ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 283

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
29 ta' Ottubru 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1939 tad-9 ta' Ottubru 2015 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Latvijas lielie pelēkie zirņi (DOP)]

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1940 tat-28 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi ta' skleroti tal-ergotina f'ċerti ċereali mhux ipproċessati u id-dispożiżżjonijiet dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar ( 1 )

3

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1941 tat-28 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

7

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1942 tas-26 ta' Ottubru 2015 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar it-talba tal-Istati Uniti għal eżenzjoni tad-WTO biex testendi l-programm tal-AGOA

9

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1943 tas-27 ta' Ottubru 2015 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/909/UE billi testendi l-periodu ta' applikazzjoni tal-miżuri protettivi kontra l-koleotteru tal-ġabsala fl-Italja (notifikata bid-dokument C(2015) 7330)  ( 1 )

11

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1944 tat-28 ta' Ottubru 2015 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/807/UE li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għas-sajd pelaġiku fl-Ilmijiet tal-Punent tal-Grigal tal-Atlantiku

13

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 303/14/COL tal-15 ta' Lulju 2014 li tawtorizza lin-Norveġja li tidderoga minn ċerti regoli komuni tas-sikurezza tal-avjazzjoni skont l-Artikolu 14(6) tal-Att imsemmi fil-punt 66n tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE kif emendat) [2015/1945]

18

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 545/14/COL tat-8 ta' Diċembru 2014 li tawtorizza lill-Iżlanda biex tidderoga minn ċerti regoli komuni ta' sikurezza tal-avjazzjoni skont l-Artikolu 14(6) tal-Att imsemmi fil-punt 66n tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE, kif emendata) u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kulleġġ 362/14/COL tal-14 ta' Settembru 2014 [2015/1946]

22

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

29.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1939

tad-9 ta' Ottubru 2015

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Latvijas lielie pelēkie zirņi (DOP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni mil-Latvija għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Latvijas lielie pelēkie zirņi” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012; id-denominazzjoni “Latvijas lielie pelēkie zirņi” għandha għalhekk tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Latvijas lielie pelēkie zirņi” (DOP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni speċifikata fl-ewwel paragrafu tidentifika prodotti fil-Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 189, 6.6.2015, p. 11.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


29.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1940

tat-28 ta' Ottubru 2015

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi ta' skleroti tal-ergotina f'ċerti ċereali mhux ipproċessati u id-dispożiżżjonijiet dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) jistabbilixxi livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel.

(2)

Il-Bord dwar il-Kontaminanti fil-Katina tal-Ikel (CONTAM) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adotta opinjoni dwar l-alkalojdi tal-ergotina fl-ikel u fl-għalf (3). Il-Bord CONTAM stabbilixxa doża akuta ta' referenza ta' grupp ta' 1 μg/kg ta' piż tal-ġisem (“b.w.”) u doża tollerabbli ta' kuljum ta' grupp ta' 0,6 μg/kg b.w.

(3)

Il-preżenza tal-alkalojdi tal-ergotina fil-ħbub tal-qamħ hija sa ċertu punt marbuta mal-preżenza ta' skleroti tal-ergotina fil-ħbub tal-qamħ. Din ir-rabta mhijiex assoluta, hekk kif l-alkalojdi tal-ergotina jistgħu wkoll ikunu preżenti fi trab minn skleroti tal-ergotina assorbita fil-ħbub tal-qamħ. Għaldaqstant huwa importanti li jkunu stabbiliti livelli massimi ta' skleroti tal-ergotina bħala l-ewwel pass filwaqt li tinġabar iktar dejta dwar il-preżenza tal-alkalojdi tal-ergotina fiċ-ċereali u l-prodotti taċ-ċereali. Madankollu huwa rikonoxxut li l-konformità mal-livell massimu ta' skleroti tal-ergotina mhix neċessarjament garanzija tas-sikurezza tal-ikel fejn tidħol il-preżenza ta' alkalojdi tal-ergotina. Għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu miżuri xierqa, f'konformità mal-Artikolu 14(8) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), biex jimponu restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq tal-ikel jew biex jeżiġu l-irtirar ta' tali ikel mis-suq, meta l-ikel jinstab li huwa perikoluż minħabba l-livell ta' alkalojdi tal-ergotina, minkejja l-konformità mal-livell massimu ta' skleroti tal-ergotina.

(4)

Hemm bżonn jiġi speċifikat f'liema stadju tal-kummerċjalizzazzjoni għandhom japplikaw il-livelli massimi għall-iskleroti tal-ergotina minħabba li l-operazzjonijiet ta' tindif u issortjar jistgħu jnaqqsu l-preżenza tal-iskleroti tal-ergotina Huwa xieraq li l-livelli massimi għall-iskleroti tal-ergotina għall-ħbub tal-qamħ jiġu applikati fl-istess stadji ta' kummerċjalizzazzjoni bħal dawk għal mikotossini oħra.

(5)

L-esperjenza mill-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 turi li huwa xieraq li jkun iċċarat it-terminu “ipproċessar tal-ewwel stadju”, b'mod partikolari fejn jidħlu s-sistemi integrati ta' produzzjoni u pproċessar u fejn jidħol it-togħrik.

(6)

Huwa importanti li tinġabar dejta dwar il-preżenza tal-alkalojdi tal-ergotina fiċ-ċereali u l-prodotti taċ-ċereali sabiex tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-preżenza tal-alkalojdi tal-ergotina u l-preżenza tal-iskleroti tal-ergotina. Is-sejbiet dwar l-alkalojdi tal-ergotina għandhom jiġu rrapportati sat-30 ta' Settembru 2016 sabiex jippermettu d-definizzjoni ta' livelli massimi ta' alkalojdi tal-ergotina xierqa u li jistgħu jinkisbu, filwaqt li jkun ipprovdut livell għoli biex titħares is-saħħa tal-bniedem.

(7)

Għalkemm huwa importanti li l-miżuri ta' prevenzjoni ikomplu japplikaw biex tkun imnaqqsa u evitata il-kontaminazzjoni mill-okratossina A, mhuwiex meħtieġ ir-rappurtaġġ annwali dwar is-sejbiet, l-eżitu ta' investigazzjonijiet u l-progress fl-applikazzjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni. Huwa xieraq li jiġu aġġornati d-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar kif previst fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006.

(8)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 9 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 9

Monitoraġġ u rapportar

1.   L-Istati Membri għandhom jissorveljaw il-livelli tan-nitrati fil-ħxejjex li jista' jkun fihom livelli sinifikanti, b'mod partikolari l-ħxejjex ħodor b'ħafna weraq, u jikkomunikaw ir-riżultati fuq bażi regolari lill-EFSA.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni sommarju tas-sejbiet dwar l-aflatossini li jkunu nġabru skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 884/2014 (*) u d-dejta tal-okkorrenzi individwali għandha tiġi rrapurtata lill-EFSA mill-Istati Membri.

3.   L-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati professjonali għandhom jikkomunikaw, kull sena, ir-riżultati tal-investigazzjonijiet li jsiru lill-Kummissjoni u l-progress fir-rigward tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni biex tkun evitata l-kontaminazzjoni bl-okratossina A, id-deossinivalenol, iz-zearalenon, il-fumonisin B1 u B2, T-2 u t-tossina HT-2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawn ir-riżultati disponibbli għall-Istati Membri. Id-dejta relatata dwar l-okkorrenza għandha tiġi rrapurtata lill-EFSA.

4.   L-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati professjonali huma rakkomandati bil-kbir biex jissorveljaw il-preżenza tal-alkalojdi tal-ergotina fiċ-ċereali u l-prodotti taċ-ċereali.

L-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati professjonali huma rakkomandati bil-kbir biex jirrappurtaw lill-EFSA r-riżultati tagħhom dwar l-alkalojdi tal-ergotina sat-30 ta' Settembru 2016. Dawk ir-riżultati għandhom jinkludu d-dejta tal-okkorrenza u informazzjoni speċifika dwar ir-rabta bejn il-preżenza tal-iskleroti tal-ergotina u l-livell ta' alkalojdi tal-ergotina individwali.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawn ir-riżultati disponibbli għall-Istati Membri.

5.   Id-dejta ta' okkorrenza dwar kontaminanti oħra barra dawk imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4 miġbura mill-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati professjonali tista' tiġi rrapurtata lill-EFSA.

6.   Id-dejta ta' okkorrenza għandha tkun ipprovduta lill-EFSA fil-format tal-preżentazzjoni tad-dejta tal-EFSA f'konformità mar-rekwiżiti tal-gwida tal-EFSA ‘Guidance on Standard Sample Description (SSD) for Food and Feed’ (**) u r-rekwiżiti addizzjonali speċifiċi tar-rappurtar tal-EFSA għall-kontaminanti speċifiċi. Id-dejta tal-okkorrenza minn organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati professjonali tista' tingħata lill-EFSA, jekk xieraq, f'format ta' preżentazzjoni tad-dejta simplifikata, definit mill-EFSA.

(*)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 884/2014 tat-13 ta' Awwissu 2014 li jimponi kundizzjonijiet speċjali għar-regolamentazzjoni tal-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel minn ċertu pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni bl-aflatossini u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1152/2009 (ĠU L 242, 14.8.2014, p. 4)."

(**)  http://www.efsa.europa.eu/en/datex/datexsubmitdata.htm”"

(2)

L-Anness huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).

(3)  Bord dwar il-Kontaminanti fil-Katina tal-Ikel tal-EFSA (CONTAM); Scientific Opinion on Ergot alkaloids in food and feed. EFSA Journal 2012;10(7):2798. [158 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2012.2798. Disponibbli hawn: www.efsa.europa.eu/efsajournal

(4)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 emendat kif ġej:

(1)

Fit-Taqsima 2, tiżdied l-entrata 2.9 li ġejja:

“2.9

Skleroti tal-ergotina u alkalojdi tal-ergotina

 

2.9.1.

Skleroti tal-ergotina

 

2.9.1.1.

Ċereali mhux ipproċessati (18) ħlief il-qamħirrun u r-ross

0,5 g/kg (*)

2.9.2.

Alkalojdi tal-ergotina (**)

 

2.9.2.1.

Ċereali mhux ipproċessati (18) ħlief il-qamħirrun u r-ross

 (***)

2.9.2.2.

Prodotti taċ-ċereali mitħunin ħlief il-qamħirrun u l-prodotti tat-tħin tar-ross

 (***)

2.9.2.3.

Ħobż (inkluż l-oġġetti tal-ikel żgħar moħmija), il-ħelu bl-għaġina, il-gallettini, l-isnacks taċ-ċereali, iċ-ċereali tal-kolazzjon u l-għaġin

 (***)

2.9.2.4.

Ikel ibbażat fuq iċ-ċereali għat-trabi u t-tfal żgħar

 (***)

(2)

In-nota 18 f'qiegħ il-paġna tinbidel b'dan li ġej:

“(18)

Il-livell massimu japplika għaċ-ċereali mhux ipproċessati mqiegħda fis-suq għall-ipproċessar ta l-ewwel stadju.

‘L-ipproċessar tal-ewwel stadju’ ifisser kull trattament fiżiku jew termali, li mhux tnixxif, tal-qamħa jew fuqha. Il-proċeduri tat-tindif, inkluż it-togħrik, tal-issortjar u tat-tnixxif mhumiex meqjusa bħala ‘pproċessar tal-ewwel stadju’ minħabba li l-qalba tal-qamħa tinżamm intatta wara t-tindif u l-issortjar.

It-togħrik huwa t-tindif taċ-ċereali billi jiġi bbraxxjat jew jingħorok b'mod vigoruż.

F'każ li t-togħrik isir fil-preżenza tal-iskleroti tal-ergotina, iċ-ċereali jridu jgħaddu minn stadju ta' tindif qabel it-togħrik. Dan t-togħrik, li jsir flimkien ma' aspiratur tat-trab, jiġi segwit minn issortjar ibbażat fuq il-kulur qabel it-tħin.

Sistemi integrati ta' produzzjoni u pproċessar tfisser sistemi fejn il-lottijiet kollha li deħlin ta' ċereali jitnaddfu, jiġu ssortjati u pproċessati fl-istess stabbiliment. F'tali sistemi integrati ta' produzzjoni u pproċessar, il-livell massimu japplika għaċ-ċereali mhux ipproċessati wara t-tindif u l-issortjar iżda qabel l-ipproċessar tal-ewwel stadju.

L-operaturi tan-negozju tal-ikel għandhom jiżguraw il-konformità permezz tal-proċedura tal-HACCP tagħhom fejn, permezz tagħha, f'dan punt kritiku ta' kontroll tiġi stabbilita u implimentata proċedura effettiva ta' monitoraġġ.”


(*)  It-teħid ta' kampjuni għandu jsir f'konformità mal-punt B tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 12).

L-analiżi għandha titwettaq minn eżami mikroskopiku.

(**)  It-total ta' 12-il alkalojda tal-ergotina: ergokristina/ergokristinina; ergotammina/ergotaminina; ergokriptina/ergokriptinina; ergometrina/ergometrinina; ergosina/ergosinina; ergokornina/ergokorninina.

(***)  Livelli massimi xierqa u li jistgħu jinkisbu, li jipprovdu livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem, għandhom jiġu kkunsidrati għal dawn il-kategoriji tal-ikel rilevanti qabel l-1 ta' Lulju 2017.”


29.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1941

tat-28 ta' Ottubru 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

44,1

MA

94,4

MK

57,3

TR

107,9

ZZ

75,9

0707 00 05

AL

50,7

TR

112,1

ZZ

81,4

0709 93 10

MA

124,7

TR

146,0

ZZ

135,4

0805 50 10

AR

130,2

TR

108,6

UY

83,2

ZA

133,8

ZZ

114,0

0806 10 10

BR

281,6

EG

210,3

LB

234,5

MK

68,5

PE

75,0

TR

176,1

ZZ

174,3

0808 10 80

AL

23,1

AR

137,9

CL

106,3

NZ

139,1

ZA

147,2

ZZ

110,7

0808 30 90

TR

135,5

ZZ

135,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

29.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1942

tas-26 ta' Ottubru 2015

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar it-talba tal-Istati Uniti għal eżenzjoni tad-WTO biex testendi l-programm tal-AGOA

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu IX tal-Ftehim ta' Marrakesh li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“il-Ftehim tad-WTO”) jistabbilixxu l-proċeduri għall-eżenzjonijiet li jikkonċernaw il-Ftehimiet Multilaterali dwar il-Kummerċ fl-Anness 1A jew 1B jew 1C tal-Ftehim tad-WTO u l-annessi tagħhom.

(2)

L-Istati Uniti ngħataw eżenzjoni mill-obbligi skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu I u l-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu XIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (“GATT 1994”) fis-27 ta' Mejju 2009 li tkopri l-perijodu sat-30 ta' Settembru 2015.

(3)

Skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu IX tal-Ftehim tad-WTO, l-Istati Uniti ressqu talba għal eżenzjoni tal-obbligi tagħhom taħt il-paragrafu 1 tal-Artikolu I u l-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu XIII tal-GATT 1994 sat-30 ta' Settembru 2025, sa fejn ikun neċessarju biex l-Istati Uniti jkunu jistgħu jkomplu jipprovdu trattament mingħajr dazju għal prodotti eliġibbli li joriġinaw f'pajjiżi benefiċjarji tal-Afrika sub-Saħarjana magħżula skont l-Att Afrikan dwar it-Tkabbir u l-Opportunitajiet (AGOA).

(4)

L-aċċettazzjoni tat-talba tal-Istati Uniti għal eżenzjoni tad-WTO ma jaffettwa negattivament la l-ekonomija tal-Unjoni Ewropea u lanqas ir-relazzjonijiet kummerċjali mal-benefiċjarji tal-eżenzjoni. Barra minn hekk, l-Unjoni b'mod ġenerali tappoġġa azzjonijiet li jtaffu l-faqar u jippromwovu l-istabbiltà u l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli fil-pajjiżi tal-benefiċjarji.

(5)

Għaldaqstant, huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kunsill Ġenerali tad-WTO biex tkun appoġġjata t-talba għal eżenzjoni mill-Istati Uniti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ għandha tkun li tappoġġa t-talba tal-Istati Uniti biex ikunu eżentati mill-obbligi tagħhom taħt il-paragrafu 1 tal-Artikolu I u l-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu XIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 sat-30 ta' Settembru 2025 f'konformità mat-termini tat-talba għal eżenzjoni mill-Istati Uniti.

Din il-pożizzjoni għandha tiġi espressa mill-Kummissjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

C. DIESCHBOURG


29.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/11


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1943

tas-27 ta' Ottubru 2015

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/909/UE billi testendi l-periodu ta' applikazzjoni tal-miżuri protettivi kontra l-koleotteru tal-ġabsala fl-Italja

(notifikata bid-dokument C(2015) 7330)

(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u partikolarment l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implementazzjoni tal-Kummissjoni 2014/909/UE (3) stabbiliet ċerti miżuri protettivi wara notifiki mill-Italja dwar l-okkorrenza tal-koleotteru tal-ġabsala (Aethina tumida) fir-reġjuni tal-Kalabrija u ta' Sqallija. Hija applikabbli sat-30 ta' Novembru 2015.

(2)

Fis-16 ta' Settembru 2015, l-Italja nnotifikat lill-Kummissjoni li l-ispezzjonijiet u l-investigazzjonijiet epidemjoloġiċi mwettqa skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/909/UE, kif ukoll is-sorveljanza attiva fir-rigward tal-okkorrenza tal-koleotteru tal-ġabsala fir-reġjuni Taljani kkonċernati, instabu infestazzjonijiet ġodda fil-Kalabrija.

(3)

L-istandards internazzjonali stabbiliti mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) jirrakkomandaw stħarriġ annwali li għandu jitwettaq qabel ma żona terġa' tikseb l-istatustagħha ta' żona ħielsa mill-infestazzjonijiet. Huwa diffiċli li jiġu stabbiliti eżatt l-iżviluppi epidemjoloġiċi tal-infestazzjonijiet tal-koleotteru tal-ġabsala peress li s-sintomi jistgħu jgħaddu mingħajr ma jinduna ħadd bihom u infestazzjonijiet ta' dan it-tip jistgħu jaffettwaw ukoll kolonji tan-naħal selvaġġi. L-infestazzjonijiet irrappurtati qabel fl-Italja, fl-2014, ġew identifikati matul il-ħarifa, bejn Settembru u Diċembru. Għalhekk, l-istħarriġ annwali attwali u futur għandu jkopri l-perjodu kollu tal-ħarifa tal-2015 u l-2016, rispettivament.

(4)

Fid-dawl tal-fatt li s-sitwazzjoni epidemjoloġika f'dawn ir-reġjuni tal-Italja għadha ma ġietx stabbilita filwaqt li jonqos informazzjoni dwar l-istħarriġ attwali u futur, huwa saħansitra meħtieġ li tiġi estiża l-applikazzjoni tal-miżuri previsti fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2014/909/UE b'xi xhur wara t-tmiem mistenni tal-istaġun tat-trobbija tan-naħal li jmiss fi tmiem Novembru 2016.

(5)

Il-perjodu ta' applikabbiltà u l-miżuri fis-seħħ għandhom jiġu riveduti fi kwalunkwe waqt fid-dawl ta' informazzjoni ġdida dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika tar-reġjuni Taljani milquta.

(6)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/909/UE għandha tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/909/UE huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Marzu 2017.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Deċizjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/909/UE tat-12 ta' Diċembru 2014 dwar ċerti miżuri protettivi fir-rigward tal-okkorrenzi konfermati tal-koleotteru tal-ġabsala fl-Italja (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 161).


29.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/13


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1944

tat-28 ta' Ottubru 2015

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/807/UE li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għas-sajd pelaġiku fl-Ilmijiet tal-Punent tal-Grigal tal-Atlantiku

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/807/UE (2) tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għas-sajd pelaġiku fl-Ilmijiet tal-Punent tal-Grigal tal-Atlantiku.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi obbligu ta' ħatt l-art għas-sajd pelaġiku sabiex jitnaqqsu l-livelli għolja preżenti ta' qabdiet mhux mixtieqa u biex, gradwalment, jiġi eliminat l-iskartar tal-ħut. Id-dettalji għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art huma stabbiliti fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1393/2014 (4) li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd għal ħut pelaġiku fl-ilmijiet tal-Majjistral u fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1394/2014 (5) li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd pelaġiku f'ilmijiet tal-Lbiċ. Il-konformità mal-obbligu tal-ħatt l-art trid tiġi kkontrollata u spezzjonata. Għaldaqstant, l-ispeċijiet pelaġiċi żgħar imsemmija fl-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandhom jiġu inklużi f'dan il-programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni sabiex l-Istati Membri kkonċernati jkunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet konġunti ta' spezzjoni u ta' sorveljanza b'mod effiċjenti u effettiv.

(3)

Il-kavalli u l-aringi huma speċi migratorji li ssibhom f'ħafna nħawi. Sabiex jiġu armonizzati l-proċeduri ta' kontroll u ta' spezzjoni għas-sajd għall-kavalli u l-aringi fl-ibħra li jmissu mal-ilmijiet tal-Punent, ikun f'loku li fil-programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni tiġi inkluża t-Taqsima IVa tal-ICES kif iddefinita fir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(4)

Ikun f'loku wkoll li l-programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni jibqa' jiġi implimentat sal-31 ta' Diċembru 2018 biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi matul l-introduzzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art.

(5)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 (7), u b'mod partikulari t-Titolu IIIa tiegħu, jistabbilixxi miżuri għat-tnaqqis tar-rimi. Il-programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għandu jiżgura l-konformità mal-projbizzjoni ta' selezzjoni kwalitattiva fejn jogħla l-prezz, mad-dispożizzjonijiet dwar l-ispustament tal-bastimenti biex imorru jistadu xi mkien ieħor u mal-projbizzjoni li l-ħut jitħalla jaħrab.

(6)

Skont id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/305/UE (8) u 2013/328/UE (9) li jistabbilixxu programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għall-Baħar Baltiku u għall-Baħar tat-Tramuntana, rispettivament, l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni fuq bażi annwali. Ir-rappurtar dwar il-programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għas-sajd pelaġiku fl-Ilmijiet tal-Punent għandu jsir bl-istess mod, jiġifieri fuq bażi annwali.

(7)

Matul il-konsultazzjonijiet bejn l-Unjoni, in-Norveġja u l-Gżejjer Faroe dwar il-ġestjoni tal-kavalli għall-2015, il-punti ta' riferiment għall-ispezzjoni tal-ħatt l-art tal-aringi, tal-kavalli u tas-sawrell tnaqqsu b'mod konsiderevoli minħabba li minn issa 'l quddiem dawn se jkunu bbażati fuq il-valutazzjoni tar-riskju, u l-applikazzjoni tagħhom ġiet estiża għall-ħatt l-art tal-istokkafixx. Il-punti ta' riferiment fil-mira fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/807/UE għandhom, għalhekk, jiġu emendati skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/807/UE hija emendata kif ġej:

(1)

It-Titolu jinbidel b'dan li ġej:

“Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/807/UE tad-19 ta' Diċembru 2012 li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għas-sajd pelaġiku fl-Ilmijiet tal-Punent tal-Grigal tal-Atlantiku u fil-Parti ta' Fuq tal-Baħar tat-Tramuntana”

(2)

L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni applikabbli għall-istokkijiet tal-kavalli, tal-aringi, tas-sawrell, tal-istokkafixx, tal-pixxitrumbetti, tal-inċova, tal-arġentini, tas-sardin u tal-laċċ ikħal fl-ilmijiet tal-UE tas-subżoni tal-ICES V, VI, VII, VIII u IX u fl-ilmijiet tal-UE tas-CECAF 34.1.11 (minn hawn 'il quddiem imsejħa ‘Ilmijiet tal-Punent’), kif ukoll għall-kavalli u għall-aringi fl-ilmijiet tal-UE tad-diviżjoni tal-ICES IVa (minn hawn 'il quddiem ‘il-Parti ta' Fuq tal-Baħar tat-Tramuntana’).”

(3)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Il-programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni japplika sal-31 ta' Diċembru 2018.”

(4)

Fl-Artikolu 3(2), il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

l-obbligi ta' rappurtar li japplikaw għal attivitajiet tas-sajd fl-Ilmijiet tal-Punent u fil-Parti ta' Fuq tal-Baħar tat-Tramuntana, b'mod partikolari l-affidabbiltà tal-informazzjoni rreġistrata u rrappurtata;”

(5)

Fl-Artikolu 3(2), il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

l-obbligu ta' ħatt l-art tal-qabdiet kollha ta' speċijiet li huma soġġetti għal obbligu ta' ħatt l-art skont ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), u l-miżuri biex jitnaqqas ir-rimi tal-ħut previst fit-Titolu IIIa tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 (**)

(*)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22)."

(**)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar (ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1);”"

(6)

Fl-Artikolu 12, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Mill-2016 'il quddiem, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq bażi annwali, u dan għandhom jagħmluh sal-31 ta' Jannar wara kull sena kalendarja.”

(7)

L-Anness II jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/807/UE tad-19 ta' Diċembru 2012 li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għas-sajd pelaġiku fl-Ilmijiet tal-Punent tal-Grigal tal-Atlantiku (ĠU L 350, 20.12.2012, p. 99).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(4)  Ir-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1393/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd għal ħut pelaġiku fl-ilmijiet tal-Majjistral (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 25).

(5)  Ir-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1394/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd għal ħut pelaġiku fl-ilmijiet tal-Lbiċ (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 31).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar (ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1).

(8)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/305/UE tal-21 ta' Ġunju 2013 li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-merluzz, tal-aringi, tas-salamun u tal-laċċa kaħla fil-Baħar Baltiku (ĠU L 170, 22.6.2013, p. 66).

(9)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/328/UE tal-25 ta' Ġunju 2013 li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-merluzz, tal-barbun tat-tbajja' u tal-lingwata fil-Kattegat, fil-Baħar tat-Tramuntana, fi Skagerrak, fil-Kanal tal-Lvant, fl-ilmijiet fil-punent tal-Iskozja u fil-Baħar Irlandiż (ĠU L 175, 27.6.2013, p. 61).


ANNESS

L-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/807/UE jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS II

PUNTI TA' RIFERIMENT FIL-MIRA

1.   Il-livell ta' spezzjonijiet fuq il-baħar (inkluż is-sorveljanza mill-ajru, fejn applikabbli)

Fuq bażi annwali, għandhom jintlaħqu l-punti ta' riferiment fil-mira (1) li ġejjin għall-ispezzjonijiet fuq il-baħar ta' dawk il-bastimenti li jistadu għall-aringi, il-kavalli, is-sawrell, l-inċova u l-istokkafixx fiż-żona, u dan fil-każ li l-ispezzjonijiet fuq il-baħar ikunu rilevanti b'rabta mal-fażi fil-katina tas-sajd u fil-każ li jkunu jiffurmaw parti mill-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju:

Punti ta' riferiment kull sena (*)

Il-livell ta' riskju stmat għal bastimenti tas-sajd skont l-Artikolu 5(2)

għoli

għoli ħafna

Tip ta' sajd Nru 1

Aringi, kavalli u sawrell

Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' riskju ‘għoli’ li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat

Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 7,5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' riskju ‘għoli ħafna’ li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat

Tip ta' sajd Nru 2

Inċova

Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 2,5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' riskju ‘għoli ħafna’ li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat

Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' riskju ‘għoli ħafna’ li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat

Tip ta' sajd Nru 3

Stokkafixx

Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' riskju ‘għoli ħafna’ li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat

Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 7,5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' riskju ‘għoli ħafna’ li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat

2.   Il-livell ta' spezzjonijiet fuq l-art (inklużi l-kontrolli u l-ispezzjonijiet dokumentati fil-portijiet jew fil-punt tal-ewwel bejgħ)

Fuq bażi annwali, għandhom jintlaħqu l-punti ta' riferiment fil-mira (2) li ġejjin għall-ispezzjonijiet fuq l-art (inkluż il-kontrolli u l-ispezzjonijiet iddokumentati fil-portijiet jew fil-punt tal-ewwel bejgħ) ta' bastimenti tas-sajd u ta' operaturi oħra involuti fis-sajd tal-aringi, tal-kavalli, tas-sawrell, tal-inċova u tal-istokkafixx fiż-żona, fil-każ li l-ispezzjonijiet fuq l-art ikunu rilevanti b'rabta mal-fażi fil-katina tas-sajd/tal-kummerċjalizzazzjoni u fil-każ li jkunu jiffurmaw parti mill-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju.

Punti ta' riferiment kull sena (**)

Il-livell tar-riskju stmat għal bastimenti tas-sajd u/jew għal operaturi oħra (l-ewwel xerrej)

għoli

għoli ħafna

Tip tas-sajd Nru 1

Aringi, kavalli u sawrell

Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 7,5 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' ‘riskju għoli’

Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 7,5 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' riskju ‘għoli ħafna’

Tip tas-sajd Nru 2

Inċova

Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 2,5 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' ‘riskju għoli’

Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 5 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' riskju ‘għoli ħafna’

Tip tas-sajd Nru 3

Stokkafixx

Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 7,5 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' ‘riskju għoli’

Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 7,5 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' riskju ‘għoli ħafna’

Spezzjonijiet li jsiru wara l-ħatt l-art jew wara t-trasbord għandhom jintużaw, b'mod partikolari, bħala mekkaniżmu ta' kontroverifika biex tiġi vverifikata l-affidabbiltà tal-informazzjoni rreġistrata u rrappurtata għall-qabdiet u għall-ħatt l-art.”


(1)  Għall-bastimenti li jdumu inqas minn 24 siegħa fuq il-baħar f'kull vjaġġ tas-sajd, u skont l-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju, il-punti ta' riferiment fil-mira jistgħu jitnaqqsu bin-nofs.

(*)  espressi f'% tal-vjaġġi tas-sajd fiż-żona (meta jsir sajd bi rkaptu bil-malji tax-xbieki fejn l-ispeċi tkun waħda fil-mira) minn bastimenti tas-sajd b'riskju għoli jew għoli ħafna, abbażi ta' kull sena

(2)  Għall-bastimenti li jħottu l-art inqas minn 10 tunnellati ma' kull ħatt, u skont l-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju, il-punti ta' riferiment fil-mira jistgħu jitnaqqsu bin-nofs.

(**)  espressi f'% tal-kwantitajiet li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'riskju għoli/għoli ħafna, abbażi ta' kull sena


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

29.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/18


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 303/14/COL

tal-15 ta' Lulju 2014

li tawtorizza lin-Norveġja li tidderoga minn ċerti regoli komuni tas-sikurezza tal-avjazzjoni skont l-Artikolu 14(6) tal-Att imsemmi fil-punt 66n tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE kif emendat) [2015/1945]

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 14(6) u (7) tal-Att imsemmi fil-punt 66n tal-Anness XIII għall-Ftehim taż-ŻEE, kif adattat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 163/2011 tad-19 ta' Diċembru 2011, Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE kif emendat; u l-punt FCL.740.A tal-Anness I tal-Att imsemmi fil-punt 66ne tal-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE, kif adattat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 146/2013 tal-15 ta' Lulju 2013, Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendat; it-tnejn kif adattati għall-Ftehim ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tat-Trasport tal-EFTA mogħtija fit-28 ta' Marzu 2014.

Billi:

(1)

In-Norveġja talbet li taplika ċerta deroga mir-regoli komuni tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili inklużi fir-regoli li jimplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(2)

F'konformita mal-Artikolu 14(7) ta' dak ir-Regolament, kif adattat, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA evalwat il-ħtieġa għad-deroga mitluba, u l-livell ta' protezzjoni li joħroġ minnha, abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. L-Awtorità tikkonkludi li l-varjazzjoni se tipprovdi għal livell ta' protezzjoni ekwivalenti għal dak miksub bl-applikazzjoni tar-regoli komuni tas-sikurezza tal-avjazzjoni, sakemm jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. L-evalwazzjoni tad-deroga, u l-kundizzjonijiet marbuta mal-applikazzjoni tagħhom, huma deskritti fl-Anness ta' din id-deċiżjoni li tawtorizza d-deroga.

(3)

F'konformita mal-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, kif adattat, deroga mogħtija lil Stat Membru wieħed għandha tkun notifikata lill-Istati Membri kollha, li għandhom ikunu intitolati wkoll li japplikaw dik id-deroga.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 163/2011 tad-19 ta' Diċembru 2011 u l-punt 3 ittri (a) u (e) tal-Anness tiegħu, it-terminu “Stat(i) Membru/i” għandu jiġi mifhum li qed jinkludi, b'żieda mat-tifsira tiegħu fir-Regolament, l-Istati tal-EFTA; u l-Kummissjoni Ewropea tikkomunika l-informazzjoni dwar tali deċiżjoni li tkun waslet mingħand l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA lill-Istati Membri tal-UE.

(5)

Din id-deċiżjoni għandha għalhekk tiġi notifikata lill-Istati kollha tal-EFTA, u lill-Kummissjoni Ewropea biex tiġi kkomunikata lill-Istati Membri tal-UE.

(6)

Id-deskrizzjoni tad-deroga, kif ukoll il-kundizzjonijiet marbuta magħha, għandhom ikunu tali li jippermettu lil Stati Membri oħra fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, kif adattati, li japplikaw dik il-miżura meta dawn isibu ruħhom fl-istess sitwazzjoni, mingħajr il-ħtieġa ta' approvazzjoni ulterjuri mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, jew il-Kummissjoni, skont il-każ. Madankollu, l-Istati Membri fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, kif adattat, għandhom jinnotifikaw l-applikazzjoni tad-derogi peress li jista' jkollhom effetti barra dak l-Istat.

(7)

Il-miżuri li jsir provvediment għalihom f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tat-Trasport tal-EFTA.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

In-Norveġja tista' tidderoga mir-rekwiżiti fil-punt FCL.740.A tal-Anness I (il-Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 kif emendat, kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Istati Membri kollha fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, kif adattat, ikunu intitolati japplikaw l-istess miżuri li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 1, kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, u suġġett għall-obbligu ta' notifika stabbilit fl-Artikolu 14(6) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, kif adattat.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lin-Norveġja. Hija awtentika fil-lingwa Ingliża.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi nnotifikata lill-Iżlanda, lil-Liechtenstein, lin-Norveġja u lill-Kummissjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Lulju 2014.

Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

Helga JÓNSDÓTTIR

Membru tal-Kulleġġ

Xavier LEWIS

Direttur


ANNESS

DEROGA MIR-RENJU TAN-NORVEĠJA MIR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1178/2011  (1) FIR-RIGWARD TA' SIGĦAT SPEĊIFIĊI TA' TITJIR GĦAL ĊERTI KLASSIFIKAZZJONIJIET TA' KATEGORIJA

1.   DESKRIZZJONI TAT-TALBA

Il-Punt FCL.740.A(b) tal-Anness I (il-Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jistipula kif ġej:

“(b)

Validazzjoni mill-ġdid ta' klassifikazzjoni tal-klassi ta' magna waħda u bi bdot wieħed.

(1)

Klassifikazzjonijiet tal-klassi ta' ajruplani b'magna waħda bil-pistin u klassifikazzjoni tat-TMG. Għall-validazzjoni mill-ġdid ta' klassifikazzjoni tal-klassi ta' ajruplani bi bdot wieħed u b'magna waħda bil-pistin jew klassifikazzjoni tal-klassi tat-TMG, l-applikant għandu:

(i)

fi żmien 3 xhur qabel id-data ta' skadenza tal-klassifikazzjoni, jgħaddi minn kontroll tal-profiċjenza fil-klassi rilevanti skont l-Appendiċi 9 ta' din il-Parti ma' eżaminatur; Jew

(ii)

fi żmien 12-il xahar qabel id-data ta' skadenza tal-klassifikazzjoni, iwettaq 12-il siegħa ta' ħin ta' titjir fil-klassi rilevanti, inklużi:

sitt (6) sigħat bħala PIC,

12-il telgħa u 12-il inżul l-art,

titjira ta' taħriġ ta' mill-inqas siegħa ma' għalliem tat-titjir (FI) jew ma' għalliem tal-klassifikazzjoni tal-klassi (CRI). L-applikanti jkunu eżentati minn din it-titjira jekk ikunu għaddew minn verifika ta' profiċjenza ta' klassifikar ta' klassi jew ta' tip jew test ta' ħiliet fi klwalunkwe klassi oħra jre tip ta' ajruplan.

(2)

Meta l-applikanti jkollhom kemm klassifikazzjoni tal-klassi ta' ajruplan fuq l-art b'magna waħda bil-pistin u klassifikazzjoni ta' TMG, dawn jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' (1) f'kull klassi, u jiksbu validazzjoni mill-ġdid taż-żewġ klassifikazzjonijiet.

(3)

Ajruplani turboprop bi bdot wieħed u b'magna waħda. Għall-validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjonijiet tal-klassi ta' turbopropp b'magna waħda, l-applikanti għandhom jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza dwar il-klassi rilevanti skont l-Appendiċi 9 ta' din il-Parti ma' eżaminatur, fi żmien 3 xhur qabel id-data ta' skadenza tal-klassifikazzjoni.”

Permezz ta' ittra datata s-6 ta' Diċembru 2013, il-Gvern tar-Renju tan-Norveġja (“in-Norveġja”) innotifika lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA (“l-Awtorità”) u lill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“l-Aġenzija”) bl-intenzjoni tiegħu li jidderoga minn din id-dispożizzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fuq il-bażi tal- Artikolu 14(6) tar- Regolament (KE) Nru 216/2008 kif emendat (2).

2.   VALUTAZZJONI TAT-TALBA

2.1.   Il-bżonn

L-Awtorità tqis li jkun xieraq li tippermetti l-ikkreditar trasversali ta' xi ħinijiet speċifikati ta' titjir fl-ajruplani li jaqgħu taħt il-klassifikazzjoni ta' klassi tal-art u tal-baħar ta' ajruplan b'magna b'pistin wieħed (“SEP”) lejn rivalidazzjoni taż-żewġ klassifikazzjonijiet “bl-esperjenza”. Ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 ma jindirizzax din is-sitwazzjoni u lanqas ma jipprovdi ċarezza għal piloti ta' ajruplani anfibji, li toħloq piż bla bżonn fuq id-detenturi tal-liċenzja.

2.2.   Ekwivalenza tal-livell ta' protezzjoni

In-Norveġja tat ir-raġunijiet segwenti biex turi l-bżonn ta' deroga mir-regola kkonċernata: Il-bdoti li jtajru ajruplan b'magna b'pistin wieħed huma mitluba li jkollhom il-klassifikazzjoni valida tal-klassi (SEP) inkluża fil-liċenzja Part-FCL. Il-Parti-FCL tagħmel dispożizzjonijiet għal żewġ klassifikazzjonijiet tal-klassi ta' SEP. Il-klassifikazzjoni (tal-art) SEP għall-ajruplan li jinżlu fuq l-art (li jkollhom ir-roti jew skis) u klassifikazzjoni SEP (tal-baħar) għall-idroplani (b'buq jew sufruni). Il-Parti-FCL ma tagħmel l-ebda provvediment speċifiku dwar l-ajruplani anfibji (li jistgħu jibdlu l-konfigurazzjoni waqt titjira biex ikunu jistgħu joperaw kemm minn fuq l-art kif ukoll minn fuq l-ilma). Barra minn hekk, bdot li jkun jixtieq jivvalida mill-ġdid il-privileġġi ta' kwalunkwe klassifikazzjoni tal-klassi ta' SEP ikun irid jikkonforma ma' FCL.740.A(b) tal-Anness I (il-Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.

Barra minn hekk, in-Norveġja ssottomettiet li hija diġà aċċettat li ajruplan amfibju jkun jista' jintuża għar-rivalidazzjoni taż-żewġ klassifikazzjonijiet billi jiġi operat kemm bħala ajruplan li jinżel fuq l-art kif ukoll bħala idroplan biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti. Fil-każ ta' ajruplan amfibju, il-karatteristiċi tal-ajruplan għas-sigħat ta' titjir fuq ir-rotta jkunu identiċi. Huwa biss il-fażijiet tas-sewqan fuq l-art, it-tlugћ u l-inżul/l-inżul tal-passiġġieri li huma differenti. Id-dispożizzjonijiet ta' FCL. 740.A(b)(2) diġà jirrikonoxxu li l-esperjenza miksuba f'ajruplani kemm fil-klassifikazzjoni SEP (tal-art) jew TMG jistgħu jintużaw biex jivvalidaw mill-ġdid kemm il-klassifikazzjoni SEP kif ukoll TMG. Ir-rekwiżiti għandhom jirriflettu dak li huwa komuni u dak li hu differenti bejn il-klassijiet.

L-Aġenzija, wara li analizzat it-talba għal deroga, qablet li l-obbligu fuq bdot li jkollu ż-żewġ klassifikazzjonijiet tal-klassi biex ilesti r-rekwiżiti kollha ta' esperjenza fit-titjir stabbiliti fl-FCL.740.A(b) kemm f'ajruplani li jinżlu fuq l-art kif ukoll f'idroplani mhux meħtieġ u jitfa' piż mhux raġonevoli fuq id-detentur tal-liċenzja.

Barra minn dan l-Aġenzija nnotat li l-kompitu tat-tfassil tar-regoli FCL.002 li għaddej bħalissa diġà ppropona li tiġi emendata d-dispożizzjoni ta' FCL.740 A(b) biex tkun tinkludi dispożizzjonijiet għar-rivalidazzjoni bl-esperjenza fil-każ ta' bdoti li jkollhom kemm is-SEP (fuq l-art) kif ukoll is-SEP (fuq il-baħar).

Għaldaqstant, l-Aġenzija kkonkludiet fir-rakkomandazzjoni tagħha għall-applikazzjoni tal-Artikolu 14(6) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 li bil-proposta tan-Norveġja l-livell ta' protezzjoni se jinżamm.

3.   DESKRIZZJONI TAD-DEROGA

Id-deroga proposta mid-dispożizzjonijiet ta' punt FCL.740.A(b) tal-Anness I (Part-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, hija intiża li tippermetti lill-piloti fil-kmand sigħat bi klassi waħda li jiġu kkreditati b'ħamsa mis-sitt sigħat tal-oħra.

Għalhekk, id-dispożizzjonijiet ta' FCL.740.A(b)(3) tal-Anness I (il-Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għandhom japplikaw b'dan is-sotto-paragrafu li ġej:

“(3)

Meta applikant ikollu klassifikazzjoni ta' klassi kemm ta' ajruplan b'magna waħda bil-pistin tal-art kif ukoll klassifikazzjoni ta' klassi ta' ajruplani b'magna waħda bil-pistin tal-baħar, huma jistgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' FCL.740(b)(1)(ii) biex jiġu vvalidati mill-ġdid iż-żewġ klassifikazzjonijiet billi jlestu, fi żmien 12-il xahar qabel id-data ta' skadenza tal-klassifikazzjoni, 12-il siegħa ta' ħin ta' titjir fuq ajruplani b'magna waħda bil-pistin, inklużi:

Sitt (6) sigħat bħala pilota fil-kmand f'ajruplani b'pistin wieħed li minnhom tal-inqas siegħa (1) tkun f'ajruplan li jinżel fuq l-art jew f'amfibju li jkun imħaddem bħala ajruplan li jinżel fuq l-art u mill-anqas siegħa (1) tkun f'idroplan jew f'amfibju mħaddem bħala idroplan, kif ukoll

12-il tlugħ u nżul fuq l-art u 12-il telgħa u nżul fuq l-ilma, kif ukoll

titjira ta' taħriġ ta' mill-inqas siegħa ma' għalliem tat-titjir (FI) jew ma' għalliem tal-klassifikazzjoni tal-klassi (CRI). Din it-titjira ta' taħriġ tista' titlesta f'ajruplan b'magna waħda bil-pistin, idroplan jew amfibju. L-applikanti jkunu eżentati minn din it-titjira jekk ikunu għaddew minn verifika ta' profiċjenza ta' klassifikar ta' klassi jew ta' tip jew test ta' ħiliet jew valutazzjoni tal-kompetenza fi klwalunkwe klassi oħra jre tip ta' ajruplan.”

4.   KUNDIZZJONIJIET MARBUTA MAL-APPLIKAZZJONI TAD-DEROGA

Din id-deroga tapplika għad-detenturi tal-liċenzji maħruġa skont l-Anness I (il-Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.

5.   APPLIKABBILTÀ ĠENERALI TAD-DEROGA

L-Istati kollha tal-EFTA jistgħu japplikaw din id-deroga sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet deskritti fil-punt 4.


(1)  L-Att imsemmi fil-punt 66ne tal-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendat) kif adattat għall-Ftehim taż-ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu.

(2)  L-Att imsemmi fil-punt 66n tal-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE kif emendat) kif adattat għall-Ftehim taż-ŻEE bil-Protokoll 1 tiegħu.


29.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/22


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 545/14/COL

tat-8 ta' Diċembru 2014

li tawtorizza lill-Iżlanda biex tidderoga minn ċerti regoli komuni ta' sikurezza tal-avjazzjoni skont l-Artikolu 14(6) tal-Att imsemmi fil-punt 66n tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE, kif emendata) u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kulleġġ 362/14/COL tal-14 ta' Settembru 2014 [2015/1946]

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 14(6) u (7) tal-Att imsemmi fil-punt 66n tal-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE, kif adattat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 163/2011 tad-19 ta' Diċembru 2011, Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE kif emendat; u l-Artikolu CAT.POL.A.210(b)(2), (b)(4) u (b)(5) tal-Anness IV tal-Att imsemmi fil-punt 66nf tal-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE, kif adattat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 147/2013 tal-15 ta' Lulju 2013, Ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendat; it-tnejn kif adattati għall-Ftehim ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat tat-Trasport tal-EFTA mogħtija fit-3 ta' Settembru 2014.

Billi:

(1)

L-Iżlanda talbet li tapplika ċerta deroga mir-regoli komuni tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili inklużi fir-regoli li jimplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 14(7) ta' dak ir-Regolament, kif adattat, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA evalwat il-ħtieġa għad-deroga mitluba, u l-livell ta' protezzjoni li joħroġ minnha, abbażi ta' rakkomandazzjonijiet mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni maħruġa fis-17 ta' Ġunju 2011, il-31 ta' Lulju 2014 u t-12 ta' Novembru 2014. L-Awtorità kkonkludiet li l-varjazzjoni tkun tipprovdi livell ta' protezzjoni ekwivalenti għal dik miksuba bl-applikazzjoni tar-regoli komuni dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni, sakemm ċerti kondizzjonijiet jiġu ssodisfati.

(3)

F'konformita mal-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, kif adattat, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-Istati kollha tal-EFTA, li għandhom jkunu intitolati wkoll japplikaw din id-deroga.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, kif adattat, meta l-Kummissjoni Ewropea u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jiskambjaw informazzjoni fuq deċiżjoni li tittieħed skont l-Artikolu 14(7), il-Kummissjoni Ewropea tikkomunika l-informazzjoni li tkun waslet mingħand l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA lill-Istati Membri tal-UE, u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tikkomunika l-informazzjoni li rċiviet mill-Kummissjoni Ewropea lill-Istati tal-EFTA.

(5)

Id-deskrizzjoni tad-deroga, kif ukoll il-kondizzjonijiet marbuta magħha, għandhom ikunu tali li jippermettu lil Stati oħra tal-EFTA li japplikaw dik il-miżura meta dawn isibu ruħhom fl-istess sitwazzjoni, mingħajr il-ħtieġa ta' iktar approvazzjoni mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA. Madankollu, l-Istati tal-EFTA għandhom jinnotifikaw l-applikazzjoni tad-derogi peress li jista' jkollhom effetti barra dak l-Istat.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tat-Trasport tal-EFTA.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B'din id-Deċiżjoni, id-Deċiżjoni Nru 362/14/COL hi revokata.

Artikolu 2

L-Iżlanda tista' tidderoga mill-obbligi tal-Artikolu CAT.POL.A. 210(b)(2), (b)(4) u (b)(5) tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, sakemm ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet speċifikati fit-Taqsima 2 tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

L-Istati kollha tal-EFTA jkunu intitolati japplikaw l-istess miżuri li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 2, kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, u suġġett għall-obbligu ta' notifika stabbilit fl-Artikolu 14(6) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, kif adattat.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Iżlanda. Hija awtentika fil-lingwa Ingliża.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tiġi nnotifikata lill-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u lill-Kummissjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2014.

Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

Helga JÓNSDÓTTIR

Membru tal-Kulleġġ

Xavier LEWIS

Direttur


ANNESS

DEROGA MILL-IŻLANDA MIR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 965/2012 FIR-RIGWARD TAT-TNEĦĦIJA TA' OSTAKLI WAQT IT-TLUGĦ TAL-AJRUPLANI FL-AJRUPORT TA' ÍSAFJÖRÐUR, L-IŻLANDA (BIIS)

1.   DESKRIZZJONI TAD-DEROGA

L-Iżlanda tista', b'deroga mill-Artikolu CAT.POL.A.210(b)(2), (b)(4) u (b)(5) Distanza mill-ostakoli waqt it-tlugħ tal-Anness IV (il-Parti-CAT) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 (1), kif emendat, tippermetti lill-operatur tal-ajru Air Iceland (Flugfélag Íslands) biex juża angolu ta' timjil ta' 25 grad fil-livell ta' 100 pied għall-ajruplani tiegħu F50 u Dash 8 fl-ajruport ta' Ísafjörður, l-Iżlanda (BIIS), biex ikun hemm konformità mal-obbligi rigward id-distanzi mill-ostakoli waqt it-tlugħ speċifikati fl-Artikolu CAT.POL.A.210 tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 965/2012.

2.   KUNDIZZJONIJIET MARBUTA MAL-APPLIKAZZJONI TAD-DEROGA

Id-deroga hija ristretta fir-rigward tal-kundizzjonijiet operattivi għall-ajurport ta' Ísafjörður, l-Iżlanda (BIIS), fir-rigward tal-kriterji tal-ogħla limiti tal-valuri minimi tat-temp u tal-viżibilità, u tal-kriterji tar-riħ u l-kontaminazzjoni fuq ir-runway kif deskritt fir-“Rapport ta' Evalwazzjoni Operattiva” tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza fl-Avjazzjoni, li jġib id-data tas-17 ta' Ġunju 2011.

Din id-deroga tapplika għall-operatur tal-ajru Air Iceland (Flugfélag Íslands) fuq il-bażi tal-miżuri addizzjonali implimentati mill-operatur tal-ajru biex jinkiseb livell ta' sigurtà ekwivalenti għal dak milħuq permezz tal-applikazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi komuni stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 965/2012 kif emendat. Il-miżuri addizzjonali jirrigwardaw il-prestazzjoni tal-inġenji tal-ajru, is-selezzjoni u t-taħriġ tal-ekwipaġġ, il-kwalifiki tal-ekwipaġġ u l-perjodu ta' validità tal-kompetenza, ir-restrizzjonijiet MEL (listi tat-tagħmir minimu) tal-inġenji tal-ajru, is-sistema tal-kwalità u s-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza tal-operatur tal-ajru, proċeduri operattivi addizzjonali u għoti ta' informazzjoni b'mod elettroniku lill-ekwipaġġ għall-operazzjoni lejn BIIS u huma deskritti fir-Rapport ta' Evalwazzjoni Operattiva tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza fl-Avjazzjoni, msemmi aktar 'l fuq.


(1)  L-Att imsemmi fil-punt 66nf tal-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE, kif adattat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 147/2013 tal-15 ta' Lulju 2013 (ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) kif emendat mir-Regolament (UE) Nru 800/2013 tal-14 ta' Awwissu 2013 u mir-Regolament (UE) Nru 83/2014 tad-29 ta' Jannar 2014, kif adattat għall-Ftehim taż-ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu (“ir-Regolament (UE) Nru 965/2012”).