ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 287

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
31 ta' Ottubru 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1961 tas-26 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/104 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1962 tat-28 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd

6

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1963 tat-30 ta' Ottubru 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċesulfam potassiku li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

52

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1964 tat-30 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

65

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/1965 tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar l-aċċettazzjoni tal-Kontribuzzjoni tal-Iżvizzera għall-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) (EUAM Ukraine/4/2015)

67

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1966 tad-9 ta' Lulju 2014 dwar l-għajnuna mill-istat SA. 34118 (2012/C ex 2011/N) li l-Ġermanja qed tippjana li tagħti lil Porsche Leipzig GmbH u lil Dr. Ing.H.c.F.Porsche Aktiengesellschaft (notifikata bid-dokument C(2014) 4075)  ( 1 )

68

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

31.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/1961

tas-26 ta' Ottubru 2015

li jemenda r-Regolament (UE) 2015/104 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont il-parir xjentifiku l-aktar riċenti mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES), l-aringa fid-diviżjoni IIIa tal-ICES tinsab fil-limiti bijoloġiċi ta' sikurezza fis-sens tal-Artikolu 4(18) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Għaldaqstant, dak l-istokk għandu jiġi identifikat fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (2) għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-deroga stipulata fl-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(2)

Il-parir xjentifiku l-aktar riċenti mill-ICES jindika wkoll li hija possibbli żieda limitata fil-qabda totali permissibbli (TAC) għall-2015 tal-aringa fid-diviżjonijiet VIIg, VIIh, VIIj u VIIk tal-ICES u din tkun konsistenti mal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd, stabbiliti fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(3)

L-istokk tal-barbun tat-tbajja' fid-diviżjoni VIId tal-ICES ġie rreferenzjat fl-2015. Issa, il-parir dwar ir-rendiment massimu sostenibbli u l-parir xjentifiku l-aktar reċenti mill-ICES jindikaw żieda sinifikanti fl-istokk. Waħda mill-konsegwenzi ta' dak l-abbundanza akbar hija li qed ikun hemm rimi sinifikanti meta l-barbun tat-tbajja' jinqabad bħala qabda aċċessorja. Għalhekk, huwa xieraq li t-TAC għall-barbun tat-tbajja' fid-diviżjonijiet VIId u e tal-ICES tiżdied sa livell li jnaqqas ir-rimi mingħajr ma jaffettwa b'mod negattiv l-istokk tal-barbun tat-tbajja' jew stokkijiet oħrajn fl-istess żona.

(4)

Fit-30 ta' Ġunju 2015, l-ICES ħareġ parir dwar il-laċċa kaħla fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni IIa tal-ICES u fis-subżona IV tal-ICES li jkopri l-perjodu minn Lulju 2015 sa Ġunju 2016. Dak il-parir jippermetti ammont totali ta' qabdiet mixtieqa ta' 506 000 tunnellata u hu dovut prinċipalment għal livell rekord ta' reklutaġġ, stimi ġodda ta' mortalità u inputs aġġornati għall-mudell.

(5)

It-TAC tal-laċċa kaħla fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni IIa tal-ICES u tas-subżona IV tal-ICES għas-sena 2015 bħalissa hija ffissata bir-Regolament (UE) 2015/104 għal 227 000 tunnellata Abbażi tal-parir tal-ICES tat-30 ta' Ġunju 2015, dik it-TAC għandha tiżdied biex il-ġbir ta' dak l-istokk jiġi ottimizzat.

(6)

Billi l-parir tal-ICES tat-30 ta' Ġunju 2015 ikopri l-perjodu minn Lulju 2015 sa Ġunju 2016, għandha titqies biss parti mill-ammont massimu ta' qabdiet irrakkomandat mill-ICES sabiex jiżdiedu l-opportunitajiet tas-sajd għas-sena 2015.

(7)

It-TAC tal-merluzz tan-Norveġja fid-diviżjoni IIIa tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni IIa u tas-subżona IV bħalissa tapplika mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Ottubru 2015. Billi l-parir tal-ICES ser jinħareġ biss fl-aħħar tliet xhur tal-2015, il-perjodu ta' applikazzjoni tal-qabda totali permissibbli attwali għall-merluzz tan-Norveġja f'dik iż-żona għandu jiġi estiż sa tmiem l-2015.

(8)

B'segwitu għat-trasferiment min-Norveġja, il-bastimenti tal-Unjoni għandhom ikunu jistgħu jistadu 1 500 tunnellata ta' redfish fl-ilmijiet Norveġiżi tas-subżoni I u II tal-ICES.

(9)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) 2015/104 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2015/104 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Anness IA huwa emendat kif ġej:

(a)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-aringa (Clupea harengus) fi IIIa hija sostitwita b'dan li ġej:

“Speċi:

Aringa (3)

Clupea harengus

Żona:

IIIa

(HER/03A.)

Id-Danimarka

18 034  (4)

 

 

Il-Ġermanja

289 (4)

 

 

L-Iżvezja

18 865  (4)

 

 

L-Unjoni

37 188  (4)

 

 

In-Norveġja

5 816

 

 

Il-Gżejjer Faeroe

600 (5)

 

 

TAC

43 604

 

TAC Analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Għandu japplika l-Artikolu 7(3) ta' dan ir-Regolament

(b)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-aringa (Clupea harengus) f'VIIg, VIIh, VIIj u VIIk hija sostitwita b'dan li ġej:

“Speċi:

Aringa

Clupea harengus

Żona:

VIIg (6), VIIh (6), VIIj (6) u VIIk (6)

(HER/7G-K.)

Il-Ġermanja

213

 

 

Franza

1 185

 

 

L-Irlanda

16 591

 

 

In-Netherlands

1 185

 

 

Ir-Renju Unit

24

 

 

L-Unjoni

19 198

 

 

TAC

19 198

 

TAC Analitika

Għandu japplika l-Artikolu 7(3) ta' dan ir-Regolament

(c)

It-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa) f'VIId u VIIe hija sostitwita b'dan li ġej:

“Speċi:

Barbun tat-tbajja'

Pleuronectes platessa

Żona:

VIId u VIIe

(PLE/7DE.)

Belġju

1 018  (7)

 

 

Franza

3 395  (7)

 

 

Renju Unit

1 810  (7)

 

 

Unjoni

6 223

 

 

TAC

6 223

 

TAC analitika

(d)

It-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla (Sprattus sprattus) u l-qabdiet inċidentali assoċjati fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa u IV hija sostitwita b'dan li ġej:

“Speċi:

Laċċa kaħla u qabdiet inċidentali assoċjati

Sprattus sprattus

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

(SPR/2AC4-C)

Il-Belġju

3 929  (8)

 

 

Id-Danimarka

310 987  (8)

 

 

Il-Ġermanja

3 929  (8)

 

 

Franza

3 929  (8)

 

 

In-Netherlands

3 929  (8)

 

 

L-Iżvezja

1 330  (8)  (9)

 

 

Ir-Renju Unit

12 967  (8)

 

 

L-Unjoni

341 000

 

 

In-Norveġja

9 000

 

 

TAC

350 000

 

TAC Analitika

Għandu japplika l-Artikolu 7(3) ta' dan ir-Regolament

(e)

in-nota 3 f'qiegħ il-paġna fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja (Trisopterus esmarki) u għall-qabdiet inċidentali assoċjati fi IIIa; fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa u IV għandha titħassar.

2.

Fl-Anness IB it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għar-redfish (Sebastes spp.) fl-ilmijiet Norveġiżi tas-subżoni I u II tal-ICES hija sostitwita bit-tabella li ġejja:

“Speċi:

Redfish

Sebastes spp.

Żona:

L-ilmijiet Norveġiżi ta' I u II

(RED/1N2AB.)

Il-Ġermanja

766

 

 

Spanja

95

 

 

Franza

84

 

 

Il-Portugall

405

 

 

Ir-Renju Unit

150

 

 

L-Unjoni

1 500

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC Analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

C. DIESCHBOURG


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).

(3)  Il-qabdiet tal-aringi li jinqabdu fis-sajd bi xbieki b'daqsijiet tal-malja ta' 32 mm jew aktar.

(4)  Kundizzjoni speċjali: sa 50 % ta' dan l-ammont jista' jinqabad fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IV (HER/*04-C.).

(5)  Jista' jiġi mistad biss fi Skagerrak (HER/*03AN.).”

(6)  Din iż-żona għandha tiżdied bl-erja kkonfinata:

lejn it-Tramuntana mil-latitudni ta' 52° 30′ N,

lejn in-Nofinshar mil-latitudni ta' 52° 00′ N,

lejn il-Punent bil-kosta tal-Irlanda,

lejn il-Lvant mill-kosta tar-Renju Unit.”

(7)  Flimkien ma' din il-kwota, Stat Membru jista' jagħti allokazzjoni addizzjonali lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu u li jkunu qed jipparteċipaw fi provi dwar attivitajiet tas-sajd iddokumentati b'mod sħiħ, fi ħdan limitu ġenerali ta' 1 % tal-kwota allokata lil dak l-Istat Membru, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu II tat-Titolu II ta' dan ir-Regolament.”

(8)  Mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta' ħatt l-art, il-qabdiet ta' barbun komuni u merlangu jistgħu jingħaddu-ma' mhux aktar minn 2 % tal-kwota (OTH/*2AC4C), dment li b'kollox mhux aktar minn 9 % ta' din il-kwota għaċ-ċiċċirell tingħadd b'dawn il-qabdiet u qabdiet inċidentali ta' dawk l-ispeċijiet li jingħaddu skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(9)  Inkluż iċ-ċiċċirell.”


31.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1962

tat-28 ta' Ottubru 2015

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 6(5), 8(2), 9(10), 15(9), 21(7), 22(7), 24(8), 33(10), 37(4), 58(9), 60(7), 64(2), 73(9), 74(6), 76(4), 78(2), 92(5), 105(6), 106(4), 111(3), 116(6) u 117(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93 u (KE) Nru 1627/94 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 3317/94 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ħassar ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 (4). Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 (5) għandu jiġi emendat skont dan.

(2)

Il-Kummissjoni żviluppat għodda ġdida għall-skambji tad-dejta u din għandha tintuża għal kull skambju elettroniku tad-dejta kif imsemmi fl-Artikoli 33, 111 u 116 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 (minn hawn 'il quddiem jissejjaħ “ir-Regolament ta' Kontroll”) u fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008.

(3)

In-Numru ta' Identifikazzjoni tal-Bastiment tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (l-IMO) kif stabbilit fir-Riżoluzzjoni A.1078 (28) li adottat l-IMO fl-4 ta' Diċembru 2013 u fid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu XI-1 tar-Regolament 3 tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974 japplika għal kull bastiment tas-sajd tal-Unjoni, jopera fejn jopera, u għall-bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi li jistadu fl-ilmijiet tal-Unjoni. B'dan in-numru ta' identifikazzjoni jkun jista' jiġi identifikat eżatt il-bastiment, tiġi traċċata u verifikata l-attività tiegħu matul iż-żmien, irrispettivament minn xi bidla fl-isem, fis-sjieda jew fil-bandiera, u tkun żgurata t-traċċabbiltà tal-prodotti tas-sajd tul il-katina tas-suq l-aktar meta l-bastiment jaf ikun involut f'attivitajiet ta' sajd IUU.

(4)

Il-Kummissjoni ħolqot format ġdid għat-trażmissjoni tad-dejta bis-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti (il-VMS) u dan għandu jintuża għal kull skambju elettroniku tad-dejta kif jissemma fl-Artikoli 111 u 116 tar-Regolament ta' Kontroll. Għalhekk għandhom jiġu emendati l-Artikoli 24 u 28 tar-Regolament (UE) Nru 404/2011 u għandu jitħassar l-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 404/2011.

(5)

Skont l-Artikolu 14(2)(d) tar-Regolament ta' Kontroll, il-ġurnal tas-sajd irid ikun fih id-data tat-tluq tal-bastiment mill-port. Sabiex ikun żgurat li jista' jiġi identifikat u relatat kull messaġġ marbut mal-istess vjaġġ tas-sajd, il-kaptani tal-bastimenti jeħtiġilhom jirreġistaw u jibagħtu d-dejta tal-ġurnal tas-sajd b'mezz elettroniku u jibagħtu messaġġ tat-tluq lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera bħala l-ewwel messaġġ qabel jibdew xi operazzjoni tas-sajd u qabel xi trażmissjoni sussegwenti. Għaldaqstant għandu jiġi emendat l-Artikolu 47 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011.

(6)

Għandhom jinbidlu r-regoli dwar l-iskambju tad-data bejn l-Istati Membri, u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha, kif imsemmi fl-Artikoli 111 u 116 tar-Regolament ta' Kontroll u fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008, ħalli jitqiesu rekwiżiti legali ġodda, l-iżvilupp ta' teknoloġiji u formati ġodda u kif ukoll standards internazzjonali. Hemm bżonn jiġu stabbiliti l-prinċipji ġenerali għat-trażmissjoni elettronika, il-proċeduri għal korrezzjonijiet u l-istandards li jridu jintużaw għall-iskambju ta' informazzjoni marbuta mas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti, l-attivitajiet tas-sajd u l-attivitajiet tal-bejgħ, u r-rappurtar tal-qabdiet, kif ukoll il-proċeduri biex jinbidlu l-formati. Għalhekk għandhom jiġu adattati l-Artikoli 43, 45, 91 u l-Anness XII tar-Regolament (UE) Nru 404/2011 u għandhom jiġu stabbiliti regoli ġodda.

(7)

Hemm bżonn aktar armonizzazzjoni fl-iskambju elettroniku fil-ħin reali u dirett tad-dejta tas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti u tad-dejta tas-sistema elettronika tar-reġistrazzjoni u r-rappurtar kif imsemmi fl-Artikolu 111(1) tar-Regolament ta' Kontroll. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura trażmissjoni awtomatika u fil-ħin reali lill-Istat Membru kostali tad-dejta tas-sistema elettronika tar-reġistrazzjoni u r-rappurtar li tasal mingħand il-bastimenti tas-sajd tiegħu meta dawn ikunu qed jistadu fl-ilmijiet ta' dak l-Istat Membru kostali. Għaldaqstant għandu jiġi emendat l-Artikolu 44 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011.

(8)

Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) emenda r-regoli introduttorji tar-Regolament ta' Kontroll li għandhom x'jaqsmu mal-informazzjoni li għandha tingħata lill-konsumatur tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura u li għandha x'taqsam mal-kontroll tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li huma soġġetti għall-mekkaniżmu tal-ħżin. L-Artikoli 66, 67 u 112 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 għandhom jiġu allinjati ma' dawk ir-regoli l-ġodda, u l-Artikolu 68 għandu jitħassar.

(9)

It-tnaqqis fl-ilma jew fis-silġ ma għandux japplika għall-ispeċijiet pelaġiċi maħsuba bex jinħattu l-art għal skopijiet industrijali, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' attivitajiet bħal dawn fir-rigward tal-ħażna u t-trattament tal-ħut. Fil-qafas tal-Ftehim dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea, il-Gżejjer Faeroe u n-Norveġja dwar il-ġestjoni ta' stokkijiet tal-ħut fl-ilmijiet tal-Grigal tal-Atlantiku matul il-perjodu 2014-2018, ġiet adottata dispożizzjoni simili għall-ispeċijiet pelaġiċi maħsuba biex jinħattu l-art għal skopijiet industrijali flimkien ma' miżuri ġodda rigward l-użin u l-ispezzjoni ta' ħatt l-art tal-aringi, il-kavalli, is-sawrell u l-istokkafixx. Għaldaqstant l-Artikoli 74, 78, 79, 80, 82, 83, 85, 88, 89 u 107 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 għandhom jiġu allinjati ma' dawk ir-regoli l-ġodda.

(10)

Filwaqt li jħassar l-Artikolu 103 tar-Regolament ta' Kontroll, ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jipprovdi miżuri li jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta' sistema tal-Unjoni għall-kontroll, l-ispezzjoni u l-infurzar ħalli jiġu regolati l-interruzzjoni, is-sospensjoni u l-korrezzjonijiet għall-miżuri finanzjarji tal-Unjoni. Għalhekk, fl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 404/2011, għandhom jitħassru l-Artikolu 96 tal-Kapitolu I tat-Titolu VIII u l-Anness XXXI

(11)

L-Artikolu 33(10) tar-Regolament ta' Kontroll u l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008 jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta formati għat-trażmissjoni tad-dejta dwar il-qabdiet u l-isforz tas-sajd. Issa, ir-regoli li jipprevedi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 500/2001 (8) f'dan il-qasam ħalli tkun żgurata trażmissjoni effettiva tad-dejta dwar il-qabdiet aggregati kif meħtieġ bl-Artikolu 33(2) u (4) tar-Regolament ta' Kontroll u bl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008 huma legalment u teknikament skaduti. Għalhekk għandhom jintużaw l-istandards internazzjonali tar-rapportar tad-dejta elettronika dwar il-qabdiet aggregati tal-ħut u għandu jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 500/2001.

(12)

Ir-Regolament (UE) 2015/812 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) daħħal regoli ġodda dwar ir-reġistrazzjoni separata ta' qabdiet tal-ħut taħt id-daqs minimu skont l-obbligi tar-rappurtar u l-għoti ta' punti għal ksur serju ġdid relatat mal-obbligu ta' ħatt l-art ta' qabdiet tal-ħut taħt id-daqs minimu. L-Annessi VI, VII, X, XXIII, XXVI, XXVII u XXX tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 għandhom jiġu allinjati ma' dawk ir-regoli l-ġodda.

(13)

Permezz tar-Rakkomandazzjonijiet GFCM/35/2011/1, GFCM/35/2011/2, GFCM/35/2011/3, GFCM/35/2011/4, GFCM/35/2011/5 u GFCM/36/2012/2, il-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (“il-GFCM”) adottat dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-istabbiliment ta' sistema ta' ġurnal tas-sajd tal-GFCM u dwar rapport tal-qabdiet tal-qroll l-aħmar, ta' qabdiet inċidentali u tar-rilaxx ta' tjur tal-baħar, bumerini, fkieren tal-baħar u ċetaċji fil-ġurnal tas-sajd. L-Annessi VI, VII u X tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 għandhom jiġu allinjati ma' dawk ir-regoli l-ġodda.

(14)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(15)

L-Artikolu 90(1)(c) u l-Artikolu 92(1) tar-Regolament ta' Kontroll kif emendati bl-Artikolu 7(14) u (15) tar-Regolament (UE) 2015/812 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2017. L-għoti tal-punti minħabba ksur serju relatat ma' dawn id-dispożizzjonijiet għandu jidħol fis-seħħ fl-istess waqt.

(16)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-test, it-termini “bastiment tas-sajd tal-UE”, “bastimenti tas-sajd tal-UE” u “ilmijiet tal-UE” jinbidlu rispettivament bit-termini “bastiment tas-sajd tal-Unjoni”, “bastimenti tas-sajd tal-Unjoni” u “ilmijiet tal-Unjoni”, u għandu jsir kull aġġustament grammatikali meħtieġ minħabba din il-bidla.

(2)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 1 jinbidel b'dan li ġej:

“(1)

‘Bastiment tas-sajd tal-Unjoni’ tfisser bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;”

(b)

Il-punt 2 jinbidel b'dan li ġej:

“(2)

‘Ilmijiet tal-Unjoni’ tfisser ilmijiet kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1380/2013 tal-Parlament u tal-Kunsill (*);

(*)  Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22)”"

(3)

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 7 jinbidel b'dan li ġej:

“7.   F'kull mument, il-kapaċità totali li tikkorrispondi għal-liċenzji tas-sajd maħruġa minn Stat Membru, f'Tunnellaġġ Gross (GT) jew kilowatt (kW), ma għandhiex taqbeż il-livelli massimi ta' kapaċità għal dak l-Istat Membru stabbiliti skont l-Artikolu 22(7) tar-Regolament (KE) Nru 1380/2013.”

(4)

Fl-Artikolu 6, jiżdied dan il-paragrafu:

“Mill-1 ta' Jannar 2016, l-iskema tan-numru ta' identifikazzjoni tal-bastiment tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, kif adottata bir-Riżoluzzjoni A.1078 (28) tal-4 ta' Diċembru 2013 u kif jissemma fil-Kapitolu XI-1, ir-Regolament 3 tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974, għandha tapplika għal:

(a)

bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jew għal bastimenti tas-sajd ikkontrollati minn operaturi tal-Unjoni b'arranġament ta' kiri, ta' 100 tunellata GT jew 100 tunellata ta' Tunnellaġġ Reġistrat Gross jew aktar jew li għandhom tul ġenerali ta' 24 metru u aktar li joperaw biss fl-ilmijiet tal-Unjoni.

(b)

kull bastiment tas-sajd tal-Unjoni jew kull bastiment tas-sajd ikkontrollat minn operaturi tal-Unjoni b'arranġament ta' kiri, b'tul totali ta' 15-il metru jew aktar li joperaw barra mill-ilmijiet tal-Unjoni.

(c)

kull bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz li jkun awtorizzat biex iwettaq attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni.”

(5)

Fl-Artikolu 24, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Iċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd (ĊMS) ta' kull Stat Membru tal-bandiera għandu jiżgura t-trażmisssjoni awtomatika tad-dejta liċ-ĊMS ta' Stat Membru kostali, li trid tingħata skont l-Artikolu 19 ta' dan ir-Regolament u li jkollha x'taqsam mal-bastimenti tas-sajd tiegħu meta dawn ikunu jinsabu fl-ilmijiet tal-Istat Membru kostali. Din id-dejta għandha tintbagħat liċ-ĊMS tal-Istat Membru kostali minnufih malli tasal fiċ-ĊMS tal-Istat Membru tal-bandiera.”

(6)

L-Artikolu 28 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 28

L-aċċess għad-dejta mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istati Membri, skont l-Artikolu 111(1)(a) tar-Regolament ta' Kontroll, biex jiżguraw it-trażmissjoni awtomatika lill-Kummissjoni jew lill-korp maħtur minnha, tad-dejta li trid tingħata skont l-Artikolu 19 ta' dan ir-Regolament dwar grupp speċifiku ta' bastimenti tas-sajd u waqt ħin speċifiku. Din id-dejta għandha tintbagħat lill-Kummissjoni jew lill-korp maħtur minnha minnufih malli tasal fiċ-ĊMS tal-Istat Membru tal-bandiera.”

(7)

L-Artikolu 30 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 30

Il-mudelli għall-ġurnali tas-sajd tas-sajd, għad-dikjarazzjonijiet tat-trażbord u għad-dikjarazzjonijiet ta' ħatt l-art stampati

1.   Fl-ilmijiet tal-Unjoni, il-ġurnal tas-sajd, id-dikjarazzjoni tat-trażbord u d-dikjarazzjoni ta' ħatt l-art stampati għandhom jimtlew u jiġu ppreżentati mill-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni skont il-mudell fl-Anness VI.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jwettqu vjaġġi tas-sajd ta' kuljum fil-Baħar Mediterran, il-ġurnal tas-sajd, id-dikjarazzjoni tat-trażbord u d-dikjarazzjoni ta' ħatt l-art stampati, jistgħu jimtlew u jiġu ppreżentati mill-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni skont il-mudell fl-Anness VII.

3.   Meta bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jkunu qed iwettqu attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet ta' pajjiż terz, fl-ilmijiet regolati minn Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd jew fl-ilmijiet barra l-ilmijiet tal-Unjoni li mhumiex regolati minn Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd, il-ġurnal tas-sajd, id-dikjarazzjoni tat-trażbord u d-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art stampati, għandhom jimtlew u jiġu ppreżentati mill-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni skont l-Artikolu 31 ta' dan ir-Regolament u l-mudelli fl-Annessi VI u VII, sakemm il-pajjiż terz jew ir-regoli tal-Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd ikkonċernata ma jkunux jeżiġu speċifikament li jintuża tip differenti ta' ġurnal tas-sajd, dikjarazzjoni tat-trażbord jew dikjarazzjoni ta' ħatt l-art. Jekk il-pajjiż terz ma jispeċifikax ġurnal tas-sajd partikolari, dikjarazzjoni tat-trażbord partikolari jew dikjarazzjoni ta' ħatt l-art partikolari, iżda jkun jeħtieġ elementi tad-dejta differenti minn dawk meħtieġa mir-regoli tal-Unjoni, dawn l-elementi tad-dejta għandhom jiġu rreġistrati.

4.   Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li mhumiex soġġetti għall-Artikolu 15 tar-Regolament ta' Kontroll, sal-31 ta' Diċembru 2017 jistgħu jibqgħu jużaw ġurnal tas-sajd, dikjarazzjoni tat-trażbord u dikjarazzjoni ta' ħatt l-art li jkunu ġew stampati qabel l-1 ta' Jannar 2016.”

(8)

Fl-Artikolu 37, jiżdied dan il-paragrafu

“Il-ġurnal tas-sajd, id-dikjarazzjoni tat-trażbord u d-dikjarazzjoni ta' ħatt l-art stampati, għandhom jimtlew skont l-istruzzjonijiet fl-Anness X.”

(9)

L-Artikolu 43 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 43

Id-dejta obbligatorja fl-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri

Skont ir-regoli tal-Unjoni, l-elementi tad-dejta li jridu jirreġistraw il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fil-ġurnal tas-sajd, fid-dikjarazzjoni tat-trażbord, fin-notifika minn qabel u fid-dikjarazzjoni ta' ħatt l-art għandhom ikunu obbligatorji wkoll fl-iskambji bejn l-Istati Membri.”

(10)

L-Artikolu 44 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 44

L-aċċess għad-dejta

1.   Meta bastiment tas-sajd, li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru, iwettaq operazzjonijiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' Stat Membru kostali, l-Istat tal-bandiera, minnufih malli jirċeviha, għandu jibgħat id-dejta tal-ġurnal tas-sajd elettroniku obbligatorju dwar il-vjaġġ kurrenti tas-sajd, li jibda mill-aħħar tluq mill-port, lil dak l-Istat Membru kostali.

2.   Sakemm bastiment tas-sajd, li jtajjar l-bandiera ta' Stat Membru, ikun qed jistad fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' Stat Membru kostali, l-Istat tal-bandiera, minnufih malli jirċeviha, għandu jibgħat id-dejta kollha tal-ġurnal tas-sajd elettroniku obbligatorju lil dak l-Istat Membru kostali. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jibgħat ukoll il-korrezzjonijiet relatati mal-vjaġġ kurrenti tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 47(2) ta' dan ir-Regolament.

3.   Meta sseħħ operazzjoni ta' ħatt l-art jew ta' trażbord f'port ta' Stat Membru kostali ieħor li mhux l-Istat Membru tal-bandiera, l-Istat Membru tal-bandiera, minnufih malli jirċeviha, għandu jibgħat id-dejta kollha tad-dikjarazzjonijiet ta' ħatt l-art jew tat-trażbort elettroniċi obbligatorji lil dak l-Istat Membru kostali.

4.   Meta Stat Membru tal-bandiera jiġi mgħarraf li bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera tiegħu jkun beħsiebu jidħol f'port ta' Stat Membru kostali ieħor, l-Istat Membru tal-bandiera, minnufih malli jirċeviha, għandu jibgħat in-notifika minn qabel elettronika lil dak l-Istat Membru kostali.

5.   Matul vjaġġ tas-sajd, meta bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru jidħol fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' Stat Membru kostali ieħor jew meta xi dejta msemmija fil-paragrafi 3 jew 4 relatata ma' vjaġġ tas-sajd speċifiku tintbagħat lil Stat Membru kostali, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jħalli aċċess għad-dejta elettronika kollha tal-attività tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 111(1) tar-Regolament ta' Kontroll għal dak il-vjaġġ tas-sajd mit-tluq sa meta jitlesta ħatt l-art u għandu jibgħat id-dejta mitluba lil dak l-Istat Membru kostali. L-aċċess għandu jibqa' miftuħ għal tal-inqas 36 xahar minn meta jkun beda l-vjaġġ tas-sajd.

6.   Meta jitolbu l-Istat Membru tal-ispezzjoni, l-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd spezzjonat minn Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 80 tar-Regolament ta' Kontroll għandu jibgħat id-dejta elettrnika dwar l-attività tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 111(1) tar-Regolament ta' Kontroll għall-vjaġġ kurrenti tas-sajd tal-bastiment mit-tluq sal-ħin tat-talba.

7.   It-talbiet imsemmija fil-paragrafi 5 u 6 għandhom isiru b'mezzi elettroniċi, u għandhom jindikaw jekk it-tweġiba għandhiex tagħti d-dejta oriġinali bil-korrezzjonijiet jew għandhiex tagħti biss id-dejta konsolidata. It-tweġiba għandha tiġi ġġenerata awtomatikament u tintbagħat mingħajr dewmien mill-Istat Membru mitlub.

8.   Meta jintalbu minn Stati Membri oħra li jkunu qed iwettqu attivitajiet ta' spezzjoni fuq il-baħar fil-kuntest ta' pjanijiet konġunti ta' eżerċizzju jew waqt attivitajiet konġunti ta' spezzjoni oħrajn miftiehma, l-Istati Membri għandhom iħallu aċċess għad-dejta tas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti, tal-ġurnal tas-sajd, tad-dikjarazzjoni tat-trażbord, tan-notifika minn qabel u tad-dikjarazzjoni ta' ħatt l-art.

9.   F'kull waqt, il-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu jkollu aċċess sigur għall-informazzjoni fil-ġurnal tas-sajd elettroniku, għad-dejta tad-dikjarazzjoni tat-trażbord u għad-dejta tad-dikjarazzjoni ta' ħatt l-art tiegħu stess li jkunu merfugħa fil-bażi tad-dejta tal-Istat Membru tal-bandiera.”

(11)

L-Artikolu 45 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 45

L-iskambju tad-dejta bejn l-Istati Membri

L-Istati Membri għandhom:

(a)

jiżguraw li d-dejta li jirċievu skont dan il-Kapitolu tiġi rreġistrata f'għamla li tinqara mill-kompjuter u li din tintrefa' b'mod sikur f'bażijiet tad-dejta kompjuterizzati għal tal-anqas 3 snin.

(b)

jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li d-dejta tintuża biss għall-iskopijiet previsti f'dan ir-Regolament; kif ukoll

(c)

jieħdu l-miżuri tekniċi kollha meħtieġa biex jipproteġu din id-dejta minn distruzzjoni aċċidentali jew illiċita, telf aċċidentali, ħsara, distribuzzjoni jew aċċess mhux awtorizzat.”

(12)

Fl-Artikolu 47, jidħol il-paragrafu 1a li ġej:

“1a.   Qabel iħalli l-port u qabel jibda xi trażmissjoni elettronika oħra relatata mal-vjaġġ tas-sajd, il-kaptan ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu jibgħat messaġġ elettroniku tat-tluq lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera.”

(13)

L-Artikolu 60 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Meta l-preġudizzju ma jkunx tneħħa għalkollox jew parzjalment b'azzjoni skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (KE) Nru 1380/2013, malli tirċievi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 59 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa mingħajr dewmien sabiex issewwi l-preġudizzju kkawżat.”;

(b)

Fil-paragrafu 2, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

Meta applikabbli, liema Stati Membri jkunu qabżu l-limitu tal-opportunitajiet tas-sajd tagħhom (l-Istati Membri li qabżu l-limitu) u l-ammont li bih inqabeż il-limitu tal-opportunitajiet tas-sajd (kif imnaqqas b'xi skambji skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (KE) Nru 1380/2013);”

(14)

L-Artikolu 66 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 66

Definizzjoni

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, għandha tapplika d-definizzjoni li ġejja:

 

‘Prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura’ tfisser kull prodott li jaqa' fil-Kapitolu 3, is-subintestatura 1212 21 00 tal-Kapitolu 12 u fl-intestaturi 1604 u 1605 tal-Kapitolu 16 tan-Nomenklatura Magħquda stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (**).

(**)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014 tas-16 ta' Ottubru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 312, 31.10.2014, p. 1).”"

(15)

L-Artikolu 67 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 12 jinbidel b'dan li ġej:

“12.   L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 58(5) tar-Regolament ta' Kontroll ma għandhiex tapplika għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li jaqgħu fl-intestaturi 1604 u 1605 tal-Kapitolu 16 tan-Nomenklatura Magħquda.”;

(b)

Il-paragrafu 13 jinbidel b'dan li ġej:

“13.   Għall-finijiet tal-Artikolu 58(5) tar-Regolament ta' Kontroll, l-informazzjoni dwar iż-żona ġeografika fejn inqabad jew trabba l-prodott għandha tkun:

(a)

għall-qabdiet ta' stokkijiet jew ta' gruppi ta' stokkijiet li huma soġġetti għal kwota u/jew għal daqs minimu fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, iż-żona ġeografika rilevanti, kif definita fl-Artikolu 4(30) tar-Regolament ta' Kontroll.

(b)

għall-qabdiet ta' stokkijiet oħra jew ta' grupp ta' stokkijiet oħra, prodotti tas-sajd maqbuda fl-ilma ħelu u prodotti tal-akkwakultura, l-isem tal-qabda jew taż-żona tal-produzzjoni skont l-Artikolu 38(1) tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 (***).

(***)  Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).”"

(16)

L-Artikolu 68 jitħassar;

(17)

Fl-Artikolu 74, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli speċjali għall-ispeċijiet pelaġiċi msemmija fl-Artikoli 78 sa 89 ta' dan ir-Regolament li jinħattu l-art bl-ingrossa għat-trasferiment lejn il-punt tal-ewwel tqegħid fis-suq, tal-ħżin jew tal-ipproċessar, it-tnaqqis tal-ilma u tas-silġ mill-piż totali ma għandux jaqbeż it-2 %. Fil-każijiet kollha, il-persentaġġ għat-tnaqqis tal-ilma u tas-silġ għandu jiġi rreġistrat fuq il-folja tal-użin bl-annotazzjoni tal-piż. Ma għandu jsir l-ebda tnaqqis ta' ilma jew silġ għal ħatt l-art bi skopijiet industrijali jew għal speċijiet mhux pelaġiċi.”

(18)

L-Artikolu 78 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 78

L-ambitu tal-proċeduri tal-użin għall-qabdiet tal-aringi, il-kavalli, is-sawrell u l-istokkafixx

Ir-regoli stabbiliti f'din it-Taqsima għandhom japplikaw għall-użin tal-qabdiet li jinħattu l-art fl-Unjoni jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni f'pajjiżi terzi, tal-aringi (Clupea harengus), il-kavalli (Scomber scombrus) is-sawrell (Trachurus spp.) u l-istokkafixx (Micromesistius poutassou), jew ta' taħlita tagħhom, maqbuda:

(a)

għall-aringi, fiż-żoni ICES I, II, IIIa, IV, Vb, VI u VII;

(b)

għall-kavalli fiż-żoni tal-ICES: IIa, IIIa, IV, Vb, VI, VII, VIII, IX, XII, XIV u l-ilmijiet tal-Unjoni tal-CECAF;

(c)

għas-sawrell fiż-żoni tal-ICES IIa, IV, Vb, VI, VII, VIII, IX, X, XII, XIV u fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF,

(d)

għall-istokkafixx fiż-żoni tal-ICES IIa, IV, Vb, VI, VII, VIII, IX, X, XII, XIV u fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF,

meta l-kwantitajiet għal kull ħatt l-art ikunu jaqbżu l-10 tunnellati.”

(19)

L-intestatura tal-Artikolu 79 tinbidel b'li ġej:

“Artikolu 79

Il-portijiet għall-użin għall-qabdiet tal-aringi, il-kavalli, is-sawrell u l-istokkafixx”

(20)

Fl-Artikolu 80, il-paragrafu 1, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

il-kwantitajiet f'kilogrammi ta' piż ħaj tal-aringi, il-kavalli, is-sawrell u l-istokkafixx miżmuma abbord;”

(21)

Fl-Artikolu 82, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Il-kwantitajiet tal-aringi, il-kavalli, is-sawrell u l-istokkafixx miżmuma abbord u notifikati qabel ħatt l-art kif imsemmi fl-Artikolu 80(1)(c) ta' dan ir-Regolament, għandhom ikunu daqs il-kwantitajiet irreġistrati fil-ġurnal tas-sajd meta dan jitlesta.”

(22)

L-intestatura tal-Artikolu 83 tinbidel b'li ġej:

“Artikolu 83

Il-faċilitajiet tal-użin operati pubblikament tal-aringi, il-kavalli, is-sawrell u l-istokkafixx friski”

(23)

L-Artikolu 85 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 85

L-użin ta' ħut iffriżat

Meta jintiżnu l-kwantitajiet iffriżati tal-aringi, il-kavalli, is-sawrell u l-istokkafixx li jinħattu l-art, il-piż tal-ħut iffriżat li jinħatt l-art f'kaxex għandu jinkiseb għal kull speċi skont l-Artikolu 73 ta' dan ir-Regolament.”

(24)

L-Artikolu 86 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 86

Iż-żamma tar-reġistri tal-użin

Ir-reġistri tal-użin kollha previsti fl-Artikolu 84(3) u fl-Artikolu 85 ta' dan ir-Regolament u l-kopji ta' kull dokument tat-trasport bħala parti minn pjan ta' kontroll jew minn programm ta' kontroll komuni msemmi fl-Artikolu 79(1) ta' dan ir-Regolament għandhom jinżammu għal tal-inqas 3 snin.”

(25)

L-Artikolu 88 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 88

Il-kontroverifiki

Sakemm tkun stabbilita bażi tad-dejta kkompjuterizzata skont l-Artikolu 109 tar-Regolament ta' Kontroll, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontroverifiki amministrattivi ta' ħatt l-art kollu bejn:

(a)

il-kwantitajiet, skont l-ispeċi, tal-aringi, il-kavalli, is-sawrell u l-istokkafixx indikati fin-notifika minn qabel ta' ħatt l-art, kif imsemmi fl-Artikolu 80(1)(c) ta' dan ir-Regolament, u l-kwantitajiet irreġistrati fil-ġurnal tas-sajd;

(b)

il-kwantitajiet, skont l-ispeċi, tal-aringi, il-kavalli, is-sawrell u l-istokkafixx irreġistrati fil-ġurnal tas-sajd u l-kwantitajiet irreġistrati fid-dikjarazzjoni ta' ħatt l-art;

(c)

il-kwantitajiet, skont l-ispeċi, tal-aringi, il-kavalli, is-sawrell u l-istokkafixx irreġistrati fid-dikjarazzjoni ta' ħatt l-art u l-kwantitajiet irreġistrati fid-dikjarazzjoni tat-trasferiment jew fin-nota tal-bejgħ;

(d)

iż-żona tal-qbid irreġistrata fil-ġurnal tas-sajd tal-bastiment u d-dejta tal-VMS għall-bastiment ikkonċernat.”

(26)

L-Artikolu 89 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 89

Il-monitoraġġ tal-użin

1.   L-użin tal-qabdiet tal-aringi, il-kavalli, is-sawrell u l-istokkafixx mill-bastiment għandu jsirlu monitoraġġ skont l-ispeċi. Fil-każ ta' bastimenti li jiskarikaw il-qabda fuq l-art għandu jsir monitoraġġ tal-użin tar-rilaxx sħiħ. Għal ħatt l-art tal-aringi, il-kavalli, is-sawrell u l-istokkafixx iffriżati, għandhom jingħaddu l-kaxex kollha u għandu jsir monitoraġġ tal-metodoloġija, prevista fl-Anness XVIII, għall-kalkolu tal-piż nett medju tal-kaxex.

2.   Id-dejta li ġejja għandha ssirilha kontroverifika minbarra l-kontroverifiki msemmija fl-Artikolu 88 ta' dan ir-Regolament:

(a)

il-kwantitajiet, skont l-ispeċi, tal-aringi, il-kavalli, is-sawrell u l-istokkafixx irreġistrati fir-reġistri tal-użin f'faċilitajiet pubbliċi jew privati u l-kwantitajiet, skont l-ispeċi, irreġistrati fid-dikjarazzjoni tat-trasferiment jew fin-nota tal-bejgħ;

(b)

il-kwantitajiet, skont l-ispeċi, tal-aringi, il-kavalli, is-sawrell u l-istokkafixx irreġistrati f'xi dokument tat-trasport bħala parti minn pjan ta' kontroll jew minn programm ta' kontroll komuni msemmi fl-Artikolu 79(1) ta' dan ir-Regolament;

(c)

in-numri tal-identità uniċi tat-tankers imdaħħlin fir-reġistru skont l-Artikolu 84(2)(b) ta' dan ir-Regolament.

3.   Malli jitlesta r-rilaxx, għandu jiġi verifikat li l-bastiment ma jkunx fih ħut soġġett għar-regoli speċjali ta' din it-Taqsima.

4.   L-attivitajiet ta' monitoraġġ kollha koperti minn dan l-Artikolu u mill-Artikolu 107 ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu ddokumentati. Din id-dokumentazzjoni għandha tinżamm għal tal-anqas 3 snin.”

(27)

Fit-Titolu IV, l-intestatura tal-Kapitolu III tinbidel b'dan li ġej:

“KAPITOLU III

In-noti tal-bejgħ u d-dikjarazzjonijiet tat-trasferiment”

(28)

Fl-Artikolu 90, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Jekk il-kwota rilevanti titmexxa skont l-individwi, fin-nota tal-bejgħ u fid-dikjarazzjoni tat-trasferiment għandu jiġi indikat l-għadd ta' individwi kif imsemmi fl-Artikoli 64(1)(f) u 66(3)(e) tar-Regolament ta' Kontroll.”

(29)

L-Artikolu 91 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 91

Il-formati tan-noti tal-bejgħ u tad-dikjarazzjonijiet tat-trasferiment

1.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-format li għandu jintuża biex jimtlew u jintbagħtu n-noti tal-bejgħ u d-dikjarazzjonijiet tat-trasferiment bejn ix-xerrejja rreġistrati, l-irkanti rreġistrati, jew il-korpi jew il-persuni l-oħrajn awtorizzati mill-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti kif imsemmi fl-Artikoli 63 u 67 tar-Regolament ta' Kontroll.

2.   L-elementi tad-dejta li x-xerrejja rreġistrati, l-irkanti rreġistrati jew il-korpi jew il-persuni l-oħra awtorizzati mill-Istati Membri għandhom jirreġistraw fin-noti tal-bejgħ jew fid-dikjarazzjonijiet tat-trasferiment tagħhom skont ir-regoli tal-Unjoni għandhom ikunu obbligatorji wkoll fl-iskambji bejn l-Istati Membri.

3.   Id-dejta kif imsemmi fl-Artikolu 111(2) tar-Regolament ta' Kontroll li nbagħtet għall-operazzjonijiet fis-36 xahar ta' qabel mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun sar l-ewwel bejgħ jew it-trasferiment, għandha tkun disponibbli minn dak l-Istat Membru meta jitolbuha l-Istat Membru tal-bandiera jew l-Istat Membru li fih inħattu l-art il-prodotti tas-sajd. It-tweġiba għandha tiġi ġġenerata awtomatikament u tintbagħat mingħajr dewmien.

4.   L-Istati Membri għandhom:

(a)

jiżguraw li d-dejta li jirċievu skont dan il-Kapitolu tiġi rreġistrata f'għamla li tinqara mill-kompjuter u li din tinħażen b'mod sikur f'bażijiet tad-dejta kompjuterizzati għal tal-anqas tliet snin;

(b)

jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li d-dejta tintuża biss għall-iskopijiet previsti f'dan ir-Regolament; kif ukoll

(c)

jieħdu l-miżuri tekniċi kollha meħtieġa biex jipproteġu din id-dejta minn xi distruzzjoni inċidentali jew illeċita, minn telf inċidentali, deterjorament, distribuzzjoni jew konsultazzjoni mhix awtorizzata.

5.   F'kull Stat Membru, l-awtorità unika msemmija fl-Artikolu 5(5) tar-Regolament ta' Kontroll għandha tkun responsabbli biex tibgħat, tirċievi, timmaniġġja u tipproċessa d-dejta kollha koperta minn dan il-Kapitolu.

6.   L-Istati Membri għandhom jaqsmu bejniethom id-dettalji tal-kuntatt tal-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 5 u għandhom jgħarrfu b'dan lill-Kummissjoni u lill-korp maħtur minnha fi żmien 3 xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

7.   Qabel tidħol fis-seħħ, kull bidla fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 5 u 6 għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni, lill-korp maħtur minnha u lill-Istati Membri l-oħrajn.”

(30)

L-Artikolu 96 huwa mħassar.

(31)

L-Artikolu 107 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 107

L-ispezzjoni ta' ċerti attivitajiet ta' ħatt l-art ta' speċijiet pelaġiċi

Għal ħatt l-art tal-aringi, il-kavalli, is-sawrell u l-istokkafixx kif imsemmi fl-Artikolu 78 ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru għandhom jiżguraw li jiġu spezzjonati tal-anqas 7,5 % tal-kwantitajiet ta' kull speċi li jinħattu l-art u tal-anqas 5 % ta' kulma jinħatt l-art.”

(32)

L-Artikolu 112 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 112

Il-kontroll tal-prodotti tas-sajd soġġetti għal mekkaniżmu tal-ħżin

L-uffiċjali għandhom jivverifikaw li l-prodotti tas-sajd soġġetti għal mekkaniżmu tal-ħżin imsemmi fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Artikolu 30 u fl-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 (****).

(****)  Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1)”"

(33)

Fl-Artikolu 126, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Meta fi spezzjoni waħda jiġu osservati żewġ okkorrenzi ta' ksur serju jew aktar mill-istess persuna fiżika jew ġuridika li tkun id-detentur tal-liċenzja, id-detentur tal-liċenzja tas-sajd għandu jingħata l-punti għal kull ksur serju kkonċernat kif imsemmi fil-paragrafu 1 sa massimu ta' 12-il punt għall-okkorrenzi kollha.”.

(34)

Fl-Artikolu 131, il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b'dan li ġej:

“1.   Jekk il-liċenzja tas-sajd tiġi sospiża jew irtirata għalkollox skont l-Artikolu 129(1) jew (2) ta' dan ir-Regolament, il-bastiment tas-sajd li miegħu tkun marbuta l-liċenzja tas-sajd sospiża jew irtirata għalkollox, għandu jiġi identifikat bħala bastiment mingħajr liċenzja tas-sajd fir-reġistru nazzjonali msemmi fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dan il-bastiment tas-sajd għandu jkun identifikat ukoll b'dan il-mod fir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

2.   L-irtirar permanenti tal-liċenzja tas-sajd skont l-Artikolu 129(2) ta' dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-limiti tal-kapaċtà tas-sajd tal-Istat Membru li jkun qed joħroġ il-liċenzja kif imsemmi fl-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.”

(35)

Fit-Titolu VIII, jitħassar il-Kapitolu I.

(36)

Fl-Artikolu 139, il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej:

“2.   Id-daqs tal-eċċess mill-użu tal-opportunitajiet tas-sajd għandu jiġi determinat fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fi tmiem kull perjodu partikolari għall-Istat Membru kkonċernat billi jitqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, it-trasferimenti tal-kwoti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (*****), l-allokazzjoni mill-ġdid tal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli skont l-Artikolu 37 tar-Regolament ta' Kontroll u t-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikoli 105, 106 u 107 tar-Regolament ta' Kontroll.

3.   L-iskambju tal-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artiklu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għal perjodu partikolari ma għandux ikun permess wara l-aħħar jum tal-ewwel xahar wara li jiskadi dak il-perjodu.

(*****)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tal-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3)”"

(37)

Fit-Titolu IX, jiddaħħal dan il-Kapitolu Ia:

“KAPITOLU Ia

Ir-regoli għall-iskambju tad-dejta

Artikolu 146a

Dan il-Kapitolu jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-iskambju tad-dejta kif imsemmi fl-Artikoli 111 u 116 tar-Regolament ta' Kontroll kif ukoll għan-notifikar tad-dejta dwar il-qbid kif imsemmi fl-Artikolu 33(2) u (4) tar-Regolament ta' Kontroll u fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (******).

Artikolu 146b

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' dan il-Kapitolu għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

‘Is-saff tat-trażmissjoni’ tfisser in-netwerk elettroniku għal skambji tad-dejta dwar is-sajd kif disponibbli mill-Kummissjoni għall-Istati Membri kollha u l-korp maħtur minnha biex jiskambjaw dejta b'mod standardizzat.

(b)

‘Rapport’ tfisser l-informazzjoni rreġistrata b'mezzi elettroniċi.

(c)

‘Messaġġ’ tfisser ir-rapport fil-format għat-trażmissjoni.

(d)

‘Talba’ tfisser messaġġ elettroniku li jkun fih rikjesta għal sett ta' rapporti.

Artikolu 146c

Prinċipji ġenerali

1.   Il-messaġġi kollha għandhom jiġu skambjati skont l-istandard P1000 taċ-Ċentru tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iffaċilitar tal-Kummerċ u għan-Negozju Elettroniku (UN/CEFACT). Għandhom jintużaw biss entrati tad-dejta, komponenti ewlenin, oġġetti u messaġġi XML ifformattjati sew skont id-Definizzjoni tal-Iskema XML abbażi tal-libreriji ta' standardizzazzjoni tal-UN/CEFACT.

2.   Il-formati tar-rapport għandhom jibbażaw fuq l-istandards tal-UN/CEFACT kif imsemmi fl-Anness XII u għandhom isiru disponibbli fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea.

3.   Għal kull messaġġ għandhom jintużaw id-Definizzjoni tal-Iskema XML u l-kodiċijiet li hemm fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea.

4.   Id-data u l-ħin għandhom jintbagħtu bħala l-ħin universali koordinat (UTC).

5.   Ir-rapporti kollha għandu jkollhom identifikatur uniku tar-rapport.

6.   Għandu jintuża identifikatur uniku tal-vjaġġ tas-sajd li jkun jinqara mill-bniedem ħalli d-dejta tal-ġurnal tas-sajd tkun tista' tintrabat mad-dejta tad-dikjarazzjoni ta' ħatt l-art, mad-dejta tad-dikjarazzjoni tat-trażbord, mad-dejta tan-noti tal-bejgħ, mad-dejta tad-dikjarazzjoni tat-trasferiment u mad-dejta tad-dokument tat-trasport.

7.   Ir-rapporti relatati ma' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandu jkollhom in-numru ta' identifikazzjoni tal-bastiment kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 (*******).

8.   L-Istati Membri għandhom jużaw id-dokumenti ta' implimentazzjoni disponibbli fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea ħalli jiżguraw l-iskambju tal-messaġġi.

Artikolu 146d

It-trażmissjoni tal-messaġġi

1.   Kull trasmissjonijiet għandha tkun għalkollox awtomatika u immedjata, mis-saff tat-trażmissjoni.

2.   Qabel jibgħat messaġġ, il-mittent għandu jwettaq verifika awtomatika ħalli jara li l-messaġġ hu korrett skont is-sett minimu ta' regoli ta' validazzjoni u ta' verifika li hemm disponibbli fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea.

3.   Ir-riċevitur għandu jinforma lil mittent li wasallu l-messaġġ billi jibgħat messaġġ lura skont il-P1000-1 tal-UN/CEFACT: Il-prinċipji ġenerali. Il-messaġġi tas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti u t-tweġibiet għal xi talba ma għandhomx jirċievu messaġġ lura.

4.   Meta l-mittent ikollu diffikultà teknika u ma jkunx jista' jiskambja aktar messaġġi, dan għandu jgħarraf bil-problema lir-riċevituri kollha. Il-mittent għandu jieħu azzjoni mill-ewwel biex isewwi l-problema. Kull messaġġ li jrid jintbagħat lil xi riċevitur għandu jinħażen sakemm tissolva l-problema.

5.   Meta d-diffikultà teknika tinqala' lir-riċevitur u ma jkunx jista' jirċievi aktar messaġġi, dan għandu jgħarraf bil-problema lill-mittenti kollha. Ir-riċevitur għandu jieħu azzjoni mill-ewwel biex isewwi l-problema.

6.   Meta tissewwa xi diffikultà teknika relatata ma' mittent, dan għandu jibgħat minnufih kull messaġġ li ma jkunx għadu ntbagħat. Tista' tintuża proċedura ta' segwitu manwali.

7.   Meta tissewwa xi diffikultà teknika relatata ma' riċevitur, il-messaġġi li ma laħqux waslu għandhom ikunu aċċessibbli meta jintalbu. Tista' tintuża proċedura ta' segwitu manwali.

8.   Il-Kummissjoni u kull mittent u riċevitur tal-messaġġi għandhom jistabbilixxu proċeduri ta' sostituzzjoni għal kontinwità tan-negozju.

Artikolu 146e

Korrezzjonijiet

Il-korrezzjonijiet fir-rapporti għandhom jiġu rreġistrati bl-istess format bħar-rapport oriġinali, filwaqt li jiġi indikat li r-rapport hu korrezzjoni skont il-P1000-1 tal-UN/CEFACT: Il-prinċipji ġenerali.

Artikolu 146f

L-iskambju tad-dejta tas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti

1.   Il-format li għandu jintuża biex tiġi rappurtata d-dejta tas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha, għandu jkun skont id-Definizzjoni tal-Iskema XML għad-Dominju tal-Pożizzjoni tal-Bastimenti abbażi tal-P1000-7 tal-UN/CEFACT.

2.   Is-sistemi tal-Istat Membru tal-bandiera għandhom ikunu kapaċi jibagħtu l-messaġġi tas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti.

3.   Is-sistemi tal-Istat Membru tal-bandiera għandhom ikunu kapaċi wkoll iwieġbu t-talbiet għad-dejta tas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti għal vjaġġi tas-sajd li jkunu bdew matul is-36 xahar ta' qabel.

Artikolu 146g

L-iskambju tad-dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd

1.   Il-format li għandu jintuża għall-iskambju tad-dejta tal-ġurnal tas-sajd, tad-dikjarazzjoni tat-trażbord, tad-dejta tan-notifika minn qabel u tad-dejta tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art, kif imsemmi fl-Artikoli 15, 17, 22 u 24 tar-Regolament ta' Kontroll, bejn l-Istati Membri, kif ukoll bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha, għandu jkun skont id-Definizzjoni tal-Iskema XML għad-Dominju tal-Attività tas-Sajd abbażi tal-P1000-3 tal-UN/CEFACT.

2.   Is-sistemi tal-Istat Membru tal-bandiera għandhom ikunu kapaċi jibagħtu messaġġi dwar l-attività tas-sajd u jwieġbu t-talbiet għad-dejta dwar l-attività tas-sajd għal vjaġġi tas-sajd li jkunu bdew matul is-36 xahar ta' qabel.

Artikolu 146h

L-iskambju tad-dejta relatata mal-bejgħ

1.   Il-format li għandu jintuża għall-iskambju tan-noti tal-bejgħ u d-dejta tad-dikjarazzjonijiet tat-trasferiment, kif imsemmi fl-Artikoli 63 u 67 tar-Regolament ta' Kontroll, bejn l-Istati Membri, kif ukoll bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha, għandu jkun skont id-Definizzjoni tal-Iskema XML għas-Settur tal-Bejgħ abbażi tal-P1000-5 tal-UN/CEFACT.

2.   Meta d-dejta tad-dokument tat-trasport kif imsemmi fl-Artikolu 68 tar-Regolament ta' Kontroll tiġi skambjata bejn l-Istati Membri, kif ukoll bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha, il-format użat għandu jkun ibbażat wkoll fuq il-P1000-5 tal-UN/CEFACT.

3.   Is-sistemi tal-Istat Membru għandhom ikunu kapaċi jibagħtu messaġġi ta' noti tal-bejgħ u ta' dikjarazzjonijiet tat-trasferiment u jwieġbu t-talbiet għal dejta tan-noti tal-bejgħ u tad-dikjarazzjonijiet tat-trasferiment għal operazzjonijiet li jkunu ġraw matul is-36 xahar ta' qabel.

Artikolu 146i

It-trażmissjoni tad-dejta aggregata dwar il-qbid

1.   Bħala format, l-Istati Membri tal-bandiera għandhom jużaw id-Definizzjoni tal-Iskema XML abbażi tal-P1000-12 tal-UN/CEFACT biex lill-Kummissjoni jibagħtulha d-dejta aggregata dwar il-qbid kif imsemmi fl-Artikolu 33(2) u (4) tar-Regolament ta' Kontroll u fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008.

2.   Id-dejta fir-rapport dwar il-qbid għandha tkun aggregata għal kull xahar meta jkunu nqabdu l-ispeċijiet.

3.   Il-kwantitajiet fir-rapport dwar l-qbid għandhom jiġu bbażati fuq il-kwantitajiet li jinħattu l-art. Meta jkun irid jingħata rapport dwar il-qbid skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008, u qabel ħatt l-art, għandu jingħata rapport dwar l-istima tal-qbid bl-indikazzjoni ‘miżmum abbord’. Korrezzjoni tal-piż eżatt u tal-post ta' ħatt l-art għandha tintbagħat qabel il-15 tax-xahar wara ħatt l-art.

4.   Meta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tkun teħtieġ ir-rappurtar tal-istokkijiet jew tal-ispeċijiet f'diversi rapporti dwar il-qbid b'diversi livelli ta' aggregazzjoni, dawn l-istokkijiet jew l-ispeċijiet għandhom jiġu rrappurtati biss fl-aktar rapport dettaljat meħtieġ.

Artikolu 146j

Bidliet fil-formati XML u fid-dokumenti ta' implimentazzjoni

1.   L-emendi fil-formati XML u fid-dokumenti ta' implimentazjoni li jridu jintużaw għall-iskambji elettroniċi kollha tad-dejta bejn l-Istati Membri u għall-iskambji kollha bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha, inklużi l-emendi minħabba l-Artikoli 146f, 146 g u 146h, għandha tiddeċidihom il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri.

2.   L-emendi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jissemmew ċar u tond fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea u mmarkati bid-data meta l-emenda tidħol fis-seħħ. Dawn l-emendi ma għandhomx jidħlu fis-seħħ qabel jgħaddu 6 xhur jew wara 18-il xahar minn meta jkunu ġew deċiżi. Il-waqt opportun għandha tiddeċidih il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri.

(******)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad- 29 ta' Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93 u (KE) Nru 1627/94 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 3317/94 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33)."

(*******)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta' Diċembru 2003 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 25).”"

(38)

Fl-Artikolu 164, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Fil-qafas ta' ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli jew ta' ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi jew fil-qafas tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd jew ta' arranġamenti simili li tagħhom l-Unjoni hija Parti Kontraenti jew Parti ta' Koperazzjoni mhix kontraenti, il-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha jistgħu jikkomunikaw l-informazzjoni rilevanti dwar nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd jew dwar ksur serju msemmi fl-Artikolu 42(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 u fl-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta' Kontroll lil partijiet oħra għal dawk il-ftehimiet, l-organizzazzjonijiet jew l-arranġamenti, u dan ikun soġġett għall-kunsens tal-Istat Membru li għadda l-informazzjoni u skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 (********).

(********)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).”"

(39)

L-Anness V jitħassar.

(40)

L-Anness VI jinbidel bit-test tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(41)

L-Anness VII jinbidel bit-test tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

(42)

L-Annessi VIII u IX jitħassru.

(43)

L-Anness X jinbidel bit-test tal-Anness III ta' dan ir-Regolament.

(44)

L-Anness XII jinbidel bit-test tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament.

(45)

L-Anness XXIII jinbidel bit-test tal-Anness V ta' dan ir-Regolament.

(46)

L-Anness XXVI jinbidel bit-test tal-Anness VI ta' dan ir-Regolament.

(47)

L-Anness XXVII jinbidel bit-test tal-Anness VII ta' dan ir-Regolament.

(48)

L-Anness XXX jinbidel bit-test tal-Anness VIII ta' dan ir-Regolament.

(49)

L-Anness XXXI jitħassar.

Artikolu 2

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 500/2001 huwa mħassar.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu l-Artikolu 146d(1) jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2016. B'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/812, il-punt 5 tal-Anness XXX dwar il-ksur serju meta ma jiġux issodisfati l-obbligi ta' ħatt l-art tal-ħut taħt id-daqs minimu, jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33.

(3)  Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59).

(5)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat- 8 ta' April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1).

(6)  Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 500/2001 tal-14 ta' Marzu 2001 li jniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 dwar is-sorveljanza tal-qbid meħuda mid-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità fl-ibħra ta' pajjiżi terzi u fl-ibħra miftuħa (ĠU L 73, 15.3.2001, p. 8).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2015/812 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2187/2005, (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 2347/2002 u (KE) Nru 1224/2009, u r-Regolamenti (UE) Nru 1379/2013 u (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rigward l-obbligu tal-ħatt u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1434/98 (ĠU L 133, 29.5.2015, p. 1).


ANNESS I

ANNESS VI

MUDELL KOMBINAT TA' ĠURNAL TAS-SAJD, DIKJARAZZJONI TA' ĦATT L-ART U DIKJARAZZJONI TAT-TRAŻBORD TAL-UNJONI EWROPEA

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

ANNESS VII

MUDELL KOMBINAT TA' ĠURNAL TAS-SAJD, DIKJARAZZJONI TA' ĦATT L-ART U DIKJARAZZJONI TAT-TRAŻBORD TAL-UNJONI EWROPEA

(IL-BAĦAR MEDITERRAN — VJAĠĠI TAS-SAJD KULJUM)

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

“ANNESS X

STRUZZJONIJIET LILL-KAPTANI TA' BASTIMENTI TAS-SAJD LI JRIDU JIMLEW U JRESSQU ĠURNAL TAS-SAJD, DIKJARAZZJONI TA' ĦATT L-ART JEW DIKJARAZZJONI TAT-TRAŻBORD

Fil-ġurnal tas-sajd għandha tiġi rreġistrata din l-informazzjoni minima ġenerali dwar l-attivitajiet tal-bastiment jew tal-bastimenti tas-sajd, skont l-Artikoli 14, 15, 21, 22, 23 u 24 tar-Regolament ta' Kontroll u t-Titolu III, il-Kapitoli I, II u III ta' dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju ta' elementi speċifiċi oħrajn jew regoli meħtieġa bil-liġi tal-Unjoni, mill-awtoritajiet nazzjonali ta' Stat Membru jew mill-awtoritajiet ta' pajjiż terz, jew minn Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd.

1.   STRUZZJONIJIET DWAR IL-ĠURNAL TAS-SAJD

Il-kaptan ta' kull l-bastiment tas-sajd li jkun qed jieħu sehem f'operazzjoni tas-sajd f'pari għandu jżomm ġurnal tas-sajd li juri l-kwantitajiet maqbuda u miżmuma abbord b'tali mod li l-qabdiet ma jingħaddux darbtejn.

Matul l-istess vjaġġ tas-sajd, hemm ċertu elementi tad-dejta obbligatorji li jridu jitniżżlu f'kull paġna tal-ġurnal tas-sajd.

Informazzjoni dwar il-bastimenti tas-sajd u d-dati tal-vjaġġi tas-sajd

Il-ġurnal tas-sajd stampat

Referenza

Numru

L-isem tal-element tad-dejta

(M = Obbligatorju)

(O = Fakultattiv)

(CIF = Obbligatorju jekk applikabbli)

Id-deskrizzjoni u/jew il-ħin li għandhom jiġu rreġistrati

(1)

Isem il-bastimenti tas-sajd, (M)

Is-sinjali internazzjonali tas-sejħa bir-radju, (M)

In-numri CFR, (M)

In-numri GFCM, ICCAT, (CIF)

Għall-operazzjonijiet tas-sajd f'pari, għandha tiġi rreġistrata wkoll l-istess informazzjoni għat-tieni bastiment tas-sajd.

Din l-informazzjoni għandha titniżżel f'ġurnal tas-sajd stampat taħt dik tal-bastiment li għalih qed jinżamm il-ġurnal tas-sajd.

In-numru ta' identifikazzjoni tar-Reġistru tal-Flotta tas-Sajd tal-Komunità tal-bastiment hu numru uniku li Stat Membru jassenja lil bastiment tal-Unjoni meta l-bastiment tas-sajd jidħol fil-flotot tal-Unjoni għall-ewwel darba (1).

In-numru tar-reġistru GFCM jew ICCAT għandu jiddaħħal għal bastimenti tas-sajd li jwettqu attivitajiet tas-sajd regolati barra l-ilmijiet tal-Unjoni (CIF).

(2)

Identifikazzjoni esterna (M)

L-ittri u n-numri esterni tar-reġistrazzjoni kif jidhru fuq il-buq.

Għall-operazzjonijiet tas-sajd f'pari, għandha tiġi rreġistrata wkoll l-istess informazzjoni għat-tieni bastiment tas-sajd.

(3)

L-isem u l-indirizz tal-kaptan (M)

Għandhom jingħataw l-isem, il-kunjom u l-indirizz tal-kaptan (isem it-triq, in-numru, il-belt, il-kodiċi postali, l-Istat Membru jew il-pajjiż terz).

Għall-operazzjonijiet tas-sajd f'pari, għandha tiġi rreġistrata wkoll l-istess informazzjoni għat-tieni bastiment tas-sajd.

(4)

Id-data, il-ħin u l-port tat-tluq (M)

Dawn għandhom jitniżżlu fil-ġurnal tas-sajd stampat qabel il-bastiment tas-sajd iħalli l-port. Id-data għandha tiġi rreġistrata bħala JJ-XX-SSSS u l-ħin għandu jitniżżel bħala SS-MM fil-ħin lokali.

Qabel il-bastiment tas-sajd iħalli l-port, għandu jintbagħat messaġġ elettroniku tat-tluq. Id-data u l-ħin għandhom jiġu rreġistrati bħala l-ħin universali koordinat (UTC).

Fil-ġurnal tas-sajd elettroniku, il-port għandu jiġi rreġistrat bil-kodiċijiet ippubblikati fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea.

(5)

Id-data, il-ħin u l-port tal-wasla (M)

Dawn għandhom jitniżżlu fil-ġurnal tas-sajd stampat qabel il-bastiment tas-sajd jidħol fil-port. Id-data għandha tiġi rreġistrata bħala JJ-XX-SSSS u l-ħin stmat għandu jitniżżel bħala SS-MM fil-ħin lokali.

Qabel il-bastiment tas-sajd jidħol fil-port, għandu jintbagħat messaġġ elettroniku tat-tluq. Id-data u l-ħin stmat għandhom jiġu rreġistrati bħala l-ħin universali koordinat (UTC).

Fil-ġurnal tas-sajd elettroniku, il-port għandu jiġi rreġistrat bil-kodiċijiet ippubblikati fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea.

(6)

Id-data, il-ħin u l-port ta' ħatt l-art jekk dawn ikunu differenti minn (5) (M)

Dawn għandhom jitniżżlu fil-ġurnal tas-sajd stampat qabel il-bastiment tas-sajd jidħol fil-port ta' ħatt l-art. Id-data għandha tiġi rreġistrata bħala JJ-XX-SSSS u l-ħin stmat għandu jitniżżel bħala SS-MM fil-ħin lokali fil-każ ta' ġurnal tas-sajd stampat, jew bħala l-ħin universali koordinat (UTC) fil-każ ta' ġurnal tas-sajd elettroniku.

Fil-ġurnal tas-sajd elettroniku, il-port għandu jiġi rreġistrat bil-kodiċijiet ippubblikati fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea.

(7)

Id-data, il-ħin u l-post tat-trasbord,

L-isem, l-identifikazzjoni esterna u s-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju, il-bandiera, in-numru CFR jew IMO, u l-port u l-pajjiż ta' destinazzjoni tal-bastiment tas-sajd riċevitur (M)

F'każ ta' trażbord, dawn għandhom jitniżżlu fil-ġurnal tas-sajd stampat qabel tibda l-operazzjoni.

Id-data għandha tiġi rreġistrata bħala JJ-XX-SSSS u l-ħin għandu jitniżżel bħala SS-MM fil-ħin lokali fil-każ ta' ġurnal tas-sajd stampat, jew bħala l-ħin universali koordinat (UTC) fil-każ ta' ġurnal tas-sajd elettroniku.

Fil-ġurnal tas-sajd elettroniku, il-port għandu jiġi rreġistrat bil-kodiċijiet ippubblikati fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-pajjiż terz għandu jiġi rreġistrat bil-kodiċijiet tal-pajjiż ISO alfa-3.

Għal bastimenti tal-Unjoni għandu jiġi rreġistrat in-numru tar-Reġistru tal-Flotta tas-Sajd tal-Komunità. Għall-bastimenti ta' pajjiżi terzi għandu jiġi rreġistrat in-numru tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali

Meta jkun hemm bżonn il-pożizzjoni ġeografika, għandhom jiġu rreġistrati l-latitudni u l-lonġitudni fi gradi u minuti jekk ma jintużax il-GPS u fi gradi u minuti deċimali bil-GPS (fil-format WGS 84).

Informazzjoni dwar l-irkaptu tas-sajd

(8)

It-tip ta' rkaptu (M)

It-tip ta' rkaptu għandu jitniżżel bil-kodiċijiet mogħtija fil-kolonna 1 tal-Anness XI.

(9)

Id-daqs tal-malja (M)

Dan għandu jingħata f'millimetri (malja mġebbda).

(10)

Il-qisien tal-irkaptu (M)

Il-qisien tal-irkaptu bħad-daqs u n-numru għandhom jingħataw skont l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fil-kolonna 2 tal-Anness XI.

(11)

Id-data (M)

Id-data għal kull jum fuq il-baħar għandha tiġi rreġistrata f'linja ġdida fil-ġurnal tas-sajd stampat jew f'rapport ġdid tal-ġurnal tas-sajd elettroniku u għandha tikkorrispondi għal kull jum fuq il-baħar.

Meta applikabbli, id-data għal kull operazzjoni tas-sajd għandha tiġi rreġistrata f'linja ġdida.

(12)

L-għadd ta' operazzjonijiet tas-sajd (M)

L-għadd ta' operazzjonijiet tas-sajd għandu jingħata skont l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fil-kolonna 3 tal-Anness XI.

(13)

Il-ħin tas-sajd (O)

Il-ħin tat-tqegħid u tal-irfigħ tal-irkaptu (CIF)

Il-fond tas-sajd (CIF)

Il-ħin totali (O)

Il-ħin totali ddedikat għall-attivitajiet kollha relatati mal-operazzjonijiet tas-sajd (it-tiftix għall-ħut, l-isparar, l-irmunkar u l-irfigħ tal-irkaptu attiv, it-tqegħid, it-tixrib, it-tneħħija jew it-tqegħid mill-ġdid ta' rkaptu passiv u t-tneħħija ta' kull qabda mill-irkaptu, mix-xbieki li jinżammu fil-baħar, jew minn gaġġa tat-trasport għal gaġeġ tat-tismin u tat-trobbija) għandu jingħata f'minuti u għandu jkun daqs is-sigħat fuq il-baħar, meta jitnaqqas il-ħin għat-tranżitu lejn il-post tas-sajd, bejniethom u lura, il-ħin tal-għassa, f'inattività jew tal-istennija għat-tiswija.

Il-ħin tat-tqegħid u tal-irfigħ tal-irkaptu għandu jitniżżel bħala SS-MM fil-ħin lokali fil-każ ta' ġurnal tas-sajd stampat, jew bħala l-ħin universali koordinat (UTC) fil-każ ta' ġurnal tas-sajd elettroniku.

Il-fond tas-sajda għandu jiġi rreġistrat bħala l-medja tal-fond u f'metri.

(14)

Il-pożizzjoni u ż-żona ġeografika tas-sajd (M)

Iż-żona ġeografika rilevanti tal-qbid għandha tirrappreżentaha ż-żona mnejn inqabdet il-biċċa l-kbira tal-qabda bl-aktar livell dettaljat meta disponibbli.

Eżempji:

 

Fl-ilmijiet fil-Grigal tal-Atlantiku (iż-żona 27 tal-FAO), sas-Sezzjoni u r-rettangolu statistiku tal-ICES (eż. IVa 41E7, VIIIb 20E8). Ir-rettangolu statistiku tal-ICES jagħti grilja li tkopri żona mis-36°N sal-85°30′N u mill-44°W sat-68°30′E. Ir-ringieli tal-latitudni, bi spazji ta' 30′, għandhom numru (żewġ diġits) minn 01 sa 99. Il-kolonni tal-lonġitudni, bi spazji ta' 1°, għandhom kodiċi skont sistema alfanumerika, li jibda minn A0 sa M8, b'ittra differenti għal kull kategorija ta' 10° ħlief l-I,

 

Fil-Mediterran u l-ilmijiet tal-Baħar l-Iswed (iż-żona 37 tal-FAO), sas-subżona ġeografika u r-rettangolu statistiku tal-GFCM (eż. 7 M27B9). In-numri ta' rettangolu statistiku fil-grilja tal-GFCM huwa kodiċi b'5 diġits: Il-latitudni jkopriha kodiċi bi 3 ċifri (magħmul minn ittra wada u żewġ numri). It-tliet ċifri jvarjaw minn M00 (30°N) sa M34 (47°30′N), (ii) Il-lonġitudni jkopriha kodiċi magħmul minn ittra u numru. L-ittra tvarja minn A sa J u numri jvarjaw minn 0 sa 9 għal kull ittra. Iż-żewġ ċifri ivarjaw minn A0 (6°W) sa J5 (42°E).

 

Fl-ilmijiet tal-Majjistral tal-Atlantiku, inkluża n-NAFO (iż-żona 21 tal-FAO) u fl-ilmijiet tal-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant, inkluż is-CECAF (iż-żona 34 tal-FAO), sas-sezzjoni jew is-subsezzjoni tal-FAO (eż. 21.3.M jew 34.3.5).

 

Għaż-żoni l-oħra tal-FAO, sas-subżona tal-FAO meta disponibbli (eż. 31 tal-FAO għall-Atlantiku tal-Punent Ċentrali u 51.6 għall-Oċean Indjan tal-Punent).

Iżda jistgħu jiddaħħlu entrati fakultattivi għal kull rettangolu statistiku fejn il-bastiment tas-sajd ikun ħadem matul il-jum (O).

Fiż-żoni tal-GFCM u tal-ICCAT, għandha tiġi rreġistrata wkoll il-pożizzjoni ġeografika (il-latitudni/lonġitudni) għal kull operazzjoni tas-sajd jew f'nofsinhar meta ma jkun sar l-ebda sajd matul dak il-jum.

Meta jkun hemm bżonn il-pożizzjoni ġeografika, għandhom jiġu rreġistrati l-latitudni u l-lonġitudni fi gradi u minuti jekk ma jintużax il-GPS u fi gradi u minuti deċimali bil-GPS (fil-format WGS 84).

Fil każ ta' żona tas-sajd ta' pajjiż terz, żona ta' organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd u għall-ibħra miftuħa: agħti ż-żoni tas-sajd ta' Stati li mhumiex Membri jew iż-żoni tal-Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd jew l-ilmijiet barra mis-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta' xi Stat jew li mhumiex regolati minn Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd, bl-użu tal-kodiċijiet tal-pajjiż ISO-3166 alfa-3 u kodiċijiet oħrajn ippubblikati fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea, eż. NOR = in-Norveġja, in-NAFO = XNW, in-NEAFC = XNE u l-XIN għall-ibħra miftuħa.

(15)(16)

Il-kwantitajiet maqbuda u miżmuma abbord (M)

Għandhom jintużaw il-kodiċijiet alfa-3 tal-FAO tal-ispeċijiet.

Il-qabda ta' kull speċi għandha tiġi rreġistrata f'kilogrammi ekwivalenti għall-piż ħaj.

Għandhom jiġu rreġistrati l-kwantitajiet kollha ta' kull speċi maqbuda u miżmuma abbord li jaqbżu l-50 kg ekwivalenti ta' piż ħaj. Malli l-qabdiet tal-ispeċi jaqbżu l-50 kg għandu japplika l-limitu ta' 50 kg. Dawn l-ammonti għandhom jinkludu l-kwantitajiet imwarrba biex jiġu kkunsmati mill-ekwipaġġ tal-bastiment.

Il-qabdiet ta' daqs legali għandhom jiġu rreġistrati bil-kodiċi ġenerali tal-LSC.

Il-qabdiet li ma jaqbżux id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni għandhom jiġu rreġistrati separatament mill-qabdiet ta' daqs legali bil-kodiċi ġenerali BMS.

Meta l-qabdiet jinżammu fil-qfief, fil-kaxex, fit-tankijiet, fil-kaxxi tal-kartun, fl-ixkejjer, fil-boroż, fi blokki jew f'kontenituri oħrajn, għandhom jiġu rreġistrati l-piż nett tal-unità użata f'kilogrammi ta' piż ħaj u l-għadd preċiż ta' dawn l-unitajiet użati.

Inkella l-qabda miżmuma abbord f'unitajiet bħal dawn tista' tiġi rreġistrata f'kilogrammi ta' piż ħaj (O).

Fil-Baħar Baltiku (għas-salamun biss) u fiż-żona tal-GFCM (għat-tonn, għall-pixxispad u għall-klieb il-baħar migratorji ħafna biss) u, jekk applikabbli, f'żoni oħra, għandu jiġi rreġistrat l-għadd ta' ħut maqbud kuljum.

Jekk l-għadd ta' kolonni ma jkunx biżżejjed, għandha tintuża paġna ġdida.

(15)(16)

L-istimi tal-ħut mormi (M)

Għandhom jintużaw il-kodiċijiet alfa-3 tal-FAO tal-ispeċijiet.

Ir-rimi ta' kull speċi għandu jiġi rreġistrat f'kilogrammi ekwivalenti ta' piż ħaj.

L-ispeċijiet li mhumiex soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art:

 

Ir-rimi ta' kull speċi li jkun jaqbeż il-50 kg ekwivalenti ta' piż ħaj, għandu jiġi rreġistrat skont ir-regoli stabbiliti għar-reġistrazzjoni tal-qabdiet permezz tal-kodiċi ġenerali DIS.

 

Bl-istess mod għandu jiġi rreġistrat ukoll ir-rimi tal-ispeċijiet li jintużaw bħala lixka ħajja u li huma rreġistrati fil-ġurnal tas-sajd.

L-ispeċijiet eżentati mill-obbligu ta' ħatt l-art (2):

 

Ir-rimi ta' kull speċi għandu jiġi rreġistrat kollu skont ir-regoli stabbiliti għar-reġistrazzjoni tal-qabdiet permezz tal-kodiċi ġenerali DIS.

 

Ir-rimi ta' kull speċi b'eżenzjonijiet de minimis speċifiċi għandu jiġi rreġistrat kollu skont ir-regoli stabbiliti għar-reġistrazzjoni tal-qabdiet separatament mill-iskart l-ieħor permezz tal-kodiċi ġenerali DIM.

(15)(16)

Il-qabdiet, il-qabdiet inċidentali u r-rilaxx ta' organiżmi jew annimali tal-baħar oħra (M)

Fiż-żona tal-GFCM, din l-informazzjoni li trid tiġi rreġistrata wkoll b'mod separat għal kull qabda jew qabda inċidentali:

Il-qabdiet ta' kuljum tal-qroll l-aħmar inkluż l-attivitajiet tas-sajd skont iż-żona u l-fond,

Il-qabdiet inċidentali u r-rilaxx tat-tajr tal-baħar,

Il-qabdiet inċidentali u r-rilaxx tal-bumerini,

Il-qabdiet inċidentali u r-rilaxx tal-fkieren tal-baħar,

Il-qabdiet inċidentali u r-rilaxx taċ-ċetaċji.

Meta applikabbli, l-annimali tal-baħar rilaxxati fil-baħar għandhom jiġu rreġistrati permezz tal-kodiċi ġenerali RET.

Għal dan il-għan għandhom jintużaw il-kodiċijiet alfa-3 tal-FAO tal-ispeċijiet, inkella jekk ma jkunux disponibbli għandhom jintużaw il-kodiċijiet ippubblikati fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea.

2.   STRUZZJONIJIET DWAR ID-DIKJARAŻŻJONI TAL-IŻBARK/TRAŻBORD

Meta l-prodotti tas-sajd inħattu l-art jew ġew trażbordati, u jekk intiżnu bis-sistemi approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fuq il-bastiment tas-sajd donatur jew fuq il-bastiment tas-sajd riċevitur, għandu jingħata l-piż proprja tal-kwantitajiet li nħattu l-art jew li ġew trażbordati f'kilogrammi ta' piż tal-prodott, fuq id-dikjarazzjoni ta' ħatt l-art jew tat-trażbord skont l-ispeċi, li tkun turi:

(a)

Il-preżentazzjoni tal-ħut (in-nru ta' referenza 17 fil-ġurnal tas-sajd stampat) permezz tal-kodiċijiet fit-Tabella 1 tal-Anness I (M);

(b)

L-unità tal-kejl tal-kwantitajiet żbarkati jew trażbordati (in-nru ta' referenza 18 fil-ġurnal tas-sajd stampat); agħti l-piż tal-unità f'kilogrammi ta' piż tal-prodott. Din l-unità tista' tkun differenti minn dik imniżżla fil-ġurnal tas-sajd (M);

(c)

Il-piż totali skont l-ispeċi li nħattet l-art jew li ġiet trażbordata (in-nru ta' referenza 19 fil-ġurnal tas-sajd stampat); agħti l-piż tal-kwantitajiet li fil-fatt inħattu l-art jew li ġew trażbordati għall-ispeċijiet kollha (M);

Il-qabdiet ta' daqs legali għandhom jiġu rreġistrati bil-kodiċi ġenerali tal-LSC. Il-qabdiet li ma jaqbżux id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni għandhom jiġu rreġistrati separatament mill-qabdiet ta' daqs legali bil-kodiċi ġenerali BMS. Għandhom jintużaw il-kodiċijiet alfa-3 tal-FAO tal-ispeċijiet.

(d)

Il-piż għandu jikkorrispondi mal-piż tal-prodott tal-ħut kif inħatt l-art, jiġifieri wara kull ipproċessar abbord. Sussegwentement, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom japplikaw il-fatturi rilevanti tal-konverżjoni biex jikkalkulaw l-ekwivalenti ta' piż ħaj skont l-Artikolu 49 ta' dan ir-Regolament;

(e)

Il-firma tal-kaptan (in-nru ta' referenza 20 fil-ġurnal tas-sajd stampat) (M);

(f)

Il-firma u l-isem u l-indirizz tal-aġent u tal-osservatur meta applikabbli (in-nru ta' referenza 21 fil-ġurnal tas-sajd stampat);

(g)

Iż-żona ġeografika rilevanti tal-qbid: iż-żona, is-subżona jew is-subsezzjoni tal-FAO, is-sezzjoni tal-ICES, is-subżona tan-NAFO, is-subżona tan-NEAFC, iż-żona tas-CECAF, is-subżona tal-GFCM jew iż-żona tas-sajd ta' pajjiż terz (in-nru ta' referenza 22 fil-ġurnal tas-sajd stampat). Din għandha tiġi applikata bl-istess mod għall-informazzjoni dwar il-pożizzjoni u ż-żona ġeografika kif jissemma hawn fuq (M).

3.   STRUZZJONIJIET ADDIZZJONALI BIEX L-ISFORZ TAS-SAJD JIĠI RREĠISTRAT FIL-ĠURNAL TAS-SAJD

Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jirreġistraw din l-informazzjoni addizzjonali fil-ġurnal tas-sajd għall-ħin tal-attivitajiet tas-sajd soġġetti għal reġimi tal-isforz tas-sajd:

(a)

Kull informazzjoni meħtieġa f'din it-taqsima għandha tiġi rreġistrata fil-ġurnal tas-sajd stampat bejn in-numri ta' referenza (15) u (16) fil-ġurnal tas-sajd.

(b)

Il-ħin għandu jiġi rreġistrat bħala l-ħin universali kkoordinat (UTC).

(c)

Il-latitudni u l-lonġitudni għandhom jiġu rreġistrati fi gradi u minuti jekk ma jintużax il-GPS u fi gradi u minuti deċimali bil-GPS (fil-format WGS 84).

(d)

L-ispeċijiet għandhom jiġu rreġistrati bil-kodiċijiet alfa-3 tal-FAO tal-ispeċijiet.

3.1.   Informazzjoni dwar l-isforz tas-sajd

(a)   Il-qsim ta' żona tal-isforz

Meta bastiment tas-sajd awtorizzat jaqsam żona tal-isforz mingħajr ma jwettaq attivitajiet tas-sajd f'dik iż-żona, fil-ġurnal tas-sajd stampat trid timtela linja addizzjonali. Trid tingħata din l-informazzjoni:

id-data;

iż-żona tal-isforz;

id-dati u l-ħinijiet ta' kull dħul/ħruġ;

il-pożizzjoni (il-latitudni u l-lonġitudni) ta' kull dħul u ħruġ;

il-qabdiet miżmuma abbord, skont l-ispeċi, fil-ħin tad-dħul;

il-kelma ‘crossing’.

(b)   Id-dħul f'żona tal-isforz

Meta l-bastiment tas-sajd jidħol f'żona tal-isforz fejn aktarx ikun se jwettaq attivitajiet tas-sajd, fil-ġurnal tas-sajd stampat trid timtela linja addizzjonali inkella trid issir dikjarazzjoni elettronika. Trid tingħata din l-informazzjoni:

id-data;

il-kelma ‘entry’;

iż-żona tal-isforz;

il-pożizzjoni tal-latitudni u l-lonġitudni;

il-ħin tad-dħul;

il-qabdiet miżmuma abbord, skont l-ispeċi, fil-ħin tad-dħul; u

l-ispeċi fil-mira.

(c)   Il-ħruġ minn żona tal-isforz

Meta l-bastiment iħalli żona tal-isforz li fiha jkun wettaq attivitajiet tas-sajd u meta jidħol f'żona oħra tal-isforz li fiha jkun beħsiebu jwettaq attivitajiet tas-sajd, fil-ġurnal tas-sajd stampat trid timtela linja addizzjonali inkella trid issir dikjarazzjoni elettronika. Trid tingħata din l-informazzjoni:

id-data;

il-kelma ‘entry’;

il-pożizzjoni tal-latitudni u l-lonġitudni;

iż-żona tal-isforz il-ġdida;

il-ħin tal-ħruġ/tad-dħul;

il-qabdiet miżmuma abbord, skont l-ispeċi, fil-ħin tal-ħruġ/dħul; u

l-ispeċi fil-mira.

Meta l-bastiment tas-sajd iħalli żona tal-isforz li fiha jkun wettaq attivitajiet tas-sajd u ma jwettaqx iżjed attivitajiet tas-sajd f'dik iż-żona tal-isforz, trid timtela linja addizzjonali inkella trid issir dikjarazzjoni elettronika.. Trid tingħata din l-informazzjoni:

id-data;

il-kelma ‘exit’;

il-pożizzjoni tal-latitudni u l-lonġitudni;

iż-żona tal-isforz;

il-ħin tat-tluq;

il-qabdiet miżmuma abbord, skont l-ispeċi, fil-ħin tal-ħruġ; u

l-ispeċi fil-mira.

(d)   Attivitajiet tas-sajd transżonali  (3).

Meta l-bastiment tas-sajd iwettaq attivitajiet tas-sajd transżonali, fil-ġurnal tas-sajd stampat trid timtela linja addizzjonali inkella trid issir dikjarazzjoni elettronika. Trid tingħata din l-informazzjoni:

id-data;

il-kelma ‘trans-zonal’;

il-ħin tal-ewwel ħruġ u ż-żona tal-isforz;

il-pożizzjoni tal-ewwel dħul fil-latitudni u l-lonġitudni;

il-ħin tal-aħħar dħul u ż-żona tal-isforz;

il-pożizzjoni tal-aħħar ħruġ tal-latitudni u l-lonġitudni;

il-qabdiet miżmuma abbord, skont l-ispeċi, fil-ħin tal-ħruġ/dħul; u

l-ispeċi fil-mira.

(e)   Informazzjoni addizzjonali għal bastimenti tas-sajd li jużaw irkaptu statiku:

Meta l-bastiment tas-sajd ikala jew ikala mill-ġdid irkaptu statiku, trid titniżżel din l-informazzjoni:

id-data;

iż-żona tal-isforz;

il-pożizzjoni fil-latitudni u l-lonġitudni;

il-kliem ‘setting’ jew ‘resetting’;

il-ħin.

Meta l-bastiment tas-sajd ilesti operazzjonijiet ta' rkaptu statiku:

id-data;

iż-żona tal-isforz;

il-pożizzjoni fil-latitudni u l-lonġitudni;

il-kelma ‘finish’;

il-ħin.

3.2.   Informazzjoni dwar il-komunikazzjoni ta' movimenti tal-bastimenti

Meta bastiment tas-sajd li jwettaq attivitajiet tas-sajd ikun jeħtieġlu jwassal rapport tal-isforz tas-sajd lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 28 tar-Regolament ta' Kontroll, trid tiġi rreġistrata din l-informazzjoni u dik imsemmija fil-paragrafu 3.1:

(a)

id-data u l-ħin tal-komunikazzjoni;

(b)

il-pożizzjoni ġeografika tal-bastiment tas-sajd f'latitudni u lonġitudni;

(c)

il-mezzi ta' komunikazzjoni użati u, meta applikabbli, l-istazzjon tar-radju użat; u

(d)

id-destinazzjoni(jiet) tal-komunikazzjoni.”


(1)  Kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta' Diċembru 2003 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 25).

(2)  Bħalma jisemma fl-Artikolu 15(4) u fl-Artikolu 15(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, kif emendat bir-Regolament (UE) 2015/812 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015, b'mod partikolari:

l-ispeċijiet li l-qbid tagħhom hu pprojbit u li jissemmew bħala tali f'att legali tal-Unjoni adottat fil-qasam tal-Politika Komuni tas-Sajd;

speċijiet li għalihom l-evidenza xjentifika turi rati ta' soppravivenza għoljin, b'kont meħud tal-karatteristiċi tal-irkaptu tas-sajd, tal-prattiki tas-sajd u tal-ekosistema;

il-qabdiet b'eżenzjonijiet de minimis.

il-ħut li juri ħsara kkawżata mill-predaturi.

(3)  Il-bastimenti li jibqgħu fiż-żona tal-isforz u li ma jkunux, fuq kull naħa, iżjed minn 5 mili nawtiċi 'l barra mil-linja li tifred iż-żewġ żoni tal-isforz għandhom jirreġistraw l-ewwel dħul u l-aħħar ħruġ tagħhom matul perjodu ta' 24 siegħa.


ANNESS IV

“ANNESS XII

STANDARDS GĦALL-ISKAMBJU ELETTRONIKU TAD-DEJTA

Il-format għall-iskambju elettroniku tad-dejta huwa bbażat fuq l-istandard P1000 tal-UN/CEFACT. L-iskambji tad-dejta relatata ma' attivitajiet kummerċjali simili jinġabru f'oqsma u jiġu speċifikati fid-dokumenti tal-ispeċifikazzjonijiet tal-ħtiġijiet kummerċjali (il-BRS).

L-istandards huma disponibbli għal:

 

P1000 – 1; Prinċipji ġenerali

 

P1000 – 3; L-attività tas-sajd

 

P1000 – 5; Il-bejgħ

 

P1000 – 7; Il-pożizzjoni tal-bastiment

 

P1000 – 12; Ir-Rapport dwar id-Dejta tal-Qabdiet Aggregati

Fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea hemm id-dokumenti tal-BRS u traduzzjoni f'għamla li tinqara mill-kompjuter (il-verżjoni tad-Defenizzjoni tal-Iskema XML). Fuq dak is-sit web hemm ukoll id-dokumenti ta' implimentazzjoni li jridu jintużaw għall-iskambju tad-dejta.”


ANNESS V

“ANNESS XXIII

LISTA TA' INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA BIEX JIMTLEW IR-RAPPORTI TA' SORVELJANZA DWAR L-ILMIĦ U D-DITEZZJONITA' BASTIMENTI TAS-SAJD

Informazzjoni ġenerali

1.

Ir-referenza tar-rapport ta' sorveljanza

2.

Id-data u l-ħin (UTC) tal-ilmiħ jew tad-ditezzjoni

3.

L-Istat Membru minn fejn joriġina r-rapport u l-isem tal-awtorità unika

4.

It-tip u l-identifikazzjoni tal-inġenju ta' sorveljanza

5.

Il-pożizzjoni u l-lok tal-inġenju ta' sorveljanza waqt l-ilmiħ jew id-ditezzjoni

Dettalji dwar il-bastiment tas-sajd

6.

Stat tal-Bandiera

7.

L-isem

8.

Il-port tar-reġistrazzjoni u n-numru estern tar-reġistrazzjoni

9.

Il-kodiċi internazzjonali tar-radju

10.

In-numru IMO (tal-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima)

11.

Numru tar-Reġistru tal-Flotta tal-Komunità

12.

Deskrizzjoni

13.

Tip

14.

Il-pożizzjoni u l-lok tal-bidu waqt l-ilmiħ jew id-ditezzjoni

15.

Id-direzzjoni u l-veloċità tal-bidu waqt l-ilmiħ jew id-ditezzjoni

16.

Attività

Informazzjoni oħra

17.

Xi jfissru lmiħ jew ditezzjoni

18.

Il-kuntatt mal-bastiment

19.

Dettalji dwar il-komunikazzjoni mal-bastiment

20.

Reġistrazzjoni tal-ilmiħ jew tad-ditezzjoni

21.

Kummenti

22.

Dokumenti mehmuża

23.

L-uffiċjal li qed jirrapporta u firma

Struzzjonijiet biex jimtlew ir-rapporti ta' sorveljanza:

1.

Ippreżenta informazzjoni li tkun kemm jista' jkun komprensiva

2.

Il-pożizzjoni (il-latitudni u l-lonġitudni) u l-lok fid-dettall (is-sezzjoni tal-ICES, is-subżona ġeografika tal-GFCM, is-subżona tan-NAFO, tan-NEAFC jew tas-CECAF, iż-żona, is-subżona u s-sezzjoni tal-FAO u fuq l-art, u l-port).

3.

L-Istat tal-bandiera, isem il-bastiment, il-port tar-reġistrazzjoni, in-numru estern tar-reġistrazzjoni, is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju u n-numru IMO: iridu jinkisbu minn dak li qed jintlemaħ jew jiġi osservat mill-bastiment jew dwaru, jew inkella b'kuntatt bir-radju mal-bastimenti (jrid jitniżżel is-sors ta' din l-informazzjoni).

4.

Deskrizzjoni tal-bastiment (jekk dan ikun osservat viżwalment); u marki distintivi tal-bastiment, kif applikabbli: għid jekk l-isem u l-port tar-reġistrazzjoni tal-bastiment kinux viżibbli jew le. Niżżel il-kuluri tal-buq u tas-sovrastruttura, l-għadd ta' arbli u l-pożizzjoni tal-briġġ u t-tul taċ-ċumnija, eċċ.

5.

It-tip ta' bastiment u rkaptu milmuħ: eż. tas-sajd bil-konzijiet, bit-tkarkir, lanċa tal-irmonk, bastiment fabbrika, bastiment tat-trasport (il-klassifika statistika standard internazzjonali tal-FAO tal-bastimenti tas-sajd).

6.

L-attività tal-bastiment milmuħ/osservat kif applikabbli: rapport għal kull attività jekk il-bastiment kienx qed jistad, ikala l-irkaptu tas-sajd, jerfa', jittrażborda, jittrasferixxi, jirmonka, fi tranżitu, jankra jew waqt xi attività oħra (li trid tiġi spjegata), inklużi d-data, il-ħin, il-pożizzjoni, id-direzzjoni u l-veloċità tal-bastiment għal kull attività.

7.

L-lmiħ jew id-detezzjoni jfissru, kif applikabbli: dettalji dwar kif saru l-ilmiħ jew id-ditezzjoni, jekk hux b'mod viżwali, bil-VMS, bir-radar, bir-radju jew mod ieħor (li jrid jiġi spjegat).

8.

Il-kuntatt mal-bastiment: semmi jekk sarx kuntatt (IVA/LE) u l-mezzi tal-komunikazzjoni (bir-radju jew mod ieħor li jrid jiġi speċifikat).

9.

Dettalji dwar il-komunikazzjoni: agħti dettalji fil-qosor dwar il-komunikazzjoni fosthom tal-isem, in-nazzjonalità u l-pożizzjoni mogħtija mill-persuni kkuntattjati abbord il-bastiment milmuħ/osservat.

10.

Reġistrazzjoni tal-ilmiħ jew tad-ditezzjoni: semmi jekk l-ilmiħ jew id-ditezzjoni sarux minn ritratt, vidjo, awdjo jew rapport miktub.

11.

Kummenti: jekk għandek, żid kummenti oħrajn.

12.

Dokumenti mehmużin jekk ikunu disponibbli, ehmeż xi ritratt jew ħażżeż skeċċ tal-bastiment (pinġi l-profil tal-bastiment, u uri strutturi distintivi, il-profil, l-arbli u marki oħrajn li jaf ikunu utli għall-identifikazzjoni).

Fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea hemm struzzjonijiet fid-dettall dwar kif jimtlew ir-rapporti.

Ir-regoli għall-iskambju elettroniku tar-rapporti ta' sorveljanza:

Fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea hemm il-verżjoni tad-Definizzjoni tal-Iskema XML għall-iskambju elettroniku tar-rapporti ta' sorveljanza. Fuq dak is-sit web hemm ukoll id-dokumenti ta' implimentazzjoni li jridu jintużaw għall-iskambju.”


ANNESS VI

“ANNESS XXVI

IL-FORMAT TAR-RAPPORT TAL-OSSERVATUR TA' KONTROLL

DETTALJI TAL-OSSERVATUR

L-isem

 

Maħtur minn (l-awtorità kompetenti)

 

Imħaddem minn (l-awtorità li qed timpjegah)

 

Data tal-bidu

 

Data tat-tmiem

 


DETTALJI TAL-BASTIMENT TAS-SAJD

Tip

 

Stat tal-bandiera

 

L-isem

 

Numru fir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità

 

Identifikatur estern

 

IRCS

 

Numru tal-IMO

 

Qawwa ta' propulsjoni tal-magna

 

Tul totali

 


RKAPTU LI JINĠARR ABBORD

1.

 

2.

 

3.

 


RKAPTU LI ĠIE OSSERVAT LI NTUŻA MATUL IL-VJAĠĠ

1.

 

2.

 

3.

 


DETTALJI TAL-OPERAZZJONIJIET TAS-SAJD

Numru ta' referenza tal-operazzjoni tas-sajd (jekk inhu applikabbli)

 

Data

 

Tip ta' rkaptu użat

 

Dimensjonijiet

 

Daqs tal-malja

 

Aċċessorji mmuntati

 

Ħin tal-bidu tal-operazzjoni

Ħin ta' tmiem l-operazzjoni

 

Pożizzjoni fil-bidu tal-operazzjoni

 

Fond fil-bidu tal-operazzjoni

 

Fond fi tmiem l-operazzjoni

 

Pożizzjoni fi tmiem l-operazzjoni

 


IL-QABDIET

Speċi

Miżmuma

Mormija lura fil-baħar

Kwantitajiet stmati ta' kull speċi f'kilogrammi ekwivalenti għall-kilogrammi ta' piż ħaj

Daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni

 

 

 

Inqas mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni

 

 

 

Kwantitajiet stmati tal-ispeċi fil-mira f'kilogrammi ekwivalenti għall-kilogrammi ta' piż ħaj

Daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni

 

 

 

Inqas mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni

 

 

 

Kwantitajiet stmati tal-ispeċi fil-mira f'kilogrammi ekwivalenti għall-kilogrammi ta' piż ħaj

Daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni

 

 

 

Inqas mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni

 

 

 

Qabda totali stmata, f'kilogrammi ekwivalenti għall-kilogrammi ta' piż ħaj

Daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni

 

 

 

Inqas mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni

 

 

 

OSSERVAZZJONIJIET TA' NUQQAS TA' KONFORMITÀ
SOMMARJU TA' TMIEM IL-VJAĠĠ TAS-SAJD

FIRMA TAL-OSSERVATUR

DATA”


ANNESS VII

“ANNESS XXVII

IR-RAPPORTI TAL-ISPEZZJONI

L-INFORMAZZJONI MINIMA MEĦTIEĠA BIEX JIMTLEW IR-RAPPORTI TA' SPEZZJONI

Struzzjonijiet biex jimtlew ir-rapporti ta' spezzjoni:

Ippreżenta informazzjoni li tkun kemm jista' jkun komprensiva L-informazzjoni trid tingħata kif applikabbli u disponibbli. Fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea hemm struzzjonijiet fid-dettall dwar kif jimtlew ir-rapporti.

Ir-regoli għall-iskambju elettroniku tar-rapporti ta' spezzjoni:

Fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea hemm il-verżjoni tad-Definizzjoni tal-Iskema XML tal-ispezzjonijiet, għall-iskambju elettroniku tar-rapporti ta' spezzjoni. Fuq dak is-sit web hemm ukoll id-dokumenti ta' implimentazzjoni li jridu jintużaw għall-iskambju.

MODULU 1: L-ISPEZZJONI TAL-BASTIMENT TAS-SAJD FUQ IL-BAĦAR

1.

Ir-referenza tar-rapport ta' spezzjoni  (*)

2.

L-Istat Membru u l-awtorità tal-ispezzjoni  (*)

3.

Il-bastiment tal-ispezzjoni (il-bandiera, l-isem u n-numru estern tar-reġistrazzjoni) (*)

4.

Is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (*)

5.

Id-data fil-bidu tal-ispezzjoni (*)

6.

Il-ħin fil-bidu tal-ispezzjoni (*)

7.

Id-data fi tmiem l-ispezzjoni (*)

8.

Il-ħin fi tmiem l-ispezzjoni (*)

9.

Il-pożizzjoni (il-latitudni u l-lonġitudni) tal-bastiment tal-ispezzjoni (*)

10.

Il-lok tal-bastiment tal-ispezzjoni (iż-żona tas-sajd dettaljata) (*)

11.

L-ispettur responsabbli (*)

12.

Nazzjonalità

13.

L-ispettur nru 2 (*)

14.

Nazzjonalità

15.

Id-dettalji tal-bastiment tas-sajd fil-mira (l-isem, in-numru estern tar-reġistrazzjoni, il-bandiera)  (*)

16.

Il-pożizzjoni u l-lok tal-bastiment tas-sajd fil-mira, jekk din differenti minn bastiment tal-ispezzjoni (il-latitudni, il-lonġitudni, iż-żona tas-sajd dettaljata) (*)

17.

It-tip ta' bastiment tas-sajd (*)

18.

L-ID taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni (*)

19.

Is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (*)

20.

In-numru tal-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (*)

21.

In-numru tar-Reġistru tal-Flotta tas-Sajd tal-Komunità (*)

22.

Id-dettalji tas-sid (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (*)

23.

Id-dettalji tal-kerrej (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (*)

24.

Id-dettalji tal-aġent (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (*)

25.

Id-dettalji tal-kaptan (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (*)

26.

Is-sejħa bir-radju qabel l-imbark

27.

Il-ġurnal tas-sajd mimli qabel l-ispezzjoni

28.

Is-sellum tal-imbark (*)

29.

Identifikazzjoni tal-ispetturi

30.

Ksur jew osservazzjonijiet  (*)

31.

Spezzjonijiet tad-dokumenti u tal-awtorizzazzjonijiet  (*)

32.

L-ID taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni (*)

33.

Il-verifika tal-qawwa tal-propulsjoni tal-magna

34.

Id-dettalji tal-liċenzji tas-sajd (*)

35.

Id-dettalji tal-awtorizzazzjoni tas-sajd (*)

36.

Il-VMS operattiva (*)

37.

Il-monitoraġġ elettroniku mill-bogħod operattiv (*)

38.

L-għadd ta' ġurnali tas-sajd stampati (*)

39.

Ir-referenza tal-ġurnal tas-sajd elettroniku (*)

40.

Ir-referenza tan-notifika minn qabel (*)

41.

Il-fini tan-notifika (*)

42.

Iċ-ċertifikat tal-istiva

43.

Il-pjan tal-istivar

44.

It-tabelli li juru kemm baqa' spazju biex jimtlew it-tankijiet imkessħin tal-ilma baħar

45.

Iċ-ċertifikati għas-sistemi tal-użin abbord

46.

Is-sħubija f'organizzazzjoni tal-produtturi

47.

Id-dettalji tal-aħħar port ta' żjara (il-port, l-Istat u d-data) (*)

48.

Ksur jew osservazzjonijiet  (*)

49.

L-ispezzjoni tal-qabda  (*)

50.

Dettalji dwar il-qabda abbord (l-ispeċijiet, il-kwantitajiet f'ekwivalenti ta' piż ħaj inkluż għall-ħut taħt id-daqs minimu, iż-żona tal-qbid) (*)

51.

Il-marġni ta' tolleranza skont l-ispeċi (*)

52.

Reġistrazzjoni separata tal-ħut taħt id-daqs minimu (*)

53.

Stivar separat għall-istokkijiet demersali skont pjanijiet multiannwali (*)

54.

Stivar separat għall-ħut taħt id-daqs minimu (*)

55.

Il-kontroll tal-użin, l-għadd ta' kaxex/kontenituri, it-tabelli li juru kemm baqa' spazju jew it-teħid tal-kampjuni

56.

Dettalji dwar ir-reġistrazzjoni tar-rimi (l-ispeċijiet, il-kwantitajiet) (*)

57.

Ksur jew osservazzjonijiet  (*)

58.

L-ispezzjoni tal-irkaptu  (*)

59.

Id-dettalji dwar l-irkaptu (it-tip) (*)

60.

Id-dettalji dwar l-oġġetti li jitwaħħlu max-xibka jew dwar l-apparat (it-tip) (*)

61.

Id-dettalji dwar il-qisien jew id-daqs tal-malja (*)

62.

Id-dettalji dwar l-ispag (it-tip, il-ħxuna) (*)

63.

L-immarkar tal-irkaptu

64.

Ksur jew osservazzjonijiet  (*)

65.

Il-kummenti tal-ispetturi  (*)

66.

Il-kummenti tal-kaptan  (*)

67.

L-azzjonijiet meħuda  (*)

68.

Il-firma tal-ispetturi  (*)

69.

Firma tal-kaptan  (*)

MODULU 2: L-ISPEZZJONI TAL-BASTIMENTI TAS-SAJD WAQT IT-TRAŻBORD

1.

In-numru ta referenza tar-rapport ta' spezzjoni  (**)

2.

L-Istat Membru u l-awtorità tal-ispezzjoni  (**)

3.

Il-bastiment tal-ispezzjoni (il-bandiera, l-isem u n-numru estern tar-reġistrazzjoni) (**)

4.

Is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (**)

5.

Id-data fil-bidu tal-ispezzjoni (**)

6.

Il-ħin fil-bidu tal-ispezzjoni (**)

7.

Id-data fi tmiem l-ispezzjoni (**)

8.

Il-ħin fi tmiem l-ispezzjoni (**)

9.

Il-pożizzjoni (il-latitudni u l-lonġitudni) tal-bastiment tal-ispezzjoni (**)

10.

Il-lok tal-bastiment tal-ispezzjoni (iż-żona tas-sajd dettaljata) (**)

11.

Il-lok tal-port (***)

12.

Il-port deżinjat (**)

13.

L-ispettur responsabbli (**)

14.

Nazzjonalità

15.

L-ispettur nru 2 (**)

16.

Nazzjonalità

17.

Id-dettalji tal-bastiment donatur (l-isem, in-numru estern ta' reġistrazzjoni, il-bandiera)  (**)

18.

Il-pożizzjoni u l-lok tal-bastiment (il-latitudni, il-lonġitudni, iż-żona tas-sajd dettaljata) (**)

19.

It-tip ta' bastiment tas-sajd (**)

20.

L-ID taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni (**)

21.

Is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (**)

22.

In-numru tal-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO) (**)

23.

In-numru tar-Reġistru tal-Flotta tas-Sajd tal-Komunità (**)

24.

Id-dettalji tas-sid (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (**)

25.

Id-dettalji tal-kerrej (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (**)

26.

Id-dettalji tal-aġent (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (**)

27.

Id-dettalji tal-kaptan (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (**)

28.

Il-konroll tal-VMS qabel l-imbark

29.

Il-ġurnal tas-sajd mimli qabel it-trażbord (**)

30.

Ksur jew osservazzjonijiet  (**)

31.

Spezzjonijiet tad-dokumenti u tal-awtorizzazzjonijiet  (**)

32.

L-ID taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni (**)

33.

Id-dettalji tal-liċenzji tas-sajd (**)

34.

Id-dettalji tal-awtorizzazzjoni tas-sajd (**)

35.

Id-dettalji tal-awtorizzazzjoni tat-trażbord (**)

36.

Il-VMS operattiva

37.

L-għadd ta' ġurnali tas-sajd stampati (**)

38.

Ir-referenza tal-ġurnal tas-sajd elettroniku (**)

39.

Ir-referenza tan-notifika minn qabel (**)

40.

Il-fini tan-notifika minn qabel (inkluż ir-reġim IUU) (**)

41.

Id-dettalji tal-aħħar port viżitat (il-port, l-Istat u d-data) (***)

42.

Ksur jew osservazzjonijiet  (**)

43.

L-ispezzjoni tal-qabda  (**)

44.

Dettalji dwar l-qabda abbord qabel it-trażbord (l-ispeċijiet, il-kwantitajiet f'ekwivalenti ta' piż tal-prodott inkluż għall-ħut taħt id-daqs minimu, iż-żona tal-qbid) (**)

45.

Il-marġni ta' tolleranza skont l-ispeċi (**)

46.

Dettalji dwar l-qabda trażbordata (l-ispeċijiet, il-kwantitajiet f'ekwivalenti ta' piż tal-prodott inkluż għall-ħut taħt id-daqs minimu, iż-żona tal-qbid) (**)

47.

Ksur jew osservazzjonijiet  (**)

48.

Id-dettalji tal-bastiment riċevitur (l-isem, in-numru estern ta' reġistrazzjoni, il-bandiera)  (**)

49.

Il-pożizzjoni u l-lok tal-bastiment (il-latitudni, il-lonġitudni, iż-żona tas-sajd dettaljata) (**)

50.

It-tip ta' bastiment tas-sajd (**)

51.

L-ID taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni (**)

52.

Is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (IRCS) (**)

53.

In-numru tal-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO) (**)

54.

In-numru tar-Reġistru tal-Flotta tas-Sajd tal-Komunità (**)

55.

Id-dettalji tas-sid (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (**)

56.

Id-dettalji tal-kerrej (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (**)

57.

Id-dettalji tal-aġent (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (**)

58.

Id-dettalji tal-kaptan (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (**)

59.

Il-konroll tal-VMS qabel l-imbark

60.

Il-ġurnal tas-sajd mimli qabel it-trażbord (**)

61.

Ksur jew osservazzjonijiet  (**)

62.

Spezzjonijiet tad-dokumenti u tal-awtorizzazzjonijiet  (**)

63.

L-ID taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni (**)

64.

Id-dettalji tal-liċenzji tas-sajd (**)

65.

Il-VMS operattiva

66.

L-għadd ta' ġurnali tas-sajd stampati (**)

67.

Ir-referenza tal-ġurnal tas-sajd elettroniku (**)

68.

Ir-referenza tan-notifika minn qabel (**)

69.

Il-fini tan-notifika minn qabel (**)

70.

Id-dettalji tal-aħħar port ta' żjara (il-port, l-Istat u d-data) (***)

71.

Ksur jew osservazzjonijiet  (**)

72.

L-ispezzjoni tal-qabda  (**)

73.

Dettalji dwar l-qabda abbord qabel it-trażbord (l-ispeċijiet, il-kwantitajiet f'ekwivalenti ta' piż tal-prodott inkluż għall-ħut taħt id-daqs minimu, iż-żona tal-qbid) (**)

74.

Dettalji dwar l-qabda mwassla (l-ispeċijiet, il-kwantitajiet f'ekwivalenti ta' piż tal-prodott inkluż għall-ħut taħt id-daqs minimu, iż-żona tal-qbid) (**)

75.

Ksur jew osservazzjonijiet  (**)

76.

Il-kummenti tal-ispetturi  (**)

77.

Il-kummenti tal-kaptan(i)  (**)

78.

L-azzjoni(jiet) meħuda  (**)

79.

Il-firma tal-ispetturi  (**)

80.

Il-firma tal-kaptan(i)  (**)

MODULU 3: L-ISPEZZJONI TAL-BASTIMENT TAS-SAJD FIL-PORT JEW WAQT ĦATT L-ART U QABEL L-EWWEL BEJGĦ

1.

Ir-referenza tar-rapport ta' spezzjoni  (****)

2.

L-Istat Membru u l-awtorità tal-ispezzjoni  (****)  (*****)

3.

Id-data fil-bidu tal-ispezzjoni (****)  (*****)

4.

Il-ħin fil-bidu tal-ispezzjoni (****)  (*****)

5.

Id-data fi tmiem l-ispezzjoni (****)  (*****)

6.

Il-ħin fi tmiem l-ispezzjoni (****)  (*****)

7.

Il-lok tal-port (****)  (*****)

8.

Il-port magħżul (****)  (*****)

9.

L-ispettur responsabbli (****)

10.

Nazzjonalità

11.

L-ispettur nru 2 (****)  (*****)

12.

Nazzjonalità

13.

Id-dettalji tal-bastiment tas-sajd fil-mira (l-isem, in-numru estern tar-reġistrazzjoni, il-bandiera)  (****)  (*****)

14.

It-tip ta' bastiment tas-sajd (****)  (*****)

15.

L-ID taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni (****)  (*****)

16.

Is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (****)  (*****)

17.

In-numru tal-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (****)  (*****)

18.

In-numru tar-Reġistru tal-Flotta tas-Sajd tal-Komunità (****)

19.

Id-dettalji tas-sid (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (****)  (*****)

20.

Id-dettalji tas-sid benefiċjarju (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (****)  (*****)

21.

Id-dettalji tal-kerrej (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (****)

22.

Id-dettalji tal-aġent (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (****)

23.

Id-dettalji tal-kaptan (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (****)

24.

Il-kontroll tal-VMS qabel il-wasla l-art (****)  (*****)

25.

Il-ġurnal tas-sajd mimli qabel il-wasla

26.

Identifikazzjoni tal-ispetturi

27.

Ksur jew osservazzjonijiet  (****)  (*****)

28.

Spezzjonijiet tad-dokumenti u tal-awtorizzazzjonijiet  (****)  (*****)

29.

L-ID taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni (****)

30.

Id-dettalji tal-liċenzji tas-sajd (****)  (*****)

31.

Id-dettalji tal-awtorizzazzjoni tas-sajd (****)  (*****)

32.

Dettalji dwar l-aċċess għall-port u l-awtorizzazzjoni għal ħatt l-art (****)  (*****)

33.

L-għadd ta' ġurnali tas-sajd stampati (****)

34.

Ir-referenza tal-ġurnal tas-sajd elettroniku (****)

35.

Ir-referenza tan-notifika minn qabel (****)  (*****)

36.

Il-fini tan-notifika minn qabel (inkluż ir-reġim IUU) (****)  (*****)

37.

Iċ-ċertifikat tal-istiva

38.

Il-pjan tal-istivar

39.

It-tabelli li juru kemm baqa' spazju biex jimtlew it-tankijiet imkessħin tal-ilma baħar

40.

Iċ-ċertifikati għas-sistemi tal-użin abbord

41.

Is-sħubija f'organizzazzjoni tal-produtturi

42.

Id-dettalji tal-aħħar port ta' żjara (il-port, l-Istat u d-data) (****)  (*****)

43.

Ksur jew osservazzjonijiet  (****)  (*****)

44.

L-ispezzjoni tal-qabda  (****)  (*****)

45.

Dettalji dwar l-qabda abbord (l-ispeċijiet, il-kwantitajiet f'ekwivalenti ta' piż tal-prodott inkluż għall-ħut taħt id-daqs minimu, iż-żona tal-qbid) (****)  (*****)

46.

Il-marġni ta' tolleranza skont l-ispeċi (****)

47.

Reġistrazzjoni separata tal-ħut taħt id-daqs minimu (****)

48.

Dettalji dwar l-qabda żbarkata (l-ispeċijiet, il-kwantitajiet f'ekwivalenti ta' piż tal-prodott inkluż għall-ħut taħt id-daqs minimu, iż-żona tal-qbid) (****)  (*****)

49.

Id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni (****)

50.

Tikkettar

51.

Il-kontroll tal-użin, l-għadd ta' kaxex/kontenituri jew il-kontrolli tat-teħid tal-kampjuni waqt ir-rilaxx

52.

Il-kontrolli tal-istiva wara r-rilaxx

53.

L-użin tal-qabda malli tinħatt l-art

54.

Ksur jew osservazzjonijiet  (****)  (*****)

55.

Dettalji dwar it-trażbord għal qabdiet li jaslu minn bastimenti tas-sajd oħrajn  (****)  (*****)

56.

Id-dettalji tal-bastiment tas-sajd donatur (l-isem, in-numru estern tar-reġistrazzjoni, is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju, in-numru IMO, in-numru CFR, il-bandiera) (****)  (*****)

57.

Id-dettalji tad-dikjarazzjoni tat-trażbord (****)  (*****)

58.

Dettalji dwar l-qabda trażbordata (l-ispeċijiet, il-kwantitajiet f'ekwivalenti ta' piż tal-prodott inkluż għall-ħut taħt id-daqs minimu, iż-żona tal-qbid) (****)  (*****)

59.

Dokumentazzjoni oħra dwar il-qbid (iċ-ċertifikati tal-qbid) (****)  (*****)

60.

Ksur jew osservazzjonijiet  (****)  (*****)

61.

L-ispezzjoni tal-irkaptu  (****)  (*****)

62.

Id-dettalji dwar l-irkaptu (it-tip) (****)  (*****)

63.

Id-dettalji dwar l-oġġetti li jitwaħħlu max-xibka jew dwar l-apparat (it-tip) (****)  (*****)

64.

Id-dettalji dwar il-qisien jew id-daqs tal-malja (****)  (*****)

65.

Id-dettalji dwar l-ispag (it-tip, il-ħxuna) (****)  (*****)

66.

L-immarkar tal-irkaptu

67.

Ksur jew osservazzjonijiet  (****)  (*****)

68.

L-istatus tal-bastiment tas-sajd f'żoni tal-RFMO fejn twettqu l-attivitajiet tas-sajd jew l-attivitajiet relatati mas-sajd (inkluża xi lista ta' bastimenti tas-sajd IUU)  (****)  (*****)

69.

Il-kummenti tal-ispetturi  (****)

70.

Il-kummenti tal-kaptani  (****)  (*****)

71.

L-azzjoni(jiet) meħuda  (****)

72.

Il-firma tal-ispetturi  (****)  (*****)

73.

Il-firma tal-kaptani  (****)  (*****)

MODULU 4: L-ISPEZZJONI TAS-SUQ/TAL-ISTABBILIMENT

1.

Ir-referenza tar-rapport ta' spezzjoni  (******)

2.

L-Istat Membru u l-awtorità tal-ispezzjoni  (******)

3.

Id-data fil-bidu tal-ispezzjoni (******)

4.

Il-ħin fil-bidu tal-ispezzjoni (******)

5.

Id-data fi tmiem l-ispezzjoni (******)

6.

Il-ħin fi tmiem l-ispezzjoni (******)

7.

Il-lok tal-port (******)

8.

L-ispettur responsabbli (******)

9.

Nazzjonalità

10.

L-ispettur nru 2 (******)

11.

Nazzjonalità

12.

Identifikazzjoni tal-ispetturi

13.

Dettalji dwar l-ispezzjoni tas-suq jew tal-istabbiliment (l-isem u l-indirizz)  (******)

14.

Id-dettalji tas-sid (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (******)

15.

Id-dettalji tar-rappreżentant tas-sid (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (******)

16.

Dettalji dwar il-prodotti tas-sajd spezzjonati (l-ispeċijiet, il-kwantitajiet f'ekwivalenti ta' piż tal-prodott inkluż għall-ħut taħt id-daqs minimu, iż-żona tal-qbid, identifikazzjoni tal-bastimenti tal-oriġini)  (******)

17.

Dettalji dwar ix-xerrej reġistrat, iċ-ċentru tal-irkant jew il-korpi jew il-persuni l-oħra responsabbli għall-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (******)

18.

Id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni (******)

19.

It-tikkettar għat-traċċabbiltà (******)

20.

L-istandards komuni tal-kummerċjalizzazzjoni (******)

21.

Kategoriji tad-daqs

22.

Kategoriji ta' freskezza

23.

Il-prodotti tas-sajd spezzjonati li huma soġġetti għal mekkaniżmu tal-ħżin

24.

Il-prodott tas-sajd miżuna qabel il-bejgħ

25.

Is-sistemi tal-użin kalibrati u siġillati

26.

Ksur jew osservazzjonijiet  (******)

27.

L-ispezzjoni ta' dokumenti relatati mal-prodotti tas-sajd spezzjonati  (******)

28.

Id-dettalji tad-dikjarazzjonijiet ta' ħatt l-art

29.

Id-dettalji tad-dikjarazzjonijiet tal-bdil tal-idejn

30.

Id-dettalji tad-dokumenti tat-trasport

31.

Id-dettalji tal-fatturati tal-fornitur u tan-noti tal-bejgħ

32.

Id-dettalji taċ-ċertifikat tal-qbid IUU

33.

Id-dettalji tal-importatur (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz)

34.

Ksur jew osservazzjonijiet  (******)

35.

Il-kummenti tal-ispetturi  (******)

36.

Il-kummenti tal-operatur  (******)

37.

L-azzjoni(jiet) meħuda  (******)

38.

Il-firma tal-ispetturi  (******)

39.

Il-firma tal-operatur  (******)

MODULU 5: L-ISPEZZJONI TAL-VETTURA TAT-TRASPORT

1.

Ir-referenza tar-rapport ta' spezzjoni  (*******)

2.

L-Istat Membru u l-awtorità tal-ispezzjoni (*)

3.

Id-data fil-bidu tal-ispezzjoni (bidu) (*)

4.

Il-ħin fil-bidu tal-ispezzjoni (bidu) (*)

5.

Id-data fi tmiem l-ispezzjoni (tmiem) (*)

6.

Il-ħin fi tmiem l-ispezzjoni (tmiem) (*)

7.

Il-lok tal-ispezzjoni (l-indirizz) (*)

8.

L-ispettur responsabbli (*)

9.

Nazzjonalità

10.

L-ispettur nru 2 (*)

11.

Nazzjonalità

12.

Identifikazzjoni tal-ispetturi

13.

Id-dettalji tal-vettura fil-mira (it-tip u n-nazzjonalità) (*)

14.

L-identifikazzjoni tat-trekter (in-numru tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni) (*)

15.

L-identifikazzjoni tat-trejler (in-numru tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni) (*)

16.

Id-dettalji tas-sid (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (*)

17.

Id-dettalji tas-sewwieq (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (*)

18.

L-ispezzjoni ta' dokumenti relatati mal-prodotti tas-sajd (*)

19.

Il-prodotti tas-sajd miżuna qabel it-trasport (l-ispeċijiet, il-kwantitajiet fil-piż tal-prodott inkluż għall-ħut taħt id-daqs minimu, il-preżentazzjoni, iż-żona tal-qbid, l-identifikazzjoni tal-bastimenti tal-oriġini) (*)

20.

Id-destinazzjoni tal-vettura (*)

21.

Id-dettalji tad-dokumenti tat-trasport

22.

It-trażmissjoni elettronika tad-dokument tat-trasport lill-Istat Membru tal-bandiera

23.

Il-ġurnal tas-sajd tal-bastiment tal-oriġini mehmuż mad-dokument tat-trasport

24.

It-trażmissjoni elettronika tal-ġurnal tas-sajd tal-bastiment tal-oriġini lill-Istat Membru tal-bandiera

25.

Dokument ta' qbid ieħor mehmuż mad-dokument tat-trasport (iċ-ċertifikat tal-qbid)

26.

Id-dokument tat-trasport li qabel il-wasla jasal għand l-Istat Membru ta' ħatt l-art jew tal-kummerċjalizzazzjoni

27.

Id-dettalji tad-dikjarazzjonijiet ta' ħatt l-art

28.

Id-dettalji tad-dikjarazzjonijiet tat-trasferiment

29.

Kontroverifika tat-trasferiment mad-dikjarazzjoni ta' ħatt l-art

30.

Dettalji dwar in-nota tal-bejgħ jew fatturati

31.

It-tikkettar għat-traċċabbiltà

32.

L-użin tal-kaxex/kontenituri bħala kampjun

33.

Is-sistemi tal-użin ikkalibrati u ssiġillati

34.

Ir-reġistri tal-użin

35.

Il-vettura jew il-kontejner issiġillat

36.

Id-dettalji tas-siġill li tniżżlu fuq id-dokumenti tat-trasport

37.

L-awtorità ta' spezzjoni li waħħlet is-siġilli (*)

38.

Il-kondiżżjoni tas-siġilli (*)

39.

Ksur jew osservazzjonijiet (*)

40.

Il-prodotti tas-sajd trasportati qabel miżuna (l-ispeċijiet, il-kwantitajiet fil-piż tal-prodott inkluż għall-ħut taħt id-daqs minimu, il-preżentazzjoni, iż-żona tal-qbid, l-identifikazzjoni tal-bastimenti tal-oriġini) (*)

41.

Id-destinazzjoni tal-vettura (*)

42.

Id-dettalji tad-dokumenti tat-trasport

43.

It-trażmissjoni elettronika tad-dokument tat-trasport lill-Istat Membru tal-bandiera

44.

Il-ġurnal tas-sajd tal-bastiment tal-oriġini mehmuż mad-dokument tat-trasport

45.

It-trażmissjoni elettronika tal-ġurnal tas-sajd tal-bastiment tal-oriġini lill-Istat Membru tal-bandiera

46.

Id-dokument tat-trasport li qabel il-wasla jasal għand l-Istat Membru ta' ħatt l-art jew tal-kummerċjalizzazzjoni

47.

Id-dettalji tad-dikjarazzjonijiet ta' ħatt l-art

48.

L-użin tal-prodotti tas-sajd osservat mal-wasla fid-destinazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru

49.

Dettalji dwar ix-xerrej reġistrat, iċ-ċentru tal-irkant jew il-korpi jew il-persuni l-oħra responsabbli għall-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (*)

50.

Il-vettura jew il-kontejner issiġillat

51.

Id-dettalji tas-siġill li tniżżlu fuq id-dokumenti tat-trasport

52.

L-awtorità ta' spezzjoni li waħħlet is-siġilli (*)

53.

L-istatus tas-siġilli (*)

54.

Ksur jew osservazzjonijiet (*)

55.

Il-kummenti tal-ispetturi (*)

56.

Il-kummenti tat-trasportatur (*)

57.

L-azzjoni(jiet) meħuda (*)

58.

Il-firma tal-ispetturi (*)

59.

Il-firma tat-trasportatur (*)


(*)  Informazzjoni obbligatorja li trid tinġabar jew tiġi rreġistrata fil-bażi tad-dejta skont l-Artikolu 118 ta' dan ir-Regolament

(**)  Informazzjoni obbligatorja li trid tinġabar jew tiġi rreġistrata fil-bażi tad-dejta skont l-Artikolu 118 ta' dan ir-Regolament

(***)  Informazzjoni addizzjonali għall-ispezzjoni tal-kontroll tal-istat tal-port.

(****)  Informazzjoni obbligatorja li trid tinġabar jew tiġi rreġistrata fil-bażi tad-dejta skont l-Artikolu 118 ta' dan ir-Regolament

(*****)  Informazzjoni addizzjonali għall-ispezzjoni tal-kontroll tal-istat tal-port.

(******)  Informazzjoni obbligatorja li trid tinġabar jew tiġi rreġistrata fil-bażi tad-dejta skont l-Artikolu 118 ta' dan ir-Regolament

(*******)  Informazzjoni obbligatorja li trid tinġabar jew tiġi rreġistrata fil-bażi tad-dejta skont l-Artikolu 118 ta' dan ir-Regolament”


ANNESS VIII

“ANNESS XXX

IL-PUNTI LI GĦANDHOM JINGĦATAW GĦALL-KSUR SERJU

Ebda.

Ksur serju

Punti

1.

L-obbligi ta' reġistrazzjoni u rappurtar tad-dejta dwar il-qabda jew tad-dejta marbuta mal-qabda, inkluża d-dejta li għandha tiġi kkomunikata permezz tas-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti abbażi ta' satellita, ma ġewx issodisfati

(L-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta' Kontroll flimkien mal-Artikolu 42(1)(a) u mal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008)

3.

2.

L-użu ta' rkaptu li huwa pprojbit mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew li mhux konformi magħha

(L-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta' Kontroll flimkien mal-Artikolu 42(1)(a) u mal-Artikolu 3(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008)

4.

3.

Il-falsifikazzjoni jew il-ħabi tal-marki, tal-identità jew tar-reġistrazzjoni

(L-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta' Kontroll flimkien mal-Artikolu 42(1)(a) u mal-Artikolu 3(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008)

5.

4.

Il-ħabi, it-tbagħbis jew ir-rimi ta' evidenza marbuta ma' investigazzjoni

(L-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta' Kontroll flimkien mal-Artikolu 42(1)(a) u mal-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008)

5.

5.

Ittella' abbord, ġie trażbordat jew inħatt l-art ħut taħt id-daqs minimu, bi ksur tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ jew ma ġewx issodisfati l-obbligi ta' ħatt l-art tal-ħut taħt id-daqs minimu

(L-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta' Kontroll flimkien mal-Artikolu 42(1)(a) u mal-Artikolu 3(1)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008)

5.

6.

It-twettiq ta' attivitajiet tas-sajd fiż-żona ta' organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd b'mod li mhuwiex konsistenti mal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni ta' dik l-organizzazzjoni jew bi ksur tagħhom

(L-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta' Kontroll flimkien mal-Artikolu 42(1)(a) u mal-Artikolu 3(1)(k) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008)

5.

7.

Is-sajd mingħajr liċenzja, awtorizzazzjoni jew permess validu maħruġ mill-Istat tal-bandiera jew mill-Istat kostali rilevanti

(L-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta' Kontroll flimkien mal-Artikolu 42(1)(a) u mal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008)

7.

8.

Is-sajd f'żona magħluqa jew meta l-istaġun ikun magħluq, kemm mingħajr ma tkun inkisbet kwota, kif ukoll wara li tinkiseb, jew is-sajd f'fond iktar milli permess

(L-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta' Kontroll flimkien mal-Artikolu 42(1)(a) u mal-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008)

6.

9.

Is-sajd dirett għal stokk li huwa suġġett għal moratorju jew li għalih is-sajd huwa pprojbit

(L-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta' Kontroll flimkien mal-Artikolu 42(1)(a) u mal-Artikolu 3(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008)

7.

10.

It-tfixkil tax-xogħol tal-uffiċjali fil-qadi ta' dmirijiethom waqt l-ispezzjoni għall-konformità mal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni applikabbli jew tax-xogħol tal-osservaturi fil-qadi ta' dmirijiethom li josservaw il-konformità mar-regoli tal-Unjoni applikabbli

(L-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta' Kontroll flimkien mal-Artikolu 42(1)(a) u mal-Artikolu 3(1)(h) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008)

7.

11.

It-trażbord għal fuq bastimenti tas-sajd li jkunu ġew identifikati bħala bastimenti li wettqu sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU) skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008, b'mod partikolari dawk inklużi fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Unjoni jew fil-lista ta' bastimenti IUU ta' xi organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, il-parteċipazzjoni f'operazzjonijiet tas-sajd konġunti magħhom jew l-għoti ta' appoġġ jew ta' provvisti mill-ġdid lilhom

(L-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta' Kontroll flimkien mal-Artikolu 42(1)(a) u mal-Artikolu 3(1)(j) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008)

7.

12.

L-użu ta' bastiment tas-sajd mingħajr nazzjonalità li b'hekk huwa bastiment mingħajr stat skont il-liġi internazzjonali

(L-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta' Kontroll flimkien mal-Artikolu 42(1)(a) u mal-Artikolu 3(1)(l) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008)

7.”


31.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/52


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1963

tat-30 ta' Ottubru 2015

li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċesulfam potassiku li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

1.1.   Miżuri proviżorji

(1)

Fit-22 ta' Mejju 2015, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/787 (“ir-Regolament proviżorju”) (2), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazju antidumping proviżorju fuq importazzjonijiet tal-aċesulfam potassiku li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat” jew “ir-RPĊ”) u wkoll tal-aċesulfam potassiku li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li jinsab f'ċerti tħejjijiet u/jew taħlitiet.

(2)

L-investigazzjoni nbdiet fl-4 ta' Settembru 2014 wara li tressaq ilment fit-22 ta' Lulju 2014 minn Celanese Sales Germany GmbH (“l-ilmentatur”). L-ilmentatur qabel kien jissejjaħ Nutrinova Nutrition Specialties & Food Ingredients GmbH sakemm seħħet il-bidla f'ismu fl-1 ta' Awwissu 2015. L-ilmentatur huwa l-uniku produttur tal-aċesulfam potassiku fl-Unjoni (jew “Ace-K”), li għalhekk jirrappreżenta 100 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-Ace-K.

(3)

Kif stipulat fil-premessa 16 tar-Regolament proviżorju, l-investigazzjoni ta' dumping u dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014 (“il-perjodu tal-investigazzjoni”). L-analiżi tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kunsidrat”).

1.2.   Proċedura sussegwenti

(4)

Wara d-divulgazzjoni tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, abbażi ta' liema ġie impost dazju antidumping proviżorju (“id-divulgazzjoni proviżorja”), għadd ta' partijiet interessati ressqu sottomissjonijiet bil-miktub biex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-konklużjonijiet proviżorji. Il-partijiet li għamlu din it-talba ngħataw opportunità li jinstemgħu.

(5)

L-ilmentatur talab għal seduta ta' smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċeduri kummerċjali (“Uffiċjal tas-Seduta”). Is-seduta saret fit-8 ta' Lulju 2015. L-ilmentatur ikkontesta diversi aspetti tal-konklużjonijiet proviżorji, b'mod partikolari fir-rigward tal-adattamenti li saru fil-kalkoli tal-marġnijiet tad-dumping u tad-dannu rispettivament.

(6)

Il-Kummissjoni kkunsidrat il-kummenti verbali u bil-miktub ippreżentati mill-partijiet interessati, u meta f'loku, immodifikat il-konklużjonijiet proviżorji skont dan.

(7)

Il-Kummissjoni għarrfet lill-partijiet kollha bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, abbażi ta' liema kien beħsiebha timponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-Ace-K li joriġina mir-RPĊ u tiġbor b'mod definittiv l-ammonti garantiti permezz ta' dazju proviżorju (“id-divulgazzjoni definittiva”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jagħmlu l-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni definittiva. Fit-22 ta' Settembru 2015, wara talba tal-ilmentatur, saret seduta tas-smigħ oħra mal-Uffiċjal tas-Seduta.

(8)

Il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u tqiesu, meta f'loku.

1.3.   Teħid ta' kampjuni

(9)

Fin-nuqqas ta' kummenti rigward l-iskartar tal-prassi tat-teħid ta' kampjuni, fid-dawl tan-numru limitat ta' importaturi u ta' produtturi esportaturi mhux relatati fir-RPĊ li esprimew ruħhom, il-konklużjonijiet proviżorji fil-premessi minn 7 sa 11 tar-Regolament proviżorju jiġu kkonfermati.

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

(10)

Il-prodott ikkonċernat, kif definit fil-premessa 17 tar-Regolament proviżorju, kien l-aċesulfam potassiku (melħ tal-potassju ta' 6-metil-1,2,3-ossatijażin-4(3H)-on 2,2-diossidu; CAS RN 55589-62-3) li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u wkoll tal-aċesulfam potassiku li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li jinsab f'ċerti tħejjijiet u/jew taħlitiet, li attwalment jaqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 2106 90 92, ex 2106 90 98, ex 2934 99 90 (il-kodiċi TARIC 2934999021), ex 3824 90 92, ex 3824 90 93 u ex 3824 90 96.

(11)

Kif spjegat fil-premessa 18 tar-Regolament proviżorju, l-Ace-K jintuża bħala dolċifikant sintetiku f'firxa wiesgħa ta' applikazzjonijiet, pereżempju fl-ikel, fix-xorb, u fil-prodotti farmaċewtiċi.

(12)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji, l-awtoritajiet doganali ta' diversi Stati Membri u tal-Iżvizzera esprimew tħassib dwar id-diffikultajiet fl-implimentazzjoni kkawżati mill-inklużjoni proviżorja tal-Ace-K fit-tħejjijiet u/jew fit-taħlitiet fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. L-investigazzjoni indikat li tali tħejjijiet u/jew taħlitiet li fihom l-Ace-K fil-fatt ma ġewx importati matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Il-Kummissjoni kkonkludiet li minħabba n-nuqqas ta' importazzjonijiet, it-tħejjijiet u/jew it-taħlitiet ma għandhomx ikunu inklużi fid-definizzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott. Din il-klassifikazzjoni ma għandha l-ebda effett fuq il-konklużjonijiet ta' dumping, dannu, kawżalità jew interess tal-Unjoni. Filwaqt li matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni identifikat ċerti attivitajiet relatati mal-iżvilupp ta' taħlita waħda mill-produttur tal-Unjoni, l-impatt tagħhom kien diġà ġie eskluż mill-analiżi fl-istadju proviżorju minħabba n-natura ta' eċċezzjoni tagħhom. Għaldaqstant, il-kjarifika tikkonċerna biss l-Ace-K fi tħejjijiet u/jew f'taħlitiet u materjalment ma taffettwax il-kamp ta' applikazzjoni tal-proċediment jew il-konklużjonijiet proviżorji ta' dumping jew dannu.

(13)

Fid-dawl ta' diffikultajiet konsiderevoli fl-implimentazzjoni rrapportati mill-awtoritajiet doganali, ir-riskji possibbli ta' infurzar marbuta mat-trasformazzjoni ta' forom puri ta' Ace-K fi tħejjijiet u/jew f'taħlitiet ma ġġustifikawx l-inklużjoni tagħhom. Għaldaqstant l-inklużjoni ta' tħejjijiet u taħlitiet mhijiex f'lokha.

(14)

Id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat għandha għalhekk tiġi ċċarata bħala li tirreferi biss għall-aċesulfam potassiku (melħ tal-potassju ta' 6-metil-1,2,3-ossatijażin-4(3H)-on 2,2-diossidu; CAS RN 55589-62-3) li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-prodott taħt investigazzjoni”) li attwalment jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 2934 99 90 (il-kodiċi TARIC 2934999021) (“il-prodott ikkonċernat”). L-aċesulfam potassiku jissejjaħ ta' spiss ukoll Aċesulfam K jew Ace-K. F'każ li jkunu ġew imposti dazji antidumping proviżorji fuq tali tħejjijiet u/jew taħlitiet, dawn għandhom jiġi rilaxxati.

(15)

Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda osservazzjoni f'dan ir-rigward. Għalhekk, il-konklużjonijiet milħuqa fil-premessa 19 tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

3.   ID-DUMPING

3.1.   Il-valur normali

(16)

Ebda produttur Ċiniż tal-Ace-K ma talab trattament ta' ekonomija tas-suq u b'hekk il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku jew il-kost tal-produzzjoni ma jistgħux jintużaw biex ikun stabbilit valur normali. Matul il-perjodu tal-investigazzjoni, l-Ace-K ġie prodott biss fir-RPĊ u fl-Unjoni. Il-valur normali ma setgħax b'hekk jiġi ddeterminat abbażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq, jew tal-prezz minn tali pajjiż terz għal pajjiżi oħra, inkluża l-Unjoni.

(17)

Minħabba f'hekk, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali kellu jkun iddeterminat fuq “kull bażi raġonevoli oħra”.

(18)

Għal dan l-għan, il-Kummissjoni użat bħala punt tat-tluq biex tistabbilixxi l-valur normali, il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas fl-Unjoni għall-prodott simili, jiġifieri l-prezz tal-bejgħ fl-Unjoni tal-industrija tal-Unjoni, u mbagħad adattat dak il-prezz biex tneħħi l-effett ta' tliet elementi li kienu jeżistu biss għall-industrija tal-Unjoni u li kienu jixhdu segwenzi partikolari ta' tiswir tal-prezzijiet kif ukoll attivitajiet relatati ma' prodott ferm speċifiku u differenti żviluppat mill-ilmentatur.

(19)

Tabilħaqq, l-investigazzjoni kienet stabbiliet fl-iffissar tal-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat fil-każ attwali, segwenzi partikolari relatati ma' kwantitajiet u tipi ta' konsumaturi, differenzi fil-kwalità u anki ma' kostijiet ta' eċċezzjoni relatati ma' prodott ġdid, ferm speċifiku u differenti żviluppat biss mill-ilmentatur. Għaldaqstant il-Kummissjoni introduċiet adattamenti rilevanti sabiex dawn is-segwenzi partikolari jiġu riflessi u l-valur normali jiġi ddeterminat fuq bażi raġonevoli.

(20)

L-ilmentatur ikkontesta dawn l-adattamenti għall-prezzijiet tiegħu bl-iskop li jkun stabbilit il-valur normali, billi sostna li mhumiex xierqa skont it-termini tal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(21)

Il-kummenti ta' hawn fuq jirrikjedu kjarifika dwar l-approċċ tal-Kummissjoni meta mqabbel ma' dak deskritt fir-Regolament proviżorju. Tabilħaqq, b'referenza għall-premessi 26 u 27 tar-Regolament proviżorju, għandu jiġi ċċarat li t-tliet adattamenti deskritti fil-premessi minn 23 sa 38 saru bħala parti mid-determinazzjoni tal-valur normali fuq “kull bażi raġonevoli oħra” skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. B'hekk, il-kwistjoni ma kinitx li jsir aġġustament għal valur normali biex isir tqabbil ma' prezz tal-esportazzjoni, iżda pjuttost li jinstab valur normali fuq bażi raġonevoli fin-nuqqas ta' pajjiż terz b'ekonomija tas-suq li jista' jintuża bħala pajjiż analogu. Tabilħaqq, il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni ntużaw biss bħala punt ta' tluq fil-proċess sabiex ikun stabbilit valur normali raġonevoli u l-adattamenti kienu meħtieġa sabiex jinstab valur normali raġonevoli bħal dan.

(22)

Għalhekk, l-affermazzjoni li ma hemm ebda bażi ġuridika għal dawn l-adattamenti hija miċħuda.

3.1.1.   Adattament għal-livell ta' kummerċ

(23)

Wara divulgazzjoni proviżorja, l-ilmentatur, minkejja li qabel li adattament kien iġġustifikat għaliex il-bejgħ għall-esportazzjoni miċ-Ċina sar prinċipalment lill-operaturi tas-suq fl-Unjoni filwaqt li l-bejgħ tal-produttur tal-Unjoni sar prinċipalment lill-utenti aħħarin, qajjem dubji dwar l-iskala tal-adattament li sar sabiex jinstab valur normali fil-livell tal-operaturi tas-suq. Minħabba l-preżenza limitata tal-bejgħ lil distributuri fl-elenku tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, dik id-dejta ma setgħetx tintuża biex tkun stabbilita rata xierqa ta' adattament għal dawn id-differenzi fil-livell ta' kummerċ u r-rata ta' adattament ġiet għalhekk ikkalkulata proviżorjament abbażi tad-differenza fil-prezzijiet bejn il-bejgħ Ċiniż lill-operaturi tas-suq u lill-utenti aħħarin. L-ilmentatur ikkontesta li din kienet bażi xierqa u kkummenta li l-adattament għal-livell ta' kummerċ kellu jkun iddeterminat mill-marġni gross miksub minn tliet distributuri kbar tal-Unjoni fl-industrija tal-ingredjenti alimentari, li kull wieħed minnhom kien jiddistribwixxi l-Ace-K.

(24)

Il-Kummissjoni aċċettat li, f'dan il-każ, huwa aktar f'loku li r-rata ta' adattament tiġi kkalkulata abbażi tal-marġnijiet grossi miksuba mid-distributuri rilevanti. Madankollu, il-metodoloġija kif proposta mill-ilmentatur kien fiha n-nuqqasijiet billi distributur wieħed biss fost dawk li ssemmew mill-ilmentatur ikkoopera, u d-dejta kienet tikkonċerna l-prodotti kollha kkummerċjalizzati minn dawn l-importaturi, li ħafna minnhom mhumiex il-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, il-Kummissjoni adattat il-metodoloġija proposta sabiex tinkludi dejta li kienet ivverifikata matul l-investigazzjoni u li kienet tikkonċerna biss l-Ace-K. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-marġni gross miksub mill-importaturi kollha li kkooperaw. Dan il-marġni tikkonċerna d-distribuzzjoni tal-Ace-K biss. Din il-metodoloġija riveduta wasslet għal rata riveduta ta' adattament għal-livell ta' kummerċ meta mqabbla ma' dik li ntużat fl-istadju proviżorju. Din ir-rata riveduta ġiet applikata u hija riflessa fil-marġni tad-dumping fit-tabella taħt il-premessa 53 aktar 'l isfel.

(25)

Produttur esportatur miċ-Ċina kkummenta dwar il-fatt li r-rata proviżorja għall-adattament għad-differenzi fil-livell ta' kummerċ ma ġietx iddivulgata lilhom. Ir-rata ma għandhiex rilevanza aktar billi ġiet issostitwita kif spjegat fil-premessa 24 aktar 'il fuq. Fi kwalunkwe każ, billi l-adattament proviżorju kien ġie bbażat fuq dejta minn żewġ produtturi esportaturi kooperanti miċ-Ċina b'bejgħ kemm lill-operaturi tas-suq kif ukoll lill-utenti, l-ammont preċiż jikkonċerna dejta kummerċjali kunfidenzjali u ma jistax ikun iddivulgat.

3.1.2.   Adattament għad-differenza fil-kwalità u l-perċezzjoni tas-suq relattiva

(26)

Rigward l-adattament għall-kwalità, l-ilmentatur l-ewwel argumenta li ma kien hemm l-ebda differenza fil-kwalità bejn il-prodott Ċiniż u l-prodott simili prodott mill-produttur tal-Unjoni u li għalhekk l-ebda adattament ma kien iġġustifikat. L-ilmentatur kompla jpoġġi f'dubju r-rappreżentattività tal-evidenza li abbażi tagħha l-Kummissjoni rriflettiet id-differenzi fil-kwalità u l-perċezzjoni tagħhom fis-suq fit-twaqqif tal-valur normali.

(27)

F'dan ir-rigward, għandu jkun enfasizzat li kien hemm diversi sottomissjonijiet li indikaw differenzi fil-kwalità u/jew perċezzjonijiet tas-suq ta' differenzi fil-kwalità bejn il-prodott Ċiniż u l-prodott simili fl-Unjoni. Fil-fatt, l-informazzjoni ppreżentata mill-ilmentatur fl-istadju tal-ilmenti u fuq is-sit web tiegħu stess, indikat biċ-ċar li kienet teżisti differenza fil-kwalità. Xi sottomissjonijiet, ta' natura ftit jew wisq limitata, jinkludu rapporti dwar testijiet u sottomissjonijiet bil-miktub minn partijiet interessati. Għaldaqstant, ir-rappreżentattività tal-evidenza li abbażi tagħha ġie konkluż li tabilħaqq kien hemm differenza reali u/jew ipperċepita fil-kwalità bejn il-prodott importat u l-Ace-K prodott mill-produttur tal-Unjoni titqies li hija suffiċjenti.

(28)

Barra dan, l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott miġbura matul iż-żjarat ta' verifika tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-produtturi Ċiniżi kkonfermaw din id-differenza fil-kwalità billi żvelaw differenzi sinifikanti f'termini ta' standards ta' purità bejn il-prodott mibjugħ mill-ilmentatur u l-prodott mibjugħ mill-produtturi esportaturi. Għaldaqstant adattament huwa ġġustifikat.

(29)

Barra minn hekk, fir-rigward tal-ammont tal-adattament, dan huwa bbażat fuq l-unika kwantifikazzjoni tad-differenza fil-kwalità fil-fajl limitat, ipprovduta f'sottomissjoni mill-industrija tal-Unjoni nnifisha. Il-Kummissjoni rriżultalha wkoll li l-kost tal-ittestjar u tat-titjib tal-istandards ta' kwalità tal-Ace-K mibjugħ minn produttur Ċiniż wieħed, kif ivverifikat fuq il-post fil-bini ta' importatur kooperanti, huwa bejn wieħed u ieħor tal-istess ammont bħal dak tal-adattament li sar mill-Kummissjoni, u li dan ikkonferma li l-ammont tal-adattament huwa raġonevoli.

(30)

Produttur esportatur Ċiniż sostna li l-kwalità tal-Ace-K tiegħu mhux talli hija aktar baxxa meta mqabbla ma' dik tal-produttur tal-Unjoni imma wkoll meta mqabbla ma' dik taż-żewġ kompetituri Ċiniżi tiegħu. Sostna li l-adattament għall-kwalità li sar għall-prodott tiegħu għandu għalhekk ikun aktar għoli. L-evidenza b'sostenn għal dan kienet tikkonċerna rapporti dwar testijiet li jqabblu l-prodott tiegħu ma' dak ta' esportatur produttur kooperanti Ċiniż ieħor u dikjarazzjoni maħruġa minn importatur fl-Unjoni. Dan l-importatur iddikjara li kien akkwista l-prodott ikkonċernat mingħand dan il-produttur Ċiniż partikolari bi prezz aktar baxx billi l-prodott tiegħu huwa allegatament ta' kwalità inferjuri meta mqabbel ma' dak tal-kompetitur Ċiniż tiegħu.

(31)

Din it-talba ma ntlaqatx, billi r-rapporti dwar it-testijiet ippreżentati kienu miż-żmien ta' qabel il-perjodu tal-investigazzjoni. Il-kwalità tal-prodott ikkonċernat mill-produttur esportatur Ċiniż jaf tjiebet minn dak iż-żmien 'il hawn. Barra minn hekk, minkejja li l-affermazzjoni ta' kwalità inferjuri saret fil-konfront taż-żewġ produtturi Ċiniżi kooperanti l-oħra, ir-rapporti dwar it-testijiet ipparagunaw il-prodotti tal-produttur Ċiniż li għamel l-affermazzjoni ta' hawn fuq ma' produttur kooperanti Ċiniż ieħor biss. Rigward id-dikjarazzjoni maħruġa mill-importatur, din ukoll ikkonċernat biss il-prodott tal-produttur Ċiniż li għamel l-affermazzjoni ta' hawn fuq u produttur kooperanti Ċiniż ieħor. Apparti minn hekk, ma ġiet ipprovduta ebda evidenza verifikabbli ta' sostenn għad-dikjarazzjoni (bħalma huma fatturi li jindikaw kwalità u/jew prezzijiet ta' akkwist inferjuri).

(32)

Abbażi ta' dak li jinsab aktar 'il fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-adattament għall-kwalità li sar huwa ġustifikat u fil-livell xieraq. Għalhekk, l-adattament għall-prezzijiet tal-Unjoni biex ikunu riflessi d-differenzi fil-kwalità huwa kkonfermat.

3.1.3.   L-adattament għar-Riċerka u l-Iżvilupp u għall-kummerċjalizzazzjoni relatat ma' attivitajiet għal prodott ferm speċifiku u differenti żviluppat mill-ilmentatur

(33)

Wara divulgazzjoni proviżorja, l-ilmentatur ikkumenta li l-Kummissjoni ma tat ebda spjegazzjoni dwar ir-raġuni li għaliha l-kostijiet marbuta mal-prodott tiegħu żviluppat riċentement kienu tnaqqsu mill-valur normali u argumenta li l-ebda adattament ma kien iġġustifikat.

(34)

F'dan ir-rigward, jeħtieġ li l-ewwel nett ikun innutat li l-kostijiet li saru f'rabta mal-prodott żviluppat riċentement tnaqqsu b'mod konsistenti tul l-analiżi ta' dumping u ta' dannu, billi dawn il-kostijiet huma relatati ma' prodott ferm speċifiku u differenti żviluppat mill-ilmentatur (ara l-premessi minn 12 sa 14). In-natura tagħhom hija ta' eċċezzjoni u huma uniċi għall-industrija tal-Unjoni. It-tieni nett, billi l-prodott il-ġdid kien għadu fil-proċess li jitnieda b'mod sħiħ, kienu saru biss kwantitajiet limitati ta' bejgħ fil-perjodu tal-investigazzjoni, li l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom ma kinux rappreżentattivi fi kwalunkwe każ. Ebda kost simili ma kien ġie mġarrab minn xi wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, li huma kkunsidrati bħala produtturi ġeneriċi tal-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, sabiex tiddetermina l-valur normali skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku fuq bażi raġonevoli, il-Kummissjoni kkunsidrat li huwa raġonevoli li tagħmel adattament billi teskludi l-kostijiet relatati mal-prodott il-ġdid mill-komputazzjoni tal-valur normali.

(35)

L-ilmentatur ikkontesta wkoll l-adattament bħala tali, fuq il-bażi li l-kostijiet tnaqqsu mill-prezzijiet, billi ddikjara li ma hemm ebda bażi ġuridika għal tali azzjoni skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku u li billi tagħmel hekk, il-Kummissjoni tkun qiegħda “tħallat żewġ elementi li ma għandhomx x'jaqsmu ma' xulxin”. Madankollu, kif spjegat fil-premessa 21 aktar 'il fuq, il-valur normali ġie stabbilit abbażi tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku u dan l-adattament irriżulta li kien iġġustifikat skont it-termini ta' dan l-Artikolu biex jiddetermina valur normali fuq bażi raġonevoli. Apparti minn hekk, deher biċ-ċar li l-iffissar tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni ntlaqat minn dawn (ir-Riċerka u l-Iżvilupp u prinċipalment il-kummerċjalizzazzjoni) il-kostijiet relatati ma' prodott ġdid ferm speċifiku u differenti. Tabilħaqq, l-investigazzjoni indikat li dawn il-kostijiet kienu allokati lill-attività tal-Ace-K u għalhekk huwa loġiku li l-kumpanija kkonċernata, fl-iffissar tal-prezzijiet tagħha, tikkunsidrahom sabiex tirkupra dawn il-kostijiet. Fil-fatt ġie kkonfermat mill-Industrija tal-Unjoni fir-rispons tagħha għall-kwestjonarju li l-kost tal-produzzjoni huwa fattur ikkunsidrat fil-proċess tat-tiswir tal-prezzijiet.

(36)

L-ilmentatur ikkontesta wkoll l-iskala tal-adattament, li skontu kienet għolja wisq. Sostna li ammont aktar baxx għal kull kg kien iġġustifikat mid-differenzi allegati fil-kostijiet tal-iżvilupp u tal-kummerċjalizzazzjoni għas-suq tal-Unjoni meta mqabbel ma' swieq oħra. F'dan ir-rigward, għandu l-ewwel nett ikun enfasizzat li din id-distinzjoni fil-kostijiet skont is-suq ma saritx mill-ilmentatur matul l-investigazzjoni minkejja l-fatt li kien intalab jagħti rendikont ta' dawn il-kostijiet tal-iżvilupp u tal-kummerċjalizzazzjoni. It-tieni nett, dawn iċ-ċifri ma setgħux ikunu vverifikati matul il-verifika fuq il-post. Dan jikkuntrasta mal-adattament kif maħdum mill-Kummissjoni, billi kien ibbażat fuq dejta vverifikata mill-ilmentatur. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ilmentatur ma ressaqx evidenza li turi li l-livell tal-adattament ikun irraġonevoli. Fi kwalunkwe każ, ma kienx meqjus prudenti li element wieħed tal-kostijiet SG&A jerġa' jiġi vvalutat b'dan il-mod, u l-oħrajn le. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, din l-affermazzjoni ma tistax tkun milqugħa.

(37)

Produttur esportatur Ċiniż talab lill-Kummissjoni biex tiddivulga l-ammont preċiż tal-adattament li sar għall-attivitajiet relatati ma' prodott ferm speċifiku u differenti żviluppat mill-ilmentatur. Madankollu, dan ma setgħax ikun iddivulgat, billi huwa kunfidenzjali min-natura tiegħu.

(38)

L-ammont tat-tliet adattamenti li saru mill-Kummissjoni biex tiddetermina l-valur normali fuq bażi raġonevoli jirrappreżenta bejn 25 % u 45 % tal-prezz tal-bejgħ tal-Unjoni tal-industrija tal-Unjoni.

3.1.4.   Talbiet għal adattamenti oħra

(39)

Kif spjegat aktar 'il fuq, meta ddeterminat il-valur normali fuq bażi raġonevoli, il-Kummissjoni użat bħala l-punt tat-tluq tagħha, il-prezz tal-bejgħ effettiv medju tal-Unjoni, debitament ivverifikat.

(40)

Wara d-divulgazzjoni tal-konklużjonijiet proviżorji, l-industrija tal-Unjoni kkontestat l-użu tal-prezzijiet tal-bejgħ effettivi bħala punt tat-tluq. B'mod partikolari, argumentat li “marġni raġonevoli ta' profitt” kellu jkun miżjud ma' dawk il-prezzijiet effettivi. Fil-fehma tal-ilmentatur, il-marġni ta' profitt miksub fl-2009 (li jvarja bejn 15 % u 25 %) kien ikun “marġni raġonevoli ta' profitt”, billi l-ilmentatur ma kellu ebda pożizzjoni dominanti billi s-sehem tiegħu fis-suq kien waqa' taħt il-50 % f'dik is-sena. Allegatament, id-dumping u d-dannu kienu għadhom ma seħħewx fl-2009.

(41)

Fil-premessa 66 tar-Regolament proviżorju, kien diġà ġie spjegat li mill-bejgħ tal-produttur tal-Unjoni lill-klijenti indipendenti kien sar profitt. Il-profitt preċiż minn dan il-bejgħ b'hekk ikkalkulat huwa kunfidenzjali fil-konfront ta' partijiet li mhumiex il-produttur tal-Unjoni u għalhekk il-profittabilità kienet ġiet ippreżentata bħala indiċijiet fit-Tabella 10 tar-Regolament proviżorju, iżda kienet aktar minn 5 %, li fl-industrija tad-dolċifikanti sintetiċi hija raġonevoli. Iċ-ċifra preċiża ġiet iddivulgata lill-ilmentatur. Barra minn hekk, il-valur normali ġie stabbilit abbażi tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. Il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni ntużaw bħala punt tat-tluq u ġew adattati għall-elementi relatati ma' fatturi speċifiċi ta' tiswir tal-prezzijiet għall-industrija tal-Unjoni, kif ukoll mal-attivitajiet relatati ma' prodott ferm speċifiku u differenti żviluppat mill-ilmentatur Dan il-metodu kien ikkunsidrat bħala raġonevoli fid-dawl tal-fatti speċifiċi ta' dan il-każ u tal-informazzjoni disponibbli fil-fajl. Għaldaqstant, ma kienx hemm bżonn li l-profitt effettiv jiġi sostitwit bi profitt fil-mira biex ikun iddeterminat il-valur normali fuq bażi raġonevoli u jinħadem mill-ġdid il-valur normali kif sostna l-ilmentatur. Għalhekk, it-talba ma ġietx milqugħa.

(42)

Fl-aħħar nett, l-ilmentatur identifika żball fil-komputazzjoni li jikkonċerna l-elenku tal-bejgħ tal-Unjoni li kien il-bażi tal-valur normali. Dan l-iżball ġie kkoreġut u l-korrezzjoni hija riflessa fit-tabella taħt il-premessa 53 aktar 'l isfel.

3.1.5.   Kummenti wara d-divulgazzjoni finali

(43)

Fit-tweġiba tiegħu għad-divulgazzjoni definittiva, l-ilmentatur ikkontesta li l-Kummissjoni kienet ikkalkulat l-ammont tat-tnaqqis minħabba d-differenzi fil-livell ta' kummerċ abbażi tal-prezz sħiħ tal-prodott mill-fabbrika tal-industrija tal-Unjoni, billi dan il-prezz kien jinkludi l-kostijiet ta' eċċezzjoni għar-Riċerka u l-Iżvilupp u għall-kummerċjalizzazzjoni għal prodott ferm speċifiku u differenti żviluppat mill-ilmentatur. Kien tal-fehma li kellu jkun applikat għall-prezz adattat tal-prodott mill-fabbrika tal-industrija tal-Unjoni wara li jitnaqqsu dawk il-kostijiet ta' eċċezzjoni.

(44)

Madankollu, ir-rata ta' adattament għal-livell ta' kummerċ, kif spjegata fil-premessa 24 aktar 'il fuq, hija dik tal-marġni gross medju ponderat miksub mill-importaturi kooperanti fuq id-distribuzzjoni tal-Ace-K. Għalhekk, għandha tkun applikata għall-prezz tal-bejgħ effettiv billi hija adattament biex jindirizza d-differenzi oġġettivi fil-prezzijiet tal-bejgħ skont kif jiġu identifikati fis-suq. L-adattament għal-livell ta' kummerċ huwa marbut mill-qrib mal-prezzijiet kif osservati fis-suq. Għaldaqstant, din it-talba ma ntlaqatx.

(45)

Wara d-divulgazzjoni, l-ilmentatur tenna wkoll li l-adattament għal-livell ta' kummerċ kellu jkun iddeterminat mill-marġni gross miksub minn tliet distributuri kbar tal-Unjoni fl-industrija tal-ingredjenti alimentari, li kull wieħed minnhom kien jiddistribwixxi l-Ace-K. Huwa qajjem dubji dwar il-metodoloġija riveduta li ntużat mill-Kummissjoni billi l-marġni tad-distributuri li fuqu kienet ibbażata kienet se tkun jinkludi servizzi li d-distributuri għall-industrija tal-Unjoni ma kellhomx għalfejn jipprovdu, li wassal għall-marġni għoli wisq.

(46)

Madankollu, minkejja li matul l-investigazzjoni ġew identifikati ċerti servizzi addizzjonali, mill-marġni gross stabbilit għad-distributuri kienu mnaqqsa tali attivitajiet addizzjonali u b'hekk kien jikkonċerna biss l-attività tal-kummerċ. Għaldaqstant, ir-rata stabbilita biex jitqiesu d-differenzi fil-livell ta' kummerċ tikkonċerna biss id-differenza fil-livell ta' kummerċ u huwa kkonfermat li r-rata b'hekk miksuba hija aktar adattata mir-rata skont il-metodoloġija proposta mill-ilmentatur, kif diġà ġie spjegat fil-premessa 24 aktar 'il fuq. B'hekk, it-talba tal-ilmentatur relatata ma' din il-kwistjoni ma ġietx milqugħa.

(47)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, l-ilmentatur talab ukoll divulgazzjoni ulterjuri ta' bosta punti relatati mal-kostijiet ta' eċċezzjoni għar-Riċerka u l-Iżvilupp u għall-kummerċjalizzazzjoni li ġġarrbu għal prodott ferm speċifiku u differenti żviluppat mill-ilmentatur u mal-marġni ta' profitt tiegħu stess. Madankollu, billi dawn il-punti jew kienu diġà ġew iddivulgati jew provduti direttament mill-ilmentatur innifsu fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju, tul iż-żjara ta' verifika u f'diversi sottomissjonijiet, l-ilmentatur kien mgħarraf debitament li fil-pussess tiegħu diġà kellu l-informazzjoni kollha meħtieġa u li tqies li ma kien hemm bżonn ebda divulgazzjoni addizzjonali.

(48)

Tul is-smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċeduri kummerċjali wara d-divulgazzjoni finali, bħala talba ġdida, l-ilmentatur ippreżenta li l-adattament għal-livell ta' kummerċ għandu jkun espress bħala ammont fiss għal kull kilogramm. Il-Kummissjoni rrimarkat li dan il-kumment huwa formalment preskritt għaliex tressaq wara t-terminu perentorju għall-kummenti dwar id-divulgazzjoni finali. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-użu ta' perċentwal għal tali adattament mhuwiex raġonevoli.

3.1.6.   Il-konklużjoni dwar il-valur normali

(49)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra dwar id-determinazzjoni tal-valur normali, il-premessi 22 u 23 tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

3.2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(50)

Fin-nuqqas ta' kummenti rigward il-prezzijiet tal-esportazzjoni, il-premessa 24 tar-Regolament proviżorju hija kkonfermata.

3.3.   Paragun

(51)

Il-kummenti riċevuti dwar l-adattamenti għall-valur normali li fil-verità kienu jikkonċernaw it-twaqqif tal-valur normali bħala tali, ġew indirizzati fil-premessi minn 20) sa 48). Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda kumment ulterjuri. Il-konklużjonijiet milħuqa fil-premessi minn 25 sa 26 fir-Regolament proviżorju huma b'hekk ikkonfermati.

3.4.   Marġnijiet tad-dumping

(52)

Fin-nuqqas ta' kummenti, il-metodoloġija ġenerali li ntużat għall-kalkolu tal-marġnijiet tad-dumping, kif stabbilita fil-premessi minn 28 sa 32 tar-Regolament proviżorju, hija kkonfermata.

(53)

Filwaqt li titqies il-korrezzjoni tal-iżball fil-komputazzjoni, kif deskritta fil-premessa 42), u l-metodoloġija riveduta biex tkun stabbilita r-rata ta' adattament għal-livell ta' kummerċ, kif deskritta fil-premessa 24, il-marġnijiet tad-dumping definittivi, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF (il-kost, l-assigurazzjoni, il-merkanzija) fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Il-kumpanija

Il-marġni tad-dumping

Anhui Jinhe Industrial Co., Ltd.

135,6 %

Suzhou Hope Technology Co., Ltd.

119,9 %

Anhui Vitasweet Food Ingredient Co., Ltd.

64,0 %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

135,6 %

4.   ID-DANNU

4.1.   L-industrija tal-Unjoni u l-produzzjoni tal-Unjoni

(54)

Fin-nuqqas ta' kummenti dwar l-industrija tal-Unjoni u l-produzzjoni tal-Unjoni, il-premessa 34 tar-Regolament proviżorju hija kkonfermata.

4.2.   Konsum tal-Unjoni

(55)

Fin-nuqqas ta' kummenti dwar il-konsum tal-Unjoni, il-premessi minn 35 sa 37 tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

4.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(56)

Kif diġà ssemma fil-premessa 42 aktar 'il fuq, żball fil-komputazzjoni fl-elenku tal-bejgħ tal-Unjoni ġie kkoreġut. Il-korrezzjoni affettwat ukoll il-marġnijiet ta' twaqqigħ li nbidlu biex jirriflettu dan. Il-marġnijiet ta' twaqqigħ ġew anki affettwati mir-rata riveduta ta' adattament għal-livell ta' kummerċ, li hija spjegata debitament fil-premessa 24 aktar 'il fuq. Il-marġnijiet ta' twaqqigħ riveduti medji ponderati kienu jvarjaw minn 32 % sa 54 %.

(57)

Wara d-divulgazzjoni, l-industrija tal-Unjoni sostniet li, minħabba l-adattament li sar għall-prezz tal-industrija tal-Unjoni kif imsemmi fil-premessa 44 tar-Regolament proviżorju, il-marġnijiet ta' twaqqigħ li rriżultaw lill-Kummissjoni kienu qegħdin jissottovalutaw it-twaqqigħ effettiv tal-prezzijiet. Madankollu, dawn l-adattamenti huma adattati għaliex saru sabiex il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni jinġiebu fuq livell li jippermetti paragun ġust mal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi.

(58)

Fin-nuqqas ta' kummenti ulterjuri dwar l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, u bl-eċċezzjoni tal-marġnijiet ta' twaqqigħ riveduti kif imsemmi fil-premessa 56 aktar 'il fuq, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn 38 sa 44 tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

4.4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(59)

L-industrija tal-Unjoni kkontestat l-esklużjoni ta' ċerti kostijiet tar-Riċerka u l-Iżvilupp u tal-kummerċjalizzazzjoni għad-determinazzjoni tal-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, fin-nuqqas ta' kwalunkwe evidenza li tindika l-kontra ta' dan, il-Kummissjoni tibqa' tal-fehma li dawn il-kostijiet iġġarrbu għal prodott ferm speċifiku u differenti żviluppati mill-ilmentatur u ta' natura ta' eċċezzjoni u li għalhekk għandhom ikunu injorati għall-fini tal-valutazzjoni tal-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(60)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra dwar l-iżvilupp tal-indikaturi tad-dannu, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn 45 sa 73 tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

4.5.   Kummenti wara d-divulgazzjoni finali

(61)

Wara d-divulgazzjoni finali, l-ilmentatur ippreżenta kummenti dwar ċerti adattamenti għall-prezz tal-prodott mill-fabbrika tal-industrija tal-Unjoni li ntuża għall-kalkolu tad-dannu. Dawn il-kummenti li kienu japplikaw ukoll għall-kalkolu tal-valur normali jinsabu indirizzati fil-premessi minn 43 sa 48 aktar 'il fuq. Il-Kummissjoni applikat is-simetrija fit-twaqqif ta' parametru ta' riferiment għall-kalkolu tal-eliminazzjoni tad-dannu.

4.6.   Konklużjoni dwar id-dannu

(62)

Abbażi ta' dak li ssemma hawn fuq, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn 74 sa 82 tar-Regolament proviżorju, jiġifieri li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, huma kkonfermati.

5.   IL-KAWŻALITÀ

(63)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment dwar il-konklużjonijiet proviżorji li jikkonċernaw ir-rabta kawżali bejn id-dumping u d-dannu. Konsegwentement huwa kkonfermat li l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping mir-RPĊ ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku u li ma hemmx fatturi oħra li huma tali li jiksru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping mir-RPĊ u d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, il-konklużjonijiet kif stabbiliti fil-premessi minn 97 sa 99 tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

6.   L-INTERESS TAL-UNJONI

6.1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(64)

L-ilmentatur ikkontesta l-premessa 102 tar-Regolament proviżorju għaliex fil-fehma tiegħu din tfisser li d-dazji jipprovdu biss aġevolazzjoni parzjali lill-industrija tal-Unjoni, li jmur kontra r-Regolament bażiku.

(65)

Għandu jkun enfasizzat li d-dazju impost qiegħed jirriżulta mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. L-espressjoni “aġevolata parzjalment” tirreferi biss għall-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping, peress li huwa mistenni li wara l-impożizzjoni tal-miżuri, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet ser jiżdiedu. Ma tirreferix għal irkupru parzjali mid-dannu.

(66)

Ma ġewx riċevuti kummenti jew informazzjoni ulterjuri dwar l-interess tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-konklużjonijiet proviżorji fil-premessi minn 101 sa 103 tar-Regolament proviżorju, kif interpretati aktar 'il fuq, huma b'dan ikkonfermati.

6.2.   L-interess ta' importaturi mhux relatati

(67)

Fin-nuqqas ta' kummenti rigward l-interess ta' importaturi u operaturi tas-suq mhux relatati, il-premessi minn 104 sa 110 tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

6.3.   Interess tal-utenti

(68)

Fin-nuqqas ta' kummenti rigward l-interess tal-utenti, il-premessi minn 111 sa 117 tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

6.4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(69)

Fl-assenza ta' kwalunkwe kumment ieħor rigward l-interess tal-Unjoni, il-konklużjonijiet milħuqa fil-premessi minn 118 sa 119 tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

7.   IL-MIŻURI ANTIDUMPING DEFINITTIVI

7.1.   Livell ta' eliminazzjoni tad-dannu (il-marġni tad-dannu)

(70)

L-ilmentatur sostna li, billi l-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu ma kienx ġie stabbilit biż-żieda ta' profitt fil-mira, id-dazji proviżorji ma kinux ikunu għoljin biżżejjed biex jeliminaw id-dannu komplut imġarrab mill-industrija tal-Unjoni kif jirrikjedi l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. B'mod partikolari, l-ilmentatur ikkontesta l-istennija tal-Kummissjoni li l-livell proviżorju tal-miżuri kien jippermetti lill-industrija tal-Unjoni li tirkupra l-kostijiet tagħha u tagħmel profitt raġonevoli.

(71)

F'dan ir-rigward, u kif issemma fil-premessa 41, l-industrija tal-Unjoni kisbet, wara t-tnaqqis tal-kostijiet ta' natura ta' eċċezzjoni marbuta mal-iżvilupp ta' prodott ferm speċifiku u differenti, profitt raġonevoli matul il-perjodu tal-investigazzjoni minkejja x-xejriet negattivi osservati matul il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ttenni li ma hemm ebda bażi biex ikun miżjud profitt ta' mira mal-profitt li diġà sar. Abbażi ta' dan, huwa mistenni li d-dazji, ibbażati fuq it-twaqqigħ, jeliminaw id-dannu mġarrab u ma jħallux il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni tkompli tmur għall-agħar.

(72)

Sabiex isaħħaħ l-argument tiegħu, l-ilmentatur ipparaguna l-investigazzjoni attwali mal-investigazzjoni ta' antidumping dwar importazzjonijiet ta' disiandiamide li joriġinaw fir-RPĊ (3). L-industrija tal-Unjoni sostniet li l-approċċ adottat f'dik l-investigazzjoni mhuwiex adattat f'dan il-każ u għalhekk ma għandux ikun applikat.

(73)

Fl-investigazzjoni dwar id-Disiandiamide, tqiesu tliet aspetti sinifikanti biex jiġġustifikaw l-approċċ adottat: (i) il-miżuri ma għandhomx jikkompensaw għall-fatturi li ma setgħux ikunu attribwiti għall-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping; (ii) il-marġni tad-dumping ġie kkalkulat billi ntuża valur normali adattat ibbażat fuq id-dejta tal-industrija tal-Unjoni; u (iii) fid-dinja kien hemm biss żewġ għejjun ta' disiandiamide. Rigward it-tielet fattur, il-Kummissjoni kkonstatat li kien hemm riskju li, jekk id-dazji jkunu għoljin wisq, l-industrija tal-Unjoni setgħet timmonopolizza s-suq tal-Unjoni.

(74)

Għaldaqstant, jidher biċ-ċar li s-sitwazzjoni fis-seħħ waqt l-investigazzjoni dwar id-Disiandiamide tixbah ħafna lill-investigazzjoni ta' bħalissa. Fl-investigazzjoni ta' bħalissa, il-marġni tad-dumping huwa kkalkulat għal darba oħra permezz tal-valur normali bbażat fuq dejta tal-industrija tal-Unjoni b'ċerti adattamenti meħtieġa b'mod oġġettiv. Barra minn hekk, bl-istess mod jeżistu ftit għejjun ta' provvista madwar id-dinja u hemm ukoll riskju ta' monopolju jekk il-miżuri ma jkunux ikkalkulati b'mod ġust u bbilanċjat.

(75)

Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li fl-investigazzjoni attwali, approċċ simili huwa ġġustifikat.

(76)

Fin-nuqqas ta' kummenti ulterjuri dwar il-livell ta' eliminazzjoni tal-dannu, il-premessi minn 121 sa 124 tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

(77)

Kif deskritt fil-premessa 42, kellu jiġi kkoreġut żball fil-komputazzjoni dwar l-elenku tal-bejgħ tal-Unjoni, li affettwa wkoll il-kalkoli tad-dannu. Apparti minn hekk, kif spjegat fil-premessa 24, bażi riveduta għall-ikkalkular tal-adattament għal-livell ta' kummerċ ġiet ikkunsidrata bħala ġġustifikata. Il-korrezzjonijiet wasslu għall-marġnijiet ta' dannu definittivi riveduti li huma skont dan li ġej:

Il-kumpanija

Il-marġni ta' dannu

Anhui Jinhe Industrial Co., Ltd

126,0 %

Suzhou Hope Technology Co., Ltd

108,6 %

Anhui Vitasweet Food Ingredient Co., Ltd.

49,7 %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

126,0 %

7.2.   Miżuri definittivi

(78)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li nstabu rigward id-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, u f'konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu imposti miżuri antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-livell tal-marġni tad-dannu, f'konformità mar-regola tad-dazju inferjuri. F'dan il-każ, ir-rati ta' dazju ġew irriveduti wara divulgazzjoni proviżorja, billi żball fil-komputazzjoni li affettwa l-marġnijiet kemm tad-dumping kif ukoll tad-dannu ġie kkoreġut u l-adattament għal-livell ta' kummerċ ġie rrivedut.

(79)

Abbażi ta' dak li jissemma hawn fuq, ir-rata li biha se jiġu imposti dawn id-dazji hija stabbilita kif ġej:

Il-kumpanija

Il-marġni tad-dumping

(%)

Il-marġni tad-dannu

(%)

Dazju antidumping definittiv

(%)

Anhui Jinhe Industrial Co., Ltd

135,6

126,0

126,0

Suzhou Hope Technology Co., Ltd

119,9

108,6

108,6

Anhui Vitasweet Food Ingredient Co., Ltd

64,0

49,7

49,7

Il-kumpaniji l-oħra kollha

135,6

126,0

126,0

(80)

Id-dazju jibqa' ammont fiss f'euro għal kull kg nett kif spjegat fil-premessa 127 tar-Regolament proviżorju biex tkun żgurata implimentazzjoni konsistenti tal-miżuri mill-awtoritajiet doganali, anki jekk ma hemmx aktar referenza għall-Ace-K li jinsab fi tħejjijiet u/jew taħlitiet.

(81)

Ir-rati tad-dazju antidumping ta' kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tal-konklużjonijiet ta' din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, dawn jirriflettu l-qagħda ta' dawn il-kumpaniji kkonstatata matul din l-investigazzjoni. Dawn ir-rati ta' dazju huma esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u ffabbrikat mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. Il-prodott importat ikkonċernat iffabbrikat minn xi kumpanija oħra li mhijiex imsemmija speċifikament b'isimha fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma' dawk imsemmija speċifikament, għandu jkun soġġett għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. Ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi rata individwali ta' dazju antidumping.

(82)

Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dazju antidumping individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. Ir-rikjesta trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (4). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata ta' dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika minn rata ta' dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jgħarraf dwar il-bidla fl-isem.

(83)

Sabiex ir-riskji ta' ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza għolja fir-rati ta' dazju jinżammu kemm jista' jkun baxxi, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tkun żgurata l-applikazzjoni tad-dazji antidumping individwali. Il-kumpaniji b'dazji individwali tal-antidumping iridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri soġġetta għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3). L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura se jkunu soġġetti għad-dazju antidumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(84)

F'każ li l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet fl-Unjoni tat-tħejjijiet u/jew taħlitiet li fihom l-Ace-K tkun tirrikjedi dan, tiġi vvalutata l-ħtieġa għal azzjoni rapida adattata, inkluża t-tnedija ta' investigazzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku.

(85)

Sabiex ikun żgurat l-infurzar xieraq tad-dazji antidumping, id-dazju antidumping għall-kumpaniji l-oħra kollha se japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi mhux kooperanti f'din l-investigazzjoni, iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

7.3.   Impenji

(86)

Żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi offrew impenji fuq il-prezz f'konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku. Wieħed minnhom ippreżenta offerta riveduta ta' impenn wara smigħ mal-Kummissjoni.

(87)

Il-Kummissjoni vvalutat l-offerti u identifikat għadd ta' riskji speċifiċi għall-prodott. Wieħed mir-riskji huwa relatat mal-possibbiltà ta' klassifikazzjoni żbaljata tal-prodott ikkonċernat. Matul l-investigazzjoni, kien osservat li l-gradi alimentari (soġġetti għal dazju doganali ta' 6,5 %) ġew klassifikati b'mod żbaljat bħala gradi farmaċewtiċi (soġġetti għal dazju doganali ta' 0 %). Wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi sostna li ma kienx involut fi prattiki bħal dawn. Anke jekk dan jista' jkun minnu, ir-riskju, kif identifikat, jibqa' hemm. L-istess produttur esportatur Ċiniż offra li jippreżenta d-dokumenti kollha ta' approvazzjoni doganali lill-Kummissjoni, f'każ li l-impenn jiġi aċċettat. Madankollu li jsir monitoraġġ tad-dazji doganali għal kull tranżazzjoni jkun sproporzjonalment ta' skariġġ.

(88)

Riskju ieħor speċifiku għall-prodott jinbet mill-possibbiltà li l-prodott ikkonċernat jiġi mmodifikat u mibdul fi tħejjija u/jew taħlita mħallat ma' elementi oħra, bħall-ilma u/jew dolċifikanti oħra. Dan it-tip ta' prodott mhuwiex soġġett għal miżuri oħra. Wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi ħa impenn li ma jesportax l-Ace-K f'ebda forma oħra għajr dik pura. Tali xenarju jkun jirrikjedi wkoll monitoraġġ b'tali mod li jkun wisq ta' skariġġ, jekk mhux anki imprattikabbli.

(89)

Il-Kummissjoni identifikat riskji addizzjonali. Minbarra l-prodott ikkonċernat, iż-żewġ produtturi esportaturi jipproduċu u jbigħu prodotti oħra (jiġifieri varjetà ta' addittivi alimentari) lill-Unjoni, l-aktar lill-operaturi tas-suq. Matul il-perjodu tal-investigazzjoni, wieħed mill-produtturi esportaturi biegħ il-prodott ikkonċernat u prodotti oħra lill-istess operaturi tas-suq. Din il-prattika żżid ir-riskju ta' kumpens inkroċjat u tkun tirrikjedi monitoraġġ tal-bejgħ kollu għall-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi. Produttur esportatur Ċiniż iddikjara li huwa lest li jwaqqaf il-bejgħ tiegħu lill-utenti fl-Unjoni u li jwaqqaf il-bejgħ tiegħu ta' prodotti oħra (jiġifieri prodotti li mhumiex il-prodott ikkonċernat) lill-operaturi tas-suq fl-Unjoni li qegħdin ukoll jakkwistaw l-Ace-K mingħand dan il-produttur esportatur Ċiniż. Barra minn hekk, l-istess produttur esportatur Ċiniż iddikjara li huwa lest li jillimita l-esportazzjoni tiegħu ta' Ace-K għal lista kompluta ta' operaturi tas-suq ibbażati fl-Unjoni u li jwaqqaf il-bejgħ tal-Ace-K lill-Unjoni permezz ta' operaturi tas-suq b'sede f'pajjiżi terzi. Madankollu, dan ukoll ikun jirrikjedi monitoraġġ sostanzjali tant li l-Kummissjoni kkunsidratu bħala imprattikabbli.

(90)

Fl-aħħar nett, fost il-kumpaniji, ebda waħda ma talbet it-TES, il-Kummissjoni ma setgħetx tivvaluta kompletament l-affidabilità tal-kontijiet li, fost l-oħrajn, hija kruċjali sabiex tkun stabbilita relazzjoni ta' fiduċja li fuqha l-impenji huma bbażati.

(91)

Abbażi ta' dak li jissemma hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żewġ offerti ta' impenn ma jistgħux jiġu aċċettati.

7.4.   Ġbir definittiv tad-dazji proviżorji

(92)

Fid-dawl tal-marġnijiet tad-dumping ikkonstatati u minħabba l-livell ta' dannu kkważat lill-industrija tal-Unjoni, l-ammonti garantiti permezz tad-dazju antidumping proviżorju impost bir-Regolament proviżorju għandhom jinġabru definittivament, għajr dawk imposti fuq l-Ace-K li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li jinsab f'ċerti tħejjijiet u/jew taħlitiet, jekk ikun hemm.

(93)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju antidumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċesulfam potassiku (melħ tal-potassju ta' 6-metil-1,2,3-ossatijażin-4(3H)-on 2,2-diossidu; CAS RN 55589-62-3) li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li attwalment jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 2934 99 90 (il-kodiċi TARIC 2934999021).

2.   Ir-rati tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati fit-tabella ta' hawn taħt, ikunu kif ġej:

Il-kumpanija

Id-dazju definittiv — euro għal kull kg nett

Il-kodiċi addizzjonali TARIC

Anhui Jinhe Industrial Co., Ltd

4,58

C046

Suzhou Hope Technology Co., Ltd

4,47

C047

Anhui Vitasweet Food Ingredient Co., Ltd

2,64

C048

Il-kumpaniji l-oħra kollha

4,58

C999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju antidumping individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 isseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha trid tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li tkun qiegħda toħroġ tali fattura, identifikat/a b'ismu/isimha u bil-kariga tiegħu/tagħha, imfassla kif ġej: “Jiena, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) ta' aċesulfam potassiku mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura kien immanifatturat minn isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi TARIC addizzjonali) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Niddikjara li l-informazzjoni provduta f'din il-fattura hija kompluta u korretta.” Jekk l-ebda fattura bħal din ma tiġi ppreżentata, japplika d-dazju applikabbli għall-“Kumpaniji l-oħra kollha”.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

L-ammonti garantiti permezz tad-dazji antidumping proviżorji skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/787 għandhom ikunu miġbura b'mod definittiv, għajr għal dawk imposti fuq l-Ace-K li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li jinsab f'ċerti tħejjijiet u/jew taħlitiet.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/787 tad-19 ta' Mejju 2015 li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq importazzjonijiet ta' aċesulfam tal-potassju li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina kif ukoll ta' aċesulfam tal-potassju li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li jinsab f'ċerti tħejjijiet u/jew taħlitiet (ĠU L 125, 21.5.2015, p. 15).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1331/2007 tat-13 ta' Novembru 2007 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' disiandiamide li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 296, 15.11.2007, p. 1).

(4)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, Rue de la Loi 170, 1040 Brussels, Belgium.


31.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/65


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1964

tat-30 ta' Ottubru 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

45,6

MA

74,9

MK

44,1

TR

97,5

ZZ

65,5

0707 00 05

AL

57,9

TR

112,1

ZZ

85,0

0709 93 10

MA

137,2

TR

150,7

ZZ

144,0

0805 50 10

AR

130,2

TR

112,1

UY

68,0

ZZ

103,4

0806 10 10

BR

263,0

EG

219,7

LB

234,5

MK

68,5

TR

178,7

ZZ

192,9

0808 10 80

AR

137,9

CL

85,3

MK

23,1

NZ

155,1

ZA

147,0

ZZ

109,7

0808 30 90

TR

137,4

ZZ

137,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

31.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/67


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/1965

tas-27 ta' Ottubru 2015

dwar l-aċċettazzjoni tal-Kontribuzzjoni tal-Iżvizzera għall-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) (EUAM Ukraine/4/2015)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) (1),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10(3) tad-Deċiżjoni 2014/486/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (“KPS”) biex jieħu deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribuzzjonijiet għal EUAM Ukraine minn Stati terzi.

(2)

Il-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili rrakkomanda li l-KPS jaċċetta l-kontribuzzjoni proposta mill-Iżvizzera għal EUAM Ukraine u jqis il-kontribuzzjoni bħala sinifikanti.

(3)

L-Iżvizzera għandha tkun eżentata minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit operazzjonali ta' EUAM Ukraine,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kontribuzzjonijiet ta' Stati Terzi

1.   Il-kontribuzzjoni tal-Iżvizzera għal EUAM Ukraine hija aċċettata u meqjusa bħala sinifikanti.

2.   L-Iżvizzera hija eżentata minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit operazzjonali ta' EUAM Ukraine.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 217, 23.7.2014, p. 42.


31.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/68


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1966

tad-9 ta' Lulju 2014

dwar l-għajnuna mill-istat SA. 34118 (2012/C ex 2011/N) li l-Ġermanja qed tippjana li tagħti lil Porsche Leipzig GmbH u lil Dr. Ing.H.c.F.Porsche Aktiengesellschaft

(notifikata bid-dokument C(2014) 4075)

(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont dawk id-dispożizzjonijiet (1) u wara li tqiesu l-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta' notifika elettronika rreġistrata fl-20 ta' Diċembru 2011 fil-Kummissjoni (SANI 6554), l-awtoritajiet Ġermaniżi nnotifikaw għajnuna reġjonali skont il-Linji gwida għall-Għajnuna Reġjonali nazzjonali għall-2007-2013 (2) (minn hawn 'il quddiem “RAG”) lil Porsche Leipzig GmbH u lil Dr. Ing. H.c. F. Porsche Aktiengesellschaft għal proġett ta' investiment f'Leipzig, fir-reġjun tas-Sassonja, il-Ġermanja.

(2)

Permezz ta' ittra datata l-11 ta' Lulju 2012, il-Kummissjoni infurmat lill-Ġermanja dwar id-deċiżjoni tagħha bl-istess data biex tniedi l-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE (minn hawn 'il quddiem “id-deċiżjoni ta' ftuħ”) fir-rigward tal-għajnuna reġjonali biex tiġi implimentata favur il-proġett ta' investiment minn Porsche Leipzig GmbH u minn Dr. Ing. H.c. F. Porsche Aktiengesellschaft, fid-dawl tat-twettiq ta' valutazzjoni dettaljata fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni rigward il-kriterji għal valutazzjoni dettaljata tal-għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta' investiment (3) (minn hawn 'il quddiem “il-Kriterji ta' prova” (Prüfkriterien)).

(3)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tniedi din il-proċedura ta' investigazzjoni formali ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4) on 30 October 2012 Il-partijiet terzi ġew mistiedna jissottomettu l-kummenti tagħhom.

(4)

Il-Ġermanja ppreżentat kummenti kif ukoll l-informazzjoni meħtieġa għall-evalwazzjoni dettaljata permezz ta' ittra datata l-31 ta' Ottubru 2012 (2012/116806).

(5)

B'ittra datata s-17 ta' Diċembru 2012 (2012/135107), u permezz ta' ittra elettronika tal-4 ta' Frar 2012, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni, li ġiet ipprovduta mill-Ġermanja b'ittri ddatati l-25 ta' Jannar 2013 (2013/008324) u s-7 ta' Frar 2013 (2013/013186).

(6)

Ma tressqu ebda kummenti minn partiijet oħra interessati.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT

2.1.   L-GĦAN TAL-MIŻURA

(7)

L-awtoritajiet Ġermaniżi bi ħsiebhom jippromwovu l-iżvilupp reġjonali billi jipprovdu għajnuna reġjonali fil-forma ta' għotja diretta u primjum ta' investiment lil Porsche Leipzig GmbH u lil Dr. Ing. H.c. F. Porsche Aktiengesellschaft għall-produzzjoni ta' mudell ġdid ta' karozza. L-investment se jsir f'Leipzig, fis-Sassonja, li hija żona megħjuna skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE b'limitu massimu ta' għajnuna reġjonali standard għall-intrapriżi l-kbar ta' 20 % tal-ekwivalenti tal-għotja gross (EGĦĠ) għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2011 u t-30 ta' Ġunju 2014 (5).

2.2.   IL-BENEFIĊJARJU

(8)

Il-benefiċjarji tal-għajnuna huma Porsche Leipzig GmbH (iktar 'il quddiem “Porsche Leipzig”) u Dr. Ing. H.c. F. Porsche Aktiengesellschaft (minn hawn 'il quddiem “Porsche AG”). Porsche Leipzig hija sussidjarja ta' Porsche AG, li fiha nnifisha hija — sa mill-1 ta' Awwissu 2012 — sussidjarja totalment integrata ta' Volkswagen Aktiengesellschaft, u għalhekk tappartjeni lill-Grupp Volkswagen (minn hawn 'il quddiem “il-VW Group”).

(9)

Il-VW Group jimmanifattura l-karozzi li jvarjaw minn karozzi żgħar għal vetturi kummerċjali u lussużi. Fl-2013, il-VW Group ħaddem total ta' 106 fabbrika f'19-il pajjiż Ewropew u tmien pajjiżi oħra fl-Amerika, fl-Asja u fl-Afrika u kien jgħodd 572 800 impjegat. Fl-istess sena, il-VW Group wassal 9,7 miljun karozza lill-klijenti f'153 pajjiż, li jikkorrispondu għal sehem ta' 12,8 % tas-suq tal-karozzi tal-passiġġieri fid-dinja (6), u d-dħul tiegħu kien jammonta għal EUR 197 biljun.

(10)

Fl-2013, Porsche AG impjegat 19 456 persuna madwar id-dinja u pprovdiet 162 145 vettura ġdida lill-konsumaturi globalment. Id-dħul tagħha laħaq l-EUR 14,3 biljun fl-2013.

2.3.   IL-PROĠETT TA' INVESTIMENT

(11)

Il-proġett ta' investiment beda f'April 2011. It-tlestija kienet ippjanata għal Mejju 2014.

(12)

Il-proġett ta' investiment qed jimmira lejn estensjoni tal-impjant ta' produzzjoni eżistenti ta' Leipzig għall-manifattura ta' mudell ġdid ta' karozza tal-passiġġieri “Porsche Macan”. Dan il-mudell huwa vettura utilitarja sportiva/karozza tal-passiġġieri cross-over, li jappartjeni lis-segment B tal-klassifikazzjoni POLK (karozzi tal-passiġġieri ta' daqs medju/ta' klassi medja), u lis-Segment SUV D (Standard Sport Utility Vehicle) (Vettura Utilitarja Sportiva Standard) tal-klassifikazzjoni ISH Global Insight (7).

(13)

Il-proġett jinvolvi investimenti f'bini, makkinarju, tagħmir u assi intanġibbli, u jinkludi l-kostruzzjoni u t-tagħmir kif ukoll bini għal xogħol ta' żebgħa/verniċ, għall-produzzjoni tal-mudell il-ġdid. Peress li l-operazzjonijiet tal-impjant eżistenti f'Leipzig kien limitat s'issa għall-assemblaġġ tal-karozzi, l-investiment jikkostitwixxi titjib tas-sit għal impjant tal-manifattura tal-karozzi żviluppat b'mod sħiħ.

(14)

Il-kapaċità tal-produzzjoni maħluqa mill-proġett tammonta għal [40 000–100 000] (*) vettura fis-sena. Teknikament tkun possibbli kapaċità massima ta' [40 000–100 000] vettura. Dan jikkorrispondi għal […] vettura kuljum ikkalkulat fuq il-bażi ta' 235 jum ta' xogħol. Il-kapaċità sħiħa hija prevista li tintlaħaq fl-ewwel nofs tal-2014.

(15)

L-ispejjeż totali eliġibbli tal-investiment tal-proġett jammontaw għal EUR 550,08 miljun f'valur nominali. Fil-valur preżenti (8) dan l-ammont huwa ta' EUR 521,56 miljun. It-tabella t'hawn taħt tipprovdi t-tqassim tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-proġett skont is-sena u l-kategorija, kif notifikat:

Spejjeż eliġibbli tal-investiment (nominali f'miljuni ta' EUR)

Miljuni ta' EUR (aġġustati għad-dritt)

2011

2012

2013

2014

Totali

Bini

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Tagħmir Estern

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Makkinarju/Tagħmir

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Assi intanġibbli

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Totali

(…)

(…)

(…)

(…)

550,08

(16)

L-awtoritajiet Ġermaniżi kkonfermaw li assi ġodda biss se jkunu eliġibbli, u li l-assi intanġibbli jinkisbu minn partijiet terzi bil-prezz tas-suq.

2.4.   IL-FINANZJAMENT TAL-INVESTIMENT

(17)

L-awtoritajiet Ġermaniżi kkonfermaw li l-kontribuzzjoni tal-benefiċjarji stess, ħielsa minn kwalunkwe appoġġ pubbliku, taqbeż il-25 fil-mija tal-ispejjeż eliġibbli.

2.5.   IL-BAŻI ĠURIDIKA

(18)

Il-bażi ġuridika nazzjonali għal appoġġ finanzjarju hija kif ġej:

a.

primjum ta' investiment fuq il-bażi tal-“Investitionszulagengesetz 2010” (9);

b.

għotja diretta skont il-Koordinierungsrahmen der Gemeinschaftsaufgabe “Verbesserung der regionalen wirtschaftsstruktur (GA) 2009” (10).

2.6.   IL-MIŻURA TA' GĦAJNUNA

(19)

Il-benefiċjarju applika għall-għotja diretta fl-24 ta' Marzu 2011. Fid-29 ta' Marzu 2011 il-Bank ta' Żvilupp “Sächsische Aufbaubank” (minn hawn' il quddiem “SAB”) ikkonferma li l-benefiċjarju jkun fil-prinċipju intitolat li jikseb għotja diretta bħala inċentiv sabiex jitwettaq l-investiment. Il-primjum tal-investiment jingħata — f'dan il-każ, suġġetta għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni — taħt miżura fiskali li tistabbilixxi dritt ġuridiku għall-għajnuna skont il-kriterji oġġettivi u mingħajr eżerċizzju ulterjuri ta' diskrezzjoni mill-Istat Membru. Għalhekk, il-benefiċjarju ma kellux għalfejn japplika għall-primjum tal-investiment qabel il-bidu tax-xogħlijiet.

(20)

Il-Ġermanja beħsiebha tagħti għajnuna ta' EUR 43,67 miljun fil-valur preżenti. Peress li n-nefqa totali eliġibbli ppjanata fil-valur preżenti għall-proġett hija ta' EUR 521,56 miljun (EUR 550 miljun f'valur nominali), l-intensità ta' għajnuna proposta hija ta' 8,37 % Ekwivalenti tal-Għotja Gross (GGE).

(21)

Il-Ġermanja kkonfermat li l-għajnuna għall-proġett ma kinitx se tiġi kkombinata ma' għajnuna mogħtija għall-istess kostijiet eliġibbli minn sorsi oħra lokali, reġjonali, nazzjonali jew sorsi tal-Unjoni; u li la l-ammont massimu ta' għajnuna approvat fil-valur preżenti u lanqas l-intensità tal-għajnuna approvata ma huma se jinqabżu, jekk l-ammont ta' nefqa eliġibbli jkun iddevja mill-istima mogħtija fin-notifika.

(22)

Kemm l-għotja diretta kif ukoll il-primjum ta' investiment jingħataw bil-kundizzjoni li l-benefiċjarju jżomm l-investiment fiż-żona megħjuna għal perjodu minimu ta' ħames snin wara li jitlesta l-proġett ta' investiment.

2.7.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

(23)

L-awtoritajiet Ġermaniżi impenjaw ruħhom li jissottomettu lill-Kummissjoni:

fi żmien xahrejn mill-għoti tal-għajnuna, kopja tal-atti rilevanti dwar din il-miżura ta' għajnuna,

kull ħames snin, li jibdew mill-approvazzjoni tal-għajnuna mill-Kummissjoni, rapport intermedjarju (li jinkludi informazzjoni dwar l-ammonti tal-għajnuna li qed jitħallsu, dwar l-eżekuzzjoni tal-kuntratt tal-għajnuna u dwar kull proġett ieħor ta' investiment mibdi fl-istess stabbiliment/impjant),

fi żmien sitt xhur wara l-pagament tal-aħħar ħlas parzjali tal-għajnuna, rapport finali dettaljat ibbażat fuq l-iskeda tal-ħlas notifikata.

3.   RAĠUNIJIET GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI

(24)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni nnutat li l-proġett megħjun jirrispetta l-kriterji standard ta' kompatibilità stabbiliti fir-RAG, u li l-ammont u l-intensità tal-għajnuna proposta ma jaqbżux il-massimu permissibbli. Madankollu, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 68 tar-RAG, hija ma kinitx f'pożizzjoni li tikkonferma l-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern skont analiżi preliminari.

(25)

Il-paragrafu 68 tar-RAG jeħtieġ li l-Kummissjoni tiftaħ l-investigazzjoni formali u tipproċedi għal valutazzjoni dettaljata tal-effett ta' inċentiv, il-proporzjonalità, kif ukoll l-effetti pożittivi u negattivi tal-għajnuna, fejn is-sehem tas-suq tal-benefiċjarju fis-suq relevanti tal-prodott u ġeografiku jaqbeż il-25 % qabel jew wara l-investiment (minn hawn 'il quddiem jissejjaħ ukoll “il-paragrafu 68(a)-test”) jew meta l-kapaċità maħluqa mill-investiment taqbeż il-5 % ta' suq li huwa fi tnaqqis relattiv jew assolut (minn hawn 'il quddiem jissejjaħ ukoll “il-paragrafu 68(b)-test”).

(26)

Il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi, f'eżami preliminari li l-limitu tas-sehem mis-suq u l-livell limitu dwar iż-żieda fil-kapaċità permezz tal-investiment f'suq bi prestazzjoni dgħajfa ma nqabżux fis-swieq rilevanti.

(27)

B'mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-proposta tal-Ġermanja għad-definizzjoni tas-suq ta' prodotti rilevanti, jiġifieri li tieħu inkunsiderazzjoni jew is-suq globali tal-karozzi tal-passiġġieri mingħajr ebda segmentazzjoni, jew jekk is-segmentazzjoni titqies neċessarja, is-segment B biss skont il-klassifikazzjoni POLK. F'konformità ma' deċiżjoni preċedenti (11), il-Kummissjoni qieset li għal vetturi utilitarji sportivi, il-klassifikazzjoni IHS Global Insight tkun aktar xierqa. Il-Kummissjoni ma kinitx f'pożizzjoni li tikkonferma mingħajr dubju li jew is-swieq globali tal-karozzi tal-passiġġieri, jew is-segment B tal-klassifikazzjoni POLK biss, jew il-kategorija SUV-D tal-IHS Global Insight biss jistgħu jitqiesu bħala suq tal-prodott rilevanti mill-investiment. Għalhekk, il-Kummissjoni ħalliet id-definizzjoni preċiża tas-suq tal-prodott rilevanti miftuħa u kkunsidrat definizzjonijiet tas-suq alternattivi plawżibbli, li jikkonsistu fis-suq globali tal-karozzi tal-passiġġieri, fis-segment B tal-klassifikazzjoni POLK B u s-segment SUV-D tal-IHS Global Insight.

(28)

Il-Kummissjoni lanqas ma setgħet tieħu pożizzjoni finali dwar id-definizzjoni tas-suq ġeografiku. Hija ma setgħetx tikkonkludi jekk is-suq ġeografiku huwiex wiesa' daqs iż-Żona Ekonomika Ewropea (minn hawn 'il quddiem “ŻEE”), jew, kif suġġerit mill-Ġermanja, jekk jikkonsistix mis-suq globali, jew tal-inqas mis-suq kombinat taż-ŻEE u tal-Amerika ta' Fuq.

(29)

L-analiżi skont il-paragrafu 68 (a) tar-RAG (“it-test dwar is-sehem mis-suq”) wasslet għall-konklużjoni li l-limitu applikabbli ta' 25 % tas-sehem mis-suq jinqabeż fis-segment B tal-klassifikazzjoni POLK fis-suq ġeografiku taż-ŻEE (12).

(30)

L-analiżi skont il-paragrafu 68(b), applikata għas-suq taż-ŻEE, wriet li għas-segment SUV-D tal-IHS Global Insight, iż-żieda tal-kapaċità maħluqa mill-proġett, li tammonta għal […] %, teċċedi sostanzjalment il-limitu applikabbli ta' 5 %, filwaqt li s-suq innifsu kien ta' prestazzjoni dgħajfa fil-perjodu ta' referenza rilevanti. Bejn l-2005 u l-2010, ir-rata medja ta' tkabbir annwali (CAGR) tal-konsum apparenti tal-prodott ikkonċernat fiż-ŻEE kienet ta' – 0,9 %, meta mqabbla mar-rata medja ta' tkabbir annwali tal-PGD fiż-ŻEE, li kienet ta' 1,62 % (13).

(31)

Peress li l-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi li l-limiti stabbiliti fil-paragrafu 68(a) u (b) tar-RAG ma kinux inqabżu, hija ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura ta' investigazzjoni formali. B'mod partikolari, hija sostniet li jekk il-kummenti li waslu bi tweġiba għall-ftuħ tal-investigazzjoni formali mhux se jippermettu lill-Kummissjoni tikkonkludi mingħajr ebda dubju li l-limiti rilevanti ma għandhomx jinqabżu, hija twettaq valutazzjoni dettaljata tal-proġett ta' investiment fuq il-bażi tal-Kriterji ta' prova. Il-Ġermanja u l-partijiet terzi interessati ġew mistiedna jissottomettu l-kummenti tagħhom.

4.   KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI

(32)

Ma tressqu l-ebda kummenti minn partijiet terzi interessati.

5.   KUMMENTI MILL-ĠERMANJA

5.1.   IS-SUQ TAL-PRODOTTI INKWISTJONI

(33)

Il-Ġermanja żammet il-pożizzjoni tagħha li s-segment B tal-klassifikazzjoni POLK jirrappreżenta definizzjoni xierqa tas-suq tal-prodott rilevanti, izda ma ppreżentat l-ebda argument addizzjonali.

5.2.   IS-SUQ ĠEOGRAFIKU RILEVANTI

(34)

Il-Ġermanja tibqa' tal-fehma li s-suq globali, jew tal-inqas is-suq kombinat taż-ŻEE u tal-Amerika ta' Fuq, għandu jitqies bħala s-suq ġeografiku rilevanti. Il-Ġermanja targumenta li din l-opinjoni hija barra minn hekk sostnuta mill-fatt li s-suq dinji huwa moqdi minn sit wieħed biss ta' produzzjoni.

5.3.   VALUTAZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA TA' GĦAJNUNA

(35)

Il-Ġermanja pprovdiet l-informazzjoni li ġejja sabiex tippermetti lill-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni dettaljata.

5.3.1.   Effetti pożittivi tal-għajnuna

(36)

Il-Ġermanja tqis li l-investiment jikkontribwixxi għall-iżvilupp reġjonali ta' Leipzig u tas-Sassonja għar-raġunijiet li ġejjin:

Il-proġett ta' investiment se jiżgura 833 impjieg u 29 kariga ta' apprentisti u se joħloq 1 040 impjieg ġdid u 30 pożizzjoni ta' apprendisti ġdid.

Barra minn hekk, għadd kbir ta' impjiegi indiretti se jinħolqu mill-fornituri u mill-provdituri tas-servizzi fir-reġjun. Il-multiplikatur tal-impjiegi huwa ta' 2,5 (14), li jfisser li madwar 2 700 impjieg indirett addizzjonali huma mistennija li jinħolqu. Għadd kbir minn dawn l-impjiegi huma mistennija li jinħolqu fl-istabbiliment tal-benefiċjarju tal-għajnuna jew fil-viċinanza immedjata tiegħu. Huma mistennija li jinħolqu madwar 750 impjieg ġdid bejn l-2012 u l-2015 fl-oqsma tal-provvisti, tat-teknoloġija tat-trasport u tal-imballaġġ biss.

Il-benefiċjarju tal-għajnuna huwa involut b'mod attiv f'diversi inizjattivi ta' netwerks jew raggruppamenti li jippromwovu l-iżvilupp tal-industrija tal-karozzi fir-reġjun (eż. l-Initiative Automotive Cluster Ostdeutschland, AOCD).

Il-benefiċjarju huwa attiv ħafna fil-qasam tat-taħriġ bażi u kontinwu għall-impjegati tiegħu. Barra milli jirrekluta persunal bi kwalifiki għolja, huwa jappoġġja taħriġ regolari (intern u estern) għall-impjegati tiegħu.

5.3.2.   L-adegwatezza tal-għajnuna

(37)

Il-Ġermanja tinnota li l-Kummissjoni diġà aċċettat fil-kawża Dell Products Poland (15) li l-għajnuna mill-Istat, fost miżuri oħra, hija mezz xieraq biex tippromwovi l-iżvilupp reġjonali ta' reġjuni fejn il-PDG per capita u l-livelli tal-pagi huma aktar baxxi mill-medja nazzjonali, u fejn ir-rata ta' qgħad hija ogħla mill-medja nazzjonali. Il-PDG per capita fis-Sassonja kien ta' 73 % mill-medja Ġermaniża fl-2011. Ir-rata tal-qgħad kienet madwar 50 % ogħla mill-medja Ġermaniża fl-2011, u l-abitanti tar-reġjun kellhom introjtu disponibbli medju li kien jammonta għal 82 % mill-medja Ġermaniża matul il-perjodu 2007-2009 (16).

(38)

Għalhekk, il-Ġermanja tqis li l-għajnuna nnotifikata hija strument adatt biex jintlaħqu l-objettivi ta' koeżjoni tagħha.

5.3.3.   Effett ta' inċentiv/Ix-xenarju kontrofattwali

(39)

Il-Ġermanja toffri informazzjoni biex tipprova li l-għajnuna taqa' taħt ix-Xenarju 2 tal-Kriterji ta' prova, billi tipprovdi inċentiv lill-benefiċjarju biex iwettaq l-investiment sħiħ fl-impjant ta' Leipzig aktar milli tillokalizzah parzjalment fil-[lokalità 1 fil-Ġermanja] u parzjalment f'Leipzig (il-kostruzzjoni tal-karozzerija u xogħol ta' żebgħa f'impjant eżistenti tal-Volkswagen fil-[lokalità 1 fil-Ġermanja], u l-assemblaġġ fl-impjant ta' Leipzig). B'mod partikolari, il-Ġermanja pprovdiet dokumenti tal-kumpanija kontemporanji u ġenwini rilevanti, li jispjegaw id-diversi stadji ta' Porsche AG fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-post tal-investiment. Il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet huwa deskritt hawn taħt.

Il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-benefiċjarju

(40)

Id-deċiżjoni dwar l-investiment u l-lokalità fir-rigward tal-proġett ta' Macan ittieħdet f'Marzu 2011. Matul il-perjodu preparatorju u tat-teħid tad-deċiżjonijiet, minkejja l-fatt li Porsche Automobile Holding SE u Volkswagen AG kienu diġà qablu dwar il-ħolqien ta' grupp integrat għall-bini ta' vetturi fl-2009, il-korpi rilevanti ta' Porsche AG ħadu d-deċiżjonijiet kollha rilevanti għall-kumpanija kompletament b'mod awtonomu, mingħajr l-involviment tal-bordijiet u tal-kumitati tal-VW Group.

(41)

Skont ir-regoli applikabbli ta' proċedura tal-bord eżekuttiv ta' Porsche AG, id-deċiżjonijiet (inklużi d-deċiżjonijiet dwar l-għażla tal-post) għat-tnedija ta' prodotti ġodda (mudelli) kellhom l-ewwel jiġu ppreżentati lill-kumitat tal-prodotti tal-bord eżekuttiv ta' Porsche AG (Vorstandsausschuss Produkte, minn hawn 'il quddiem “VAP”), u jiġu approvati mill-bord superviżorju ta' Porsche AG (Aufsichtsrat, minn hawn' il quddiem “AR”).

(42)

Id-deċiżjoni dwar l-investiment u l-lokalità tal-proġett ta' Macan ittieħdet f'diversi stadji fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet. F'kull stadju, tħejjew u ġew ikkunsidrati kalkoli komparattivi għal xenarji differenti ta' produzzjoni f'lokalitajiet differenti fil-Ġermanja.

(43)

Il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet — kif deskritt hawn taħt — beda f'Ottubru 2010 u tlesta fil-15 ta' Marzu 2011 bid-deċiżjoni tal-AR favur il-lokalità ta' Leipzig, meħuda taħt il-kundizzjoni li l-għajnuna mill-Istat tkun disponibbli għall-investiment f'dik il-lokalità.

(44)

Fl-istadji bikrin tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet l-Alternattivi minn 1 sa 4 biss deskritti hawn taħt ġew ikkunsidrati; L-Alternattiva 5 (17) ġiet introdotta ftit aktar tard u ppreżentata lill-VAP fit-22 ta' Novembru 2010.

Alternattiva

Deskrizzjoni tal-Alternattivi

1.

[Lokalità 2 fil-Ġermanja]

Il-produzzjoni u t-twassil tal-vettura kollha kemm hi mil-[Lokalità 2 fil-Ġermanja]

2.

[Lokalità 2 fil-Ġermanja]/Porsche Leipzig

Il-kostruzzjoni tal-karozzeriji/xogħol ta' żebgħa fil-[Lokalità 2 fil-Ġermanja], imbagħad it-trasport tal-karozzeriji miżbugħin lejn Leipzig għall-assemblaġġ u t-twassil

3.

[Lokalità 1 fil-Ġermanja]/Porsche Leipzig

Il-kostruzzjoni tal-karozzeriji/xogħol ta' żebgħa fil-[Lokalità 1 fil-Ġermanja], imbagħad it-trasport tal-karozzeriji miżbugħin lejn Leipzig għall-assemblaġġ u t-twassil

4.

[Lokalità 3 fil-Ġermanja]

Il-produzzjoni u t-twassil tal-vettura kollha kemm hi mil-[Lokalità 3 fil-Ġermanja]

5.

Porsche Leipzig

Il-produzzjoni u t-twassil tal-vettura kollha kemm hi minn Leipzig.

(45)

Il-Ġermanja spjegat, fuq il-bażi ta' dokumenti tal-kumpanija, li matul il-fażi tal-ippjanar u t-teħid tad-deċizjonijiet saru diversi kalkoli tal-ispejjeż tal-produzzjoni attribwibbli għal-lokalità sabiex jinkiseb l-istess livell ta' preċiżjoni għal kull Alternattiva. Għalhekk, ix-xenarju ta' referenza — jiġifieri l-Alternattiva preferuta f'ħin partikolari — kienet qed tinbidel matul il-proċess tat-teħid ta' deċiżjoni (18).

(46)

Billi Porsche Leipzig kellha inqas ħin mil-lokalitajiet l-oħra biex tagħmel kalkoli tal-istess ambitu, u, billi l-operazzjonijiet tagħha kienu limitati għall-assemblaġġ, ma kellhiex esperjenza fl-ippjanar dettaljat tal-ispejjeż għal investimenti strutturali, bħall-kostruzzjoni u l-infrastruttura fl-oqsma taż-żebgħa u tal-kostruzzjoni tal-karozzeriji. Il-laqgħa tal-VAP tal-[2010] li aċċettat l-Alternattiva 5 bħala x-xenarju ta' referenza, talbet il-preżentazzjoni ta' pjan aktar dettaljat minn Porsche Leipzig.

(47)

Matul din il-fażi ta' ppjanar dettaljat ulterjuri, deher ċar li l-vantaġġ fil-kost preżunt fil-bidu fir-rigward tal-Alternattiva 5 fuq l-Alternattiva 3 kien qed jonqos b'mod kostanti, u spiċċa biex sfaxxa fix-xejn, meta ġew identifikati spejjeż ta' investiment addizzjonali li rriżultaw fi żvantaġġ ċar fil-kost meta mqabbel mal-Alternattiva 3. Madankollu l-istimi tal-ispejjeż tal-Alternattivi 3 u 5 xorta kienu aktar baxxi b'mod sinifikanti minn dawk tal-Alternattivi l-oħra.

(48)

Il-ġestjoni ta' Porsche Leipzig bdiet tinvestiga l-possibbiltà li tuża l-għajnuna mill-Istat biex jitnaqqas l-iżvantaġġ fil-kost, u kkuntattjat lill-Ministeru tal-Ekonomija, tax-Xogħol u t-Trasportazzjoni tas-Sassonja (minn hawn 'il quddiem “SMWA”).

(49)

Fl-ittra tagħha tal-25 ta' Frar 2011, Porsche Leipzig talbet lill-SMWA jeżamina l-possibbiltà li tingħata l-għajnuna għall-investiment ippjanat. Din l-ittra saħqet li, sa issa, l-ebda deċiżjoni dwar il-lokalità ma kienet ittieħdet u li l-għajnuna mill-Istat intalbet biex tagħmel tajjeb għall-iżvantaġġi tal-lokalità ta' Leipzig. L-idea ġenerali u l-ambitu tal-proġett ta' investiment ġew ippreżentati lil SMWA f'laqgħa fit-28 ta' Frar 2011.

(50)

Il-VAP, fil-laqgħa tiegħu tal-[2011] ippreskriva lil Porsche Leipzig sabiex tidentifika l-iffrankar addizzjonali sabiex l-Alternattiva 5 tkun tista' tibqa' kompetittiva mal-Alternattiva 3.

(51)

Permezz ta' ittra tad-9 ta' Marzu 2011, l-SMWA assigura lil Porsche Leipzig li kien se jappoġġa l-proġett ta' investiment għall-produzzjoni sħiħa ta' Macan f'Leipzig, jekk kellhom jintlaħqu l-kundizzjonijiet fis-seħħ biex tingħata l-għajnuna reġjonali.

(52)

Bħala riżultat ta' kalkoli dettaljati, it-tqabbil ta' hawn taħt tal-ispejjeż tal-produzzjoni attribwibbli lil-lokalità qabel l-għajnuna potenzjali mill-Istat, kien ippreżentat lill-AR fil-15 ta' Marzu 2011:

Alternattivi

L-ispejjeż ta' produzzjoni marbuta mal-lokalità f'EUR miljun mingħajr għajnuna mill-15 ta' Marzu 2011

3.

[Lokalità 1 fil-Ġermanja/Porsche Leipzig

[…]

5.

Porsche Leipzig

[…]

(53)

Għalhekk, fl-assenza tal-għajnuna, l-Alternattiva 5 wriet żvantaġġ ta' EUR 65 miljun meta mqabbla mal-Alternattiva 3.

(54)

L-istess bħal fl-Alternattiva 5, l-ispejjeż totali tal-investiment jaqgħu fuq Leipzig, u l-ispejjeż totali tal-investiment tal-prodotti u tal-infrastruttura ta' EUR 550 miljun jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli għall-għajnuna reġjonali. Għalhekk, jekk l-investiment kien konformi mal-kundizzjonijiet fis-seħħ għall-għoti ta' għajnuna reġjonali, l-ammont ta' għajnuna potenzjali seta' jkun ta' EUR 47,5 miljun. Għalhekk, l-ispejjeż tal-produzzjoni nett (wara l-għajnuna) għal Alternattiva 5 jonqsu minn EUR […] miljun għal EUR […] miljun.

(55)

Taħt l-Alternattiva 3, parti żgħira tal-ispejjeż totali tal-investiment (għall-assemblaġġ) taqa' fuq Leipzig, li tista' tkun eliġibbli għall-għajnuna reġjonali għal ammont ta' madwar EUR 10,02 miljun. L-impjant tal-[lokalità 1 fil-Ġermanja] ma jinstabx f'reġjun assistit; għalhekk mhuwiex eliġibbli għall-għajnuna reġjonali. L-ispejjeż netti tal-produzzjoni (wara l-għajnuna) għall-Alternattiva 3 jonqsu minn EUR […] miljun għal EUR […] miljun.

(56)

Kif miġbur fil-qosor fit-tabella ta' hawn taħt, meta l-għajnuna hija kkunsidrata, l-iżvantaġġ tal-Alternattiva 5 meta mqabbla mal-Alternattiva 3 jaqa' minn EUR 65 miljun għal EUR 27,52 miljun (is-sitwazzjoni f'Marzu 2011).

 

Alternattiva 3

Alternattiva 5

L-ispejjeż tal-produzzjoni mingħajr l-għajnuna mill-Istat

EUR […] miljun

EUR […] miljun

Żvantaġġ tal-Alternattiva 5 meta mqabbla mal-Alternattiva 3 mingħajr l-għajnuna

EUR 65 miljun

Għajnuna mill-Istat

EUR 10,02 miljun

EUR 47,5 miljun

L-ispejjeż tal-produzzjoni waqt li titqies l-għajnuna

EUR […] miljun

EUR […] miljun

Żvantaġġ tal-Alternattiva 5 meta mqabbla mal-Alternattiva 3 waqt li titqies l-għajnuna

EUR 27,52 miljun

(57)

Il-Ġermanja spjegat li, minbarra l-iżvantaġġ fil-kost kwantifikat ta' EUR 27,52 miljun, tqiesu xi kriterji kwalitattivi li kienu favur l-Alternattiva 5:

L-ewwel, id-dejta empirika mill-industrija tal-karozzi turi li l-produzzjoni sħiħa f'lokalità waħda meta mqabbla ma' sitwazzjoni fejn il-produzzjoni tal-karozzeriji u x-xogħol taż-żebgħa jsiru f'post wieħed, u l-assemblaġġ isir f'ieħor, timminimizza ċerti riskji pereżempju minħabba t-trasport.

It-tieni, il-produzzjoni kollha f'lokalità waħda tippermetti proċess dinamiku ta' disinn, li jista' jiżgura proċess ta' produzzjoni mill-aqwa.

It-tielet, in-nuqqasijiet potenzjali jew żbalji jistgħu jiġu identifikati u eliminati aktar malajr jekk il-produzzjoni kollha ssir f'post wieħed. L-esperjenza turi li r-rati ta' żbalji b'mod ġenerali jistgħu jitnaqqsu jekk l-impjegati li jaħdmu fi stadji differenti tal-proċess ta' produzzjoni jkunu jistgħu jikkooperaw fl-istess post.

Ir-raba', ir-reputazzjoni tat-trade mark hija wkoll fattur deċiżiv. Is-sit tal-[lokalità 1 fil-Ġermanja] jipproduċi prinċipalment vetturi […], filwaqt li Macan għandha tiġi pożizzjonata bħala vettura ta' primjum.

(58)

Fuq il-bażi ta' dawn il-kalkoli u l-kunsiderazzjonijiet, is-CFO ta' Porsche AG ħabbar fil-laqgħa AR tal-15 ta' Marzu 2011 l-intenzjoni tal-kumpanija tiegħu li tapplika għal għajnuna reġjonali mill-Istat għall-espansjoni tal-impjant ta' produzzjoni ta' Leipzig. Kif dokumentat fil-minuti tal-laqgħa AR tal-15 ta' Marzu 2011, huwa sostna li d-deċiżjoni finali dwar il-lokalità tal-investiment Macan għandha għalhekk tiddependi fuq id-disponibbiltà tal-għajnuna.

(59)

B'reazzjoni għal din id-dikjarazzjoni, AR approva l-Alternattiva 5 (produzzjoni sħiħa f'Leipzig) bil-kundizzjoni li l-għajnuna mill-Istat tkun disponibbli.

(60)

Wara d-deċiżjoni kondizzjonali tal-AR fil-15 ta' Marzu 2011, Porsche Leipzig applikat formalment għall-għajnuna reġjonali diskrezzjonali minn fondi ta' “Skema Konġunta għat-Titjib tal-Istrutturi Ekonomiċi Reġjonali” (GRW). L-applikazzjoni għall-għajnuna ġiet sottomessa lis-SAB fl-24 ta' Marzu 2011. Għall-konċessjoni tal-investiment jeżisti intitolament legali, li f'dan il-każ huwa suġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni. L-ebda applikazzjoni ex ante ma hija meħtieġa, iżda l-ammont mistenni tal-konċessjoni tal-investiment għandu jkun indikat fl-applikazzjoni għall-għajnuna diskrezzjonali sabiex jiġi żgurat ir-rispett tal-limitu massimu tal-għajnuna.

(61)

Fid-29 ta' Marzu 2011, SAB ikkonfermat li l-proġett ta' investiment jissodisfa l-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà għas-sussidji.

(62)

Il-proġett ta' investiment beda f'April 2011.

(63)

It-tabella ta' hawn taħt tiġbor fil-qosor id-dettalji tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet bi stadji multipli:

Data

 

[2010]

Laqgħa tal-VAP:

L-Alternattivi minn 1 sa 4 biss huma ppreżentati

VAP japprova deċiżjoni biex jiġu elaborati aktar l-Alternattivi minn 1 sa 4

L-Alternattiva 1 hija magħżula bħala x-xenarju ta' referenza

[2010]

Laqgħa tal-VAP:

L-Alternattivi minn 1 sa 5 huma ppreżentati

L-Alternattiva 3 tintgħażel bħala x-xenarju ta' referenza

[2010]

Laqgħa tal-AR:

L-AR jiddeċiedi li jimplimenta l-proġett ta' Macan

Id-deċiżjoni dwar il-lokalità għadha miftuħa, l-AR jitlob lill-VAP jipproponi lokalità

L-AR jilqa' l-Alternattiva 5

[2010]

Laqgħa tal-VAP:

Il-ħames alternattivi ta' lokalitajiet ta' produzzjoni għadhom disponibbli kollha

Il-VAP jitlob elaborazzjoni ulterjuri tal-ippjanar tal-Alternattiva 5

L-Alternattiva 5 tintgħażel bħala x-xenarju ta' referenza

[2011]

Laqgħa tal-VAP:

VAP jikkonferma l-proposta tad-deċiżjoni li se tiġi ppreżentata lill-AR fil-laqgħa tal-AR li jmiss, li se jiddeċiedi dwar il-lokalità ta' produzzjoni

L-approvazzjoni tal-AR għadha meħtieġa.

fil-25 ta' Frar 2011

Ittra ta' Porsche Leipzig lill-SMWA:

li titlob lill-SMWA jeżamina l-possibbiltà li jagħti l-għajnuna għall-investiment ippjanat.

[qabel il-15 ta' Marzu 2011]

Laqgħa tal-VAP:

VAP jikkonferma l-istimi tal-ispejjeż għall-Alternattiva 5

VAP jitlob għall-ekonomizzar

fid-9 ta' Marzu 2011

L-ittra tal-SMWA tikkonferma t-tħejjija ta' dan tal-aħħar biex isostni l-proġett:

L-SMWA jikkonferma li huwa jappoġġja l-proġett ta' investiment għall-produzzjoni sħiħa ta' Macan f'Leipzig jekk dan jissodisfa l-kundizzjonijiet fis-seħħ għall-għoti tal-għajnuna reġjonali

fil-15 ta' Marzu 2011

Laqgħa tal-AR:

L-AR japprova l-produzzjoni sħiħa ta' Macan f'Leipzig bil-kundizzjoni tad-disponibbiltà tal-għajnuna mill-Istat

fl-24 ta' Marzu 2011

Applikazzjoni formali ta' Porsche Leipzig għall-parti diskrezzjonali mill-għajnuna

fid-29 ta' Marzu 2011

Ittra ta' SAB:

tikkonferma li l-proġett ta' investiment jissodisfa l-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà għas-sussidji.

April 2011

Jinbeda x-xogħol fuq il-proġett ta' investiment

5.3.4.   Proporzjonalità tal-għajnuna

(64)

Fir-rigward tax-Xenarju 2 tal-paragrafu 22 tal-Kriterji ta' prova, miżura ta' għajnuna hija “meqjusa bħala proporzjonali jekk tkun ugwali għad-differenza bejn il-kostijiet netti tal-kumpanija benefiċjarja biex tinvesti fir-reġjun megħjun u l-kostijiet netti biex tinvesti fir-reġjun(i) alternattiv(i)”.(traduzzjoni mhux uffiċjali) Il-Ġermanja tosserva li l-kalkoli użati għall-effett ta' inċentiv jistgħu jintużaw ukoll bħala bażi sabiex tiġi evalwata l-proporzjonalità tal-għajnuna.

(65)

L-Alternattiva 5 għandha żvantaġġ fil-kost ta' EUR 65 miljun meta mqabbla mal-Alternattiva 3.

(66)

Minkejja massimu permissibbli ta' għajnuna ta' EUR 47,5 miljun (f'valur nominali), għad hemm żvantaġġ fil-kost ta' EUR 27,52 miljun għall-Alternattiva 5.

(67)

Għalhekk il-Ġermanja targumenta li, peress li l-għajnuna ma tikkumpensax bis-sħiħ l-iżvantaġġ tal-lokalità ta' Leipzig, ma hemm l-ebda kumpens żejjed. L-għajnuna hija għaldaqstant proporzjonata.

(68)

Il-Ġermanja tfakkar li fid-deċiżjoni tagħha dwar il-lokalità, Porsche AG tqis mhux biss il-kunsiderazzjonijiet finanzjarji, iżda wkoll il-kriterji kwalitattivi mhux kwantifikabbli.

5.3.5.   Effetti negattivi tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ

(69)

Il-Ġermanja tenfasizza li l-għajnuna reġjonali sservi biss biex tikkumpensal-iżvantaġġ tal-lokalità f'Leipzig, jiġifieri bħala kumpens għall-ispejjeż addizzjonali tal-produzzjoni sħiħa fil-lokalità ta' Leipzig meta mqabbla max-xenarju tal-produzzjoni għall-kostruzzjoni tal-karozzeriji u x-xogħol ta' żebgħa fl-impjant tal-[lokalità 1 fil-Ġermanja] b'konsenja ta' karozzeriji miżbugħa lejn Leipzig għall-assemblaġġ. Minħabba li l-għajnuna hija proporzjonata, l-għajnuna ma għandha l-ebda effett fuq il-kompetizzjoni. L-investiment fil-proġett ta' Macan, u l-effetti li jirriżultaw minnu fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ, kienu se jkunu preżenti f'kull każ.

(70)

Għalhekk, il-Ġermanja tqis li l-għajnuna hi konformi mal-paragrafu 40 tal-Kriterji ta' prova u ma għandha l-ebda effett negattiv fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ.

6.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA TA' GĦAJNUNA U L-KOMPATIBBILTÀ

6.1.   EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA

(71)

L-appoġġ finanzjarju se jingħata mill-awtoritajiet Ġermaniżi fil-forma ta' għotja diretta u primjum ta' investiment. L-appoġġ huwa b'hekk mogħti minn Stat Membru u permezz ta' riżorsi tal-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(72)

Peress li l-għajnuna tingħata lis-sussidjarji ta' grupp wieħed ta' kumpaniji, lill-VW Group, il-miżura hija selettiva.

(73)

L-appoġġ finanzjarju previst se jeħles lill-benefiċjarji minn spejjeż li normalment kien se jkollhom iġarrbu huma stess. Għalhekk, huma jibbenefikaw minn vantaġġ ekonomiku fuq il-kompetituri tagħhom.

(74)

L-appoġġ finanzjarju previst se jingħata għal investiment fis-settur tal-karozzi; billi l-karozzi huma nnegozjati bejn l-Istati Membri, dan l-appoġġ x'aktarx jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(75)

Peress li l-miżura tiffavorixxi l-produzzjoni tal-VW Group, il-kompetizzjoni hija mfixkla qed tiġi mhedda li tkun mfixkla.

(76)

Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

6.2.   IL-LEGALITÀ TAL-MIŻURA TAL-GĦAJNUNA

(77)

Billi l-awtoritajiet Ġermaniżi nnotifikaw il-miżura tal-għajnuna qabel id-dħul fis-seħħ tagħha, dawn irrispettaw l-obbligu tagħhom skont l-Artkolu 108(3) tat-TFUE u r-rekwiżit tan-notifika individwali espress fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 (19), u fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 (20).

6.3.   IL-BAŻI ĠURIDIKA GĦALL-VALUTAZZJONI

(78)

L-għan tal-għajnuna huwa l-promozzjoni tal-iżvilupp reġjonali. Billi l-awtoritajiet Ġermaniżi impenjaw ruħhom li jagħtu l-għajnuna qabel l-1 ta' Lulju 2014 (suġġetta għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, jekk għadha mhijiex disponibbli), il-bażi għall-evalwazzjoni tal-kumpatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern huma l-Linji gwida għall-Għajnuna Reġjonali, kif estiżi mill-paragrafu 186 tal-Linji gwida dwar l-Għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (21) sat-30 ta' Ġunju 2014. Id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 4.3 tar-RAG, li jitrattaw proġetti ta' investimenti kbar huma partikolarment rilevanti għall-finijiet ta' din l-evalwazzjoni. Jekk il-Kummissjoni ma tkunx tista' tistabbilixxi mingħajr dubji fl-investigazzjoni formali li l-limiti stabbiliti fil-paragrafu 68 (a) (“it-test dwar is-sehem tas-suq”) u l-paragrafu 68(b) (“it-testijiet taż-żieda fil-kapaċità u tal-prestazzjoni tas-suq”) tar-RAG ma jinqabżux, huwa meħtieġ li wieħed jipproċedi għal evalwazzjoni dettaljata li għandha titwettaq fuq il-bażi ta' kriterji stabbiliti fil-Kriterji ta' prova.

(79)

Il-Kummissjoni trid twettaq il-valutazzjoni tagħha fi tliet stadji:

l-ewwel, trid tikkonferma li l-miżura hija kompatibbli mad-dispożizzjonijiet ġenerali tar-RAG,

it-tieni, trid tivverifika jekk tistax teskludi mingħajr dubju li “t-test dwar is-sehem tas-suq” u “t-testijiet taż-żieda fil-kapaċità u tal-prestazzjoni tas-suq” skont il-paragrafu 68(a) u (b) tar-RAG (“it-testijiet tal-paragrafu 68(a) u (b)”) ma jeħtiġux evalwazzjoni dettaljata,

it-tielet, skont ir-riżultat tal-valutazzjoni fit-tieni fażi, għandha mnejn ikollha twettaq evalwazzjoni dettaljata.

6.4.   KOMPATIBBILTÀ TAL-MIŻURA MA' KRITERJI STANDARD TA' KOMPATIBILITÀ TAR-RAG

(80)

Il-Kummissjoni diġà stabbiliet fil-premessa 36 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ li l-għajnuna tissodisfa l-kriterji ġenerali ta' kompatibilità tar-RAG. L-investigazzjoni formali ma sabet l-ebda element li jista' jitfa' dubju fuq din il-valutazzjoni. Il-Kummissjoni tinnota b'mod partikolari dan li ġej:

Ma hemm l-ebda indikazzjoni li Porsche Leipzig, Porsche AG jew il-VW Group b'mod partikolari jkunu f'diffikultà finanzjarja, peress li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' kumpaniji f'diffikultà (22) mhumiex issodisfati. Għalhekk, il-grupp li lilu jappartjeni l-benefiċjarju tal-għajnuna huwa eliġibbli għall-għajnuna reġjonali.

L-għajnuna tingħata permezz tal-applikazzjoni ta' skemi ta' eżenzjoni ġenerali li jirrispettaw il-kriterji standard ta' kompatibilità tar-RAG.

B'mod partikolari, il-proġett iwassal għal diversifikazzjoni tal-produzzjoni ta' stabbiliment eżistenti, li tippermettilu jimmanifattura mudell ġdid ta' karozza tal-passiġġieri, il-Porsche Macan; huwa għalhekk investiment inizjali skont it-tifsira tal-paragrafu 34 tar-RAG.

L-ispejjeż eliġibbli għall-għajnuna għall-investiment huma definiti f'konformità mar-RAG.

Il-benefiċjarju għandu wkoll l-obbligu li jżomm l-investiment fir-reġjun għal mill-inqas ħames snin wara t-tlestija tal-proġett.

Il-benefiċjarju jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta' mill-inqas 25 % tal-ispejjeż eliġibbli f'forma li tkun ħielsa minn kull appoġġ pubbliku.

In-nefqa totali eliġibbli ppjanata għall-proġett hija ta' EUR 521 559 981,66 fil-valur preżenti (bi skont sad-data tan-notifika). Ma hemm l-ebda indikazzjoni li, fil-passat, il-benefiċjarju rċieva għajnuna reġjonali għall-investiment għal proġetti ta' investiment aktar bikrija li setgħu bdew matul il-perjodu ta' tliet snin qabel ma nbeda x-xogħol fuq dan l-investiment. Għaldaqstant, dan l-investiment ma jikkostitwixxix proġett ta' investiment wieħed, skont it-tifsira tal-paragrafu 60 tar-RAG, ma' proġetti ta' investiment preċedenti bħal dawn.

Skont il-mekkaniżmu ta' tnaqqis stabbilit fil-paragrafu 67 tar-RAG, in-nefqa eliġibbli mġarrba twassal għal intensità massima ta' għajnuna permissibbli ta' 8,37 % tal-GGE (Ekwivalenti tal-Għotja Gross) għall-proġett.

Peress li l-intensità tal-għajnuna proposta (EUR 43 666 078,75 f'valur preżenti) ma taqbiżx il-massimu permess tal-intensità tal-għajnuna, u l-għajnuna notifikata ma għandhiex tingħata flimkien ma' għajnuna reġjonali għall-investiment ulterjuri, l-intensità tal-għajnuna proposta għall-proġett hija konformi mar-RAG.

(81)

Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni tqis li kriterji standard ta' kompatibilità tal-RAG huma ssodisfati.

6.5.   L-APPLIKAZZJONI TAT-TESTIJIET STABBILITI FID-DISPOŻIZZJONIJIET TAL-PARAGRAFU 68 TAR-RAG

(82)

Il-Kummissjoni indikat fil-paragrafu 78 tad-deċiżjoni tal-fluħ li jekk “il-kummenti li jaslu bi tweġiba għall-ftuħ tal-investigazzjoni formali ma jippermettux lill-Kummissjoni tikkonkludi mingħajr ebda dubju li l-limiti stabbiliti fit-testijiet tal-paragrafu 68(a) u (b) ma jinqabżux, il-Kummissjoni se twettaq valutazzjoni dettaljata tal-proġett ta' investiment fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni rigward il-Kriterji għal Valutazzjoni Dettaljata tal-Għajnuna Reġjonali għal Proġetti Kbar ta' Investiment” (traduzzjoni mhux uffiċjali). Il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk il-kummenti li waslu jippermettux din il-konklużjoni.

(83)

Fil-kummenti tagħha, il-Ġermanja żammet il-pożizzjoni tagħha diġà espressa fid-deċiżjoni tal-ftuħ, mingħajr ma żiedet kummenti jew informazzjoni li ma kinux għadhom ġew ippreżentati fil-fażi ta' eżami preliminari. B'mod partikolari, il-Ġermanja sostniet il-pożizzjoni tagħha li s-suq tal-prodotti rilevanti għandu jkun definit bħala s-segment B tal-klassifikazzjoni POLK (u mhux bħala l-klassifikazzjoni SUV-D tal-IHS Global Insight), u li s-suq ġeografiku għandu jkun definit bħala li jinkludi mill-inqas is-suq maqgħud taż-ŻEE u tal-Amerika ta' Fuq (u mhux biss is-suq taż-ŻEE). Il-pożizzjoni fis-suq ġeografiku hija appoġġata b'mod partikolari mill-argument li s-suq dinji huwa moqdi minn lokalità waħda biss ta' produzzjoni.

(84)

Fir-rigward tas-suq tal-prodotti, il-Kummissjoni tikkunsidra dan li ġej: id-deċiżjoni li ssir valutazzjoni dettaljata ma tippreġudikax l-eżitu tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà dettaljata li tirriżulta. Madankollu, qabel ma tapprova l-għajnuna, il-Kummissjoni għandha tkun sodisfatta li l-kontribuzzjoni pożittiva li tirriżulta mill-miżura ta' għajnuna se tagħti kumpens f'kull każ lill-effetti negattivi tagħha fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni. Għalhekk, bl-għan li tiddeċiedi jekk għandhiex issir valutazzjoni dettaljata dwar il-kompatibilità ta' miżura ta' għajnuna, id-definizzjoni tas-suq tal-prodotti għandha tkun kemm jista' jkun dejqa, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tal-karozza li trid tiġi manifatturata.

(85)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni kkunsidrat li — sa fejn huma kkonċernati l-vetturi utilitarji sportivi — minħabba n-natura differenti tagħhom f'paragun ma' karozzi tal-passiġġieri “normali” fir-rigward tal-prezz, id-daqs u r-rendiment tal-magna, eċċ., il-klassifikazzjoni IHS Global Insight tkun aktar xierqa milli l-klassifikazzjoni offruta minn POLK u għalhekk għandha tiġi applikata lill-proġett inkwistjoni. Għall-istess raġunijiet, f'każ ieħor riċenti dwar vetturi utilitarji sportivi, il-Kummissjoni rreferiet għall-klassifikazzjoni rilevanti IHS Global Insight u mhux għas-segment B usa' tal-klassifikazzjoni POLK (23).

(86)

Il-Kummissjoni ssostni l-fehma tagħha li, għad-definizzjoni tas-suq tal-prodotti ta' vetturi utilitarji sportivi, il-klassifikazzjoni IHS Global Insight hija aktar rilevanti mis-segmentazzjoni li toffri POLK. Il-Ġermanja ma ppreżentat l-ebda argument addizzjonali li jikkontradixxi din l-opinjoni. L-argument li l-VW Group jopera l-ippjanar strateġiku fit-tul kollu tiegħu u janalizza fuq il-bażi konċettwali ta' POLK huwa irrilevanti f'dan il-kuntest. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tagħrif mingħand partijiet terzi waqt l-investigazzjoni formali li tkun tippermetti fehim aħjar tas-segmentazzjoni tas-suq dwar it-tip ta' karozza tal-passiġġieri inkwistjoni. Il-Kummissjoni għalhekk iżżomm l-approċċ tagħha li tħalli miftuħa d-definizzjoni eżatta tas-suq rilevanti tal-prodotti u li tapplika approċċ ta' definizzjonijiet tas-suq alternattivi plawżibbli, li jiddefinixxu s-segmenti individwali tal-karozzi (inklużi l-aktar segmentazzjoni dejqa li għaliha hemm dejta disponibbli) flimkien ma' segmenti magħquda bħala swieq tal-prodotti rilevanti plawżibbli (24), u skont ISH Global Insight, ma twarrabx is-segment SUV-D bħala segment tas-suq alternattiv plawżibbli.

(87)

Fir-rigward tas-suq ġeografiku, il-Kummissjoni ssostni l-valutazzjoni inizjali tagħha li s-suq rilevanti huwa ż-ŻEE jew suq ikbar; għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax teskludi li s-suq ġeografiku huwa limitat għas-suq taż-ŻEE.

(88)

Fid-deċiżjoni ta' ftuħ (il-paragrafu 58), il-Kummissjoni tirreferi għal żewġ investigazzjonijiet formali pendenti f'dak iż-żmien (25) li fihom hija eżaminat, għal ċerti segmenti tas-suq tal-karozzi, jekk is-suq ġeografiku rilevanti huwiex usa' miż-ŻEE. Skont il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni dettaljata li saret mis-servizzi tal-Kummissjoni, ma setax jiġi eskluż li s-suq ġeografiku relevanti għall-prodotti u l-perjodi ta' referenza kkonċernati ma kienx ikbar mis-suq taż-ŻEE. Peress li ż-żewġ Stati Membri kkonċernati mill-imsemmija deċiżjonijiet ta' ftuħ għażlu li jirtiraw in-notifiki tagħhom tal-għajnuna reġjonali qabel l-adozzjoni ta' deċiżjoni finali mill-Kummissjoni, il-konklużjonijiet tal-valutazzjonijiet dettaljati magħmula f'dawk il-każijiet ma setgħux jiġu kkonfermati f'deċiżjonijiet formali.

(89)

Il-Kummissjoni tqis li l-argumenti mressqa mill-Ġermanja fil-kuntest tal-investigazzjoni preliminari, u miżmuma mingħajr aktar elementi jew informazzjoni mressqa fil-kuntest tal-investigazzjoni formali, mhumiex biżżejjed biex itaffu t-tħassib li s-suq ġeografiku jista' jkun limitat għas-suq taż-ŻEE. B'mod partikolari, il-Kummissjoni tikkunsidra dan li ġej:

(90)

Il-fatt li l-produtturi tal-karozzi l-kbar huma internazzjonalment attivi u jinsabu f'kompetizzjoni globali mhuwiex biżżejjed prova li s-swieq individwali huma integrati u jikkostitwixxu suq dinji uniku (jew suq magħqud taż-ŻEE u tal-Amerika ta' Fuq). L-istess japplika għall-argument li l-akbar għaxar OEMs (Original Equipment Manufacturers) għandhom siti ta' manifattura u sistemi ta' distribuzzjoni madwar id-dinja kollha. Fil-fatt, il-Kummissjoni tqis li l-volatilità tar-rata tal-kambju tista' tissemma bħala fattur wieħed li wassal lill-OEMs biex jibnu impjanti ta' produzzjoni aktar qrib id-domanda reġjonali; u l-istess jgħodd għall-politiki ta' protezzjoni effettiva (tariffi għolja fuq l-importazzjonijiet ta' produtturi finali, tariffi baxxi fuq prodotti intermedji, li jagħtu inċentiv lill-produzzjoni lokali/assemblaġġ). It-tielet argument għall-eżistenza ta' strutturi ta' produzzjoni globalizzati, minkejja swieq li mhumiex integrati, huwa l-fatt li ċerti Stati jippermettu l-importazzjonijiet biss jekk l-impriżi konġunti għall-produzzjoni lokali jinħolqu b'mod parallel. Għalhekk, il-preżenza globali tal-operaturi l-kbar bħala manifatturi mhijiex fiha nnifisha indikazzjoni tal-eżistenza ta' suq globali (jew suq iktar wiesa' miż-ŻEE). Bl-istess mod, l-eżistenza ta' sistemi ta' distribuzzjoni li jestendu madwar id-dinja ma tikkostitwixxix prova li s-suq huwa globali (jew usa' miż-ŻEE) minn perspettiva ta' kompetizzjoni. Il-fatt li Porsche AG għandha l-ħsieb li sservi s-suq dinji minn lokalità waħda biss lanqas ma huwa suffiċjenti biex jappoġġa l-valutazzjoni li s-suq ġeografiku huwa usa' miż-ŻEE. Fil-fatt, is-suq SUV-D huwa relattivament żgħir meta mqabbel ma' segmenti tas-suq oħra, u l-ekonomiji ta' skala hawnhekk jistgħu jiffavorixxu l-approċċ ta' “lokalità waħda”. Billi l-mudell irid jinbiegħ taħt l-isem tal-Porsche, u l-kwalità għolja ta' karozzi lussużi prodotti minn Porsche AG hija sa issa, fid-dawl tal-klijenti tagħhom, marbuta mal-manifattura fil-Ġermanja, lokalità oħra ta' produzzjoni barra mill-Ġermanja tista' jkun ta' ħsara għall-istrateġija ta' kummerċjalizzazzjoni ta' suċċess. Il-Ġermanja tiġġustifika hija stess (ara l-premessa 57 hawn fuq) l-alternattiva ta' Leipzig minflok il-[lokalità 1 fil-Ġermanja] fost l-oħrajn, minħabba aspetti marbuta mal-isem tad-ditta.

(91)

Barra minn hekk, l-argument li livell għoli tal-flussi kummerċjali, pereżempju l-fatt li aktar minn 20 % tal-produzzjoni fiż-ŻEE tiġi esportata lejn is-suq tal-Amerika ta' Fuq, huwa insuffiċjenti bħala prova tal-eżistenza ta' suq globali (jew hawnhekk suq aktar wiesgħa minn dak taż-ŻEE). Il-Kummissjoni tikkunsidra li, għad li l-flussi kummerċjali jistgħu jagħtu kontribut fuq livell ta' integrazzjoni ta' żoni ġeografiċi differenti billi titqies l-importanza tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet fir-rigward tal-livelli tal-produzzjoni u l-konsum lokali, l-eżistenza tal-flussi kummerċjali fiha nfisha mhijiex prova suffiċjenti biex jitqies li jeżisti suq ġeografiku integrat. Fil-fatt, jista' jkun hemm ukoll trasportazzjoni bejn iż-ŻEE u reġjuni oħra, iżda dan ma jfissirx li s-swieq huma integrati fis-sens li l-kundizzjonijiet tas-suq (eż. l-prezzijiet) f'suq wieħed jinfluwenzaw il-kundizzjonijiet tas-suq fl-ieħor. Dan jgħodd b'mod partikolari fejn it-trasportazzjonijiet osservati huma relatati primarjament ma' trasportazzjonijiet mill-manifatturi stess, kuntrarju għat-trasportazzjonijiet minn importaturi u esportaturi indipendenti li jimpenjaw ruħhom f'arbitraġġ tal-prezzijiet. Il-prezz jista' jkun kompletament speċifiku għas-suq (eż. għoli f'suq wieħed, u baxx fl-ieħor), u mhux allinjat mal-kundizzjonijiet ta' suq integrat allegat. L-analiżi tal-flussi kummerċjali ma tindirizzax il-kwistjoni prinċipali fid-definizzjoni tas-suq, jiġifieri jekk l-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet jistgħux jegħlbu żieda fil-prezz fis-suq lokali. Il-Kummissjoni tinnota li l-Ġermanja ma resqitx aktar materjal empiriku li jista' jipprova l-eżistenza ta' ċaqliq korrelatat fil-prezzijiet, jew ir-reattività ta' importazzjonijiet netti għall-bidliet fil-prezzijiet relattivi. Il-materjal empiriku ppreżentat fil-każijiet ikkwotati preċedentement mhuwiex rilevanti għal din il-kawża, billi jirreferi għal segmenti tas-suq differenti (is-segment A skont il-klassifikazzjoni POLK) u għal perjodi ta' referenza differenti.

(92)

Il-Kummissjoni tinnota li Porsche AG għandha l-intenzjoni li tesporta parti sostanzjali mill-produzzjoni tagħha tal-Macan lejn iċ-Ċina. Din l-intenzjoni, bħala tali, ma tipprovax l-eżistenza ta' suq integrat.

(93)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-importanza tal-ostakoli kummerċjali qed tonqos maż-żmien. Madankollu, il-Kummissjoni hija konvinta li wieħed mill-fatturi ewlenin tal-produzzjoni barranija u d-deċiżjonijiet ta' rilokazzjoni tal-manifatturi tal-karozzi tal-UE huwa l-ostakoli għall-aċċess għas-swieq fis-swieq fil-mira. L-ostakoli ta' tariffi għoljin għadhom serjament ixxekklu l-aċċess għall-esportaturi tal-UE, speċjalment fl-Asja. L-ostakoli mhux tariffarji, inklużi r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni diskriminatorji u ta' piż, ir-rekwiżiti addizzjonali ta' ttestjar, it-taxxi tas-sisa eċċ., għandhom impatt qawwi fuq l-esportazzjonijiet tal-vetturi tal-UE lejn is-swieq tal-Ażja tax-Xlokk, is-swieq Ċiniżi u s-swieq tal-Amerika ta' Isfel. Il-Kummissjoni tammetti li l-Istati Uniti tal-Amerika huma bil-bosta l-aktar destinazzjoni importanti għall-esportazzjoni ġenerali tal-karozzi tal-UE. Madankollu, l-UE u l-Istati Uniti għandhom approċċi diverġenti qawwija għar-regolamentazzjoni u s-sorveljanza tas-suq. Tali diverġenza regolatorja hija probabbilment anki llum l-aktar ostaklu ta' aċċess sinifikanti għall-esportazzjonijiet tal-karozzi tal-UE lejn l-Istati Uniti.

(94)

Barra minn hekk il-Kummissjoni ħadet nota, kif kellha tagħmel, tal-argumenti mressqa fir-rigward tal-ispejjeż tat-trasport li qed jonqsu. Il-Kummissjoni mhijiex konvinta bis-sħiħ f'dan ir-rigward. L-iżviluppi tal-ġejjieni fir-rigward tat-tnaqqis fl-ispejjeż tat-trasport ma jistgħux jiġu kkonfermati b'mod ċar fis-sitwazzjoni ekonomika attwali fejn l-ispejjeż tal-fjuwil qed jiżdiedu. Għalhekk, it-tnaqqis imsemmi fl-ispejjeż futuri ma jistax jiġi kkunsidrat.

(95)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, u peress li l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda informazzjoni addizzjonali matul l-investigazzjoni formali li tippermettilha tikkonkludi li s-suq ġeografiku rilevanti huwa usa' miż-ŻEE, hija ssostni l-valutazzjoni tagħha li s-suq ġeografiku rilevanti — tkun xi tkun id-definizzjoni tas-suq tal-prodott magħżula — huwa jew iż-ŻEE jew suq akbar. Għal darb' oħra, il-Kummissjoni tenfasizza li hija obbligata tivverifika li l-kontribuzzjoni pożittiva li tirriżulta mill-miżura tal-għajnuna tagħti kumpens f'kull każ tal-effetti negattivi tagħha fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni. Għalhekk, bl-għan li tiddeċiedi jekk valutazzjoni dettaljata dwar il-kompatibilità ta' miżura ta' għajnuna għandhiex titwettaq jew le, id-definizzjoni tas-suq ġeografiku għandha tkun kemm jista' jkun dejqa, waqt li tqis il-karatteristiċi speċifiċi tal-karozza li trid tiġi manifatturata.

6.5.1.   Konklużjoni dwar it-test tas-sehem mis-suq (il-paragrafu 68(a) tar-RAG)

(96)

Il-Kummissjoni wettqet it-test stabbilit fil-punt 68(a) tar-RAG fis-swieq ġeografiċi u tal-prodotti plawżibbli kollha biex tivverifika jekk is-sehem mis-suq tal-benefiċjarju jaqbiżx il-25 % qabel u wara l-investiment.

(97)

Fid-dawl tal-fatt li l-ebda suq tal-prodotti u ġeografiku rilevanti ma seta' jiġi stabbilit, ir-riżultati tas-swieq plawżibbli kollha kellhom jiġu kkunsidrati. Is-sehem mis-suq tal-VW Group fis-segment B tal-klassifikazzjoni POLK fiż-ŻEE jippreżenta [> 25] % fis-snin kollha bejn l-2010 u l-2015. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-limitu stabbilit fil-paragrafu 68(a) jinqabeż. Madankollu, għas-suq tal-prodotti SUV-D, is-sehem mis-suq ma jinqabeż għall-ebda wieħed mis-swieq ġeografiċi possibbilment plawżibbli (iż-ŻEE, ŻEE+ l-Amerka ta' Fuq, is-suq globali).

6.5.2.   Konklużjoni dwar il-kapaċità tal-produzzjoni f'suq bi prestazzjoni dgħajfa tat-test (il-paragrafu 68(b) tar-RAG)

(98)

Wara li kkunsidrat il-fatt li ma setax jiġi stabbilit liema mis-swieq seta' jitqies bħala s-suq rilevanti tal-prodotti, jekk huwiex is-suq tal-karozzi ġenerali mingħajr l-ebda segmentazzjoni, jew is-segment B tal-klassifikazzjoni POLK biss, jew is-segment SUV-D tal-IHS Global Insight biss, il-Kummissjoni kellha tivverifika jekk il-kapaċità maħluqa mill-proġett taqbizx il-5 % tas-swieq kollha plawżibbli, imkejla bl-użu ta' dejta dwar il-konsum apparenti tal-prodott ikkonċernat fiż-ŻEE.

(99)

Dan it-test li sar għas-segment SUV-D tal-IHS Global Insight żvela li ż-żieda fil-kapaċità taqbeż sew il-limitu ta' 5 % jekk applikata lis-suq taż-ŻEE. Id-deċiżjoni ta' ftuħ diġà stabbilixxiet fil-paragrafu 72 li s-suq rilevanti kien ta' prestazzjoni dgħajfa u li kien anki qed jonqos matul l-aħħar ħames snin ta' qabel l-investiment.

(100)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-limitu ta' 5 % fir-rigward ta' żieda fil-kapaċità ta' suq bi prestazzjoni dgħajfa stabbilit fil-paragrafu 68(b) tar-RAG jinqabeż f'dak li għandu x'jaqsam mas-segment SUV-D tal-IHS Global Insight ta' dak is-suq.

6.5.3.   Konklużjoni

(101)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma tistax teskludi li l-limiti rilevanti tat-testijiet 68(a) u (b) inqabżu. Il-Kummissjoni għalhekk tiddeċiedi li twettaq verifika dettaljata, wara l-ftuħ tal-proċedura deskritta fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE, biex turi li l-għajnuna hija meħtieġa sabiex tipprovdi effett ta' inċentiv għall-investiment u li l-benefiċċji tal-miżura tal-għajnuna jissuperaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effetti tagħha li jirriżultaw fil-kummerċ bejn l-Istati Membri.

6.6.   VALUTAZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA TA' GĦAJNUNA

(102)

Il-valutazzjoni dettaljata ssir fuq il-bażi tal-Kriterji ta' prova.

6.6.1.   Effetti pożittivi tal-għajnuna

6.6.1.1.   L-għan tal-għajnuna

(103)

L-awtoritajiet Ġermaniżi spjegaw l-effetti reġjonali pożittivi tal-investiment. Dawn l-effetti pożittivi tal-investiment li ġejjin ġew identifikati:

L-impatt fuq l-impjiegi reġjonali: l-investiment se joħloq 1 040 impjieg ġdid u 30 pożizzjoni ta' apprendisti minbarra t-833 impjieg u d-29 pożizzjoni ta' taħriġ. Barra minn hekk, huwa mistenni li se jinħolqu mill-inqas 2 700 impjieg indirett. Huwa mistenni li mill-inqas 744 impjieg indirett jinħolqu fil-viċinanza tal-istabbiliment inkwistjoni.

L-attirar ta' fornituri u fornituri ta' servizzi tal-karozzi u ta' setturi oħra fir-reġjun: Il-Kummissjoni tqis li l-investiment ta' Porsche AG għandu rwol importanti fil-ħolqien u l-iżvilupp ulterjuri tal-industrija tal-karozzi fis-Sassonja, billi permezz ta' dan jattira lill-fornituri u lill-fornituri tas-servizzi lejn dan ir-reġjun.

L-involviment attiv tal-benefiċjarju f'diversi inizjattivi ta' netwerks u ta' raggruppamenti: sabiex jiġi promoss l-iżvilupp tal-industrija tal-karozzi fir-reġjun ta' Leipzig, u fil-Ġermanja tal-Lvant kollha, il-benefiċjarju jipparteċipa b'mod attiv f'inizjattivi ta' ragruppamenti u ta' netwerks, bħalma huma l-inizjattiva Automotive Cluster Ostdeutschland (ACOD) (l-inizjattiva tar-Ragruppamenti tal-Karozzi tal-Ġermanja tal-Lvant).

Taħriġ: huwa ppjanat li din tkompli tiżviluppa l-ħiliet tal-impjegati f'forma ta' taħriġ intern u estern.

(104)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-awtoritajiet Ġermaniżi pprovdew biżżejjed informazzjoni adegwata biex juru li l-proġett se jikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku fir-reġjun ta' Leipzig.

6.6.1.2.   Adegwatezza tal-istrument ta' għajnuna

(105)

Il-paragrafi 17 u 18 tal-Kriterji ta' prova jenfasizzaw li l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' investiment inizjali hija biss wieħed mill-mezzi biex jinegħlbu l-fallimenti tas-suq u jiġi promoss l-iżvilupp ekonomiku fir-reġjuni żvantaġġati. L-għajnuna tirrappreżenta strument adegwat jekk tipprovdi vantaġġi speċifiċi meta mqabbla ma' miżuri oħrajn ta' politika. Skont il-paragrafu 18 tal-Kriterji ta' prova, biss il-“miżuri li għalihom l-Istat Membru kkunsidra għażliet oħra ta' politika u li għalihom huma stabbiliti vantaġġi tal-użu ta' strument selettiv bħall-għajnuna mill-Istat għal kumpanija speċifika, jitqiesu li huma strument adegwat.” (traduzzjoni mhux offiċjali)

(106)

Il-Ġermanja bbażat l-ispjegazzjoni tagħha għall-adegwatezza tal-istrument ta' għajnuna fuq is-sitwazzjoni ekonomika tas-sitwazzjoni fir-reġjun tas-Sassonja u pprovdiet evidenza biex turi li r-reġjun huwa żvantaġġat meta mqabbel mal-medja ta' reġjuni oħra fil-Ġermanja. L-awtoritajiet Ġermaniżi jindikaw li fis-sena li nbdew ix-xogħlijiet, jiġifieri fl-2011, il-PDG per capita tas-Sassonja kien ta' 75 % mill-medja Ġermaniża u r-rata tal-qgħad kienet 50 % ogħla milli mill-medja Ġermaniża. Għas-snin bejn l-2007 u l-2009, l-introjtu disponibbli medju fis-Sassonja kien bejn wieħed u ieħor ta' 82 % tal-medja Ġermaniża. Il-Ġermanja targumenta li, f'dan it-tip ta' sitwazzjoni ekonomika, diġà ġie rikonoxxut sussidju dirett permezz tal-prattika tal-każijiet tal-Kummissjoni bħala mezz adegwat biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ekonomiċi.

(107)

Fid-dawl tal-qagħda soċjo-ekonomika tar-reġjun ta' Leipzig, kif ikkonfermat mil-istatus tiegħu bħala reġjun eliġibbli għall-għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE b'livell massimu ta' intensità ta' għajnuna ta' 20 %, u f'konformità ma' prattika ta' każistika preċedenti (eż. fil-kawża Dell Products Poland (26)), il-Kummissjoni taċċetta li l-għoti ta' għajnuna mill-Istat huwa strument xieraq biex jinkiseb l-għan tal-iżvilupp reġjonali fir-reġjun ikkonċernat.

6.6.1.3.   Effett ta' inċentiv/Ix-xenarju kontrofattwali

(108)

Billi hemm bosta raġunijiet validi biex kumpanija tillokalizza l-investiment tagħha f'ċertu reġjun, ukoll mingħajr ebda għoti ta' għajnuna, il-Kriterji ta' prova jobbligaw lill-Kummissjoni tivverifika bir-reqqa jekk l-għajnuna hijiex meħtieġa biex tipprovdi effett ta' inċentiv għall-investiment. L-għan ta' din il-valutazzjoni dettaljata hu li jiġi stabbilit jekk l-għajnuna tikkontribwixxix tabilħaqq għal bidla fl-imġiba tal-benefiċjarju, biex dan jidħol għal impenn ta' investiment addizzjonali fir-reġjun megħjun ikkonċernat. Il-paragrafu 22 tal-Kriterji ta' prova jgħid li l-effett ta' inċentiv jista' jiġi ppruvat f'żewġ xenarji possibbli: fl-assenza tal-għajnuna, l-ebda investiment ma jkun jista' jsir peress li mingħajr l-għajnuna, l-investiment ma jkunx profittabbli għall-kumpanija f'ebda lokalità (xenarju 1); fl-assenza ta' għajnuna, l-investiment isir f'lokalità oħra tal-UE (xenarju 2).

(109)

Il-Kriterji ta' prova jobbligaw lill-Istat Membru biex juri lill-Kummissjoni l-eżistenza tal-effett ta' inċentiv tal-għajnuna u jipprovdi evidenza ċara li l-għajnuna effettivament kellha impatt fuq l-għażla tal-investiment jew l-għażla tal-lokalità. F'dan il-kuntest, l-Istat Membru huwa wkoll meħtieġ jagħti deskrizzjoni komprensiva tax-xenarju kontrofattwali li fih ma jkun hemm l-ebda għoti ta' għajnuna lill-benefiċjarju. Ix-xenarji għandhom jitqiesu bħala xenarji realistiċi mill-Kummissjoni.

(110)

L-awtoritajiet Ġermaniżi jiddikjaraw li l-għajnuna lil Porsche Leipzig u lil Porsche AG taqa' taħt ix-xenarju 2, u tippreżenta xenarju kontrafattwali, li jirrifletti l-ippjanar konkret tal-lokalità u tal-investiment għall-proġett ta' Macan li kien jikunsidra, flimkien ma' Leipzig, diversi lokalitajiet alternattivi, li kollha jinsabu fil-Ġermanja.

(111)

Il-Kriterji ta' prova jpoġġu l-oneru tal-prova fir-rigward tal-eżistenza ta' effett ta' inċentiv fuq l-Istat Membru. Il-paragrafu 25 tal-Kriterji ta' prova jindika li l-Istat Membru jista' jagħti prova tal-effett ta' inċentiv tal-għajnuna billi jipprovdi dokumenti tal-kumpanija li juru li jkun sar paragun bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji ta' lokalizzazzjoni fir-reġjun assistit magħżul għall-investiment b'lokalità alternattiva. L-Istat Membru huwa mħeġġeġ jistrieħ fuq ir-rapporti finanzjarji, il-pjanijiet ta' negozju interni u d-dokumenti li jelaboraw dwar diversi xenarji ta' investiment.

(112)

Il-Ġermanja pprovdiet evidenza ġenwina, kontemporanja u komprensiva li tiddokumenta diversi stadji fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet ta' Porsche AG rigward il-lokalità tal-investiment.

(113)

Din id-dokumentazzjoni turi li ġew ikkunsidrati ħames alternattivi għal-lokalità tal-produzzjoni. Il-lokalitajiet kollha mequsa, ħlief għal Leipzig, jinsabu f'reġjuni mhux megħjuna fil-Ġermanja.

(114)

Fil-proċess tal-ippjanar, saru diversi kalkoli u stimi tal-ispejjeż biż-żieda fil-livell ta' dettall u ta' preċiżjoni, ibbażati fuq l-aktar alternattiva vijabbli — ix-xenarju ta' referenza — li inbidel tliet darbiet (27). Id-dokumenti kienu jippermettu lill-Kummissjoni tikkonkludi li meta l-estimi għall-ispejjeż tal-produzzjoni marbutin mal-lokalità waslu għall-istess livelli ta' preċiżjoni (il-livelli ta' dħul huma preżunti li jkunu identiċi għall-Alternattivi kollha), l-Alternattiva 3 (il-kostruzzjoni tal-karozzerija u ż-żebgħa fil-[lokalità 1 fil-Ġermanja], u l-kunsinna tal-karozzerija miżbugħa lejn Leipzig għall-assemblaġġ) u l-Alternattiva 5 (il-kostruzzjoni tal-karozzerija, iż-żebgħa u l-assemblaġġ f'Leipzig) ħarġu bħala l-aktar lokalitajiet kompetittivi.

(115)

Għal din ir-raġuni d-dokumenti li juru li, fl-aħħar fażi tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, il-paragun sar biss bejn l-Alternattiva 3 u l-Alternattiva 5.

(116)

Kif deskritt fil-premessa 53 ta' din id-Deċiżjoni, l-aħħar stimi għall-ispejjeż ta' produzzjoni attribwibbli lil-lokalità rriżultaw fi żvantaġġ fil-kost ta' EUR 65 miljun għall-Alternattiva 5 (Leipzig) meta mqabbla mal-Alternattiva 3 ([lokalità 1 fil-Ġermanja]/Leipzig). Sabiex jitnaqqas l-iżvantaġġ fil-kost tal-Alternattiva 5, u fid-dawl tad-deċiżjoni formali li jmiss tal-AR dwar il-lokalizzazzjoni tal-proġett ta' investiment, Porsche Leipzig bdiet tesplora mal-awtoritajiet ta' Sachsen id-disponibbiltà ta' għajnuna mill-Istat biex tattira l-proġett ta' investiment lejn Leipzig.

(117)

Fl-ittra tagħha tal-25 ta' Frar 2011, Porsche Leipzig talbet lill-SMWA biex jeżamina l-possibbiltà li jagħti l-għajnuna għall-investiment ippjanat. Wara laqgħa bejn Porsche Leipzig u l-awtoritajiet tas-Sassonja fejn Porsche Leipzig spjegat il-proġett ta' investiment u s-sitwazzjoni deċiżjonali, l-awtoritajiet tas-Sassonja intrabtu b'ittra tad-9 ta' Marzu 2011 li jappoġġjaw il-proġett ta' investiment għal produzzjoni sħiħa ta' Macan f'Leipzig jekk l-investiment kellu jirrispetta l-kundizzjonijiet fis-seħħ għall-għoti ta' għajnuna reġjonali.

(118)

Kif deskritt fil-premessa 56 ta' din id-Deċiżjoni l-iżvantaġġ fil-kost tal-Alternattiva 5 u l-Alternattiva 3 naqas għal 27,52 miljun wara li tqieset l-għajnuna massima permissibbli. Madankollu, xi kriterji kwalitattivi tqiesu wkoll favur l-Alternattiva 5.

(119)

Fil-15 ta' Marzu 2011, l-AR iddeċieda li jalloka l-investiment kollu f'Leipzig (Alternattiva 5). Kif dokumentat mill-minuti tal-laqgħa tal-AR, din id-deċiżjoni ttieħdet espliċitament suġġetta għad-disponibbiltà tal-għajnuna mill-Istat.

(120)

Wara d-deċiżjoni kondizzjonali ta' AR, Porsche Leipzig applikat formalment għall-għajnuna reġjonali fl-24 ta' Marzu 2011. L-awtorità responsabbli għall-amministrazzjoni tal-iskema fid-29 ta' Marzu 2011 kkonfermat bil-miktub li, suġġett għal verifika dettaljata, il-proġett fil-prinċipju kien jissodisfa l-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà. Wara din il-konferma formali, ix-xogħlijiet fuq il-proġett bdew f'April 2011.

(121)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tinnota, skont il-paragrafu 20 tal-Kriterji ta' prova, li r-rekwiżiti formali dwar l-effett ta' inċentiv stabbiliti fil-paragrafu 38 tar-RAG kienu ssodisfati; il-benefiċjarju ssottometta applikazzjoni għall-għajnuna u l-awtorità responsabbli għall-amministrazzjoni tal-iskema sussegwentement ikkonfermat bil-miktub li, suġġett għal verifika dettaljata, il-proġett fil-prinċipju jissodisfa l-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà stipulati mill-iskema, qabel ma nbeda x-xogħol fuq il-proġett. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ġermaniżi pprovdew evidenza ċara li l-għajnuna effettivament kellha impatt fuq l-għażla tal-lokalità tal-investiment. Id-deċiżjoni ta' Porsche AG biex il-produzzjoni sħiħ ta' Macan tiġi lokalizzata f'Leipzig ttieħdet biss wara konferma li l-proġett ta' investiment kien eliġibbli għall-għajnuna mill-Istat u appoġġjat mill-awtoritajiet pubbliċi, u wara li l-AR approva l-lokalità suġġetta għad-disponibbiltà ta' għajnuna mill-Istat. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis, f'konformità mal-paragrafi 23 u 25 tal-Kriterji ta' prova li x-xenarju kontrofattwali ppreżentat mill-Ġermanja huwa realistiku u appoġġjat minn evidenza kontemporanja u ġenwina. L-għajnuna għalhekk għandha effett ta' inċentiv reali (sostantiv). Permezz tat-tnaqqis fid-differenza fil-vijabbiltà favur Leipzig, l-għajnuna kkontribwiet għat-tibdil tad-deċiżjoni dwar il-lokalità tal-kumpanija benefiċjarja. Mingħajr l-għajnuna, l-investiment ma kienx iseħħ f'Leipzig.

6.6.1.4.   Il-proporzjonalità tal-għajnuna

(122)

Sabiex l-għajnuna tkun proporzjonali, l-ammont u l-intensità tal-għajnuna jridu jkunu limitati għall-minimu meħtieġ biex l-investiment ikun jista' jsir fir-reġjun megħjun.

(123)

B'mod ġenerali, l-għajnuna reġjonali titqies bħala proporzjonali għall-gravità tal-problemi li jaffettwaw lir-reġjuni megħjunin jekk din tirrispetta l-limitu tal-għajnuna reġjonali applikabbli, inkluż it-tnaqqis awtomatiku u progressiv fil-limitu massimu tal-għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta' investiment (li diġà huwa parti mill-mappa tal-għajnuna reġjonali applikabbli). L-intensità tal-għajnuna applikata f'dan il-każ mhijiex ogħla mil-limiti massimi tal-għajnuna reġjonali kkoreġuti mill-mekkaniżmu ta' tnaqqis, kif diġà ġie stabbilit fil-premessa 80.

(124)

Barra mill-prinċipju ġenerali ta' proporzjonalità li jinsab fir-RAG, il-Kriterji ta' prova jeħtieġu li titwettaq valutazzjoni aktar dettaljata. Fix-xenarju 2 tal-Kriterji ta' prova, l-għajnuna hija meqjusa proporzjonali jekk tkun ugwali għad-differenza bejn il-kostijiet netti biex il-benefiċjarju jinvesti fir-reġjun megħjun u l-kostijiet netti ta' investiment fil-lokalità alternattiva.

(125)

Id-dokumentazzjoni ppreżentata mill-Ġermanja turi li l-għajnuna hija limitata għall-ammont meħtieġ, peress li ma taqbiżx id-differenza fil-kostijiet bejn l-Alternattiva 3 u l-Alternattiva 5. Il-kalkolu finali juri li anki bl-għajnuna, l-Alternattiva 5 hija b'EUR 27,5 miljun aktar għalja (EUR 65 miljun mingħajr l-għajnuna) f'valur nominali mill-Alternattiva 3. L-awtoritajiet Ġermaniżi spjegaw li l-iżvantaġġ fil-kost li jkun fadal kien meqjus bħala aċċettabbli minħabba ċerti kriterji mhux kwantifikabbli, bħall-fatturi strateġiċi (it-tieni impjant komplut tal-manifattura tal-karozzi taħt l-isem tal-Porsche), fatturi ta' kwalità (l-evitar ta' riskji ta' trasport bejn il-[lokalità 1 fil-Ġermanja] u Leipzig) u fatturi tal-immaġni ([…]) li wkoll kienu favur il-lokalità tal-investiment f'Leipzig.

(126)

Minħabba li l-għajnuna hija limitata għall-ammont meħtieġ sabiex jiġu kkumpensati l-kostijiet netti addizzjonali tal-lokalizzazzjoni tal-proġett ta' investiment f'Leipzig, meta mqabbel mal-lokalità alternattiva, il-Kummissjoni tqis li l-proporzjonalità tal-għajnuna hija murija.

6.6.2.   Effetti negattivi tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ

(127)

Il-paragrafu 40 tal-Kriterji ta' prova jiddikjara li “jekk l-analiżi kontrafattwali tissuġġerixxi li mingħajr l-għajnuna l-investiment kien isir ikun xi jkun il-każ, għalkemm possibbilment f'lokalità oħra (xenarju 2), u jekk l-għajnuna tkun proporzjonali, l-indikazzjonijiet possibbli ta' distorsjonijiet bħalma huma sehem kbir mis-suq u żieda fil-kapaċità f'suq bi prestazzjoni dgħajfa, fil-prinċipju, jkunu l-istess, irrispettivament mill-għajnuna.” (traduzzjoni mhux uffiċjali)

(128)

Peress li l-miżura tal-għajnuna tappoġġja deċiżjoni dwar l-investiment tax-xenarju 2 u l-għajnuna hija limitata għall-minimu, l-ebda effett negattiv fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni ma jista' jiġi identifikat. L-investiment ikun sar f'lokalità oħra, li jirriżulta fl-istess livell ta' tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, ikun xi jkun il-każ. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuna ma għandha l-ebda effett negattiv fuq il-kompetizzjoni.

(129)

Skont il-paragrafu 53 tal-Kriterji ta' prova, jekk, mingħajr l-għajnuna, l-investiment kien ikun lokalizzat f'reġjun ifqar (aktar żvantaġġi reġjonali — intensità ta' għajnuna reġjonali massima ogħla) jew f'reġjun meqjus li għandu l-istess żvantaġġi reġjonali bħar-reġjun fil-mira (l-istess intensità ta' għajnuna reġjonali massima), dan ikun jikkostitwixxi element negattiv fit-test ta' bilanċ globali, li mhuwiex probabbli li jiġi kkumpensat minn xi elementi pożittivi billi jmur kontra r-raġunament innifsu wara l-għajnuna reġjonali.