ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 284

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
30 ta' Ottubru 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1947 tal-1 ta' Ottubru 2015 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Marrakexx li Jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ

1

 

 

Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Marrakexx li Jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1948 tad-29 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja

62

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1949 tad-29 ta' Ottubru 2015 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja

71

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1950 tas-26 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merlangu fiż-żona VI; fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; kif ukoll fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

96

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1951 tat-28 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd

98

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1952 tad-29 ta' Ottubru 2015 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 511/2010 fuq l-importazzjonijiet ta' wajer tal-molibdenu, li fih mill-inqas 99,95 % tal-piż tiegħu jikkonsisti f'molibdenu, li minnu d-dimensjoni trażversali massima taqbeż il-1,35 mm imma ma taqbiżx 4,0 mm li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' wajer tal-molibdenu li fih mill-inqas 97 % tal-piż tiegħu jikkonsisti f'molibdenu, li minnu d-dimensjoni trasversali massima taqbeż l-4,0 mm imma ma taqbiżx il-11,0 mm li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

100

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1953 tad-29 ta' Ottubru 2015 li jimponi dazju definittiv tal-anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti bi grani orjentati irrumblati ċatti ta' azzar manjetiku tas-silikon li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Federazzjoni Russa u l-Istati Uniti tal-Amerka

109

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1954 tad-29 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

140

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1955 tad-29 ta' Ottubru 2015 li temenda l-Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież ( 1 )

142

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1956 tas-26 ta' Ottubru 2015 li tistabbilixxi d-data tal-effettività tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta' Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra

146

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1957 tad-29 ta' Ottubru 2015 li temenda id-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja

149

 

*

Deċiżjoni delegata tal-Kummissjoni (UE) 2015/1958 tal-1 ta' Lulju 2015 dwar is-sistemi applikabbli tal-valutazzjoni u tal-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni tal-prodotti ġeosintetiċi u tal-prodotti relatati skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

181

 

*

Deċiżjoni delegata tal-Kummissjoni (UE) 2015/1959 tal-1 ta' Lulju 2015 dwar is-sistemi applikabbli għall-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ta' prodotti tal-inġinerija għall-ilma mormi, skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

184

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1960 tad-29 ta' Ottubru 2015 dwar l-istabbiliment tal-listi annwali ta' prijoritajiet għall-2016 għall-iżvilupp ta' kodiċijiet tan-netwerk u ta' linji gwida ( 1 )

187

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

30.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1947

tal-1 ta' Ottubru 2015

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Marrakexx li Jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-punt (v) tal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

F'Novembru 2001, l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“WTO”) nediet iċ-Ċiklu ta' Doha ta' negozjati kummerċjali, magħruf bħala l-Aġenda tal-Iżvilupp ta' Doha. In-negozjati dwar il-faċilitazzjoni tal-kummerċ ġew imnedija f'Lulju 2004, abbażi ta' impenn biex jiġu ċċarati u mtejba bosta artikoli tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (“GATT 1994”): L-Artikolu V (Libertà ta' Tranżitu), l-Artikolu VIII (Drittijiet ta' Ħlas u Formalitajiet marbuta mal-Importazzjoni u l-Esportazzjoni), u l-Artikolu X (Pubblikazzjoni u Amministrazzjoni tar-Regolamenti Kummerċjali), bil-ħsieb li jitħaffef aktar il-moviment, ir-rilaxx u l-ikklerjar ta' merkanzija, inklużi merkanzija fi tranżitu. Barra minn hekk, il-mandat irreferi għal dispożizzjonijiet għal kooperazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet doganali jew oħra xierqa marbuta mal-faċilitazzjoni tal-kummerċ u kwistjonijiet ta' konformità doganali.

(2)

In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b'konsultazzjoni mal-Kumitat Speċjali stabbilit taħt l-Artikolu 207(3) tat-Trattat.

(3)

Fid-disa' Konferenza Ministerjali tad-WTO li saret f'Bali mit-3 sas-6 ta' Diċembru 2013 ġiet adottata d-Deċiżjoni Ministerjali dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ, fejn ġew konklużi n-negozjati dwar il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ soġġett għar-rieżami legali tat-test. Id-Deċiżjoni Ministerjali waqqfetukoll il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ u tat struzzjonijiet lill-Kunsill Ġenerali tad-WTO biex jadotta Protokoll li jinkludi l-Ftehim bħala Anness 1A għall-Ftehim ta' Marrakexx li jistabbilixxi d-WTO u li biex jinfetaħ għall-aċċettazzjoni minn kull Membru tad-WTO skont il-proċeduri interni tagħha.

(4)

Fil-laqgħa tiegħu tas-27 ta' Novembru 2014, il-Kunsill Ġenerali tad-WTO adotta l-Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Marrakexx li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“il-Protokoll”) u fetħu għall-aċċettazzjoni mill-Membri tad-WTO.

(5)

Il-Protokoll jinkludi il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ u l-impenji ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma inkorporati bħala Anness għal dak il-Ftehim. Numru sinifikanti ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw diġà nnotifikaw l-impenji tagħhom tal-Kategorija A skont l-Artikolu 15(1) tal-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ. Il-Kumitat dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ se jirċievi n-notifiki tal-impenji skont il-Kategorija A għall-pajjiżi l-anqas żviluppati skont l-Artikolu 15(2) tal-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ u n-notifiki tal-impenji skont il-Kategoriji B u C kemm għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw kif ukoll għall-pajjiżi l-anqas żviluppati skont l-Artikolu 16(5) tal-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ. L-impenji se jsiru parti integrali tal-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ.

(6)

Il-Protokoll għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll li Jemenda l-Ftehim ta' Marrakexx li Jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni Ewropea.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuna/i bis-setgħa li tiddepożita, f'isem l-Unjoni, l-istrument ta' aċċettazzjoni, kif speċifikat fil-paragrafu 4 tal-Protokoll (1).

Artikolu 3

Dan il-Protokoll ma għandux jiġi interpretat bħala li jagħti xi drittijiet jew jimponi xi obbligi li jistgħu jiġu invokati quddiem il-qrati u t-tribunali tal-Unjoni jew tal-Istati Membri.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-1 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

É. SCHNEIDER


(1)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll se tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


30.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/3


TRADUZZJONI

PROTOKOLL

li jemenda l-Ftehim ta' Marrakexx li Jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ

IL-MEMBRI TAL-ORGANIZZAZZJONI DINJIJA TAL-KUMMERĊ;

B'REFERENZA għall-Ftehim tal-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ;

WARA LI KKUNSIDRAW id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ġenerali fid-dokument WT/L/940, adottata skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu X tal-Ftehim ta' Marrakexx li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“il-Ftehim tad-WTO”);

B'DAN JAQBLU KIF ĠEJ:

1.

L-Anness 1 A tal-Ftehim tad-WTO għandu, mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll skont il-paragrafu 4, jiġi emendat billi jiddaħħal il-Ftehim tal-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ, kif stabbilit fl-Anness għal dan il-Protokoll, jitpoġġa wara l-Ftehim dwar is-Salvagwardji.

2.

Ma jistgħux jiddaħħlu riżervi dwar xi waħda mid-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll mingħajr il-kunsens tal-Membri l-oħra.

3.

Dan il-Protokoll huwa miftuħ għall-aċċettazzjoni mill-Membri.

4.

Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu X tal-Ftehim tad-WTO (1).

5.

Dan il-Protokoll għandu jiġi ddepożitat għand id-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ li minnufih għandu jipprovdi lil kull Membru kopja ċċertifikata tiegħu u notifika ta' kull aċċettazzjoni tiegħu b'konformità mal-paragrafu 3.

6.

Dan il-Protokoll għandu jiġi rreġistrat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 102 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.

Magħmul f'Ġinevra, fis-sebgħa u għoxrin jum ta' Novembru elfejn u erbatax, f'kopja waħda fil-lingwa Ingliża, Franċiża u Spanjola, b'kull test meqjus awtentiku.

 


(1)  Sabiex jiġu kkalkulati l-aċċettazzjonijiet skont l-Artikolu X.3 tal-Ftehim tad-WTO, l-istrument ta' aċċettazzjoni tal-Unjoni Ewropea għaliha stess u fir-rigward tal-Istati Membri tagħha, għandu jgħodd bħala aċċettazzjoni minn għadd ta' Membri li jkun jikkorrispondi għall-għadd tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li huma Membri fid-WTO.


ANNESS TAL-PROTOKOLL LI JEMENDA L-FTEHIM TA' MARRAKEXX LI JISTABBILIXXI L-ORGANIZZAZZJONI DINJIJA TAL-KUMMERĊ

FTEHIM DWAR IL-FAĊILITAZZJONI TAL-KUMMERĊ

Preambolu

MEMBRI

WARA LI JIĠU KKUNSIDRATI n-negozjati mnedija skont id-Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Doha;

FILWAQT LI JIĠU MFAKKRA U RIAFFERMATI l-mandat u l-prinċipji li jinsabu fil-paragrafu 27 tad-Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Doha (WT/MIN(01)/DEC/1) u fl-Anness D tad-Deċiżjoni tal-Programm ta' Ħidma ta' Doha adottat mill-Kunsill Ġenerali fl-1 ta' Awwissu 2004 (WT/L/579), kif ukoll fil-paragrafu 33 u l-Anness E tad-Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Ħong Kong (WT/MIN(05)/DEC);

BL-GĦAN LI jiġu ċċarati u mtejba l-aspetti rilevanti tal-Artikoli V, VIII u X tal-GATT tal-1994 bil-ħsieb li jkompli jitħaffef il-moviment, ir-rilaxx u l-ikklerjar tal-merkanzija, inkluża l-merkanzija fi tranżitu;

FILWAQT LI JIĠU RIKONOXXUTI l-ħtiġijiet partikolari tal-pajjiżi Membri li qed jiżviluppaw u speċjalment dawk l-anqas żviluppati, u li jixtiequ jtejbu l-assistenza u l-appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet f'dan il-qasam;

FILWAQT LI TIĠI RIKONOXXUTA l-ħtieġa għal kooperazzjoni effettiva fost il-Membri dwar il-faċilitazzjoni tal-kummerċ u kwistjonijiet ta' konformità doganali;

B'DAN JAQBLU KIF ĠEJ:

TAQSIMA I

Artikolu 1

Pubblikazzjoni u disponibbiltà ta' informazzjoni

1.   Pubblikazzjoni

1.1.   Kull Membru għandu jippubblika minnufih l-informazzjoni li ġejja b'mod faċilment aċċessibbli u nondiskriminatorju, sabiex gvernijiet, negozjanti, u partijiet oħra interessati jsiru familjari magħhom:

(a)

il-proċeduri tal-importazzjoni, l-esportazzjoni, u t-tranżitu, (inklużi l-proċeduri tal-portijiet, tal-ajruporti, u dawk marbutin mal-punti ta' dħul), u l-formoli u d-dokumenti meħtieġa;

(b)

ir-rati tad-dazju u tat-taxxi applikati ta' kull tip imposti fuq l-importazzjonijiet jew esportazzjonijiet, jew marbutin magħhom;

(c)

it-tariffi u l-imposti imposti mill-aġenziji tal-gvern jew għalihom fuq l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew it-tranżitu jew marbutin ma' dawn;

(d)

ir-regoli għall-klassifikazzjoni jew il-valutazzjoni tal-prodotti għal finijiet doganali;

(e)

il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-deċiżjonijiet amministrattivi ta' applikazzjoni ġenerali li jkollhom x'jaqsmu mar-regoli tal-oriġini;

(f)

ir-restrizzjonijiet jew il-projbizzjonijiet tal-importazzjoni, l-esportazzjoni jew tat-tranżitu;

(g)

id-dispożizzjonijiet dwar sanzjonijiet għall-ksur ta' formalitajiet tal-importazzjoni, l-esportazzjoni, jew tat-tranżitu;

(h)

il-proċeduri għall-appell jew għar-rieżami;

(i)

il-ftehimiet jew xi partijiet minnhom, ma' kwalunkwe pajjiż jew ma' pajjiżi, li għandhom x'jaqsmu mal-importazzjoni, l-esportazzjoni, jew it-tranżitu; u

(j)

il-proċeduri dwar l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji.

1.2.   Xejn f'dawn id-dispożizzjonijiet ma jista' jiġi interpretat bħala li l-pubblikazzjoni jew l-għoti tal-informazzjoni jeħtieġu jsiru f'lingwa differenti minn dik tal-Membru għajr kif stabbilit fil-paragrafu 2.2.

2.   Informazzjoni Disponibbli Fuq l-Internet

2.1.   Kull Membru għandu jkollu disponibbli u aġġornat, sa fejn ikun possibbli u adegwat, dan li ġej fuq l-Internet:

(a)

deskrizzjoni (1) tal-proċeduri ta' importazzjoni, esportazzjoni u ta' tranżitu tiegħu, inklużi l-proċeduri ta' appell u ta' rieżami, li jinfurmaw lill-gvernijiet, in-negozjanti u lil partijiet oħra interessati dwar il-passi prattiċi meħtieġa għall-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-tranżitu;

(b)

il-formoli u d-dokumenti meħtieġa għall-importazzjoni f'dan il-Membru u l-esportazzjoni minnu, jew it-tranżitu fit-territorju ta' dan il-Membru;

(c)

l-informazzjoni ta' kuntatt taċ-ċentru/i tal-informazzjoni tiegħu.

2.2.   Kull meta hu possibbli, id-deskrizzjoni msemmija fis-subparagrafu 2.1(a) għandha tkun disponibbli wkoll f'waħda mil-lingwi uffiċjali tad-WTO.

2.3.   Il-Membri huma mħeġġa jagħmlu disponibbli informazzjoni oħra marbuta mal-kummerċ fuq l-Internet, inkluża l-leġislazzjoni marbuta mal-kummerċ li hija rilevanti kif ukoll punti oħra msemmija fil-paragrafu 1.1.

3.   Ċentri tal-Informazzjoni

3.1.   Kull Membru għandu, skont ir-riżorsi disponibbli tiegħu, jistabbilixxi jew iżomm ċentru tal-informazzjoni jew aktar sabiex iwieġeb għall-mistoqsijiet iġġustifikati tal-gvernijiet, tan-negozjanti u ta' partijiet interessati oħra dwar kwistjonijiet msemmija fil-paragrafu 1.1, u jipprovdi l-formoli u d-dokumenti meħtieġa msemmija fis-subparagrafu 1.1(a).

3.2.   Il-Membri ta' unjoni doganali jew involuti fl-integrazzjoni reġjonali jistgħu jistabbilixxu jew iżommu ċentri tal-informazzjoni komuni f'livell reġjonali sabiex jissodisfaw ir-rekwiżit tal-paragrafu 3.1 dwar il-proċeduri komuni.

3.3.   Il-Membri huma mħeġġa biex ma jitolbux l-ħlas ta' tariffa sabiex iwieġbu mistoqsijiet u jipprovdu l-formoli u d-dokumenti meħtieġa. Jekk ikun hemm dan il-ħlas, il-Membri għandhom jillimitaw it-tariffi u l-imposti tagħhom bejn wieħed u ieħor għall-ispiża tas-servizzi mogħtija.

3.4.   Iċ-ċentri tal-informazzjoni għandhom iwieġbu għall-mistoqsijiet u jipprovdu formoli u dokumenti f'perjodu ta' żmien raġonevoli li jkun stabbilit minn kull Membru, li jista' jvarja skont in-natura jew il-kumplessità tat-talba.

4.   Notifika

Kull Membru għandu jinnotifika lill-Kumitat dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit taħt il-paragrafu 1.1 tal-Artikolu 23 (imsemmi f'dan il-Ftehim bħala “l-Kumitat”) dwar:

(a)

il-post(ijiet) uffiċjali fejn il-punti tas-subparagrafi 1.1(a) sa (j) ikunu ġew ippubblikati;

(b)

il-Uniform Resource Locators tal-websajt(s) imsemmija fil-paragrafu 2.1; u

(c)

l-informazzjoni ta' kuntatt taċ-ċentri tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.1.

Artikolu 2

Opportunità li jsiru kummenti, informazzjoni qabel id-dħul fis-seħħ, u konsultazzjonijiet

1.   Opportunità li jsiru Kummenti u Informazzjoni qabel id-Dħul fis-Seħħ

1.1.   Kull Membru għandu, sa fejn huwa possibbli u konformi mal-liġi domestika u mas-sistema legali tiegħu, jipprovdi opportunitajiet u perjodu ta' żmien xieraq għan-negozjanti u għal partijiet interessati oħra sabiex jikkummentaw dwar l-introduzzjoni proposta jew l-emendi fil-liġijiet u r-regolamenti ta' applikazzjoni ġenerali marbutin mal-moviment, ir-rilaxx, u l-ikklerjar tal-merkanzija, inkluża l-merkanzija fi tranżitu.

1.2.   Kull Membru għandu, sa fejn huwa possibbli u konformi mal-liġi domestika u mas-sistema legali tiegħu, jiżgura li l-liġijiet u r-regolamenti ta' applikazzjoni ġenerali ġodda jew emendati marbutin mal-moviment, ir-rilaxx, u l-ikklerjar tal-merkanzija, inkluża l-merkanzija fi tranżitu, ikunu ppubblikati, jew b'xi mod l-informazzjoni dwarhom issir pubblikament disponibbli mill-aktar fis possibbli qabel mad-dħul fis-seħħ tagħhom, sabiex in-negozjanti u partijiet interessati oħra jsiru jafu bihom.

1.3.   Tibdil fir-rati tad-dazju jew fir-rati tat-tariffi, miżuri li għandhom effett ta' sostenn, miżuri li l-effikaċja tagħhom tiġi mhedda minħabba konformità mal-paragrafi 1.1 jew 1.2, miżuri applikati f'ċirkustanzi ta' urġenza jew tibdiliet minuri fil-liġi domestika jew fis-sistema legali huma esklużi mill-paragrafi 1.1 u 1.2.

2.   Konsultazzjonijiet

Kull Membru għandu, b'mod adegwat, jipprovdi konsultazzjonijiet regolari bejn l-aġenziji tal-fruntiera tiegħu u negozjanti jew partijiet interessati oħra lokalizzati fit-territorju tiegħu.

Artikolu 3

Deċiżjonijiet bil-quddiem

1.   Kull Membru għandu joħroġ deċiżjoni bil-quddiem b'mod raġonevoli, bi skadenzi preċiżi, għall-applikant li jkun ressaq talba bil-miktub li jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa. Jekk Membru jonqos milli joħroġ deċiżjoni bil-quddiem, għandu mill-ewwel jinnotifika lill-applikant bil-miktub, u jistipula l-fatti rilevanti u fuq liema bażi ħa d-deċiżjoni tiegħu.

2.   Membru jista' jirrifjuta li joħroġ deċiżjoni bil-quddiem għall-applikant meta l-mistoqsija mressqa fl-applikazzjoni:

(a)

tkun diġà pendenti fil-każ tal-applikant quddiem xi aġenzija governattiva, it-tribunal tal-appell jew il-qorti; jew

(b)

tkun diġà ġiet deċiża minn xi tribunal tal-appell jew xi qorti.

3.   Id-deċiżjoni bil-quddiem, wara li tinħareġ, għandha tkun valida għal perjodu ta' żmien raġonevoli, dment li ma jinbidlux il-liġi, il-fatti jew iċ-ċirkustanzi li jappoġġaw din id-deċiżjoni.

4.   Meta l-Membru jirrevoka, jimmodifika, jew jinvalida d-deċiżjoni bil-quddiem, jagħti avviż bil-miktub lill-applikant li jistipula l-fatti rilevanti u fuq liema bażi ħa d-deċiżjoni tiegħu. Meta Membru jirrevoka, jimmodifika jew jinvalida deċiżjonijiet bil-quddiem b'effett retroattiv, jista' jagħmel biss dan meta d-deċiżjoni kienet abbażi ta' informazzzjoni mhux kompluta, mhux korretta, falza, jew qarrieqa.

5.   Deċiżjoni bil-quddiem maħruġa minn Membru għandha tkun vinkolanti għall-Membru fir-rigward tal-applikant li fittex dan. Il-Membru jista' jistipula li d-deċiżjoni bil-quddiem hija vinkolanti għall-applikant.

6.   Kull Membru għandu jippubblika, mill-inqas:

(a)

ir-rekwiżiti għall-applikazzjoni għal deċiżjoni bil-quddiem, inkluża l-informazzjoni li trid tingħata kif ukoll il-format;

(b)

iż-żmien previst għall-ħruġ ta' deċiżjoni bil-quddiem; u

(ċ)

it-tul ta' żmien li fih id-deċiżjoni bil-quddiem hija valida.

7.   Kull Membru għandu jipprovdi, fuq talba bil-miktub ta' applikant, rieżami ta' deċiżjoni bil-quddiem jew ta' deċiżjoni li tirrevoka, timmodifika, jew tinvalida d-deċiżjoni bil-quddiem. (2)

8.   Kull Membru għandu jagħmel ħiltu biex jagħmel pubblikament disponibbli kull informazzjoni marbuta mad-deċiżjonijiet bil-quddiem li jaħseb li tinteressa b'mod sinifikanti lil partijiet interessati oħra, filwaqt li jieħu kont tal-ħtieġa li tiġi protetta l-informazzjoni kummerċjali ta' natura kunfidenzjali.

9.   Definizzjonijiet u kamp ta' applikazzjoni:

(a)

Deċiżjoni bil-quddiem hija deċiżjoni bil-miktub mogħtija minn Membru lill-applikant qabel l-importazzjoni ta' merkanzija li tkun koperta mill-applikazzjoni, li tistabbilixxi t-trattament li l-Membru se jipprovdi għall-merkanzija meta din tiġi impurtata fir-rigward ta':

(i)

il-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija; u

(ii)

l-oriġini tal-merkanzija (3).

(b)

Minbarra d-deċiżjonijiet bil-quddiem definiti fis-subparagrafu (a), il-Membri huma mħeġġa jipprovdu deċiżjonijiet bil-quddiem fuq:

(i)

il-metodu jew il-kriterji adegwati, u l-applikazzjoni tagħhom, li għandhom jintużaw għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont sett partikolari ta' fatti;

(ii)

l-applikabbiltà tar-rekwiżiti ta' Membru għall-ħelsien jew l-eżenzjoni mid-dazju;

(iii)

l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' membru għall-kwoti, inklużi l-kwoti tariffarji; u

(iv)

kull kwistjoni oħra li għaliha Membru jaħseb li huwa adegwat li tinħareġ deċiżjoni bil-quddiem.

(c)

Applikant huwa esportatur, importatur jew kull persuna b'kawża ġustifikabbli, jew rappreżentant tagħha.

(d)

Membru jista' jesiġi li l-applikant ikollu rappreżentanza legali jew ikun reġistrat fit-territorju tiegħu. Sa fejn huwa possibbli, dawn ir-rekwiżiti ma jirrestrinġux il-kategoriji ta' persuni eliġibbli biex japplikaw għal deċiżjonijiet bil-quddiem, u għandu jkun hemm kunsiderazzjonijiet partikolari għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju. Dawn ir-rekwiżiti għandhom ikunu ċari u trasparenti, u ma jikkostitwixxux mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew mhux ġustifikabbli.

Artikolu 4

Proċeduri għal appell jew għal rieżami

1.   Kull Membru għandu jistipula li kull persuna li għaliha d-dwana toħroġ deċiżjoni amministrattiva (4), għandha d-dritt, fit-territorju tagħha għal:

(a)

appell amministrattiv jew rieżami minn awtorità amministrattiva ogħla jew indipendenti mill-uffiċjal, jew mill-uffiċċju li ħareġ id-deċiżjoni;

u/jew

(b)

appell ġudizzjarju jew rieżami tad-deċiżjoni.

2.   Il-leġislazzjoni ta' Membru tista' tesiġi li appell amministrattiv jew rieżami jinbdew qabel appell ġudizzjarju jew reviżjoni.

3.   Kull Membru għandu jiżgura li l-proċeduri tiegħu għall-appell jew għar-rieżami jitwettqu b'mod nondiskriminatorju.

4.   Kull Membru għandu jiżgura li, jekk id-deċiżjoni dwar l-appell jew ir-rieżami skont is-subparagrafu 1(a) ma jingħatawx, jew:

(a)

fi żmien perjodi prestabbiliti fil-liġijiet jew ir-regolamenti tiegħu; jew

(b)

mingħajr dewmien żejjed

il-petizzjonant għandu d-dritt għal appell ulterjuri jew għal rieżami ulterjuri mill-awtorità amministrattiva jew mill-awtorità ġudizzjarja, jew għal xi rikors ieħor ta' awtorità ġudizzjarja (5).

5.   Kull Membru għandu jiżgura li l-persuna msemmija fil-paragrafu 1 tingħata r-raġunijiet għad-deċiżjoni amministrattiva, sabiex din il-persuna tirrikorri għall-proċeduri tal-appell jew ta' rieżami fejn ikun meħtieġ.

6.   Kull Membru huwa mħeġġeġ biex id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu jagħmilhom pertinenti għal deċiżjoni amministrattiva maħruġa minn aġenzija tal-fruntieri rilevanti, ħlief id-dwana.

Artikolu 5

Miżuri oħra sabiex tiżdied l-imparzjalità, in-nondiskriminazzjoni u t-trasparenza

1.   Notifiki għal kontrolli jew spezzjonijiet imsaħħin

Meta Membru jadotta jew iżomm sistema ta' ħruġ ta' notifiki jew ta' gwidi għall-awtoritajiet interessati tiegħu sabiex jissaħħaħ il-livell ta' kontrolli jew spezzjonijiet fil-fruntiera fir-rigward ta' ikel, xorb, jew għalf li jaqgħu taħt in-notifiki jew il-gwidi għall-protezzjoni tal-bniedem, tal-annimali, jew ta' ħajjet il-pjanti jew tas-saħħa fit-territorju tiegħu, id-dispożizzjonijiet segwenti japplikaw għall-metodu ta' ħruġ, ta' terminazzjoni jew ta' sospensjoni tagħhom:

(a)

il-Membru jista', skont kif ikun adegwat, joħroġ in-notifika jew il-gwida abbażi tar-riskju;

(b)

il-Membru jista' joħroġ in-notifika jew il-gwida sabiex din tapplika biss, b'mod uniformi, għal dawk il-punti ta' dħul fejn il-kundizzjonijiet sanitarji u fitosanitarji li fuqhom huma bbażati n-notifiki jew il-gwidi japplikaw;

(c)

il-Membru għandu minnufih itemm jew jissospendi n-notifika jew il-gwida meta ċ-ċirkostanzi li nħolqu għaliha ma jibqgħux jeżistu, jew jekk iċ-ċirkostanzi li nbidlu jistgħu jiġu indirizzati b'mod anqas ristrettiv kummerċjalment; u

(d)

meta Membru jiddeċiedi li jtemm jew jissospendi notifika jew gwida, adegwatament, għandu jippubblika minnufih avviż ta' terminazzjoni jew sospensjoni b'mod nondiskriminatorju u faċilment aċċessibbli, jew jinforma lill-Membru esportatur jew lill-importatur.

2.   Detenzjoni

Membru għandu jinforma minnufih lit-trasportatur jew lill-importatur f'każ li tiġi ssekwestrata l-merkanzija ddikjarata għall-importazzjoni biex tiġi spezzjonata mid-dwana jew minn xi awtorità kompetenti oħra.

3.   Proċeduri tal-Ittestjar

3.1.   Membru jista', fuq talba għal dan, jikkonċedi l-opportunità għal tieni test f'każ li l-ewwel riżultat tat-test, minn kampjun meħud mal-wasla tal-merkanzija ddikjarata għall-importazzjoni, jagħti riżultati negattivi.

3.2.   Membru jew jippubblika b'mod nondiskriminatorju u faċilment aċċessibbli l-isem u l-indirizz ta' kull laboratorju fejn it-test jista' jitwettaq, jew inkella jipprovdi din l-informazzjoni lill-importatur meta tinqala' l-opportunità prevista fil-paragrafu 3.1.

3.3.   Membru għandu jikkunsidra r-riżultat tat-tieni test, jekk ikun hemm, imwettaq skont il-paragrafu 3.1 għar-rilaxx u l-ħruġ mid-dwana tal-merkanzija, u jekk ikun adegwat, jista' jaċċetta r-riżultati ta' dan it-test.

Artikolu 6

Dispożizzjonijiet dwar tariffi u imposti applikabbli jew marbutin mal-Importazzjoni u l-Esportazzjoni u Sanzjonijiet

1.   Dispożizzjonijiet Ġenerali dwar Tariffi u Imposti Applikabbli għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni jew marbutin magħom

1.1.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw għat-tariffi u l-imposti kollha ħlief għad-dazji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni, u ħlief għat-taxxi fl-ambitu tal-Artikolu III tal-GATT tal-1994 imposti mill-Membri fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta' merkanzija jew inkonnessjoni magħhom.

1.2.   Informazzjoni dwar it-tariffi u l-imposti għandha tiġi ppubblikata skont l-Artikolu 1. Din l-informazzjoni għandha tinkludi tariffi u imposti li jiġu applikati, ir-raġunijiet għal dawn it-tariffi u l-imposti, l-awtorità responsabbli u meta u kif għandu jsir il-ħlas.

1.3.   Jingħata perjodu ta' żmien adegwat bejn il-pubblikazzjoni ta' tariffi u imposti ġodda jew emendati u d-dħul tagħhom fis-seħħ, ħlief f'ċirkustanzi ta' urġenza. Dawn it-tariffi u l-imposti ma jiġux applikati qabel ma tiġi ppublikata l-informazzjoni dwarhom.

1.4.   Kull Membru għandu jagħmel rieżami regolari tat-tariffi u l-imposti bl-għan li jitnaqqsu l-għadd u d-diversità tagħhom, fejn ikun possibbli.

2.   Dixxiplini speċifiċi dwar Tariffi u Imposti għall-Ipproċessar Doganali applikati għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni jew marbutin magħhom

It-tariffi u l-imposti għall-ipproċessar doganali:

(i)

għandhom ikunu limitati fl-ammont għal spiża approssimattiva għas-servizzi mogħtija għall-operazzjoni speċifika inkwistjoni ta' importazzjoni jew ta' esportazzjoni, jew marbutin magħha; u

(ii)

mhux bilfors ikunu marbutin ma' operazzjoni speċifika ta' importazzjoni jew ta' esportazzjoni sakemm jinġabar il-ħlas għas-servizzi li huma marbutin mill-qrib mal-ipproċessar doganali tal-merkanzija.

3.   Dixxiplini dwar is-sanzjonijiet

3.1.   Għall-fini tal-paragrafu 3, it-terminu “sanzjoni” għandu jfisser is-sanzjoni li tiġi imposta mill-amministrazzjoni doganali ta' Membru għall-ksur ta' liġijiet, regolamenti jew rekwiżiti proċedurali doganali tal-Membru.

3.2.   Kull Membru għandu jiżgura li s-sanzjonijiet għall-ksur ta' liġijiet, regolamenti jew rekwiżiti proċedurali doganali jiġu imposti biss fuq il-persuna/i responsabbli mill-ksur tal-liġijiet tiegħu.

3.3.   Is-sanzjoni imposta għandha tiddependi fuq il-fatti u ċ-ċirkostanzi tal-każ u tkun proporzjonali mal-grad u s-severità tal-ksur.

3.4.   Kull Membru għandu jiżgura li jkollu miżuri sabiex jiġu evitati:

(a)

il-kunflitti ta' interess fil-valutazzjoni u l-ġbir tas-sanzjonijiet u tad-dazji; u

(b)

il-ħolqien ta' inċentiv għall-valutazzjoni jew għall-ġbir ta' sanzjonijiet li ma jkunx konformi mal-paragrafu 3.3.

3.5.   Kull Membru għandu jiżgura li meta tiġi imposta sanzjoni għal ksur ta' liġijiet, regolamenti jew rekwiżiti proċedurali doganali, tingħata spjegazzjoni bil-miktub lill-persuna/i li lilha tkun imposta s-sanzjoni, li tispeċifika n-natura tal-ksur kif ukoll l-liġi, ir-regolament jew il-proċedura applikabbli li skonthom ġew preskritti l-ammont jew il-firxa tas-sanzjoni għall-ksur.

3.6.   Meta persuna tistqarr b'mod volontarju mal-amministrazzjoni doganali ta' Membru ċ-ċirkustanzi li wasslu għall-ksur ta' liġi, regolament jew rekwiżit proċedurali doganali, qabel mal-amministrazzjoni doganali tiskopri hija stess il-ksur, il-Membru huwa mħeġġeġ biex fejn ikun adegwat, iqis dan il-fatt bħala fattur potenzjalment mitiganti meta jistabbilixxi sanzjoni għal dik il-persuna.

3.7.   Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu japplikaw għas-sanzjonijiet rigward it-traffiku fi tranżitu msemmijin fil-paragrafu 3.1.

Artikolu 7

Rilaxx u klerjar tal-merkanzija

1.   Proċessar ta' Qabel il-Wasla

1.1.   Kull Membru għandu jadotta jew iżomm proċeduri li jippermettu l-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni tal-importazzjoni kif ukoll informazzjoni oħra meħtieġa, inklużi l-manifesti, sabiex jibda l-ipproċessar qabel mal-merkanzija tasal, bl-għan li jitħaffef ir-rilaxx tal-merkanzija hekk kif tasal.

1.2.   Kull Membru għandu, skont il-każ, jippermetti l-preżentazzjoni tad-dokumenti f'format elettroniku għall-ipproċessar ta' qabel il-wasla ta' dawn id-dokumenti.

2.   Pagament Elettroniku

Kull Membru għandu, sa fejn ikun possibbli, jadotta jew ikollu proċeduri li jippermettu l-għażla ta' pagament elettroniku għad-dazji, it-taxxi, it-tariffi u l-imposti marbutin mal-importazzjoni u mal-esportazzjoni li jinġabru mid-dwana.

3.   Separazzjoni tar-Rilaxx mid-Determinazzjoni Finali tad-Dazji, tat-Taxxi, tat-Tariffi u tal-Imposti Doganali

3.1.   Kull Membru għandu jadotta jew iżomm proċeduri li jippermettu r-rilaxx tal-merkanzija qabel ma ssir id-definizzjoni finali tad-dazji, tat-taxxi, tat-tariffi u tal-imposti doganali, jekk din id-definizzjoni ma ssirx qabel jew mal-wasla jew kemm jista' jkun malajr wara l-wasla, u dejjem jekk ir-rekwiżiti regolatorji kollha l-oħra jkunu ġew issodisfati.

3.2.   Bħala kundizzjoni għal dan it-tip ta' rilaxx, Membru jista' jirrikjedi:

(a)

il-pagament tad-dazji doganali, tat-taxxi, tat-tariffi u tal-imposti stabbiliti minn qabel jew mal-wasla tal-merkanzija, u garanzija għal kull ammont li jkun għadu ma ġiex iddeterminat fil-forma ta' avall, depożitu jew strument ieħor adegwat, previsti fil-liġijiet u fir-regolamenti tiegħu; jew

(b)

garanzija fil-forma ta' avall, depożitu jew strument ieħor adegwat previsti fil-liġijiet u fir-regolamenti tiegħu.

3.3.   Garanzija bħal din ma għandhiex tkun ikbar mill-ammont li l-Membru jeħtieġ biex jiżgura li l-pagament tad-dazji doganali, tat-taxxi, tat-tariffi u tal-imposti dovuti għall-merkanzija, ikun fl-aħħar mill-aħħar kopert mill-garanzija.

3.4.   F'każijiet fejn jinstab li r-reat ikun punibbli b'sanzjonijiet monetarji jew multi, tista' tkun meħtieġa garanzija għas-sanzjonijiet u l-multi li jistgħu jiġu imposti.

3.5.   Il-garanzija, kif stabbilit fil-paragrafi 3.2 u 3.4, ma għandhiex tibqa' marbuta meta din ma tkunx aktar meħtieġa.

3.6.   Xejn f'dawn id-dispożizzjonijiet ma jippreġudika d-dritt ta' Membru li jeżamina, iżomm, jissekwestra, jikkonfiska jew jiġġestixxi l-merkanzija li ma tkunx b'xi mod ieħor mhux konsistenti mad-drittijiet u mal-obbligi tad-WTO tal-Membru.

4.   Ġestjoni tar-Riskju

4.1.   Kull Membru għandu, sa fejn hu possibbli, jadotta jew iżommu sistema ta' ġestjoni tar-riskju għal kontroll doganali.

4.2.   Kull Membru għandu jfassal u japplika l-ġestjoni tar-riskju sabiex jiġu evitati d-diskriminazzjoni arbitrarja jew mhux ġustifikabbli jew ir-restrizzjonijiet moħbija fuq il-kummerċ internazzjonali.

4.3.   Kull Membru għandu jikkonċentra l-kontrolli doganali, u sa fejn hu possibbli kontrolli relevanti oħra fil-fruntieri, fuq il-konsenji ta' riskju għoli, kif ukoll iħaffef ir-rilaxx ta' konsenji ta' riskju baxx. Membru jista' wkoll jagħżel, fuq bażi aleatorja, il-konsenji għal dawn il-kontrolli bħala parti mill-ġestjoni tar-riskju tiegħu.

4.4.   Kull Membru għandu jibbaża l-ġestjoni tar-riskju fuq il-valutazzjoni tar-riskju permezz ta' kriterji ta' selettività adegwati. Dawn il-kriterji ta' selettività jistgħu jinkludu, inter alia, il-kodiċi tas-Sistema Armonizzata, in-natura u d-deskrizzjoni tal-merkanzija, il-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż minn fejn il-merkanzija ntbagħtet, il-valur tal-meranzija, ir-rekord ta' konformità tal-operatur tal-kummerċ u t-tip ta' mezz tat-trasport.

5.   Awditu ta' wara l-Ikklerjar

5.1.   Sabiex ikompli jitħaffef ir-rilaxx tal-merkanzija, kull Membru għandu jadotta jew iżomm awditu ta' wara l-ikklerjar sabiex tiġi żgurata konformità ma' liġijiet u regolamenti doganali u oħrajn relatati.

5.2.   Kull Membru għandu jagħżel persuna jew konsenja għall-awditu ta' wara l-ikklerjar abbażi tar-riskju, u dan jista' jinkludi kriterji ta' selettività adegwati. Kull Membru għandu jwettaq awditi ta' wara l-ikklerjar b'mod trasparenti. Meta l-persuna hija involuta fil-proċess tal-awditjar u jkunu nkisbu riżultati konklużivi, il-Membru, mingħajr dewmien, għandu jinnotifika lill-persuna li r-rekord tagħha ġie awditjat bir-riżultat, bid-drittijiet u l-obbligi tal-persuna, u bir-raġunijiet għar-riżultati.

5.3.   L-informazzjoni miksuba fl-awditu ta' wara l-ikklerjar tista' tintuża fi proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji oħra.

5.4.   Il-Membri, kull fejn possibbli, għandhom jużaw ir-riżultat tal-awditu ta' wara l-ikklerjar fl-applikazzjoni tal-ġestjoni tar-riskju.

6.   Stabbiliment u Pubblikazzjoni tal-Ħinijiet Medji tar-Rilaxx

6.1.   Il-Membri huma mħeġġa biex jieħdu l-ħin tad-dewmien medju tar-rilaxx u jippubblikawh perjodikament u b'mod konsistenti, bl-użu ta' għodod bħal inter alia t-Time Release Study tal-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwani (imsemmija f'dan il-Ftehim bħala d-“WCO”) (6).

6.2.   Il-Membri huma mħeġġa jaqsmu mal-Kumitat l-esperjenzi tagħhom dwar il-kejl tal-ħin medju tar-rilaxx, inklużi l-metodoloġiji użati, ir-restrizzjonijiet identifikati, u kwalunkwe effetti li rriżulta fuq l-effiċjenza.

7.   Miżuri għall-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ għall-Operaturi Awtorizzati

7.1.   Kull Membru għandu jipprovdi miżuri ta' faċilitazzjoni tal-kummerċ addizzjonali relatati mal-importazzjoni, l-esportazzjoni, jew il-proċeduri u l-formalitajiet ta' transitu, skont il-paragrafu 7.3, lill-operaturi li jissodisfaw il-kriterji speċifikati, minn issa 'l quddiem imsejħa operaturi awtorizzati. Bħala alternattiva, Membru jista' joffri dawn il-miżuri ta' faċilitazzjoni għall-kummerċ permezz ta' proċeduri doganali li ġeneralment ikunu disponibbli għall-operaturi kollha, u mhux meħtieġ minnu li jistabbilixxi skema separata.

7.2.   Il-kriterji speċifikati biex operatur awtorizzat jikkwalifika bħala tali għandhom ikunu relatati mal-konformità jew ir-riskju ta' nuqqas ta' konformità, mar-rekwiżiti speċifikati fil-liġijiet, fir-regolamenti jew fil-proċeduri tal-Membru.

(a)

Dawn il-kriterji, li għandhom jiġu ppublikati, jistgħu jinkludu:

(i)

rekord adegwat ta' konformità ma' liġijiet u regolamenti relatati oħra tad-dwana;

(ii)

sistema għall-ġestjoni tar-rekords li tippermetti l-kontrolli interni neċessarji;

(iii)

solvenza finanzjarja, inklużi fejn ikun adegwat, l-għoti ta' titoli ta' sigurtà jew garanzija suffiċjenti; u

(iv)

is-sigurtà tal-katina tal-provvista.

(b)

Dawn il-kriterji ma għandhomx ikunu:

(i)

imfassla jew applikati sabiex jippermettu jew joħolqu diskriminazzjoni arbitrarja jew mhux ġustifikabbli bejn operaturi fejn l-istess kundizzjonijiet jipprevalu; u

(ii)

sa fejn hu possibbli, jirrestrinġu l-parteċipazzjoni tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

7.3.   Il-miżuri għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ previsti skont il-paragrafu 7.1 għandhom jinkludu mill-inqas tlieta minn dawn il-miżuri: (7)

(a)

rekwiżiti baxxi ta' dokumentazzjoni u ta' data, skont il-każ;

(b)

rata baxxa ta' spezzjonijiet fiżiċi u eżamijiet, skont il-każ;

(c)

ħin tar-rilaxx rapidu, skont il-każ;

(d)

ħlas diferit ta' dazji, taxxi, tariffi u imposti;

(e)

użu ta' garanziji komprensivi jew garanziji mnaqqsa;

(f)

dikjarazzjoni doganali waħda għall-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet kollha ta' perjodu speċifiku; u

(g)

klerjar ta' merkanzija fuq il-post tal-operatur awtorizzat jew post ieħor awtorizzat mid-dwana.

7.4.   Il-Membri huma mħeġġa jiżviluppaw skemi għall-operaturi awtorizzati abbażi ta' standards internazzjonali, meta jeżistu standards bħal dawn, ħlief meta dawn l-istandards ikunu mezzi inadegwati jew mhux effettivi għat-twettiq tal-għanijiet fil-mira.

7.5.   Sabiex jissaħħu l-miżuri ta' faċilitazzjoni tal-kummerċ ipprovduti lill-operaturi, il-Membri għandhom jagħtu lill-Membri l-oħra l-possibbiltà li jinnegozjaw ir-rikonoxximent reċiproku tal-iskemi tal-operaturi awtorizzati.

7.6.   Il-Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti fil-Kumitat dwar l-iskemi tal-operaturi awtorizzati fis-seħħ.

8.   Konsenji Mħaffin

8.1.   Kull Membru għandu jadotta jew iżomm proċeduri, għall-persuni li japplikaw għal dan it-trattament, li jippermettu r-rilaxx imħaffef għall-anqas tal-merkanzija li tidħol mill-faċilitajiet tal-merkanzija bl-ajru, filwaqt li xorta jsir il-kontroll doganali (8). Jekk Membru jadotta kriterji (9) li jillimitaw dwar min jista' japplika, il-Membru jista', bi kriterji ppubblikati, jesiġi li l-applikant għandu, minħabba kundizzjonijiet biex huwa jkun jista' jikkwalifika u japplika għat-trattament deskritt fil-paragrafu 8.2 għall-konsenji mħaffin tiegħu:

(a)

jipprovdi infrastruttura adegwata u l-ħlas tal-ispejjeż tal-ipproċessar doganali għall-konsenji mħaffa f'każijiet fejn l-applikant jissodisfa r-rekwiżiti tal-Membru biex dan l-ipproċessar jsir f'faċilità apposta;

(b)

jissottometti bil-quddiem l-informazzjoni meħtieġa għar-rilaxx qabel ma tasal il-konsenja mħaffa;

(ċ)

jivvaluta t-tariffi limitati fl-ammont li għandhom x'jaqsmu mal-ispiża approssimattiva tas-servizzi mogħtija biex jiġi pprovdut t-trattament deskritt fil-paragrafu 8.2;

(d)

iżomm livell għoli ta' kontroll fuq il-konsenji mħaffin permezz tal-użu tas-sigurtà interna, tal-loġistika u tat-teknoloġija tal-intraċċar, mill-ġbir sal-konsenja;

(e)

jipprovdi l-konsenja mħaffa mill-ġbir sal-konsenja;

(f)

jerfa' r-responsabbiltà li jħallas lill-awtorità doganali d-dazji doganali, it-taxxi, it-tariffi u l-imposti kollha għall-merkanzija;

(g)

ikollu rekord adegwat ta' konformità ma' liġijiet u regolamenti doganali kif ukoll liġijiet u regolamenti oħra;

(h)

jikkonforma ma' kundizzjonijiet oħra relatati direttament mal-infurzar effettiv tal-liġijiet, tar-regolamenti u tar-rekwiżiti proċedurali tal-Membru, li jirrelataw speċifikament mal-għoti tat-trattament deskritt fil-paragrafu 8.2.

8.2.   Il-Membri, soġġett għall-paragrafi 8.1 u 8.3 għandhom:

(a)

jimminimizzaw id-dokumentazzjoni meħtieġa għar-rilaxx tal-konsenji mħaffa skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 10, u sa fejn hu possibbli, jagħtu r-rilaxx abbażi ta' sottomissjoni ta' informazzjoni waħda għal ċerti konsenjii;

(b)

iwettqu kemm jista' jkun malajr minn wara l-wasla ta' konsenji mħaffa r-rilaxx f'ċirkustanzi normali, dejjem jekk l-informazzjoni meħtieġa għar-rilaxx tkun ingħatat;

(c)

jagħmlu ħilithom biex japplikaw it-trattament fis-subparagrafi (a) u (b) għall-konsenji ta' kull piż jew valur, filwaqt li jirrikonoxxu li Membru jista' jesiġi proċeduri ta' dħul addizzjonali, inklużi dikjarazzjonijiet u dokumentazzjoni ta' sostenn kif ukoll il-ħlas ta' dazji u taxxi, u li jista' jillimita dan it-trattament skont it-tip ta' prodott, dejjem jekk it-trattament ma jkunx limitat għal merkanzija b'valur baxx bħal dokumenti; u

(d)

jipprovdu, sa fejn ikun possibbli, il-valur de minimis għall-konsenja jew l-ammont taxxabbli li għalih id-dazji u t-taxxi doganali mhux se jinġabru, apparti ċerti merkanziji preskritti. It-taxxi interni, bħat-taxxi fuq il-valur miżjud u t-taxxi tas-sisa, applikati għall-importazzjonijiet skont l-Artikolu III tal-GATT tal-1994 ma jkunux suġġetti għal din id-dispożizzjoni.

8.3.   Xejn fil-paragrafi 8.1 u 8.2 ma jaffettwa d-dritt ta' Membru li jeżamina, iżomm, jikkonfiska, jissekwestra jew jirrifjuta d-dħul ta' merkanzija, jew li jwettaq awditjar ta' waral-ikklerjar, inkluż dak li għandu x'jaqsam mal-użu tas-sistemi tal-ġestjoni tar-riskju. Barra minn hekk, xejn fil-paragrafi 8.1 u 8.2 ma għandu jimpedixxi lil Membru milli jesiġi, bħala kundizzjoni għar-rilaxx, is-sottomissjoni ta' informazzjoni addizzjonali u li r-rekwiżiti ta' liċenzjar mhux awtomatiku jiġu ssodisfati.

9.   Merkanzija li Teħżien (10)

9.1.   Sabiex it-telfien jew id-deterjorament evitabbli tal-merkanzija li teħżien jiġi evitat, u dejjem jekk ir-rekwiżiti regolatorji kollha jintlaħqu, kull Membru għandu jipprovdi għar-rilaxx tal-merkanzija li teħżien:

(a)

f'ċirkostanzi normali, fl-iqsar ħin possibli

(b)

f'ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn ikun xieraq li jsir hekk, barra mill-ħinijiet tax-xogħol tad-dwana u ta' awtoritajiet rilevanti oħrajn.

9.2.   Kull Membru għandu jagħti prijorità xierqa lill-merkanzija li teħżien meta ssir skeda għal xi eżami li jista' jkun hemm bżonnu.

9.3.   Kull Membru għandu jkollu arranġamenti jew jippermetti lil importatur biex jagħmel aranġamenti għall-ħżin ta' merkanzija li teħżien sakemm tiġi rilaxxata. Il-Membru jista' jitlob li kull faċilità ta' ħżin organizzata mill-importatur tkun approvata jew speċifikata mill-awtoritajiet relevanti tiegħu. Il-moviment tal-merkanzija għal dawn il-faċilitajiet ta' ħżin, inklużi l-awtorizzazzjonijiet tal-operatur biex iċaqlaq il-merkanzija, jistgħu jkunu suġġetti għall-approvazzjoni, meta jkun meħtieġ, tal-awtoritajiet rilevanti. Il-Membru għandu, fejn ikun possibbli u konsistenti mal-leġislazzjoni domestika, fuq talba tal-importatur iwettaq kull proċedura neċessarja sabiex ir-rilaxx isir f'dawn il-faċilitajiet tal-ħżin.

9.4.   F'każijiet ta' dewmien sinifikanti fir-rilaxx ta' merkanzija li teħżien, u fuq talba bil-miktub, Membru importatur, sa fejn ikun possibbli, għandu jipprovdi komunikazzjoni dwar ir-raġunijiet għad-dewmien.

Artikolu 8

Kooperazzjoni bejn l-Aġenziji tal-fruntieri

1.   Kull Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet tiegħu u l-aġenziji responsabbli mill-kontrolli fil-fruntieri u l-proċeduri marbutin mal-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-transitu ta' merkanzija jikkooperaw ma' xulxin u jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom sabiex ikun iffaċilitat il-kummerċ.

2.   Kull Membru għandu, sa fejn ikun possibbli u prattiku, jikkoopera fuq kundizzjonijiet maqbula reċiprokament ma' Membri oħra li magħhom jikkondividi fruntiera komuni, bl-għan li jikkoordina l-proċeduri tal-qsim tal-fruntieri biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ transfruntier. Kooperazzjoni u koordinazzjoni bħal dawn jistgħu jinkludu:

(a)

l-allinjament ta' ġranet tax-xogħol u sigħat;

(b)

l-allinjament ta' proċeduri u formalitajiet;

(c)

l-iżvilupp u l-qsim ta' faċilitajiet komuni;

(d)

kontrolli konġunti;

(e)

it-twaqqif ta' post wieħed ta' kontroll fuq il-fruntiera.

Artikolu 9

Moviment ta' merkanzija maħsuba għall-importazzjoni taħt Kontrolli Doganali

Kull Membru għandu, sa fejn ikun possibbli, u dejjem jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti regolatorji kollha, jippermetti li merkanzija maħsuba għall-importazzjoni tkun tista' tiġi mċaqalqa fit-territorju tiegħu bil-kontrolli doganali minn uffiċċju doganali ta' dħul għal uffiċċju doganali ieħor fit-territorju tiegħu minn fejn il-merkanzija tiġi rilaxxata jew klerjata.

Artikolu 10

Il-formalitajiet marbutin mal-Importazzjoni, Esportazzjoni u Tranżitu

1.   formalitajiet u Rekwiżiti tad-Dokumentazzjoni

1.1.   Sabiex l-impatt u l-kumplessitajiet tal-formalitajiet tal-importazzjoni, tal-esportazzjoni u tat-tranżitu jitnaqqsu, u sabiex jitnaqqsu u jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti tad-dokumentazzjoni tal-importazzjoni, tal-esportazzjoni u tat-tranżitu, u filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni l-objettivi tal-politika leġittima u fatturi oħra bħal ma huma ċ-ċirkustanzi li jinbidlu, l-informazzjoni ġdida relevanti, il-prattiki kummerċjali, id-disponibbiltà ta' tekniki u teknoloġiji, l-aħjar prattki internazzjonali, u s-suġġerimenti tal-partijiet interessati, kull Membru għandu jagħmel rieżami ta' dawn il-formalitajiet u r-rekwiżiti ta' dokumentazzjoni u, abbażi tar-riżultati tar-rieżami, jiżgura b'mod adegwat li dawn il-formalitajiet u r-rekwiżiti tad-dokumentazzjoni:

(a)

jiġu adottati u/jew applikati bl-għan li jkun hemm rilaxx u lklerjar mħaffin tal-merkanzija, b'mod partikolari l-merkanzija li teħżien;

(b)

jiġu adottati u/jew applikati b'tali mod li jitnaqqsu l-ħin u l-ispejjeż biex in-negozjanti u l-operaturi jikkonformaw;

(c)

ikunu l-miżura l-anqas restrittiva għall-kummerċ meta jkun hemm żewġ miżuri alternattivi jew aktar disponibbli b'mod raġonevoli, sabiex jintlaħaq l-għan jew l-għanijiet tal-politika inkwistjoni; kif ukoll

(d)

ma jibqgħux jinżammu, inklużi partijiet minnhom, jekk ma jkunux għadhom meħtieġa.

1.2.   Il-Kumitat għandu jiżviluppa proċeduri għall-qsim tal-informazzjoni u tal-aħjar prattiki relevanti bejn il-Membri, skont kif ikun adegwat.

2.   Aċċettazzjoni ta' Kopji

2.1.   Kull Membru għandu, fejn ikun adegwat, jagħmel ħiltu sabiex jaċċetta kopji stampati jew elettroniċi ta' dokumenti ta' prova meħtieġa għall-formalitajiet ta' importazzjoni, esportazzjoni, jew ta' tranżitu.

2.2.   Meta aġenzija governattiva ta' Membru diġà għandha l-oriġinal tat-tali dokument, kull aġenzija oħra ta' dan il-Membru għandha taċċetta kopja stampata jew elettronika, fejn applikabbli, mingħand l-Aġenzija li għandha l-oriġinal, minflok id-dokument oriġinali.

2.3.   Membru ma għandux ikun jeħtieġ l-oriġinal jew il-kopja tad-dikjarazzjonijiet tal-esportazzjoni sottomessi lill-awtoritajiet doganali tal-Membru esportatur bħala rekwiżit għall-importazzjoni (11).

3.   Użu ta' Standards Internazzjonali

3.1.   Il-Membri huma mħeġġa jużaw l-istandards internazzjonali jew partijiet minnnhom bħala bażi għall-formalitajiet tagħhom ta' importazzjoni, esportazzjoni jew ta' tranżitu, dejjem jekk mhux previst mod ieħor f'dan il-Ftehim.

3.2.   Il-Membri huma mħeġġa jieħdu sehem, fil-limiti tar-riżorsi tagħhom, fil-preparazzjoni u r-rieżami perjodiku tal-istandards internazzjonali relevanti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.

3.3.   Il-Kumitat għandu jiżviluppa proċeduri għall-qsim bejn il-Membri tal-informazzjoni u tal-aħjar prattiki relevanti għall-implimentazzjoni ta' standards internazzjonali, skont kif ikun adegwat. Il-Kumitat jista' jistieden ukoll organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti sabiex jiddiskutu xogħolhom fuq l-istandards internazzjonali. Jekk ikun il-każ, il-Kumitat jista' jidentifika standards speċifiċi li huma ta' valur partikolari għall-Membri.

4.   Punt Uniku ta' Servizz

4.1.   Il-Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jistabbilixxu jew iżommu punt uniku li jippermetti linnegozjanti biex iressqu d-dokumentazzjoni u/jew ir-rekwiżiti tad-data għall-importazzjoni, l-esportazzjoni, jew it-tranżitu tal-merkanzija permezz ta' punt uniku ta' servizz għall-awtoritajiet parteċipanti jew għall-aġenziji. Wara l-eżami tad-dokumentazzjoni u/jew tad-data mill-awtoritajiet jew l-aġenziji parteċipanti, ir-riżultati jiġu nnotifikati lill-applikanti permezz tal-punt uniku ta' servizz fil-ħin.

4.2.   F'każijiet fejn id-dokumentazzjoni u/jew ir-rekwiżiti tad-data diġà ġew riċevuti permezz ta' punt uniku ta' servizz, l-awtoritajiet jew l-aġenziji parteċipanti ma jistgħux jitolbu l-istess dokumentazzjoni u/jew rekwiżiti tad-data ħlief f'ċirkustanzi urġenti u eċċezzjonijiet limitati oħrajn li jkunu pubbliċi.

4.3.   Il-Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kumitat bid-dettalji ta' kif jaħdem il-punt uniku ta' servizz.

4.4.   Il-Membri għandhom, sa fejn ikun possibbli u prattiku, jużaw it-teknoloġija tal-informatika biex jappoġġaw il-punt uniku ta' servizz.

5.   Spezzjonijiet Qabel il-Konsenja

5.1.   Il-Membri ma għandhomx jesigu l-użu ta' spezzjonijiet qabel il-konsenja marbutin mal-klassifikazzjoni tat-tariffi u l-valutazzjoni doganali.

5.2.   Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-Membri li jużaw tipi oħra ta' spezzjonijiet ta' qabel il-konsenja li mhumiex koperti mill-paragrafu 5.1, il-Membri huma mħeġġa ma jintroduċux jew japplikaw rekwiżiti ġodda dwar l-użu tagħhom (12).

6.   Użu ta' Aġenti tad-Dwana

6.1.   Mingħajr preġudizzju għat-tħassib ta' xi Membri dwar politika importanti fejn attwalment jingħata rwol speċjali lill-aġenti tad-dwana, mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, il-Membri ma jintroduċux l-użu mandatorju tal-aġenti tad-dwana.

6.2.   Kull Membru għandu jinnotifika lill-Kumitat u jippubblika l-miżuri tiegħu marbutin mal-użu tal-aġenti tad-dwana. Kull modifika sussegwenti għaldaqstant għandha tiġi nnotifikata u ppubblikata minnufih.

6.3.   Rigward il-liċenzji tal-Aġenti tad-Dwana, il-Membri għandhom japplikaw regoli li huma trasparenti u oġġettivi.

7.   Proċeduri fil-Fruntieri Komuni u Rekwiżiti għal Dokumentazzjoni Uniformi

7.1.   Kull Membru għandu, skont il-paragrafu 7.2, japplika proċeduri doganali komuni u rekwiżiti għal dokumentazzjoni uniformi għar-rilaxx u l-ikklerjar tal-merkanzija fit-territorju kollu tiegħu.

7.2.   Xejn f'dan l-Artikolu ma għandu jimpedixxi Membru milli:

(a)

jiddistingwi l-proċeduri u rekwiżiti ta' dokumentazzjoni tiegħu abbażi tan-natura u t-tip ta' merkanzija, jew abbażi tal-mezzi ta' trasport tagħha;

(b)

jiddistingwi l-proċeduri u rekwiżiti ta' dokumentazzjoni tiegħu għall-merkanzija abbażi tal-ġestjoni tar-riskju;

(c)

jiddistingwi l-proċeduri u rekwiżiti ta' dokumentazzjoni tiegħu biex jipprovdi eżenzjoni totali jew parzjali mid-dazji tal-importazzjoni jew mit-taxxi;

(d)

juża l-arkivjar u l-ipproċessar elettronikiu; jew jew

(e)

jiddistingwi l-proċeduri u rekwiżiti ta' dokumentazzjoni tiegħu b'mod konformi mal-Ftehim dwar l-Applikazzjoni tal-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji.

8.   Merkanzija Respinta

8.1.   Meta merkanzija li tiġi ppreżentata għall-importazzjoni tiġi respinta minn awtorità kompetenti ta' Membru għax ma tissodisfax ir-regolamenti sanitarji jew fitosanitarji jew ir-regolamenti tekniċi preskritti, il-Membru għandu, suġġett għal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu u konformi magħhom, iħalli lill-importatur jikkonsenja lura jew jirritorna l-merkanzija respinta għand l-esportatur jew persuna oħra magħżula mill-esportatur.

8.2.   Meta għażla bħal din tingħata skont il-paragrafu 8.1 u l-importatur jonqos milli jwettaqha f'perjodu ta' żmien raġonevoli, l-awtorità kompetenti tista' tieħu azzjoni differenti sabiex tittratta din il merkanzija mhux konformi.

9.   Dħul Temporanju tal-Merkanzija u Proċessar Attiv jew Passiv

9.1.   Dħul Temporanju tal-Merkanzija

Kull Membru għandu jippermetti, kif previst fil-liġijiet u r-regolamenti tiegħu, li l-merkanzija tidħol fit-territorju doganali tiegħu eżentata kollha kemm hi jew parzjalment mill-ħlas ta' dazji u taxxi tal-importazzjoni jew eżentata b'ċerti kundizzjonijiet, jekk din il-merkanzija tinġieb fit-territorju doganali tiegħu bi skop speċifiku, jekk tkun maħsuba għall-esportazzjoni mill-ġdid f'perjodu speċifiku, u jekk ma jkun sarilha l-ebda tibdil ħlief id-deprezzament u t-tkagħbir normali kaġun tal-użu.

9.2.   Proċessar Attiv u Passiv

(a)

Kull Membru għandu jippermetti, kif previst fil-liġijiet u r-regolamenti tiegħu, l-ipproċessar attiv u passiv tal-merkanzija. Merkanzija li tingħata l-ipproċessar passiv tista' tiġi importata mill-ġdid u tiġi eżentata totalment jew parzjalment mid-dazji u t-taxxi tal-importazzjoni skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-Membru.

(b)

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, it-terminu “proċessar attiv” ifisser il-proċedura doganali li biha ċerta merkanzija tista' tiddaħħal f'territorju doganali ta' Membru eżentata kollha kemm hi jew parzjalment mill-ħlas ta' dazji u taxxi tal-importazzjoni jew eżentata b'ċerti kundizzjonijiet, jew eliġibbli għar-rifużjoni tad-dazju, fuq il-bażi li din il-merkanzija hija intiża għall-manifattura, l-ipproċessar jew it-tiswija, u sussegwentement għall-esportazzojni.

(c)

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, it-terminu “proċessar passiv” ifisser il-proċedura doganali li biha l-merkanzija li tkun f'ċirkolazzjoni libera fit-territorju doganali ta' Membru tista' tiġi esportata temporanjament għall-manifattura, l-ipproċessar jew it-tiswija, u sussegwentement tiġi importata mill-ġdid.

Artikolu 11

Libertà ta' tranżitu

1.   Kull regolament jew formalità marbuta mat-traffiku fi tranżitu imposti minn Membru ma għandux:

(a)

jinżamm jekk iċ-ċirkustanzi jew l-objettivi li jwasslu għall-adozzjoni tagħhom ma jkunux għadhom jeżistu jew jekk ċ-ċirkostanzi jew l-objettivi li nbidlu jistgħu jiġu indirizzati b'mod anqas ristrettiv kummerċjalment, li jkun raġonevolment disponibbli.

(b)

ma jiġix applikat b'mod li jikkostitwixxi restrizzjoni moħbija għat-traffiku fi tranżitu.

2.   It-traffiku fi tranżitu ma għandux ikun ikkundizzjonat mill-ġbir ta' xi tariffa jew imposta stabbilita fir-rigward tat-tranżitu, ħlief għat-tariffi tat-trasport jew dawk li jikkorrispondu għal spejjeż amministrattivi li jirriżultaw mit-tranżitu jew mill-ispejjeż għas-servizzi pprovduti.

3.   Il-Membri ma għandhomx ifittxu, jieħdu, jew iżommu xi tip ta' restrizzjoni volontarja jew xi miżura oħra simili għat-traffiku fi tranżitu. Dan huwa bla preġudizzju għar-regolamenti nazzjonali eżistenti u futuri, għall-arranġamenti bilaterali jew multilaterali relatati mar-regolamentazzjoni tat-trasport, konformi mar-regoli tad-WTO.

4.   Kull Membru għandu, għal prodotti li jkunu fi tranżitu mit-territorju ta' xi Membru ieħor, jagħti trattament mhux inqas favorevoli minn dak li kieku jingħata lil dawn il-prodotti li kieku jiġu ttrasportati mill-post tal-oriġini tagħhom għad-destinazzjoni tagħhom mingħajr ma jgħaddu mit-territorju ta' dan il-Membru l-ieħor.

5.   Il-Membri huma mħeġġa jagħmlu disponibbli, fejn ikun possibbli, infrastruttura fiżika separata (bħal korsiji, irmiġġi u affarijiet simili) għat-traffiku fi tranżitu.

6.   Il-formalitajiet, ir-rekwiżiti ta' dokumentazzjoni, u l-kontrolli doganali fir-rigward tat-traffiku fi transitu ma għandhomx ikunu ta' piż aktar milli meħtieġ sabiex:

(a)

tiġi identifikata l-merkanzija; u

(b)

jiġi żgurat li r-rekwiżiti għat-tranżitu jiġu ssodisfati.

7.   Ladarba l-merkanzija titqiegħed taħt proċedura ta' tranżitu u tkun ġiet awtorizzata biex tipproċedi mill-punt ta' oriġini fit-territorju ta' Membru, ma tkunx suġġetta għal xi imposta doganali u lanqas għal dewmien bla bżonn jew għal restrizzjonijiet sakemm jiġi fi tmiemu t-tranżitu tagħha fil-punt ta' destinazzjoni fit-territorju tal-Membru.

8.   Il-Membri ma għandhomx japplikaw regolamenti tekniċi u proċeduri ta' valutazzjoni għall-konformità skont il-Ftehim dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ għall-merkanzija fi tranżitu.

9.   Il-Membri għandhom jippermettu u jrendu possibbli l-mili u l-ipproċessar bil-quddiem tad-dokumentazzjoni u tad-data tat-tranżitu qabel il-wasla tal-merkanzija.

10.   Ladarba t-traffiku fi tranżitu jasal għand l-uffiċċju doganali ta' ħruġ mit-territorju ta' Membru, dan l-uffiċċju għandu jtemm minnufih l-operazzjoni ta' tranżitu jekk ir-rekwiżiti tat-tranżitu jkunu ntlaħqu.

11.   Meta Membru jirrikjedi garanzija fil-forma ta' avall, depożitu jew strument monetarju jew strument mhux monetarju (13) ieħor adegwat għat-traffiku fi tranżitu, din il-garanzija ħandha tkun limitata biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti li jirriżultaw minn dan it-traffiku fi tranżitu jiġu ssodisfati.

12.   Ladarba l-Membru jkun iddetermina li ġew issodisfati r-rekwiżiti tiegħu dwar it-tranżitu, il-garanzija għandha tinħall mingħajr dewmien.

13.   Kull Membru għandu, b'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu, jippermetti garanziji komprensivi li jinkludu tranżazzjonijiet multipli għall-istess operaturi jew it-tiġdid ta' garanziji mingħajr ma dawn jinħallu għal konsenji sussegwenti.

14.   Kull Membru għandu jagħmel pubblika l-informazzjoni relevanti li huwa juża biex jistabbilixxi l-garanzija, inkluża l-garanzija għal tranżazzjoni waħda, u fejn ikun il-każ, il-garanzija għal tranżazzjonijiet multipli.

15.   Kull Membru jista' jitlob l-użu ta' konvojs doganali jew ta' skorti doganali għat-traffiku fi tranżitu f'ċirkustanzi li għandhom riskju għoli jew meta l-konformità mal-liġijiet u regolamenti doganali ma tistax tiġi żgurata permezz tal-użu ta' garanziji. Regoli ġenerali applikabbli għall-konvojs doganali jew għall-iskorti doganali għandhom jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 1.

16.   Il-Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jikkooperaw u jikkoordinaw ma' xulxin bl-għan li tissaħħaħ il-libertà ta' tranżitu. Tali kooperazzjoni u koordinazzjoni jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati biss għal, qbil dwar:

(a)

l-imposti;

(b)

il-formalitajiet u r-rekwiżiti legali; kif ukoll

(c)

l-operat prattiku tas-sistemi ta' tranżitu.

17.   Kull Membru għandu jagħmel ħiltu biex jaħtar koordinatur nazzjonali tat-tranżitu għand min il-Membri l-oħra jistgħu jindirizzaw il-mistoqsijiet u l-proposti kollha li jkollhom x'jaqsmu mal-funzjonament tajjeb tal-operazzjonijiet ta' tranżitu.

Artikolu 12

Koperazzjoni doganali

1.   Miżuri li Jippromwovu Konformità u Kooperazzjoni

1.1.   Il-Membri jaqblu dwar l-importanza li jiġi żgurat li l-operaturi tas-suq jkunu konxji mill-obbligi ta' konformità tagħhom, billi jinkoraġġixxu konformità volontarja sabiex jippermettu lill-importaturi, f'ċirkustanzi adegwati, biex jagħmlu awtokorrezzjoni mingħajr sanzjonijiet, u billi japplikaw miżuri ta' konformità sabiex jingħata bidu għal miżuri aktar b'saħħithom għal negozjanti mhux konformi (14).

1.2.   Il-Membri huma mħeġġa jiskambjaw informazzjoni dwar l-aħjar prattiki fil-ġestjoni tal-konformità doganali, anki permezz tal-Kumitat. Il-Membri huma mħeġġa jikkooperaw rigward il-gwidi tekniċi jew l-assistenza u jappoġġaw it-tisħiħ tal-kapaċitajiet sabiex jiġu amministrati miżuri ta' konformità u tissaħħaħ l-effettività tagħhom.

2.   Skambju tat-Tagħrif

2.1.   Fuq talba, u suġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, il-Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni stipulata fis-subparagrafi 6.1(b) u/jew (c) sabiex tkun tista' tiġi vverifikata dikjarazzjoni ta' importazzjoni jew ta' esportazzjoni f'każijiet fejn jiġi identifikat li hemm biżżejjed raġunijiet biex il-verità jew l-eżattezza tad-dikjarazzjoni jiġu ddubitati.

2.2.   Kull Membru għandu jinnotifika lill-Kumitat bid-dettalji tal-punt ta' kuntatt tiegħu għall-iskambju ta' din l-informazzjoni.

3.   Verifika

Membru għandu jitlob informazzjoni wara li jkun wettaq proċeduri ta' verifika adegwati dwar id-dikjarazzjoni tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni u wara li jkun spezzjona d-dokumentazzjoni relevanti disponibbli biss.

4.   Talba

4.1.   Il-Membru rikjedenti għandu jippreżenta talba bil-miktub stampata jew permezz ta' mezzi elettroniċi, u jagħtiha lill-Membru destinatarju tat-talba b'lingwa uffiċjali tad-WHO li jkun hemm qbil reċiproku dwarha, jew b'lingwa oħra li jkun hemm qbil reċiproku dwarha, inkluż:

(a)

il-kwistjoni involuta, flimkien ma', fejn hu adegwat u disponibbli, in-numru li jidentifika d-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni li jikkorrispondi mad-dikjarazzjoni tal-importazzjoni inkwistjoni;

(b)

l-iskop li għalih il-Membru rikjedenti qed ifittex l-informazzjoni jew id-dokumenti, flimkien mal-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuni li t-talba hija relatata magħhom, jekk ikunu magħrufin;

(c)

meta mitlub mill-Membru destinatarju tat-talba, il-konferma (15) tal-verifika, jekk ikun il-każ;

(d)

l-informazzjoni speċifika jew id-dokumenti mitluba;

(e)

l-identità tal-uffiċċju ta' oriġini li jagħmel it-talba;

(f)

ir-referenza għad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali u tas-sistema ġuridika tal-Membru rikjedenti li jirregolaw il-ġbir, il-protezzjoni, l-użu, l-iżvelar, iż-żamma, u t-tħassir tal-informazzjoni kunfidenzjali u tad-data personali.

4.2.   Jekk il-Membru rikjedenti ma jkunx f'qagħda li jikkonforma ma' xi subparagrafu tal-paragrafu 4.1, huwa għandu jispeċifika dan fit-talba.

5.   Protezzjoni u Kunfidenzalità

5.1.   Il-Membru rikjedenti għandu, soġġett għall-paragrafu 5.2:

(a)

iżomm l-informazzjoni kollha jew id-dokumenti pprovduti mill-Membru destinatarju strettament kunfidenzjali u jagħti mill-inqas l-istess livell ta' protezzjoni u kunfidenzjalità bħal dak previst mill-liġi nazzjonali u mis-sistema ġuridika tal-Membru destinatarju kif deskritt minnu skont is-subparagrafi 6.1(b) jew (c);

(b)

jagħti informazzjoni jew dokumenti lill-awtoritajiet doganali li jittrattaw il-kwistjoni involuta biss, u juża l-informazzjoni jew id-dokumenti biss għall-iskop stipulat fit-talba, dment li l-Membru destinatarju tat-talba ma jaqbilx mod ieħor bil-miktub;

(c)

ma jiżvelax l-informazzjoni jew id-dokumenti mingħajr permess speċifiku bil-miktub mingħand il-Membru destinatarju tat-talba;

(d)

f'kull ċirkustanza ma jużax xi informazzjoni jew dokumenti mhux ivverifikati mill-Membru destinatarju tat-talba bħala l-fattur deċiżiv sabiex jiġi ċċarat id-dubju;

(e)

jirrispetta kull kundizzjoni speċifika għall-każ stabbilita mill-Membru destinatarju tat-talba dwar iż-żamma u t-tħassir tal-informazzjoni kunfidenzjali jew tad-dokumenti u d-data personali; u

(f)

b'talba, jinforma lill-Membru destinatarju tat-talba dwar kull deċiżjoni u azzjoni meħuda dwar il-kwistjoni bħala riżultat tal-informazzjoni jew tad-dokumenti pprovduti.

5.2.   Il-Membru rikjedenti jista' ma jkunux kapaċi, skont il-liġi nazzjonali u s-sistema ġuridika tiegħu, jikkonforma ma' xi subparagrafu tal-paragrafu 5.1. Jekk dan ikun il-każ, il-Membru rikjedenti jispeċifika dan fit-talba.

5.3.   Il-Membru destinatarju tat-talba jittratta kull talba u informazzjoni tal-verifika li jirċievi skont il-paragrafu 4 b'mill-inqas l-istess livell ta' protezzjoni u kunfidenzjalità li huwa jagħti għal informazzjoni simili tiegħu.

6.   Għoti ta' informazzjoni

6.1.   Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, Membru destinatarju tat-talba għandu minnufih:

(a)

iwieġeb bil-miktub, fuq karta jew permezz ta' mezzi elettroniċi;

(b)

jipprovdi l-informazzjoni speċifika kif stabbilita fid-dikjarazzjoni tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni, jew jekk tkun disponibbli d-dikjarazzjoni, flimkien ma' deskrizzjoni tal-livell ta' protezzjoni u kunfidenzjalità meħtieġa mill-Membru rikjedenti;

(c)

jekk mitlub, jipprovdi informazzjoni speċifika kif stipulat fid-dokumenti li ġejjin, jew id-dokumenti ippreżentati biex jappoġġa d-dikjarazzjoni tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni, jekk ikunu disponibbli: il-fattura kummerċjali, il-lista tal-imballaġġ, iċ-ċertifikat ta' oriġini u l-polza ta' kargu, fil-forma li fiha dawn ikunu ġew rreġistrati, sew jekk fuq il-karta sew jekk elettronikament, flimkien mad-deskrizzjoni tal-livell ta' protezzjoni u ta' kunfidenzjalità meħtieġa mill-Membru rikjedenti;

(d)

jikkonferma li d-dokumenti pprovduti huma kopji awtentiċi;

(e)

jipprovdi l-informazzjoni jew inkella jirrispondi għat-talba, sa fejn hu possibbli, fi żmien 90 jum mid-data tat-talba.

6.2.   Il-Membru destinatarju tat-talba jista' jesiġi, skont il-liġi nazzjonali u s-sistema ġuridika tiegħu, assigurazzjoni qabel l-għoti tal-informazzjoni li l-informazzjoni speċifika mhux se tintuża bħala evidenza f'investigazzjonijiet kriminali, proċedimenti ġudizzjarji, jew fi proċeduri mhux doganali, mingħajr il-permess speċifiku bil-miktub tiegħu. Jekk il-Membru rikjedenti ma jkunx f'pożizzjoni li jikkonforma ma' dan ir-rekwiżit, lill-Membru destinatarju tat-talba għandu jispeċifikalu dan.

7.   Posponiment jew Rifjut ta' Talba

7.1.   Membru destinatarju tat-talba jista' jipposponi jew jirrifjuta parti minn talba, jew it-talba kollha biex jagħti l-informazzjoni, u jinforma lill-Membru rikjedenti bir-raġunijiet għal dan, meta:

(a)

dan imur kontra l-interess pubbliku skont il-liġi nazzjonali u s-sistema ġuridika tal-Membru destinatarju tat-talba;

(b)

il-liġi nazzjonali u s-sistema ġuridika timpedixxi l-għoti tal-informazzjoni. F'każ bħal dan, huwau jipprovdi lill-Membru rikjedenti b'kopja tar-referenza speċifika relevanti;

(c)

l-għoti ta' din l-informazzjoni timpedixxi l-infurzar tal-liġi jew inkella tinterferixxi ma' investigazzjoni amministrattiva jew ġudizzjarja, ma' prosekuzzjoni jew proċediment li jkunu għadhom għaddejjin;

(d)

il-kunsens tal-importatur jew l-esportatur ikun meħtieġ skont il-liġi nazzjonali u s-sistema ġuridika tiegħu li jirregolaw il-ġbir, il-protezzjoni, l-użu, l-iżvelar, iż-żamma, u t-tħassir tal-informazzjoni kunfidenzjali jew tad-data personali, u li l-kunsens ma ngħatax; jew

(e)

it-talba għall-informazzjoni tasal wara l-iskadenza tal-obbligu ġuridiku għall-Membru destinatarju tat-talba biex iżomm id-dokumenti.

7.2.   Fiċ-ċirkustanzi tal-paragrafi 4.2, 5.2, jew 6.2, l-eżekuzzjoni ta' din it-talba tkun f'idejn il-Membru destinatarju tat-talba.

8.   Reċiproċità

Jekk il-Membru rikjedenti jaħseb li ma jistax jikkonforma ma' talba simili li kieku kellha ssir mill-Membru destinatarju tat-talba, jew jekk ikun għadu ma implimentax dan l-Artikolu, huwa jiddikjara dan il-fatt fit-talba tiegħu. L-eżekuzzjoni ta' din it-talba hija fid-diskrezzjoni tal-Membru destinatarju tat-talba.

9.   Piż Amministrattiv

9.1.   Il-Membru rikjedenti għandu jieħu inkonsiderazzjoni l-implikazzjonijiet assoċjati mar-riżorsi u l-ispejjeż għall-Membru destinatarju tat-talba meta jwieġeb għat-talbiet ta' informazzjoni. Il-Membru rikjedenti għandu jieħu inkonsiderazzjoni l-proporzjonalità bejn l-interess tiegħu fiskali sabiex iwettaq it-talba tiegħu u l-isforzi li jridu jsiru mill-Membru destinatarju tat-talba sabiex jagħti l-informazzjoni.

9.2.   Jekk Membru destinatarju tat-talba għandu jirċievi għadd mhux ġestibbli ta' talbiet għal informazzjoni jew talba għal informazzjoni ta' skala mhux ġestibbli mingħand Membru rikjedenti jew aktar, u ma jistax jissodisfa dawn it-talbiet fi żmien raġonevoli, jista' jitlob lil Membru rikjedenti jew aktar sabiex jassenjaw prijoritajiet bl-għan li jintlaħaq ftehim dwar il-limitu prattiku li jieħu inkonsiderazzjoni l-limitazzjonijiet tar-riżorsi tiegħu. Fin-nuqqas ta' approċċ maqbul reċiprokament, l-eżekuzzjoni ta' talbiet bħal dawn tkun fid-diskrezzjoni tal-Membru destinatarju tat-talba abbażi tar-riżultati ta' prijoritizzazzjoni tiegħu stess.

10.   Limitazzjonijiet

Membru destinatarju tat-talba ma għandux ikun meħtieġ minnu li:

(a)

jimmodifika l-format tad-dikjarazzjonijiet jew il-proċeduri tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni tiegħu;

(b)

jitlob dokumenti oħra ħlief dawk sottomessi mad-dikjarazzjoni tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni kif speċifikat fis-subparagrafu 6.1(c);

(c)

jibda inkjesti sabiex jikseb l-informazzjoni;

(d)

jimmodifika l-perjodu ta' żamma ta' din l-informazzjoni;

(e)

jintroduċi dokumenti stampati meta diġà ddaħħal il-format elettroniku;

(f)

jittraduċi l-informazzjoni;

(g)

jivverifika kemm hi preċiża l-informazzjoni; jew

(h)

jipprovdi informazzjoni li tista' tippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta' intrapriżi partikolari, pubbliċi jew privati.

11.   Użu jew l-żvelar mhux awtorizzat

11.1.   F'każ ta' xi ksur fil-kundizzjonijiet dwar l-użu jew l-iżvelar tal-informazzjoni skambjata skont dan l-Artikolu, il-Membru rikjedenti li rċieva l-informazzjoni minnufih għandu jikkomunika d-dettalji ta' dan l-użu jew żvelar mhux awtorizzat lill-Membru destinatarju tat-talba li ta l-informazzjoni u:

(a)

jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jirrimedja l-ksur;

(b)

jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jimpedixxi kull ksur fil-ġejjieni; kif ukoll

(c)

jinnotifika lill-Membru destinatarju tat-talba dwar il-miżuri meħuda skont is-subparagrafi (a) u (b).

11.2.   Il-Membru destinatarju tat-talba jista' jissospendi l-obbligi tiegħu mal-Membru rikjedenti skont dan l-Artikolu sakemm jittieħdu l-miżuri stipulati fil-paragrafu 11.1.

12.   Ftehimiet Bilaterali u Reġjonali

12.1.   Xejn f'dan l-Artikolu ma għandu jimpedixxi li membru jidħol jew iżomm ftehim bilaterali, plurilaterali, jew reġjonali għall-qsim jew għall-iskambju ta' informazzjoni u ta' data doganali, inkluż fuq bażi sigura u rapida bħal fuq bażi awtomatika jew qabel il-wasla tal-konsenja.

12.2.   Xejn f'dan l-Artikolu ma għandu jiġi interpretat li jibdel jew li jaffettwa d-drittijiet jew l-obbligi ta' Membru skont ftehimiet bilaterali, plurilaterali, jew reġjonali bħal dawn, jew li jirregola l-iskambju tal-informazzjoni u tad-data doganali skont ftehimiet oħra bħal dawn.

TAQSIMA II

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TRATTAMENT SPEĊJALI U DIFFERENZJAT GĦALL-MEMBRI MILL-PAJJIŻI LI QED JIŻVILUPPAW U GĦALL-MEMBRI MILL-PAJJIŻI L-ANQAS ŻVILUPPATI

Artikolu 13

Prinċipji Ġenerali

1.   Id-dispożizzjonijiet fl-Artikoli minn 1 sa 12 ta' dan il-Ftehim jiġu implimentati mill-Membri mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u mill-Membri mill-pajjiżi l-anqas żviluppati f'konformità ma' din it-Taqsima, li hija bbażata fuq il-modalitajiet miftehma fl-Anness D tal-Ftehim Qafas (WT/L/579) ta' Lulju 2004 u fil-paragrafu 33 u fl-Anness E tad-Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Ħong Kong (WT/MIN(05)/DEC).

2.   Għandhom jingħataw assistenza u sostenn għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet (16) sabiex il-Membri mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-Membri mill-pajjiżi l-anqas żviluppati jiġu megħjuna jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim skont in-natura u l-kamp ta' applikazzjoni taghħom. Il-firxa u l-għażla taż-żmien għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom ikunu relatati mal-kapaċitajiet ta' implimentazzjoni tal-Membri mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u tal-Membri mill-pajjiżi l-anqas żviluppati. Meta Membru mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati ma jkollhomx il-kapaċità meħtieġa, l-implimentazzjoni tad-dispożizzjoni(jiet) kkonċernata/i mhux se tkun meħtieġa qabel ma tinkiseb il-kapaċità ta' implimentazzjoni.

3.   Il-Membri mill-pajjiżi l-anqas żviluppati huwa mistenni minnhom li jidħlu għal impenji li huma kompatibbli mal-iżvilupp individwali tagħhom, mal-bżonnijiet finanzjarji u kummerċjali tagħhom jew mal-kapaċitajiet amministrattivi u istituzzjonali tagħhom biss.

4.   Dawn il-prinċipji għandhom jiġu applikati permezz tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima II.

Artikolu 14

Kategoriji ta' dispożizzjonijiet

1.   Hemm tliet kategoriji ta' dispożizzjonijiet:

(a)

Il-Kategorija A tinkludi dispożizzjonijiet li Membru mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jew Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati jagħżlu li jimplimentaw mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, jew fil-każ ta' Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati fi żmien sena wara d-dħul fis-seħħ, kif previst fl-Artikolu 15.

(b)

Il-Kategorija B fiha dispożizzjonijiet li Membru mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jew Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati jagħżlu li jimplimentaw f'data wara perjodu ta' żmien tranżitorju wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, kif previst fl-Artikolu 16.

(c)

Il-Kategorija C fiha dispożizzjonijiet li Membru mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jew Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati jagħżlu li jimplimentaw f'data wara perjodu ta' żmien tranżitorju wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, u li jeħtieġu jakkwistaw il-kapaċità tal-implimentazzjoni permezz ta' assistenza jew appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet, kif previst fl-Artikolu 16.

2.   Kull pajjiż li qed jiżviluppaw u Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati jagħżel fuq bażi individwali d-dispożizzjonijiet li qed jinkludi f'kull waħda mill-Kategoriji A, B u C.

Artikolu 15

Notifika u implimentazzjoni tal-Kategorija A

1.   Mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, kull Membru mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandu jimplimenta l-impenji tiegħu tal-Kategorija A. Dawn l-impenji indikati fil-Kategorija A għaldaqstant isiru parti integrali minn dan il-Ftehim.

2.   Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati jista' jinnotifika lill-Kumitat bid-dispożizzjonijiet li huwa jkun sabilhom posthom fil-Kategorija A sa sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim. L-impenji ta' Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati indikati fil-Kategorija A għaldaqstant isiru parti integrali minn dan il-Ftehim.

Artikolu 16

Notifika dwar id-dati definittivi għall-implimentazzjoni tal-Kategorija B u l-Kategorija C

1.   Rigward id-dispożizzjonijiet li Membru mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw ma kklassifikax fil-Kategorija A, il-Membru jista' jittardja l-implimentazzjoni skont il-proċess stipulat f'dan l-artikolu.

Il-Kategorija B għall-Membri mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw

(a)

Mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, kull Membru mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandu jinnotifika lill-Kumitat dwar id-dispożizzjonijiet li huwa jkun sabilhom posthom fil-Kategorija B, u d-dati korrispondenti indikattivi għall-implimentazzjoni tagħhom (17).

(b)

Sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, kull Membru mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandu jinnotifika lill-Kumitat bid-dati definittivi tiegħu għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jkun sabilhom posthom fil-Kategorija B. Jekk Membru mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, qabel din l-iskadenza, jemmen li jeħtieġ aktar żmien biex jinnotifika d-dati definittivi tiegħu, il-Membru jista' jitlob li l-Kumitat jestendi l-perjodu b'biżżejjed tul biex ikun jista' jinnotifika d-dati tiegħu.

Il-Kategorija C għall-Membri mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw

(c)

Mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, kull Membru mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandu jinnotifika lill-Kumitat dwar id-dispożizzjonijiet li huwa jkun sabilhom posthom fil-Kategorija C, u d-dati korrispondenti indikattivi għall-implimentazzjoni tagħhom. Għal finijiet ta' trasparenza, in-notifiki ssottomessi għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-assistenza u l-appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet li l-Membru jeħtieġ għall-implimentazzjoni (18).

(d)

Fi żmien sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, il-Membri mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-Membri donaturi rilevanti, filwaqt li jieħdu inkonsiderazzjoni kwalunkwe arranġament eżistenti diġà fis-seħħ, kwalunkwe notifikazzjoni skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 22 u kull informazzjoni mressqa skont is-subparagrafu (c) ta' hawn fuq, għandhom jagħtu informazzjoni lill-Kumitat dwar arranġamenti li għandhom jew li daħlu għalihom li huma meħtieġa biex jipprovdu assistenza u appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet li jippermetti l-implimentazzjoni tal-Kategorija C (19). Il-Membru mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw li qed jipparteċipa għandu jinforma minnufih lill-Kumitat b'arranġamenti bħal dawn. Il-Kumitat għandu jistieden ukoll lid-donaturi mhux Membri biex jagħtu informazzjoni dwar arranġamenti eżistenti jew konklużi.

(e)

Fi żmien 18-il xahar mid-data tal-għoti tal-informazzjoni stipulata fis-subparagrafu (d), il-Membri donaturi u l-Membri mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw rispettivi għandhom jinfurmaw lill-Kumitat dwar il-progress li sar fl-għoti tal-assistenza u tal-appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet. Kull Membru mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandhom, jinnotifika fl-istess waqt il-lista tiegħu ta' dati ta' implimentazzjoni definittivi.

2.   Rigward dawk id-dispożizzjonijiet li Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati ma kklassifikax fil-Kategorija A, il-Membri mill-pajjiżi l-anqas żviluppati jistgħu jittardjaw l-implimentazzjoni skont il-proċess stipulat f'dan l-Artikolu.

Il-Kategorija B għall-Membri mill-pajjiżi l-anqas żviluppati

(a)

Sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati għandu jinnotifika lill-Kumitat dwar id-dispożizzjonijiet tiegħu tal-Kategorija B u jista' jinnotifika d-dati indikattivi korrispondenti tiegħu għall-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet, filwaqt li jieħu inkonsiderazzjoni l-flessibilitajiet massimi għall-Membri mill-pajjiżi l-inqas żviluppati.

(b)

Sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-data tan-notifika stipulata skont is-subparagrafu (a) ta' hawn fuq, kull Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati jinnotifika lill-Kumitat biex jikkonferma d-deżinjazzjonijiet tad-dispożizzjonijiet u jinnotifika d-dati ta' implimentazzjoni tiegħu. Jekk Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati, qabel din l-iskadenza, jemmen li hemm bżonn ta' aktar żmien biex jinnotifika d-dati definittivi tiegħu, il-Membru jista' jitlob lill-Kumitat jestendi l-perjodu b'biżżejjed tul biex ikun jista' jinnotifika d-dati tiegħu.

Il-Kategorija C għall-Membri mill-pajjiżi l-anqas żviluppati

(c)

Għal skopijiet ta' trasparenza u sabiex jiġu ffaċilitati arranġamenti mad-donaturi, sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, kull Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati għandu jinnotifika lill-Kumitat dwar id-dispożizzjonijiet li hu jkun sabilhom posthom fil-Kategorija C, filwaqt li jieħu inkonsderazzjoni l- flessibilitajiet massimi għall-Membri mill-pajjiżi l-inqas żviluppati.

(d)

Sena wara d-data stipulata fis-subparagrafu (c) ta' hawn fuq, il-Membri mill-pajjiżi l-anqas żviluppati għandhom jinnotifikaw l-informazzjoni dwar l-assistenza u l-appoġġ li l-Membru jkun jeħtieġ għall-implimentazzjoni tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet (20).

(e)

Sa mhux aktar tard minn sentejn wara n-notifika skont is-subparagrafu (d) ta' hawn fuq, il-Membri mill-pajjiżi l-anqas żviluppati u l-Membri donaturi rilevanti, filwaqt li jieħdu inkonsiderazzjoni l-informazzjoni sottomessa skont is-subparagrafu (d) ta' hawn fuq, għandhom jagħtu informazzjoni lill-Kumitat dwar arranġamenti li għandhom jew li daħlu għalihom li huma meħtieġa biex jipprovdu assistenza u appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet li jippermetti l-implimentazzjoni tal-Kategorija C (21). Il-Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati li qed jipparteċipa għandu jinforma minnufih lill-Kumitat b'arranġamenti bħal dawn. Il-Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati għandu jinnotifika, fl-istess ħin, id-dati indikattivi għall-implimentazzjoni tal-impejnji koperti mill-arranġamenti ta' assistenza u ta' appoġġ li jikkorrispondu għall-Kategorija C. Il-Kumitat għandu jistieden ukoll lid-donaturi mhux Membri biex jagħtu informazzjoni dwar arranġamenti eżistenti u konklużi.

(f)

Sa mhux aktar tard minn 18-il xahar mid-data tal-għoti tal-informazzjoni stipulata fis-subparagrafu (e), il-Membri donaturi rilevanti u l-Membri mill-pajjiżi l-anqas żviluppati rispettivi jinfurmaw lill-Kumitat dwar il-progress li sar fl-għoti tal-assistenza u tal-appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet. Kull Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati għandu, fl-istess waqt jinnotifika lill-Kunsill il-lista tiegħu ta' dati ta' implimentazzjoni definittivi.

3.   Membri mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u Membri mill-pajjiżi l-inqas żviluppati li qed isibuha diffiċli jissottomettu d-dati ta' implimentazzjoni definittivi skont l-iskadenzi stipulati fil-paragrafi 1 u 2 minħabba n-nuqqas ta' appoġġ mingħand donaturi jew in-nuqqas ta' progress fl-għoti ta' assistenza u appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kumitat qabel ma dawn l-iskadenzi jiskadu. Il-Membri jaqblu li jikkooperaw biex jassistu fl-indirizzar ta' diffikultajiet bħal dawn, filwaqt li jieħdu inkonsiderazzjoni ċ-ċirkostanzi partikolari u l-problemi speċjali li qed jiffaċċja l-Membru kkonċernat. Il-Kumitat għandu, fejn ikun adegwat, jieħu azzjoni biex jindirizza d-diffikultajiet anki billi, fejn ikun meħtieġ, jestendi l-iskadenzi għall-Membru kkonċernat sabiex dan jinnotifika d-dati definittivi tiegħu.

4.   Tliet xhur qabel l-iskadenza stipulata fis-subparagrafi 1(b) jew (e), jew fil-każ ta' Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati, fis-subparagrafi 2(b) jew (f), is-Segretarjat għandu jfakkar lill-Membru jekk dak il-Membru ma jkunx innotifika data definittiva għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jkun ikklassifika fil-Kategorija B jew C. Jekk il-Membru ma jinvokax il-paragrafu 3, jew fil-każ ta' Membru mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw is-subparagrafu 1(b), jew fil-każ ta' Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati s-subparagrafu 2(b), sabiex jestendi l-iskadenza u jkun għadu ma nnotifikax data definittiva għall-implimentazzjoni, il-Membru jimplimenta d-dispożizzjonijiet fi żmien sena minn wara l-iskadenza stipulata fis-subparagrafi 1(b) jew (e), jew fil-każ ta' Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati, fis-subparagrafi 2(b) jew (f), jew jestendi skont il-paragrafu 3.

5.   Sa mhux aktar tard minn 60 jum wara d-dati għan-notifika tad-dati definittivi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kategorija B u tal-Kategorija C skont il-paragrafi 1, 2, jew 3, il-Kumitat għandu jieħu nota tal-annessi li fihom id-dati definittivi ta' implimentazzjoni tad-dispożizzjonijet tal-Kategorija B u tal-Kategorija C ta' kull Membru, li jinkludu kull data stabbilita skont il-paragrafu 4, biex b'hekk dawn l-Annessi jsiru parti integrali minn dan il-Ftehim.

Artikolu 17

Mekkaniżmu ta' twissija bikrija: Estensjoni tad-dati ta' implimentazzojni għad-dispożizzjonijiet tal-Kategoriji B u C

(a)

Membru mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jew Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati li jikkunsidra lilu nnifsu f'diffikultà sabiex jimplimenta dispożizzjoni li jkun sabilha postha fil-Kategorija B jew l-Kategorija C sad-data definittiva stabbilita skont is-subparagrafi 1(b) jew (e) tal-Artikolu 16, jew fil-każ ta' Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati skont is-subparagrafi 2(b) jew (f) tal-Artikolu 16, għandu jinnotifika lill-Kumitat. Membri mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandhom jinnotifikaw lill-Kumitat sa mhux aktar tard minn 120 jum qabel l-iskadenza tad-data ta' implimentazzjoni. Membri mill-pajjiżi l-anqas żviluppati għanndhom jinnotifikaw lill-Kumitat sa mhux aktar tard minn 90 jum qabel din id-data.

(b)

In-notifika lill-Kumitat għandha tindika d-data l-ġdida sa meta l-Membru mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jew il-Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati jaħseb li jkun kapaċi jimplimenta d-dispożizzjoni kkonċernata. In-notifika għandha tindika wkoll ir-raġunijiet li wasslu għad-dewmien mistenni fl-implimentazzjoni. Dawn ir-raġunijiet jistgħu jinkludu l-ħtieġa ta' assistenza u appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet li ma ġewx antiċipati qabel jew assistenza u appoġġ addizzjonali biex jgħinu fil-bini tal-kapaċità.

2.   Meta t-talba ta' Membru mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex ikollu aktar żmien għall-implimentazzjoni ma taqbiżx it-18-il xahar jew meta t-talba ta' Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati biex ikollu aktar żmien ma taqbiżx it-tliet snin, il-Membru rikjedenti huwa intitolat għal dan il-ħin addizzjonali mingħajr mal-Kumitat jieħu azzjoni oħra.

3.   Meta pajjiż li qed jiżviluppa jew Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati jidhirlu li l-ewwel estensjoni għandu bżonnha itwal minn dak li hemm stipulat fil-paragrafu 2, jew it-tieni estensjoni jew kull waħda li ssir warajha, iressaq talba lill-Kumitat għal estensjoni li jkun fiha l-informazzjoni deskritta fis-subparagrafu 1(b) sa mhux aktar tard minn 120 jum fil-każ ta' Membru mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u 90 jum fil-każ ta' Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati, qabel ma tkun skadiet id-data ta' implimentazzjoni definittiva oriġinali jew dik id-data kif sussegwentement ġiet estiża.

4.   Il-Kumitat għandu jikkunsidra b'mod adegwat it-talbiet sabiex tingħata estensjoni billi jqis iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-Membru li jkun qed jippreżenta t-talba. Dawn iċ-ċirkustanzi jistgħu jinkludu diffikultajiet u dewmien sabiex jinkisbu l-assistenza u l-appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet.

Artikolu 18

Implimentazzjoni tal-Kategorija B u tal-Kategorija C

1.   Skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 13, jekk Membru mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jew Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati wara li jkunu ssodisfaw il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 1 jew 2 tal-Artikolu 16 u tal-Artikolu 17 u jekk ma tingħatalhomx l-estensjoni mitluba, jew meta Membru mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jew Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati jesperjenzaw mill-banda l-oħra xi ċirkostanzi mhux previsti li jimpedixxu li tingħata estensjoni skont l-Artikolu 17, u b'awtovalutazzjoni jistipula li l-kapaċità tiegħu biex jimplimenta dispożizzjoni fil-Kategorija C għadha mhix possibbli, dak il-Membru għandu jinnotifika lill-Kumitat bl-inabbiltà tiegħu li jimplimenta d-dispożizzjoni relevanti.

2.   Il-Kumitat għandu jistabbilixxi immedjatament Grupp ta' Esperti, u f'kull każ sa mhux aktar tard minn 60 jum wara li l-Kumitat jirċievi n-notifika mill-Membru mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jew mill-Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati rilevanti. Il-Grupp ta' Esperti se jeżamina l-kwistjoni u jagħmel rakkomandazzjoni lill-Kumitat fi żmien 120 jum mit-twaqqif tiegħu.

3.   Il-Grupp ta' Esperti għandu jkun magħmul minn ħames persuni indipendenti li huma kkwalifikati ħafna fl-oqsma tal-faċilitazzjoni tal-kummerċ u tal-assistenza u tal-appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet. Il-kompożizzjoni tal-Grupp ta' Esperti għandha tiżgura bilanċ bejn ċittadini minn Membri mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u dawk żviluppati. Meta Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati jkun involut, il-Grupp ta' Esperti għandu jinkludi mill-inqas ċittadin wieħed minn Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati. Jekk il-Kumitat ma jistax jaqbel fuq il-kompożizzjoni tal-Grupp tal-Esperti fi żmien 20 jum mit-twaqqif tiegħu, id-Direttur Ġenerali, b'konsultazzjoni mal-President tal-Kumitat, għandu jiddetermina l-kompożizzjoni tal-Grupp ta' Esperti skont it-termini ta' dan il-paragrafu.

4.   Il-Grupp ta' Esperti għandu jikkunsidra l-awtovalutazzjoni tal-Membru dwar in-nuqqas ta' kapaċità, u jagħmel rakkomandazzjoni lill-Kumitat. Il-Kumitat, meta jikkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Grupp tal-Esperti dwar Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati, għandu jieħu azzjoni, skont il-każ, li tiffaċilita l-akkwist sostenibbli tal-kapaċità ta' implimentazzjoni.

5.   Il-Membru ma għandux ikun suġġett għal proċedimenti skont il-Fehim dwar is-Soluzzjoni tat-Tilwim għal din il-kwistjoni, minn meta Membru mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jinnotifika lill-Kumitat dwar l-inabbiltà tiegħu li jimplimenta d-dispożizzjoni rilevanti sal-ewwel laqgħa tal-Kumitat, wara li jirċievi rakkomandazzjoni mill-Grupp ta' Esperti. F'dik il-laqgħa, il-Kumitat għandu jikkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Grupp ta' Esperti. Għal Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati, il-proċedimenti skont il-Fehim dwar is-Soluzzjoni tat-Tilwim ma għandhomx japplikaw għad-dispożizzjoni rispettiva mid-data tan-notifika lill-Kumitat dwar l-inabbiltà tiegħu li jimplimenta d-dispożizzjoni, sakemm il-Kumitat jieħu deċiżjoni dwar il-kwistjoni, jew fi żmien 24 xahar minn wara d-data tal-ewwel laqgħa tal-Kumitat stabbilita hawn fuq, skont liema minnhom tiġi l-ewwel.

6.   Meta Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati ma jkunx kapaċi jimplimenta impenn tal-Kategorija C, jista' jinforma lill-Kumitat u jsegwu l-proċeduri stabbiliti f'dan l-Artikolu.

Artikolu 19

Trasferiment bejn il-Kategoriji B u C

1.   Il-Membri mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-Membri mill-pajjiżi l-inqas żviluppati li jkunu nnotifikaw dispożizzjonijiet fil-Kategoriji B u C, jistgħu jittrasferixxu dispożizzjojnijiet bejn tali kategoriji billi jissottomettu notifika lill-Kumitat. Meta Membru jipproponi li jittrasferixxi dispożizzjoni mill-Kategorija B għall-Kategorija C, il-Membru għandu jagħti informazzjoni dwar l-assistenza u l-appoġġ meħtieġa sabiex tinbena l-kapaċità.

2.   F'każ li jkun meħtieġ aktar żmien sabiex tiġi implimentata dispożizzjoni ttrasferita mill-Kategorija B għall-Kategorija C, il-Membru jista':

(a)

juża d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17, inkluża l-opportunità għal estensjoni awtomatika; jew

(b)

jitlob eżami mill-Kumitat dwar it-talba tal-Membru għal aktar żmien sabiex jimplimenta din id-dispożizzjoni, u jekk ikun meħtieġ, għal assistenza u appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet, inkluża l-possibilità ta' rieżami u ta' rakkomandazzjoni mill-Grupp tal-Esperti skont l-Artikolu 18; jew

(c)

fil-każ ta' Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati, kull data ġdida ta' implimentazzjoni ta' aktar minn erba' snin minn wara d-data oriġinali nnotifikata fil-Kategorija B, tkun teħtieġ l-approvazzjoni tal-Kumitat. Barra minn hekk, Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati jista' jibqa' jirrikorri għall-Artikolu 17. Huwa mifhum li l-għajnuna u l-appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet huma meħtieġa għal Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati, għalhekk iwettaq it-trasferiment.

Artikolu 20

Perjodu ta' konċessjoni għall-applikazzjoni tal-qbil dwar ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw is-soluzzjoni għat-tilwim

1.   Għal perjodu ta' sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli XXII u XXIII tal-GATT tal-1994, kif elaborati u applikati skont il-Qbil dwar ir-Regoli u l-Proċeduri li Jirregolaw is-Soluzzjoni għat-Tilwim, ma japplikawx għal soluzzjoni tat-Tilwim kontra Membru mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw rigward xi dispożizzjoni li l-Membru jkun ikklassifikaha fil-Kategorija A.

2.   Għal perjodu ta' sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli XXII u XXIII tal-GATT tal-1994 kif elaborati u applikati skont il-Fehim dwar ir-Regoli u l-Proċeduri li Jirregolaw is-Soluzzjoni għat-Tilwim ma japplikawx għas-soluzzjoni tat-Tilwim kontra Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati rigward xi dispożizzjoni li l-Membru jkun ikklassifikaha fil-Kategorija A.

3.   Għal perjodu ta' tmien snin wara l-implimentazzjoni ta' dispożizzjoni fil-Kategorija B jew C minn Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati, id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli XXII u XXIII tal-GATT tal-1994 kif elaborati u applikati skont il-Fehim dwar ir-Regoli u l-Proċeduri li Jirregolaw is-Soluzzjoni għat-Tilwim ma għandhomx japplikaw għas-soluzzjoni tat-Tilwim kontra Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati rigward din id-dispożizzjoni.

4.   Minkejja perjodu ta' konċessjoni għall-applikazzjoni tal-Fehim dwar ir-Regoli u l-Proċeduri li Jirregolaw is-Soluzzjoni għat-Tilwim, qabel ma ssir talba għall-konsultazzjonijiet skont l-Artikoli XXII jew XXIII tal-GATT tal-1994, u fl-istadji kollha tal-proċeduri għal soluzzjoni għat-tilwim fir-rigward ta' miżura ta' Membru mill-pajjiżi l-anqas żviluppati, Membru jagħti kunsiderazzjoni partikolari għas-sitwazzjoni speċjali tal-Membri mill-pajjiżi l-inqas żviluppati. F'dan ir-rigward, il-Membri għandhom jeżerċitaw biżżejjed kontroll meta jiġu biex iressqu kwistjonijiet skont il-Fehim dwar ir-Regoli u l-Proċeduri li Jirregolaw is-Soluzzjoni għat-Tilwim li jinvolvu l-Membri mill-pajjiżi l-inqas żviluppati.

5.   Kull Membru għandu, fuq talba, matul il-perjodu ta' konċessjoni permess skont dan l-Artikolu, jagħti opportunitá adegwata ta' diskussjoni lill-Membri l-oħra rigward kull kwistjoni marbuta mal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 21

Għoti ta' assistenza u appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet

1.   Il-Membri donaturi jaqblu li jiffaċilitaw l-għoti ta' assistenza u appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Membri mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-Membri mill-pajjiżi l-anqas żviluppati fuq termini miftehma reċiprokament b'mod bilaterali jew permezz tal-organizzazzjonijiet internazzjonali adattati. L-għan huwa li l-Membri mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-Membri mill-pajjiżi l-inqas żviluppati jiġu assistiti biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima I ta' dan il-Ftehim.

2.   Minħabba l-bżonnijiet speċjali tal-Membri mill-pajjiżi l-inqas żviluppati, dawn għandhom jingħataw assistenza u appoġġ immirati sabiex jiġu megħjuna jibnu kapaċità sostenibbli ħalli jimplimentaw l-impenji tagħhom. Permezz tal-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp rilevanti u konsistenti mal-prinċipji ta' assistenza teknika u ta' appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet kif imsemmi fil-paragrafu 3, is-sħab għall-iżvilupp għandhom jagħmlu ħilithom biex jipprovdu assistenza u appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet f'dan il-qasam b'mod li ma jikkompromettix prijoritajiet ta' żvilupp eżistenti.

3.   Il-Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex japplikaw il-prinċipji li ġejjin għall-għoti ta' assistenza u appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet rigward l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim:

(a)

jieħdu inkonsiderazzjoni l-qafas ta' żvilupp ġenerali tal-pajjiżi u r-reġjuni benefiċjarji, u fejn relevanti u opportun, programmi ta' riforma u ta' assistenza teknika kontinwa;

(b)

jinkludu, fejn relevanti u opportun, attivitajiet biex jiġu indirizzati sfidi reġjonali u sottoreġjonali u jippromwovu l-integrazzjoni reġjonali u sottoreġjonali;

(c)

jiżguraw li l-attivitajiet ta' assistenza jieħdu inkonsiderazzjoni l-attivitajiet għar-riforma tal-faċilitazzjoni tal-kummerċ li għaddejjin fis-settur privat;

(d)

jippromwovu koordinazzjoni bejn u fost il-Membri kif ukoll istituzzjonijiet rilevanti oħra, inklużi l-komunitajiet ekonomiċi reġjonali, sabiex din l-assistenza tkun kemm jista' jkun effettiva u tagħti riżultati. Għal dan il-għan:

(i)

il-koordinazzjoni, primarjament fil-pajjiż jew fir-reġjun fejn għandha tingħata l-assistenza bejn il-Membri sħab u d-donaturi u bejn id-donaturi bilaterali u multilaterali, għandha timmira sabiex jiġu evitati s-sovrappożizzjonijiet u d-duplikazzjoni fil-programmi ta' assistenza kif ukoll inkonsistenzi fl-attivitajiet ta' riforma permezz ta' koordinazzjoni mill-qrib fl-interventi ta' assistenza teknika u tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet;

(ii)

għall-Membri mill-pajjiżi l-inqas żviluppati, il-Qafas Integrat Imsaħħaħ għall-assistenza relatata mal-kummerċ għall-pajjiżi l-anqas żviluppati għandha tkunu parti minn dan il-proċess ta' koordinazzjoni; u

(iii)

il-Membri għandhom ukoll jippromwovu l-koordinazzjoni interna bejn l-uffiċjali tal-kummerċ u tal-iżvilupp tagħhom, kemm fil-kapitali kif ukoll f'Ġinevra, fl-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim u tal-assistenza teknika.

(e)

jiġi promoss l-użu ta' strutturi ta' koordinazzjoni nazzjonali u reġjonali eżistenti bħal laqgħat ta' diskussjoni u gruppi konsultattivi li jikkoordinaw u jimmonitorjaw l-attivitajiet ta' implimentazzjoni; u

(f)

jinkoraġġixxu Membri mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jipprovdu t-tisħiħ tal-kapaċitajiet lil Membri oħrajn li qed jiżviluppaw u lil dawk l-inqas żviluppati, u jikkunsidraw li jappoġġaw dawn l-attivitajiet, fejn ikun possibbli.

4.   Il-Kumitat għandu jorganizza mill-inqas laqgħa waħda speċifika fis-sena biex:

(a)

jiddiskuti kull problema rigward l-implimentazzjoni ta' dispożizzjonijiet jew ta' sottopartijiet ta' dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim;

(b)

janalizza l-progresss fl-għoti tal-assistenza u l-appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet biex jwieżen l-implimentazzjoni tal-Ftehim, inkluż kwalunkwe Membru mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jew l-inqas żviluppat li ma jkunx qed jirċievu assistenza u appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet;

(c)

jaqsam l-esperjenzi u l-informazzjoni dwar l-assistenza u l-appoġġ kontinwi għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet u dwar l-implimentazzjoni tal-programmi, inklużi l-isfidi u s-suċċessi;

(d)

jirrieżamina n-notifiki tad-donaturi kif stipulat fl-Artikolu 22; u

(e)

jirrieżamina t-tħaddim tal-paragrafu 2.

Artikolu 22

Informazzjoni dwar l-assistenza u l-appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet li għandha tiġi sottomessa lill-Kumitat

1.   Sabiex ikun hemm trasparenza, għall-Membri mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u għal dawk l-anqas żviluppati, dwar l-għoti tal-assistenza u l-appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-impllimentazzjoni tat-Taqsima I, kull pajjiż donatur li jkun qed jassisti Membri mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u Membri mill-pajjiżi l-anqas żviluppati fl-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, għandu jissottometti lill-Kumitat mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, u wara ta' kull sena, din l-informazzjoni dwar l-assistenza u l-apoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet li huwa jkun ta fit-12-il xahar ta' qabel, u fejn disponibbli, li jkun se jagħti fit-12-il xahar li ġejjin (22):

(a)

deskrizzjoni tal-assistenza u l-appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet;

(b)

l-istatus u ammont impenjat/żborżat;

(c)

il-proċeduri għall-iżborż tal-għajnuna u appoġġ;

(d)

il-Membru benefiċjarju jew, fejn ikun meħtieġ ir-reġjun; kif ukoll

(e)

l-aġenzija ta' implimentazzjoni fil-Membru li jkun qed jagħti l-assistenza u l-appoġġ.

L-informazzjoni għandha tingħata fil-format speċifikat fl-Anness 1. Għall-Membri tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (imsemmija f'dan il-Ftehim bħala “OECD”), l-informazzjoni sottomessa tista' tkun ibbażata fuq informazzjoni rilevanti mis-Sistema ta' Rappurtaġġ tal-Kredituri tal-OECD. Membri mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jiddikjaraw lilhom infushom f'qagħda fejn jistgħu jagħtu assistenza u appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet, huma mħeġġa jipprovdu l-informazzjoni ta' hawn fuq.

2.   Il-Membri donaturi li jassistu Membri mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u Membri mill-pajjiżi l-inqas żviluppati għandhom jissottomettu lill-Kumitat:

(a)

il-punti ta' kuntatt tal-aġenziji tagħhom responsabbli mill-għoti ta' assistenza u ta' appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet relatat mal-implimentazzjoni tat-Taqsima I ta' dan il-Ftehim flimkien ma', fejn hu possibbli, l-informazzjoni dwar dawn il-punti ta' kuntatt fil-pajjiż jew fir-reġjun fejn l-assistenza u l-appoġġ għandhom jingħataw; kif ukoll

(b)

informazzjoni dwar il-proċess u l-mekkaniżmi sabiex jintalbu assistenza u appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet.

Membri mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jiddikjaraw lilhom infushom f'qagħda fejn jistgħu jagħtu assistenza u appoġġ huma mħeġġa jipprovdu l-informazzjoni ta' hawn fuq.

3.   Membri mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u Membri mill-pajjiżi l-inqas żviluppati li jkun bi ħsiebhom jużaw l-assistenza u l-appoġġ għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet jissottomettu lill-Kumitat informazzjoni dwar il-punt(i) ta' kuntatt tal-uffiċċju/i responsabbli mill-koordinazzjoni u mill-prijoritizzazzjoni tat-tali assistenza u appoġġ.

4.   Il-Membri jistgħu jagħtu l-informazzjoni li hemm imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 billi jmorru fuq referenzi fl-Internet u jaġġornaw l-informazzjoni kif ikun meħtieġ. Is-Segretarjat għandu jagħmel din l-informazzjoni kollha disponibbli għall-pubbliku.

5.   Il-Kumitat għandu jistieden lil organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali rilevanti (bħall-Fond Monetarju Internazzjonali, l-OECD, il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp, id-WCO, il-Kummissjonijiet Reġjonali tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Bank Dinji, jew il-korpi sussidjarji tagħhom, u l-banek għall-iżvilupp reġjonali) u aġenziji oħra ta' kooperazzjoni biex jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2, u 4.

TAQSIMA III

ARRANĠAMENTI ISTITUZZJONALI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 23

Arranġamenti istituzzjonali

1.   Kumitat għall-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ

1.1.   Qed jiġi stabbilit hawnhekk Kumitat għall-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ.

1.2.   Il-Kumitat għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-Membri kollha u jaħtar il-President tiegħu. Il-Kumitat għandu jiltaqa' skont kif ikun meħtieġ u previst mid-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan il-Ftehim, iżda mhux inqas minn darba fis-sena, bil-għan li joffri lill-Membri l-opportunità li jikkonsultaw dwar kull kwistjoni relatata mat-tħaddim ta' dan il-Ftehim jew mal-iżvilupp tal-għanijiet tiegħu. Il-Kumitat għandu jwettaq dawn ir-responsabbiltajiet assenjati lilu minn dan il-Ftehim jew mill-Membri. Il-Kumitat jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu stess.

1.3.   Il-Kumitat għandu jistabbilixxi korpi sussidjarji bħal dawn skont kif ikun meħtieġ. Dawn il-korpi kollha għandhom jirrapportaw lill-Kumitat.

1.4.   Il-Kumitat għandu jiżviluppa proċeduri għall-qsim tal-informazzjoni u tal-aħjar prattiki relevanti bejn il-Membri, skont kif ikun adegwat.

1.5.   Il-Kumitat għandu jżomm kuntatt mill-qrib ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra fil-qasam tal-faċilitazzjoni tal-kummerċ, bħalma hija d-WCO, bl-għan li jiġi żgurat l-għoti tal-aqwa pariri disponibbli għall-implimentazzjoni u l-amministrazzjoni ta' dan il-Ftehim, u sabiex jiġi żgurat li d-duplikazzjoni bla bżonn tal-isforzi tiġi evitata. Għal dan l-għan, il-Kumitat jista' jistieden rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet bħal dawn jew tal-korpi sussidjarji tagħhom sabiex:

(a)

jattendu l-laqgħat tal-Kumitat; u

(b)

jiddiskutu kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

1.6.   Il-Kumitat għandu jirrieżamina t-tħaddim u l-funzjonament ta' dan il-Ftehim erba' snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, u wara perjodikament.

1.7.   Il-Membri huma mħeġġa li quddiem il-Kumitat jqajmu mistoqsijiet relatati ma' kwistjonijiet marbutin mal-implimentazzjoni u mal-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim.

1.8.   Il-Kumitat għandu jinkoraġġixxi u jiffaċilita diskussjonijiet ad hoc fost il-Membri dwar kwistjonijiet speċifiċi ta' dan il-Ftehim sabiex tintlaħaq soluzzjoni li tkun sodisfaċenti b'mod reċiproku malajr kemm jista' jkun.

2.   Kumitat Nazzjonali għall-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ

Kull Membru jistabbilixxi u/jew ikollu kumitat nazzjonali għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ, jew jindika mekkaniżmu eżistenti biex jiffaċilita kemm il-koordinazzjoni nazzjonali kif ukoll l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 24

Dispożizzjonijiet finali

1.   Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, it-terminu “Membru” għandu jitqies li jinkludi l-awtorità kompetenti ta' dan il-Membru.

2.   Id-dispożizzjonijiet kollha ta' dan il-Ftehim jorbtu lill-Membri kollha.

3.   Il-Membri għandhom jimplimentaw dan il-Ftehim mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. Il-Membri mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-Membri mill-pajjiżi l-inqas żviluppati li jagħżlu li jużaw id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima II għandhom jimplimentaw dan il-Ftehim skont it-Taqsima II.

4.   Membru li jaċċetta dan il-Ftehim, wara d-dħul fis-seħħ tiegħu għandu jimplimenta l-impenji tal-Kategorija B u C tiegħu filwaqt li jikkalkula l-perjodi ta' żmien rilevanti mid-data li fiha dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ.

5.   Membri ta' unjoni doganali jew ta' arranġament ekonomiku reġjonali jistgħu jadottaw approċċi li jgħinu fl-implimentazzjoni tal-obbligi tagħhom skont dan il-Ftehim, anki billi jinħolqu u jintużaw entitajiet reġjonali.

6.   Minkejja n-nota ġenerali ta' interpretazzjoni tal-Anness 1 A mal-Ftehim ta' Marrakexx li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, xejn f'dan il-Ftehim ma jinftiehemx li jnaqqas l-obbligi tal-Membri skont il-GATT tal-1994. Barra minn hekk, xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jinftiehem li jnaqqas id-drittijiet u l-obbligi tal-Membri skont il-Ftehim dwar l-Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ u l-Ftehim dwar l-Applikazzjoni tal-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji.

7.   L-eċċezzjonijiet u l-eżenzjonijiet (23) kollha tal-GATT tal-1994 għandhom japplikaw għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim. Id-derogi applikabbli għall-GATT tal-1994 jew għal kwalunkwe parti minnu, mogħtija skont l-Artikolu IX:3 u l-Artikolu IX:4 tal-Ftehim ta' Marrakexx li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, u kull emenda għalih mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, għandhom japplikaw għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

8.   Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli XXII u XXIII tal-GATT 1994 kif elaborati u applikati fil-Fehim dwar is-Soluzzjoni tat-Tilwim japplikaw għall-konsultazzjonijiet u għas-soluzzjonijiet tat-tilwim skont dan il-Fehim, ħlief jekk ma jiġix speċifikat mod ieħor f'dan il-Ftehim.

9.   Ma jistgħux jiddaħħlu riservi marbutin ma' xi waħda mid-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim mingħajr il-kunsens tal-Membri l-oħra.

10.   L-impenji tal-Kategorija A tal-Membri mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u tal-Membri mill-pajjiżi l-inqas żviluppati annessi ma' dan il-Ftehim skont il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 15 għandhom jikkostitwixxu parti integrali minn dan il-Ftehim.

11.   L-impenji tal-Kategorija B u C tal-Membri mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u tal-Membri mill-pajjiżi l-inqas żviluppati rreġistrati mill-Kumitat u mehmuża ma' dan il-Ftehim skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu 16 għandhom jikkostitwixxu parti integrali minn dan il-Ftehim.


(1)  Kull Membru għandu d-diskrezzjoni li jiddikjara fuq il-websajt tiegħu l-limitazzjonijiet ġuridiċi ta' din id-deskrizzjoni.

(2)  Skont dan il-paragrafu: (a) rieżami jista', qabel jew wara ma tkun ittieħdet id-deċiżjoni, jitwettaq mill-uffiċjal, l-uffiċċju, jew l-awtorità li jkunu ħarġu d-deċiżjoni, minn awtorità amministrattiva ogħla jew indipendenti, jew minn awtorità ġudizzjarja; u (b) Membru mhuwiex obbligat jipprovdi lill-applikant azzjoni ta' rivalsa għall-paragrafu 1 tal-Artikolu 4.

(3)  Huwa mifhum li deċiżjoni bil-quddiem dwar l-oriġini tal-merkanzija tista' tkun valutazzjoni ta' oriġini għall-finijiet tal-Ftehim dwar ir-Regoli ta' Oriġini, fejn id-deċiżjoni tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan il-Ftehim u tal-Ftehim dwar ir-Regoli ta' Oriġini. Bl-istess mod, valutazzjoni ta' oriġini skont il-Ftehim dwar ir-Regoli ta' Oriġini tista' tkun deċiżjoni bil-quddiem dwar l-oriġini tal-merkanzija għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, meta d-deċiżjoni tissodisfa r-rekwiżiti taż-żewġ ftehimiet. Il-Membri mhumiex obbligati jistabbilixxu arranġamenti separati skont din id-dispożizzjoni apparti dawk stabbiliti skont il-Ftehim dwar ir-Regoli ta' Oriġini f'dak li għandu x'jaqsam mal-valutazzjoni tal-oriġini, dejjem jekk ir-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu jkunu ssodisfati.

(4)  Deċiżjoni amministrattiva f'dan l-Artikolu tfisser deċiżjoni b'effett legali li taffettwa d-drittijiet u l-obbligi ta' persuna speċifika f'każ individwali. F'dan l-Artikolu deċiżjoni amministrattiva tinftiehem li tkopri azzjoni amministrattiva skont l-Artikolu X tal-GATT tal-1994, jew in-nuqqas ta' teħid ta' azzjoni jew deċiżjoni amministrattiva kif previst fil-liġi domestika tal-Membru u fl-ordinament ġuridiku. Biex jiġi indirizzat dan in-nuqqas, il-Membri jistgħu jirrikorru għal mekkaniżmu amministrattiv jew għal rikors ġudizzjarju alternattiv sabiex jixprunaw lill-awtorità doganali biex fil-pront toħroġ deċiżjoni amministrattiva flok id-dritt għall-appell jew ir-rieżami skont is-subparagrafu 1(a).

(5)  Xejn minn dak li hemm f'dan il-paragrafu ma jimpedixxi lil Membru milli jirrikonoxxi s-silenzju tal-amministrazzjoni fir-rigward ta' appell jew ta' rieżami bħala deċiżjoni favur il-petizzjonant skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu.

(6)  Kull Membru jista' jiddetermina l-kamp ta' applikazzjoni u l-metodoloġija ta' dan il-ħin medju tar-rilaxx skont il-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet tiegħu.

(7)  Miżura elenkata fis-subparagrafu 7.3 minn (a) sa (g) titqies li tapplika għall-operaturi awtorizzati jekk b'mod ġenerali tkun disponibbli għal kulħadd.

(8)  F'każijiet fejn Membru jkollu proċedura eżistenti li tipprovdi t-trattament tal-paragrafu 8.2, din id-dispożizzjoni ma tesiġix li Membru jintroduċi proċeduri mħaffa għar-rilaxx separati.

(9)  Dawn il-kriterji għall-applikazzjoni, jekk ikun hemm, jiġu miżjuda mar-rekwiżiti li l-Membru jkollu biex jopera fir-rigward tal-merkanzija jew tal-konsenji kollha li jidħlu mill-faċilitajiet tal-merkanzija bl-ajru.

(10)  Għall-finijiet ta' din id-dispożizzjoni, merkanzija li teħżien hija merkanzija li teħżien malajr minħabba l-karatteristiċi naturali tagħha, b'mod partikolari fin-nuqqas ta' kundizzjonijiet tal-ħażna adegwati.

(11)  Xejn f'dan il-paragrafu ma jimpedixxi Membru milli jesiġi dokumenti bħal ċertifikati, permessi jew liċenzji bħala rekwiżit għall-importazzjoni ta' merkanzija kkontrollata jew irregolata.

(12)  Dan il-paragrafu jirreferi għall-ispezzjonijiet qabel il-konsenja koperti mill-Ftehim dwar l-Ispezzjonijiet ta' Qabel il-Konsenja, u ma jimpedixxix spezzjonijiet qabel il-konsenja għal finijiet sanitarji u fitosanitarji.

(13)  Xejn f'din id-dispożizzjoni ma għandu jimpedixxi lil Membru milli jżommu il-proċeduri eżistenti li bihom il-mezzi tat-trasport jistgħu jintużaw bħala garanzija għat-traffiku fi tranżitu.

(14)  Din l-attività għandha l-għan ġenerali li tnaqqas il-frekwenza ta' nuqqas ta' konformità, u b'hekk tnaqqas il-bżonn għall-iskambju tal-informazzjoni b'segwitu għal infurzar.

(15)  Dan jista' jinkludi informazzjoni pertinenti dwar il-verifika mwettqa skont il-paragrafu 3. Din l-informazzjoni tkun suġġetta għal livell ta' protezzjoni u kunfidenzjalità speċifikat mill-Membru li jwettaq il-verifika.

(16)  Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, “assistenza u sostenn għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet” jistgħu jieħdu l-forma ta' assistenza teknika, finanzjarja, jew kull forma oħra ta' assistenza miftehma b'mod reċiproku li tingħata.

(17)  In-notifiki sottomessi jistgħu jinkludu wkoll informazzjoni addizzjonali oħra li Membru notifikanti jidhirlu li hi adegwata. Il-Membri huma mħeġġa jagħtu informazzjoni dwar l-aġenzija jew l-entità nazzjonali responsabbli mill-implimentazzjoni.

(18)  Il-Membri jistgħu jinkludu wkoll informazzjoni dwar pjanijiet jew proġetti nazzjonali ta' implimentazzjoni għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ, l-aġenzija jew l-entità nazzjonali responsabbli mill-implimentazzjoni, u d-donaturi li Membru jista' jkollhom arranġament magħhom biex jipprovdu assistenza.

(19)  Dawn l-arranġamenti jkunu b'kundizzjonijiet miftiehma jew b'mod reċiproku bilateralment, jew permezz ta' organizzazzjonijiet internazzjonali adegwati, skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 21.

(20)  Il-Membri jistgħu jinkludu wkoll informazzjoni dwar pjanijiet jew proġetti nazzjonali ta' implimentazzjoni għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ, l-aġenzija jew l-entità nazzjonali responsabbli mill-implimentazzjoni, u d-donaturi li Membru jista' jkollhom arranġament magħhom biex jipprovdu assistenza.

(21)  Dawn l-arranġamenti jkunu b'kundizzjonijiet miftiehma jew b'mod reċiproku bilateralment, jew permezz ta' organizzazzjonijiet internazzjonali adegwati, skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 21.

(22)  L-informazzjoni mogħtija tkun tirrifletti n-natura tal-għoti tal-assistenza u l-appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet, li hija mmexxija mid-domanda.

(23)  Dan jinkludi l-Artikoli V:7 u X:1 tal-GATT tal-1994 u n-nota addizzjonali tal-Artikolu VIII tal-GATT tal-1994.


ANNESS 1

FORMAT TAN-NOTIFIKA SKONT IL-PARAGRAFU 1 TAL-ARTIKOLU 22

Membru Donatur:

Perjodu kopert bin-notifika:

 

 

 

Deskrizzjoni tal-assistenza teknika u finanzjarja u tar-riżorsi għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet

Status u ammont impenjat/żborżat

Pajjiż/Reġjun benefiċjarju (fejn meħtieġ)

Aġenzija ta' implimentazzjoni fil-Membru li jkun qed jagħti l-assistenza.

Proċeduri għall-iżborż tal-assistenza


ANNESS TAL-FTEHIM DWAR IL-FAĊILITAZZJONI TAL-KUMMERĊ

NOTIFIKA TAL-IMPENJI TAL-KATEGORIJA A SKONTIL-FTEHIM DWAR IL-FAĊILITAZZJONI TAL-KUMMERĊ

L-ALBANIJA

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Preparatorju”) għandu jirċievi, inter alia, mingħand il-Membri n-notifiki tagħhom tal-impenji tal-Kategorija A skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, il-Gvern tal-Albanija għandu l-unur li jinnotifika lill-Kumitat Preparatorju li huwa b'dan jindika d-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim fil-Kategorija A, li se jiġu implimentati mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim:

Artikolu 1.1

Pubblikazzjoni

Artikolu 1.2

Informazzjoni disponibbli fuq l-Internet

 

 

Artikolu 1.4

Notifika

Artikolu 2.1

Opportunità biex isiru Kummenti u Informazzjoni qabel id-Dħul fis-Seħħ

Artikolu 2.2

Konsultazzjonijiet

 

 

Artikolu 4.1

Dritt għal Appell jew għal Rieżami

Artikolu 5.2

Detenzjoni

 

 

Artikolu 6.1

Dixxiplini Ġenerali dwar Tariffi u Imposti applikabbli għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni jew Marbutin magħhom

Artikolu 6.2

Dixxiplini speċifiċi dwar Tariffi u Imposti għall-Ipproċessar Doganali Applikabbli għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni jew Marbutin magħhom

Artikolu 6.3

Dixxiplini ta' Penali

 

 

Artikolu 7.3

Separazzjoni tar-Rilaxx mid-Definizzjoni Finali tad-Dazji, tat-Taxxi, tat-Tariffi u tal-Imposti Doganali

Artikolu 7.4

Immaniġġar tar-Riskju

Artikolu 7.6

Stabbiliment u Pubblikazzjoni tal-Ħinijiet Medji tar-Rilaxx

 

 

Artikolu 7.8

Konsenji Mħaffin

Artikolu 7.9

Merkanzija li Teħżien

Artikolu 8

Kooperazzjoni bejn l-Aġenziji tal-Fruntieri

Artikolu 9

Moviment ta' Merkanzija Maħsuba għall-Importazzjoni bil-Kontrolli Doganali

Artikolu 10.1

Formalitajiet u Rekwiżiti ta' Dokumentazzjoni

Artikolu 10.2

Aċċettazzjoni ta' Kopji

Artikolu 10.3

Użu ta' Standards Internazzjonali

Artikolu 10.5

Spezzjonijiet ta' Qabel il-Konsenja

Artikolu 10.6

Użu ta' Sensara Doganali

Artikolu 10.7

Proċeduri fil-Fruntieri Komuni u Rekwiżiti għal Dokumentazzjoni Uniformi

Artikolu 10.8

Merkanzija Rrifjutata

Artikolu 10.9

Dħul Temporanju tal-Merkanzija u Pproċessar Attiv jew Passiv

Artikolu 11-3

Tariffi ta' Tranżitu, Regolamenti, u Formalitajiet

11-4

Nondiskriminazzjoni Msaħħa ta' Tranżitu

11.11.1-5

Garanziji ta' Tranżitu

11.12-13

Kooperazzjoni u Koordinazzjoni ta' Tranżitu

Artikolu 12

Kooperazzjoni Doganali

IL-BOTSWANA

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Preparatorju”) għandu jirċievi, inter alia, in-notifiki tal-impenji tal-Kategorija A mingħand il-Membri skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, il-Gvern tar-Repubblika tal-Botswana għandu l-unur li jinnotifika lill-Kumitat Preparatorju li r-Repubblika tal-Botswana b'dan jindika d-dispożizzjonijiet inklużi fit-Taqsima I tal-Ftehim bħala impenji tal-Kategorija A, li se jiġu implimentati mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim:

Artikolu 2.1

Opportunità biex isiru Kummenti u tingħata Informazzjoni qabel id-Dħul fis-Seħħ

Artikolu 2.2

Konsultazzjonijiet

Artikolu 5.1

Notifiki għal kontrolli jew spezzjonijiet imsaħħin

Artikolu 5.2

Detenzjoni

Artikolu 7.1

Ipproċessar Qabel il-Wasla

Artikolu 7.2

Pagament Elettroniku

Artikolu 7.3

Separazzjoni tar-Rilaxx mid-Definizzjoni Finali tad-Dazji, tat-Taxxi, tat-Tariffi u tal-Imposti Doganali

Artikolu 7.4

Immaniġġjar tar-Riskju

Artikolu 7.5

Awditu ta' Wara r-Rilaxx

Artikolu 7.6

Stabbiliment u Pubblikazzjoni tal-Ħinijiet Medji tar-Rilaxx

Artikolu 7.8

Konsenji Mħaffin

Artikolu 7.9

Merkanzija li Teħżien

Artikolu 9

Moviment ta' merkanzija maħsuba għall-importazzjoni bil-kontrolli doganali

Artikolu 10.3

Użu ta' Standards Internazzjonali

Artikolu 10.5

Spezzjonijiet ta' Qabel il-Konsenja

Artikolu 10.6

Użu ta' Sensara Doganali

Artikolu 10.7

Proċeduri fil-Fruntieri Komuni u Rekwiżiti għal Dokumentazzjoni Uniformi

Artikolu 10.8

Merkanzija Rrifjutata

Artikolu 10.9

Dħul Temporanju tal-Merkanzija u Pproċessar Attiv jew Passiv

IL-BRAŻIL

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Preparatorju”) jirċievi, inter alia, in-notifiki tal-impenji tal-kategorija A mingħand il-Membri skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, il-Missjoni tal-Brażil għandha l-unur li tinnotifika lill-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ li hija tidentifika d-dispożizzjonijiet kollha fit-Taqsima I tal-Ftehim bħala impenji tal-Kategorija A, minbarra dan li ġej:

Artikolu 3.6.b;

Artikolu 3.9.a.ii;

Artikolu 7.1;

Artikolu 7.7.3; kif ukoll

Artikolu 11.9.

IL-BRUNEI DARUSSALAM

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911) u skont l-Artikolu 15 fit-Taqsima II tal-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (“il-Kumitat Preparatorju”) jirċievi, inter alia, n-notifiki tal-impenji tal-Kategorija A tal-Membri skont il-Ftehim.

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, il-Gvern ta' Brunei Darussalam għandu l-unur li jinnotifika lill-Kumitat Preparatorju li Brunei Darussalam b'dan jidentifika d-dispożizzjonijiet kollha fl-Artikoli 1 sa 12 tal-Ftehim bħala Kategorija A, minbarra dan li ġej:

Artikolu 1.2

Informazzjoni Disponibbli fuq l-Internet: subparagrafi 2.1 (a) u (b)

Artikolu 4

Proċeduri għall-Appell jew għar-Rieżami

Artikolu 7.6

Stabbiliment u Pubblikazzjoni tal-Ħinijiet Medji tar-Rilaxx: subparagrafu 2

Artikolu 7.7

Miżuri għall-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ għall-Operaturi Awtorizzati

Artikolu 10.4

Punt Uniku ta' Kuntatt

IĊ-ĊILÌ

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36), u f'konformità mal-Artikolu 15 fit-Taqsima II tal-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (“il-Ftehim”), iċ-Ċilì b'dan jinnotifika li d-dispożizzjonijiet kollha fit-Taqsima I tal-Ftehim ġew identifikati bħala impenji tal-Kategorija A għall-implimentazzjoni mad-dħul fis-seħħ tiegħu, ħlief għall-Artikolu 7.7 dwar operaturi awtorizzati.

IĊ-ĊINA

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Preparatorju”) jirċievi, inter alia, in-notifiki tal-impenji tal-Kategorija A mingħand il-Membri skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, il-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għandu l-unur li jinnotifika lill-Kumitat Preparatorju li Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina b'dan jidentifika d-dispożizzjonijiet kollha fit-Taqsima I tal-Ftehim bħala impenji tal-Kategorija A, minbarra dan li ġej:

Paragrafu 6 tal-Artikolu 7

Stabbiliment u Pubblikazzjoni tal-Ħinijiet Medji tar-Rilaxx;

Paragrafu 4 tal-Artikolu 10

Punt Uniku ta' Kuntatt;

Paragrafu 9 tal-Artikolu 10

Dħul Temporanju tal-Merkanzija u Pproċessar Attiv jew Passiv; kif ukoll

Artikolu 12

Kooperazzjoni Doganali.

IL-KOLOMBJA

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36), u b'konformità mal-Artikolu 15 fit-Taqsima II tal-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (“il-Ftehim”), il-Kolombja b'dan tinnotifika li d-dispożizzjonijiet kollha fit-Taqsima I tal-Ftehim ġew identifikati bħala impenji tal-Kategorija A għall-implimentazzjoni mad-dħul fis-seħħ tiegħu, minbarra dan li ġej:

Artikolu 5.3

Proċeduri tal-Ittestjar

Artikolu 7.9

Merkanzija li Teħżien

IL-KONGO

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36) u l-Artikolu 15 tat-Taqsima II tal-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ, il-Gvern tar-Repubblika tal-Kongo għandu l-unur li javża l-impenji tal-Kategorija A tiegħu, skont id-dispożizzjonijiet elenkati hawn taħt:

Artikolu 3.1

Deċiżjonijiet bil-Quddiem

Artikolu 4.1

Dritt għal Appell jew għal Rieżami

Artikolu 5.1

Notifiki għal Kontrolli jew Spezzjonijiet Imsaħħin

Artikolu 5.2

Detenzjoni

Artikolu 5.3

Proċeduri tal-Ittestjar

Artikolu 7.9

Merkanzija li Teħżien

Artikolu 10.6

Użu tas-Sensara Doganali

Artikolu 10.7

Proċeduri fil-Fruntieri Komuni u Rekwiżiti għal Dokumentazzjoni Uniformi

l-Artikolu 10.9

Dħul Temporanju tal-Merkanzija u Pproċessar Attiv jew Passiv

IL-KOSTA RICA

Skont il-paragrafi 2 u 3 tad-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36), u b'konformità mal-Artikolu 15 fit-Taqsima II tal-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (“il-Ftehim”), il-Kosta Rica b'dan tinnotifika li d-dispożizzjonijiet kollha fit-Taqsima I tal-Ftehim ġew identifikati bħala impenji tal-Kategorija A, minbarra dan li ġej:

Artikolu 10.1.1

Formalitajiet u rekwiżiti ta' dokumentazzjoni

Artikolu 10.2.2

Aċċettazzjoni ta' Kopji

IL-KOSTA TAL-AVORJU

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36), WT/L/911) u l-Artikolu 15 tat-Taqsima II tal-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ, ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju għandha l-unur li tavża l-impenji tal-Kategorija A tagħha, skont id-dispożizzjonijiet elenkati hawn taħt:

Artikolu 4.1

Dritt għal Appell jew għal Rieżami

Artikolu 5.1

Notifiki għal Kontrolli jew Spezzjonijiet Imsaħħin

Artikolu 5.2

Detenzjoni

Artikolu 5.3

Proċeduri tal-Ittestjar

Artikolu 7.4

Immaniġġjar tar-Riskju

Artikolu 7.5

Awditjar ta' Wara l-Ikklerjar

Artikolu 7.8

Konsenji Mħaffin

Artikolu 7.9

Merkanzija li Teħżien

Artikolu 9

Moviment ta' Merkanzija taħt Kontroll Doganali Maħsuba għall-Importazzjoni

Artikolu 10.3

Użu ta' Standards Internazzjonali

Artikolu 10.5

Spezzjonijiet ta' Qabel il-Konsenja

Artikolu 10.7

Proċeduri fil-Fruntieri Komuni u Rekwiżiti għal Dokumentazzjoni Uniformi

Artikolu 10.8

Merkanzija Rrifjutata

Artikolu 10.9

Dħul Temporanju tal-Merkanzija/Ipproċessar Attiv jew Passiv

Artikolu 11

Libertà ta' Tranżitu

IR-REPUBBLIKA DOMINICANA

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Preparatorju”) għandu jirċievi, inter alia, in-notifiki tal-impenji tal-Kategorija A mingħand il-Membri skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, il-Gvern tar-Repubblika Dominicana għandu l-unur li javża lill-Kumitat Preparatorju bid-dispożizzjonijiet identifikati fil-Kategorija A, li jikkorrispondu għat-Taqsima I tal-Ftehim.

Artikolu 1.2

Informazzjoni Disponibbli fuq l-Internet

Artikolu 1.3

Punti ta' Informazzjoni

Artikolu 2.1

Opportunità biex isiru Kummenti u Informazzjoni qabel id-Dħul fis-Seħħ

Artikolu 2.2

Konsultazzjonijiet

Artikolu 3

Deċiżjonijiet bil-Quddiem

Artikolu 4.1

Dritt għal Appell jew għal Rieżami

Artikolu 5.2

Detenzjoni

Artikolu 6.1

Dixxiplini Ġenerali dwar Tariffi u Imposti applikabbli għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni jew Marbutin magħhom

Artikolu 6.3

Dixxiplini ta' Penali

Artikolu 7.1

Ipproċessar Qabel il-Wasla

l-Artikolu 7.2

Pagament Elettroniku:

Artikolu 7.3

Separazzjoni tar-Rilaxx mid-Definizzjoni Finali tad-Dazji, tat-Taxxi, tat-Tariffi u tal-Imposti Doganali

Artikolu 7.5

Awditjar ta' Wara l-Ikklerjar

Artikolu 7.7

Miżuri għall-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ għall-Operaturi Awtorizzati

Artikolu 9

Moviment ta' Merkanzija taħt Kontroll Doganali Maħsuba għall-Importazzjoni

Artikolu 10.1

Formalitajiet u rekwiżiti ta' dokumentazzjoni

Artikolu 10.3

Użu ta' Standards Internazzjonali

Artikolu 10.5

Spezzjonijiet ta' Qabel il-Konsenja

Artikolu 10.6

Użu ta' Sensara Doganali

Artikolu 10.7

Proċeduri fil-Fruntieri Komuni u Rekwiżiti għal Dokumentazzjoni Uniformi

Artikolu 10.8

Merkanzija Rrifjutata

Artikolu 10.9

Dħul Temporanju tal-Merkanzija/Ipproċessar Attiv jew Passiv

Artikolu 11

Libertà ta' Tranżitu

Artikolu 12

Kooperazzjoni Doganali

Artikolu 13.2

Kumitat Nazzjonali għall-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ

L-EKWADOR

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36) u l-Artikolu 15 tat-Taqsima II tal-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ, ir-Repubblika tal-Ekwador għandha l-unur li tavża l-impenji tal-Kategorija A tagħha, skont id-dispożizzjonijiet elenkati hawn taħt:

Artikolu Nru/Paragrafi (*)

Deskrizzjoni

2.1

Opportunità biex isiru Kummenti u Informazzjoni qabel id-Dħul fis-Seħħ

4

Proċeduri ta' Appell jew Rieżami

7.1

Ipproċessar Qabel il-Wasla

7.6

Stabbiliment u Pubblikazzjoni tal-Ħinijiet Medji tar-Rilaxx

9

Moviment ta' Merkanzija taħt Kontroll Doganali Maħsuba għall-Importazzjoni

10.3

Użu ta' Standards Internazzjonali

10.5

Spezzjonijiet ta' Qabel il-Konsenja

10.6

Użu ta' Sensara Doganali

10.7

Proċeduri fil-Fruntieri Komuni u Rekwiżiti għal Dokumentazzjoni Uniformi

10.8

Merkanzija Rrifjutata

10.9

Dħul Temporanju tal-Merkanzija/Ipproċessar Attiv jew Passiv

11.1

Libertà ta' Tranżitu

11.2

Libertà ta' Tranżitu

11.3

Libertà ta' Tranżitu

11.4

Libertà ta' Tranżitu

11.5

Libertà ta' Tranżitu

11.6

Libertà ta' Tranżitu

11.16

Libertà ta' Tranżitu

11.17

Libertà ta' Tranżitu

L-EĠITTU

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36) u l-Artikolu 15 tat-Taqsima II tal-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ, l-Eġittu b'dan javża l-impenji tal-Kategorija “A” tiegħu, skont id-dispożizzjonijiet elenkati hawn taħt:

Numru tal-Artikolu

Deskrizzjoni

Artikolu 4 paragrafi (1,3.4,5)

Proċeduri għal Appell jew għal Rieżami

Artikolu 5.2

Detenzjoni

Artikolu 6.2

Dixxiplini speċifiċi dwar Tariffi u Imposti għall-Ipproċessar Doganali Applikabbli għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni jew Marbutin magħhom

Artikolu 6.3 subparagrafi (3.2,3.4,3.5,3.6)

Dixxiplini ta' Penali

Artikolu 7.3 subparagrafi (3.1,3.2,3.3,3.4,3.5)

Separazzjoni tar-rilaxx mid-definizzjoni finali tad-dazji, tat-taxxi, tat-tariffi u tal-imposti doganali

Artikolu 9

Moviment ta' merkanzija maħsuba għall-importazzjoni bil-kontrolli doganali

Artikolu 10.5 paragrafu (5.1)

Spezzjoni ta' Qabel il-Konsenja

Artikolu 10.6

Użu ta' sensara doganali

Artikolu 10.7

Proċeduri fil-fruntieri komuni u rekwiżiti għal dokumentazzjoni uniformi

Artikolu 10.8

Merkanzija rrifjutata

Artikolu 10.9

Dħul Temporanju tal-Merkanzija u Pproċessar Attiv jew Passiv

Artikolu 11 paragrafi (2,3,11,12,13,14,15,16)

Libertà ta' tranżitu

EL SALVADOR

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36) u l-Artikolu 15 tat-Taqsima II tal-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn issa 'l quddiem “il-Ftehim”), El Salvador b'dan javża l-impenji tal-Kategorija A tiegħu, skont id-dispożizzjonijiet elenkati hawn taħt

Artikolu 1

Publikazzjoni u Disponibbiltà tal-Informazzjoni

Artikolu 2

Opportunità li jsiru Kummenti, Informazzjoni qabel id-Dħul fis-Seħħ, u Konsultazzjonijiet

Artikolu 3

Deċiżjonijiet bil-Quddiem

Artikolu 4

Proċeduri ta' Appell jew Rieżami: paragrafi 1, 2, 3, 4 u 5

Artikolu 5

Miżuri Oħra sabiex tiżdied l-Imparżjalità, in-Nondiskriminazzjoni u t-Trasparenza

Artikolu 6

Dixxiplini dwar Tariffi u Imposti fuq l-Importazzjonijiet u l-Esportazzjoni jew Marbutin magħhom, u Dixxiplini ta' Penali: paragrafi 1 u 3

Artikolu 7

Rilaxx u Kklerjar ta' Merkanzija: paragrafi 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7 (is-subpragrafi 3, 4, 5, 6), 8 u 9

Artikolu 8

Kooperazzjoni bejn l-Aġenziji tal-Fruntieri: il-paragrafu 1

Artikolu 9

Moviment ta' Merkanzija taħt Kontroll Doganali Maħsuba għall-Importazzjoni

Artikolu 10

Formalitajiet Marbutin mal-Importazzjoni, l-Esportazzjoni u t-Tranżitu: il-paragrafi 1, 2, (subparagrafi 2 u 3), (subpragrafu 1), 6, 7, 8 u 9

Artikolu 11

Libertà ta' Tranżitu:: paragrafi 1, 2, 3, 4, 5, 6, 8, 9, 10, 11, 14, 15, 16 u 17

Artikolu 12

Kooperazzjoni Doganali: paragrafi 1, 3, 4, 5 (subparagrafi 1 u 2), 12

IL-GABON

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN (13)/36, WT/L/911) u l-Artikolu 15 tat-Taqsima II tal-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ, ir-Repubblika Gaboniża b'dan tavża l-impenji tal-Kategorija A tagħha, skont id-dispożizzjonijiet elenkati hawn taħt:

Artikolu 5.2

Detenzjoni

Artikolu 7.1

Ipproċessar Qabel il-Wasla

Artikolu 7.8

Konsenji Mħaffin

Artikolu 7.9

Merkanzija li Tiskadi

Artikolu 9

Moviment ta' Merkanzija taħt Kontroll Doganali Maħsuba għall-Importazzjoni

Artikolu 10.5

Spezzjonijiet ta' Qabel il-Konsenja

Artikolu 10.8

Merkanzija Rrifjutata

Artikolu 10.9

Dħul Temporanju tal-Merkanzija u Pproċessar Attiv jew Passiv

IL-GWATEMALA

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Preparatorju”) għandu jirċievi, inter alia, in-notifiki tal-impenji tal-Kategorija A mingħand il-Membri skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, il-Gvern tal-Gwatemala jixtieq b'dan jinnotifika l-Kumitat Preparatorju li d-dispożizzjonijiet kollha fit-Taqsima I tal-Ftehim ġew indikati bħala impenji tal-Kategorija A skont id-dokument tad-WTO WT/PCTF/W/27 tas-7 ta' Lulju 2014, ħlief għal dan li ġej:

 

Artikolu 1.1.1 (d) u (f)

 

Artikolu 1.2.1 (a) u (b)

 

Artikolu 1.3.1

 

Artikolu 1.3.2

 

Artikolu 1.4 (b) u (c)

 

Artikolu 2.1.1

 

Artikolu 3.9 (b) (iii)

 

Artikolu 5

 

Artikolu 6.1.4

 

Artikolu 7.1.2

 

Artikolu 7.4.3

 

Artikolu 7.6.1

 

Artikolu 7.6.2

 

Artikolu 7.7.3 (a), (d), (e), (f) u (g)

 

Artikolu 7.8.2 (c) u (d)

 

Artikolu 7.9.3

 

Artikolu 8.1

 

Artikolu 8.2(d) u (e)

 

Artikolu 10.1.1

 

Artikolu 10.2.3

 

Artikolu 10.4.1

 

Artikolu 10.4.2

 

Artikolu 11.17

 

Artikolu 12.2.1

 

Artikolu 12.3

 

Artikolu 12.4

 

Artikolu 12.5

 

Artikolu 12.6

 

Artikolu 12.7

 

Artikolu 12.8

 

Artikolu 12.9

 

Artikolu 12.10

 

Artikolu 12.11

IL-HONDURAS

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36) u l-Artikolu 15 tat-Taqsima II tal-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (“il-Ftehim”), il-Honduras b'dan jinnotifika l-impenji tal-Kategorija A tiegħu, skont id-dispożizzjonijiet elenkati hawn taħt:

Artikolu 1.1

Pubblikazzjoni

Artikolu 1.2

Informazzjoni Disponibbli fuq l-Internet

Artikolu 1.3

Punti ta' Informazzjoni

Artikolu 1.4

Notifika

Artikolu 3

Deċiżjonijiet bil-Quddiem

Artikolu 4

Proċeduri ta' Appell jew Rieżami

Artikolu 6.1

Dixxiplini Ġenerali dwar Tariffi u Imposti fuq l-Importazzjonijiet u l-Esportazzjoni jew Marbutin magħhom (ħlief għall-Artikoli 6.1.3 u 6.1.4)

Artikolu 6.2

Dixxiplini Speċifiċi dwar Tariffi u Imposti applikabbli għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni jew Marbutin magħhom

Artikolu 6.3

Dixxiplini ta' Penali

Artikolu 7.1

Ipproċessar Qabel il-Wasla

Artikolu 7.2

Pagament Elettroniku

Artikolu 7.4

Immaniġġjar tar-Riskju

Artikolu 7.5

Awditjar ta' Wara l-Ikklerjar

Artikolu 7.8

Konsenji mħaffin (ħlief għall-Artikolu 7.8.2 (d))

Artikolu 7.9

Merkanzija li Teħżien (ħlief għall-Artikolu 7.9.3)

Artikolu 8

Kooperazzjoni tal-Aġenzija tal-Fruntieri (ħlief għall-Artikolu 8.2 (c), (d) u (e))

Artikolu 9

Moviment ta' Merkanzija taħt Kontroll Doganali Maħsuba għall-Importazzjoni

Artikolu 10.1

Formalitajiet u Rekwiżiti ta' Dokumentazzjoni

Artikolu 10.3

Użu ta' Standards Internazzjonali

Artikolu 10.5

Spezzjonijiet ta' Qabel il-Konsenja

Artikolu 10.6

Użu ta' Sensara Doganali

Artikolu 10.7

Proċeduri fil-Fruntieri Komuni u Rekwiżiti għal Dokumentazzjoni Uniformi

Artikolu 10.8

Merkanzija Rrifjutata

Artikolu 10.9

Dħul Temporanju tal-Merkanzija/Ipproċessar Attiv jew Passiv

Artikolu 11

Libertà ta' Tranżitu

Artikolu 12.12

Ftehim Bilaterali u Reġjonali

HONG KONG, IĊ-ĊINA

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Preparatorju”) għandu jirċievi, inter alia, mingħand il-Membri n-notifiki tagħhom tal-impenji tal-Kategorija A skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, il-Gvern ta' Hong Kong, iċ-Ċina għandu l-unur li jinnotifika lill-Kumitat Preparatorju li huwa b'dan jindika d-dispożizzjonijiet li ġejjin imsemmijin fl-Artikoli 1 sa 12 tal-Ftehim (annessi mad-Deċiżjoni Ministerjali ta hawn fuq) fil-Kategorija A, li se jiġu implimentati mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

L-INDONEŻJA

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Preparatorju”) għandu jirċievi, inter alia, mingħand il-Membri n-notifiki tagħhom tal-impenji tal-Kategorija A skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, il-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja għandu l-unur li jinnotifika lill-Kumitat Preparatorju li l-Indoneżja b'dan tindika d-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim fil-Kategorija A, li se jiġu implimentati mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim:

Artikolu 6.3

Dixxiplini ta' Penali

Artikolu 7.1

Ipproċessar Qabel il-Wasla

Artikolu 10.6

Użu ta' Sensara Doganali

IŻRAEL

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali jirċievi, inter alia, in-notifiki tal-impenji tal-Kategorija A mingħand il-Membri skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ.

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, l-Istat ta' Iżrael għandu l-unur li jinnotifika l-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ li l-Istat ta' Iżrael b'dan jidentifika d-dispożizzjonijiet kollha inklużi fit-Taqsima I tal-Ftehim bħala Kategorija A.

IL-ĠORDAN

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Preparatorju”) jirċievi, inter alia, in-notifiki tal-impenji tal-Kategorija A mingħand il-Membri skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, il-Gvern tal-Ġordan għandu l-unur li jinnotifika l-Kumitat Preparatorju li jidentifika d-dispożizzjonijiet kollha inklużi fit-Taqsima I tal-Ftehim (annessi mad-Deċiżjoni Ministerjali msemmija hawn fuq) fil-Kategorija A għall-implimentazzjoni b'mod sħiħ mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, ħlief għal dan li ġej:

Artikolu 1.1

Pubblikazzjoni

Artikolu 1.2

Informazzjoni Disponibbli fuq l-Internet

Artikolu 1.3

Punti ta' Informazzjoni

Artikolu 3.1

Deċiżjonijiet bil-Quddiem

Artikolu 6.1

Dixxiplini Ġenerali dwar Tariffi u Imposti applikabbli għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni jew Marbutin magħhom

Artikolu 7.1

Ipproċessar Qabel il-Wasla

Artikolu 10.1

Formalitajiet u Rekwiżiti ta' Dokumentazzjoni

Artikolu 10.2

Aċċettazzjoni ta' Kopji

Artikolu 10.4

Punt Uniku ta' Kuntatt

Artikolu 11.5-10

Proċeduri u Kontrolli ta' Tranżitu

IL-KOREA

Għandi l-unur li nirreferi għad-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911), li skontha l-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ ġie stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Preparatorju”) għandu jirċievi, inter alia, mingħand il-Membri n-notifiki tagħhom tal-impenji tal-Kategorija A skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

Barra minn hekk, għandi l-unur ukoll li ninnotifika l-Kumitat Preparatorju li l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea ddeċieda li jidentifika d-dispożizzjonijiet kollha li jinsabu fl-Artikoli 1 sa 12 tal-Ftehim fil-Kategorija A.

IL-KUWAJT

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Preparatorju”) jirċievi, inter alia, mingħand il-Membri n-notifiki tagħhom tal-impenji tal-Kategorija A skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, l-Istat tal-Kuwajt għandu l-unur li jinnotifika l-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ li l-Istat tal-Kuwajt b'dan jidentifika d-dispożizzjonijiet inklużi fl-Anness I Kategorija A, ħlief dawn li ġejjin:

Artikolu 3.1

Deċiżjonijiet bil-Quddiem

Artikolu 6.2

Dixxiplini speċifiċi dwar Tariffi u Imposti għall-Ipproċessar Doganali Applikabbli għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni jew Marbutin magħhom

Artikolu 7.4

Immaniġġar tar-Riskju

Artikolu 7.5

Awditjar ta' Wara l-Ikklerjar

Artikolu 7.7

Miżuri għall-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ għall-Operaturi Awtorizzati

Artikolu 7.9

Merkanzija li Teħżien

Artikolu 8

Kooperazzjoni bejn l-Aġenziji tal-Fruntieri

Artikolu 10.4

Punt Uniku ta' Kuntatt

Artikolu 11.11-15

Garanziji ta' Tranżitu

Artikolu 12

Kooperazzjoni doganali

IR-REPUBBLIKA KIRGIŻA

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Preparatorju”) għandu jirċievi, inter alia, mingħand il-Membri n-notifiki tagħhom tal-impenji tal-Kategorija A skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, f'isem il-Ministru tal-Ekonomija tar-Repubblika Kirgiża għandna l-pjaċir li ninnotifikaw lill-Kumitat Preparatorju li r-Repubblika Kirgiża tindika d-dispożizzjonijiet li ġejjin imsemmijin fit-Taqsima 1 tal-Ftehim (annessi mad-Deċiżjoni Ministerjali msemmija hawn fuq) bħala impenji tal-Kategorija A, li se jiġu implimentati mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim:

Artikolu 4

Id-Dispożizzjonijiet kollha (Proċeduri għal Appell jew għal Rieżami)

Artikolu 5

Paragrafu 2 (Detenzjoni)

Artikolu 9

(Moviment ta' Merkanzija Maħsuba għall-Importazzjoni bil-Kontrolli Doganali)

Artikolu 10

Paragrafu 5 (Spezzjonijiet ta' Qabel il-Konsenja)

Artikolu 11

Paragrafi 1 sa 4 (Imposti tat-Tranżitu, Regolamenti, Formalitajiet u Nondiskriminazzjoni)

Il-MAKAU, IĊ-ĊINA

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Preparatorju”) għandu jirċievi, inter alia, in-notifiki tal-impenji tal-Kategorija A mingħand il-Membri skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, il-Gvern tal-Makau, iċ-Ċina għandu l-unur li jinnotifika l-Kumitat Preparatorju li b'dan il-Makau, iċ-Ċina għandu jidentifika d-dispożizzjonijiet kollha inklużi fl-Artikoli 1 sa 12 tal-Ftehim fil-Kategorija A, li se jiġu implimentati b'mod sħiħ mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, ħlief għal dan li ġej:

Artikolu 7:

Paragrafu 4 — Immaniġġar tar-Riskji;

Artikolu 7:

Paragrafu 5 — Awditjar ta' Wara l-Ikklerjar;

Artikolu 9:

Moviment ta' Merkanzija Maħsuba għall-Importazzjoni bil-Kontrolli Doganali;

Artikolu 10:

Paragrafu 4 — Punt Uniku ta' Kuntatt.

IL-MALASJA

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Preparatorju”) għandu jirċievi, inter alia, in-notifiki tal-impenji tal-Kategorija A mingħand il-Membri skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, il-Gvern tal-Malasja għandu l-unur li jinnotifika lill-Kumitat Preparatorju li l-Malasja b'dan tidentifika d-dispożizzjonijiet kollha fl-Artikoli minn 1 sa 12 tal-Ftehim (annessi mad-Deċiżjoni Ministerjali ta' hawn fuq) fil-Kategorija A, ħlief dan li ġej:

Artikolu 7.8

(Konsenji Mħaffin); kif ukoll

Artikolu 11.9

(Mili u pproċessar bil-quddiem tad-dokumentazzjoni u tad-dejta tat-tranżitu qabel il-wasla tal-merkanzija).

MAURITIUS

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Preparatorju”) jirċievi, inter alia, mingħand il-Membri n-notifiki tagħhom tal-impenji tal-Kategorija A skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, il-Gvern tar-Repubblika ta' Mauritius għandu l-unur li jinnotifika lill-Kumitat Preparatorju li r-Repubblika ta' Mauritius b'dan jindika d-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim (annessi mad-Deċiżjoni Ministerjali ta' hawn fuq) fil-Kategorija A, li se jiġu implimentati mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim:

Artikolu 1.1

Pubblikazzjoni

Artikolu 1.2

Informazzjoni Disponibbli fuq l-Internet

Artikolu 1.4

Notifika

Artikolu 2.1

Opportunità biex isiru Kummenti u Informazzjoni qabel id-Dħul fis-Seħħ

Artikolu 2.2

Konsultazzjoni

Artikolu 3

Deċiżjonijiet bil-Quddiem

Artikolu 4

Proċeduri għal Appell jew għal Rieżami

Artikolu 5.1

Notifiki għal Kontrolli jew Spezzjonijiet Imsaħħin

Artikolu 5.2

Detenzjoni

Artikolu 6.1

Dixxiplini Ġenerali dwar Tariffi u Imposti applikabbli għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni jew Marbutin magħhom

Artikolu 6.2

Dixxiplini Speċifiċi dwar Tariffi u Imposti għall-Ipproċessar Doganali Applikabbli għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni jew Marbutin magħhom

Artikolu 6.3

Dixxiplini ta' Penali

Artikolu 7.1

Ipproċessar Qabel il-Wasla

Artikolu 7.2

Pagament Elettroniku

Artikolu 7.3

Separazzjoni tar-Rilaxx minn mad-Definizzjoni Finali tad-Dazji, tat-Taxxi, tat-Tariffi u tal-Imposti Doganali

Artikolu 7.5

Awditjar ta' Wara l-Ikklerjar

Artikolu 7.9

Merkanzija li Teħżien

Artikolu 9

Moviment ta' Merkanzija Maħsuba għall-Importazzjoni bil-Kontrolli Doganali

Artikolu 10.1

Formalitajiet u Rekwiżiti ta' Dokumentazzjoni

Artikolu 10.2

Aċċettazzjoni ta' Kopji

Artikolu 10.5

Spezzjonijiet ta' Qabel il-Konsenja

Artikolu 10.6

Użu ta' Sensara Doganali

Artikolu 10.7

Proċeduri fil-Fruntieri Komuni u Rekwiżiti għal Dokumentazzjoni Uniformi

Artikolu 10.8

Merkanzija Rrifjutata

Artikolu 10.9.1

Dħul Temporanju tal-Merkanzija

Artikolu 11

Libertà ta' Tranżitu

Artikolu 23.2

Kumitat Nazzjonali għall-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ

IL-MESSIKU

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Preparatorju”) għandu jirċievi, inter alia, in-notifiki tal-impenji tal-Kategorija A mingħand il-Membri skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, il-Gvern tal-Messiku għandu l-unur li jinnotifika l-Kumitat Preparatorju li jidentifika d-dispożizzjonijiet kollha inklużi fit-Taqsima I tal-Ftehim (annessi mad-Deċiżjoni Ministerjali msemmija hawn fuq) fil-Kategorija A għall-implimentazzjoni b'mod sħiħ mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, ħlief għal dan li ġej:

IL-MOLDOVA

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Preparatorju”) għandu jirċievi, inter alia, in-notifiki tal-impenji tal-Kategorija A mingħand il-Membri skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, il-Gvern tar-Repubblika tal-Moldova għandu l-unur li jinnotifika lill-Kumitat Preparatorju li r-Repubblika tal-Moldova b'dan tindika d-disposizzjonijiet inklużi fit-Taqsima I tal-Ftehim (annessi mad-Deċiżjoni Ministerjali ta' hawn fuq) bħala impenji tal-Kategorija A, li se jiġu implimentati mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim:

Artikolu 1

Paragrafi 1 u 4 (Pubblikazzjoni, Notifika)

Artikolu 3

(DEĊIŻJONIJIET BIL-QUDDIEM)

Artikolu 4

(PROĊEDURI GĦAL APPELL JEW GĦAL RIEŻAMI)

Artikolu 5

Paragrafu 2 (Detenzjoni)

Artikolu 6

Paragrafu 2 (Dixxiplini Speċifiċi dwar Tariffi u Imposti għall-Ipproċessar Doganali Applikabbli għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni jew Marbutin magħhom)

Artikolu 7

Paragrafi 2, 4 u 5 (Pagament Elettroniku, Immaniġar tar-Riskju, Awditjar ta' Wara l-Ikklerjar)

Artikolu 8

(KOOPERAZZJONI BEJN L-AĠENZIJI TAL-FRUNTIERI)

Artikolu 9

(MOVIMENT TA' MERKANZIJA MAĦSUBA GĦALL-IMPORTAZZJONI BIL-KONTROLLI DOGANALI)

Artikolu 10

Paragrafu 3 u minn 5 sa 9 (Użu ta' Standards Internazzjonali, Spezzjoni ta' qabel il-Konsenja, Użu ta' Sensara Doganali, Proċeduri tal-Fruntiera Komuni u Uniformi ta' Rekwiżiti ta' Dokumentazzjoni, Merkanzija Rrifjutata, Ammissjoni Temporanja tal-Merkanzija u Pproċessar Attiv jew Passiv)

Artikolu 12

Id-dispożizzjonijiet kollha

IL-MONGOLJA

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Preparatorju”) għandu jirċievi, inter alia, in-notifiki tal-impenji tal-Kategorija A mingħand il-Membri skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, il-Gvern tal-Mongolja għandu l-unur li jinnotifika lill-Kumitat Preparatorju li l-Mongolja b'dan tindika d-dispożizzjonijiet li ġejjin inklużi fit-Taqsima I tal-Ftehim (annessi mad-Deċiżjoni Ministerjali msemmija hawn fuq) bħala impenji tal-Kategorija A, li se jiġu implimentati mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim:

Artikolu 1.4

Notifiki

Artikolu 2.2

Konsultazzjonijiet

Artikolu 4

Proċeduri għal appell jew għal rieżami

Artikolu 5.2

Detenzjoni

Artikolu 6.1

Dixxiplini ġenerali dwar tariffi u imposti applikabbli għall-importazzjoni u l-esportazzjoni jew marbutin magħhom

Artikolu 6.2

Dixxiplini speċifiċi dwar tariffi u imposti applikabbli għall-importazzjoni u l-esportazzjoni jew marbutin magħhom

Artikolu 10.1

Formalitajiet u rekwiżiti ta' dokumentazzjoni

Artikolu 10.2

Aċċettazzjoni ta' kopji

Artikolu 10.7

Proċeduri fil-fruntieri komuni u rekwiżiti għal dokumentazzjoni uniformi

Artikolu 10.8

Merkanzija rrifjutata

Artikolu 11

Libertà ta' tranżitu

IL-MONTENEGRO

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Preparatorju”) għandu jirċievi, inter alia, in-notifiki tal-impenji tal-Kategorija A mingħand il-Membri skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, il-Gvern tal-Montenegro għandu l-unur li jinnotifika lill-Kumitat Preparatorju li b'dan il-Montenegro jindika d-dispożizzjonijiet li ġejjin inklużi fit-Taqsima I tal-Ftehim fil-Kategorija A, li se jiġu implimentati mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim:

Artikolu 1.1

Pubblikazzjoni

Artikolu 2.1

Opportunità biex isiru Kummenti u Informazzjoni qabel id-Dħul fis-Seħħ

Artikolu 2.2

Konsultazzjonijiet

Artikolu 3.1

Deċiżjonijiet bil-Quddiem

Artikolu 4

Proċeduri għal Appell jew għal Rieżami

Artikolu 5.2

Detenzjoni

Artikolu 5.3

Proċeduri tal-Ittestjar

Artikolu 6.2

Dixxiplini Speċifiċi dwar Tariffi u Imposti applikabbli għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni jew Marbutin magħhom

Artikolu 6.3

Dixxiplini ta' Penali

Artikolu 7.2

Pagament Elettroniku

Artikolu 7.3

Separazzjoni tar-Rilaxx mid-Definizzjoni Finali tad-Dazji, tat-Taxxi, tat-Tariffi u tal-Imposti Doganali

Artikolu 7.7

Miżuri għall-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ għall-Operaturi Awtorizzati

Artikolu 8

Kooperazzjoni bejn l-Aġenziji tal-Fruntieri

Artikolu 9

Moviment ta' Merkanzija Maħsuba għall-Importazzjoni bil-Kontrolli Doganali

Artikolu 10.1

Formalitajiet u Rekwiżiti ta' Dokumentazzjoni

Artikolu 10.2

Aċċettazzjoni ta' Kopji

Artikolu 10.3

Użu ta' Standards Internazzjonali

Artikolu 10.5

Spezzjonijiet ta' Qabel il-Konsenja

Artikolu 10.6

Użu ta' Sensara Doganali

Artikolu 10.7

Proċeduri fil-Fruntieri Komuni u Rekwiżiti għal Dokumentazzjoni Uniformi

Artikolu 10.8

Merkanzija Rrifjutata

Artikolu 10.9

Dħul Temporanju tal-Merkanzija u Pproċessar Attiv jew Passiv

Artikolu 11.1-11.3

Tariffi ta' Tranżitu, Regolamenti, u Formalitajiet

Artikolu 11.4

Nondiskriminazzjoni Msaħħa ta' Tranżitu

Artikolu 11.11-11.15

Garanziji ta' Tranżitu

Artikolu 11.16-11.17

Kooperazzjoni u Koordinazzjoni ta' Tranżitu

Artikolu 12

Kooperazzjoni Doganali

IR-RENJU TAL-MAROKK

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36 — WT/L/911), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Preparatorju”) jirċievi, inter alia, in-notifiki tal-impenji tal-Kategorija A mingħand il-Membri skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ.

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, ir-Renju tal-Marokk għandu l-unur li jinnotifika l-Kumitat Preparatorju li jidentifika d-dispożizzjonijiet li ġejjin fil-Kategorija A.

Artikolu 1.1

Pubblikazzjoni

Artikolu 1.2

Informazzjoni Disponibbli fuq l-Internet

Artikolu 1.3

Punti ta' Informazzjoni

Artikolu 1.4

Notifika

Artikolu 2.1

Opportunità biex isiru Kummenti u Informazzjoni qabel id-Dħul fis-Seħħ

Artikolu 2.2

Konsultazzjonijiet

Artikolu 3

Deċiżjonijiet bil-Quddiem

Artikolu 4

Proċeduri għal Appell jew għal Rieżami

Artikolu 5.2

Detenzjoni

Artikolu 5.3

Proċeduri tal-Ittestjar

Artikolu 6.1

Dixxiplini Ġenerali dwar Tariffi u Imposti applikabbli għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni jew Marbutin magħhom

Artikolu 6.2

Dixxiplini speċifiċi dwar Tariffi u Imposti għall-Ipproċessar Doganali Applikabbli għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni jew Marbutin magħhom

Artikolu 6.3

Dixxiplini ta' Penali

Artikolu 7.2

Pagament Elettroniku

Artikolu 7.3

Separazzjoni tar-Rilaxx minn mad-Definizzjoni Finali tad-Dazji, tat-Taxxi, tat-Tariffi u tal-Imposti Doganali

Artikolu 7.5

Awditjar ta' Wara l-Ikklerjar

Artikolu 7.6

Stabbiliment u Pubblikazzjoni tal-Ħinijiet Medji tar-Rilaxx

Artikolu 7.7

Miżuri għall-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ għall-Operaturi Awtorizzati

Artikolu 7.8

Konsenji Mħaffin

Artikolu 8

Kooperazzjoni bejn l-Aġenziji tal-Fruntieri

Artikolu 9

Moviment ta' Merkanzija taħt Kontroll Doganali Maħsuba għall-Importazzjoni

Artikolu 10.1

Formalitajiet u Rekwiżiti ta' Dokumentazzjoni

Artikolu 10.2

Aċċettazzjoni ta' Kopji

Artikolu 10.3

Użu ta' Standards Internazzjonali

Artikolu 10.6

Użu ta' Sensara Doganali

Artikolu 10.7

Proċeduri fil-Fruntieri Komuni u Rekwiżiti għal Dokumentazzjoni Uniformi

Artikolu 10.8

Merkanzija Rrifjutata

Artikolu 10.9

Dħul Temporanju tal-Merkanzija/Ipproċessar Attiv jew Passiv

Artikolu 11

Libertà ta' Tranżitu

Artikolu 12

Kooperazzjoni Doganali

Artikolu 13.2

Kumitat Nazzjonali għall-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ

IN-NIKARAGWA

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Preparatorju”) għandu jirċievi, inter alia, in-notifiki tal-impenji tal-Kategorija A mingħand il-Membri skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, il-Gvern tan-Nikaragwa għandu l-unur li jinnotifika lill-Kumitat Preparatorju bid-dispożizzjonijiet identifikati fil-Kategorija A, li jikkorrispondu għat-Taqsima I tal-Ftehim.

Artikolu 1.2

Informazzjoni Disponibbli fuq l-Internet

Artikolu 1.4

Notifika

Artikolu 2.1

Opportunità biex isiru Kummenti u Informazzjoni qabel id-Dħul fis-Seħħ

Artikolu 2.2

Konsultazzjonijiet

Artikolu 3

Deċiżjonijiet bil-Quddiem

Artikolu 4.1

Dritt għal Appell jew għal Rieżami

Artikolu 5.2

Detenzjoni

Artikolu 6.1

Dixxiplini Ġenerali dwar Tariffi u Imposti applikabbli għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni jew Marbutin magħhom

Artikolu 6.3

Dixxiplini ta' Penali

Artikolu 7.1

Ipproċessar Qabel il-Wasla

Artikolu 7.3

Separazzjoni tar-Rilaxx minn mad-Definizzjoni Finali tad-Dazji, tat-Taxxi, tat-Tariffi u tal-Imposti Doganali

Artikolu 7.4

Immaniġġar tar-Riskju

Artikolu 7.5

Awditjar ta' Wara l-Ikklerjar

Artikolu 7.8

Konsenji Mħaffin

Artikolu 7.9

Merkanzija li Tiskadi

Artikolu 9

Moviment ta' Merkanzija taħt Kontroll Doganali Maħsuba għall-Importazzjoni

Artikolu 10.1

Formalitajiet u Rekwiżiti ta' Dokumentazzjoni

Artikolu 10.3

Użu ta' Standards Internazzjonali

Artikolu 10.5

Spezzjonijiet ta' Qabel il-Konsenja

Artikolu 10.6

Użu ta' Sensara Doganali

Artikolu 10.7

Proċeduri fil-Fruntieri Komuni u Rekwiżiti għal Dokumentazzjoni Uniformi

Artikolu 10.8

Merkanzija Rrifjutata

Artikolu 10.9

Dħul Temporanju tal-Merkanzija/Ipproċessar Attiv jew Passiv

Artikolu 11

Libertà ta' Tranżitu

Artikolu 12.1

Miżuri li Jippromwovu Konformità u Kooperazzjoni

Artikolu 12.2

Skambju ta' Informazzjoni

Artikolu 12.3

Verifika

Artikolu 12.4

Talba

Artikolu 12.5

Protezzjoni u kunfidenzjalità

Artikolu 12.6

Għoti ta' informazzjoni

Artikolu 12.7

Posponiment jew rifjut ta' talba

Artikolu 12.8

Reċiproċità

Artikolu 12.9

Piż amministrattiv

Artikolu 12.10

Limitazzjonijiet

Artikolu 12.11

Użu jew żvelar mhux awtorizzat

Artikolu 12.12

Ftehimiet bilaterali u reġjonali

Artikolu 13.2

Kumitat Nazzjonali għall-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ

IN-NIĠERJA

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Preparatorju”) għandu jirċievi, inter alia, in-notifiki tal-impenji tal-Kategorija A mingħand il-Membri skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, il-Gvern tar-Repubblika Federali tan-Niġerja għandu l-unur li jinnotifika lill-Kumitat Preparatorju li huwa b'dan jindika d-dispożizzjonijiet li ġejjin inklużi f'Taqsima I tal-Ftehim fil-Kategorija A, li se jiġu implimentati mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim:

Artikolu 6.3:

Dixxiplini ta' Penali;

Artikolu 7.1:

Ipproċessar ta' qabel il-wasla;

Artikolu 7.3:

Separazzjoni tar-Rilaxx minn mad-Definizzjoni Finali tad-Dazji, tat-Taxxi, tat-Tariffi u tal-Imposti Doganali;

Artikolu 9:

Moviment ta' merkanzija maħsuba għall-importazzjoni bil-kontroll doganali;

Artikolu 10.7:

Proċeduri fil-Fruntieri Komuni u Rekwiżiti għal Dokumentazzjoni Uniformi;

Artikolu 10.9:

Dħul Temporanju tal-Merkanzija u Pproċessar Attiv jew Passiv;

Artikolu 11.3:

Limitazzjonijiet Volontarji;

Artikolu 11.4:

Nondiskriminazzjoni;

Artikolu 11.6:

Rekwiżiti ta' Dokumentazzjoni;

Artikolu 11.8:

Nuqqas ta' applikazzjoni tal-ostakoli tekniċi għall-kummerċ (TBTs);

Artikolu 11.9:

Mili u Pproċessar minn qabel ta' Dokumentazzjoni ta' Tranżitu;

Artikolu 11.10:

Waqfien Immedjat ta' Operazzjoni ta' Tranżitu; kif ukoll

Artikolu 11.11:

Garanziji ta' tranżitu.

L-OMAN

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Preparatorju”) għandu jirċievi, inter alia, mingħand il-Membri n-notifiki tagħhom tal-impenji tal-Kategorija A skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, il-Gvern tas-Saltna tal-Oman għandu l-unur li jinnotifika lill-Kumitat Preparatorju li l-Oman b'dan jindika d-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim fil-Kategorija A, li se jiġu implimentati mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim:

Artikolu 1:

Pubblikazzjoni:

1.1

Informazzjoni disponibbli fuq l-Internet

1.4

Notifika

Artikolu 2:

Opportunità li jsiru kummenti, informazzjoni qabel id-dħul fis-seħħ, u konsultazzjonijiet:

2.2

Konsultazzjonijiet

Artikolu 4:

Proċeduri ta' appell jew rieżami:

4.1

Dritt għal appell jew għal rieżami

Artikolu 5:

Miżuri oħra sabiex tiżdied l-imparzjalità, in-nondiskriminazzjoni u t-trasparenza:

5.1

Notifiki għal kontrolli jew spezzjonijiet imsaħħin

5.2

Detenzjoni

5.3

Proċeduri tat-test

Artikolu 6:

Dixxiplini dwar tariffi u imposti applikabbli għall-importazzjoni u l-esportazzjoni jew marbutin magħhom:

6.1

Dixxiplini ġenerali dwar tariffi u imposti applikabbli għall-importazzjoni u l-esportazzjoni jew marbutin magħhom

6.2

Dixxiplini speċifiċi dwar tariffi u imposti applikabbli għall-importazzjoni u l-esportazzjoni jew marbutin magħhom

Artikolu 7:

Rilaxx u kklerjar tal-merkanzija:

7.3

Separazzjoni tar-rilaxx minn mad-definizzjoni finali tad-dazji, tat-taxxi, tat-tariffi u tal-imposti doganali

Artikolu 9:

Moviment ta' merkanzija taħt kontroll doganali maħsuba għall-importazzjoni

Artikolu 10:

Formalitajiet marbutin mal-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-tranżitu:

10.3

Użu ta' standards internazzjonali

10.5

Spezzjonijiet ta' qabel il-konsenja

10.6

Użu ta' sensara doganali

10.7

Proċeduri fil-fruntieri komuni u rekwiżiti għal dokumentazzjoni uniformi

10.8

Merkanzija rrifjutata

10.9

Dħul temporanju tal-merkanzija/Ipproċessar attiv jew passiv

Artikolu 11:

Libertà ta' Tranżitu:

11.1.3

Tariffi ta' tranżitu, regolamenti, u formalitajiet

11.4

Nondiskriminazzjoni msaħħa ta' tranżitu

11.11.1

Garanziji ta' tranżitu

Artikolu 13:

Arranġamenti Istituzzjonali:

13.2

Kumitat Nazzjonali għall-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ

IL-PANAMA

Skont il-paragrafi 2 u 3 tad-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36), WT/L/911) u b'konformità mal-Artikolu 15 fit-Taqsima II tal-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), il-Panama b'dan tinnotifika li d-dispożizzjonijiet kollha fit-Taqsima I tal-Ftehim ġew identifikati bħala impenji tal-Kategorija A għall-implimentazzjoni mad-dħul fis-seħħ:

Artikolu 1.3

Punti ta' Informazzjoni

Artikolu 4

Proċeduri għal Appell jew għal Rieżami

Artikolu 5.1

Notifiki għal Kontrolli jew Spezzjonijiet Imsaħħin

Artikolu 5.2

Detenzjoni

Artikolu 6.1

Dixxiplini Ġenerali dwar Tariffi u Imposti applikabbli għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni jew Marbutin magħhom

Artikolu 6.2

Dixxiplini Speċifiċi dwar Tariffi u Imposti għall-Ipproċessar Doganali Applikabbli għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni jew Marbutin magħhom

Artikolu 6.3

Dixxiplini ta' Penali

Artikolu 7.1

Ipproċessar ta' Qabel il-Wasla

Artikolu 7.3

Separazzjoni tar-Rilaxx minn mad-Definizzjoni Finali tad-Dazji, tat-Taxxi, tat-Tariffi u tal-Imposti Doganali

Artikolu 7.4

Immaniġġar tar-Riskju

Artikolu 7.5

Awditjar ta' Wara l-Ikklerjar

Artikolu 7.6

Stabbiliment u Pubblikazzjoni tal-Ħinijiet Medji tar-Rilaxx

Artikolu 7.7

Miżuri għall-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ għall-Operaturi Awtorizzati

Artikolu 7.8

Konsenji Mħaffin

Artikolu 7.9

Merkanzija li Teħżien

Artikolu 9

Moviment ta' Merkanzija taħt Kontroll Doganali Maħsuba għall-Importazzjoni

Artikolu 10.1

Formalitajiet u Rekwiżiti ta' Dokumentazzjoni

Artikolu 10.2

Aċċettazzjoni ta' Kopji

Artikolu 10.3

Użu ta' Standards Internazzjonali

Artikolu 10.5

Spezzjonijiet ta' Qabel il-Konsenja

Artikolu 10.6

Użu ta' Sensara Doganali

Artikolu 10.8

Merkanzija Rrifjutata

Artikolu 10.9

Dħul Temporanju tal-Merkanzija/Ipproċessar Attiv jew Passiv

Artikolu 11

Libertà ta' Tranżitu

Artikolu 12.1

Miżuri li Jippromwovu Konformità u Kooperazzjoni

Artikolu 12.2

Skambju ta' Informazzjoni

Artikolu 12.3

Verifika

Artikolu 12.4

Talba

Artikolu 12.5

Protezzjoni u Kunfidenzjalità

Artikolu 12.6

Għoti ta' informazzjoni

Artikolu 12.7

Posponiment jew Rifjut ta' Talba

Artikolu 12.8

Reċiproċità

Artikolu 12.9

Piż Amministrattiv

Artikolu 12.10

Limitazzjonijiet

Artikolu 12.11

Użu jew Żvelar mhux Awtorizzat

Artikolu 12.12

Ftehim Bilaterali u Reġjonali

IL-PARAGWAJ

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36) u l-Artikolu 15 tat-Taqsima II tal-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ, ir-Repubblika tal-Paragwaj b'dan tinnotifika l-impenji tal-Kategorija A tagħha, skont id-dispożizzjonijiet elenkati hawn taħt:

Artikolu Nru/Paragrafi (**)

Deskrizzjoni

3

Deċiżjonijiet bil-Quddiem

4

Proċeduri ta' Appell jew Rieżami

5.2

Detenzjoni

7.2

Pagament Elettroniku

7.4

Immaniġġjar tar-Riskju

9

Moviment ta' Merkanzija taħt Kontroll Doganali Maħsuba għall-Importazzjoni

10.2

Aċċettazzjoni ta' Kopji

10.3

Użu ta' Standards Internazzjonali

10.4

Punt Uniku ta' Kuntatt

10.5

Spezzjonijiet ta' Qabel il-Konsenja

10.6

Użu ta' Sensara Doganali

10.8

Merkanzija Rrifjutata

10.9

Dħul Temporanju tal-Merkanzija/Ipproċessar Attiv jew Passiv

11

Libertà ta' Tranżitu

12

Kooperazzjoni Doganali

IL-PERÙ

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN (13)/36), u b'konformità mal-Artikolu 15 f'Taqsima II tal-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (“il-Ftehim”), il-Perù b'dan jinnotifika li d-dispożizzjonijiet kollha fit-Taqsima I tal-Ftehim ġew identifikati bħala impenji tal-Kategorija A għall-implimentazzjoni mad-dħul fis-seħħ tiegħu, ħlief dan li ġej:

Artikolu 3

Deċiżjonijiet bil-Quddiem

Artikolu 5.1

Notifiki għal Kontrolli jew Spezzjonijiet Imsaħħin

Artikolu 5.3

Proċeduri tal-Ittestjar

Artikolu 6.3

Dixxiplini ta' Penali

Artikolu 8

Kooperazzjoni bejn l-Aġenziji tal-Fruntieri

Artikolu 10.4

Punt Uniku ta' Kuntatt

Artikolu 12

Kooperazzjoni Doganali

IL-FILIPPINI

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Preparatorju”) għandu jirċievi, inter alia, in-notifiki tal-impenji tal-Kategorija A mingħand il-Membri skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, il-Gvern tal-Filippini għandu l-unur li jinnotifika lill-Kumitat Preparatorju li b'dan jidentifika d-dispożizzjonijiet kollha f'Taqsima I tal-Ftehim (annessi mad-Deċiżjoni Ministerjali ta' hawn fuq) fil-Kategorija A:

Artikolu 1.1

Pubblikazzjoni

Artikolu 1.2

Informazzjoni Disponibbli fuq l-Internet

Artikolu 1.3

Punti ta' Informazzjoni

Artikolu 1.4

Notifika

Artikolu 2.1

Opportunità biex isiru Kummenti u Informazzjoni qabel id-Dħul fis-Seħħ

Artikolu 3

Deċiżjonijiet bil-Quddiem

Artikolu 4

Proċeduri għal Appell jew għal Rieżami

Artikolu 5.2

Detenzjoni

Artikolu 5.3

Proċeduri tal-Ittestjar

Artikolu 6.1

Dixxiplini Ġenerali dwar Tariffi u Imposti applikabbli għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni jew Marbutin magħhom

Artikolu 6.2

Dixxiplini Speċifiċi dwar Tariffi u Imposti għall-Ipproċessar Doganali Applikabbli għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni jew Marbutin magħhom

Artikolu 6.3

Dixxiplini ta' Penali

Artikolu 7.1

Ipproċessar ta' qabel il-wasla

Artikolu 7.3

Separazzjoni tar-Rilaxx minn mad-Definizzjoni Finali tad-Dazji, tat-Taxxi, tat-Tariffi u tal-Imposti Doganali

Artikolu 7.4

Immaniġġar tar-Riskju

Artikolu 7.6

Stabbiliment u Pubblikazzjoni tal-Ħinijiet Medji tar-Rilaxx

Artikolu 7.7

Miżuri għall-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ għall-Operaturi Awtorizzati

Artikolu 7.8

Konsenji Mħaffin

Artikolu 7.9

Merkanzija li Teħżien

Artikolu 9

Moviment ta' Merkanzija Maħsuba għall-Importazzjoni bil-Kontrolli Doganali

Artikolu 10.2

Aċċettazzjoni ta' Kopji

Artikolu 10.3

Użu ta' Standards Internazzjonali

Artikolu 10.5

Spezzjonijiet ta' Qabel il-Konsenja

Artikolu 10.6

Użu ta' Sensara Doganali

Artikolu 10.7

Proċeduri fil-Fruntieri Komuni u Rekwiżiti għal Dokumentazzjoni Uniformi

Artikolu 10.9

Dħul Temporanju tal-Merkanzija u Pproċessar Attiv jew Passiv

Artikolu 11

Libertà ta' Tranżitu

Artikolu 12

Kooperazzjoni Doganali

IL-QATAR

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Preparatorju”) għandu jirċievi, inter alia, in-notifiki tal-impenji tal-Kategorija A mingħand il-Membri skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, il-Gvern tal-Istat tal-Qatar għandu l-unur li jinnotifika lill-Kumitat Preparatorju li l-Istat tal-Qatar b'dan jidentifika d-dispożizzjonijiet kollha f'Taqsima I tal-Ftehim bħala impenji tal-Kategorija A, ħlief dan li ġej:

7.7

Miżuri għall-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ għal Operaturi Awtorizzati

IR-RENJU TAL-ARABJA SAWDIJA

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Preparatorju”) għandu jirċievi, inter alia, in-notifiki tal-impenji tal-Kategorija A mingħand il-Membri skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, ir-Renju tal-Arabja Sawdija għandu l-unur li jinnotifika l-Kumitat Preparatorju li jidentifika d-dispożizzjonijiet kollha inklużi f'Taqsima I tal-Ftehim (annessi mad-Deċiżjoni Ministerjali msemmija hawn fuq) fil-Kategorija A għall-implimentazzjoni b'mod sħiħ mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, ħlief għal dan li ġej:

Artikolu 2.1

Opportunità biex isiru Kummenti u Informazzjoni qabel id-Dħul fis-Seħħ

Artikolu 10.4

Punt Uniku ta' Kuntatt

IS-SENEGAL

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36) u dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (“il-Ftehim”), is-Senegal b'dan jinnotifika l-impenji tal-Kategorija A tiegħu, skont id-dispożizzjonijiet elenkati hawn taħt:

 

ARTIKOLU/PARAGRAFU

DESKRIZZJONI

1

2.1

Opportunità biex isiru Kummenti u Informazzjoni qabel id-Dħul fis-Seħħ

2

2.2

Konsultazzjonijiet

3

4

Proċedura ta' Appell jew Rieżami

4

5.2

Detenzjoni

5

5.3

Proċeduri tal-Ittestjar

6

7.1

Ipproċessar ta' Qabel il-Wasla

7

7.2

Pagament Elettroniku

8

7.3

Separazzjoni tar-Rilaxx mid-Definizzjoni Finali tad-Dazji, tat-Taxxi, tat-Tariffi u tal-Imposti Doganali

9

7.4

Immaniġġar tar-Riskju

10

7.6

Stabbiliment u Pubblikazzjoni tal-Ħinijiet Medji tar-Rilaxx

11

9

Moviment ta' Merkanzija taħt Kontroll Doganali Maħsuba għall-Importazzjoni

12

10.2

Aċċettazzjoni ta' Kopji

13

10.3

Użu ta' Standards Internazzjonali

14

10.4

Punt Uniku ta' Kuntatt

15

10.6

Użu ta' Sensara Doganali

16

10.7

Proċeduri fil-Fruntieri Komuni u Rekwiżiti għal Dokumentazzjoni Uniformi

17

10.8

Merkanzija Rrifjutata

18

10.9

Dħul Temporanju tal-Merkanzija/Ipproċessar Attiv jew Passiv

19

12

Kooperazzjoni Doganali

SINGAPORE

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Preparatorju”) għandu jirċievi, inter alia, mingħand il-Membri n-notifiki tagħhom tal-impenji tal-Kategorija A skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, il-Gvern tar-Repubblika ta' Singapore għandu l-unur li jinnotifika lill-Kumitat Preparatorju li huwa b'dan jindika d-dispożizzjonijiet li ġejjin imsemmijin fl-Artikoli minn 1 sa 12 tal-Ftehim (annessi mad-Deċiżjoni Ministerjali ta' hawn fuq) fil-Kategorija A, li se jiġu implimentati mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim:

IS-SRI LANKA

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Preparatorju”) għandu jirċievi, inter alia, mingħand il-Membri n-notifiki tagħhom tal-impenji tal-Kategorija A skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, il-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka għandu l-unur li jinnotifika lill-Kumitat Preparatorju li s-Sri Lanka b'dan tindika d-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim (annessi mad-Deċiżjoni Ministerjali ta' hawn fuq) fil-Kategorija A, li se jiġu implimentati mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim:

Dispożizzjonijiet

Titolu

4.1

Dritt għal Appell jew għal Rieżami

5.2

Detenzjoni

6.3

Dixxiplini ta' Penali

7.2

Pagament Elettroniku

7.8

Konsenji Mħaffin

9

Moviment ta' Merkanzija Maħsuba għall-Importazzjoni bil-Kontrolli Doganali

10.6

Użu ta' Sensara Doganali

10.7

Proċeduri fil-Fruntieri Komuni u Rekwiżiti għal Dokumentazzjoni Uniformi

10.8

Merkanzija Rrifjutata

10.9

Dħul Temporanju tal-Merkanzija u Pproċessar Attiv jew Passiv

11

Libertà ta' Tranżitu

TERRITORJU DOGANALI SEPARAT TA' TAJWAN, PENGHU, KINMEN U MATSU

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Preparatorju”) għandu jirċievi, inter alia, mingħand il-Membri n-notifiki tagħhom tal-impenji tal-Kategorija A skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, it-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu għandu l-unur li jinnotifika lill-Kumitat Preparatorju li b'dan jindika d-dispożizzjonijiet inklużi fl-Artikoli minn 1 sa 12 tal-Ftehim (annessi mad-Deċiżjoni Ministerjali msemmija hawn fuq) fil-Kategorija A għal implimentazzjoni sħiħa mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

IT-TAĠIKISTAN

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali huwa awtorizzat li jirċievi, inter alia, in-notifiki tal-impenji tal-Kategorija A mingħand il-Membri skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ.

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, il-Gvern tal-Taġikistan għandu l-unur li jinnotifika lill-Kumitat Preparatorju li jidentifika d-dispożizzjonijiet kollha inklużi fit-Taqsima I tal-Ftehim (annessi mad-Deċiżjoni Ministerjali msemmija hawn fuq) fil-Kategorija A għall-implimentazzjoni b'mod sħiħ mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim:

Artikolu 1

Paragrafu 1

Pubblikazzjoni

Paragrafu 2

Informazzjoni Disponibbli fuq l-Internet

Artikolu 4

Id-dispożizzjonijiet kollha

Artikolu 5

Paragrafu 2

Detenzjoni

Paragrafu 3

Proċeduri tal-Ittestjar

Artikolu 6

Id-dispożizzjonijiet kollha

Artikolu 7

Paragrafu 1

Ipproċessar ta' Qabel il-Wasla

Paragrafu 3

Separazzjoni tar-Rilaxx minn mad-Definizzjoni Finali tad-Dazji, tat-Taxxi, tat-Tariffi u tal-Imposti Doganali

Paragrafu 4

Immaniġġar tar-Riskju

Paragrafu 5

Awditjar ta' Wara l-Ikklerjar

Paragrafu 6

Stabbiliment u Pubblikazzjoni tal-Ħinijiet Medji tar-Rilaxx

Paragrafu 8

Konsenji Mħaffin

Paragrafu 9

Merkanzija li Tiskadi

Artikolu 8

Il-partita 1

Artikolu 9

Id-dispożizzjonijiet kollha

Artikolu 10

Paragrafu 1

Formalitajiet u Rekwiżiti ta' Dokumentazzjoni

Paragrafu 2

Aċċettazzjoni ta' Kopji

Paragrafu 3

Użu ta' Standards Internazzjonali

Paragrafu 5

Spezzjonijiet ta' Qabel il-Konsenja

Paragrafu 6

Użu ta' Sensara Doganali

Paragrafu 7

Proċeduri fil-Fruntieri Komuni u Rekwiżiti għal Dokumentazzjoni Uniformi

Paragrafu 8

Merkanzija Rrifjutata

Paragrafu 9

Dħul Temporanju tal-Merkanzija/Ipproċessar Attiv jew Passiv

Artikolu 11

Id-dispożizzjonijiet kollha

IT-TAJLANDJA

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Preparatorju”) għandu jirċievi, inter alia, mingħand il-Membri n-notifiki tagħhom tal-impenji tal-Kategorija A skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, il-Gvern Irjali Tajlandiż għandu l-unur li jinnotifika l-Kumitat Preparatorju li b'dan it-Tajlandja tidentifika d-dispożizzjonijiet kollha inklużi f'Taqsima I tal-Ftehim fil-Kategorija A, li se jiġu implimentati b'mod sħiħ mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, ħlief għal dan li ġej:

Artikolu 3

Deċiżjoni bil-quddiem: paragrafi 5 u 6

Artikolu 4

Proċeduri għal appell jew għal rieżami: paragrafu 4

Artikolu 5

Miżuri oħra: paragrafu 1 Notifiki u paragrafu 3 Proċeduri tal-ittestjar

Artikolu 6

Dixxiplini dwar tariffi u imposti: subparagraph 3.4 u 3.7 Dixxiplini ta' penali

Artikolu 7

Rilaxx u kklerjar tal-merkanzija: is-subparagraph 1.1 Ipproċessar ta' qabel il-wasla

Artikolu 10

Formalitajiet: paragrafu 8 Merkanzija rrifjutata u paragrafu 9 Ammissjoni temporanja

Artikolu 11

Libertà ta' tranżitu: paragrafi 1, 8, u 9

Artikolu 12

Kooperazzjoni doganali: paragrafu 2 skambju ta' informazzjoni, is-subparagrafu 5.1 (c)-(f) u s-subparagrafu 6.1 Provvediment ta' informazzjoni

IT-TUNEŻIJA

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36), WT/L/911) u l-Artikolu 15 tat-Taqsima II tal-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ, il-Gvern tar-Repubblika tat-Tuneżija għandu l-unur li jinnotifika d-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim fil-Kategorija A:

Artikolu jew numru tal-paragrafu (***)

Deskrizzjoni

1.1

Pubblikazzjoni

1.2

Informazzjoni disponibbli fuq l-Internet

1.3

Punti ta' informazzjoni

1.4

Notifika

2.1

Opportunità biex isiru kummenti u informazzjoni qabel id-dħul fis-seħħ

4

Proċeduri ta' appell jew rieżami

5.2

Detenzjoni

6.3

Dixxiplini ta' penali

7.1

Ipproċessar ta' qabel il-wasla

7.3

Separazzjoni tar-rilaxx mid-definizzjoni finali tad-dazji, tat-taxxi, tat-tariffi u tal-imposti doganali

9

Moviment ta' merkanzija taħt kontroll doganali maħsuba għall-importazzjoni

10.2

Aċċettazzjoni ta' kopji

10.5

Spezzjonijiet ta' qabel il-konsenja

10.6

Użu ta' sensara doganali

10.7

Proċeduri fil-fruntieri komuni u rekwiżiti għal dokumentazzjoni uniformi

10.8

Merkanzija rrifjutata

10.9

Dħul temporanju tal-merkanzija/Ipproċessar attiv jew passiv

11 ħlief għal 11.5

Libertà ta' tranżitu ħlief għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' infrastruttura fiżikament separata għat-traffiku fi tranżitu.

12

Kooperazzjoni doganali

23.2

Kumitat Nazzjonali għall-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ

IT-TURKIJA

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Preparatorju”) għandu jirċievi, inter alia, in-notifiki tal-impenji tal-Kategorija A mingħand il-Membri skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, il-Gvern tat-Turkija għandu l-unur li jinnotifika l-Kumitat Preparatorju li jidentifika d-dispożizzjonijiet kollha inklużi fit-Taqsima I tal-Ftehim (annessi mad-Deċiżjoni Ministerjali msemmija hawn fuq) fil-Kategorija A għall-implimentazzjoni b'mod sħiħ mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, ħlief għal dan li ġej:

Artikolu 7.9

“Merkanzija li Teħżien”

L-UKRAJNA

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Preparatorju”) jirċievi, inter alia, in-notifiki tal-impenji tal-Kategorija A mingħand il-Membri skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, il-Gvern tal-Ukrajna għandu l-unur li jinnotifika lill-Kumitat Preparatorju l-Ukrajna b'dan tindika d-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim fil-Kategorija A, li se jiġu implimentati mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim:

Artikolu 1.1

Pubblikazzjoni

Artikolu 1.2

Informazzjoni Disponibbli fuq l-Internet

Artikolu 7.1

Ipproċessar ta' Qabel il-Wasla

Artikolu 7.4

Immaniġġjar tar-Riskju (ħlief għall-Artikolu 7.4.1, l-Artikolu 7.4.2, l-Artikolu 7.4.3)

Artikolu 7.7

Miżuri għall-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ għal Operaturi Awtorizzati

Artikolu 7.8

Konsenji Mħaffin

Artikolu 7.9

Merkanzija li Tiskadi (ħlief għall-Artikolu 7.9.2)

Artikolu 8

Kooperazzjoni bejn l-Aġenziji tal-Fruntieri

Artikolu 9

Moviment ta' Merkanzija taħt Kontroll Doganali Maħsuba għall-Importazzjoni

Artikolu 10.8

Merkanzija li Teħżien (ħlief għall-Artikolu 10.8.2)

Artikolu 10.9

Dħul Temporanju tal-Merkanzija/Ipproċessar Attiv jew Passiv

Artikolu 11

Libertà ta' Tranżitu (ħlief għall-Artikolu 11.3, l-Artikolu 11.4, l-Artikolu 11.5, l-Artikolu 11.6, l-Artikolu 11.7, l-Artikolu 11.8, l-Artikolu 11.10)

L-URUGWAJ

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36) u skont l-Artikolu 15 tat-Taqsima II tal-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (“il-Ftehim”), ir-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj tidentifika d-dispożizzjonijiet kollha fit-Taqsima I tal-Ftehim bħala impenji tal-Kategorija A mad-dħul fis-seħħ tiegħu, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 7.3, “Separazzjoni ta' Rilaxx mid-definizzjoni finali tad-dazji, tat-taxxi, tat-tariffi u tal-imposti doganali”, li għandu jiġi identifikat bħala impenji tal-Kategorija B.

IL-VJETNAM

Skont id-Deċiżjoni Ministerjali tas-7 ta' Diċembru 2013 (WT/MIN(13)/36, WT/L/911), il-Kumitat Preparatorju dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ stabbilit skont il-Kunsill Ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Preparatorju”) jirċievi, inter alia, in-notifiki tal-impenji tal-Kategorija A mingħand il-Membri skont il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

B'referenza għal dan ta' hawn fuq, il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam għandu l-unur li jinnotifika lill-Kumitat Preparatorju li l-Vjetnam b'dan jindika d-dispożizzjonijiet li ġejjin inklużi f'Taqsima I tal-Ftehim fil-Kategorija A, li se jiġu implimentati mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim:

Artikolu 1.3

Punti ta' Informazzjoni

Artikolu 1.4

Notifika

Artikolu 2.1

Opportunità biex isiru Kummenti u Informazzjoni qabel id-Dħul fis-Seħħ

Artikolu 2.2

Konsultazzjonijiet

Artikolu 4.1

Dritt għal Appell jew għal Rieżami

Artikolu 6.1

Dixxiplini Ġenerali dwar Tariffi u Imposti applikabbli għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni jew Marbutin magħhom

Artikolu 6.2

Dixxiplini Speċifiċi dwar Tariffi u Imposti applikabbli għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni jew Marbutin magħhom

Artikolu 7.8

Konsenji Mħaffin

Artikolu 9

Moviment ta' Merkanzija taħt Kontroll Doganali Maħsuba għall-Importazzjoni

Artikolu 10.1

Formalitajiet u Rekwiżiti ta' Dokumentazzjoni

Artikolu 10.2

Aċċettazzjoni ta' Kopji

Artikolu 10.6

Użu ta' Sensara Doganali

Artikolu 10.7

Proċeduri fil-Fruntieri Komuni u Rekwiżiti għal Dokumentazzjoni Uniformi

Artikolu 11.1-3

Tariffi ta' Tranżitu, Regolamenti, u Formalitajiet

Artikolu 11.4

Nondiskriminazzjoni Msaħħa ta' Tranżitu


(*)  Fejn issir referenza għal paragrafi speċifiċi, l-impenn li ħadet ir-Repubblika tal-Ekwador, huwa limitat għall-kontenut ta' dawn il-paragrafi speċifiċi, mhux għall-Artikolu inġenerali.

(**)  Fejn issir referenza għal paragrafi speċifiċi, l-impenn li ħadet ir-Repubblika tal-Paragwaj, huwa limitat għall-kontenut ta' dawn il-paragrafi speċifiċi, mhux għall-Artikolu inġenerali.

(***)  Fejn b'mod partikolari paragrafu ta' Artikolu huwa speċifikat, l-impenn tat-Tuneżija huwa limitat għall-kontenut tal-imsemmi paragrafu speċifiku u ma jikkonċernax id-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan l-Artikolu.


REGOLAMENTI

30.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/62


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/1948

tad-29 ta' Ottubru 2015

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (2) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

(2)

Fid-29 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1957 (3) li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK li tipprevedi s-sospensjoni tal-miżuri restrittivi imposti fuq ċerti persuni u entitajiet indikati f'dik id-Deċiżjoni.

(3)

Għaldaqstant, hemm bżonn ta' azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex is-sospensjoni tal-miżuri restrittivi tidħol fis-seħħ, partikolarment bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(4)

Il-Kunsill għandu jeżerċita s-setgħa li jemenda l-lista fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 765/2006, fid-dawl tas-sitwazzjoni politika fil-Belarussja, u li jiżgura konsistenza fil-proċess tal-emendar tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

(5)

Ir-Regolment (KE) Nru 765/2006 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2 jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“6.   L-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi sospiża sa fejn dawn jikkonċernaw lil persuni u entitajiet elenkati fl-Anness IV.”;

(2)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 8b

Il-Kunsill għandu jemenda l-Anness IV abbażi ta' deċiżjonijiet meħuda fir-rigward tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK.”;

(3)

It-test stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament huwa miżjud bħala l-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 765/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


(1)  ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta' Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1957 tad-29 ta' Ottubru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-Belarussja (ara l-paġna 149 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS

Test tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 765/2006.

“ANNESS IV

Persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(6)

A.   Persuni

1.

Alinikau Siarhei Aliaksandravich

2.

Ananich, Liliia Stanislavauna

3.

Arlau Aliaksey

4.

Atabekau, Khazalbek Bakhtibekavich

5.

Badak Ala Mikalaeuna

6.

Bakhmatau, Ihar Andreevich

7.

Bandarenka Siarhei Uladzimiravich

8.

Barouski Aliaksandr Genadzevich

9.

Barsukou, Aliaksandr Piatrovich

10.

Barysionak, Anatol Uladzimiravich

11.

Bazanau, Aliaksandr Viktaravich

12.

Bileichyk, Aliaksandr Uladzimiravich

13.

Bortnik, Siarhei Aliaksandrovich

14.

Brysina, Zhanna Leanidauna

15.

Bulash, Ala Biukbalauna

16.

Bushchyk, Vasil Vasilievich

17.

Busko, Ihar Iauhenavich

18.

Bychko, Aliaksei Viktaravich

19.

Charhinets, Mikalai Ivanavich

20.

Charkas, Tatsiana Stanislavauna

21.

Charnyshou, Aleh Anatolievich

22.

Chatviartkova, Natallia Alexeeuna

23.

Chubkavets Kiryl Chubkovets Kirill

24.

Chyzh, Iury Aliaksandravich

25.

Davydzka, Henadz Branislavavich

26.

Dysko, Henadz Iosifavich

27.

Dzemiantsei, Vasil Ivanavich

28.

Dziadkou, Leanid Mikalaevich

29.

Esman, Valery Aliaksandravich

30.

Farmahei, Leanid Kanstantsinavich

31.

Haidukevich Valery Uladzimiravich

32.

Halavanau, Viktar Ryhoravich

33.

Harbatouski, Yury Aliaksandravich

34.

Herasimenka, Henadz Anatolievich

35.

Herasimovich, Volha Ivanauna

36.

Hermanovich, Siarhei Mikhailavich

37.

Hihin, Vadzim Frantsavich

38.

Hrachova, Liudmila Andreeuna

39.

Hureeu Siarhei Viktaravich

40.

Iakubovich, Pavel Izotavich

41.

Iancheuski, Usevalad Viachaslavavich

42.

Iarmoshyna, Lidziia Mikhailauna

43.

Iaruta, Viktar Heorhevich

44.

Iasianovich, Leanid Stanislavavich

45.

Iauseev, Ihar Uladzimiravich

46.

Ihnatovich-Mishneva, Liudmila

47.

Ipatau, Vadzim Dzmitryevich

48.

Ivanou, Siarhei

49.

Kachanau Uladzimir Uladzimiravich

50.

Kadzin, Raman Viktaravich

51.

Kakunin, Aliaksandr Aliaksandravich

52.

Kalach, Uladzimir Viktaravich

53.

Kamarouskaya, Volha Paulauna

54.

Kamisarau, Valery Mikalayevich

55.

Kanapliou, Uladzimir Mikalaevich

56.

Karovina, Natallia Uladzimirauna

57.

Karpenka, Ihar Vasilievich

58.

Katsuba, Sviatlana Piatrouna

59.

Kavaliou, Aliaksandr Mikhailavich

60.

Kazak, Viktar Uladzimiravich

61.

Kazheunikau Andrey

62.

Kaziiatka, Iury Vasilievich

63.

Kharyton, Aliaksandr

64.

Khatkevich, Iauhen Viktaravich

65.

Khmaruk, Siargei Konstantinovich

66.

Khrobastau, Uladzimir Ivanavich

67.

Khrypach, Siarhei Fiodaravich

68.

Khvainitskaya, Zhanna Anatolyeuna

69.

Kisialiou, Anatol Siamionavich

70.

Kochyk, Aliaksandr Vasilyevich

71.

Kolas, Alena Piatrovna

72.

Konan, Viktar Aliaksandravich

73.

Kornau, Uladzimir Uladzimiravich

74.

Korzh, Ivan Aliakseevich

75.

Krasheuski, Viktar

76.

Krasouskaya, Zinaida Uladzimirauna

77.

Kryshtapovich, Leu Eustafievich

78.

Kuklis, Mikalai Ivanovich

79.

Kuliashou, Anatol Nilavich

80.

Kuzniatsou, Ihar Nikonavich

81.

Lapko, Maksim Fiodaravich

82.

Lapo, Liudmila Ivanauna

83.

Laptsionak, Ihar Mikalaevich

84.

Lashyn, Aliaksandr Mikhailavich

85.

Lazavik, Mikalai Ivanavich

86.

Lemiashonak, Anatol Ivanavich

87.

Liabedzik, Mikhail Piatrovich

88.

Liaskouski, Ivan Anatolievich

89.

Liushtyk, Siarhei Anatolievich

90.

Lomats, Zianon Kuzmich

91.

Lapatka, Aliaksandr Aliaksandravich

92.

Lukashenka, Aliaksandr Ryhoravich

93.

Lukashenka, Dzmitry Aliaksandravich

94.

Lukashenka, Viktar Aliaksandravich

95.

Lukomski, Aliaksandr Valiantsinavich

96.

Lutau Dzmitry Mikhailavich

97.

Makei, Uladzimir Uladzimiravich

98.

Maladtsova, Tatsiana

99.

Maslakou, Valery Anatolievich

100.

Mazouka Anzhalika Mikhailauna

101.

Mazouka, Kiryl Viktaravich

102.

Miklashevich, Piotr Piatrovich

103.

Mitrakhovich, Iryna Aliakseeuna

104.

Morozau, Viktar Mikalaevich

105.

Motyl, Tatsiana Iaraslavauna

106.

Nazaranka, Vasil Andreyevich

107.

Niakrasava, Alena Tsimafeeuna

108.

Padabed, Iury Mikalaevich

109.

Piakarski, Aleh Anatolievich

110.

Praliaskouski, Aleh Vitoldavich

111.

Pratasavitskaia, Natallia Uladzimirauna

112.

Putsyla, Uladzimir Ryhoravich

113.

Pykina, Natallia Mikhailauna

114.

Radzkou, Aliaksandr Mikhailavich

115.

Rakhmanava, Maryna Iurievna

116.

Ravinskaia, Tatsiana Uladzimirauna

117.

Rusak, Viktar Uladzimiravich

118.

Rybakou, Aliaksei Vasilievich

119.

Saikouski Valeri Yosifavich

120.

Sanko Ivan Ivanavich

121.

Sauko, Valery Iosifavich

122.

Shaeu, Valiantsin Piatrovich

123.

Shahrai, Ryta Piatrouna

124.

Shamionau Vadzim Iharavich

125.

Shastakou Maksim Aliaksandravich

126.

Shchurok, Ivan Antonavich

127.

Shastakou, Iury Valerievich

128.

Shuhaeu, Siarhei Mikhailavich

129.

Shved, Andrei Ivanavich

130.

Shykarou, Uladzislau Aleksandravich

131.

Shylko, Alena Mikalaeuna

132.

Siankevich, Eduard Aliaksandravich

133.

Siarheenka, Ihar Piatrovich

134.

Simakhina, Liubou Siarheeuna

135.

Simanau Aliaksandr Anatolievich

136.

Simanouski Dmitri Valerevich

137.

Sirenka, Viktar Ivanavich

138.

Slizheuski, Aleh Leanidavich

139.

Smalenski, Mikalai Zinouevich

140.

Stsiapurka, Uladzimir Mikhailavich

141.

Stuk, Aliaksei Kanstantsinavich

142.

Sukharenka, Stsiapan Mikalaevich

143.

Sukhau Dzmitri Viachaslavavich

144.

Svistunova, Valiantsina Mikalaeuna

145.

Talstashou, Aliaksandr Alehavich

146.

Traulka Pavel

147.

Trutka, Iury Igorevich

148.

Tsertsel, Ivan Stanislavavich

149.

Tupik, Vera Mikhailauna

150.

Tushynski Ihar Heraninavich

151.

Unukevich, Tamara Vasileuna

152.

Utsiuryn, Andrei Aliaksandravich

153.

Vakulchyk, Valery Paulavich

154.

Valchkova, Maryiana Leanidauna

155.

Vasilevich, Ryhor Aliakseevich

156.

Vehera, Viktar Paulavich

157.

Volkau, Siarhei Mikhailavich

158.

Yakunchykhin, Aliaksandr Anatolyevich

159.

Yarmalitski, Siarhei Uladzimiravich

160.

Zaharouski, Anton Uladzimiravich

161.

Zaitsau, Vadzim Iurievich

162.

Zaitsava, Viktoryia Henadzeuna

163.

Zakharau, Aliaksei Ivanavich

164.

Zapasnik, Maryna Sviataslavauna

165.

Zhadobin, Iury Viktaravich

166.

Zhuk, Alena Siamionauna

167.

Zhuk, Dzmitry Aliaksandravich

168.

Zhukouskaia, Zhanna Aliakseeuna

169.

Zhukouski, Siarhei Kanstantsinavich

170.

Zimouski Aliaksandr Leanidavich

171.

Volkau, Vitaliy Mikalaevic

B.   Entitajiet

1.

Beltechexport

2.

Beltech Holding

3.

Spetspriborservice

4.

LLC Triple

5.

JSC Berezovsky KSI

6.

JCJSC QuartzMelProm

7.

CJSC Prostor-Trade

8.

JLLC AquaTriple

9.

LLC Rakowski browar

10.

CJSC Dinamo-Minsk”


30.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/71


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1949

tad-29 ta' Ottubru 2015

li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta' Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8a(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(2)

Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Ottubru 2015 fil-Kawża T-276/12, Y. Chyzh u oħrajn v. il-Kunsill  (2) ma għadx hemm raġunijiet sabiex erba' entitajiet jinżammu fuq il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif stipulati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(3)

L-informazzjoni relatata ma' ċerti persuni u entitajiet fuq il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif stipulat fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 għandha tiġi aġġornata.

(4)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 hu b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


(1)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.

(2)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-6 ta' Ottubru 2015. Yury Aleksandrovich Chyzh vs il-Kunsill, T-276/12, ECLI:EU:T:2015:748 (Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġabra tal-Każijiet).


ANNESS

I.

L-entitajiet li ġejjin għandhom jitħassru mil-lista li tinsab fil-Parti B (Entitajiet) tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006:

8.

LLC Triple Metal Trade

10.

JV LLC Triple-Techno

18.

MSSFC Logoysk

19.

Triple-Agro ACC

II.

L-entrati għall-persuni li ġejjin li jinsabu fil-Parti A tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

Ismijiet

Traskrizzjoni ta' ortografija Bjelorussa

Traskrizzjoni ta' ortografija Russa

Ismijiet

(ortografija Bjelorussa)

Ismijiet

(ortografija Russa)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

4.

Alinikau Siarhei Aliaksandravich (Alinikau Siarhey Alyaksandravich) Aleinikov Sergei Aleksandrovich

АЛИНИКАЎ, Сяргей Аляксандравич

АЛEЙНИКOВ, Сергей Aлександрович

Indirizz:

Исправительное учреждение “Исправительная колония № 17” управления Департамента исполнения наказаний МВД Республики Беларусь по Могилевской области, г. Шклов, Могилевская область

Maġġur, kap tal-unità operattiva tal-kolonja penali IK-17 fi Shklov. Tefa' pressjoni fuq priġunieri politiċi billi ċaħħadhom mid-dritt tagħhom ta' korrispondenza u laqgħat, ħareġ ordnijiet biex jiġu soġġetti għal reġim kriminali aktar strett, tiftix u heddidhom sabiex jikseb konfessjonijiet. Huwa kien direttament responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' priġunieri politiċi u attivisti tal-oppożizzjoni fl-2011-2012 bl-użu ta' forza eċċessiva kontrihom. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

7.

Ananich, Liliia Stanislavauna

(Ananich, Lilia Stanislavauna; Ananich, Liliya Stanislavauna)

Ananich, Liliia Stanislavovna

(Ananich, Lilia Stanislavovna; Ananich, Liliya Stanislavovna)

АНАНIЧ, Лiлiя Станiславаўна

АНАНИЧ, Лилия Станиславовна

Data tat-twelid: 1960

Post tat-twelid: Leonovo, district of Borisov, region of Minsk

ID: 4020160A013PB7

Indirizz:

220004, г. Минск, пр. Победителей, 11 Министерствo информации Belarus

Ministru tal-Informazzjoni mit-30.6.2014 'il hawn, kienet l-Ewwel Viċi Ministru tal-Informazzjoni. Sa mill-2003 kellha rwol prinċipali fil-promozzjoni tal-propaganda tal-istat, li tipprovoka, tappoġġa u tiġġustifika r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili, u billi trażżan il-libertà tal-mezzi tal-informazzjoni. L-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili jitpinġew sistematikament b'mod negattiv u derogatorju, bl-użu ta' informazzjoni falsifikata.

10.

Atabekau, Khazalbek Bakhtibekavich

Atabekov, Khazalbek Bakhtibekovich

АТАБЕКАЎ, Хазалбек Бактiбекавiч

АТАБЕКОВ, Хазалбек Баxтибекович (АТАБЕКОВ, Кхазалбек Баxтибекович)

Indirizz:

Главное Управление Командующего Внутренними Войсками

220028 г. Минск, ул.Маяковского, 97

Kurunell, Viċi Kap tad-Dipartiment tat-taħriġ fil-ġlied tat-truppi tal-Ministeru tal-Intern, eks kmandant ta' brigata speċjali ta' Truppi Interni fis-subborg ta' Uruchie, f'Minsk. Huwa kkmanda l-unità tiegħu matul it-trażżin tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010 fejn sar użu eċċessiv ta' qawwa. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

11.

Badak Ala Mikalaeuna

Bodak Alla Nikolaevna

БАДАК, Ала Мiкалаеўна

БОДАК, Алла Николаевна

Data tat-twelid: 30.8.1967

Numru tal-passaport: SP0013023

Indirizz:

220004, г.Минск, ул. Коллекторная, 10 Министерство юстиции

(10 Kollektornaya str.)

Belarus

Viċi Ministru tal-Ġustizzja, inkarigata mis-superviżjoni u l-kontroll tal-Avukatura, li qabel kienet inkarigata mill-appoġġ legali għall-istituzzjonijiet li jabbozzaw atti leġislattivi u regolatorji.

Hija kienet responsabbli għar-rwol u l-azzjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-ġudikatura tal-Bjelorussja, li huma strumenti ewlenin tar-repressjoni tal-popolazzjoni, billi elaborat liġijiet li huma repressivi fir-rigward tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

12.

Bakhmatau, Ihar Andreevich

Bakhmatov, Igor Andreevich

БАХМАТАЎ, Irap Андрэевiч

БАХМАТОВ, Игорь Андреевич

 

Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala eks Viċi Kap tal-KGB, inkarigat mill-persunal u l-organizzazzjoni tad-dmirijiet tagħhom, kien resposnsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Ġie riassenjat mal-forzi tar-riżerva f'Mejju 2012.

16.

Barouski Aliaksandr Genadzevich

Borovski Aleksandr Gennadievich

БАРОЎСКI, Аляксандр Генадзевiч

БОРОВСКИЙ, Александр Геннадиевич

Indirizz:

Прокуратура Октябрьского района 220039 г.Минск, ул.Авакяна, 32

Viċi Prosekutur tad-Distrett ta' Oktiabrski (Kastrichnitski) ta' Minsk. Huwa ttratta l-kawża ta' Pavel Vinogradov, Dmitri Drozd, Ales Kirkevich u Vladimir Homichenko. L-akkuża ppreżentata minnu kellha motivazzjoni politika ċara u imminenti u kienet ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija kienet ibbażata fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-avvenimenti tad-19 ta' Diċembru 2010, mhux sostnuta b'evidenza, provi jew testimonjanzi tax-xhieda.

17.

Barsukou, Aliaksandr Piatrovich

Barsukov, Aleksandr Petrovich

БАРСУКОЎ, Аляксандр Пятровiч

БАРСУКОВ, Александр Петрович

Data tat-twelid: 29.4.1965

Indirizz:

Беларусь, 220007 г. Минск, переулок Добромысленский, 5

ГУВД Минского Горисполкома

Ġeneral, Kap tal-pulizija ta' Minsk. Sa mill-ħatra tiegħu bħala Kap tal-pulizija ta' Minsk fil-21 ta' Ottubru 2011, kien responsabbli, bħala kmandant, għar-repressjoni ta' madwar tużżana dimostranti paċifiċi f'Minsk, li aktar tard ġew ikkundannati għal ksur ta' liġi f'avvenimenti tal-massa. Għal diversi snin huwa kkmanda l-azzjoni tal-pulizija kontra d-dimostrazzjonijiet fit-toroq tal-oppożizzjoni.

22.

Bileichyk, Aliaksandr Uladzimiravich Bileichik, Aleksandr Vladimirovich (Bileychik, Aleksandr Vladimirovich)

БIЛЕЙЧЫК, Аляксандр Уладзiмiравiч

БИЛЕЙЧИК, Александр Владимирович

Data tat-twelid: 1964

Kien l-ewwel Viċi Ministru tal-Ġustizzja (sa Diċembru 2014), inkarigat mis-servizzi ġudizzjarji, l-istatus ċivili u s-servizzi notarili. Il-funzjonijiet tiegħu jinkludu s-superviżjoni u l-kontroll tal-Avukatura. Kellu rwol prinċipali fit-tneħħija mill-professjoni kważi sistematika tal-avukati li ddefendew priġunieri politiċi.

25.

Bulash, Ala Biukbalauna

Bulash, Alla Biukbalovna

БУЛАШ, Ала Бюкбалаўнa

БУЛАШ, Алла Бюкбаловнa

 

Eks Viċi President tal-Qorti Distrettwali ta' Kastrichnitski ta' Minsk responsabbli għall-materji kriminali u eks imħallef tal-Qorti Distrettwali ta' Oktiabrski (Kastrichnitski) ta' Minsk. Hija trattat il-kawża ta' Pavel Vinogradov, Dmitri Drozd, Ales Kirkevich, Andrei Protasenia u Vladimir Homichenko. Il-mod kif mexxiet il-proċess kien jikkostitwixxi ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija sostniet l-użu ta' evidenza u ta' testimonjanzi irrilevanti għall-akkużati.

28.

Busko, Ihar Iauhenavich (Busko, Ihar Yauhenavich Busko, Igor Evgenievich (Busko, Igor Yevgenyevich)

Бусько, Irap Яўгенавiч

Бусько, Игорь Евгеньевич

Indirizz:

КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17

Viċi Kap tal-KGB, eks Kap tal-KGB tar-Reġjun ta' Brest. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fir-reġjun ta' Brest u fil-Bjelorussja.

31.

Charkas, Tatsiana Stanislavauna

(Cherkas, Tatsiana Stanislavauna)

Cherkas, Tatiana Stanislavovna

Чаркас, (ЧЭРКАС) Таццяна Станiславаўна

Черкас, Татьяна Станиславовна

Indirizz:

Суд Партизанского района г. Минска

220027, г. Минск, ул. Семашко, 33

President tal-Qorti Distrettwali ta' Partizanski ta' Minsk, eks Viċi President tal-Qorti Distrettwali ta' Frunzenski ta' Minsk, eks imħallef tal-Qorti Distrettwali ta' Frunzenski ta' Minsk, li qed tittratta l-kawżi tad-dimostranti Aleksandr Otroshchenkov (ikkundannat għal 4 snin priġunerija taħt kondizzjonijiet ristretti), Aleksandr Molchanov (3 snin) u Dmitri Novik (3,5 snin priġunerija taħt kondizzjonijiet ristretti). Responsabbli għall-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi u kriminali politikament motivati kontra r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili.

38.

Davydzka, Henadz Branislavavich

Davydko, Gennadi Bronislavovich

ДАВИДЗЬКА, Генадзь Бранiслававiч

ДАВЫДЬКО, Геннадий Брониславович

Data tat-twelid: 29.9.1955, Senno, Vitebsk region

Indirizz:

Белтеле-радиокомпания,

ул. Макаенка, 9, Минск, 220807, Беларусь

President tal-kumpannija Radio-TV tal-Istat mit-28 ta' Diċembru 2010 'il hawn. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala demokratiku awtoritarju, kien responsabbli għall-promozzjoni tal-propaganda tal-Istat fuq it-TV, li appoġġat u ġġustifikat ir-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010. L-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili jitpinġew sistematikament b'mod negattiv u derogatorju, bl-użu ta' informazzjoni falsifikata.

40.

Dysko, Henadz Iosifavich

Dysko, Gennadi Iosifovich

ДЫСКО, Генадзь Iосiфавiч

ДЫСКО, Генадий Иосифович

Data tat-twelid: 22.3.1964

Post tat-Twelid: Oshmiany, Hrodna region

Indirizz:

210601 г.Витебск, ул. Жесткова, 14а

(ul. Zhestkova, 14a Vitebsk)

Kap prosekutur tar-Reġjun ta' Vitebsk minn Ottubru 2006. Responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010. Dan jinkludi r-responsabbiltà għal kawżi kontra Siarhei Kavalenka u Andrei Haidukow.

41.

Dzemiantsei, Vasil Ivanavich (Dzemyantsey, Vasil Ivanovich)

Dementei, Vasili Ivanovich

(Dementey, Vasili Ivanovich)

ДЗЕМЯНЦЕЙ, Васiль Iванавiч

ДЕМЕНТЕЙ, Василий Иванович

Data tat-twelid: 20.9.1954

Post tat-Twelid: Chashniki district, Vitebsk region

ID: 3200954E045PB4

Indirizz:

Гродненская региональная таможня

230003, г. Гродно, ул. Карского, 53

Kap tal-Kumitat reġjonali tad-Dwana ta' Hrodna, (mit-22 ta' April 2011), kien l-Ewwel Viċi President tal-KGB (2005-2007), eks Viċi Kap tal-Kumitat tad-Dwana tal-Istat (2007-2011).

Huwa responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, b'mod partikolari fl-2006 u l-2007.

42.

Dziadkou, Leanid Mikalaevich

Dedkov, Leonid Nikolaevich

ДЗЯДКОЎ, Леанiд Мiкалаевiч

ДЕДКОВ, Леонид Николаевич

Data tat-twelid: 10.1964

ID: 3271064M000PB3

Eks Viċi Kap tal-KGB (2010 sa Lulju 2013), inkarigat mill-intelligence estera. Kien responsabbli wkoll ma' oħrajn għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u oppożizzjoni demokratika.

48.

Halavanau, Viktar Ryhoravich

Golovanov, Viktor Grigorievich

ГАЛАВАНАЎ, Biктap Pыгopaвiч

ГОЛОВАНОВ, Виктор Григорьевич

Data tat-twelid: 15.12.1952, Borisov

Indirizz:

ul. Oktyabrskaya, 5

Minsk

Rettur tal-“Istitut privat tad-Dritt tal-Bjelorussja”. Bħala eks Ministru tal-Ġustizzja, is-servizzi tiegħu fasslu liġijiet li huma repressivi lejn is-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Huwa wkoll ċaħad jew neħħa r-reġistrazzjoni lil NGOs u partiti politiċi u injora atti illegali mwettqa mis-servizzi tas-sigurtà kontra l-popolazzjoni.

50.

Herasimenka, Henadz Anatolievich Gerasimenko, Gennadi Anatolievich

ГЕРАСIМЕНКА, Генадзь Анатольевiч

ГЕРАСИМЕНКО, Геннадий Анатольевич

Indirizz:

“Институт национальной безопасности Республики Беларусь”

220034, г.Минск, ул.З.Бядули, 2

Viċi Kap tal-Istitut tas-Sigurtà Nazzjonali (skola tal-KGB) u eks Kap tal-KGB tad-Distrett ta' Vitebsk.

Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fir-reġjun ta' Vitebsk.

54.

Hrachova, Liudmila Andreeuna

(Hrachova, Lyudmila Andreyeuna)

Gracheva, Liudmila Andreevna

(Grachova, Lyudmila Andreyevna;

Grachiova, Ludmila Andreevna)

ГРАЧОВА, Людмiла Андрэеўна

ГРАЧЕВА, Людмила Андреевна

Indirizz:

Суд Ленинского района города Минска

ул. Семашко, 33

220027, г. Минск

Eks imħallef u Viċi President tal-Qorti Distrettwali ta' Leninski ta' Minsk. Trattat il-kawża tal-eks kandidati presidenzjali Nikolai Statkevich u Dmitri Uss, kif ukoll tal-attivisti politiċi u tas-soċjetà ċivili Andrei Pozniak, Aleksandr Klaskovski, Aleksandr Kvetkevich, Artiom Gribkov u Dmitri Bulanov. Il-mod kif mexxiet il-proċess kien jikkostitwixxi ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija sostniet l-użu ta' evidenza u ta' testimonjanzi irrilevanti għall-akkużati.

55.

Hureeu Siarhei Viktaravich

(Hureyeu Siarhey Viktaravich)

Gureev Sergei Viktorovich,

(Gureyev Sergey Viktorovich)

ГУРЭЕЎ, Сяргей Biктapaвiч

ГУРЕЕВ, Сергей Викторович

 

Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala eks Viċi Ministru tal-Intern u Kap tal-Investigazzjoni Preliminari, huwa kien responsabbli għas-soppressjoni vjolenti ta' protesti u ksur tad-drittijiet tal-bniedem matul il-proċedimenti tal-investigazzjonijiet fir-rigward tal-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010. Ingħaqad mal-forzi ta' riżerva fi Frar 2012. Attwalment huwa Ġeneral fil-forzi ta' riżerva.

60.

Iaruta, Viktar Heorhevich

(Yaruta, Viktar Heorhevich) Iaruta, Viktor Gueorguievich (Yaruta, Viktor Gueorguievich)

ЯРУТА, Вiктар Георгіевіч

ЯРУТА, Виктор Георгиевич

 

Kap tal-Bord tal-KGB għall-Komunikazzjonijiet tal-Istat. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

61.

Iasianovich, Leanid Stanislavavich (Yasianovich, Leanid Stanislavavich)

Iasenovich, Leonid Stanislavovich (Yasenovich, Leonid Stanislavovich)

ЯСЯНОВIЧ, Леанiд Станiслававiч

ЯСЕНОВИЧ, Леонид Станиславович

Data tat-twelid: 26.11.1961

Post tat-Twelid: Buchani, Vitebsk district

Indirizz:

Glavnoye Upravlenie Yustitsy Mingorispolkoma

220030 Minsk

Prospekt Nezavisimosti 8

Numru tal-passaport: MP0515811

L-ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Prinċipali tal-Ġustizzja tal-Amministrazzjoni tal-Belt ta' Minsk. Eks Viċi President tal-Qorti Distrettwali Ċentrali ta' Minsk, eks Imħallef tal-Qorti Distrettwali Ċentrali ta' Minsk. Fis-6 ta' Awwissu 2006, ikkundanna għall-ħabs lill-attivisti tas-soċjetà ċivili tal-Inizjattiva Ċivika “Sħubija” talli mmonitorjaw l-elezzjonijiet Presidenzjali fl-2006. Nikolai Astreiko ġie kkundannat għal sentejn ħabs, Timofei Dranchuk għal sena, Aleksandr Shalaiko u Enira Bronitskaya għal 6 xhur. Fl-2007, 2010, 2011 u 2012, huwa kkundanna diversi attivisti għal jiem il-ħabs; partikolarment fl-20 ta' Diċembru 2010, huwa kkundanna lil Andrei Luhin, Serhey Krauchanka u Stanislau Fedorau għal 10 ijiem ħabs, u lil Volha Chernykh għal 12-il jum ħabs. Fil-21 ta' Diċembru 2010, ikkundanna lil Mykalai Dzemidenka għal 15-il jum ħabs. Fl-20 ta' Diċembru 2011, huwa kkundanna żewġ attivisti li pparteċipaw f'azzjoni marbuta mal-anniversarju tal-avvenimenti tad-19 ta' Diċembru 2010, Vassil Parfenkau u Siarhey Pavel rispettivament għal 15 u 12-il jum ħabs.

Fis-6 ta' Settembru 2012, huwa kkundanna lil Aliaksey Tseply għal 5 ijiem ħabs għar-reżistenza allegata għal pulizija, filwaqt li kien qed iqassam gazzetta tal-oppożizzjoni f'Minsk ċentrali.

Il-mod kif mexxa l-proċessi kien jikkostitwixxi ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali.

62.

Iauseev, Ihar Uladzimiravich

(Yauseev, Ihar Uladzimiravich; Yauseyev, Ihar Uladzimiravich)

Evseev, Igor Vladimirovich (Yevseev, Igor Vladimirovich; Yevseyev, Igor Vladimirovich)

ЯЎСЕЕЎ, Irap Уладзiмiравiч

ЕВСЕЕВ, Игорь Владимирович

Data tat-twelid: 1968

Indirizz:

Minsk 220073 Kalvariiskaya 29

Kap tal-Pulizija reġjonali ta' Minsk (minn Marzu jew April 2015), eks Kap tal-pulizija reġjonali ta Vitebsk, pulizija ġenerali (mill-2013). EksViċi Kap tal-Pulizija ta' Minsk u Kap tal-iskwadra ta' kontra l-irvellijiet (OMON) ta' Minsk. Kellu l-kmand tat-truppi li xejnu d-dimostrazzjonijiet paċifiċi tad-19 ta' Diċembru 2010 u ħa sehem personalment fil-brutalità, u għal dan irċieva premju u ittra ta' rikonoxximent mill-President Lukashenka fi Frar 2011. Fl-2011, kellu l-kmand ukoll tat-truppi li rażżnu diversi protesti oħra minn attivisti politiċi u ċittadini paċifiċi f'Minsk.

63.

Ihnatovich-Mishneva, Liudmila

Ignatovich-Mishneva, Liudmila

IГНАТОВIЧ-МIШНЕВА Людмiла

ИГНАТОВИЧ- МИШНЕВА Людмила

 

Prosekutur f'Minsk li fl-2011 kienet involuta fiċ-ċaħda tal-appell kontra s-sentenza ta' Dmitri Dashkevich u Eduard Lobov, attivisti tal-Molodoi Front (Front taż-Żgħażagħ). Il-proċess kien jikkostitwixxi ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali.

66.

Kachanau Uladzimir Uladzimiravich Kachanov Vladimir Vladimirovich

КАЧАНАУ, Уладзiмiр Уладзiмiравiч

КАЧАНОВ, Владимир Владимирович

Indirizz:

220004, г.Минск, ул. Коллекторная, 10 Министерство юстиции

(10 Kollektornaya str.)

Belarus

Ajjutant/Konsulent għall-Ministru tal-Ġustizzja. Bħala l-ajjutant għall-Ministru tal-Ġustizzja, huwa kien responsabbli għar-rwol u l-azzjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-ġudikatura tal-Bjelorussja, billi elabora liġijiet li huma repressivi għas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, issorvelja l-ħidma tal-imħallfin u l-prosekuturi, caħad jew neħħa r-reġistrazzjoni għal NGOs u partiti politiċi, ħa deċiżjonijiet kontra avukati li jiddefendu l-priġunieri politiċi, kif ukoll injora deliberatament l-atti illegali mwettqa mis-servizzi tas-sigurtà kontra l-popolazzjoni.

67.

Kadzin, Raman Viktaravich

Kadin, Roman Viktorovich

КАДЗIН, Раман Вiктаравiч

КАДИН, Роман Викторович

Data tat-twelid: 17.7.1977

Present passport: MP3260350

Uffiċjal Kmandant tal-Provvista Teknika u tal-Armi tas-Servizz tal-Għassa Motorizzata.

Fi Frar 2011, huwa rċieva premju u ittra ta' rikonoxximent mill-President Lukashenka għall-parteċipazzjoni attiva tiegħu u l-implimentazzjoni tal-ordnijiet matul ir-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010.

68.

Kakunin, Aliaksandr Aliaksandravich

(Kakunin, Aliaxandr Aliaxandravich)

Kakunin, Aleksandr Aleksandravich

(Kakunin, Alexandr Alexandrovich)

КАКУНИН Александр Александрович

КАКУНІН Аляксандр, Аляксандровіч

Indirizz:

Исправительная колония № 2

213800, г. Бобруйск, ул. Сикорского, 1

Kap tal-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk, responsabbli għat-trattament inuman tal-priġunieri politiċi A. Sannikau u A. Beliatski fil-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk. Attivisti tal-oppożizzjoni ġew ittorturati, imċaħħda mill-aċċess għall-avukati u mqiegħda fl-iżolament fil-kolonja penali taħt is-superviżjoni tiegħu. Kakunin għamel pressjoni fuq A. Beliatski u A. Sannikau sabiex iġiegħelhom jiffirmaw appell għal maħfra.

69.

Kalach, Uladzimir Viktaravich

Kalach, Vladimir Viktorovich

КАЛАЧ, Уладзiмiр Вiктаравiч

КАЛАЧ, Владимир Викторович

 

Kap tal-KGB tar-reġjun u l-belt ta' Minsk u eks Viċi Kap tal-KGB għal Minsk. Responsabbli għall-attività repressiva tas-soċjetà ċivili tal-KGB u l-oppożizzjoni demokratika f'Minsk.

73.

Kanapliou, Uladzimir Mikalaevich

Konoplev, Vladimir Nikolaevich

КАНАПЛЕЎ, Уладзiмiр Мiкалаевiч

КОНОПЛЕВ, Владимир Николаевич

Data tat-twelid: 3.1.1954

Post tat-Twelid: Akulintsi, Mohilev region

ID: 3030154A124PB9

Indirizz:

220114, Filimonova Str., 55/2, Minsk, Belarus

Huwa għandu rabtiet mill-qrib mal-President Lukashenka li miegħu ħadem mill-qrib matul is-snin tmenin u l-aktar fis-snin disgħin. Viċi Kap tal-Kumitat Olimpiku Nazzjonali (Il-Kap huwa Alexandr Lukashenka). Kap tal-Federazzjoni tal-Handball, elett mill-ġdid fl-2014. Eks President tal-Kamra Inferjuri tal-Parlament. Kien wieħed mill-atturi ewlenin fl-elezzjoni presidenzjali frodulenti fl-2006.

80.

Kazheunikau Andrey Kozhevnikov Andrey

КАЖЭЎНIКАЎ, Андрэйу

КОЖЕВНИКОВ, Андрей

 

Kap tal-Kumitat Investigattiv tad-distrett ta' Oktiabrsky ta' Minsk, Eks prosekutur pubbliku tal-kawża kontra l-eks kandidati presidenzjali Vladimir Neklyaev, Vitaly Rimashevsky, il-membri tat-tim tal-kampanja ta' Neklyaev, Andrei Dmitriev, Aleksandr Feduta u Sergei Vozniak, kif ukoll il-Viċi President tal-Front taż-Żgħażagħ, Anastasia Polozhanka. L-akkuża ppreżentata minnu kellha motivazzjoni politika ċara u imminenti u kienet tikser b'mod ċar il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija kienet ibbażata fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-avvenimenti tad-19 ta' Diċembru 2010, mhux sostnuta b'evidenza, provi jew testimonjanzi tax-xhieda.

83.

Kharyton, Aliaksandr Khariton, Aleksandr

ХАРЫТОН, Аляксандр

ХАРИТОН, Александр

Indirizz:

220004, г.Минск, ул. Коллекторная, 10 Министерство юстиции

(10 Kollektornaya str.)

Belarus

Konsulent Anzjan tad-Diviżjoni tal-Organizzazzjonijiet Soċjali, Partiti u NGOs tal-Ministeru tal-Ġustizzja. Ilu jieħu attiv fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika mill-2001, billi personalment ċaħad li jirreġistra NGOs u partiti politiċi, li f'bosta każi wassal biex jiġu aboliti.

89.

Kisialiou, Anatol Siamionavich

Kiselev, Anatoli Semenovich

(Kiselyov, Anatoli Semyonovich)

КИСЯЛЕЎ, Анатоль Сяменавiч

КИСЕЛЕВ, Анатолий Семенович

Indirizz:

Брестский областной комитет профсоюза работников государственных учреждений

224005, г. Брест,

ул. К. Маркса, 19

EksKap tal-Kummissjoni Elettorali Reġjonali fir-reġjun ta' Brest għall-elezzjoni Presidenzjali tal-2010. Kap tal-Kummissjoni Elettorali Reġjonali fir-reġjun ta' Brest għall-elezzjonijiet lokali f'Marzu 2014. Kap tal-organizzazzjoni ta' trade unions reġjonali favur-ir-reġim. Bħala President ta' Kummissjoni Elettorali Reġjonali, kien responsabbli għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali tad-19 ta' Diċembru 2010, u għal falsifikazzjonijiet fl-elezzjonijiet lokali ta' Marzu 2014 fir-reġjun ta' Brest.

94.

Kornau, Uladzimir Uladzimiravich

Kornov, Vladimir Vladimirovich

КОРНАЎ, Уладзiмiр Уладзiмiравiч

КОРНОВ, Владимир Владимирович

Indirizz:

Суд Советского района г. Минска

220113, г. Минск, Логойский тракт, 3

Kap tal-Qorti Distrettwali ta' Sovetski ta' Minsk, eks Imħallef fil-Qorti tal-Belt ta' Minsk li awtorizza ċ-ċaħda tal-appell ta' Byalyatski. Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' għajnuna lil dawk li sofrew minn repressjoni marbuta mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

95.

Korzh, Ivan Aliakseevich

Korzh, Ivan Alekseevich

КОРЖ, Iван Аляксеевiч

КОРЖ, Иван Алексеевич

Indirizz:

KGB Training Centre Бядули 2, 220034, Минск

Maġġur Ġeneral, maħtur bħala l-Kap taċ-Ċentru ta' Taħriġ tal-KGB, eks Kap tal-KGB tar-Reġjun ta' Hrodna. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fir-reġjun ta' Hrodna.

101.

Kryshtapovich, Leu Eustafievich

(Kryshtapovich, Leu Yeustafievich)

Krishtapovich, Lev Evstafievich

(Krishtapovich, Lev Yevstafievich)

КРЫШТАПОВIЧ, Леў Еўстафьевiч

КРИШТАПОВИЧ, Лев Евстафьевич

Data tat-twelid: 1949

Post tat-Twelid: Pekalin, Smolevichi district, Minsk region

Indirizz:

Научно-исследовательский отдел Белорусского государственного университета культуры

Minsk

Kap tad-Dipartiment tar-Riċerka Xjentifika tal-Università tal-Kultura u l-Arti tal-Istat (minn Settembru 2014). Eks Viċi Direttur taċ-Ċentru tal-Informazzjoni u l-Analiżi tal-Amministrazzjoni tal-President li jaġixxi bħala wieħed mill-għejun prinċipali tal-propaganda tal-istat, li jappoġġa u jiġġustifika r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili.

104.

Kuliashou, Anatol Nilavich

Kuleshov, Anatoli Nilovich

КУЛЯШОЎ, Анатоль Нiлавiч

КУЛЕШОВ, Анатолий Нилович

Data tat-twelid: 25.7.1959

Post tat-Twelid: Ali-Bairamly, Azerbaijan

ID: 3250759A066PB3

Indirizz:

220030 Minsk, K. Marx st. 3

Konsulent fid-Dipartiment għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-terroriżmu u d-drogi, il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sikurezza u sfidi u theddidiet ġodda għall-Kumitat Eżekuttiv tas-CIS. Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Fir-rwol li kellu bħala Ministru tal-Intern ikkmanda t-truppi tal-Ministeru tal-Intern li wettqu repressjoni brutali tad-dimostrazzjonijiet paċifiċi fid-19 ta' Diċembru 2010 u wera li kien kburi minn din ir-responsabbiltà. Assenjat mal-forzi ta' riżerva tal-armata f'Jannar 2012.

105.

Kuzniatsou, Ihar Nikonavich

Kuznetsov, Igor Nikonovich

КУЗНЯЦОЎ, Irap Нiконaвiч

КУЗНЕЦОВ, Игорь Никонович

 

Maġġur Ġeneral, eks Kap taċ-Ċentru ta' Taħriġ tal-KGB, eks Kap tal-KGB fir-reġjun ta' Minsk u fil-belt ta' Minsk, mibgħut fil-forzi ta' riżerva. Bħala l-persuna responsabbli għat-tħejjija u t-taħriġ tal-persunal tal-KGB, huwa kien responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Fir-rigward tal-funzjonijiet preċedenti tiegħu, huwa kien responsabbli għall-istess attività repressiva tal-KGB fil-belt ta' Minsk u fir-reġjun ta' Minsk.

110.

Laptsionak, Ihar Mikalaevich

Laptionok, Igor Nikolaevich

ЛАПЦЕНАК, Irap Мiкалаевiч

ЛАПТЕНОК, Игорь Николаевич

Data tat-twelid: 31.8.1947,

Post tat-Twelid: Minsk

Indirizz:

220034, г. Минск, ул. Фрунзе, 5

Membru tal-Bord tal-Għaqda tal-Kittieba li hija favur ir-reġim. Responsabbli għall-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tat-tixrid ta' informazzjoni falsifikata permezz tal-mezzi ta' komunikazzjoni kkontrollati mill-Istat. Bħala eks Viċi Ministru tal-Informazzjoni kellu rwol prinċipali fil-promozzjoni tal-propaganda tal-istat li tappoġġa u tiġġustifika r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili. L-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili tpinġew sistematikament b'mod negattiv u derogatorju bl-użu ta' informazzjoni falsifikata u li mhix vera.

112.

Lazavik, Mikalai Ivanavich Lozovik, Nikolai Ivanovich

ЛАЗАВIК, Мiкалай Iванавiч

ЛОЗОВИК Николай Иванович

Data tat-twelid: 18.1.1951

Nevinyany, Minsk region (Невинянн Вилейского р-на Минской обл)

ID: 3180151H004PB2

Indirizz:

220010, г.Минск, ул.Советская, 11

Segretarju tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tal-Bjelorussja.

Mis-sena 2000 kien wieħed mill-atturi ewlenin involuti fil-falsifikazzjonijiet f'elezzjonijiet u referenda frodulenti, b'mod partikolari fl-2004, l-2006, l-2008, l-2010, l-2012, l-2014.

113.

Lemiashonak, Anatol Ivanavich

Lemeshenok, Anatoli Ivanovich

ЛЕМЯШОНАК, Анатоль Iванавiч

ЛЕМЕШЕНОК, Анатолий Иванович

Data tat-twelid: 14.5.1947

Indirizz:

220013, г. Минск, ул. Б. Хмельницкого 10а

President tal-Unjoni Bjelorussa tal-Ġurnalisti li hija favur ir-reġim. Kap Editur ta' “Respublika”, gazzetta tal-Kunsill tal-Ministri. Fil-pożizzjoni tiegħu huwa wieħed mill-aktar membri li jinstema' u influwenti tal-magna ta' propaganda tal-Istat fil-midja stampata. Huwa appoġġa u ġġustifika r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili, li huma sistematikament deskritti b'mod negattiv u derogatorju bl-użu ta' informazzjoni falsifikata, partikolarment wara l-elezzjonijiet presidenzjali fl-2010.

116.

Liushtyk, Siarhei Anatolievich

(Lyushtyk, Siarhey Anatolyevich)

Liushtyk, Sergei Anatolievich

(Lyushtyk, Sergey Anatolyevich)

ЛЮШТЫК, Сяргей Анатольевiч

ЛЮШТЫК, Сергей Анатольевич

Indirizz:

Суд Первомайского района г. Минска

220012, г. Минск, ул. Толбухина, 9

Imħallef fil-Qorti tad-Distrett ta' Pervomaiski ta' Minsk. Fl-2010-2011 immulta jew ikkundanna lir-rappreżentanti li ġejjin tas-soċjetà ċivili għad-dimostrazzjonijiet paċifiċi tagħhom: a) 2011.7.14, Struy Vitali, 10 unitajiet bażi ta' kuljum (35 000  BLR); b) 2011.7.4, Shalamitski Paval, 10 ijiem ħabs; c) 2010.12.20, Sikirytskaya Tatsyana, 10 ijiem ħabs; d) 2010.12.20, Dranchuk Yuliya, 13-il jum ħabs; e) 2010.12.20, Lapko Mikalay, 12-il jum ħabs; f) 2010.12.20, Pramatoraw Vadzim, 12-il jum ħabs.

Impona ripetutament sentenzi ta' ħabs u multi kbar kontra dawk involuti f'dimostrazzjonijiet paċifiċi u, b'riżultat ta' dan, kien responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Bjelorussja. Fl-24 ta' Lulju 2012, anki wara l-inklużjoni tiegħu fuq il-lista ta' sanzjonijiet, huwa mmulta għal ħuliganiżmu doluż lill-attivist tal-oppożizzjoni, Andrej Molchan, li ġie msawwat severament minn żewġ pulizija.

117.

Lomats, Zianon Kuzmich

Lomat, Zenon Kuzmich

ЛОМАЦЬ, Зянон Кузьмiч

ЛОМАТЬ, Зенон Кузьмич

Data tat-twelid: 27.1.1944, Karabani, Minsk region

Ħadem attivament biex jimmina d-demokrazija fil-Bjelorussja. Fir-rwol li kellu bħala President tal-Kumitat għall-Kontroll mill-Istat (sat-28 ta' Diċembru 2010) kien wieħed mill-persuni ewlenin involuti fil-każ ta' Ales Byalyatski, wieħed mid-difensuri mill-aktar prominenti tad-drittijiet tal-bniedem, Kap taċ-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem Bjelorussu “Vyasna”, Viċi President tal-FIDH. A. Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' assistenza lil dawk li batew mir-repressjoni marbuta mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

118.

Lapatka, Aliaksandr Aliaksandravich

(Lapatka, Aliaxandr Aliaxandravich)

Lopatko, Aleksandr Aleksandrovich

(Lopatko, Alexandr Alexandrovich)

ЛОПАТКО Александр Александрович

ЛАПАТКА Аляксандр Аляксандровіч

Indirizz:

Исправительная колония № 9

213410, г. Горки, ул. Добролюбова, 16

Kap tal-kolonja penali IK-9 f'Horki, responsabbli għat-trattament inuman ta' D. Dashkevich, li jinkludi torturi u ċaħda tal-aċċess għal rappreżentanti legali. Lopatko kellu pożizzjoni ewlenija fil-kolonja penali fejn inżamm Dashekevich u fejn ġiet applikata pressjoni psikoloġika, inkluża ċ-ċaħda ta' irqad u l-iżolament, fuq il-priġunieri politiċi inkluż is-Sur Dashekevich.

119.

Lukashenka, Aliaksandr Ryhoravich Lukashenko, Aleksandr Grigorievich

ЛУКАШЭНКА, Аляксандр Pыгopaвiч

ЛУКАШЕНКО, Александр Григорьевич

Data tat-twelid: 30.8.1954

Post tat-Twelid: Kopys, Vitebsk district

Indirizz:

Резиденция Президента Республики Беларусь

г. Минск, ул.Кирова, д. 43

President tar-Repubblika tal-Bjelorussja.

121.

Lukashenka, Viktar Aliaksandravich

Lukashenko, Viktor Aleksandrovich

ЛУКАШЭНКА, Biктap Аляксандравiч

ЛУКАШЕНКО, Виктор Александрович

Data tat-twelid: 28.11.1975

Indirizz:

Администрация президента Республики Беларусь

220016, Минск, Маркса 38

Assistent/Ajjutant tal-President f'Affarijiet ta' Sigurtà Nazzjonali. F'Mejju 2013, inħatar kosuperviżur tal-Kummissjoni Bjelorussa-Russa dwar l-Esportazzjoni tal-Potaxx minn missieru. Bħala wieħed mill-eqreb kollaboraturi tiegħu, kellu rwol ċentrali fil-miżuri repressivi implimentati kontra l-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili. Bħala membru ewlieni tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Istat, kien responsabbli għall-koordinazzjoni ta' miżuri repressivi kontra l-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili, b'mod partikolari fir-repressjoni vjolenti tad-dimostrazzjoni tad-19 ta' Diċembru 2010.

122.

Lukomski, Aliaksandr Valiantsinavich Lukomski, Aleksandr Valentinovich

ЛУКОМСКI, Аляксандр Валянцiнавiч

ЛУКОМСКИЙ, Александр Валентинович

Data tat-twelid: 12.8.1971

ID: 3120871A074PB7

Kmandant tar-Riġment Speċjali tal-Ministeru tal-Intern tal-Belt ta' Minsk.

Huwa kkmanda t-truppi li rażżnu dimostrazzjoni paċifika fid-19 ta' Diċembru 2010, u għal dan irċieva premju u ittra ta' rikonoxximent mill-President Lukashenka fi Frar 2011. F'Ġunju 2011, ikkmanda wkoll truppi li wettqu repressjoni fuq ċittadini paċifiċi f'Minsk. Fis-7 ta' Mejju 2014, ir-riġment taħt il-kmand tiegħu rċieva bandiera speċjali ta' rikonoxximent mill-Ministeru tal-Affarijiet Interni.

124.

Makei, Uladzimir Uladzimiravich

(Makey, Uladzimir Uladzimiravich)

Makei, Vladimir Vladimirovich

(Makey, Vladimir Vladimirovich)

МАКЕЙ, Уладзiмiр Уладзiмiравiч

МАКЕЙ, Владимир Владимирович

Data tat-twelid: 5.8.1958,

Hrodna region

ID: 3050858A060PB5

Indirizz:

Ministry of Foreign Affairs

ул.Ленина, 19, Минск 220030

Ministru tal-Affarijiet Barranin, eks Kap tal-Amministrazzjoni tal-President.

Bħala Kap tal-Amministrazzjoni tal-President, kien meqjus it-tieni l-aktar persuna b'saħħitha fir-reġim u, bħala tali, kien responsabbli għall-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet frodulenti fl-2008 u l-2010 u għar-repressjoni sussegwenti ta' dimostranti paċifiċi.

127.

Maslakou, Valery Anatolievich

Maslakov, Valeri Anatolievich

МАСЛАКОЎ, Валерый Анатольевiч

МАСЛАКОВ, Валерий Анатольевич

Indirizz:

КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17

Kap tal-Bord tal-KGB tal-kontrospjunaġġ militari. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

133.

Miklashevich, Piotr Piatrovich Miklashevich, Petr Petrovich

МIКЛАШЭВIЧ, Пётр Пятровiч

МИКЛАШЕВИЧ, Петр Петрович

Data tat-twelid: 18.10.1954

Post tat-Twelid: Kosuta, Minsk region

Indirizz:

ul. Gvardeiskaya, 16-17

Kap tal-Qorti Kostituzzjonali u eks Prosekutur Ġenerali attiv fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Fil-kapaċità preċedenti tiegħu, kien wieħed mill-persuni ewlenin involuti fir-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u tas-soċjetà ċivili, mill-2004 sal-2008. Sa mill-ħatra tiegħu fil-Qorti Kostituzzjonali fl-2008, implimenta fedelment il-politika repressiva tar-reġim u vvalida liġijiet repressivi anke meta dawn kienu jiksru l-kostituzzjoni.

135.

Morozau, Viktar Mikalaevich

Morozov, Viktor Nikolaevich

МАРОЗАЎ, Biктap Мiкалаевiч

МОРОЗОВ, Виктор Николаевич

Indirizz:

Прокуратурa Гродненской области

г.Гродно, 230012, ул.Доватора, 2а

Prosekutur tar-reġjun ta' Hrodna. Responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010.

136.

Motyl, Tatsiana Iaraslavauna

(Motyl, Tatsiana Yaraslavauna)

Motyl, Tatiana Iaroslavovna (Motyl, Tatyana Yaroslavovna)

МОТЫЛЬ, Таццяна Яраславаўна

МОТЫЛЬ, Татьяна Ярославовна

Indirizz:

Суд Московского района г. Минска

220042, г. Минск, Проспект газеты “Правда”, 27

Imħallef fil-Qorti ta' Moskovski Rayon tal-belt ta' Minsk.

Kienet direttament involuta fir-repressjoni ġudizzjarja tad-dimostranti paċifiċi fid-19 ta' Diċembru 2010. Fl-10 ta' Jannar 2011, hija kkundannat lill-attivist tal-Front taż-Żgħażagħ Yulian Misiukevich għal 12-il jum ħabs, u fil-21 ta' Jannar 2011 u fil-31 ta' Jannar 2011 rispettivament, hija kkundannat lill-attivist politiku, Usevalad Shasharin, u lill-attivist tas-soċjetà ċivili, Tsimafei Atranschankau, għal 9 ijiem ħabs kull wieħed.

Hija kkundannat ukoll fis-27 ta' Diċembru 2010 u fl-20 ta' Jannar 2011 rispettivament, lid-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Mikhail Matskevich għal 10 ijiem ħabs u lill-attivist tas-soċjetà ċivili Valer Siadou għal 12-il jum ħabs għall-parteċipazzjoni tagħhom f'azzjoni b'appoġġ għall-priġunieri politiċi. Hija kienet ukoll direttament involuta fir-repressjoni ġudizzjarja tal-attivisti tas-soċjetà ċivili fl-2011. Fl-4 u fis-7 ta' Lulju 2011, hija kkundannat lil Anton Glinisty u Andrei Ignatchyk għal 10 ijiem ħabs. Hija kienet ukoll direttament involuta fir-repressjoni ġudizzjarja tal-attivisti politiċi fl-2012.

Fit-22 ta' Frar 2012, hija kkundannat lill-attivist politiku prominenti Pavel Vinagradu għal 10 ijiem ħabs, li fuqu hija imponiet, fl-10 ta' April 2012, superviżjoni preventiva tal-pulizija għal sentejn. Fit-23 ta' Marzu 2012, hija kkundannat lill-attivisti politiċi Mikhas Kostka u Anastasia Shuleika għal “Revoluzzjoni permezz tan-netwerks soċjali” għal 5 ijiem ħabs.

Fil-21 ta' April 2012, hija reġgħet ikkundannat lil din tal-aħħar għal 10 ijiem ħabs.

Fl-24, il-25 u s-26 ta' Mejju 2012, hija kkundannat lill-attivisti tal-Front taż-Żgħażagħ Uladzimir Yaromenak, Zmitser Kremenetski u Raman Vasiliev għal 10 ijiem, 10 ijiem u 12-il jum ħabs rispettivament.

Fit-22 ta' Ġunju 2012, hija kkundannat lill-ġurnalist tal-Euroradio Paval Sverdlou għal 15-il jum ħabs. Fit-18 ta' Lulju 2012, hija kkundannat lill-attivista Katsiarina Halitskaya għal 10 ijiem ħabs. Fit-8 u d-9 ta' Novembru 2012, hija reġgħet ikkundannat lill-attivisti tal-Front taż-Żgħażagħ, Uladzimir Yaromenak u Raman Vasiliev għal 15-il jum ħabs. Fis-7 ta' Mejju 2013, hija kkundannat lill-attivist Aliaksandr Yarashevich għal 12-il jum ħabs. Il-mod kif mexxiet il-proċessi kien ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija aċċettat l-użu ta' evidenza u ta' testimonjanzi li ma kinux rilevanti għall-akkużati. Fis-6 ta' Awwissu 2014 hija kkundannat lill-attivist Oleg Korol għal 10 ijiem detenzjoni amministrattiva mingħajr ma tagħtu ċ-ċans li jitkellem quddiem il-qorti; minflok hija ddikjarat: “Naf li inti tammetti l-ħtija tiegħek”.

137.

Navumau, Uladzimir Uladzimiravich

Naumov, Vladimir Vladimirovich

НАВУМАЎ, Уладзiмiр Уладзiмiравiч

НАУМОВ, Владимир Владимирович

Data tat-twelid: 7.2.1956,

Post tat-Twelid: Smolensk (Russia)

Naqas milli jieħu azzjoni biex jinvestiga l-każ tal-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u fl-2000. Eks Ministru tal-Intern u wkoll ex-Kap tas-Servizz tas-Sigurtà tal-President. Bħala Ministru tal-Intern huwa kien responsabbli għar-repressjoni matul id-dimostrazzjonijiet paċifiċi sakemm irtira fis-6 ta' April 2009 għal raġunijiet ta' saħħa.

Ingħata residenza f'Minsk fid-distrett tan-nomenklatura Drozdy mill-Amministrazzjoni Presidenzjali. F'Ottubru 2014 ingħata l-Ordni “Għall-Mertu” grad III mill-President Lukashenka.

142.

Padabed, Iury Mikalaevich

(Padabed, Yury Mikalaevich)

Podobed, Iuri Nikolaevich

(Podobed, Yuri Nikolaevich)

ПАДАБЕД, Юрый Мiкалаевiч

ПОДОБЕД, Юрий Николаевич

Data tat-twelid: 5.3.1962,

Post tat-Twelid: Slutsk (Minsk Region)

Indirizz:

ul. Beruta, 15-62 (2 korp)

ID: 3050362A050PB2

Passport: MP2272582

Kap tas-servizz tas-sigurtà tal-kumpannija holding Triple ta' Yuri Chizh, eks Kap tal-Unità għal Skopijiet Speċjali fil-Ministeru tal-Intern. Bħala kmandant tat-truppi interni kontra l-irvellijiet kien responsabbli u involut direttament fir-repressjoni vjolenti ta' dimostrazzjonijiet paċifiċi, b'mod partikolari fl-2004 u l-2008.

148.

Piakarski, Aleh Anatolievich

Pekarski, Oleg Anatolievich

ПЯКАРСКI, Алег Анатольевiч

ПЕКАРСКИЙ, Олег Анатольевич

ID: 3130564A041PB9

Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala l-ewwel Viċi Ministru tal-Intern (sa Diċembru 2012), kien responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010. Kurunell fil-forzi ta' riżerva.

152.

Praliaskouski, Aleh Vitoldavich Proleskovski, Oleg Vitoldovich (Proleskovsky, Oleg Vitoldovich)

ПРАЛЯСКОЎСКI, Алег Вiтольдавiч

ПРОЛЕСКОВСКИЙ, Олег Витольдович

Data tat-twelid: 1.10.1963

Post tat-Twelid: Zagorsk

(Sergijev Posad/ Russia)

Eks Ministru tal-Informazzjoni (ħalla l-kariga f'Ġunju 2014), eks Viċi Kap tal-Amministrazzjoni tal-President, eks Kap tad-Direttorat Ġenerali għall-Ideoloġija fl-Amministrazzjoni tal-President, ex-Direttur taċ-Ċentru tal-Analiżi u l-Informazzjoni fl-Amministrazzjoni tal-President.

Kien wieħed mill-għejun u l-ilħna ewlenin tal-propaganda tal-Istat u tal-appoġġ ideoloġiku għar-reġim. Ingħata promozzjoni għall-pożizzjoni ta' Ministru, u minn dakinhar kompla jleħħen propaganda u appoġġ favur l-atti tar-reġim fil-konfront tal-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili.

156.

Radzkou, Aliaksandr Mikhailavich

Radkov, Aleksandr Mikhailovich

РАДЗЬКОЎ, Аляксандр Мiхайлавiч

РАДЬКОВ, Александр Михайлович

Data tat-twelid: 1.7.1951

Post tat-Twelid: Votnia, Mohilev region

ID: 3010751M102PB0

Eks Konsulent tal-President Lukashenka (mit-18 ta' Mejju 2015), kien l-Ewwel Viċi Kap tal-Amministrazzjoni tal-President, eks Ministru tal-Edukazzjoni.

Għalaq l-Università tal-Umanità Ewropea, ordna r-repressjoni tal-istudenti tal-oppożizzjoni, u organizza lill-istudenti biex iġiegħlhom jivvutaw għar-reġim. Huwa kellu rwol attiv fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet frodulenti fl-2008, l-2010 u l-2012, u fir-repressjoni sussegwenti ta' dimostranti paċifiċi fl-2008 u l-2010. Huwa qrib ħafna tal-President Lukashenka. Huwa l-Kap ta' Belaya Rus, l-organizzazzjoni ideoloġika u politika ewlenija tar-reġim.

161.

Rusak, Viktar Uladzimiravich

Rusak, Viktor Vladimirovich

РУСАК, Вiктар Уладзiмiравiч

РУСАК, Виктор Владимирович

Data tat-twelid: 4.5.1955

Post tat-Twelid: Minsk

Indirizz:

Палата представителей Национального собрания Республики Беларусь

220010, Республика Беларусь, г. Минск, ул. Советская, 11

Membru tal-Kamra Inferjuri tal-Parlament, Viċi President tal-Kumitat Permanenti għas-Sigurtà Nazzjonali, Viċi Kap tal-Kumitat għas-Sigurtà Nazzjonali. Eks Kap tal-Bord tal-KGB għas-Sigurtà Ekonomika.

Kien responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

163.

Saikouski Valeri Yosifavich

Saikovski Valeri Yosifovich

САЙКОЎСКI, Валерый Iосiфавiч

САЙКОВСКИЙ, Валерий Иосифович

Data tat-twelid: 1977

Indirizz:

220035 Minsk, ul. Saperov. 7

Maħtur Viċi Kap tad-Diviżjoni ta' Minsk tal-Kumitat tal-Investigazzjoni f'Jannar 2012. Bħala Prosekutur Pubbliku tad-Distrett Pervomaiski ta' Minsk, huwa ttratta l-proċess ta' Ales Byalyatski, wieħed mid-difensuri l-aktar prominenti tad-drittijiet tal-bniedem, Kap taċ-Ċentru Bjelorussu HR “Vyasna”, Viċi President tal-FIDH. L-akkuża ppreżentata mill-prosekutur fil-proċess kellha motivazzjoni politika ċara u imminenti u kissret b'mod ċar il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' għajnuna lil dawk li sofrew minn repressjoni marbuta mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

166.

Sauko, Valery Iosifavich

Savko, Valeri Iosifovich

САЎКО, Валерый Iосiфавiч

САВКО, Валерий Иосифович

Indirizz:

230023 Hrodna,

vul. Ozheshko, 1

Kap tal-fergħa Hrodna tat-trade union favur ir-reġim. Eks Kap tal-Kummissjoni Elettorali Reġjonali (KER) tar-Reġjun ta' Hrodna għall-elezzjoni Presidenzjali tal-2010 u l-elezzjonijiet lokali ta' Marzu 2014. Bħala President ta' Kummissjoni Elettorali Reġjonali, kien responsabbli għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali tad-19 ta' Diċembru 2010, u għall-falsifikazzjonijiet fl-elezzjonijiet lokali ta' Marzu 2014 fir-reġjun ta' Hrodna.

167.

Shaeu, Valiantsin Piatrovich

(Shayeu, Valyantsin Piatrovich)

Shaev, Valentin Petrovich (Shayev, Valentin Petrovich)

ШАЕЎ Валянцiн Пятровiч

ШАЕВ, Валентин Петрович

Indirizz:

220034 Minsk, vul. Frunze, 19

Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, Kap tal-Kumitat ta' Investigazzjoni, kien Viċi Kap tal-Kumitat ta' Investigazzjoni, kien Prosekutur tar-reġjun ta' Homel. Responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010.

168.

Shahrai, Ryta Piatrouna

Shagrai, Rita Petrovna

ШАГРАЙ, Рнта Пятроўна

ШАГРАЙ, Рита Петровна

Indirizz:

Суд Заводского района г. Минска

220107, г. Минск, пр. Партизанский, 75А

President tal-Qorti Distrettwali ta' Zavodskoy tal-belt ta' Minsk (mill-2014), eks Viċi President tal-Qorti Distrettwali ta' Partizanski tal-belt ta' Minsk, eks Imħallef tal-Qorti Distrettwali ta' Oktiabrski tal-belt ta' Minsk.

Kienet direttament involuta fir-repressjoni ġudizzjarja tad-dimostranti paċifiċi fid-19 ta' Diċembru 2010. Fl-20 ta' Diċembru 2010, hija kkundannat lill-attivisti tas-soċjetà ċivili Ales Sobal, Maksim Hrishel u Kastantsin Chufistau, għal 10 ijiem ħabs u lil Siarhei Kardymon għal 15-il jum ħabs. Fis-7 ta' Lulju 2011, hija kkundannat lill-attivist Artur Zauharodny għal 13-il jum ħabs. Fit-12 ta' Ottubru 2012, hija kkundannat lill-attivisti Aleh Korban u Uladzimir Siarheeu għal 5 ijiem ħabs. Il-mod kif mexxiet il-proċessi kien ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija sostniet l-użu ta' evidenza u ta' testimonjanzi irrilevanti għall-akkużati.

169.

Shamionau Vadzim Iharavich Shamenov Vadim Igorevich (Shamyonov Vadim Igorevich)

ШАМЁНАЎ, Вадзiм Iгаравiч

ШАМЁНОВ, Вадим Игоревич

Indirizz:

Исправительная колония № 17

213004, г. Шклов, ул. 1-я Заводская д. 8

Kaptan, kap tal-unità operattiva tal-kolonja penali IK-17 fi Shklov. Tefa' pressjoni fuq il-priġunieri politiċi, ċaħħadhom mid-dritt tagħhom ta' korrispondenza, u heddidhom sabiex jikseb konfessjonijiet. Direttament responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' priġunieri politiċi u attivisti tal-oppożizzjoni bl-użu ta' trattament jew kastig krudili, inuman u degradanti. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

173.

Sheiman, Viktar Uladzimiravich (Sheyman, Viktar Uladzimiravich) Sheiman, Viktor Vladimirovich (Sheyman, Viktor Vladimirovich)

ШЭЙМАН, Biктap Уладзiмiравiч

ШЕЙМАН, Виктор Владимирович

Data tat-twelid: 26.5.1958,

Post tat-Twelid: Hrodna region

Indirizz:

Управлениe Делами Президента

ул. К.Маркса, 38

220016, г. Минск

Kap tad-Dipartiment ta' Ġestjoni tal-Amministrazzjoni tal-President. Responsabbli għall-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u l-2000. Kien Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà. Sheiman għadu Assistent Speċjali tal-President.

174.

Shastakou, Iury Valerievich

(Shastakou, Yury Valerievich)

Shestakov, Iuri Valerievich

(Shestakov, Yuri Valerievich)

ШАСТАКОЎ, Юрый Валер'евiч

ШЕСТАКОВ, Юрий Валерьевич

Indirizz:

Суд Московского района г. Минска

220042, г. Минск, Проспект газеты “Правда”, 27

Imħallef u Viċi President fil-Qorti ta' Moskovski Rayon tal-belt ta' Minsk.

Huwa kien direttament involut fir-repressjoni ġudizzjarja tad-dimostranti paċifiċi fid-19 ta' Diċembru 2010. Fl-20 u s-27 ta' Diċembru 2010, huwa kkundanna lill-attivisti tas-soċjetà ċivili Illya Vasilievich, Nadzeya Chayukhova, Tatsiana Radzetskaya, Siarhei Kanapatski u Volha Damarad għal 10 ijiem ħabs. Fl-20 ta' Diċembru 2011 huwa kkundanna lill-attivist Siarhei Kanapatski għall-kommemorazzjoni tar-repressjoni fid-19 ta' Diċembru 2010. Il-mod kif mexxa l-proċessi kien kiser b'mod ċar il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Appoġġa l-użu ta' evidenza u xhieda li ma kellhiex rilevanza għall-akkużat.

175.

Shuhaeu, Siarhei Mikhailavich

(Shuhayeu, Siarhei Mikhailavich)

Shugaev, Sergei Mikhailovich

(Shugayev, Sergey Mikhailovich))

ШУГАЕЎ, Сяргей Михайлaвiч

ШУГАЕВ, Сергей Михайлович

Indirizz:

КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17

Kap tad-Diviżjoni ta' Kontrospjunaġġ tal-KGB u kien Viċi Kap tal-Bord ta' Kontrospjunaġġ Militari tal-KGB. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

177.

Shykarou, Uladzislau Aleksandravich

Shikarov, Vladislav Aleksandrovich

ШЫКАРОЎ, Уладiзлаў Александравiч

ШИКАРОВ, Владислав Александрович

Indirizz:

Суд Железнодорожного района города Витебска

210001, г. Витебск, ул. Кирова,16

Imħallef tal-Qorti Distrettwali Zheleznodorozhny ta' Vitebsk. Huwa kkundanna diversi dimostranti matul il-proċess ta' appell, minkejja l-fatt li huma ma kinux instabu ħatja mill-Qorti tal-Prim'Istanza. Responsabbli għall-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi u kriminali motivati politikament kontra r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, inkluż l-attivist politiku Siarhei Kavalenka.

179.

Siankevich, Eduard Aliaksandravich

Senkevich, Eduard Aleksandrovich

СЯНЬКЕВIЧ, Эдуард Аляксандравiч

СЕНЬКЕВИЧ, Эдуард Александрович

Data tat-twelid: 15.4.1952

Post tat-Twelid: Slonim, Hrodna region

Indirizz:

Палата представителей Национального собрания Республики Беларусь

220010, Республика Беларусь, г. Минск, ул. Советская, 11

Membru tal-Kamra Inferjuri tal-Parlament, Viċi Kap tal-Kumitat Permanenti dwar il-Liġi, kien Prosekutur tar-Reġjun ta' Mohilev. Responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010.

180.

Siarheenka, Ihar Piatrovich

Sergeenko, Igor Petrovich

(Sergeyenko, Igor Petrovich)

СЯРГЕЕНКА, Iгар Пятровiч

СЕРГЕЕНКО, Игорь Петрович

Data tat-twelid: 14.1.1963

Post tat-Twelid: Stolitsa, Vitebsk region

Indirizz:

КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17

L-ewwel Viċi Kap tal-KGB, eks Kap tal-KGB tar-Reġjun ta' Mohilev. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fir-reġjun ta' Mohilev u fil-Bjelorussja.

184.

Sirenka, Viktar Ivanavich

Sirenko, Viktor Ivanovich

CIРЭНКА, Biктap Iванавiч

СИРЕНКО, Виктор Иванович

Data tat-twelid: 4.3.1962

Post tat-Twelid: Borisov, Minsk region

ID: 3040362B062PB7

Numru tal-passaport: MP2249974 (issued on 30.3.2007)

Indirizz:

ул. Лобанка, 81, кв. 19, 220000, г. Минск

Viċi Gvernatur tar-reġjun ta' Minsk (minn Jannar 2015), eks Kap tal-Kumitat għall-Kura tas-Saħħa fil-Belt ta' Minsk u eks Kap Kirurgu tal-Isptar tal-Emerġenza ta' Minsk. Huwa ma opponiex il-ħtif tal-kandidat presidenzjali Nekliayev, li kien ittrasportat lejn l-isptar tiegħu wara li safa' msawwat severament fid-19 ta' Diċembru 2010 u, billi naqas li jsejjaħ lill-pulizija, ikkoopera mal-awturi mhux magħrufa. Dan in-nuqqas ta' azzjoni wassal għall-promozzjoni. Bħala Kap tal-Kumitat għall-Kura tas-Saħħa fil-Belt ta' Minsk huwa kien responsabbli għas-superviżjoni tal-użu ta' istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa għall-ħaddiema fis-soppressjoni tad-drittijiet tal-bniedem.

187.

Slizheuski, Aleh Leanidavich

Slizhevski, Oleg Leonidovich

СЛIЖЭЎСКI, Алег Леанідавіч

СЛИЖЕВСКИЙ, Олег Леонидович

Data tat-twelid: 16.8.1972

Post tat-Twelid: Hrodna

Indirizz:

220004, г.Минск, ул. Коллекторная, 10 Министерство юстиции

(10 Kollektornaya str.) 220004 Minsk

Belarus

Ministru tal-Ġustizzja, Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC); u kien Kap tad-Diviżjoni tal-Organizzazzjonijiet soċjali u l-partiti politiċi fil-Ministeru tal-Ġustizzja. Bħala Membru taċ-CEC, kien responsabbli għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali li seħħew fl-elezzjonijiet sa mill-2007. Bil-pożizzjonijiet tiegħu fil-Ministeru tal-Ġustizzja u l-kontroll li jeżerċita fuq il-ġudikatura, ħa sehem attiv fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, billi ċaħad ir-reġistrazzjoni ta' NGOs u partiti politiċi, li f'bosta każi wassal biex jiġu aboliti.

188.

Smalenski, Mikalai Zinouevich

Smolenski, Nikolai Zinovievich

СМАЛЕНСКI, Мiкалай 3iноўeвiч

СМОЛЕНСКИЙ, Николай Зиновьевич

 

Viċi Kap taċ-Ċentru tal-Antiterroriżmu CIS u kien Viċi Kap tal-KGB, inkarigat mill-persunal u l-organizzazzjoni tal-kompiti tagħhom. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

196.

Talstashou, Aliaksandr Alehavich

Tolstashov, Aleksandr Olegovich

ТАЛСТАШОЎ, Аляксандр Алегавiч

ТОЛСТАШОВ, Александр Олегович

Indirizz:

КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17

Kap tal-Bord tal-KGB għall-Protezzjoni tal-Ordni Kostituzzjonali u l-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu.

Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

201.

Traulka Pavel

Traulko Pavel

ТРАУЛЬКА, Павел

ТРАУЛЬКО, Павел

Indirizz:

220034, г. Минск, ул. Фрунзе, 5

Logutenent Kurunell, li kien operattiv tal-kontrospjunaġġ militari tal-KGB (attwalment kap tas-servizz tal-istampa tal-Kumitat Investigattiv tal-Bjelorussja). Huwa ffalsifika provi kontra attivisti tal-oppożizzjoni u uża theddid sabiex jikseb konfessjonijiet mingħandhom fiċ-ċentru ta' detenzjoni tal-KGB f'Minsk wara r-repressjoni tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010. Huwa kien direttament responsabbli għall-użu ta' trattament jew kastig krudili, inuman u degradanti u għaċ-ċaħda tad-dritt għal proċess ġust. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

202.

Trutka, Iury Igorevich

(Trutka, Yury Igorevich)

Trutko, Iury (Yurij, Yuri) Igorevich

ТРУТКA, Юрый Iгаравич

ТРУТКО, Юрий Игоревич

Indirizz:

Исправительная колония № 2

213800, г. Бобруйск, ул. Сикорского, 1

Ul. Sikorskogo 1

213800 Bobruisk

Viċi Kap tal-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk, responsabbli għat-trattament inuman u krudili tal-priġunieri politiċi A. Sannikau u A. Beliatski fil-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk. Attivisti tal-oppożizzjoni ġew ittorturati, miċħuda l-aċċess għal rappreżentazzjoni legali u mqiegħda fl-iżolament fil-kolonja penali taħt is-sorveljanza tiegħu. Trutko għamel pressjoni fuq A. Beliatski u A. Sannikau sabiex iġiegħelhom jiffirmaw appell għal maħfra.

204.

Tsertsel, Ivan Stanislavavich

Tertel, Ivan Stanislavovich

ЦЕРЦЕЛЬ, Iван Станiслававiч

ТЕРТЕЛЬ, Иван Станиславович

Indirizz:

КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17

Viċi Kap tal-KGB, inkarigat mill-kriminalità ekonomika u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

207.

Tushynski Ihar Heraninavich

Tushinski Igor Geroninovich

ТУШЫНСКИЙ, Irap Геранiнавiч

ТУШИНСКИЙ, Игорь Геронинович

Indirizz:

220004, г. Минск, ул. Коллекторная, 10 Министерство юстиции

(10 Kollektornaya str.) 220004 Minsk

Belarus

Viċi Ministru tal-Ġustizzja inkarigat mill-appoġġ legali għall-istituzzjonijiet li jabbozzaw attivi leġislattivi u regolatorji dwar kwistjonijiet ekonomiċi u inkarigat mir-reġistrazzjoni tal-entitajiet legali.

Huwa responsabbli għar-rwol u l-azzjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja u tal-ġudikatura tal-Bjelorussja, li huma strumenti ewlenin tar-repressjoni tal-popolazzjoni, billi jimponi l-propaganda tal-istat fuq il-ġudikatura, li tipprovoka, u tiġġustifika r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u tas-soċjetà ċivili, billi jiċħad jew ineħħi r-reġistrazzjoni għal NGOs u partiti politiċi.

209.

Utsiuryn, Andrei Aliaksandravich

(Utsiuryn, Andrey Aliaksandravich; Utsyuryn, Andrei Aliaksandravich) Vtiurin, Andrei Aleksandrovich

(Vtiurin, Andrey Aleksandrovich; Vtyurin, Andrei Aleksandrovich)

УЦЮРЫН, Андрэй Аляксандравiч

ВТЮРИН, Андрей Александрович

Data tat-twelid: 1971,

Penza (Russia)

Viċi Kap tal-Kunsill tas-Sigurtà tar-Repubblika tal-Bjelorussja (mill-2014).

Eks Kap tas-Servizz tas-Sigurtà tal-President.

Taħt is-superviżjoni tiegħu, diversi membri tas-servizz tiegħu ħadu sehem f'interrogazzjonijiet ta' attivisti politiċi wara d-dimostrazzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010.

210.

Vakulchyk, Valery Paulavich

Vakulchik, Valeri Pavlovich

ВАКУЛЬЧЫК, Валерый Паўлавiч

ВАКУЛЬЧИК, Валерий Павлович

Data tat-twelid: 19.6.1964,

Brest region

Indirizz:

КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17

Kap tal-KGB, eks Kap tal-Kumitat ta' Investigazzjoni, kien Kap taċ-Ċentru Operattiv u Analitiku tal-Amministrazzjoni tal-President, responsabbli għat-telekomunikazzjoni, inkluż il-monitoraġġ, l-iffiltrar, il-kontroll u l-interferenza ta' diversi mezzi ta' komunikazzjoni, pereżempju l-internet. Bħala Kap tal-KGB, huwa responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

216.

Vehera, Viktar Paulavich

Vegera, Viktor Pavlovich

BEГEPA, Biктap Паўлавiч

ВЕГЕРА, Виктор Павлович

 

Kien l-Ewwel Viċi Kap tal-KGB, inkarigat mill-kontrospjunaġġ. Irtirat mill-1 ta' April 2013 u mibgħut mal-forzi ta' riserva.

Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Ta bidu għall-każ tal-priġunier politiku Ales Byalyatski, wieħed mid-difensuri l-aktar prominenti tad-drittijiet tal-bniedem, Kap taċ-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem Bjelorussu “Vyasna”, Viċi President tal-FIDH. A. Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' assistenza lil dawk li batew mir-repressjoni marbuta mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.


30.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/96


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1950

tas-26 ta' Ottubru 2015

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merlangu fiż-żona VI; fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; kif ukoll fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2015.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, jidher li l-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, li saru minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew li huma rreġistrati fih, laħqu l-kwota allokata lilhom għall-2015.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ilħiq tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2015, allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih, għandha titqies li ntlaħqet mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Il-projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, li jiġi ttrasportat, li jiġi ttrażbordat jew li jittella' l-art il-ħut minn dak l-istokk li jkun inqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).


ANNESS

Nru

52/TQ104

Stat Membru

L-Irlanda

Stokk

WHG/56-14.

Speċi

Merlangu (Merlangius merlangus)

Żona

VI; l-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV

Data tal-għeluq

1.10.2015


30.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/98


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1951

tat-28 ta' Ottubru 2015

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 183(b) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u ffissal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u l-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontroll regolari tal-informazzjoni li abbażi tagħha jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti għandhom jiġu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

(3)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tibda tapplika mill-aktar fis wara li toħroġ l-informazzjoni, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 qed jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 1995, li jistabilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali tal-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 163/67/KEE (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47).


ANNESS

“ANNESS I

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ, preżentazzjoni 70 %, iffriżati

126,2

0

AR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ, preżentazzjoni 65 %, iffriżati

143,7

155,8

0

0

AR

BR

0207 14 10

Qatgħat mingħajr għadam ta' sriedaq jew ta' tiġieġ, iffriżati

283,7

208,1

358,9

274,3

5

28

0

8

AR

BR

CL

TH

0207 14 60

Koxxox tat-tiġieġ, iffriżati

133,9

3

BR

0207 27 10

Qatgħat mingħajr għadam ta' dundjani, iffriżati

344,3

295,5

0

0

BR

CL

0408 91 80

Bajd, mhux fil-qoxra, imnixxef

422,6

0

AR

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta' sriedaq u ta' tiġieġ

229,9

17

BR


(1)  Nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi ‘ZZ’ ifisser ‘oriġini oħrajn’.”


30.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/100


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1952

tad-29 ta' Ottubru 2015

li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 511/2010 fuq l-importazzjonijiet ta' wajer tal-molibdenu, li fih mill-inqas 99,95 % tal-piż tiegħu jikkonsisti f'molibdenu, li minnu d-dimensjoni trażversali massima taqbeż il-1,35 mm imma ma taqbiżx 4,0 mm li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' wajer tal-molibdenu li fih mill-inqas 97 % tal-piż tiegħu jikkonsisti f'molibdenu, li minnu d-dimensjoni trasversali massima taqbeż l-4,0 mm imma ma taqbiżx il-11,0 mm li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Il-miżuri eżistenti

(1)

F'Ġunju 2010, b'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (“ir-Regolament bażiku”), il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv ta' 64,3 % fuq l-importazzjonijiet ta' wajer tal-molibdenu, li fih mill-inqas 99,95 % tal-piż tiegħu jikkonsisti f'molibdenu, li minnu d-dimensjoni trażversali massima taqbeż il-1,35 mm imma ma taqbiżx l-4,0 mm, li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”), permezz tar-Regolament (UE) Nru 511/2010 (2) (“il-miżuri fis-seħħ”; “l-investigazzjoni oriġinali”).

(2)

F'Jannar 2012, wara investigazzjoni kontra l-evażjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, il-Kunsill estenda l-miżuri fis-seħħ għal importazzjonijiet tal-istess prodott ikkonsenjat mill-Malasja, sew jekk iddikjarat li joriġina fil-Malasja u sew jekk le bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 14/2012 (3) (“l-ewwel investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni”).

(3)

F'Settembru 2013, wara t-tieni investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, il-Kunsill estenda l-miżuri fis-seħħ għal importazzjonijiet ta' wajer tal-molibdenu, li fih, f'piż, 97 % jew aktar iżda inqas minn 99,95 % ta' molibdenu, b'dimensjoni trażversali massima li taqbeż il-1,35 mm imma ma taqbiżx l-4,0 mm li joriġina mir-RPĊ bir- Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 871/2013 (4) (“it-tieni investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni”).

1.2.   It-talba

(4)

Fis-26 ta' Jannar 2015, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku biex tinvestiga l-allegata ċirkomvenzjoni tal-miżuri eżistenti u biex tagħmel l-importazzjonijiet ta' wajer tal-molibdenu, li fih mill-inqas 97 % tal-piż tiegħu jikkonsisti f'molibdenu, li minnu d-dimensjoni trażversali massima taqbeż l-4,0 mm imma ma taqbiżx il-11,0 mm, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, suġġetti għal reġistrazzjoni.

(5)

It-talba tressqet minn Plansee SE, produttur tal-Unjoni ta' ċerti wajers tal-molibdenu (“l-applikant”).

1.3.   Bidu

(6)

Wara li ddeterminat, wara li infurmat lill-Istati Membri, li teżisti biżżejjed informazzjoni prima facie għall-bidu ta' investigazzjoni skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinvestiga l-allegata ċirkomvenzjoni tal-miżuri eżistenti u biex tagħmel l-importazzjonijiet ta' wajer tal-molibdenu, li fih mill-inqas 97 % tal-piż tiegħu jikkonsisti f'molibdenu, li minnu d-dimensjoni trażversali massima taqbeż l-4,0 mm imma ma taqbiżx il-11,0 mm, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, suġġetti għal reġistrazzjoni.

(7)

L-investigazzjoni nbdiet permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/395 tal-10 ta' Marzu 2015 (5) (“ir-Regolament tat-tnedija”).

1.4.   L-investigazzjoni

(8)

Il-Kummissjoni nnotifikat uffiċjalment lill-awtoritajiet tar-RPĊ, lill-produtturi esportaturi f'dak il-pajjiż, lill-importaturi magħrufa fl-Unjoni li huma konċernati u lill-industrija tal-Unjoni dwar it-tnedija tal-investigazzjoni.

(9)

Formoli ta' eżenzjoni ntbagħtu lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ u lill-importaturi magħrufa fl-Unjoni.

(10)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ skont iż-żmien stipulat fir-Regolament li jagħti bidu. Il-partijiet kollha kienu infurmati li nuqqas ta' kooperazzjoni jista' jwassal għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u għal sejbiet li jkunu bbażati fuq il-fatti disponibbli.

(11)

Produttur esportatur fir-RPĊ u importatur relatat fl-Unjoni ppreżentaw tweġiba għall-formola ta' eżenzjoni lill-Kummissjoni u ngħataw smigħ.

(12)

Żewġ importaturi ppreżentaw tweġiba għall-formola ta' eżenzjoni lill-Kummissjoni. Wieħed biss minnhom importa kwantitajiet żgħar ta' wajer tal-molibdenu matul il-perjodu ta' investigazzjoni (ara l-premessa (15)).

(13)

Negozjant wieħed għamel sottomissjoni u ngħata seduta ta' smigħ.

(14)

Il-Kummissjoni għamlet żjajjar ta' verifika fl-uffiċċji tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produttur esportatur fir-RPĊ

Luoyang Hi-tech Metals Co., Ltd, West Lichun Road, Jianxi District, Luoyang, P.R.C

(b)

Importatur relatat fl-Unjoni

CM Chemiemetall GmbH, Niels-Bohr-Str. 5, 06749 Bitterfeld, Germany

(c)

Produttur tal-Unjoni:

Plansee SE, Metallwerk Plansee Strasse 71, 6600 Reutte, Austria

1.5.   L-investigazzjoni u perjodi ta' rappurtar

(15)

Il-perjodu ta' investigazzjoni kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2010 sal-31 ta' Diċembru 2014. Inġabret id-dejta ta' matul il-perjodu ta' investigazzjoni sabiex tiġi mistħarrġa, fost l-oħrajn, il-bidla allegata fix-xejra tal-kummerċ wara l-impożizzjoni tal-miżuri u l-estensjoni tagħhom għall-Malasja fl-2012, (ara l-premessa (2)) u soġġetta għal importazzjonijiet ta' prodott kemmxejn modifikat fl-2013 (ara l-premessa (3)) u l-eżistenza ta' xi prassi, proċess jew ħidma li għalihom ma hemmx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-impożizzjoni ta' dazju.

(16)

Inġabret dejta aktar iddettaljata għall-perjodu tar-rapport bejn l-1 ta' Jannar 2014 u l-31 ta' Diċembru 2014 sabiex jiġi eżaminat jekk l-importazzjonijiet kinux qed jheddu l-effett ta' rimedju tal-miżuri fis-seħħ f'dak li għandu x'jaqsam ma' prezzijiet u/jew kwantitajiet u l-eżistenza ta' dumping.

2.   IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI

2.1.   Kunsiderazzjonijiet ġenerali

(17)

Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tal-eżistenza ta' evażjoni possibbli saret billi ġie analizzat suċċessivament:

jekk kienx hemm tibdil fix-xejra tal-kummerċ bejn ir-RPĊ, il-Malasja u l-Unjoni;

jekk din il-bidla nibtitx minn xi prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma kienx hemm raġuni jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-impożizzjoni tad-dazju;

jekk kienx hemm evidenza ta' ħsara jew jekk l-effetti rimedjali tad-dazju ġewx kompromessi f'termini tal-prezzijiet u/jew tal-kwantitajiet tal-prodott investigat;

u jekk kienx hemm evidenza ta' dumping b'rabta mal-valuri normali stabbiliti qabel, li jekk kien meħtieġ, kien skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku.

2.2.   Il-prodott ikkonċernat u l-prodott investigat

(18)

Il-prodott ikkonċernat mill-evażjoni possibbli huwa l-prodott soġġett għall-miżuri fis-seħħ, kif deskritt hawn fuq fil-premessa (1). Jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 8102 96 00. Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, il-prodott ikkonċernat jintuża prinċipalment fis-settur tal-karozzi għall-kisi tal-metalli permezz ta' sprejjar termali ta' partijiet tal-muturi li huma suġġetti għal tqagħbir qawwi, bħalma huma ċ-ċrieki tal-pistun, iċ-ċrieki tas-sinkronizzatur jew komponenti tat-trażmissjoni, biex tiżdied ir-reżistenza tagħhom kontra l-brix.

(19)

Il-prodott li qed jiġi investigat huwa prodott definit fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' bidu, jiġifieri i) wajer tal-molibdenu, li fih mill-inqas 99,95 % tal-piż tiegħu jikkonsisti f'molibdenu, li minnu d-dimensjoni trażversali massima taqbeż l-4,0 mm imma ma taqbiżx il-11,0 mm u li attwalment jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 8102 96 00 (kodiċi TARIC 8102960020), u ii) wajer tal-molibdenu, li fih, f'piż, 97 % jew aktar iżda inqas minn 99,95 % ta' molibdenu, b'dimensjoni trażversali massima li taqbeż l-4,0 mm imma ma taqbiżx il-11,0 mm u li attwalment jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 8102 96 00 (kodiċi TARIC 8102960040). Il-prodott li qed jiġi investigat joriġina fir-RPĊ u jissejjaħ ukoll wajer tal-molibdenu, li fih mill-inqas 97 % tal-piż tiegħu jikkonsisti f'molibdenu, li minnu d-dimensjoni trażversali massima taqbeż l-4,0 mm imma ma taqbiżx il-11,0 mm.

2.3.   Livell ta' kooperazzjoni

(20)

Produttur esportatur Ċiniż wieħed biss, il-kumpanija Luoyang Hi-tech Metals Co. Ltd (“LHTM”) u importatur relatat tal-Unjoni Chemiemetall (“CM”) ppreżentaw ruħhom u talbu eżenzjoni minn xi estensjoni possibbli tal-miżuri fis-seħħ. Kemm LHTM kif ukoll CM ikkooperaw bis-sħiħ fl-investigazzjoni. Il-volum tal-importazzjoni tagħhom irrappreżenta madwar 55 % tal-importazzjonijiet totali Ċiniżi fl-Unjoni matul il-perjodu ta' rappurtar.

(21)

Madwar 40 % tal-importazzjonijiet totali Ċiniżi fl-Unjoni ġejjin minn produtturi li ma kkooperawx. B'mod partikolari, il-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw fit-tieni investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni iżda li ma ġewx eżentati mill-miżuri fis-seħħ, ma kkooperawx.

2.4.   Il-bidla fix-xejra tal-kummerċ

(22)

It-tabella ta' hawn taħt tiġbor dejta mit-tieni investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni, mit-talba, minn Comext u l-bażi ta' dejta miġbura skont 14(6) tar-Regolament bażiku kif ukoll informazzjoni miġbura minn LHTM.

(23)

Billi produttur esportatur wieħed biss ikkoopera mal-investigazzjoni, iċ-ċifri kollha relatati ma' dejta sensittiva kellhom jiġu indiċjati jew jingħataw f'firxa għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità.

(24)

It-total ta' wajers tal-molibdenu għall-isprejjar rrappurtati jakkumula:

l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat,

l-importazzjonijiet ċirkomvenzjonati identifikati fit-tieni investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni,

l-importazzjonijiet tal-prodott investigat.

Importazzjonijiet lejn l-Unjoni (f'tunnellati)

2010

2011

2012

2013

RP = 2014

Total ta' importazzjonijiet ta' wajers tal-molibdenu għall-isprejjar (f'tunellati bl-indiċijiet)

100

463

365

273

362

Total ta' importazzjonijiet ta' wajers tal-molibdenu għall-isprejjar (f'%)

100

100

100

100

100

Il-prodott ikkonċernat suġġett għall-miżuri fis-seħħ

8

0

0

1

5

L-importazzjonijiet ċirkomvenzjonati identifikati fit-tieni investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni,

92

100

99

1

0

Il-prodott taħt l-investigazzjoni (PUI)

0

0

1

99

95

li minnu PUI ta' LHTM

0

0

1

36

55

li minnu PUI ta' produtturi esportaturi li ma kkooperawx mir-RPĊ

0

0

0

63

40

(25)

F'konformità mas-sejbiet tat-tieni investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat prattikament waqfu wara l-impożizzjoni ta' miżuri provviżorji fl-investigazzjoni oriġinali (6) mill-2010. Huma kważi għebu fl-2011, l-2012 u l-2013 u kienu jirrappreżentaw biss madwar 5 % tat-total tal-importazzjonijiet matul il-perjodu ta' rappurtar, 2014. Dawn ġew sostitwiti minn importazzjonijiet ta' ċirkomvenzjoni identifikati fit-tieni investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni bejn is-snin 2010 u l-2012. Sa mill-bidu tat-tieni investigazzjoni ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni u r-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet minn Diċembru 2012 (7) dawn l-importazzjonijiet ta' ċirkomvenzjoni kważi waqfu fl-2013 u fil-perjodu ta' rappurtar.

(26)

Fl-istess ħin, l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat li kienu ineżistenti jew insinifikanti fis-snin ta' qabel, żdiedu b'mod konsiderevoli fl-2013 u fil-perjodu ta' rappurtar. F'Ottubru 2013, matul il-perijodu ta' investigazzjoni, l-awtoritajiet doganali Taljani ħarġu Informazzjoni Vinkolanti rigward it-Tariffi (IVT) għall-klassifikazzjoni ta' wajer tal-molibdenu b'dijametru ta' 4,1 mm u 4,2 mm li fihom żieda żgħira ta' lantanum (bejn 0,22 % u 0,28 %) u aktar minn 97 % iżda anqas minn 99,95 % ta' molibdenu. Sussegwentement, f'Jannar 2014, l-awtoritajiet doganali Ġermaniżi ħarġu IVT li tikklassifika wajers tal-molibdenu ta' aktar minn 99,95 % kontenut ta' molibdenu ta' dijametru ta' madwar 4,1 mm. Dawn l-IVT jikkonfermaw li l-prodott taħt investigazzjoni, varjazzjonijiet ta' wajer ta' molibdenu aktar pur u inqas pur b'dijametru ta' bejn 4,0 mm u 11,0 mm, bdew jokkorru. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni kienu jirrappreżentaw kważi t-totalità tal-importazzjonijiet ta' wajer tal-molibdenu għall-isprejjar mir-RPĊ fl-2013 (madwar 99 %) u fil-perjodu ta' rappurtar (madwar 95 %).

(27)

Il-preżenza qawwija mill-2013 ta' importazzjonijiet li qabel kienu ineżistenti jew insinifikanti tal-prodott taħt investigazzjoni li b'mod ċar issostitwixxa importazzjonijiet ta' ċirkomvenzjoni skont it-tieni investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni kif ukoll l-għajbien parallel tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta' investigazzjoni jikkostitwixxi bidla sinifikanti fix-xejra tal-kummerċ, skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku.

2.5.   L-eżistenza ta' prattiki ta' ċirkomvenzjoni

(28)

L-attivitajiet tal-produttur esportatur li kkoopera u l-importatur relatat tiegħu ġew analizzati. Il-produttur esportatur li kkoopera ma esportax il-prodott ikkonċernat iżda wajer tal-molibdenu b'kontenut ta' molibdenu bil-piż mill-inqas 99,95 % u dimensjoni trasversali (dijametru) ta' aktar minn 4,0 mm iżda mhux aktar minn 11,0 mm. Dawn l-esportazzjonijiet jintbagħtu lejn l-importatur relatat tiegħu fil-Ġermanja. Dawn l-esportazzjonijiet attwalment mhumiex soġġetti għad-dazji anti-dumping fis-seħħ.

(29)

Sussegwentement, l-importatur relatat jipproċessa mill-ġdid l-importazzjonijiet tal-wajer tal-molibdenu b'dijametru iżgħar minn 4,0 mm u din l-operazzjoni effettivament tittrasformah eżattament fil-prodott ikkonċernat li huwa suġġett għall-miżuri fis-seħħ. L-importatur relatat ibigħ lill-klijenti finali tal-Unjoni, l-iktar fl-industrija awtomotiva. L-ipproċessar isir mill-importatur relatat bl-użu ta' tagħmir mixtri mingħand il-produttur esportatur li kkoopera. Fil-fatt, l-investigazzjoni wriet li l-operazzjoni ta' proċessar sempliċiment ġiet trasferita mir-RPĊ lejn il-Ġermanja.

(30)

L-importatur relatat beda jwettaq mill-ġdid il-proċess fi tmiem l-2012/kmieni fl-2013, speċjalment fi żmien meta importazzjonijiet tal-prodott investigat bdew jidhru (ara l-premessi (24) sa (26) hawn fuq). L-istudju tas-suq li wassal għall-investiment f'din it-tip ta' operazzjoni ġie mwettaq fuq talba tas-sid tal-grupp li għalih jappartejenu l-produttur esportatur li kkoopera u l-importatur relatat tiegħu, fl-2010, wara li kienu imposti miżuri provviżorji fl-investigazzjoni oriġinali.

(31)

L-investigazzjoni ma sabet l-ebda differenza fil-proċess ta' produzzjoni tal-prodott investigat u l-prodott ikkonċernat, minbarra l-fatt li l-aħħar pass ta' produzzjoni li tikkonsisti f'li l-wajer jinqasam f'dijametru inqas minn 4,0 mm isir fir-PRĊ għall-prodott ikkonċernat u fil-Ġermanja għall-prodott li qed jiġi investigat.

(32)

L-investigazzjoni wriet ukoll li l-prodott li qed jiġi investigat ma setax jintuża bħala tali għal kisi bl-isprej mill-utenti tal-Unjoni minħabba d-dijametru kbir wisq biex jiffittja ma' tagħmir għall-isprejjar eżistenti. Jista' jintuża biss wara li jiġi proċessat għal dijametri iżgħar, jiġifieri wara li dan jiġi ttrasformat fil-prodott ikkonċernat, hekk li dan jaqbel ma' apparat tal-isprej u li jista' jintuża għall-iskop tas-soltu tiegħu, jiġifieri l-kisi tal-metalli (ara l-premessa (18) hawn fuq).

(33)

Barra minn hekk, l-ispiża tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat u tal-prodott li qed jiġi investigat hija pjuttost simili. Madankollu, l-ipproċessar tad-daqs huwa aktar għali (iktar mid-doppju) meta mwettaq fil-Ġermanja minflok fir-RPĊ. Min-naħa l-oħra, l-ispejjeż tal-proċess fil-Ġermanja jammontaw għal bejn wieħed u ieħor 15 %-20 % tal-miżuri fis-seħħ. Għalhekk, huwa iżjed ekonomiku li jsir il-proċess fil-Ġermanja milli titħallas it-taxxa. Peress li l-prodott aħħari huwa l-istess, il-prattika hija kkunsidrata bħala ċirkomvenzjoni tad-dazju.

(34)

Matul is-seduta ta' smigħ konġunt ta' LHTM u CM, huma primarjament iddikjaraw li l-attività attwali ta' importazzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni kien pass essenzjali tal-mudell tan-negozju tagħhom żviluppat sabiex ikunu jistgħu jfornu wajer tal-molibdenu bi prezz kompetittiv. Issemma' wkoll li pjan ta' investiment biex tiżdied il-kapaċità ta' produzzjoni ġie sospiż skont l-eżitu tal-investigazzjoni preżenti li allegatament seta' kellha impatt serju fuq il-mudell ta' negozju tagħhom.

(35)

Rigward il-ġustifikazzjoni ekonomika ta' importazzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni u sussegwentement il-proċessar fil-prodott ikkonċernat, u b'hekk l-evitar tal-miżuri fis-seħħ, il-produttur esportatur u l-importatur relatat argumentaw li l-operazzjoni tal-ipproċessar ippermettiet il-ħolqien ta' impjiegi ġodda fl-Unjoni; li l-ispejjeż baxxi tal-prodotti jistgħu jgħinu lill-industrija li ssegwi fil-katina tal-produzzjoni biex tkun aktar effiċjenti u biex tinżamm attività fl-Unjoni; li Plansee, il-produttur tal-Unjoni, għandha wisq setgħa fis-suq tal-Unjoni b'sehem tas-suq kbir u li t-tfassil mill-ġdid tal-operazzjoni jista' jgħin biex titnaqqas il-pożizzjoni dominanti ta' Plansee.

(36)

L-ebda wieħed minn dawn l-argumenti ma jiġġustifika l-importazzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni u l-ipproċessar sussegwenti tiegħu fil-prodott ikkonċernat għal raġunijiet oħra ħlief l-evitar tad-dazju anti-dumping fis-seħħ.

(37)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-impjiegi, l-investigazzjoni wriet li t-tfassil mill-ġdid huwa l-aħħar stadju tal-proċess tal-produzzjoni u hu essenzjalment awtomatizzat. Il-ħaddiema huma obbligati jibdlu koljaturi ta' wajer, li jissorveljaw il-proċess u l-ispooling tal-wajer. L-ammont ta' xogħol huwa għaldaqstant limitat ħafna. L-għadd ta' impjiegi maħluqa fl-Unjoni għall-operazzjoni ta' proċessar fi kwalunkwe każ huwa baxx wisq sabiex jindirizza b'mod xieraq it-tħassib dwar in-nuqqas ta' impjieg fis-suq tal-Unjoni. Min-naħa l-oħra, anki jekk il-ħolqien tal-impjiegi jiġi rikonoxxut bħala konsegwenza ta' trasferiment tal-ipproċessar fl-Unjoni, huwa insostenibbli bħala ġustifikazzjoni ekonomika għax huwa għad-detriment tal-miżuri fis-seħħ. Għaldaqstant, l-argument huwa mwarrab.

(38)

Rigward l-argumenti dwar l-interessi tal-utenti li jużaw wajer orħos proċessat fl-Unjoni u dwar il-kompetizzjoni tas-suq tal-Unjoni, huwa mfakkar li l-investigazzjoni kurrenti qed titwettaq skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku. L-iskop ta' investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni huwa li tipprovdi protezzjoni ġusta tal-miżuri fis-seħħ li kienu imposti wara li ġew ikkunsidrati diversi interessi fl-investigazzjoni oriġinali, inklużi dawk ta' importaturi u utenti. Għalhekk, huwa lil hinn mill-ambitu ta' din l-investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni, li tinvestiga mill-ġdid aspetti bħal dawn. Min-naħa l-oħra, dawn l-argumenti ma setgħux ikunu suffiċjenti għall-kawża jew ġustifikazzjoni ekonomika tal-prattika. Fil-fatt, jekk il-wajer tal-molibdenu huwa irħas wara l-ipproċessar fil-Ġermanja, dan huwa minħabba li d-dazju tal-anti-dumping mhuwiex impost fuq l-importazzjonijiet tal-prodott investigat (ara l-premessa (36) hawn fuq). Għaldaqstant, l-argument huwa mwarrab.

(39)

Għal dawn ir-raġunijiet, huwa konkluż li ma kienx hemm kawża adegwata suffiċjenti jew ġustifikazzjoni ekonomika għall-importazzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni u sussegwentement l-ipproċessar fl-Unjoni għajr l-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ. L-ipproċessar mill-ġdid miksub mill-importatur relatat kien speċifikament iddiżinjat u mqiegħed fil-prattika bħala konsegwenza tal-impożizzjoni tad-dazju anti-dumping.

(40)

Barra minn hekk, it-tieni investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni wriet li l-wajer tal-molibdenu li fih iktar minn 97 % iżda inqas minn 99,95 % ta' molibdenu, b'żieda ta' lantanu u elementi kimiċi oħrajn (“wajer tal-molibdenu trattat”) u dijametru li jaqbeż 1,35 mm imma ma jaqbiżx 4,0 mm huwa interkambjabbli ma' wajer tal-molibdenu aktar pur li fih aktar minn 99,95 % ta' molibdenu u l-istess dijametru billi m'hemmx differenzi fiżiċi rilevanti u għandhom l-istess użu jew applikazzjoni, jiġifieri għal kisi bl-isprej (8).

(41)

Kif spjegat fil-premessa (26) hawn fuq, l-investigazzjon wriet li f'Ottubru 2013, matul il-perijodu ta' investigazzjoni, l-awtoritajiet doganali Taljani ħarġu Informazzjoni Vinkolanti rigward Tariffi (IVT) għall-klassifikazzjoni ta' wajer tal-molibdenu b'dijametru ta' 4,1 mm u 4,2 mm li fihom żieda żgħira ta' lantanu (bejn 0,22 % u 0,28 %) u aktar minn 97 % iżda anqas minn 99,95 % ta' molibdenu. Din l-IVT tikkonferma li wajer tal-molibdenu trattat b'dijametru ta' bejn 4,0 mm u 11,0 mm beda jokkorri.

(42)

Kif spjegat fil-premessa (32) hawn fuq, tagħmir tal-isprej jista' jiffunzjona biss b'wajer tal-molibdenu (kemm trattat kif ukoll aktar pur) ta' dijametru li jaqbeż 1,35 mm imma ma jaqbiżx 4,0 mm. Minn dan isegwi li peress li l-wajer tal-molibdenu b'kontenut ta' aktar minn 99,95 % ta' molibdenu u dijametru ta' bejn 4,0 mm u 11,0 mm, wajer tal-molibdenu ta' molibdenu trattat b'dijametru ta' bejn 4,0 mm u 11,0 mm jista' jintuża biss wara l-ipproċessar tad-dijametru li jaqbeż 1,35 mm imma ma jaqbiżx 4,0 mm.

(43)

L-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi l-oħra, li jirrappreżentaw aktar minn 40 % tal-importazzjonijiet totali tal-prodott li qed jiġi investigat fl-2014, ma ppreżentaw ruħhom u kkooperaw. Fuq din il-bażi, skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-attività ta' produtturi esportaturi oħra huma bbażati fuq il-fatti disponibbli. F'dan ir-rigward, il-fatti disponibbli huma dawn li ġejjin: i) ma kienx hemm indikazzjonijiet li l-wajer tal-molibdenu trattat b'dijametru ta' bejn 4,0 mm u 11,0 mm daħal fis-seħħ għal xi skop speċifiku jew għal xi użu jew applikazzjoni differenti minn wajer tal-molibdenu b'dimensjoni trasversali (dijametru) ta' aktar minn 4,0 mm iżda li ma jaqbiżx 11,0 mm b'kontenut tal-molibdenu b'mill-inqas 99,95 % tal-piż tiegħu; ii) għall-kuntrarju, fuq il-bażi tat-tieni s-sejbiet ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni (ara l-premessa (40) hawn fuq) u s-sejbiet tal-investigazzjoni attwali (il-premessa (42) hawn fuq), huwa meqjus li wajer tal-molibdenu trattat b'dijametru ta' bejn 4,0 mm u 11,0 mm jista' jintuża biss, għal kisi bl-isprej, wara li jiġi proċessat għal dijametru li jaqbeż 1,35 mm imma ma jaqbiżx 4,0 mm; iii) l-investigazzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera u l-importatur relatat tiegħu tikkonferma li l-ipproċessar mill-ġdid tal-prodott li qed jiġi investigat biex jipproduċi l-prodott ikkonċernat hija meħtieġa; iv) il-fatt li l-ipproċessar mill-ġdid isir mill-importatur li qed jikkoopera li jammonta għal bejn wieħed u ieħor 15 %-20 % tal-miżuri fis-seħħ (ara l-premessa (33) hawn fuq) jista' jsir minn kwalunkwe operatur fl-Unjoni bit-tagħmir meħtieġ.

(44)

Għalhekk, fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, huwa kkunsidrat li l-prattika ta' importazzjoni ta' wajer tal-molibdenu, li mill-inqas 97 % tal-piż tiegħu jikkonsisti f'molibdenu, li minnu d-dimensjoni trażversali massima taqbeż l-4,0 mm imma ma taqbiżx il-11,0 mm li joriġina fir-RPĊ, li ma għandu l-ebda eżistenza kummerċjali, u sussegwentement jiġi proċessat fl-Unjoni m'għandu l-ebda raġuni adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika oħra ħlief l-evitar tal-miżuri fis-seħħ.

(45)

Fuq il-bażi tas-sejbiet fir-rigward tal-produttur li jesporta li kkoopera u fuq il-bażi ta' fatti disponibbli għall-produtturi esportaturi li ma kkoperawx, l-eżistenza ta' prattika ta' evażjoni fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku hija stabbilita fil-livell ta' pajjiż għal kull importazzjoni tal-prodott investigat mir-RPĊ. Din il-prattika ta' ċirkomvenzjoni tikkonċerna modifika żgħira tal-prodott ikkonċernat biex jaqa' taħt kodiċijiet doganali li normalment ma humiex soġġetti għall-miżuri, jiġifieri l-prodott taħt investigazzjoni, sakemm il-modifika ma tibdilx il-karatteristiċi essenzjali tiegħu, kif previst fl-Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament bażiku, u l-ħtieġa għall-ipproċessar mill-ġdid tal-prodott investigat lejn l-Unjoni fil-prodott ikkonċernat.

2.6.   L-imminar tal-effetti remedjali tad-dazju f'termini ta' prezzijiet u/jew il-kwantitajiet tal-prodott simili

(46)

Iż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott investigat kienet sinifikanti kif spjegat fil-premessa (26) f'termini ta' kwantitajiet u kienu jirrappreżentaw kważi t-totalità tal-importazzjonijiet tal-wajers tal-molibdenu għall-isprejjar mir-RPĊ fl-2013 u l-perjodu ta' rappurtar.

(47)

Il-prezz tal-esportazzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat aġġustat kif xieraq minn spejjeż addizzjonali għat-tfassil mill-ġdid ġie mqabbel mal-livell ta' eliminazzjoni tad-danni stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali.

(48)

Fir-rigward tal-produttur esportatur li kkoopera, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-informazzjoni vverifikata matul l-investigazzjoni. Għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit fuq il-bażi tad-dejta tal-Eurostat, wara tnaqqis tal-esportazzjonijiet magħmula mill-produttur esportatur li kkoopera. Il-marġni li jkopri l-ispejjeż tal-manifattura ta' proċessar mill-ġdid kien ibbażat fuq informazzjoni miġbura u verifikata mill-importatur relatat li kkoopera.

(49)

Il-paragun tal-livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara u l-prezz tal-esportazzjoni taż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw u l-produtturi esportatur li ma kkooperax kif stabbilit hawn fuq wera bejgħ bi prezz imraħħas sinifikanti.

(50)

Għaldaqstant ġie meqjus li l-effetti rimedjali tal-miżuri fis-seħħ qed jiġu mdgħajfa f'termini kemm ta' kwantità kif ukoll ta' prezz.

2.7.   L-evidenza ta' dumping fir-rigward tal-valur normali li kien stabbilit preċedentement għall-prodott simili

(51)

Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku u biex jiġi stabbilit jekk il-prezzijiet ta' esportazzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni kinux oġġett ta' dumping, il-prezzijiet tal-esportazzjoni taż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw u l-produtturi esportaturi li ma kkooperawx ġew iddeterminati kif deskritt fil-premessi (47) u (48) hawn fuq u meta mqabbla mal-valur normali stabbilit matul l-investigazzjoni oriġinali.

(52)

Il-paragun tal-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni juru li l-prodott li qed jiġi investigat huwa importat fi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' rappurtar miż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw u dawk li ma kkooperawx.

3.   MIŻURI

(53)

Minħabba s-sejbiet ta' hawn fuq, ġie konkluż li d-dazju antidumping definittiv impost fuq l-importazzjonijiet ta' wajers tal-molibdenu li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina qed jiġu evitati permezz ta' importazzjonijiet ta' wajer tal-molibdenu, li fih mill-inqas 97 % tal-piż tiegħu jikkonsisti f'molibdenu, li minnu d-dimensjoni trażversali massima taqbeż l-4,0 mm imma ma taqbiżx il-11,0 mm, li joriġina mir-RPĊ.

(54)

Skont l-ewwel sentenza tal-Arikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping eżistenti fuq l-importazzjonijiet ta' wajers tal-molibdenu li joriġinaw fir-RPĊ għandhom għalhekk jiġu estiżi għal importazzjonijiet ta' wajer tal-molibdenu, li fih mill-inqas 97 % tal-piż tiegħu jikkonsisti f'molibdenu, li minnu d-dimensjoni trażversali massima taqbeż l-4,0 mm imma ma taqbiżx il-11,0 mm, li joriġina mir-RPĊ.

(55)

Skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, li jistipula li kull miżura estiża għandha tapplika għall-importazzjonijiet li daħlu fl-Unjoni skont ir-reġistrazzjoni imposta mir-Regolament tat-tnedija, għandhom jinġabru dazji kontra d-dumping fuq dawn l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' wajer tal-molibdenu, li fih mill-inqas 97 % tal-piż tiegħu jikkonsisti f'molibdenu, li minnu d-dimensjoni trażversali massima taqbeż l-4,0 mm imma ma taqbiżx il-11,0 mm, li joriġina mir-RPĊ.

4.   TALBIET GĦAL EŻENZJONI

(56)

Il-produttur esportatur li kkoopera fir-RPĊ talab eżenzjoni mill-miżuri estiżi possibbli skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku u ppreżenta formola ta' talba ta' eżenzjoni.

(57)

Kif iddikjarat fil-premessa (39), il-produttur esportatur u l-kumpanija relatata tiegħu nstabu li kienu involuti fi prattiċi ta' ċirkomvenzjoni. Għaldaqstant, skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, ma tistax tingħata eżenzjoni lil dawn il-kumpaniji.

5.   DIVULGAZZJONI

(58)

Il-partijiet kollha interessati ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li wasslu għall-konklużjonijiet imsemmija u ġew mistiedna biex jikkummentaw. Ma sar l-ebda kumment.

(59)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Id-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 511/2010 fuq l-importazzjonijiet ta' wajer tal-molibdenu, li fih mill-inqas 99,95 % tal-piż tiegħu jikkonsisti f'molibdenu, li minnu d-dimensjoni trażversali massima taqbeż il-1,35 mm imma ma taqbiżx l-4,0 mm li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina qed ikun estiż hawnhekk fuq l-importazzjonijiet ta' wajer tal-molibdenu li fih mill-inqas 97 % tal-piż tiegħu jikkonsisti f'molibdenu, li minnu d-dimensjoni trażversali massima taqbeż l-4,0 mm imma ma taqbiżx il-11,0 mm li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li attwalment jaqa' taħt il-kodiċi CN ex 8102 96 00 (kodiċijiet TARIC 8102960020 u 8102960040).

2.   Id-dazju estiż permezz tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jinġabar fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-wajer tal-molibdenu, irreġistrati skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/395 u l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   It-talbiet għall-eżenzjoni mid-dazju, estiżi permezz tal-Artikolu 1, isiru bil-miktub f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jridu jkunu ffirmati minn persuna awtorizzata li tirrappreżenta lill-entità li qed titlob l-eżenzjoni. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate General for Trade

Directorate H

Office: CHAR 04/039

1049 Brussels

Belgium

2.   F'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-Kummissjoni tista', tawtorizza b'deċiżjoni l-eżenzjoni ta' importazzjonijiet, il-kumpaniji li ma jevadux il-miżuri antidumping imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 511/2010, mid-dazju estiż permezz tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

L-awtoritajiet doganali huma mitluba jieqfu mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, stabbilita skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2015/395.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 511/2010 tal-14 ta' Ġunju 2010 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-molibdenu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 150, 16.6.2010, p. 17).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 14/2012 tad-9 ta' Jannar 2012 li jestendi dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 511/2010 fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti fili tal-molibdenu li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta' ċerti fili tal-molibdenu kkonsenjati mill-Malasja, sew jekk iddikjarati li joriġinaw fil-Malasja u sew jekk le u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet konsenjati mill-Isvizzera (ĠU L 8, 12.1.2012, p. 22).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 871/2013 tat-2 ta' Settembru 2013 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 511/2010 fuq importazzjonijiet ta' wajer tal-molibdenu, b'mill-inqas 99,95 % tal-piż tiegħu jikkonsisti f'molibdenu, b'dimensjoni trażversali massima li taqbeż 1,35 mm iżda ma taqbiżx 4,0 mm, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, għal importazzjonijiet ta' wajer tal-molibdenu, b'mill-inqas 97 % tal-piż tiegħu jikkonsisti f'molibdenu, b'dimensjoni trażversali massima li taqbeż 1,35 mm iżda ma taqbiżx 4,0 mm, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 243, 12.9.2013, p. 2).

(5)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/395 tal-10 ta' Marzu 2015 li jniedi investigazzjoni dwar l-evażjoni possibbli ta' miżuri antidumping imposti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 511/2010 fuq importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-molibdenu li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina bl-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-molibdenu kemxejn modifikati, u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 66, 11.3.2015, p. 4).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1247/2009 tas-17 ta' Diċembru 2009 li jimponi dazju provviżorju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-molibdenu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 336, 18.12.2009, p. 16).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1236/2012 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jniedi investigazzjoni dwar iċ-ċirkomvenzjoni possibbli ta' miżuri anti-dumping imposti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 511/2010 fuq importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-molibdenu li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina bl-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-molibdenu kemxejn modifikati, li fihom 97 % tal-piż jew aktar iżda inqas minn 99,95 % tal-molibdenu, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 350, 20.12.2012, p. 51)

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 871/2013 tat-2 ta' Settembru 2013 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 511/2010 fuq importazzjonijiet ta' wajer tal-molibdenu, b'mill-inqas 99,95 % tal-piż tiegħu jikkonsisti f'molibdenu, b'dimensjoni trażversali massima li taqbeż 1,35 mm iżda ma taqbiżx 4,0 mm, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, għal importazzjonijiet ta' wajer tal-molibdenu, b'mill-inqas 97 % tal-piż tiegħu jikkonsisti f'molibdenu, b'dimensjoni trażversali massima li taqbeż 1,35 mm iżda ma taqbiżx 4,0 mm, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 243, 12.9.2013, p. 2), premessa (36).


30.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/109


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1953

tad-29 ta' Ottubru 2015

li jimponi dazju definittiv tal-anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti bi grani orjentati irrumblati ċatti ta' azzar manjetiku tas-silikon li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Federazzjoni Russa u l-Istati Uniti tal-Amerka

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament Bażiku”) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri provviżorji

(1)

Fit-13 ta' Mejju 2015, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazju provviżorju tal-anti-dumping fuq ċerti prodotti bi grani orjentati rrumblati ċatti ta' azzar manjetiku tas-silikon (“GOES”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”), il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea (“il-Korea”), il-Federazzjoni Russa (“ir-Russja”) u l-Istati Uniti tal-Amerka (“USA”) (flimken, imsejħa “il-pajjiżi kkonċernati”) permezz tar-Regolament (UE) Nru 2015/763 (“ir-Regolament provviżorju”) (2).

(2)

Il-proċediment beda fl-14 ta' Awwissu 2014 wara lment imressaq fit-30 ta' Ġunju 2014 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar (“EUROFER” jew “l-ilmentatur”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produtturi totali ta' GOES fl-Unjoni.

(3)

Kif stipulat fil-premessa (15) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni ta' dumping u dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014 (“il-perjodu ta' investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-danni kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

2.   Proċedura Sussegwenti

(4)

Wara d-divulgazzjoni tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li fuq il-bażi tagħhom ġie impost dazju anti-dumping provviżorju (“d-divulgazzjoni provviżorja”), għadd ta' partijiet interessati ressqu sottomissjonijiet bil-miktub biex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet provviżorji. Il-partijiet li għamlu din it-talba ngħataw l-opportunità li jinstemgħu. Is-seduti ta' smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali saru ma' produtturi esportaturi Ġappuniżi, JFE Steel Corporation u Nippon Steel & Sumitoma Metal Corporation.

(5)

Kif stipulat fil-premessi (27), (224) u (239) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li dehrilha li kienet meħtieġa għas-sejbiet definittivi tagħha. Twettqu ħames żjarat addizzjonali ta' verifika wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji fl-istabbilimenti tal-utenti li ġejjin fl-Unjoni Ewropea:

Siemens Aktiengesellschaft, München, il-Ġermanja

ABB AB, Brussels, il-Belġju

SGB-Smit Group, Regensburg, il-Ġermanja

Končar — Distribution and Special Transformers, Inc., Zagreb, il-Kroazja

Schneider Electric S.A., Metz, Franza

(6)

Barra minn hekk, saru tliet żjarat addizzjonali ta' verifika fil-bini tal-produtturi tal-Unjoni li ġejjin:

ThyssenKrupp Electrical Steel UGO SAS, Isbergues, Franza

ThyssenKrupp Electrical Steel GmbH, Gelsenkirchen, il-Ġermanja

Tata Steel UK Limited (Orb Electrical Steels), Newport, ir-Renju Unit

(7)

Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom il-Kummissjoni kien fi ħsiebha timponi l-miżuri tal-anti-dumping definittivi. Huma ngħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni. Saret seduta ta' smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali ma' assoċjazzjoni tal-utenti.

(8)

Il-Kummissjoni kkunsidrat il-kummenti verbali u bil-miktub ippreżentati mill-partijiet interessati, u fejn xieraq, immodifikat is-sejbiet skont dan.

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

(9)

Kif stipulat fil-premessa (16) tar-Regolament provviżorju, il-prodott ikkonċernat huma prodotti bi grani orjentati rrumblati ċatti ta' azzar manjetiku tas-silikon, li għandhom ħxuna ta' iżjed minn 0,16 mm li joriġinaw mir-RPĊ, il-Ġappun, il-Korea, ir-Russja u l-Istati Uniti tal-Amerka, li attwalment jaqagħu taħt il-kodiċi NM ex 7225 11 00 u ex 7226 11 00 (“il-prodott ikkonċernat”).

(10)

Xi partijiet interessati sostnew li l-prodott ikkonċernat, kif stabbilit fil-premessa (16) tar-Regolament provviżorju, u l-prodott simili mhumiex l-istess kif iddikjarat fil-premessa (22) tar-Regolament provviżorju billi ma għandhomx l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi u ma jintużawx għall-istess għanijiet. Tliet produtturi esportaturi, assoċjazzjoni ta' utenti u żewġ utenti individwali sostnew li l-permeabilità għolja u/jew tipi raffinati skont il-qasam tal-prodott ikkonċernat għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni peress li dawn it-tipi jew mhumiex prodotti fi kwantitajiet suffiċjenti jew ma ġewx prodotti assolutament fl-Unjoni. Wieħed minn dawn il-produtturi esportaturi speċifika li għandu jkun hemm tipi tal-prodott ikkonċernat b'telf massimu fil-qalba ta' 0,90 W/kg u inqas b'polarizzazzjoni manjetika ta' aktar minn 1,88 T. Produttur esportatur ieħor talab l-esklużjoni ta' tipi b'telf massimu fil-qalba ta' 0,95 W/kg u inqas minħabba s-sovrapożizzjoni kompetittiva limitata ma' prodotti offruti mill-industrija tal-Unjoni. Produttur esportatur ieħor argumenta li tipi tal-prodott ikkonċernat b'telf massimu fil-qalba ta' 0,90 W/kg 1,7T/50 Hz jew inqas u b'permeabbiltà (induzzjoni) ta' 1,88 T jew aktar kif ukoll tipi b'telf massimu fil-qalba ta' 1,05 W/kg 1,7T/50 Hz jew inqas u b'permeabbiltà (induzzjoni) ta' 1,91 T jew aktar għandhom jiġu esklużi. Barra minn hekk, utent argumenta li t-tipi tal-prodott ikkonċernat b'telf massimu fil-qalba ta' 0,80 W/kg 1,7T/50 Hz jew inqas kif ukoll it-tipi ta' storbju baxx B 800 fattur ta' 1,9 T jew aktar għandhom ikunu esklużi. Uħud minnhom argumentaw li t-tipi ta' prodotti bit-telf fil-qalba l-aktar baxx għandhom karatteristiċi u użi aħħarin sinifikattivament differenti, u għalhekk ma jinxtrawx mill-istess konsumaturi u ma jikkompetux ma' tipi oħrajn tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, utent ieħor argumenta li għandhom jitwettqu żewġ analiżijiet separati tad-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, utent ieħor talab l-irtirar tal-miżuri provviżorji, u, jekk dan ma jkunx possibbli, li għall-inqas it-tipi b'permeabilità għolja (jiġifieri tipi b'telf massimu fil-qalba ta' 0,90 W/kg u anqas) għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott.

(11)

Wara d-divulgazzjoni finali, diversi partijiet interessati tennew l-istess talba. Utent argumenta li l-fatt li l-Kummissjoni stabbiliet prezzijiet minimi separati ta' importazzjoni għal tliet kategoriji differenti ta' GOES wera r-rilevanza li jiġu kkunsidrati l-kategoriji differenti separatament u għalhekk l-esklużjoni tkun ġustifikata.

(12)

Il-Kummissjoni qieset li l-prodott ikkonċernat, irrispettivament mit-telf fil-qalba jew mil-livelli ta' storbju, kemm jekk prodotti konvenzjonali jew b'permeabbiltà għolja, huma prodotti tal-azzar illigat irrumblati ċatti bi struttura bi grani orjentati li tippermetti li l-prodott jikkonduċi kamp manjetiku. Dan l-orjentament tal-grani jdejjaq il-karatteristiċi tekniċi u fiżiċi tal-azzar sa stat ta' prodott uniku li jkollu struttura ta' grani kbira b'mod straordinarju. Għaldaqstant, id-definizzjoni tal-prodott tinkludi prodott definit sew. Instab ukoll li t-tipi kollha tal-prodott ikkonċernat għandhom l-istess kimika u għandhom użu prinċipali wieħed, jiġifieri fil-produzzjoni ta' transformers. Barra minn hekk, hemm grad ta' interkambjabbiltà bejn it-tipi differenti tal-prodott ikkonċernat.

(13)

Dwar l-argument li l-esklużjoni tkun iġġustifikata minħabba produzzjoni insuffiċjenti ta' xi tip partikolari tal-prodott ikkonċernat minn prodotturi tal-Unjoni, għandu l-ewwel nett jiġi mfakkar li xejn fir-Regolament bażiku ma jirrikjedi li t-tipi kollha tal-prodott ikkonċernat jiġu prodotti mill-industrija tal-Unjoni fuq skala kummerċjali. Barra minn hekk, diversi tipi ta' prodott b'permeabilità għolja ġew prodotti mill-industrija tal-Unjoni fl-IP. Kif imsemmi fil-premessa (131) hawn taħt, il-verifika wriet ukoll li l-produtturi tal-Unjoni kienu qed jinvestu fil-produzzjoni tat-tipi b'permeabilità għolja tal-prodott ikkonċernat li tippermettilhom iżidu l-produzzjoni ta' GOES b'permeabilità għolja. Barra minn hekk, kif intqal fil-premessa (12), id-definizzjoni tal-ambitu tal-prodott li qed jiġi investigat hija rregolata mill-karatteristiċi tekniċi ta' GOES. L-esklużjoni mitluba tista' tnaqqas il-livell ta' protezzjoni kontra dumping inġurjuż ulterjuri fir-rigward tat-tipi partikolari b'permeabilità għolja u b'hekk jipperpetwaw ir-rati ta' produzzjoni preżenti mill-industrija tal-Unjoni. F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-fatt li ċerti tipi ta' prodotti ta' GOES b'permeabilità għolja mhumiex prodotti mill-industrija tal-Unjoni mhuwiex biżżejjed bħala raġuni biex jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott.

(14)

Dwar l-allegazzjoni li s-separazzjoni fi tliet kategoriji differenti ta' GOES (ara l-premessa (11)) uriet li l-esklużjoni hija ġġustifikata, huwa mfakkar li l-investigazzjoni tkopri l-prodott ikkonċernat kif definit fil-premessa (9) u għalhekk, saret analiżi komprensiva ta' dannu, analiżi tal-kawżalità u analiżi tal-interess tal-Unjoni. Il-fatt li l-Kummissjoni rrikonoxxiet id-differenzi fil-kwalità bejn it-tipi differenti ta' prodotti u li dawn id-differenzi fil-kwalità ġew ikkunsidrati fid-deċiżjoni dwar il-forma tal-miżuri fil-qafas tat-test tal-interess tal-Unjoni, kif spjegat hawn taħt fil-premessa (172), ma jistax ikun raġuni li jinbidel l-ambitu tal-miżuri.

(15)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni ma laqgħetx it-talbiet intiżi sabiex jiġu esklużi dawn it-tipi ta' prodotti mill-ambitu tal-prodott. Madankollu, il-Kummissjoni qieset id-differenzi fil-kwalità għall-forma tal-miżura (ara l-premessa (172)).

(16)

Produttur esportatur Russu argumenta li minn naħa it-tipi esportati “tal-ewwel għażla” tal-prodott ikkonċernat (li kienu aktar ċatti u kellhom anqas truf iwweldjati) u min-naħa l-oħra it-tipi esportati tagħhom “tat-tieni” u “t-tielet” għażla (b'diversi difetti, għadd ta' truf iwweldjati u anqas ċatti) huma, skont il-prattika tal-Industrija Russa, mhux interkambjabbli bl-ebda mod (miż-żewġ naħat) u jikkostitwixxu prodotti differenti. Għalhekk, huma argumentaw li l-materjal “tat-tieni” u “tat-tielet għażla” tagħhom għandu jkun eskluż mill-ambitu tal-prodott.

(17)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur Russu rrepeta d-dikjarazzjoni tiegħu u allega li t-tipi esportati “tat-tieni” u “t-tielet” għażla jistgħu jintużaw biss fl-industrija tat-transformers f'ċerti applikazzjonijiet limitati jekk ikunu pproċessati aktar fiċ-ċentri ta' servizzi tal-azzar u għalhekk għandhom jiġu esklużi.

(18)

Id-deskrizzjoni attwali u l-kodiċi NM tal-prodott ikkonċernat jinkludu potenzjalment varjetà wiesgħa ta' tipi mill-perspettiva tal-kwalità. Madankollu l-produzzjoni ta' prodott ta' kwalità aktar baxxa kemm mill-produtturi tal-Unjoni kif ukoll dawk esportaturi hija inerenti għall-proċess tal-produzzjoni u t-tipi ta' kwalità aktar baxxa huma magħmulin mill-istess materjal bażiku u fuq l-istess tagħmir tal-produzzjoni. It-tipi esportati hekk imsejħa “tat-tieni” u “t-tielet” għażla jinbiegħu wkoll għall-użu fin-negozju tat-transformers, u jissodisfaw bis-sħiħ id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. Il-fatt li jkun hemm bżonn ipproċessar ulterjuri mhuwiex insolitu u ma jistax ikun raġuni biex jiġi eskluż tip ta' prodott. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din it-talba.

(19)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prodott ikkonċernat prodott u mibjugħ fil-pajjiżi kkonċernati u dak prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni huma simili, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. Il-premessi minn (16) sa (21) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati.

C.   ID-DUMPING

1.   Metodoloġija ġenerali

(20)

Billi ma kien hemm l-ebda kumment ieħor fuq il-metodoloġija ġenerali tal-Kummissjoni użata għall-kalkolu tad-dumping, il-premessi (33) sa (45) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati.

2.   Ir-Repubblika tal-Korea

2.1.   Il-valur normali

(21)

Wara id-divulgazzjoni provviżorja, l-uniku produttur esportatur indika li l-imposti tal-kumpanija tal-merkanzija interna u l-immaniġġar kellhom jitnaqqsu mill-valur normali. Barra minn hekk, il-kost tal-konverżjoni minn koljaturi sħaħ għal koljaturi mifruqa kellu jiġi aġġustat bi ftit. Skont il-metodoloġija ġenerali kif stabbilit fil-premessa (56) tar-Regolament provviżorju, din it-talba ġiet aċċettata u l-kalkoli ġew emendati skont il-każ. Konsegwentement, is-sejbiet fil-premessa (46) tar-Regolament provviżorju huma emendati fir-rigward tal-produttur esportatur.

2.2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(22)

Il-produttur esportatur sostna li kien jifforma entità ekonomika waħda mal-kumpaniji tal-kummerċ tiegħu u l-kumpaniji relatati tiegħu fl-Unjoni u għalhekk ma kien meħtieġ l-ebda aġġustament skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku biex jiġi ddeterminat il-prezz tal-esportazzjoni.

(23)

Ma hemmx dubju li l-produttur esportatur u l-importaturi relatati jappartjenu għall-istess grupp ta' kumpaniji. Għalhekk, hu meqjus li teżisti assoċjazzjoni bejniethom. F'ċirkostanzi bħal dawn, il-Kummissjoni trid taħdem il-prezz tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. It-talba hija għalhekk irrifjutata u l-premessi (50) sa (54) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

2.3.   Paragun

(24)

Il-produttur esportatur iddikjara wkoll aġġustament kummerċjali taħt l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku bl-argument li l-bejgħ domestiku sar min-negozjanti relatati lill-utenti finali filwaqt li l-bejgħ għall-esportazzjoni kien de facto kostruwit bħala prezz għad-distributuri minħabba li l-Kummissjoni naqqset l-SG&A u l-marġini tal-profitt għan-negozjanti relatati fl-Unjoni skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku.

(25)

Il-fatt li l-prezz tal-esportazzjoni ġie kostruwit skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku ma jfissirx li nbidel il-livell tal-kummerċ li fih ġie ddeterminat il-prezz tal-esportazzjoni. Il-bażi għall-prezz tal-esportazzjoni kostruwit jibqa' l-prezz iċċarġjat lill-utenti finali. F'dal każ ma hemmx bżonn livell ta' aġġustament tal-kummerċ peress li l-produttur esportatur kien qed ibigħ fl-istess livell ta' kummerċ kemm fis-suq domestiku u kemm fis-suq tal-Unjoni. Fi kwalunkwe każ, il-produttur esportatur ma pprovda ebda evidenza li l-allegata differenza fil-livell tal-kummerċ affettwat il-kumparabbiltà tal-prezzijiet, kif muri bid-differenzi konsistenti u distinti fil-funzjonijiet u l-prezzijiet tal-bejjiegħ għad-diversi livelli tal-kummerċ fis-suq domestiku tal-pajjiż esportatur. Pjuttost, huwa sempliċement allega li l-aġġustament għandu jkun daqs l-aġġustament li sar skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku biex jiġi kostruwit il-prezz tal-esportazzjoni. Għaldaqstant, dan l-argument ma ġiex aċċettat.

2.4.   Marġinijiet tad-dumping

(26)

Bħala riżultat tal-emendi li saru għall-valur normali skont il-premessa (21) ta' hawn fuq, il-marġnijiet definittivi ta' dumping għall-Korea huma emendati kif ġej:

Pajjiż

Il-kumpanija

Marġni ta' dumping definittiva

Ir-Repubblika tal-Korea

POSCO, Seoul

22,5 %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

22,5 %

3.   Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

3.1.   Pajjiż analogu

(27)

Ma waslu l-ebda kummenti oħra dwar l-użu tar-Repubblika tal-Korea bħala pajjiż analogu. Il-Kummissjoni tikkonferma l-konklużjonijiet fil-premessi (65) sa (71) tar-Regolament Provviżorju.

3.2.   Il-valur normali

(28)

Il-valur normali għaż-żewġ produtturi esportaturi fir-RPĊ kien determinat fuq il-bażi tal-prezz jew il-valur normali maħdum fil-pajjiż analogu, f'dan il-każ fil-Korea, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bBażiku.

(29)

Il-valur normali tal-kumpaniji Ċiniżi ġie emendat skont l-emenda tal-valur normali stabbilit għall-Korea, kif spjegat fil-premessa (21) ta' hawn fuq.

3.3.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(30)

Fl-assenza ta' kummenti oħra dwar il-prezz tal-esportazzjoni, il-premessi (73) u (74) tar-Regolament provviżorju, qegħdin jiġu kkonfermati.

3.4.   Paragun

(31)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra fir-rigward tat-tqabbil tal-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni, il-premessi minn (75) sa (78) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

3.5.   Marġinijiet tad-dumping

(32)

Fuq il-bażi tat-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju, il-Kummissjoni stabbiliet fil-premessa (80) tar-Regolament provviżorju li ż-żewġ produtturi esportaturi kienu relatati permezz ta' sjieda komuni. Għalhekk kien stabbilit b'mod provviżorju marġni tad-dumping uniku għaż-żewġ kumpaniji fuq il-bażi tal-medja ponderata tal-marġnijiet tad-dumping individwali tagħhom.

(33)

Iż-żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw (Baosteel u WISCO) ikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tittrattahom bħala kumpaniji relatati u li għalhekk għandhom dazju tad-dumping medju ponderat wieħed. Huma argumentaw li jikkompetu kemm fis-suq domestiku kif ukoll fis-suq tal-esportazzjoni.

(34)

Il-Kummissjoni ttenni li ż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw huma relatati permezz ta' sjieda statali komuni. Madankollu, fiċ-ċirkustanzi ta' dan il-każ, dawn il-kumpaniji ftit għandhom interess li jikkoordinaw l-attivitajiet tal-esportazzjoni tagħhom wara l-impożizzjoni tal-miżuri minħabba l-fatt li, kif spjegat fid-dettall fil-premessi (175) u (176) hawn taħt, il-miżuri jikkonsistu f'dazju li jvarja bbażat fuq l-istess prezz minimu tal-importazzjoni għall-produtturi esportaturi kollha. Għaldaqstant fl-istadju definittiv il-Kummissjoni kkunsidrat li mhuwiex meħtieġ li wieħed jikkonkludi jekk iż-żewġ kumpaniji għandhomx jiġu ttrattati bħala entità waħda skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Għall-finijiet ta' din l-investigazzjoni, ġew stabbiliti għalhekk żewġ marġnijiet separati tad-dumping.

(35)

Wara d-divulgazzjoni finali, l-ilmentatur argumenta li żewġ rati ta' dazju individwali għaż-żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi jistgħu jwasslu biex jiġu kkoordinati l-attivitajiet ta' esportazzjoni meta l-prezzijiet jaqgħu taħt il-prezz minimu tal-importazzjoni (PMI). Huma sostnew li għandha tiġi stabbilita rata waħda ta' dazju għat-tnejn. Madankollu, kif imsemmi hawn fuq, fiċ-ċirkustanzi partikolari ta' dan il-każ, il-Kummissjoni għandha indikazzjonijiet li l-prezzijiet x'aktarx jibqgħu 'l fuq mill-PMI fuq il-medda medja sa twila ta' żmien. Għaldaqstant, hija tqis ir-riskju ta' koordinazzjoni bejn iż-żewġ produtturi esportaturi bħala insinifikanti, u li l-possibbiltà ta' rieżami interim f'każ ta' bidla fiċ-ċirkustanzi hija mod aktar proporzjonat biex tindirizza dan ir-riskju. Għaldaqstant, dan l-argument ma ġiex aċċettat.

(36)

Il-livell ta' kooperazzjoni kien għoli peress li l-importazzjonijiet taż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxi 100 % tal-esportazzjoni totali mir-RPĊ lejn l-Unjoni matul il-PI. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi marġini tad-dumping madwar il-pajjiż kollu fil-livell tal-kumpoanija li kkooperat bl-ogħla marġini tad-dumping.

(37)

Fuq din il-bażi, il-marġini ta' dumping definittiv għar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina huma emendati kif ġej:

Pajjiż

Il-kumpanija

Marġni ta' dumping definittiva

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Baoshan Iron & Steel Co., Ltd., Shanghai

21,5 %

Wuhan Iron & Steel Co., Ltd., Wuhan

54,9 %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

54,9 %

4.   Il-Ġappun

4.1.   Il-valur normali

(38)

Fl-assenza ta' kummenti, id-determinazzjonali tal-valur normali kif stabbilit fil-premessi (84) u (85) tar-Regolament provviżorju, hija kkonfermata.

4.2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(39)

Fl-assenza ta' ċerti kummenti, id-determinazzjonali tal-prezz tal-esportazzjoni kif stabbilit fil-premessi (86) sa (88) tar-Regolament provviżorju, hija kkonfermata.

4.3.   Paragun

(40)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra fir-rigward tat-tqabbil tal-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni, il-premessi minn (89) sa (92) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

4.4.   Marġinijiet tad-dumping

(41)

Billi ma kien hemm l-ebda kumment ieħor fir-rigward tal-marġni tad-dumping, il-premessi (93) sa (95) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

5.   Il-Federazzjoni Russa

5.1.   Il-valur normali

(42)

Il-produzzjoni kollha tal-prodott ikkonċernat fir-Russja kienet tinkludi GOES konvenzjonali u fis-suq tal-Unjoni kien jinbiegħu kwalitajiet kemm primi kif ukoll mhux primi. Il-produttur esportatur Russu sostna li aġġustament għall-valur normali għandu jsir biex jittieħed kont tal-fatt li kienu esportati gradi mhux primarji lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet aktar baxxi minn dawk tal-gradi primarji.

(43)

Il-Kummissjoni kkonsidrat il-possibbiltà ta' aġġustamenti għall-valur normali tal-gradi mhux primarji. Għandu jiġi osservat li, kif mitlub mill-produttur esportatur, saret differenzjazzjoni fl-istadju provviżorju bejn il-gradi primarji u dawk mhux primarji ta' gradi fejn il-prezzijiet u l-ispejjeż ta' kull grad kienu separati sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust. Din id-differenzjazzjoni għall-iskop li jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni għandha tibqa'.

(44)

Madankollu, mhuwiex iġġustifikat aġġustament tal-valur normali nnifsu f'termini ta' tnaqqis fl-ispejjeż tal-produzzjoni ta' gradi mhux primarji. Aġġustament bħal dan ikun ifisser li proporzjon sostanzjali tal-ispejjeż ma għandux ikun allokat għall-prodott ikkonċernat waqt li kienu mġarrba b'rabta ma' dak il-prodott. Il-valur normali tat-tipi kollha tal-prodotti kien ikkalkulat fuq il-bażi tad-dejta attwali sottomessa mill-produttur esportatur u verifikata fuq il-post. Il-Kummissjoni vverifikat it-tqassim tal-ispejjeż u ma hemm l-ebda raġuni biex tiġġustifika d-distribuzzjoni artifiċjali ta' dawn l-ispejjeż jew aġġustamenti oħra. Xi differenzi fil-prezzijiet bejn it-tipi ta' prodotti differenti huma neċessarjament meqjusa bħala valur normali huma ddeterminati skont it-tip ta' prodott. Għalhekk din id-dikjarazzjoni m'għandhiex tiġi milqugħha.

(45)

Il-kumpanija sostniet li d-differenzi f'marġni ta' dumping ta' bejn il-gradi primarji u mhux primarji juru dan il-punt. Madankollu, huwa pjuttost normali għal gruppi differenti ta' tipi ta' prodotti li jkollhom marġni differenti tad-dumping minn oħrajn. Differenza fil-marġni ta' dumping ma tistax tiġġustifika aġġustament tal-valur normali. Din id-dikjarazzjoni m'għandhiex tiġi milqugħha.

(46)

L-industrija tal-Unjoni ddikkjarat li l-Kummissjoni wettqet żball li ma għamlet l-ebda aġġustament fl-ispejjeż tal-produzzjoni tal-produtturi Russi skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. Hija sostniet ukoll li, anki jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-produtturi Russi jitolbu prezzijiet simili fi ħdan il-grupp meta mqabbla ma' dawk tal-bejgħ estern, il-mistoqsija hija jekk il-prezzijiet ta' tranżazzjoni fi ħdan il-grupp jirriflettux b'mod raġonevoli l-ispejjeż kollha assoċjati mal-prodott inkwistjoni. Il-Kummissjoni qabblet dawn il-prezzijiet mal-prezzijiet għal partijiet terzi u, fuq din il-bażi, stabbiliet li l-prezzijiet tax-xiri tal-materja prima miż-żewġ produtturi Russi relatati saru bil-prezzijiet tas-suq matul il-perjodu ta' investigazzjoni u għalhekk jirriflettu l-kostijiet normali tax-xiri. Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma żvelat ebda indikazzjoni li l-ispejjeż globali ma kinux riflessi fl-iffissar tal-prezzijiet. L-ebda aġġustament għalhekk ma kien meqjus neċessarju.

(47)

Fl-assenza ta' kummenti oħra dwar il-valur normali, il-premessi (98) u (99) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

5.2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(48)

Produttur esportatur Russu sostna li l-esportazzjonijiet ta' materjal tat-tielet grad għandha tiġi eskluża mill-kalkolu tad-dumping. Madankollu, il-materjal tat-tielet grad huwa wkoll il-prodott ikkonċernat, ma hemmx bażi biex teskludi dawn il-prodotti. Għalhekk din id-dikjarazzjoni m'għandhiex tiġi milqugħha.

(49)

Il-produttur Russu ddikjara li l-aġġustamenti tal-qligħ u l-SGA tal-importatur relatat (Novex) mhumiex ġustifikati u indika li ma jaqbilx mal-interpretazzjoni tal-Kummissjoni tal-Artikoli 2(8) u 2(9) tar-Regolament bażiku f'dan ir-rigward.

(50)

Il-produttur esportatur Russu argumenta li aġġustament għall-SGA u l-qligħ skont l-Artikolu 2(9) hu meħtieġ biss meta t-termini tal-bejgħ jirrikjedu li prodott ikun fornut bi ħlas tad-dazji. Min-naħa l-oħra, meta jinbiegħu l-prodotti bid-dazju mhux imħallas, japplika l-Artikolu 2(8), jiġifieri ma jkun ġustifikat ebda tnaqqis tal-SGA u l-profitt. Il-produttur esportatur iddikjara wkoll li Novex aġixxiet bħala “fergħa tal-esportazzjoni” tal-Grupp NLMK, Novex ma wettqitx funzjonijiet ta' importazzjoni u ma ġarrbitx spejjeż li “normalment jintrefgħu minn importatur”.

(51)

Madankollu, kif spjegat fir-Regolament provviżorju u kuntrarju għat-talbiet, l-investigazzjoni stabbiliet li Novex wettqet l-istess funzjonijiet tal-importazzjoni tal-bejgħ kollu tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Fil-fatt, Novex wettaq tali funzjonijiet għal firxa akbar ta' prodotti tal-azzar minn sempliċiment il-prodott ikkonċernat. L-inkotermi differenti (DDP, DAP jew CIF) ma jbiddlux il-fatt li Novex kienet qed topera bħala importatur relatat fis-suq tal-Unjoni għal kull tranżazzjoni. Ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li tista' tinvalida din il-konstatazzjoni. Huwa għalhekk ikkonfermat li l-aġġustamenti għall-SGA u l-profitt għandhom jiġu applikati skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku.

(52)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur Russu sostna t-talba tiegħu li l-aġġustament skont l-Artikolu 2(9) mhuwiex iġġustifikat għal bejgħ li sar fuq il-bażi DDU/DAP. Madankollu, ma tressqet l-ebda evidenza ġdida biex issostni din id-dikjarazzjoni. Il-Kummissjoni ssostni l-fehma tagħha li l-bejgħ kollu għandu jiġi aġġustat skont l-Artikolu 2(9) minħabba li, kif spjegat fir-Regolament provviżorju, Novex kienet topera bħala importatur għat-tranżazzjonijiet kollha u l-prezzijiet minn produtturi esportaturi Russi lil Novex ma kinux affidabbli minħabba r-relazzjoni bejniethom.

(53)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra rigward il-prezz tal-esportazzjoni, il-premessa (100) tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata.

5.3.   Paragun

(54)

Fl-assenza ta' kummenti oħra dwar it-tqabbil, il-premessi (101) u (102) tar-Regolament provviżorju, qegħdin jiġu kkonfermati.

5.4.   Marġinijiet tad-dumping

(55)

Billi ma kien hemm l-ebda kumment ieħor fir-rigward tal-marġni tad-dumping, il-premessi (103)-(105) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

6.   L-Istati Uniti tal-Amerka

6.1.   Il-valur normali

(56)

Fin-nuqqas ta' kummenti fir-rigward tal-valur normali fl-Istati Uniti tal-Amerika, is-sejbiet fil-premessa (107) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati.

6.2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(57)

Fl-assenza ta' ċerti kummenti, id-determinazzjonali tal-prezz tal-esportazzjoni kif stabbilit fil-premessi (108) sa (111) tar-Regolament provviżorju, hija kkonfermata.

6.3.   Paragun

(58)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra fir-rigward tat-tqabbil tal-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, il-premessi (112) u (113) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

6.4.   Marġinijiet tad-dumping

(59)

Ma sar l-ebda kumment dwar is-sejbiet provviżorji tal-Kummissjoni fir-rigward tal-produttur esportatur li kkoopera. Għalhekk, il-marġni ta' dumping, kif stipulat fil-premessi (114) sa (116) tar-Regolament provviżorju huwa kkonfermat.

7.   Il-marġnijiet ta' dumping rigward il-pajjiżi kollha kkonċernati

(60)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-marġni ta' dumping definittivi espressi bħala perċentwali tal-prezz tal-fruntiera tal-Unjoni CIF, bid-dazju mhux imħallas, huma:

Pajjiż

Il-kumpanija

Marġni ta' dumping definittiva

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Baoshan Iron & Steel Co., Ltd., Shanghai

21,5 %

Wuhan Iron & Steel Co., Ltd., Wuhan

54,9 %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

54,9 %

Il-Ġappun

JFE Steel Corporation, Tokyo

47,1 %

Nippon Steel & Sumitomo Metal Corporation, Tokyo

52,2 %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

52,2 %

Ir-Repubblika tal-Korea

POSCO, Seoul

22,5 %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

22,5 %

Il-Federazzjoni Russa

OJSC Novolipetsk Steel, Lipetsk; VIZ STAL, Ekaterinburg

29,0 %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

29,0 %

L-Istati Uniti

AK Steel Corporation, Ohio

60,1 %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

60,1 %

D.   DANNU

1.   Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(61)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tad-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-produzzjoni tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stipulati fil-premessi (117) sa (118) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

2.   Konsum tal-Unjoni

(62)

Produttur esportatur Ġappuniż sostna li l-użu ta' meded għad-dejta tal-konsum tal-Unjoni mhux addattat għaliex id-dejta tal-konsum tal-Unjoni m'għandhiex tinżamm kunfidenzjali bħala kwistjoni ta' prinċipju.

(63)

Kif stabbilit fil-premessa (134) tar-Regolament provviżorju, l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat Ġappuniż fin-Netherlands kienu rrapportati taħt Kodiċi NM kunfidenzjali matul il-perjodu kunsidrat. Kienu użati firxiet biex jipproteġu l-kunfidenzjalità tad-dejta pprovduta mill-partijiet interessati. Kieku ġew provduti ċifri preċiżi minflok firxiet għad-dejta tal-konsum tal-Unjoni dan kien jippermetti lil produttur esportatur Ġappuniż li jikkalkula bl-eżatt l-importazzjonijiet mill-produttur esportatur Ġappuniż l-ieħor. Barra minn hekk, il-meded li ntużaw fir-Regolament provviżorju pprovdew lill-partijiet b'informazzjoni utli. Barra minn hekk, l-indiċijiet għall-firxiet tal-konsum tal-Unjoni jippermettu fehim tajjeb tax-xejriet tal-konsum tal-Unjoni.

(64)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-konsum tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stipulati fil-premessi (119) sa (124) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

3.   Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

3.1.   Valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(65)

Żewġ produtturi esportaturi argumentaw li l-valutazzjonikumulattiva tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi rispettivi tagħhom meta mqabbla ma' dawk ta' pajjiżi kkonċernati oħra ma kinetx iġġustifikata: Wieħed mill-produtturi esportaturi Ġappuniżi argumenta li huma qed jesportaw biss tipi ta' kwalità għolja tal-prodott ikkonċernat u minħabba li l-esportazzjonijiet qed jonqsu, mhumiex qed jeżerċitaw xi tip ta' pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni. Produttur esportatur Amerikan argumenta li l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti naqsu b'400 % matul il-perjodu kkunsidrat u li hu minn dejjem iffissa l-prezzijiet f'livelli ferm ogħla minn dawk ta' produtturi oħrajn. Barra minn hekk, utent argumenta li tali valutazzjoni kumulattiva mhix addattata minħabba t-tnaqqis fl-importazzjonijiet u d-differenza fl-imġiba tal-prezz, apparti l-fatt li xi produttur esportatur partikolari qed ibigħ tipi tal-prodott ikkonċernat li l-produtturi tal-Unjoni u l-produtturi oħra tal-pajjiżi kkonċernati ma jbigħux.

(66)

Kif stabbilit fil-premessa (132) tar-Regolament provviżorju, ġie rikonoxxut li kien hemm tnaqqis ta' importazzjonijiet mill-Ġappun u l-Istati Uniti matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, dawn l-importazzjonijiet ikkontribwixxew ukoll pressjoni fuq il-prezzijiet għall-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni. L-importazzjonijiet mill-Ġappun u l-Istati Uniti nstab li kienu soġġetti għal dumping u l-prodotti tagħhom jidher ċar li kienu f'kompetizzjoni diretta mal-prodotti tal-Unjoni u l-prodotti minn produtturi esportaturi oħra. It-tipi kollha tal-prodott ikkonċernat, inklużi t-tipi mibjugħin mill-produtturi esportaturi Ġappuniżi u Amerkani, jinbiegħu għall-użu fil-produzzjoni tal-qalba tat-transformers u jinbiegħu lill-istess grupp ta' konsumaturi relattivament limitat. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ċaħdet it-talbiet għal dekumulazzjoni.

(67)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur Amerikan tenna t-talba tiegħu għad-dekumulazzjoni u allega li t-tipi tal-prodott ikkonċernat tiegħu ma jikkompetux mal-prodotti tal-industrija tal-Unjoni minħabba li dawn huma mibjugħa fis-suq tal-Unjoni biss bħala riżultat tal-kwalità għolja tagħhom meta mqabbla mat-tipi ta' prodotti tal-industrija tal-Unjoni.

(68)

Minbarra l-argumenti mressqa fil-premessa (66) ta' hawn fuq dwar l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti b'mod ġenerali, għandu jissemma' li xorta waħda ssir valutazzjoni kumulattiva fuq il-bażi tal-pajjiż kollu fir-rigward tal-ambitu sħiħ tal-prodott ikkonċernat aktar milli fuq bażi ta' kumpaniji speċifiċi u din tieħu biss inkunsiderazzjoni ċerti tipi tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk it-talba kienet miċħuda.

(69)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(4) intlaħqu u għalhekk l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kienu eżaminati b'mod kumulattiv għall-iskopijiet tad-determinazzjoni tad-dannu. B'hekk, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (125) sa (132) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

3.2.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(70)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (133) sa (136) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

3.3.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u t-twaqqigħ tal-prezz

(71)

Fid-dawl tan-nuqqas ta' kummenti oħra, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (137) sa (148) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.1.   Rimarki ġenerali

(72)

Produttur esportatur Korean qal li l-indikaturi ta' dannu ewlenin huma distorti, peress li dawn ma jqisux biżżejjed it-taħlita tal-prodott li qed jevolvi, li jwassal għat-tnaqqis tal-prodott ikkonċernat u tal-prodott simili matul il-perjodu kkunsidrat. Dan il-produttur esportatur argumenta li, sabiex ikun hemm stampa vera u ġusta, dejta għandha tiġi mitluba mill-industrija tal-Unjoni li tipprovdi l-produzzjoni fit-tul, jew f'termini reali jew għall-inqas billi jinbnew it-tulijiet manifatturati bbażati fuq it-taħlita tal-prodott.

(73)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-produttur esportatur ma pprovdiex dejta li turi li l-approċċ ibbażat fuq it-tul kien jibdel xi fatturi tad-dannu. Barra minn hekk, it-tunnellaġġ huwa kejl standard tal-kwantità li jintuża għall-prodott ikkonċernat u għall-prodott simili b'rabta mal-produzzjoni, l-akkwist u l-bejgħ tiegħu. Id-dejta tal-Eurostat fuq il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili hija wkoll espressa f'tunnellaġġ. Għaldaqstant, l-analiżi tat-tunnellaġġ kien meqjus bħala metodu preċiż u l-argument ta' din il-parti interessata huwa miċħud.

(74)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ġiet ippreżentata istampa indikattiva ġusta permezz tal-użu tal-indikaturi tad-dannu tagħha.

4.2.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(75)

L-istess parti interessata u utent argumentaw li xi sejbiet tal-Kummissjoni fir-Regolament provviżorju kienu kontradittorji. Kif stipulat fil-premessi (220) u (222) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat, minn naħa waħda, li l-industrija tal-Unjoni qed tmexxi l-produzzjoni tagħha minn tipi tal-prodott simili konvenzjonali għal wieħed b'permeabilità għolja. Min-naħa l-oħra, kif muri fit-tabella fil-premessa (150) tar-Regolament provviżorju, il-kapaċità ta' produzzjoni żdiedet matul il-perjodu kkunsidrat (minn 486 600 tunnellata għal 492 650 tunnellata). Skont dawn il-partijiet interessati, huwa ġeneralment magħruf li żieda fl-enfasi fuq prodotti irqaq (permeabilità għolja) awtomatikament twassal għal tnaqqis fil-kapaċità tal-produzzjoni.

(76)

Il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-argumenti. L-ewwel nett, iż-żieda fil-kapaċità kienet prinċipalment ir-riżultat ta' żieda fil-kapaċità minn wieħed mill-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Dan il-produttur tal-Unjoni kien qed jipproduċi biss tipi konvenzjonali tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, il-premessa (222) tar-Regolament provviżorju tirreferi prinċipalment għall-futur, mhux biss għall-perijodu kkunsidrat. Din id-dikjarazzjoni hija sostnuta b'referenza fil-premessa (196) tar-Regolament provviżorju, fejn hemm iddikjarat li “il-produtturi tal-Unjoni se jaqilbu għal taħlita tal-prodott li jitlef anqas fil-qalba.”

(77)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (150) sa (154) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

4.3.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(78)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (155) sa (158) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

4.4.   Indikaturi oħra tad-dannu

(79)

Fin-nuqqas ta' kummenti dwar l-iżvilupp tal-indikaturi tad-dannu l-oħrajn, li jkopru l-perjodu kkunsidrat, il-konklużjonijet stabbiliti fil-premessi (159) sa (174) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

4.5.   Konklużjoni dwar id-dannu

(80)

Skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku, il-konklużjoni dwar id-dannu t'hawn taħt intlaħqet fuq il-bażi tad-dejta tal-PI. Il-ġbir u l-verifika tad-dejta ta' wara l-IP, min-naħa l-oħra, saret fil-qafas tal-analiżi tal-interess tal-Unjoni (ara wkoll il-premessi (110) sa (111)). It-tabella fil-premessa (170) tar-Regolament provviżorju wriet rekord ta' telf kbir u flussi ta' flus negattivi mis-sena 2012 'il quddiem. Il-konklużjoni ta' hawn taħt li l-industrija tal-Unjoni kienet f'sitwazzjoni ta' dannu matul il-PI, hija għalhekk ikkonfermata.

(81)

Anki jekk id-dejta ta' wara l-IP kienet ikkunsidrata għal xi fatturi ta' dannu, b'mod partikolari l-profitti żgħar li saru fil-perjodu Jannar — Mejju 2015, dan ma jaffettwax il-konklużjoni li l-industrija tal-Unjoni tinsab f'qagħda ta' dannu.

(82)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq u fin-nuqqas ta' kull kumment ieħor, il-konklużjonijiet fil-premessi (175) sa (179) tar-Regolament provviżorju li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu kkunsidrat skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku kienu kkonfermati.

E.   KAWŻALITÀ

5.   Effett tal-importazzjonijiet li kienu oġġett ta' dumping

(83)

Bosta partijiet iddikjaraw li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati ma setgħux ikkawżaw id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, prinċipalment minħabba li hemm nuqqas ta' twaqqigħ tal-prezz. Barra minn hekk, ġie sostnut li l-produtturi tal-Unjoni f'bosta każijiet huma stess kienu qed jibdew u jkunu minn ta' quddiem fit-tnaqqis fil-prezzijiet, kemm fl-Unjoni u fi swieq oħra kbar. Produttur esportatur Ġappuniż żied li ma jkun hemm ebda żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u l-importazzjonijiet ma jiddeprimux jew ma jrażżnux il-prezzijiet sa grad sinifikanti. Bħala riżultat, dawn l-importazzjonijiet ma setgħux ikkawżaw id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni minħabba li ma setax kellhom pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni. Wara d-divulgazzjoni finali, produttur esportatur Ġappuniż sostna li d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li dawn l-importazzjonijiet iddeprimew il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni sa livell sinjifikanti m'huwiex biżżejjed sabiex jiġi stabbilit li l-importazzjonijiet ikkawżaw tnaqqis fil-prezz. Il-konklużjoni li kien hemm tnaqqis fil-prezzijiet sempliċement turi tendenza globali, li ma timplikax li l-importazzjonijiet ikkawżaw tnaqqis fil-prezz fis-suq tal-Unjoni.

(84)

Kien argumentat ukoll li l-Kummissjoni għandha tikkwantifika d-dannu attwali kkawżat mill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping u d-dannu kkawżat minn fatturi magħrufa oħra, u l-livell ta' dazju ma jistax ikun ogħla minn dak meħtieġ biex ikun eliminat id-dannu esklużivament ikkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Dawn il-kummenti kienu rripetuti wara d-divulgazzjoni finali.

(85)

L-allegazzjonijiet li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati ma setgħux ikkawżaw id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni ma kinux sostnuti mill-fatti tal-investigazzjoni. Kif deskritt fil-premessi (137) sa (164) tar-Regolament provviżorju, it-tnaqqis fil-prezz medju ta' unità ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping kien madwar 30 % matul il-perjodu kkunsidrat. Bħala riżultat, dawn l-importazzjonijiet baxxew il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni sa grad sinifikanti, li anki ġiegħel lill-produtturi tal-Unjoni sabiex inaqqsu l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom ferm taħt il-kost sabiex jiġu allinjati mal-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. Barra minn hekk, hemm koinċidenza stabbilita b'mod ċar fiż-żmien bejn, minn naħa waħda, il-livell tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping bi prezzijiet dejjem jonqsu u, min-naħa l-oħra, it-telf tal-volum tal-bejgħ u d-dipressjoni fil-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni li rriżultaw f'sitwazzjoni ta' telf, kif stabbilit fil-premessi (181) sa (183) tar-Regolament Provviżorju.

(86)

L-allegazzjoni li t-tnaqqis fil-prezzijiet sempliċement juri tendenza globali hija miċħuda għar-raġunijiet li ġejjin: L-ewwel nett, ma jeżistix prezz tas-suq dinji wieħed għall-prodott ikkonċernat, kif huwa l-każ ta' ċerti prodotti. It-tieni, is-sejbiet dwar id-dumping wera marġnijiet ta' dumping differenti li juru li l-livelli tal-prezzijiet huma differenti fi swieq differenti. It-tielet, l-investigazzjoni wriet li l-livelli tal-prezzijiet u ż-żidiet stmati fil-prezzijiet f'reġjuni differenti tad-dinja (għal 2014 sal-ewwel kwart tal- 2015), mhux qed jimxu bl-istess pass. Ir-raba', anki jekk ikun hemm indikazzjonijiet li kien hemm tnaqqis fil-prezzijiet f'diversi reġjuni tad-dinja matul il-perjodu ta' investigazzjoni, tnaqqis bħal dan ivarja minn reġjun għal ieħor, fejn b'mod partikolari l-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni, li huwa suq miftuħ, kif stabbilit fil-premessa (85) hawn taħt, naqsu b'mod drastiku.

(87)

Anki fin-nuqqas ta' twaqqigħ, li ġie rikonoxxut fir-Regolament provviżorju, il-produtturi tal-Unjoni ma kinux f'pożizzjoni li jistabbilixxu l-prezzijiet tagħhom 'il fuq mill-ispejjeż tagħhom li wassal għal telf kbir matul il-perjodu kkunsidrat. In-nuqqas tat-twaqqigħ, li hu biss wieħed mill-fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati fl-analiżi tad-dannu, ma jfissirx li l-importazzjonijiet soġġetti għal dumping ma setgħux ikkawżaw dannu. Il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni kienu r-riżultat ta' dipressjoni qawwija fil-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping bi prezzijiet baxxi. Mingħajr tali pressjoni qawwija fuq il-prezzijiet, ma kien hemm l-ebda raġuni għall-industrija tal-Unjoni biex tbaxxi l-prezzijiet tagħha għal livelli baxxi bħal dawn. Il-produtturi tal-Unjoni ma kellhomx għażla ħlief li jbigħu bi prezzijiet iżjed baxxi mill-ispejjeż tagħhom sabiex jiddefendu s-sehem tas-suq tagħhom u jżommu livell ta' produzzjoni ekonomiku minħabba l-pressjoni kbira eżerċitata mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom. Għalhekk, dawn l-argumenti mhumiex milqugħa. Barra minn hekk, dwar l-argument li l-Kummissjoni għandha tikkwantifika d-dannu reali kkawżat mill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping u d-dannu kkawżat minn fatturi magħrufa oħra, il-Kummissjoni kkunsidrat li, kif diġà stipulat fil-premessa (201) tar-Regolament provviżorju, il-fatturi l-oħra kollha, anke jekk jiġi kkunsidrat l-effett magħqud tagħhom, ma nstabux li jiksru r-rabta kawżali bejn id-dannu u l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping.

(88)

Rigward il-prezzijiet u l-iffissar tal-prezzijiet matul il-perjodu kkunsidrat, produttur esportatur Ċiniż sostna li l-industrija tal-Unjoni bdiet it-tnaqqis fil-prezzijiet fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Utent argumenta wkoll li kompetizzjoni intensiva fil-prezzijiet kienet pjuttost l-effett dirett tal-fatt li l-Unjoni u l-produtturi esportaturi ippruvaw iżommu jew iżidu l-volumi quddiem domanda li dejjem qed tiċkien.

(89)

Kif stipulat fil-premessa (158) tar-Regolament provviżorju, dawn l-argumenti huma miċħuda. L-ewwel nett, ma hemm l-ebda evidenza li l-industrija tal-Unjoni bdiet it-tnaqqis fil-prezzijiet. It-tieni, ma kienx jagħmel sens ekonomiku għall-industrija tal-Unjoni li tibda tbigħ il-prodotti b'telf kbir sakemm ma kinetx sfurzata tagħmel hekk. Fl-aħħar ta' min wieħed jiftakar li hemm koinċidenza ċara fiż-żmien bejn il-livell tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping bi prezzijiet dejjem jonqsu u t-telf tal-volum tal-bejgħ u d-dipressjoni fil-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni li rriżultaw f'sitwazzjoni ta' telf għall-produtturi tal-Unjoni.

(90)

Barra minn hekk, l-esportatur produttur Ċiniż sostna li huwa diffiċli li wieħed jara kif prezzijiet ogħla, mitluba mill-produtturi esportaturi, jistgħu jikkawżaw dipressjoni fil-prezzijiet. Produttur Ġappuniż argumenta li l-Kummissjoni ma turi l-ebda korrelazzjoni bejn it-tnaqqis fil-prezz fl-Unjoni u l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-pajjiżi kkonċernati. Utent qajjem dubju dwar il-validità tal-argumenti prinċipali tal-Kummissjoni peress li hija ma ħaditx inkunsiderazzjoni n-nuqqas ta' twaqqigħ tal-prezz. Fl-istess kuntest, utent għamel kumment li l-kapaċità ta' produttur li jsostni ġlieda tal-prezzijiet fuq perjodu twil ta' żmien tiddependi minn numru ta' fatturi, bħalma huma l-effiċjenza, l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-kwalità tal-prodott, minbarra d-daqs, is-saħħa u l-istrateġija tal-grupp li l-produttur jappartjeni għalih.

(91)

L-argumenti tal-partijiet interessati huma miċħuda għar-raġunijiet li ġejjin. Minbarra l-kummenti magħmula fil-premessa (87), l-istrateġiji aggressivi tal-prezzijiet b'mod partikolari fis-suq tal-Unjoni jistgħu jiġu sostnuti aktar mill-produtturi esportaturi milli mill-produtturi tal-Unjoni għar-raġuni li ġejja: is-sehem mis-suq tal-produtturi esportaturi fis-swieq domestiċi tagħhom huwa ħafna ogħla mis-sehem tas-suq tal-produtturi tal-Unjoni fl-Unjoni. Is-suq tal-Unjoni huwa wkoll suq miftuħ filwaqt li s-swieq domestiċi tal-produtturi esportaturi tal-pajjiżi kkonċernati ma jistgħux jiġu ppenetrati faċilment minn kompetituri oħra, inklużi produtturi mill-Unjoni. Bħala riżultat tal-kapaċità żejda fuq is-suq dinji minħabba n-negozju li kien qiegħed jiffjorixxi matul is-snin 2003-2010, ix-xena aggressiva tal-prezzijiet bejn il-produtturi tal-Unjoni u dawk esportaturi f'kompetizzjoni bdiet matul il-perjodu kkunsidrat. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni nnutat li l-produtturi esportaturi kollha minbarra wieħed irrappurtaw kapaċità ta' produzzjoni ogħla mill-produzzjoni attwali fil-PI. Fl-aħħar, dwar il-korrelazzjoni bejn it-tnaqqis fil-prezzijiet fl-Unjoni u l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat, hemm korrelazzjoni diretta fir-rigward tat-tnaqqis fil-prezzijiet, għalkemm mhux sal-istess punt f'dak li jirrigwarda l-volum.

(92)

Għar-raġunijiet kollha ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkunsidrat li, kif diġà stipulat fil-premessa (145) tar-Regolament provviżorju, id-dannu huwa partikolarment muri bil-limitazzjonijiet esperjenzati mill-produtturi tal-Unjoni minħabba l-pressjoni qawwija fuq il-prezzijiet eżerċitata fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom. Din il-pressjoni sfurzathom ibigħu bi prezzijiet inqas mill-kostijiet biex jiddefendu s-sehem mis-suq tagħhom fis-suq tal-Unjoni, li ppermettielhom li jżommu livell sostenibbli ta' produzzjoni.

(93)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra fir-rigward tal-effetti tal-importazzjonijiet li kienu oġġett ta' dumping, il-konklużjonijet stabbiliti fil-premessi (181) sa (183) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

6.   Effett ta' fatturi oħrajn

6.1.   Il-kriżi finanzjarja

(94)

Parti interessata allegat li, kuntrarjament għall-konklużjonijiet li ntlaħqu fil-premessa (185) tar-Regolament provviżorju, l-industrija tal-Unjoni kellha prestazzjoni dgħajfa matul il-perjodu kkunsidrat, b'mod partikolari minn tnaqqis fid-domanda għal tipi konvenzjonali tal-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni. Parti interessata oħra ddikjarat li t-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni b'madwar 11 % huwa element kruċjali għaliex l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali minħabba l-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi. Din il-parti interessata argumentat li t-tendenza fil-mudell tal-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni f'termini ta' volum ta' bejgħ issegwi preċiżament l-istess triq bħat-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni u għalhekk huwa l-aktar element kruċjali għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(95)

Kif rikonoxxut fil-premessi (121) u (156) tar-Regolament provviżorju, fil-fatt kien hemm żvilupp simili tal-konsum tal-Unjoni u l-prestazzjoni tal-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, anke jekk it-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien ftit ogħla mit-tnaqqis fil-konsum. Madankollu, kif imsemmi qabel, il-fattur kruċjali għad-determinazzjoni tad-dannu huwa li l-produtturi tal-Unjoni kienu mġiegħla jbigħu bi prezzijiet anqas mill-kostijiet. Għalhekk, id-dikjarazzjonijiet tal-parti interessata f'dan ir-rigward m'għandhomx jintlaqgħu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssostni li l-kriżi ekonomika kkawżat tnaqqis tad-domanda fl-Unjoni kif rikonoxxut fil-premessa (184) tar-Regolament provviżorju iżda dan mhuwiex il-kawża tad-dannu. F'dan ir-rigward, filwaqt li l-konsum fl-Unjoni waqa' bejn l-2011 u l-2012, il-konsum fl-2012 kien bejn wieħed u ieħor l-istess bħal dak fl-2010. Madankollu, fl-2010, l-industrija tal-Unjoni kellha profitt ta' 14 %, filwaqt li rreġistrat telf ta' kważi 10 % fl-2012. Bħala riżultat, anke jekk il-kriżi ekonomika tat kontribut għad-dannu, ma setax jiġi konkluż li kienet se tinkser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(96)

Il-konklużjonijiet li ntlaħqu fil-premessi (184) u (185) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

6.2.   Il-produtturi tal-Unjoni mhumiex kompetittivi biżżejjed

(97)

Il-produttur esportatur Ċiniż allega li hemm ħafna fatturi oħra minbarra l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping li jispjegaw l-isfidi tal-produtturi tal-Unjoni, bħal prezzijiet għoljin tal-materja prima, kummerċ tal-kwoti tas-CO2 u, forsi l-aktar importanti, l-inċertezzi ekonomiċi u l-livelli tal-konsum imnaqqsa drastikament, b'mod partikulari fin-Nofsinhar tal-Ewropa.

(98)

Jista' jkun hemm żvantaġġ komparattiv għall-produtturi tal-Unjoni jekk ħafna fatturi oħrajn (inklużi prezzijiet għoljin tal-materja prima, eċċ) jitqabblu ma' dawk ta' ċertu produtturi esportaturi, bħal fir-Russja, iċ-Ċina u l-Istati Uniti tal-Amerka.

(99)

Madankollu, dawn l-argumenti ma jagħtux spjegazzjoni suffiċjenti għaliex l-industrija tal-Unjoni xorta rnexxielha tikseb profitti ta' madwar 14 % fl-2010 u fis-snin ta' qabel, meta wieħed iqis li dan l-iżvantaġġ komparattiv f'termini ta' spejjeż kien l-istess fl-2010 u fis-snin ta' qabel.

(100)

Għalhekk, din id-dikjarazzjoni mhix qed tiġi aċċettata.

6.3.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(101)

Fin-nuqqas ta' kummenti dwar l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-konklużjonijet stabbiliti fil-premessi (189) u (190) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

6.4.   Il-prestazzjoni tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(102)

Żewġ produtturi esportaturi sostnew li d-dejta dwar l-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni tikkostitwixxi evidenza tal-politika aggressiva tagħhom ta' pprezzar, peress li dawn il-prezzijiet huma, b'mod sinifikanti taħt il-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u saħansitra inqas mill-prezz tal-kost. Produttur esportatur ieħor argumenta li l-Kummissjoni suppost tissepara u tiddistingwi l-effetti dannużi tal-kriżi ekonomika u l-prestazzjoni tal-bejgħ tal-esportazzjoni batuta tal-industrija tal-Unjoni. Utent ieħor argumenta li l-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni ġiet miżmuma f'livell għoli, u ma kenitx deċiżiva għad-dannu tal-industrija tal-Unjoni, ma hijex sostnuta mid-dejta minħabba li l-bejgħ għall-esportazzjoni naqas bi 22,7 % filwaqt il-bejgħ domestiku żdied bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(103)

Dawn id-dikjarazzjonijiet kienu miċħuda għar-raġunijiet li ġejjin. L-inqas prezz tal-esportazzjoni tal-bejgħ għal kull unità mitlub mill-produtturi tal-Unjoni meta mqabbel ma' dik fis-suq tal-Unjoni għandu jitqies fid-dawl tal-fatt li dan jinkludi proporzjon kbir ta' GOES tat-tieni kwalità li huwa prinċipalment esportat u mibjugħ bi skont. Barra minn hekk, diġà ġie rikonoxxut fil-premessa (193) tar-Regolament provviżorju li l-andament tal-esportazzjoni kkontribwixxa għad-dannu, iżda ma kisirx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet iddampjati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(104)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra rigward l-effett tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-konklużjonijet stabbiliti fil-premessi (191) sa (193) huma kkonfermati.

6.5.   Il-kapaċità żejda tal-industrija tal-Unjoni

(105)

Parti oħra interessata semmiet li l-industrija tal-Unjoni ssofri minn kapaċità żejda massiva, u li t-tnaqqis fil-volumi tal-produzzjoni mill-produtturi tal-Unjoni huwa dovut l-aktar għat-tnaqqis fil-livelli tal-konsum fl-Unjoni u t-tnaqqis qawwi fil-volumi tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni, b'mod partikolari bejn l-2012 u l-2013.

(106)

Din it-talba ġiet irrifjutata minħabba li l-allegata kapaċità eċċessiva hija aktar riżultat tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping milli kawża tad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, kif stabbilit fil-premessi (194) sa (197) tar-Regolament provviżorju.

(107)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħrajn rigward dan ta' hawn fuq, il-konklużjonijiet li ntlaħqu fil-premessa (194) sa (197) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

6.6.   L-Importazzjonijiet Russi huma ta' Grad Konvenzjonali

(108)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħrajn rigward dan ta' hawn fuq, il-konklużjonijiet li ntlaħqu fil-premessa (198) sa (199) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

7.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(109)

Fl-assenza ta' kull kumment ieħor rigward il-kawżalità, il-konklużjonijiet milħuqa fi premessi (200) sa (202) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

F.   L-INTERESS TAL-UNJONI

1.   Kummenti preliminari

(110)

Skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku, l-informazzjoni relatata ma' perjodu sussegwenti għall-perjodu ta' investigazzjoni normalment ma għandhiex titqies. Madankollu, fil-kuntest tad-determinazzjoni jekk hemmx interess tal-Unjoni kif kkontemplat fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, l-informazzjoni relatata ma' perjodu sussegwenti għall-perjodu tal-investigazzjoni tista' tiġi kkunsidrata għal dawn l-għanijiet (3).

(111)

Kummenti marbuta mal-ħtieġa li jitqiesu żviluppi importanti wara l-perijodu ta' investigazzjoni (“post-IP”) waslu kemm mingħand l-utenti kif ukoll mill-produtturi esportaturi. Il-biċċa l-kbira tal-kummenti u l-allegazzjonijiet li waslu wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji kienu dwar l-iżviluppi li ġejjin wara l-perjodu ta' investigazzjoni. Tipi tal-prodott ikkonċernat b'permeabilità għolja qed ikunu dejjem aktar skarsi fis-suq tal-Unjoni, prinċipalment minħabba d-dħul fis-seħħ tal-Grad 1 tar-Regolament dwar l-Ekodisinn (kif diġà msemmi fil-premessa (233) tar-Regolament provviżorju), iżda wkoll minħabba li l-produtturi tal-Unjoni allegatament mhumiex kapaċi jfornu s-suq bil-kwalità meħtieġa ta' dawn it-tipi ta' prodotti b'permeabbiltà għolja. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat u l-prodott simili żdiedu b'mod sinjifikanti wara l-PI. Il-Partijiet argumentaw ukoll li l-impatt tal-miżuri provviżorji fuq l-industrija tat-transformers kien issottovalutat mill-Kummissjoni, b'mod partikolari billi s-sehem tal-prodott ikkonċernat fil-kost totali tal-produzzjioni tal-utenti kien issottovalutat. Fl-aħħar nett, kien argumentat li l-produtturi tal-Unjoni reġgħu lura għall-profittabilità, b'tali mod li ma kinux jeħtieġu l-ebda protezzjoni aktar.

(112)

Dawn l-allegati żviluppi wara l-PI, b'mod partikolari l-kombinazzjoni ta' bidla fil-qafas legali, żieda qawwija tal-prezzijiet u l-iskarsezza fis-suq ta' ċerti tipi ta' prodotti, jekk jiġu kkonfermati, huma, minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, rilevanti għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni fl-impożizzjoni ta' miżuri xierqa. Għalhekk il-Kummissjoni ddeċidiet, b'mod eċċezzjonali, li tinvestiga dawn l-iżviluppi ta' wara l-PI fil-perjodu bejn Lulju 2014 u Mejju 2015. Kif stabbilit fil-premessa (5) ta' hawn fuq, u fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet magħmula fil-premessi (27), (224) u (239) tar-Regolament provviżorju, inġabret informazzjoni addizzjonali dwar żviluppi wara l-PI u saru żjarat għand għadd ta' utenti u produtturi tal-Unjoni wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji

2.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(113)

Xi partijiet interessati ddikjaraw li l-impożizzjoni tal-miżuri kienet bla bżonn peress li l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni laħqet livelli għolja wara l-PI minħabba ż-żieda sinifikanti fil-prezzijiet u li s-suq kien irregola lilu nnifsu. Bħala riżultat ta' dan, l-industrija tal-Unjoni allegatament ma kinetx għadha qed iġġarrab ebda dannu wara l-PI.

(114)

Kif stabbilit fil-premessa (5) hawn fuq, tmien verifiki addizzjonali fuq il-post ġew imwettqa sabiex jivverifikaw dawn l-allegazzjonijiet. Dawn il-verifiki wrew li l-profitabbiltà ta' kull produttur individwali tvarja, iżda bħala medja, il-produtturi tal-Unjoni kienu qegħdin jirreġistraw telf li jammonta għal – 16,6 % matul il-perjodu Lulju-Diċembru 2014 u reġgħu lura għal profitt ta' 1,1 % matul il-perjodu Jannar — Mejju 2015. Għalhekk, ġie konkluż li l-irkupru tal-industrija tal-Unjoni kien modest wara l-PI. Dawn il-persentaġġi huma l-medja taċ-ċifri tal-profittabilità ponderati qabel it-taxxa għall-produtturi kollha tal-Unjoni, kif muri fid-dikjarazzjonijiet rispettivi tal-introjtu tagħhom għall-perjodu Jannar — Mejju 2015, espressi bħala persentaġġi b'rabta mal-bejgħ tagħhom fl-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati.

(115)

Wara d-divulgazzjoni finali, assoċjazzjoni tal-utenti ddikjarat li l-produtturi tal-Unjoni ma għadhomx jiffaċċjaw sitwazzjoni dannuża, peress li dawn ikunu qed joperaw bil-potenzjal kollu tagħhom u bilkemm jistgħu jsegwu d-domanda. Utent għamel kumment simili, jiġifieri li minħabba l-persistenza ta' żidiet fil-prezzijiet kienu qed jistennew li jaraw marġni ta' profitt ogħla minn 5 % diġà matul ir-rebbiegħa tal-2015.

(116)

Madankollu, skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku, il-konklużjoni dwar id-dannu ntlaħqet fuq il-bażi tad-dejta tal-PI. Il-ġbir u l-verifika tad-dejta ta' wara l-IP, min-naħa l-oħra, saret fil-qafas tal-analiżi tal-interess tal-Unjoni. It-tabella fil-premessa (170) tar-Regolament provviżorju wriet rekord ta' telf kbir u flussi ta' flus negattivi mis-sena 2012 'il quddiem.

Anki b'kunsiderazzjoni tad-dejta ta' wara l-PI, l-industrija tal-Unjoni għadha f'sitwazzjoni ta' dannu: il-profitti ż-żgħar matul il-perjodu Jannar — Mejju 2015 ma jistgħux jikkumpensaw għal erba' snin konsekuttivi ta' telf ta' livell għoli. Barra minn hekk, l-analiżi tad-dannu hija bbażata fuq numru ta' fatturi, li minnhom il-profitt huwa biss wieħed minn ħafna.

(117)

Il-konklużjoni li l-industrija tal-Unjoni kienet f'sitwazzjoni ta' dannu matul il-PI, hija għalhekk ikkonfermata. Fin-nuqqas ta' kummenti oħra dwar l-interess tal-industrija tal-Unjoni, huwa konkluż li l-impożizzjoni ta' dazji anti-dumping ikun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni peress li jkun jippermetti lill-industrija tal-Unjoni tirkupra mill-effetti ta' dumping dannuż misjuba.

3.   Interess ta' importaturi mhux relatati

(118)

Fin-nuqqas ta' xi kummenti rigward l-interess ta' importaturi u operaturi tas-suq mhux relatati, il-premessi minn (208) sa (212) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

4.   Interess tal-utenti

4.1.   Introduzzjoni

(119)

Kif spjegat fid-dettall fil-premessi (5) u (6), l-informazzjoni addizzjonali dwar żviluppi wara l-PI kienet miġbura mingħand l-utenti u saru żjarat għand ħames utenti ewlenin, li pprovdew informazzjoni estensiva wara l-impożizzjoni ta' miżuri provviżorji.

(120)

Parti waħda interessata argumentat li tirrappreżenta sehem kbir ħafna tal-industrija tat-transformers tal-Unjoni, li tikkonsisti minn kumpaniji żgħar, medji u kbar li jipproduċu f'ħafna Stati Membri tal-Unjoni. Din il-parti interessata sostniet li hemm ħafna kumpaniji ta' daqs żgħir u medju, li se jintlaqtu bl-aktar mod qawwi mill-miżuri. F'dan il-kuntest, l-assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-kumpaniji Taljani tat-transformers stqarret li 60 % tal-bejgħ kollu fl-Italja huwa magħmul minn kumpaniji ta' daqs żgħir u medju tat-transformers.

(121)

Id-dikjarazzjoni li hemm ħafna kumpaniji tat-transformer ta' daqs żgħir u medju (SME) li se jintlaqtu l-aktar mill-miżuri ma setgħetx tiġi vvalutata b'mod sistematiku minħabba nuqqas ta' provi. Madankollu, l-allegazzjoni tidher plawżibbli fid-dawl tal-informazzjoni miġbura mill-ħames utenti vverifikati, li wieħed minnhom huwa SME.

4.2.   Nuqqasijiet fil-provvista u differenzi fil-kwalità

(122)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, bosta utenti ddikjaraw li d-disponibbiltà ta' tipi b'permeabilità għolha fl-Unjoni hija limitata u li s-sitwazzjoni marret għall-agħar wara l-PI. Huma allegaw li din id-dosponibbiltà limitata hi dovuta għal żbilanċ dejjem jikber bejn in-nata tal-foriniment u d-domanda dejjem tikber ta' utenti għal dawn it-tipi partikolari tal-prodott ikkonċernat. F'dan il-kuntest, huma argumentaw ukoll li l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni ma tkunx suffiċjenti biex tissodisfa d-domanda dejjem tikber fis-suq tal-Unjoni u li l-ebda sorsi alternattivi oħra ma huma disponibbli, apparti mill-produtturi esportaturi. Barra minn hekk, huma sostnew li, minkejja d-deċiżjoni strateġika tal-produtturi tal-Unjoni li jibdew jipproduċu proporzjonalment iktar tipi b'permeabilità għolja tal-prodott ikkonċernat milli dawk konvenzjonali, tali bidla se tieħu ż-żmien minħabba l-ħtieġa li jinbena u jiġi approfondit l-għarfien espert tekniku meħtieġ. Barra minn hekk, xi utenti stqarrew li kull miżura anti-dumping li tiġi adottata kontra importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati se jkollha impatt negattiv ulterjuri fuq id-disponibbiltà ta' tipi b'permeabilità għolja fl-Unjoni, minħabba d-distakk fil-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità teknika ta' livell għoli tal-produtturi tal-Unjoni. F'dan il-kuntest, l-industrija tal-Unjoni argumentat li m'hemm l-ebda rekwiżit legali biex ifornu d-domanda sħiħa tal-Unjoni għal tipi partikolari.

(123)

Id-dejta ta' wara l-PI uriet li l-produtturi tal-Unjoni għadhom mhumiex kapaċi jfornu d-domanda totali għal kull tip ta' GOES b'permeabilità għolja, b'mod partikolari t-tipi ta' prodott b'telf massimu fil-qalba ta' 0,90 W/kg u iktar baxx. Barra minn hekk, ġe nnutat dewmien li akkumula fil-produzzjoni u dewmien fil-kunsinni għal dawn it-tipi minkejja li qabel ġew miftiehma t-termini dwar il-kunsinni, b'mod partikolari wara l-PI. Produttur esportatur Korean, li waqt il-PI kien qed jesporta tipi b'permeabilità għolja tal-prodott ikkonċernat, waqqaf l-esportazzjoni tiegħu lejn l-Unjoni wara l-PI. Ir-raġunijiet għal dan il-waqfien mhumiex magħrufa. Ir-raba', huwa mistenni li d-domanda ta' fuq nett għat-tipi b'permeabilità għolja tal-prodott ikkonċernat se tkompli tiżdied minħabba l-implimentazzjoni tal-ewwel grad tar-Regolament tal-Ekodisinn li daħal fis-seħħ f'Lulju 2015, kif stabbilit lil hinn mill-premessa (140) 'il quddiem.

(124)

Fir-rigward tal-għarfien espert tekniku u kwistjonijiet ta' kwalità, diversi utenti kkummentaw li, anke f'każijiet fejn l-industrija tal-Unjoni pproduċiet GOES b'telf massimu fil-qalba garantit li kien mitlub, il-prodott bl-istess telf fil-qalba li nxtara mill-produtturi esportaturi huwa ġeneralment ta' kwalità ogħla f'termini ta' telf fil-qalba u l-prestazzjoni tal-istorbju.

(125)

L-evidenza ppreżentata mill-utenti, relatata mal-perjodu ta' wara l-PI, ġibdet l-attenzjoni għal kwistjonijiet ta' kwalità li ltaqgħu magħhom, l-aktar mal-produtturi tal-Unjoni. Dawk l-utenti setgħu jsostnu l-argumenti tagħhom b'evidenza, fuq il-bażi ta' statistika interna u verifiki tekniċi.

(126)

Wara d-divulgazzjoni finali, utent argumenta li n-nuqqas ta' tipi b'permeabilità għolja tal-prodott ikkonċernat huwa r-riżultat dirett ta' nuqqas ta' investiment min-naħa tal-produtturi tal-Unjoni. Dan l-utent allega li huwa purament spekulazzjoni jekk l-industrija tal-GOES tal-UE hux se tinvesti fil-produzzjoni ta' GOES ta' grad għoli jew le. Utent ieħor allega li mhuwiex kredibbli li l-produtturi tal-UE issa se jiksbu l-kwalità u l-kapaċità li jaqdu l-ħtiġijiet tal-utenti tal-UE fuq terminu qasir jew medju ta' żmien.

(127)

Wara d-divulgazzjoni finali, utent allega li l-kwistjoni tal-iskarsezza — kuntrarjament għall-proċediment attwali — kienet waħda mill-aktar raġunijiet konvinċenti biex ma jiġux introdotti miżuri fil-valutazzjonmi tal-interess tal-Unjoni fil-każ tal-Fibri Interrotti tal-Poliester peress li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx f'pożizzjoni li tagħmel l-isforzi meħtieġa biex tissodisfa d-domanda tal-Unjoni (4).

(128)

Il-każ tal-Fibri Interrotti tal-Poliester u l-każ preżenti ma jistgħux jitqabblu għal żewġ raġunijiet. Għall-kuntrarju ta' dan il-proċediment, l-ilment ġie rtirat fil-każ tal-Fibri Interrotti tal-Poliester. Konsegwentement, it-test tal-interess tal-Unjoni kien differenti. Fejn l-ilment hu irtirat, l-Artikolu 9(1) jipprovdi li l-proċediment jista' jiġi terminat sakemm din it-terminazzjoni ma tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Fil-każ preżenti, japplika l-Artikolu 21(1) li jipprovdi li ma jistgħux jiġu applikati miżuri, […] meta l-awtoritajiet, fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha ppreżentata, jistgħu jikkonkludu b'mod ċar li ma jkunx fl-interess tal-Unjoni li dawn il-miżuri jiġu applikati.

(129)

Differenza oħra fil-konfront tal-Fibri Interrotti tal-Poliester kienet li l-produtturi tal-Unjoni fil-każ tal-Fibri Interrotti tal-Poliester kienu qed ibiddlu l-prodott ikkonċernat (5) fi prodotti oħra (mhux il-prodott konċernat). F'dan il-każ, għall-kuntrarju, il-produtturi tal-Unjoni qed jippruvaw ilaħħqu billi jipproduċu aktar u aktar it-tipi għolja ta' permeabilità.

(130)

Il-Kummissjoni ma tistax tipprevedi jekk il-produtturi tal-UE hux se jiksbu l-kwalità u l-kapaċità biex jaqdu l-ħtiġijiet tal-utenti tal-UE fil-futur prevedibbli, b'mod partikolari rigward id-disponibilità ta' xi tipi ta' GOES b'permeabilità għolja. Imma l-investigazzjoni dwar anti-dumping m'għandhiex l-objettiv li trawwem politika industrijali; l-għan tagħha hu biss li ġġib lura l-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta bejn l-Unjoni u produtturi esportaturi.

(131)

Madankollu, il-verifika wriet li l-produtturi tal-Unjoni kienu qed jinvestu fil-produzzjoni ta' tipi ta' prodott ikkonċernati b'permeabilità għolja, għalkemm dan kien diffiċli minħabba s-sitwazzjoni ekonomika diffiċli tal-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Produttur wera evidenza dwar linja ta' produzzjoni ġdida ta' GOES ta' livell għoli f'Awwissu tal-2015.

(132)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, huwa konkluż li d-disponibbiltà ta' tipi ta' permeabbiltà għolja fl-Unjoni kien limitat matul il-PI, u li s-sitwazzjoni marret għall-agħar wara l-PI prinċipalment minħabba ż-żieda fid-domanda bħala riżultat tad-dħul fis-seħħ tal-Grad 1 tar-Regolament tal-Ekodisinn.

4.3.   Żidiet fil-prezz

(133)

Produttur esportatur allega li l-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat wara l-PI żdied fil-medda ta' 50 sa 70 % meta mqabbel mal-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu kkunsidrat. Produttur esportatur ieħor allega li l-prezzijiet żdiedu bejn Marzu 2014 u Marzu 2015 b'madwar 30 %, ibbażat fuq l-indiċi pubbliċi. Waslu kummenti simili minn ħafna utenti. Pereżempju, utent minnhom qal li l-prezzijiet żdiedu b'madwar 8 u 25 % meta mqabbla mal-prezzijiet għat-tieni nofs tal-2014 u l-ewwel nofs tal-2015 mal-prezzijiet matul il-perjodu kkunsidrat. Utent ieħor argumenta pereżempju li ż-żidiet fil-prezz għal April 2015 kienu aktar minn 45 % għat-tipi tal-prodott ikkonċernat b'permeabilità għolja u aktar minn 25 % għat-tipi konvenzjonali, meta mqabbla ma' Ġunju tal-2014. Dan l-utent allega wkoll li din it-tendenza tal-prezz hija u se tibqa' sostenibbli fuq il-medda qasira, medja u twila ta' żmien. Ħafna utenti allegaw ukoll li dawn iż-żidiet fil-prezzijiet fl-aħħar mill-aħħar iwasslu għall-għeluq tal-impjanti, it-telf tal-impjiegi fi ħdan l-Unjoni u r-rilokazzjoni ta' ċerti operazzjonijiet barra l-Unjoni.

(134)

Min-naħa l-oħra, parti interessata, għalkemm ammettiet iż-żidiet fil-prezzijiet wara l-perjodu ta' investigazzjoni, allegat li dawn iż-żidiet fil-prezzijiet wara l-perjodu ta' investigazzjoni kienu għadhom mhux ogħla mil-livelli tal-prezzijiet tal-2010 u l-2011.

(135)

L-investigazzjoni żvelat li l-allegati żidiet fil-prezzijiet wara l-perjodu tal-PI fil-fatt seħħew. L-ewwel nett, fuq il-bażi ta' dejta mill-produtturi tal-Unjoni, bħala medja, iż-żidiet fil-prezz tal-prodott simili kienu jammontaw għal 3 % għall-perjodu Lulju — Diċembru 2014 u 14 % għall-perjodu Jannar — Mejju 2015, meta mqabbla mal-prezzijiet medji attwali matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Barra minn hekk, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli mill-utenti li kkooperaw, ġew osservati żidiet fil-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat ta' madwar 30 %, u għal xi tipi ta' prodotti saħansitra ogħla, matul il-perjodu ta' wara l-PI sa Mejju tal-2015.

(136)

Instab li l-prezzijiet bdew jiżdiedu fit-tieni nofs tal-2014, u komplew jiżdiedu matul l-ewwel nofs tal-2015. Dawn iż-żidiet fil-prezzijiet ġew innutati kemm għat-tipi tal-prodott ikkonċernat b'permabilità għolja u kemm għat-tipi konvenzjonali u l-prodott simili. Barra minn hekk, fuq il-bażi ta' kontrolli fuq il-post fuq ċerti kuntratti konklużi bejn l-utenti u l-produtturi għat-tieni nofs tal-2015, il-prezzijiet għal dawn l-ordnijiet huma mistennija li jkunu bejn 22 % u 53,5 % ogħla milli matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(137)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, huwa konkluż li ż-żidiet fil-prezzijiet ġew innutati fil-perjodu ta' wara l-PI (sa Mejju tal-2015), kemm għal tipi tal-prodott ikkonċernat b'permabilità għolja u kemm għat-tipi konvenzjonali u l-prodott simili. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (133) hawn fuq, il-prezzijiet huma mistennija li jkomplu jiżdiedu matul it-tieni nofs tal-2015.

4.4.   Il-kompetittività tal-utenti tal-Unjoni

(138)

Kif stabbilit fil-premessa (228) tar-Regolament provviżorju, il-GOES bħala materjal tal-produzzjoni hu responsabbli għal madwar 6-13 % tal-kost kollu biex jinbena transformer, fuq il-bażi tal-livelli tad-dejta u tal-prezzijiet fil-PI. Produttur esportatur u diversi utenti qajmu dubju fuq dawn il-persentaġġi meta ddikjaraw li dawn kienu jidhru ssottovalutati ħafna, anke għall-PI fejn il-prezzijiet tal-GOES kienu ferm aktar baxxi mill-perjodu ta' wara l-PI. Barra minn hekk, l-utenti kollha allegaw li l-prezzijiet bdew jiżdiedu b'mod sinifikanti wara tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni. Il-persentaġġ ta' 6-13 % kien ibbażat fuq dejta pprovduta mill-utenti li kkooperaw, li sussegwentement ġiet verifikata u għalhekk ġustament imsemmija fir-Regolament provviżorju. Madankollu, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li, anki jekk il-persentaġġ preċiż tal-kost tal-GOES jiddependi fuq it-tip ta' transformer, iż-żieda fil-prezzijiet tal-GOES wara l-PI loġikament tirriżulta f'żieda tal-kostijiet biex jinbena t-transformer, li se jaffettwa l-pożizzjoni kompetittiva tal-produtturi tat-transformers tal-Unjoni. Madankollu, il-kompetittività tal-produtturi ta' transformers barra l-Unjoni qed tiġi affettwata wkoll minħabba l-istess xejra ta' żidiet tal-prezzijiet mit-tieni nofs tal-2014 'il quddiem għall-GOES fi swieq bħal dawk tar-RPĊ, l-Indja u l-Amerika ta' Fuq,'il quddiem, kif inhu l-każ fis-suq tal-Unjoni.

4.5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-utenti

(139)

Il-Kummissjoni taċċetta d-dikjarazzjonijiet li l-impożizzjoni ta' miżuri se twassal għal żieda ulterjuri fil-prezzijiet tal-GOES, għad-detriment tal-utenti. Hija tikkonkludi wkoll li l-kompetittività tal-industrija tal-utenti kienu tkun affettwata b'mod aktar negattiv jekk il-miżuri kellhom jiġu imposti fil-forma ta' dazju ad valorem, fid-dawl taż-żidiet sinifikanti fil-prezzijiet li seħħew wara l-perjodu tal-investigazzjoni.

4.6.   Fatturi oħra

(140)

Kif stabbilit fil-premessa (233) tar-Regolament provviżorju, il-Grad 1 tar-Regolament dwar l-Ekodisinn sar applikabbli mill-1 ta' Lulju 2015 u jkopri r-rekwiżiti l-ġodda tal-ekodisinn f'dak li għandu x'jaqsam ma' transformers tal-elettriku żgħar, medji u kbar li għandhom l-għan li jtejbu l-effiċjenza enerġetika tagħhom.

(141)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, diversi utenti kkummentaw kif ġej. L-ewwel nett, l-implimentazzjoni tal-Grad 1 twassal għal domanda akbar ta' tipi ta' GOES b'permeabilità għolja fi ħdan l-Unjoni, b'mod partikolari ta' tipi ta' GOES b'telf fil-qalba ta' 0,90W/kg u 'l isfel minn hekk. It-tieni, it-tendenza li jiġu akkwistati tipi b'permeabilità għolja bl-inqas telf fil-qalba, x'aktarx li hija irriversibbli peress li Grad 2 (b'aktar rekwiżiti stretti mill-2021) se jwassal għal aktar domanda għal tipi b'permeabilità għolja. It-tielet, pajjiżi oħra madwar id-dinja (bħar-RPĊ, l-Indja, eċċ.) huma wkoll qed jimplimentaw rekwiżiti ta' effiċjenza ta' enerġija simili, li jwassal għal domanda kbira ta' tipi ta' GOES b'permeabilità għolja fuq livell globali. Ir-raba', anki jekk huwa minnu li l-Grad 1 jista', sa ċertu punt, jiġi ssodisfat bl-użu ta' tipi konvenzjonali ta' GOES, dan jista' jwassal għal spejjeż addizzjonali għad-detriment tal-utenti, peress li jkollu jiġi ddisinjat transformer aktar voluminużi, li jirrikjedi input sostanzjalment akbar ta' inġinerija, xogħol u materjal. F'xi każijiet, l-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal tip ta' transformer ma jippermettu bl-ebda mod l-użu tat-tipi konvenzjonali ta' GOES.

(142)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li din id-domanda li dejjem tiżdied, mhux biss fi ħdan l-Unjoni iżda wkoll madwar id-dinja, x'aktarx li se tkompli jkollha impatt negattiv fuq id-disponibilità ta' tipi b'permeabilità għolja, b'mod partikolari b'telf fil-qalba ta' 0,90 W/kg jew inqas, li x'aktarx se twassal għal żidiet oħra fil-prezz. Huwa għalhekk fl-interess pubbliku tal-Unjoni Ewropea, kif rifless fil-leġiżlazzjoni vinkolanti tal-istandards tal-prodotti, li tiġi żgurata provvista suffiċjenti ta' tipi b'permeabilità għolja għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tat-transformers fl-Unjoni, irrispettivament mill-oriġini tagħhom.

(143)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, huwa konkluż li l-miżuri se jwasslu għal żieda oħra sinifikanti fil-prezzijiet tal-importazzjoni lil hinn minn dawk li diġà rajna fil-perjodu ta' wara l-PI.

5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(144)

Huwa konkluż li miżuri definittivi jippermettu lill-produtturi tal-Unjoni biex jerġgħu lura għal livelli ta' profitt sostenibbli. Jekk ma jiġu imposti ebda miżuri, ma jkunx ċert jekk l-industrija tal-Unjoni tkunx tista' tagħmel l-investimenti meħtieġa biex tiżviluppa ulterjorment it-tipi ta' permeabbiltà għolja tal-prodott simili li t-tnejn li huma jintalbu mill-utenti u verament huma meħtieġa biex jagħmlu t-transformers konformi mal-EkoDisinn.

(145)

Fir-rigward tal-interess tal-utenti, l-impożizzjoni ta' miżuri fil-livell propost jista' jkollhom effett negattiv fuq il-prezzijiet ta' transformers u l-impjiegi tal-industrija tal-utent, iżda dan l-effett jista', taħt iċ-ċirkostanzi tas-suq kif osservat fil-PI, ma jiġix ikkunsidrat bħala sproporzjonat.

(146)

Għalhekk, abbażi tal-kunsiderazzjoni tal-interessi varji meħuda kollha flimkien, huwa konkluż li ma hemm l-ebda raġuni valida kontra l-impożizzjoni ta' dazji definittivi tal-anti-dumping kontra l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw fil-ħames pajjiżi kkonċernati.

(147)

Wara d-divulgazzjoni finali, diversi partijiet interessati nnutaw li l-Kummissjoni rreferiet fost l-oħrajn għaż-żidiet kostanti u sinjifikanti fil-prezzijiet tat-tipi kollha matul il-perjodu ta' wara l-PI u li l-produtturi tal-Unjoni reġgħu lura għal profittabilità ta' 1,1 % matul il-perijodu Jannar-Mejju 2015. Għaldaqstant, kien allegat li l-impożizzjoni ta' dazji tmur kontra l-interess tal-Unjoni. Utent ieħor allega li minħabba ż-żieda fil-prezzijiet, partijiet kbar tal-produzzjoni tat-transformers tal-UE bħalissa qed jagħmlu t-telf, u b'mod partikolari l-SMEs, filwaqt li l-industrija tal-UE tal-GOES qed tagħmel profitti tajbin.

(148)

Rigward il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni, qed issir referenza għall-premessa (116). Kif stabbilit fid-dettall fil-premessi (149) u (169) hawn taħt, iż-żieda sinifikanti fil-prezzijiet fost l-oħrajn wasslet lill-Kummissjoni biex tibdel il-forma tal-miżuri biex tibbilanċja l-interessi tal-partijiet kollha. Barra minn hekk, kif diġà ssemma iktar 'il fuq, il-Kummissjoni tfakkar li d-dannu jiġi vvalutat fuq il-bażi tad-dejta tal-PI, filwaqt li d-dejta ta' wara l-IP kienet użata biss fil-qafas tal-analiżi tal-interess tal-Unjoni.

(149)

Madankollu, fid-dawl tal-iżviluppi ta' wara l-PI, biex ikun limitat kwalunkwe impatt serju possibbli fuq l-utenti li huma dipendenti ħafna fuq il-provvista tal-prodott ikkonċernat, b'mod partikolari t-tipi b'permeabilità għolja l-aktar avvanzati, il-Kummissjoni tqis li huwa konformi mal-interess tal-Unjoni li tbiddel il-forma tal-miżuri u li ma jiġux imposti dazji ad valorem iżda minflok dazji varjabbli. Jekk xi dazju fil-forma ta' dazju ad valorem għandu jiġi impost addizjonalment fuq iż-żidiet fil-prezz wara l-PI, l-utenti se jiġu milquta ħażin b'mod sproporzjonat, ħaġa li jkollha impatt negattiv fuq il-kompetittività tagħhom meta mqabbla mal-kompetituri tagħhom barra l-Unjoni minħabba żieda fid-domanda u l-iskarsezza fis-suq b'mod partikolari tat-tipi b'permeabilità għolja. Barra minn hekk, jista' jiġi mminat l-objettiv stabbilit fir-Regolament tal-EkoDisinn biex tiġi żgurata provvista suffiċjenti ta' tipi ta' prodott b'permeabilità għolja, minħabba l-impożizzjoni ta' miżuri fil-forma ta' dazju ad valorem minħabba b'mod partikolari ż-żieda fid-domanda għal tipi ta' prodott b'permeabilità għolja.

G.   IL-MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI

1.   Livell ta' eliminazzjoni tad-dannu (Marġini tad-dannu)

(150)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja u finali l-industrija tal-Unjoni kkontestat il-profitt fil-mira użat sabiex jiġi stabbilit il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu kif stabbilit fil-premessa (245) tar-Regolament provviżorju. Din il-parti reġgħet argumentat li marġni ta' profitt ta' 14 % jkun livell ta' profitt raġonevoli u relatat mas-suq fuq il-bażi tal-marġni ta' profitt nett miksub mill-industrija tal-Unjoni fl-2010.

(151)

Kif spjegat fil-premessa (243) tar-Regolament provviżorju, il-marġini ta' profitt użat biex jiġi stabbilit il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu jikkorrispondi mal-marġni ta' profitt li l-industrija tal-Unjoni setgħet b'mod raġonevoli tistenna li tikseb f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni, fin-nuqqas ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Dan kien il-perċentwali użat matul l-investigazzjoni preċedenti meta l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien profittabbli. Kif imsemmi fil-premessa (242) tar-Regolament provviżorju, il-profitt medju miksub fl-2010 kien meqjus bħala eċċezzjonalment għoli, meta jitqies it-telf imġarrab mill-2011 u l-prezzijiet tal-GOES fis-suq dinji li kienu qed jogħlew ħafna, anke fl-2010. Għalhekk, huwa meqjus raġonevoli li jiġi stabbilit marġni ta' profitt fil-mira f'livell ta' 5 %.

(152)

Produttur esportatur Ġappuniż talab li jinstema' mill-Uffiċjal tas-Seduta għal proċedimenti kummerċjali. Il-parti kkontestat l-applikazzjoni mill-Kummissjoni tal-Artikolu 2(9) għall-kalkoli tad-dannu, fejn stqarret li l-Artikolu 2(9) jidher taħt id-dsipożizzjonijiet tad-dumping tar-Regolament bażiku u ma jistax jintuza b'analoġija għall-kalkolu tad-dannu. Din il-parti interessata argumentat ukoll li l-ispejjeż tal-ipproċessar bħala riżultat tal-qtugħ ta' koljatura sħiħ minn parti relatata fis-suq tal-Unjoni ma kellhomx jiġu mnaqqsa u li l-ispejjeż li saru wara l-importazzjoni ġew sottovalutati. Dan il-kumment kien imtenni wara d-divulgazzjoni finali. Produttur esportatur Korean kellu talba simili, fejn argumenta li ċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prezz għandha tkun ibbażata fuq il-prezz realment impost mill-importaturi relatati fl-Unjoni għall-ewwel konsumaturi indipendenti fl-Unjoni.

(153)

L-iskop tal-kalkolu ta' marġini ta' dannu huwa li jiddetermina jekk l-applikazzjoni għall-prezz tal-esportazzjoni tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping, ta' rata ta' dazju iktar baxxa minn dik ibbażata fuq il-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed sabiex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping. Din il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-prezz tal-esportazzjoni fil-livell tal-fruntiera tal-Unjoni, li hu meqjus bħala livell komparabbli mal-prezz tal-fabbrika tal-industrija tal-Unjoni. Fil-każ tal-bejgħ ta' esportazzjoni permezz ta' importaturi relatati, b'analoġija mal-approċċ segwit għall-kalkoli tal-marġni tad-dumping, il-prezz tal-esportazzjoni hu mibni fuq il-bażi tal-prezz tal-bejgħ mill-ġdid lill-ewwel konsumatur indipendenti aġġustat kif xieraq skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Peress li l-prezz tal-esportazzjoni huwa element indispensabbli għall-kalkolu tal-marġni ta' dannu u peress li dan l-Artikolu huwa l-uniku Artikolu fir-Regolament bażiku li jagħti gwida dwar kif jinħadem il-prezz tal-esportazzjoni, l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu b'analoġija hija ġġustifikata. L-Artikolu 2(9) jipprovdi wkoll il-bażi għat-tnaqqis tal-ispejjeż tal-ipproċessar peress li għandhom isiru aġġustamenti għall-ispejjeż kollha, imġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-approċċ segwit kien preċiż u ċaħdet dawn it-talbiet.

(154)

Produttur esportatur Ġappuniż ieħor allega li l-informazzjoni divulgata fid-divulgazzjoni provviżorja ma tippermettix li jsiru kummenti dwar il-korrettezza u r-relevanza tas-sejbiet tal-Kummissjoni ta' dannu. F'dan il-kuntest, fis-27 ta' Mejju 2015, il-produttur esportatur Ġappuniż talab kjarifiki u divulgazzjoni ta' ċerta informazzjoni li tħalliet barra. Huwa argumenta wkoll li r-risposta tal-Kummissjoni tal-4 ta' Ġunju 2015, naqset milli tindirizza b'mod adegwat it-talba u ma ppermettietx lill-kumpanija li tikkummenta fuq l-eżattezza u r-rilevanza tas-sejbiet dwar id-dannu. Wara d-divulgazzjoni finali, dan il-produttur esportatur Ġappuniż tenna l-argumenti tiegħu u allega li l-Uffiċjal tas-Smigħ irrakkomanda li tiġi divulgata aktar informazzjoni. It-tieni, il-kumpanija qalet li għal uħud mill-prodotti esportati tagħha f'forma ta' koljatura sħiħa u mhux mirquma li għalihom il-prezzijiet tal-esportazzjoni kienu jirrappreżentaw il-valur tal-koljatura sħiħa bit-trufijiet mirquma, li l-aġġustamenti għad-differenzi fiżiċi għall-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħha għall-finijiet tal-kalkolu tal-marġni ta' dannu ma kkunsidrawx b'mod sħiħ il-valur tas-suq tal-koljatura mirquma (meta mqabbel mal-koljaturi mhux mirquma) u għalhekk mhumiex konformi mar-regoli applikabbli u l-ġurisprudenza korrispondenti. Produttur esportatur Korean argumenta wkoll li nkisru d-drittijiet tad-difiża tiegħu minħabba li ġiet ipprovduta spjegazzjoni insuffiċjenti fuq il-paragun bejn it-tipi differenti tal-prodott fid-divulgazzjoni provviżorja.

(155)

Fir-rigward tal-ewwel talba biex tiġi divulgata informazzjoni ulterjuri, il-Kummissjoni kkunsidrat li din ma setgħetx tiġi aċċettata peress li hija marbuta li tipproteġi l-kunfidenzjalità tal-partijiet interessati oħra, f'dan il-każ il-produtturi tal-Unjoni. Peress li ma hemm l-ebda mod ieħor sabiex tiġi protetta l-kunfidenzjalità u, fl-istess ħin, il-partijiet jiġu pprovduti b'informazzjoni utli, il-firxiet kif kienu użati fid-divulgazzjoni provviżorja huma kkunsidrati mill-Kummissjoni bħala korretti. Id-divulgazzjoni konsegwentament kienet qed tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa kollha, b'bilanċ bejn id-dritt għal informazzjoni sinifikanti, fuq naħa, u l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità min-naħa l-oħra.

(156)

Rigward il-kummenti speċifiċi mill-produttur esportatur Ġappuniż, wara d-divulgazzjoni finali, il-minuti tas-seduta quddiem l-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċeduri kummerċjali pjuttost jirreferu għal opinjonijiet diverġenti bejn il-produttur esportatur Ġappuniż u s-servizzi tal-Kummissjoni, li wasslu għar-rakkomandazzjoni tiegħu biex ikomplu d-diskussjonijiet. L-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċeduri kummerċjali ssuġġerixxa wkoll li jiġu vverifikati l-kalkoli tal-Kummissjoni bħala alternattiva għad-divulgazzjoni tad-dejta kunfidenzjali. Kienet saret laqgħa ta' segwitu mal-produttur esportatur Ġappuniż fit-30 ta' Lulju 2015 bil-għan li tiċċara u tipprovdi xi informazzjoni addizzjonali. Barra minn hekk, fid-divulgazzjoni finali kien ġiet divulgata xi informazzjoni addizzjonali (bħal pereżempju l-prezz indikattiv ta' ċertu tip ta' prodott, il-valuri u l-volumi totali tal-bejgħ tal-Unjoni) għal dan il-produttur esportatur Ġappuniż. Fl-aħħar nett, l-Uffiċjal tas-Seduta vverifika wkoll il-kalkoli tad-dannu u ma sab l-ebda irregolaritajiet jew żbalji. Dan kien ikkomunikat permezz tal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċeduri kummerċjali tal-produttur esportatur Ġappuniż.

(157)

Rigward it-tieni l-aġġustament għal tirqim, seta' jsir aġġustament raġonevoli bbażat fuq l-aġġustament tal-piż (Koljaturi sħaħ mhux mirquma kontra koljatura bit-trufijiet mirquma). Wara l-impozizzjoni ta' miżuri provviżorji anti-dumping, il-livell ta' dan l-aġġustament xorta ġie kkoreġut, peress li fl-istadju provviżorju l-perċentwali użati biex jiġi aġġustat il-piż ma kinux eżatti għal kollox. Il-persentaġġ tat-telf tar-rendiment li kien użat biex isir l-aġġustament kien ibbażat fuq l-evidenza miġbura matul l-investigazzjoni fuq il-post tal-produttur esportatur Ġappuniż. Wara d-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur Ġappuniż tenna l-kummenti tiegħu.

(158)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li dan l-aġġustament kien jirrifletti b'mod preċiż id-differenza fil-valur tas-suq bejn koljaturi mirquma u koljaturi li mhumiex. Il-kalkolu ppreżentat mill-produttur esportatur Ġappuniż ma kienx meqjus bħala preċiż, peress li ma ġiex ikkunsidrat il-piż nett tal-prodotti mirquma fil-kalkolu tad-differenza bejn il-medja tal-prezzijiet tal-koljaturi mirquma u mhux mirquma.

(159)

L-istess produttur esportatur Ġappuniż sostna wkoll li d-divulgazzjoni provviżorja kien fiha xi żbalji. Fil-fatt, xi żbalji minuri fil-kalkoli ġew identifikati fid-divulgazzjoni provviżorja li ġew ikkoreġuti. Bħala riżultat ta' dawn il-korrezzjonijiet u l-korrezzjoni spjegata fil-premessa preċedenti, il-marġini ta' dannu għal din il-kumpanija Ġappuniża ġie emendat għal 39,0 %. Kif stabbilit hawn fuq, il-kalkoli ġew riveduti mill-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċeduri kummerċjali.

(160)

Il-produttur u esportatur Russu argumenta li l-valuri tal-ispiża ta' produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni li ntużaw għall-kalkoli tal-bejgħ taħt il-prezz kienu għal xi tipi ta' prodotti li kienu għoljin iżżejjed, meta wieħed iqabbel ma' tipi ta' prodotti kważi identiċi. Wara d-divulgazzjoni finali, ittenna dan l-argument, li allega irregolaritajiet fil-kalkoli tal-Kummissjoni ta' twaqqigħ tal-prezzijiet u ta' bejgħ taħt il-prezz, u li ġibed l-attenzjoni għal kost ta' produzzjoni differenti b'mod sinifikanti għal żewġ tipi simili tal-prodott ikkonċernat.

(161)

Madankollu l-Kummissjoni stabbiliet li d-dejta tal-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet preċiża. B'mod partikolari, iż-żewġ tipi simili, li kien qed jirreferi għalihom il-produttur esportatur Russu, ġew analizzati u mqabbla mal-kost tal-produzzjoni ta' tipi oħra. Kwalunkwe differenza fil-kost tal-valuri tal-produzzjoni ta' xi tipi ta' prodotti meta mqabbla ma' tipi ta' prodotti kważi identiċi tista' tiġi spjegata permezz ta' taħlita differenti ta' produtturi tal-Unjoni li jipproduċu dawn it-tipi.

(162)

Barra minn hekk, il-produttur esportatur Russu iddikjara li hemm nuqqas ta' simetrija bejn il-kalkoli ta' dumping u ta' dannu f'termini tat-trattament ta' gradi mhux primarji. Id-dikjarazzjoni ġibdet l-attenzjoni għall-fatt li, kif stabbilit fil-premessa (147) tar-Regolament provviżorju, il-prodott ikkonċernat Russu “tat-tieni u t-tielet għażla” ma kienx imqabbel mal-“ewwel u t-tieni għażla” ta' prodotti tal-industrija tal-Unjoni.

(163)

Il-Kummissjoni kkunsidrat il-fatt li, għall-finijiet ta' paragun ġust tat-tipi ta' prodotti, il-gradi mhux primarji ma kinux imqabbla mal-prodotti tal-industrija tal-Unjoni, la affettwa l-eżattezza tal-kalkoli tad-dumping u lanqas l-eżattezza tal-kalkoli tad-dannu. Għall-kuntrarju, f'din tal-aħħar it-tipi simili ta' prodotti biss kienu mqabbla sabiex jiġi assigurat tqabbil ġust. Għaldaqstant, dan l-argument ma ġiex aċċettat.

(164)

Il-produtturi esportaturi Ċiniżi iddikjaraw li l-kalkoli tas-sottokwotazzjoni fid-divulgazzjoni provviżorja kienu żbaljati, b'mod partikolari għaliex il-kalkoli kienu allegatament abbażi tal-prezzijiet medji tal-Unjoni li ġew ipprovduti fir-Regolament provviżorju.

(165)

Din it-talba ma ntlaqgħetx. Il-produttur esportatur Ċiniż ipproduċa u biegħ fl-Unjoni parti biss mit-tipi ta' prodotti, li kienu mbagħad imqabbla mal-istess tipi ta' prodott, prodotti u mibjugħa mill-produtturi tal-Unjoni għal skopijiet ta' kalkoli tas-sottokwotazzjoni. L-ebda prezz medju tal-Unjoni ma ntuża f'dawn il-kalkoli.

(166)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħrajn dwar il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu, u minbarra l-bidla fil-marġni tad-dannu għal produttur Ġappuniż minn 34,2 % għal 39 %, kif stabbilit fil-premessa (159), il-konklużjonijiet milħuqa fil-premessi (241) sa (246) tar-Regolament provviżorju kienu kkonfermati.

Pajjiż

Il-kumpanija

Il-marġni ta' dannu definittiv

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Baoshan Iron & Steel Co., Ltd., Shanghai;

32,9 %

Wuhan Iron & Steel Co., Ltd., Wuhan

36,6 %

Il-Ġappun

JFE Steel Corporation, Tokyo

39,0 %

Nippon Steel & Sumitomo Metal Corporation, Tokyo

35,9 %

Ir-Repubblika tal-Korea

POSCO, Seoul

37,2 %

Il-Federazzjoni Russa

OJSC Novolipetsk Steel, Lipetsk; VIZ STAL, Ekaterinburg

21,6 %

L-Istati Uniti

AK Steel Corporation, Ohio

22,0 %

2.   Miżuri definittivi

(167)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward ta' dumping, dannu, kawżalità u interess tal-Unjoni, miżuri definittivi anti-dumping għandhom jiġu imposti sabiex jipprevjenu milli jiġi kkaġunat aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni li jirriżulta minn esportazzjonijiet oġġett ta' dumping.

(168)

Il-miżuri anti-dumping jistgħu jieħdu forom differenti. Filwaqt li l-Kummissjoni tuża diskrezzjoni kbira meta tagħżel il-forom tal-miżuri, l-iskop jibqa' li jiġu eliminati l-effetti ta' dannu tad-dumping. Dazju ad valorem stabbilit skont ir-regola ta' dazju anqas, bejn 21,5 % u 39 % kien stabbilit, kif ġej:

Pajjiż

Il-kumpanija

Il-marġini tad-dumping

Il-marġni ta' dannu

Dazju anti-dumping ad valorem

RPĊ

Baoshan Iron & Steel Co., Ltd, Shanghai

21,5 %

32,9 %

21,5 %

Wuhan Iron & Steel Co., Ltd., Wuhan

54,9 %

36,6 %

36,6 %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

 

36,6 %

36,6 %

Il-Ġappun

JFE Steel Corporation, Tokyo

47,1 %

39,0 %

39,0 %

Nippon Steel & Sumitomo Metal Corporation, Tokyo

52,2 %

35,9 %

35,9 %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

 

39,0 %

39,0 %

Il-Korea

POSCO, Seoul

22,5 %

37,2 %

22,5 %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

 

37,2 %

22,5 %

Ir-Russja

OJSC Novolipetsk Steel, Lipetsk,

VIZ STAL, Ekaterinburg

29,0 %

21,6 %

21,6 %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

 

21,6 %

21,6 %

L-Istati Uniti tal-Amerka

AK Steel Corporation, Ohio

60,1 %

22,0 %

22,0 %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

 

22,0 %

22,0 %

(169)

Kif stipulat hawn fuq fil-premessa (149), huwa xieraq li tinbidel il-forma tal-miżuri. Fuq il-bażi tal-fatti speċifiċi tal-każ, il-Kummissjoni tqis li dazju varjabbli fil-forma ta' prezz minimu ta' importazzjoni (PMI) huwa l-aktar forma xierqa ta' miżuri f'dan il-każ. Fuq naħa PMI bħal dan jippermetti lill-produtturi tal-Unjoni li jirkupraw mill-effetti tad-dumping dannuż. Tkun xibka ta' protezzjoni għalihom jekk jitpoġġew f'pożizzjoni li jerġgħu lura għal profittabilità sostenibbli u jiġu inċentivati biex jagħmlu l-investimenti meħtieġa biex jipproduċu proporzjonalment aktar tipi ta' prodotti tal-prodott simili b'permeabbiltà għolja. Min-naħa l-oħra, PMI bħal dan għandu jipprevjeni wkoll kull effett negattiv ta' żidiet mhux dovuti fil-prezzijiet wara l-perjodu ta' investigazzjoni li jista' jkollhom impatt negattiv sinifikanti fuq in-negozju tal-utenti. Għandu wkoll jindirizza t-tħassib tal-utenti li qed jibżgħu li jkun hemm skarsezza tal-prodott ikkonċernat, f'tipi partikolari b'telf massimu fil-qalba ta' 0,90 W/kg u taħt li huma meħtieġa ħafna biex jintlaħqu l-miri għall-effiċjenza tal-grad 1 tar-Regolament dwar l-Ekodisinn. B'mod aktar ġenerali, jipprevjeni disturbi serji fil-provvista tas-suq tal-Unjoni.

(170)

Fejn l-importazzjonijiet isiru bil-prezz tal-fruntiera tal-Unjoni CIF daqs jew akbar mill-PMI stabbilit, m'għandu jitħallas l-ebda dazju. Jekk l-importazzjonijiet isiru bi prezz taħt il-PMI, id-dazju definittiv għandu jkun ugwali għad-differenza bejn il-PMI applikabbli u l-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju. Fl-ebda każ l-ammont ta' dazju ma għandu jkun ogħla mir-rati ta' dazju ad valorem stabbiliti fil-premessa (168) u fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.

(171)

Għalhekk, jekk l-importazzjonijiet isiru bi prezz taħt il-PMI, l-anqas mid-differenza bejn il-PMI applikabbli u l-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju u r-rati ta' dazju ad valorem kif indikat fl-aħħar kolonna tat-tabella fil-premessa (168) ikun irid jitħallas.

(172)

Kif stabbilit fid-dettall fil-premessa (19) hawn fuq, l-investigazzjoni kopriet il-prodott ikkonċernat, kif iddefinit fil-premessa (9) u għalhekk saret analiżi komprensiva tad-dannu, analiżi tal-kawżalità u analiżi tal-interess tal-Unjoni. Fl-istess ħin, meta kienet qed tiddeċiedi dwar il-forma tal-miżura, il-Kummissjoni kkunsidrat id-differenzi fil-kwalità kif ġej: Għall-finijiet tal-applikazzjoni effettiva tal-PMI, u fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi tliet kategoriji differenti tal-prodott ikkonċernat li huma distinti abbażi tat-telf massimu fil-qalba tagħhom. Ġiet ikkalkulata PMI separata għal kull waħda mit-tliet kategoriji. It-tliet kategoriji huma kif ġej:

Tipi b'massimu tat-telf fil-qalba mhux ogħla minn 0,90 W/kg;

Tipi b'massimu tat-telf fil-qalba għola minn 0,90 W/kg imma mhux ogħla minn 1,05 W/kg

Tipi b'massimu tat-telf fil-qalba ogħla minn 1,05 W/kg;

(173)

Tipi b'massimu tat-telf fil-qalba ta' 0,90 W/kg u anqas huma s-sottotaqsima ta' fuq tat-tipi b'permeabilità għolja tal-prodott ikkonċernat. Tipi b'telf fil-qalba ogħla minn 0,90 W/kg sa u inkluż 1,05 W/kg mhumiex fis-saff ta' fuq nett imma xorta huma tipi tal-prodott ikkonċernat b'permeabilità għolja, li huma prinċipalment prodotti b'massimu tat-telf fil-qalba ta' 1,05 W/kg. Tinkludi wkoll xi kwalitajiet mill-aħjar tat-tipi konvenzjonali tal-prodott ikkonċernat. Tipi b'massimu tat-telf fil-qalba ogħla minn 1,05 W/kg huma prinċipalment it-tipi konvenzjonali tal-prodott ikkonċernat. It-telf fil-qalba għandu jitkejjel f'Watts għal kull kilogramm bi frekwenza ta' 50 Hz u induzzjoni manjetika ta' 1,7 Tesla.

(174)

Kellu jiġi stabbilit prezz li ma jagħmilx dannu jew PMI li ma jagħmilx dannu sabiex tiġi applikata din ir-regola. Għall-iskopijiet tal-kalkolu tal-prezz li ma jagħmilx dannu, tqiesu kemm il-marġnijiet tad-dumping misjuba kif ukoll l-ammonti ta' dazji meħtieġa biex jeliminaw id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kif stabbilit fir-Regolament provviżorju.

(175)

L-PMI huma ugwali għall-medja ponderata ta':

Fejn id-dazji huma bbażati fuq il-livell ta' eliminazzjoni ta' dannu: l-ispiża tal-produzzjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni u profitt (5 %) fir-rigward tal-produttur(i) esportatur(i) tal-Istati Uniti, il-Ġappun, ir-Russja u wieħed miċ-Ċina u;

Fejn id-dazji huma bbażati fuq il-marġini tad-dumping: il-valur normali, inkluż it-trasport (li jintlaħaq il-prezz tal-fruntiera CIF tal-Unjoni) fir-rigward tal-produttur esportatur Korean u wieħed miċ-Ċina.

(176)

Fuq il-bażi ta' din il-metodoloġija, il-PMI huma ffissati fil-livelli li ġejjin:

Pajjiżi kkonċernati

Firxa tal-prodotti

Prezzijiet minimi tal-importazzjoni

(EUR/tunnellata ta' piż nett tal-prodott)

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Ġappun, l-Istati Uniti tal-Amerika, il-Federazzjoni Russa, ir-Repubblika tal-Korea

Prodotti b'massimu tat-telf fil-qalba mhux ogħla minn 0,9W/kg

EUR 2 043

Prodotti b'massimu tat-telf fil-qalba għola minn 0,9W/kg imma mhux ogħla minn 1,05 W/kg

EUR 1 873

Prodotti b'massimu tat-telf fil-qalba ogħla minn 1,05 W/kg

EUR 1 536

(177)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-partijiet interessati għamlu l-kummenti li ġejjin.

(178)

L-ewwel, assoċjazzjoni tal-utenti allegat li l-proposta tal-PMI toħloq distorsjoni tas-suq, bid-diżakkoppjament tal-livelli tal-prezzijiet fl-Unjoni mill-prezzijiet dinjija. Din l-assoċjazzjoni tal-utenti qalet li l-Kummissjoni kienet qed tiffissa l-prezzijiet għat-tipi kollha ta' GOES f'livell ogħla b'mod sinifikanti mil-livelli medji tal-prezz li l-Kummissjoni kienet ikkalkulat għall-PI flimkien mal-livelli tad-dazji stabbiliti fir-Regolament provviżorju. Din l-assoċjazzjoni ma tara l-ebda ħtieġa leġittima għall-miżuri. L-assoċjazzjoni allegat ukoll li l-PMI kienu għoljin wisq, u għalhekk għandhom jiġu adattati billi jitnaqqsu fuq bażi annwali b'5 %.

(179)

It-tieni, il-produttur esportatur Korean kien sodisfatt ukoll bil-proposta ta' PMI li kienet meqjusa bħala aktar xierqa minn dazji ad valorem. Madankollu, dan il-produttur esportatur sostna li l-Kummissjoni għandha tirrevedi l-metodoloġija tagħha u timponi, għal kull produttur esportatur PMI li huma stabbiliti f'livell li ma jkunx ogħla minn dak meħtieġ biex jitneħħa d-dumping dannuż ikkawżat mill-produttur esportatur (Korean).

(180)

It-tielet, utent ieħor allega li l-PMI proposti huma għoljin wisq u f'kull każ ogħla mill-prezzijiet ta' importazzjoni matul il-perjodu tal-PI b'żieda mar-rati ta' dazju ad valorem stabbiliti fid-divulgazzjoni finali, mill-inqas għal żewġ pajjiżi (il-Korea u r-Russja) ikkonċernati. Barra minn hekk, dan l-utent allega li l-Kummissjoni ma għandhiex taċċetta l-ispejjeż kollha tal-produzzjoni bħala bażi biex jiġi kkalkolat il-livell li ma jikkawżax dannu iżda minflok taċċetta l-ispejjeż kollha li jistgħu jitħallsu minn produttur effettiv u kompetittiv GOES.

(181)

Ir-raba', utent ieħor ikkummenta li hu apprezza l-għażla tal-prezz minimu ta' importazzjoni minflok dazji ad valorem. Madankollu, huwa talab lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li tistabbilixxi livell jew tnejn tal-PMI. Fil-każ ta' żewġ livelli, is-separazzjoni għandha b'mod raġjonevoli tkun fil-punt ta' qtugħ approssimattiv bejn il-GOES konvenzjonali u t-tipi b'permeabilità għolja.

(182)

Il-ħames, l-Industrija tal-Unjoni appoġġjat sistema ta' PMI imsejsa fuq tliet kategoriji ta' prodotti. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni opponiet il-metodoloġija użata biex jiġu kkalkulati dawn l-PMI, peress li r-riżultat tal-metodu medju ponderat tal-Kummissjoni kien li l-PMI proposti jkunu taħt il-livell sħiħ tal-eliminazzjoni tad-dannu u bħala tali stabbiliti f'livell baxx wisq. Stqarret ukoll li l-PMI attwalment proposti bħalissa huma ferm taħt il-prezzijiet tas-suq attwali fl-UE u f'pajjiżi terzi. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-kalkoli tal-PMI tagħha u tibbażahom għal kollox fuq il-livelli tal-eliminazzjoni tad-dannu għall-produtturi esportaturi kollha biż-żieda ta' profitt raġonevoli (għal kull tip tal-prodott ikkonċernat li jaqa' fi ħdan il-prodott relevanti). Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni tenniet il-kumment tagħha li l-Kummissjoni għandha tuża mira ta' profitt ta' 14 % li kien il-qligħ mis-sena 2010.

(183)

Is-sitta, il-produttur esportatur Amerikan esprima dubji serji dwar l-utilità u l-adegwatezza tal-proposta tal-PMI tal-Kummissjoni fid-dawl tal-fatt li l-prezzijiet tas-suq tal-prodott rilevanti huma attwalment ħafna ogħla mill-PMI.

(184)

Is-seba', utent ieħor iddikjara li huwa pjuttost jappoġġja l-impożizzjoni ta' prezz minimu ta' importazzjoni (PMI) fuq l-ambitu kollu tal-prodott bħala soluzzjoni ta' kompromess sabiex jiġi akkomodati domandi konfliġġenti tal-GOES u l-industiji tat-trasformers. Dan l-utent qal li l-PMI huma għoljin wisq (b'mod partikolari għat-tieni u t-tielet kategorija, meta jsir tqabbil mal-prezzijiet tal-bejgħ tal-IP, li fuqhom ġew miżjuda d-dazji ad valorem) u jinħoloq periklu konkret għall-industrija tal-Unjoni tat-transformers li se jkollha tħallas id-dazji qabel l-industrija tal-Unjoni tkun kapaċi tipprovdi l-ħtiġijiet tagħha.

(185)

Tmienja, il-produttur esportatur Russu kien sodisfatt bil-proposta tal-Kummissjoni li tadotta dazju anti-dumping varjabbli fil-forma ta' PMI, minflok dazji ad valorem. Madankollu, dan il-produttur esportatur allega li l-metodoloġija attwalment proposta tal-kalkolu ta' tliet PMI differenti (ibbażata biss fuq firxiet differenti ta' telf massimu fil-qalba) mingħajr ma ssir distinzjoni la bejn il-produtturi esportaturi individwali u lanqas bejn il-pajjiżi differenti ta' oriġini, qed tikser l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, dan il-produttur esportatur allega li dan il-metodu ma jivvalutax dazji tal-anti-dumping f'“ammont xieraq”, u ddiskrimina kontra importazzjonijiet mir-Russja. Bl-istess mod, il-produttur esportatur Russu talab ukoll li l-Kummissjoni għandha toħloq ir-raba' kategorija tal-prodott għall-finijiet tal-kalkolu tal-prezz minimu tal-importazzjoni, li għandu jkun fih esklussivament tipi tal-prodott ikkonċernat inferjuri jew subgrade b'karatteristiċi fiżiċi komparabbli ma' dawk tat-tipi esportati' tat-“tieni” u “t-tielet għażla”. Il-produttur esportatur Russu allega li l-PMI — ibbażati esklussivament fuq telf massimu fil-qalba jħallu l-produttur Russu, u fl-aħħar mill-aħħar ir-Russja bħala l-uniku sors ta' provvisti tat-tipi esportati' tat-“tieni” u “t-tielet għażla”, f'pożizzjoni sostanzjalment differenti minn ta' xi pajjiżi esportaturi kkonċernati.

(186)

Il-Kummissjoni analizzat fid-dettall il-kummenti kollha li saru, ser tispjega aktar taħt il-metodoloġija użata fid-dawl ta' dawn il-kummenti, u waslet għall-konklużjonijiet li ġejjin.

(187)

Il-metodoloġija użata mill-Kummissjoni biex tikkalkula t-tliet PMI, kienet din li ġejja. Bħal fi kwalunkwe investigazzjoni ta' anti-dumping, il-Kummissjoni ġabret dejta għall-PI, li kienet ivverifikata, sabiex jiġu stabbiliti l-valuri normali għal kull tip ta' prodott u l-prezzijiet indikattivi mhux dannużi għall-industrija tal-Unjoni, anki hawn għal kull tip ta' prodott. Il-prezzijiet indikattivi għall-industrija tal-Unjoni kienu jikkonsistu fl-ispiża tal-produzzjoni li magħhom ġie miżjud profitt raġonevoli. Fuq il-bażi ta' din id-dejta, ġiet applikata l-metodoloġija kif stabbilita fil-premessi (169) u ta' wara. Għalhekk, ġie konkluż li l-irkupru tal-industrija tal-Unjoni kien modest wara l-PI. Barra minn hekk, ġiet ikkunsidrata r-regola tad-dazju inferjuri. Fejn id-dazji ad valorem kienu bbażati fuq il-marġini ta' dumping, il-valuri normali, li maghħom ġew miżjuda l-ispejjeż tat-trasport biex wieħed ikun jista' jasal għall-prezz tal-fruntiera CIF tal-Unjoni, ġew użati fil-kalkolu tal-PMI. Fejn id-dazji ad valorem kienu bbażati fuq il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu, intuża l-prezz indikattiv mhux dannuż għall-industrija tal-Unjoni. Il-PMI mbagħad kienu kkalkulati bħala l-medja ponderata tal-valuri normali u l-prezzijiet indikattivi li ma jkunux ta' dannu li ġew użati. Il-fattur tal-ponderazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-proporzjon tal-volum tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-kumpaniji fejn id-dazju ad valorem huwa bbażat fuq il-marġini ta' dumping u skont il-proporzjon tal-volum ta' importazzjonijiet minn kumpaniji fejn id-dazju ad valorem huwa bbażat fuq il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu. Kull PMI huwa medja ponderata tal-prezzijiet (valur normali u prezzijiet indikattivi) ta' tipi differenti ta' prodotti fi ħdan kull waħda mit-tliet kategoriji ta' prodotti.

(188)

It-tliet PIMs għat-tliet kategoriji differenti ta' prodotti japplikaw għall-produtturi esportaturi kollha u għall-pajjiżi kollha kkonċernati, jekk il-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni jkun l-istess jew ogħla mill-PMI (f'liema każ l-ebda dazju m'huwa pagabbli). Meta d-dazji jkunu pagabbli, i.e. meta l-prezzijiet tal-esportazzjoni jkunu taħt il-PMI, ir-rata ta' dazju applikabbli tkun inqas mid-differenza bejn il-PMI applikabbli u l-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju u r-rati ta' dazju ad valorem. Għaldaqstant, id-dazji individwali japplikaw għal kull produttur esportatur. L-ammont tat-taxxa fl-ebda każ m'għandu jkun ogħla minn rati ta' dazju ad valorem li huma speċifiċi għal kull produttur esportatur individwali ta' kull pajjiż ikkonċernat. Xenarju alternattiv, kif issuġġerit minn diversi partijiet interessati, kienet l-introduzzjoni ta' PMI differenti għal kull produttur esportatur. Madankollu, din se tfisser mill-inaqs 21 PMI differenti (jiġifieri tliet (3) PMI għal tliet kategoriji għal seba' produtturi esportaturi li kkooperaw), li jagħmel l-implimentazzjoni tal-miżuri diffiċli ħafna, jekk mhux ukoll imprattikabbli, għall-awtoritajiet doganali.

(189)

Il-PMI kienu sussegwentament paragunati mal-prezzijiet tal-bejgħ matul il-perjodu ta' wara l-PI fis-suq tal-Unjoni. Id-dejta dwar dawn il-prezzijiet inkisbet mill-utenti u mill-industrija tal-Unjoni matul l-investigazzjoni wara d-divulgazzjoni provviżorja, kif stipulat fil-premessi (5) u (6). Din l-investigazzjoni żvelat li b'mod ġenerali l-PMI proposti, b'mod partikolari dak tal-gradi għoljin, għat-tliet kategoriji differenti tal-prodotti huma taħt il-prezzijiet tal-bejgħ wara l-PI, f'liema każ m'għandu jitħallas l-ebda dazju. Kif spjegat fil-premessi (182) u (183), din il-konklużjoni tal-investigazzjoni kienet ikkorroborata mid-dikjarazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni, diversi utenti u l-produttur esportatur Amerikan.

(190)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni ċaħdet it-talbiet kollha fir-rigward tal-metodoloġija użata u l-livell tal-PMI.

(191)

Fir-rigward tal-allegazzjoni li l-Kummissjoni qed tiffissa l-prezzijiet, il-Kummissjoni tfakkar li hija stabbilixxiet tliet PIMs għal tliet kategoriji differenti ta' prodotti li jneħħu l-effetti ta' dumping dannuż u li jipprevjenu lill-utenti minn kwalunkwe effett negattiv ta' żidiet mhux dovuti fil-prezzijiet wara l-perjodu ta' investigazzjoni, kif stabbilit fil-premessa (169) ta' hawn fuq. Il-Kummissjoni m'għandhiex toħloq tagħwiġ fis-suq għall-prezzijiet tas-suq tal-Unjoni li huma ġeneralment ogħla mill-PMI proposti, kif spjegat fil-premessa (189). Barra minn hekk, il-PMI mhumiex prezzijiet minimi, għalhekk il-produtturi esportaturi, jekk ikunu jixtiequ jagħmlu dan, xorta jistgħu jbigħu bi prezzijiet aktar baxxi mill-PMI. Għalhekk, il-produtturi esportaturi u dawk tal-Unjoni xorta jistgħu jikkompetu ma' xulxin billi jiddifferenzjaw il-prezzijiet tagħhom minn xulxin, irrispettivament mill-PMI stabbiliti.

(192)

Fir-rigward tal-allegazzjoni li (wieħed jew) żewġ PMI kienu aktar xierqa mit-tliet PMI proposti, il-Kummissjoni nnutat id-differenza oġġettiva fil-prezz (madwar 170 euro għal kull tunnellata, ara l-premessa (176) għall-ewwel u t-tieni kategorija ta' prodotti, kollha komposti minn tipi b'permeabilità għolja tal-prodott ikkonċernat. Billi jkun hemm biss żewġ (2) PMIs b'punt ta' qtugħ bejn it-tipi konvenzjonali u dawk b'permeabilità għolja tal-prodott ikkonċernat, il-prezz tal-ewwel kategorija ta' prodott (jiġifieri, tipi ta' prodott b'telf massimu fil-qalba mhux ogħla minn 0,9 W/kg) bażikament jiġi kkombinat mal-prezz tat-tieni kategorija ta' prodotti, li prinċipalment tikkonsisti wkoll f'tipi ta' prodotti kkonċernati b'permeabilità għolja, għalkemm b'livell ogħla ta' telf fil-qalba. Kieku ġiet segwita metodoloġija bħal din, il-PMI tat-tipi ta' prodotti tal-aqwa kwalità b'permeabilità għolja jkunu proporzjonalment issottovalutati. Rigward l-allegazzjonijiet li l-ebda dazji individwali ma japplikaw għal kull produttur esportatur, qed issir referenza għal premessa (187) ta' hawn fuq, li tiddeskrivi l-metodoloġija li bihom dazji individwali japplikaw fil-każ li jkollu jitħallas dazju ad valorem.

(193)

Fir-rigward tal-allegazzjoni li l-Kummissjoni m'għandhiex taċċetta għal kollox l-ispejjeż tal-produzzjoni bħala bażi biex jiġi kkalkolat il-livell li ma jikkawżax dannu, imma pjuttost l-ispejjeż kollha sostnuti minn produttur effettiv u kompetittiv, huwa mfakkar li l-kalkolu kien ibbażat fuq dejta vverifikata. Barra minn hekk, peress li din it-talba ma kinitx sostanzjata u ma ġiet ipprovduta ebda metodoloġija alternattiva kif għandhom isiru tali aġġustament fl-ispejjeż ta' produzzjoni, il-Kummissjoni ċaħditha.

(194)

Is-suġġeriment li kull sena l-PMI jitnaqqsu b'5 % ma jkunx konformi mal-objettiv li t-tneħħija ta' dumping dannuż. Barra minn hekk, l-ebda evidenza ma ġiet mogħtija li tista' tiġġustifika tali tnaqqis ta' 5 % kull sena.

(195)

Rigward it-talba biex tinħoloq ir-raba' kategorija ta' prodott, li jkun fiha esklużivament tipi tal-prodott ikkonċernat off-grade jew inferjuri, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-ebda punt ta' riferiment ċar ma hu disponibbli biex tiġi applikata firda ulterjuri. Barra minn hekk, il-PMI huma bbażati fuq taħlita ta' tipi ta' prodotti, irrispettivament minn jekk dawn ikunux sħaħ jew miftuqa pereżempju, u wkoll irrispettivament minn jekk dawn kinux degradati jew le. It-tliet kategoriji differenti ta' prodotti huma bbażati fuq massimu tat-telf fil-qalba, li huwa kriterju oġġettiv u nondiskriminatorju.

(196)

Żewġ utenti talbu wkoll li jiġi limitat id-dewmien tal-miżuri għal perjodu iqsar minn ħames snin, u allegaw li xibka ta' protezzjoni ta' mhux aktar minn 2-3 snin mhijiex mehtieġa biex tipprovdi lill-industrija tal-GOES tal-UE b'inċentiv biżżejjed biex tinvesti fil-produzzjoni ta' GOES ta' grad għoli.

(197)

Madankollu, l-utenti ma ssostanzjawx id-dikjarazzjoni tagħhom li perjodu relattivament qasir ta' 2-3 snin ikun biżżejjed biex wieħed jinvesti u jikseb tal-anqas xi redditu fuq l-investiment. Kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, dazju definittiv anti-dumping għandu jiskadi ħames snin wara l-impożizzjoni tiegħu.

(198)

F'każ ta' bidla ta' ċirkostanzi tas-suq, ir-Regolament bażiku jipprovdi diversi għażliet. Jekk il-bidla tkun permanenti, l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku jipprovdi li jista' jintalab rieżami tal-ħtieġa għall-kontinwazzjoni ta' impożizzjoni ta' miżuri, sakemm ikun għadda perjodu raġonevoli ta' żmien ta' mill-inqas sena mill-impożizzjoni tal-miżura definittiva. Jekk il-bidla tkun temporanja, skont l-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku, il-miżuri jistgħu jiġu sospiżi meta l-kondizzjonijiet tas-suq ikunu nbidlu temporanjament sal-punt li jkun improbabbli li d-dannu jissokta bħala riżultat tas-sospensjoni. Il-Kummissjoni se tevalwa b'ħeffa l-merti ta' kull talba debitament motivata magħmula taħt waħda minn dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet, sabiex jinżamm livell bilanċjat ta' protezzjoni kontra dumping dannuż.

(199)

Fl-aħħar nett, it-talba tal-produttur esportatur Russu li l-PMI ma għandux jiġi esklużivament ibbażat fuq telf fil-qalba, ma ġietx aċċettata għar-raġuni li ġejja. Massimu tat-telf fil-qalba huwa kriterju oġġettiv li jiddistingwi bejn tipi differenti tal-prodott ikkonċernat, filwaqt illi d-distinzjoni bejn it-tipi tal-ewwel u t-tieni kwalità tal-prodott ikkonċernat hija pjuttost evalwazzjoni suġġettiva ħafna li tikkumplika kwalunkwe monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-miżuri. Barra minn hekk, il-PMI ma jiddistingwux bejn produtturi esportaturi individwali u pajjiżi kkonċernati, kif spjegat fid-dettall fil-premessa (187) hawn fuq.

(200)

Il-miżuri tad-dazju anti-dumping ta' kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta' din l-investigazzoni. Gћaldaqstant, dawn jirriflettu l-qagħda li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kumpaniji. Dawn il-miżuri huma applikabbli esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati u li huwa mmanifatturat mill-entitajiet legali msemmijin. L-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b'mod speċifiku fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma' dawk imsemmijin b'mod speċifiku, għandhom ikunu suġġetti għall-miżuri applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Ma għandhomx ikunu suġġetti għal xi miżura individwali tal-anti-dumping.

(201)

Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri anti-dumping individwali jekk tibdel l-isem tal-entità tagħha jew tistabbilixxi entità ta' produzzjoni jew ta' bejgħ ġdida. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (6). It-talba għandu jkollha l-informazzjoni relevanti kollha, inkluża l-modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u għall-esportazzjoni assoċjat ma', pereżempju, il-bidla fl-isem jew il-bidla fl-entitajiet ta' produzzjoni u bejgħ. Il-Kummissjoni se taġġorna l-lista ta' kumpaniji b'miżuri individwali tal-anti-dumping, jekk dan ikun iġġustifikat.

(202)

Sabiex jitnaqqsu r-riskji ta' ċirkumvenzjoni, qed jitqies li jinħtieġu miżuri speċjali f'dan il-każ sabiex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tal-miżuri anti-dumping. Dawn il-miżuri speċjali jinkludu dan li ġej: il-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta' fattura kummerċjali valida u ċertifikat validu tal-fabbrika, li għandu jikkonforma mar-rekwiżiti mniżżla fl-Artikoli ta' dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati b'tali fattura u ċertifikat tal-fabbrika għandhom ikunu soġġetti għal rata ta' dazju ad valorem applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha mingħajr referenza għall-prezzijiet minimi ta' importazzjoni.

(203)

Jekk issir bidla fil-mudell tal-kummerċ dovuta għall-impożizzjoni ta' miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, jista' jingħata bidu għal investigazzjoni ta' kontra l-elużjoni u, sakemm jintlaħqu l-kundizzjonijiet, jistgħu jiġu imposti dazji ad valorem.

(204)

Barra minn hekk, sabiex ikun hemm l-aħjar salvagwardja kontra kull assorbiment possibbli tal-miżuri, partikolarment bejn kumpanniji relatati, il-Kummissjoni immedjatament tibda rieżami taħt l-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku u tista' tissottoponi l-importazzjonjiet għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, jekk issib xi evidenza ta' komportament simili.

3.   Ebda ġbir ta' dazji provviżorji

(205)

M'għandhomx jinġabru d-dazji provviżorji fil-forma ta' dazji ad valorem li jvarjaw bejn 21,6 % u 35,9 % għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li applikaw matul il-perjodu mit-13 ta' Mejju 2015 sat-13 ta' Novembru 2015. Il-Kummissjoni kkunsidrat li, fiċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, il-ġbir tad-dazji provviżorji, li ħadu forma differenti mid-dazji definittivi, ma jkunx konformi mal-interess tal-Unjoni, minħabba li l-prezzijiet matul dan il-perjodu kienu ġeneralment ogħla mill-PMIS stabbiliti.

(206)

Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tiġi rrakkomandata l-impożizzjoni ta' dazji anti-dumping definittivi. Huma ngħataw ukoll perjodu ta' żmien li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara dan id-divulgazzjoni. Il-kummenti li tressqu mill-partijiet l-oħra tqiesu kif xieraq iżda ma kinux tali li wasslu biex biddlu l-konklużjonijiet.

H.   IMPENJI

(207)

Il-produttur esportatur Russu u dak Korean offrew impenji fuq il-prezz skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku. Il-produttur esportatur Korean sussegwentement irtira l-offerta ta' impenn tiegħu.

(208)

Il-produtturi esportatur Russu jesporta żewġ tipi ta' GOES (tipi “primi” u “mhux primi”, tal-aħħar ikollu pereżempju difetti superfiċjali) kollha li jaqgħu fi ħdan il-firxa ta' prodotti (prodotti b'massimu tat-telf fil-qalba ogħla minn 1,05 W/kg). Fi ħdan din il-kategorija ta' prodott, huwa talab żewġ PMI b'żieda ma' dawk stabbiliti għal dan id-dazju, biex issir distinzjoni bejn iż-żewġ tipi tal-prodott ikkonċernat li huwa qed jesporta lejn l-Unjoni. Il-produttur esportatur Russu għandu għadd ta' kumpaniji relatati fl-Unjoni, għalkemm s'issa biegħ il-prodott ikkonċernat esklussivament permezz tal-kummerċjant relatat tiegħu fl-Iżvizzera.

(209)

Il-Kummissjoni vvalutat din l-offerta, fl-isfond tal-forma tal-miżuri, jiġifieri l-PMI li ġew stabbiliti għal tliet kategoriji ta' tipi ta' prodotti, applikabbli għall-produtturi esportaturi kollha mill-pajjiżi kollha kkonċernati, kif stabbilit hawn fuq fil-premessi (175) u (176). L-offerta impenjata tvarja sostanzjalment minn dan l-approċċ u se tirrikjedi miżura speċifika għall-kumpanija.

(210)

Id-distinzjoni bejn prodotti primi u mhux primi tidher li hi suġġettiva ferm għall-iskop ta' miżuri ta' implimentazzjoni peress li qed jiġi propost li ssir distinzjoni bejn iż-żewġ tipi ta' prodotti b'referenza għal standard Russu. Il-Kummissjoni kkunsidrat li din tagħmel l-impenn imprattikabbli, iktar u iktar peress li dan l-istandard ikun addizzjonali għad-distinzjoni bejn it-tipi ta' prodotti bbażati fuq it-telf fil-qalba.

(211)

Barra minn hekk, l-għadd kbir ta' tipi ta' prodotti (il-firxa ta' prodotti kollha tal-prodott ikkonċernat) li qed jinbiegħ fl-Unjoni kif ukoll l-istruttura tal-kumpanija tagħmel l-offerta diffiċli biex tiġi sorveljata mis-servizzi tal-Kummissjoni, b'mod partikolari fl-isfond tal-forma tal-miżuri, jiġifieri l-PMI ġenerali li ġew stabbiliti għat-tliet kategoriji ta' tipi ta' prodott minflok dazji ad valorem li huma aktar komuni. Fl-aħħar nett, f'dan il-każ partikolari, l-interess ġenerali tal-Unjoni u l-impatt fuq l-utenti diġà ġew ikkunsidrati mill-PMI b'mod ġenerali kif stabbilit fid-dettall fil-premessi (149) u (169). Għalhekk dan jikkostitwixxi raġuni oħra għaċ-ċaħda tal-impenn tal-prezz offrut.

(212)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, u, għal raġunijiet ta' politika ġenerali, il-Kummissjoni ċaħdet l-offerta ta' impenn tal-produttur esportatur Russu.

(213)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(1)   Dazju definittiv anti-dumping huwa imponut fuq l-importazzjonijiet ta' prodotti bi grani orjentati rrumblati ċatti ta' azzar manjetiku tas-silikon, li għandhom ħxuna ta' iżjed minn 0,16 mm, li attwalment jaqgħu fil-kodiċi NM ex 7225 11 00 (Kodiċi TARIC 7225110011, 7225110015 u7225110019) u ex 7226 11 00 (Kodiċi TARIC 7226110012, 7226110014, 7226110016, 7226110092, 7226110094 u 7226110096) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Federazzjoni Russa u l-Istati Uniti tal-Amerka.

(2)   L-ammont ta' dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prodott deskritt f'paragrafu 1 u manifatturat mill-entitajiet imsemmija legalment kif stipulat fil-paragrafu 4 għandu jkun id-differenza bejn il-prezzijiet minimi ta' importazzjoni ffissati fil-paragrafu 3 u l-prezz nett fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, jekk dan tal-aħħar huwa aktar baxx minn dak ta' qabel. M'għandu jinġabar ebda dazju fejn il-prezz nett fil-fruntiera tal-Unjoni huwa ugwali jew ogħla mill-prezz minimu tal-importazzjoni korrispondenti ffissat fil-paragrafu 3. L-ammont tat-taxxa fl-ebda każ m'għandu jkun ogħla minn rati ta' dazju ad valorem stabbiliti fil-paragrafu 4.

(3)   Għall-iskopijiet tal-paragrafu 2, għandu japplika l-prezz minimu tal-importazzjoni stabbilit fit-tabella hawn taħt. Fejn jinstab, wara verifika li sseħħ wara l-importazzjoni, li l-prezz nett fil-fruntiera tal-Unjoni, attwalment imħallas mill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità (prezz ta' wara l-importazzjoni) huwa anqas mill-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, kif irriżulta mid-dikjarazzjoni doganali u l-prezz ta' wara l-importazzjoni huwa anqas mill-prezz minimu ta' l-importazzjoni, għandu japplika ammont ta' dazju ekwivalenti għad-differenza bejn il-prezz minimu tal-importazzjoni stabbilit fit-tabella ta' hawn taħt u l-prezz ta' wara l-importazzjoni, sakemm l-applikazzjoni tad-dazju ad valorem stabbilita fil-paragrafu 4 flimkien mal-prezz ta' wara l-importazzjoni ma twassalx għal ammont (il-prezz attwalment imħallas flimkien mad-dazju ad valorem) li jibqa' anqas mill-prezz minimu tal-importazzjoni stabbilit fit-tabella hawn isfel.

Pajjiżi kkonċernati

Firxa tal-prodotti

Prezzijiet minimi tal-importazzjoni

(EUR/tunnellata ta' piż nett tal-prodott)

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Ġappun, l-Istati Uniti tal-Amerika, il-Federazzjoni Russa, ir-Repubblika tal-Korea

Prodotti b'massimu tat-telf fil-qalba mhux ogħla minn 0,9W/kg

EUR 2 043

Prodotti b'massimu tat-telf fil-qalba għola minn 0,9W/kg imma mhux ogħla minn 1,05 W/kg

EUR 1 873

Prodotti b'massimu tat-telf fil-qalba ogħla minn 1,05 W/kg

EUR 1 536

(4)   Għall-iskopijiet tal-paragrafu 2, għandhom japplikaw ir-rati tad-dazju ad valorem stabbiliti fit-tabella hawn taħt.

Kumpanija

Dazju Ad valorem

Kodiċi addizzjonali TARIC

Baoshan Iron & Steel Co., Ltd., Shanghai, PRC

21,5 %

C039

Wuhan Iron & Steel Co., Ltd., Wuhan, PRC

36,6 %

C056

JFE Steel Corporation, Tokyo, il-Ġappun

39,0 %

C040

Nippon Steel & Sumitomo Metal Corporation, Tokyo, il-Ġappun

35,9 %

C041

POSCO, Seoul, ir-Repubblika tal-Korea

22,5 %

C042

OJSC Novolipetsk Steel, Lipetsk;VIZ Steel, Ekaterinburg, il-Federazzjoni Ruusa

21,6 %

C043

AK Steel Corporation, Ohio, Stati Uniti tal-Amerika

22,0 %

C044

(5)   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-paragrafu 4 għandu jkun id-dazju ad valorem kif stabbilit fit-tabella hawn taħt.

Il-kumpanija

Dazju Ad valorem

Kodiċi addizzjonali TARIC

Il-kumpaniji Ċiniżi l-oħra kollha

36,6 %

C999

Il-kumpaniji Ġappuniżi l-oħra kollha

39,0 %

C999

Il-kumpaniji Koreani l-oħra kollha

22,5 %

C999

Il-kumpaniji Russi l-oħra kollha

21,6 %

C999

Il-kumpaniji Amerikani l-oħra kollha

22,0 %

C999

(6)   L-applikazzjoni tal-miżuri għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 4 għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta' fattura kummerċjali valida u ċertifikat tal-fabbrika,li għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I u II. Jekk la jiġi ppreżentat iċ-ċertifikat tal-fabbrika u lanqas il-fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha. Dan iċ-ċertifikat tal-fabbrika għandu jelenka t-telf massimu fil-qalba għal kull koljatura f'Watts kull kilogramm bi frekwenza ta' 50 Hz u induzzjoni manjetika ta' 1,7 Tesla.

(7)   Għal produtturi msemmija individwalment u fil-każijiet fejn l-oġġetti jkun sarilhom xi dannu qabel ma jkunu tqiegħdu fis-suq u, għalhekk, il-prezz imħallas realment jew li jkun irid jitħallas huwa allokat għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1), il-prezz minimu ta' importazzjoni stipulat hawn fuq, għandu jitnaqqas b'perċentwali li jikkorrispondi mal-allokazzjoni tal-prezz imħallas realment jew li jkun irid jitħallas. Id-dazju pagabbli mbagħad għandu jkun id-differenza bejn il-prezz minimu mnaqqas ta' importazzjoni u l-prezz nett imnaqqas, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel l-approvazzjoni doganali.

(8)   Għall-kumpaniji l-oħra kolla u f'każijiet fejn l-oġġetti ġarrbu dannu qabel ma daħlu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa u, għalhekk, il-prezz li tħallas attwalment jew li għandu jitħallas huwa allokat għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 145 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, l-ammont tad-dazju anti-dumping, maħdum abbażi tal-paragrafu 2 hawn fuq, irid jitnaqqas b'perċentwali li jikkorrispondi mal-allokazzjoni tal-prezz imħallas attwalment jew li għandu jitħallas.

(9)   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

L-ammonti miġbura permezz tad-dazju anti-dumping provviżorju skont ir-Regolament (UE) Nru 763/2015 għandhom jiġu rilaxxati.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ottubru 2015

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/763 tat-12 ta' Mejju 2015 li jimponi dazju provviżorju tal-anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti bi grani orjentati irrumblati ċatti ta' azzar manjetiku tas-silikon (“GOES”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Federazzjoni Russa (“ir-Russja”) u l-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 120, 13.5.2015, p. 10).

(3)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' Ottubru 2011 fil-każ Nru. T-192/08. Transnational Company “Kazchrome” AO, paragrafu 221.

(4)  ĠU L 160, 19.6.2007, p. 32, premessa (20)

(5)  ĠU L 160, 19.6.2007, p. 31, premessa (15).

(6)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, 1049 Bruxelles/Brussel, Belgique/België.


ANNESS I

Trid tidher dikjarazzjoni ffirmata fil-format li ġej minn uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali, fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(6):

L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali,

Id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li (l-volum) u t-(telf fil-qalba) tal-azzar manjetiku bi grani orjentati mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi (il-pajjiż ikkonċernat). Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f'din il-fattura huwa sħiħ u korrett.”

Data u firma


ANNESS II

Trid tidher dikjarazzjoni ffirmata mill-uffiċjal tal-entità li toħroġ iċ-ċertifikat tal-fabbrika, fil-format li ġej, fuq iċ-ċertifikat tal-fabbrika valida msemmija fl-Artikolu 1(6):

L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali,

Id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-azzar manjetiku bi grani orjentati mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert miċ-ċertifikat tal-fabbrika, li juri l-kejl tat-telf massimu fil-qalba f'Watts kull kilogramm bi frekwenza ta' 50 Hz u induzzjoni manjetika ta' 1,7 Tesla, u d-daqs f'mm, kien immanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi (pajjiż ikkonċernat). Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f'dan iċ-ċertifikat tal-fabbrika hi kompluta u korretta.”

Data u firma


30.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/140


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1954

tad-29 ta' Ottubru 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

48,7

MA

91,4

MK

57,3

TR

96,8

ZZ

73,6

0707 00 05

AL

52,3

TR

103,7

ZZ

78,0

0709 93 10

MA

98,1

TR

144,0

ZZ

121,1

0805 50 10

AR

130,2

TR

107,6

UY

83,2

ZA

133,8

ZZ

113,7

0806 10 10

BR

277,9

EG

218,0

LB

234,5

MK

68,5

PE

75,0

TR

176,6

ZZ

175,1

0808 10 80

AL

23,1

AR

137,9

CL

93,3

NZ

159,6

ZA

123,1

ZZ

107,4

0808 30 90

TR

136,2

ZZ

136,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DIRETTIVI

30.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/142


DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1955

tad-29 ta' Ottubru 2015

li temenda l-Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21b tagħha,

Billi:

(1)

Dawn l-aħħar snin numru dejjem jiżdied ta' varjetajiet ibridi tax-xgħir prodott permezz tat-teknika ta' sterilità ċitoplażmika maskili ġew elenkati fil-Katalogu Komuni ta' Varjetajiet ta' Speċi ta' Pjanti Agrikoli skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/53/KE (2).

(2)

L-isterilità ċitoplażmika maskili (Cytoplasmic male sterility — CMS) ġiet aċċettata mad-dinja kollha bħala teknika ta' tgħammir għall-produzzjoni ta' varjetajiet ibridi ta' xgħir. Din tinkludi sistema ġenetika li tokkorri b'mod naturali ta' fiċ-ċitoplażma tal-pjanti. Is-sistema ġenetika tista' tiġi introdotta fil-pjanti permezz tal-inkroċjar. Abbażi ta' dik it-teknika, id-diversità ġenetika ta' żewġ linji ta' ġenituri jew aktar jistgħu jiġu kkombinati. Għalhekk il-prestazzjoni ta' dawk il-varjetajiet, f'oqsma bħalma huma r-reżistenza għall-mard u r-rendiment, jistgħu jittejbu. Fid-dawl ta' dak l-iżvilupp tekniku huwa xieraq li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi ta' varjetajiet ibridi ta' xgħir.

(3)

Jekk jiġi kkunsidrat ix-xebh tekniku mal-produzzjoni ta' żrieragħ tal-ibridi tas-segala u l-ħtiġijiet tal-utenti taż-żerriegħa tal-ibridi ta' xgħir, huwa xieraq li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet għal dik iż-żerriegħa simili għall-kundizzjonijiet li japplikaw għal żrieragħ tal-ibridi tas-segala.

(4)

L-esperjenza wriet li s-sistema ta' produzzjoni b'taħlita speċifika ta' fil-qasam, flimkien mar-riskji marbutin mat-temp matul il-perjodu meta joħroġu l-fjuri, jeħtiġilha tnaqqis fl-istandard ta' purità varjetali għal 85 %, fil-każ li tiġi applikata t-teknika tas-CMS, biex tkun tista' ssir produzzjoni stabbli taż-żerriegħa f'kundizzjonijiet anqas favorevoli tat-temp. Għaldaqstant huwa xieraq li jkun permess livell aktar baxx ta' purità varjetali minn dak meħtieġ għal ibridi oħra.

(5)

L-Annessi I u II tad-Direttiva 66/402/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 66/402/KEE

L-Annessi I u II tad-Direttiva 66/402/KEE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2016. Għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Lulju 2016.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Id-destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE dwar il-varjetajiet komuni ta' katalgi ta' speċi ta' pjanti agrikoli (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1).


ANNESS

L-Annessi I u II tad-Direttiva 66/402/KEE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

L-ewwel sentenza tal-punt 5 tinbidel b'dan li ġej: “Uċuħ tar-raba' biex jipproduċu ż-żerriegħa ċċertifikata ta' ibridi ta' Avena nuda, Avena sativa, Avena strigosa, Oryza sativa, Triticum aestivum, Triticum durum, Triticum spelta u xTriticosecale li ddakkar lilha nfisha u uċuħ tar-raba' biex jipproduċu ż-żerriegħa ċċertifikata ta' ibridi ta' Hordeum vulgare permezz ta' teknika li mhix l-Isterilità Maskili Ċitoplażmika (Cytoplasmic Male Sterility — CMS)”.

(b)

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 5:

“5a.

Uċuħ tar-raba' biex jipproduċu żerriegħa bażika u żerrieġħa ċċertifikata ta' ibridi ta' Hordeum vulgare permezz tat-teknika CMS:

(a)

Il-wiċċ tar-raba' għandu jikkonforma mal-istandards li ġejjin rigward id-distanzi mis-sorsi ta' trab tad-dakra fil-qrib li jista' jirriżulta f'dakkir barrani mhux mixtieq:

Wiċċ tar-raba'

Distanza minima

Għall-produzzjoni ta' żerriegħa bażika

100 m

Għall-produzzjoni ta' żerriegħa ċċertifikata

50 m

(b)

Il-wiċċ tar-raba' għandu jkollu biżżejjed identità u purità varjetali fir-rigward tal-karatteristiċi tal-komponenti.

B'mod partikolari, il-prodott għandu jikkonforma mal-istandards li ġejjin:

(i)

Il-perċentwal tal-għadd ta' pjanti li mhumiex veraċi għat-tip b'mod ovvju ma għandux jaqbeż:

għall-uċuħ tar-raba' użati għall-produzzjoni ta' żerriegħa bażika, 0,1 % għal-linja taż-żamma u tar-radd lura, u 0,2 % għas-CMS tal-komponent femminili,

għall-uċuħ tar-raba' użati għall-produzzjoni ta' żerriegħa bażika, 0,3 % għall-manutenzjoni u s-CMS tal-komponent femminili, u 0,5 % f'każ li s-CMS tal-komponent femminili huwa ibridu waħdieni.

(ii)

Il-livell ta' sterilità maskili tal-komponenti femminili għandu jkun mill-inqas:

99,7 % għal uċuħ tar-raba' użati għall-produzzjoni ta' żerriegħa bażika,

99,5 % għal uċuħ tar-raba' użati għall-produzzjoni ta' żerriegħa ċċertifikata,

(iii)

Ir-rekwiżiti tal-punti (i) u (ii) għandhom jiġu eżaminati b'test uffiċjali ta' wara l-kontroll.

(c)

Iż-żerriegħa ċċertifikata tista' tiġi prodotta f'kultivazzjoni mħallta ta' komponent femminili b'maskil sterili ma' komponent maskil li jreġġa' lura l-fertilità.”

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 1.C jinbidel b'dan li ġej:

“C.   L-ibridi ta' Avena nuda, Avena sativa, Avena strigosa, Hordeum vulgare, Oryza sativa, Triticum aestivum, Triticum durum, Triticum spelta, u xTriticosecale li ddakkar lilha nfisha.

Il-purità varjetali minima taż-żerriegħa tal-kategorija taż-żerriegħa ċċertifikata għandha tkun 90 %.

Fil-każ ta' Hordeum vulgare prodott permezz ta' CMS, din għandha tkun 85 %. Impuritajiet oħra li ma jroddux lura m'għandhomx jaqbżu t-2 %.

Il-purità varjetali minima għandha tiġi eżaminata waqt testijiet uffiċjali ta' kontroll fuq il-post bi proporzjon xieraq ta' kampjuni.”

(b)

It-titolu tal-punt 1.E tal-Anness II jinbidel b'dan li ġej:

“E.   

Ibridi ta' Secale cereale u ibridi CMS ta' Hordeum vulgare ”.


DEĊIŻJONIJIET

30.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/146


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1956

tas-26 ta' Ottubru 2015

li tistabbilixxi d-data tal-effettività tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta' Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta' Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(2) tagħha,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI tipprevedi li hija għandha ssir effettiva minn data li għandha tiġi determinata mill-Kunsill ladarba l-Kummissjoni tkun infurmat lill-Kunsill li r-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ikun daħal fis-seħħ u ikun interament applikabbli.

(2)

Permezz ta' ittra tat-2 ta' Lulju 2013, il-Kummissjoni infurmat lill-Kunsill li r-Regolament (KE) Nru 767/2008 kien daħal fis-seħħ u kien interament applikabbli mis-27 ta' Settembru 2011.

(3)

Il-kondizzjonijiet biex jingħata bidu għall-eżerċizzju mill-Kunsill tas-setgħat ta' implimentazzjoni tiegħu skont id-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI ġew issodisfati u għalhekk għandha tiġi adottata deċiżjoni ta' implimentazzjoni li tistabbilixxi d-data ta' effettività tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI.

(4)

Din id-Deċiżjoni tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/392/UE (3), li ġiet annullata b'sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti”) (4). F'dik is-sentenza, il-Qorti żammet l-effetti tad-Deċiżjoni 2013/392/UE sad-dħul fis-seħħ ta' att ġdid maħsub sabiex jissostitwixxiha. Għaldaqstant, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, id-Deċiżjoni 2013/392/UE tieqaf tipproduċi effetti.

(5)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tad-drittijiet ta' aċċess għall-konsultazzjoni tal-VIS minn awtoritajiet maħtura ta' Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra, id-data li minnha saret effettiva d-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI għandha tinżamm kif stabbilit fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2013/392/UE.

(6)

Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (5), li jaqgħu fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1, punt H tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (6).

(7)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis  (7) ta' Schengen li jaqgħu fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1, punt H tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (8).

(8)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (9) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt H tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (10).

(9)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Minħabba li din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta' Schengen, id-Danimarka għandha, f'konformità mal-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur minn meta l-Kunsill ikun iddeċieda dwar din id-Deċiżjoni, jekk hijiex ser timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha.

(10)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (11). Għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(11)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp ta' dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fihom skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (12). Għalhekk l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(12)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex taffettwa l-pożizzjoni tal-Istati Membri li fir-rigward tagħhom għadu ma daħalx fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 767/2008. B'mod partikolari, hija ma għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tal-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI fir-rigward ta' dawk l-Istati Membri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI għandha ssir effettiva mill-1 ta' Settembru 2013, kif stabbilit fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2013/392/UE.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2013/392/UE tieqaf tipproduċi effetti mill-31 ta' Ottubru 2015, mingħajr preġudizzju għad-data tal-effettività tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI, kif stabbilit fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2013/392/UE.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

C. DIESCHBOURG


(1)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 129.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perijodu qasir (Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/392/UE tat-22 ta' Lulju 2013 li tistabbilixxi d-data tal-effettività tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta' Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra (ĠU L 198, 23.7.2013, p. 45).

(4)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' April 2015. il-Parlament vs il-Kunsill, C-540/13, ECLI:EU:C:2015:224.

(5)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(7)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-Acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(9)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).


30.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/149


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1957

tad-29 ta' Ottubru 2015

li temenda id-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK (1).

(2)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK, il-miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja għandhom jiġu estiżi sad-29 ta' Frar 2016.

(3)

L-informazzjoni relatata ma' ċerti persuni u entitajiet fuq il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif stipulat fl-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK għandha tiġi aġġornata.

(4)

Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Ottubru 2015 fil-Kawża T-276/12, Y. Chyzh u oħrajn v. il-Kunsill  (2) ma għadx hemm raġunijiet sabiex erba' entitajiet jinżammu fuq il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif stipulat fl-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

(5)

Barra minn hekk, il-Kunsill iqis li l-miżuri restrittivi imposti fuq ċerti persuni u entitajiet indikati skont id-Deċiżjoni 2012/642/PESK għandhom jiġu sospiżi sad-29 ta' Frar 2016.

(6)

Id-Deċiżjoni 2012/642/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 8 huwa sostiwit b'dan li ġej:

“Artikolu 8

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sad-29 ta' Frar 2016.

2.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 4, dment li japplikaw għal persuni jew entitajiet elenkati fl-Anness II, għandhom jiġu sospiżi sad-29 ta' Frar 2016.

3.   Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti u għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.”;

(2)

l-Anness huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni u t-terminu “Anness” għandu jiġi sostitwit b'“Anness I” kullimkien fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK, ħlief għall-Artikolu 6(1), li t-terminu “l-Anness” li jinsab fih għandu jiġi sostitwit bit-terminu “Annessi I u II”;

(3)

It-test tal-Anness II għal din id-Deċiżjoni għandu jiżdied bħala l-Anness II għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1).

(2)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-6 ta' Ottubru 2015. Yury Aleksandrovich Chyzh v. il-Kunsill, T-276/12, ECLI:EU:T:2015:748 (Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġabra tal-Każijiet).


ANNESS I

I.

L-entitajiet li ġejjin għandhom jitħassru mil-lista li tinsab fil-Parti B (Entitajiet) tal-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK:

8.

LLC Triple Metal Trade

10.

JV LLC Triple-Techno

18.

MSSFC Logoysk

19.

Triple-Agro ACC

II.

L-entrati għall-persuni li ġejjin li jinsabu fil-Parti A tal-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

Ismijiet

Traskrizzjoni ta' ortografija Bjelorussa

Traskrizzjoni ta' ortografija Russa

Ismijiet

(ortografija Bjelorussa)

Ismijiet

(ortografija Russa)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

4.

Alinikau Siarhei Aliaksandravich (Alinikau Siarhey Alyaksandravich) Aleinikov Sergei Aleksandrovich

АЛИНИКАЎ, Сяргей Аляксандравич

АЛEЙНИКOВ, Сергей Aлександрович

Indirizz:

Исправительное учреждение “Исправительная колония № 17” управления Департамента исполнения наказаний МВД Республики Беларусь по Могилевской области, г. Шклов, Могилевская область

Maġġur, kap tal-unità operattiva tal-kolonja penali IK-17 fi Shklov. Tefa' pressjoni fuq priġunieri politiċi billi ċaħħadhom mid-dritt tagħhom ta' korrispondenza u laqgħat, ħareġ ordnijiet biex jiġu soġġetti għal reġim kriminali aktar strett, tiftix u heddidhom sabiex jikseb konfessjonijiet. Huwa kien direttament responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' priġunieri politiċi u attivisti tal-oppożizzjoni fl-2011-2012 bl-użu ta' forza eċċessiva kontrihom. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

7.

Ananich, Liliia Stanislavauna

(Ananich, Lilia Stanislavauna; Ananich, Liliya Stanislavauna)

Ananich, Liliia Stanislavovna

(Ananich, Lilia Stanislavovna; Ananich, Liliya Stanislavovna)

АНАНIЧ, Лiлiя Станiславаўна

АНАНИЧ, Лилия Станиславовна

Data tat-twelid: 1960

Post tat-twelid: Leonovo, district of Borisov, region of Minsk

ID: 4020160A013PB7

Indirizz:

220004, г. Минск, пр. Победителей, 11 Министерствo информации Belarus

Ministru tal-Informazzjoni mit-30.6.2014 'il hawn, kienet l-Ewwel Viċi Ministru tal-Informazzjoni. Sa mill-2003 kellha rwol prinċipali fil-promozzjoni tal-propaganda tal-istat, li tipprovoka, tappoġġa u tiġġustifika r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili, u billi trażżan il-libertà tal-mezzi tal-informazzjoni. L-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili jitpinġew sistematikament b'mod negattiv u derogatorju, bl-użu ta' informazzjoni falsifikata.

10.

Atabekau, Khazalbek Bakhtibekavich

Atabekov, Khazalbek Bakhtibekovich

АТАБЕКАЎ, Хазалбек Бактiбекавiч

АТАБЕКОВ, Хазалбек Баxтибекович (АТАБЕКОВ, Кхазалбек Баxтибекович)

Indirizz:

Главное Управление Командующего Внутренними Войсками

220028 г. Минск, ул.Маяковского, 97

Kurunell, Viċi Kap tad-Dipartiment tat-taħriġ fil-ġlied tat-truppi tal-Ministeru tal-Intern, eks kmandant ta' brigata speċjali ta' Truppi Interni fis-subborg ta' Uruchie, f'Minsk. Huwa kkmanda l-unità tiegħu matul it-trażżin tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010 fejn sar użu eċċessiv ta' qawwa. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

11.

Badak Ala Mikalaeuna

Bodak Alla Nikolaevna

БАДАК, Ала Мiкалаеўна

БОДАК, Алла Николаевна

Data tat-twelid: 30.8.1967

Numru tal-passaport: SP0013023

Indirizz:

220004, г.Минск, ул. Коллекторная, 10 Министерство юстиции

(10 Kollektornaya str.)

Belarus

Viċi Ministru tal-Ġustizzja, inkarigata mis-superviżjoni u l-kontroll tal-Avukatura, li qabel kienet inkarigata mill-appoġġ legali għall-istituzzjonijiet li jabbozzaw atti leġislattivi u regolatorji.

Hija kienet responsabbli għar-rwol u l-azzjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-ġudikatura tal-Bjelorussja, li huma strumenti ewlenin tar-repressjoni tal-popolazzjoni, billi elaborat liġijiet li huma repressivi fir-rigward tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

12.

Bakhmatau, Ihar Andreevich

Bakhmatov, Igor Andreevich

БАХМАТАЎ, Irap Андрэевiч

БАХМАТОВ, Игорь Андреевич

 

Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala eks Viċi Kap tal-KGB, inkarigat mill-persunal u l-organizzazzjoni tad-dmirijiet tagħhom, kien resposnsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Ġie riassenjat mal-forzi tar-riżerva f'Mejju 2012.

16.

Barouski Aliaksandr Genadzevich

Borovski Aleksandr Gennadievich

БАРОЎСКI, Аляксандр Генадзевiч

БОРОВСКИЙ, Александр Геннадиевич

Indirizz:

Прокуратура Октябрьского района 220039 г.Минск, ул.Авакяна, 32

Viċi Prosekutur tad-Distrett ta' Oktiabrski (Kastrichnitski) ta' Minsk. Huwa ttratta l-kawża ta' Pavel Vinogradov, Dmitri Drozd, Ales Kirkevich u Vladimir Homichenko. L-akkuża ppreżentata minnu kellha motivazzjoni politika ċara u imminenti u kienet ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija kienet ibbażata fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-avvenimenti tad-19 ta' Diċembru 2010, mhux sostnuta b'evidenza, provi jew testimonjanzi tax-xhieda.

17.

Barsukou, Aliaksandr Piatrovich

Barsukov, Aleksandr Petrovich

БАРСУКОЎ, Аляксандр Пятровiч

БАРСУКОВ, Александр Петрович

Data tat-twelid: 29.4.1965

Indirizz:

Беларусь, 220007 г. Минск, переулок Добромысленский, 5

ГУВД Минского Горисполкома

Ġeneral, Kap tal-pulizija ta' Minsk. Sa mill-ħatra tiegħu bħala Kap tal-pulizija ta' Minsk fil-21 ta' Ottubru 2011, kien responsabbli, bħala kmandant, għar-repressjoni ta' madwar tużżana dimostranti paċifiċi f'Minsk, li aktar tard ġew ikkundannati għal ksur ta' liġi f'avvenimenti tal-massa. Għal diversi snin huwa kkmanda l-azzjoni tal-pulizija kontra d-dimostrazzjonijiet fit-toroq tal-oppożizzjoni.

22.

Bileichyk, Aliaksandr Uladzimiravich Bileichik, Aleksandr Vladimirovich (Bileychik, Aleksandr Vladimirovich)

БIЛЕЙЧЫК, Аляксандр Уладзiмiравiч

БИЛЕЙЧИК, Александр Владимирович

Data tat-twelid: 1964

Kien l-ewwel Viċi Ministru tal-Ġustizzja (sa Diċembru 2014), inkarigat mis-servizzi ġudizzjarji, l-istatus ċivili u s-servizzi notarili. Il-funzjonijiet tiegħu jinkludu s-superviżjoni u l-kontroll tal-Avukatura. Kellu rwol prinċipali fit-tneħħija mill-professjoni kważi sistematika tal-avukati li ddefendew priġunieri politiċi.

25.

Bulash, Ala Biukbalauna

Bulash, Alla Biukbalovna

БУЛАШ, Ала Бюкбалаўнa

БУЛАШ, Алла Бюкбаловнa

 

Eks Viċi President tal-Qorti Distrettwali ta' Kastrichnitski ta' Minsk responsabbli għall-materji kriminali u eks imħallef tal-Qorti Distrettwali ta' Oktiabrski (Kastrichnitski) ta' Minsk. Hija trattat il-kawża ta' Pavel Vinogradov, Dmitri Drozd, Ales Kirkevich, Andrei Protasenia u Vladimir Homichenko. Il-mod kif mexxiet il-proċess kien jikkostitwixxi ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija sostniet l-użu ta' evidenza u ta' testimonjanzi irrilevanti għall-akkużati.

28.

Busko, Ihar Iauhenavich (Busko, Ihar Yauhenavich Busko, Igor Evgenievich (Busko, Igor Yevgenyevich)

Бусько, Irap Яўгенавiч

Бусько, Игорь Евгеньевич

Indirizz:

КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17

Viċi Kap tal-KGB, eks Kap tal-KGB tar-Reġjun ta' Brest. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fir-reġjun ta' Brest u fil-Bjelorussja.

31.

Charkas, Tatsiana Stanislavauna

(Cherkas, Tatsiana Stanislavauna)

Cherkas, Tatiana Stanislavovna

Чаркас, (ЧЭРКАС) Таццяна Станiславаўна

Черкас, Татьяна Станиславовна

Indirizz:

Суд Партизанского района г. Минска

220027, г. Минск, ул. Семашко, 33

President tal-Qorti Distrettwali ta' Partizanski ta' Minsk, eks Viċi President tal-Qorti Distrettwali ta' Frunzenski ta' Minsk, eks imħallef tal-Qorti Distrettwali ta' Frunzenski ta' Minsk, li qed tittratta l-kawżi tad-dimostranti Aleksandr Otroshchenkov (ikkundannat għal 4 snin priġunerija taħt kondizzjonijiet ristretti), Aleksandr Molchanov (3 snin) u Dmitri Novik (3,5 snin priġunerija taħt kondizzjonijiet ristretti). Responsabbli għall-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi u kriminali politikament motivati kontra r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili.

38.

Davydzka, Henadz Branislavavich

Davydko, Gennadi Bronislavovich

ДАВИДЗЬКА, Генадзь Бранiслававiч

ДАВЫДЬКО, Геннадий Брониславович

Data tat-twelid: 29.9.1955, Senno, Vitebsk region

Indirizz:

Белтеле-радиокомпания,

ул. Макаенка, 9, Минск, 220807, Беларусь

President tal-kumpannija Radio-TV tal-Istat mit-28 ta' Diċembru 2010 'il hawn. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala demokratiku awtoritarju, kien responsabbli għall-promozzjoni tal-propaganda tal-Istat fuq it-TV, li appoġġat u ġġustifikat ir-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010. L-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili jitpinġew sistematikament b'mod negattiv u derogatorju, bl-użu ta' informazzjoni falsifikata.

40.

Dysko, Henadz Iosifavich

Dysko, Gennadi Iosifovich

ДЫСКО, Генадзь Iосiфавiч

ДЫСКО, Генадий Иосифович

Data tat-twelid: 22.3.1964

Post tat-Twelid: Oshmiany, Hrodna region

Indirizz:

210601 г.Витебск, ул. Жесткова, 14а

(ul. Zhestkova, 14a Vitebsk)

Kap prosekutur tar-Reġjun ta' Vitebsk minn Ottubru 2006. Responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010. Dan jinkludi r-responsabbiltà għal kawżi kontra Siarhei Kavalenka u Andrei Haidukow.

41.

Dzemiantsei, Vasil Ivanavich (Dzemyantsey, Vasil Ivanovich)

Dementei, Vasili Ivanovich

(Dementey, Vasili Ivanovich)

ДЗЕМЯНЦЕЙ, Васiль Iванавiч

ДЕМЕНТЕЙ, Василий Иванович

Data tat-twelid: 20.9.1954

Post tat-Twelid: Chashniki district, Vitebsk region

ID: 3200954E045PB4

Indirizz:

Гродненская региональная таможня

230003, г. Гродно, ул. Карского, 53

Kap tal-Kumitat reġjonali tad-Dwana ta' Hrodna, (mit-22 ta' April 2011), kien l-Ewwel Viċi President tal-KGB (2005-2007), eks Viċi Kap tal-Kumitat tad-Dwana tal-Istat (2007-2011).

Huwa responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, b'mod partikolari fl-2006 u l-2007.

42.

Dziadkou, Leanid Mikalaevich

Dedkov, Leonid Nikolaevich

ДЗЯДКОЎ, Леанiд Мiкалаевiч

ДЕДКОВ, Леонид Николаевич

Data tat-twelid: 10.1964

ID: 3271064M000PB3

Eks Viċi Kap tal-KGB (2010 sa Lulju 2013), inkarigat mill-intelligence estera. Kien responsabbli wkoll ma' oħrajn għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u oppożizzjoni demokratika.

48.

Halavanau, Viktar Ryhoravich

Golovanov, Viktor Grigorievich

ГАЛАВАНАЎ, Biктap Pыгopaвiч

ГОЛОВАНОВ, Виктор Григорьевич

Data tat-twelid: 15.12.1952, Borisov

Indirizz:

ul. Oktyabrskaya, 5

Minsk

Rettur tal-“Istitut privat tad-Dritt tal-Bjelorussja”. Bħala eks Ministru tal-Ġustizzja, is-servizzi tiegħu fasslu liġijiet li huma repressivi lejn is-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Huwa wkoll ċaħad jew neħħa r-reġistrazzjoni lil NGOs u partiti politiċi u injora atti illegali mwettqa mis-servizzi tas-sigurtà kontra l-popolazzjoni.

50.

Herasimenka, Henadz Anatolievich Gerasimenko, Gennadi Anatolievich

ГЕРАСIМЕНКА, Генадзь Анатольевiч

ГЕРАСИМЕНКО, Геннадий Анатольевич

Indirizz:

“Институт национальной безопасности Республики Беларусь”

220034, г.Минск, ул.З.Бядули, 2

Viċi Kap tal-Istitut tas-Sigurtà Nazzjonali (skola tal-KGB) u eks Kap tal-KGB tad-Distrett ta' Vitebsk.

Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fir-reġjun ta' Vitebsk.

54.

Hrachova, Liudmila Andreeuna

(Hrachova, Lyudmila Andreyeuna)

Gracheva, Liudmila Andreevna

(Grachova, Lyudmila Andreyevna;

Grachiova, Ludmila Andreevna)

ГРАЧОВА, Людмiла Андрэеўна

ГРАЧЕВА, Людмила Андреевна

Indirizz:

Суд Ленинского района города Минска

ул. Семашко, 33

220027, г. Минск

Eks imħallef u Viċi President tal-Qorti Distrettwali ta' Leninski ta' Minsk. Trattat il-kawża tal-eks kandidati presidenzjali Nikolai Statkevich u Dmitri Uss, kif ukoll tal-attivisti politiċi u tas-soċjetà ċivili Andrei Pozniak, Aleksandr Klaskovski, Aleksandr Kvetkevich, Artiom Gribkov u Dmitri Bulanov. Il-mod kif mexxiet il-proċess kien jikkostitwixxi ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija sostniet l-użu ta' evidenza u ta' testimonjanzi irrilevanti għall-akkużati.

55.

Hureeu Siarhei Viktaravich

(Hureyeu Siarhey Viktaravich)

Gureev Sergei Viktorovich,

(Gureyev Sergey Viktorovich)

ГУРЭЕЎ, Сяргей Biктapaвiч

ГУРЕЕВ, Сергей Викторович

 

Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala eks Viċi Ministru tal-Intern u Kap tal-Investigazzjoni Preliminari, huwa kien responsabbli għas-soppressjoni vjolenti ta' protesti u ksur tad-drittijiet tal-bniedem matul il-proċedimenti tal-investigazzjonijiet fir-rigward tal-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010. Ingħaqad mal-forzi ta' riżerva fi Frar 2012. Attwalment huwa Ġeneral fil-forzi ta' riżerva.

60.

Iaruta, Viktar Heorhevich

(Yaruta, Viktar Heorhevich) Iaruta, Viktor Gueorguievich (Yaruta, Viktor Gueorguievich)

ЯРУТА, Вiктар Георгіевіч

ЯРУТА, Виктор Георгиевич

 

Kap tal-Bord tal-KGB għall-Komunikazzjonijiet tal-Istat. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

61.

Iasianovich, Leanid Stanislavavich (Yasianovich, Leanid Stanislavavich)

Iasenovich, Leonid Stanislavovich (Yasenovich, Leonid Stanislavovich)

ЯСЯНОВIЧ, Леанiд Станiслававiч

ЯСЕНОВИЧ, Леонид Станиславович

Data tat-twelid: 26.11.1961

Post tat-Twelid: Buchani, Vitebsk district

Indirizz:

Glavnoye Upravlenie Yustitsy Mingorispolkoma

220030 Minsk

Prospekt Nezavisimosti 8

Numru tal-passaport: MP0515811

L-ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Prinċipali tal-Ġustizzja tal-Amministrazzjoni tal-Belt ta' Minsk. Eks Viċi President tal-Qorti Distrettwali Ċentrali ta' Minsk, eks Imħallef tal-Qorti Distrettwali Ċentrali ta' Minsk. Fis-6 ta' Awwissu 2006, ikkundanna għall-ħabs lill-attivisti tas-soċjetà ċivili tal-Inizjattiva Ċivika “Sħubija” talli mmonitorjaw l-elezzjonijiet Presidenzjali fl-2006. Nikolai Astreiko ġie kkundannat għal sentejn ħabs, Timofei Dranchuk għal sena, Aleksandr Shalaiko u Enira Bronitskaya għal 6 xhur. Fl-2007, 2010, 2011 u 2012, huwa kkundanna diversi attivisti għal jiem il-ħabs; partikolarment fl-20 ta' Diċembru 2010, huwa kkundanna lil Andrei Luhin, Serhey Krauchanka u Stanislau Fedorau għal 10 ijiem ħabs, u lil Volha Chernykh għal 12-il jum ħabs. Fil-21 ta' Diċembru 2010, ikkundanna lil Mykalai Dzemidenka għal 15-il jum ħabs. Fl-20 ta' Diċembru 2011, huwa kkundanna żewġ attivisti li pparteċipaw f'azzjoni marbuta mal-anniversarju tal-avvenimenti tad-19 ta' Diċembru 2010, Vassil Parfenkau u Siarhey Pavel rispettivament għal 15 u 12-il jum ħabs.

Fis-6 ta' Settembru 2012, huwa kkundanna lil Aliaksey Tseply għal 5 ijiem ħabs għar-reżistenza allegata għal pulizija, filwaqt li kien qed iqassam gazzetta tal-oppożizzjoni f'Minsk ċentrali.

Il-mod kif mexxa l-proċessi kien jikkostitwixxi ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali.

62.

Iauseev, Ihar Uladzimiravich

(Yauseev, Ihar Uladzimiravich; Yauseyev, Ihar Uladzimiravich)

Evseev, Igor Vladimirovich (Yevseev, Igor Vladimirovich; Yevseyev, Igor Vladimirovich)

ЯЎСЕЕЎ, Irap Уладзiмiравiч

ЕВСЕЕВ, Игорь Владимирович

Data tat-twelid: 1968

Indirizz:

Minsk 220073 Kalvariiskaya 29

Kap tal-Pulizija reġjonali ta' Minsk (minn Marzu jew April 2015), eks Kap tal-pulizija reġjonali ta Vitebsk, pulizija ġenerali (mill-2013). EksViċi Kap tal-Pulizija ta' Minsk u Kap tal-iskwadra ta' kontra l-irvellijiet (OMON) ta' Minsk. Kellu l-kmand tat-truppi li xejnu d-dimostrazzjonijiet paċifiċi tad-19 ta' Diċembru 2010 u ħa sehem personalment fil-brutalità, u għal dan irċieva premju u ittra ta' rikonoxximent mill-President Lukashenka fi Frar 2011. Fl-2011, kellu l-kmand ukoll tat-truppi li rażżnu diversi protesti oħra minn attivisti politiċi u ċittadini paċifiċi f'Minsk.

63.

Ihnatovich-Mishneva, Liudmila

Ignatovich-Mishneva, Liudmila

IГНАТОВIЧ-МIШНЕВА Людмiла

ИГНАТОВИЧ- МИШНЕВА Людмила

 

Prosekutur f'Minsk li fl-2011 kienet involuta fiċ-ċaħda tal-appell kontra s-sentenza ta' Dmitri Dashkevich u Eduard Lobov, attivisti tal-Molodoi Front (Front taż-Żgħażagħ). Il-proċess kien jikkostitwixxi ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali.

66.

Kachanau Uladzimir Uladzimiravich Kachanov Vladimir Vladimirovich

КАЧАНАУ, Уладзiмiр Уладзiмiравiч

КАЧАНОВ, Владимир Владимирович

Indirizz:

220004, г.Минск, ул. Коллекторная, 10 Министерство юстиции

(10 Kollektornaya str.)

Belarus

Ajjutant/Konsulent għall-Ministru tal-Ġustizzja. Bħala l-ajjutant għall-Ministru tal-Ġustizzja, huwa kien responsabbli għar-rwol u l-azzjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-ġudikatura tal-Bjelorussja, billi elabora liġijiet li huma repressivi għas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, issorvelja l-ħidma tal-imħallfin u l-prosekuturi, caħad jew neħħa r-reġistrazzjoni għal NGOs u partiti politiċi, ħa deċiżjonijiet kontra avukati li jiddefendu l-priġunieri politiċi, kif ukoll injora deliberatament l-atti illegali mwettqa mis-servizzi tas-sigurtà kontra l-popolazzjoni.

67.

Kadzin, Raman Viktaravich

Kadin, Roman Viktorovich

КАДЗIН, Раман Вiктаравiч

КАДИН, Роман Викторович

Data tat-twelid: 17.7.1977

Present passport: MP3260350

Uffiċjal Kmandant tal-Provvista Teknika u tal-Armi tas-Servizz tal-Għassa Motorizzata.

Fi Frar 2011, huwa rċieva premju u ittra ta' rikonoxximent mill-President Lukashenka għall-parteċipazzjoni attiva tiegħu u l-implimentazzjoni tal-ordnijiet matul ir-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010.

68.

Kakunin, Aliaksandr Aliaksandravich

(Kakunin, Aliaxandr Aliaxandravich)

Kakunin, Aleksandr Aleksandravich

(Kakunin, Alexandr Alexandrovich)

КАКУНИН Александр Александрович

КАКУНІН Аляксандр, Аляксандровіч

Indirizz:

Исправительная колония № 2

213800, г. Бобруйск, ул. Сикорского, 1

Kap tal-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk, responsabbli għat-trattament inuman tal-priġunieri politiċi A. Sannikau u A. Beliatski fil-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk. Attivisti tal-oppożizzjoni ġew ittorturati, imċaħħda mill-aċċess għall-avukati u mqiegħda fl-iżolament fil-kolonja penali taħt is-superviżjoni tiegħu. Kakunin għamel pressjoni fuq A. Beliatski u A. Sannikau sabiex iġiegħelhom jiffirmaw appell għal maħfra.

69.

Kalach, Uladzimir Viktaravich

Kalach, Vladimir Viktorovich

КАЛАЧ, Уладзiмiр Вiктаравiч

КАЛАЧ, Владимир Викторович

 

Kap tal-KGB tar-reġjun u l-belt ta' Minsk u eks Viċi Kap tal-KGB għal Minsk. Responsabbli għall-attività repressiva tas-soċjetà ċivili tal-KGB u l-oppożizzjoni demokratika f'Minsk.

73.

Kanapliou, Uladzimir Mikalaevich

Konoplev, Vladimir Nikolaevich

КАНАПЛЕЎ, Уладзiмiр Мiкалаевiч

КОНОПЛЕВ, Владимир Николаевич

Data tat-twelid: 3.1.1954

Post tat-Twelid: Akulintsi, Mohilev region

ID: 3030154A124PB9

Indirizz:

220114, Filimonova Str., 55/2, Minsk, Belarus

Huwa għandu rabtiet mill-qrib mal-President Lukashenka li miegħu ħadem mill-qrib matul is-snin tmenin u l-aktar fis-snin disgħin. Viċi Kap tal-Kumitat Olimpiku Nazzjonali (Il-Kap huwa Alexandr Lukashenka). Kap tal-Federazzjoni tal-Handball, elett mill-ġdid fl-2014. Eks President tal-Kamra Inferjuri tal-Parlament. Kien wieħed mill-atturi ewlenin fl-elezzjoni presidenzjali frodulenti fl-2006.

80.

Kazheunikau Andrey Kozhevnikov Andrey

КАЖЭЎНIКАЎ, Андрэйу

КОЖЕВНИКОВ, Андрей

 

Kap tal-Kumitat Investigattiv tad-distrett ta' Oktiabrsky ta' Minsk, Eks prosekutur pubbliku tal-kawża kontra l-eks kandidati presidenzjali Vladimir Neklyaev, Vitaly Rimashevsky, il-membri tat-tim tal-kampanja ta' Neklyaev, Andrei Dmitriev, Aleksandr Feduta u Sergei Vozniak, kif ukoll il-Viċi President tal-Front taż-Żgħażagħ, Anastasia Polozhanka. L-akkuża ppreżentata minnu kellha motivazzjoni politika ċara u imminenti u kienet tikser b'mod ċar il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija kienet ibbażata fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-avvenimenti tad-19 ta' Diċembru 2010, mhux sostnuta b'evidenza, provi jew testimonjanzi tax-xhieda.

83.

Kharyton, Aliaksandr Khariton, Aleksandr

ХАРЫТОН, Аляксандр

ХАРИТОН, Александр

Indirizz:

220004, г.Минск, ул. Коллекторная, 10 Министерство юстиции

(10 Kollektornaya str.)

Belarus

Konsulent Anzjan tad-Diviżjoni tal-Organizzazzjonijiet Soċjali, Partiti u NGOs tal-Ministeru tal-Ġustizzja. Ilu jieħu attiv fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika mill-2001, billi personalment ċaħad li jirreġistra NGOs u partiti politiċi, li f'bosta każi wassal biex jiġu aboliti.

89.

Kisialiou, Anatol Siamionavich

Kiselev, Anatoli Semenovich

(Kiselyov, Anatoli Semyonovich)

КИСЯЛЕЎ, Анатоль Сяменавiч

КИСЕЛЕВ, Анатолий Семенович

Indirizz:

Брестский областной комитет профсоюза работников государственных учреждений

224005, г. Брест,

ул. К. Маркса, 19

EksKap tal-Kummissjoni Elettorali Reġjonali fir-reġjun ta' Brest għall-elezzjoni Presidenzjali tal-2010. Kap tal-Kummissjoni Elettorali Reġjonali fir-reġjun ta' Brest għall-elezzjonijiet lokali f'Marzu 2014. Kap tal-organizzazzjoni ta' trade unions reġjonali favur-ir-reġim. Bħala President ta' Kummissjoni Elettorali Reġjonali, kien responsabbli għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali tad-19 ta' Diċembru 2010, u għal falsifikazzjonijiet fl-elezzjonijiet lokali ta' Marzu 2014 fir-reġjun ta' Brest.

94.

Kornau, Uladzimir Uladzimiravich

Kornov, Vladimir Vladimirovich

КОРНАЎ, Уладзiмiр Уладзiмiравiч

КОРНОВ, Владимир Владимирович

Indirizz:

Суд Советского района г. Минска

220113, г. Минск, Логойский тракт, 3

Kap tal-Qorti Distrettwali ta' Sovetski ta' Minsk, eks Imħallef fil-Qorti tal-Belt ta' Minsk li awtorizza ċ-ċaħda tal-appell ta' Byalyatski. Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' għajnuna lil dawk li sofrew minn repressjoni marbuta mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

95.

Korzh, Ivan Aliakseevich

Korzh, Ivan Alekseevich

КОРЖ, Iван Аляксеевiч

КОРЖ, Иван Алексеевич

Indirizz:

KGB Training Centre Бядули 2, 220034, Минск

Maġġur Ġeneral, maħtur bħala l-Kap taċ-Ċentru ta' Taħriġ tal-KGB, eks Kap tal-KGB tar-Reġjun ta' Hrodna. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fir-reġjun ta' Hrodna.

101.

Kryshtapovich, Leu Eustafievich

(Kryshtapovich, Leu Yeustafievich)

Krishtapovich, Lev Evstafievich

(Krishtapovich, Lev Yevstafievich)

КРЫШТАПОВIЧ, Леў Еўстафьевiч

КРИШТАПОВИЧ, Лев Евстафьевич

Data tat-twelid: 1949

Post tat-Twelid: Pekalin, Smolevichi district, Minsk region

Indirizz:

Научно-исследовательский отдел Белорусского государственного университета культуры

Minsk

Kap tad-Dipartiment tar-Riċerka Xjentifika tal-Università tal-Kultura u l-Arti tal-Istat (minn Settembru 2014). Eks Viċi Direttur taċ-Ċentru tal-Informazzjoni u l-Analiżi tal-Amministrazzjoni tal-President li jaġixxi bħala wieħed mill-għejun prinċipali tal-propaganda tal-istat, li jappoġġa u jiġġustifika r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili.

104.

Kuliashou, Anatol Nilavich

Kuleshov, Anatoli Nilovich

КУЛЯШОЎ, Анатоль Нiлавiч

КУЛЕШОВ, Анатолий Нилович

Data tat-twelid: 25.7.1959

Post tat-Twelid: Ali-Bairamly, Azerbaijan

ID: 3250759A066PB3

Indirizz:

220030 Minsk, K. Marx st. 3

Konsulent fid-Dipartiment għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-terroriżmu u d-drogi, il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sikurezza u sfidi u theddidiet ġodda għall-Kumitat Eżekuttiv tas-CIS. Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Fir-rwol li kellu bħala Ministru tal-Intern ikkmanda t-truppi tal-Ministeru tal-Intern li wettqu repressjoni brutali tad-dimostrazzjonijiet paċifiċi fid-19 ta' Diċembru 2010 u wera li kien kburi minn din ir-responsabbiltà. Assenjat mal-forzi ta' riżerva tal-armata f'Jannar 2012.

105.

Kuzniatsou, Ihar Nikonavich

Kuznetsov, Igor Nikonovich

КУЗНЯЦОЎ, Irap Нiконaвiч

КУЗНЕЦОВ, Игорь Никонович

 

Maġġur Ġeneral, eks Kap taċ-Ċentru ta' Taħriġ tal-KGB, eks Kap tal-KGB fir-reġjun ta' Minsk u fil-belt ta' Minsk, mibgħut fil-forzi ta' riżerva. Bħala l-persuna responsabbli għat-tħejjija u t-taħriġ tal-persunal tal-KGB, huwa kien responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Fir-rigward tal-funzjonijiet preċedenti tiegħu, huwa kien responsabbli għall-istess attività repressiva tal-KGB fil-belt ta' Minsk u fir-reġjun ta' Minsk.

110.

Laptsionak, Ihar Mikalaevich

Laptionok, Igor Nikolaevich

ЛАПЦЕНАК, Irap Мiкалаевiч

ЛАПТЕНОК, Игорь Николаевич

Data tat-twelid: 31.8.1947,

Post tat-Twelid: Minsk

Indirizz:

220034, г. Минск, ул. Фрунзе, 5

Membru tal-Bord tal-Għaqda tal-Kittieba li hija favur ir-reġim. Responsabbli għall-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tat-tixrid ta' informazzjoni falsifikata permezz tal-mezzi ta' komunikazzjoni kkontrollati mill-Istat. Bħala eks Viċi Ministru tal-Informazzjoni kellu rwol prinċipali fil-promozzjoni tal-propaganda tal-istat li tappoġġa u tiġġustifika r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili. L-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili tpinġew sistematikament b'mod negattiv u derogatorju bl-użu ta' informazzjoni falsifikata u li mhix vera.

112.

Lazavik, Mikalai Ivanavich Lozovik, Nikolai Ivanovich

ЛАЗАВIК, Мiкалай Iванавiч

ЛОЗОВИК Николай Иванович

Data tat-twelid: 18.1.1951

Nevinyany, Minsk region (Невинянн Вилейского р-на Минской обл)

ID: 3180151H004PB2

Indirizz:

220010, г.Минск, ул.Советская, 11

Segretarju tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tal-Bjelorussja.

Mis-sena 2000 kien wieħed mill-atturi ewlenin involuti fil-falsifikazzjonijiet f'elezzjonijiet u referenda frodulenti, b'mod partikolari fl-2004, l-2006, l-2008, l-2010, l-2012, l-2014.

113.

Lemiashonak, Anatol Ivanavich

Lemeshenok, Anatoli Ivanovich

ЛЕМЯШОНАК, Анатоль Iванавiч

ЛЕМЕШЕНОК, Анатолий Иванович

Data tat-twelid: 14.5.1947

Indirizz:

220013, г. Минск, ул. Б. Хмельницкого 10а

President tal-Unjoni Bjelorussa tal-Ġurnalisti li hija favur ir-reġim. Kap Editur ta' “Respublika”, gazzetta tal-Kunsill tal-Ministri. Fil-pożizzjoni tiegħu huwa wieħed mill-aktar membri li jinstema' u influwenti tal-magna ta' propaganda tal-Istat fil-midja stampata. Huwa appoġġa u ġġustifika r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili, li huma sistematikament deskritti b'mod negattiv u derogatorju bl-użu ta' informazzjoni falsifikata, partikolarment wara l-elezzjonijiet presidenzjali fl-2010.

116.

Liushtyk, Siarhei Anatolievich

(Lyushtyk, Siarhey Anatolyevich)

Liushtyk, Sergei Anatolievich

(Lyushtyk, Sergey Anatolyevich)

ЛЮШТЫК, Сяргей Анатольевiч

ЛЮШТЫК, Сергей Анатольевич

Indirizz:

Суд Первомайского района г. Минска

220012, г. Минск, ул. Толбухина, 9

Imħallef fil-Qorti tad-Distrett ta' Pervomaiski ta' Minsk. Fl-2010-2011 immulta jew ikkundanna lir-rappreżentanti li ġejjin tas-soċjetà ċivili għad-dimostrazzjonijiet paċifiċi tagħhom: a) 2011.7.14, Struy Vitali, 10 unitajiet bażi ta' kuljum (35 000  BLR); b) 2011.7.4, Shalamitski Paval, 10 ijiem ħabs; c) 2010.12.20, Sikirytskaya Tatsyana, 10 ijiem ħabs; d) 2010.12.20, Dranchuk Yuliya, 13-il jum ħabs; e) 2010.12.20, Lapko Mikalay, 12-il jum ħabs; f) 2010.12.20, Pramatoraw Vadzim, 12-il jum ħabs.

Impona ripetutament sentenzi ta' ħabs u multi kbar kontra dawk involuti f'dimostrazzjonijiet paċifiċi u, b'riżultat ta' dan, kien responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Bjelorussja. Fl-24 ta' Lulju 2012, anki wara l-inklużjoni tiegħu fuq il-lista ta' sanzjonijiet, huwa mmulta għal ħuliganiżmu doluż lill-attivist tal-oppożizzjoni, Andrej Molchan, li ġie msawwat severament minn żewġ pulizija.

117.

Lomats, Zianon Kuzmich

Lomat, Zenon Kuzmich

ЛОМАЦЬ, Зянон Кузьмiч

ЛОМАТЬ, Зенон Кузьмич

Data tat-twelid: 27.1.1944, Karabani, Minsk region

Ħadem attivament biex jimmina d-demokrazija fil-Bjelorussja. Fir-rwol li kellu bħala President tal-Kumitat għall-Kontroll mill-Istat (sat-28 ta' Diċembru 2010) kien wieħed mill-persuni ewlenin involuti fil-każ ta' Ales Byalyatski, wieħed mid-difensuri mill-aktar prominenti tad-drittijiet tal-bniedem, Kap taċ-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem Bjelorussu “Vyasna”, Viċi President tal-FIDH. A. Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' assistenza lil dawk li batew mir-repressjoni marbuta mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

118.

Lapatka, Aliaksandr Aliaksandravich

(Lapatka, Aliaxandr Aliaxandravich)

Lopatko, Aleksandr Aleksandrovich

(Lopatko, Alexandr Alexandrovich)

ЛОПАТКО Александр Александрович

ЛАПАТКА Аляксандр Аляксандровіч

Indirizz:

Исправительная колония № 9

213410, г. Горки, ул. Добролюбова, 16

Kap tal-kolonja penali IK-9 f'Horki, responsabbli għat-trattament inuman ta' D. Dashkevich, li jinkludi torturi u ċaħda tal-aċċess għal rappreżentanti legali. Lopatko kellu pożizzjoni ewlenija fil-kolonja penali fejn inżamm Dashekevich u fejn ġiet applikata pressjoni psikoloġika, inkluża ċ-ċaħda ta' irqad u l-iżolament, fuq il-priġunieri politiċi inkluż is-Sur Dashekevich.

119.

Lukashenka, Aliaksandr Ryhoravich Lukashenko, Aleksandr Grigorievich

ЛУКАШЭНКА, Аляксандр Pыгopaвiч

ЛУКАШЕНКО, Александр Григорьевич

Data tat-twelid: 30.8.1954

Post tat-Twelid: Kopys, Vitebsk district

Indirizz:

Резиденция Президента Республики Беларусь

г. Минск, ул.Кирова, д. 43

President tar-Repubblika tal-Bjelorussja.

121.

Lukashenka, Viktar Aliaksandravich

Lukashenko, Viktor Aleksandrovich

ЛУКАШЭНКА, Biктap Аляксандравiч

ЛУКАШЕНКО, Виктор Александрович

Data tat-twelid: 28.11.1975

Indirizz:

Администрация президента Республики Беларусь

220016, Минск, Маркса 38

Assistent/Ajjutant tal-President f'Affarijiet ta' Sigurtà Nazzjonali. F'Mejju 2013, inħatar kosuperviżur tal-Kummissjoni Bjelorussa-Russa dwar l-Esportazzjoni tal-Potaxx minn missieru. Bħala wieħed mill-eqreb kollaboraturi tiegħu, kellu rwol ċentrali fil-miżuri repressivi implimentati kontra l-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili. Bħala membru ewlieni tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Istat, kien responsabbli għall-koordinazzjoni ta' miżuri repressivi kontra l-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili, b'mod partikolari fir-repressjoni vjolenti tad-dimostrazzjoni tad-19 ta' Diċembru 2010.

122.

Lukomski, Aliaksandr Valiantsinavich Lukomski, Aleksandr Valentinovich

ЛУКОМСКI, Аляксандр Валянцiнавiч

ЛУКОМСКИЙ, Александр Валентинович

Data tat-twelid: 12.8.1971

ID: 3120871A074PB7

Kmandant tar-Riġment Speċjali tal-Ministeru tal-Intern tal-Belt ta' Minsk.

Huwa kkmanda t-truppi li rażżnu dimostrazzjoni paċifika fid-19 ta' Diċembru 2010, u għal dan irċieva premju u ittra ta' rikonoxximent mill-President Lukashenka fi Frar 2011. F'Ġunju 2011, ikkmanda wkoll truppi li wettqu repressjoni fuq ċittadini paċifiċi f'Minsk. Fis-7 ta' Mejju 2014, ir-riġment taħt il-kmand tiegħu rċieva bandiera speċjali ta' rikonoxximent mill-Ministeru tal-Affarijiet Interni.

124.

Makei, Uladzimir Uladzimiravich

(Makey, Uladzimir Uladzimiravich)

Makei, Vladimir Vladimirovich

(Makey, Vladimir Vladimirovich)

МАКЕЙ, Уладзiмiр Уладзiмiравiч

МАКЕЙ, Владимир Владимирович

Data tat-twelid: 5.8.1958,

Hrodna region

ID: 3050858A060PB5

Indirizz:

Ministry of Foreign Affairs

ул.Ленина, 19, Минск 220030

Ministru tal-Affarijiet Barranin, eks Kap tal-Amministrazzjoni tal-President.

Bħala Kap tal-Amministrazzjoni tal-President, kien meqjus it-tieni l-aktar persuna b'saħħitha fir-reġim u, bħala tali, kien responsabbli għall-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet frodulenti fl-2008 u l-2010 u għar-repressjoni sussegwenti ta' dimostranti paċifiċi.

127.

Maslakou, Valery Anatolievich

Maslakov, Valeri Anatolievich

МАСЛАКОЎ, Валерый Анатольевiч

МАСЛАКОВ, Валерий Анатольевич

Indirizz:

КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17

Kap tal-Bord tal-KGB tal-kontrospjunaġġ militari. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

133.

Miklashevich, Piotr Piatrovich Miklashevich, Petr Petrovich

МIКЛАШЭВIЧ, Пётр Пятровiч

МИКЛАШЕВИЧ, Петр Петрович

Data tat-twelid: 18.10.1954

Post tat-Twelid: Kosuta, Minsk region

Indirizz:

ul. Gvardeiskaya, 16-17

Kap tal-Qorti Kostituzzjonali u eks Prosekutur Ġenerali attiv fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Fil-kapaċità preċedenti tiegħu, kien wieħed mill-persuni ewlenin involuti fir-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u tas-soċjetà ċivili, mill-2004 sal-2008. Sa mill-ħatra tiegħu fil-Qorti Kostituzzjonali fl-2008, implimenta fedelment il-politika repressiva tar-reġim u vvalida liġijiet repressivi anke meta dawn kienu jiksru l-kostituzzjoni.

135.

Morozau, Viktar Mikalaevich

Morozov, Viktor Nikolaevich

МАРОЗАЎ, Biктap Мiкалаевiч

МОРОЗОВ, Виктор Николаевич

Indirizz:

Прокуратурa Гродненской области

г.Гродно, 230012, ул.Доватора, 2а

Prosekutur tar-reġjun ta' Hrodna. Responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010.

136.

Motyl, Tatsiana Iaraslavauna

(Motyl, Tatsiana Yaraslavauna)

Motyl, Tatiana Iaroslavovna (Motyl, Tatyana Yaroslavovna)

МОТЫЛЬ, Таццяна Яраславаўна

МОТЫЛЬ, Татьяна Ярославовна

Indirizz:

Суд Московского района г. Минска

220042, г. Минск, Проспект газеты “Правда”, 27

Imħallef fil-Qorti ta' Moskovski Rayon tal-belt ta' Minsk.

Kienet direttament involuta fir-repressjoni ġudizzjarja tad-dimostranti paċifiċi fid-19 ta' Diċembru 2010. Fl-10 ta' Jannar 2011, hija kkundannat lill-attivist tal-Front taż-Żgħażagħ Yulian Misiukevich għal 12-il jum ħabs, u fil-21 ta' Jannar 2011 u fil-31 ta' Jannar 2011 rispettivament, hija kkundannat lill-attivist politiku, Usevalad Shasharin, u lill-attivist tas-soċjetà ċivili, Tsimafei Atranschankau, għal 9 ijiem ħabs kull wieħed.

Hija kkundannat ukoll fis-27 ta' Diċembru 2010 u fl-20 ta' Jannar 2011 rispettivament, lid-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Mikhail Matskevich għal 10 ijiem ħabs u lill-attivist tas-soċjetà ċivili Valer Siadou għal 12-il jum ħabs għall-parteċipazzjoni tagħhom f'azzjoni b'appoġġ għall-priġunieri politiċi. Hija kienet ukoll direttament involuta fir-repressjoni ġudizzjarja tal-attivisti tas-soċjetà ċivili fl-2011. Fl-4 u fis-7 ta' Lulju 2011, hija kkundannat lil Anton Glinisty u Andrei Ignatchyk għal 10 ijiem ħabs. Hija kienet ukoll direttament involuta fir-repressjoni ġudizzjarja tal-attivisti politiċi fl-2012.

Fit-22 ta' Frar 2012, hija kkundannat lill-attivist politiku prominenti Pavel Vinagradu għal 10 ijiem ħabs, li fuqu hija imponiet, fl-10 ta' April 2012, superviżjoni preventiva tal-pulizija għal sentejn. Fit-23 ta' Marzu 2012, hija kkundannat lill-attivisti politiċi Mikhas Kostka u Anastasia Shuleika għal “Revoluzzjoni permezz tan-netwerks soċjali” għal 5 ijiem ħabs.

Fil-21 ta' April 2012, hija reġgħet ikkundannat lil din tal-aħħar għal 10 ijiem ħabs.

Fl-24, il-25 u s-26 ta' Mejju 2012, hija kkundannat lill-attivisti tal-Front taż-Żgħażagħ Uladzimir Yaromenak, Zmitser Kremenetski u Raman Vasiliev għal 10 ijiem, 10 ijiem u 12-il jum ħabs rispettivament.

Fit-22 ta' Ġunju 2012, hija kkundannat lill-ġurnalist tal-Euroradio Paval Sverdlou għal 15-il jum ħabs. Fit-18 ta' Lulju 2012, hija kkundannat lill-attivista Katsiarina Halitskaya għal 10 ijiem ħabs. Fit-8 u d-9 ta' Novembru 2012, hija reġgħet ikkundannat lill-attivisti tal-Front taż-Żgħażagħ, Uladzimir Yaromenak u Raman Vasiliev għal 15-il jum ħabs. Fis-7 ta' Mejju 2013, hija kkundannat lill-attivist Aliaksandr Yarashevich għal 12-il jum ħabs. Il-mod kif mexxiet il-proċessi kien ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija aċċettat l-użu ta' evidenza u ta' testimonjanzi li ma kinux rilevanti għall-akkużati. Fis-6 ta' Awwissu 2014 hija kkundannat lill-attivist Oleg Korol għal 10 ijiem detenzjoni amministrattiva mingħajr ma tagħtu ċ-ċans li jitkellem quddiem il-qorti; minflok hija ddikjarat: “Naf li inti tammetti l-ħtija tiegħek”.

137.

Navumau, Uladzimir Uladzimiravich

Naumov, Vladimir Vladimirovich

НАВУМАЎ, Уладзiмiр Уладзiмiравiч

НАУМОВ, Владимир Владимирович

Data tat-twelid: 7.2.1956,

Post tat-Twelid: Smolensk (Russia)

Naqas milli jieħu azzjoni biex jinvestiga l-każ tal-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u fl-2000. Eks Ministru tal-Intern u wkoll ex-Kap tas-Servizz tas-Sigurtà tal-President. Bħala Ministru tal-Intern huwa kien responsabbli għar-repressjoni matul id-dimostrazzjonijiet paċifiċi sakemm irtira fis-6 ta' April 2009 għal raġunijiet ta' saħħa.

Ingħata residenza f'Minsk fid-distrett tan-nomenklatura Drozdy mill-Amministrazzjoni Presidenzjali. F'Ottubru 2014 ingħata l-Ordni “Għall-Mertu” grad III mill-President Lukashenka.

142.

Padabed, Iury Mikalaevich

(Padabed, Yury Mikalaevich)

Podobed, Iuri Nikolaevich

(Podobed, Yuri Nikolaevich)

ПАДАБЕД, Юрый Мiкалаевiч

ПОДОБЕД, Юрий Николаевич

Data tat-twelid: 5.3.1962,

Post tat-Twelid: Slutsk (Minsk Region)

Indirizz:

ul. Beruta, 15-62 (2 korp)

ID: 3050362A050PB2

Passport: MP2272582

Kap tas-servizz tas-sigurtà tal-kumpannija holding Triple ta' Yuri Chizh, eks Kap tal-Unità għal Skopijiet Speċjali fil-Ministeru tal-Intern. Bħala kmandant tat-truppi interni kontra l-irvellijiet kien responsabbli u involut direttament fir-repressjoni vjolenti ta' dimostrazzjonijiet paċifiċi, b'mod partikolari fl-2004 u l-2008.

148.

Piakarski, Aleh Anatolievich

Pekarski, Oleg Anatolievich

ПЯКАРСКI, Алег Анатольевiч

ПЕКАРСКИЙ, Олег Анатольевич

ID: 3130564A041PB9

Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala l-ewwel Viċi Ministru tal-Intern (sa Diċembru 2012), kien responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010. Kurunell fil-forzi ta' riżerva.

152.

Praliaskouski, Aleh Vitoldavich Proleskovski, Oleg Vitoldovich (Proleskovsky, Oleg Vitoldovich)

ПРАЛЯСКОЎСКI, Алег Вiтольдавiч

ПРОЛЕСКОВСКИЙ, Олег Витольдович

Data tat-twelid: 1.10.1963

Post tat-Twelid: Zagorsk

(Sergijev Posad/ Russia)

Eks Ministru tal-Informazzjoni (ħalla l-kariga f'Ġunju 2014), eks Viċi Kap tal-Amministrazzjoni tal-President, eks Kap tad-Direttorat Ġenerali għall-Ideoloġija fl-Amministrazzjoni tal-President, ex-Direttur taċ-Ċentru tal-Analiżi u l-Informazzjoni fl-Amministrazzjoni tal-President.

Kien wieħed mill-għejun u l-ilħna ewlenin tal-propaganda tal-Istat u tal-appoġġ ideoloġiku għar-reġim. Ingħata promozzjoni għall-pożizzjoni ta' Ministru, u minn dakinhar kompla jleħħen propaganda u appoġġ favur l-atti tar-reġim fil-konfront tal-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili.

156.

Radzkou, Aliaksandr Mikhailavich

Radkov, Aleksandr Mikhailovich

РАДЗЬКОЎ, Аляксандр Мiхайлавiч

РАДЬКОВ, Александр Михайлович

Data tat-twelid: 1.7.1951

Post tat-Twelid: Votnia, Mohilev region

ID: 3010751M102PB0

Eks Konsulent tal-President Lukashenka (mit-18 ta' Mejju 2015), kien l-Ewwel Viċi Kap tal-Amministrazzjoni tal-President, eks Ministru tal-Edukazzjoni.

Għalaq l-Università tal-Umanità Ewropea, ordna r-repressjoni tal-istudenti tal-oppożizzjoni, u organizza lill-istudenti biex iġiegħlhom jivvutaw għar-reġim. Huwa kellu rwol attiv fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet frodulenti fl-2008, l-2010 u l-2012, u fir-repressjoni sussegwenti ta' dimostranti paċifiċi fl-2008 u l-2010. Huwa qrib ħafna tal-President Lukashenka. Huwa l-Kap ta' Belaya Rus, l-organizzazzjoni ideoloġika u politika ewlenija tar-reġim.

161.

Rusak, Viktar Uladzimiravich

Rusak, Viktor Vladimirovich

РУСАК, Вiктар Уладзiмiравiч

РУСАК, Виктор Владимирович

Data tat-twelid: 4.5.1955

Post tat-Twelid: Minsk

Indirizz:

Палата представителей Национального собрания Республики Беларусь

220010, Республика Беларусь, г. Минск, ул. Советская, 11

Membru tal-Kamra Inferjuri tal-Parlament, Viċi President tal-Kumitat Permanenti għas-Sigurtà Nazzjonali, Viċi Kap tal-Kumitat għas-Sigurtà Nazzjonali. Eks Kap tal-Bord tal-KGB għas-Sigurtà Ekonomika.

Kien responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

163.

Saikouski Valeri Yosifavich

Saikovski Valeri Yosifovich

САЙКОЎСКI, Валерый Iосiфавiч

САЙКОВСКИЙ, Валерий Иосифович

Data tat-twelid: 1977

Indirizz:

220035 Minsk, ul. Saperov. 7

Maħtur Viċi Kap tad-Diviżjoni ta' Minsk tal-Kumitat tal-Investigazzjoni f'Jannar 2012. Bħala Prosekutur Pubbliku tad-Distrett Pervomaiski ta' Minsk, huwa ttratta l-proċess ta' Ales Byalyatski, wieħed mid-difensuri l-aktar prominenti tad-drittijiet tal-bniedem, Kap taċ-Ċentru Bjelorussu HR “Vyasna”, Viċi President tal-FIDH. L-akkuża ppreżentata mill-prosekutur fil-proċess kellha motivazzjoni politika ċara u imminenti u kissret b'mod ċar il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' għajnuna lil dawk li sofrew minn repressjoni marbuta mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

166.

Sauko, Valery Iosifavich

Savko, Valeri Iosifovich

САЎКО, Валерый Iосiфавiч

САВКО, Валерий Иосифович

Indirizz:

230023 Hrodna,

vul. Ozheshko, 1

Kap tal-fergħa Hrodna tat-trade union favur ir-reġim. Eks Kap tal-Kummissjoni Elettorali Reġjonali (KER) tar-Reġjun ta' Hrodna għall-elezzjoni Presidenzjali tal-2010 u l-elezzjonijiet lokali ta' Marzu 2014. Bħala President ta' Kummissjoni Elettorali Reġjonali, kien responsabbli għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali tad-19 ta' Diċembru 2010, u għall-falsifikazzjonijiet fl-elezzjonijiet lokali ta' Marzu 2014 fir-reġjun ta' Hrodna.

167.

Shaeu, Valiantsin Piatrovich

(Shayeu, Valyantsin Piatrovich)

Shaev, Valentin Petrovich (Shayev, Valentin Petrovich)

ШАЕЎ Валянцiн Пятровiч

ШАЕВ, Валентин Петрович

Indirizz:

220034 Minsk, vul. Frunze, 19

Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, Kap tal-Kumitat ta' Investigazzjoni, kien Viċi Kap tal-Kumitat ta' Investigazzjoni, kien Prosekutur tar-reġjun ta' Homel. Responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010.

168.

Shahrai, Ryta Piatrouna

Shagrai, Rita Petrovna

ШАГРАЙ, Рнта Пятроўна

ШАГРАЙ, Рита Петровна

Indirizz:

Суд Заводского района г. Минска

220107, г. Минск, пр. Партизанский, 75А

President tal-Qorti Distrettwali ta' Zavodskoy tal-belt ta' Minsk (mill-2014), eks Viċi President tal-Qorti Distrettwali ta' Partizanski tal-belt ta' Minsk, eks Imħallef tal-Qorti Distrettwali ta' Oktiabrski tal-belt ta' Minsk.

Kienet direttament involuta fir-repressjoni ġudizzjarja tad-dimostranti paċifiċi fid-19 ta' Diċembru 2010. Fl-20 ta' Diċembru 2010, hija kkundannat lill-attivisti tas-soċjetà ċivili Ales Sobal, Maksim Hrishel u Kastantsin Chufistau, għal 10 ijiem ħabs u lil Siarhei Kardymon għal 15-il jum ħabs. Fis-7 ta' Lulju 2011, hija kkundannat lill-attivist Artur Zauharodny għal 13-il jum ħabs. Fit-12 ta' Ottubru 2012, hija kkundannat lill-attivisti Aleh Korban u Uladzimir Siarheeu għal 5 ijiem ħabs. Il-mod kif mexxiet il-proċessi kien ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija sostniet l-użu ta' evidenza u ta' testimonjanzi irrilevanti għall-akkużati.

169.

Shamionau Vadzim Iharavich Shamenov Vadim Igorevich (Shamyonov Vadim Igorevich)

ШАМЁНАЎ, Вадзiм Iгаравiч

ШАМЁНОВ, Вадим Игоревич

Indirizz:

Исправительная колония № 17

213004, г. Шклов, ул. 1-я Заводская д. 8

Kaptan, kap tal-unità operattiva tal-kolonja penali IK-17 fi Shklov. Tefa' pressjoni fuq il-priġunieri politiċi, ċaħħadhom mid-dritt tagħhom ta' korrispondenza, u heddidhom sabiex jikseb konfessjonijiet. Direttament responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' priġunieri politiċi u attivisti tal-oppożizzjoni bl-użu ta' trattament jew kastig krudili, inuman u degradanti. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

173.

Sheiman, Viktar Uladzimiravich (Sheyman, Viktar Uladzimiravich) Sheiman, Viktor Vladimirovich (Sheyman, Viktor Vladimirovich)

ШЭЙМАН, Biктap Уладзiмiравiч

ШЕЙМАН, Виктор Владимирович

Data tat-twelid: 26.5.1958,

Post tat-Twelid: Hrodna region

Indirizz:

Управлениe Делами Президента

ул. К.Маркса, 38

220016, г. Минск

Kap tad-Dipartiment ta' Ġestjoni tal-Amministrazzjoni tal-President. Responsabbli għall-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u l-2000. Kien Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà. Sheiman għadu Assistent Speċjali tal-President.

174.

Shastakou, Iury Valerievich

(Shastakou, Yury Valerievich)

Shestakov, Iuri Valerievich

(Shestakov, Yuri Valerievich)

ШАСТАКОЎ, Юрый Валер'евiч

ШЕСТАКОВ, Юрий Валерьевич

Indirizz:

Суд Московского района г. Минска

220042, г. Минск, Проспект газеты “Правда”, 27

Imħallef u Viċi President fil-Qorti ta' Moskovski Rayon tal-belt ta' Minsk.

Huwa kien direttament involut fir-repressjoni ġudizzjarja tad-dimostranti paċifiċi fid-19 ta' Diċembru 2010. Fl-20 u s-27 ta' Diċembru 2010, huwa kkundanna lill-attivisti tas-soċjetà ċivili Illya Vasilievich, Nadzeya Chayukhova, Tatsiana Radzetskaya, Siarhei Kanapatski u Volha Damarad għal 10 ijiem ħabs. Fl-20 ta' Diċembru 2011 huwa kkundanna lill-attivist Siarhei Kanapatski għall-kommemorazzjoni tar-repressjoni fid-19 ta' Diċembru 2010. Il-mod kif mexxa l-proċessi kien kiser b'mod ċar il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Appoġġa l-użu ta' evidenza u xhieda li ma kellhiex rilevanza għall-akkużat.

175.

Shuhaeu, Siarhei Mikhailavich

(Shuhayeu, Siarhei Mikhailavich)

Shugaev, Sergei Mikhailovich

(Shugayev, Sergey Mikhailovich))

ШУГАЕЎ, Сяргей Михайлaвiч

ШУГАЕВ, Сергей Михайлович

Indirizz:

КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17

Kap tad-Diviżjoni ta' Kontrospjunaġġ tal-KGB u kien Viċi Kap tal-Bord ta' Kontrospjunaġġ Militari tal-KGB. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

177.

Shykarou, Uladzislau Aleksandravich

Shikarov, Vladislav Aleksandrovich

ШЫКАРОЎ, Уладiзлаў Александравiч

ШИКАРОВ, Владислав Александрович

Indirizz:

Суд Железнодорожного района города Витебска

210001, г. Витебск, ул. Кирова,16

Imħallef tal-Qorti Distrettwali Zheleznodorozhny ta' Vitebsk. Huwa kkundanna diversi dimostranti matul il-proċess ta' appell, minkejja l-fatt li huma ma kinux instabu ħatja mill-Qorti tal-Prim'Istanza. Responsabbli għall-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi u kriminali motivati politikament kontra r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, inkluż l-attivist politiku Siarhei Kavalenka.

179.

Siankevich, Eduard Aliaksandravich

Senkevich, Eduard Aleksandrovich

СЯНЬКЕВIЧ, Эдуард Аляксандравiч

СЕНЬКЕВИЧ, Эдуард Александрович

Data tat-twelid: 15.4.1952

Post tat-Twelid: Slonim, Hrodna region

Indirizz:

Палата представителей Национального собрания Республики Беларусь

220010, Республика Беларусь, г. Минск, ул. Советская, 11

Membru tal-Kamra Inferjuri tal-Parlament, Viċi Kap tal-Kumitat Permanenti dwar il-Liġi, kien Prosekutur tar-Reġjun ta' Mohilev. Responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010.

180.

Siarheenka, Ihar Piatrovich

Sergeenko, Igor Petrovich

(Sergeyenko, Igor Petrovich)

СЯРГЕЕНКА, Iгар Пятровiч

СЕРГЕЕНКО, Игорь Петрович

Data tat-twelid: 14.1.1963

Post tat-Twelid: Stolitsa, Vitebsk region

Indirizz:

КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17

L-ewwel Viċi Kap tal-KGB, eks Kap tal-KGB tar-Reġjun ta' Mohilev. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fir-reġjun ta' Mohilev u fil-Bjelorussja.

184.

Sirenka, Viktar Ivanavich

Sirenko, Viktor Ivanovich

CIРЭНКА, Biктap Iванавiч

СИРЕНКО, Виктор Иванович

Data tat-twelid: 4.3.1962

Post tat-Twelid: Borisov, Minsk region

ID: 3040362B062PB7

Numru tal-passaport: MP2249974 (issued on 30.3.2007)

Indirizz:

ул. Лобанка, 81, кв. 19, 220000, г. Минск

Viċi Gvernatur tar-reġjun ta' Minsk (minn Jannar 2015), eks Kap tal-Kumitat għall-Kura tas-Saħħa fil-Belt ta' Minsk u eks Kap Kirurgu tal-Isptar tal-Emerġenza ta' Minsk. Huwa ma opponiex il-ħtif tal-kandidat presidenzjali Nekliayev, li kien ittrasportat lejn l-isptar tiegħu wara li safa' msawwat severament fid-19 ta' Diċembru 2010 u, billi naqas li jsejjaħ lill-pulizija, ikkoopera mal-awturi mhux magħrufa. Dan in-nuqqas ta' azzjoni wassal għall-promozzjoni. Bħala Kap tal-Kumitat għall-Kura tas-Saħħa fil-Belt ta' Minsk huwa kien responsabbli għas-superviżjoni tal-użu ta' istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa għall-ħaddiema fis-soppressjoni tad-drittijiet tal-bniedem.

187.

Slizheuski, Aleh Leanidavich

Slizhevski, Oleg Leonidovich

СЛIЖЭЎСКI, Алег Леанідавіч

СЛИЖЕВСКИЙ, Олег Леонидович

Data tat-twelid: 16.8.1972

Post tat-Twelid: Hrodna

Indirizz:

220004, г.Минск, ул. Коллекторная, 10 Министерство юстиции

(10 Kollektornaya str.) 220004 Minsk

Belarus

Ministru tal-Ġustizzja, Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC); u kien Kap tad-Diviżjoni tal-Organizzazzjonijiet soċjali u l-partiti politiċi fil-Ministeru tal-Ġustizzja. Bħala Membru taċ-CEC, kien responsabbli għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali li seħħew fl-elezzjonijiet sa mill-2007. Bil-pożizzjonijiet tiegħu fil-Ministeru tal-Ġustizzja u l-kontroll li jeżerċita fuq il-ġudikatura, ħa sehem attiv fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, billi ċaħad ir-reġistrazzjoni ta' NGOs u partiti politiċi, li f'bosta każi wassal biex jiġu aboliti.

188.

Smalenski, Mikalai Zinouevich

Smolenski, Nikolai Zinovievich

СМАЛЕНСКI, Мiкалай 3iноўeвiч

СМОЛЕНСКИЙ, Николай Зиновьевич

 

Viċi Kap taċ-Ċentru tal-Antiterroriżmu CIS u kien Viċi Kap tal-KGB, inkarigat mill-persunal u l-organizzazzjoni tal-kompiti tagħhom. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

196.

Talstashou, Aliaksandr Alehavich

Tolstashov, Aleksandr Olegovich

ТАЛСТАШОЎ, Аляксандр Алегавiч

ТОЛСТАШОВ, Александр Олегович

Indirizz:

КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17

Kap tal-Bord tal-KGB għall-Protezzjoni tal-Ordni Kostituzzjonali u l-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu.

Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

201.

Traulka Pavel

Traulko Pavel

ТРАУЛЬКА, Павел

ТРАУЛЬКО, Павел

Indirizz:

220034, г. Минск, ул. Фрунзе, 5

Logutenent Kurunell, li kien operattiv tal-kontrospjunaġġ militari tal-KGB (attwalment kap tas-servizz tal-istampa tal-Kumitat Investigattiv tal-Bjelorussja). Huwa ffalsifika provi kontra attivisti tal-oppożizzjoni u uża theddid sabiex jikseb konfessjonijiet mingħandhom fiċ-ċentru ta' detenzjoni tal-KGB f'Minsk wara r-repressjoni tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010. Huwa kien direttament responsabbli għall-użu ta' trattament jew kastig krudili, inuman u degradanti u għaċ-ċaħda tad-dritt għal proċess ġust. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

202.

Trutka, Iury Igorevich

(Trutka, Yury Igorevich)

Trutko, Iury (Yurij, Yuri) Igorevich

ТРУТКA, Юрый Iгаравич

ТРУТКО, Юрий Игоревич

Indirizz:

Исправительная колония № 2

213800, г. Бобруйск, ул. Сикорского, 1

Ul. Sikorskogo 1

213800 Bobruisk

Viċi Kap tal-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk, responsabbli għat-trattament inuman u krudili tal-priġunieri politiċi A. Sannikau u A. Beliatski fil-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk. Attivisti tal-oppożizzjoni ġew ittorturati, miċħuda l-aċċess għal rappreżentazzjoni legali u mqiegħda fl-iżolament fil-kolonja penali taħt is-sorveljanza tiegħu. Trutko għamel pressjoni fuq A. Beliatski u A. Sannikau sabiex iġiegħelhom jiffirmaw appell għal maħfra.

204.

Tsertsel, Ivan Stanislavavich

Tertel, Ivan Stanislavovich

ЦЕРЦЕЛЬ, Iван Станiслававiч

ТЕРТЕЛЬ, Иван Станиславович

Indirizz:

КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17

Viċi Kap tal-KGB, inkarigat mill-kriminalità ekonomika u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

207.

Tushynski Ihar Heraninavich

Tushinski Igor Geroninovich

ТУШЫНСКИЙ, Irap Геранiнавiч

ТУШИНСКИЙ, Игорь Геронинович

Indirizz:

220004, г. Минск, ул. Коллекторная, 10 Министерство юстиции

(10 Kollektornaya str.) 220004 Minsk

Belarus

Viċi Ministru tal-Ġustizzja inkarigat mill-appoġġ legali għall-istituzzjonijiet li jabbozzaw attivi leġislattivi u regolatorji dwar kwistjonijiet ekonomiċi u inkarigat mir-reġistrazzjoni tal-entitajiet legali.

Huwa responsabbli għar-rwol u l-azzjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja u tal-ġudikatura tal-Bjelorussja, li huma strumenti ewlenin tar-repressjoni tal-popolazzjoni, billi jimponi l-propaganda tal-istat fuq il-ġudikatura, li tipprovoka, u tiġġustifika r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u tas-soċjetà ċivili, billi jiċħad jew ineħħi r-reġistrazzjoni għal NGOs u partiti politiċi.

209.

Utsiuryn, Andrei Aliaksandravich

(Utsiuryn, Andrey Aliaksandravich; Utsyuryn, Andrei Aliaksandravich) Vtiurin, Andrei Aleksandrovich

(Vtiurin, Andrey Aleksandrovich; Vtyurin, Andrei Aleksandrovich)

УЦЮРЫН, Андрэй Аляксандравiч

ВТЮРИН, Андрей Александрович

Data tat-twelid: 1971,

Penza (Russia)

Viċi Kap tal-Kunsill tas-Sigurtà tar-Repubblika tal-Bjelorussja (mill-2014).

Eks Kap tas-Servizz tas-Sigurtà tal-President.

Taħt is-superviżjoni tiegħu, diversi membri tas-servizz tiegħu ħadu sehem f'interrogazzjonijiet ta' attivisti politiċi wara d-dimostrazzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010.

210.

Vakulchyk, Valery Paulavich

Vakulchik, Valeri Pavlovich

ВАКУЛЬЧЫК, Валерый Паўлавiч

ВАКУЛЬЧИК, Валерий Павлович

Data tat-twelid: 19.6.1964,

Brest region

Indirizz:

КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17

Kap tal-KGB, eks Kap tal-Kumitat ta' Investigazzjoni, kien Kap taċ-Ċentru Operattiv u Analitiku tal-Amministrazzjoni tal-President, responsabbli għat-telekomunikazzjoni, inkluż il-monitoraġġ, l-iffiltrar, il-kontroll u l-interferenza ta' diversi mezzi ta' komunikazzjoni, pereżempju l-internet. Bħala Kap tal-KGB, huwa responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

216.

Vehera, Viktar Paulavich

Vegera, Viktor Pavlovich

BEГEPA, Biктap Паўлавiч

ВЕГЕРА, Виктор Павлович

 

Kien l-Ewwel Viċi Kap tal-KGB, inkarigat mill-kontrospjunaġġ. Irtirat mill-1 ta' April 2013 u mibgħut mal-forzi ta' riserva.

Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Ta bidu għall-każ tal-priġunier politiku Ales Byalyatski, wieħed mid-difensuri l-aktar prominenti tad-drittijiet tal-bniedem, Kap taċ-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem Bjelorussu “Vyasna”, Viċi President tal-FIDH. A. Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' assistenza lil dawk li batew mir-repressjoni marbuta mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.


ANNESS II

Persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 8(2)

A.   Persuni

1.

Alinikau Siarhei Aliaksandravich

2.

Ananich, Liliia Stanislavauna

3.

Arlau Aliaksey

4.

Atabekau, Khazalbek Bakhtibekavich

5.

Badak Ala Mikalaeuna

6.

Bakhmatau, Ihar Andreevich

7.

Bandarenka Siarhei Uladzimiravich

8.

Barouski Aliaksandr Genadzevich

9.

Barsukou, Aliaksandr Piatrovich

10.

Barysionak, Anatol Uladzimiravich

11.

Bazanau, Aliaksandr Viktaravich

12.

Bileichyk, Aliaksandr Uladzimiravich

13.

Bortnik, Siarhei Aliaksandrovich

14.

Brysina, Zhanna Leanidauna

15.

Bulash, Ala Biukbalauna

16.

Bushchyk, Vasil Vasilievich

17.

Busko, Ihar Iauhenavich

18.

Bychko, Aliaksei Viktaravich

19.

Charhinets, Mikalai Ivanavich

20.

Charkas, Tatsiana Stanislavauna

21.

Charnyshou, Aleh Anatolievich

22.

Chatviartkova, Natallia Alexeeuna

23.

Chubkavets Kiryl Chubkovets Kirill

24.

Davydzka, Henadz Branislavavich

25.

Dysko, Henadz Iosifavich

26.

Dzemiantsei, Vasil Ivanavich

27.

Dziadkou, Leanid Mikalaevich

28.

Esman, Valery Aliaksandravich

29.

Farmahei, Leanid Kanstantsinavich

30.

Haidukevich Valery Uladzimiravich

31.

Halavanau, Viktar Ryhoravich

32.

Harbatouski, Yury Aliaksandravich

33.

Herasimenka, Henadz Anatolievich

34.

Herasimovich, Volha Ivanauna

35.

Hermanovich, Siarhei Mikhailavich

36.

Hihin, Vadzim Frantsavich

37.

Hrachova, Liudmila Andreeuna

38.

Hureeu Siarhei Viktaravich

39.

Iakubovich, Pavel Izotavich

40.

Iancheuski, Usevalad Viachaslavavich

41.

Iarmoshyna, Lidziia Mikhailauna

42.

Iaruta, Viktar Heorhevich

43.

Iasianovich, Leanid Stanislavavich

44.

Iauseev, Ihar Uladzimiravich

45.

Ihnatovich-Mishneva, Liudmila

46.

Ipatau, Vadzim Dzmitryevich

47.

Ivanou, Siarhei

48.

Kachanau Uladzimir Uladzimiravich

49.

Kadzin, Raman Viktaravich

50.

Kakunin, Aliaksandr Aliaksandravich

51.

Kalach, Uladzimir Viktaravich

52.

Kamarouskaya, Volha Paulauna

53.

Kamisarau, Valery Mikalayevich

54.

Kanapliou, Uladzimir Mikalaevich

55.

Karovina, Natallia Uladzimirauna

56.

Karpenka, Ihar Vasilievich

57.

Katsuba, Sviatlana Piatrouna

58.

Kavaliou, Aliaksandr Mikhailavich

59.

Kazak, Viktar Uladzimiravich

60.

Kazheunikau Andrey

61.

Kaziiatka, Iury Vasilievich

62.

Kharyton, Aliaksandr

63.

Khatkevich, Iauhen Viktaravich

64.

Khmaruk, Siargei Konstantinovich

65.

Khrobastau, Uladzimir Ivanavich

66.

Khrypach, Siarhei Fiodaravich

67.

Khvainitskaya, Zhanna Anatolyeuna

68.

Kisialiou, Anatol Siamionavich

69.

Kochyk, Aliaksandr Vasilyevich

70.

Kolas, Alena Piatrovna

71.

Konan, Viktar Aliaksandravich

72.

Kornau, Uladzimir Uladzimiravich

73.

Korzh, Ivan Aliakseevich

74.

Krasheuski, Viktar

75.

Krasouskaya, Zinaida Uladzimirauna

76.

Kryshtapovich, Leu Eustafievich

77.

Kuklis, Mikalai Ivanovich

78.

Kuliashou, Anatol Nilavich

79.

Kuzniatsou, Ihar Nikonavich

80.

Lapko, Maksim Fiodaravich

81.

Lapo, Liudmila Ivanauna

82.

Laptsionak, Ihar Mikalaevich

83.

Lashyn, Aliaksandr Mikhailavich

84.

Lazavik, Mikalai Ivanavich

85.

Lemiashonak, Anatol Ivanavich

86.

Liabedzik, Mikhail Piatrovich

87.

Liaskouski, Ivan Anatolievich

88.

Liushtyk, Siarhei Anatolievich

89.

Lomats, Zianon Kuzmich

90.

Lapatka, Aliaksandr Aliaksandravich

91.

Lukashenka, Aliaksandr Ryhoravich

92.

Lukashenka, Dzmitry Aliaksandravich

93.

Lukashenka, Viktar Aliaksandravich

94.

Lukomski, Aliaksandr Valiantsinavich

95.

Lutau Dzmitry Mikhailavich

96.

Makei, Uladzimir Uladzimiravich

97.

Maladtsova, Tatsiana

98.

Maslakou, Valery Anatolievich

99.

Mazouka Anzhalika Mikhailauna

100.

Mazouka, Kiryl Viktaravich

101.

Miklashevich, Piotr Piatrovich

102.

Mitrakhovich, Iryna Aliakseeuna

103.

Morozau, Viktar Mikalaevich

104.

Motyl, Tatsiana Iaraslavauna

105.

Nazaranka, Vasil Andreyevich

106.

Niakrasava, Alena Tsimafeeuna

107.

Padabed, Iury Mikalaevich

108.

Piakarski, Aleh Anatolievich

109.

Praliaskouski, Aleh Vitoldavich

110.

Pratasavitskaia, Natallia Uladzimirauna

111.

Putsyla, Uladzimir Ryhoravich

112.

Pykina, Natallia Mikhailauna

113.

Radzkou, Aliaksandr Mikhailavich

114.

Rakhmanava, Maryna Iurievna

115.

Ravinskaia, Tatsiana Uladzimirauna

116.

Rusak, Viktar Uladzimiravich

117.

Rybakou, Aliaksei Vasilievich

118.

Saikouski Valeri Yosifavich

119.

Sanko Ivan Ivanavich

120.

Sauko, Valery Iosifavich

121.

Shaeu, Valiantsin Piatrovich

122.

Shahrai, Ryta Piatrouna

123.

Shamionau Vadzim Iharavich

124.

Shastakou Maksim Aliaksandravich

125.

Shchurok, Ivan Antonavich

126.

Shastakou, Iury Valerievich

127.

Shuhaeu, Siarhei Mikhailavich

128.

Shved, Andrei Ivanavich

129.

Shykarou, Uladzislau Aleksandravich

130.

Shylko, Alena Mikalaeuna

131.

Siankevich, Eduard Aliaksandravich

132.

Siarheenka, Ihar Piatrovich

133.

Simakhina, Liubou Siarheeuna

134.

Simanau Aliaksandr Anatolievich

135.

Simanouski Dmitri Valerevich

136.

Sirenka, Viktar Ivanavich

137.

Slizheuski, Aleh Leanidavich

138.

Smalenski, Mikalai Zinouevich

139.

Stsiapurka, Uladzimir Mikhailavich

140.

Stuk, Aliaksei Kanstantsinavich

141.

Sukharenka, Stsiapan Mikalaevich

142.

Sukhau Dzmitri Viachaslavavich

143.

Svistunova, Valiantsina Mikalaeuna

144.

Talstashou, Aliaksandr Alehavich

145.

Traulka Pavel

146.

Trutka, Iury Igorevich

147.

Tsertsel, Ivan Stanislavavich

148.

Tupik, Vera Mikhailauna

149.

Tushynski Ihar Heraninavich

150.

Unukevich, Tamara Vasileuna

151.

Utsiuryn, Andrei Aliaksandravich

152.

Vakulchyk, Valery Paulavich

153.

Valchkova, Maryiana Leanidauna

154.

Vasilevich, Ryhor Aliakseevich

155.

Vehera, Viktar Paulavich

156.

Volkau, Siarhei Mikhailavich

157.

Yakunchykhin, Aliaksandr Anatolyevich

158.

Yarmalitski, Siarhei Uladzimiravich

159.

Zaharouski, Anton Uladzimiravich

160.

Zaitsau, Vadzim Iurievich

161.

Zaitsava, Viktoryia Henadzeuna

162.

Zakharau, Aliaksei Ivanavich

163.

Zapasnik, Maryna Sviataslavauna

164.

Zhadobin, Iury Viktaravich

165.

Zhuk, Alena Siamionauna

166.

Zhuk, Dzmitry Aliaksandravich

167.

Zhukouskaia, Zhanna Aliakseeuna

168.

Zhukouski, Siarhei Kanstantsinavich

169.

Zimouski Aliaksandr Leanidavich

170.

Volkau, Vitaliy Mikalaevic

B.   Entitajiet

1.

Beltechexport

2.

Beltech Holding

3.

Spetspriborservice


30.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/181


DEĊIŻJONI DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1958

tal-1 ta' Lulju 2015

dwar is-sistemi applikabbli tal-valutazzjoni u tal-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni tal-prodotti ġeosintetiċi u tal-prodotti relatati skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 60(h) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti ġeosintetiċi u tal-prodotti relatati mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi applikabbli ġiet stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/581/KE (2).

(2)

Id-Deċiżjoni 96/581/KE ma tistabbilixxix kriterji dettaljati għall-għażla tas-sistemi tal-valutazzjoni u tal-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni għar-reazzjoni għan-nar tal-prodotti ġeosintetiċi u tal-prodotti relatati.

(3)

Is-sistemi stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 għandhom jintgħażlu b'mod aktar adegwat biex tiġi vvalutata l-prestazzjoni tal-prodotti ġeosintetiċi u tal-prodotti relatati. Hekk il-manifatturi għandu jkollhom aċċess għas-suq intern b'mod aktar effiċjenti u b'hekk jikkontribwixxu għal kompetittività akbar fl-industrija tal-bini kollha kemm hi.

(4)

Għalhekk, fl-interessi taċ-ċarezza u tat-trasparenza, id-Deċiżjoni 96/581/KE għandha titħassar u tiġi sostitwita,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tapplika għall-prodotti ġeosintetiċi u għall-prodotti relatati stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 2

Il-prodotti ġeosintetiċi u l-prodotti relatati msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu vvalutati u vverifikati għall-kostanza tal-prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tagħhom f'konformità mas-sistemi speċifikati fl-Anness II.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 96/581/KE titħassar.

Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/581/KE tal-24 ta' Ġunju 1996 dwar il-proċedura sabiex tattesta l-konformità tal-prodotti għall-bini skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttva tal-Kunsill 89/106/KEE rigward il-ġeotessuti (ĠU L 254, 8.10.1996, p. 59)


ANNESS I

PRODOTTI KOPERTI

Din id-Deċiżoni tapplika għal dawn il-prodotti li ġejjin:

1.

Il-prodotti ġeosintetiċi (membrani u tessuti) użati għas-separazzjoni, għall-protezzjoni, għad-drenaġġ, għall-filtrazzjoni jew għar-rinfurzar tal-ħamrija

2.

Il-prodotti ġeokompożiti użati għas-separazzjoni, għall-protezzjoni, għad-drenaġġ, għall-filtrazzjoni jew għar-rinfurzar tal-ħamrija

3.

Il-prodotti ġeogrilji użati għas-separazzjoni, għall-protezzjoni, għad-drenaġġ, għall-filtrazzjoni jew għar-rinfurzar tal-ħamrija

4.

Il-prodotti ġeomembrani użati għas-separazzjoni, għall-protezzjoni, għad-drenaġġ, għall-filtrazzjoni jew għar-rinfurzar tal-ħamrija

5.

Il-prodotti ġeoxbieki użati għas-separazzjoni, għall-protezzjoni, għad-drenaġġ, għall-filtrazzjoni jew għar-rinfurzar tal-ħamrija


ANNESS II

IS-SISTEMI TAL-VALUTAZZJONI U TAL-VERIFIKA TAL-KOSTANZA TAL-PRESTAZZJONI

Għall-prodotti koperti minn din id-Deċiżjoni, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi essenzjali tagħhom, is-sistemi tal-Valutazzjoni u tal-Verifika tal-Kostanza tal-Prestazzjoni japplikaw kif ġej:

Tabella 1

Għall-karatteristiċi essenzjali kollha għajr ir-reazzjoni għan-nar

Prodotti

Karatteristiċi Essenzjali

Is-sistema applikabbli tal-Valutazzjoni u tal-Verifika tal-Kostanza tal-Prestazzjoni kif stabbilit fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 305/2011

Il-prodotti ġeosintetiċi (membrani u tessuti), il-prodotti ġeokompożiti, il-prodotti ġeogrilji, il-prodotti ġeomembrani u l-prodotti ġeoxbieki użati għas-separazzjoni, għall-protezzjoni, għad-drenaġġ, għall-filtrazzjoni jew għar-rinfurzar tal-ħamrija

Għall-karatteristiċi essenzjali kollha għajr ir-reazzjoni għan-nar

2+


Tabella 2

Ir-reazzjoni għan-nar biss

Għall-prodotti kollha indikati fl-ewwel kolonna tat-Tabella 1, is-sistemi tal-Valutazzjoni u tal-Verifika tal-Kostanza tal-Prestazzjoni huma determinati, skont is-subfamilji tagħhom, kif ġej:


Is-subfamilji tal-prodott

Is-sistemi applikabbli tal-Valutazzjoni u tal-Verifika tal-Kostanza tal-Prestazzjoni kif stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 305/2011

Il-prodotti li għalihom stadju identifikabbli b'mod ċar fil-proċess tal-produzzjoni tagħhom jirriżulta f'titjib fil-prestazzjoni tar-reazzjoni tagħhom għan-nar (eż. iż-żieda ta' ritardanti tan-nar jew il-limitazzjoni ta' materjali organiċi)

1

Il-prodotti li għalihom teżisti bażi ġuridika Ewropea applikabbli għall-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni tar-reazzjoni tagħhom għan-nar mingħajr ittestjar

4

Il-prodotti li mhumiex parti mis-subfamilji indikati fir-ringieli 1 u 2

3


30.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/184


DEĊIŻJONI DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1959

tal-1 ta' Lulju 2015

dwar is-sistemi applikabbli għall-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ta' prodotti tal-inġinerija għall-ilma mormi, skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 60(e) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità ta' prodotti tal-inġinerija għall-ilma mormi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi applikabbli, ġiet stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/464/KE (2).

(2)

Id-Deċiżjoni 97/464/KE ma tistabbilixxix kriterji dettaljati għall-għażla ta' sistemi għall-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza ta' prestazzjoni għar-reazzjoni għan-nar ta' prodotti tal-inġinerija għall-ilma mormi, b'mod partikolari t-tappieri tal-ħofor għall-ispezzjonar u l-għotjien tal-gandotti.

(3)

Is-sistemi stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 għandhom jintgħażlu b'mod aktar adegwat sabiex tiġi vvalutata l-prestazzjoni tal-prodotti tal-inġinerija għall-ilma mormi. B'dan il-mod, il-manifatturi jistgħu jiksbu aċċess għas-suq intern b'mod aktar effiċjenti, u b'hekk tiżdied il-kompetittività tal-industrija tal-bini kollha kemm hi.

(4)

Id-Deċiżjoni 97/464/KE għandha titħassar u tiġi sostitwita fl-interess taċ-ċarezza u tat-trasparenza,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tapplika għall-prodotti tal-inġinerija għall-ilma mormi stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 2

Il-prodotti tal-inġinerija għall-ilma mormi msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu vvalutati u vverifikati għall-kostanza tal-prestazzjoni b'rabta mal-karatteristiċi essenzjali tagħhom f'konformità mas-sistemi speċifikati fl-Anness II.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 97/464/KE hija mħassra.

Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ġunju 1997 dwar il-proċedura ta' attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti għall-bini skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fejn għandhom x'jaqsmu prodotti tal-inġinerija għall-ilma mormi (ĠU L 198, 25.7.1997, p. 33).


ANNESS I

PRODOTTI KOPERTI

Din id-Deċiżoni tapplika għal:

(1)

Apparati għall-back-flow: pajpijiet ventilati b'valvoli li jippermettu d-dħul tal-arja;

(2)

Kits għal stazzjon tal-ippumpjar tal-ilma mormi u impjanti li jtellgħu l-effluwent

(3)

Kits u elementi għal impjanti ta' trattament tal-ilma mormi u apparat ta' trattament fuq il-post;

(4)

Tankijiet settiċi;

(5)

Kanali tad-dranaġġ prefabbrikati;

(6)

Toqob u kmamar tal-ispezzjonar;

(7)

Turġien tal-ħadid, slielem, poġġamani għat-toqob u għall-kmamar tal-ispezzjonar;

(8)

Separaturi;

(9)

Għotjien ta' toqob għall-ispezzjonar u għotjien tal-gandotti.


ANNESS II

SISTEMI TA' VALUTAZZJONI U VERIFIKA TAL-KOSTANZA TAL-PRESTAZZJONI

Għall-prodotti koperti minn din id-Deċiżjoni, b'kont meħud tal-karatteristiċi essenzjali tagħhom, is-sistemi ta' Valutazzjoni u Verifika tal-Kostanza tal-Prestazzjoni japplikaw kif ġej:

Tabella 1

Għall-karatteristiċi essenzjali kollha għajr ir-reazzjoni għan-nar

Prodotti

Karatteristiċi Essenzjali

Sistemi applikabbli għall-Valutazzjoni u għall-Verifika tal-Kostanza tal-Prestazzjoni kif stabbilit fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 305/2011

Apparati għall-back-flow: pajpijiet ventilati b'valvoli li jippermettu d-dħul tal-arja

Għall-karatteristiċi essenzjali kollha għajr ir-reazzjoni għan-nar

4

Kits għal stazzjon tal-ippumpjar tal-ilma mormi u impjanti li jtellgħu l-effluwent

3

Kits u elementi għal impjanti tat-trattament tal-ilma mormi u apparat ta' trattament fuq il-post

3

Tankijiet settiċi

3

Kanali tad-dranaġġ prefabbrikati

3

Toqob u kmamar tal-ispezzjonar

4

Turġien tal-ħadid, slielem u poġġamani għat-toqob u għall-kmamar tal-ispezzjonar

4

Separaturi

4

Għotjien tat-toqob għall-ispezzjonar u għotjien tal-gandotti

1


Tabella 2

Għal reazzjoni għan-nar biss

Għall-prodotti kollha indikati fl-ewwel kolonna tat-Tabella 1, is-sistemi ta' Valutazzjoni u Verifika tal-Kostanza ta' Prestazzjoni huma determinati, skont is-subfamilji tagħhom, kif ġej:


Subfamilji tal-prodott

Sistemi applikabbli għall-Valutazzjoni u l-Verifika tal-Kostanza tal-Prestazzjoni kif stabbilit fl-Anness V tar- Regolament (UE) Nru 305/2011

Il-prodotti li għalihom stadju identifikabbli b'mod ċar fil-proċess tal-produzzjoni tagħhom jirriżulta f'titjib fil-prestazzjoni tagħhom ta' reazzjoni għan-nar (eż. billi jiżdiedu r-ritardanti tan-nar jew jiġu llimitati l-materjali organiċi)

1

Prodotti li għalihom teżisti bażi ġuridika Ewropea applikabbli li tikklassifika l-prestazzjoni tagħhom ta' reazzjoni għan-nar mingħajr ittestjar

4

Prodotti li ma jappartjenux għas-subfamilji indikati fir-ringieli 1 u 2

3


30.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/187


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1960

tad-29 ta' Ottubru 2015

dwar l-istabbiliment tal-listi annwali ta' prijoritajiet għall-2016 għall-iżvilupp ta' kodiċijiet tan-netwerk u ta' linji gwida

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (1) (“Ir-Regolament dwar l-Elettriku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 (2) (“Ir-Regolament dwar il-Gass”), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk u tal-linji gwida huma azzjonijiet importanti li jridu jiġu meħuda sabiex jiġi integrat għalkollox is-suq intern tal-enerġija. It-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija (3) ħalaq qafas istituzzjonali għall-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-netwerk bl-għan li meta jkun meħtieġ, jiġu armonizzati r-regoli tekniċi, operattivi u tas-suq li jirregolaw il-grilji tal-elettriku u tal-gass. Għal dan l-iskop, l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“ACER”), in-Netwerk Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi tat-trażmissjoni (“ENTSO”) u l-Kummissjoni jaħdmu b'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.

(2)

L-oqsma li fihom jistgħu jiġu żviluppati l-kodiċijiet tan-netwerk huma stabbiliti fl-Artikolu 8(6) tar-Regolament dwar l-Elettriku u fl-Artikolu 8(6) tar-Regolament dwar il-Gass. Minkejja l-possibbiltà li jiġu żviluppati kodiċijiet tan-netwerk, il-Kummissjoni tista' wkoll tiddeċiedi li tiżviluppa linji gwida fl-oqsma stabbiliti fl-Artikolu 18(1), (2), (3) tar-Regolament dwar l-Elettriku u fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament dwar il-Gass. Skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament dwar l-Elettriku u l-Artikolu 6(1) tar-Regolament dwar il-Gass, il-Kummissjoni l-ewwel għandha tistabbilixxi lista annwali ta' prijoritajiet sabiex jiġu identifikati l-oqsma li jridu jiġu inklużi fl-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-network.

(3)

F'dawn l-aħħar tliet snin diġà ġew adottati u ppubblikati regoli armonizzati dwar il-gass fir-rigward tal-proċeduri ta' ġestjoni tal-konġestjoni, l-allokazzjoni tal-kapaċità, l-ibbilanċjar u l-interoperabbiltà kif ukoll l-iskambju tad-dejta. F'Lulju tal-2015 diġà ġew adottati u ppubblikati regoli armonizzati dwar l-elettriku, fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni.

(4)

Fil-konsultazzjoni pubblika (4), il-maġġoranza tal-partijiet ikkonċernati appoġġaw il-prijoritizzazzjoni tal-ħidma li diġà nbdiet u enfasizzaw l-importanza ta' implimentazzjoni xierqa u kkoordinata sew tal-kodiċijiet tan-netwerk u tal-linji gwida li ġew adottati u li bihom jiġi żgurat l-involviment strutturat tal-partijiet ikkonċernati.

(5)

Wara li ġew rikonoxxuti t-tweġibiet tal-partijiet ikkonċernati u wara li ġew ikkunsidrati l-azzjonijiet varji meħtieġa biex tiġi żgurata l-integrazzjoni sħiħa tas-suq intern tal-enerġija u l-fatt li l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk u tal-linji gwida se tkun teħtieġ riżorsi sinifikanti mill-partijiet rilevanti kollha fosthom il-Kummissjoni, l-ACER, l-ENTSO u l-partijiet ikkonċernati, ma żdied l-ebda qasam ġdid fil-listi annwali ta' prijoritajiet. Sabiex tkun tista' tintegra l-istandard futur tal-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) dwar il-kwalità tal-gass b'livell kalorifiku għoli (H-gas) fil-kodiċi tan-netwerk dwar l-interoperabbiltà u l-iskambju tad-dejta, l-emenda tal-Kummissjoni ġiet introdotta fil-lista annwali ta' prijoritajiet dwar il-gass għall-2016. Peress li l-adozzjoni finali ta' dan il-kodiċi tan-netwerk se sseħħ fil-bidu tal-2016, fil-lista annwali ta' prijoritajiet dwar l-elettriku għall-2016 reġgħu ddaħħlu regoli armonizzati dwar ir-rekwiżiti għall-konnessjoni mal-grilja applikabbli għall-ġeneraturi.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-listi annwali ta' prijoritajiet għall-2016 għall-iżvilupp ta' kodiċijiet tan-netwerk u ta' linji gwida għall-elettriku u għall-gas.

Artikolu 2

Il-lista annwali ta' prijoritajiet għall-2016 għall-iżvilupp ta' regoli armonizzati dwar l-elettriku se tkun din li ġejja:

regoli dwar il-konnessjoni man-netwerk:

regoli dwar ir-rekwiżiti għall-konnessjoni mal-grilja applikabbli għall-ġeneraturi (il-Kummissjoni se tissokta l-fażi tal-adozzjoni wara l-votazzjoni tal-2015 fil-Kumitat),

domanda għall-konnessjoni (il-Kummissjoni se tissokta l-fażi tal-adozzjoni wara l-votazzjoni tal-2015 fil-Kumitat),

regoli dwar il-konnessjoni mal-grilja tas-sistema ta' trażmissjoni tal-kurrent dirett b'voltaġġ għoli (il-Kummissjoni se tissokta l-fażi tal-adozzjoni wara l-votazzjoni tal-2015 fil-Kumitat),

regoli dwar l-operazzjonijiet tas-sistema (il-Kummissjoni se tissokta l-fażi tal-adozzjoni wara l-votazzjoni tal-2015 fil-Kumitat),

regoli dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità fuq terminu itwal (il-Kummissjoni se tissokta l-fażi tal-adozzjoni wara l-votazzjoni tal-2015 fil-Kumitat),

regoli dwar l-ibbilanċjar inkluża l-qawwa ta' riżerva relatata man-netwerk (il-Kummissjoni se tiffinalizza l-kodiċi tan-netwerk u se tibda l-fażi tal-adozzjoni),

regoli dwar l-emerġenza u l-għoti mill-ġdid tal-provvista (il-Kummissjoni se tiffinalizza l-kodiċi tan-netwerk u se tibda l-fażi tal-adozzjoni),

regoli dwar strutturi tariffarji armonizzati ta' trażmissjoni (l-ACER se tħejji linja gwida qafas abbażi tar-riżultati tal-attività ta' stħarriġ u abbażi tad-deċiżjonijiet tal-ACER meħuda bħala parti mill-inizjattiva għad-disinn tas-suq tal-enerġija).

Artikolu 3

Il-lista annwali ta' prijoritajiet għall-2016 għall-iżvilupp ta' regoli armonizzati dwar il-gass se tkun din li ġejja:

regoli dwar l-istrutturi tariffarji armonizzati ta' trażmissjoni (il-Kummissjoni se tibda l-fażi tal-adozzjoni),

regoli rigward approċċ fl-UE ibbażat fuq is-suq dwar l-allokazzjoni ta' kapaċità “innovattiva” ta' trażmissjoni tal-gass (il-Kummissjoni se tibda l-fażi tal-adozzjoni).

regoli dwar l-istandard futur tas-CEN rigward il-kwalità tal-gass b'livell kalorifiku għoli (il-Kummissjoni se tibda l-fażi tal-adozzjoni u se tfassal abbozz ta' emenda tal-kodiċi tan-netwerk dwar ir-regoli tal-interoperabbiltà u tal-iskambju tad-dejta).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15.

(2)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 36.

(3)  It-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija huwa magħmul mid-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55), mid-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94), mid-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 176, 15.7.2003, p. 57), mir-Regolament (KE) Nru 714/2009, mir-Regolament (KE) Nru 715/2009 u mir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1).

(4)  It-tweġibiet huma ppublikati fis-sit web: http://ec.europa.eu/energy/en/consultations/consultation-establishment-annual-priority-lists-development-network-codes-and.