ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 292 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 58 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
|
|
|
Rettifika |
|
|
* |
||
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
10.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 292/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1999
tad-9 ta' Novembru 2015
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 165/2011 li jipprovdi għal tnaqqis minn ċerti kwoti tal-kavalli allokati lil Spanja għall-2011 u fis-snin sussegwenti minħabba s-sajd żejjed fl-2010
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 105(1) u (2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 165/2011 (2), kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 978/2014 (3), jistabbilixxi li l-kwota tas-sajd għall-kavalli (Scomber scombrus) fiż-żoni VIIIc, IX u X tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF (“il-kwota tas-sajd għall-kavalli”) allokata lil Spanja għall-2014 trid titnaqqas b'5 989 tunnellata minħabba s-sajd żejjed fl-2010. |
(2) |
Barra minn hekk, minħabba dan l-istess sajd żejjed li kien hemm fl-2010, ir-Regolament (UE) Nru 165/2011 jipprevedi wkoll li l-kwota tas-sajd għall-kavalli allokata lil Spanja għall-2015 u, meta jkun xieraq, għas-snin ta' wara, trid titnaqqas b'9 747 tunnellata. |
(3) |
Fit-30 ta' Marzu 2015, l-awtoritajiet Spanjoli għarrfu lill-Kummissjoni li l-kwota tas-sajd tagħhom għall-kavalli għall-2014 ma kinetx intużat kollha u talbu lill-Kummissjoni tqis l-ammont ta' tunnellati li ma ntużawx biex tnaqqas it-tnaqqis previst fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 165/2011 għall-2015. |
(4) |
Fl-istess ħin, skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (4), l-awtoritajiet Spanjoli kienu talbu li, fil-limiti indikati f'dak ir-Regolament, parti mill-kwota tas-sajd tagħhom għall-kavalli għall-2014 tinżamm u tiġi ttrasferita għall-2015. |
(5) |
Il-kwota tas-sajd għall-kavalli allokata lil Spanja għall-2014 li ma ntużatx tammonta għal 5 652,891 tunnellata. Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1170 (5) diġà ttrasferixxa 4 211,038-il tunnellata minn dik il-kwota tas-sajd għall-2015 li ma ntużatx. Għalhekk, għad fadal ammont ta' 1 441,853 tunnellata mill-kwota għall-2014 li ma ntużatx. |
(6) |
It-talba qiegħda tkompli tkun kompatibbli mar-raġunament mogħti fil-premessa 7 tar-Regolament (UE) Nru 165/2011 li jiġġustifika l-fatt li t-tnaqqis jinfirex fuq perjodu ta' ħames snin jew aktar. |
(7) |
L-ammont ta' 1 441,853 tunnellata għandu jintuża biex jiġi skedat mill-ġdid it-tnaqqis previst fir-Regolament (UE) Nru 165/2011, kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 978/2014. Dik il-kwantità għandha tiżdied mal-ammont li jrid jitnaqqas mill-kwota tas-sajd għall-kavalli għall-2014, li għalhekk għandu jiżdied minn 5 989 tunnellata għal 7 430,853 tunnellata, u fl-istess ħin għandha titnaqqas mill-ammont li jrid jitnaqqas mill-kwota tas-sajd għall-kavalli għall-2015, li għalhekk għandu jonqos minn 9 747 tunnellata għal 8 305,147 tunnellati. |
(8) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 165/2011 għandu jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 165/2011 jinbidel bit-test mogħti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 165/2011 tat-22 ta' Frar 2011 li jipprovdi għal tnaqqis minn ċerti kwoti tal-kavalli allokati lil Spanja għall-2011 u fis-snin sussegwenti minħabba s-sajd żejjed fl-2010 (ĠU L 48, 23.2.2011, p. 11).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 978/2014 tas-16 ta' Settembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 165/2011 li jipprovdi għal tnaqqis minn ċerti kwoti tal-kavalli allokati lil Spanja għall-2011 u fis-snin sussegwenti minħabba s-sajd żejjed fl-2010 (ĠU L 275, 17.9.2014, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1170 tas-16 ta' Lulju 2015 li jżid mal-kwoti tas-sajd tal-2015 ċerti kwantitajiet miżmuma fis-sena 2014 skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (ĠU L 189, 17.7.2015, p. 2).
ANNESS
“ANNESS
Stokk |
Il-kwota inizjali għall-2010 (1) |
Il-kwota adattata għall-2010 |
Il-qabdiet stabbiliti għall-2010 |
Id-differenza bejn il-qabdiet u l-kwota (is-sajd żejjed) |
Il-fattur ta' multiplikazzjoni msemmi fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 (is-sajd żejjed * 2) |
It-tnaqqis għall-2011 |
It-tnaqqis għall-2012 |
It-tnaqqis għall-2013 |
It-tnaqqis għall-2014 |
It-tnaqqis għall-2015 u, meta jkun xieraq, għas-snin ta' wara |
MAC/8C3411 |
27 919 -il tunnellata |
24 604 tunnellati |
44 225 tunnellata |
– 19 621 tunnellata (79,7 % tal-kwota għall-2010) |
– 39 242 tunnellata |
7 744 tunnellata |
5 500 tunnellata |
10 262 tunnellata |
7 430,853 tunnellata |
8 305,147 tunnellati |
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 53/2010.”
10.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 292/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2000
tad-9 ta' Novembru 2015
li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 546/2003, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 952/2006, (KE) Nru 826/2008, (KE) Nru 1295/2008, (KE) Nru 1296/2008, (UE) Nru 1272/2009, (UE) Nru 738/2010, u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u (UE) Nru 511/2012 fir-rigward tal-obbligi ta' notifika fi ħdan l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/ 72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 223(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (2) jistabbilixxi regoli komuni għan-notifikar tal-informazzjoni u tad-dokumenti mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. B'mod partikolari, dawn ir-regoli jkopru l-obbligu tal-Istati Membri li jużaw is-sistemi tal-informazzjoni li għamlet disponibbli l-Kummissjoni u l-validazzjoni tad-drittijiet tal-aċċess tal-awtoritajiet jew l-individwi awtorizzati biex jibagħtu n-notifiki. Ir-Regolament (KE) Nru 792/2009 jistabbilixxi wkoll prinċipji komuni li japplikaw għas-sistemi tal-informazzjoni sabiex jiżguraw l-awtentiċità, l-integrità u l-leġibbiltà tad-dokumenti matul iż-żmien, u jipprevedi l-protezzjoni tad-dejta personali. L-obbligu li jintużaw dawn is-sistemi tal-informazzjoni għandu jiġi previst f'kull Regolament li jistabbilixxi obbligu speċifiku ta' notifika. |
(2) |
Il-Kummissjoni żviluppat sistema ta' informazzjoni li, fil-proċeduri ta' ħidma interni tagħha u fir-relazzjonijiet tagħha mal-awtoritajiet involuti fil-politika agrikola komuni, tippermettilha tamministra d-dokumenti u l-proċeduri b'mod elettroniku. |
(3) |
Bosta obbligi ta' komunikazzjoni u ta' notifika jistgħu jitwettqu permezz ta' dik is-sistema, b'mod partikolari dawk previsti fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 546/2003 (3), (KE) Nru 1342/2003 (4), (KE) Nru 952/2006 (5), (KE) Nru 826/2008 (6), (KE) Nru 1295/2008 (7), (KE) Nru 1296/2008 (8), (UE) Nru 1272/2009 (9), (UE) Nru 738/2010 (10), u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (11) and (UE) Nru 511/2012 (12). |
(4) |
Fl-interess ta' amministrazzjoni effiċjenti u filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni l-esperjenza, uħud mill-obbligi ta' notifika għandhom jiġu emendati. |
(5) |
Għaldaqstant ir-Regolamenti (KE) Nru 546/2003, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 952/2006, (KE) Nru 826/2008, (KE) Nru 1295/2008, (KE) Nru 1296/2008, (UE) Nru 1272/2009, (UE) Nru 738/2010, u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u (UE) Nru 511/2012 għandhom jiġu emendati skont dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 546/2003, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:
“3. In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*).
Artikolu 2
Fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003, jiżdiedu l-paragrafi 3 u 4 li ġejjin:
“3. L-Istati Membri ma għandhomx ikunu meħtieġa jinnotifikaw l-informazzjoni msemmija fil-punti (a)(ii) u (iii) kif ukoll fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 matul il-perjodi meta ma tkun stabbilita l-ebda rifużjoni fuq l-esportazzjoni, l-ebda taxxa fuq l-esportazzjoni jew l-ebda għajnuna alimentari.
4. In-notifiki u l-komunikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (**).
Artikolu 3
Fl-Artikolu 15a tar-Regolament (KE) Nru 952/2006, it-tieni paragrafu jinbidel b'dan li ġej:
“Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni qabel it-tmiem ta' kull xahar, il-medji tal-prezzijiet miġbura fil-livell nazzjonali, kif ukoll it-total tal-kwantitajiet korrispondenti u d-devjazzjonijiet standard. Il-medji u d-devjazzjonijiet standard għandhom ikunu pponderati bil-kwantitajiet ikkomunikati mill-impriżi skont il-paragrafu preċedenti. Il-komunikazzjoni għandha ssir skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (***).
Artikolu 4
L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
il-paragrafi 3 u 4 jinbidlu b'dan li ġej: “3. In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1, inkluż notifiki 'xejn', għandhom isiru skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009. 4. Aktar informazzjoni ddettaljata dwar in-notifiki għandha tiġi stabbilita fir-Regolamenti li jiftħu l-proċedura tas-sejħa għall-offerti inkwestjoni.” |
(2) |
il-paragrafu 5 jitħassar. |
Artikolu 5
Fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1295/2008, jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:
“5. In-notifiki msemmija fil-paragrafi 2 u 4 għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (****).
Artikolu 6
Fir-Regolament (UE) Nru 1296/2008, l-Artikolu 21a jinbidel b'dan li ġej:
“Artikolu 21a
In-notifiki msemmija f'dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*****).
Artikolu 7
Fir-Regolament (UE) Nru 1272/2009, l-Artikolu 58 jinbidel b'dan li ġej:
“Artikolu 58
Il-metodu li japplika għall-obbligi ta' notifika
In-notifiki msemmija f'dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (******).
Artikolu 8
Fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 738/2010, jiżdied il-paragrafu 10 li ġej:
“10. In-notifika msemmija fil-paragrafu 9 għandha ssir skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*******).
Artikolu 9
Fl-Artikolu 146 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:
“3. In-notifiki stipulati fl-Artikolu 9(2), l-Artikolu 18(3) u (4), l-Artikoli 97 u 128, l-Artikolu 129(1), l-Artikoli 130 u 131, l-Artikolu 134(1) u f'dan l-Artikolu u t-talba prevista fl-Artikolu 92(1), għandhom isiru skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009.”
Artikolu 10
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 511/2012 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 1(1) jiżdied il-punt d) li ġej:
|
(2) |
Fl-Artikolu 3(1), il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:
(********) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).”" |
(3) |
jiddaħħal l-Artikolu 5a li ġej: “Artikolu 5a In-notifiki msemmija f'dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni ta' dawk imsemmija fl-Artikolu 3(2), għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*********). (*********) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).”" |
Artikolu 11
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mis-16 ta' Novembru 2015.
Madankollu, l-Artikolu 3 japplika mill-1 ta' Ottubru 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 546/2003 tas-27 ta' Marzu 2003 dwar ċerti notifiki li jirrigwardjaw l-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75, (KEE) Nru 2777/75 u (KEE) Nru 2783/75 fis-setturi tal-bajd u l-laħam tat-tjur (ĠU L 81, 28.3.2003, p. 12).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta' Lulju 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' ċereali u ross (ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12.).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2006 tad-29 ta' Ġunju 2006 li jipprovdi regoli dettaljati għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-ġestjoni tas-suq intern taz-zokkor u l-iskema tal-kwoti (ĠU L 178, 1.7.2006, p. 39).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 tal-20 ta' Awwissu 2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta' għajnuna għall-ħażna privata ta' ċerti prodotti agrikoli (ĠU L 223, 21.8.2008, p. 3).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1295/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-importazzjoni tal-ħops minn pajjiżi terzi (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 45).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta' qamħirrum fil-Portugall (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57):
(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1).
(10) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 738/2010 tas-16 ta' Awwissu 2010 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar pagamenti lil organizzazzjonijiet tal-produtturi Ġermaniżi fis-settur tal-ħops (ĠU L 216, 17.8.2010, p. 11).
(11) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1).
(12) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 511/2012 tal-15 ta' Ġunju 2012 dwar notifiki li jikkonċernaw l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u dawk interprofessjonali u negozjati kuntrattwali u relazzjonijiet previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 156, 16.6.2012, p. 39).
10.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 292/9 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2001
tad-9 ta' Novembru 2015
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
AL |
48,7 |
MA |
66,4 |
|
MK |
50,7 |
|
TR |
74,5 |
|
ZZ |
60,1 |
|
0707 00 05 |
AL |
99,8 |
JO |
229,9 |
|
MA |
183,4 |
|
TR |
156,5 |
|
ZZ |
167,4 |
|
0709 93 10 |
MA |
148,3 |
TR |
168,2 |
|
ZZ |
158,3 |
|
0805 20 10 |
CL |
170,3 |
MA |
71,4 |
|
PE |
167,9 |
|
TR |
83,5 |
|
ZA |
150,6 |
|
ZZ |
128,7 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
CL |
184,7 |
PE |
147,1 |
|
TR |
75,3 |
|
ZA |
95,8 |
|
ZZ |
125,7 |
|
0805 50 10 |
TR |
108,8 |
UY |
53,9 |
|
ZZ |
81,4 |
|
0806 10 10 |
BR |
313,8 |
EG |
231,7 |
|
PE |
335,5 |
|
TR |
174,7 |
|
ZZ |
263,9 |
|
0808 10 80 |
AR |
145,7 |
CA |
163,3 |
|
CL |
84,4 |
|
MK |
29,8 |
|
NZ |
139,4 |
|
US |
146,9 |
|
ZA |
211,0 |
|
ZZ |
131,5 |
|
0808 30 90 |
BA |
73,9 |
CN |
83,9 |
|
TR |
137,9 |
|
XS |
80,0 |
|
ZZ |
93,9 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
Rettifika
10.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 292/12 |
Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1320/2011 tas-16 ta' Diċembru 2011 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 335 tas-17 ta' Diċembru 2011 )
F'paġna 15, il-firma,
minflok:
“Għall-Kunsill
Il-President
T. NALEWAJK”,
aqra:
“Għall-Kunsill
Il-President
M. SAWICKI”.
10.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 292/12 |
Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/845/PESK tas-16 ta' Diċembru 2011 dwar l-ilqugħ temporanju ta' ċerti Palestinjani minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 335 tas-17 ta' Diċembru 2011 )
F'paġna 78, firma:
flok:
“Għall-Kunsill
Il-President
T. NALEWAJK”;
aqra:
“Għall-Kunsill
Il-President
M. SAWICKI”.