ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 274

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
18 ta' Ottubru 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1861 tat-18 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1862 tat-18 ta' Ottubru 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

161

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1863 tat-18 ta' Ottubru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

174

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

18.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/1861

tat-18 ta' Ottubru 2015

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (2) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(2)

Fit-18 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1863 (3) li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK, li tipprovdi għal ċerti miżuri skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2231 (2015) li tapprova l-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt (“JCPOA”) tal-14 ta' Lulju 2015 dwar il-kwistjoni nukleari tal-Iran u li tipprovdi għal azzjonijiet li jseħħu skont il-JCPOA.

(3)

UNSCR 2231 (2015) tiddetermina li malli ssir il-verifika tal-implimentazzjoni mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) tal-impenji tal-Iran relatati mal-qasam nukleari kif stabbiliti fil-JCPOA, id-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1696 (2006), 1737 (2006), 1747 (2007), 1803 (2008), 1835 (2008), 1929 (2010) u 2224 (2015) iridu jintemmu.

(4)

UNSCR 2231 (2015) tiddetermina ulterjorment li l-Istati jridu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti li jinsabu fl-Anness B għall-UNSCR 2231 (2015) bl-għan li tkun promossa t-trasparenza u tinħoloq atmosfera ta' implimentazzjoni sħiħa fil-JCPOA.

(5)

Skont il-JCPOA, id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1863 tipprevedi t-tmiem tal-miżuri restrittivi ekonomiċi u finanzjarji relatati mal-qasam nukleari tal-Unjoni kollha simultanjament mal-implimentazzjoni vverifikata mill-IAEA mill-Iran, tal-miżuri maqbula relatati mal-qasam nukleari. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1863 tintroduċi reġim ta' awtorizzazzjoni għar-rieżami u d-deċiżjoni dwar trasferimenti relatati mal-qasam nukleari lejn l-Iran, jew attivitajiet mal-Iran mhux koperti minn UNSCR 2231 (2015) b'konsistenza sħiħa mal-JCPOA.

(6)

L-impenn li jitneħħew il-miżuri restrittivi tal-Unjoni kollha relatati mal-qasam nukleari skont il-JCPOA huwa bla preġudizzju għall-mekkaniżmu ta' riżoluzzjoni tat-tilwim speċifikat fil-JCPOA, u għall-introduzzjoni mill-ġdid tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni f'każ ta' nuqqas ta' eżekuzzjoni sinifikanti mill-Iran tal-impenji tiegħu skont il-JCPOA.

(7)

Fil-każ tal-introduzzjoni mill-ġdid tas-sanzjonijiet tal-Unjoni, ser tiġi pprovduta protezzjoni adegwata għall-eżekuzzjoni ta' kuntratti konklużi f'konformità mal-JCPOA filwaqt li li kien fis-seħħ l-ħelsien mis-sanzjonijiet b'mod konsistenti mad-dispożizzjonijiet preċedenti meta s-sanzjonijiet ġew imposti oriġinarjament.

(8)

Is-setgħa li jiġu emendati l-listi fl-Annessi VIII, IX, XIII u XIV għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandha tiġi eżerċitata mill-Kunsill, fid-dawl tat-theddida speċifika għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali kkawżata mill-programm nukleari tal-Iran, u biex tkun żgurata konsistenza mal-proċess tal-emendar u r-rieżami tal-Annessi I, II, III u IV għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(9)

Hemm bżonn ta' azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex il-miżuri jiġu implimentati, partikolarment bl-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(10)

Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-punt (t) huwa mħassar u l-punt li ġej huwa miżjud:

“(u)

‘Kummissjoni Konġunta’ tfisser Kummissjoni Konġunta magħmula minn rappreżentanti tal-Iran u taċ-Ċina, Franza, il-Ġermanja, il-Federazzjoni Russa, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti flimkien mar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (‘Rappreżentant Għoli’), li tkun stabbilita biex timmonitorja l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt tal-14 ta' Lulju 2015 (‘JCPOA’) u twettaq il-funzjonijiet previsti mill-JCPOA, skont il-punt ix tal-‘Preambolu u d-Dispożizzjonijiet Ġenerali’ tal-JCPOA u l-Anness IV tal-JCPOA.”

(2)

L-Artikoli 2, 3 u 4 huma mħassra.

(3)

Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 2a

1.   Għandha tinħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel:

(a)

għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, diretta jew indiretta, tal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fl-Annessi I, kemm jekk joriġinaw fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjan jew għal użu fl-Iran;

(b)

għall-għoti ta' assistenza teknika jew servizzi ta' senserija relatati mal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fl-Anness I jew relatati mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' oġġetti u teknoloġija inklużi fl-Anness I, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjan, jew għall-użu fl-Iran;

(c)

għall-għoti ta' finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata ma' oġġetti u teknoloġija elenkati fl-Anness I, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq kreditu għall-esportazzjoni għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' partiti bħal dawn, jew għal kwalunkwe għoti ta' għajnuna teknika jew servizzi ta' senserija relatati, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjan jew għall-użu fl-Iran;

(d)

qabel ma jiġi konkluż kwalunkwe arranġament ma' persuna, entità jew korp Iranjan, jew xi persuna jew entità li taġixxi f'isimha jew taħt id-direzzjoni tagħha, inkluż l-aċċettazzjoni ta' self jew kreditu minn tali persuna, entità jew korp, li jippermetti lil tali persuna, entità jew korp jipparteċipa jew iżid il-parteċipazzjoni tiegħu, indipendentement u jew bħala parti minn impriża konġunta jew xi sħubija oħra, f'attivitajiet kummerċjali li jinvolvu dan li ġej:

(i)

l-estrazzjoni tal-uranju,

(ii)

il-produzzjoni jew l-użu ta' materjali nukleari kif elenkati fil-Parti 1 tal-lista tal-Grupp ta' Fornituri Nukleari,

Dan għandu jinkludi l-għoti b'self jew kreditu lil tali persuna, entità jew korp;

(e)

għax-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport mill-Iran ta' oġġetti u teknoloġija elenkati fl-Anness I, kemm jekk joriġinaw mill-Iran u kemm jekk le.

2.   L-Anness I għandu jelenka l-oġġetti, inklużi partiti, teknoloġija u softwer li jinsabu fil-lista tal-Grupp ta' Fornituri Nukleari.

3.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat l-awtorizzazzjoni proposta skont il-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1 lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU għall-approvazzjoni ta' każ b'każ u ma għandux jagħti l-awtorizzazzjoni sakemm tasal dik l-approvazzjoni.

4.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat ukoll l-awtorizzazzjonijiet proposti għall-attivitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1 lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU għall-approvazzjoni każ b'każ jekk l-attivitajiet ikunu relatati ma' oġġetti u teknoloġija ulterjuri li, abbażi tad-determinazzjoni minn dak l-Istat Membru, jistgħu jikkontribwixxu għal attivitajiet tal-ipproċessar mill-ġdid jew attivitajiet relatati mal-arrikkiment jew mal-ilma tqil b'mod inkonsistenti mal-JCPOA. L-Istat Membru ma għandux jagħti l-awtorizzazzjoni qabel ma tasal dik l-approvazzjoni.

5.   L-awtorità kompetenti kkonċernata ma għandhiex tagħti l-awtorizzazzjoni skont il-punt (e) tal-paragrafu 1 qabel ma tkun approvata mill-Kummissjoni Konġunta.

6.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli bl-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont il-paragrafi (1) u (5), jew kull rifjut mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU għall-approvazzjoni ta' awtorizzazzjoni skont il-paragrafi (3) jew (4).

Article 2b

1.   L-Artikolu 2a(3) u (4) ma japplikawx fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet proposti għall-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment lill-Iran ta' tagħmir imsemmi fil-paragrafu 2(c), is-subparagrafu 1 tal-Anness B tal-UNSCR 2231 (2015) għal reatturi għal ilma ħafif.

2.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn, lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli, fi żmien erba' ġimgħat, bl-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont dan l-Artikolu.

Artikolu 2c

1.   L-awtoritajiet kompetenti li jagħtu awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 2a(1)(a) u l-Artikolu 2b għandhom jiżguraw li:

(a)

ikunu ġew issodisfati r-rekwiżiti, kif xieraq, tal-Linji Gwida kif stipulati fil-listi tal-Grupp ta' Fornituri Nukleari;

(b)

ikunu nkisbu mingħand l-Iran id-drittijiet ta' verifika tal-użu aħħari u tal-post tal-użu aħħari ta' kwalunkwe partita fornuta u dawn id-drittijiet ikunu jistgħu jiġu eżerċitati b'mod effettiv;

(c)

in-notifika lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fi żmien għaxart ijiem mill-forniment, bejgħ jew trasferiment; u

(d)

fil-każ ta' oġġetti u teknoloġija fornuta msemmija fl-Anness I, in-notifika tal-IAEA fi żmien għaxart ijiem mill-forniment, bejgħ jew trasferiment.

2.   Għall-esportazzjonijiet kollha li jeħtieġu awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 2a(1)(a), din l-awtorizzazzjoni għandha tingħata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-esportatur. L-awtorizzazzjoni għandha tkun valida fl-Unjoni kollha.

3.   L-esportaturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti bl-informazzjoni rilevanti kollha, kif stabbilit fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 u kif speċifikat minn kull awtorità kompetenti, meħtieġa għall-applikazzjoni tagħhom għal awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni.

Artikolu 2d

1.   L-Artikolu 2a(3) u (4) ma japplikax fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet proposti għall-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' partiti, materjali, tagħmir, oġġetti u teknoloġija, u l-forniment ta' kull servizz ta' assistenza teknika, taħriġ, assistenza finanzjarja, investiment, senserija, jew servizzi oħrajn, meta l-awtoritajiet kompetenti jqisuhom bħala direttament relatati ma' dawn li ġejjin:

(a)

il-modifika neċessarja ta' żewġ kaskati fil-faċilità ta' Fordow għall-produzzjoni tal-iżotopi stabbli;

(b)

l-esportazzjoni tal-uranju arrikkit tal-Iran 'il fuq minn 300 kilogramma bi skambju ma' uranju naturali; jew

(c )

il-modernizzazzjoni tar-reattur ta' Arak abbażi tad-disinn kunċettwali miftiehem u, sussegwentement, abbażi tad-disinn finali miftiehem ta' reattur bħal dan.

2.   L-awtorità kompetenti li tagħti awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1 għandha tiżgura li:

(a)

l-attivitajiet kollha jsiru strettament f'konformità mal-JCPOA;

(b)

ikunu ġew issodisfati r-rekwiżiti, kif xieraq, tal-Linji Gwida kif stipulati fil-listi tal-Grupp ta' Fornituri Nukleari;

(c )

ikunu nkisbu mingħand l-Iran id-drittijiet ta' verifika tal-użu aħħari u tal-post tal-użu aħħari ta' kwalunkwe partita fornuta u dawn id-drittijiet ikunu jistgħu jiġu eżerċitati b'mod effettiv.

3.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika:

(a)

lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u lill-Kummissjoni Konġunta, għaxart ijiem qabel attivitajiet ta' din ix-xorta;

(b)

lill-IAEA fi żmien għaxart ijiem dwar il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment, fil-każ ta' partiti, materjali, tagħmir, oġġetti u teknoloġija inklużi fil-lista tal-Grupp ta' Fornituri Nukleari.

4.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn, lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli, fi żmien erba' ġimgħat, bl-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont dan l-Artikolu.”.

(4)

Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 3a

1.   Għandha tinħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel, każ b'każ:

(a)

għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, diretta jew indiretta, tal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fl-Anness II, kemm jekk joriġinaw fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjan jew għal użu fl-Iran;

(b)

għall-għoti ta' assistenza teknika jew servizzi ta' senserija relatati mal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fl-Anness II jew relatati mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' oġġetti inklużi fl-Anness II, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjan, jew għall-użu fl-Iran;

(c)

għall-għoti ta' finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata ma' oġġetti u teknoloġija elenkati fl-Anness II, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq kreditu għall-esportazzjoni għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' partiti bħal dawn, jew għal kwalunkwe għoti ta' għajnuna teknika jew servizzi ta' senserija relatati, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjan jew għall-użu fl-Iran.

(d)

qabel ma jiġi konkluż kwalunkwe arranġament ma' persuna, entità jew korp Iranjan, jew xi persuna jew entità li taġixxi f'isimha jew taħt id-direzzjoni tagħha, inkluż l-aċċettazzjoni ta' self jew kreditu minn tali persuna, entità jew korp, li jippermetti lil tali persuna, entità jew korp jipparteċipa jew iżid il-parteċipazzjoni tiegħu, indipendentement u jew bħala parti minn impriża konġunta jew xi sħubija oħra, f'attivitajiet kummerċjali li jinvolvu teknoloġiji elenkati fl-Anness II.

(e)

għax-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport mill-Iran ta' oġġetti u teknoloġija elenkati fl-Anness II, kemm jekk joriġinaw mill-Iran u kemm jekk le.

2.   L-Anness II għandu jelenka oġġetti u teknoloġija, ħlief dawk inklużi fl-Annessi I u III, li jistgħu jikkontribwixxu għal attivitajiet tal-ipproċessar mill-ġdid, mal-arrikkiment jew mal-ilma tqil jew attivitajiet oħra b'mod inkonsistenti mal-JCPOA.

3.   L-esportaturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa għall-applikazzjoni tagħhom għal awtorizzazzjoni.

4.   L-awtoritajiet kompetenti ma għandhom jagħtu l-ebda awtorizzazzjoni għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1(a) sa (e), jekk ikollhom raġunijiet ġustifikati biex jiddeterminaw li l-azzjonijiet ikkonċernati jikkontribwixxu għal attivitajiet relatati mal-ipproċessar mill-ġdid jew mal-arrikkiment, relatati mal-ilma tqil jew attivatijiet oħra relatati mal-qasam nukleari b'mod inkonsistenti mal-JCPOA.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni wara talbiet għal awtorizzazzjoni li jaslu skont dan l-Artikolu. Is-sistema msemmija fl-Artikolu 19(4) tar-Regolament (KE) Nru 428/07 għandha tintuża għal din il-fini.

6.   L-awtorità kompetenti li tagħti awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1(a) għandha tiżgura li jkunu nkisbu mingħand l-Iran id-drittijiet ta' verifika tal-użu aħħari u tal-post tal-użu aħħari ta' kwalunkwe partita fornuta u dawn id-drittijiet ikunu jistgħu jiġu eżerċitati b'mod effettiv.

7.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni skont dan l-Artikolu minn tal-inqas għaxart ijiem qabel l-għoti tal-awtorizzazzjoni.

Artikolu 3b

1.   Għall-esportazzjonijiet kollha li jeħtieġu awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 3a, din l-awtorizzazzjoni għandha tingħata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-esportatur u għandha tkun f'konformità mar-regoli dettaljati stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 428/2009. L-awtorizzazzjoni għandha tkun valida fl-Unjoni kollha.

2.   Skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a(4) u (5), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jannullaw, jissospendu, jimmodifikaw jew jirrevokaw awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni li jkunu diġà taw.

3.   Meta awtorità kompetenti tirrifjuta milli tagħti awtorizzazzjoni, jew tannulla, tissospendi, timmodifika sostanzjalment jew tirrevoka awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 3a(4), l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħrajn, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli b'dan u jiskambja l-informazzjoni rilevanti magħhom, filwaqt li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità ta' din l-informazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 (*).

4.   Qabel ma awtorità kompetenti tagħti awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 3a għal tranżazzjoni li tkun essenzjalment identika għal tranżazzjoni li tkun s-suġġett ta' ċaħda li tkun għadha valida maħruġa minn Stat Membru ieħor jew minn Stati Membri oħra skont l-Artikolu 3a(4), l-ewwel għandha tikkonsulta lill-Istat Membru jew Stati Membri li jkunu ħarġu ċ-ċaħda. Jekk, wara dawn il-konsultazzjonijiet, l-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi li jagħti awtorizzazzjoni, huwa għandu jinforma lill-Istati Membri, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli b'dan, filwaqt li jipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha biex jispjega d-deċiżjoni.

Artikolu 3c

1.   L-Artikolu 3a ma japplikax fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet proposti għall-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment lill-Iran ta' oġġetti u teknoloġija elenkati fl-Anness II għal reatturi tal-ilma ħafif.

2.   L-awtorità kompetenti li tagħti awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1 għandha tiżgura li jkunu nkisbu mingħand l-Iran id-drittijiet ta' verifika tal-użu aħħari u tal-post tal-użu aħħari ta' kwalunkwe partita fornuta u dawn id-drittijiet ikunu jistgħu jiġu eżerċitati b'mod effettiv.

3.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn, lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli, fi żmien erba' ġimgħat, bl-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont dan l-Artikolu.

Artikolu 3d

1.   L-Artikolu 3a ma japplikax fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet proposti għall-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' partiti, materjali, tagħmir, oġġetti u teknoloġija, u l-forniment ta' kull servizz ta' assistenza teknika, taħriġ, assistenza finanzjarja, investiment, senserija, jew servizzi oħrajn, meta jqisuhom bħala direttament relatati ma' dawn li ġejjin:

(a)

il-modifika neċessarja ta' żewġ kaskati fil-faċilità ta' Fordow għall-produzzjoni tal-iżotopi stabbli;

(b)

l-esportazzjoni tal-uranju arrikkit tal-Iran 'il fuq minn 300 kilogramma bi skambju ma' uranju naturali; jew

(c)

il-modernizzazzjoni tar-reattur ta' Arak abbażi tad-disinn kunċettwali miftiehem u, sussegwentement, abbażi tad-disinn finali miftiehem ta' reattur bħal dan.

2.   L-awtorità kompetenti li tagħti awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1 għandha tiżgura li:

(a)

l-attivitajiet kollha jsiru strettament f'konformità mal-JCPOA;

(b)

ikunu nkisbu mingħand l-Iran id-drittijiet ta' verifika tal-użu aħħari u tal-post tal-użu aħħari ta' kwalunkwe partita fornuta u dawn id-drittijiet ikunu jistgħu jiġu eżerċitati b'mod effettiv.

3.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni skont dan l-Artikolu minn tal-inqas għaxart ijiem qabel l-għoti tal-awtorizzazzjoni.

(*)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1).”"

(5)

Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 4a

1.   Għandu jkun ipprojbit il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, diretti jew indiretti, tal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fl-Anness III, jew kwalunkwe oġġett ieħor li l-Istat Membru jqis li jista' jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' sistemi ta' konsenja ta' armi nukleari, kemm jekk joriġinaw fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjan jew għal użu fl-Iran.

2.   L-Anness III għandu jinkludi l-partiti, inklużi oġġetti u teknoloġija li jinsabu fil-lista tas-Sistema ta' Kontroll tat-Teknoloġija tal-Missili.

Artikolu 4b

Għandu jkun ipprojbit:

(a)

l-għoti, direttament jew indirettament, ta' assistenza teknika jew ta' servizzi ta' senserija relatati mal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fl-Anness III, jew relatati mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' oġġetti elenkati fl-Anness III, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjan, jew għall-użu fl-Iran;

(b)

l-għoti ta' finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata mal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fl-Anness III, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq kreditu għall-esportazzjoni għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' partiti bħal dawn, jew għal kwalunkwe għoti ta' għajnuna teknika jew servizzi ta' senserija relatati, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjan jew għall-użu fl-Iran;

(c )

il-konklużjoni ta' kwalunkwe arranġament ma' persuna, entità jew korp Iranjan, jew xi persuna jew entità li taġixxi f'isimha jew taħt id-direzzjoni tagħha, inkluż l-aċċettazzjoni ta' self jew kreditu minn tali persuna, entità jew korp, li jippermetti lil tali persuna, entità jew korp jipparteċipa jew iżid il-parteċipazzjoni tiegħu, indipendentement u jew bħala parti minn impriża konġunta jew xi sħubija oħra, f'attivitajiet kummerċjali li jinvolvu t-teknoloġiji elenkati fl-Anness.

Artikolu 4c

Għandu jkun pprojbit ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport mill-Iran, direttament jew indirettament, ta' oġġetti u teknoloġija elenkati fl-Anness III kemm jekk il-partita kkonċernata toriġina mill-Iran u kemm jekk le.”

(6)

L-Artikolu 5 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Għandu jkun ipprojbit:

(a)

l-għoti ta' assistenza teknika jew ta' servizzi ta' senserija u servizzi oħrajn relatati mal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea(‘Lista Militari Komuni’), u l-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' oġġetti u teknoloġija f'dik il-lista, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjan, jew għall-użu fl-Iran;

(b)

l-għoti ta' finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata mal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq kreditu għall-esportazzjoni għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' partiti bħal dawn, jew għal kwalunkwe għoti ta' għajnuna teknika jew servizzi ta' senserija relatati, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjan jew għall-użu fl-Iran.

(c )

id-dħul fi kwalunkwe arranġament għall-parteċipazzjoni jew iż-żieda fil-parteċipazzjoni fi kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjan involut fil-manifattura ta' oġġetti jew teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni, indipendentement jew bħala parti minn impriża konġunta jew sħubija oħra. Dan għandu jinkludi l-għoti b'self jew kreditu lil tali persuna, entità jew korp.”

(7)

L-Artikoli 6, 7, 8, 9, 10, 10a, 10b, u 10c jhuma mħassra.

(8)

L-Artikolu 10d jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 10d

1.   Għandha tinħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel:

(a)

għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tas-softwer elenkat fl-Anness VIIA, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjan jew għall-użu fl-Iran.

(b)

għall-għoti ta' assistenza teknika jew servizzi ta' senserija relatati mas-softwer elenkat fl-Anness VIIA jew relatat mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' partiti bħal dawn, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjan, jew għall-użu fl-Iran;

(c )

għall-għoti ta' finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata mas-softwer elenkat fl-Anness VIIA, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq kreditu għall-esportazzjoni għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' partiti bħal dawn, jew għal kwalunkwe għoti ta' għajnuna teknika jew servizzi ta' senserija relatati, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjan jew għall-użu fl-Iran.

2.   L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni taħt dan l-Artikolu jekk:

(a)

ikollhom raġunijiet ġustifikati biex jiddeterminaw li l-bejgħ, il-forniment jew l-esportazzjoni tas-softwer ikun jew jista' jkun maħsub għal użu konness ma' dan li ġej:

(i)

attivitajiet relatati mal-ipproċessar mill-ġdid jew mal-arrikkiment, relatati mal-ilma tqil jew attivitajiet oħrajn relatati mal-qasam nukleari b'mod inkonsistenti mal-JCPOA;

(ii)

il-programm militari jew tal-missili ballistiċi tal-Iran; jew

(iii)

il-benefiċċju dirett jew indirett tal-Korp ta' Gwardja Rivoluzzjonarju Iranjan;

(b)

il-kuntratti għall-konsenja ta' tali partiti jew assistenza ma jinkludux garanziji xierqa għall-utent aħħari.

3.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni skont dan l-Artikolu minn tal-inqas għaxart ijiem qabel l-għoti tal-awtorizzazzjoni.

4.   Fejn awtorità kompetenti tirrifjuta li tagħti awtorizzazzjoni, jew tannulla, tissospendi, sostantivament timmodifika jew tirrevoka awtorizzazzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli b'dan u jikkondividi magħhom l-informazzjoni rilevanti.

5.   Qabel ma awtorità kompetenti ta' Stat Membru tagħti awtorizzazzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu għal transazzjoni li tkun essenzjalment identika għal transazzjoni li tkun s-suġġett ta' ċaħda li tkun għadha valida maħruġa minn Stat Membru ieħor jew minn Stati Membri oħra, hija għandha l-ewwel tikkonsulta lill-Istat Membru jew l-Istati Membri li jkunu ħarġu ċ-ċaħda. Jekk, wara dawn il-konsultazzjonijiet, l-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi li jagħti awtorizzazzjoni, huwa għandu jinforma lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli b'dan, filwaqt li jipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha biex jispjega d-deċiżjoni.”.

(9)

L-Artikoli 10e, 10f, 11, 12, 13, 14, 14a u 15 huma mħassra.

(10)

L-Artikolu 15a jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 15a

1.   Għandha tinħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel:

(a)

għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' grafit u metalli mhux maħdumin jew nofshom maħdumin kif elenkati fl-Anness VIIB, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjan jew għall-użu fl-Iran;

(b)

għall-għoti ta' assistenza teknika jew servizzi ta' senserija relatati ma' grafit u metalli mhux maħdumin jew nofshom maħdumin elenkati fl-Anness VIIB jew relatat mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' partiti bħal dawn, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjan, jew għall-użu fl-Iran;

(c )

għall-għoti ta' finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata ma' grafit u metalli mhux maħdumin jew nofshom maħdumin elenkati fl-Anness VIIB, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq kreditu għall-esportazzjoni għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' partiti bħal dawn, jew għal kwalunkwe għoti ta' għajnuna teknika jew servizzi ta' senserija relatati, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjan jew għall-użu fl-Iran.

2.   L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni taħt dan l-Artikolu jekk:

(a)

ikollhom raġunijiet ġustifikati biex jiddeterminaw li l-bejgħ, il-forniment jew l-esportazzjoni tal-grafit u metalli mhux maħdumin jew nofshom maħdumin ikun jew jista' jkun maħsub għal użu konness ma' dan li ġej:

(i)

attivitajiet relatati mal-ipproċessar mill-ġdid jew mal-arrikkiment, relatati mal-ilma tqil jew attivitajiet oħra relatati mal-qasam nukleari b'mod inkonsistenti mal-JCPOA;

(ii)

il-programm militari jew tal-missili ballistiċi tal-Iran; jew

(iii)

il-benefiċċju dirett jew indirett tal-Korp ta' Gwardja Rivoluzzjonarju Iranjan;

(b)

il-kuntratti għall-konsenja ta' tali partiti jew assistenza ma jinkludux garanziji xierqa għall-utent aħħari.

3.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni skont dan l-Artikolu minn tal-inqas għaxart ijiem qabel l-għoti tal-awtorizzazzjoni.

4.   Fejn awtorità kompetenti tirrifjuta li tagħti awtorizzazzjoni, jew tannulla, tissospendi, sostantivament timmodifika jew tirrevoka awtorizzazzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli b'dan u jikkondividi magħhom l-informazzjoni rilevanti.

5.   Qabel ma awtorità kompetenti ta' Stat Membru tagħti awtorizzazzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu għal transazzjoni li tkun essenzjalment identika għal transazzjoni li tkun s-suġġett ta' ċaħda li tkun għadha valida maħruġa minn Stat Membru ieħor jew minn Stati Membri oħra, hija għandha l-ewwel tikkonsulta lill-Istat Membru jew l-Istati Membri li jkunu ħarġu ċ-ċaħda. Jekk, wara dawn il-konsultazzjonijiet, l-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi li jagħti awtorizzazzjoni, huwa għandu jinforma lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli b'dan, filwaqt li jipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha biex jispjega d-deċiżjoni.

6.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 1 sa 3 ma għandhomx japplikaw fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Annessi I, II u III jew fir-rigward tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 428/2009.”.

(11)

L-Artikoli 15b, 15c, 16, 17, 18, 19, 20, 21 u 22 huma mħassra.

(12)

L-Artikolu 23(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Mingħajr preġudizzju għad-derogi previsti fl-Artikoli 24, 25, 26, 27, 28, 28a, 28b u 29, għandu jkun ipprojbit il-forniment ta' servizzi ta' messaġġi finanzjarji speċjalizzati, li jintużaw għall-iskambju ta' data finanzjarja, lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Annessi VIII u IX.”.

(13)

Jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 23a

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għall-persuni, l-entitajiet, u l-korpi elenkati fl-Anness XIII jew li huma proprjetà tagħhom jew li huma miżmuma jew ikkontrollati minnhom għandhom jiġu ffriżati. L-Anness XIII jinkludi l-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi deżinjati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU skont il-paragrafu 6(c) tal-Anness B tal-UNSCR 2231 (2015).

2.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għall-persuni, l-entitajiet, u l-korpi elenkati fl-Anness XIV jew li huma proprjetà tagħhom jew li huma miżmuma jew ikkontrollati minnhom għandhom jiġu ffriżati. L-Anness XIV għandu jinkludi persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li, skont l-Artikolu 20(1)(e) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, ikunu ġew identifikati bħala:

(a)

li huma ingaġġati fi, jew assoċjati direttament, jew taw appoġġ għall-attivitajiet nukleari sensittivi għall-proliferazzjoni tal-Iran imwettqa kuntrarjament għall-impenji tal-Iran fil-JCPOA jew l-iżvilupp ta' sistemi ta' konsenja ta' armi nukleari mill-Iran, inkluż permezz tal-involviment fl-akkwist ta' partiti, oġġetti, tagħmir, materjali u teknoloġija projbiti speċifikati fl-istqarrija stabbilita fl-Anness B tal-UNSCR 2231 (2015), id-Deċiżjoni 2010/413/PESK jew l-Annessi għal dan ir-Regolament;

(b)

li jassistu persuni jew entitajiet deżinjati biex jevadu jew jaġixxu b'mod inkonsistenti mal-JCPOA, UNSCR 2231 (2015), id-Deċiżjoni 2010/413/PESK jew dan ir-Regolament;

(c)

ikunu aġixxew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' persuni jew entitajiet deżinjati;

(d)

bħala persuna ġuridika, entità jew korp sjieda ta' jew ikkontrollat minn persuni jew entitajiet deżinjati.

3.   L-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma għandha ssir disponibbli, direttament jew indirettament, għall-benefiċċju tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Annessi XIII u XIV.

4.   Mingħajr preġudizzju għad-derogi previsti fl-Artikoli 24, 25, 26, 27, 28, 28a, 28b jew 29, għandu jkun ipprojbit il-forniment ta' servizzi ta' messaġġi finanzjarji speċjalizzati, li jintużaw għall-iskambju ta' data finanzjarja, lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Annessi XIII u XIV.

5.   L-Annessi XIII u XIV għandhom jinkludu r-raġunijiet għall-elenkar tal- persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi elenkati.

6.   L-Annessi XIII u XIV għandhom jinkludu wkoll, meta disponibbli, l-informazzjoni neċessarja għall-identifikazzjoni ta' persuni naturali jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi konċernati. Fir-rigward tal-persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi ismijiet, inkluż kif ikunu magħrufa, data u post tat-twelid, nazzjonalità, numri tal-passaport jew tal-karta tal-identità, sess, indirizz jekk magħruf, u funzjoni jew professjoni. Fir-rigward tal-persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi ismijiet, post u data tar-reġistrazzjoni, numru tar-reġistrazzjoni u post tan-negozju. L-Annessi XIII u XIV għandhom jinkludu wkoll d-data tad-deżinjazzjoni.”

(14)

L-Artikolu 24 sa 29 jinbidlu b'dan li ġej:

“Artikolu 24

B'deroga mill-Artikolu 23 jew l-Artikolu 23a, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma s-suġġett ta' deċiżjoni ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna, l-entità jew il-korp imsemmijin fl-Artikolu 23 jew fl-Artikolu 23a ġew indikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew il-Kunsill jew ta' sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali li għaddiet qabel dik id-data;

(b)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi se jintużaw esklussivament biex jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet iggarantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;

(c )

id-deċiżjoni jew is-sentenza ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna, entità jew korp elenkat fl-Annessi VIII, IX, XIII jew XIV;

(d)

ir-rikonoxximent li d-deċiżjoni jew is-sentenza ma tmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat; u

(e)

fejn japplika l-Artikolu 23(1) jew l-Artikolu 23a(1), il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ikun ġie nnotifikat mill-Istat Membru bid-deċiżjoni jew sentenza.

Artikolu 25

B'deroga mill-Artikolu 23 jew l-Artikolu 23a u sakemm jingħata ħlas minn persuna, entità jew korp elenkat fl-Annessi VIII, IX, XIII jew XIV ikun dovut skont kuntratt jew ftehim li kien ġie konkluż minn persuna, entità jew korp ikkonċernat, jew obbligu li rriżulta għall-persuna, entità jew korp ikkonċernat, qabel id-data meta dik il-persuna, entità jew korp kien deżinjat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kunsill, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw, skont dawk il-kundizzjonijiet li jqis li jkunu adatti, ir-rilaxx ta' ċerti fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi, u jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li:

(i)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jintużaw għal ħlas minn persuna, entità jew korp elenkat fl-Annessi VIII, IX, XIII jew XIV;

(ii)

il-ħlas mhux se jikkontribwixxi għal attività pprojbita skont dan ir-Regolament. Jekk il-ħlas iservi ta' kunsiderazzjoni għal attività kummerċjali li tkun diġà twettqet u jekk l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor tkun tat konferma minn qabel li l-attività ma kinitx ipprojbita fiż-żmien meta twettqet, jitqies, prima facie, li l-ħlas mhux se jikkontribwixxi għal attività pprojbita; u

(iii)

il-ħlas ma jkunx bi ksur tal-Artikolu 23(3) jew l-Artikolu 23a(3); u

(b)

fejn japplika l-Artikolu 23(1) jew l-Artikolu 23a(1), l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU b'dik id-determinazzjoni u bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni, u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ma jkunx oġġezzjona għal dik l-azzjoni fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol min-notifika.

Artikolu 26

B'deroga mill-Artikolu 23 jew l-Artikolu 23a, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew iqiegħdu għad-dispożizzjoni ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, skont tali kondizzjonijiet li jitqiesu xierqa, dment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonjonijiet li ġejjin:

(a)

l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:

(i)

meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Annessi VIII, IX, XIII jew XIV u l-membri tal-familja dipendenti ta' dawn il-persuni fiżiċi, inklużi ħlasijiet għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u spejjeż ta' servizzi pubbliċi;

(ii)

maħsuba esklussivament għall-ħlas ta' tariffi professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta' spejjeż imġarrba assoċjati mal-għoti ta' servizzi legali; jew

(iii)

maħsuba esklussivament għall-ħlas ta' tariffi jew imposti għal servizzi ta' kustodja jew ġestjoni normali ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati.

(b)

meta l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkat fl-Anness XIII, l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU bid-determinazzjoni msemmija fil-punt (a) u bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni, u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ma jkunx oġġezzjona għal dak il-perkors ta' azzjoni fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol min-notifika.

Artikolu 27

B'deroga mill-Artikolu 23(2) u (3) jew l-Artikolu 23a(2) u (3), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, bil-kundizzjonijiet li jqisu li jkunu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati jridu jitħallsu ġo kont jew minn kont ta' missjoni diplomatika jew kariga konsulari jew organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi minn immunitajiet skont id-dritt internazzjonali, sakemm dawn il-ħlasijiet ikunu maħsuba biex jintużaw għal finijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew kariga konsulari jew organizzazzjoni internazzjonali.

Artikolu 28

B'deroga mill-Artikolu 23 jew l-Artikolu 23a, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma meħtieġa għal spejjeż straordinarji bil-kundizzjoni li meta l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkat fl-Anness XIII, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jkun ġie nnotifikat b'dik id-determinazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat u li d-determinazzjoni tkun ġiet approvata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

Artikolu 28a

B'deroga mill-Artikolu 23(2) u (3) jew l-Artikolu 23a(2) u (3), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw, skont dawk il-kundizzjonijiet li jqisu li jkunu adatti, ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa għal attivitajiet relatati direttament mat-tagħmir imsemmi fil-paragrafu 2(c), is-subparagrafu 1 tal-Anness B għall-UNSCR 2231 (2015) għal reatturi tal-ilma ħafif.

Artikolu 28b

B'deroga mill-Artikolu 23 jew l-Artikolu 23a, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew iqiegħdu għad-dispożizzjoni ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, skont kondizzjonijiet li jqisu xierqa, dment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonjonijiet li ġejjin:

(a)

l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:

(i)

neċessarji għall-proġetti ta' kooperazzjoni nukleari ċivili deskritti fl-Anness III tal-JCPOA;

(ii)

neċessarji għal attivitajiet relatati direttament mal-partiti speċifikati fl-Artikoli 2a u 3a, jew lil kwalunkwe attività oħra meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-JCPOA; u

(b)

fejn l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkat fl-Anness XIII, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jkun ġie nnotifikat b'dik id-determinazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat u li d-determinazzjoni tkun ġiet approvata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

Artikolu 29

1.   L-Artikolu 23(3) jew l-Artikolu 23a(3) ma għandux jipprevjeni l-ikkreditar tal-kontijiet iffriżati minn istituzzjonijiet finanzjarji jew ta' kreditu li jirċievu fondi trasferiti minn partijiet terzi lejn il-kont ta' persuna, entità jew korp elenkat, sakemm kwalunkwe żieda f'dawn il-kontijiet għandha tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu għandha tinforma bla dewmien lill-awtoritajiet kompetenti b'dawn it-tranżazzjonijiet.

2.   Sakemm kwalunkwe mgħax jew qligħ u ħlas ieħor ikunu ffriżati skont l-Artikolu 23(1) jew (2) jew l-Artikoli 23a(1) jew (2), l-Artikolu 23(3) jew l-Artikolu 23a(3) ma għandux japplikax għaż-żieda fil-kontijiet iffriżati ta':

(a)

imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b)

ħlasijiet dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li kienu ġew konklużi jew tqajmu qabel id-data li fiha l-persuna, entità jew korp imsemmi fl-Artikolu 23 jew l-Artikolu 23a jkun ġie deżinjat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew il-Kunsill.”.

(15)

L-Artikoli 30, 30a, 30b, 31, 33, 34 u 35 huma mħassra.

(16)

L-Artikoli 36 u 37 jinbidlu b'dan li ġej:

“Artikolu 36

Il-persuna li tipprovdi informazzjoni bil-quddiem kif iddeterminat fid-dispożizzjonijiet rilevanti li jikkonċernaw id-dikjarazzjonijiet sommarji kif ukoll id-dikjarazzjonijiet doganali fir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u r-Regolament (KEE) Nru 2452/93 għandha tippreżenta wkoll kull awtorizzazzjoni jekk ikun meħtieġ minn dan ir-Regolament.

Artikolu 37

1.   L-għoti ta' servizzi ta' riforniment jew ta' servizzi ta' provvista ta' vapuri, jew kwalunkwe servizz ieħor ta' bastimenti, lil bastimenti bis-sjieda jew ikkontrollati, direttament jew indirettament minn persuna, entità jew korp Iranjan għandu jkun ipprojbit meta l-fornituri tas-servizz ikollhom informazzjoni, inkluż mill-awtoritajiet doganali kompetenti fuq il-bażi tal-informazzjoni bil-quddiem kif imsemmi fl-Artikolu 36, li jipprovdi raġunijiet ġustifikati biex ikun determinat li l-bastimenti jġorru oġġetti koperti mil-Lista Militari Komuni jew oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont dan ir-Regolament, sakemm il-forniment ta' tali servizzi ma jkunx meħtieġ għal finijiet umanitarji u ta' sigurtà.

2.   L-għoti ta' servizzi ta' inġinerija u ta' manutenzjoni lil inġenji tal-ajru tal-merkanzija bis-sjieda jew ikkontrollati, direttament jew indirettament minn persuna, entità jew korp Iranjan għandu jkun ipprojbit, meta l-fornituri tas-servizz ikollhom informazzjoni, inkluż mill-awtoritajiet doganali kompetenti fuq il-bażi tal-informazzjoni bil-quddiem kif imsemmi fl-Artikolu 36, li jipprovdi raġunijiet ġustifikati biex ikun determinat li l-inġenji tal-ajru tal-merkanzija jġorru oġġetti koperti mil-Lista Militari Komuni jew oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont dan ir-Regolament, sakemm il-forniment ta' tali servizzi ma jkunx meħtieġ għal finijiet umanitarji jew ta' sigurtà.

3.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw sakemm il-merkanzija tkun ġiet spezzjonata u, meta jkun meħtieġ maqbuda jew eliminata, skont il-każ.

Kwalunkwe qbid u eliminazzjoni jista', skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew id-deċiżjoni ta' awtorità kompetenti, jitwettaq bi spejjeż għall-importatur jew jiġu rkuprati minn kwalunkwe persuna jew entità oħra responsabbli għat-tentattiv ta' forniment, bejgħ, trasferiment jew esportazzjoni illeċiti.”.

(17)

L-Artikoli 37a u 37b huma mħassra.

(18)

Il-punt (a) tal-Artikolu 38(1) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

persuni, entitajiet, jew korpi deżinjati elenkati fl-Annessi VIII, IX, XIII u XIV”.

(18)

L-Artikolu 39 huma mħassar.

(20)

Il-punt (a) tal-Artikolu 40(1) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

ifornu minnufih kull informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma' dan ir-Regolament, bħall-informazzjoni dwar kontijiet u ammonti ffriżati skont l-Artikolu 23 jew 23a lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn ikunu residenti jew fejn jinsabu, u għandhom jittrażmettu din l-informazzjoni, direttament jew permezz tal-Istati Membri lill-Kummissjoni;”.

(21)

L-Artikolu 41 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 41

Għandha tkun projbita l-parteċipazzjoni, konxja u bi ħsieb, f'attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevadu l-miżuri tal-Artikoli 2a, 2b, 2c, 2d, 3a, 3b, 3c, 3d, 4a, 4b, 5, 10d, 15a, 23, 23a u 37 ta' dan ir-Regolament.”.

(22)

Fl-Artikolu 42, il-paragrafu 3 huwa mħassar.

(23)

L-Artikoli 43, 43a, 43b u 43c huma mħassra.

(24)

Fl-Artikolu 44(1), il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

fir-rigward tal-fondi ffriżati skont l-Artikoli 23 u 23a u awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikoli 24, 25, 26, 27, 28, 28a u 28b;”

(25)

L-Artikolu 45 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 45

Il-Kummissjoni għandha temenda l-Annessi I, II, III, VIIA, VIIB u X abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.”.

(26)

L-Artikolu 46 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 46

1.   Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jinkludi fil-lista persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, il-Kunsill għandu jinkludi tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fl-Anness VIII.

2.   Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 23(2) u (3), huwa għandu jemenda l-Anness IXskont dan.

3.   Il-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 23(2) u (3), huwa għandu jemenda l-Anness XIV skont dan.

4.   Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inkluż ir-raġunijiet għall-elenkar tal-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp msemmi fil-paragrafi 1 sa 3, kemm direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf jew permezz ta' pubblikazzjoni ta' avviż, sbilli tagħti lil tali persuni fiżika jew ġuridika, entità jew korp opportunità biex tippreżenta osservazzjonijiet.

5.   Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jagħmel rieżami tad-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernat skont dan.

6.   Fil-każ li n-Nazzjonjiet Uniti tiddeċiedi li tneħħi persuna fiżika jew ġuridika, entità, jew korp mil-lista jew li temenda d-data ta' identifikazzjoni ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat, il-Kunsill għandu jemenda l-Anness VIII jew XIII skont dan.

7.   Il-lista fl-Annessi IX u XIV għandha tiġi rieżaminata f'intervalli regolari u mill-inqas kull 12-il xahar.”.

(27)

L-Annessi I, II u III jinbidlu bit-test stipulat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

(28)

L-Annessi IV, IVA, V, VI, VIA, VIB u VII huma mħassra.

(29)

L-Anness VIIA u VIIB jinbidlu bit-test stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

(30)

L-Anness X jinbidel bit-test fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

(31)

L-Annessi XI u XII huma mħassra.

(32)

L-Annessi XIII u XIV, kif stipulati fl-Anness IV għal dan ir-Regolament huma miżjuda.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1863. Id-data tal-applikazzjoni tiġi ppubblikata fl-istess jum f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


(1)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1863 tat-18 ta' Ottubru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri ristrettivi kontra l-Iran (ara l-paġna 174 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS I

ANNESS I

Lista tal-oġġetti u teknoloġija msemmija fl-Artikolu 2a

Dan l-Anness jinkludi l-oġġetti li ġejjin li huma elenkati fil-lista tal-Grupp ta' Fornituri Nukleari, kif definiti fiha:

Nota:

Kwalunkwe oġġett li l-karatteristiċi jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi partikolari tiegħu jaqgħu fil-kategoriji speċifikati kemm mill-Anness I kif ukoll mill-Anness III għandu jitqies li jaqa' fl-Anness III biss

NSG Parti I

ANNESS A

LISTA BAŻIKA MSEMMIJA FIN-NOTI ĠENERALI TAL-LINJI GWIDA

1.

L-għan ta' dawn il-kontrolli ma għandux jinqered mit-trasferiment tal-partijiet komponenti. Kull gvern ser jieħu l-azzjonijiet li jista' biex jilħaq dan l-għan u ser jibqa' jfittex definizzjoni fattibbli għall-partijiet komponenti, li tista' tintuża mill-fornituri kollha.

2.

B'referenza għall-Paragrafu 9(b)(2) tal-Linji Gwida, l-istess tip għandha tinftiehem bħala meta l-proċessi ta' disinn, kostruzzjoni jew tħaddim ikunu msejsa fuq l-istess proċessi fiżiċi jew kimiċi bħal dawk identifikati fil-Lista Bażika jew proċessi simili.

3.

Il-fornituri jirrikonoxxu r-relazzjoni mill-qrib għal ċerti proċessi ta' separazzjoni ta' isotopi bejn impjanti, tagħmir u teknoloġija għall-arrikkiment tal-uranju u dik għas-separazzjoni tal-isotopi ta' ‘elementi oħra’ għal skopijiet ta' riċerka, skopijiet mediċi u skopijiet industrijali oħrajn mhux nukleari. F'dak ir-rigward, il-fornituri għandhom jeżaminaw bir-reqqa l-miżuri legali tagħhom, inklużi r-regolamenti għall-għoti ta' liċenzji għall-esportazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-informazzjoni/teknoloġija u l-prattiki ta' sigurtà, għal attivitajiet ta' separazzjoni ta' isotopi li jinvolvu ‘elementi oħrajn’ biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' protezzjoni xierqa kif ikun meħtieġ. Il-fornituri jirrikonoxxu li, f'każijiet partikolari, il-miżuri xierqa ta' protezzjoni għal attivitajiet ta' separazzjoni ta' isotopi li jinvolvu ‘elementi oħrajn’ ser ikunu essenzjalment l-istess bħal dawk għall-arrikkiment tal-uranju. (Ara n-Nota ta' Introduzzjoni fit-Taqsima 5 tal-Lista Bażika.) Skont il-Paragrafu 17(a) tal-Linji Gwida, il-fornituri għandhom jikkonsultaw ma' fornituri oħrajn kif xieraq, sabiex jippromwovu politiki u proċeduri uniformi fit-trasferiment u l-protezzjoni ta' impjanti, tagħmir u teknoloġija li jinvolvu s-separazzjoni ta' isotopi ta'‘elementi oħrajn’. Il-fornituri għandhom jeżerċitaw ukoll il-kawtela xierqa f'każijiet li jinvolvu l-applikazzjoni ta' tagħmir u teknoloġija, derivati minn proċessi ta' arrikkiment tal-uranju, għal użi oħrajn mhux nukleari bħal fl-industrija kimika.

KONTROLLI TAT-TEKNOLOĠIJA

It-trasferiment ta' ‘teknoloġija’ assoċjata direttament ma' kwalunkwe oġġett fil-Lista ser ikun soġġett għal kemm jista' jkun skrutinju u kontroll daqskemm ikun l-oġġett innifsu, sa fejn ikun permess mil-leġislazzjoni nazzjonali.

Il-kontrolli fuq it-trasferiment ta' ‘teknoloġija’ ma japplikawx għal informazzjoni ‘fid-dominju pubbliku’ jew għal ‘riċerka xjentifika bażika’.

Minbarra kontrolli fuq it-trasferiment ta' ‘teknoloġija’ għal raġunijiet ta' nonproliferazzjoni nukleari, il-fornituri għandhom jippromwovu l-protezzjoni ta' din it-teknoloġija għad-disinn, il-bini, u t-tħaddim ta' faċilitajiet tal-lista bażika b'konsiderazzjoni tar-riskju ta' attakki terroristiċi, u għandhom jisħqu dwar il-bżonn li dan isir mar-riċevituri.

KONTROLLI FUQ IS-SOFTWARE

It-trasferiment ta' ‘software’ assoċjat direttament ma' kwalunkwe oġġett fil-Lista ser ikun soġġett għal kemm jista' jkun skrutinju u kontrolli daqskemm ikun l-oġġett innifsu, sa fejn permess mil-leġislazzjoni nazzjonali.

Il-kontrolli fuq it-trasferiment ta' ‘software’ ma japplikawx għal informazzjoni ‘fid-dominju pubbliku’ jew għal ‘riċerka xjentifika bażika’.

DEFINIZZJONIJIET

 

‘riċerka xjentifika bażika’ — Ħidma esperimentali jew teoretika li ssir prinċipalment biex jinkiseb għarfien ġdid tal-prinċipji fundamentali ta' fenomeni u fatti osservabbli, mhux primarjament diretta lejn għan jew objettiv prattiku speċifiku.

 

l-‘iżvilupp’ huwa marbut mal-fażijiet kollha qabel il-‘produzzjoni’ bħal:

disinn

riċerka dwar id-disinn

analiżi tad-disinn

kunċetti tad-disinn

immuntar u ttestjar ta' prototipi

skemi ta' produzzjoni pilota

data tad-disinn

proċess tat-trasformazzjoni tad-data tad-disinn fi prodott

disinn ta' konfigurazzjoni

disinn ta' integrazzjoni

tqassim

 

‘fid-dominju pubbliku’, hekk kif tapplika f'dan id-dokument, tfisser ‘teknoloġija’ jew ‘software’ li jkun sar disponibbli mingħajr restrizzjoni wara d-disseminazzjoni ulterjuri tiegħu. (Restrizzjonijiet tad-dritt tal-awtur ma jneħħux ‘teknoloġija’ jew ‘software’ milli jkunu fid-dominju pubbliku.)

 

‘mikroprogrammi’ — Sekwenza ta' struzzjonijiet elementari, miżmuma f'ħażna speċjali, li l-eżekuzzjoni tagħhom tinbeda bl-introduzzjoni tal-istruzzjoni ta' referenza tiegħu f'reġistru ta' struzzjonijiet.

 

‘elementi oħrajn’ — L-elementi kollha għajr l-idroġenu, l-uranju u l-plutonju.

 

‘il-produzzjoni’ tfisser l-istadji kollha tal-produzzjoni, bħal:

kostruzzjoni

inġinerija tal-produzzjoni

manifattura

integrazzjoni

immuntar (armar)

spezzjoni

ittestjar

assigurazzjoni tal-kwalità

 

‘programm’ — Sekwenza ta' struzzjonijiet sabiex jitwettaq proċess f'forma eżegwibbli minn kompjuter elettroniku, jew konvertibbli f'forma bħal din.

 

‘software’ tfisser ġabra ta' ‘programm’ jew ‘mikroprogramm’ wieħed jew aktar stabbiliti fi kwalunkwe mezz tanġibbli ta' espressjoni.

 

‘assistenza teknika’ tista' tieħu forom bħal: struzzjonijiet, ħiliet, taħriġ, għarfien tax-xogħol, servizzi ta' konsulenza.

Nota:

‘Assistenza teknika’ tista' tinvolvi t-trasferiment ta' ‘data teknika’.

 

‘data teknika’ tista' tieħu forom bħal blueprints, pjanijiet, dijagrammi, mudelli, formoli, disinni u speċifikazzjonijiet tal-inġinerija, manwali u struzzjonijiet bil-miktub jew irrekordjati fuq mezzi jew apparat ieħor bħal diska, tejp, u memorji li jinqraw biss.

 

‘teknoloġija’ tfisser informazzjoni speċifika meħtieġa għall-‘iżvilupp’, il-‘produzzjoni’ jew l-‘użu’ ta' kwalunkwe oġġett li jinsab fil-Lista. Din l-informazzjoni tista' tieħu l-forma ta' ‘data teknika’, jew ‘assistenza teknika’.

 

‘użu’ — Tħaddim, installazzjoni (li tinkludi installazzjoni fil-post), manutenzjoni (iċċekkjar), tiswija, rinnovament totali jew restawr.

MATERJAL U TAGĦMIR

1.   Materjal ta' sors u materjal fissili speċjali

Kif definiti fl-Artikolu XX tal-Istatut tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika:

1.1.

‘Materjal ta' sors’

It-terminu ‘materjal ta' sors’ ifisser uranju li fih it-taħlita ta' isotopi li jinsabu fin-natura; uranju mfaqqar fl-isotopu 235; torju; kwalunkwe wieħed minn dawn fl-għamla ta' metall, liga, kompost kimiku, jew konċentrat; kwalunkwe materjal ieħor li fih wieħed jew aktar minn dawn f'konċentrazzjoni li l-Bord tal-Gvernaturi jiddetermina minn żmien għal żmien; u materjal ieħor li l-Bord tal-Gvernaturi jiddetermina minn żmien għal żmien.

1.2.

‘Materjal fissili speċjali’

i)

It-terminu ‘materjal fissili speċjali’ jfisser plutonju-239; uranju 233; ‘uranju arrikkit fl-isotopi 235 jew 233’; kwalunkwe materjal li fih wieħed jew aktar minn dawn; u materjal fissili ieħor li l-Bord tal-Gvernaturi jiddetermina minn żmien għal żmien; iżda t-terminu ‘materjal fissili speċjali’ ma jinkludix materjal ta' sors.

ii)

It-terminu ‘uranju arrikkit fl-isotopi 235 jew 233’ ifisser uranju li fih l-isotopi 235 jew 233 jew it-tnejn f'ammont li bih il-proporzjon ta' abbundanza tas-somma ta' dawn l-isotopi għall-isotopu 238 ikun akbar mill-proporzjoni tal-isotopu 235 għall-isotopu 238 li jinsab fin-natura.

Madankollu, għall-finijiet tal-Linji Gwida, oġġetti speċifikati fis-subparagrafu (a) hawn taħt, u esportazzjonijiet ta' materjal ta' sors jew materjal fissili speċjali lil pajjiż riċevitur partikolari, fi żmien perijodu ta' 12-il xahar, taħt il-limiti speċifikati fis-subparagrafu (b) hawn taħt, mhux ser jiġu inklużi:

(a)

Plutonju b'konċentrazzjoni isotopika ta' plutonju-238 li taqbeż 80 %.

Materjal fissili speċjali meta użat fi kwantitajiet ta' grammi jew anqas bħala komponent sensittivi fi strumenti; u

Materjal ta' sors li l-Gvern ikun żgur li ser jintuża biss f'attivitajiet mhux nukleari, bħall-produzzjoni ta' ligi jew ċeramika;

(b)

Materjal fissili speċjali

50 gramma effettiva;

Uranju naturali

500 kilogramm;

Uranju mfaqqar

1 000 kilogramm; u

Torju

1 000 kilogramm.

2.   Tagħmir u Materjali Mhux Nukleari

It-tismija ta' oġġetti ta' tagħmir u materjali mhux nukleari adottata mill-Gvern hija din li ġejja (kwantitajiet taħt il-livelli indikati fl-Anness B qed jitqiesu insinifikanti għal skopijiet prattiċi):

2.1.

Reatturi nukleari u tagħmir u l-komponenti iddisinjati jew ippreparati apposta għal dawn (ara Anness B, taqsima 1.);

2.2.

Materjali mhux nukleari għar-reatturi (ara Anness B, taqsima 2.);

2.3.

Impjanti għar-riproċessar ta' elementi rradjati tal-karburant, u tagħmir iddisinjat jew ippreparat apposta għal dawn (ara Anness B, taqsima 3.);

2.4.

Impjanti għall-fabbrikazzjoni ta' elementi tal-karburant tar-reatturi nukleari, u tagħmir iddisinjat jew ippreparat apposta għal dawn (ara Anness B, taqsima 4.);

2.5.

Impjanti għas-separazzjoni ta' isotopi ta' uranju naturali, uranju mfaqqar jew materjal fissili speċjali u tagħmir, għajr strumenti analitiċi, iddisinjat jew ippreparat apposta għal dawn (ara Anness B, taqsima 5.);

2.6.

Impjanti għall-produzzjoni jew il-konċentrazzjoni ta' ilma tqil, dewterju u komposti tad-dewterju u tagħmir iddisinjat jew ippreparat apposta għal dawn (ara Anness B, taqsima 6.);

2.7.

Impjanti għall-konverżjoni tal-uranju u l-plutonju għall-użu fil-fabbrikazzjoni ta' elementi tal-karburant u s-separazzjoni ta' isotopi tal-uranju kif definit fit-taqsimiet 4 u 5 rispettivament, u tagħmir iddisinjat jew ippreparat apposta għal dawn (ara Anness B, taqsima 7.).

ANNESS B

KJARIFIKA TAL-OĠĠETTI FIL-LISTA BAŻIKA

(kif imsemmija fit-Taqsima 2 ta' MATERJAL U TAGĦMIR ta' Anness A)

1.   Reatturi nukleari u tagħmir u komponenti iddisinjati jew imħejjija apposta għal dawn

NOTA TA' INTRODUZZJONI

Diversi tipi ta' reatturi nukleari jistgħu jiġu kkaratterizzati mill-moderatur użat (eż., grafit, ilma tqil, ilma ħafif, xejn), l-ispettru ta' newtroni li fihom (eż., termiku, veloċi), it-tip ta' materjal berried użat (eż., ilma, metall likwidu, melħ maħlul, gass), jew mill-funzjoni jew tip tagħhom (eż., reatturi ta' enerġija, reatturi għar-riċerka, reatturi għal testijiet). Huwa maħsub li dawn it-tipi kollha ta' reatturi nukleari jkunu fl-ambitu ta' din l-entrata u s-sottoentrati tagħha kollha fejn applikabbli. Din l-entrata ma tikkontrollax ir-reatturi ta' fużjoni.

1.1.   Reatturi nukleari kompleti

Reatturi nukleari kapaċi li jaħdmu sabiex iżommu katina ta' reazzjoni ta' fissjoni kkontrollata li ssostni lilha nnifisha.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

‘Reattur nukleari’ bażikament jinkludi l-oġġetti fi ħdan jew imwaħħla direttament mal-kontenitur tar-reattur, it-tagħmir li jikkontrolla l-livell ta' enerġija fil-qalba, u l-komponenti li normalment ikun fihom jew jiġu direttament f'kuntatt ma' jew jikkontrollaw il-materjal ta' tkessiħ primarju tal-qalba tar-reattur.

ESPORTAZZJONIJIET

L-esportazzjoni tas-sett sħiħ ta' oġġetti ewlenin fi ħdan dawn il-konfini ser issir biss skont il-proċeduri tal-Linji Gwida. Dawk l-oġġetti individwali fi ħdan dawn il-konfini ddefiniti funzjonalment li ser jiġu esportati biss skont il-proċeduri tal-Linji Gwida huma elenkati fil-paragrafi 1.2 sa 1.11. Il-Gvern jirriżerva għalih innifsu d-dritt li japplika l-proċeduri tal-Linji Gwida għal oġġetti oħrajn fi ħdan il-konfini ddefiniti funzjonalment.

1.2.   Kontenituri tar-reatturi nukleari

Kontenituri tal-metall, jew partijiet ewlenin prodotti fil-fabbrika għalihom, iddisinjati jew ippreparati apposta biex iżommu fihom il-qalba ta' reattur nukleari kif definit fil-paragrafu 1.1. hawn fuq, kif ukoll il-partijiet interni rilevanti tar-reattur kif definiti fil-paragrafu 1.8. hawn taħt.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Il-punt 1.2 ikopri l-kontenituri tar-reatturi nukleari irrispettivament mill-klassifikazzjoni tal-pressjoni u jinkludi kontenituri ta' pressjoni u kalandriji tar-reatturi. Ir-ras tal-kontenitur tar-reattur hija koperta mill-punt 1.2. bħala parti ewlenija ta' kontenitur ta' reattur prodotta f'fabbrika.

1.3.   Magni tat-tagħbija u tal-ħatt tal-karburant tar-reatturi nukleari

Tagħmir manipulattiv iddisinjat jew ippreparat apposta biex jiddaħħal jew jitneħħa l-karburant f'reattur nukleari kif iddefinit fil-paragrafu 1.1. hawn fuq.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

L-oġġetti mniżżla hawn fuq huma kapaċi jitħaddmu waqt li r-reattur ikun operattiv jew jużaw karatteristiċi teknikament sofistikati ta' pożizzjonament jew allinjament biex jagħmlu possibbli operazzjonijiet kumplessi ta' żieda ta' karburant waqt li r-reattur ma jkun operattiv bħal dawk li fihom normalment ma tkunx disponibbli vista diretta ta' jew aċċess dirett għall-karburant.

1.4.   Vireg u tagħmir ta' kontroll tar-reatturi nukleari

Vireg, strutturi ta' appoġġ jew sospensjoni għalihom, mekkaniżmi li jħaddmu l-vireg u tubi gwida għall-vireg iddisinjati jew ippreparati apposta biex jikkontrollaw il-proċess ta' fissjoni f'reattur nukleari kif definit fil-paragrafu 1.1. hawn fuq.

1.5.   Tubi ta' pressjoni tar-reatturi nukleari

Tubi li huma ddisinjati jew ippreparati apposta biex iżommu fihom kemm elementi tal-karburant kif ukoll il-materjal berried primarju f'reattur kif definit fil-paragrafu 1.1. hawn fuq.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

It-tubi ta' pressjoni huma partijiet minn kanali tal-karburant iddisinjati biex jaħdmu taħt pressjoni elevata, xi drabi aktar minn 5 MPa.

1.6.   Kisi tal-karburant nukleari

Tubi tal-metall taż-żirkonju jew tubi tal-liga taż-żirkonju (jew assemblaġġi ta' tubi) iddisinjati jew ippreparati apposta għall-użu bħala kisi tal-karburant f'reattur kif definit fil-paragrafu 1.1. hawn fuq, u fi kwantitajiet li jaqbżu l-10 kg.

N.B.:

Għal tubi ta' pressjoni taż-żirkonju ara 1.5. Għal tubi tal-kalandra ara 1.8.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

It-tubi tal-metall taż-żirkonju jew tubi tal-liga taż-żirkonju għall-użu f'reattur nukleari huma magħmulin minn żirkonju li fih ir-relazzjoni tal-ħafnju maż-żirkonju tipikament hija anqas minn 1:500 parti skont il-piż.

1.7.   Pompi jew ċirkolaturi berrieda primarji

Pompi jew ċirkolaturi ddisinjati jew ippreparati apposta biex jiċċirkolaw il-materjal berried primarju għar-reatturi nukleari kif definiti fil-paragrafu 1.1.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Pompi jew ċirkolaturi ddisinjati jew ippreparati apposta jinkludu pompi għal reatturi bl-ilma bħala berried, ċirkolaturi għal reatturi bil-gass bħala berried, u pompi elettromanjetiċi u mekkaniċi għal reatturi bil-metall likwidu bħala berried. Dan it-tagħmir jista' jinkludi pompi b'sistemi elaborati b'siġill jew għadd ta' siġilli biex tiġi pprevenuta tnixxija tal-materjal berried primarju, pompi b'ċilindru (canned-driven pumps), u pompi b'sistemi ta' massa inerzjali. Din id-definizzjoni tinkludi pompi ċċertifikati għat-Taqsima III, Diviżjoni I, Sottotaqsima NB (komponenti tal-Klassi 1) tal-Kodiċi tas-Soċjetà Amerikana ta' Inġiniera Mekkaniċi (ASME), jew standards ekwivalenti.

1.8.   Partijiet interni tar-reatturi nukleari

‘Partijiet interni tar-reatturi nukleari’ ddisinjati jew ippreparati apposta għall-użu f'reattur nukleari kif definit fil-paragrafu 1.1 hawn fuq. Dan jinkludi, pereżempju, kolonni ta' appoġġ għall-qalba, kanali tal-karburant, tubi tal-kalandra, ilqugħ termiku, baffles, pjanċi tal-grilja tal-qalba u pjanċi ta' diffużjoni.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

‘Partijiet interni tar-reattur nukleari’ huma strutturi ewlenin f' kontenitur tar-reattur li għandhom funzjoni waħda jew aktar bħal li jappoġġaw il-qalba, iżommu l-allinjament tal-karburant, jidderieġu l-fluss tal-materjal berried primarju, jipprovdu lqugħ għar-radjazzjoni għall-kontenitur tar-reattur, u jiggwidaw l-istrumentazzjoni fil-qalba.

1.9.   Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana

(a)

Ġeneraturi tal-fwar iddisinjati jew ippreparati apposta għaċ-ċirkwit primarju, jew intermedju, tal-materjal berried ta' reattur nukleari kif definit fil-paragrafu 1.1. hawn fuq.

(b)

Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana ieħor iddisinjat jew ippreparat apposta għall-użu fiċ-ċirkwit primarju tal-materjal berried ta' reattur nukleari kif definit fil-paragrafu 1.1. hawn fuq.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Il-ġeneraturi tal-fwar jiġu ddisinjati jew ippreparati apposta biex jittrasferixxu s-sħana ġġenerata fir-reattur għall-ilma li hu sors għall-ġenerazzjoni tal-fwar. Fil-każ ta' reattur veloċi li għalih ikun preżenti wkoll ċirkwit intermedju tal-materjal berried, il-ġeneratur tal-fwar ikun fiċ-ċirkwit intermedju.

F'reattur bil-gass bħala berried, jista' jintuża tagħmir għat-trasferiment tas-sħana biex is-sħana tiġi ttrasferita għal ċirkwit sekondarju tal-gass li jħaddem turbina tal-gass.

L-ambitu ta' kontroll għal din l-entrata ma jinkludix tagħmir għat-trasferiment tas-sħana għas-sistemi ta' appoġġ tar-reattur, eż., is-sistema ta' tberrid ta' emerġenza jew is-sistema ta' tberrid tas-sħana mit-tibdil radjuattiv.

1.10.   Detetturi tan-newtroni

Detetturi tan-newtroni ddisinjati jew ippreparati apposta biex jiddeterminaw il-livelli tal-fluss tan-newtroni fil-qalba tar-reattur kif definit fil-paragrafu 1.1. hawn fuq.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

L-ambitu ta' din l-entrata jinkludi detetturi fil-qalba u barra mill-qalba li jkejlu l-livelli tal-fluss fuq medda kbira, tipikament minn 104 newtroni kull cm2 fis-sekonda sa 1010 newtroni kull cm2 fis-sekonda jew aktar. Barra mill-qalba jirreferi għal dawk l-istrumenti barra l-qalba ta' reattur kif definit fil-paragrafu 1.1. hawn fuq, iżda li jinsabu ġewwa l-ilqugħ bijoloġiku.

1.11.   Ilqugħ termiku estern

‘Ilqugħ termiku estern’ iddisinjat jew ippreparat apposta għall-użu f'reattur nukleari kif definit fil-paragrafu 1.1 għat-tnaqqis tat-telf ta' sħana u wkoll għall-protezzjoni tal-kontenituri ta' konteniment.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

‘Ilqugħ termiku estern’ huma strutturi ewlenin imqiegħda fuq il-kontenitur tar-reattur li jnaqqsu t-telf ta' sħana mir-reattur u jnaqqsu t-temperatura fil-kontenitur ta' konteniment.

2.   Materjali mhux nukleari għar-reatturi

2.1.   Dewterju u ilma tqil

Dewterju, ilma tqil (ossidu tad-dewterju ) u kwalunkwe kompost ieħor ta' dewterju li, fih, il-proporzjon ta' atomi ta' dewterju għal dawk ta' idroġenu jaqbeż 1:5 000 għall-użu f'reattur nukleari kif definit fil-paragrafu 1.1. hawn fuq fi kwantitajiet li jaqbżu 200 kg ta' atomi tad-dewterju għal kwalunkwe pajjiż riċevitur fi kwalunkwe perijodu ta' 12-il xahar.

2.2.   Grafit bi grad nukleari

Grafit li għandu livell ta' purità aħjar minn 5 partijiet għal kull miljun boron ekwivalenti u b'densità akbar minn 1.50 g/cm għall-użu f'reattur nukleari kif definit fil-paragrafu 1.1 hawn fuq, fi kwantitajiet li jaqbżu 1 kg.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Għall-għan tal-kontroll tal-esportazzjonijiet, il-Gvern jiddetermina jekk l-esportazzjonijiet tal-grafit konformi mal-ispeċifikazzjonijiet ta' hawn fuq ikunux għall-użu minn reattur nukleari.

L-ekwivalenti tal-boron (BE) jista' jiġi determinat b'mod esperimentali jew jiġi kkalkulat bħala s-somma ta' BEz għall-impuritajiet (bl-esklużjoni tal-karbonju ta' BE peress li l-karbonju mhux meqjus impurità) inkluż il-boron, fejn:

BEz (ppm) = CF × konċentrazzjoni tal-element Z (f'ppm);

 

CF huwa l-fattur ta' konverżjoni: (σz × AB) diviża bi (σB × Az);

σB u σz huma t-trans-sezzjonijiet tal-ġbir tan-newtroni termaiċi (f'barns) għall-boron naturali u

 

l-element Z rispettivament; u AB u Az huma l-mases atomiċi ta' boron naturali u l-element Z rispettivament.

3.   Impjanti għar-riproċessar ta' elementi rradjati tal-karburant, u tagħmir iddisinjat jew ippreparat apposta għal dan

NOTA TA' INTRODUZZJONI

Ir-riproċessar ta' karburant nukleari rradjat jissepara l-plutonju u l-uranju mill-prodotti tal-fissjoni intensament radjuattivi u l-elementi l-oħra transuraniċi. Proċessi tekniċi differenti jistgħu jwettqu din is-separazzjoni. Madankollu, matul is-snin Purex sar il-proċess l-aktar użat u aċċettat. Purex jinvolvi t-tidwib ta' karburant nukleari rradjat fl-aċidu nitriku, segwit mis-separazzjoni tal-uranju, il-plutonju, u tal-prodotti tal-fissjoni permezz tal-estrazzjoni b'solventi bl-użu ta' taħlita ta' fosfat tat-tributil f'dilwent organiku.

Il-faċilitajiet tal-Purex għandhom funzjonijiet tal-proċessi simili għal xulxin, fosthom: qtugħ f'biċċiet ta' elementi tal-karburant irradjati, tidwib tal-karburant, estrazzjoni b'solventi, u ħżin tal-likuri tal-proċess. Jista' jkun hemm ukoll tagħmir għad-denitrazzjoni termika tan-nitrat tal-uranju, il-konverżjoni tan-nitrat tal-plutonju għal ossidu jew metall, u t-trattament tal-likur żejjed li rriżulta mill-fissjoni għal forma xierqa għall-ħżin fit-tul jew ir-rimi. Madankollu, it-tip u l-konfigurazzjoni speċifiċi tat-tagħmir li jwettaq dawn il-funzjonijiet jista' jvarja bejn il-faċilitajiet Purex għal diversi raġunijiet, fosthom it-tip u l-kwantità ta' karburant nukleari rradjat li jkun ser jiġi riproċessat u d-dispożizzjoni maħsuba tal-materjali rkuprati, u l-filosofija ta' sikurezza u manutenzjoni inkorporata fid-disinn tal-faċilità.

‘Impjant għar-riproċessar ta' elementi rradjati tal-karburant’, jinkludi t-tagħmir u l-komponenti li normalment ikollhom kuntatt dirett ma' u jikkontrollaw direttament il-karburant irradjat u l-materjal nukleari ewlieni u flussi ta' pproċessar tal-prodotti tal-fissjoni.

Dawn il-proċessi, inklużi s-sistemi kompleti għall-konverżjoni tal-plutonju u l-produzzjoni tal-metall tal-plutonju, jistgħu jiġu identifikati mill-miżuri meħuda biex jiġu evitati l-kritikalità (eż. permezz tal-ġeometrija), l-esponiment għar-radjazzjoni (eż. permezz ta' lqugħ), u l-perikli ta' tossiċità (eż. permezz tal-konteniment).

ESPORTAZZJONIJIET

L-esportazzjoni tas-sett sħiħ ta' oġġetti ewlenin fi ħdan dawn il-konfini ser issir biss skont il-proċeduri tal-Linji Gwida.

Il-Gvern jirriżerva għalih innifsu d-dritt li japplika l-proċeduri tal-Linji Gwida għal oġġetti oħrajn fi ħdan il-konfini ddefiniti funzjonalment kif elenkat hawn taħt.

L-oġġetti ta' tagħmir li huma kkunsidrati li jaqgħu fit-tifsira tal-frażi ‘u t-tagħmir iddisinjat jew ippreparat apposta’ għar-riproċessar ta' elementi rradjati tal-karburant fosthom:

3.1.   Magni li jaqtgħu f'biċċiet elementi rradjati tal-karburant

Tagħmir operat mill-bogħod iddisinjat jew ippreparat apposta għall-użu f'impjant ta' riproċessar kif identifikat hawn fuq u maħsub biex jaqta', iqatta' f'biċċiet u jkisser muntaturi, mazez jew vireg irradjati tal-karburant nukleari.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Dan it-tagħmir jikser il-kisi tal-karburant biex jesponi l-materjal nukleari rradjat għat-tidwib. Ġliem tal-metall iddisinjati apposta huma l-għodod l-aktar użati, għalkemm jista' jintuża tagħmir avvanzat, bħal lasers.

3.2.   Materjali dewwieba

Tankijiet kritikament bla periklu (eż. tankijiet b'dijametru żgħir, annulari jew rettangolari) iddisinjati jew ippreparati apposta għall-użu f'impjant ta' riproċessar kif identifikat hawn fuq, maħsuba biex idewbu karburant nukleari rradjat u li huma kapaċi jifilħu likwidu sħun u ferm korrużiv, u li jistgħu jitgħabbew u ssirilhom manutenzjoni mill-bogħod.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Il-materjali dewwieba normalment jirċievu l-karburant użat imqatta'. F'dawn il-kontenituri kritikament bla periklu, il-materjal nukleari rradjat jiddewweb fl-aċidu nitriku u l-kisi li jifdal jitneħħa mill-fluss tal-proċess.

3.3.   Estratturi b'solventi u tagħmir għall-estrazzjoni b'solventi

Estratturi b'solventi ddisinjati jew ippreparati apposta bħal kolonni ppakkjati jew pulsati, mixer settlers jew kuntatturi ċentrifugali għall-użu f'impjant għar-riproċessar ta' karburant irradjat. L-estratturi b'solventi għandhom ikunu reżistenti għall-effett korrużiv tal-aċidu nitriku. L-estratturi b'solventi normalment jiġu ffabbrikati bi standards estremament għoljin (inklużi wweldjar speċjali u spezzjoni u assigurazzjoni tal-kwalità u tekniki tal-kontroll tal-kwalità) minn azzar inossidabbli, titanju u żirkonju b'livelli baxxi ta' karbonju, jew materjali oħra ta' kwalità għolja.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

L-estratturi b'solventi jirċievu kemm is-soluzzjoni tal-karburant irradjat mill-materjali dewwieba kif ukoll is-soluzzjoni organika li tissepara l-uranju, il-plutonju, u l-prodotti ta' fissjoni. It-tagħmir għall-estrazzjoni b'solventi normalment jiġi ddisinjat biex jissodisfa parametri operattivi stretti, bħal ħajjiet operattivi twal b'ebda bżonn ta' manutenzjoni jew adattabbiltà għal sostituzzjoni faċli, sempliċità ta' operazzjoni u kontroll, u flessibbiltà għall-varjazzjonijiet fil-kondizzjonijiet tal-proċess.

3.4.   Kontenituri fejn jinżammu jew jinħażnu sustanzi kimiċi

Kontenituri ddisinjati jew ippreparati apposta għaż-żamma jew ħżin għall-użu f'impjant għar-riproċessar ta' karburant irradjat. Il-kontenituri għaż-żamma jew ħżin iridu jkunu reżistenti għall-effett korrużiv tal-aċidu nitriku. Il-kontenituri għaż-żamma jew ħżin normalment ikunu magħmula minn materjali bħal azzar inossidabbli, titanju jew żirkonju b'livelli baxxi ta' karbonju, jew materjali oħrajn ta' kwalità għolja. Il-kontenituri għaż-żamma jew ħżin jistgħu jiġu ddisinjati għal operazzjoni u manutenzjoni mill-bogħod u jista' jkollhom il-karatteristiċi li ġejjin għall-kontroll tal-kritikalità nukleari:

(1)

ħitan jew strutturi interni b'ekwivalenti tal-boron ta' mill-inqas tnejn fil-mija, jew

(2)

dijametru massimu ta' 175 mm (7″) għal kontenituri ċilindriċi, jew

(3)

wisa' massima ta' 75 mm (3″) għal kontenitur annulari jew rettangolari.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Tliet flussi ewlenin tal-likuri tal-proċessi jirriżultaw mill-pass tal-estrazzjoni b'solventi. Il-kontenituri taż-żamma jew ħżin jintużaw biex jitkompla l-ipproċessar tat-tliet flussi kollha, kif ġej:

(a)

Is-soluzzjoni pura ta' nitrat tal-uranju tiġi kkonċentrata b'evaporazzjoni u tgħaddi għal proċess ta' denitrazzjoni fejn tinbidel f'ossidu tal-uranju. Dan l-ossidu jerġa' jintuża fiċ-ċiklu tal-karburant nukleari.

(b)

Is-soluzzjoni intensament radjuattiva tal-prodotti tal-fissjoni normalment tiġi kkonċentrata b'evaporazzjoni u maħżuna bħala konċentrat tal-likur. Dan il-konċentrat jista' jiġi sussegwentement evaporat u kkonvertit f'għamla xierqa għall-ħżin jew ir-rimi.

(c)

Is-soluzzjoni pura ta' nitrat tal-plutonju tiġi kkonċentrata u maħżuna sakemm tiġi ttrasferita għall-passi l-oħra fil-proċess. Partikolarment, il-kontenituri ta' żamma u ħżin għas-soluzzjoni tal-plutonju huma ddisinjati biex jiġu evitati problemi ta' kritikalità li jirriżultaw minn bidliet fil-konċentrazzjoni u l-forma ta' dan il-fluss.

3.5.   Sistemi ta' kejl tan-newtroni għall-kontroll tal-proċess

Sistemi ta' kejl tan-newtroni ddisinjati jew ippreparati apposta għall-integrazzjoni u l-użu ma' sistemi awtomatizzati ta' kontroll tal-proċess f'impjant għar-riproċessar ta' elementi rradjati tal-karburant.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Dawn is-sistemi jinvolvu l-kapaċità ta' kejl u diskriminazzjoni attivi u passivi tan-newtroni sabiex jiġu ddeterminati l-kwantità u l-kompożizzjoni tal-materjal fissili. Is-sistema kompleta tkun magħmula minn ġeneratur tan-newtroni, detettur tan-newtroni, amplifikaturi, u elettronika għall-ipproċessar tas-sinjali.

L-ambitu ta' din l-entrata ma jinkludix strumenti ta' detezzjoni u kejl tan-newtroni li jkunu ddisinjati għall-kontabbiltà u s-salvagwardja tal-materjali nukleari jew kwalunkwe applikazzjoni oħra mhux marbuta mal-integrazzjoni u l-użu ma' sistemi awtomatizzati ta' kontroll tal-proċess f'impjant għar-riproċessar ta' elementi rradjati tal-karburant.

4.   Impjanti għall-fabbrikazzjoni ta' elementi tal-karburant tar-reatturi nukleari, u tagħmir iddisinjat jew ippreparat apposta għal dawn

NOTA TA' INTRODUZZJONI

L-elementi tal-karburant nukleari jiġu mmanifatturati minn materjali ta' sors jew materjal fissili speċjali wieħed jew aktar msemmija fil-MATERJAL U T-TAGĦMIR ta' dan l-anness. Għall-karburanti ossidi, l-aktar tip komuni ta' karburant, ser ikun preżenti tagħmir għall-ippressar ta' pellets, is-sinterizzazzjoni, it-tħin u l-gradazzjoni. Karburanti ossidi mħallta jiġu ttrattati f'kaxex għall-ingwanti (jew konteniment ekwivalenti) sakemm jiġu ssiġillati fil-kisi. Fil-każijiet kollha, il-karburant jiġi ssiġillat ermetikament f'kisi xieraq li jkun iddisinjat biex ikun il-qoxra primarja li tiksi l-karburant sabiex jipprovdi prestazzjoni u sikurezza xierqa matul l-operazzjoni ta' reattur. Barra minn hekk, fil-każijiet kollha, huwa meħtieġ kontroll preċiż tal-proċessi, il-proċeduri u t-tagħmir bi standards estremament għoljin sabiex tiġi żgurata prestazzjoni prevedibbli u sikura tal-karburant.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

L-oġġetti ta' tagħmir li jitqiesu li jaqgħu fit-tifsira tal-frażi ‘u t-tagħmir iddisinjat jew ippreparat apposta’ għall-fabbrikazzjoni ta' elementi tal-karburant jinkludu tagħmir li:

(a)

normalment ikollu kuntatt dirett ma', jew jipproċessa direttament, jew jikkontrolla, il-fluss tal-produzzjoni ta' materjal nukleari;

(b)

jissiġilla l-materjal nukleari fi ħdan il-kisi;

(c)

jivverifika l-integrità tal-kisi jew is-siġill;

(d)

jivverifika t-trattament tal-finitura tal-karburant issiġillat; jew

(e)

jintuża biex jiġu mmuntati elementi tal-karburant tar-reattur.

Dan it-tagħmir jew sistemi ta' tagħmir jistgħu jinkludu, pereżempju:

1)

stazzjonijiet kompletament awtomatiċi ta' spezzjoni ta' pellets iddisinjati jew ippreparati apposta biex jiġu vverifikati d-dimensjonijiet finali u d-difetti tal-wiċċ tal-pellets tal-karburant;

2)

magni awtomatiċi ta' wweldjar iddisinjati jew ippreparati apposta biex l-għotjien tat-tarf jiġu wweldjati fuq il-pinnijiet (jew vireg) tal-karburant;

3)

stazzjonijiet awtomatiċi għat-testijiet u l-ispezzjoni ddisinjati jew ippreparati apposta biex tiġi verifikata l-integrità ta' pinnijiet (jew vireg) kompluti tal-karburant;

4)

sistemi ddisinjati jew ippreparati apposta biex jiġi mmanifatturat il-kisi tal-karburant nukleari.

Il-punt 3 tipikament jinkludi tagħmir għal: a) eżami b'x-ray ta' saldaturi tal-għotjien tat-tarf ta' pinnijiet (jew vireg), b) detezzjoni tat-tnixxija ta' elju minn pinnijiet (jew vireg) taħt pressjoni, u c) skenjar bir-raġġi gamma tal-pinnijiet (jew vireg) biex jiġi vverifikat jekk issirx it-tagħbija korretta tal-pellets tal-karburant fuq ġewwa.

5.   Impjanti għas-separazzjoni ta' isotopi ta' uranju naturali, uranju mfaqqar jew materjal fissili speċjali u tagħmir, għajr strumenti analitiċi, iddisinjat jew ippreparat apposta għal dawn

NOTA TA' INTRODUZZJONI

L-impjanti, it-tagħmir u t-teknoloġija għas-separazzjoni ta' isotopi tal-uranju bosta drabi jkollhom relazzjoni mill-qrib mal-impjanti, it-tagħmir u t-teknoloġija għas-separazzjoni ta' isotopi ta' ‘elementi oħrajn’. F'każijiet partikolari, il-kontrolli skont it-Taqsima 5 japplikaw ukoll għal impjanti u tagħmir maħsubin għas-separazzjoni ta' isotopi ta' ‘elementi oħrajn’. Dawn il-kontrolli ta' impjanti u tagħmir għas-separazzjoni ta' isotopi ta' ‘elementi oħrajn’ huma komplementari għall-kontrolli fuq l-impjanti u t-tagħmir iddisinjati jew ippreparati apposta għall-ipproċessar, l-użu jew il-produzzjoni ta' materjal fissili speċjali kopert mil-Lista Bażika. Dawn il-kontrolli komplementari skont it-Taqsima 5 għal użi li jinvolvu ‘elementi oħrajn’ ma japplikawx għall-proċess elettromanjetiku ta' separazzjoni tal-isotopi, li jiġi indirizzat fil-Parti 2 tal-Linji Gwida.

Il-proċessi li għalihom japplikaw bl-istess mod il-kontrolli fit-Taqsima 5 sew jekk l-użu maħsub ikun is-separazzjoni ta' isotopi tal-uranju u sew jekk ikun is-separazzjoni ta' ‘elementi oħrajn’ huma: ċentrifuga tal-gass, diffużjoni tal-gass, il-proċess ta' separazzjoni tal-plażma, u proċess ajrudinamiċi.

Għal xi proċessi, ir-relazzjoni mas-separazzjoni ta' isotopi tal-uranju tiddependi mill-element li qed jiġi separat. Dawn il-proċessi huma: proċessi msejsa fuq il-laser (eż. separazzjoni ta' isotopi bil-laser molekulari u separazzjoni ta' isotopi bil-laser bi fwar atomiku), skambju kimiku, u skambju ta' joni. Il-fornituri għaldaqstant għandhom jevalwaw dawn il-proċessi fuq il-bażi ta' każijiet individwali biex japplikaw il-kontrolli skont it-Taqsima 5 għal użi li jinvolvu ‘elementi oħrajn’ kif ikun meħtieġ.

L-oġġetti ta' tagħmir li jitqiesu li jaqgħu fi ħdan it-tifsira tal-frażi ‘tagħmir, għajr strumenti analitiċi, iddisinjat jew ippreparat apposta’ għas-separazzjoni ta' isotopi tal-uranju jinkludu:

5.1.   Ċentrifugi tal-gass u muntaturi u komponenti ddisinjati jew ippreparati apposta għall-użu f'ċentrifugi tal-gass

NOTA TA' INTRODUZZJONI

Iċ-ċentrifuga tal-gass normalment tikkonsisti f'ċilindru(i) b'ħitan irqaq b'dijametru ta' bejn 75 mm u 650 mm li jinżammu f'ambjent vakwu u jiddawru b'veloċità periferali għolja tal-livell ta' 300 m/s jew aktar mal-assi ċentrali vertikali. Sabiex tinkiseb veloċità għolja l-materjali tal-kostruzzjoni għall-komponenti ta' rotazzjoni jrid ikollhom proporzjon għoli ta' saħħa għal densità u l-muntatura tar-rotor, u għalhekk il-komponenti individwali tagħha, jridu jiġu mmanifatturati b'tolleranzi ferm qrib sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun l-iżbilanċ. B'kuntrast ma' ċentrifugi oħra, iċ-ċentrifuga tal-gass għall-arrikkiment tal-uranju hija kkaratterizzata billi fil-kompartiment tar-rotor ikollha baffle(s) iddur forma ta' diska u arranġament ta' tubu wieqaf bħala sors ta' u għall-estrazzjoni tal-gass UF6 u jkollha mill-inqas tliet kanali separati, li minnhom tnejn ikunu konnessi ma' sasliet li mill-assi tar-rotor jibqgħu sejrin sal-periferija tal-kompartiment tar-rotor. Fl-ambjent vakwu jkun hemm ukoll għadd ta' oġġetti kritiċi li ma jdurux u li għalkemm ikunu ddisinjati apposta mhux diffiċli li jiġu ffabbrikati u lanqas ma jiġu ffabbrikati minn materjali uniċi. Faċilità ta' ċentrifuga madankollu jkollha bżonn għadd kbir ta' dawn il-komponenti, sabiex il-kwantitajiet ikunu jistgħu jipprovdu indikazzjoni importanti tal-użu finali.

5.1.1.   Komponenti li jduru

(a)

Muntaturi ta' rotors kompleti:

Ċilindri b'ħitan irqaq, jew numru ta' ċilindri interkonnessi b'ħitan irqaq, iffabbrikati minn materjal wieħed jew aktar bi proporzjon għoli ta' saħħa għal densità deskritti fin-NOTA TA' SPJEGAZZJONI ta' din it-taqsima. Jekk ikunu interkonnessi, iċ-ċilindri jkunu magħquda flimkien bi mniefaħ jew ċrieki flessibbli kif deskritti fit-taqsima 5.1.1.(c) li ġejja. Ir-rotor jiġi mgħammar b'baffle(s) interna u għotjien tat-tarf, kif deskritti fit-taqsima 5.1.1.(d) u (e) li ġejjin, jekk ikun fil-forma finali. Madankollu l-muntatura kompleta tista' tingħata biss parzjalment immuntata.

(b)

Tubi tar-rotor:

Ċilindri ddisinjati jew ippreparati apposta b'ħitan irqaq bi ħxuna ta' 12-il mm jew inqas, dijametru bejn 75 mm u 650 mm, u mmanifatturati b'materjal wieħed jew aktar minn dawk bi proporzjon għoli ta' saħħa għal densità deskritti fin-NOTA TA' SPJEGAZZJONI ta' din it-Taqsima.

(c)

Ċrieki jew minfaħ:

Komponenti ddisinjati jew ippreparati apposta biex jagħtu appoġġ lokalizzat għat-tubi tar-rotor jew biex jgħaqqdu flimkien numru ta' tubi tar-rotor. Il-minfaħ huwa ċilindru qasir bi ħxuna tal-ħitan ta' 3 mm jew inqas, dijametru ta' bejn 75 mm u 650 mm, li għandu konvoluzzjoni, u mmanifatturat b'materjal minn dawk bi proporzjon għoli ta' saħħa għal densità deskritti fin-NOTA TA' SPJEGAZZJONI ta' din it-Taqsima.

(d)

Baffles:

Komponenti bil-forma ta' diska b'dijametru ta' bejn 75 mm u 650 mm ddisinjati jew ippreparati apposta biex jiġu mmuntati fit-tubu tar-rotor taċ-ċentrifuga, bil-għan li jiġi iżolat il-kompartiment tat-tneħħija mill-kompartiment prinċipali ta' separazzjoni u, f'xi każijiet, li tiġi megħjuna ċ-ċirkolazzjoni tal-gass UF6 fil-kompartiment ewlieni ta' separazzjoni tat-tubu tar-rotor, u mmanifatturati b'materjal minn dawk bi proporzjon għoli ta' saħħa għal densità deskritti fin-NOTA TA' SPJEGAZZJONI ta' din it-Taqsima.

(e)

Għotjien ta' fuq/ Għotjien ta' isfel:

Komponenti bil-forma ta' diska b'dijametru ta' bejn 75 mm u 650 mm ddisinjati jew ippreparati apposta biex jaqbad mat-truf tat-tubu tar-rotor, u għalhekk iżomm il-UF6 ġewwa t-tubu tar-rotor, u f'xi każijiet biex jappoġġa, iżomm jew iżomm ġewwa bħala parti integrata element tal-kuxxinett ta' fuq (l-għatu ta' fuq) jew biex iġġorr l-elementi li jduru tal-mutur u tal-kuxxinett ta' isfel (l-għatu ta' isfel), u mmanifatturati b'materjal minn dawk bi proporzjon għoli ta' saħħa għal densità deskritti fin-NOTA TA' SPJEGAZZJONI ta' din it-Taqsima.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Il-materjali użati għal komponenti li jduru taċ-ċentrifuga jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

Azzar ‘maraging’ kapaċi għal limitu ta' reżistenza għat-tensjoni ta' 1.95 GPa jew aktar;

(b)

Ligi tal-aluminju kapaċi għal limitu ta' reżistenza għat-tensjoni ta' 0.46 GPa jew aktar;

(c)

Materjali filamentari adatti għall-użu fi strutturi komposti u li għandhom modulu speċifiku ta' 3.18 × 106 m jew akbar u limitu speċifiku ta' reżistenza għat-tensjoni ta' 7.62 × 104 m jew akbar (il-‘Modulu Speċifiku’ huwa l-Modulu ta' Young f'N/m2 diviż bil-piż speċifiku f'N/m3; il-‘Limitu Speċifiku ta' Reżistenza għat-Tensjoni’ huwa l-limitu ta' reżistenza għat-tensjoni f'N/ m2 diviż mill-piż speċifiku f'N/ m3).

5.1.2.   Komponenti statiċi

(a)

Kuxxinetti ta' sospensjoni manjetika:

1.

Muntaturi ta' kuxxinetti ddisinjati jew ippreparati apposta li jikkonsistu minn kalamita f'għamla ta' ħolqa sospiża f'alloġġament li jkun fih mezz li jtaffi. L-alloġġament ikun manifatturat minn materjal reżistenti għal UF6 (ara n-NOTA TA' SPJEGAZZJONI għat-Taqsima 5.2). Il-kalamita tigganċja ma' parti ta' lasta jew mat-tieni kalamita mmuntata mal-għatu ta' fuq deskritt fit-Taqsima 5.1.1.(e). Il-kalamita tista' tkun f'forma ta' ċurkett bid-daqs tad-dijametru ta' barra u dak ta' ġewwa iżgħar jew indaqs għal 1.6:1. Il-kalamita tista' tkun f'forma li jkollha permeabilità inizjali ta' 0.15 H/m jew aktar, jew residwu ta' 98.5 % jew aktar, jew prodott tal-enerġija akbar minn 80 kJ/m3. Barra mill-propjetajiet tas-soltu tal-materjal, huwa prerekwiżit li d-devjazzjoni tal-assi manjetiċi mill-assi ġeometriċi tkun limitata għal tolleranzi żgħar ħafna (anqas minn 0.1 mm) jew li tinħtieġ speċjalment l-omoġeneità tal-materjal tal-kalamita.

2.

Il-kuxxinetti manjetiċi attivi ddisinjati jew ippreparati apposta għall-użu ma' ċentrifugi tal-gass.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Dawn il-kuxxinetti s-soltu jkollhom il-karatteristiċi li ġejjin:

Imfassla biex iżommu ċċentrat rotor li jdur b'600 Hz jew aktar, u

Assoċjati ma' provvista tal-kurrent elettriku affidabbli u/jew ma' unità ta' provvista tal-elettriku mingħajr interruzzjoni (UPS) sabiex jiffunzjonaw għal aktar minn siegħa.

(b)

Kuxxinetti/Smorzaturi:

Kuxxinetti ddisinjati jew ippreparati apposta li fihom muntatura ta' pern/tazza mmuntat fuq smorzatur. Il-pern huwa normalment xaft tal-azzar imwebbes b'emisfera f'tarf wieħed b'mezz tat-twaħħil mat-tapp ta' taħt deskritt fit-taqsima 5.1.1.(e) fl-oħra. Madankollu x-xaft jista' jkollu kuxxinett idrodinamiku mwaħħal miegħu. It-tazza għandha forma ta' gerbub b'indentazzjoni emisferika f'wiċċ wieħed. Dawn il-komponenti huma ħafna drabi pprovduti separatament mill-ismorzatur.

(c)

Pompi molekulari:

Ċilindri ddisinjati jew ippreparati apposta li jkollhom skanalaturi elikojdali interni mmaxinjati jew bl-estrużjoni u toqob immaxinjati internament. Id-dimensjonijiet tipiċi huma kif ġejjin:

75 mm sa 650 mm dijametru intern, 10 mm jew aktar ħxuna tal-ħajt, bit-tul indaqs għal jew akbar mid-dijametru. L-iskanalaturi tipikament huma rettangolari fis-sezzjoni trasversali u 2 mm jew aktar fil-fond tagħhom.

(d)

Partijiet stazzjonarji tal-magna:

Partijiet stazzjonarji f'forma ta' ċurkett iddisinjati jew ippreparati apposta għal muturi multifażi b'kurrent li jalterna tat-tip b'istereżi (jew b'riluttanza)ta' veloċità għolja għall-operazzjoni sinkronizzata f'vakwu fi frekwenza ta' 600 Hz jew akbar u enerġija ta' 40 VA jew akbar. Il-partijiet stazzjonarji jistgħu jikkonsistu minn tidwir multifażi fuq qalba tal-ħadid b'telf baxx illaminata li fiha saffi rqaq tipikament 2.0 mm ħoxnin jew anqas.

(e)

Alloġġament/reċipjenti ta' ċentrifuga:

Komponenti ddisinjati jew ippreparati apposta biex ikun fihom il-muntatura ta' tubi tar-rotor ta' ċentrifuga tal-gass. L-alloġġament jikkonsisti f'ċilindru riġidu ta' ħxuna sa 30 mm bi truf immaxinjati bi preċiżjoni biex ippoġġu l-kuxxinetti u bi flanġ wieħed jew aktar għall-immuntar. It-truf immaxinjati huma paralleli għal xulxin u perpendikulari għall-assi lonġitudinali taċ-ċilindru għal 0.05 gradi jew anqas. L-alloġġament jista' jkun ukoll struttura tat-tip xehda biex jakkomoda diversi assemblaġġi ta' rotors.

(f)

Sassli:

Tubi ddisinjati jew ippreparati apposta għall-estrazzjoni tal-gass UF6 minn ġewwa t-tubu tar-rotor b'azzjoni ta' tubu Pitot (jiġifieri, b'apertura li tħares fil-fluss ċirkumferenzjali tal-gass fit-tubu ta' rotor, pereżempju billi tgħawweġ it-tarf ta' tubu li tqiegħed b'mod radjali) u kapaċi li jitwaħħlu mas-sistema ċentrali tal-estrazzjoni tal-gass.

5.2.   Sistemi awżiljarji, tagħmir u komponenti ddisinjati jew ippreparati apposta għall-impjanti ta' arrikkiment permezz taċ-ċentrifugazzjoni tal-gass

NOTA TA' INTRODUZZJONI

Is-sistemi awżiljarji, it-tagħmir u l-komponenti għal impjanti ta' arrikkiment permezz taċ-ċentrifugazzjoni tal-gass huma s-sistemi ta' impjant meħtieġa biex jipprovdu UF6 liċ-ċentrifugi, biex jgħaqqdu ċ-ċentrifugi individwali ma' xulxin biex jiffurmaw kaskati (jew stadji) biex jippermettu l-arrikkimenti progressivament ogħla u biex jinħarġu UF6 bħala ‘prodott’ u d-‘dnub’ miċ-ċentrifugi, flimkien mat-tagħmir meħtieġ biex jitħaddmu ċ-ċentrifugi jew biex jiġi kkontrollat l-impjant.

Normalment UF6 jiġi evaporat mis-solidu bl-użu ta' awtoklavi msaħħna u jitqassam f'forma ta' gass liċ-ċentrifugi permezz ta' sistema ta' pajpijiet fil-forma ta' kaskata. Il-flussi ta' gass UF6‘prodott’ u ‘dnub’ li jgħaddu miċ-ċentrifugi huma mogħdija wkoll permezz ta' sistema ta' pajpijiet fil-forma ta' kaskata lejn nases kesħin (li joperaw f'madwar 203 K (– 70 °C)) fejn huma kondensati qabel it-trasferiment sussegwenti f'kontenituri adatti għat-trasport u l-ħażna. Minħabba li impjant ta' arrikkiment jikkonsisti f'ħafna eluf ta' ċentrifugi arranġati f'kaskati hemm sistema ta' pajpijiet fil-forma ta' kaskata tul ħafna kilometri, li tinkorpora eluf ta' weldjaturi b'ammont sostanzjali ta' ripetizzjoni fit-tfassil. It-tagħmir, il-komponenti u s-sistemi tal-pajpijiet huma fabbrikati bi standards għolja ħafna ta' vakwu u ndafa.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Xi wħud mill-oġġetti elenkati hawn taħt jiġu jew f'kuntatt dirett mal-gass ta' proċess UF6 inkella jikkontrollaw direttament iċ-ċentrifugi u l-passaġġ tal-gass minn ċentrifuga għal ċentrifuga u minn kaskata għal kaskata. Materjali reżistenti għall-korrużjoni minn UF6 jinkludu r-ram, il-ligi tar-ram, l-azzar inossidabbli, l-aluminju. l-ossidu tal-aluminju, il-ligi tal-aluminju, in-nikil jew il-ligi li fihom 60 % jew aktar ta' nikil u polimeri tal-idrokarbur fluworinat.

5.2.1.   Sistemi tad-dħul/sistemi ta' tneħħija tal-prodott u d-dnub

Sistemi jew tagħmir ta' pproċessar iddisinjati jew ippreparati apposta għal impjanti ta' arrikkiment magħmula minn jew protetti b'materjali reżistenti għall-korrużjoni minn UF6, inklużi:

(a)

Awtoklavi ta' alimentazzjoni, fran, jew sistemi użati sabiex jgħaddu UF6 għall-proċess ta' arrikkiment;

(b)

Desublimers, nases kesħin jew pompi użati għat-tneħħija ta' UF6 mill-proċess ta' arrikkiment għat-trasferiment sussegwenti wara t-tisħin;

(c)

Stazzjonijiet tas-solidifikazzjoni jew tal-likwidifikazzjoni użati biex jitneħħa UF6 mill-proċess ta' arrikkiment bil-kompressjoni u l-konverżjoni ta' UF6 għal forma likwida jew solida;

(d)

Stazzjonijiet ta' ‘prodott’ jew ‘dnub’ użati biex jittrasferixxu UF6 fil-kontenituri.

5.2.2.   Sistemi ta' pajpijiet machine header

Sistemi ta' pajpijiet machine header iddisinjati jew ippreparati apposta biex jittrasportaw UF6 fil-kaskati taċ-ċentrifuga. Ix-xibka tal-pajpijiet hija normalment tas-sistema ta' pajpijiet header ‘trippla’ b'kull ċentrifuga konnessa ma' kull pajp header. B'hekk hemm ammont sostanzjali ta' ripetizzjoni fil-forma tagħha. Hija magħmula kollha minn jew protetta b'materjali reżistenti għal UF6 (ara n-NOTA TA' SPJEGAZZJONI għal din it-taqsima) u hija fabbrikata bi standards għoljin ta' vakwu u ndafa.

5.2.3   Valvijiet speċjali ta' għeluq u ta' kontroll

(a)

Valvijiet li jagħlqu ddisinjati jew ippreparati apposta biex jaġixxu fuq id-dħul, il-prodott jew id-dnub ta' flussi ta' gass UF6 ta' ċentrifuga individwali tal-gass.

(b)

Valvijiet issiġillati bl-imniefaħ, manwali jew awtomatizzati, ta' għeluq u ta' kontroll, magħmula minn jew protetti b'materjali reżistenti għall-korrużjoni minn UF6, b'dijametru ta' ġewwa ta' 10 sa 160 mm, iddisinjati jew ippreparati apposta għall-użu f'sistemi ewlenin jew awżiljari ta' impjanti ta' arrikkiment permezz taċ-ċentrifugazzjoni tal-gass.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Il-valvijiet tipiċi ddisinjati jew ippreparati apposta jinkludu valvijiet issiġillati bl-imniefaħ, tipi li jagħlqu li jaġixxu malajr, valvi li jaġixxu malajr u oħrajn.

5.2.4.   Spettrometri tal-massa/sorsi joniċi għal UF6

Spettrometri tal-massa ddisinjati jew ippreparati apposta li kapaċi jieħdu kampjuni online minn flussi ta' gass UF6 u li jkollhom dan kollu li ġej:

1.

Kapaċi jkejlu joni ta' unità ta' massa atomika daqs jew akbar minn 320 u li għandhom riżoluzzjoni ta' aħjar minn parti waħda fi 320;

2.

Sorsi tal-joni magħmula minn jew protetti min-nikil, il-ligi tan-nikil-ram b'kontenut tan-nikil ta' 60 % jew aktar skont il-piż, jew il-ligi tan-nikil-krom;

3.

Sorsi ta' jonizzazzjoni permezz tal-bombardament bl-elettroni;

4.

Li jkollhom sistema tal-kollezzjoni tajba għall-analiżi tal-isotopi.

5.2.5.   Apparat li jbiddel il-frekwenza

Apparat li jbiddel il-frekwenza (magħrufa wkoll bħala konvertituri jew invertituri) iddisinjati jew ippreparati apposta biex jagħtu lill-partijiet stazzjonarji tal-mutur kif iddefinit f'5.1.2(d), jew partijiet, komponenti jew submuntaturi ta' tali apparat li jbiddel il-frekwenza li jkollhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Output ta' frekwenza multifażi ta' 600 Hz jew aktar; u

2.

stabbiltà għolja (bil-kontroll tal-frekwenza aqwa minn 0.2 %).

5.3.   Muntaturi u komponenti ddisinjati jew ippreparati apposta għall-użu fl-arrikkiment bid-diffużjoni tal-gass

NOTA TA' INTRODUZZJONI

Fil-metodu tad-diffużjoni tal-gass tas-separazzjoni tal-isotopi tal-uranju, il-muntatura teknoloġika ewlenija hija barriera poruża speċjali għad-diffużjoni tal-gass, skambjatur tas-sħana biex jitkessaħ il-gass (li jissaħħan bil-proċess tal-kompressjoni), valvijiet tas-siġill u valvijiet tal-kontroll, u pajpijiet. Fejn it-teknoloġija għad-diffużjoni tal-gass tuża l-eżafluworur tal-uranju (UF6), it-tagħmir kollu, il-pajpijiet u l-uċuħ tal-istrumentazzjoni (li jkollhom kuntatt mal-gass) għandhom ikunu magħmulin minn materjal li jibqa' stabbli f'kuntatt ma' UF6. Faċilità tad-diffużjoni tal-gass teħtieġ numru ta' dawn il-muntaturi, sabiex il-kwantitajiet jistgħu jipprovdu indikazzjoni importanti tal-użu finali.

5.3.1.   Barrieri għad-diffużjoni tal-gass u materjali ta' barriera

(a)

Filtri porużi rqaq iddisinjati jew ippreparati apposta, b'pori bid-daqs ta' 10 – 100 nm, ħxuna ta' 5 mm jew anqas, u għal forom tubulari, dijametru ta' 25 mm jew anqas, magħmula minn materjali metalliċi, polimeri jew taċ-ċeramika reżistenti għall-korruzjoni minn UF6 (ara n-NOTA TA' SPJEGAZZJONI għat-taqsima 5.4), u

(b)

komposti u trabijiet ippreparati apposta għall-manifattura ta' tali filtri. Tali komposti u trabijiet jinkludu n-nikil jew ligi li jkun fihom 60 % jew aktar nikil, ossidu tal-aluminju, jew polimeri ta' idrokarburi kompletament fluworinati reżistenti għal UF6 li jkollhom purità ta' 99.9 % skont il-piż jew aktar, daqs tal-partiċella anqas minn 10 μm, u grad għoli ta' uniformità tad-daqs tal-partiċella, li huma ppreparati apposta għall-manifattura tal-barrieri għad-diffużjoni tal-gass.

5.3.2.   Alloġġamenti tad-diffużjoni

Kontenituri ermetikament siġillati ddisinjati jew ippreparati apposta biex ikollhom il-barriera għad-diffużjoni tal-gass, magħmula minn jew protetta b'materjali reżistenti għal UF6 (ara n-NOTA TA' SPJEGAZZJONI għat-taqsima 5.4).

5.3.3.   Kompressuri u ventilaturi tal-gass

Kompressuri u ventilaturi tal-gass iddisinjati jew ippreparati apposta b'kapaċità ta' volum ta' ġbid ta' 1 m3 kull minuta jew aktar ta' UF6, u bi pressjoni li tneħħi sa 500 kPa, iddisinjati għal operazzjonijiet fit-tul fl-ambjent UF6 kif ukoll muntaturi separati ta' tali kompressuri u ventilaturi tal-gass. Dawn il-kompressuri u ventilaturi tal-gass ikollhom proporzjon tal-pressjoni ta' 10:1 jew anqas u huma magħmula minn, jew protetti minn, materjali reżistenti għal UF6 (ara n-NOTA TA' SPJEGAZZJONI għat-taqsima 5.4).

5.3.4.   Siġilli tax-xaftijiet li jduru

Siġilli tal-vakwu ddisinjati jew ippreparati apposta, b'konnessjonijiet tad-dħul issiġillati u tal-exhaust issiġillati, biex jissiġillaw ix-xaft li jikkollega ir-rotor tal-kompressur jew tal-ventilatur tal-gass mal-mutur prinċipali sabiex jiżguraw siġill affidabbli kontra l-infiltrazzjoni tal-arja fil-kompartiment ta' ġewwa tal-kompressur jew tal-ventilatur tal-gass li tkun mimlija b'UF6. Tali siġilli huma normalment imfassla għal rata ta' infiltrazzjoni tal-gass buffer li tkun anqas minn 1 000 cm3 kull minuta.

5.3.5.   Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana għat-tkessiħ ta' UF6

Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana ddisinjat jew preparat apposta magħmul minn jew protett b'materjali reżistenti għal UF6 (ara n-NOTA TA' SPJEGAZZJONI għat-taqsima 5.4), u li huwa maħsub għal rata ta' telf ta' pressjoni ta' anqas minn 10 Pa kull siegħa taħt differenzjal ta' pressjoni ta' 100 kPa.

5.4.   Sistemi awżiljarji, tagħmir u komponenti ddisinjati jew ippreparati apposta għall-użu fl-arrikkiment permezz tad-diffużjoni tal-gass

NOTA TA' INTRODUZZJONI

Is-sistemi awżiljarji, it-tagħmir u l-komponenti għal impjanti ta' arrikkiment permezz tad-diffużjoni tal-gass huma s-sistemi tal-impjant meħtieġa għad-dħul ta' UF6 fil-muntaturi għad-diffużjoni tal-gass, biex jagħqdu l-muntaturi individwali ma' xulxin biex jiffurmaw kaskati (jew stadji) biex jippermettu l-arrikkimenti progressivament ogħla u għall-estrazzjoni UF6 bħala ‘prodott’ u ‘dnub’ mill-kaskati ta' diffużjoni. Minħabba l-proprjetajiet inerzjali għolja tal-kaskati ta' diffużjoni, kull interruzzjoni fl-operat tagħhom, u b'mod speċjali l-għeluq tagħhom, iwassal għal konsegwenzi serji. Għalhekk, manutenzjoni stretta u kostanti tal-vakwu fis-sistemi teknoloġiċi kollha, protezzjoni awtomatika mill-aċċidenti, u regolazzjoni awtomatizzata preċiża tal-fluss tal-gass hija ta' importanza f'impjant ta' diffużjoni tal-gass. Dan kollu jwassal għal ħtieġa għat-tagħmir tal-impjant b'numru kbir tal-miżuri speċjali, li jirregolaw u li jikkontrollaw is-sistemi.

Normalment UF6 jiġi evaporat minn ċilindri mqiegħda fl-awtoklavi u jitqassam f'forma ta' gass lill-punt ta' dħul permezz ta' pajpijiet fil-forma ta' kaskata. Il-flussi ta' gass UF6‘prodott’ u d-‘dnub’ li jgħaddu mill-punti ta' ħruġ jingħaddew permezz ta' pajpijiet fil-forma ta' kaskata jew għal nases kesħin inkella għal stazzjonijiet tal-kompressjoni fejn il-gass UF6 jiġi likwifikat qabel it-trasferiment f'kontenituri adatti għat-trasport jew l-ħażna. Minħabba li impjant ta' arrikkiment permezz tad-diffużjoni tal-gass jikkonsisti f'numru kbir ta' muntaturi tad-diffużjoni tal-gass irranġati f'kaskati, hemm sistema ta' ta' pajpijiet fil-forma ta' kaskata tul ħafna kilometri, li tinkorpora eluf ta' saldaturi b'ammont sostanzjali tar-ripetizzjoni fit-tfassil. It-tagħmir, il-komponenti u s-sistemi tal-pajpijiet huma fabbrikati bi standards għolja ħafna ta' vakwu u ndafa.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

L-oġġetti elenkati hawn taħt jew jiġu f'kuntatt dirett mal-gass UF6 tal-proċess jew jikkontrollaw direttament il-fluss fil-kaskata. Materjali reżistenti għall-korrużjoni minn UF6 jinkludu r-ram, il-ligi tar-ram, l-azzar inossidabbli, l-aluminju. l-ossidu tal-aluminju, il-ligi tal-aluminju, in-nikil jew il-ligi li fihom 60 % jew aktar ta' nikil u polimeri tal-idrokarbur fluworinat.

5.4.1.   Sistemi tad-dħul/sistemita' tneħħija tal-prodott u d-dnub

Sistemi jew tagħmir ta' pproċessar iddisinjati jew ippreparati apposta għal impjanti ta' arrikkiment magħmula minn jew protetti b'materjali reżistenti għall-korrużjoni minn UF6 inklużi:

(a)

Awtoklavi ta' alimentazzjoni, fran, jew sistemi użati sabiex jgħaddu UF6 għall-proċess ta' arrikkiment;

(b)

Desublimers, nases kesħin jew pompi użati għat-tneħħija ta' UF6 mill-proċess ta' arrikkiment għat-trasferiment sussegwenti wara t-tisħin;

(c)

Stazzjonijiet tas-solidifikazzjoni jew tal-likwidifikazzjoni użati biex jitneħħa UF6 mill-proċess ta' arrikkiment bil-kompressjoni u l-konverżjoni ta' UF6 għal forma likwida jew solida;

(d)

Stazzjonijiet ta' ‘prodott’ jew ‘dnub’ użati biex jittrasferixxu UF6 fil-kontenituri.

5.4.2.   Sistemi ta' pajpijiet header

Sistemi tal-pajpijiet u sistemi ta' pajpijiet header iddisinjati jew ippreparati apposta biex jittrasportaw UF6 fil-kaskati tad-diffużjoni tal-gass.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Din is-sistema ta' pajpijiet hija normalment sistema ta' pajpijiet header ‘doppju’ fejn kull ċellola hija konnessa ma' kull wieħed mill-pajpijiet header.

5.4.3.   Sistemi ta' vakwu

(a)

Manifolds tal-vakwu, pajpijiet header tal-vakwu u pompi tal-vakwu ddisinjati jew ippreparati apposta li jkollhom kapaċità ta' ġibda ta' 5 m3 kull minuta jew aktar.

(b)

Pompi tal-vakwu iddisinjati apposta biex jaħdmu f'atmosferi li fihom UF6 magħmula minn, jew protetti minn, materjali reżistenti għall-korruzjoni minn UF6 (ara n-NOTA TA' SPJEGAZZJONI għal din it-taqsima). Dawn il-pompi jistgħu jkunu jew rotarji inkella pożittivi, jista' jkollhom siġilli ta' spostament u ta' fluworokarbonju, u jista' jkollhom preżenti fluwidi speċjali ta' xogħol.

5.4.4.   Valvijiet speċjali li jagħlqu u li jikkontrollaw

Valvijiet issiġillati bl-imniefaħ, manwali jew awtomatizzati, li jagħlqu jew li jikkontrollaw, magħmula minn jew protetti b'materjali reżistenti għall-korrużjoni minn UF6, għall-installazzjoni fis-sistemi ewlenin u awżiljari ta' impjanti ta' arrikkiment permezz tad-diffużjoni tal-gass.

5.4.5.   Spettrometri tal-massa/sorsi joniċi għal UF6

Spettrometri tal-massa ddisinjati jew ippreparati apposta li kapaċi jieħdu kampjuni online minn flussi ta' gass UF6 u li jkollhom dan kollu li ġej:

1.

Kapaċi jkejlu joni ta' unità ta' massa atomika daqs jew akbar minn 320 u li għandhom riżoluzzjoni ta' aħjar minn parti waħda fi 320;

2.

Sorsi tal-joni magħmula minn jew protetti min-nikil, il-ligi tan-nikil-ram b'kontenut tan-nikil ta' 60 % jew aktar skont il-piż, jew il-ligi tan-nikil-krom;

3.

Sorsi ta' jonizzazzjoni permezz tal-bombardament bl-elettroni;

4.

Li jkollhom sistema tal-kollezzjoni tajba għall-analiżi tal-isotopi.

5.5.   Sistemi, tagħmir u komponenti ddisinjati jew ippreparati apposta għall-użu f'impjanti ta' arrikkiment ajrudinamiku

NOTA TA' INTRODUZZJONI

Fil-proċessi ta' arrikkiment ajrudinamiku, taħlita tal-gass UF6 u gass ħafif (idroġenu jew elju) tiġi kompressata u mbagħad mgħoddija minn elementi li jisseparaw fejn titwettaq is-separazzjoni isotopika mill-ġenerazzjoni ta' forzi ċentrifugali qawwija madwar ġeometrija ta' ħajt mibrum. Żewġ proċessi ta' dan it-tip ġew żviluppati b'suċċess: il-proċess taż-żennuna tas-separazzjoni u l-proċess tat-tubu vortiċi. Għaż-żewġ proċessi l-komponenti ewlenin ta' stadju tas-separazzjoni jinkludu l-kontenituri ċilindriċi li jalloġġaw l-elementi speċjali tas-separazzjoni (iż-żennuni jew it-tubi vortiċi), il-kompressuri tal-gass u t-tagħmir għat-trasferiment tas-sħana biex ineħħu s-sħana tal-kompressjoni. Impjant ajrudinamiku jeħtieġ numru ta' dawn l-istadji, sabiex il-kwantitajiet jistgħu jipprovdu indikazzjoni importanti tal-użu finali. Minħabba li l-proċessi ajrudinamiċi jużaw UF6, it-tagħmir, il-pajpijiet u l-uċuħ tal-istrumentazzjoni kollha (li jiġu f'kuntatt mal-gass) għandhom ikunu magħmula minn jew protetti minn materjali li jibqgħu stabbli f'kuntatt ma' UF6.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

L-oġġetti elenkati f'din it-taqsima jew jiġu f'kuntatt dirett mal-gass UF6 tal-proċess inkella jikkontrollaw direttament il-fluss fil-kaskata. L-uċuħ kollha li jiġu f'kuntatt mal-gass tal-proċess huma kollha magħmula jew protetti b'materjali reżistenti għal UF6-. Għall-finijiet tat-taqsima dwar l-oġġetti ta' arrikkiment ajrudinamiku, il-materjali reżistenti għall-korruzjoni minn UF6 inklużi r-ram, il-ligi tar-ram, l-azzar inossidabbli, l-aluminju, l-ossidu tal-aluminju, il-ligi tal-aluminju, in-nikil jew il-ligi li jkun fihom 60 % jew aktar nikil skont il-piż u polimeri tal-idrokarbur fluworinat.

5.5.1.   Żennuni tas-separazzjoni

Żennuni tas-separazzjoni u l-assemblaġġi tagħhom iddisinjati jew ippreparati apposta. Iż-żennuni tas-separazzjoni jikkonsistu minn kanali kkurvati f'forma ta' inċiżjoni li għandhom raġġ ta' kurvatura anqas minn 1 mm, reżistenti għall-korrużjoni minn UF6 u li għandhom xifer irqiq fiż-żennuna li jissepara l-gass li jgħaddi miż-żennuna f'żewġ nixxigħat.

5.5.2.   Tubi vortiċi

Tubi vortiċi u l-assemblaġġi tagħhom imfassla jew ippreparati b'mod speċjali. It-tubi vortiċi huma ċilindriċi jew għal ponta, magħmula minn jew protetti b'materjali reżistenti għal korruzjoni minn UF6, u b'daħla tanġenzjali waħda jew aktar. It-tubi jistgħu jkunu mgħammra b'appendiċi tat-tip ta' żennuna f'tarf wieħed jew fiż-żewġt itruf.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Il-gass li jidħol fit-tubi vortiċi b'mod tanġenzjali f'tarf wieħed jew minn swirl vanes jew f'pożizzjonijiet tanġenzjali numerużi tul il-periferija tat-tubi.

5.5.3.   Kompressuri u ventilaturi tal-gass

Kompressuri u ventilaturi tal-gass iddisinjati jew ippreparati apposta magħmula minn materjali reżistenti għall-korrużjoni mit-taħlita ta' UF6 /gass trasportatur (l-idroġenu jew l-elju).

5.5.4.   Siġilli tax-xaftijiet li jduru

Siġilli tax-xaftijiet li jduru, b'konnessjonijiet tad-dħul issiġillati u tal-exhaust issiġillati, iddisinjati jew ippreparati apposta, biex jissiġillaw ix-xaft li jikkollega r-rotor tal-kompressur jew ir-rotor tal-ventilatur tal-gass mal-mutur prinċipali sabiex jiżguraw siġill affidabbli kontra l-ħruġ tal-gass tal-proċess jew l-infiltrazzjoni tal-arja jew il-gass tas-siġill fil-kompartiment ta' ġewwa tal-kompressur jew tal-ventilatur tal-gass li hija mimlija b'taħlita ta' UF6/gass trasportatur.

5.5.5.   Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana għat-tkessiħ tal-gass

It-tagħmir għat-trasferiment tas-sħana ddisinjati jew ippreparati apposta magħmula minn jew protetti b'materjali reżistenti għall-korrużjoni minn UF6.

5.5.6.   Alloġġamenti tal-elementi tas-separazzjoni

Alloġġamenti tal-elementi tas-separazzjoni ddisinjati jew ippreparati apposta, magħmula minn jew protetti b'materjali reżistenti għall-korrużjoni minn UF6, li jkunu fihom it-tubi vortiċi jew iż-żennuni tas-separazzjoni.

5.5.7.   Sistemi tad-dħul/sistemi ta' tneħħija tal-prodott u d-dnub

Sistemi jew tagħmir ta' pproċessar iddisinjati jew ippreparati apposta għal impjanti ta' arrikkiment magħmula minn jew protetti b'materjali reżistenti għall-korrużjoni minn UF6, inklużi:

(a)

Awtoklavi ta' alimentazzjoni, fran, jew sistemi użati sabiex jgħaddu UF6 għall-proċess ta' arrikkiment;

(b)

Desublimers (jew nases kesħin) użati għat-tneħħija ta' UF6 mill-proċess ta' arrikkiment għat-trasferiment sussegwenti wara t-tisħin;

(c)

Stazzjonijiet tas-solidifikazzjoni jew tal-likwidifikazzjoni użati biex ineħħu UF6 mill-proċess ta' arrikkiment bil-kompressjoni u l-konverżjoni ta' UF6 għal forma likwida jew solida;

(d)

Stazzjonijiet ta' ‘prodott’ jew ‘dnub’ użati biex jittrasferixxu UF6 fil-kontenituri.

5.5.8.   Sistemi ta' pajpijiet header

Sistemi ta' pajpijiet header iddisinjati jew ippreparati apposta, magħmula minn jew protetti b'materjali reżistenti għall-korrużjoni minn UF6, biex jittrasportaw UF6 fil-kaskati ajrudinamiċi. Din is-sistema ta' pajpijiet hija normalment ta' disinn ta' pajpijiet header ‘doppju’ fejn kull stadju jew grupp ta' stadji huwa konness ma' kull wieħed mill-pajpijiet header.

5.5.9.   Sistemi u pompi tal-vakwu

(a)

Sistemi vakwu ddisinjati jew ippreparati apposta li fihom manifolds tal-vakwu, pajpijiet header tal-vakwu u pompi tal-vakwu, u ddisinjati biex jaħdmu f'atmosferi li fihom UF6,

(b)

Pompi tal-vakwu ddisinjati jew ippreparati apposta biex jaħdmu f'atmosferi li fihom UF6 u magħmula minn jew protetti b'materjali reżistenti għall-korrużjoni minn UF6. Dawn il-pompi jistgħu jużaw siġilli tal-fluworokarburi u fluwidi speċjali ta' xogħol.

5.5.10.   Valvijiet speċjali li jagħlqu u li jikkontrollaw

Valvijiet issiġillati bl-imniefaħ, iddisinjati jew ippreparati apposta, manwali jew awtomatizzati, li jagħlqu jew li jikkontrollaw, magħmula minn jew protetti b'materjali reżistenti għall-korrużjoni minn UF6, b'dijametru ta' 40 mm jew akbar, għall-installazzjoni fis-sistemi ewlenin u awżiljari ta' impjanti ta' arrikkiment ajrudinamiku.

5.5.11.   Spettrometri tal-massa/Sorsi joniċi għal UF6

Spettrometri tal-massa ddisinjati jew ippreparati apposta li kapaċi jieħdu kampjuni online minn flussi ta' gass UF6 u li jkollhom dan kollu li ġej:

1.

Kapaċi jkejlu joni ta' unità ta' massa atomika daqs jew akbar minn 320 u li għandhom riżoluzzjoni ta' aħjar minn parti waħda fi 320;

2.

Sorsi tal-joni magħmula minn jew protetti min-nikil, il-ligi tan-nikil-ram b'kontenut tan-nikil ta' 60 % jew aktar skont il-piż, jew il-ligi tan-nikil-krom;

3.

Sorsi ta' jonizzazzjoni permezz tal-bombardament bl-elettroni;

4.

Li jkollhom sistema tal-kollezzjoni tajba għall-analiżi tal-isotopi.

5.5.12.   Sistemi tas-separazzjoni ta' UF6 /tal-gass trasportatur

Sistemi ta' proċess iddisinjati jew ippreparati apposta għas-separazzjoni ta' UF6 mill-gass trasportatur (l-idroġenu jew l-elju).

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Dawn is-sistemi huma ddisinjati biex inaqqsu l-kontenut ta' UF6 fil-gass trasportatur għal 1 ppm jew anqas u jistgħu jinkorporaw tagħmir bħal:

(a)

Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana krijoġeniku u krijoseparaturi li jifilħu għal temperaturi ta' 153 K (– 120 °C) jew anqas, jew

(b)

Unitajiet ta' tkessiħ krijoġeniċi li jifilħu għal temperaturi ta' 153 K (– 120 °C) jew anqas, jew

(c)

Unitajiet ta' żennuni tas-separazzjoni jew tubi vortiċi għas-separazzjoni ta' UF6 mill-gass trasportatur, jew

(d)

Nases kesħin ta' UF6 li kapaċi jiffriżaw UF6.

5.6.   Sistemi, tagħmir u komponenti ddisinjati jew ippreparati apposta għall-użu fl-iskambju kimiku jew tal-impjanti ta' arrikkiment permezz tal-iskambju tal-joni.

NOTA TA' INTRODUZZJONI

Id-differenza minima fil-massa bejn l-isotopi tal-uranju tikkawża tibdil żgħir fl-ekwilibriji tar-reazzjoni kimika li tista' tintuża bħala bażi għas-separazzjoni tal-isotopi. Żewġ proċessi ġew żviluppati b'suċċess: l-iskambju kimiku likwidu-likwidu u l-iskambju joniku solidu-likwidu.

Fil-proċess ta' skambju kimiku likwidu-likwidu, fażijiet tal-likwidi li ma jitħalltux (milwiema u organiċi) huma konnessi b'mod kontrokurrenti biex jagħtu lill-effett ta' kaskata ta' eluf ta' stadji tas-separazzjoni. Il-fażi milwiema tikkonsisti mill-klorur tal-uranju f'soluzzjoni ta' aċidu idrokloriku, il-fażi organika tikkonsisti f'estrattant li fih il-klorur tal-uranju f'solvent organiku. Il-kuntatturi użati fil-kaskata tas-separazzjoni jistgħu jkunu kolonni ta' skambju likwidu-likwidu (bħal kolonni pulsati bi pjanċi passaturi) jew kuntatturi ċentrifugali likwidi. Il-konverżjonijiet kimiċi (l-ossidazzjoni u t-tnaqqis) huma meħtieġa fiż-żewġt itruf tal-kaskata tas-separazzjoni sabiex jipprovdu għall-ħtiġijiet ta' reflux f'kull tarf. Tħassib maġġuri tal-diżinn huwa li tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-flussi ta' proċess b'ċerti joni tal-metall. Għalhekk, jintużaw kolonni u pajpijiet tal-plastik, imdawwra bil-plastik (inkluż l-użu tal-polimeri florokarboniċi) u/jew imdawwra bil-ħġieġ.

Fil-proċess skambju joniku solidu-likwidu, l-arrikkiment jinkiseb bl-adsorbiment/desorbiment tal-uranju fuq reżina jew adsorbent ta' skambju joniku speċjali li taġixxi malajr ħafna. Soluzzjoni tal-uranju fl-aċidu idrokloriku u aġenti kimiċi oħra tingħadda minn kolonni ċilindriċi ta' arrikkiment li jkunu fihom sodod ippakkjati bl-adsorbent. Għal proċess kontinwu, sistema reflux hija meħtieġa biex tirrilaxxa l-uranju mill-adsorbent lura għall-fluss likwidu sabiex jistgħu jinġabru l-‘prodott’ u d-‘dnub’. Dan jinkiseb bl-użu ta' aġenti kimiċi ta' tnaqqis/ossidazzjoni adatti li jiġu ġġenerati mill-ġdid bis-sħiħ f'ċirkwiti esterni separati u li jistgħu jiġu ġġenerati mill-ġdid parzjalment fil-kolonni ta' separazzjoni isotopiċi nnifishom. Il-presenza ta' soluzzjonijiet tal-aċidu idrokloriku sħan u konċentrati fil-proċess teħtieġ li t-tagħmir ikun magħmul minn jew protett b'materjali speċjali reżistenti għall-korrużjoni.

5.6.1.   Kolonni ta' skambju likwidu-likwidu (Skambju kimiku)

Kolonni ta' skambju likwidu-likwidu kontrokurrenti li jkollhom input tal-enerġija mekkanika, iddisinjati jew ippreparati apposta għall-arrikkiment tal-uranju bl-użu tal-proċess ta' skambju kimiku. Biex ikunu resistenti għall-korrosjoni minħabba s-soluzzjonijiet konċentrati tal-aċidi idrokloriku, dawn il-kolonni u l-interni tagħhom normalment huma magħmula minn jew protetti b'materjali tal-plastik adatti (bħal polimeri tal-idrokarburi fluworinati) jew mill-ħġieġ. Il-ħin ta' residenza tal-kolonni huwa normalment imfassal biex ikunu daqs stadju ta' 30 sekonda jew anqas.

5.6.2.   Kuntatturi ċentrifugali likwidu-likwidu (Skambju kimiku)

Kuntatturi ta' ċentrifugazzjoni likwidu-likwidu ddisinjati jew ippreparati apposta għall-arrikkiment tal-uranju bl-użu tal-proċess ta' skambju kimiku. Tali kuntatturi jużaw ir-rotazzjoni biex jiksbu d-diffużjoni tal-flussi organiċi u milwiema u mbagħad il-qawwa ċentrifugali biex jisseparaw il-fażijiet. Biex ikunu resistenti għall-korrosjoni minħabba s-soluzzjonijiet konċentrati tal-aċidi idrokloriku, il-kuntatturi normalment huma magħmula minn jew protetti b'materjali tal-plastik adatti (bħal polimeri tal-idrokarburi fluworinati) jew mill-ħġieġ. Il-ħin ta' residenza tal-kuntatturi ċentrifugali huwa normalment imfassal biex ikun daqs stadju ta' 30 sekonda jew anqas.

5.6.3.   Sistemi u tagħmir għat-tnaqqis tal-uranju (Skambju kimiku)

(a)

Ċelloli għat-tnaqqis elettrokimiku ddisinjati jew ippreparati apposta biex inaqqsu l-uranju minn stat valenti wieħed għal ieħor għall-arrikkiment tal-uranju bl-użu tal-proċess ta' skambju kimiku. Il-materjali taċ-ċelloli f'kuntatt mas-soluzzjonijiet tal-proċess għandhom ikunu reżistenti għall-korrużjoni minħabba s-soluzzjonijiet konċentrati tal-aċidu idrokloriku.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Il-kompartiment katodiku taċ-ċellola għandu jkun iddisinjat biex jipprevjeni r-riossidazzjoni tal-uranju għall-ogħla stat valenti tiegħu. Biex jinżamm l-uranju fil-kompartiment katodiku, iċ-ċellola jista' jkollha membrana dijaframma li ma jgħaddix ilma minnha mfassla minn materjal ta' skambju b'joni pożittivi speċjali. Il-katodu huwa magħmul minn konduttur solidu adatt bħall-grafit.

(b)

Sistemi mil-lat tal-prodott tal-kaskata ddisinjati jew ippreparati apposta biex jieħdu U+4 'il barra mill-fluss organiku, li jaġġustaw il-konċentrazzjoni tal-aċidu u d-dħul għaċ-ċelloli ta' tnaqqis elettrokimiku.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Dawn is-sistemi jikkonsistu minn tagħmir ta' estrazzjoni tas-solventi li jneħħi U+4 mill-fluss organiku f'soluzzjoni milwiema, l-evaporazzjoni u/jew tagħmir ieħor biex tinkiseb l-aġġustament u l-kontroll tal-pH tas-soluzzjoni, u pompi jew apparat ta' trasferiment ieħor għad-dħul fiċ-ċelloli ta' tnaqqis elettrokimiku. Tħassib maġġuri tat-tfassil huwa li tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-fluss milwiem b'ċerti joni metalliċi. Konsegwentement, għal dawk il-partijiet f'kuntatt mal-fluss ta' proċess, is-sistema hija mibnija minn tagħmir magħmul minn jew protett b'materjali adatti (bħal ħġieġ, polimeri fluworokarburi, sulfat tal-polifenil, polietersulfon, u grafit mimli bir-reżina).

5.6.4.   Sistemi ta' preparazzjoni tad-dħul (Skambju kimiku)

Sistemi ta' preparazzjoni iddisinjati jew preparati apposta biex jipproduċu soluzzjonijiet tad-dħul tal-klorur tal-uranju ta' purità għolja għal impjanti ta' separazzjoni tal-isotopi tal-uranju permezz ta' skambju kimiku.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Dawn is-sistemi jikkonsistu mid-dissoluzzjoni, l-estrazzjoni tas-solventi u/jew it-tagħmir ta' skambju joniku għall-purifikazzjoni u ċelloli elettrolitiċi għat-tnaqqis tal-uranju U+6 jew U+4 għal U+3. Dawn is-sistemi jipproduċu soluzzjonijiet tal-klorur tal-uranju li jkollhom biss ftit partijiet għal kull miljun ta' impuritajiet metalliċi bħall-kromju, il-ħadid, il-vanadju, il-molibdenu u joni pożittivi oħra bivalenti jew multivalenti ogħla. Materjali tal-kostruzzjoni għal porzjonijiet tas-sistema li jipproċessaw l-U+3 ta' purità għolja jinkludu l-ħġieġ, polimeri magħmula minn idrokarbur fluworut, sulfat tal-polifenil jew sulfat tal-polifenil imdawwar bil-plastik u grafit mimli bir-reżina.

5.6.5.   Sistemi ta' ossidazzjoni tal-uranju (Skambju kimiku)

Sistemi ta' ossidazzjoni tal-U+3 għall-U+4 iddisinjati jew ippreparati apposta għar-ritorn għall-kaskata tas-separazzjoni tal-isotopi tal-uranju fil-proċess ta' arrikkiment ta' skambju kimiku.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Dawn is-sistemi jistgħu jinkorporaw tagħmir bħal:

(a)

Tagħmir għall-kuntatt mal-kloru u l-ossiġenu mat-tnixxija akkwatika mit-tagħmir tas-separazzjoni tal-isotopi u li joħroġ l-U+4 li jirriżulta fil-fluss organiku mfaqqar li jirritorna mit-tarf tal-prodott tal-kaskata,

(b)

Tagħmir li jissepara l-ilma mill-aċidu idrokloriku sabiex l-ilma u l-aċidu idrokloriku konċentrat ikunu jistgħu jiġu introdotti mill-ġdid fil-proċess fil-postijiet it-tajbin.

5.6.6.   Reżini/assorbenti ta' skambju joniku b'reazzjoni rapida (Skambju joniku)

Reżini/assorbenti ta' skambju joniku b'reazzjoni rapida ddisinjati jew ippreparati apposta għall-arrikkiment tal-uranju bl-użu tal-proċess ta' skambju joniku, inklużi reżini makroretikulari porużi, u/jew strutturi pellikulari li fihom il-gruppi attivi tal-iskambju kimiku huma limitati għal kisja fil-wiċċ ta' struttura ta' appoġġ poruża inattiva, u strutturi komposti oħra f'kull forma adatta inklużi partiċelli jew fibri. Dawn ir-reżini/assorbimenti ta' skambju joniku jkollhom dijametri ta' 0.2 mm jew inqas u għandhom ikunu kimikament reżistenti għas-soluzzjonijiet konċentrati tal-aċidu idrokloriku kif ukoll fiżikament b'saħħithom biżżejjed sabiex ma jiddegradawx fil-kolonni ta' skambju. Ir-reżini/assorbenti huma ddisinjati apposta biex jiksbu kinetika mgħaġġla ħafna ta' skambju ta' isotopi tal-uranju (in-nofs ħajja tar-rata ta' skambju ta' inqas minn 10 sekondi) u huma kapaċi li joperaw f'temperatura fil-medda bejn 373 K (100 °C) u 473 K (200 °C).

5.6.7.   Kolonni ta' skambju joniku (Skambju joniku)

Kolonni ċilindriċi akbar minn 1 000 mm fid-dijametru biex iżommu fihom u jappoġġaw sodod ippakkjati ta' reżina/assorbent ta' skambju joniku, iddisinjati jew ippreparati apposta għall-arrikkiment tal-uranju bl-użu tal-proċess ta' skambju joniku. Dawn il-kolonni huma magħmula minn jew protetti b'materjali (bħat-titanju jew il-plastiks florokarboniċi) reżistenti għall-korrużjoni minn soluzzjonijiet konċentrati tal-aċidu idrokloriku u huma kapaċi li joperaw f'temperatura fil-medda bejn 373 K (100 °C) u 473 K (200 °C) u f'pressjoni 'l fuq minn 0.7 MPa.

5.6.8.   Sistemi ta' rifluss ta' skambju joniku (Skambju joniku)

(a)

Sistemi ta' tnaqqis kimiċi jew elettrokimiċi ddisinjati jew ippreparati apposta għar-riġenerazzjoni tal-aġent(i) kimiku(ċi) tat-tnaqqis użat(i) fil-kaskati ta' arrikkiment tal-uranju tal-iskambju joniku.

(b)

Sistemi ta' ossidazzjoni kimiċi jew elettrokimiċi ddisinjati jew ippreparati apposta għar-riġenerazzjoni tal-aġent(i) ossidanti kimiku(ċi) użat(i) fil-kaskati tal-arrikkiment tal-uranju tal-iskambju joniku.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Il-proċess ta' arrikkiment tal-iskambju joniku jista' juża, pereżempju, it-titanju trivalenti (Ti+3) bħala jon pożittiv tat-tnaqqis u f'dan il-każ is-sistema ta' tnaqqis tirriġenera Ti+3 billi tnaqqas it-Ti+4.

Il-proċess jista' juża, pereżempju, il-ħadid trivalenti (Fe+3) bħala ossidant u f'dan il-każ is-sistema ta' ossidazzjoni tirriġenera Fe+3 billi tossida Fe+2.

5.7.   Sistemi, tagħmir u komponenti ddisinjati jew ippreparati apposta għall-użu f'impjanti ta' arrikkiment ibbażati fuq il-laser.

NOTA TA' INTRODUZZJONI

Is-sistemi attwali għall-proċessi ta' arrikkiment li jużaw il-lasers jaqgħu f'żewġ kategoriji: dawk li fihom il-mezz tal-proċess huwa fwar tal-uranju atomiku u dawk li fihom il-mezz tal-proċess huwa fwar minn kompost tal-uranju, xi drabi mħallat ma' gass jew gassijiet oħra. In-nomenklatura komuni għal tali proċessi tinkludi:

l-ewwel kategorija — separazzjoni isotopika bil-laser tal-fwar atomiku;

it-tieni kategorija — separazzjoni isotopika molekulari bil-laser, inkluża reazzjoni kimika b'attivazzjoni tal-laser li tagħżel l-isotopi.

Is-sistemi, it-tagħmir u l-komponenti għal impjanti ta' arrikkiment bil-laser iħaddnu: (a) tagħmir biex minnu jidħol fwar uranju-metall (għall-fotojonizzazzjoni selettiva) jew tagħmir biex minnu jidħol il-fwar ta' kompost tal-uranju (għall-fotodissoċjazzjoni selettiva jew l-eċitazzjoni/attivazzjoni selettiva); (b) tagħmir biex jiġbor il-metall tal-uranju arrikkit jew imfaqqar bħala ‘prodott’ jew ‘truf’ fl-ewwel kategorija, u tagħmir biex jiġbor komposti tal-uranju arrikkit u mfaqqar bħala ‘prodott’ u ‘truf’ fit-tieni kategorija; (c) sistemi ta' proċess bil-laser biex jeċitaw b'mod selettiv l-ispeċijiet ta' uranju-235; u (d) tagħmir għall-preparazzjoni ta' alimentazzjoni u konverżjoni tal-prodotti. Il-kumplessità tal-ispettrometrija tal-atomi u l-komposti tal-uranju tista' titlob l-inkorporazzjoni ta' kwalunkwe waħda minn numru ta' teknoloġiji disponibbli tal-laser u tal-ottika tal-laser.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Ħafna mill-oġġetti elenkati f'din it-taqsima jiġu f'kuntatt dirett mal-fwar jew il-likwidu tal-metall tal-uranju jew mal-gass tal-proċess magħmul minn UF6 jew taħlita ta' UF6 u gassijiet oħra. L-uċuh kollha li jiġu f'kuntatt dirett mal-uranju jew il-UF6 huma magħmula kompletament minn jew protetti b'materjali reżistenti għall-korrużjoni. Għall-finijiet tat-taqsima dwar l-oġġetti ta' arrikkiment ibbażat fuq il-laser, il-materjali reżistenti għall-korruzjoni mill-fwar jew il-likwidu tal-metall tal-uranju jew il-ligi tal-uranju jinkludu l-grafit miksi bl-ittrija u t-tantalju; u l-materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6 jinkludu r-ram, il-ligi tar-ram, l-azzar inossidabbli, l-aluminju, l-ossidu tal-aluminju, il-ligi tal-aluminju, in-nikil jew il-ligi li jkun fihom 60 % jew aktar nikil skont il-piż u polimeri magħmula minn idrokarbur fluworut.

5.7.1.   Sistemi ta' vaporizzazzjoni tal-uranju (metodi bbażati fuq il-fwar atomiku)

Sistemi tal-vaporizzazzjoni tal-uranju ddisinjati jew ippreparati apposta għall-użu fl-arrikkiment bil-laser.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Dawn is-sistemi jista' jkun fihom kanuni b'raġġ tal-elettroni u huma ddisinjati biex jiksbu enerġija mwassla (1 kW jew akbar) fuq il-mira suffiċjenti biex tiġġenera fwar tal-metall tal-uranju b'rata meħtieġa għall-funzjoni tal-arrikkiment bil-laser.

5.7.2.   Sistemi u komponenti li jittrattaw il-metall tal-uranju f'forma ta' likwidu jew fwar (metodi bbażati fuq il-fwar atomiku)

Sistemi ddisinjati jew ippreparati apposta għat-trattament tal-uranju mdewweb, il-ligi tal-uranju mdewba jew il-fwar tal-metall tal-uranju għall-użu fl-arrikkiment bil-laser jew komponenti ddisinjati jew ippreparati apposta għal dawn.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Is-sistemi li jittrattaw il-metall tal-uranju likwidu jistgħu jikkonsistu minn griġjoli u tagħmir li jkessaħ għall-griġjoli. Il-griġjoli u l-partijiet l-oħra ta' din is-sistema li jiġu f'kuntatt dirett mal-uranju mdewweb, il-ligi tal-uranju mdewba jew il-fwar tal-metall tal-uranju huma magħmula minn jew protetti b'materjali ta' reżistenza adatta għall-korrużjoni u s-sħana. Materjali adatti jistgħu jinkludu t-tantalju, il-grafit miksi bl-ittrija, il-grafit miksi b'ossidi tal-art rari oħra (ara INFCIRC/254/Parti 2 — (kif emendat)) jew taħlitiet tagħhom.

5.7.3.   Muntaturi tal-kollezzjoni tal-‘prodott’ u t-‘truf’ tal-metall tal-uranju (metodi bbażati fuq il-fwar atomiku)

Muntaturi tal-kollezzjoni tal-‘prodott’ u t-‘truf’ iddisinjati jew ippreparati apposta għall-metall tal-uranju f'forma likwida jew solida.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Il-komponenti għal dawn il-muntaturi huma magħmula minn jew protetti minn materjali reżistenti għas-sħana u l-korrużjoni tal-fwar jew il-likwidu tal-metall tal-uranju (bħall-grafit miksi bl-ittrija jew it-tantalju) u jistgħu jinkludu pajpijiet, valvijiet, attrezzaturi, ‘kanali’, feed-throughs, tagħmir għat-trasferiment tas-sħana u pjanċi tal-kollezzjoni għal metodi ta' separazzjoni manjetiċi, elettrostatiċi jew oħrajn.

5.7.4.   Alloġġamenti tal-modulu ta' separazzjoni (metodi bbażati fuq il-fwar atomiku)

Kontenituri ċilindriċi jew rettangolari ddisinjati jew ippreparati apposta biex iżommu fihom is-sors tal-fwar tal-metall tal-uranju, il-kanun b'raġġi tal-elettroni, u l-kolletturi tal-‘prodott’ u t-‘truf’.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Dawn l-alloġġamenti għandhom multipliċità ta' portijiet għal feed-throughs elettriċi u tal-ilma, twieqi tar-raġġi tal-laser, konnessjonijiet tal-pompi tal-vakwu u dijanjostika u monitoraġġ tal-istrumentazzjoni. Huma għandhom arranġamenti għall-ftuħ u l-għeluq biex jippermettu r-rinnovazzjoni ta' komponenti interni.

5.7.5.   Żennuni ta' espansjoni supersonika (metodi b'bażi molekulari)

Żennuni ta' espansjoni supersonika ddisinjati jew ippreparati apposta għat-tkessiħ ta' taħlitiet tal-UF6 u gass trasportatur għal 150 K (– 123 °C) jew inqas u li huma reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6.

5.7.6.   Kolletturi tal-‘prodott’ jew it-‘truf’ (metodi b'bażi molekulari)

Komponenti jew tagħmir iddisinjat jew ippreparat apposta għall-kollezzjoni tal-materjal tal-prodott tal-uranju jew il-materjal tat-truf tal-uranju wara l-illuminazzjoni bid-dawl tal-laser.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

F'eżempju wieħed ta' separazzjoni isotopika molekulari bil-laser, il-kolletturi tal-prodott iservu biex jinġabar materjal solidu tal-uranju pentafluworur (UF5). Il-kolletturi tal-prodott jistgħu jikkonsistu minn kolletturi tat-tip tal-filtru, l-impatt, jew iċ-ċiklun jew kombinazzjonijiet tagħhom, u għandhom ikunu reżistenti għall-korrużjoni mill-ambjent ta' UF5/ UF6.

5.7.7.   Kompressuri UF6 /gass trasportatur (metodi b'bażi molekulari)

Kompressuri għat-taħlitiet UF6 /gass trasportatur, iddisinjati jew ippreparati apposta, iddisinjati għall-operazzjoni fit-tul f'ambjent UF6. Il-komponenti ta' dawn il-kompressuri li jiġu f'kuntatt dirett mal-gass tal-proċess huma magħmula minn jew protetti b'materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6.

5.7.8.   Siġilli ta' xaftijiet li jduru (metodi b'bażi molekulari)

Siġilli ta' xaftijiet li jduru, tas-siġill tad-dħul u s-siġill tal-konnessjonijiet tal-exhaust, iddisinjati jew ippreparati apposta, biex jissiġillaw ix-xaft li jikkollega r-rotor tal-kompressur mal-mutur li jħaddem sabiex jiżguraw siġill affidabbli kontra l-ħruġ tal-gass tal-proċess jew id-dħul tal-arja jew il-gass tas-siġill fil-kompartiment ta' ġewwa tal-kompressur li huwa mimli b'taħlita tal-UF6 /gass trasportatur.

5.7.9.   Sistemi ta' fluworinazzjoni (metodi b'bażi molekulari)

Sistemi ddisinjati jew ippreparati apposta biex jiffluworinaw il-UF5 (solidu) għall-UF6 (gass).

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Dawn is-sistemi huma ddisinjati biex jiffluworinaw it-trab tal-UF5 miġbur għal UF6 għall-kollezzjoni sussegwenti f'kontenituri tal-prodott jew għat-trasferiment bħala sors għal arrikkiment addizzjonali. F'approċċ wieħed, ir-reazzjoni fluworinata tista' tinkiseb fis-sistema tas-separazzjoni tal-isotopi biex tirreaġixxi u tirkupra direttament mill-kolletturi tal-‘prodott’. F'approċċ ieħor, it-trab UF5 jista' jitneħħa/jiġi ttrasferit mill-kolletturi tal-‘prodott’ f'kontenitur adatt ta' reazzjoni (eż., reattur bil-qiegħ iffluwidizzat, reattur bil-viti jew torri tal-fjamma) għall-fluworinazzjoni. Fiż-żewġ approċċi, jintuża t-tagħmir għall-ħażna u t-trasferiment tal-fluworu (jew aġenti adatti oħra li jiffluworinaw) u għall-kollezzjoni u t-trasferiment tal-UF6.

5.7.10.   Spettrometri tal-massa/sorsi tal-joni tal-UF6 (metodi b'bażi molekulari)

Spettrometri tal-massa ddisinjati jew ippreparati apposta li kapaċi jieħdu kampjuni online minn flussi ta' gass UF6 u li jkollhom dan kollu li ġej:

1.

Kapaċi jkejlu joni ta' unità ta' massa atomika daqs jew akbar minn 320 u li għandhom riżoluzzjoni ta' aħjar minn parti waħda fi 320;

2.

Sorsi tal-joni magħmula minn jew protetti min-nikil, il-ligi tan-nikil-ram b'kontenut tan-nikil ta' 60 % jew aktar skont il-piż, jew il-ligi tan-nikil-krom;

3.

Sorsi ta' jonizzazzjoni permezz tal-bombardament bl-elettroni;

4.

Li jkollhom sistema tal-kollezzjoni tajba għall-analiżi tal-isotopi.

5.7.11.   Sistemi ta' dħul/sistemi tal-irtirar tal-prodott u t-truf (metodi b'bażi molekulari)

Sistemi ta' proċess jew tagħmir iddisinjati jew ippreparati apposta għal impjanti ta' arrikkiment magħmul minn jew protett b'materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6, inklużi:

(a)

Awtoklavi ta' alimentazzjoni, fran, jew sistemi użati sabiex jgħaddu UF6 għall-proċess ta' arrikkiment;

(b)

Desublimers (jew nases kesħin) użati għat-tneħħija ta' UF6 mill-proċess ta' arrikkiment għat-trasferiment sussegwenti wara t-tisħin;

(c)

Stazzjonijiet tas-solidifikazzjoni jew tal-likwidifikazzjoni użati biex ineħħu UF6 mill-proċess ta' arrikkiment bil-kompressjoni u l-konverżjoni ta' UF6 għal forma likwida jew solida;

(d)

Stazzjonijiet ta' ‘prodott’ jew ‘dnub’ użati biex jittrasferixxu UF6 fil-kontenituri.

5.7.12.   Sistemi tas-separazzjoni ta' UF6 /gass trasportatur (metodi b'bażi molekulari)

Sistemi ta' proċess iddisinjati jew ippreparati apposta għas-separazzjoni tal-UF6 mill-gass trasportatur.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Dawn is-sistemi jistgħu jinkorporaw tagħmir bħal:

(a)

Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana krijoġeniku jew krijoseparaturi kapaċi għal temperaturi ta' 153 K (– 120 °C) jew inqas, jew

(b)

Unitajiet ta' tkessiħ krijoġeniċi li jifilħu għal temperaturi ta' 153 K (– 120 °C) jew anqas, jew

(c)

Nases kesħin tal-UF6 li kapaċi jiffriżaw 'il barra l-UF6.

Il-gass trasportatur jista' jkun in-nitroġenu, l-argon, jew gass ieħor.

5.7.13.   Sistemi tal-laser

Lasers jew sistemi tal-laser iddisinjati jew ippreparati apposta għas-separazzjoni tal-isotopi tal-uranju.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Il-lasers u l-komponenti tal-laser ta' importanza fil-proċessi ta' arrikkiment ibbażati fuq il-laser jinkludu dawk identifikati f'INFCIRC/254/Parti 2 — (kif emendat). Is-sistema tal-laser tipikament ikun fiha komponenti kemm ottiċi kif ukoll elettroniċi għall-ġestjoni tar-raġġ (jew raġġi) tal-laser u t-trażmissjoni għall-kompartiment tas-separazzjoni tal-isotopi. Is-sistema tal-laser għall-metodi bbażati fuq il-fwar atomiku normalment tikkonsisti f'lasers imħaddma b'kulurant li ntonabbli (tunable dye laser) ippompjati minn tip ieħor ta' laser (eż., lasers tal-fwar tar-ram jew ċerti lasers ta' stat solidu). Is-sistema tal-laser għall-metodi b'bażi molekulari tista' tikkonsisti minn lasers CO2 jew lasers eċċimeri u ċellola ottika multi-pass. Il-lasers jew is-sistemi tal-laser għaż-żewġ metodi jeħtieġu l-istabbilizzazzjoni tal-frekwenza tal-ispettru biex joperaw għal perijodi ta' ħin estiżi.

5.8.   Sistemi, tagħmir u komponenti ddisinjati jew ippreparati apposta għall-użu f'impjanti ta' arrikkiment tas-separazzjoni tal-plażma.

NOTA TA' INTRODUZZJONI

Fil-proċess tas-separazzjoni tal-plażma, plażma ta' joni tal-uranju tgħaddi minn kamp elettriku ntonat mal-frekwenza ta' reżonanza tal-jon 235U sabiex dawn preferenzjalment jassorbu l-enerġija u jżidu d-dijametru tal-orbiti tagħhom b'forma spirali. Il-joni b'passaġġ tad-dijametru kbir jinqabdu biex jipproduċu prodott arrikkit bi 235U. Il-plażma, li hija magħmula bil-jonizzar tal-fwar tal-uranju, tinsab f'kompartiment tal-vakwu b'kamp manjetiku b'saħħa kbira prodott minn kalamita superkonduttiva. Is-sistemi teknoloġiċi ewlenin tal-proċess jinkludu s-sistema tal-ġenerazzjoni tal-plażma tal-uranju, il-modulu tas-separazzjoni b'kalamita superkonduttiva (ara INFCIRC/254/Parti 2 — (kif emendat)),u s-sistemi tat-tneħħija tal-metall għall-kollezzjoni tal-‘prodott’ u t-‘truf’.

5.8.1.   Sorsi u antenni tal-enerġija microwave

Sorsi u antenni tal-enerġija microwave iddisinjati jew ippreparati apposta biex jipproduċu jew jaċċelleraw joni u li jkollhom il-karatteristiċi li ġejjin: frekwenza ta' aktar minn 30 GHz u output medju tal-enerġija aktar minn 50 kW għall-produzzjoni tal-joni.

5.8.2.   Bobini ta' eċċitazzjoni tal-joni

Bobini ta' eċċitazzjoni tal-joni tal-frekwenzi tar-radju ddisinjati jew ippreparati apposta għal frekwenzi ta' aktar minn 100 kHz u kapaċi li jifilħu għal aktar minn 40 kW enerġija medja.

5.8.3.   Sistemi tal-ġenerazzjoni tal-plażma tal-uranju

Sistemi ddisinjati jew ippreparati apposta għall-ġenerazzjoni tal-plażma tal-uranju għall-użu f'impjanti tas-separazzjoni tal-plażma.

5.8.4.   [Ma baqax jintuża — mill-14 ta' Ġunju 2013]

5.8.5.   Muntaturi tal-kolletturi tal-‘prodott’ u ‘truf’ tal-metall tal-uranju

Muntaturi tal-kolletturi tal-‘prodott’ u t-‘truf’ iddisinjati jew ippreparati apposta għall-metall tal-uranju f'forma solida. Dawn il-muntaturi tal-kolletturi huma magħmula minn jew protetti b'materjali reżistenti għas-sħana u l-korrużjoni mill-fwar tal-metall tal-uranju, bħall-grafit miksi bl-ittrija jew it-tantalju.

5.8.6.   Alloġġamenti tal-modulu tas-separazzjoni

Kontenituri ċilindriċi ddisinjati jew ippreparati apposta għall-użu f'impjanti ta' arrikkiment tas-separazzjoni tal-plażma biex iżommu fihom is-sors tal-plażma tal-uranju, il-bobina tal-eċċitazzjoni bi frekwenza tar-radju u l-kolletturi tal-‘prodott’ u t-‘truf’.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Dawn l-alloġġamenti għandhom multipliċità ta' portijiet għal feed-throughs elettriċi, konnessjonijiet tal-pompa tad-diffużjoni u dijanjostika u monitoraġġ tal-istrumentazzjoni. Huma għandhom arranġamenti għall-ftuħ u l-għeluq biex jippermettu r-rinnovazzjoni ta' komponenti interni u huma mibnija minn materjal mhux manjetiku adatt bħall-azzar inossidabbli.

5.9.   Sistemi, tagħmir u komponenti ddisinjati jew ippreparati apposta għall-użu f'impjanti ta' arrikkiment elettromanjetiku.

NOTA TA' INTRODUZZJONI

Fil-proċess elettromanjetiku, joni tal-metall tal-uranju prodotti mill-jonizzar ta' melħ (tipikament UCl4) huma aċċellerati u mgħoddija minn kamp manjetiku li għandu l-effett li jwassal biex il-joni ta' isotopi differenti jsegwu passaġġi differenti. Il-komponenti ewlenin ta' separatur tal-isotopi elettromanjetiku jinkludu: kamp manjetiku għad-devjazzjoni/separazzjoni bir-raġġ tal-joni tal-isotopi, sors ta' joni bis-sistema tal-aċċellerazzjoni tiegħu, u sistema tal-kollezzjoni għall-joni separati. Is-sistemi awżiljarji għall-proċess jinkludu s-sistema tal-provvista tal-enerġija manjetika, is-sistema tal-provvista tal-enerġija b'vultaġġ għoli tas-sors ta' joni, is-sistema tal-vakwu, u s-sistemi estensivi għall-ġestjoni kimika għall-irkupru tal-prodott u t-tindif/ir-riċiklaġġ tal-komponenti.

5.9.1.   Separaturi tal-isotopi elettromanjetiċi

Separaturi tal-isotopi elettromanjetiċi ddisinjati jew ippreparati apposta għas-separazzjoni tal-isotopi tal-uranju, u t-tagħmir u l-komponenti tagħhom, inkluż:

(a)

Sorsi tal-joni

Sorsi uniċi jew multipli tal-joni tal-uranju ddisinjati jew ippreparati apposta li jikkonsistu f'sors ta' fwar, jonizzatur, u aċċelleratur tar-raġġi, mibnija minn materjali adatti bħall-grafit, l-azzar inossidabbli, jew ir-ram, u kapaċi li jipprovdu kurrent totali ta' raġġi tal-joni ta' 50 mA jew akbar.

(b)

Kolletturi tal-joni

Il-pjanċi tal-kolletturi jikkonsistu f'żewġ jew aktar inċiżjonijiet u kavatijiet iddisinjati jew ippreparati apposta għall-kollezzjoni ta' raġġi tal-joni tal-uranju arrikkiti u mfaqqra u mibnija minn materjali adatti bħall-grafit u l-azzar inossidabbli.

(c)

Alloġġamenti tal-vakwu

Alloġġamenti tal-vakwu ddisinjati jew ippreparati apposta għas-separaturi tal-uranju elettromanjetiċi, mibnija minn materjali mhux manjetiċi adatti bħall-azzar inossidabbli u ddisinjati biex joperaw fi pressjonijiet ta' 0.1 Pa jew aktar baxxi.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

L-alloġġamenti huma ddisinjati b'mod speċjali biex iżommu fihom is-sorsi tal-joni, il-pjanċi tal-kolletturi u l-linjaturi mkessħa bl-ilma u jkollhom arranġament għall-konnessjonijiet tal-pompi ta' diffużjoni u l-ftuħ u l-għeluq għat-tneħħija u l-installazzjoni mill-ġdid ta' dawn il-komponenti.

(d)

Partijiet ta' pol manjetiku

Partijiet ta' pol manjetiku ddisinjati jew ippreparati apposta li jkollhom dijametru akbar minn 2 m użati biex iżommu kamp manjetiku kostanti f' separatur tal-isotopi elettromanjetiku u biex jittrasferixxu l-kamp manjetiku bejn separaturi li jmissu ma' xulxin.

5.9.2.   Provvisti tal-enerġija b'vultaġġ għoli

Provvisti tal-enerġija b'vultaġġ għoli ddisinjati jew ippreparati apposta għas-sorsi tal-joni, li jkollhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin: kapaċi għal operat kontinwu, vultaġġ output ta' 20 000 V jew akbar, kurrent output ta' 1 A jew akbar, u regolamentazzjoni tal-vultaġġ ta' aħjar minn 0.01 % matul perijodu ta' żmien ta' 8 sigħat.

5.9.3.   Provvisti tal-enerġija manjetika

Provvisti tal-enerġija manjetika b'kurrent dirett u b'livell ta' enerġija għolja ddisinjati jew ippreparati apposta li jkollhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin: kapaċi li jipproduċu kontinwament output ta' kurrent ta' 500 A jew akbar b'vultaġġ ta' 100 A jew akbar u b'regolamentazzjoni tal-kurrent jew tal-vultaġġ ta' aħjar minn 0.01 % matul perijodu ta' 8 sigħat.

6.   Impjanti għall-produzzjoni jew il-konċentrazzjoni tal-ilma tqil, id-dewterju u l-komposti tad-dewterju u tagħmir iddisinjat jew ippreparat apposta għalihom

NOTA TA' INTRODUZZJONI

L-ilma tqil jista' jkun prodott minn varjetà ta' proċessi. Madankollu, iż-żewġ proċessi li ntwera li huma kummerċjalment vijabbli huma l-proċess ta' skambju ilma-sulfur tal-idroġenu (proċess GS) u l-proċess ta' skambju ammonijaka-idroġenu.

Il-proċess GS huwa bbażat fuq l-iskambju tal-idroġenu u d-dewterju bejn l-ilma u s-sulfur tal-idroġenu f'sensiela ta' torrijiet li jiġu operati bil-parti ta' fuq kiesħa u l-parti ta' taħt sħuna. L-ilma jimxi l-isfel fit-torrijiet filwaqt li l-gass sulfur tal-idroġenu jiċċirkola mill-qiegħ għall-wiċċ tat-torrijiet. Serje ta' pjanċi perforati jintużaw biex jgħinu t-taħlit bejn il-gass u l-ilma. Id-dewterju jimxi lejn l-ilma f'temperaturi baxxi u lejn is-sulfur tal-idroġenu f'temperaturi għolja. Il-gass jew l-ilma, arrikkit bid-dewterju, jitneħħa mit-torrijiet tal-ewwel stadju fejn jingħaqdu l-parti sħuna u dik kiesħa u l-proċess jiġi ripetut fit-torrijiet tal-istadji sussegwenti. Il-prodott tal-aħħar stadju, l-ilma arrikkit sa 30 % fid-dewterju, jintbagħat lil unità tad-distillazzjoni biex jiġi prodott ilma tqil tal-grad ta' reattur, jiġifieri, 99.75 % ossidu tad-dewterju.

Il-proċess ta' skambju ammonijaka-idroġenu jista joħroġ id-dewterju mill-gass ta' sintesi permezz tal-kuntatt mal-ammonijaka likwida fil-preżenza ta' katalizzatur. Il-gass ta' sintesi jiġi alimentat f'torrijiet ta' skambju u lil konvertitur tal-ammonijaka. Ġewwa t-torrijiet il-gass jimxi mill-qiegħ għall-wiċċ filwaqt li l-ammonijaka likwida timxi mill-wiċċ għall-qiegħ. Id-dewterju jitneħħielu l-idroġenu fil-gass ta' sintesi u jiġi konċentrat fl-ammonijaka. L-ammonijaka mbagħad timxi ġewwa cracker tal-ammonijaka fil-qiegħ tat-torri filwaqt li l-gass jimxi f'konvertitur tal-ammonijaka fil-wiċċ. L-arrikkiment ulterjuri jsir fl-istadji sussegwenti u l-ilma tqil tal-grad ta' reattur jiġi prodott permezz tad-distillazzjoni finali. Il-gass ta' sintesi jista' jiġi fornit minn impjant tal-ammonijaka li, min-naħa tiegħu, jista' jinbena f'assoċjazzjoni ma' impjant ta' skambju ta' ammonijaka-idroġenu tal-ilma tqil. Il-proċess ta' skambju ammonijaka-idroġenu jista' juża wkoll ilma ordinarju bħala sors li jipprovdi d-dewterju.

Ħafna mill-oġġetti ta' tagħmir ewlieni għall-impjanti tal-produzzjoni tal-ilma tqil li jużaw il-proċess GS jew il-proċess ta' skambju ammonijaka-idroġenu huma komuni għal diversi partijiet tal-industriji tal-kimika u taż-żejt mhux maħdum. Dan huwa partikolarment il-każ għal impjanti żgħar li jużaw il-proċess GS. Madankollu, ftit mill-oġġetti huma disponibbli ‘minn fuq l-ixkaffa’. Il-proċessi GS u tal-ammonijaka-idroġenu jeħtieġu l-ġestjoni ta' kwantitajiet kbar ta' fluwidi li jaqbdu, korrużivi u tossiċi fi pressjonijiet elevati. Għaldaqstant, fl-istabbiliment tal-istandards tad-disinn u tal-operat għal impjanti u tagħmir li jużaw dawn il-proċessi, tinħtieġ attenzjoni bir-reqqa għall-għażla u l-ispeċifikazzjonijiet tal-materjali biex tiġi żgurata ħajja twila tas-servizz b'fatturi għolja ta' sikurezza u affidabbiltà. L-għażla tal-iskala hija primarjament funzjoni ta' ekonomija u bżonn. B'hekk, il-parti l-kbira tal-oġġetti ta' tagħmir tiġi ppreparata skont ir-rekwiżiti tal-konsumatur.

Finalment, għandu jiġi nnotat li, kemm fil-proċessi ta' skambju GS u kif ukoll dawk tal-ammonijaka-idroġenu, l-oġġetti ta' tagħmir li individwalment mhumiex iddisinjati jew ippreparati apposta għall-produzzjoni tal-ilma tqil jistgħu jiġu mmuntati f'sistemi li huma ddisinjati jew ippreparati apposta għall-produzzjoni tal-ilma tqil. Is-sistema ta' produzzjoni tal-katalizzatur użata fil-proċess ta' skambju ammonijaka-idroġenu u s-sistemi tad-distillazzjoni tal-ilma użati għall-konċentrazzjoni finali tal-ilma tqil għall-grad ta' reattur fi proċess jew ieħor huma eżempji ta' tali sistemi.

L-oġġetti ta' tagħmir li huma ddisinjati jew ippreparati apposta għall-produzzjoni tal-ilma tqil li jużaw jew il-proċess ta' skambju ilma-sulfur tal-idroġenu jew il-proċess ta' skambju ammonijaka-idroġenu jinkludu dawn li ġejjin:

6.1.   Torrijiet ta' Skambju Ilma — Sulfur tal-Idroġenu

Torrijiet ta' skambju b'dijametri ta' 1.5 m jew akbar u kapaċi joperaw fi pressjonijiet akbar minn jew daqs 2 MPs (300 psi), iddisinjati jew ippreparati apposta għall-produzzjoni tal-ilma tqil li tuża l-proċess ta' skambju ilma-sulfur tal-idroġenu.

6.2.   Blowers u Kompressuri

Blowers jew kompressuri ċentrifugali ta' stadju wieħed u bi pressjoni baxxa (jiġifieri, 0.2 MPa jew 30 psi) għaċ-ċirkolazzjoni tal-gass tas-sulfur tal-idroġenu (jiġifieri, gass li fih aktar minn 70 % H2 S) iddisinjati jew ippreparati apposta għall-produzzjoni tal-ilma tqil li tuża l-proċess ta' skambju ilma-sulfur tal-idroġenu. Dawn il-blowers jew il-kompressuri jkollhom kapaċità throughput akbar minn jew daqs 56 m3/sekonda (120 000 SCFM) filwaqt li joperaw fi pressjonijiet akbar minn jew daqs 1.8 MPa (260 psi) ta' ġbid u jkollhom siġilli ddisinjati għal servizz imxarrab tal-H2S.

6.3.   Torrijiet ta' Skambju Ammonijaka-Idroġenu

Torrijiet ta' skambju ammonijaka-idroġenu akbar minn jew daqs 35 m (114.3 piedi) fit-tul b'dijametri ta' 1.5 m (4.9 piedi) sa 2.5 m (8.2 piedi) kapaċi li joperaw fi pressjonijiet akbar minn 15 MPa (2 225 psi) iddisinjati jew ippreparati apposta għall-produzzjoni tal-ilma tqil li tuża l-proċess ta' skambju ammonijaka-idroġenu. Dawn it-torrijiet ikollhom ukoll mill-inqas fetħa flanġjata, assjali waħda tal-istess dijametru tal-parti ċilindrika li minnha jistgħu jiddaħħlu jew jiġu rtirati l-partijiet interni tat-torrijiet.

6.4.   Partijiet Interni tat-Torrijiet u Pompi tal-Istadju

Partijiet interni tat-torrijiet u pompi tal-istadju ddisinjati jew ippreparati apposta għat-torrijiet għall-produzzjoni tal-ilma tqil li tuża l-proċess ta' skambju ammonijaka-idroġenu. Il-partijiet interni tat-torrijiet jinkludu kuntatturi tal-istadju ddisinjati apposta li jgħinu l-kuntatt intimu tal-gass/il-likwidu. Pompi tal-istadju jinkludu pompi summersibbli ddisinjati apposta għaċ-ċirkolazzjoni tal-ammonijaka likwida fi stadju ta' kuntatt ġewwa t-torrijiet tal-istadju.

6.5.   Crackers tal-Ammonijaka

Crackers tal-ammonijaka li joperaw fi pressjonijiet akbar minn jew daqs 3 MPa (450 psi) iddisinjati jew ippreparati apposta għall-produzzjoni tal-ilma tqil li tuża l-proċess ta' skambju ammonijaka-idroġenu.

6.6.   Analizzaturi tal-Assorbiment Infra-aħmar

Analizzaturi tal-assorbiment infra-aħmar kapaċi għall-analiżi ‘online’ tal-proporzjon idroġenu/dewterju fejn il-konċentrazzjonijiet tad-dewterju jkunu daqs jew akbar minn 90 %.

6.7.   Berners Katalitiċi

Berners katalitiċi għall-konverżjoni tal-gass tad-dewterju arrikkit f'ilma tqil iddisinjati jew ippreparati apposta għall-produzzjoni tal-ilma tqil li tuża l-proċess ta' skambju ammonijaka-idroġenu.

6.8.   Sistemi kompluti ta' titjib għall-ilma tqil jew kolonni għalihom

Sistemi kompluti ta' titjib għall-ilma tqil, jew kolonni għalihom, iddisinjati jew ippreparati apposta għat-titjib tal-ilma tqil għall-konċentrazzjoni tad-dewterju tal-grad ta' reattur.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Dawn is-sistemi, li normalment jużaw id-distillazzjoni tal-ilma biex jisseparaw l-ilma tqil mill-ilma ħafif, huma ddisinjati jew ippreparati apposta biex jipproduċu ilma tqil tal-grad ta' reattur (jiġifieri, tipikament 99.75 % ossidu tad-dewterju) minn stokk ipprovdut ta' ilma tqil ta' konċentrazzjoni inqas.

6.9.   Konvertituri tas-sintesi tal-ammonijaka jew unitajiet ta' sintesi

Konvertituri tas-sintesi tal-ammonijaka jew unitajiet ta' sintesi ddisinjati jew ippreparati apposta għall-produzzjoni tal-ilma tqil li tuża l-proċess ta' skambju ammonijaka-idroġenu.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Dawn il-konvertituri jew unitajiet jieħdu l-gass ta' sintesi (in-nitroġenu u l-idroġenu) minn kolonna (jew kolonni) ta' skambju ta' pressjoni għolja ammonijaka-idroġenu, u l-ammonijaka sintesizzata tiġi ritornata lill-kolonna (jew il-kolonni) ta' skambju.

7.   Impjanti għall-konverżjoni tal-uranju u l-plutonju għall-użu fil-fabbrikazzjoni ta' elementi tal-karburant u s-separazzjoni tal-isotopi tal-uranju kif definit fit-taqsimiet 4 u 5 rispettivament, u t-tagħmir iddisinjat jew ippreparat apposta għalihom

ESPORTAZZJONIJIET

L-esportazzjoni tas-sett sħiħ ta' oġġetti ewlenin f'dan il-konfini ssir biss f'konformità mal-proċeduri tal-Linji Gwida. L-impjanti, is-sistemi, u t-tagħmir iddisinjat jew ippreparat apposta kollha f'dan il-konfini jistgħu jintużaw għall-ipproċessar, il-produzzjoni, jew l-użu ta' materjal fissili speċjali.

7.1.   Impjanti għall-konverżjoni tal-uranju u t-tagħmir iddisinjat jew ippreparat apposta għalihom

NOTA TA' INTRODUZZJONI

Is-sistemi u l-impjanti għall-konverżjoni tal-uranju jistgħu jwettqu trasformazzjoni waħda jew aktar minn speċi kimiku wieħed tal-uranju għal ieħor, inklużi: il-konverżjoni ta' konċentrati tal-minerali tal-uranju għall-UO3, il-konverżjoni tal-UO3 għall-UO2, il-konverżjoni tal-ossidi tal-uranju għall- UF4, UF6, jew UCl4, il-konverżjoni tal-UF4 għall-UF6, il-konverżjoni tal-UF6 għall-UF4, il-konversjoni tal-UF4 għall-metall tal-uranju, u l-konverżjoni tal-fluworuri tal-uranju għall-UO2. Ħafna mill-oġġetti ewlenin ta' tagħmir għall-impjanti għall-konverżjoni tal-uranju huma komuni għal diversi partijiet tal-industrija tal-proċess kimiku. Pereżempju, it-tipi ta' tagħmir użat f'dawn il-proċessi jistgħu jinkludu: fran, kalkari rotarji, reatturi b'qiegħ fluwidizzat, reatturi b'torrijiet tal-fjamma, ċentrifugi tal-likwidu, kolonni tad-distillazzjoni u kolonni tal-estrazzjoni likwidu-likwidu. Madankollu, ftit mill-oġġetti huma disponibbli ‘minn fuq l-ixkaffa’; il-parti l-kbira jiġu ppreparati skont ir-rekwiżiti u l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur. F'xi każijiet, jinħtieġu konsiderazzjonijiet speċjali tat-tfassil u l-bini biex jindirizzaw il-karatteristiċi korrużivi ta' wħud mill-kimiċi ttrattati (HF, F2, CIF3, u l-fluworuri tal-uranju) kif ukoll tħassib dwar il-kritikalità nukleari. Finalment, għandu jiġi nnutat li, fil-proċessi kollha ta' konverżjoni tal-uranju, l-oġġetti ta' tagħmir li individwalment mhumiex iddisinjati jew ippreparati apposta għall-konverżjoni tal-uranju jistgħu jiġu mmuntati fis-sistemi li huma ddisinjati jew ippreparati apposta għall-użu fil-konverżjoni tal-uranju.

7.1.1.   Sistemi ddisinjati jew ippreparati apposta għall-konverżjoni ta' konċentrati tal-minerali tal-uranju għal UO3

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Il-konverżjoni ta' konċentrati tal-minerali tal-uranju għal UO3 tista' titwettaq billi l-ewwel il-minerali jiddewweb fl-aċidu nitriku u jiġi estratt in-nitrat tal-uranil purifikat bl-użu ta' solvent bħall-fosfat tat-tributil. Imbagħad, lin-nitrat tal-uranil jiġi kkonvertit għall-UO3 jew bil-konċentrazzjoni u d-denitrazzjoni inkella bin-newtralizzazzjoni bil-gass tal-ammonijaka biex jiġi prodott id-dijuranat tal-ammonijaka bil-filtrazzjoni, it-tnixxif, u l-ikkalċinar sussegwenti.

7.1.2.   Sistemi ddisinjati jew ippreparati apposta għall-konverżjoni tal-UO3 għall-UF6

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Il-konverżjoni tal-UO3 għall-UF6 tista' titwettaq direttament bil-florinazzjoni. Il-proċess jeħtieġ sors ta' gass tal-fluworu jew tat-trifluworur tal-kloru.

7.1.3.   Sistemi ddisinjati jew ippreparati apposta għall-konverżjoni tal-UO3 għall-UO2

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Il-konverżjoni tal-UO3 għall-UO2 tista' titwettaq permezz tat-tnaqqis tal-UO3 bil-gass tal-ammonijaka cracked jew l-idroġenu.

7.1.4   Sistemi ddisinjati jew ippreparati apposta għall-konverżjoni tal-UO2 għall-UF4

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Il-konversjoni tal-UO2 għall-UF4 tista' titwettaq bir-reazzjoni tal-UO2 mal-gass tal-fluworur tal-idroġenu (HF) f'temperatura ta' 300-500 °C.

7.1.5.   Sistemi ddisinjati jew ippreparati apposta għall-konverżjoni tal-UF4 għall-UF6

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Il-konversjoni tal-UF4 għall-UF6 titwettaq bir-reazzjoni esotermika mal-fluworu f'reattur b'torri. Il-UF6 jiġi kkondensat mill-gassijiet effluenti sħan bil-fluss effluenti jgħaddi minn nassa kiesħa mkessħa sa – 10 °C. Il-proċess jeħtieġ sors ta' gass tal-fluworu.

7.1.6.   Sistemi ddisinjati jew ippreparati apposta għall-konverżjoni tal-UF4 għall-metall U

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Il-konversjoni tal-UF4 għall-metall U titwettaq bit-tnaqqis mal-manjesju (gruppi kbar) jew il-kalċju (gruppi żgħar). Ir-reazzjoni titwettaq f'temperaturi 'l fuq mit-temperatura tat-tidwib tal-uranju (1 130 °C).

7.1.7.   Sistemi ddisinjati jew ippreparati apposta għall-konverżjoni tal-UF6 għall-UO2

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Il-konverżjoni tal-UF6 għall-UO2 tista' ssir b'wieħed minn tliet proċessi. Fl-ewwel wieħed, il-UF6 jitnaqqas u jiġi idrolizzat għall-UO2 bl-użu tal-idroġenu u l-fwar. Fit-tieni wieħed, il-UF6 jiġi idrolizzat bis-soluzzjoni fl-ilma, tiżdied l-ammonijaka biex tippreċipita d-dijuranat tal-ammonijaka, u d-dijuranat jitnaqqas għall-UO2 bl-idroġenu f'temperatura ta' 820 °C. Fit tielet proċess, il-gassijiet tal-UF6, is-CO2, u l-NH3 jiġu kkombinati fl-ilma, li jippreċipita l-karbonat tal-uranil tal-ammonijaka. Il-karbonat tal-uranil tal-ammonijaka jiġi kkombinat mal-fwar u l-idroġenu f'temperatura ta' 500-600 °C biex jagħti l-UO2.

Il-konverżjoni tal-UF6 għall-UO2 titwettaq ħafna drabi bħala l-ewwel stadju ta' impjant tal-fabbrikazzjoni tal-karburanti.

7.1.8.   Sistemi ddisinjati jew ippreparati apposta għall-konverżjoni tal-UF6 għall-UF4

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Il-konverżjoni tal-UF6 għall-UF4 titwettaq bit-tnaqqis bl-idroġenu.

7.1.9.   Sistemi ddisinjati jew ippreparati apposta għall-konverżjoni tal-UO2 għall-UCI4

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Il-konverżjoni tal-UO2 għall-UCI4 tista' titwettaq b'wieħed minn żewġ proċessi. Fl-ewwel wieħed, issir reazzjoni tal-UO2 mat-tetraklorur tal-karbonju (CCl4) f'temperatura ta' madwar 400 °C. Fit-tieni, issir reazzjoni tal-UO2 f'temperatura ta' madwar 700 °C fil-preżenza tal-iswed tal-karbonju (CAS 1333-86-4), il-monossidu tal-karbonju, u l-kloru biex jagħti l-UCl4.

7.2.   Impjanti għall-konverżjoni tal-plutonju u t-tagħmir iddisinjat jew ippreparat apposta għalihom

NOTA TA' INTRODUZZJONI

Is-sistemi u l-impjanti għall-konverżjoni tal-plutonju jwettqu trasformazzjoni waħda jew aktar minn speċi kimiku wieħed tal-plutonju għal ieħor, inklużi: il-konverżjoni tan-nitrat tal-plutonju għall-PuO2, il-konverżjoni tal-PuO2 għall-PuF4, u l-konverżjoni tal-PuF4 għall-metall tal-plutonju. L-impjanti għall-konverżjoni tal-plutonju normalment ikunu assoċjati ma' faċilitajiet ta' ripproċessar, iżda jistgħu jiġu assoċjati wkoll ma' faċilitajiet tal-fabbrikazzjoni tal-karburant tal-plutonju. Ħafna mill-oġġetti ewlenin ta' tagħmir għall-impjanti għall-konverżjoni tal-plutonju huma komuni għal diversi partijiet tal-industrija tal-proċess kimiku. Pereżempju, it-tipi ta' tagħmir użat f'dawn il-proċessi jistgħu jinkludu: fran, kalkari rotarji, reatturi, reatturi b'qiegħ fluwidizzat, reatturi b'torrijiet tal-fjamma, ċentrifugi tal-likwidu, kolonni tad-distillazzjoni u kolonni tal-estrazzjoni likwidu-likwidu. Jistgħu jinħtieġu wkoll ċelloli sħan, kaxex għall-ingwanti u manipulaturi minn distanza. Madankollu, ftit mill-oġġetti huma disponibbli ‘minn fuq l-ixkaffa’; il-parti l-kbira jiġu ppreparati skont ir-rekwiżiti u l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur. Hija essenzjali attenzjoni partikolari fit-tfassil għall-perikli speċjali radjoloġiċi, ta' tossiċità u ta' kritikalità assoċjati mal-plutonju. F'xi każijiet, jinħtieġu konsiderazzjonijiet speċjali ta' tfassil u bini biex jiġu indirizzati l-karatteristiċi korrużivi ta' wħud mis-sustanzi kimiċi ttrattati (e.ż. HF). Finalment, għandu jiġi nnutat li, għall-proċessi kollha ta' konverżjoni tal-plutonju, l-oġġetti ta' tagħmir li individwalment mhumiex iddisinjati jew ippreparati apposta għall-konverżjoni tal-plutonju jistgħu jiġu mmuntati fis-sistemi li huma ddisinjati jew ippreparati apposta għall-użu fil-konverżjoni tal-plutonju

7.2.1.   Sistemi ddisinjati jew ippreparati apposta għall-konverżjoni tan-nitrat tal-plutonju għall-ossidu

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Il-funzjonijiet ewlenin involuti f'dan il-proċess huma: l-aġġustament u l-ħżin tad-dħul tal-proċess, il-preċipitazzjoni u s-separazzjoni tas-solidu/likur, il-kalċinazzjoni, it-trattament tal-prodott, il-ventilazzjoni, il-ġestjoni tal-iskart, u l-kontroll tal-proċess. Is-sistemi tal-proċess huma adattati b'mod partikolari sabiex jiġu evitati l-effetti ta' kritikalità u radjazzjoni u biex jitnaqqsu kemm jista' jkun il-perikli ta' tossiċità. Fil-parti l-kbira tal-faċilitajiet ta' riproċessar, dan il-proċess jinvolvi l-konverżjoni tan-nitrat tal-plutonju għad-diossidu tal-plutonju. Proċessi oħra jistgħu jinvolvu l-preċipitazzjoni tal-ossalat tal-plutonju jew il-perossidu tal-plutonju.

7.2.2.   Sistemi ddisinjati jew ippreparati apposta għall-produzzjoni tal-metall tal-plutonju

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Dan il-proċess normalment jinvolvi l-florinazzjoni tad-diossidu tal-plutonju, normalment bil-fluworur tal-idroġenu korrużiv ħafna, biex jiġi prodott il-fluworur tal-plutonju li wara jitnaqqas bl-użu tal-metall tal-kalċju b'purità għolja biex jipproduċi l-plutonju metalliku u fdalijiet tal-fluworur tal-kalċju. Il-funzjonijiet ewlenin involuti f'dan il-proċess huma l-florinazzjoni (eż. ll-involviment ta' tagħmir fabbrikat jew imdawwar b'metall prezzjuż), it-tnaqqis tal-metall (eż. l-użu ta' griġjoli taċ-ċeramika), l-irkuprar tal-fdalijiet, it-trattament tal-prodott, il-ventilazzjoni, il-ġestjoni tal-iskart u l-kontroll tal-proċess. Is-sistemi tal-proċess huma adattati b'mod partikolari sabiex jevitaw l-effetti ta' kritikalità u radjazzjoni u biex inaqqsu l-perikli ta' tossiċità. Proċessi oħra jinkludu l-florinazzjoni tal-ossalat tal-plutonju jew il-perossidu tal-plutonju segwita minn tnaqqis għall-metall.

ANNESS C

KRITERJI GĦALL-LIVELLI TA' PROTEZZJONI FIŻIKA

1.

Il-fini tal-protezzjoni fiżika tal-materjali nukleari hija l-prevenzjoni tal-użu u t-trattament mhux awtorizzati ta' dawn il-materjali. Il-paragrafu 3(a) tad-dokument tal-Linji Gwida jappella għal livelli ta' protezzjoni fiżika effettivi konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA), b'mod partikolari dawk li jinsabu f'INFCIRC/225.

2.

Il-paragrafu 3(b) tad-dokument tal-Linji Gwida jgħid li l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' protezzjoni fiżika fil-pajjiż riċevitur hija r-responsabbiltà tal-Gvern ta' dak il-pajjiż. Madankollu, il-livelli ta' protezzjoni fiżika li fuqhom għandhom jiġu bbażati dawn il-miżuri għandhom ikunu s-suġġett ta' qbil bejn il-fornitur u r-riċevitur. F'dan il-kuntest dawn ir-rekwiżiti għandhom japplikaw għall-Istati kollha.

3.

Id-dokument INFCIRC/225 tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika bit-titolu ‘Il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari’ u dokumenti simili li minn żmien għal żmien jiġu ppreparati minn gruppi internazzjonali ta' esperti u aġġornati kif adatt biex jittieħed kont ta' tibdiliet fl-ogħla livell ta' żvilupp tekniku u l-ogħla livell ta' żvilupp fl-għarfien fir-rigward tal-protezzjoni fiżika tal-materjal nukleari huma bażi utli biex jiggwidaw l-Istati riċevituri fit-tfassil ta' sistema ta' miżuri u proċeduri ta' protezzjoni fiżika.

4.

Il-kategorizzazzjoni ta' materjal nukleari ppreżentata fit-tabella mehmuża jew kif tista' tiġi aġġornata minn żmien għal żmien bil-qbil reċiproku tal-fornituri għandha sservi bħala l-bażi maqbula għad-definizzjoni ta' livelli speċifiċi ta' protezzjoni fiżika b'rabta mat-tip ta' materjali, u t-tagħmir u l-faċilitajiet li fihom hemm dawn il-materjali, skont il-paragrafu 3(a) u 3(b) tad-dokument tal-Linji Gwida.

5.

Il-livelli maqbula ta' protezzjoni fiżika li għandhom jiġu żgurati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-użu, il-ħżin u t-trasportazzjoni tal-materjali elenkati fit-tabella mehmuża għandhom mill-inqas jinkludu karatteristiċi ta' protezzjoni kif ġej:

KATEGORIJA III

Użu u Ħżin f'żona li għaliha l-aċċess ikun ikkontrollat.

Trasportazzjoni taħt prekawzjonijiet speċjali inklużi arranġamenti minn qabel fost l-emittent, ir-riċevitur u t-trasportatur, u qbil minn qabel bejn entitajiet soġġetti għall-ġurisdizzjoni u r-regolamentazzjoni tal-Istati fornituri u riċevituri, rispettivament, f'każ ta' trasportazzjoni internazzjonali, li jispeċifikaw il-ħin, il-post u l-proċeduri għat-trasferiment tar-responsabbiltà tat-trasport.

KATEGORIJA II

Użu u Ħżin f'żona protetta li għaliha l-aċċess ikun ikkontrollat, jiġifieri, żona taħt sorveljanza kostanti minn gwardjani jew apparat elettroniku, imdawra b'ostakolu fiżiku b'numru limitat ta' punti ta' dħul taħt kontroll adatt, jew kwalunkwe żona b'livell ekwivalenti ta' protezzjoni fiżika.

Trasportazzjoni bi prekawzjonijiet speċjali inklużi arranġamenti minn qabel fost l-emittent, ir-riċevitur, u t-trasportatur, u qbil minn qabel bejn entitajiet soġġetti għall-ġurisdizzjoni u r-regolamentazzjoni tal-Istati fornituri u riċevituri, rispettivament, f'każ ta' trasport internazzjonali, li jispeċifikaw il-ħin, il-post u l-proċeduri għat-trasferiment tar-responsabbiltà tat-trasport.

KATEGORIJA I

Il-materjali f'din il-kategorija għandhom jiġu protetti b'sistemi affidabbli ħafna kontra l-użu mhux awtorizzat kif ġej:

 

Użu u ħżin f'żona protetta ħafna, jiġifieri, żona protetta kif iddefinita għall-Kategorija II hawn fuq, li għaliha, barra minn hekk, l-aċċess huwa ristrett għal persuni li l-affidabbiltà tagħhom tkun ġiet iddeterminata, u li tkun taħt sorveljanza minn gwardjani li jkunu f'komunikazzjoni mill-qrib mal-forzi adatti ta' rispons. IL-miżuri speċifiċi meħuda f'dan il-kuntest għandu jkollhom bħala l-għan tagħhom id-detezzjoni u l-prevenzjoni ta' kwalunkwe attakk, aċċess mhux awtorizzat jew tneħħija mhux awtorizzata ta' materjal.

 

Trasportazzjoni taħt prekawzjonijiet speċjali kif identifikati hawn fuq għat-trasportazzjoni ta' materjali tal-Kategorija II u III u, barra minn hekk, taħt sorveljanza kostanti minn skorti u taħt kundizzjonijiet li jiżguraw komunikazzjoni mill-qrib mal-forzi adatti ta' rispons.

6.

Il-fornituri għandhom jitolbu l-identifikazzjoni mir-riċevituri ta' dawk l-aġenziji jew l-awtoritajiet li jkunu responsabbli mill-iżgurar li l-livelli ta' protezzjoni jkunu ssodisfatti b'mod adegwat u li jkunu responsabbli biex jikkoordinaw internament l-operazzjonijiet ta' rispons/irkupru fil-każ ta' użu jew trattament mhux awtorizzat ta' materjal protett. Il-fornituri u r-riċevituri għandhom jaħtru wkoll punti ta' kuntatt fl-awtoritajiet nazzjonali tagħhom biex jikkooperaw dwar kwistjonijiet ta' trasportazzjoni 'l barra mill-pajjiż u kwistjonijiet oħra ta' tħassib reċiproku.

TABELLA: KATEGORIZZAZZJONI TA' MATERJAL NUKLEARI

Materjal

Forma

Kategorija

I

II

III

1.

Plutonju*[a]

Mhux irradjat*[b]

2 kg jew aktar

Inqas minn 2 kg iżda aktar minn 500 g

500 g jew inqas*[c]

2.

Uranju-235

Mhux irradjat*[b]

 

 

 

uranju arrikkit sa 20 % 235U jew aktar

5 kg jew aktar

Inqas minn 5 kg iżda aktar minn 1 kg

1 kg jew inqas*[c]

uranju arrikkit sa 10 % 235U iżda inqas minn 20 %

10 kg jew aktar

Inqas minn 10 kg*[c]

uranju arrikkit 'il fuq min-natural, iżda inqas minn 10 % 235U*[d]

10 kg jew aktar

3.

Uranju-233

Mhux irradjat*[b]

2 kg jew aktar

Inqas minn 2 kg iżda aktar minn 500 g

500 g jew inqas*[c]

4.

Karburant irradjat

 

 

Uranju mfaqqar jew naturali, torju jew karburanti b'arrikkiment baxx (inqas minn 10 % kontenut fissili)*[e][f]

 

[a]

Kif identifikat fil-Lista Bażika.

[b]

Materjal mhux irradjat f'reattur jew materjal irradjat f'reattur iżda b'livell ta' radjazzjoni daqs jew inqas minn 100 rads fis-siegħa minn metru wieħed mhux protett.

[c]

Għandha tiġi eżentata kwantità inqas minn dik sinifikanti radjoloġikament.

[d]

L-uranju naturali, l-uranju mfaqqar, u t-torju u kwantitajiet tal-uranju arrikkit għal inqas minn 10 % li ma jaqgħux fil-Kategorija III għandhom jiġu protetti f'konformità mal-prattika ta' ġestjoni prudenti.

[e]

Għalkemm dan il-livell ta' protezzjoni huwa rakkomandat, l-Istati jkunu jistgħu, wara evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi speċifiċi, jassenjaw kategorija differenti ta' protezzjoni fiżika.

[f]

Karburant ieħor li minħabba l-kontenut oriġinali ta' materjal fissili tiegħu jkun ikklassifikat fil-Kategorija I jew II qabel l-irradjazzjoni jista' jitnaqqas b'livell wieħed ta' kategorija filwaqt li l-livell ta' radjazzjoni mill-karburant jeċċedi 100 rads fis-siegħa minn metru wieħed mingħajr protezzjoni.

NSG Parti II

LINJI GWIDA GĦAL TRASFERIMENTI TA' TAGĦMIR, MATERJALI U SOFTWARE B'UŻU DOPPJU B'RABTA MAN-NUKLEAR, U TEKNOLOĠIJA RELATATA

Nota:

F'dan l-Anness tintuża s-Sistema Internazzjonali (SI) tal-Unitajiet. Fil-każijiet kollha l-kwantità fiżika definita f'unitajiet SI għandha tiġi kkunsidrata bħala l-valur uffiċjali rakkomandat ta' kontroll. Madankollu, xi parametri tal-makkinarju għodda jingħataw fl-unitajiet abitwali tagħhom, li mhumiex SI.

Abbrevjazzjonijiet (u l-prefissi tagħhom li juru d-daqs) li jintużaw komunement f'dan l-Anness huma dawn:

A

ampere(s)

Bq

becquerel(s)

°C

grad(i) Celsius

CAS

chemical abstracts service

Ci

curie(s)

cm

ċentimetru/i

dB

deċibel(s)

dBm

deċibel espress f'milliwatt

g

gramm(i); anke, aċċellerazzjoni tal-gravità (9.81 m/s2)

GBq

gigabecquerel(s)

GHz

gigahertz

GPa

gigapascal(s)

Gy

gray

h

siegħa(sigħat)

Hz

hertz

J

joule(s)

K

kelvin

keV

eluf ta' elettronvolts

kg

kilogramm(i)

kHz

kilohertz

kN

kilonewton(s)

kPa

kilopascal(s)

kV

kilovolt(s)

kW

kilowatt(s)

m

metru/i

mA

milliampere(s)

MeV

miljuni ta' elettronvolts

MHz

megahertz

ml

millilitru/i

mm

millimetru/i

MPa

megapascal(s)

mPa

millipascal(s)

MW

megawatt(s)

μF

microfarad(s)

μm

mikrometru/i

μs

mikrosekonda/i

N

newton(s)

nm

nanometru/i

ns

nanosekonda/i

nH

nanohenry(ies)

ps

pikosekonda/i

RMS

medja kwadratika

rpm

rotazzjonijiet kull minuta

s

sekonda/i

T

tesla(s)

TIR

qari totali indikat

V

volt(s)

W

watt(s)

NOTA ĠENERALI

Il-paragrafi li ġejjin huma applikati għal-Lista ta' Tagħmir, Materjal u Software b'Użu Doppju Relatat man-Nuklear, u Teknoloġija Relatata.

1.

Id-deskrizzjoni ta' kwalunkwe oġġett fil-Lista tinkludi dak l-oġġett f'kondizzjoni ġdida jew użat.

2.

Meta d-deskrizzjoni ta' kwalunkwe oġġett fil-Lista ma tinkludi l-ebda kwalifika jew speċifikazzjoni, hija titqies li tinkludi l-varjetajiet kollha ta' dak l-oġġett. Is-subtitoli tal-kategoriji huma biss għall-konvenjenza fir-referenza u ma jaffettwawx l-interpretazzjoni tad-definizzjoni tal-oġġett.

3.

L-għan ta' dawn il-kontrolli ma għandux jiġi evitat it-trasferiment ta' kwalunkwe oġġett mhux ikkontrollat (inklużi impjanti) li jkun fih komponent ikkontrollat wieħed jew aktar meta l-komponent jew il-komponenti kkontrollati jkunu l-element prinċipali tal-oġġett u jistgħu possibbilment jitneħħew jew jintużaw għal skopijiet oħrajn.

Nota:

Meta jivvalutaw jekk il-komponent jew komponenti kkontrollati għandhomx jitqiesu bħala l-element prinċipali, il-gvernijiet għandhom jiżnu l-fatturi tal-kwantità, tal-valur u tal-konoxxenza teknoloġika u ċirkostanzi speċjali oħrajn li jistgħu jistabbilixxu l-komponent jew komponenti kkontrollati bħala l-element prinċipali tal-oġġett li jkun qed jiġi akkwistat.

4.

L-għan ta' dawn il-kontrolli ma għandux jiġi evitat it-trasferiment ta' partijiet ta' komponenti. Kull gvern għandu jieħu kwalunkwe azzjoni possibbli biex jilħaq dan l-għan u għandu jibqa' jfittex definizzjoni fattibbli għall-partijiet ta' komponenti, li tista' tintuża mill-fornituri kollha.

KONTROLLI TAT-TEKNOLOĠIJA

It-trasferiment ta' ‘teknoloġija’ huwa kkontrollat skont il-Linji Gwida u kif deskritt f'kull taqsima tal-Anness. ‘Teknoloġija’ assoċjata direttament ma' kwalunkwe oġġett fl-Anness ser tkun soġġetta għall-ammont ta' skrutinju u kontroll li jkunu permessi mil-liġi nazzjonali, u bl-istess mod bħall-oġġett innifsu.

L-approvazzjoni ta' kwalunkwe oġġett fl-Anness għall-esportazzjoni tawtorizza wkoll l-esportazzjoni lill-istess utent finali tat-‘teknoloġija’ minima meħtieġa għall-installazzjoni, l-operazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija tal-oġġett.

Nota:

Kontrolli fuq trasferiment ta' ‘teknoloġija’ ma japplikawx għal informazzjoni ‘fid-dominju pubbliku’ jew għal ‘riċerka xjentifika bażika’.

NOTA ĠENERALI DWAR IS-SOFTWARE

It-trasferiment ta' ‘software’ huwa kkontrollat skont il-Linji Gwida u kif deskritt fl-Anness.

Nota:

Il-kontrolli fuq it-trasferiment ta' ‘software’ ma japplikawx għal ‘software’ li jkun kif ġej:

1.

Ġeneralment disponibbli għall-pubbliku billi jkun:

a.

Mibjugħ mingħajr restrizzjoni minn ħażniet f'postijiet ta' bejgħ bl-imnut; u

b.

Ikun iddisinjat għal installazzjoni mill-utent mingħajr ebda appoġġ sostanzjali ieħor mill-fornitur;

jew

2.

‘Fid-dominju pubbliku’

DEFINIZZJONIJIET

‘Preċiżjoni’— Normalment imkejla f'termini ta' impreċiżjoni, definita bħala d-devjazzjoni massima, pożittiva jew negattiva, ta' valur indikat minn standard aċċettat jew valur ta' veru.

‘Devjazzjoni ta' pożizzjoni angolari’— Id-differenza massima bejn il-pożizzjoni angolari u l-pożizzjoni angolari reali, imkejla b'mod preċiż ħafna wara li l-muntaġġ li jżomm l-oġġett li jinħadem ikun tneħħa mill-pożizzjoni inizjali tiegħu.

‘Riċerka xjentifika bażika’— Xogħol sperimentali jew teoretiku magħmul prinċipalment biex tinkiseb konoxxenza ġdida tal-prinċipji fundamentali ta' fenomeni jew fatti osservabbli, mhux primarjament dirett lejn għan jew objettiv prattiku speċifiku.

‘Kontroll tal-kontorn’— Żewġ movimenti jew aktar ‘ikkontrollati numerikament’ li joperaw skont l-istruzzjonijiet li jispeċifikaw il-pożizzjoni meħtieġa li jmiss u r-rati ta' dħul meħtieġa għal dik il-pożizzjoni. Dawn ir-rati ta' dħul ivarjaw waħda skont l-oħra sabiex jinħoloq kontorn mixtieq. (Ref. ISO 2806-1980 kif emendat)

‘Żvilupp’— huwa relatat mal-fażijiet kollha qabel il-‘produzzjoni’ bħal:

disinn

riċerka dwar disinn

analiżi tad-disinn

kunċetti tad-disinn

immuntar u ttestjar ta' prototipi

skemi ta' produzzjoni pilota

data tad-disinn

proċess tat-trasformazzjoni tad-data ta' disinn fi prodott

disinn ta' konfigurazzjoni

disinn ta' integrazzjoni

tqassim

‘Materjali fibrużi jew filamentari’— tfisser ‘monofilamenti’,‘ħjut’, ‘faxex tal-fibra’, ‘wajers’ jew ‘tejps’ kontinwi.

N.B.:

1.   ‘Filament’ jew ‘monofilament’— huwa l-iżgħar inkrement ta' fibra, normalment ta' diversi mikrometri fid-dijametru.

2.   ‘Faxxa tal-fibra’— huwa mazz (tipikament 12-120) ta' ‘swiegli’ bejn wieħed u ieħor paralleli.

3.   ‘Siegla’— huwa mazz ta' ‘filamenti’ (tipikament iktar minn 200) irranġati bejn wieħed u ieħor b'mod parallel.

4.   ‘Tejp’— hu materjal magħmul minn ‘filamenti’, ‘swiegli’, ‘faxex tal-fibra’, ‘wajers’ jew ‘ħjut’ eċċ., intreċċati jew unidirezzjonali, normalment preimprenjati bir-resina.

5.   ‘Wajer’— huwa mazz ta' ‘filamenti’, normalment bejn wieħed u ieħor paralleli.

6.   ‘Ħjut’— huwa mazz ta' ‘swiegli’ mibrumin.

‘Filament’— Ara ‘Materjali fibrużi jew filamentari’.

‘Fid-dominju pubbliku’— ‘Fid-dominju pubbliku’, hekk kif tapplika f'dan id-dokument, tfisser ‘teknoloġija’ jew ‘software’ li jkun sar disponibbli mingħajr restrizzjoni wara d-disseminazzjoni ulterjuri tiegħu. (Restrizzjonijiet tad-dritt tal-awtur ma jneħħux ‘teknoloġija’ jew ‘software’ milli jkun ‘fid-dominju pubbliku’.)

‘Linearità’— (normalment imkejla f'termini ta' nonlinearità) tfisser id-devjazzjoni massima tal-karatteristika attwali (medja ta' qari superjuri u inferjuri), pożittiva jew negattiva, minn linja dritta pożizzjonata b'tali mod li tugwalizza u timminimizza d-devjazzjonijiet massimi.

‘Inċertezza tal-kejl’— Il-parametru karatteristiku li jispeċifika f'liema medda madwar il-valur tal-output ikun jaqa' l-valur korrett tal-kwantità varjabbli miżurabbli, bi grad ta' fiduċja ta' 95 %. Dan jinkludi d-devjazzjonijiet sistematiċi mhux ikkoreġuti, ir-reazzjonijiet mhux ikkoreġuti u d-devjazzjonijiet każwali.

‘Mikroprogramm’— Sekwenza ta' struzzjonijiet elementari, miżmuma f'ħażna speċjali, li l-eżekuzzjoni tagħha tiġi inizjata bl-introduzzjoni tal-istruzzjoni ta' referenza tagħha f'reġistru ta' struzzjonijiet.

‘Monofilament’— Ara ‘Materjali fibrużi jew filamentari’.

‘Kontroll numeriku’— Il-kontroll awtomatiku ta' proċess eżegwit b'apparat li jagħmel użu minn data numerika normalment introdotta waqt li l-operazzjoni tkun qiegħda sseħħ. (Ref. ISO 2382)

‘Preċiżjoni tal-pożizzjoni’— ta' makkinarju għodda ‘ikkontrollat numerikament’ li għandha tiġi ddeterminata u ppreżentata skont il-Punt 1.B.2, flimkien mar-rekwiżiti ta' hawn taħt:

(a)

Kondizzjonijiet tal-ittestjar (ISO 230/2 (1988), paragrafu 3):

(1)

Għal 12-il siegħa qabel il-kejl u matulu, il-makkinarju għodda u t-tagħmir li jkejjel il-preċiżjoni ser jinżammu fl-istess temperatura ambjentali. Matul il-ħin ta' qabel il-kejl, is-slides tal-magna ser jiġu ċċiklati kontinwament b'mod identiku għall-mod kif huma ser jiġu ċċiklati waqt il-kejl tal-preċiżjoni;

(2)

Il-magna għandha tkun mgħammra b'kull kumpens mekkaniku, elettroniku, jew ta' software li għandu jiġi esportat mal-magna;

(3)

Il-preċiżjoni tat-tagħmir tal-kejl għandha tal-inqas tkun erba' darbiet aktar preċiża mill-preċiżjoni mistennija għall-makkinarju għodda;

(4)

Il-provvista tal-enerġija għas-slide drives għandha tkun kif ġej:

(i)

Il-varjazzjoni tal-voltaġġ ta' sistema trifażi ma għandhiex tkun akbar minn ± 10 % tal-voltaġġ nominali;

(ii)

Il-varjazzjoni tal-frekwenza ma għandhiex tkun akbar minn ± 2 Hz tal-frekwenza normali;

(iii)

Mhumiex permessi lineouts jew interruzzjoni tas-servizz.

(b)

Programm tal-Ittestjar (paragrafu 4):

(1)

Ir-rata tad-dħul (veloċità tas-slides) matul il-kejl għandha tkun ir-rata trasversali rapida;

N.B.:

Fil-każ ta' makkinarju għodda li jiġġenera superfiċji ta' kwalità ottika, ir-rata ta' dħul għandha tkun daqs jew inqas minn 50 mm/min;

(2)

Il-kejl għandu jsir b'mod inkrimentali minn limitu wieħed tal-korsa tal-assi għall-ieħor mingħajr ritorn lejn il-pożizzjoni tal-bidu għal kull ċaqliqa lejn il-pożizzjoni fil-mira;

(3)

Assi li ma jitkejlux għandhom jinżammu fin-nofs matul it-test ta' ass.

(c)

Preżentazzjoni tar-riżultati tat-test paragrafu 2):

Ir-riżultati tal-kejl għandhom jinkludu:

(1)

‘preċiżjoni tal-pożizzjoni’ (A) u

(2)

Il-medja ta' żbalji ta' inverżjoni

‘Produzzjoni’— tfisser l-istadji kollha tal-produzzjoni, bħal:

kostruzzjoni

inġinerija tal-produzzjoni

manifattura

integrazzjoni

immuntar (armar)

spezzjoni

ittestjar

assigurazzjoni tal-kwalità

‘Programm’— Sekwenza ta' struzzjonijiet biex jitwettaq proċess li jkun jista' jsir minn kompjuter elettroniku, jew li jkun jista' jiġi konvertit f'dik il-forma.

‘Riżoluzzjoni’— Tfisser l-inqas inkrement ta' apparat li jkejjel; fuq strumenti diġitali, il-bit l-inqas sinifikanti. (Ref. ANSI B-89.1.12)

‘Faxxa tal-fibra’— Ara ‘Materjali fibrużi jew filamentari’.

‘Software’— Ġabra ta' ‘programm’ jew ‘mikroprogramm’ wieħed jew aktar stabbiliti fi kwalunkwe mezz tanġibbli ta' espressjoni.

‘Siegla’— Ara ‘Materjali fibrużi jew filamentari’.

‘Tejp’— Ara ‘Materjali fibrużi jew filamentari’.

‘Assistenza teknika’— ‘Assistenza teknika’ tista' tieħu forom bħal: struzzjonijiet, ħiliet, taħriġ, għarfien tax-xogħol u servizzi ta' konsulenza.

Nota:Assistenza teknika tista' tinvolvi t-trasferiment ta' data teknika.

‘Data teknika’— ‘Data teknika’ tista' tieħu forom bħal blueprints, pjanijiet, dijagrammi, mudelli, formoli, disinni u speċifikazzjonijiet tal-inġinerija, manwali u struzzjonijiet bil-miktub jew irrekordjati fuq mezzi jew apparati oħrajn bħal diski, tejp, u memorji li jinqraw biss.

‘Teknoloġija’— tfisser informazzjoni speċifika meħtieġa għall-‘iżvilupp’, il-‘produzzjoni’ jew l-‘użu’ ta' kwalunkwe oġġett. Din l-informazzjoni tista' tieħu l-forma ta' ‘data teknika’ jew ‘assistenza teknika’.

‘Wajer’— Ara ‘Materjali fibrużi jew filamentari’.

‘Użu’— Operazzjoni, installazzjoni (li tinkludi installazzjoni fuq il-post), manutenzjoni (iċċekkjar), tiswija, rinnovament totali u restawr.

‘Ħjut’— Ara ‘Materjali fibrużi jew filamentari’.

WERREJ TAL-ANNESS

1.

TAGĦMIR INDUSTRIJALI

1.A.

TAGĦMIR, MUNTATURI U KOMPONENTI

1.A.1.

Twieqi bi lqugħ għar-radjazzjoni ta' densità għolja 1 – 1

1.A.2.

Kameras tat-TV reżistenti għar-radjazzjoni, jew lentijiet għalihom 1 – 1

1.A.3.

Robots, ‘tagħmir tat-tarf’ u unitajiet ta' kontroll 1 – 1

1.A.4.

Manipulaturi minn distanza 1 – 3

1.B.

TAĦGMIR TAL-ITTESTJAR U L-PRODUZZJONI

1.B.1.

Magni flow-forming, magni spin-forming bil-kapaċità ta' funzjonijiet flow-forming, u mandarini tat-torn 1 – 3

1.B.2.

Makkinarju għodda 1 – 4

1.B.3.

Magni, strumenti jew sistemi ta' spezzjoni dimensjonali 1 – 6

1.B.4.

Fran tal-induzzjoni f'atmosfera kkontrollata, u provvista tal-enerġija għalihom 1 – 7

1.B.5.

Pressa iżostatika, u tagħmir relatat 1 – 8

1.B.6.

Sistemi u tagħmir għall-ittestjar tal-vibrazzjoni u komponenti għalihom 1 – 8

1.B.7.

Fran għat-tidwib u l-ikkastjar tal-metall f'vakwu jew atmosfera oħra kkontrollata u tagħmir relatat 1 – 8

1.C.

MATERJALI 1 – 9

1.D.

SOFTWARE 1 – 9

1.D.1.

‘Software’ iddisinjat apposta jew modifikat għall-‘użu’ ta' tagħmir 1 – 9

1.D.2.

‘Software’ iddisinjat apposta jew modifikat għall-‘iżvilupp’, il-‘produzzjoni’ jew l-‘użu’ ta' tagħmir 1 – 9

1.D.3.

‘Software’ għal kwalunkwe kombinament ta' apparati elettroniċi jew sistema elettronika, li jippermetti lil tali apparat(i) jiffunzjona(w) bħala unità ta' ‘kontroll numeriku’ għal makkinarju għodda 1 – 9

1.E.

TEKNOLOGIJA

1.E.1.

‘Teknoloġija’ skont il-Kontrolli tat-Teknoloġija għall-‘iżvilupp’, il- ‘produzzjoni’ jew l-‘użu’ ta' tagħmir, materjal jew ‘software’ 1 – 9

2.

MATERJALI

2.A.

TAGĦMIR, MUNTATURI U KOMPONENTI

2.A.1.

Griġjoli magħmula minn materjali reżistenti għall-metalli aktinidi likwidi 2 – 1

2.A.2.

Katalizzaturi miksijin bil-platinu 2 – 1

2.A.3.

Strutturi komposti fil-forom ta' tubi 2 – 2

2.B.

TAĦGMIR TAL-ITTESTJAR U L-PRODUZZJONI

2.B.1.

Faċilitajiet jew impjanti tat-tritju, u t-tagħmir għalihom 2 – 2

2.B.2.

Faċilitajiet jew impjanti għas-separazzjoni tal-iżotopi tal-litju, u s-sistemi u t-tagħmir għalihom 2 – 2

2.C.

MATERJALI

2.C.1.

Aluminju 2 – 2

2.C.2.

Berillju 2 – 3

2.C.3.

Bismut 2 – 3

2.C.4.

Boron 2 – 3

2.C.5.

Kalċju 2 – 3

2.C.6.

Trifluworur tal-kloru 2 – 3

2.C.7.

Materjali fibrużi jew filamentari, u preimpregnati 2 – 3

2.C.8.

Afnju 2 – 4

2.C.9.

Litju 2 – 4

2.C.10.

Manjesju 2 – 4

2.C.11.

Azzar maraging 2 – 4

2.C.12.

Radju-226 2 – 4

2.C.13.

Titanju 2 – 5

2.C.14.

Tungstenu 2 – 5

2.C.15.

Żirkonju 2 – 5

2.C.16.

Trab tan-nikil u metall poruż tan-nikil 2 – 5

2.C.17.

Tritju 2 – 6

2.C.18.

Elju-3 2 – 6

2.C.19.

Radjonuklidi 2 – 6

2.C.20.

Renju 2 – 6

2.D.

SOFTWARE 2 – 6

2.E.

TEKNOLOĠIJA 2 – 6

2.E.1.

‘Teknoloġija’ skont il-Kontrolli tat-Teknoloġija għall-‘iżvilupp’, il-‘produzzjoni’ jew l-‘użu’ ta' tagħmir, materjali jew ‘software’ 2 – 6

3.

TAGĦMIR U KOMPONENTI GĦAS-SEPARAZZJONI TAL-IŻOTOPI TAL-URANJU

(Punti Oħra Mhux fil-Lista Bażika)

3.A.

TAGĦMIR, MUNTATURI U KOMPONENTI

3.A.1.

Varjaturi tal-frekwenza jew ġeneraturi 3 – 1

3.A.2.

Lasers, amplifikaturi u oxxillaturi laser 3 – 1

3.A.3.

Valvi 3 – 3

3.A.4.

Elettromanjeti tas-solenojdi superkonduttivi 3 – 3

3.A.5.

Provvisti tal-enerġija ta' kurrent dirett ta' qawwa għolja 3 – 4

3.A.6.

Provvisti tal-enerġija ta' kurrent dirett ta' voltaġġ għoli 3 – 4

3.A.7.

Trasdutturi tal-pressjoni 3 – 4

3.A.8.

Pompi tal-vakwu 3 – 4

3.A.9.

Kompressuri u pompi tal-vakwu tat-tip skroll issiġillati bl-imniefaħ 3 – 5

3.B.

TAĦGMIR TAL-ITTESTJAR U L-PRODUZZJONI

3.B.1.

Ċelloli elettrolitiċi għall-produzzjoni tal-fluworu 3 – 5

3.B.2.

Tagħmir għall-fabbrikazzjoni jew l-immuntar ta' rotors, tagħmir li jidritta r-rotors, mandarini tat-torn li jifformaw imniefaħ u punzuni 3 – 5

3.B.3.

Magni tal-ibbilanċjar ċentrifugali fuq aktar minn pjan wieħed 3 – 6

3.B.4.

Magni għat-tkebbib tal-filament u tagħmir relatat 3 – 6

3.B.5.

Separaturi elettromanjetiċi tal-iżotopi 3 – 7

3.B.6.

Spettrometri tal-massa 3 – 7

3.C.

MATERJALI 3 – 8

3.D.

SOFTWARE

3.D.1.

‘Software’ iddisinjat apposta jew modifikat għall-‘użu’ ta' tagħmir 3 – 8

3.D.2.

‘Software’ jew kowds/kodiċijiet ta' kriptaġġ iddisinjati apposta biex itejbu jew jirrilaxxaw il-karatteristiċi tal-prestazzjoni ta' tagħmir 3 – 8

3.D.3.

‘Software’ iddisinjat apposta biex itejjeb jew jirrilaxxa l-karatteristiċi tal-prestazzjoni ta' tagħmir 3 – 8

3.E.

TEKNOLOĠIJA

3.E.1.

‘Teknoloġija’ skont il-Kontrolli tat-Teknoloġija għall-‘iżvilupp’, il-‘produzzjoni’ jew l-‘użu’ ta' tagħmir, materjali jew ‘software’ 3 – 8

4.

TAGĦMIR RELATAT MA' IMPJANT GĦALL-PRODUZZJONI TA' ILMA TQIL

(Punti Oħra Mhux fil-Lista Bażika)

4.A.

TAGĦMIR, MUNTATURI U KOMPONENTI

4.A.1.

Imballaġġi speċjalizzati 4 – 1

4.A.2.

Pompi 4 – 1

4.A.3.

Turbini ta' espansjoni jew settijiet ta' turbina ta' espansjoni-kompressjoni 4 – 1

4.B.

TAĦGMIR TAL-ITTESTJAR U L-PRODUZZJONI

4.B.1.

Kolonni bi pjanċi għall-iskambju ilma-sulfur tal-idroġenu u kuntatturi interni 4 – 1

4.B.2.

Kolonni ta' distillazzjoni krijoġenika tal-idroġenu 4 – 2

4.B.3.

[Ma baqax jintuża — mill-14 ta' Ġunju 2013] 4 – 2

4.C.

MATERJALI 4 – 2

4.D.

SOFTWARE 4 – 2

4.E.

TEKNOLOĠIJA 4 – 2

4.E.1.

‘Teknoloġija’ skont il-Kontrolli tat-Teknoloġija għall-‘iżvilupp’, il-‘produzzjoni’ jew l-‘użu’ ta' tagħmir, materjali jew ‘software’ 4 – 2

5.

TAGĦMIR TAL-ITTESTJAR U TAL-KEJL GĦALL-IŻVILUPP TA' APPARATI ESPLOŻIVI NUKLEARI

5.A.

TAGĦMIR, MUNTATURI U KOMPONENTI

5.A.1.

Tubi fotomultiplikaturi 5 – 1

5.B.

TAĦGMIR TAL-ITTESTJAR U L-PRODUZZJONI

5.B.1.

Ġeneraturi tar-raġġi-X bil-flash jew aċċelleratturi tal-elettroni bl-impulsi 5 – 1

5.B.2.

Sistemi ta' kanuni b'veloċità għolja 5 – 1

5.B.3.

Kameras ta' veloċità għolja u apparati tal-immaġni 5 – 1

5.B.4.

[Ma baqax jintuża — mill-14 ta' Ġunju 2013] 5 – 2

5.B.5.

Istrumentazzjoni speċjalizzata għal esperimenti idrodinamiċi 5 – 2

5.B.6.

Ġeneraturi ta' impuls b'veloċità għolja 5 – 3

5.B.7.

Reċipjenti ta' konteniment għal kontenut esplożiv ħafna 5 – 3

5.C.

MATERJALI 5 – 3

5.D.

SOFTWARE 5 – 3

5.E.

TEKNOLOĠIJA 5 – 3

6.

KOMPONENTI GĦAL APPARATI ESPLOŻIVI NUKLEARI

6.A.

TAGĦMIR, MUNTATURI U KOMPONENTI

6.A.1.

Detonaturi u sistemi ta' inizjazzjoni b'ħafna punti 6 – 1

6.A.2.

Settijiet tat-tqabbid u ġeneraturi ta' impuls b'kurrent għoli 6 – 1

6.A.3.

Apparat tal-iswiċċjar 6 – 2

6.A.4.

Kapasiters għas-skariku ta' impuls 6 – 2

6.A.5.

Sistemi ġeneraturi tan-newtroni 6 – 3

6.A.6.

Striplines 6 – 3

6.B.

TAĦGMIR TAL-ITTESTJAR U L-PRODUZZJONI 6 – 3

6.C.

MATERJALI

6.C.1.

Sustanzi u taħlitiet esplożivi ħafna 6 – 3

6.D.

SOFTWARE 6 – 4

6.E.

TEKNOLOĠIJA 6 – 4

1.   TAGĦMIR INDUSTRIJALI

1.A.   TAGĦMIR, MUNTATURI U KOMPONENTI

1.A.1.   Twieqi bi lqugħ għar-radjazzjoni ta' densità għolja (ħġieġ taċ-ċomb jew ieħor), li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin, u kwadri ddisinjati apposta għalihom:

a.

‘Żona kiesħa’ akbar minn 0,09 m2;

b.

Densità akbar minn 3 g/cm3; u

c.

Ħxuna ta' 100 mm jew akbar.

Nota Teknika:

Fil-Punt 1.A.1.a. it-terminu ‘żona kiesħa’ jfisser il-parti viżwali tat-tieqa esposta għal-livell l-aktar baxx ta' radjazzjoni fl-applikazzjoni tad-disinn.

1.A.2.   Kameras tat-TV reżistenti għar-radjazzjoni, jew lentijiet għalihom, iddisinjati apposta jew meqjusin bħala reżistenti għal doża ta' radjazzjoni totali akbar minn 5 × 104 Gy (silikon) mingħajr degradazzjoni operattiva.

Nota Teknika:

It-terminu Gy (silikon) jirreferi għall-enerġija f'Joules għal kull kilogramm li hija assorbita minn kampjun tas-silikon mhux protett meta espost għar-radjazzjoni jonizzanti.

1.A.3.   ‘Robots’, ‘tagħmir tat-tarf’ u unitajiet ta' kontroll kif ġej:

a.

‘Robots’ jew ‘tagħmir tat-tarf’ li jkollhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

Iddisinjati apposta sabiex ikunu konformi mal-istandards tas-sikurezza nazzjonali applikabbli għall-immaniġġar ta' splussivi qawwijin (per eżempju, jissodisfaw il-kodiċi elettriku għal splussivi qawwijin); jew

2.

Iddisinjati apposta jew meqjusin bħala reżistenti għar-radjazzjoni sabiex jifilħu doża totali ta' radjazzjoni akbar minn 5 × 104 Gy (silikon) mingħajr degradazzjoni operattiva;

Nota Teknika:

It-terminu Gy (silikon) jirreferi għall-enerġija f'Joules għal kull kilogramm li hija assorbita minn kampjun tas-silikon mhux protett meta espost għar-radjazzjoni jonizzanti.

b.

Unitajiet ta' kontroll iddisinjati apposta għal xi wieħed mir-‘robots’ jew ‘tagħmir tat-tarf’ speċifikati fil-Punt 1.A.3.a.

Nota:

Il-Punt 1.A.3. ma jikkontrollax ‘robots’ iddisinjati apposta għal applikazzjonijiet industrijali mhux nukleari bħal kabini għall-isprejjar taż-żebgħa fuq vetturi.

Noti Tekniċi:

1.

‘Robots’

Fil-Punt 1.A.3. ‘robot’ tfisser mekkaniżmu ta' manipulazzjoni, li jista' jkun tat-tip ta' trajettorja kontinwa jew minn punt sa punt, jista' juża ‘sensuri’, u għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a)

huwa multifunzjonali;

(b)

huwa kapaċi jippożizzjona jew jorjenta materjal, partijiet, għodod jew apparati speċjali permezz ta' movimenti varjabbli fi spazju tridimensjonali;

(c)

jinkorpora tliet biċċiet jew aktar ta' apparat ta' servizz b'ċirkwit magħluq jew miftuħ li jistgħu jinkludu muturi pass pass; u

(d)

għandu ‘programmabbiltà aċċessibbli għall-utent’ permezz ta' metodu għallem/erġa' isma' jew permezz ta' kompjuter elettroniku li jista' jkun kontrollur loġiku programmabbli, jiġifieri mingħajr intervent mekkaniku.

N.B.1:

Fid-definizzjoni ta' hawn fuq,‘sensuri’ tfisser rilevaturi ta' fenomenu fiżiku, li l-output tiegħu (wara konverżjoni f'sinjal li jista' jiġi interpretat minn unità ta' kontroll) jista' jiġġenera ‘programmi’ jew jimmodifika struzzjonijiet programmati jew data numerika ta' ‘programm’. Dan jinkludi ‘sensuri’ b'vista ta' magna, immaġni infraħamra, immaġni akustika, sens tattilu, kejl tal-pożizzjoni inerzjali, kapaċitajiet tal-kejl tal-medda ottika jew akustika jew tal-forza jew tat-torque.

N.B.2:

Fid-definizzjoni ta' hawn fuq ‘programmabbiltà aċċessibbli għall-utent’ tfisser il-faċilità li tippermetti lil utent idaħħal, jimmodifika jew jissostitwixxi ‘programmi’ b'metodi minbarra:

(a)

bidla fiżika fil-wajering jew l-interkonnessjonijiet; jew

(b)

l-issettjar tal-kontrolli tal-funzjonijiet li jinkludu d-dħul ta' parametri.

N.B.3:

Id-definizzjoni ta' hawn fuq ma tinkludix l-apparati li ġejjin:

(a)

Mekkaniżmi ta' manipulazzjoni li huma kontrollabbli biss manwalment jew permezz ta' teleoperatur;

(b)

Mekkaniżmi ta' manipulazzjoni b'sekwenza fissa li huma apparati awtomatizzati li jiċċaqilqu, li jaħdmu skont movimenti programmati delimitati mekkanikament. Il-‘programm’ huwa limitat mekkanikament b'waqfiet fissi, bħal pinnijiet jew kammijiet. Is-sekwenza ta' ċaqliq u l-għażla tat-trajettorji jew angoli mhumiex varjabbli u ma jistgħux jinbidlu b'mezzi mekkaniċi, elettroniċi jew elettriċi;

(c)

Mekkaniżmi ta' manipulazzjoni b'sekwenza varjabbli kkontrollata mekkanikament li huma apparati awtomatizzati li jiċċaqilqu, li jaħdmu skont movimenti programmati delimitati mekkanikament. Il-‘programm’ huwa limitat mekkanikament b'waqfiet fissi, iżda aġġustabbli, bħal pinnijiet jew kammijiet. Is-sekwenza tal-movimenti u l-għażla tat-trajettorji jew l-angoli huma varjabbli fil-limiti tad-disinn tal-‘programm’ fiss. Varjazzjonijiet jew modifiki tad-disinn tal-‘programm’ (eż., bidliet tal-pinnijiet jew skambji ta' kammijiet) f'wieħed mill-assi taċ-ċaqliq jew aktar jitwettqu biss permezz ta' operazzjonijiet mekkaniċi;

(d)

Mekkaniżmi ta' manipulazzjoni b'sekwenza varjabbli mhux servokontrollati li huma apparati awtomatizzati li jiċċaqilqu, li jaħdmu skont movimenti programmati delimitati mekkanikament. Il-‘programm’ huwa varjabbli iżda s-sekwenza tipproċedi biss bis-sinjal binarju minn apparati binarji elettriċi delimitati mekkanikament jew b'waqfiet aġġustabbli;

(e)

Krejnijiet għall-istivar definiti bħala sistemi manipulaturi b'koordinati Kartesjani fabbrikati bħala parti integrali ta' arranġament vertikali ta' kontenituri ta' ħażna u ddisinjati sabiex jaċċessaw il-kontenut ta' dawn il-kontenituri għal skop ta' ħażna jew ġbir.

2.

‘Tagħmir tat-tarf’

Fil-Punt 1.A.3. It-‘tagħmir tat-tarf’ huwa tagħmir li jaħtaf, ‘unitajiet ta' għodda attivi’, u kull għodda oħra li hija magħquda mal-pjanċa tal-bażi fit-tarf ta' driegħ manipulatur ta' ‘robot’.

N.B.:

Fid-definizzjoni ta' hawn fuq ‘unitajiet ta' għodda attivi’ tfisser apparat għall-applikazzjoni ta' qawwa motriċi, ipproċessar tal-enerġija jew rilevament lill-oġġett li jinħadem.

1.A.4.   Manipulaturi minn distanza li jistgħu jintużaw sabiex jipprovdu azzjonijiet minn distanza f'operazzjonijiet ta' separazzjoni radjukimika jew f'ċelloli jaħarqu, li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

a

Kapaċi jippenetraw 0,6 m jew aktar mill-ħajt ta' cellola taħraq (operazzjoni tat-tip minn ġol-ħajt (through-the-wall)); jew

b.

Kapaċi jgħaddu minn fuq naħa għal oħra ta' ħajt ta' ċellola taħraq bi ħxuna ta' 0,6 m jew aktar (operazzjoni tat-tip minn fuq il-ħajt (over-the-wall).

Nota Teknika:

Manipulaturi minn distanza jbiddlu l-azzjonijiet ta' operatur uman għal driegħ li jaħdem minn distanza u muntaġġ terminali. Dawn jistgħu jkunu tat-tip ‘prinċipali/sekondarju’ (‘master/slave’) jew imħaddma b'joystick jew tastiera.

1.B.   TAĦGMIR TAL-ITTESTJAR U L-PRODUZZJONI

1.B.1.   Magni flow-forming, magni spin-forming bil-kapaċità ta' funzjonijiet flow-forming, u mandarini tat-torn, kif ġej:

a.

Magni li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.

Tliet rombli jew aktar (attivi jew li jiggwidaw); u

2.

Li, skont l-ispeċifikazzjoni teknika tal-manifattur, jistgħu jkunu mgħammra b'unitajiet ta' ‘kontroll numeriku’ jew kontroll permezz ta' kompjuter;

b.

Mandarini tat-torn li jifformaw rotors iddisinjati sabiex jifformaw rotors ċilindriċi b'dijametru intern ta' bejn 75 u 400 mm.

Nota:

Il-Punt 1.B.1.a. jinkludi magni li għandhom romblu wieħed biss iddisinjati biex jiddeformaw il-metall u żewġ rombli awżiljarji li jsostnu l-mandarin tat-torn, iżda li ma jipparteċipawx direttament fil-proċess ta' deformazzjoni.

1.B.2.   Makkinarju għodda, kif ġej, u kwalunkwe kombinament ta' dan, għat-tneħħija jew il-qtugħ ta' metalli, ċeramika jew komposti, li, skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-manifattur, jistgħu jkunu mgħammra b'apparati elettroniċi għall-‘kontroll tal-kontorn’, f'żewġ assi jew aktar:

N.B.:

Għal unitajiet ta' ‘kontroll numeriku’ kkontrollati mis-‘software’ assoċjat tagħhom, ara l-Punt 1.D.3.

a.

Makkinarju għodda għat-tidwir, li għandu ‘preċiżjoni tal-pożizzjoni’ bil-kumpensi kollha disponibbli aħjar (inqas) minn 6 μm skont ISO 230/2 (1988) tul kwalunkwe assi lineari (pożizzjoni totali) għal magni li kapaċi jħaddmu dijametri akbar minn 35 mm;

Nota:

Il-Punt 1.B.2.a. ma jikkontrollax magni bi żbarri (Swissturn), limitati biss għat-tħaddim ta' żbarri f'ringiela u li d-dijamentru massimu tagħhom ikun daqs jew inqas minn 42 mm u jekk ma jkunx possibbli li tintrama morsa. Il-magni jista' jkollhom kapaċitajiet ta' titqib u/jew tħin biex iħaddmu partijiet b'dijametru inqas minn 42 mm.

b.

Makkinarju għodda għat-tħin, li għandu xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

‘Preċiżjoni tal-pożizzjoni’ bil-kumpensi kollha disponibbli aħjar (inqas) minn 6 μm skont ISO 230/2 (1988) tul kwalunkwe assi lineari (pożizzjoni globali);

2.

Żewġ assi rotatorji tal-kontorn jew aktar; jew

3.

Ħames assi jew aktar li jistgħu jkunu kkoordinati simultanjament għall-‘kontroll tal-kontorn’.

Nota:

Il-Punt 1.B.2.b. ma jikkontrollax magni tat-tħin li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.

Korsa tal-assi-x akbar minn 2 m; u

2.

‘Preċiżjoni tal-pożizzjoni’ totali fuq l-assi-x li huwa agħar (aktar) minn 30 μm skont ISO 230/2 (1988).

c.

Makkinarju għodda għat-tisnin, li għandu xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

‘Preċiżjoni tal-pożizzjoni’ bil-kumpensi kollha disponibbli aħjar (inqas) minn 4 μm skont ISO 230/2 (1988) tul kwalunkwe assi lineari (pożizzjoni totali);

2.

Żewġ assi rotatorji tal-kontorn jew aktar; jew

3

Ħames assi jew aktar li jistgħu jkunu kkoordinati simultanjament għall-‘kontroll tal-kontorn’.

Nota:

Il-Punt 1.B.2.c. ma jikkontrollax il-magni tat-tisnin, kif ġej:

1.

Magni tat-tisnin b'aġġustament estern, intern u estern-intern taċ-ċilindri li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

Limitati għal kapaċità massima tal-oġġetti li jinħadmu b'tul jew dijametru estern ta'150 mm; u

b.

Assi limitati għal x, z u c.

2.

Jig grinders li m'għandhomx assi-z jew assi-w, bi preċiżjoni tal-pożizzjoni totali inqas (aħjar) minn 4 mikroni. Preċiżjoni tal-pożizzjoni skont ISO 230/2 (1988).

d.

Magni għall-Elettroerożjoni (EDM) tat-tip mingħajr wajers li għandhom żewġ assi rotatorji tal-kontorn jew aktar u li jistgħu jkunu kkoordinati simultanjament għall-‘kontroll tal-kontorn’.

Noti:

1.

Livelli tal-‘preċiżjoni tal-pożizzjoni’ ddikjarata li jirriżultaw mill-proċeduri li ġejjin minn qisien magħmula skont ISO 230/2 (1988) jew ekwivalenzi nazzjonali jistgħu jintużaw għal kull mudell ta' makkinarju għodda jekk dan ikun previst, u aċċettat, minn awtoritajiet nazzjonali minflok it-testijiet ta' magni individwali.

Il-‘preċiżjoni tal-pożizzjoni’ ddikjarata għandha tittieħed kif ġej:

a.

Agħżel ħames magni ta' mudell li għandu jiġi evalwat;

b.

Kejjel il-preċiżjoni tal-assi lineari skont ISO 230/2 (1988);

c.

Iddetermina l-valuri tal-preċiżjoni (A) għal kull assi ta' kull magna. Il-metodu biex jiġi kkalkulat il-valur tal-preċiżjoni huwa deskritt fl-istandard ISO 230/2 (1988);

d.

Iddetermina l-medja tal-valur tal-preċiżjoni ta' kull assi. Din il-medja tal-valur issir il-‘preċiżjoni tal-pożizzjoni’ ta' kull assi għall-mudell (Âx, Ây…);

e.

Peress li l-Punt 1.B.2. jirreferi għal kull assi lineari, ser ikun hemm valuri tal-‘preċiżjoni tal-pożizzjoni’ ddikjarata daqskemm hemm assi lineari;

f.

Jekk xi assi ta' makkinarju għodda mhux ikkontrollat mill-Punti 1.B.2.a., 1.B.2.b., jew 1.B.2.c. ikollu ‘preċiżjoni tal-pożizzjoni’ ddikjarata ta' 6 μm jew aħjar (inqas) għall-magni tat-tisnin u 8 μm jew aħjar (inqas) għall-magni tat-tħin u tat-tidwir, it-tnejn skont ISO 230/2 (1988), imbagħad ikun jeħtieġ li min jibnihom jerġa' jafferma l-livell ta' preċiżjoni kull 18-il xahar.

2.

Il-Punt 1.B.2. ma jikkontrollax makkinarju għodda bi skop speċjali limitati għall-manifattura ta' xi waħda mill-partijiet li ġejjin:

a.

Gerijiet

b.

Krankxafts jew kamxafts

c.

Għodod jew għodod tal-qtugħ

d.

Extruder worms

Noti tekniċi:

1.

In-nomenklatura tal-assi għandha tkun skont l-Istandard Internazzjonali ISO 841, ‘Magni b'Kontroll Numeriku — Nomenklatura ta' Assi u Movimenti’.

2.

L-assi tal-kontorn paralleli sekondarji (eż., l-assi-w f'magni għat-tħaffir orizzontali jew assi rotatorju sekondarju li l-linja ċentrali tiegħu hija parallela mal-assi rotatorju primarju) ma jingħaddux man-numru totali tal-assi tal-kontorn.

3.

L-assi rotatorji mhux neċessarjament iduru 360 grad. Assi rotatorju jista' jitħaddem permezz ta' apparat lineari, eż., vit jew fus bis-snien bl-ingranaġġ.

4.

Għall-finijiet ta' 1.B.2. in-numru ta' assi li jistgħu jkunu kkoordinati simultanjament għall-‘kontroll tal-kontorn’ huwa n-numru ta' assi li tulhom jew madwarhom, matul l-ipproċessar tal-oġġett li jinħadem, isiru movimenti simultanji u interrelatati bejn l-oġġett li jinħadem u l-għodda. Dan ma jinkludix kwalunkwe assi addizzjonali li tulu jew madwaru jsiru movimenti relattivi oħrajn fil-magna, bħal:

a.

Sistemi ta' preparazzjoni tal-mola f'magni tat-tisnin;

b

Assi rotatorji paralleli ddisinjati għall-immuntar ta' oġġetti li jinħadmu separati;

c.

Assi rotatorji kolineari ddisinjati għall-manipulazzjoni tal-istess oġġett li jinħadem billi jinżamm f'morsa minn truf differenti.

5.

Makkinarju għodda li għandu tal-inqas tnejn mit-tliet kapaċitajiet ta' tidwir, tħin jew tisnin (eż., magna ta' tidwir bil-kapaċità ta' titħin), għandu jiġi evalwat skont kull entrata applikabbli 1.B.2.a., 1.B.2.b. u 1.B.2.c.

6.

Il-punti 1.B.2.b.3 u 1.B.2.c.3 jinkludu magni bbażati fuq disinn kinematiku lineari parallel (eż., eżapodi) li għandhom 5 assi jew aktar li l-ebda wieħed minnhom mhu assi rotatorju.

1.B.3.   Magni, strumenti, jew sistemi ta' spezzjoni dimensjonali, kif ġejjin:

a.

Magni għall-kejl ta' koordinati (CMM) ikkontrollati minn kompjuter jew ikkontrollati numerikament li għandhom xi wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

1.

Ikollhom żewġ assi jew aktar u żball permissibbli massimu tal-kejl tat-tul ta' kwalunkwe assi (b'dimensjoni waħda), identifikat bħala kwalunkwe kombinament ta' E0x MPE, E0y MPE jew E0z MPE, daqs jew inqas (aħjar) minn (1,25 + L/1 000) μm (fejn L hu t-tul imkejjel f'mm) fi kwalunkwe punt tal-medda operattiva tal-magna (jiġifieri sat-tul tal-assi), skont ISO 10360-2(2009); jew

2.

Tliet assi jew aktar li għandhom żball permissibbli massimu tridimensjonali (volumetriku) tal-kejl tat-tul (E0, MPE daqs jew inqas (aħjar) minn (1.7 + L/800) μm (fejn L huwa t-tul imkejjel f'mm) fi kwalunkwe punt fil-medda operattiva tal-magna (jiġifieri fit-tul tal-assi), skont ISO 10360-2(2009).

Nota Teknika:

L-E0, MPE tal-aktar konfigurazzjoni preċiża tas-CMM speċifikata skont ISO 10360-2(2009) mill-manifattur (eż. l-aħjar fost dawn: sonda, tul tal-labra, parametri tal-moviment, ambjent) u bil-kumpensi kollha disponibbli għandu jitqabbel mal-limitu ta' 1.7 + L/ 800 μm μm.

b.

Strumenti għall-kejl ta' spostament lineari, kif ġej:

1.

Sistemi għall-kejl tat-tip bla kuntatt b'‘riżoluzzjoni’ daqs jew inqas (aħjar) minn 0,2 μm f'medda ta' kejl sa 0,2 mm;

2.

Sistemi ta' Transformer Differenzjali b'Voltaġġ Lineari (LVDT) li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

1.

‘Linearità’ daqs jew inqas (aħjar) minn 0.1 % imkejla minn 0 għall-medda operattiva sħiħa, għal LVDTs b'medda operattiva li tasal sa 5 mm; jew

2.

‘Linearità’ daqs jew inqas (aħjar) minn 0.1 % imkejla minn 0 sa 5 mm għal LVDTs b'medda operattiva akbar minn 5 mm; u

b.

Moviment kontinwu daqs jew inqas (aħjar) minn 0,1 % kuljum f'temperatura ambjentali standard ta' ± 1 K fil-kamra tal-ittestjar;

3.

Sistemi ta' kejl li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Ikun fihom laser; u

b.

Li jżommu mill-inqas 12 il-siegħa, f'medda ta' temperatura ta' ± 1 K f'temperatura standard u fi pressjoni standard:

1.

‘Riżoluzzjoni’ fuq l-iskala kollha tagħhom ta' 0,1 μm jew aħjar; u

2.

‘Inċertezza ta' kejl’ daqs jew aħjar (inqas) minn (0,2 + L/2 000) μm (L jirrappreżenta t-tul imkejjel f'millimetri);

Nota:

Il-Punt 1.B.3.b.3. ma jikkontrollax is-sistemi ta' kejl b'interferometri, mingħajr retroazzjoni permezz ta' ċirkwit magħluq jew miftuħ, li jkun fihom laser li jkejjel żbalji ta' moviment ta' slides fil-makkinarju għodda, magni għall-ispezzjoni dimensjonali jew tagħmir simili.

Nota Teknika:

Fil-Punt 1.B.3.b. ‘spostament lineari’ tfisser il-varjazzjoni fid-distanza bejn is-sonda ta' kejl u l-oġġett imkejjel.

c.

Strumenti għall-kejl ta' spostament angolari li għandhom ‘devjazzjoni ta' pożizzjoni angolari’ daqs jew aħjar (inqas ) minn 0.00025°;

Nota:

Il-Punt 1.B.3.c. ma jikkontrollax strumenti ottiċi, bħal awtokollimaturi, li jużaw dawl ikkollimat (eż., dawl tal-laser) sabiex jinqabad l-ispostament angolari ta' mera.

d.

Sistemi għall-ispezzjoni lineari-angolari simultanja ta' hemishells, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.

‘Inċertezza tal-kejl’ tul kwalunkwe assi lineari daqs jew inqas (aħjar) minn 3,5 μm għal kull 5 mm; u

2.

‘Devjazzjoni ta' pożizzjoni angolari’ daqs jew inqas minn 0.02°.

Noti:

1.

Il-Punt 1.B.3. jinkludi makkinarju għodda li jista' jintuża bħala magni għall-kejl jekk jilħqu jew jaqbżu l-kriterji speċifikati għall-funzjoni ta' magni tal-kejl.

2.

Il-magni deskritti fil-Punt 1.B.3. huma kkontrollati jekk jaqbżu il-limitu speċifikat fi kwalunkwe punt tal-medda operattiva tagħhom.

Nota Teknika:

Il-parametri kollha tal-valuri tal-kejl f'dan il-punt jirrappreżentaw devjazzjonijiet pożittivi jew negattivi (+/–), jiġifieri mhux il-banda totali.

1.B.4.   Fran tal-induzzjoni f'atmosfera kkontrollata (vakwu jew gass inert), u provvisti tal-enerġija għalihom, kif ġej:

a.

Fran li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Kapaċi jaħdmu b'temperaturi ogħla minn 1 123 K (850 °C);

2.

Serpentini tal-induzzjoni b'dijametru ta' 600 mm jew inqas; u

3.

Iddisinjati għal inputs tal-enerġija ta' 5 kW jew aktar;

Nota:

Il-Punt 1.B.4.a. ma jikkontrollax fran iddisinjati għall-ipproċessar ta' ‘wafers’ tas-semikondutturi.

b.

Provvisti tal-enerġija, b'output tal-enerġija speċifikat ta' 5 kW jew aktar, iddisinjati apposta għall-ifran speċifikati fil-Punt 1.B.4.a.

1.B.5.   ‘Pressi iżostatiċi’, u tagħmir relatat, kif ġej:

a.

‘Pressi iżostatiċi’ li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.

Kapaċi jilħqu pressjoni massima ta' tħaddim ta' 69 MPa jew aktar; u

2.

Kavità tal-kompartiment b'dijametru intern ta' aktar minn 152 mm;

b.

Punzuni, forom u kontrolli, iddisinjati apposta għall-‘pressi iżostatiċi’ speċifikati fil-Punt 1.B.5.a.

Noti tekniċi:

1.

Fil-Punt 1.B.5. ‘Pressi iżostatiċi’ tfisser tagħmir li kapaċi japplika pressjoni fuq kavità magħluqa permess ta' diversi mezzi (gass, likwidu, partiċelli solidi, eċċ.) biex tinħoloq pressjoni ugwali fid-direzzjonijiet kollha fil-kavità ta' oġġett li jinħadem jew materjal.

2.

Fil-Punt 1.B.5. id-dimensjoni interna tal-kompartiment hi dik tal-kompartiment li fih jintlaħqu kemm it-temperatura ta' tħaddim kif ukoll il-pressjoni ta' tħaddim u ma tinkludix it-tagħmir fiss. Dik id-dimensjoni tkun daqs id-dijametru intern tal-kompartiment ta' pressjoni jew id-dijametru intern tal-kompartiment tal-fran insulati, skont liema jkun l-iżgħar, li jiddependi fuq liema miż-żewġ kompartimenti jinsab fl-ieħor.

1.B.6.   Sistemi, tagħmir u komponenti għall-ittestjar tal-vibrazzjoni kif ġej:

a.

Sistemi elettrodinamiċi għall-ittestjar tal-vibrazzjoni, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Għandhom tekniki ta' retroazzjoni jew ta' ċirkwit magħluq u li jinkorporaw unitajiet ta' kontroll diġitali;

2.

Huma kapaċi jivvibraw b'10 g RMS jew aktar bejn 20 u 2 000 Hz; u

3.

Huma kapaċi jagħtu forza ta' 50 kN jew akbar, imkejla b'‘mejda vojta’;

b.

Unitajiet ta' kontroll diġitali, flimkien ma' ‘software’ ddisinjat apposta għall-ittestjar tal-vibrazzjoni, b'faxxa tal-frekwenza f'ħin reali akbar minn 5 kHz u ddisinjat għal sistema speċifikata fil-Punt 1.B.6.a.;

c.

Magni li jagħtu mbuttatura b'vibrazzjoni (unitajiet ta' vibrazzjoni), b'amplifikaturi assoċjati jew mingħajr, li kapaċi jagħtu forza ta' 50 kN jew akbar, imkejla b‘mejda vojta’, u li jistgħu jintużaw għas-sistemi speċifikati fil-Punt 1.B.6.a.;

d.

Strutturi li jsostnu l-parti għall-ittestjar u unitajiet elettroniċi ddisinjati sabiex jgħaqqdu unitajiet ta' vibrazzjoni multipli f'sistema ta' vibrazzjoni li hi kapaċi tipprovdi forza effettiva kkombinata daqs jew akbar minn 50 kN, imkejla b‘mejda vojta’, u li jistgħu jintużaw fis-sistemi ta' vibrazzjoni speċifikati fil-Punt 1.B.6.a.

Nota Teknika:

Fil-Punt 1.B.5. ‘mejda vojta’ tfisser mejda ċatta, jew wiċċ, mingħajr tagħmir fiss jew imwaħħal.

1.B.7.   Fran metalurġiċi għat-tidwib u l-ikkastjar f'vakwu jew atmosfera oħra kkontrollata u tagħmir relatat, kif ġej:

a.

Tagħmir ta' ‘Arc remelt’ u fran għall-ikkastjar li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.

Kapaċitajiet ta' elettrodu konsumibbli bejn 1 000 u 20 000 cm3; u

2.

Kapaċi jaħdmu b'temperaturi ta' tidwib ogħla minn 1 973 K (1 700 °C);

b.

Fran għat-tidwib b'raġġ ta' elettroni u fran ta' atomizzazzjoni u tidwib ta' plażma, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.

Qawwa ta' 50 kW jew akbar; u

2.

Kapaċi jaħdmu b'temperaturi ta' tidwib ogħla minn 1 473 K (1 200 °C);

c.

Sistemi ta' kontroll u monitoraġġ permezz ta' kompjuter ikkonfigurati apposta għal kwalunkwe wieħed mill-ifran speċifikati fil-Punt 1.B.7.a. jew 1.B.7.b.

1.C   MATERJALI

Xejn.

1.D.   SOFTWARE

1.D.1.   ‘Software’ iddisinjat apposta jew modifikat għall-‘użu’ ta' tagħmir speċifikat fil-Punti 1.A.3., 1.B.1., 1.B.3., 1.B.5., 1.B.6.a., 1.B.6.b., 1.B.6.d. jew 1.B.7.

Nota:

‘Software’ iddisinjat apposta jew modifikat għal sistemi speċifikati fil-Punti 1.B.3.d. jinkludi ‘software’ għal kejl simultanju tal-ħxuna tal-ħajt u l-kontorn.

1.D.2.   ‘Software’ iddisinjat apposta jew modifikat għall-‘iżvilupp’, il-‘produzzjoni’ jew l-‘użu’ ta' tagħmir speċifikat fil-Punt 1.B.2.

Nota:

Il-Punt 1.D.2. ma jikkontrollax ‘software’ tal-ipprogrammar ta' partijiet li jiġġenera kodiċijiet ta' kmand ta' ‘kontroll numeriku’ iżda ma jippermettix l-użu dirett ta' tagħmir għat-tħaddim ta' diversi partijiet.

1.D.3.   ‘Software’ għal kwalunkwe kombinament ta' apparati jew sistemi elettroniċi li jippermettu tali apparat(i) jaħdem bħala unità ta' ‘kontroll numeriku’ għal makkinarju għodda, li huwa kapaċi li jikkontrolla ħames assi interpolati jew aktar li jistgħu jkunu kkoordinati simultanjament għall-‘kontroll tal-kontorn’.

Noti:

1

Is-‘software’ huwa kkontrollat kemm jekk esportat separatament kif ukoll jekk jinsab f'unità ta' ‘kontroll numeriku’ jew kwalunkwe apparat jew sistema elettronika.

2.

Il-Punt 1.D.3. ma jikkontrollax ‘software’ iddisinjat apposta jew modifikat mill-manifatturi tal-unità ta' kontroll jew il-makkinarju għodda biex jopera makkinarju għodda li mhuwiex speċifikat fil-Punt 1.B.2.

1.E.   TEKNOLOĠIJA

1.E.1.   ‘Teknoloġija’ skont il-Kontrolli tat-Teknoloġija għall-‘iżvilupp’, il-‘produzzjoni’ jew l-‘użu’ ta' tagħmir, materjal jew ‘software’ speċifikat f'1.A. sa 1.D.

2.   MATERJALI

2.A.   TAGĦMIR, MUNTATURI U KOMPONENTI

2.A.1.   Griġjoli magħmula minn materjali reżistenti għall-metalli aktinidi likwidi, kif ġej:

a.

Griġjoli li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.

Volum ta' bejn il-150 cm3 (150 ml) u 8 000 cm3 (8 l (litri)); u

2.

Magħmula minn jew miksija b'xi wieħed mill-materjali li ġejjin, jew kombinament tal-materjali li ġejjin, li jkollhom livell totali ta' impurità ta' 2 % jew inqas skont il-piż:

a.

Fluworidu tal-kalċju (CaF2);

b.

Żirkonat tal-kalċju (metażirkonat) (CaZrO3);

c.

Sulfid taċ-ċerju (Ce2S3);

d.

Ossidu tal-erbju (erbja) (Er2O3);

e.

Ossidu tal-afnju (afnja) (HfO2);

f.

Ossidu tal-manjeżju (MgO);

g.

Liega tan-nijobju-titanju-tungstenu nitrurat (bejn wieħed u ieħor 50 % Nb, 30 % Ti, 20 % W);

h.

Ossidu ta' ittriju (ittrija) (Y2O3); jew

i.

Ossidu taż-żirkonju (żirkonja) (ZrO2);

b.

Griġjoli li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.

Volum ta' bejn il-50 cm3 (50 ml) u 2 000 cm3 (2 litri); u

2.

Magħmula minn jew miksija bit-tantalu, li għandhom purezza ta' 99,9 % jew aktar skont il-piż;

c.

Griġjoli li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Volum ta' bejn il-50 cm3 (50 ml) u 2 000 cm3 (2 litri); u

2.

Magħmula minn jew miksija bit-tantalu, li għandhom purezza ta' 98 % jew aktar skont il-piż; u

3.

Miksija bil-karbur, in-nitrur, il-borur tat-tantalu jew kwalunkwe kombinament ta' dawn.

2.A.2.   Katalizzaturi miksijin bil-platinu ddisinjati apposta jew ippreparati għall-promozzjoni tar-reazzjoni ta' skambju iżotopiku tal-idroġenu bejn l-idroġenu u l-ilma għall-irkuprar tat-tritju mill-ilma tqil jew għall-produzzjoni ta' ilma tqil.

2.A.3.   Strutturi komposti fil-forma ta' tubi u li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Dijametru intern ta' bejn 75 mm u 400 mm; u

b.

Magħmulin minn kwalunkwe wieħed mill-‘materjali fibrużi u filamentari’ speċifikati fil-Punt 2.C.7.a. jew minn materjali preimprenjati bil-karbonju speċifikati fil-Punt 2.C.7.c.

2.B.   TAĦGMIR TAL-ITTESTJAR U L-PRODUZZJONI

2.B.1.   Faċilitajiet jew impjanti tat-tritju, u t-tagħmir għalihom, kif ġej:

a.

Faċilitajiet jew impjanti għall-produzzjoni, l-irkupru, l-estrazzjoni, il-konċentrazzjoni jew l-immaniġġar tat-tritju;

b.

Tagħmir għal faċilitajiet jew impjanti tat-tritju, kif ġej:

1.

Unitajiet tar-refriġerazzjoni bl-idroġenu jew bl-elju li kapaċi jkessħu sa 23 K (– 250 °C) jew inqas, b'kapaċità għat-tneħħija ta' sħana ogħla minn 150 W;

2.

Sistemi ta' ħażna jew ta' purifikazzjoni tal-iżotopi tal-idroġenu bl-użu ta' idruri metalliċi bħala l-mezz tal-ħażna jew tal-purifikazzjoni.

2.B.2.   Faċilitajiet jew impjanti għas-separazzjoni tal-iżotopi tal-litju, u s-sistemi u t-tagħmir għalihom, kif ġej:

N.B.:

Ċertu tagħmir għas-separazzjoni tal-iżotopi tal-litju u l-komponenti għall-proċess tas-separazzjoni tal-plażma (PSP) huma wkoll applikabbli direttament għas-separazzjoni tal-iżotopi tal-uranju u huma kkontrollati skont id-dokument INFCIRC/254 Parti 1 (kif emendat).

a.

Faċilitajiet jew impjanti għas-separazzjoni tal-iżotopi tal-litju;

b.

Tagħmir għas-separazzjoni tal-iżotopi tal-litju, abbażi tal-proċess tal-amalgama tal-litju-merkurju, kif ġej:

1.

Kolonni ta' skambju likwidu-likwidu ppakkjati ddisinjati apposta għall-amalgami tal-litju;

2.

Pompi għall-amalgama tal-merkurju jew tal-litju;

3.

Ċelloli tal-elettroliżi tal-amalgama tal-litju;

4.

Evaporaturi għal soluzzjoni konċentrata ta' idrossidu tal-litju;

c.

Sistemi ta' skambju tal-joni ddisinjati apposta għas-separazzjoni tal-iżotopi tal-litju, u komponenti ddisinjati apposta għalihom;

d.

Sistemi ta' skambju kimiku (li jużaw eteri kuruna, kriptandi u eteri tal-larjat), iddisinjati apposta għas-separazzjoni tal-iżotopi tal-litju, u komponenti ddisinjati apposta għalihom.

2.C.   MATERJALI

2.C.1.   Liegi tal-aluminju li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

‘Kapaċi għal’ limitu ta' reżistenza għat-tensjoni ta' 460 MPa jew aktar f'temperatura ta' 293 K (20 °C); u

b.

Fil-forma ta' tubi jew forom solidi ċilindriċi (inklużi foroġ) b'dijametru estern ta' aktar minn 75 mm.

Nota Teknika:

Fil-Punt 2.C.1. il-frażi ‘kapaċi għal’ tinkorpora liegi tal-aluminju qabel jew wara t-trattament tas-sħana.

2.C.2.   Metall tal-berillju, liegi li fihom aktar minn 50 % berillju skont il-piż, komposti tal-berillju, manifatturi tagħhom, u skart jew fdal ta' xi wieħed minn dawn ta' hawn fuq.

Nota:

Il-Punt 2.C.2. ma jikkontrollax dawn li ġejjin:

a.

Twieqi tal-metall għal magni tar-raġġi-X, jew għal apparat għar-reġistrazzjoni tad-dettalji tal-ispieri;

b.

Għamliet ta' ossidu f'forom iffabbrikati jew semiffabbrikati ddisinjati apposta għal partijiet ta' komponenti elettroniċi jew bħala sottostrati għal ċirkwiti elettroniċi;

c.

Berill (silikat ta' berillju u aluminju) fil-forma ta' żmeraldi jew akkwamarini.

2.C.3.   Bismut li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Purezza ta' 99,99 % jew akbar skont il-piż; u

b.

Li fih inqas minn 10 ppm (partijiet kull miljun) skont il-piż tal-fidda.

2.C.4.   Boron miżjud fl-iżotopu boron-10 (10B) għal aktar mill-abbundanza iżotopika naturali tiegħu, kif ġej: boron elementali, komposti, taħlitiet li fihom il-boron, manifatturi tagħhom, skart jew fdal ta' xi wieħed minn dawn imsemmijin.

Nota:

Fil-Punt 2.C.4. taħlitiet li fihom il-boron jinkludu materjali mimlija bil-boron.

Nota Teknika:

L-abbundanza iżotopika naturali tal-boron-10 hija bejn wieħed u ieħor 18,5 perċentwali skont il-piż (20 perċentwali ta' atomi).

2.C.5.   Kalċju li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Fih inqas minn 1 000 parti kull miljun skont il-piż ta' impuritajiet metalliċi minbarra l-manjeżju; u

b.

Fih inqas minn 10 partijiet kull miljun skont il-piż tal-boron.

2.C.6.   Klorin trifluworid (ClF3).

2.C.7.   ‘Materjali fibrużi jew filamentari’, jew preimprenjati, kif ġej:

a.

‘Materjali fibrużi jew filamentari’ tal-karbonju jew tal-aramid li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

‘Modulu speċifiku’ ta' 12.7 × 106 m jew akbar; jew

2.

‘Reżistenza għat-tensjoni speċifika’ ta' 23.5 × 104 m jew akbar;

Nota:

Il-Punt 2.C.7.a. ma jikkontrollax ‘materjali fibrużi jew filamentari’ tal-aramid li jkollhom 0.25 % jew aktar skont il-piż ta' modifikatur ta' wiċċ tal-fibra bbażat fuq l-esteri.

b.

‘Materjali fibrużi jew filamentari’ tal-ħġieġ li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.

‘Modulu speċifiku’ ta' 3.18 × 106 m jew akbar; u

2.

‘Reżistenza għat-tensjoni speċifika’ ta' 7.62 × 104 m jew akbar;

c.

‘Ħjut’, ‘faxex tal-fibra’, ‘wajers’ jew ‘tejps’ kontinwi imprenjati b'reżina fformata bis-sħana b'wisa' ta' 15 mm jew inqas (preimprenjati), magħmula minn ‘materjali fibrużi jew filamentari’ tal-karbonju jew tal-ħġieġ speċifikati fil-Punt 2.C.7.a. jew il-Punt 2.C.7.b.

Nota Teknika:

Ir-reżina tifforma l-matriċi tal-kompost.

Noti tekniċi:

1.

Fil-Punt 2.C.7. ‘Modulu speċifiku’ huwa l-modulu ta' Young f'N/m2 diviż bil-piż speċifiku f'N/m3 meta mkejjel f'temperatura ta' 296 ± 2 K (23 ± 2 °C) u umdità relattiva ta' 50 ± 5 %.

2.

Fil-Punt 2.C.7. Ir-‘reżistenza għat-tensjoni speċifika’ hija l-limitu ta' reżistenza għat-tensjoni f'N/m2 diviż bil-piż speċifiku f'N/m3 meta mkejjel f'temperatura ta' 296 ± 2 K (23 ± 2 °C) u umdità relattiva ta' 50 ± 5 %.

2.C.8.   Metall tal-afnju, liegi li fihom aktar minn 60 % ta' afnju skont il-piż, komposti tal-afnju li fihom aktar minn 60 % ta' afnju skont il-piż, manifatturi tagħhom, u skart jew fdal ta' xi wieħed minn dawn imsemmijin.

2.C.9.   Litju miżjud fl-iżotopu tal-litju-6 (6Li) għal aktar mill-abbundanza iżotopika naturali tiegħu u prodotti u apparati li fihom il-litju miżjud, kif ġej: litju elementali, liegi, komposti, taħlitiet li fihom il-litju, manifatturi tagħhom, skart jew fdal ta' xi wieħed minn dawn imsemmijin.

Nota:

Il-Punt 2.C.9. ma jikkontrollax dożimetri termoluminixxenti.

Nota Teknika:

L-abbundanza iżotopika naturali tal-litju-6 hija bejn wieħed u ieħor 6,5 perċentwali skont il-piż (7,5 perċentwali ta' atomi).

2.C.10.   Manjesju li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Fih inqas minn 200 parti kull miljun skont il-piż ta' impuritajiet metalliċi minbarra l-kalċju; u

b.

Fih inqas minn 10 partijiet kull miljun skont il-piż tal-boron.

2.C.11.   Azzar ‘maraging’‘kapaċi għal’ limitu ta' reżistenza għat-tensjoni ta' 1 950 MPa jew aktar f'293 K (20 °C);

Nota:

Il-Punt 2.C.11. ma jikkontrollax forom li d-dimensjonijiet lineari kollha tagħhom huma 75 mm jew inqas.

Nota Teknika:

Fil-Punt 2.C.11. il-frażi ‘kapaċi għal’ tinkorpora azzar ‘maraging’ qabel jew wara t-trattament tas-sħana.

2.C.12.   Radju-226 (226Ra), liegi tar-radju-226, komposti tar-radju-226, taħlitiet li fihom ir-radju-226, manifatturi tagħhom, u prodotti jew apparati li fihom xi wieħed minn dawn imsemmijin.

Nota:

Il-Punt 2.C.12. ma jikkontrollax dawn li ġejjin:

a.

Applikaturi mediċi;

b.

Prodott jew apparat li fih inqas minn 0,37 GBq ta' radju-226.

2.C.13.   Liegi tat-titanju li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

‘Kapaċi għal’ limitu ta' reżistenza għat-tensjoni ta' 900 MPa jew aktar f'temperatura ta' 293 K (20 °C); u

b.

Fil-forma ta' tubi jew forom solidi ċilindriċi (inklużi foroġ) b'dijametru estern ta' aktar minn 75 mm.

Nota Teknika:

Fil-Punt 2.C.13. il-frażi ‘kapaċi għal’ tinkorpora liegi tat-titanju qabel jew wara t-trattament tas-sħana.

2.C.14.   Tungstenu, karbur tat-tungstenu, u liegi li fihom aktar minn 90 % ta' tungstenu skont il-piż, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

F'forom b'simmetrija ċilindrika vojta (inkluż partijiet taċ-ċilindru) b'dijametru intern bejn 100 u 300 mm; u

b.

Massa akbar minn 20 kg.

Nota:

Il-Punt 2.C.14. ma jikkontrollax manifatturi ddisinjati apposta bħala piżijiet jew kollimaturi tar-raġġi gamma.

2.C.15.   Żirkonju b'kontenut tal-afnju ta' inqas minn parti waħda ta' afnju għal kull 500 parti żirkonju skont il-piż, kif ġej: metall, liegi li fihom aktar minn 50 % ta' żirkonju skont il-piż, komposti, manifatturi tagħhom, skart jew fdal ta' xi wieħed minn dawn imsemmijin.

Nota:

Il-Punt 2.C.15 ma jikkontrollax iż-żirkonju fil-forma ta' fojl li għandu ħxuna ta' 0,10 mm jew inqas.

2.C.16.   Trab tan-nikil u metall poruż tan-nikil, kif ġej:

N.B.:

Għal trab tan-nikil li huwa ppreparat apposta għall-manifattura ta' barrieri għad-diffużjoni gassuża ara d-dokument INFCIRC/254/Parti 1 (kif emendat).

a.

Trab tan-nikil li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.

Kontenut ta' purezza tan-nikil ta' 99,0 % jew akbar skont il-piż; u

2.

Daqs medju ta' partiċella ta' inqas minn 10 μm imkejjel bl-istandard tal-ASTM B 330;

b.

Metall poruż tan-nikil prodott mill-materjali speċifikati fil-Punt 2.C.16.a.

Nota:

Il-Punt 2.C.16. ma jikkontrollax dawn li ġejjin:

a.

Trab filamentari tan-nikil;

b.

Folji singoli tal-metall tan-nikil porużi b'erja ta' 1 000 cm2 għal kull folja jew inqas.

Nota Teknika:

Il-Punt 2.C.16.b. jirreferi għal metall poruż ifformat permezz tal-ikkompattar u s-sinterizzazzjoni tal-materjal fil-Punt 2.C.16.a. biex jiġi fformat materjal tal-metall b'pori fini interkonnessi fl-istruttura kollha.

2.C.17.   Tritju, komposti tat-tritju, taħlitiet li fihom it-tritju fejn il-proporzjon tal-atomi tat-tritju ma' dawk tal-idroġenu hu ogħla minn parti waħda għal kull 1 000, u prodotti jew apparati li fihom xi wieħed minn dawn imsemmijin.

Nota:

Il-Punt 2.C.17. ma jikkontrollax prodott jew apparat li fih inqas minn 1,48 × 103 GBq ta' tritju.

2.C.18.   Elju-3 (3He), taħlitiet li fihom l-elju-3, u prodotti jew apparati li fihom xi wieħed minn dawn imsemmijin.

Nota:

Il-Punt 2.C.18. ma jikkontrollax prodott jew apparat li jkollu inqas minn 1 g ta' elju-3.

2.C.19.   Radjunuklidi adatti biex jinħolqu sorsi tan-newtroni bbażati fuq ir-reazzjoni alpha-n:

Attinju 225

Kurju 244

Polonju 209

Attinju 227

Einsteinju 253

Polonju 210

Kalifornju 253

Einsteinju 254

Radju 223

Kurju 240

Gadolinju 148

Torju 227

Kurju 241

Plutonju 236

Torju 228

Kurju 242

Plutonju 238

Uranju 230

Kurju 243

Polonju 208

Uranju 232

Fil-forom li ġejjin:

a.

Elementali;

b.

Komposti li għandhom attività totali ta' 37 GBq/kg jew akbar;

c.

Taħlitiet li għandhom attività totali ta' 37 GBq/kg jew akbar;

d.

Prodotti jew apparati li fihom xi wieħed minn dawn imsemmijin.

Nota:

Il-Punt 2.C.19. ma jikkontrollax prodott jew apparat li jkollu inqas minn 3.7 GBq ta' attività.

2.C.20.   Renju, u liegi li fihom 90 % jew aktar skont il-piż ta' renju; liegi tar-renju u t-tungstenu li fihom 90 % jew aktar skont il-piż ta' kwalunkwe kombinament ta' renju u tungstenu, li fihom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

F'forom b'simmetrija ċilindrika vojta (inkluż partijiet taċ-ċilindru) b'dijametru intern bejn 100 u 300 mm; u

b.

Massa ta' aktar minn 20 kg.

2.D.   SOFTWARE

Xejn

2.E.   TEKNOLOĠIJA

2.E.1.   ‘Teknoloġija’ skont il-Kontrolli tat-Teknoloġija għall-‘iżvilupp’, il-‘produzzjoni’ jew l-‘użu’ ta' tagħmir, materjal jew ‘software’ speċifikati f'2.A. sa 2.D.

3.   TAGĦMIR U KOMPONENTI GĦAS-SEPARAZZJONI TAL-IŻOTOPI TAL-URANJU (Minbarra l-Punti tal-Lista Bażika)

3.A.   TAGĦMIR, MUNTATURI U KOMPONENTI

3.A.1.   Varjaturi jew ġeneraturi tal-frekwenza, li jistgħu jintużaw bħala muturi bi frekwenza varjabbli jew fissa, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

N.B.1:

Varjaturi u ġeneraturi tal-frekwenza ddisinjati apposta jew ippreparati għall-proċess taċ-ċentrifugu tal-gass huma kkontrollati skont INFCIRC/254/Parti 1 (kif emendat).

N.B.2:

‘Software’ ddisinjat apposta biex itejjeb jew jirrilaxxa l-prestazzjoni ta' varjaturi jew ġeneraturi tal-frekwenza sabiex jiġu ssodisfati l-karatteristiċi fil-Punti 3.D.2 u 3.D.3.

a.

Output multifażi li kapaċi jipprovdi qawwa ta' 40 VA jew akbar;

b.

Jopera bi frekwenzi ta' 600 Hz jew aktar; u

c.

Kontroll tal-frekwenza aħjar (inqas) minn 0,2 %.

Noti:

1.

Il-Punt 3.A.1. jikkontrolla biss varjaturi tal-frekwenza maħsubin għal makkinarju industrijali speċifiku u/jew prodotti tal-konsumatur (makkinarju għodda, vetturi, eċċ.) jekk il-varjaturi tal-frekwenza jkunu jistgħu jissodisfaw il-karatteristiċi ta' hawn fuq meta jitneħħew, u soġġett għan-Nota Ġenerali 3.

2.

Għall-iskop tal-kontroll tal-esportazzjoni, il-Gvern ser jiddetermina jekk varjatur partikolari tal-frekwenza jissodisfax il-karatteristiċi ta' hawn fuq jew le, waqt li jitqiesu r-restrizzjonijiet tal-hardware u s-software.

Noti Tekniċi:

1.

Varjaturi tal-frekwenza fil-Punt 3.A.1. huma magħrufa wkoll bħala konvertituri jew invertituri.

2.

Il-karattersitiċi speċifikati fil-Punt 3.A.1. jistgħu jiġu sodisfatti permezz ta' ċertu tagħmir ikkummerċjalizzat bħal: Ġeneraturi, Tagħmir għal Testijiet Elettroniċi, Provvisti tal-Enerġija AC, Varjaturi Motoriċi tal-Veloċità, Varjaturi tal-Veloċità (VSDs), Varjaturi tal-Frekwenza (VFDs), Varjaturi tal-Frekwenza Aġġustabbli (AFDs), jew Varjaturi tal-Veloċità Aġġustabbli (ASDs).

3.A.2.   Lasers, amplifikaturi u oxxillaturi tal-laser kif ġej:

a.

Lasers tal-fwar tar-ram li għandhom dawn iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.

Joperaw f'tul ta' mewġa bejn 500 nm u 600 nm; u

2.

Output medju tal-enerġija daqs jew akbar minn 30 W;

b.

Lasers tal-jon argon li għandhom dawn iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.

Joperaw f'tul ta' mewġa bejn 400 nm u 515 nm; u

2.

Output medju tal-enerġija akbar minn 40 W;

c.

Lasers miżjuda bin-neodimju (minbarra l-ħġieġ) b'tul ta' mewġa tal-output bejn 1 000 u 1 100 nm li għandhom wieħed minn dawn li ġejjin:

1.

Attivati b'impuls u bi swiċċ Q b'durata tal-impuls ta' 1 ns jew akbar, u li għandhom wieħed minn dawn li ġejjin:

a.

Output b'modalità trasversali unika b'output medju tal-enerġija akbar minn 40 W; jew

b.

Output b'modalità trasversali multipla b'output medju tal-enerġija akbar minn 50 W;

jew

2.

Jistgħu jirdoppjaw il-frekwenza biex jagħti tul ta' mewġa tal-output bejn 500 u 550 nm b'output medju tal-enerġija akbar minn 40 W;

d.

Oxxillaturi laser b'koloranti intonabbli b'modalità unika u b'impulsi li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Joperaw f'tul ta' mewġa bejn 300 nm u 800 nm;

2.

Output medju tal-enerġija akbar minn 1 W;

3.

Rata ta' ripetizzjoni akbar minn 1 kHz; u

4.

Wisa' tal-impuls inqas minn 100 ns;

e.

Amplifikaturi u oxxillaturi tal-laser b'koloranti intonabbli u b'impulsi, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Joperaw f'tul ta' mewġa bejn 300 nm u 800 nm;

2.

Output medju tal-enerġija akbar minn 30 W;

3.

Rata ta' ripetizzjoni akbar minn 1 kHz; u

4.

Wisa' tal-impuls inqas minn 100 ns;

Nota:

Il-Punt 3.A.2.e. ma jikkontrollax oxxillaturi b'modalità unika;

f.

Lasers bl-alessandrite li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Joperaw f'tul ta' mewġa bejn 720 nm u 800 nm;

2.

Faxxa tal-frekwenza ta' 0.005nm jew inqas;

3.

Rata ta' ripetizzjoni akbar minn 125 Hz; u

4.

Output medju tal-enerġija akbar minn 30 W;

g.

Lasers tad-diossidu tal-karbonju b'impulsi li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Joperaw f'tul ta' mewġa bejn 9 000 nm u 11 000 nm;

2.

Rata ta' ripetizzjoni akbar minn 250 Hz

3.

Output medju tal-enerġija akbar minn 500 W; u

4.

Wisa' tal-impuls ta' inqas minn 200 ns;

Nota:

Il-Punt 3.A.2.g. ma jikkontrollax lasers tas-CO2 industrijali b'enerġija ogħla (tipikament minn 1 sa 5kW) li jintużaw f'applikazzjonijiet bħall-qtugħ u wweldjar, peress li dawn il-lasers tal-aħħar jużaw mewġa kontinwa jew jużaw impuls li jkollu wisa' tal-impuls akbar minn 200 ns.

h.

Excimer lasers b'impulsi (XeF, XeCl, KrF) li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Joperaw f'tul ta' mewġa bejn 240 nm u 360 nm;

2.

Rata ta' ripetizzjoni akbar minn 250 Hz; u

3.

Output medju tal-enerġija akbar minn 500 W;

i.

Sfażaturi Raman bil-paraidroġenu ddisinjati biex joperaw fuq tul ta' mewġa tal-output ta' 16 μm u b'rata ta' ripetizzjoni akbar minn 250 Hz.

j.

Lasers tal-monossidu tal-karbonju b'impulsi li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Joperaw f'tul ta' mewġa bejn 5 000 nm u 6 000 nm;

2.

Rata ta' ripetizzjoni akbar minn 250 Hz;

3.

Output medju tal-enerġija akbar minn 200 W; u

4.

Wisa' tal-impuls inqas minn 200 ns;

Nota:

Il-Punt 3.A.2.j. ma jikkontrollax lasers CO industrijali b'enerġija ogħla (tipikament minn 1 sa 5kW) li jintużaw f'applikazzjonijiet bħall-qtugħ u wweldjar, peress li dawn il-lasers tal-aħħar jużaw mewġa kontinwa jew jużaw impuls li jkollu wisa' tal-impuls akbar minn 200 ns.

3.A.3.   Valvi li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

Daqs nominali ta' 5 mm jew akbar;

b.

Ikollhom siġill bl-imniefaħ; u

c.

Magħmula fl-intier tagħhom minn jew miksija bl-aluminju, liega tal-aluminju, nikil jew liega tan-nikil li fihom aktar minn 60 % nikil skont il-piż.

Nota Teknika:

Għall-valvi b'dijametri differenti għad-dħul u l-ħruġ, il-parametru ta' daqs nominali fil-Punt 3.A.3.a. jirreferi għall-iżgħar dijametru.

3.A.4.   Elettromanjeti tas-solenojd superkonduttivi li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

Kapaċi joħolqu kampi manjetiċi akbar minn 2 T;

b.

Proporzjon ta' tul għad-dijametru intern akbar minn 2;

c.

Dijametru intern akbar minn 300 mm; u

d.

Uniformità tal-kamp manjetiku aħjar minn 1 % fuq il-50 % tal-parti ċentrali tal-volum intern.

Nota:

Il-Punt 3.A.4. ma jikkontrollax kalamiti ddisinjati apposta u esportati bħala parti minn sistemi ta' ħolqien ta' immaġni b'reżonanza manjetika nukleari medika (NMR).

N.B.:

Bħala parti minn, ma tfissirx neċessarjament parti fiżika fl-istess kunsinna. Kunsinni separati minn sorsi differenti huma permessi, sakemm id-dokumenti tal-esportazzjoni relatati jispeċifikaw b'mod ċar ir-relazzjoni bħala parti minn.

3.A.5.   Provvisti tal-enerġija b'kurrent dirett ta' voltaġġ għoli li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Kapaċi jipproduċu kontinwament, fuq perijodu ta' ħin ta' 8 sigħat, 100 V jew aktar b'output ta' kurrent ta' 500 A jew aktar; u

b.

Kurrent jew stabbiltà ta' voltaġġ aħjar minn 0,1 % fuq perijodu ta' ħin ta' 8 sigħat.

3.A.6.   Provvisti tal-enerġija b'kurrent dirett ta' voltaġġ għoli li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Kapaċi jipproduċu kontinwament, fuq perijodu ta' ħin ta' 8 sigħat, 20 kV jew aktar b'output ta' kurrent ta' 1 A jew aktar; u

b.

Stabbiltà tal-kurrent jew tal-voltaġġ aħjar minn 0,1 % fuq perijodu ta' ħin ta' 8 sigħat.

3.A.7.   It-tipi kollha ta' transdjusers tal-pressjoni kapaċi jkejlu pressjonijiet assoluti u li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

Elementi ta' sensjar tal-pressjoni magħmula minn jew protetti b'aluminju, liega tal-aluminju, ossidu tal-aluminju (alumina jew żafir), nikil jew liega tan-nikil b'aktar minn 60 % nikil skont il-piż; jew polimeri tal-idrokarbur fluworinat kompletament;

b.

Siġilli, jekk hemm, li huma essenzjali għall-issiġillar tal-element ta' sensjar tal-pressjoni, u f'kuntatt dirett mal-mezz tal-proċess, magħmul jew protett mill-aluminju, liegi tal-aluminju, ossidu tal-aluminju (alumina jew żafir), nikil, liegi tan-nikil b'aktar minn 60 % nikil bil-piż, jew polimeri tal-idrokarbur fluworinat kompletament; u

c.

Li jkollhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

Skala sħiħa ta' inqas minn 13 kPa u ‘preċiżjoni’ aħjar minn ±1 % ta' skala sħiħa; u

2.

Skala sħiħa ta' 13 kPa jew akbar u ‘preċiżjoni’ aħjar minn ± 130 Pa meta mkejla bi 13 kPa.

Noti tekniċi:

1.

Fil-Punt 3.A.7. it-transdjusers tal-pressjoni huma apparati li jaqilbu l-kejl tal-pressjoni f'sinjal.

2.

Fil-Punt 3.A.7. ‘preċiżjoni’ tinkludi nonlinearità, istereżi u ripetibbiltà f'temperatura ambjentali.

3.A.8.   Pompi tal-vakwu li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

Id-daqs tal-iżgħar parti tad-dħul daqs jew akbar minn 380 mm;

b.

Il-veloċità tal-ippumpjar daqs jew akbar minn 15 m3/s; u

c.

Kapaċi jipproduċu vakwu finali aħjar minn 13.3 mPa.

Noti Tekniċi:

1.

Il-veloċità tal-ippumpjar hi ddeterminata fil-punt tal-kejl b'gass tan-nitroġenu jew arja.

2.

Il-vakwu finali hu ddeterminat fid-dħul tal-pompa bid-dħul tal-pompa bblokkat.

3.A.9   Kompressuri tat-tip skroll b'siġill bl-imniefaħ u pompi tal-vakwu tat-tip skroll b'siġill bl-imniefaħ li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

Kapaċi jkollhom rata ta' fluss tal-volum ta' dħul ta' 50 m3/h jew aktar;

b.

Kapaċi jkollhom proporzjon tal-pressjoni ta' 2:1 jew aktar; u

c.

Ikollhom l-uċuħ kollha li jiġu f'kuntatt mal-gass tal-proċess magħmulin minn xi wieħed mill-materjali li ġejjin:

1.

Aluminju jew liega tal-aluminju;

2.

Ossidu tal-aluminju;

3.

Azzar inossidabbli;

4.

Nikil jew liegi tan-nikil;

5.

Bronż fosforuż; jew

6.

Fluworopolimeri.

Noti tekniċi:

1.

F'kompressur tat-tip skroll jew pompa bil-vakwu, il-kompartimenti tal-gass f'forma ta' nofs qamar jinqabdu bejn par wieħed jew aktar ta' paletti spirali magħqudin, jew skrollijiet, li wieħed minnhom ikun jiċċaqlaq filwaqt li l-ieħor jibqa' fl-istess post. L-iskroll li jiċċaqlaq idur madwar l-iskroll li jibqa' f'postu, ma jagħmilx rotazzjoni. Hekk kif l-iskroll li jiċċaqlaq idur madwar l-iskroll li jibqa' f'postu, il-kompartimenti tal-gass isiru iżgħar (jiġifieri jiġu kkompressati) hekk kif jimxu lejn il-punt ta' ħruġ tal-magna.

2.

F'kompressur tat-tip skroll b'siġill bl-imniefaħ jew pompa tal-vakwu, il-gass tal-proċess jiġi iżolat kompletament mill-partijiet lubrikati tal-pompa u mill-atmosfera esterna permezz ta' mniefaħ tal-metall. Tarf wieħed tal-imniefaħ ikun imwaħħal mal-iskroll li jimxi u t-tarf l-ieħor ikun imwaħħal mas-sapport li jibqa' f'postu tal-pompa.

3.

Il-fluworopolimeri jinkludu, iżda mhumiex limitati għall-materjali li ġejjin:

a.

Politetrafluworoetilen (PTFE),

b.

Propilen Etilen Fluworinat (FEP),

c.

Perfluworoalkoksi (PFA),

d.

Poliklorotrifluworoetilen (PCTFE); u

e.

Viniliden fluworidu-eksafluworopropilen kopolimer.

3.B.   TAĦGMIR TAL-ITTESTJAR U L-PRODUZZJONI

3.B.1.   Ċelloli elettrolitiċi għall-produzzjoni tal-fluworu b'kapaċità ta' output akbar minn 250 g ta' fluworu fis-siegħa.

3.B.2.   Tagħmir għall-fabbrikazzjoni jew l-immuntar ta' rotors, tagħmir li jidritta r-rotors, mandarini tat-torn li jifformaw l-imniefaħ u punzuni, kif ġej:

a.

Tagħmir għall-immuntar ta' rotors għall-immuntar tas-sezzjonijiet tat-tubi ta' rotor, id-defletturi u l-għotjien tat-tarf taċ-ċentrifugi tal-gass;

Nota:

Il-Punt 3.B.2.a. jinkludi mandarini tat-torn ta' preċiżjoni, klampijiet u magni shrink fit.

b.

Tagħmir li jiddritta r-rotors għall-allinjament ta' sezzjonijiet ta' tubi ta' rotors ta' ċentrifugi tal-gass fuq assi komuni;

Nota Teknika:

Fil-Punt 3.B.2.b. tali tagħmir ġeneralment jikkonsisti f'sondi tal-kejl ta' preċiżjoni mqabbda ma' kompjuter li sussegwentement jikkontrolla l-azzjoni ta', pereżempju, rams pnewmatiċi li jintużaw għall-allinjament tas-sezzjonijiet tat-tubi tar-rotor.

c.

Mandarini tat-torn li jifformaw imniefaħ u punzuni għall-produzzjoni ta' mniefaħ b'konvoluzzjoni unika.

Nota Teknika:

L-imniefaħ imsemmija fil-Punt 3.B.2.c. għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Dijametru intern bejn 75 mm u 400 mm;

2.

Tul daqs jew akbar minn 12,7 mm;

3.

Fond ta' konvoluzzjoni waħda ta' aktar minn 2 mm; u

4.

Magħmulin minn liegi tal-aluminju ta' saħħa kbira, azzar maraging' jew ‘materjali fibrużi jew filamentari’ ta' saħħa kbira.

3.B.3.   Magni tal-ibbilanċjar ċentrifugali fuq aktar minn pjan wieħed, fissi jew portabbli, orizzontali jew vertikali, kif ġej:

a.

Magni tal-ibbilanċjar ċentrifugali ddisinjati għall-ibbilanċjar tar-rotors flessibbli li għandhom tul ta' 600 mm jew aktar li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Dijametru tal-pern jew tal-assi akbar minn 75 mm;

2.

Kapaċità ta' massa minn 0,9 sa 23 kg; u

3.

Kapaċità ta' bbilanċjar b'veloċità ta' rotazzjoni ta' akbar minn 5 000 rpm;

b.

Magni tal-ibbilanċjar ċentrifugali ddisinjati għall-ibbilanċjar ta' komponenti ta' rotors ċilindriċi vojta u li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Dijametru tal-pern akbar minn 75 mm;

2.

Kapaċità ta' massa minn 0,9 sa 23 kg;

3.

Kapaċi jibbilanċjaw sa żbilanċ residwu daqs jew inqas minn 0,010 kg × mm/kg għal kull pjan; u

4.

Tat-tip li jaħdmu biċ-ċinga.

3.B.4.   Magni għat-tkebbib tal-filamenti u tagħmir relatat, kif ġej:

a.

Magni għat-tkebbib tal-filamenti li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Għandhom movimenti għall-ippożizzjonar, it-tgeżwir, u t-tkebbib ta' fibri koordinati u programmati f'żewġ assi jew aktar;

2.

Iddisinjati apposta sabiex jiffabbrikaw strutturi jew laminati komposti minn ‘materjali fibrużi jew filamentari’;

3.

Kapaċi jkebbu tubi ċilindriċi b'dijametru intern bejn 75 u 650 mm u tulijiet ta' 300 mm jew akbar;

b.

Kontrolli li jikkoordinaw u jipprogrammaw għall-magni tat-tkebbib tal-filamenti speċifikati fil-Punt 3.B.4.a.;

c.

Mandrini ta' preċiżjoni għall-magni għat-tkebbib tal-filamenti speċifikati fil-Punt 3.B.4.a.

3.B.5.   Separaturi tal-iżotopi elettromanjetiċi ddisinjati għal, jew mgħammra bi, sorsi joniċi singoli jew multipli li kapaċi jipprovdu kurrent totali ta' raġġ joniku ta' 50 mA jew akbar.

Noti:

1.

Il-Punt 3.B.5. jinkludi separaturi kapaċi jarrikkixxu iżotopi stabbli kif ukoll dawk għall-uranju.

N.B.:

Separatur kapaċi jissepara iżotopi taċ-ċomb b'differenza fl-unità ta' massa waħda huwa b'mod inerenti kapaċi jarrikkixxi l-iżotopi tal-uranju b'differenza fil-massa ta' tliet unitajiet.

2.

Il-Punt 3.B.5. jinkludi separaturi bis-sorsi joniċi u l-kolletturi li t-tnejn ikunu fil-kamp manjetiku u dawk il-konfigurazzjonijiet li qegħdin fihom barra mill-kamp manjetiku.

Nota Teknika:

Sors singolu ta' jon ta' 50 mA ma jistax jipproduċi aktar minn 3 g ta' uranju arrikkit ħafna u separat (HEU) kull sena mill-provvista ta' abbundanza naturali.

3.B.6.   Spettrometri ta' massa kapaċi jkejlu joni ta' 230 unità ta' massa atomika jew akbar u li għandhom riżoluzzjoni ta' aħjar minn 2 partijiet f'kull 230, kif ġej, u s-sorsi ta' joni għalihom:

N.B.:

Spettrometri ta' massa ddisinjati jew ippreparati apposta għall-analiżi ta' kampjuni online tal-uranju eżafluworidu huma kkontrollati skont INFCIRC/254/Parti 1 (kif emendat).

a.

Spettrometri ta' massa bi plażma b'akkoppjament induttiv (ICP/MS);

b.

Spettrometri ta' massa li jitfgħu dawl inkandexxenti (GDMS);

c.

Spettrometri ta' massa b'jonizzazzjoni termali (TIMS);

d.

Spettrometri ta' massa b'bombardament ta' elettroni li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.

Sistema ta' dħul ta' raġġi molekulari li tinjetta raġġ ikkollimat ta' molekuli tal-analita f'reġjun ta' sors ta' joni fejn il-molekuli jiġu jonizzati b'raġġ ta' elettroni; u

2.

Trappola tal-kesħa waħda jew aktar li jistgħu jitkessħu f'temperatura ta' 193 K (– 80 °C) jew inqas sabiex jinqabdu fiha l-molekuli tal-analita li mhumiex jonizzati mir-raġġ ta' elettroni;

e.

Spettrometri tal-massa mgħammra b'sors joniku ta' mikrofluworizzazzjoni ddisinjati għal aktinidi jew fluworidi tal-aktinid.

Noti Tekniċi:

1.

Il-Punt 3.B.6.d jiddeskrivi l-ispettrometri tal-massa li tipikament jintużaw għal analiżi iżotopika ta' kampjuni tal-gass UF6 .

2.

Spettrometri ta' massa tal-bombardamenti tal-elettroni fil-Punt 3.B.6.d huma wkoll magħrufin bħala spettrometri ta' massa b'impatt elettroniku jew spettrometri ta' massa b'jonizzazzjoni elettronika.

3.

Fil-Punt 3.B.6.d.2, ‘trappola tal-kesħa’ hija għodda li taqbad il-molekuli tal-gass billi tikkondensahom jew tiffriżahom fuq superfiċji kesħin. Għall-finijiet ta' din l-entrata, pompa krijoġenika ta' elju gassuż ta' ċirkwit magħluq mhijiex trappola tal-kesħa.

3.C.   MATERJALI

Xejn.

3.D.   SOFTWARE

3.D.1.   ‘Software’ ddisinjat apposta għall-‘użu’ ta' tagħmir speċifikat fil-Punti 3.A.1., 3.B.3. jew 3.B.4.

3.D.2.   ‘Software’ jew buttuni/kodiċi tal-kriptaġġ iddisinjati apposta biex itejbu jew jirrilaxxaw il-karatteristiċi tal-prestazzjoni ta' tagħmir mhux ikkontrollat fil-Punt 3.A.1. sabiex jissodisfa jew jeċċedi l-karatteristiċi speċifikati fil-Punt 3.A.1.

3.D.3   ‘Software’ iddisinjat apposta biex itejjeb jew jirrilaxxa l-karatteristiċi tal-prestazzjoni ta' tagħmir ikkontrollat fil-Punt 3.A.1.

3.E.   TEKNOLOĠIJA

3.E.1.   ‘Teknoloġija’ skont il-Kontrolli tat-Teknoloġija għall-‘iżvilupp’, il-‘produzzjoni’ jew l-‘użu’ ta' tagħmir, materjal jew ‘software’ speċifikat f'3.A. sa 3.D.

4.   TAGĦMIR RELATAT MAL-PJANTA TA' PRODUZZJONI TAL-ILMA TQIL (Minbarra l-Punti tal-Lista Bażika)

4.A.   TAGĦMIR, MUNTATURI U KOMPONENTI

4.A.1.   Imballaġġi speċjalizzati li jistgħu jintużaw fis-separazzjoni ta' ilma tqil minn ilma ordinarju, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Magħmulin minn malja ta' bronż fosforuż trattata kimikament sabiex tittejjeb il-kapaċità li tixxarrab; u

b.

Iddisinjati biex jintużaw fit-torrijiet ta' distillazzjoni bil-vakwu.

4.A.2.   Pompi kapaċi jiċċirkolaw soluzzjonijiet ta' katalizzatur ta' amidju tal-potassju konċentrati jew dilwiti f'ammonja likwida (KNH2/NH3), li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

Mitbuqin (jiġifieri ssiġillati ermetikament);

b.

Kapaċità akbar minn 8.5 m3/h; u

c.

Waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

Għal soluzzjonijiet ta' amidju tal-potassju konċentrati (1 % jew akbar), pressjoni ta' operazzjoni ta' 1.5 sa 60 MPa; jew

2.

Għal soluzzjonijiet ta' amidju tal-potassju dilwiti (inqas minn 1 %), pressjoni operattiva ta' 20 sa 60 MPa.

4.A.3.   Turbini ta' espansjoni jew settijiet ta' turbina ta' espansjoni-kompressjoni li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Iddisinjati biex joperaw b'temperatura tal-ħruġ ta' 35 K (– 238 °C) jew inqas; u

b.

Iddisinjati għal fluss ta' gass idroġenu ta' 1 000 kg/h jew akbar.

4.B.   TAĦGMIR TAL-ITTESTJAR U L-PRODUZZJONI

4.B.1.   Kolonni bi pjanċi għall-iskambju ilma-sulfur tal-idroġenu u kuntatturi interni, kif ġej:

N.B.:

Għal kolonni li huma ddisinjati apposta jew ippreparati għall-produzzjoni ta' ilma tqil ara INFCIRC/254/Parti 1 (kif emendat).

a.

Kolonni bi pjanċi għall-iskambju ilma-sulfur tal-idroġenu, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Jistgħu joperaw fi pressjonijiet ta' 2 MPa jew akbar;

2.

Magħmula minn azzar bil-karbonju bin-numru tad-daqs tal-partiċelli awstenitiku ASTM (jew standard ekwivalenti) ta' 5 jew ikbar; u

3.

B'dijametru ta' 1,8 m jew akbar;

b.

Kuntatturi interni għal kolonni bi pjanċi għall-iskambju ilma-sulfur tal-idroġenu speċifikati fil-Punt 4.B.1.a.

Nota Teknika:

Kuntatturi interni tal-kolonni huma pjanċi segmentati li għandhom dijametru mmuntat effettiv ta' 1,8 m jew akbar, huma ddisinjati biex jiffaċilitaw il-kuntattar kontrokurrenti u magħmulin minn azzar inossidabbli b'kontenut ta' karbonju ta' 0,03 % jew inqas. Dawn jistgħu jkunu pjanċi li jgħarblu, pjanċi bil-valvi, pjanċi għall-bubble caps, jew pjanċi b'turbogradilji.

4.B.2.   Kolonni ta' distillazzjoni krijoġenika tal-idroġenu li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

Iddisinjati biex joperaw b'temperaturi interni ta' 35 K (– 238 °C) jew inqas;

b.

Iddisinjati biex joperaw bi pressjoni interna ta' 0,5 sa 5 MPa;

c.

Magħmula minn jew:

1.

Azzar inossidabbli tas-serje 300 b'kontenut baxx ta' kubrit u bin-numru tad-daqs tal-partiċelli ASTM (jew standard ekwivalenti) ta' 5 jew akbar; jew

2.

Materjali ekwivalenti li huma kemm krijoġeniċi kif ukoll kompatibbli mal-H2; u

d.

B'dijametri interni ta' 30 cm jew akbar u ‘tulijiet effettivi’ ta' 4 m jew akbar.

Nota Teknika:

It-terminu ‘tul effettiv’ ifisser l-għoli attiv ta' imballaġġ f'kolonna tat-tip ippakkjata, jew l-għoli attiv tal-pjanċi tal-kuntattur intern f'kolonna tat-tip pjanċa.

4.B.3.   [Ma baqax jintuża — mill-14 ta' Ġunju 2013]

4.C.   MATERJALI

Xejn.

4.D.   SOFTWARE

Xejn.

4.E.   TEKNOLOĠIJA

4.E.1.   ‘Teknoloġija’ skont il-Kontrolli tat-Teknoloġija għall-‘iżvilupp’, il-‘produzzjoni’ jew l-‘użu’ ta' tagħmir, materjal jew ‘software’ speċifikat f'4.A. sa 4.D.

5.   TAGĦMIR TAL-ITTESTJAR U TAL-KEJL GĦALL-IŻVILUPP TA' APPARATI ESPLOŻIVI

5.A.   TAGĦMIR, MUNTATURI U KOMPONENTI

5.A.1.   Tubi fotomultiplikaturi li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Erja fotokatoda akbar minn 20 cm2; u

b.

Ħin ta' tlugħ tal-impuls anodiku ta' inqas minn 1 ns.

5.B.   TAĦGMIR TAL-ITTESTJAR U L-PRODUZZJONI

5.B.1.   Ġeneraturi ta' raġġi-X bi flash jew aċċelleratturi tal-elettroni b'impulsi li għandhom wieħed mill-gruppi ta' karatteristiċi li ġejjin:

a.

1.

L-ogħla enerġija tal-elettroni tal-aċċelleratur ta' 500 keV jew akbar iżda inqas minn 25 MeV; u

2.

B'ċifra ta' mertu (K) ta' 0,25 jew akbar; jew

b.

1.

L-ogħla enerġija tal-elettroni tal-aċċelleratur ta' 25 MeV jew akbar; u

2.

L-ogħla qawwa akbar minn 50 MW.

Nota:

Il-Punt 5.B.1. ma jikkontrollax aċċelleraturi li huma partijiet komponenti ta' apparati ddisinjati għal skopijiet oħra minbarra radjazzjoni b'raġġi ta' elettroni jew b'raġġi-X (mikroskopija tal-elettroni, pereżempju) u lanqas dawk iddisinjati għal skopijiet mediċi.

Noti Tekniċi:

1.

Iċ-ċifra ta' mertu K hija definita bħala: K = 1.7 × 103 V2.65Q. V hija l-ogħla enerġija tal-elettroni f'miljuni ta' elettronvolts. Jekk id-durata tal-impuls tar-raġġi tal-aċċelleratur hija inqas minn jew daqs 1 μs, mela Q hija l-karika aċċellerata totali f'Coulombs. Jekk id-durata tal-impuls tar-raġġi tal-aċċelleratur hija akbar minn 1 μs, mela Q hija l-karika aċċellerata massima f'1 μs. Q hija daqs l-integrali ta' i fir-rigward ta' t, fuq 1 μs jew id-durata tal-impuls tar-raġġi (Q = ∫idt), skont liema minnhom hu l-inqas, fejn i hija l-kurrent tar-raġġi f'amperes u t hija l-ħin f'sekondi.

2.

Punt massimu ta' enerġija = (potenzjal massimu f'volts) × (punt massimu tal-kurrent tar-raġġi f'amperes).

3.

F'magni bbażati fuq kavitajiet ta' aċċellerazzjoni tal-microwave, id-durata fil-ħin tal-impuls tar-raġġi hija l-inqas valur minn 1 μs jew id-durata tal-pakkett ta' raġġi f'mazz li tirriżulta minn impuls wieħed tal-modulatur microwave.

4.

F'magni bbażati fuq kavitajiet ta' aċċellerazzjoni tal-microwave, il-punt massimu ta' kurrent tar-raġġi huwa l-medja tal-kurrent fid-durata tal-ħin ta' pakkett ta' raġġi f'mazz.

5.B.2.   Sistemi tal-pistoli b'veloċità għolja (propellant, gass, kojl, tipi elettromanjetiċi u elettrotermali, u sistemi avvanzati oħrajn) kapaċi jaċċelleraw il-projettili sa 1.5 km/s jew aktar.

Nota:

Dan il-punt ma jikkontrollax pistoli ddisinjati apposta għal sistemi ta' armi b'veloċità għolja.

5.B.3.   Kameras b'veloċità għolja u apparati li joħolqu immaġni u l-komponenti tagħhom, kif ġej:

N.B.:

‘Software’ ddisinjat apposta biex itejjeb jew jirrilaxxa l-karatteristiċi tal-prestazzjoni ta' kameras jewta' apparati li joħolqu immaġni biex jiġu sodisfatti l-karatteristiċi ta' hawn taħt huwa kkontrollat fil-Punti 5.D.1 u 5.D.2.

a.

Streak kameras u komponenti ddisinjati apposta għalihom, kif ġej:

1.

Streak kameras b'veloċità ta' reġistrazzjoni akbar minn 0,5 mm/μs;

2.

Streak kameras elettroniċi b'riżoluzzjoni tal-ħin ta' 50 ns jew inqas;

3.

Tubi ta' skenjar (streak tubes) għall-kameras speċifikati fil-Punt 5.B.3.a.2.;

4.

Moduli ta' estensjoni (plug-ins) ddisinjati apposta għal użu ma' streak cameras li għandhom strutturi modulari u li jippermettu l-ispeċifikazzjonijiet ta' prestazzjoni fil-punt 5.B.3.a.1 jew 5.B.3.a.2.;

5.

Unitajiet elettroniċi ta' sinkronizzazzjoni, muntaturi tar-rotors li jikkonsistu f'turbini, mirja u bearings iddisinjati apposta għall-kameras speċifikati fil-punt 5.B.3.a.1.

b.

Framing kameras u komponenti ddisinjati apposta għalihom, kif ġej:

1.

Framing kameras b'rati ta' reġistrazzjoni akbar minn 225 000 immaġni kull sekonda;

2.

Framing kameras kapaċi għal ħin ta' esponiment ta' immaġni ta' 50 ns jew inqas;

3.

Framing tubes u apparati li joħolqu l-immaġni fi stat solidu b'ħin ta' veloċità tax-shutter ta' 50 ns jew inqas iddisinjati apposta għall-kameras speċifikati fil-punt 5.B.3.b.1 jew 5.B.3.b.2.;

4.

Moduli ta' estensjoni ddisinjati apposta għal użu ma' framing kameras li għandhom strutturi modulari u li jippermettu l-ispeċifikazzjonijiet ta' prestazzjoni fil-punt 5.B.3.b.1 jew 5.B.3.b.2.;

5.

Unitajiet elettroniċi ta' sinkronizzazzjoni, muntaturi tar-rotors li jikkonsistu f'turbini, mirja u bearings iddisinjati apposta għall-kameras speċifikati fil-punt 5.B.3.b.1 jew 5.B.3.b.2.

c.

Kameras ta' stat solidu jew ta' tubi elettroniċi, u komponenti ddisinjati apposta għalihom, kif ġej:

1.

Kameras ta' stat solidu jew ta' tubi elettroniċi b'ħin ta' veloċità tax-shutter ta' 50 ns jew inqas;

2.

Apparati li joħolqu immaġni ta' stat solidu u tubi għall-intensifikaturi tal-immaġni b'ħin ta' veloċità tax-shutter ta' 50 ns jew inqas iddisinjati apposta għall-kameras speċifikati fil-punt 5.B.3.c.1.;

3.

Apparat elettroottiku b'shutter (ċelloli Kerr jew Pockels) b'ħin ta' veloċità tax-shutter ta' 50 μs jew inqas;

4.

Moduli ta' estensjoni ddisinjati apposta għal użu ma' kameras li għandhom strutturi modulari u li jippermettu l-ispeċifikazzjonijiet ta' prestazzjoni fil-punt 5.B.3.c.1.

Nota Teknika:

Il-kameras ta' veloċità għolja b' immaġni singoli jistgħu jintużaw waħidhom sabiex joħolqu immaġni singola ta' avveniment dinamiku, jew diversi kameras bħal dawn jistgħu jiġu kkombinati f'sistema ta' skattar sekwenzjali biex joħolqu immaġni multipli ta' avveniment.

5.B.4.   [Ma baqax jintuża — mill-14 ta' Ġunju 2013]

5.B.5.   Strumentazzjoni speċjalizzata għal esperimenti idrodinamiċi, kif ġej:

a.

Interferometri tal-veloċità għall-kejl ta' veloċitajiet ogħla minn 1 km/s f'intervalli ta' ħin ta' inqas minn 10 μs;

b.

Gejġijiet tal-pressjoni tax-xokkijiet li kapaċi jkejlu pressjonijiet akbar minn 10 GPa, inklużi gejġijiet magħmulin minn manganin, itterbju, u bifluworur tal-poliviniliden (PVBF, PVF2);

c.

Transdjusers tal-pressjoni kwarz għal pressjonijiet akbar minn 10 GPa.

Nota:

Il-Punt 5.B.5.a. jinkludi interferometri tal-veloċità bħal VISARs (Sistemi Interferometri tal-Veloċità għal Kwalunkwe Riflettur), DLIs (, Interferometri b'Laser Doppler ) u PDV (Veloċimetri Doppler Fotoniċi) magħrufa wkoll bħala Het-V (Veloċimetri Eterodini).

5.B.6.   Ġeneraturi ta' impuls b'veloċità għolja, u l-‘pulse heads’ tagħhom, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Voltaġġ tal-output akbar minn 6 V f'tagħbija reżistiva ta' inqas minn 55 ohms, u

b.

‘Ħin ta' transizzjoni tal-impuls’ inqas minn 500 ps.

Noti Tekniċi:

1.

Fil-Punt 5.B.6.b. ‘ħin ta' transizzjoni tal-impuls’ huwa definit bħala l-intervall tal-ħin bejn 10 % u 90 % tal-amplitudni tal-voltaġġ.

2.

‘Pulse heads’ huma netwerks li jifformaw l-impulsi ddisinjati biex jaċċettaw funzjoni ta' skala tal-voltaġġ u jifformawha f'varjetà ta' forom tal-impuls li jistgħu jinkludu tipi rettangolari, triangulari, ta' skala, ta' impuls, esponenzjali, jew tipi monoċikli. ‘Pulse heads’ jistgħu jkunu parti integrali tal-ġeneratur tal-impuls, jistgħu jkunu modulu ta' estensjoni għall-apparat jew jistgħu jkunu apparat konness esternalment.

5.B.7.   Reċipjenti, kompartimenti, kontenituri li huma esplożivi ħafna u apparat ieħor simili ta' konteniment iddisinjat għall-ittestjar ta' splussivi jew apparati esplożivi ħafna u li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Iddisinjati biex iżommu kompletament splużjoni ekwivalenti għal 2 kg ta' TNT jew akbar; u

b.

Ikollhom elementi jew karatteristiċi ta' disinn li jippermettu trasferiment f'ħin reali jew imdewwem ta' informazzjoni dijanjostika jew ta' kejl.

5.C.   MATERJALI

Xejn.

5.D.   SOFTWARE

5.D.1.   ‘Software’ jew buttuni/kodiċi tal-kriptaġġ iddisinjati apposta biex itejbu jew jirrilaxxaw il-karatteristiċi tal-prestazzjoni ta' tagħmir mhux ikkontrollat fil-Punt 5.B.3. sabiex jissodisfa jew jeċċedi l-karatteristiċi speċifikati fil-Punt 5.B.3.

5.D.2.   ‘Software’ jew buttuni/kodiċi tal-kriptaġġ iddisinjati apposta biex itejbu jew jirrilaxxaw il-karatteristiċi tal-prestazzjoni ta' tagħmir mhux ikkontrollat fil-Punt 5.B.3.

5.E.   TEKNOLOĠIJA

5.E.1.   ‘Teknoloġija’ skont il-Kontrolli tat-Teknoloġija għall-‘iżvilupp’, il-‘produzzjoni’ jew l-‘użu’ ta' tagħmir, materjal jew ‘software’ speċifikat f'5.A. sa 5.D.

6.   KOMPONENTI GĦAL APPARATI ESPLOŻIVI NUKLEARI

6.A.   TAGĦMIR, MUNTATURI U KOMPONENTI

6.A.1.   Detonaturi u sistemi ta' inizjazzjoni b'punti multipli, kif ġej:

a.

Detonaturi ta' splussivi mħaddma bl-elettriku, kif ġej:

1.

Pont li jisplodi (EB);

2.

Wajer li jisplodi (EBW);

3.

Trasmettitur ta' impuls (slapper);

4.

Detonaturi ta' fojl li jisplodi (EFI);

b.

Arranġamenti li jużaw detonatur singolu jew detonaturi multipli ddisinjati biex jinizjaw kważi simultanjament superfiċje esplużiva akbar minn 5 000 mm2 minn sinjal singolu tat-tqabbid b'ħin ta' inizjazzjoni mifrux fuq is-superfiċje ta' inqas minn 2,5 μs.

Nota:

Il-Punt 6.A.1. ma jikkontrollax detonaturi li jużaw splussivi primarji biss, bħall-ażid taċ-ċomb.

Nota Teknika:

Fil-Punt 6.A.1. id-detonaturi kkonċernati kollha jutilizzaw konduttur elettriku żgħir (pont, wajer pont, jew fojl) li jivvaporizza b'mod esplużiv meta impuls elettriku ta' kurrent għoli rapidu jingħadda minnu. F'tipi ‘nonslapper’, il-konduttur li jisplodi jibda detonazzjoni kimika f'materjal esplożiv ħafna ta' kuntatt bħal PETN (pentaeritritoltetranitrat). F'detonaturi tat-trasmettituri ta' impuls, il-vaporizzazzjoni esplużiva tal-konduttur elettriku tħaddem flyer jew slapper minn naħa għal oħra ta' fetħa, u l-impatt tas-slapper fuq splussiv jibda detonazzjoni kimika. F'xi wħud mid-disinji, is-slapper huwa mħaddem minn forza manjetika. It-terminu detonatur tal-fojl li jisplodi jista' jirreferi għal pont li jisplodi jew għal detonatur tat-tip slapper. Barra minn hekk, il-kelma inizjatur xi kultant tintuża minflok il-kelma detonatur.

6.A.2.   Settijiet tat-tqabbid u ġeneraturi ta' impuls b'kurrent għoli ekwivalenti, kif ġej:

a.

Settijiet tat-tqabbid detonaturi (sistemi inizjaturi, settijiet tat-tqabbid), inklużi settijiet tat-tqabbid iċċarġjati elettronikament, attivati bi splussivi u attivati ottikament iddisinjati biex iħaddmu d-detonaturi b'kontrolli multipli speċifikati fil-Punt 6.A.1. hawn fuq.

b.

Ġeneraturi modulari b'impuls elettriku (pulsers) li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Iddisinjati għall-użu portabbli, mobbli jew għal kondizzjonijiet severi;

2.

Kapaċi li jwasslu l-enerġija tagħhom f'inqas minn 15 μs f'tagħbijiet ta' inqas minn 40 ohms;

3.

Għandhom output akbar minn 100 A;