lil hinn mis-sit għajr għal dak imsemmi f'07 07 11

07 07 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

08

SKART MILL-MANIFATTURA, IL-FORMULAZZJONI, IL-PROVVISTA U L-UŻU (MFPU) TA' SUSTANZI TAL-KISI (ŻEBGĦA, VERNIĊ U ENEMEL LI GĦANDU MILL-ĦĠIEĠ), ADEŻIVI, SIĠILLANTI U LINKA TAL-ISTAMPAR

08 01

Skart mill-MFPU u tneħħija ta' żebgħa u verniċ

08 01 11 *

skart taż-żebgħa u l-verniċ li fih solventi organiċi jew sustanzi perikolużi oħra

08 01 12

skart miż-żebgħa u l-verniċ għajr għal dak imsemmi f'08 01 11

08 01 13 *

ħama miż-żebgħa jew il-verniċ li fih solventi organiċi jew sustanzi perikolużi oħra

08 01 14

ħama miż-żebgħa jew il-verniċ għajr għal dak imsemmi f'08 01 13

08 01 15 *

ħama milwiem li fih iż-żebgħa jew il-verniċ li fih solventi organiċi jew sustanzi perikolużi oħra

08 01 16

ħama milwiem li fih iż-żebgħa jew verniċ għajr għal dak imsemmi f'08 01 15

08 01 17 *

skart mit-tneħħija taż-żebgħa jew il-verniċ li fih solventi organiċi jew sustanzi perikolużi oħra

08 01 18

skart mit-tneħħija taż-żebgħa jew il-verniċ għajr għal dak imsemmi f'08 01 17

08 01 19 *

sospensjonijiet milwiema taż-żebgħa jew tal-verniċ li fihom solventi organiċi jew sustanzi perikolużi oħra

08 01 20

sospensjonijiet milwiema li fihom iż-żebgħa jew il-verniċ għajr għal dawk imsemmija f'08 01 19

08 01 21 *

skart ta' sustanzi li jneħħu ż-żebgħa jew il-verniċ

08 01 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

08 02

skart mill-MFPU ta' sustanzi tal-kisi oħra (inklużi materjali taċ-ċeramika)

08 02 01

trab li jgħatti l-iskart

08 02 02

ħama bbażata fuq l-ilma li fih materjali taċ-ċeramika

08 02 03

sospensjonijiet li fihom materjali taċ-ċeramika

08 02 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

08 03

Skart mill-MFPU tal-linka tal-istampar

08 03 07

ħama milwiem li fih il-linka

08 03 08

skart likwidu milwiem li fih il-linka

08 03 12 *

skart ta' linka li fiha sustanzi perikolużi

08 03 13

skart ta' linka għajr għal dik imsemmija f'08 03 12

08 03 14 *

ħama tal-linka li fih sustanzi perikolużi

08 03 15

ħama tal-linka għajr għal dak imsemmi f'08 03 14

08 03 16 *

likwidi li jħollu l-iskart

08 03 17 *

skart tat-toner tal-istampar li fih sustanzi perikolużi

08 03 18

toner tal-istampar mormi għajr għal dak imsemmi f'08 03 17

08 03 19 *

żejt tat-tixrid

08 03 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

08 04

Skart mill-MFPU ta' adeżivi u siġillanti (inklużi prodotti siġillanti kontra l-ilma)

08 04 09 *

skart ta' adeżivi u siġillanti li fihom solventi organiċi jew sustanzi perikolużi oħra

08 04 10

skart ta' adeżivi u siġillanti għajr għal dawk imsemmija f'08 04 09

08 04 11 *

ħama adeżiv jew siġillanti li fih solventi organiċi jew sustanzi perikolużi oħra

08 04 12

ħama adeżiv jew siġillanti għajr għal dak imsemmi f'08 04 11

08 04 13 *

ħama milwiem li fih adeżivi jew siġillanti li fihom solventi organiċi jew sustanzi perikolużi oħra

08 04 14

ħama milwiem li fih adeżivi jew siġillanti għajr dawk imsemmija f'08 04 13

08 04 15 *

skart likwidu milwiem li fih adeżivi jew siġillanti li fih solventi organiċi jew sustanzi perikolużi oħra

08 04 16

skart likwidu milwiem li fih adeżivi jew siġillanti għajr għal dak imsemmi f'08 04 15

08 04 17 *

żejt tar-raża

08 04 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

08 05

skart mhux speċifikat b'mod ieħor f'08

08 05 01 *

skart tal-isoċjanati

09

SKART MILL-INDUSTRIJA FOTOGRAFIKA

09 01

skart mill-industrija fotografika

09 01 01 *

kimiki tal-iżvilupp u tal-attivazzjoni magħmulin minn bażi ta' ilma

09 01 02 *

kimiki tal-iżvilupp li jitrasferixxu l-istampa minn folja magħmulin minn bażi ta' ilma

09 01 03 *

soluzzjonijiet tal-iżvilupp ibbażati fuq solvent

09 01 04 *

soluzzjonijiet li jistabbilizzaw l-iskart

09 01 05 *

soluzzjonijiet tal-bliċ u likwidi tal-bliċ li jistabbilizzaw l-iskart

09 01 06 *

skart li fih il-fidda mit-trattament fis-sit ta' skart tal-fotografija

09 01 07

film u karta fotografika li fihom il-fidda jew komposti tal-fidda

09 01 08

film u karta fotografika ħielsa mill-fidda jew komposti tal-fidda

09 01 10

kameras li jintużaw darba bla batteriji

09 01 11 *

kameras li jintużaw darba bil-batteriji f'16 06 01 , 16 06 02 jew 16 06 03

09 01 12

kameras li jintużaw darba bil-batteriji għajr għal dawk imsemmija f'09 01 11

09 01 13 *

skart likwidu milwiem mir-reklamazzjoni fis-sit tal-fidda għajr għal dak imsemmi f'09 01 06

09 01 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

10

SKART MINN PROĊESSI TERMALI

10 01

skart minn impjanti tal-enerġija u impjanti ta' kombustjoni oħra (għajr għal 19 )

10 01 01

rmied tal-qiegħ, gagazza u trab tal-bojler (eskluż it-trab mill-bojlers imsemmi f'10 01 04 )

10 01 02

rmied li jtir tal-faħam

10 01 03

rmied li jtir tal-pit u tal-injam mhux trattat

10 01 04 *

rmied żejtni li jtir u trab tal-bojler

10 01 05

skart ibbażat fuq il-kalċju li jirriżulta bħala reazzjoni għat-tneħħija tal-kubrit mill-gass taċ-ċmieni f'sura solida

10 01 07

skart ibbażat fuq il-kalċju li jirriżulta bħala reazzjoni għat-tneħħija tal-kubrit mill-gass taċ-ċmieni f'sura ta' ħama

10 01 09 *

aċidu sulfuriku

10 01 13 *

rmied li jtir minn idrokarburi emulsjonati użati bħala karburant

10 01 14 *

rmied tal-qiegħ, gagazza u trab tal-bojlers mill-koinċinerazzjoni li fihom sustanzi perikolużi

10 01 15

rmied tal-qiegħ, gagazza u trab tal-bojler mill-koinċinerazzjoni għajr għal dawk imsemmija f'10 01 14

10 01 16 *

rmied li jtir mill-koinċinerazzjoni li fih sustanzi perikolużi

10 01 17

rmied li jtir mill-koinċinerazzjoni għajr għal dak imsemmi f'10 01 16

10 01 18 *

skart mit-tindif tal-gass li fih sustanzi perikolużi

10 01 19

skart mit-tindif tal-gass għajr għal dak imsemmi f'10 01 05 , 10 01 07 u 10 01 18

10 01 20 *

ħama mit-trattament fis-sit ta' effluwent li fih sustanzi perikolużi

10 01 21

ħama mit-trattament ta' dranaġġ lil hinn mis-sit għajr għal dak imsemmi f'10 01 20

10 01 22 *

ħama milwiem mit-tindif tal-bojlers li fih sustanzi perikolużi

10 01 23

ħama milwiem mit-tindif tal-bojler għajr għal dak imsemmi f'10 01 22

10 01 24

ramel minn saffi fluwidi

10 01 25

skart mill-ħżin tal-karburant u mill-preparazzjoni tal-impjanti tal-elettriku mħaddma bil-faħam

10 01 26

skart mit-trattament tal-iffriskar bl-ilma

10 01 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

10 02

Skart mill-industrija tal-ħadid u l-azzar

10 02 01

skart mill-ipproċessar tal-gagazza

10 02 02

gagazza mhux proċessata

10 02 07 *

skart solidu mit-trattament tal-gass li fih sustanzi perikolużi

10 02 08

skart solidu mit-trattament bil-gass għajr għal dak imsemmi f'10 02 07

10 02 10

mwieżen tal-mitħna

10 02 11 *

skart li fih iż-żejt li jirriżulta mit-trattament tal-iffriskar bl-ilma

10 02 12

skart mit-trattament tal-iffriskar bl-ilma għajr għal dak imsemmi f'10 02 11

10 02 13 *

ħama u ċapep tal-filtru mit-trattament tal-gass li fihom sustanzi perikolużi

10 02 14

ħama u ċapep tal-filtru mit-trattament tal-gass għajr għal dawk imsemmija f'10 02 13

10 02 15

ħama u ċapep tal-filtru oħra

10 02 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

10 03

skart minn metallurġija termali tal-aluminju

10 03 02

fdalijet tal-anodi

10 03 04 *

gagazzi tal-produzzjoni primarja

10 03 05

skart tal-aluminju

10 03 08 *

fdalijiet tal-melħ minn produzzjoni sekondarja

10 03 09 *

ħmieġ iswed tal-metalli minn produzzjoni sekondarja

10 03 15 *

xkumi li jaqbdu jew li jipproduċu, malli jmissu mal-ilma, gassijiet li jaqbdu fi kwantitajiet perikolużi

10 03 16

xkumi għajr għal dawk imsemmija f'10 03 15

10 03 17 *

skart li fih il-qatran mill-manifattura tal-anodi

10 03 18

skart bil-karbonju mill-manifattura tal-anodi għajr għal dak imsemmi f'10 03 17

10 03 19 *

trab tal-gass taċ-ċmieni li fih sustanzi perikolużi

10 03 20

trab tal-gass taċ-ċmieni għajr għal dak imsemmi f'10 03 19

10 03 21 *

frak u trab ieħor (inkluż trab tal-mitħna bil-boċċi) li fih sustanzi perikolużi

10 03 22

frak u trab ieħor (inkluż trab tal-mitħna bil-boċċi) għajr għal dak imsemmi f'10 03 21

10 03 23 *

skart solidu mit-trattament tal-gass li fih sustanzi perikolużi

10 03 24

skart solidu mit-trattament bil-gass għajr għal dak imsemmi f'10 03 23

10 03 25 *

ħama u ċapep tal-filtru mit-trattament tal-gass, li fihom sustanzi perikolużi

10 03 26

ħama u ċapep tal-filtru mit-trattament bil-gass għajr għal dawk imsemmija f'10 03 25

10 03 27 *

skart li fih iż-żejt li jirriżulta mit-trattament tal-iffriskar bl-ilma

10 03 28

skart mit-trattament tal-iffriskar tal-ilma għajr għal dak imsemmi f'10 03 27

10 03 29 *

skart mit-trattament tal-gagazzi tal-melħ u ħmieġ iswed tal-metalli li fih sustanzi perikolużi

10 03 30

skart mit-trattament tal-gagazzi tal-melħ u ħmieġ iswed tal-metalli għajr għal dak imsemmi f'10 03 29

10 03 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

10 04

skart minn metallurġija termali taċ-ċomb

10 04 01 *

gagazzi minn produzzjoni primarja u sekondarja

10 04 02 *

ħmieġ tal-metalli u xkumi minn produzzjoni primarja u sekondarja

10 04 03 *

arsenat tal-kalċju

10 04 04 *

trab tal-gass taċ-ċmieni

10 04 05 *

frak u trab ieħor

10 04 06 *

skart solidu mit-trattament tal-gass

10 04 07 *

ħama u ċapep tal-filtru mit-trattament tal-gass

10 04 09 *

skart li fih iż-żejt li jirriżulta mit-trattament tal-iffriskar bl-ilma

10 04 10

skart mit-trattament tal-iffriskar bl-ilma għajr għal dak imsemmi f'10 04 09

10 04 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

10 05

skart minn metallurġija termali taż-żingu

10 05 01

gagazzi minn produzzjoni primarja u sekondarja

10 05 03 *

trab tal-gass taċ-ċmieni

10 05 04

frak u trab ieħor

10 05 05 *

skart solidu mit-trattament tal-gass

10 05 06 *

ħama u ċapep tal-filtru mit-trattament tal-gass

10 05 08 *

skart li fih iż-żejt li jirriżulta mit-trattament tal-iffriskar bl-ilma

10 05 09

skart mit-trattament tal-iffriskar bl-ilma għajr għal dak imsemmi f'10 05 08

10 05 10 *

ħmieġ tal-metalli u xkumi li jaqbdu jew li jipproduċu, malli jmissu mal-ilma, gassijiet li jaqbdu fi kwantitajiet perikolużi

10 05 11

ħmieġ tal-metalli u xkumi għajr għal dawk imsemmija f'10 05 10

10 05 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

10 06

skart minn metallurġija termali tar-ram

10 06 01

gagazzi minn produzzjoni primarja u sekondarja

10 06 02

ħmieġ tal-metalli u xkumi minn produzzjoni primarja u sekondarja

10 06 03 *

trab tal-gass taċ-ċmieni

10 06 04

frak u trab ieħor

10 06 06 *

skart solidu mit-trattament tal-gass

10 06 07 *

ħama u ċapep tal-filtru mit-trattament tal-gass

10 06 09 *

skart li fih iż-żejt li jirriżulta mit-trattament tal-iffriskar bl-ilma

10 06 10

skart mit-trattament tal-iffriskar bl-ilma għajr għal dak imsemmi f'10 06 09

10 06 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

10 07

skart minn metallurġija termali tal-fidda, id-deheb u l-platinu

10 07 01

gagazzi minn produzzjoni primarja u sekondarja

10 07 02

ħmieġ tal-metalli u xkumi minn produzzjoni primarja u sekondarja

10 07 03

skart solidu mit-trattament tal-gass

10 07 04

frak u trab ieħor

10 07 05

ħama u ċapep tal-filtru mit-trattament tal-gass

10 07 07 *

skart li fih iż-żejt li jirriżulta mit-trattament tal-iffriskar bl-ilma

10 07 08

skart mit-trattament tal-iffriskar bl-ilma għajr għal dak imsemmi f'10 07 07

10 07 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

10 08

skart minn metallurġiji termali oħra mhux ferrużi

10 08 04

frak u trab

10 08 08 *

gagazza tal-melħ minn produzzjoni primarja u sekondarja

10 08 09

gagazzi oħra

10 08 10 *

ħmieġ tal-metalli u xkumi li jaqbdu jew li jipproduċu, malli jmissu mal-ilma, gassijiet li jaqbdu fi kwantitajiet perikolużi

10 08 11

ħmieġ tal-metalli u ragħwiet għajr għal dawk imsemmija f'10 08 10

10 08 12 *

skart li fih il-qatran mill-manifattura tal-anodi

10 08 13

skart li fih il-karbonju mill-manifattura tal-anodi għajr għal dak imsemmi f'10 08 12

10 08 14

ruttam tal-anodi

10 08 15 *

trab tal-gass taċ-ċmieni li fih sustanzi perikolużi

10 08 16

trab tal-gass taċ-ċmieni għajr għal dak imsemmi f'10 08 15

10 08 17 *

ħama u ċapep tal-filtru mit-trattament tal-gass taċ-ċmieni li fihom sustanzi perikolużi

10 08 18

ħama u ċapep tal-filtru mit-trattament bil-gass taċ-ċmieni għajr għal dawk imsemmija f'10 08 17

10 08 19 *

skart li fih iż-żejt li jirriżulta mit-trattament tal-iffriskar bl-ilma

10 08 20

skart mit-trattament tal-iffriskar bl-ilma għajr għal dak imsemmi f'10 08 19

10 08 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

10 09

skart għat-tidwib ta' biċċiet tal-metall mhux ferrużi

10 09 03

gagazza tal-fran

10 09 05 *

forom mit-tidwib tal-metall u forom tal-metall li ma għaddewx mill-proċess tat-tferrigħ li fihom sustanzi perikolużi

10 09 06

forom mit-tidwib tal-metall u forom tal-metall li ma għaddewx mill-proċess tat-tferrigħ għajr għal dawk imsemmija f'10 09 05

10 09 07 *

forom għat-tidwib tal-metall u forom tal-metall li għaddew mill-proċess tat-tferrigħ, li fihom sustanzi perikolużi

10 09 08

forom għat-tidwib tal-metall u forom tal-metall li għaddew mill-proċess tat-tferrigħ għajr għal dawk imsemmija f'10 09 07

10 09 09 *

trab tal-gass taċ-ċmieni, li fih sustanzi perikolużi

10 09 10

trab tal-gass taċ-ċmieni għajr għal dak imsemmi f'10 09 09

10 09 11 *

frak ieħor li fih sustanzi perikolużi

10 09 12

frak ieħor għajr għal dak imsemmi f'10 09 11

10 09 13 *

skart ta' sustanzi li jgħaqqdu li fihom sustanzi perikolużi

10 09 14

sustanzi li jgħaqqdu l-iskart għajr għal dawk imsemmija f'10 09 13

10 09 15 *

aġent li jindika qasma fl-iskart li fiha sustanzi perikolużi

10 09 16

aġent li jindika qasma fl-iskart għajr għal dak imsemmi f'10 09 15

10 09 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

10 10

skart għat-tidwib ta' biċċiet tal-metall mhux ferrużi

10 10 03

gagazza tal-fran

10 10 05 *

forom għat-tidwib tal-metall u forom tal-metall li ma għaddewx mill-proċess tat-tferrigħ, li fihom sustanzi perikolużi

10 10 06

forom għat-tidwib tal-metall u forom tal-metall li ma għaddewx mill-proċess tat-tferrigħ, għajr għal dawk imsemmija f'10 10 05

10 10 07 *

forom għat-tidwib tal-metall u forom tal-metall li għaddew mill-proċess tat-tferrigħ, li fihom sustanzi perikolużi

10 10 08

forom għat-tidwib tal-metall u forom tal-metall li għaddew mill-proċess tat-tferrigħ, għahr għal dawk imsemmija f'10 10 07

10 10 09 *

trab tal-gass taċ-ċmieni li fih sustanzi perikolużi

10 10 10

trab tal-gass taċ-ċmieni għajr għal dak imsemmi f'10 10 09

10 10 11 *

frak ieħor li fih sustanzi perikolużi

10 10 12

frak ieħor għajr għal dak imsemmi f'10 10 11

10 10 13 *

skart ta' sustanzi li jgħaqqdu li fihom sustanzi perikolużi

10 10 14

sustanzi li jgħaqqdu l-iskart għajr għal dawk imsemmija f'10 10 13

10 10 15 *

aġent li jindika qasma fl-iskart li fih sustanzi perikolużi

10 10 16

aġent li jindika qasma fl-iskart għajr għal dak imsemmi f'10 10 15

10 10 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

10 11

skart mill-manifattura ta' ħġieġ u prodotti tal-ħġieġ

10 11 03

skart tal-materjali tal-fibra bbażati fuq il-ħġieġ

10 11 05

frak u trab

10 11 09 *

skart tat-taħlita tal-preparazzjoni qabel l-ipproċessar termali li fih sustanzi perikolużi

10 11 10

skart tat-taħlita tal-preparazzjoni qabel l-ipproċessar termali għajr għal dak imsemmi f'10 11 09

10 11 11 *

skart ta' ħġieġ f'forma ta' frak żgħir u trab tal-ħġieġ li fih metalli tqal (pereżempju mit-tubi tar-raġġi katodiċi)

10 11 12

skart ta' ħġieġ żejjed għajr għal dak imsemmi f'10 11 11

10 11 13 *

ħama tal-lostru u t-tħin tal-ħġieġ li fih sustanzi perikolużi

10 11 14

ħama tal-lostru u t-tħin tal-ħġieġ għajr għal dak imsemmi f'10 11 13

10 11 15 *

skart solidu mit-trattament tal-gass taċ-ċmieni li fih sustanzi perikolużi

10 11 16

skart solidu mit-trattament tal-gass taċ-ċmieni għajr għal dak imsemmi f'10 11 15

10 11 17 *

ħama u ċapep tal-filtru mit-trattament tal-gass taċ-ċmieni li fihom sustanzi perikolużi

10 11 18

ħama u ċapep tal-filtru mit-trattament bil-gass taċ-ċumnija għajr għal dawk imsemmija f'10 11 17

10 11 19 *

skart solidu mit-trattament tal-effluwent fis-sit li fih sustanzi perikolużi

10 11 20

skart solidu mit-trattament ta' effluwent fis-sit għajr għal dak imsemmi f'10 11 19

10 11 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

10 12

skart mill-manifattura ta' oġġetti taċ-ċeramika, briks, madum u prodotti tal-kostruzzjoni

10 12 01

skart tat-taħlita tal-preparazzjoni qabel l-ipproċessar termali

10 12 03

frak u trab

10 12 05

ħama u ċapep tal-filtru mit-trattament tal-gass

10 12 06

il-forom skartati

10 12 08

skart taċ-ċeramika, briks, madum u prodotti tal-kostruzzjoni (wara l-ipproċessar termali)

10 12 09 *

skart solidu mit-trattament tal-gass li fih sustanzi perikolużi

10 12 10

skart solidu mit-trattament bil-gass għajr għal dak imsemmi f'10 12 09

10 12 11 *

skart mill-proċess tal-ħġieġ li fih il-metalli tqal

10 12 12

skart mill-proċess tal-ħġieġ għajr għal dak imsemmi f'10 12 11

10 12 13

ħama mit-trattament tal-effluwent fis-sit

10 12 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

10 13

skart mil-manifattura ta' siment, ġir u ġibs u oġġetti u prodotti magħmulin minnhom

10 13 01

skart tat-taħlita tal-preparazzjoni qabel l-ipproċessar termali

10 13 04

skart mill-kalċinazzjoni u l-idratazzjoni tal-ġir

10 13 06

frak u trab (għajr għal 10 13 12 u 10 13 13 )

10 13 07

ħama u residwi tal-filtrazzjoni mit-trattament tal-gass

10 13 09 *

skart li fih l-asbestos mill-manifattura tal-asbestos-siment

10 13 10

skart mill-manifattura tas-siment-asbestos għajr għal dak imsemmi f'10 13 09

10 13 11

skart minn materjali komposti bbażati fuq is-siment għajr għal dak imsemmi f'10 13 09 u 10 13 10

10 13 12 *

skart solidu mit-trattament tal-gass, li fih sustanzi perikolużi

10 13 13

skart solidu mit-trattament bil-gass għajr għal dak imsemmi f'10 13 12

10 13 14

skart tal-konkrit u ħama tal-konkrit

10 13 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

10 14

skart minn krematorji

10 14 01 *

skart mit-tindif tal-gass li fih il-merkurju

11

SKART MIT-TRATTAMENT KIMIKU TAL-UĊUĦ U MILL-KISI TA' METALLI U MATERJALI OĦRA; IDROMETALLURĠIJA MHUX FERRUŻA

11 01

skart minn trattament kimiku tal-uċuħ u l-kisi ta' metalli u materjali oħra (pereżempju proċessi galvaniċi, proċessi tal-kisi biż-żingu, proċessi ta' tindif tal-uċuħ tal-metalli, l-inċiżjoni, il-fosforizzar, it-tneħħija tal-grass permezz tal-alkali, l-anodizzazzjoni)

11 01 05 *

aċidi għat-tindif tal-uċuħ tal-metalli

11 01 06 *

aċidi mhux speċifikati

11 01 07 *

bażijiet għat-tindif tal-ucuħ tal-metalli

11 01 08 *

ħama li jipproduċi l-fosfat

11 01 09 *

ħama u ċapep tal-filtru li fihom sustanzi perikolużi

11 01 10

ħama u ċapep tal-filtru għajr għal dawk imsemmija f'11 01 09

11 01 11 *

likwidi tat-tlaħliħ milwiema li fihom sustanzi perikolużi

11 01 12

likwidi tat-tlaħliħ milwiema għajr għal dawk imsemmija f'11 01 11

11 01 13 *

skart wara t-tneħħija tal-grass li fihom sustanzi perikolużi

11 01 14

skart mit-tneħħija tal-grass għajr għal dak imsemmi f'11 01 13

11 01 15 *

kimiki elwati u ħama mis-sistemi tal-membrana jew tal-iskambju tal-joni li fihom sustanzi perikolużi

11 01 16 *

reżini tal-iskambju tal-joni saturati jew eżawriti

11 01 98 *

skart ieħor li fih sustanzi perikolużi

11 01 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

11 02

skart minn proċessi idrometallurġiċi mhux ferrużi

11 02 02 *

ħama mill-idrometallurġija taż-żingu (inklużi l-ġarożit, il-goetit)

11 02 03

skart mill-produzzjoni tal-anodi għall-proċessi elettrolitiċi milwiema

11 02 05 *

skart mill-proċessi idrometallurġiċi tar-ram li fih sustanzi perikolużi

11 02 06

skart mill-proċessi tal-idrometallurġija tar-ram għajr għal dak imsemmi f'11 02 05

11 02 07 *

skart ieħor li fih sustanzi perikolużi

11 02 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

11 03

ħama u solidi mill-proċessi tal-ittemprar

11 03 01 *

skart li fih iċ-ċjanur

11 03 02 *

skart ieħor

11 05

skart minn proċessi sħan tal-iggalvanizzar

11 05 01

żingu iebes

11 05 02

irmied taż-żingu

11 05 03 *

skart solidu mit-trattament tal-gass

11 05 04 *

fluss eżawrit

11 05 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

12

SKART MILL-IFFURMAR U T-TRATTAMENT FIŻIKU U MEKKANIKU TAL-UĊUĦ TAL-METALLI U L-PLASTIK

12 01

skart mill-iffurmar u t-trattament fiżiku u mekkaniku tal-uċuħ tal-metalli u plastik

12 01 01

limatura u serratura tal-metall ferruż

12 01 02

trab u frak tal-metall ferruż

12 01 03

limatura u serratura ta' metall mhux ferruż

12 01 04

trab u frak ta' metall mhux ferruż

12 01 05

ċana u serratura tal-plastik

12 01 06 *

żjut tal-magni bbażati fuq il-minerali li fihom l-aloġeni (ħlief l-emulsjonijiet u s-soluzzjonijiet)

12 01 07 *

żjut tal-magni bbażati fuq il-minerali mingħajr aloġeni (ħlief l-emulsjonijiet u s-soluzzjonijiet)

12 01 08 *

emulsjonijiet u s-soluzzjonijiet tal-magni li fihom l-aloġeni

12 01 09 *

emulsjonijiet u s-soluzzjonijiet tal-magni ħielsa mill-aloġeni

12 01 10 *

żjut sintetiċi tal-magni

12 01 12 *

xama' u xaħmijiet eżawriti

12 01 13

skart tal-iwweldjar

12 01 14 *

ħama tal-makkinarju li fih sustanzi perikolużi

12 01 15

ħama tal-makkinarju għajr għal dak imsemmi f'12 01 14

12 01 16 *

skart tal-materjal tal-blast li fih sustanzi perikolużi

12 01 17

skart tal-materjal tal-blast għajr għal dak imsemmi f'12 01 16

12 01 18 *

ħama tal-metall (ħama ta' wara t-tħin, it-tisnin u l-lostru) li fih ż-żejt

12 01 19 *

żejt tal-magni faċilment bijodegradabbli

12 01 20 *

oġġetti użati għat-tħin eżawriti u materjali tat-tħin li fihom sustanzi perikolużi

12 01 21

oġġetti tat-tħin eżawriti u materjali tat-tħin għajr għal dawk imsemmija f'12 01 20

12 01 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

12 03

skart tal-proċessi ta' tneħħija tal-grass mill-ilma u l-fwar (għajr għal 11 )

12 03 01 *

likwidi tal-ħasil milwiema

12 03 02 *

skart li jirriżulta mit-tneħħija taż-żjut bil-fwar

13

SKART TAŻ-ŻEJT U SKART TA' KARBURANTI LIKWIDI (GĦAJR GĦAL ŻJUT ALIMENTARI, U DAWK FIL-KAPITLI 05 , 12 U 19 )

13 01

skart ta' żjut idrawliċi

13 01 01 *

żjut idrawliċi li fihom il-PCBs

13 01 04 *

emulsjonijiet li fihom il-kloru

13 01 05 *

emulsjonijiet ħielsa mill-kloru

13 01 09 *

żjut idrawliċi bbażati fuq il-minerali u li fihom il-kloru

13 01 10 *

żjut idrawliċi bbażati fuq il-minerali u ħielsa mill-kloru

13 01 11 *

żjut idrawliċi sintetiċi

13 01 12 *

żjut idrawliċi faċilment bijodegradabbli

13 01 13 *

żjut idrawliċi oħra

13 02

skart ta' żjut tal-magni, il-gerijiet u l-lubrikazzjoni

13 02 04 *

żjut tal-magni, il-gerijiet u l-lubrikazzjoni bbażati fuq il-minerali u li fihom il-kloru

13 02 05 *

żjut tal-magni, il-gerijiet u l-lubrikazzjoni bbażati fuq il-minerali u ħielsa mill-kloru

13 02 06 *

żjut sintetiċi għall-magni, il-gerijiet u l-lubrikazzjoni

13 02 07 *

żjut faċilment bijodegradabbli tal-magni, il-gerijiet u l-lubrikazzjoni

13 02 08 *

żjut oħra tal-magni, il-gerijiet u l-lubrikazzjoni

13 03

skart ta' żjut iżolanti u trażmitturi tas-sħana

13 03 01 *

żjut iżolanti u trażmitturi tas-sħana li fihom il-PCBs

13 03 06 *

żjut iżolanti u trażmitturi tas-sħana bbażati fuq il-minerali u li fihom il-kloru għajr għal dawk imsemmija f'13 03 01

13 03 07 *

żjut iżolanti u trażmitturi tas-sħana bbażati fuq il-minerali u ħielsa mill-kloru

13 03 08 *

żjut iżolanti u trażmitturi tas-sħana sintetiċi

13 03 09 *

żjut faċilment bijodegradabbli iżolanti u trażmitturi tas-sħana

13 03 10 *

żjut iżolanti u trażmitturi tas-sħana oħra

13 04

żjut tas-sentina

13 04 01 *

żjut tas-sentina min-navigazzjoni fix-xmajjar u l-kanali

13 04 02 *

żjut tas-sentina mill-katusi tal-mollijiet

13 04 03 *

żjut tas-sentina min-navigazzjoni oħra

13 05

kontenut ta' separaturi taż-żejt/l-ilma

13 05 01 *

solidi minn kmamar tal-frak għat-trattament tad-dranaġġ u separaturi taż-żejt/ilma

13 05 02 *

ħama minn separaturi taż-żejt/l-ilma

13 05 03 *

ħama minn kolletturi

13 05 06 *

żejt minn separaturi taż-żejt/l-ilma

13 05 07 *

ilma żejtni minn separaturi taż-żejt/l-ilma

13 05 08 *

taħlitiet ta' skart minn kompartimenti ta' separazzjoni tal-frak u separaturi taż-żejt/ilma

13 07

skart ta' karburanti likwidi

13 07 01 *

żejt tal-fjuwil u diżil

13 07 02 *

Petrol

13 07 03 *

karburant ieħor (inkluż it-taħlitiet)

13 08

skart ta' żejt mhux speċifikat b'mod ieħor

13 08 01 *

ħama jew emulsjonijiet li jneħħu l-melħ

13 08 02 *

emulsjonijiet oħra

13 08 99 *

skart li mhux speċifikat mod ieħor

14

SKART TA' SOLVENTI ORGANIĊI, REFRIĠERANTI U PROPELLANTI (GĦAJR GĦAL 07 U 08 )

14 06

skart ta' solventi organiċi, refriġeranti u propellanti tar-ragħwa/aerosol

14 06 01 *

klorofluworokarbonji, HCFC, HFC

14 06 02 *

solventi aloġenati oħra u taħlitiet ta' solventi

14 06 03 *

solventi u taħlitiet ta' solventi oħra

14 06 04 *

ħama jew skart solidu li fih solventi aloġenati

14 06 05 *

ħama jew skart solidu li fih solventi oħra

15

SKART MILL-IPPAKKJAR; ASSORBENTI, PEZEZ GĦALL-IMSIEĦ, MATERJALI TAL-FILTRI U ĦWEJJEĠ PROTETTIVI MHUX SPEĊIFIKATI B'MOD IEĦOR

15 01

materjal tal-ippakkjar (li jinkludi skart ta' materjal tal-ippakkjar muniċipali miġbur separatament)

15 01 01

ippakkjar tal-karti u l-kartun

15 01 02

ippakkjar tal-plastik

15 01 03

ippakkjar tal-injam

15 01 04

ippakkjar metalliku

15 01 05

ippakkjar kompost

15 01 06

ippakkjar imħallat

15 01 07

ippakkjar tal-ħġieġ

15 01 09

ippakkjar tat-tessut

15 01 10 *

ippakkjar li fih ir-residwi ta' sustanzi perikolużi jew li hu kkontaminat bihom

15 01 11 *

ippakkjar tal-metall li fih matriċi poruża solida u perikoluża (pereżempju l-asbestos), inklużi kontenituri tal-pressjoni battala

15 02

assorbenti, materjali tal-filtri, pezez għall-imsieħ u ħwejjeġ protettivi

15 02 02 *

assorbenti, materjali filtranti (inklużi l-filtri taż-żejt mhux speċifikati mod ieħor), pezez għall-imsieħ, ilbies protettiv ikkontaminat b'sustanzi perikolużi

15 02 03

assorbenti, materjali tal-filtru, pezez għall-imsieħ u lbies protettiv għajr għal dawk imsemmija f'15 02 02

16

SKART MHUX SPEĊIFIKAT B'MOD IEĦOR FIL-LISTA

16 01

vetturi li ma għadhomx jintużaw minn mezzi tat-trasport differenti (li jinkludi makkinarju sabiex jinsaq fuq art imħarbta) u skart miż-żarmar ta' vetturi li ma għadhomx jintużaw u l-manutenzjoni ta' vetturi (għajr għal 13 , 14 , 16 06 u 16 08 )

16 01 03

tajers li spiċċaw

16 01 04 *

vetturi li spiċċaw

16 01 06

vetturi li ma għadhomx jintużaw, li ma fihom la likwidi u lanqas komponenti perikolużi oħra

16 01 07 *

filtri taż-żejt

16 01 08 *

komponenti li fihom il-merkurju

16 01 09 *

komponenti li fihom il-PCBs

16 01 10 *

komponenti esplożivi (pereżempju air bags)

16 01 11 *

pedds tal-brejkijiet li fihom l-asbestos

16 01 12

pedds tal-brejkijiet għajr għal dawk imsemmija f'16 01 11

16 01 13 *

fluwidi tal-brejkijiet

16 01 14 *

fluwidi antikonġelanti li fihom sustanzi perikolużi

16 01 15

fluwidi antikonġelanti għajr għal dawk imsemmija f'16 01 14

16 01 16

tankijiet għall-gass likwidifikat

16 01 17

metall ferruż

16 01 18

metall mhux ferruż

16 01 19

Plastik

16 01 20

Ħġieġ

16 01 21 *

komponenti perikolużi għajr għal dawk imsemmija f'16 01 07 sa 16 01 11 u 16 01 13 u 16 01 14

16 01 22

komponenti mhux speċifikati mod ieħor

16 01 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

16 02

skart minn apparat elettriku u elettroniku

16 02 09 *

transformers u kapasiters li fihom il-PCBs

16 02 10 *

tagħmir mormi li fih jew li hu kkontaminat bil-PCBs għajr għal dak imsemmi f'16 02 09

16 02 11 *

tagħmir mormi li fih il-klorofluworokarbonji, HCFC, HFC

16 02 12 *

tagħmir mormi li fih l-asbestos ħieles

16 02 13 *

apparat mormi li fih komponenti perikolużi (2) għajr għal dak imsemmi f'16 02 09 sa 16 02 12

16 02 14

apparat mormi għajr għal dak imsemmi f'16 02 09 sa 16 02 13

16 02 15 *

komponenti perikolużi mneħħija minn apparat mormi

16 02 16

komponenti mneħħija minn tagħmir mormi għajr għal dawk imsemmija f'16 02 15

16 03

gruppi ta' prodotti barra mill-ispeċifikazzjoni u prodotti mhux użati

16 03 03 *

skart inorganiku li fih sustanzi perikolużi

16 03 04

skart inorganiku għajr għal dak imsemmi f'16 03 03

16 03 05 *

skart organiku li fih sustanzi perikolużi

16 03 06

skart organiku għajr għal dak imsemmi f'16 03 05

16 03 07 *

merkurju metalliku

16 04

skart ta' splussivi

16 04 01 *

skart tal-munizzjon

16 04 02 *

skart tal-logħob tan-nar

16 04 03 *

skart ieħor tal-isplussivi

16 05

gassijiet f'kontenituri tal-pressa u kimiki mormija

16 05 04 *

gassijiet f'kontenituri tal-pressjoni (inklużi l-aloni) li fihom sustanzi perikolużi

16 05 05

gassijiet f'kontenituri tal-pressjoni għajr għal dawk imsemmija f'16 05 04

16 05 06 *

kimiki tal-laboratorju magħmulin minn, jew li fihom, sustanzi perikolużi inklużi taħlitiet ta' kimiki tal-laboratorju

16 05 07 *

kimiki inorganici mormija magħmulin minn, jew li fihom, sustanzi perikolużi

16 05 08 *

kimiki organiċi mormija magħmulin minn, jew li fihom, sustanzi perikolużi

16 05 09

kimiki mormija għajr għal dawk imsemmija f'16 05 06 , 16 05 07 , jew 16 05 08

16 06

batteriji u akkumulaturi

16 06 01 *

batteriji taċ-ċomb

16 06 02 *

batteriji Ni-Cd

16 06 03 *

batteriji li fihom il-merkurju

16 06 04

batteriji alkalini (għajr għal 16 06 03 )

16 06 05

batteriji u akkumulaturi oħra

16 06 06 *

elettrolit miġbur separatament mill-batteriji u mill-akkumulaturi

16 07

skart minn tank tat-transport, tank tal-ħażna u tindif tal-kartelli (għajr għal 05 u 13 )

16 07 08 *

skart li fih iż-żejt

16 07 09 *

skart li fih sustanzi perikolużi oħra

16 07 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

16 08

katalizzaturi eżawriti

16 08 01

katalisti eżawriti li fihom id-deheb, il-fidda, ir-renju, ir-rodju, il-palladju, l-iridju jew il-platinu (għajr għal 16 08 07 )

16 08 02 *

katalisti eżawriti li fihom metalli tat-tranżizzjoni perikolużi jew komposti tal-metalli tat-tranżizzjoni perikolużi

16 08 03

katalisti eżawriti li fihom il-metalli tat-tranżizzjoni jew il-metalli komposti tat-tranżizzjoni mhux speċifikati mod ieħor

16 08 04

katalisti fluwidi eżawriti li jfaqqgħu l-katalisi

16 08 05 *

katalisti eżawriti li fihom l-aċidu fosforiku

16 08 06 *

likwidi eżawriti użati bħala katalisti

16 08 07 *

katalisti eżawriti kkontaminati b'sustanzi perikolużi

16 09

sustanzi ta' ossidizzar

16 09 01 *

permanganati, pereżempju permanganat tal-potassju

16 09 02 *

kromati, pereżempju l-kromat tal-potassju, jew id-dikromat tal-potassju jew tas-sodju

16 09 03 *

perossidi, pereżempju l-perossidu tal-idroġenu

16 09 04 *

sustanzi li jikkawżaw l-ossidazzjoni, mhux speċifikati mod ieħor

16 10

skart ta' likwidi milwiema destinati għat-trattament lil hinn mis-sit

16 10 01 *

skart likwidu milwiem li fih sustanzi perikolużi

16 10 02

skart likwidu milwiem għajr għal dak imsemmi f'16 10 01

16 10 03 *

konċentrati milwiema li fihom sustanzi perikolużi

16 10 04

konċentrati milwiema għajr għal dawk imsemmija f'16 10 03

16 11

skart ta' materjal refrattarju u tal-kisi

16 11 01 *

materjal refrattarju u tal-kisi bbażat fuq il-karbonju minn proċessi metallurġiċi li fihom sustanzi perikolużi

16 11 02

materjal refrattarju u tal-kisi bbażat fuq il-karbonju minn proċessi metallurġiċi għajr għal dawk imsemmija f'16 11 01

16 11 03 *

materjal ieħor refrattarju u tal-kisi minn proċessi metallurġiċi li fihom sustanzi perikolużi

16 11 04

materjal ieħor refrattarju u tal-kisi minn proċessi metallurġiċi għajr għal dak imsemmi f'16 11 03

16 11 05 *

materjal ieħor refrattarju u tal-kisi minn proċessi metallurġiċi li fihom sustanzi perikolużi

16 11 06

materjal refrattarju u tal-kisi minn proċessi mhux metallurġiċi, għajr għal dak imsemmi f'16 11 05

17

SKART MILL-KOSTRUZZJONI U T-TWAQQIGĦ (INKLUŻA L-ĦAMRIJA MĦAFFRA MINN SITI IKKONTAMINATI)

17 01

konkos, briks, madum u ċeramiki

17 01 01

Konkrit

17 01 02

Briks

17 01 03

madum u ċeramika

17 01 06 *

taħlitiet ta', jew frazzjonijiet separati ta', konkrit, briks, madum u ċeramika li fihom sustanzi perikolużi

17 01 07

taħlitiet ta' konkrit, briks, madum u ċeramika għajr għal dawk imsemmija f'17 01 06

17 02

injam, ħġieġ u plastik

17 02 01

Injam

17 02 02

Ħġieġ

17 02 03

Plastik

17 02 04 *

ħġieġ, plastik u injam li fihom jew li huma kkontaminati b'sustanzi perikolużi

17 03

taħlitiet bituminużi, qatran u prodotti bil-qatran

17 03 01 *

taħlitiet bituminużi li fihom il-qatran tal-faħam

17 03 02

taħlitiet bituminużi għajr għal dawk imsemmija f'17 03 01

17 03 03 *

qatran tal-faħam u prodotti li fihom il-qatran

17 04

metalli (li jinkludi il-ligi tagħhom)

17 04 01

ram, bronż, ram isfar

17 04 02

Aluminju

17 04 03

Ċomb

17 04 04

Żingu

17 04 05

ħadid u azzar

17 04 06

Landa

17 04 07

metalli mħallta

17 04 09 *

skart metalliku kkontaminat b'sustanzi perikolużi

17 04 10 *

kejbils li fihom iż-żejt, il-qatran tal-faħam u sustanzi oħra perikolużi

17 04 11

kejbils għajr għal dawk imsemmija f'17 04 10

17 05

ħamrija (inkluż ħamrija mħaffra minn siti kontaminati), ġebel u skart tat-tħammil

17 05 03 *

ħamrija u ġebel li fihom sustanzi perikolużi

17 05 04

ħamrija u ġebel għajr għal dawk imsemmija f'17 05 03

17 05 05 *

skart tat-tħammil li fih sustanzi perikolużi

17 05 06

skart tal-ħama għajr għal dak imsemmi f'17 05 05

17 05 07 *

żrar għall-binarji li fihom sustanzi perikolużi

17 05 08

żrar għall-binarji għajr għal dak imsemmi f'17 05 07

17 06

materjali tal-kostruzzjoni li fihom materjali iżolanti u sustanzi li fihom l-asbestos

17 06 01 *

materjali iżolanti li fihom l-asbestos

17 06 03 *

materjali oħra iżolanti magħmulin minn sustanzi perikolużi jew li fihom sustanzi perikolużi

17 06 04

materjali iżolanti għajr għal dawk imsemmija f'17 06 01 u 17 06 03

17 06 05 *

materjali tal-kostruzzjoni li fihom l-asbestos

17 08

materjal tal-kostruzzjoni bbażati fuq il-ġipsum

17 08 01 *

materjali tal-kostruzzjoni bbażati fuq il-ġipsum u li huma kkontaminati b'sustanzi perikolużi

17 08 02

materjali tal-kostruzzjoni bbażati fuq il-ġipsum għajr għal dawk imsemmija f'17 08 01

17 09

skart ieħor tal-bini u t-twaqqigħ

17 09 01 *

skart tal-bini u t-twaqqigħ li fih il-merkurju

17 09 02 *

skart tal-bini u t-twaqqigħ li fih il-PCB (pereżempju sustanzi li jagħlqu l-ilma li fihom il-PCB, pavimenti abbażi tar-reżina li fihom il-PCB, unitajiet bil-ħġieġ li fihom il-PCB, kapasiters li fihom il-PCB)

17 09 03 *

skart ieħor tal-bini u t-twaqqigħ (inkluż skart imħallat) li fih sustanzi perikolużi

17 09 04

skart imħallat tal-bini u tt-twaqqigħ għajr għal dak imsemmi f'17 09 01 , 17 09 02 u 17 09 03

18

SKART MILL-KURA TAS-SAĦĦA TAL-BNIEDEM JEW TAL-ANNIMALI U/JEW MINN RIĊERKA RELATATA (GĦAJR GĦAL SKART TAL-KĊINA U TA' RISTORANTI LI MA JIRRIŻULTAX MILL-KURA IMMEDJATA TAS-SAĦĦA)

18 01

skart minn kura tat-twelid, dijanjożi, trattament jew prevenzjoni tal-mard fil-bnedmin

18 01 01

oġġetti li jaqtgħu (għajr għal 18 01 03 )

18 01 02

partijiet tal-ġisem u organi inklużi l-boroż tad-demm u d-demm priservat (għajr għal 18 01 03 )

18 01 03 *

skart li l-ġbir u r-rimi tiegħu huwa suġġett għal rekwiżiti speċjali għall-prevenzjoni tal-mard

18 01 04

skart li l-ġbir u r-rimi tiegħu mhuwiex suġġett għal rekwiżiti speċjali għall-prevenzjoni tal-mard (pereżempju faxex, forom tal-ġibs, lożor, ħwejjeġ li jintremew, ħrieqi)

18 01 06 *

kimiki magħmulin minn, jew li fihom, sustanzi perikolużi

18 01 07

kimiki għajr għal dawk imsemmija f'18 01 06

18 01 08 *

mediċini ċitotossiċi u ċitostatiċi

18 01 09

mediċini għajr għal dawk imsemmija f'18 01 08

18 01 10 *

skart tal-amalgama mill-kura tas-snien

18 02

skart minn riċerka, dijanjożi, trattament jew prevenzjoni ta' mard li jinvolvi l-annimali

18 02 01

oġġetti li jaqtgħu (ħlief 18 02 02 )

18 02 02 *

skart li l-ġbir u r-rimi tiegħu huwa soġġett għal rekwiżiti speċjali għall-prevenzjoni tal-mard

18 02 03

skart li l-ġbir u r-rimi tiegħu mhux soġġett għal rekwiżiti speċjali biex ma jinxteridx il-mard

18 02 05 *

kimiki magħmulin minn, jew li jkun fihom, sustanzi perikolużi

18 02 06

kimiki għajr għal dawk imsemmija f'18 02 05

18 02 07 *

mediċini ċitotossiċi u ċitostatiċi

18 02 08

mediċini għajr għal dawk imsemmija f'18 02 07

19

SKART MINN FAĊILITAJIET TA' ĠESTJONI TAL-ISKART, IMPJANTI GĦAT-TRATTAMENT TA' ILMA MORMI LI MA JKUNUX FIS-SIT U L-PREPARAZZJONI TA' ILMA MAĦSUB GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM U ILMA GĦALL-UŻU INDUSTRIJALI

19 01

skart mill-inċinerazzjoni jew il-piroliżi

19 01 02

materjali tal-ħadid imneħħija mill-irmied tal-qiegħ

19 01 05 *

ċapep tal-filtru mit-trattament tal-gass

19 01 06 *

skart likwidu milwiem mit-trattament tal-gass u skart ieħor likwidu milwiem

19 01 07 *

skart solidu mit-trattament tal-gass

19 01 10 *

karbonju attivat eżawrit mit-trattament tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija

19 01 11 *

irmied tal-qiegħ u gagazza li fihom sustanzi perikolużi

19 01 12

rmied tal-qiegħ u gagazza għajr għal dawk imsemmija f'19 01 11

19 01 13 *

rmied li jtir li fih sustanzi perikolużi

19 01 14

rmied li jtir għajr għal dak imsemmi f'19 01 13

19 01 15 *

trab mill-bojlers li fih sustanzi perikolużi

19 01 16

trab tat-tank għajr għal dak imsemmi f'19 01 15

19 01 17 *

skart mill-piroliżi, li fih sustanzi perikolużi

19 01 18

skart tat-tħassir kimiku kkawżat mis-sħana għajr għal dak imsemmi f'19 01 17

19 01 19

ramel minn saffi fluwidi

19 01 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

19 02

skart minn trattamenti fiżiko/kimiċi ta' skart (inkluż id-dekromatizzazzjoni, id-deċjanurizzazzjoni, in-newtralizzazzjoni)

19 02 03

skart imħallat minn qabel magħmul biss minn skart mhux perikoluż

19 02 04 *

skart imħallat minn qabel li fih mill-inqas skart wieħed perikoluż

19 02 05 *

ħama minn trattament fiżiko/kimiku li fih sustanzi perikolużi

19 02 06

ħama mit-trattamenti fiżiċi/kimiċi għajr għal dak imsemmija f'19 02 05

19 02 07 *

żejt u konċentrati li jifdal mis-separazzjoni

19 02 08 *

skart likwidu kombustibbli li fih sustanzi perikolużi

19 02 09 *

skart solidu kombustibbli li fih sustanzi perikolużi

19 02 10

skart kombustibbli għajr għal dak imsemmi f'19 02 08 u 19 02 09

19 02 11 *

skart ieħor li fih sustanzi perikolużi

19 02 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

19 03

skart stabilizzat/issolidifikat

19 03 04 *

Skart immarkat bħala perikoluż, parzjalment stabilizzat għajr għal 19 03 08

19 03 05

skart stabilizzat għajr għal dak imsemmi f'19 03 04

19 03 06 *

skart immarkat bħala perikoluż, solidifikat

19 03 07

skart solidifikat għajr għal dak imsemmi f'19 03 06

19 03 08 *

merkurju parzjalment stabbilizzat

19 04

skart vitrifikat u skart minn tibdil fi ħġieġ

19 04 01

skart vitrifikat

19 04 02 *

irmied li jtir u skart ieħor mit-trattament tal-gass taċ-ċmieni

19 04 03 *

il-fażi solida mhux vitrifikata

19 04 04

skart likwidu abbażi ta' ilma li jirriżulta minn proċess ta' temprament ta' skart vitrifikat

19 05

skart minn trattament aerobiku tal-iskart solidu

19 05 01

il-frazzjoni mhux ikkompostjata tal-iskart muniċipali u skart simili

19 05 02

il-frazzjoni mhux ikkompostjata ta' skart mill-annimali u l-ħaxix

19 05 03

kompost mhux skont l-ispeċifikazzjoni

19 05 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

19 06

skart mit-trattament anaerobiku tal-iskart

19 06 03

likur mit-trattament anaerobiku tal-iskart muniċipali

19 06 04

diġestat mit-trattament anaerobiku tal-iskart muniċipali

19 06 05

likur mit-trattament anaerobiku tal-iskart mill-annimali u l-ħaxix

19 06 06

diġestat mit-trattament anaerobiku ta' skart tal-annimali u l-ħaxix

19 06 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

19 07

sustanzi mil-lissija tal-miżbla

19 07 02 *

sustanzi mil-lissija tal-miżbla li fihom sustanzi perikolużi

19 07 03

sustanzi mil-lissija tal-miżbla għajr għal dawk imsemmija f'19 07 02

19 08

skart minn impjanti ta' trattament ta' ilma mormi mhux speċifikati b'mod ieħor

19 08 01

Tgħarbil

19 08 02

skart mit-tneħħija tar-ramel

19 08 05

ħama mit-trattament ta' ilma urban mormi

19 08 06 *

reżini tal-bdil tal-joni saturati jew eżawriti

19 08 07 *

likwidi u ħama mir-riġenerazzjoni ta' skambjaturi tal-joni

19 08 08 *

skart minn sistemi tal-membrana li fih il-metalli tqal

19 08 09

taħlita ta' xaħam u żejt mis-separazzjoni ta' żejt/ilma li fiha biss żejt u xaħmijiet alimentari

19 08 10 *

taħlita ta' grass u żejt mis-separazzjoni ta' żejt/ilma għajr għal dawk imsemmija f'19 08 09

19 08 11 *

ħama li fih sustanzi perikolużi mit-trattament bijoloġiku ta' ilma industrijali mormi

19 08 12

ħama mit-trattament bijoloġoku ta' ilma industrijali mormi għajr għal dak imsemmi f'19 08 11

19 08 13 *

ħama li fih sustanzi perikolużi minn trattament ieħor ta' ilma industrijali mormi

19 08 14

ħama minn trattament ieħor ta' skart industrijali tal-ilma għajr għal dak imsemmi f'19 08 13

19 08 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

19 09

skart mill-preparazzjoni tal-ilma intiż għall-konsum mill-bnedmin jew ilma għall-użu industrijali

19 09 01

skart solidu minn filtrazzjoni primarja u tgħarbil

19 09 02

ħama mill-kjarifikazzjoni tal-ilma

19 09 03

ħama mid-dekarbonizzazzjoni

19 09 04

karbonju attivat eżawrit

19 09 05

reżini tal-bdil tal-joni saturati jew eżawriti

19 09 06

soluzzjonijiet u ħama mir-riġenerazzjoni tal-iskambjaturi tal-joni

19 09 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

19 10

skart minn tqattigħ f'biċċiet żgħar ta' skart li fih il-metall

19 10 01

skart tal-ħadid u l-azzar

19 10 02

skart mhux ferruż

19 10 03 *

frazzjoni ħafifa rixa u trab li fih sustanzi perikolużi

19 10 04

frazzjoni ħafifa rixa u trab għajr għal dawk imsemmija f'19 10 03

19 10 05 *

frazzjonijiet oħra li fihom sustanzi perikolużi

19 10 06

frazzjonijiet oħra għajr għal dawk imsemmija f'19 10 05

19 11

skart mir- riġenerazzjoni taż-żejt

19 11 01 *

tafal tal-filtru eżawrit

19 11 02 *

qatran aċiduż

19 11 03 *

skart likwidu milwiem

19 11 04 *

skart mit-tindif tal-karburant bil-bażijiet

19 11 05 *

ħama mit-trattament fis-sit ta' effluwent li fih sustanzi perikolużi

19 11 06

ħama mit-trattament ta' dranaġġ lil hinn mis-sit għajr għal dak imsemmi f'19 11 05

19 11 07 *

skart mit-tindif tal-gass taċ-ċmieni

19 11 99

skart li mhux speċifikat mod ieħor

19 12

skart mit-trattament mekkaniku tal-iskart (pereżempju l-għażla, it-tgħaffiġ, l-ikkumpattar, it-tiswir f'gerbubiet) mhux speċifikati b'mod ieħor

19 12 01

karta u kartun

19 12 02

metall ferruż

19 12 03

metall mhux ferruż

19 12 04

plastik u gomma

19 12 05

Ħġieġ

19 12 06 *

injam li fih sustanzi perikolużi

19 12 07

injam għajr għal dak imsemmi f'19 12 06

19 12 08

Tessuti

19 12 09

minerali (p.eż. ramel, ġebel)

19 12 10

skart kombustibbli (karburant li ġej mill-iskart)

19 12 11 *

skart ieħor (inklużi taħlitiet ta' materjali) mit-trattament mekkaniku ta' skart li fih sustanzi perikolużi

19 12 12

skart ieħor (inklużi taħlitiet ta' materjali) mit-trattament mekkaniku ta' skart għajr għal dak imsemmi f'19 12 11

19 13

skart minn ħamrija u rimedjar tal-ilma ta' taħt l-art

19 13 01 *

skart solidu mir-rimedjar tal-ħamrija li fih sustanzi perikolużi

19 13 02

skart solidu mit-taqlib tal-ħamrija għajr għal dak imsemmi f'19 13 01

19 13 03 *

ħama mir-rimedjar tal-ħamrija li fih sustanzi perikolużi

19 13 04

ħama mir-remedjar tal-ħamrija għajr għal dak imsemmi f'19 13 03

19 13 05 *

ħama mir-rimedjar tal-ilma ta' taħt l-art li fih sustanzi perikolużi

19 13 06

ħama mir-remedjar tal-ilma ta' taħt l-art għajr għal dak imsemmi f'19 13 05

19 13 07 *

skart likwidu milwiem u konċentrati milwiema li jirriżultaw mir-rimedjar tal-ilma ta' taħt l-art li fihom sustanzi perikolużi

19 13 08

skart likwidu milwiem u konċentrati milwiema mir-remedjar tal-ilma ta' taħt l-art għajr għal dawk imsemmija f'19 13 07

20

SKART MUNIĊIPALI (SKART MID-DJAR U SKART SIMILI KUMMERĊJALI, INDUSTRIJALI U ISTITUZZJONALI) INKLUŻI FRAZZJONIJIET MIĠBURA SEPARATAMENT

20 01

frazzjonijiet miġbura separatament (għajr għal 15 01 )

20 01 01

karta u kartun

20 01 02

Ħġieġ

20 01 08

skart bijodegradabbli mill-kċina u l-kantin

20 01 10

Ilbies

20 01 11

Tessuti

20 01 13 *

Solventi

20 01 14 *

Aċidi

20 01 15 *

Alkalini

20 01 17 *

fotokimiki

20 01 19 *

Pestiċidi

20 01 21 *

tubi fluworexxenti u skart ieħor li fih il-merkurju

20 01 23 *

tagħmir mormi li jkun fih il-klorofluworokarbonji

20 01 25

żejt u xaħam alimentari

20 01 26 *

żejt u xaħam għajr għal dawk imsemmija f'20 01 25

20 01 27 *

żebgħa, linka, adeżivi u raża li fihom sustanzi perikolużi

20 01 28

żebgħa, linka, adeżivi u raża għajr għal dawk imsemmija f'20 01 27

20 01 29 *

deterġenti li fihom sustanzi perikolużi

20 01 30

deterġenti għajr għal dawk imsemmija f'20 01 29

20 01 31 *

mediċini ċitotossiċi u ċitostatiċi

20 01 32

mediċini għajr għal dawk imsemmija f'20 01 31

20 01 33 *

batteriji u akkumulaturi inklużi f'16 06 01 , 16 06 02 jew 16 06 03 u batteriji u akkumulaturi mhux magħżula li fihom dawn il-batteriji

20 01 34

batteriji u akkumulaturi għajr għal dawk imsemmija f'20 01 33

20 01 35 *

tagħmir elettriku u elettroniku mormi għajr għal dak imsemmi f'20 01 21 u 20 01 23 li fih komponenti perikolużi (3)

20 01 36

apparat elettriku u elettroniku mormi għajr għal dak imsemmi f'20 01 21 , u 20 01 23 u 20 01 35

20 01 37 *

injam li fih sustanzi perikolużi

20 01 38

injam għajr għal dak imsemmi f'20 01 37

20 01 39

Plastik

20 01 40

Metalli

20 01 41

skart mit-tindif taċ-ċmieni

20 01 99

frazzjonijiet oħra mhux speċifikati mod ieħor

20 02

skart minn ġonna u parks (inkluż skart miċ-ċimiterji)

20 02 01

skart bijodegradabbli

20 02 02

ħamrija u ġebel

20 02 03

skart ieħor li mhux bijodegradabbli

20 03

skart muniċipali ieħor

20 03 01

skart muniċipali mħallat

20 03 02

skart mis-swieq

20 03 03

fdalijiet tat-tindif tat-toroq

20 03 04

ħama tat-tank settiku

20 03 06

skart mit-tindif tad-dranaġġ

20 03 07

skart voluminuż

20 03 99

skart muniċipali mhux speċifikat mod ieħor”


(1)  L-iskart immarkat bi stilla jitqies skart perikoluż skont id-Direttiva 2008/98/KE. Meta jiġi identifikat skart fil-lista ta' hawn isfel, huma relevanti s-sezzjonijiet taħt ‘definizzjonijiet’, ‘valutazzjoni u klassifikazzjoni’ u ‘lista ta' skart’ fl-Anness tad-Deċiżjoni 2000/532/KE.

(2)  Komponenti perikolużi minn apparat elettriku u elettroniku jistgħu jinkludu akkumulaturi u batteriji imsemmija f'16 06 u mmarkati bħala perikolużi; swiċċijiet tal-merkurju, ħġieġ minn tubi ta' raġġi katodiċi u ħġieġ attivat ieħor, eċċ.

(3)  Komponenti perikolużi minn apparat elettriku u elettroniku jistgħu jinkludu akkumulaturi u batteriji msemmija f'16 06 u mmarkati bħala perikolużi; swiċċijiet tal-merkurju, ħġieġ minn tubi ta' raġġi katodiċi u ħġieġ attivat ieħor, eċċ.


11.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/32


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2003

tal-10 ta' Novembru 2015

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 (2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta' statistika Ewropea dwar is-soċjetà tal-informazzjoni.

(2)

Huma meħtieġa l-miżuri ta' implimentazzjoni biex jiġi deċiż liema dejta għandha titressaq għat-tħejjija tal-istatistika fil-Modulu 1: “L-intrapriżi u s-soċjetà tal-informazzjoni” u fil-Modulu 2: “Individwi, djar u s-soċjetà tal-informazzjoni”, u biex jiġu ffissati l-iskadenzi għat-trażmissjoni tagħhom.

(3)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-dejta li trid tiġi trażmessa għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea dwar is-soċjetà tal-informazzjoni kif imsemmi fl-Artikoli 3(2) u 4 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004, għandha tkun dik speċifikata fil-Modulu 1: “L-intrapriżi u s-soċjetà tal-informazzjoni” tal-Anness I u fil-Modulu 2: “L-individwi, l-unitajiet domestiċi u s-soċjetà tal-informazzjoni” fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 49.


ANNESS I

Modulu 1: L-intrapriżi u s-soċjetà tal-informazzjoni

A.   Is-suġġetti u d-dettalji tagħhom

(1)

Is-suġġetti li jridu jiġu koperti għas-sena ta' referenza 2016, magħżula mil-lista fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 808/2004, se jkunu dawn li ġejjin:

(a)

is-sistemi tal-ICT u l-użu tagħhom fl-intrapriżi;

(b)

l-użu tal-Internet u networks elettroniċi oħra mill-intrapriżi;

(c)

il-kummerċ elettroniku;

(d)

il-proċessi u l-aspetti organizzattivi tan-negozju elettroniku;

(e)

il-kompetenza fl-ICT fl-unità tal-intrapriża u l-bżonn ta' ħiliet fl-ICT;

(f)

ostakli għall-użu tal-ICT, tal-Internet, u ta' networks elettroniċi oħra, kif ukoll għall-użu ta' proċessi tal-kummerċ elettroniku u tan-negozju elettroniku;

(g)

L-aċċess għat-teknoloġiji li jiffaċilitaw konnessjoni mal-Internet jew networks oħra minn kullimkien kull ħin (konnettività ubikwa), u l-użu tagħhom.

(2)

Għandhom jinġabru d-dettalji li ġejjin dwar l-intrapriżi:

(a)

is-sistemi tal-ICT u l-użu tagħhom fl-intrapriżi

(i)

dwar l-intrapriżi kollha:

l-użu tal-kompjuter;

(ii)

dwar l-intrapriżi li jużaw il-kompjuter:

(fakultattiv) il-persuni impjegati jew perċentwal tat-total ta' persuni impjegati li jużaw il-kompjuter għall-għanijiet tan-negozju.

(b)

L-użu tal-Internet u networks elettroniċi oħra mill-intrapriżi

(i)

dwar l-intrapriżi li jużaw il-kompjuter:

l-aċċess għall-Internet;

il-ħruġ jew it-trażmissjoni ta' fatturi;

(ii)

dwar l-intrapriżi li għandhom aċċess għall-Internet:

il-persuni impjegati, jew perċentwal tal-għadd totali ta' persuni impjegati li jużaw il-kompjuters b'aċċess għall-Internet għall-għanijiet tan-negozju;

konnessjoni mal-Internet: DSL jew kull tip ieħor ta' konnessjoni fissa broadband;

konnessjoni mal-Internet: konnessjoni broadband ċellulari permezz ta' apparat portabbli bl-użu tan-netwerks tat-telefown ċellulari (“3G” jew “4G”);

(fakultattiv) konnessjoni mal-Internet: konnessjoni broadband ċellulari permezz ta' kompjuter portabbli bl-użu tan-netwerks tat-telefown ċellulari (“3G” jew “4G”);

(fakultattiv) konnessjoni mal-Internet: konnessjoni broadband mobbli permezz ta' apparati portabbli oħrajn bħalma huma l-ismartphones, bl-użu tan-netwerks tat-telefown ċellulari (“3G” jew “4G”);

il-persuni impjegati jew perċentwal tal-għadd totali tal-persuni impjegati li għandhom apparat portabbli li ngħatalhom mill-intrapriża, li jippermetti konnessjoni mal-Internet permezz tan-netwerks tat-telefown ċellulari, għall-użu tan-negozju;

il-forniment lill-impjegati għall-għanijiet tan-negozju, ta' apparati portabbli li jippermettu konnessjoni mobbli mal-Internet;

li għandhom websajt;

l-użu ta' netwerks soċjali, mhux biss biex jiddaħħlu r-reklami mħallsa;

l-użu ta' blogs jew mikroblogs tal-intrapriża, mhux biss biex jiddaħħlu r-reklami mħallsa;

l-użu ta' websajts li jqassmu kontenut multimedjali, mhux biss biex jiddaħħlu r-reklami mħallsa;

l-użu ta' għodod ta' tqassim tal-għarfien bbażati fuq il-wiki, mhux biss biex jiddaħħlu r-reklami mħallsa;

(iii)

dwar l-intrapriżi li għandhom id-DSL, jew kwalunkwe tip ieħor ta' konnessjoni broadband fissa, mal-Internet:

il-veloċità massima għat-tniżżil ikkuntrattata tal-iktar konnessjoni tal-Internet fissa veloċi f'Mbit/s fil-meded: [0,< 2], [2,< 10], [10,< 30], [30,< 100], [≥100];

(iv)

dwar l-intrapriżi li għandhom websajt, informazzjoni dwar il-forniment tal-faċilitajiet li ġejjin:

deskrizzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi, listi tal-prezzijiet;

il-faċilità biex tordna, tirriżerva jew tibbukkja onlajn;

il-possibbiltà li l-viżitaturi jippersonalizzaw jew jiddisinjaw il-prodotti jew is-servizzi onlajn;

it-traċċar jew informazzjoni dwar l-istatus tal-ordnijiet li jkunu saru;

kontenut ippersonalizzat fil-websajt għall-viżitaturi regolari/rikorrenti;

ħoloq jew referenzi għall-profili tal-intrapriża fil-mezzi soċjali;

(fakultattiv) ir-reklamar ta' postijiet tax-xogħol battala jew applikazzjonijiet għal xogħol onlajn;

(v)

dwar l-intrapriżi li jipprovdu apparat portabbli lill-impjegati li jippermetti konnessjoni mobbli mal-Internet għall-użu tan-negozju:

il-forniment ta' apparati portabbli biex dawn ikunu jistgħu jaċċessaw is-sistema tal-posta elettronika tal-intrapriża;

il-forniment ta' apparati portabbli lill-impjegati biex dawn ikunu jistgħu jaċċessaw u jimmodifikaw id-dokumenti tal-intrapriża;

il-forniment ta' apparati portabbli lill-impjegati biex ikunu jistgħu jużaw applikazzjonijiet tas-softwer iddedikati għan-negozju.

(c)

Il-kummerċ elettroniku

(i)

dwar l-intrapriżi li jużaw il-kompjuter:

il-wasla ta' ordnijiet għal prodotti jew għal servizzi li jkunu saru permezz ta' websajts jew applikazzjonijiet (bejgħ bl-Internet), fis-sena kalendarja preċedenti;

il-wasla ta' ordnijiet għal prodotti jew servizzi permezz ta' messaġġi tat-tip EDI (bejgħ tat-tip EDI), fis-sena kalendarja preċedenti;

(fakultattiv) l-ordnijiet li saru għal prodotti jew għal servizzi permezz ta' websajt, applikazzjoni, jew messaġġi tat-tip EDI, fis-sena kalendarja preċedenti;

(ii)

dwar l-intrapriżi li rċevew ordnijiet permezz ta' websajts jew applikazzjonijiet matul is-sena kalendarja preċedenti:

il-valur jew il-perċentwal tad-dħul totali tal-bejgħ kummerċjali elettroniku li jirriżulta minn ordnijiet li saru bil-websajts, jew b'applikazzjoni fis-sena kalendarja preċedenti;

il-perċentwal tal-bejgħ elettroniku (dħul) lil konsumaturi privati (min-Negozju għall-Konsumatur: B2C) li kien riżultat ta' ordnijiet magħmulin permezz ta' websajts jew applikazzjonijiet matul is-sena kalendarja preċedenti;

il-perċentwal tal-bejgħ elettroniku (dħul) lil intrapriżi oħra (min-Negozju għal Negozju: B2B) u bejgħ elettroniku lil awtoritajiet pubbliċi (min-Negozju għall-Gvern: B2G) li kien riżultat ta' ordnijiet magħmulin permezz ta' websajts jew applikazzjonijiet matul is-sena kalendarja preċedenti;

(fakultattiv) l-użu ta' sistemi ta' ħlas onlajn għal bejgħ permezz ta' websajt jew applikazzjoni, jiġifieri ħlas integrat mat-transazzjoni tal-ordni;

(fakultattiv) l-użu ta' sistemi ta' ħlas offlajn għal bejgħ permezz ta' websajt jew applikazzjoni, jiġifieri ħlas mhux integrat mat-transazzjoni tal-ordni;

(iii)

dwar l-intrapriżi li rċevew ordnijiet għal prodotti jew għal servizzi permezz ta' messaġġi tat-tip EDI:

il-valur jew il-perċentwal tad-dħul totali tal-bejgħ elettroniku li kien riżultat ta' ordnijiet li waslu permezz ta' messaġġi tat-tip EDI, fis-sena kalendarja preċedenti;

(iv)

dwar l-intrapriżi li għamlu ordnijiet permezz ta' websajt jew applikazzjoni jew messaġġ tat-tip EDI, l-informazzjoni li ġejja hija fakultattiva:

l-ordnijiet għal prodotti jew għal servizzi mibgħuta permezz ta' websajt jew applikazzjoni, fis-sena kalendarja preċedenti;

l-ordnijiet għal prodotti jew servizzi mibgħuta permezz ta' messaġġi tat-tip EDI, fis-sena kalendarja preċedenti;

l-ordnijiet li saru għal prodotti jew servizzi sa valur ta' mill-inqas 1 % tal-valur totali tax-xiri, permezz ta' websajt, applikazzjoni jew messaġġ tat-tip EDI tul is-sena kalendarja preċedenti.

(d)

Il-proċessi u l-aspetti organizzattivi tan-negozju elettroniku

(i)

dwar l-intrapriżi li jużaw il-kompjuter:

(fakultattiv) l-analiżi ta' Big Data bl-użu tad-dejta tal-intrapriża bħala sors ta' dejta minn apparati jew sensers intelliġenti, tul is-sena kalendarja preċedenti;

(fakultattiv) l-analiżi ta' Big Data bl-użu tad-dejta ta' ġeolokalizzazzjoni bħala sors ta' dejta, tul is-sena kalendarja preċedenti;

(fakultattiv) l-analiżi ta' Big Data bl-użu ta' dejta ġġenerata mill-midja soċjali bħala sors ta' dejta, tul is-sena kalendarja preċedenti;

(fakultattiv) l-analiżi ta' Big Data bl-użu ta' sorsi ta' dejta oħrajn mhux speċifikati f'dan il-punt, tul is-sena kalendarja preċedenti;

(ii)

dwar l-intrapriżi li janalizzaw il-Big Data:

(fakultattiv) l-użu tal-impjegati tal-intrapriża biex iwettqu l-analiżijiet tal-Big Data;

(fakultattiv) l-użu ta' fornituri ta' servizzi esterni biex iwettqu l-analiżijiet tal-Big Data;

(iii)

dwar l-intrapriżi li jużaw il-kompjuter:

Il-ħruġ jew it-trażmissjoni ta' kull tip ta' fattura, kemm f'forma elettronika kif ukoll fuq il-karta lil intrapriżi oħrajn tul is-sena kalendarja preċedenti;

Il-ħruġ jew it-trażmissjoni ta' kull tip ta' fattura, kemm f'forma elettronika kif ukoll fuq il-karta lill-awtoritajiet pubbliċi tul is-sena kalendarja preċedenti;

Il-ħruġ jew it-trażmissjoni ta' kull tip ta' fattura, kemm f'forma elettronika kif ukoll fuq il-karta lill-konsumaturi privati tul is-sena kalendarja preċedenti;

il-perċentwal tal-fatturi kollha li waslu bħala fatturazzjoni elettronika, ta' struttura standard li hija addattata għall-ipproċessar awtomatiku (fatturi-e), tul is-sena kalendarja preċedenti;

il-perċentwal tal-fatturi kollha li waslu bħala fatturi jew fuq il-karta jew elettroniċi f'forma li mhijiex addattata għall-ipproċessar awtomatiku, tul is-sena kalendarja preċedenti;

(iv)

jinġabru dwar l-intrapriżi li ħarġu/bagħtu fatturi lil intrapriżi oħrajn jew lill-awtoritajiet pubbliċi tul is-sena kalendarja preċedenti:

il-perċentwal tal-fatturi kollha li ntbagħtu bħala fatturi elettroniċi ta' struttura standard li hija addattata għall-ipproċessar awtomatiku (fatturi-e), lil intrapriżi oħra jew lill-awtoritajiet pubbliċi, matul is-sena kalendarja preċedenti;

il-perċentwal tal-fatturi kollha li nħarġu/ntbagħtu bħala fatturi elettroniċi f'forma li mhijiex addattata għall-ipproċessar awtomatiku, lil intrapriżi oħra jew lill-awtoritajiet pubbliċi, tul is-sena kalendarja preċedenti;

il-perċentwal tal-fatturi kollha li nħarġu/ntbagħtu biss bħala fatturi fuq il-karta, lil intrapriżi oħra jew lill-awtoritajiet pubbliċi, tul is-sena kalendarja preċedenti.

(e)

Il-kompetenza fl-ICT fl-unità tal-intrapriża u l-bżonn ta' ħiliet fl-ICT

(i)

dwar l-intrapriżi li jużaw il-kompjuter:

l-impjieg ta' speċjalisti tal-ICT;

l-għoti ta' kull tip ta' taħriġ għall-iżvilupp ta' ħiliet marbutin mal-ICT għall-ispeċjalisti tal-ICT, matul is-sena kalendarja preċedenti;

l-għoti ta' kull tip ta' taħriġ għall-iżvilupp ta' ħiliet marbutin mal-ICT għal persuni impjegati oħra, matul is-sena kalendarja preċedenti;

ir-reklutaġġ, jew tentattiv li jiġu reklutati, speċjalisti tal-ICT, matul is-sena kalendarja preċedenti;

it-twettiq tax-xogħlijiet tal-ICT li jidhru hawn taħt tul is-sena kalendarja preċedenti (“B'mod ewlieni mill-impjegati stess tal-intrapriża, fosthom dawk li jkunu impjegati fl-intrapriża prinċipali jew f'intrapriża affiljata”, “B'mod prinċipali minn fornitur estern”, jew “Ma japplikax”:

il-manutenzjoni tal-infrastruttura tal-ICT (servers, kompjuters, stampaturi, netwerks);

is-sostenn tas-softwer li jintuża fl-uffiċċju;

żvilupp ta' softwer/sistemi tal-ġestjoni ta' negozju;

is-sostenn ta' softwer/sistemi tal-ġestjoni ta' negozju;

l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet tal-web;

is-sostenn tal-applikazzjonijiet tal-web;

is-sigurtà u l-protezzjoni tad-dejta;

(ii)

dwar l-intrapriżi li jużaw il-kompjuter u li rreklutaw jew ippruvaw jirreklutaw speċjalisti tal-ICT fis-sena kalendarja preċedenti:

postijiet tax-xogħol battala għal speċjalisti tal-ICT li kien diffiċli li wieħed jimlihom.

(f)

Ostakli għall-użu tal-ICT, tal-Internet, u ta' networks elettroniċi oħra, kif ukoll għall-użu ta' proċessi tal-kummerċ elettroniku u tan-negozju elettroniku

(i)

dwar l-intrapriżi li jużaw il-kompjuter:

(fakultattiv) ostakli li jillimitaw jew jipprevjenu l-bejgħ permezz ta' websajt jew applikazzjoni minħabba li l-prodotti jew is-servizzi ma jkunux addattati biex jinbiegħu bl-Internet;

(fakultattiv) ostakli li jillimitaw jew jipprevjenu l-bejgħ permezz ta' websajt jew applikazzjoni minħabba problemi loġistiċi;

(fakultattiv) ostakli li jillimitaw jew jipprevjenu l-bejgħ permezz ta' websajt jew applikazzjoni minħabba problemi marbutin mal-ħlas;

(fakultattiv) ostakli li jillimitaw jew jipprevjenu l-bejgħ permezz ta' websajt jew applikazzjoni minħabba problemi tal-ICT marbutin mas-sigurtà jew mal-protezzjoni tad-dejta;

(fakultattiv) ostakli li jillimitaw jew jipprevjenu l-bejgħ permezz ta' websajt jew applikazzjoni minħabba problemi marbutin mal-qafas legali;

(fakultattiv) ostakli li jillimitaw jew jipprevjenu l-bejgħ permezz ta' websajt jew applikazzjoni minħabba spejjeż ta' investiment għoljin meta mqabbla mal-benefiċċji mistennija.

(g)

L-aċċess għat-teknoloġiji li jippermettu konnessjoni mal-Internet jew ma' networks oħra minn kullimkien, kull ħin (konnettività ubikwa), u l-użu tagħhom

(i)

dwar l-intrapriżi li għandhom aċċess għall-Internet:

il-forniment ta' aċċess mill-bod għas-sistema tal-posta elettronika, għad-dokumenti jew għall-applikazzjonijiet tal-intrapriża;

il-ħlas ta' reklami minn fuq l-Internet;

l-użu ta' servizzi tal-cloud computing, minbarra s-servizzi mingħajr ħlas;

(ii)

dwar l-intrapriżi li jħallsu biex jirreklamaw fuq l-Internet b'xi wieħed minn dawn il-metodi ta' reklamar immirat:

il-metodu ta' reklamar ibbażat fuq il-kontenut tal-paġna web jew fuq il-kliem ewlieni li l-utent juża għat-tiftix;

il-metodu ta' reklamar ibbażat fuq is-segwiment tal-attivitajiet jew tal-profil tal-utent;

il-metodu ta' reklamar ibbażat fuq il-pożizzjoni ġeografika tal-utenti tal-Internet;

kull metodu ieħor ta' reklamar immirat li jsir fuq l-Internet u li mhuwiex speċifikat hawn fuq;

(iii)

dwar l-intrapriżi li għandhom aċċess għall-Internet u li jixtru s-servizzi tal-cloud computing:

l-użu tal-posta elettronika bħala servizz tal-cloud computing;

l-użu tas-softwer tal-uffiċċju bħala servizz tal-cloud computing;

l-ospitar tal-bażi(jiet) tad-dejta tal-intrapriża bħala servizz tal-cloud computing;

il-ħżin ta' fajls bħala servizz tal-cloud computing;

l-użu tas-softwer tal-finanzi jew tal-kontabilità bħala servizz tal-cloud computing;

l-użu ta' Servizz tal-Ġestjoni tar-Relazzjonijiet mal-Klijenti bħala servizz tal-cloud computing;

l-użu tas-saħħa informatika għat-tmexxija tas-softwer tal-intrapriża bħala servizz tal-cloud computing;

l-użu tas-servizzi tal-cloud computing mibgħuta minn servers komuni tal-fornituri tas-servizzi;

l-użu tas-servizzi tal-cloud computing mibgħuta minn servers ta' fornituri tas-servizzi, riżervati esklussivament għall-intrapriża.

(3)

Id-dettalji li ġejjin dwar il-kuntest ta' kull-impriża għandhom jinġabru jew jinkisbu minn sorsi alternattivi:

l-attività ekonomika prinċipali tal-intrapriża, fis-sena kalendarja preċedenti;

il-medja tal-għadd ta' persuni impjegati, fis-sena kalendarja preċedenti;

id-dħul totali, eskluża l-VAT, fis-sena kalendarja preċedenti.

B.   Kopertura

Id-dettalji speċifikati fl-intestaturi A(2) u (3) jridu jinġabru għall-kategoriji ta' intrapriżi li ġejjin:

(1)

Attività ekonomika: intrapriżi kklassifikati fil-kategoriji li ġejjin tan-NACE Rev. 2:

Kategorija NACE

Deskrizzjoni

Taqsima C

“Manifattura”

Taqsima D, E

“Elettriku, gass u fwar, provvista tal-ilma, immaniġġjar ta' dranaġġ u ta' skart”

Taqsima F

“Kostruzzjoni”

Taqsima G

“Negozju bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta' vetturi bil-mutur u ta' muturi”

Taqsima H

“Trasport u ħażna”

Taqsima I

“Akkommodazzjoni u attivitajiet ta' servizzi marbuta mal-ikel”

Taqsima J

“Informazzjoni u komunikazzjoni”

Taqsima L

“Attivitajiet marbuta ma' proprjetà immobbli”

Diviżjonijiet 69-74

“Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi”

Taqsima N

“Attivitajiet amministrattivi u ta' sostenn”

Grupp 95.1

“Tiswija ta' kompjuters u tagħmir għall-komunikazzjoni”;

(2)

Id-daqs tal-intrapriża: intrapriżi b'10 impjegati jew aktar. Intrapriżi b'inqas minn 10 impjegati jistgħu jiġu koperti b'mod fakultattiv.

(3)

L-ambitu ġeografiku: intrapriżi li jinsabu fi kwalunkwe parti tat-territorju tal-Istat Membru.

C.   Perjodi ta' referenza

Il-perjodu ta' referenza huwa s-sena 2015 rigward id-dettalji li jirreferu għas-sena kalendarja preċedenti. Il-perjodu ta' referenza huwa l-2016 rigward id-dettalji l-oħra.

D.   Diżaggregazzjoni tad-dejta

Iridu jingħataw id-dettalji kuntestwali li ġejjin rigward is-suġġetti u d-dettalji elenkati fl-intestatura (2) tal-Parti A:

(1)

Diżaggregazzjoni tal-attività ekonomika: skont l-aggregati NACE Rev. 2 li ġejjin:

Aggregazzjoni tan-NACE Rev. 2

għall-kalkolu possibbli tal-aggregati nazzjonali

 

10–18

 

19–23

 

24–25

 

26–33

 

35–39

 

41–43

 

45–47

 

47

 

49–53

 

55

 

58–63

 

68

 

69–74

 

77–82

 

26.1–26.4, 26.8, 46.5, 58.2, 61, 62, 63.1, 95.1

Aggregazzjoni tan-NACE Rev. 2

għall-kalkolu possibbli tal-aggregati Ewropej

 

10–12

 

13–15

 

16–18

 

26

 

27–28

 

29–30

 

31–33

 

45

 

46

 

55–56

 

58–60

 

61

 

62–63

 

77–78 + 80–82

 

79

 

95.1

(2)

diżaggregazzjoni skont il-klassifika tad-daqs: id-dejta għandha tinqasam skont il-klassifikazzjonijiet tad-daqs li ġejjin skont l-għadd ta' persuni impjegati:

Klassifikazzjoni tad-daqs

 

10 persuni impjegati jew aktar

 

minn 10 sa 49 persuna impjegata

 

minn 50 sa 249 persuna impjegata

 

250 persuni impjegati jew aktar

Id-dejta koperta għandha tingħata diżaggregata skont it-tabella li ġejja:

Klassifikazzjoni tad-daqs

 

Inqas minn 10 persuni impjegati (fakultattiv)

 

Inqas minn 5 persuni impjegati (fakultattiv)

 

minn 5 sa 9 persuni impjegati (fakultattiv)

E.   Perjodiċità

Id-dejta meħtieġa minn dan l-Anness għandha tingħata darba għas-sena 2016.

F.   Skadenzi għat-trażmissjoni tar-riżultati

(1)

Id-dejta aggregata msemmija fl-Artikolu 6 u fl-Anness I(6) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004, immarkata fejn jeħtieġ bħala kunfidenzjali jew mhux affidabbli, trid tiġi trażmessa lill-Eurostat qabel il-5 ta' Ottubru 2016. Sa dakinhar, il-ġabra tas-sett tad-dejta għandha tkun iffinalizzata, ivvalidata u aċċettata.

(2)

Il-metadejta msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 trid tintbagħat lill-Eurostat qabel il-31 ta' Mejju 2016.

(3)

Ir-rapport tal-kwalità msemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 irid jintbagħat lill-Eurostat qabel il-5 ta' Novembru 2016.

(4)

Id-dejta u l-metadejta għandhom jingħataw lill-Eurostat skont l-istandard ta' skambju speċifikat mill-Eurostat permezz tas-servizzi tal-Punt tad-Dħul Uniku. Il-metadejta u r-rapport tal-kwalità għandhom jingħataw bl-istruttura standard tal-metadejta ddefinita mill-Eurostat.


ANNESS II

Modulu 2: Individwi, familji u s-soċjetà tal-informazzjoni

A.   Is-suġġetti u d-dettalji tagħhom

(1)

Is-suġġetti li jridu jiġu koperti għas-sena ta' referenza 2016, magħżula mil-lista fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 808/2004, se jkunu dawn li ġejjin:

(a)

l-aċċess għall-ICTs u l-użu tagħhom minn individwi u/jew unitajiet domestiċi;

(b)

l-użu tal-Internet u networks elettroniċi oħra għal raġunijiet differenti minn individwi u/jew unitajiet domestiċi;

(c)

is-sigurtà u l-fiduċja fl-ICT;

(d)

kompetenzi u ħiliet fl-ICT;

(e)

l-ostakli għall-użu tal-ICT u l-Internet;

(f)

l-użu tal-ICT minn individwi biex jiskambjaw l-informazzjoni u s-servizzi ma' amministrazzjonijiet governattivi u pubbliċi (amministrazzjoni elettronika);

(g)

l-aċċess għat-teknoloġiji li jippermettu konnessjoni mal-Internet jew ma' networks oħra minn kullimkien kull ħin (konnettività ubikwa), u l-użu tagħhom.

(2)

Għandhom jinġabru d-dettalji li ġejjin:

(a)

Aċċess għal-ICT u l-użu tiegħu minn individwi u/jew minn unitajiet domestiċi

(i)

dwar l-unitajiet domestiċi kollha:

l-aċċess għall-Internet mid-dar (bi kwalunkwe apparat);

(ii)

dwar l-unitajiet domestiċi li għandhom aċċess għall-Internet:

konnessjoni mal-Internet: konnessjoni broadband fissa, pereżempju DSL, ADSL, VDSL, kejbil, kejbil fibrottiku, satellita, konnessjonijiet WiFi pubbliċi;

konnessjoni mal-Internet: konnessjoni broadband mobbli (permezz ta' netwerk tat-telefown ċellulari, ta' mill-inqas 3G, pereżempju UMTS bl-użu ta' (SIM) card, jew ċavetta USB, telefown ċellulari jew smartphone li jintużaw bħala modem);

(fakultattiv) konnessjoni mal-Internet: aċċess bil-linja normali tat-telefown billi jċempel jew permezz ta' ISDN;

(fakultattiv) konnessjoni mal-Internet: konnessjoni narrowband mobbli (permezz ta' netwerk tat-telefown ċellulari, ta' mill-inqas 3G, pereżempju 2G+/GPRS bl-użu ta' (SIM) card, jew ċavetta USB, telefown ċellulari jew smartphone li jintużaw bħala modem).

(b)

L-użu tal-Internet għal raġunijiet differenti minn individwi u/jew unitajiet domestiċi

(i)

dwar l-individwi kollha:

l-aktar użu riċenti tal-Internet (f'dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; aktar minn sena ilu; qatt ma użaw l-Internet);

(ii)

dwar l-individwi li diġà jkunu użaw l-Internet:

l-aktar attività ta' kummerċ bl-Internet riċenti għall-użu privat (f'dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; aktar minn sena ilu; qatt ma xtraw jew ordnaw xejn fuq l-Internet);

(iii)

dwar l-individwi li jkunu użaw l-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur:

il-frekwenza medja ta' użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur (kuljum jew kważi kuljum; tal-inqas darba fil-ġimgħa (iżda mhux kuljum); inqas minn darba fil-ġimgħa);

l-użu ta' kompjuter desktop għall-aċċess tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur;

l-użu ta' kompjuter laptop għall-aċċess tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur;

l-użu ta' kompjuter tablet għall-aċċess tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur;

l-użu ta' telefown ċellulari jew smartphone għall-aċċess tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur;

l-użu ta' apparat mobbli ieħor (eż. apparat li jaqra l-multi media jew il-logħob, apparat li jaqra l-kotba elettroniċi, arloġġi intelliġenti) għall-aċċess tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur;

l-użu ta' TV konness (konness direttament mal-Internet, eż. permezz tal-WiFi, mhux permezz ta' apparat ieħor biex imbagħad it-televixin jintuża bħala skrin ikbar) għall-aċċess tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur;

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex jibgħatu u jirċievu l-posta elettronika;

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati għal telefonati minn fuq l-Internet, għat-telefonati viżivi (permezz ta' webcam) minn fuq l-Internet (bl-użu ta' applikazzjonijiet);

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati ta' parteċipazzjoni f'netwerks soċjali (ħolqien ta' profil tal-utent, impustar ta' messaġġi jew xi kontribuzzjoni oħra);

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed jaqra l-aħbarijiet, gazzetti u rivisti tal-aħbarijiet onlajn;

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed isib l-informazzjoni dwar oġġetti jew servizzi;

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed jilgħab jew iniżżel il-logħob;

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed jismal-mużika (eż. ir-radju fuq il-web, strimjar ta' mużika);

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed jara t-televixin strimjat fuq l-Internet (dirett jew ripetizzjoni) mix-xandara tat-televixin;

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed jara l-vidjos fuq talba mingħand servizzi kummerċjali;

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed jara l-vidjos mingħand servizzi ta' tqassim;

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed itella' kontenut maħluq minnu stess (testijiet, ritratti, vidjos, mużika, softwer eċċ.) għat-tqassim fi kwalunkwe websajt;

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed joħloq websajt jew blogg;

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed ifittex tagħrif dwar is-saħħa;

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex jiġi ffissat appuntament ma' tabib permezz ta' websajt (eż. websajt ta' sptar jew ta' ċentru tal-kura tas-saħħa);

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed juża servizzi marbuta mal-ivvjaġġar jew mal-akkomodazzjoni konnessa mal-ivvjaġġar;

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati għall-bejgħ ta' prodotti jew ta' servizzi, (eż. permezz ta' rkantijiet onlajn);

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati għall-użu ta' servizzi bankarji fuq l-Internet;

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati għall-użu ta' kontijiet tal-pagament għall-ħlas ta' oġġetti jew ta' servizzi li jinxtraw minn fuq l-Internet;

l-użu tal-ispazju ta' ħżin fl-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed iżomm fajls ta' dokumenti, ritratti, mużika, vidjo jew oħrajn (eż. Google Drive, Dropbox, Windows OneDrive, iCloud, Amazon Cloud Drive);

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal attivitajiet ta' tagħlim fil-forma ta' kors onlajn għal skopijiet edukattivi, professjonali jew privati;

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal attivitajiet ta' tagħlim li ma jikkonsistux minn kors sħiħ, għal skopijiet edukattivi, professjonali jew privati, billi dak li jkun juża materjal li jinsab onlajn (bħal materjali awdjoviżivi, softwer tat-tagħlim onlajn, kotba tat-tagħlim elettroniċi);

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet edukattivi biex dak li jkun jieħu sehem f'attivitajiet ta' tagħlim fil-forma ta' komunikazzjoni onlajn ma' għalliema jew ma' studenti permezz ta' websajts/portali edukattivi;

(fakultattiv) l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal attivitajiet oħrajn ta' tagħlim għal skopijiet edukattivi, professjonali jew privati;

(iv)

dwar l-individwi li jkunu użaw TV konness biex jidħlu għall-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur:

l-użu ta' TV konness biex jaraw it-televixin strimjat fuq l-Internet (dirett jew ripetizzjoni) fl-aħħar tliet xhur;

l-użu ta' TV konness biex jaraw kontenut vidjo ieħor (fuq talba jew minn servizzi tat-tqassim) fl-aħħar tliet xhur;

l-użu ta' TV konness tiftix fuq l-Internet permezz ta' applikazzjoni tat-tiftix fl-aħħar tliet xhur;

l-użu ta' applikazzjonijiet oħra permezz ta' TV konness (eż. Skype, facebook, logħob, xiri onlajn) fl-aħħar tliet xhur;

(v)

dwar l-individwi li jkunu użaw l-Internet f'dawn l-aħħar 12-il xahar għal skopijiet privati:

l-użu tal-Internet għax-xiri u l-bejgħ ta' ishma, bonds, fondi jew servizzi oħrajn tal-investiment, fl-aħħar 12-il xahar;

ix-xiri jew it-tiġdid ta' poloz tal-assigurazzjoni, inklużi dawk li jingħataw f'pakkett flimkien ma' xi servizz ieħor (eż. assigurazzjoni tal-ivvjaġġar flimkien mal-biljett tal-ajru) fl-aħħar 12-il xahar;

l-użu tal-Internet għall-ksib ta' self jew kreditu mingħand il-banek jew mingħand xi fornituri oħra ta' finanzjament, fl-aħħar 12-il xahar;

(vi)

dwar l-individwi li jkunu użaw l-Internet għal attivitajiet kummerċjali bl-Internet għall-użu privat f'dawn l-aħħar 12-il xahar:

l-użu tal-Internet biex wieħed jordna l-ikel jew il-merċa fl-aħħar 12-il xahar;

l-użu tal-Internet biex wieħed jordna oġġetti tad-dar fl-aħħar 12-il xahar;

l-użu tal-Internet biex wieħed jordna mediċina fl-aħħar 12-il xahar;

l-użu tal-Internet biex wieħed jordna ħwejjeġ jew oġġetti sportivi fl-aħħar 12-il xahar;

l-użu tal-Internet biex wieħed jordna ħardwer tal-kompjuter fl-aħħar 12-il xahar;

l-użu tal-Internet biex wieħed jordna tagħmir elettroniku (inklużi kameras) fl-aħħar 12-il xahar;

l-użu tal-Internet biex jiġu ordnati servizzi tat-telekomunikazzjoni (eż. televixin, abbonamenti għall-broadband, abbonamenti għal telefown b'linja fissa jew ċellulari, tqegħid ta' flus f'kards telefoniċi mħallsa minn qabel) f'dawn l-aħħar 12-il xahar;

l-użu tal-Internet biex wieħed jibbukkja l-akkomodazzjoni waqt btala (lukandi, eċċ.) fl-aħħar 12-il xahar;

l-użu tal-Internet biex wieħed jagħmel arranġamenti oħra ta' vvjaġġar (biljetti għat-trasport, kiri ta' karozza, eċċ.) f'dawn l-aħħar 12-il xahar;

l-użu tal-Internet biex wieħed jordna l-biljetti għall-avvenimenti fl-aħħar 12-il xahar;

l-użu tal-Internet biex wieħed jordna l-films jew il-mużika f'dawn l-aħħar 12-il xahar;

l-użu tal-Internet biex wieħed jordna l-kotba, ir-rivisti jew il-gazzetti (inklużi l-kotba elettroniċi) f'dawn l-aħħar 12-il xahar;

l-użu tal-Internet biex wieħed jordna materjal tat-tagħlim elettroniku f'dawn l-aħħar 12-il xahar;

l-użu tal-Internet biex wieħed jordna softwer tal-logħob tal-kompjuter, softwer ieħor tal-kompjuter u aġġornamenti ta' softwer f'dawn l-aħħar 12-il xahar;

l-użu tal-Internet biex wieħed jordna oġġetti jew servizzi oħrajn fl-aħħar 12-il xahar;

oġġetti jew servizzi li nxtraw jew ġew ordnati fl-aħħar 12-il xahar mingħand bejjiegħa nazzjonali;

oġġetti jew servizzi li nxtraw jew ġew ordnati fl-aħħar 12-il xahar mingħand bejjiegħa minn pajjiżi oħrajn tal-UE;

oġġetti jew servizzi li nxtraw jew ġew ordnati fl-aħħar 12-il xahar mingħand bejjiegħa mill-bqija tad-dinja;

oġġetti jew servizzi li nxtraw jew ġew ordnati fl-aħħar 12-il xahar mingħand bejjiegħa minn pajjiż mhux magħruf;

l-għadd ta' oġġetti jew servizzi li nxtraw minn fuq l-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur (l-għadd ta' ordnijiet/xirjiet jew forma ta' klassifikazzjonijiet: 1-2 ordnijiet/xirjiet; bejn > 2 u 5 ordnijiet/xirjiet; bejn > 5 u 10 ordnijiet/xirjiet, > 10 ordnijiet/xirjiet);

il-valur totali tal-oġġetti jew tas-servizzi (minbarra l-ishma jew servizzi finanzjarji oħra) li nxtraw minn fuq l-Internet fl-aħħar tliet xhur (l-ammont f'euro, jew fil-klassifiki: inqas minn EUR 50, bejn EUR 50 u inqas minn EUR 100, bejn EUR 100 u inqas minn EUR 500, bejn EUR 500 u inqas minn EUR 1 000, minn EUR 1 000 'il fuq; mhux magħruf);

(fakultattiv) problemi li nqalgħu fil-kummerċ elettroniku minħabba falliment tekniku tal-websajt waqt li kienu qegħdin jiddaħħlu l-ordni jew il-pagament;

(fakultattiv) problemi li nqalgħu fil-kummerċ elettroniku minħabba diffikultà biex tinstab l-informazzjoni dwar garanziji u drittijiet ġuridiċi oħra;

(fakultattiv) problemi li nqalgħu fil-kummerċ elettroniku minħabba konsenja li ddum iżjed milli jkun imwiegħed;

(fakultattiv) problemi li nqalgħu fil-kummerċ elettroniku minħabba li l-ispejjeż totali jkunu ogħla minn dawk indikati (eż. spejjeż tal-konsenja ogħla, ħlas fuq it-tranżazzjoni mhux mistenni);

(fakultattiv) problemi li nqalgħu fil-kummerċ elettroniku minħabba li jiġu kkonsenjati oġġetti żbaljati jew bil-ħsara;

(fakultattiv) problemi li nqalgħu fil-kummerċ elettroniku minħabba frodi (pereżempju ma jintbagħtux ebda oġġetti jew servizzi, jiġu abbużati d-dettalji tal-karti ta' kreditu);

(fakultattiv) problemi li nqalgħu fil-kummerċ elettroniku minħabba diffikultà biex wieħed idaħħal ilment jew diffikultà fir-rimedju, inkella ma jkunx hemm tweġiba sodisfaċenti meta wieħed jilmenta;

(fakultattiv) problemi li nqalgħu fil-kummerċ elettroniku minħabba li l-bejjiegħ barrani ma jbigħx fil-pajjiż ta' min irid jixtri;

(fakultattiv) problemi li nqalgħu fil-kummerċ bl-Internet:

(fakultattiv) problemi li nqalgħu fil-kummerċ bl-Internet;

il-frekwenza tal-użu ta' informazzjoni miksuba minn websajts diversi tal-bejjiegħa, tal-produtturi jew tal-fornituri ta' servizzi qabel xirja onlajn fl-aħħar 12-il xahar, bi speċifikazzjoni dwar din intużatx kull darba jew kważi kull darba, xi kultant, rarament jew qatt;

il-frekwenza tal-użu ta' informazzjoni miksuba minn websajts jew applikazzjonijiet tat-tqabbil, tal-prezzijiet jew tal-prodotti qabel xirja onlajn fl-aħħar 12-il xahar, bi speċifikazzjoni dwar din intużatx kull darba jew kważi kull darba, xi kultant, rarament jew qatt;

il-frekwenza tal-użu ta' informazzjoni miksuba minn websajts jew bloggs tal-valutazzjoni mill-klijenti qabel xirja onlajn fl-aħħar 12-il xahar, bi speċifikazzjoni dwar din intużatx kull darba jew kważi kull darba, xi kultant, rarament jew qatt;

oġġetti jew servizzi li nxtraw jew ġew ordnati fl-aħħar 12-il xahar permezz ta' klikkjar/xiri minnufih minn reklam f'websajt tal-midja soċjali jew f'applikazzjoni.

(c)

Is-sigurtà u l-fiduċja fl-ICT

(i)

dwar l-individwi li jkunu użaw l-Internet f'dawn l-aħħar 12-il xahar:

l-informazzjoni personali li ngħatat fuq l-Internet fl-aħħar 12-il xahar bħala dettalji personali (pereżempju l-isem, id-data tat-twelid, in-numru tal-karta tal-identità);

l-informazzjoni personali li ngħatat fuq l-Internet fl-aħħar 12-il xahar bħala dettalji tal-kuntatt (pereżempju l-indirizz tad-dar, in-numru tat-telefown, l-indirizz tal-imejl);

l-informazzjoni personali li ngħatat fuq l-Internet fl-aħħar 12-il xahar bħala dettalji għall-ħlas (pereżempju n-numru tal-kard tal-kreditu jew tad-debitu, in-numru tal-kont tal-bank);

informazzjoni personali oħra li ngħatat fuq l-Internet f'dawn l-aħħar 12-il xahar, pereżempju ritratti, pożizzjoni ġeografika attwali, informazzjoni marbuta mas-saħħa, mal-impjieg, mad-dħul;

ma ngħatat ebda informazzjoni personali fuq l-Internet fl-aħħar 12-il xahar;

qraw id-dikjarazzjonijiet dwar il-politika tal-privatezza qabel ma taw informazzjoni personali fl-aħħar 12-il xahar;

illimitaw l-aċċess għall-pożizzjoni ġeografika tagħhom fl-aħħar 12-il xahar;

illimitaw l-aċċess għall-profil jew għall-kontenut f'siti ta' netwerking soċjali fl-aħħar 12-il xahar;

ma tawx permess biex l-informazzjoni tagħhom personali tintuża għar-reklami fl-aħħar 12-il xahar;

fl-aħħar 12-il xahar aċċertaw ruħhom li l-websajt fejn intalbet l-informazzjoni personali tagħhom ma kinitx riskjuża (pereżempju siti https, logo jew ċertifikat tas-sigurtà);

fl-aħħar 12-il xahar talbu lill-websajts jew il-magni tat-tiftix biex jaċċessaw l-informazzjoni li dawn kellhom dwarhom, biex jaġġornawha jew iħassruha;

l-għarfien li l-kukis jistgħu jintużaw biex jiġu rintraċċati l-movimenti tal-utenti fuq l-Internet, biex jinħolqu l-profili ta' kull utent biex jitfasslu u jintbagħtu reklami apposta għall-utenti;

(fakultattiv) tħassib dwar ir-reġistrazzjoni ta' attivitajiet onlajn bil-għan li jintbagħtu reklami mfasslin speċifikament għall-utenti, il-gradi ta' tħassib speċifikati huma: mħassba sew, daqsxejn imħassbin, mhemmx inkwiet;

it-tibdil, imqar darba, tas-settings tas-sigurtà għall-prevenzjoni jew għal-limitazzjoni tal-kukis li jiddaħħlu fil-kompjuter ta' dak li jkun;

l-użu ta' softwer kontra r-rintraċċar.

(d)

Kompetenzi u ħiliet fl-ICT

(i)

dwar l-individwi li jkunu użaw l-Internet f'dawn l-aħħar 12-il xahar:

il-ħiliet għat-trasferiment ta' fajls bejn il-kompjuter u apparati oħra;

il-ħiliet biex wieħed jinstalla s-softwer jew l-applikazzjonijiet;

il-ħiliet biex wieħed ibiddel is-settings ta' kwalunkwe softwer, fosthom is-sistema operattiva jew programmi ta' sigurtà;

il-ħiliet biex wieħed jikkopja jew iċaqlaq fajls jew fowlders;

il-ħiliet fl-użu tas-softwer tal-word processing;

il-ħiliet għall-ħolqien ta' preżentazzjonijiet jew dokumenti li jintegraw test flimkien ma' stampi, tabelli jew ċarts;

il-ħiliet fl-użu tas-softwer tal-ispread sheets;

il-ħiliet ta' editjar ta' ritratti, jew fajls tal-vidjo jew tal-awdjo;

il-ħiliet tal-kitba ta' kodiċijiet fil-lingwaġġ tal-ipprogrammar.

(ii)

dwar l-individwi li jkunu użaw l-Internet u s-softwer tal-ispread sheets f'dawn l-aħħar 12-il xahar:

il-ħiliet fl-użu tal-funzjonijiet avvanzati tas-softwer tal-ispread sheets għall-organizzazzjoni u l-analiżi tad-dejta, bħalma huma klassifikazzjoni, tgħarbil, l-użu ta' formuli, il-ħolqien ta' ċarts.

(e)

L-ostakli għall-użu tal-ICT u l-Internet

(i)

għall-unitajiet domestiċi li m'għandhomx aċċess għall-Internet fid-dar, bi speċifikazzjoni tar-raġuni għal dan:

għandhom aċċess għall-Internet minn xi mkien ieħor;

m'għandhomx bżonn tal-Internet, pereżempju għaliex dan mhuwiex utli jew mhuwiex ta' interess għalihom;

l-ispejjeż tal-apparat huma għoljin wisq;

l-ispejjeż għall-aċċess huma għoljin wisq (pereżempju tat-telefown jew ta' abbonament DSL);

nuqqas ta' ħiliet;

tħassib dwar is-sigurtà jew il-privatezza;

l-Internet bil-broadband mhux disponibbli fiż-żona;

raġunijiet oħra.

(f)

L-użu tal-ICT minn individwi biex jaqsmu l-informazzjoni u s-servizzi ma' amministrazzjonijiet governattivi u pubbliċi (amministrazzjoni elettronika)

(i)

dwar l-individwi li jkunu użaw l-Internet f'dawn l-aħħar 12-il xahar:

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar 12-il xahar għal skopijiet privati biex wieħed jikseb tagħrif minn websajts ta' awtoritajiet pubbliċi jew ta' servizzi pubbliċi;

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar 12-il xahar għal skopijiet privati biex wieħed iniżżel formoli uffiċjali minn websajts ta' awtoritajiet pubbliċi jew ta' servizzi pubbliċi;

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar 12-il xahar għal skopijiet privati biex jintbagħtu formoli mimlija lil awtoritajiet pubbliċi jew lil servizzi pubbliċi;

(ii)

dwar l-individwi li ma bagħtux formoli mimlija lil websajts ta' awtoritajiet pubbliċi għal skopijiet privati f'dawn l-aħħar 12-il xhar, u li dan ma għamluhx għar-raġuni li ġejja:

ma kienx meħtieġ tressiq ta' formoli uffiċjali;

(iii)

dwar l-individwi li ma bagħtux formoli mimlija lil websajts ta' awtoritajiet pubbliċi għal skopijiet privati f'dawn l-aħħar 12-il xhar, u li dan ma għamluhx minkejja li kien meħtieġ, għal waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

ma kien hemm ebda servizz ta' websajt ta' dan it-tip disponibbli;

in-nuqqas ta' ħiliet jew għarfien (eż. l-utent ma kienx jaf kif juża l-websajt jew l-użu tagħha kien ikkumplikat wisq);

tħassib dwar il-protezzjoni u s-sigurtà tad-dejta personali;

(fakultattiv) nuqqas ta' firem elettroniċi jew ID/ċertifikati elettroniċi meħtieġa għall-awtentifikazzjoni jew għall-użu tas-servizz, jew problemi biex dawn jintużaw;

dan ħa ħsiebu ħaddieħor (eż. konsulent, konsulent fiskali, qraba jew membri tal-familja);

raġunijiet oħra għaliex ma bagħtux formoli mimlijin lill-awtoritajiet pubbliċi permezz tal-Internet.

(g)

L-aċċess għat-teknoloġiji li jippermettu konnessjoni mal-Internet jew ma' networks oħra minn kullimkien kull ħin (konnettività ubikwa), u l-użu tagħhom

(i)

dwar l-individwi li jkunu użaw l-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur:

l-użu ta' telefown ċellulari jew smartphone biex jinkiseb aċċess għall-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol fl-aħħar tliet xhur;

l-użu ta' telefown ċellulari jew smartphone biex jinkiseb aċċess għall-Internet permezz ta' netwerk ċellulari minn barra d-dar jew ix-xogħol fl-aħħar tliet xhur;

l-użu ta' telefown ċellulari jew smartphone biex jinkiseb aċċess għall-Internet permezz ta' netwerk mingħajr fili minn barra d-dar jew ix-xogħol fl-aħħar tliet xhur;

l-użu ta' kompjuter portabbli (pereżempju laptop jew tablet) biex jinkiseb aċċess għall-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol fl-aħħar tliet xhur;

l-użu ta' kompjuter portabbli (pereżempju laptop jew tablet) permezz ta' netwerk ċellulari, bl-użu ta' ċavetta USB jew ta' SIM kard jew telefown ċellulari jew smartphone bħala modem, għall-aċċess tal-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol, fl-aħħar tliet xhur;

l-użu ta' kompjuter portabbli (pereżempju laptop jew tablet) biex jinkiseb aċċess għall-Internet permezz ta' netwerk mingħajr fili (eż. WiFi) minn barra d-dar jew ix-xogħol fl-aħħar tliet xhur;

l-użu ta' apparat mobbli ieħor (eż. apparat li jaqra l-multi media jew il-logħob, apparat li jaqra l-kotba elettroniċi, arloġġi intelliġenti) għall-aċċess tal-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol f'dawn l-aħħar tliet xhur;

l-ebda użu ta' apparati mobbli biex jinkiseb aċċess għall-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol fl-aħħar tliet xhur.

B.   Kopertura

(1)

L-unitajiet statistiċi għad-dettalji elenkati fl-intestatura A(2) ta' dan l-Anness li jikkonċernaw lill-unitajiet domestiċi huma dawk l-unitajiet domestiċi li fihom mill-inqas membru wieħed fl-età ta' bejn is-16 u l-74 sena.

(2)

L-unitajiet statistiċi għad-dettalji elenkati fl-intestatura A(2) ta' dan l-Anness li jikkonċernaw lill-individwi huma dawk l-individwi li għandhom età ta' bejn is-16 u l-74 sena.

(3)

L-ambitu ġeografiku fih unitajiet domestiċi jew individwi, jew unitajiet domestiċi u individwi, li jkunu jgħixu fi kwalunkwe parti tat-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.

C.   Perjodu ta' referenza

Il-perjodu ewlieni ta' referenza għall-ġbir tal-istatistika huwa l-ewwel kwart tal-2016.

D.   Dettalji tal-kuntest soċjoekonomiku

(1)

Għas-suġġetti u d-dettalji tagħhom elenkati fl-intestatura A(2) ta' dan l-Anness li għandhom x'jaqsmu mal-unitajiet domestiċi, għandom jinġabru d-dettalji kuntestwali li ġejjin:

(a)

ir-reġjun ta' residenza speċifikat skont il-klassifikazzjoni tar-reġjuni NUTS1;

(b)

(fakultattiv) ir-reġjun ta' residenza speċifikat skont il-klassifikazzjoni NUTS2;

(c)

il-pożizzjoni ġeografika, jiġifieri, jgħixux f'reġjuni mhux wisq żviluppati, f'reġjuni li qegħdin f'tranżizzjoni, jew f'reġjuni żviluppati;

(d)

il-livell ta' urbanizzazzjoni, jiġifieri jgħixux f'żoni ta' popolazzjoni kbira, f'żoni ta' popolazzjoni medja, jew f'żoni ta' popolazzjoni żgħira;

(e)

it-tip ta' unità domestika, bi speċifikazzjoni dwar: l-għadd ta' membri, (fakultattiv) l-għadd ta' persuni li għandhom bejn is-16 u l-24 sena, (fakultattiv) l-għadd ta' persuni li għandhom bejn il-25 u l64 sena, (fakultattiv) l-għadd ta' persuni li għandhom minn 65 sena 'l quddiem, u, dettalji li jridu jinġabru separati, l-għadd ta' tfal ta' taħt is-16-il sena, (fakultattiv) l-għadd ta' tfal li għandhom bejn 14 u 15-il sena, (fakultattiv) l-għadd ta' tfal li għandhom bejn il-ħames snin u t-13-il sena, (fakultattiv) l-għadd ta' tfal li għandhom minn 4 snin 'l isfel);

(f)

(fakultattiv) id-dħul nett fix-xahar tal-unità domestika, dettall li għandu jinġabar bħala valur jew bħala faxex kompatibbli mad-dħul kwartili;

(g)

(fakultattiv) dħul nett totali fix-xahar għall-unità domestika ekwivalizzat, trażmess fi kwintili.

(2)

Għas-suġġetti u d-dettalji tagħhom elenkati fl-intestatura A(2) ta' dan l-Anness li għandhom x'jaqsmu mal-individwi, għandom jinġabru d-dettalji kuntestwali li ġejjin:

(a)

is-sess;

(b)

il-pajjiż tat-twelid, bi speċifikazzjoni dwar jekk il-persuna twilditx fil-pajjiż jew barra, jekk il-persuna tkun twieldet barra mill-pajjiż, irid ikun speċifikat jekk twielditx fi Stat Membru tal-UE jew f'pajjiż barra l-UE;

(c)

il-pajjiż taċ-ċittadinanza bi speċifikazzjoni dwar jekk il-persuna hijiex nattiva jew le, u jekk le, hijiex nattiva ta' Stat Membru ieħor tal-UE jew ta' pajjiż barra l-UE'

(d)

l-età, fi snin magħluqa; (fakultattiv) taħt is-16-il sena u/jew aktar minn 74 sena;

(e)

fakultattiv l-istatus de facto taż-żwieġ, hijiex tgħix f'unjoni konsenswali jew le;

(f)

il-livell edukattiv miksub, bi speċifikazzjoni dwar l-ogħla livell miksub skont il-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni (ISCED 2011) u jekk dan huwiex l-iktar livell baxx tas-sekondarja (ISCED 0, 1 jew 2) jew livell għoli tas-sekondarja, jew livell ogħla mis-sekondarja, iżda ma jilħaqx l-edukazzjoni terzjarja (ISCED 3 jew 4), jew edukazzjoni terzjarja (ISCED 5, 6, 7 jew 8), jew inqas mil-livell tal-primarja (ISCED 0), jew il-livell tal-primarja (ISCED 1), jew tas-sekondarja (ISCED 2), jew tas-sekondarja għolja (ISCED 3), jew edukazzjoni ta' wara s-sekondarja, iżda mhux terzjarja (ISCED 4), jew edukazzjoni terzjarja fuq żmien qasir (ISCED 5), jew edukazzjoni fil-livell ta' baċċellerat jew ekwivalenti (ISCED 6), jew ta' masters jew ekwivalenti (ISCED 7), jew dottorat jew ekwivalenti (ISCED 8);

(g)

is-sitwazzjoni tal-impjieg, bi speċifikazzjoni dwar il-persuna hijiex impjegata jew taħdem għal rasha, dan jinkludi ħaddiema li jaħdmu ma' tal-familja (fakultattiv: impjegata jew taħdem għal rasha full-time, impjegata jew taħdem għal rasha part time, impjegata, impjegata b'impjieg permanenti jew għal żmien mhux limitat, impjegata b'impjieg temporanju jew b'kuntratt ta' żmien limitat, taħdem għal rasha, dan jinkludi ħaddiema li jaħdmu ma' tal-familja);

(h)

(fakultattiv) speċifika s-settur ekonomiku tal-impjieg:

It-Taqsimiet tan-NACE Rev. 2

Deskrizzjoni

A

L-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd

B, C, D u E

Il-manifattura, ix-xogħol fil-minjieri u fil-barrieri, u industriji oħra

F

Bini

G, H u I

In-negozju bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u l-attivitajiet tas-servizz marbuta mal-ikel

J

L-informazzjoni u l-komunikazzjoni

K

L-attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni

L

L-attivitajiet marbuta mal-proprjetà immobbli

M u N

Is-servizzi kummerċjali

O, P, u Q

L-attivitajiet marbuta mal-amministrazzjoni pubblika, mad-difiża, mal-edukazzjoni, mas-saħħa tal-bniedem u mal-ħidma soċjali

R, S, T u U

Servizzi oħra

(i)

is-sitwazzjoni tal-impjieg bi speċifikazzjoni dwar jekk il-persuna hijiex qieghda, jew student u għalhekk ma tagħmilx parti mill-forza tax-xogħol, jew mhijiex fil-forza tax-xogħol għal xi raġuni oħra, bil-fakultà li wieħed jispeċifika jekk il-persuna tkunx irtirata, jew ħadet irtir bikri, jew ċediet in-negozju, jew għandha diżabbiltà permanenti, jekk hijiex fis-serviżż militari obbligatorju, jew qed twettaq servizz komunitarju, taħdem id-dar fuq xogħol domestiku jew ma taħdimx barra mid-dar għal xi raġuni oħra;

(j)

l-okkupazzjoni skont il-Klassifika Standard Internazzjonali tal-Okkupazzjonijiet (ISCO-08) bi speċifikazzjoni dwar il-persuna tikklassifikax bħala ħaddiem tal-idejn, ħaddiem mhux tal-idejn, ħaddiem fl-ICT, ħaddiem mhux fl-ICT u, b'mod fakultattiv, l-okkupazzjonijiet kollha skont l-ISCO-08 b'livell ta-kodifikazzjoni ta' żewġ numri.

E.   Perjodiċità

Id-dejta għandha tingħata darba għas-sena 2016.

F.   Skadenzi għat-trażmissjoni tar-riżultati

(1)

Ir-rekords tad-dejta individwali, li ma jippermettux l-identifikazzjoni diretta tal-unitajiet statistiċi kkonċernati, imsemmija fl-Artikolu 6 u fl-Anness II(6) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 iridu jintbagħtu lill-Eurostat qabel il-5 ta' Ottubru 2016. Sa dakinhar, il-ġabra tas-sett tad-dejta għandha tkun iffinalizzata, ivvalidata u aċċettata.

(2)

Il-metadejta msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 trid tintbagħat lill-Eurostat qabel il-31 ta' Mejju 2016.

(3)

Ir-rapport tal-kwalità msemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 irid jintbagħat lill-Eurostat qabel il-5 ta' Novembru 2016.

(4)

Id-dejta u l-metadejta għandhom jingħataw lill-Eurostat skont l-istandard ta' skambju speċifikat mill-Eurostat permezz tas-servizzi tal-Punt tad-Dħul Uniku. Il-metadejta u r-rapport tal-kwalità għandhom jingħataw bl-istruttura standard tal-metadejta ddefinita mill-Eurostat.


11.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/50


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2004

tal-10 ta' Novembru 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

49,2

MA

75,6

MK

50,7

TR

74,5

ZZ

62,5

0707 00 05

AL

80,9

JO

229,9

MA

183,4

TR

156,7

ZZ

162,7

0709 93 10

MA

131,4

TR

177,9

ZZ

154,7

0805 20 10

CL

170,3

MA

81,7

PE

166,7

TR

83,5

ZA

150,6

ZZ

130,6

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CL

184,7

PE

147,1

TR

73,1

ZA

95,1

ZZ

125,0

0805 50 10

TR

105,6

ZZ

105,6

0806 10 10

BR

311,3

EG

226,4

PE

251,0

TR

169,1

ZZ

239,5

0808 10 80

AR

145,7

CA

163,3

CL

84,4

MK

29,8

NZ

142,2

US

146,9

ZA

223,1

ZZ

133,6

0808 30 90

BA

73,9

CN

83,9

TR

135,2

XS

80,0

ZZ

93,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

11.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/53


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/2005

tal-10 ta' Novembru 2015

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Lulju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/393/PESK (1) li taħtar lis-Sur Franz-Michael SKJOLD MELLBIN bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Afganistan. Il-mandat tar-RSUE għandu jiskadi fil-31 ta' Ottubru 2015.

(2)

Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż għal perijodu ieħor ta' 16-il xahar.

(3)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tmur għall-agħar u li tista' timpedixxi li jinkisbu l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Franz-Michael SKJOLD MELLBIN bħala r-RSUE għall-Afganistan huwa estiż sat-28 ta' Frar 2017. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jintemm qabel, abbażi ta' valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ).

Artikolu 2

Objettivi tal-politika

Ir-RSUE għandu jirrappreżenta lill-Unjoni u jippromovi l-objettivi ta' politika tal-Unjoni fl-Afganistan, f'koordinazzjoni mill-qrib mar-rappreżentanti tal-Istati Membri fl-Afganistan. B'mod aktar speċifiku, ir-RSUE għandu:

(a)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta UE-Afganistan, l-Istrateġija tal-UE fl-Afganistan 2014-2016 u, kif xieraq, il-Ftehim ta' Kooperazzjoni UE-Afganistan dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp (CAPD);

(b)

jappoġġa d-djalogu politiku bejn l-Unjoni u l-Afganistan;

(c)

jappoġġa r-rwol ċentrali li għandha n-Nazzjonijiet Uniti (NU) fl-Afganistan b'enfasi partikolari fuq il-kontribut għal assistenza internazzjonali kkoordinata aħjar, biex b'hekk jippromovi l-implimentazzjoni tal-Communiqués tal-Konferenzi ta' Bonn, Chicago, Tokyo u Londra, kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tan-NU.

Artikolu 3

Mandat

Sabiex jitwettaq il-mandat, ir-RSUE għandu, f'kooperazzjoni mill-qrib mar-rappreżentanti tal-Istati Membri fl-Afganistan:

(a)

jippromovi l-fehmiet tal-Unjoni dwar il-proċess politiku u l-iżviluppi fl-Afganistan;

(b)

iżomm kuntatt mill-qrib, u jappoġġa l-iżvilupp ta' istituzzjonijiet Afgani rilevanti, b'mod partikolari l-Gvern u l-Parlament kif ukoll l-awtoritajiet lokali. Għandu wkoll jinżamm kuntatt ma' gruppi politiċi Afgani oħra u atturi rilevanti oħra fl-Afganistan, b'mod partikolari l-atturi rilevanti tas-soċjetà ċivili;

(c)

iżomm kuntatt mill-qrib ma' partijiet ikkonċernati internazzjonali u reġjonali rilevanti fl-Afganistan, b'mod partikolari mar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju-Ġenerali tan-NU u r-Rappreżentant Ċivili Superjuri tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO) u ma' sħab u organizzazzjonijiet ewlenin oħrajn;

(d)

jagħti pariri dwar il-progress miksub biex jintlaħqu l-objettivi tad-Dikjarazzjoni Konġunta UE-Afganistan, l-Istrateġija tal-UE fl-Afganistan 2014-2016, il-Ftehim ta' Kooperazzjoni UE-Afganistan dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp (CAPD) u tal-Communiqués tal-Konferenzi ta' Bonn, Chicago, Tokyo u Londra, b'mod partikolari fl-oqsma li ġejjin:

(i)

it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ċivili, b'mod partikolari fil-livell sottonazzjonali,

(ii)

il-governanza tajba u l-istabbiliment ta' istituzzjonijiet meħtieġa għall-eżistenza tal-istat tad-dritt, b'mod partikolari ġudikatura indipendenti,

(iii)

ir-riformi elettorali u kostituzzjonali,

(iv)

ir-riformi fis-settur tas-sigurtà, inkluż it-tisħiħ ta' istituzzjonijiet ġudizzjarji u l-istat tad-dritt, l-armata nazzjonali u l-forza tal-pulizija, u b'mod partikolari, l-iżvilupp tas-servizz tal-pulizija ċivili;

(v)

il-promozzjoni tat-tkabbir, b'mod partikolari permezz tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali,

(vi)

ir-rispett għall-obbligi internazzjonali tal-Afganistan b'rabta mad-drittijiet tal-bniedem, inkluż ir-rispett għad-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi u d-drittijiet tan-nisa u t-tfal,

(vii)

ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt,

(viii)

it-trawwim tal-parteċipazzjoni tan-nisa fl-amministrazzjoni pubblika, fis-soċjetà ċivili u, f'konformità mar-Riżoluzzjoni 1325(2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, il-proċess ta' paċi,

(ix)

ir-rispett għall-obbligi internazzjonali tal-Afganistan, inkluża l-kooperazzjoni fl-isforzi internazzjonali għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, it-traffikar illeċitu tad-droga, it-traffikar tal-bnedmin u l-proliferazzjoni ta' armi u ta' armi ta' qerda massiva u materjal relatat,

(x)

il-faċilitazzjoni tal-assistenza umanitarja u r-ritorn b'mod ordnat ta' refuġjati u ta' persuni spustati internament, u

(xi)

it-tisħiħ tal-effettività tal-preżenza u l-attivitajiet tal-Unjoni fl-Afganistan u l-kontribut għall-formulazzjoni tar-rapporti ta' implimentazzjoni regolari dwar l-Istrateġija tal-UE fl-Afganistan 2014-2016, kif mitlub mill-Kunsill;

(e)

jipparteċipa b'mod attiv f'fora ta' koordinazzjoni lokali bħall-Bord Konġunt ta' Koordinazzjoni u Monitoraġġ, waqt li jżomm lill-Istati Membri mhux parteċipanti infurmati b'mod sħiħ dwar id-deċiżjonijiet meħudin f'dawn il-livelli;

(f)

jagħti parir dwar il-parteċipazzjoni u l-pożizzjonijiet tal-Unjoni f'konferenzi internazzjonali fir-rigward tal-Afganistan, u b'mod partikolari dwar il-Konferenza Ministerjali internazzjonali li jmiss dwar l-Afganistan, li għandha tkun koospitata mill-Unjoni fi Brussell, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet Afgani u s-sħab internazzjonali ewlenin;

(g)

jieħu rwol attiv fil-promozzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali permezz ta' inizjattivi rilevanti inkluż il-Proċess ta' Istanbul u l-Konferenza Reġjonali għall-Kooperazzjoni Ekonomika dwar l-Afganistan (RECCA);

(h)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, b'mod partikolari fir-rigward tan-nisa u t-tfal f'żoni milquta minn konflitti, speċjalment billi jwettaq monitoraġġ u jindirizza l-iżviluppi f'dan ir-rigward;

(i)

jipprovdi, kif adatt, appoġġ għal proċess ta' paċi inklużiv u mmexxi mill-Afganistan li jwassal għal soluzzjoni politika konsistenti mal-“linji l-ħomor” maqbula fil-Konferenza ta' Bonn.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.

2.   Il-KPS għandu jżomm kollegament privileġġjat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta' kuntatt tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.

3.   Ir-RSUE għandu jaħdem f'koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u d-dipartimenti rilevanti tiegħu.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta' Novembru 2015 sat-28 ta' Frar 2017 għandu jkun ta' EUR 7 625 000.

2.   In-nefqa għandha tiġi amministrata f'konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jagħti rendikont lill-Kummissjoni għall-infiq kollu.

Artikolu 6

Kostituzzjoni u kompożizzjoni tal-iskwadra

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli li jifforma skwadra fil-limiti tal-mandat tar-RSUE u l-mezzi finanzjarji korrispondenti li jsiru disponibbli. L-iskwadra għandha tinkludi l-kompetenza esperta dwar kwistjonijiet speċifiċi ta' politika kif rikjest mill-mandat. Ir-RSUE għandu regolarment u minnufih jinforma lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-kompożizzjoni tal-iskwadra.

2.   L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu li jiġi ssekondat persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta' tali persunal issekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru, mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni jew mis-SEAE, rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew is-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati biex jaħdmu mar-RSUE. Il-persunal b'kuntratt internazzjonali għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru.

3.   Il-persunal kollu ssekondat għandu jibqa' taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru emittenti, l-istituzzjoni emittenti tal-Unjoni jew is-SEAE u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-persunal tar-RSUE

Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jiġu miftehmin mal-pajjiż ospitanti, kif adatt. L-Istati Membri u s-SEAE għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan il-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta' informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tal-iskwadra tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta' sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (2).

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u sostenn loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE jingħata aċċess għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u/jew l-Istati Membri, kif xieraq, għandhom jipprovdu sostenn loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

F'konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta' persunal stazzjonat barra mill-Unjoni f'kapaċità operazzjonali taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f'konformità mal-mandat tar-RSUE u s-sitwazzjoni tas-sigurtà fiż-żona ta' responsabbiltà, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, b'mod partikolari billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta' sigurtà speċifiku bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jinkludi miżuri ta' sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi, li jirregolaw l-immaniġġar tal-moviment sigur tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona ta' responsabbiltá, kif ukoll l-immaniġġar ta' inċidenti ta' sigurtà u inkluż pjan ta' kontinġenza u ta' evakwazzjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu stazzjonat barra mill-Unjoni jkun kopert b'assigurazzjoni ta' riskju għoli, kif meħtieġ skont il-kondizzjonijiet fiż-żona ta' responsabbiltà;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tal-iskwadra tar-RSUE li jkunu ser jiġu stazzjonati barra l-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona ta' responsabbiltà jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati għal dik iż-żona mis-SEAE;

(d)

jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet kollha miftehmin, magħmula b'segwitu għal valutazzjonijiet regolari tas-sigurtà, u jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta' sigurtà fil-qafas tar-rapporti dwar il-progress u l-implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rapporti

Ir-RSUE għandu jipprovdi rapporti regolarment lir-RGħ u lill-KPS. Ir-RSUE għandu wkoll jirrapporta, kif meħtieġ, lill-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill. Ir-rapporti regolari għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-Netwerk COREU. Ir-RSUE jista' jipprovdi rapporti lill-Kunsill tal-Affarijiet Barranin. F'konformità mal-Artikolu 36 tat-Trattat, ir-RSUE jista' jkun involut fl-għoti ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, il-konsistenza u l-effikaċja tal-azzjoni tal-Unjoni u għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni u l-azzjonijiet kollha tal-Istati Membri jiġu impenjati b'mod konsistenti, biex jinkisbu l-objettivi ta' politika tal-Unjoni. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma' dawk tal-Kummissjoni, kif ukoll mad-Delegazzjoni tal-Unjoni fil-Pakistan. Ir-RSUE għandu jipprovdi aġġornamenti regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

2.   Fil-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tal-Missjonijiet tal-Istati Membri u mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni. Huma għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jassistu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu jipprovdi gwida politika lokali lill-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN). Ir-RSUE u l-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili għandhom jikkonsultaw ma' xulxin, kif meħtieġ. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kuntatt ma' atturi internazzjonali u reġjonali oħrajn fil-post.

Artikolu 13

Assistenza b'rabta ma' talbiet

Ir-RSUE u l-persunal tiegħu għandhom jassistu fil-forniment ta' elementi li jwieġbu għal kwalunkwe talba u obbligu li jirriżultaw mill-mandati tar-RSUE preċedenti fl-Afganistan, u għandhom jipprovdu assistenza amministrattiva u aċċess għall-fajls rilevanti għal dawn l-għanijiet.

Artikolu 14

Rieżami

L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma' kontributi oħrajn mill-Unjoni għar-reġjun għandhom jiġu rieżaminati regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapport ta' progress sal-aħħar ta' Ġunju 2016 u rapport komprensiv dwar l-implementazzjoni tal-mandat sal-aħħar ta' Novembru 2016.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Novembru 2015.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

P. GRAMEGNA


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/393/PESK tat-22 ta' Lulju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2013/382/PESK li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Afganistan (ĠU L 198, 23.7.2013, p. 47).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).


11.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/58


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/2006

tal-10 ta' Novembru 2015

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Qarn tal-Afrika

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-8 ta' Diċembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/819/PESK (1) li taħtar lis-Sur Alexander RONDOS bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Qarn tal-Afrika. Il-mandat tar-RSUE jiskadi fil-31 ta' Ottubru 2015.

(2)

Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż għal perijodu ulterjuri ta' 16-il xahar.

(3)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' tikkomprometti l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Alexander RONDOS bħala r-RSUE għall-Qarn tal-Afrika huwa estiż sat-28 ta' Frar 2017. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jintemm qabel, abbażi ta' valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ).

Għall-finijiet tal-mandat tar-RSUE, il-Qarn tal-Afrika huwa intiż li jikkonsisti mir-Repubblika tal-Djibouti, l-Istat tal-Eritrea, ir-Repubblika Demokratika Federali tal-Etjopja, ir-Repubblika tal-Kenja, ir-Repubblika Federali tas-Somalja, ir-Repubblika tas-Sudan, ir-Repubblika tas-Sudan t'Isfel u r-Repubblika tal-Uganda. Fir-rigward ta' kwistjonijiet b'implikazzjonijiet reġjonali aktar estensivi, ir-RSUE għandu jfittex kuntatti ma' pajjiżi u entitajiet reġjonali lil hinn mill-Qarn tal-Afrika, kif adatt.

Artikolu 2

Objettivi ta' politika

1.   Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi ta' politika tal-Unjoni fir-rigward tal-Qarn tal-Afrika, kif stabbiliti fil-Qafas Strateġiku tagħha adottat fl-14 ta' Novembru 2011, il-Pjan ta' Azzjoni Reġjonali għall-Qarn tal-Afrika 2015-2020 adottat fis-26 ta' Ottubru 2015, u fil-konklużjonijiet tal-Kunsill rilevanti, jiġifieri li jikkontribwixxi b'mod attiv għall-isforzi reġjonali u internazzjonali għall-kisba ta' koeżistenza paċifika u ta' paċi dejjiema, is-sigurtà u l-iżvilupp ġewwa u bejn il-pajjiżi fir-reġjun. Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi wkoll biex isaħħaħ il-kwalità, l-intensità, l-impatt u l-viżibbiltà tad-diversi aspetti tal-impenn f'tal-Unjoni fil-Qarn tal-Afrika.

2.   L-objettivi ta' politika li għalihom għandu jikkontribwixxi r-RSUE għandhom jinkludu, fost oħrajn:

(a)

il-kontinwazzjoni tal-istabbilizzazzjoni tal-Qarn tal-Afrika, b“konsiderazzjoni tad-dinamika reġjonali usa”;

(b)

ir-riżoluzzjoni ta' konflitti, speċifikament dawk fis-Somalja, is-Sudan t'Isfel u s-Sudan, u l-prevenzjoni u t-twissija bikrija ta' konflitti potenzjali bejn il-pajjiżi fir-reġjun jew fl-intern tagħhom;

(c)

appoġġ għall-kooperazzjoni politika, ekonomika u ta' sigurtà reġjonali;

(d)

ġestjoni mtejba ta' flussi migratorji mħallta mill-Qarn tal-Afrika jew fl-intern tiegħu, filwaqt li jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali għal tali flussi.

Artikolu 3

Mandat

1.   Sabiex jinkisbu l-objettivi ta' politika tal-Unjoni fir-rigward tal-Qarn tal-Afrika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

abbażi tal-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni Reġjonali tiegħu jfittex kuntatti mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fir-reġjun, il-gvernijiet, l-awtoritajiet reġjonali, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali, is-soċjetà ċivili u d-dijaspori, bil-ħsieb li jiġu promossi l-objettivi tal-Unjoni, u jikkontribwixxi għal fehim aħjar tar-rwol tal-Unjoni fir-reġjun;

(b)

ifittex kuntatti ma' atturi ewlenin barra mir-reġjun b'influwenza fil-Qarn tal-Afrika, fl-interessi li jindirizza kwistjonijiet ta' stabbiltà reġjonali usa', inkluż fir-rigward tal-Baħar l-Aħmar u l-Oċean Indjan tal-Punent. Dawk il-kuntatti għandhom jinkludu impenn bilaterali mal-Istati Uniti tal-Amerika, il-pajjiżi tal-Golf, l-Eġittu, it-Turkija u ċ-Ċina, kuntatti reġjonali mal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf u interazzjoni ma' atturi rilevanti oħra hekk kif dawn jitfaċċaw;

(c)

jirrappreżenta lill-Unjoni f'fora internazzjonali rilevanti, kif adatt, u jiżgura l-viżibbiltà għall-appoġġ tal-Unjoni fil-ġestjoni ta' kriżijiet, kif ukoll fir-riżoluzzjoni u l-prevenzjoni tal-konflitti;

(d)

iħeġġeġ u jappoġġa l-kooperazzjoni politika u tas-sigurtà u l-integrazzjoni ekonomika effettivi fir-reġjun permezz tas-sħubija tal-Unjoni mal-Unjoni Afrikana (UA) u l-organizzazzjonijiet reġjonali, b'mod partikolari l-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp (IGAD);

(e)

isegwi l-iżviluppi politiċi fir-reġjun u jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-politika tal-Unjoni lejn ir-reġjun, inkluż fir-rigward tas-Somalja, is-Sudan, is-Sudan t'Isfel u l-Eritrea, it-tilwima dwar il-fruntiera Etjopja-Eritrea u l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Alġeri, it-tilwima dwar il-fruntiera Djibouti-Eritrea, l-inizjattiva dwar il-Baċin tan-Nil u tħassib ieħor f'dak ir-reġjun li għandu impatt fuq is-sigurtà, l-istabbiltà u l-prosperità tiegħu;

(f)

jeżamina l-isfidi transkonfinali, b'mod partikolari dwar il-migrazzjoni u, fuq talba, jipparteċipa fi djalogi dwar il-migrazzjoni ma' partijiet interessati rilevanti, u jikkontribwixxi b'mod aktar ġenerali lejn il-politika tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni u r-refuġjati fir-rigward tar-reġjun, f'konformità mal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sabiex tiżdied il-kooperazzjoni, inkluż dwar ir-ritorn u r-riammissjoni;

(g)

fir-rigward tas-Somalja, u f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni għas-Somalja u l-sħab reġjonali u internazzjonali rilevanti, inklużi r-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) għas-Somalja, l-UA u l-IGAD, ikompli jikkontribwixxi b'mod attiv għal azzjonijiet u inizjattivi li jwasslu għal stabbilizzazzjoni ulterjuri u arranġamenti ta' wara t-transizzjoni għas-Somalja, filwaqt li jibni fuq il-Patt dwar il-Ftehim il-Ġdid tal-2013 u l-progress fil-formazzjoni ta' stat federali, u bil-ħsieb li jinkiseb proċess elettorali kredibbli u inklużiv fis-Somalja fl-2016. Barra minn hekk, ir-RSUE għandu jkompli jappoġġa l-iżvilupp tas-settur tas-sigurtà fis-Somalja, inkluż permezz tal-missjonijiet tal-PSDK tal-Unjoni skjerati fir-reġjun;

(h)

fir-rigward tas-Sudan, u f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Kapijiet tad-Delegazzjoni tal-Unjoni f'Khartoum u għall-UA f'Addis Ababa, jikkontribwixxi għall-koerenza u l-effettività tal-politika tal-Unjoni lejn is-Sudan u jappoġġa soluzzjonijiet politiċi għall-konflitti li għaddejjin bħalissa f'Darfur, il-Kordofan tan-Nofsinhar u l-Blue Nile, u rikonċiljazzjoni nazzjonali permezz ta' proċess politiku olistiku. F'dan ir-rigward, ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għal approċċ internazzjonali koerenti mal-UA u b'mod partikolari l-Grupp ta' Implimentazzjoni ta' Livell Għoli tal-UA għas-Sudan u s-Sudan t'Isfel (AUHIP), in-NU u partijiet ikkonċernati reġjonali u internazzjonali ewlenin oħra, filwaqt li jżomm f'moħħu wkoll il-ħtieġa ta' appoġġ għall-koeżistenza paċifika tas-Sudan u s-Sudan t'Isfel, b'mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Addis u r-riżoluzzjoni tal-kwistjonijiet pendenti wara l-Ftehim Komprensiv ta' Paċi;

(i)

fir-rigward tas-Sudan t'Isfel, abbażi tal-Ftehim li ġie ffirmat reċentement dwar ir-Riżoluzzjoni tal-Konflitt (ARC) fis-Sudan t'Isfel, ikompli jimpenja ruħu f'livell reġjonali, b'mod partikolari mal-IGAD, l-UA, in-NU, il-ġirien tas-Sudan t'Isfel u sħab internazzjonali ewlenin oħra, biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-ftehim. F'dan ir-rigward ir-RSUE għandu jaħdem f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-UE f'Juba u għall-UA f'Addis Ababa;

(j)

isegwi mill-qrib sfidi transkonfinali oħra li jolqtu l-Qarn tal-Afrika, b'enfasi fuq ir-radikalizzazzjoni u t-terroriżmu, iżda jħares ukoll lejn is-sigurtà u l-piraterija marittima, il-kriminalità organizzata, il-kuntrabandu u t-traffikar ta' armi, prodotti mill-annimali selvaġġi, drogi u kuntrabandu ieħor, u kwalunkwe konsegwenza politika u ta' sigurtà tal-kriżijiet umanitarji;

(k)

jippromovi l-aċċess umanitarju madwar ir-reġjun;

(l)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/168/PESK (2) u l-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem, f'kooperazzjoni mar-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem, inkluż il-Linji Gwida tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-Linji Gwida tal-UE dwar it-tfal u l-konflitt armat, kif ukoll il-Linji Gwida tal-UE dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta' diskriminazzjoni kontrihom, u l-politika tal-Unjoni dwar ir-Riżoluzzjoni 1325 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, inkluż permezz ta' monitoraġġ u rappurtar dwar l-iżviluppi kif ukoll l-ifformular ta' rakkomandazzjonijiet f'dan ir-rigward.

2.   Għall-fini tat-twettiq tal-mandat tiegħu, ir-RSUE għandu, fost oħrajn:

(a)

jagħti pariri u jirrapporta dwar id-definizzjoni tal-pożizzjonijiet tal-Unjoni fil-fora internazzjonali, kif adatt, sabiex jippromovi b'mod proattiv l-approċċ ta' politika komprensiv tal-Unjoni lejn il-Qarn tal-Afrika;

(b)

iżomm viżjoni globali tal-attivitajiet kollha tal-Unjoni.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat, taħt l-awtorità tar-RGħ.

2.   Il- KPS għandu jżomm kollegament privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta' kuntatt tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.

3.   Ir-RSUE għandu jaħdem f'koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u d-dipartimenti rilevanti tiegħu, mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun u mal-Kummissjoni.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta' Novembru 2015 sat-28 ta' Frar 2017 għandu jkun ta' EUR 3 500 000.

2.   In-nefqa għandha tiġi amministrata konformement mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli quddiem il-Kummissjoni għal kull nefqa.

Artikolu 6

Formazzjoni u kompożizzjoni tal-grupp

1.   Fil-limiti tal-mandat tar-RSUE u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni tal-grupp tiegħu. Il-grupp għandu jinkludi l-għarfien espert dwar kwistjonijiet speċifiċi ta' politika u ta' sigurtà kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jinforma fil-pront u regolarment lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-kompożizzjoni tal-grupp tiegħu.

2.   L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu is-sekondar ta' persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta' tali persunal sekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru jew mill-istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea konċernata jew l-SEAE, rispettivament. Esperti ssekondati mill-Istati Membri għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew mas-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati lir-RSUE. Il-persunal kuntrattat internazzjonali għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru.

3.   Il-persunal sekondat kollu għandu jibqa' taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru li jibgħat, tal-istituzzjoni tal-Unjoni li tibgħat jew tas-SEAE, u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

4.   Il-persunal tar-RSUE għandu jiġi kkollokat mad-dipartimenti rilevanti tas-SEAE jew tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni sabiex jikkontribwixxi għall-koerenza u l-konsistenza tal-attivitajiet rispettivi tagħhom.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u tal-persunal tar-RSUE

Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-twettiq u l-funzjonament regolari tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jiġu miftehmin mal-pajjiż ospitanti, kif adatt. L-Istati Membri u s-SEAE għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan il-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta' informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tal-grupp tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi ta' sigurtà stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (3).

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni, is-SEAE u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li jingħata aċċess lir-RSUE għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun u l-Istati Membri, kif adatt, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

F'konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta' persunal skjerat barra l-Unjoni f'kapaċità operattiva taħt it-Titlu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri raġonevolment prattikabbli kollha, f'konformità mal-mandat tar-RSUE u s-sitwazzjoni tas-sigurtà fiż-żona tar-responsabbiltà, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, b'mod partikolari billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta' sigurtà speċifiku bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jinkludi miżuri ta' sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi, li jirregolaw il-ġestjoni tal-moviment mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona tar-responsabbiltà kif ukoll il-ġestjoni ta' inċidenti tas-sigurtà u li jinkludi pjan ta' kontinġenza u ta' evakwazzjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu skjerat barra mill-Unjoni jkun kopert b'assigurazzjoni ta' riskju għoli, kif meħtieġ mill-kundizzjonijiet fiż-żona tar-responsabbiltà;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tal-grupp tar-RSUE li jkunu ser jiġu skjerati barra l-Unjoni, inkluż persunal kuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona tar-responsabbiltà jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati lil dik iż-żona mis-SEAE;

(d)

jiġi żgurat li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet miftehmin kollha, magħmula wara valutazzjonijiet regolari ta' sigurtà, u li l-Kunsill, ir-RGħ u l-Kummissjoni jingħatawlhom rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta' sigurtà fil-qafas tar-rapport ta' progress u tar-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtar

1.   Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment rapporti orali u bil-miktub lir-RGħ u lill-KPS. Ir-RSUE għandu wkoll jirrapporta skont il-ħtieġa lill-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill. Ir-rapporti regolari għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-netwerk COREU. Ir-RSUE jista' jipprovdi rapporti lill-Kunsill tal-Affarijiet Barranin. F'konformità mal-Artikolu 36 tat-Trattat, ir-RSUE jista' jkun involut fl-għoti ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew.

2.   Ir-RSUE għandu jirrapporta dwar l-aħjar mod sabiex jinkisbu l-inizjattivi tal-Unjoni, bħall-kontribut tal-Unjoni għar-riformi, u inklużi l-aspetti politiċi tal-proġetti ta' żvilupp rilevanti tal-Unjoni, f'koordinazzjoni mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, il-konsistenza u l-effikaċja tal-azzjonijiet tal-Unjoni u għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni u l-azzjoni kollha tal-Istati Membri jiġu impenjati b'mod konsistenti biex jinkisbu l-objettivi ta' politika tal-Unjoni. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma' dawk tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u tal-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment informazzjoni lill-missjonijiet tal-Istati Membri u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun.

2.   Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u mal-Kapijiet tal-missjonijiet tal-Istati Membri. Huma għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jassistu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE, f'koordinazzjoni mill-qrib mad-delegazzjonijiet rilevanti tal-Unjoni, għandu jipprovdi gwida politika lokali lill-Kmandant tal-Forzi tal-EUNAVFOR Atalanta, lill-Kmandant tal-Missjoni tal-EUTM Somalia u lill-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP NESTOR. Ir-RSUE, il-Kmandanti tal-Operazzjonijiet tal-UE u l-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili għandhom jikkonsultaw lil xulxin kif meħtieġ.

3.   Ir-RSUE għandu jikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet tal-pajjiżi involuti, in-NU, l-UA, l-IGAD, partijiet ikkonċernati nazzjonali, reġjonali u internazzjonali oħra, kif wkoll mas-soċjetà ċivili fir-reġjun.

Artikolu 13

Analiżi

L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma' kontributi oħrajn mill-Unjoni għar-reġjun għandhom jiġu analizzati regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta rapport ta' progress lill-Kunsill lir-RGħ, u lill-Kummissjoni sal-aħħar ta' Ġunju 2016 u rapport komprensiv dwar l-implementazzjoni tal-mandat sal-aħħar ta' Novembru 2016.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Novembru 2015.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

P. GRAMEGNA


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/819/PESK tat-8 ta' Diċembru 2011 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Qarn tal-Afrika (ĠU L 327, 9.12.2011, p. 62).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/168/PESK tal-21 ta' Marzu 2011 dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2003/444/PESK (ĠU L 76, 22.3.2011, p. 56).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).


11.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/64


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/2007

tal-10 ta' Novembru 2015

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fid-19 ta' Jannar 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/77 (1) li ħatret lis-Sur Lars-Gunnar WIGEMARK bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Bożnija-Ħerzegovina. Il-mandat tar-RSUE jiskadi fil-31 ta' Ottubru 2015.

(2)

Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż għal perijodu ieħor ta' 16-il xahar.

(3)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-ksib tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Lars-Gunnar WIGEMARK bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Bożnija-Ħerzegovina huwa b'dan estiż sat-28 ta' Frar 2017. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jintemm qabel, abbażi ta' valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u ta' proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ).

Artikolu 2

Objettivi ta' politika

Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi ta' politika li ġejjin tal-Unjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina (BiH): progress kontinwu fil-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, bil-għan ta' BiH stabbli, vijabbli, paċifika u multietnika kif ukoll unita, li tikkoopera paċifikament mal-ġirien tagħha u li timxi irreversibbilment fit-triq lejn sħubija fl-Unjoni. L-Unjoni ser tkompli wkoll tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Ftehim Qafas Ġenerali għall-Paċi (GFAP) fil-BiH.

Artikolu 3

Mandat

Sabiex jinkisbu l-objettivi ta' politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

joffri l-konsulenza tal-Unjoni u jiffaċilita l-proċess politiku;

(b)

jiżgura l-konsistenza u l-koerenza tal-azzjoni tal-Unjoni;

(c)

jiffaċilita l-progress fir-rigward tal-prijoritajiet politiċi, ekonomiċi u Ewropej;

(d)

jimmonitorja u jipprovdi konsulenza lill-awtoritajiet eżekuttivi u leġislattivi fil-livelli kollha tal-gvern fil-BiH, u jżomm kollegament mal-awtoritajiet u l-partiti politiċi fil-BiH;

(e)

jassigura l-implimentazzjoni tal-isforzi tal-Unjoni fil-firxa kollha tal-attivitajiet fil-qasam tal-istat tad-dritt u r-riforma tas-settur tas-sigurtà, jippromwovi l-koordinazzjoni globali tal-Unjoni ta', u jagħti direzzjoni politika lokali lill-isforzi tal-Unjoni fl-indirizzar tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni u, f'dan il-kuntest, jipprovdi lir-RGħ u lill-Kummissjoni b'evalwazzjonijiet u konsulenza kif neċessarju;

(f)

jipprovdi appoġġ għall-interfaċċa rinfurzata u aktar effettiva bejn is-sistema tal-ġustizzja kriminali u l-pulizija fil-BiH;

(g)

mingħajr preġudizzju għal-linja ta' kmand militari, joffri lill-Kmandant tal-Forza tal-UE gwida politika dwar kwistjonijiet militari b'dimensjoni politika lokali, b'mod partikolari rigward operazzjonijiet sensittivi, relazzjonijiet mal-awtoritajiet lokali u mal-mezzi tax-xandir lokali; jikkonsulta l-Kmandant tal-Forza tal-UE qabel ma jieħu azzjoni politika li jista' jkollha impatt fuq is-sitwazzjoni tas-sigurtà;

(h)

jikkoordina u jimplimenta l-isforzi ta' komunikazzjoni tal-Unjoni rigward kwistjonijiet tal-Unjoni lejn il-pubbliku fil-BiH;

(i)

jippromwovi l-proċess tal-integrazzjoni fl-UE permezz ta' diplomazija pubblika mmirata u attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni tal-Unjoni mfasslin biex jiżguraw fehim u appoġġ usa' mill-pubbliku tal-BiH rigward materji relatati mal-UE, anke permezz tal-involviment ta' atturi tas-soċjetà ċivili lokali;

(j)

jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fil-BiH, f'konformità mal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-Linji Gwida tal-Unjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

(k)

jingaġġa mal-awtoritajiet rilevanti tal-BiH dwar il-kooperazzjoni sħiħa tagħhom mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY);

(l)

f'konformità mal-proċess ta' integrazzjoni tal-Unjoni, jipprovdi konsulenza, jassisti, jiffaċilita u jimmonitorja d-djalogu politiku dwar il-bidliet kostituzzjonali neċessarji;

(m)

iżomm kuntatti u konsultazzjonijiet mill-qrib mar-Rappreżentant Għoli fil-BIĦ u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħrajn li jaħdmu fil-pajjiż;

(n)

jipprovdi konsulenza lir-RGħ kif meħtieġ rigward persuni fiżiċi jew ġuridiċi li fir-rigward tagħhom jistgħu jiġu imposti miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-BiH;

(o)

mingħajr preġudizzju għal-linji ta' kmand applikabbli, jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni fuq il-post jiġu applikati b'mod koerenti biex jinkisbu l-objettivi ta' politika tal-Unjoni.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.

2.   Il-KPS għandu jżomm kollegament privileġġjat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta' kuntatt tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.

3.   Ir-RSUE għandu jaħdem f'koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u d-dipartimenti relevanti tiegħu.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta' Novembru 2015 sat-28 ta' Frar 2017 għandu jkun ta' EUR 7 600 000.

2.   In-nefqa għandha tiġi amministrata konformement mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-parteċipazzjoni tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi fl-għoti ta' kuntratti ta' akkwist pubbliku mir-RSUE għandha tkun miftuħa mingħajr limiti. Barra minn hekk, ma għandha tapplika l-ebda regola ta' oriġini għall-oġġetti mixtrija mir-RSUE.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli lejn il-Kummissjoni għal kull nefqa.

Artikolu 6

Formazzjoni u kompożizzjoni tat-tim

1.   Għandu jiġi assenjat persunal iddedikat biex jassisti lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat u biex jikkontribwixxi għall-koerenza, il-viżibilità u l-effikaċja tal-azzjoni tal-Unjoni fil-BiH b'mod ġenerali. Fil-limiti tal-mandat tiegħu u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-formazzjoni tat-tim. It-tim għandu jinkludi membri li jkollhom konoxxenza esperta dwar kwistjonijiet speċifiċi ta' politika kif rikjest mill-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati minnufih dwar il-formazzjoni tat-tim.

2.   L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta' persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta' tali persunal issekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru, mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni jew mis-SEAE, rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew is-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati lir-RSUE. Il-persunal internazzjonali b'kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa' taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru li jkun issekondah, tal-istituzzjoni tal-Unjoni jew tas-SEAE u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u tal-persunal tar-RSUE

Il-privileġġi, immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għall-eżekuzzjoni u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u tal-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jiġu miftehmin mal-partijiet ospitanti, skont il-każ. L-Istati Membri u s-SEAE għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan il-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta' informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tat-tim tar-RSUE għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta' sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (2).

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE jingħata aċċess għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u/jew l-Istati Membri, skont il-każ, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

F'konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta' persunal stazzjonat barra l-Unjoni f'kapaċità operazzjonali taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f'konformità mal-mandat tar-RSUE u s-sitwazzjoni tas-sigurtà fiż-żona ta' responsabbiltà, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, b'mod partikolari billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta' sigurtà speċifiku bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jinkludi miżuri ta' sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi, li jirregolaw il-ġestjoni tal-moviment mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona ta' responsabbiltà, kif ukoll il-ġestjoni ta' inċidenti ta' sigurtà u inkluż pjan ta' kontinġenza u ta' evakwazzjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu stazzjonat barra mill-Unjoni jkun kopert b'assigurazzjoni ta' riskju għoli, kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona ta' responsabbiltà;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tat-tim tar-RSUE li jkunu ser jiġu stazzjonati barra l-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel, jew kif jaslu fiż-żona ta' responsabbiltà, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati lil dik iż-żona mis-SEAE;

(d)

jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet kollha miftehmin, magħmula wara valutazzjonijiet regolari ta' sigurtà, u jipprovdi lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta' sigurtà fil-qafas tar-rapporti ta' progress u tal-implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtar

Ir-RSUE għandu regolarment jipprovdi rapporti orali u bil-miktub lir-RGħ u lill-KPS. Ir-RSUE għandu wkoll jirrapporta lill-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill, kif neċessarju. Ir-rapporti regolari għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-netwerk COREU. Ir-RSUE jista' jipprovdi rapporti lill-Kunsill tal-Affarijiet Barranin. F'konformità mal-Artikolu 36 tat-Trattat, ir-RSUE jista' jkun involut fl-għoti ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, il-konsistenza u l-effikaċja tal-azzjoni tal-Unjoni u għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni u l-azzjonijiet kollha tal-Istati Membri jiġu ingaġġati b'mod konsistenti biex jinkisbu l-objettivi ta' politika tal-Unjoni. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma' dawk tal-Kummissjoni, kif ukoll ma' dawk ta' RSUE oħrajn attivi fir-reġjun, kif meħtieġ. Ir-RSUE għandu jipprovdi informazzjoni regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

2.   Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun u mal-Kapijiet tal-Missjonijiet tal-Istati Membri. Huma għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jassistu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kollegament ma' atturi internazzjonali u reġjonali fuq il-post, u b'mod partikolari jżomm koordinazzjoni mill-qrib mar-Rappreżentant Għoli fil-BiH.

3.   B'appoġġ għall-operazzjonijiet tal-Unjoni ta' maniġġar tal-kriżijiet, ir-RSUE, flimkien ma' atturi tal-Unjoni oħrajn preżenti fuq il-post, għandu jtejjeb id-disseminazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni minn dawk l-atturi tal-Unjoni bil-ħsieb li jinkiseb livell għoli ta' għarfien u valutazzjoni komuni tas-sitwazzjoni.

Artikolu 13

Assistenza rigward pretensjonijiet

Ir-RSUE u l-persunal tar-RSUE għandhom jassistu fil-provediment ta' elementi b'rispons għal kwalunkwe pretensjoni u obbligu li joħroġ mill-mandati tar-RSUE preċedenti fil-BiH, u għandhom jipprovdu assistenza amministrattiva u aċċess għall-fajls rilevanti għal dawn l-għanijiet.

Artikolu 14

Reviżjoni

L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma' kontributi oħrajn mill-Unjoni għar-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapport ta' progress qabel l-aħħar ta' Ġunju 2016 u rapport komprensiv dwar l-implementazzjoni tal-mandat sal-aħħar ta' Novembru 2016.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Novembru 2015.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

P. GRAMEGNA


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/77 tad-19 ta' Jannar 2015 li taħtar Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja-Ħerzegovina (ĠU L 13, 20.1.2015, p. 7).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).


11.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/69


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/2008

tal-10 ta' Novembru 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, u l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-12 ta' Awwissu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/452/PESK (1), li estendiet il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (“EUMM Georgia” jew il-“Missjoni”), stabbilita bl-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/736/PESK (2).

(2)

Fis-16 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/915/PESK (3) li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK, li estendiet il-Missjoni sal-14 ta' Diċembru 2016 u pprovdiet ammont ta' referenza finanzjarja sal-14 ta' Diċembru 2015.

(3)

Għandu jiġi pprovdut ammont ta' referenza finanzjarja ġdid li jkopri l-perijodu mill-15 ta' Diċembru 2015 sal-14 ta' Diċembru 2016.

(4)

Id-Deċiżjoni 2010/452/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/452/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 14(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-Missjoni bejn il-15 ta' Diċembru 2015 u l-14 ta' Diċembru 2016 għandu jkun ta' EUR 17 640 000.”;

(2)

fl-Artikolu 14, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti bil-paragrafu li ġej:

“2.   In-nefqa kollha għandha tkun amministrata skont ir-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-parteċipazzjoni ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi fl-għoti ta' kuntratti ta' akkwist minn EUMM Georgia għandha tkun miftuħa mingħajr limitazzjonijiet. Barra minn hekk, m'għandha tapplika l-ebda regola ta' oriġini għall-prodotti mixtrija minn EUMM Georgia.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-15 ta' Diċembru 2015.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

P. GRAMEGNA


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK tat-12 ta' Awwissu 2010 dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (ĠU L 213, 13.8.2010, p. 43).

(2)  Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/736/PESK tal-15 ta' Settembru 2008 dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (ĠU L 248, 17.9.2008, p. 26).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/915/PESK tas-16 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (ĠU L 360, 17.12.2014, p. 56).


11.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/70


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2009

tal-10 ta' Novembru 2015

dwar it-tnedija fil-Polonja tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, il-forniment ta' data personali previst taħt dik id-Deċiżjoni ma jistax isir sakemm id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti fil-Kapitolu 6 ta' dik id-Deċiżjoni ma jkunux ġew implimentati fil-liġi nazzjonali tat-territorji tal-Istati Membri involuti f'tali forniment.

(2)

L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI (2) jipprevedi li l-verifika li l-kondizzjoni ta' hawn fuq tkun ġiet issodisfata fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta' data f'konformità mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandha ssir abbażi ta' rapport ta' evalwazzjoni bbażat fuq kwestjonarju, żjara ta' evalwazzjoni u prova pilota.

(3)

Skont il-punt 1.1 tal-Kapitolu 4 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, il-kwestjonarju mfassal mill-grupp ta' ħidma rilevanti tal-Ku