ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 268

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
15 ta' Ottubru 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1844 tat-13 ta' Lulju 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 389/2013 dwar l-implimentazzjoni teknika tal-Protokoll ta' Kjoto wara l-2012 ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1845 tal-14 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi r-rati tal-imgħax li jridu jintużaw biex jiġu kkalkulati l-ispejjeż għall-finanzjament tal-miżuri ta' intervent, li jikkonsistu fix-xiri, il-ħżin u r-rimi tal-ħażniet għas-sena fiskali tal-2016 tal-FAEG

7

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1846 tal-14 ta' Ottubru 2015 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-vireg tal-wajer li jorinġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

9

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1847 tal-14 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

26

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1848 tal-5 ta' Ottubru 2015 dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri għall-2015

28

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1849 tat-13 ta' Ottubru 2015 dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni ta' organiżmi ta' ħsara fir-rigward ta' ċertu ħxejjex tal-ikel li joriġinaw fil-Gana (notifikata bid-dokument C(2015) 6858)

33

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

15.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/1


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1844

tat-13 ta' Lulju 2015

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 389/2013 dwar l-implimentazzjoni teknika tal-Protokoll ta' Kjoto wara l-2012

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(5) u (6) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) li serviet bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto, adottat l-emenda ta' Doha li tistabbilixxi t-tieni perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto, li jibda mill-1 ta' Jannar 2013 u jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2020 (“l-Emenda ta' Doha”). L-Unjoni approvat l-Emenda ta' Doha bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1339 (2) (id-Deċiżjoni ta' Ratifika).

(2)

L-implimentazzjoni teknika neċessarja tal-Emenda ta' Doha għall-Protokoll ta' Kjoto għandha titwettaq fir-Reġistru tal-Unjoni u fir-reġistri nazzjonali tal-Protokoll ta' Kjoto. Huwa neċessarju wkoll li tiġi żgurata l-konsistenza mad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u mad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u l-implimentazzjoni konsistenti tar-rekwiżiti tal-kontabbiltà maqbula internazzjonalment biex tiġi ottimizzata t-trasparenza u tiġi żgurata l-eżattezza tal-kontabbiltà tal-AAUs, ir-RMUs, l-ERUs, is-CERs, it-tCERs u l-lCERs mill-Unjoni u l-Istati Membri, filwaqt li, safejn huwa possibbli, jiġu evitati l-piżijiet u l-ispejjeż amministrattivi, inklużi dawk relatati mas-sehem tar-rikavat u l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-IT.

(3)

Ladarba l-Emenda ta' Doha tidħol fis-seħħ, l-Unjoni u l-Istati Membri se jkunu meħtieġa joħorġu fir-reġistri rispettivi tagħhom tal-Protokoll ta' Kjoto, unitajiet tal-ammont assenjat (AAUs) li jkun ugwali għall-ammont assenjat lilhom skont id-Deċiżjoni ta' Ratifika, u jżidu l-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 3(7 bis) tal-Protokoll ta' Kjoto.

(4)

Wara kull aġġustament 'il fuq tal-allokazzjoni tal-emissjonijiet annwali ta' Stat Membru skont l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE jew skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013, jista' jkun li wara tmiem it-tieni perjodu ta' impenn ikollu jakkwista AAUs addizzjonali jekk juża din l-allokazzjoni addizzjonali tal-emissjonijiet annwali biex ikopri l-emissjonijiet tiegħu skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE jew jittrasferiha lil Stat Membru ieħor. Jekk l-emissjonijiet ta' Stat Membru jkunu ogħla mill-ammont assenjat, dan jista' juża wkoll ir-Riżerva Żejda mill-Perjodu Preċedenti tiegħu msemmija fl-Artikolu 3(13b) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013. Kull akkwiżizzjoni ta' AAU li tirriżulta tkun suġġetta għall-applikazzjoni tas-sehem tar-rikavat fl-ewwel trasferiment internazzjonali ta' AAUs imsemmi fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013. Fejn huwa xieraq, dawn is-sitwazzjonijiet jistgħu jitqiesu bħala inkonsistenzi tal-kontabbiltà fit-tqabbil tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni mar-regoli maqbula skont il-Protokoll ta' Kjoto fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 10(7) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013.

(5)

Għandu jiġi stabbilit proċess ta' kklerjar fi tmiem it-tieni perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto biex jipprovdi għas-saldu f'AAUs ta' kull trasferiment nett tal-allokazzjonijiet tal-emissjonijiet annwali skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE.

(6)

Skont l-Artikolu 11a tad-Direttiva 2003/87/KE, l-istallazzjoni stazzjonarja u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jistgħu jiskambjaw CERs u ERUs għall-kwoti. Is-CERs u l-ERUs skambjati li huma validi għall-ewwel perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto, potenzjalment jirrappreżentaw l-emissjonijiet EU ETS fit-tieni perjodu ta' impenn. Peress li l-Emenda ta' Doha tistabbilixxi l-limiti tat-trasferiment tas-CERs u l-ERUs mill-ewwel għat-tieni perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto, l-Istati Membri għandhom jittrasferixxu fl-Unjoni għadd korrispondenti ta' AAUs validi għall-ewwel perjodu ta' impenn biex ikopru dawn l-emissjonijiet potenzjali u l-Unjoni għandha tittrasferixxi lill-Istati Membri s-CERs u l-ERUs korrispondenti validi għall-ewwel perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto riċevuti mill-istallazzjoni stazzjonarja u mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru bħala skambju għall-kwoti.

(7)

Għalhekk, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 (5) għandu jigi emendat skont dan.

(8)

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ b'urġenza peress li huwa neċessarju biex jitwettqu t-trasferimenti tranżizzjonali qabel tmiem il-perjodu addizzjonali għat-twettiq tal-impenji skont l-ewwel perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto msemmi fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013.

(9)

Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Emenda ta' Doha għall-Protokoll ta' Kjoto, sakemm ma jipprovdix għat-trasferimenti tranżizzjonali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 389/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

Jiddaħħal l-Artikolu 73a li ġej:

“Artikolu 73a

Trasferiment ta' CERs u ERUs skambjati fl-EU ETS

1.   L-amministratur ċentrali għandu jinforma lil kull amministratur nazzjonali bl-għadd ta' CERs u ERUs validi għall-ewwel perjodu ta' impenn trasferiti skont l-Artikolu 60 minn kontijiet ta' depożitu ta' operatur u kontijiet ta' depożitu ta' operaturi tal-inġenji tal-ajru amministrati mill-Istat Membru. Ma' dak l-għadd, l-amministratur ċentrali għandu jżid porzjon tal-għadd ta' CERs u ERUs validi għall-ewwel perjodu ta' impen trasferiti skont l-Artikolu 60 minn kontijiet ta' depożitu ta' operaturi u kontijiet ta' depożitu ta' operaturi tal-inġenji tal-ajru amministrati mill-Istat Membri mingħajr reġistru tal-Protokoll ta' Kjoto fl-ewwel perjodu ta' impenn, proporzjonalment għal-limiti numeriċi rispettivi tal-Istati Membri għat-trasferiment ta' CERs u ERUs mill-ewwel għat-tieni perjodu ta' impenn.

2.   Skont l-ewwel perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto msemmi fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013, qabel tmiem il-perjodu addizzjonali ta' twettiq tal-impenji, l-amministratur ċentrali għandu jittrasferixxi lil kull reġistru nazzjonali tal-Protokoll ta' Kjoto għadd ta' CERs u ERUs validi għall-ewwel perjodu ta' impenn mill-Kontijiet ta' Kreditu Internazzjonali tal-UE li jkun ugwali għall-għadd totali stabbilit skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li l-EUTL jipprevjeni t-tranżazzjonijiet kollha ta' unitajiet trasferiti skont il-paragrafu 1, bl-eċċezzjoni ta':

(a)

il-kanċellazzjoni ta' unitajiet skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013;

(b)

l-irtirar ta' unitajiet skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013;

(c)

it-trasferiment ta' unitajiet mill-ewwel għat-tieni perjodu ta' impenn skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013;

(d)

it-trasferiment ta' unitajiet f'reġistru wieħed tal-Protokoll ta' Kjoto.

4.   Immedjatament wara t-trasferiment li jitwettaq skont il-paragrafu 2, kull amministratur nazzjonali għandu jittrasferixxi għadd ta' AAUs fil-kont ta' depożitu tal-Parti rilevanti fir-Reġistru tal-Unjoni li jkun ugwali għall-għadd ta' krediti trasferiti lura lil dak l-Istat Membru skont il-paragrafu 2.”

(2)

Jiddaħlu l-Artikoli 73b sa 73 g li ġejjin:

“Artikolu 73b

Ħruġ u Depożitu ta' AAUs

1.   Qabel it-tranżazzjoni ta' rtirar skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), l-amministratur ċentrali għandu:

(a)

joħroġ għadd ta' AAUs li jkun ugwali għall-ammont mogħti mill-Unjoni stabbilit skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1339 (**) fil-Kont ta' AAU tal-UE fir-Reġistru tal-Unjoni;

(b)

jittrasferixxi immedjatament għadd ta' AAUs li jkun ugwali għall-għadd ta' kwoti ġenerali maħluqa skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/634/UE (***) mill-Kont ta' AAU tal-UE għall-Kont ta' Depożitu ta' AAU tal-ETS fir-Reġistru tal-Unjoni.

2.   Skont l-Artikolu 31, mill-inqas tliet xhur qabel l-għeluq tal-Kont tal-Konformità mad-Deċiżjoni tal-Kondiviżjoni tal-Isforzi (ESD) għall-2020, kull amministratur nazzjonali għandu:

(a)

joħroġ għadd ta' AAUs li jkun ugwali għall-ammont mogħti mill-Istat Membru rispettiv tiegħu stabbilit skont id-Deċiżjoni ta' Ratifika fil-Kont ta' depożitu tal-Parti fir-Reġistru tal-Protokoll ta' Kjoto tiegħu;

(b)

jittrasferixxi immedjatament għadd ta' AAUs li jkun ugwali għall-għadd korrispondenti ta' AEAs għall-allokazzjoni tal-emissjonijiet annwali għall-Istat Membru tiegħu għas-snin kollha skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE kif inhu stabbilit qabel kull emenda skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 mill-Kont ta' depożitu tal-Parti għall-Kont ta' Depożitu ta' AAU tal-ESD fir-Reġistru tal-Protokoll ta' Kjoto tiegħu.

3.   Qabel ma jitlestew il-proċessi ta' kklerjar skont l-Artikolu 73f, l-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (l-EUTL) jipprevjeni t-tranżazzjonijiet kollha ta' AAUs mill-Kont ta' Depożitu ta' AAU tal-ETS jew mill-Kontijiet ta' Depożitu ta' AAU tal-ESD, bl-eċċezzjoni ta':

(a)

il-kanċellazzjoni jew l-irtirar ta' għadd ta' AAUs li jkun inqas jew ugwali għall-għadd ta' AEAs trasferiti għall-Kont ta' Tħassir tal-ESD skont l-Artikolu 88(2);

(b)

l-irtirar ta' għadd ta' AAUs skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013, li jkun ugwali għall-għadd ta' AEAs trasferiti għall-Kont ta' Tħassir tal-ESD skont l-Artikolu 31(4) ta' dan ir-Regolament li jikkorrispondi għall-kwantità ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra mdaħħla fil-Kont tal-Konformità mal-ESD skont l-Artikolu 77 ta' dan ir-Regolament;

(c)

il-kanċellazzjoni jew it-trasferiment ta' għadd ta' AAUs li jkun inqas jew ugwali għall-għadd ta' AEAs trasferiti għall-Kont ta' Tħassir tal-ESD skont l-Artikolu 31(4) li jaqbeż il-kwantità ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra mdaħħla fil-Kont tal-Konformità tal-ESD skont l-Artikolu 77;

(d)

it-trasferimenti meħtieġa għall-finijiet tal-proċessi ta' kklerjar skont l-Artikolu 73f;

(e)

il-konverżjoni ta' AAUs f'ERUs, sakemm l-għadd ta' AEAs ikun daqs l-għadd ta' AAUs li jridu jiġu kkonvertiti flimkien mal-għadd ta' ERUs meħtieġa biex jissodisfaw l-imposta tas-sehem tar-rikavat imsemmija fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 jiġi trasferit għall-Kont ta' Tħassir tal-ESD skont l-Artikolu 31(4) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 73c

Trasferiment u użu ta' unitajiet

1.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li l-EUTL jipprevjeni t-tranżazzjonijiet li jinvolvu s-CERs, l-ERUs, it-tCERs u l-lCERs li ntużaw skont l-Artikolu 81, bl-eċċezzjoni ta':

(a)

it-trasferiment ta' unitajiet mill-Kont tal-Konformità tal-ESD fir-Reġistru tal-Unjoni fir-reġistru tal-Protokoll ta' Kjoto tal-Istat Membru rilevanti skont l-Artikolu 31(3);

(b)

l-irtirar ta' unitajiet skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013;

(c)

it-trasferiment ta' unitajiet mill-ewwel għat-tieni perjodu ta' impenn skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013;

2.   Mat-tlestija tat-trasferiment tal-unitajiet mill-ewwel għat-tieni perjodu ta' impenn skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013, l-amministratur ċentrali għandu jiżgura li l-EUTL jipprevjeni l-użu ta' CERs, ERUs, tCERs jew lCERs skont l-Artikolu 81 ta' dan ir-Regolament sakemm dawk l-unitajiet ikunu validi għat-tieni perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto.

Artikolu 73d

Kanċellazzjoni ta' unitajiet

1.   Wara li jitlestew it-trasferimenti tal-unitajiet mill-ewwel għat-tieni perjodu ta' impenn skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013, l-amministratur ċentrali għandu jikkanċella s-CERs u l-ERUs kollha li jibqgħu fil-Kont ta' Twarrib ta' Ċediment tal-Avjazzjoni.

2.   Wara li jitlestew it-trasferimenti tal-unitajiet mill-ewwel għat-tieni perjodu ta' impenn skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013, l-amministratur ċentrali għandu jitlob lill-amministraturi nazzjonali biex jikkanċellaw is-CERs u l-ERUs validi għall-ewwel perjodu ta' impenn għall-Protokoll ta' Kjoto miżmuma f'kontijiet tal-ETS li jiġu amministrati jew ikkanċellati fir-Reġistru tal-Unjoni.

Artikolu 73e

Irtirar ta' unitajiet

Jekk l-emissjonijiet koperti bid-Direttiva 2003/87/KE jaqbżu l-ammont mogħti lill-Unjoni stabbilit skont id-Deċiżjoni ta' Ratifika, l-ammistratur ċentrali għandu jirtira l-AAUs mill-Kont tal-PPSR tal-UE.

Artikolu 73f

Trasferiment fir-Reġistru tal-Unjoni

L-amministratur ċentrali għandu jittrasferixxi l-AAUs kollha mill-Kont għall-Ikklerjar Ċentrali tal-ETS u l-AAUs trasferiti skont l-Artikolu 73a(4) ta' dan ir-Regolament għall-Kont tal-PPSR tal-UE stabbilit skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013.

Artikolu 73g

Proċessi ta' Kklerjar

1.   Fi żmien sitt xhur mill-għeluq skont l-Artikolu 31 tal-Kont tal-Konformità mal-ESD għall-2020, l-amministratur ċentrali għandu jikkalkula valur ta' kklerjar għal kull Stat Membru billi jnaqqas it-trasferimenti netti ta' AEAs mill-akkwisti netti ta' AEAs bejn l-Istati Membri matul il-perjodu 2013-2020.

2.   Jekk Stat Membru jkollu valur ta' kklerjar negattiv skont il-paragrafu 1, l-amministratur nazzjonali rilevanti għandu jittrasferixxi għadd ta' AAUs li jkun ugwali għall-valur ta' kklerjajr mill-Kont ta' Depożitu AAU tal-ESD tagħhom għall-Kont għall-Ikklerjajr Ċentrali tal-ESD.

3.   Jekk Stat Membru jkollu valur ta' kklerjar pożittiv skont il-paragrafu 1 u wara li jsiru t-trasferimenti kollha skont il-paragrafu 2, l-amministratur ċentrali għandu jittrasferixxi għadd ta' AAUs li jkun ugwali għall-valur ta' kklerjar ta' Kont ta' depożitu tal-Parti tal-Istat Membru rilevanti.

4.   Qabel ma jsir it-trasferiment imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-amministratur nazzjonali rilevanti għandu l-ewwel jittrasferixxi l-għadd ta' AAUs meħtieġa biex jissodisfaw is-sehem tar-rikavat applikat għall-ewwel trasferimenti internazzjonali ta' AAUs skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013.

(*)  Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE, (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13)."

(**)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1339 tat-13 ta' Lulju 2015 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Emenda ta' Doha għall-Protokoll ta' Kjoto għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u t-twettiq konġunt tal-impenji taħtha (ĠU L 207, 4.8.2015, p. 1)."

(***)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/634/UE tat-22 ta' Ottubru 2010 li taġġusta l-kwantità ta' kwoti li se jinħarġu għall-Unjoni kollha skont l-Iskema tal-Unjoni għall-2013 u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/384/UE (ĠU L 279, 23.10.2010, p. 34).”"

(3)

L-Anness I huwa emendat kif inhu stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, l-Artikolu 1(2) u (3) għandu japplika mid-data tal-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta' komunikazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Emenda ta' Doha għall-Protokoll ta' Kjoto.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1339 tat-13 ta' Lulju 2015 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Emenda ta' Doha għall-Protokoll ta' Kjoto għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u t-twettiq konġunt tal-impenji taħtha (ĠU L 207, 4.8.2015, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(4)  Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nru 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010 u 1193/2011 (ĠU L 122, 3.5.2013, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 389/2013, il-parti V bl-isem ta' “Kontijiet tal-PK fis-sistema konsolidata tar-reġistri Ewropej” tat-tabella I-I, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

Isem it-tip ta' kont

Detentur tal-kont

Amministratur tal-kont

Għadd ta' kontijiet ta' dan it-tip

Unitajiet mhux ta' Kjoto

Unitajiet ta' Kjoto

Kwoti

AEAs

AAU

CER

ERU

lCER/tCER

RMU/ERU minn RMU

Kwoti ġenerali

Kwoti tal-avjazzjoni

V.   

Kontijiet tal-PK fis-sistema konsolidata tar-reġistri Ewropej

“Kont ta' AAU tal-UE

UE

Amministratur Ċentrali

1

Le

Le

Le

Iva

Le

Le

Le

Le

Kont ta' Depożitu ta' AAU tal-ESD

Stat Membru

Amministratur tar-reġistri tal-PK

1 għal kull reġistru

Le

Le

Le

Iva

Le

Le

Le

Le

Kont ta' Twarrib ta' Ċediment tal-Avjazzjoni

UE

Amministratur Ċentrali

1

Le

Le

Le

Iva

Iva

Iva

Le

Le

Kont tal-PPSR

Parti għall-Protokoll ta' Kjoto

Amministratur tar-reġistru tal-PK (fir-Reġistru tal-Unjoni: l-amministratur ċentrali)

1 għal kull reġistru

Le

Le

Le

Iva

Le

Le

Le

Le

Kont għall-Ikklerjar Ċentrali tal-ESD

UE

Amministratur Ċentrali

1

Le

Le

Le

Iva

Le

Le

Le

Le”


15.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1845

tal-14 ta' Ottubru 2015

li jistabbilixxi r-rati tal-imgħax li jridu jintużaw biex jiġu kkalkulati l-ispejjeż għall-finanzjament tal-miżuri ta' intervent, li jikkonsistu fix-xiri, il-ħżin u r-rimi tal-ħażniet għas-sena fiskali tal-2016 tal-FAEG

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) u (4) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 906/2014 (2) jistipula li n-nefqa relatata mal-ispejjeż finanzjarji mġarrba mill-Istati Membri sabiex jimmobilizzaw fondi biex jixtru prodotti, għandha tiġi stabbilita skont il-metodi stabbiliti fl-Anness I ta' dak ir-Regolament.

(2)

Il-punt I.1 tal-Anness I tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 906/2014 jistipula li l-kalkolu tal-ispejjeż finanzjarji kkonċernati jrid isir abbażi ta' rata tal-imgħax li tkun l-istess fl-Unjoni kollha u li tkun stabbilita mill-Kummissjoni fil-bidu ta' kull sena fiskali. Din ir-rata tal-imgħax tikkorrispondi għall-medja tar-rati bil-quddiem tal-Euribor għal terminu ta' tliet (3) xhur u ta' 12-il xahar, reġistrati matul il-perjodu ta' referenza ta' sitt xhur li jrid jiġi determinat mill-Kummissjoni, qabel in-notifika mingħand l-Istati Membri stabbilita fl-ewwel paragrafu tal-punt I.2 ta' dak l-Anness, b'valur ta' terz u żewġ terzi rispettivament.

(3)

Barra minn hekk, f'konformità mat-tieni paragrafu tal-punt I.2 tal-Anness I tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 906/2014, jekk Stat Membru ma jibgħat l-ebda notifika, fil-forma u sad-data tal-iskadenza msemmija fl-ewwel paragrafu ta' dak il-punt, ir-rata tal-imgħax imġarrba minn dak l-Istat Membru għandha titqies bħala 0 %. Jekk Stat Membru jiddikjara li ma ġarrab l-ebda spiża tal-imgħax għax ma kellux prodotti agrikoli fil-ħżin pubbliku matul il-perjodu ta' referenza, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi dik ir-rata tal-imgħax skont it-tielet paragrafu ta' dak il-punt.

(4)

Skont il-punt I.3 tal-Anness I tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 906/2014, ir-rata tal-imgħax stabbilita abbażi tal-punt I.2 ta' dak l-Anness għandha titqabbel mar-rata tal-imgħax uniformi stabbilita abbażi tal-punt I.1 ta' dak l-Anness. Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal kull Stat Membru għandha tkun l-aktar waħda baxxa minn dawn iż-żewġ rati tal-imgħax.

(5)

Peress li ma kienx hemm prodotti agrikoli fil-ħżin pubbliku matul is-sitt xhur tal-perjodu ta' referenza li ġie stabbilit għax-xhur minn Jannar sa Ġunju 2015, u li l-Kummissjoni tikkonsidra bħala rappreżentattiv fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' ħżin pubbliku, l-Istati Membri ma ntalbux jibagħtu notifiki skont l-ewwel paragrafu tal-punt I.2 tal-Anness I tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 906/2014.

(6)

Ir-rati tal-imgħax applikabbli għas-sena fiskali tal-2016 tal-FAEG għandhom jiġu stabbiliti billi jitqiesu dawk il-fatturi differenti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għan-nefqa marbuta mal-ispejjeż ta' finanzjament li ġarrbu l-Istati Membri biex immobilizzaw il-fondi għax-xiri ta' prodotti li għandhom jitħallsu mis-sena fiskali 2016 tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG), ir-rati tal-imgħax previsti fl-Anness I tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 906/2014 skont l-Artikolu 3(1)(a) tal-istess Regolament, għandhom ikunu r-rata tal-imgħax uniformi stabbilita ta' 0,1 %.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' Ottubru 2015.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 906/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-infiq b'intervent pubbliku (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 1).


15.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1846

tal-14 ta' Ottubru 2015

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-vireg tal-wajer li jorinġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Il-miżuri fis-seħħ

(1)

Bir-Regolament (KE) Nru 703/2009 (2) il-Kunsill impona dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta' vireg tal-wajer li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“Iċ-Ċina”).

(2)

Il-miżuri imposti ħadu l-forma ta' dazju ad valorem b'rata residwa ta' 24 % filwaqt li grupp wieħed ta' kumpaniji (Valin Group) irċieva rata ta' dazju individwali ta' 7,9 %.

2.   Talba għal rieżami ta' skadenza

(3)

Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti (3) tal-miżuri antidumping fis-seħħ, il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta' rieżami tal-iskadenza ta' dawk il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(4)

It-talba tressqet fid-29 ta' April 2014 mill-European Steel Association (“Eurofer” jew “l-applikant”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-vireg tal-wajer.

(5)

It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri probabbli tirriżulta f'kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u dannu lill-industrija tal-Unjoni.

3.   Bidu ta' rieżami tal-iskadenza

(6)

Wara li konsultat mal-Kumitat, stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku u determinat li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza, il-Kummissjoni ħabbret fit-2 ta' Awwissu 2014, permezz ta' avviż pubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4) (“Notifika ta' bidu”), il-bidu ta' rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

4.   L-investigazzjoni

4.1.   Il-perjodi rilevanti koperti mill-investigazzjoni tar-rieżami tal-iskadenza

(7)

L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014 (il-“perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami” jew “PIR”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dannu kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sat-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami (il-“perjodu kunsidrat”).

4.2.   Il-partijiet konċernati mill-investigazzjoni u t-teħid tal-kampjuni

(8)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikanti, lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi, lill-utenti magħrufa li huma kkonċernati u lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur dwar il-bidu tar-rieżami tal-iskadenza.

(9)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jitolbu seduta fil-limiti taż-żmien stipulati fin-Notifika ta' Bidu. Parti interessata waħda talbet seduta ta' smigħ mas-servizzi tal-Kummissjoni li saret fl-20 ta' Marzu 2015.

(10)

Fid-dawl tal-għadd apparentement kbir ta' produtturi esportaturi Ċiniżi kif ukoll ta' importaturi mhux relatati fl-Unjoni, fin-Notifika ta' Bidu kien previst kampjunar skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(11)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ kampjunar u jekk iva biex tagħżel kampjun rapreżentattiv, il-produtturi esportaturi u l-importaturi Ċiniżi mhux relatati kienu mitluba jippreżentaw irwieħhom fi żmien 15-il jum mill-bidu tar-rieżami u jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni mitluba fin-Notifika ta' Bidu.

(12)

B'kollox 45 produttur esportatur Ċiniż magħrufa ġew ikkuntattjati iżda ħadd minnhom ma preżenta ruħu u wieġeb għall-formola tat-teħid tal-kampjuni. Għalhekk, ma sarx kampjunar.

(13)

Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni, il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet Ċiniżi li skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku jistgħu jintużaw l-aħjar fatti disponibbli. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment jew talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta mingħand l-awtoritajiet Ċiniżi.

(14)

B'kollox ġew ikkuntattjati disa' importaturi mhux relatati magħrufa. Ħadd ma preżenta ruħu u wieġeb għall-formola tat-teħid tal-kampjuni.

(15)

Fl-istadju preliminari tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni kellha l-kooperazzjoni ta' 28 produttur/grupp ta' produtturi mill-Unjoni li kienu jirrappreżentaw madwar 70 % tal-produzzjoni tal-vireg tal-wajer fil-PIR. Minħabba l-għadd kbir ta' produtturi li kkooperaw il-Kummissjoni ħadet kampjun. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' produzzjoni li seta' raġonevolment ikun investigat fiż-żmien disponibbli, meta wieħed iqis ukoll il-firxa ġeografika u l-kopertura suffiċjenti tat-tipi differenti tal-prodott. Il-kampjun magħżul inizjalment kien jikkonsisti f'sitt kumpaniji u rappreżenta 44,2 % tal-produzzjoni intenzjonata għas-suq ħieles.

4.3.   Il-kwestjonarji u l-verifika

(16)

Intbagħtu kwestjonarji lil sitt produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u lil żewġ produtturi f'pajjiżi analogi potenzjali li qablu li jikkooperaw.

(17)

Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand is-sitt produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u mingħand iż-żewġ produttur fil-pajjiżi analogi potenzjali.

(18)

Saru żjarat ta' verifika fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi fl-Unjoni:

Arcelor Mittal Hamburg GmbH, il-Ġermanja

Global Steel Wire SA, Spanja

Moravia Steel AS, ir-Repubblika Ċeka

RIVA Acier SA, Franza

Saarstahl AG, il-Ġermanja

Tata Steel UK Ltd, ir-Renju Unit

(b)

Produttur f'pajjiż analogu:

Ereğli Demir ve Çelik Fabrikalri T.A.S., it-Turkija

B.   IL-PRODOTT KONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott konċernat

(19)

Il-prodott soġġett ta' dan ir-rieżami huwa l-istess bħal dak kopert fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri staneg u vireg, irrumblati bis-sħana, f'koljaturi mkebbin b'mod irregolari, tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew tal-azzar illigat għajr tal-azzar inossidabbli (“vireg tal-wajer” jew “il-prodott konċernat”) li jaqa' taħt il-kodiċijiet 7213 10 00, 7213 20 00, 7213 91 10, 7213 91 20, 7213 91 41, 7213 91 49, 7213 91 70, 7213 91 90, 7213 99 10, 7213 99 90, 7227 10 00, 7227 20 00, 7227 90 10, 7227 90 50 u 7227 90 95.

2.   Il-prodott simili

(20)

L-investigazzjoni tar-rieżami konfermat li, bħal fl-investigazzjoni oriġinali, il-prodott konċernat u l-vireg tal-wajer prodotti u mibjugħa fis-suq domestiku Ċiniż, il-vireg tal-wajer prodotti u mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u l-vireg tal-wajer prodotti u mibjugħa fil-pajjiż analogu (it-Turkija) għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi u l-istess użi bażiċi. Għaldaqstant, dawn il-prodotti jitqiesu li huma prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   IL-PROBABBILTÀ TA' TKOMPLIJA JEW RIKORRENZA TAD-DUMPING

(21)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti x'aktarx twassalx għall-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta' dumping miċ-Ċina.

1.   Il-kummenti preliminari

(22)

Kif intqal fil-premessa 12 ħadd mill-produtturi esportaturi Ċiniżi ma offra l-kooperazzjoni tiegħu u għalhekk kif previst fl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku r-riżultati kellhom ikunu bbażati fuq l-aħjar fatti disponibbli, b'mod partikolari fuq l-informazzjoni fit-talba għar-rieżami tal-iskadenza u l-istatistika, jiġifieri l-Eurostat u tad-dejta Ċiniża tal-esportazzjonijiet.

2.   Dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami

(a)   Il-pajjiż analogu

(23)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali kellu jiġi determinat abbażi tal-prezzijiet imħallsa jew pagabbli fis-suq domestiku jew il-valur maħdum f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq xierqa (il-“pajjiż analogu”).

(24)

Fl-investigazzjoni oriġinali, it-Turkija ntużat bħala pajjiż analogu għall-iskop tal-istabbiliment tal-valur normali fir-rigward taċ-Ċina. Abbażi tal-informazzjoni fit-talba għal rieżami, fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati li hija kienet qed tipprevedi li tuża lill-Brażil bħala pajjiż analogu u stiednet lill-partijiet biex jikkummentaw. In-Notifika ta' Bidu żiedet ukoll li pajjiżi oħra, b'mod partikolari t-Turkija, l-Iżvizzera, in-Norveġja u l-Ġappun kienu se jiġu eżaminati wkoll. Ma wasal l-ebda kumment mingħand il-partijiet interessati.

(25)

Flimkien mal-Brażil, il-Kummissjoni kuntattjat lill-produtturi kollha magħrufa jew potenzjali tal-vireg tal-wajer fit-Turkija, l-Iżvizzera, in-Norveġja u l-Ġappun (pajjiżi b'importazzjonijiet sinifikanti ta' vireg tal-wajer fl-Unjoni li jindikaw produzzjoni sinifikanti) u l-Istati Uniti (pajjiż b'industrija u suq domestiku kbar).

(26)

Eventwalment żewġ produtturi tal-vireg tal-wajer qablu li jikkooperaw fl-investigazzjoni u provdew tweġiba għall-kwestjonarju tal-pajjiż analogu, jiġifieri Ereğli Demir ve Çelik Fabrikalri T.A.S. mit-Turkija u ArcelorMittal Brasil mill-Brazil.

(27)

Tqiesu għadd ta' fatturi meta ġie deċiż dwar l-aktar pajjiż analogu xieraq għal din l-investigazzjoni, b'mod partikolari d-daqs tas-suq domestiku tal-pajjiż analogu b'livell sodisfaċenti ta' kompetizzjoni għall-prodott simili; ir-rappreżentattività tal-bejgħ domestiku (il-kwantità u l-profitabbiltà) tal-produtturi li kooperaw; id-daqs u l-firxa tal-prodotti offruti mill-produtturi li kooperaw u l-paragunabbiltà tal-prodotti u l-metodu tal-produzzjoni tagħhom ma' dak taċ-Ċina.

(28)

Minħabba l-fatt li t-Turkija u l-produttur esportatur Tork li koopera sodisfaw il-kriterji ewlenin kollha għal pajjiż/produttur analogu xieraq ġie deċiż li t-Turkija tintuża bħala pajjiż analogu.

(b)   Il-valur normali

(29)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, l-ewwel ġie eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili matul il-PIR lil konsumaturi indipendenti li sar mill-produttur tal-pajjiż analogu li koopera kienx rappreżentattiv meta mqabbel mal-volum totali tal-esportazzjoni għall-Unjoni, jiġifieri jekk il-volum totali ta' tali bejgħ domestiku kienx jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni li għamel il-prodottur tal-prodott simili mill-pajjiż analogu li koopera.

(30)

Ġie eżaminat ukoll jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott simili jistax jitqies bħala li sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta' bejgћ domestiku bi profitt lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku matul il-PIR.

(31)

Billi nstab li l-bejgħ domestiku kollu sar fi kwantitajiet suffiċjenti u fl-andament normali tal-kummerċ, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku reali u ġie kkalkulat bħala l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(c)   Il-prezz tal-esportazzjoni

(32)

Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u għalhekk fin-nuqqas ta' informazzjoni speċifika dwar il-prezzijiet Ċiniżi, il-prezz tal-esportazzjoni ġie determinat fuq il-bażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Intużaw is-sorsi ta' statistika disponibbli, jiġifieri tal-Eurostat.

(33)

Skont l-Eurostat, 696 tunnellata biss ta' vireg tal-wajer kienu importati miċ-Ċina fl-Unjoni matul il-PIR, li jikkorrispondu għal 0,04 % tal-importazzjonijiet totali. Dan l-ammont huwa negliġibbli fid-dawl ta' konsum totali tal-Unjoni (17,8 miljun tunnellata).

(d)   Paragun u aġġustamenti

(34)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fuq il-bażi tal-prezz mill-fabbrika. Sabiex tiżgura tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Sabiex il-prezz tal-esportazzjoni jiġi espress fil-livell ta' prezz mill-fabbrika, il-Kummissjoni aġġustat il-prezz CIF tal-Eurostat tal-ġarr u l-assigurazzjoni abbażi tal-informazzjoni mingħand l-ilmentatur. Il-prezzijiet domestiċi ġew aġġustati għall-ġarr, l-assigurazzjoni, il-maniġġ u l-ispejjeż tal-kreditu fuq il-bażi tad-dejta miksuba mingħand il-produttur fil-pajjiż analogu.

(e)   Marġini tad-dumping

(35)

Skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġini tad-dumping kien stabbilit fuq bażi ta' tqabbil bejn il-medja ponderata tal-valur normali mal-medja ponderata tal-prezz tal-esportazzjoni. Il-medja tal-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi tal-Eurostat meta mqabbla mal-valuri normali tal-pajjiż analogu ma writx l-eżistenza ta' dumping.

(36)

Fl-istess ħin, huwa importanti li jiġi enfasizzat li kif jingħad fil-premessa 33, il-volumi tal-importazzjoni tal-prodott konċernat kienu baxxi ferm matul il-PIR. Kien osservat ukoll li għal bosta kodiċi NM l-prezzijiet varjaw ħafna, f'xi każijiet bi proporzjon ta' sa 30 darba matul il-perjodu meqjus. Huma diffiċli li tispjega dawn il-varjazzjonijiet bħal riżultat tal-forzi “normali” tas-suq u x'aktarx li huma r-riżultat tal-kwantitajiet żgħar tal-bejgħ.

(37)

Barra minn hekk, minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi, ma kien hemm mil-ebda informazzjoni disponibbli dwar it-taħlita tal-prodott tal-esportazzjonijiet Ċiniżi u għaldaqstant il-paragun mal-valur normali tal-pajjiż analogu seta' jsir biss fuq bażi aggregata.

(38)

Għalhekk, is-sejba li ma kienx hemm dumping matul il-PIR titqies irrilevanti minħabba l-effett ikkombinat tal-kwantitajiet żgħar importati; il-varjazzjonijiet irregolari fil-prezzijiet kif ukoll in-nuqqas ta' informazzjoni dwar it-taħlita tal-prodott importat.

3.   Evidenza tal-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dumping

(39)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet stabbiliti fil-premessi 35 sa 38 ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kompliet tanalizza jekk kienx hemm probabbiltà li jerġa' jseħħ dumping jekk jiskadu il-miżuri. Meta għamlet dan, analizzat l-elementi li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda fiċ-Ċina, l-imġiba tal-esportaturi Ċiniżi fi swieq oħra u kemm hu attraenti s-suq tal-Unjoni.

3.1.   Il-produzzjoni u l-kapaċità żejda fiċ-Ċina

(40)

Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Assoċjazzjoni Worldsteel (5) il-produzzjoni totali tal-vireg tal-wajer Ċiniżi wriet xejra ta' tkabbir kbir matul dawn l-aħħar għaxar snin u laħqet il-qofol tagħha f'iktar minn 150 miljun (6) tunnellata fl-2013.

(41)

Fi kliem ieħor iċ-Ċina hija responsabbli għal 77 % tal-produzzjoni dinjija tal-vireg tal-wajer, li jfisser li dan il-pajjiż jista' jkollu influwenza qawwija fuq il-kundizzjonijiet tas-suq permezz tad-deċiżjonijiet tiegħu tal-bejgħ. Huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-produzzjoni annwali taqbeż b'aktar minn seba' darbiet l-produzzjoni totali tal-Unjoni. Barra minn hekk, iż-żieda globali fil-produzzjoni tal-vireg tal-wajer Ċiniżi mill-2011 (26 miljun tunnellata), fiha nfisha taqbeż il-konsum totali tal-Unjoni li huwa estimat li huwa ta' 17-il miljun tunnellata.

(42)

Skont it-talba għal rieżami, il-kapaċità żejda hija estimata għal madwar 50 miljun tunnellata fiċ-Ċina. Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni miċ-Ċiniżi kien diffiċli li tinkiseb informazzjoni addizzjonali f'dan ir-rigward. Madankollu, fid-dawl tal-livelli għoljin ta' produzzjoni msemmija fil-premessi 40 u 41 meta mqabbla maċ-ċifri Ewropej u dawk madwar id-dinja, iċ-Ċina tista' faċilment tikkawża distorsjonijiet kbar fis-swieq permezz tad-deċiżjonijiet tagħha tal-bejgħ anke mingħajr ma tuża l-kapaċità żejda tagħha.

3.2.   Il-bejgħ miċ-Ċina lil pajjiżi terzi

(43)

Skont il-bażi tad-dejta tal-esportazzjonijiet Ċiniżi aktar minn 9 miljun tunnellata ta' vireg tal-wajer kienu esportati mad-dinja kollha miċ-Ċina matul il-PIR li jirrappreżentaw 50 % tal-konsum totali tal-Unjoni matul l-istess perjodu. It-tabella ta' hawn taħt tiġbor fil-qosor il-figuri għas-sitt l-akbar pajjiżi f'termini ta' volum ta' esportazzjonijiet Ċiniżi u t-Turkija, il-pajjiż analogu, tirrappreżenta aktar minn 53 % tal-esportazzjonijiet totali Ċiniżi matul il-PIR.

Tabella 1

L-esportazzjonijiet tal-vireg tal-wajer Ċiniżi fid-dinja (volum u prezzijiet, EUR)

Pajjiż

Volum 2012

Prezz medju 2012

Volum 2013

Prezz medju 2013

Volum fil-PIR

Prezz medju PIR

It-Tajlandja

756 919

484

1 009 662

423

1 152 561

394

Il-Korea t'Isfel

1 153 833

498

1 109 207

430

1 134 587

404

Il-Vjetnam

390 995

483

684 193

418

774 175

389

L-Indoneżja

381 893

487

554 034

432

615 982

401

L-Istati Uniti

301 523

458

628 111

408

588 047

391

Il-Malasja

333 185

488

447 220

433

469 895

405

It-Turkija

2 937

645

6 931

477

30 717

392

L-esportazzjonijiet totali Ċiniżi

5 539 649

 

7 943 297

 

9 073 220

 

Sors: Il-bażi tad-dejta tal-esportazzjonijiet Ċiniżi.

(44)

Il-prezz medju tal-esportazzjoni li kien hemm matul il-PIR għal kull wieħed pajjiż imsemmi hawn fuq kien taħt il-valur normali b'mod sinifikanti. Għalhekk, il-marġini tad-dumping stabbilit fir-rigward tal-prezzijiet tal-bejgħ medji Ċiniżi (kif jidher fit-tabella hawn fuq) għal pajjiżi terzi kienu jvarjaw minn 14 % sa 24 % (7).

(45)

Iċ-ċifri juru wkoll li l-esportazzjonijiet taċ-Ċina qed juru tendenza li qed tiżdied fil-volumi flimien ma' xejra ta' tnaqqis fil-prezzijiet. Fil-fatt l-istatistika disponibbli tindika li l-prezzijiet komplew jonqsu aktar wara l-PIR. Għadd ta' pajjiżi affettwati jħossu li dawn ix-xejriet huma ta' theddida għall-industrija tagħhom u introduċew miżuri protettivi (inter alia, il-Malasja u l-Indoneżja u iktar reċentement, wara l-PIR, it-Turkija (8), l-Istati Uniti u l-Pakistan).

(46)

Fl-aħħar nett, stqarrijiet għall-istampa reċenti (9) jissuġġerixxu li s-suq domestiku Ċiniż u b'mod partikolari s-settur tal-kostruzzjoni (10) qed imajna. Għalhekk, l-opportunitajiet ta' bejgħ Ċiniżi qed jonqsu: is-swieq ewlenin tal-esportazzjoni tagħha qed jagħlqu u l-bejgħ domestiku ewlieni tagħha qed inaqqas. Għalhekk, jekk il-miżuri fl-Unjoni jitħallew jiskadu, hemm probabbiltà qawwija li ċ-Ċina tidderieġi minnufih il-prezz baxx (dumped) tagħha f'volumi kbar lejn is-suq tal-Unjoni.

3.3.   L-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni

(47)

Minħabba l-livelli ogħla tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni meta mqabbla mal-prezzijiet tal-bejgħ Ċiniżi osservati f'pajjiżi terzi oħra kif jidher fit-Tabella 1, is-suq tal-Unjoni jitqies attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi. L-eżistenza ta' miżuri tal-antidumping f'ħafna mis-swieq l-oħra tal-esportazzjoni tkompli żżid l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni. B'hekk wieħed jista' raġonevolment jistenna li jekk il-miżuri jiġu revokati, l-esportazzjonijiet Ċiniżi jerġgħu jissoktaw f'volumi konsiderevoli fis-suq tal-Unjoni. Ta' min ifakkar li qabel ma ġew imposti l-miżuri oriġinali, fl-2008, il-volumi tal-bejgħ Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni kienu jammontaw għal 1,1 miljun tunnellata meta mqabbel mal-700 tunnellata fil-PIR.

3.4.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà tar-rikorrenza tad-dumping

(48)

B'kunsiderazzjoni tal-livell ta' produzzjoni enormi tal-vireg tal-wajer fiċ-Ċina u bil-prattiċi tad-dumping tagħha lejn pajjiżi terzi kif ukoll l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni hekk kif deskritt hawn fuq, hemm probabbiltà qawwija li r-revoka tal-miżuri antidumping tirriżulta f'rikorrenza immedjata ta' dumping miċ-Ċina lejn l-Unjoni.

D.   DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

(49)

Il-prodott simili kien manifatturat minn 72 produttur tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, li jikkostitwixxu l-'industrija tal-Unjoni' skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. L-ebda wieħed minnhom ma oppona it-tnedija.

(50)

Iċ-ċifri kollha relatati ma' dejta sensittiva kellhom jiġu indiċjati jew jingħataw f'firxa għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità.

E.   IS-SITWAZZJONI TAS-SUQ TAL-UNJONI

1.   Il-konsum fl-Unjoni

(51)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum tal-Unjoni fuq il-bażi tal-istatistika disponibbli dwar l-importazzjoni, il-bejgħ reali tal-produtturi tal-Unjoni li kooperaw, bl-esklużjoni tal-bejgħ tal-esportazzjoni tagħhom, u l-bejgħ stmat tal-produtturi tal-Unjoni li ma jikkooperawx. Id-definizzjoni tal-konsum tirreferi għall-bejgħ f'suq ħieles, inklużi l-bejgħ ristrett iżda mingħajr l-użu ristrett. L-użu ristrett, jiġifieri t-trasferimenti interni tal-prodott simili fost il-produtturi integrati tal-Unjoni għal aktar proċessar, ma ġiex inkluż fiċ-ċifra tal-konsum tal-Unjoni, għax dawn it-trasferimenti interni mhumiex f'kompetizzjoni mal-bejgħ minn fornituri indipendenti fis-suq ħieles. Il-bejgħ ristrett, jiġifieri l-bejgħ lil kumpaniji relatati, ġie inkluż fiċ-ċifra tal-konsum tal-Unjoni billi skont id-dejta miġbura matul l-investigazzjoni, il-kumpaniji relatati tal-produtturi tal-Unjoni kienu ħielsa li jixtru vireg tal-wajer minn sorsi oħra. Barra minn hekk, il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni għal partijiet relatati nstabu li huma konformi mal-prezzijiet medji tal-bejgħ lil partijiet mhumiex relatati.

(52)

Fuq din il-bażi, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Il-konsum tal-Unjoni

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Volum (tunnellati)

18 522 439

16 024 244

17 134 056

17 826 678

Indiċi (2011 = 100)

100

87

93

96

Sors: Eurostat u r-risposti għall-kwestjonarji.

(53)

Il-konsum tal-Unjoni naqas b'4 % minn 18,5 miljun tunnellata fl-2011 għal 17,8 miljun tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Il-konsum matul il-perjodu kunsidrat kien aktar baxx mill-konsum ta' 23,6 miljun tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali (minn April 2007 sa Marzu 2008). It-tnaqqis fil-konsum huwa konsegwenza tal-impatt negattiv tal-kriżi ekonomika li kkawżat tnaqqis fil-konsum kumplessiv tal-vireg tal-wajer, b'mod partikolari fl-industriji tal-karozzi u tal-bini.

2.   Importazzjonijiet mill-pajjiż konċernat

(a)   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż konċernat

(54)

Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu stabbiliti fuq il-bażi tal-Eurostat.

(55)

Il-volum tal-importazzjoni lejn l-Unjoni mill-pajjiż konċernat u s-sehem tiegħu mis-suq żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Il-volum tal-importazzjoni u s-sehem mis-suq

Pajjiż

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Iċ-Ċina

Volum (tunnellati)

3 108

911

88

696

Indiċi (2011 = 100)

100

29

3

22

Sehem mis-suq (%)

0,02

0,01

0,00

0,00

Indiċi (2011 = 100)

100

34

3

23

Sors: Eurostat.

(56)

Filwaqt li l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu jgħoddu għal sehem mis-suq ta' 5 % u għal 1,1 miljun tunnellata matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali, abbażati tal-informazzjoni mill-Eurostat dawn virtwalment sparixxew mis-suq tal-Unjoni. Fil-fatt, l-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu minn 3 108 għal 696 tunnellata matul il-perjodu kunsidrat.

(57)

Il-kumpanija b'rata tad-dazju ta' 7,9 % hija relatata ma' Arcelor Mittal Group u skont dawk li ressqu l-ilment ma għadhiex tipproduċi kwantitajiet sinifikanti ta' vireg tal-wajer. Madankollu, il-produtturi esportaturi Ċiniżi l-oħra wkoll waqfu jbigħu fl-Unjoni. Is-suq tal-vireg tal-wajer jidher li huwa sensittiv ħafna għall-prezzijiet u l-24 % żieda fil-prezz minħabba d-dazju antidumping fis-seħħ wasslet biex l-esportaturi Ċiniżi jitilfu l-interess fis-suq tal-Unjoni.

(b)   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż konċernat u t-twaqqigħ tal-prezz

(58)

Il-prezzijiet tal-importazzjoni ġew stabbiliti abbażi tal-Eurostat. Minħabba l-volumi negliġibbli ta' importazzjoni miċ-Ċina lejn l-UE, in-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi u n-nuqqas ta' dejta dwar il-prezzijiet relatati mat-tip tal-prodott fuq il-kwantitajiet negliġibbli ta' importazzjoni tagħhom, ma kienx possibbli li jsir kalkolu tajjeb tat-twaqqigħ tal-prezzijiet. Madankollu, il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn pajjiżi terzi kif muri fit-tabella 1 waqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b'aktar minn 25 % bħala medja. Għalhekk, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu huwa mistenni l-istess livell sinifikanti ta' twaqqigħ tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni

3.   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn mhux soġġetti għal miżuri

(59)

Il-pajjiżi esportaturi ewlenin lejn l-Unjoni huma l-Moldova, in-Norveġja, ir-Russja, l-Ukraina u l-Iżvizzera. L-importazzjonijiet totali tal-prodott konċernat minn pajjiżi terzi żdiedu b'19,2 % (minn 1,22 għal 1,45 miljun tunnellata) waqt il-perjodu kunsidrat u jirrappreżentaw 7,5 % tal-konsum tal-Unjoni. Matul l-istess perjodu il-prezzijiet medji tal-importazzjoni ta' unità kienu qed jonqsu b'mod konsistenti minn EUR 592 għal EUR 506 t-tunnellata, tnaqqis ta' 14,6 %.

Tabella 4

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Pajjiż

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Il-Moldova

Volum (tunnellati)

47 084

99 126

86 083

185 982

Indiċi (2011 = 100)

100

211

183

395

Sehem mis-suq (%)

0,25

0,62

0,50

1,04

Prezz medju (EUR/tunnellata)

528

483

445

438

Indiċi (2011 = 100)

100

91

84

83

In-Norveġja

Volum (tunnellati)

130 614

128 439

125 267

134 313

Indiċi (2011 = 100)

100

98

96

103

Sehem mis-suq (%)

0,71

0,80

0,73

0,75

Prezz medju (EUR/tunnellata)

552

538

495

486

Indiċi (2011 = 100)

100

97

90

88

Ir-Russja

Volum (tunnellati)

47 185

89 236

91 037

112 748

Indiċi (2011 = 100)

100

189

193

239

Sehem mis-suq (%)

0,25

0,56

0,53

0,63

Prezz medju (EUR/tunnellata)

494

486

436

425

Indiċi (2011 = 100)

100

98

88

86

L-Ukraina

Volum (tunnellati)

379 216

193 955

256 928

307 276

Indiċi (2011 = 100)

100

51

68

81

Sehem mis-suq (%)

2,05

1,21

1,50

1,72

Prezz medju (EUR/tunnellata)

505

507

457

443

Indiċi (2011 = 100)

100

100

90

88

L-Iżvizzera

Volum (tunnellati)

290 689

293 352

297 980

298 104

Indiċi (2011 = 100)

100

101

103

103

Sehem mis-suq (%)

1,57

1,83

1,74

1,67

Prezz medju (EUR/tunnellata)

694

632

607

596

Indiċi (2011 = 100)

100

91

87

86

Total ta' pajjiżi terzi oħra

Volum (tunnellati)

1 220 464

1 086 787

1 250 867

1 454 411

Indiċi (2011 = 100)

100

89

102

119

Sehem mis-suq (%)

6,59

6,78

7,30

8,16

Prezz medju (EUR/tunnellata)

591

564

522

506

Indiċi (2011 = 100)

100

95

88

86

Total ta' pajjiżi terzi

Volum (tunnellati)

1 223 572

1 087 698

1 250 955

1 455 107

Indiċi (2011 = 100)

100

89

102

119

Sehem mis-suq (%)

6,61

6,79

7,30

8,16

Prezz medju (EUR/tunnellata)

592

564

522

506

Indiċi (2011 = 100)

100

95

88

85

Sors: Eurostat.

4.   Il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(60)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi rilevanti kollha li għandhom x'jaqsmu mal-istat tal-industrija tal-Unjoni.

(61)

Biex għamlet dan, il-Kummissjoni ddistingwiet bejn l-indikaturi tal-ħsara makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. L-indikaturi makroekonomiċi għall-perjodu kkunsidrat ġew stabbiliti, analizzati u eżaminati fuq il-bażi tad-dejta pprovduta mill-industrija tal-Unjoni. L-indikaturi mikroekonomiċi ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura u verifikata fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(62)

Fit-taqsimiet li ġejjin, l-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, l-istokks, il-volum tal-bejgħ, is-sehem is-suq u t-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs reali tal-marġini tad-dumping u l-irkupru mid-dumping preċedenti. L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta' unità, il-kost tal-produzzjoni, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment, il-possibbiltà li jinġabar kapital u l-kostijiet lavorattivi.

(a)   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(63)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw hekk matul il-perjodu kunsidrat:

Tabella 5

Il-produzzjoni, il-kapaċità produttiva u l-użu tal-kapaċità

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Volum ta' produzzjoni

(Tunnellati)

21 502 127

18 565 812

19 742 360

20 236 339

Volum ta' produzzjoni

Indiċi

100

86

92

94

Kapaċità ta' produzzjoni

(Tunnellati)

28 147 358

28 001 765

28 051 425

28 061 036

Kapaċità ta' produzzjoni

Indiċi

100

99

100

100

Użu tal-kapaċità

(%)

76

66

70

72

Sors: Eurostat u r-risposti għall-kwestjonarji.

(64)

Matul il-perjodu kunsidrat il-produzzjoni naqset b'6 %, il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet stabbli, u l-użu tal-kapaċità naqas minn 76 % għal 72 %.

(b)   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

(65)

Il-volumi tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kunsidrat kif ġej:

Tabella 6

Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Volum tal-bejgħ fl-Unjoni

(tunnellati)

17 298 867

14 936 546

15 883 101

16 371 571

Volum tal-bejgħ fl-Unjoni

Indiċi

100

86

92

95

Sehem mis-suq

(%)

93,4

93,2

92,7

91,8

Sors: Eurostat u r-risposti għall-kwestjonarji.

(66)

Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas b'5 % matul il-perjodu kunsidrat.

(c)   It-tkabbir

(67)

Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni naqas bi 4 % matul il-perjodu kunsidrat, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 5 % li sarraf f'telf ta' sehem mis-suq ta' 1,6 punti perċentwali.

(d)   Impjiegi u produttività

(68)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kunsidrat:

Tabella 7

L-impjiegi u l-produttività

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Għadd ta' impjegati

8 888

8 851

8 849

8 991

Għadd ta' impjegati

Indiċi

100

100

100

101

Produttività (unitajiet/impjegat)

2 419

2 098

2 231

2 251

Produttività (unitajiet/impjegat)

Indiċi

100

87

92

93

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju.

(69)

L-impjiegi baqgħu pjuttost stabbli matul il-perjodu kunsidrat. Fl-istess ħin, il-produttività naqset b'7 % minħabba tnaqqis fil-produzzjoni kif muri fit-tabella 7 fil-premessa 68.

5.   Id-daqs tal-marġini tad-dumping u l-irkupru minn dumping fl-imgħoddi

(70)

Il-marġni tad-dumping stabbilit għaċ-Ċina fl-investigazzjoni oriġinali kien ferm ogħla mil-livell de minimis, filwaqt li l-volum tal-importazzjoni miċ-Ċina baqa' f'livell negliġibbli matul il-perjodu meqjus kollu. Madankollu, jekk il-miżuri jitħassru, l-impatt mistenni tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni jkun sinifikanti, abbażi tal-volum li qiegħed jiżdied u t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn pajjiżi terzi, kif imsemmi fil-premessi 45 u 46. L-industrija tal-Unjoni kienet għadha fi proċess ta' rkupru mill-effetti tad-dumping dannuż tal-passat minn importazzjonijiet tal-vireg tal-wajer li joriġina miċ-Ċina, kif imsemmi fil-premessa 83.

(a)   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(71)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lill-konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kunsiderat:

Tabella 8

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Prezz medju ta' bejgħ ta' unità fl-Unjoni

(EUR/tunnellata)

638

588

545

539

Prezz medju ta' bejgħ ta' unità fl-Unjoni

Indiċi

100

92

85

85

Kost tal-produzzjoni ta' unità

(EUR/tunnellata)

606

581

533

514

Kost tal-produzzjoni ta' unità

Indiċi

100

96

88

85

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju.

Il-prezz tal-bejgħ medju ta' unità tal-industrija tal-Unjoni lil konsumaturi fl-Unjoni u l-kost tal-produzzjoni t-tnejn naqsu bi 15 % matul il-perjodu kunsidrat. Għalhekk, il-prezz tal-bejgħ bħala medja segwa l-evoluzzjoni tal-ispejjeż.

(b)   Kostijiet lavorattivi

(72)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kunsidrat:

Tabella 9

Kostijiet medji għal kull impjegat

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

51 320

53 514

52 366

51 814

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

Indiċi

100

104

102

101

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju.

(73)

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat baqgħu stabbli matul il-perjodu kunsidrat. Dan jista' jiġi spjegat prinċipalment biż-żieda fl-isforzi tal-industrija tal-Unjoni biex tikkontrolla l-kost tal-produzzjoni u b'hekk iżomm il-kompetittività tagħha.

(c)   Inventarji

(74)

Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw hekk matul il-perjodu kunsidrat:

Tabella 10

Inventarji

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Stokkijiet tal-għeluq

(tunnellati)

400 531

400 256

429 765

471 135

Stokkijiet tal-għeluq

Indiċi

100

100

107

118

L-istokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

(%)

1,9

2,2

2,2

2,3

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju.

(75)

Matul il-perjodu kunsidrat, l-istokkijiet tal-industrija tal-Unjoni kumplessivament żdiedu bi 18 %. Parti sinifikanti tal-produzzjoni tal-vireg tal-wajer tikkonsisti fi prodotti standard u l-industrija tal-Unjoni għalhekk trid iżżomm ċertu livell ta' ħażna sabiex tkun f'pożizzjoni biex tissodisfa malajr id-domanda tal-konsumaturi tagħha. L-istokk tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni baqgħet relattivament stabbli, wara l-evoluzzjoni tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(d)   Il-profittabbiltà, il-fluss ta' flus, l-investiment, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jinġabar kapital

(76)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 11

Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redittu fuq l-investimenti

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Il-profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati (% tal-fatturat tal-bejgħ)

5,1

1,2

2,3

4,7

Fluss tal-flus (EUR)

179 540 905

82 626 580

107 291 306

159 860 366

Investimenti (EUR)

103 206 819

81 357 885

62 499 682

42 831 235

Redditu fuq l-investimenti (%)

3,8

– 0,1

0,8

3,0

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju.

(77)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni billi l-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. Il-profittabbiltà naqset minn 5,1 % għal 4,7 %. Dan huwa inqas mill-profitt fil-mira ta' 9,9 % li ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali.

(78)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja waħedha l-attività tagħha u li dan kien pożittiv matul il-perjodu kunsidrat. Madankollu, l-indikatur irreġistra tnaqqis sinifikanti ta' 11 %. Dan iqajjem tħassib dwar il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tkompli għaddejja bl-iffinanzjar proprju neċessarju tal-attivitajiet tagħha.

(79)

L-investimenti naqsu b'mod sinifikanti bi 58 % matul il-perjodu kunsidrat. Huma jirrappreżentaw prinċipalment investimenti meħtieġa għall-manutenzjoni u l-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi ta' sikurezza. Il-fatt li ma sarux investimenti għall-espansjoni tal-kapaċità jista' jindika l-possibbiltà ta' xejriet tas-suq fit-tul negattivi.

(80)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f'perċentwal tal-valur kontabilistiku gross tal-investimenti. Dan l-indikatur naqas minn 3,8 % għal 3 % matul il-perjodu kkunsidrat minħabba t-tnaqqis tal-profitti.

(81)

B'kunsiderazzjoni tal-profittabilità u l-likwidità li qed jonqsu, l-abilità tal-kumpanija li tiġbor kapital kienet affettwata b'mod negattiv ukoll.

(e)   Il-produzzjoni maħsuba għall-użu intern tal-industrija tal-Unjoni

(82)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni, il-proporzjon ta' produzzjoni maħsuba għal-użu intern instab li ma kienx sinifikanti peress li madwar 11 % biss tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni tintuża internament fi ħdan il-grupp. Ġeneralment, volum ogħla ta' produzzjoni jwassal għal ekonomiji ta' skala li huma ta' benefiċċju għall-produttur konċernat. L-industrija tal-Unjoni fil-biċċa l-kbira tagħha hija integrata vertikalment u l-produzzjoni maħsuba għall-użu intern tintuża għal proċessar ulterjuri fi prodotti ta' valur miżjud fl-industrija downstream. L-investigazzjoni ma wriet ebda problema fil-produzzjoni li hija realata ma' dawn il-prodotti downstream. Fil-fatt, il-produzzjoni maħsuba għall-użu intern baqgħet stabbli matul il-perjodu kunsidrat. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-produzzjoni maħsuba għall-użu intern tal-industrija tal-Unjoni ma kellhom l-ebda impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha.

(f)   Konklużjoni dwar id-dannu

(83)

Matul il-perjodu kunsidrat, kważi l-indikaturi kollha tad-danni tal-industrija tal-Unjoni wrew xejra negattiva. B'mod aktar speċifiku, il-produzzjoni tal-Unjoni naqset b'6 %, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità naqset minn 76 % għal 72 %, is-sehem mis-suq naqas b'1,6 punt perċentwali minn 93,4 % għal 91,8 % u l-istokks tal-għeluq żdiedu b'18 %. Barra minn hekk, indikaturi oħra ta' ħsara bħalma huma l-volumi tal-bejgħ lil partijiet mhux relatati fl-Unjoni (– 6 %) u l-esportazzjonijiet lil partijiet mhux relatati (– 22 %) ukoll urew xejra negattiva. Il-prezzijiet tal-bejgħ medji ta' unità lil partijiet mhux relatati fl-Unjoni u l-kost tal-produzzjoni naqsu t-tnejn bi 15 %. Il-profitabbiltà naqset minn 5,1 % għal 4,7 % li hija anqas mil-profit fil-mira ta' 9,9 % li kien stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. L-investimenti naqsu b'mod sinifikanti b'58 % u l-fluss ta' flus naqas bi 11 %. Peress li l-impjiegi baqgħu pjuttost stabbli, il-produttività naqset b'7 %.

(84)

Madankollu, dawn ix-xejriet negattivi ma jistgħux jiġu attribwit lill-importazzjonijiet Ċiniżi, peress li dawn kienu limitati f'termini ta' volum u sehem mis-suq. L-analiżi għalhekk iddur fuq l-impatt li jkollhom l-importazzjonijiet Ċiniżi, jekk jerġgħu jibdew, fuq l-industrija tal-Unjoni li għadha ma rkupratx għal kollox mill-prassi preċedenti ta' dumping Ċiniżi.

F.   PROBABBILTÀ TA' RIKORRENZA JEW KONTINWAZZJONI TAD-DANNU

1.   Kumment preliminari

(85)

Għalkemm il-volumi tal-importazzjonijiet mir-RPĊ naqsu b'mod sinifikanti wara l-impożizzjoni tal-miżuri fl-2009, huwa kkunsidrat li l-kapaċità ta' produzzjoni sinifikanti li fadal fiċ-Ċina tista' faċilment tiġi diretta lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

2.   L-impatt tal-volum projettat tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u l-effetti fuq il-prezzijiet f'każ li jitneħħew il-miżuri

(86)

Kif stabbilit fil-premessi 40 sa 42 hawn fuq, il-kapaċità tal-produzzjoni totali tal-vireg tal-wajer hija ta' aktar minn 150 miljun tunnellata filwaqt li l-kapaċità żejda stmata hija ta' madwar 50 miljun tunnellata. Dawn iż-żewġ ammonti jaqbżu bil-kbir il-konsum totali tal-Unjoni tal-vireg tal-wajer. Barra minn hekk, kif jirriżulta minn l-istatistika Ċiniża, iċ-Ċina f'dawn l-aħħar snin irnexxielha torjenta l-produzzjoni żejda mill-Unjoni lejn pajjiżi oħra fejn hemm inqas restrizzjonijiet fuq il-kummerċ. Dan madankollu nbidel minħabba li xi swieq terzi reċentement introduċew miżuri protettivi biex b'hekk effettivament għalqu jew tal-anqas fixklu l-aċċess tal-importazzjonijiet Ċiniżi. Fi kwalunkwe każ, is-suq tal-Unjoni jibqa' attraenti minħabba l-prezzijiet tal-bejgħ relattivament għoljin għall-prodott konċernat meta mqabbel ma' swieq ta' pajjiżi terzi oħra. B'hekk, jista' jkun mistenni b'mod raġonevoli li bħala konsegwenza għall-attrattività tas-suq tal-Unjoni, minħabba d-daqs u l-livelli tal-prezzijiet tiegħu, jekk il-miżuri jitħassru parti sostanzjali tal-produzzjoni Ċiniża attwali terġa' tiġi diretta lejn l-Unjoni. B'konsiderazzjoni tal-istampa attwali tad-dannu u l-prassi ta' dumping tal-esportaturi Ċiniżi, l-investigazzjoni wriet li s-sospensjoni tal-miżuri fil-probabbiltà kollha tirriżulta f'żieda sinifikanti ta' esportazzjonijiet miċ-Ċina bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping u b'hekk tikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni.

3.   Konklużjoni

(87)

Fid-dawl ta' dak li ntqal, huwa konkluż li t-tħassir tal-miżuri fuq l-importazzjonijiet miċ-Ċina x'aktarx li jirriżulta f'rikorrenza tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni.

G.   INTERESS TAL-UNJONI

(88)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri antidumping eżistenti kontra ċ-Ċina tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni b'mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq l-apprezzament ta' kull wieħed mill-bosta interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti.

(89)

Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità jesprimu l-opinjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

(90)

Fuq din il-bażi l-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping u dannu, eżistewx raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti.

1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(91)

L-industrija tal-Unjoni tilfet b'mod konsistenti sehem mis-suq u ġarrbet ħsara materjali matul il-perjodu meqjus. Jekk il-miżuri jitħassru l-industrija tal-Unjoni wisq probabbli tkun f'qagħda saħansitra agħar.

(92)

Għaldaqstant, ġie konkluż li l-miżuri fis-seħħ kontra ċ-Ċina jkunu fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

2.   Interess ta' importaturi/kummerċjanti tas-suq

(93)

L-ebda wieħed mill-importaturi/negozjanti ma ppreżenta ruħu f'din l-investigazzjoni tar-rieżami tal-iskadenza. Ma hemmx indikazzjonijiet li l-kontinwazzjoni tal-miżuri jkollha effett negattiv sinifikanti fuq l-attivitajiet tagħhom.

3.   L-interess tal-utenti

(94)

Ħadd mill-utenti ma ppreżenta ruħu f'din l-investigazzjoni tar-rieżami tal-iskadenza. Rigward l-utenti, fl-investigazzjoni oriġinali kien ġie konkluż li l-impatt possibbli kumplessiv tal-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-attivitajiet tal-utenti jkun limitat ħafna. L-ewwel nett, il-maġġoranza vasta tal-utenti jixtru vireg tal-wajer minn sorsi mhux Ċiniżi li huma abbundanti. It-tieni nett, l-impatt possibbli tal-impożizzjoni tal-miżuri għandha titqies fid-dawl tal-prodotti downstream li għandhom valur miżjud għoli. Fuq din il-bażi, huwa konkluż li ż-żamma tal-miżuri mhux se jkollha impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni attwali tal-utenti.

4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(95)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni konkludiet li ma hemmx raġunijiet konvinċenti għall-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri antidumping attwali kontra ċ-Ċina.

H.   MIŻURI ANTIDUMPING

(96)

Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li jibqgħu fis-seħħ il-miżuri eżistenti. Ingħataw ukoll perjodu biex jissottomettu kummenti wara dik id-divulgazzjoni. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta fejn kien xieraq. Parti interessata ressqet kummenti b'sostenn għall-konklużjonijiet tal-Kummissjoni.

(97)

B'hekk huwa ċar minn dan imsemmi hawn fuq li kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-vireg tal-wajer li joriġinaw miċ-Ċina, imposti mir-Regolament (KE) Nru 703/2009 għandhom jinżammu.

(98)

Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta' ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza kbira fir-rati tad-dazju, huwa kkunsidrat li f'dan il-każ huma meħtieġa miżuri speċjali biex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tad-dazji tal-antidumping. Dawn il-miżuri speċjali, li japplikaw għall-kumpaniji li għalihom tkun introdotta rata individwali tad-dazju, jinkludu dan li ġej: il-preżentazzjoni lill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri ta' fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1, il-paragrafu 3 ta' dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati b'tali fattura jkunu suġġetti gћad-dazju tal-antidumping residwu li japplika gћall-produtturi l-oћra kollha.

(99)

Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati tad-dazju antidumping individwali jekk aktar 'l quddiem tibdel isem l-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (11). It-talba trid tinkludi l-informazzjoni kollha rilevanti li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata ta' dazju li tapplika għaliha, tiġi ppubblikata notifika ta' informazzjoni dwar il-bidla tal-isem f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(100)

Dan ir-Regolament huwa konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju antidumping definittiv hu b'dan impost fuq l-importazzjonijiet ta' staneg u vireg, irrumblati bis-sħana, f'koljaturi mkebbin b'mod irregolari, tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew tal-azzar illigat li mhumiex tal-azzar inossidabbli, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7213 10 00, 7213 20 00, 7213 91 10, 7213 91 20, 7213 91 41, 7213 91 49, 7213 91 70, 7213 91 90, 7213 99 10, 7213 99 90, 7227 10 00, 7227 20 00, 7227 90 10, 7227 90 50 u 7227 90 95.

2.   Ir-rata tad-dazju tal-antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpanniji elenkati hawn taħt għandha tkun din li ġejja:

Kumpanija

Rata ta' dazju AD (%)

Kodiċijiet addizzjonali TARIC

Valin Group

7,9

A930

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

24,0

A999

3.   L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 isseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fiha jidhru dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat minn ismu/isimha u l-funzjoni, abbozzata kif ġej: “Jiena, hawn taћt iffirmat, niċċertifika li [l-volumt] ta' vireg tal-wajer mibjugħ gћall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea u kopert b'din il-fattura ġie manifatturat minn [isem u indirizz il-kumpanija] [kodiċi addizzjonali TARIC] fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Niddikjara li t-tagħrif mogħti f'din il-fattura huwa sħiħ u korrett.” Jekk ma tkun ippreżentata l-ebda fattura bħal din, tapplika r-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji doganali fis-seħħ.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 703/2009 tas-27 ta' Lulju 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta' vireg tal-wajer li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jtemm il-proċediment fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' vireg tal-wajer li joriġinaw fir-Repubblika tal-Moldova u fit-Turkija (ĠU L 203, 5.8.2009, p. 1).

(3)  ĠU C 318, 1.11.2013, p. 6.

(4)  ĠU C 252, 2.8.2014, p. 7.

(5)  Assoċjazzjoni Worldsteel, Steel Statistical Yearbook 2014, http://www.worldsteel.org/dms/internetDocumentList/statistics-archive/yearbook-archive/Steel-Statistical-Yearbook-2014/document/Steel-Statistical-Yearbook-2014.pdf

(6)  Din iċ-ċifra tinkludi kemm il-vireg tal-wajer tal-karbonju kif ukoll tal-azzar inossidabbli (l-azzar inossidabbli mhuwiex il-prodott konċernat). Eurofer, membru tal-Forum Internazzjonali tal-Azzar Inossidabbli, estima li matul il-perjodu kunsidrat u inkluż l-PIR il-produzzjoni l-vireg tal-wajer tal-azzar inossidabbli kienet ta' inqas minn 5 % tat-total tal-produzzjoni tal-vireg tal-wajer fiċ-Ċina.

(7)  Għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità, il-marġnijiet ta' dumping konkreti stabbiliti ma jistgħux jiġu żvelati u għalhekk huma ppreżentati f'firxiet.

(8)  It-Turkija żiedet ir-rata tad-dazju regolari tagħha sa 40 % fuq il-vireg tal-wajer f'Novembru 2014, jiġifieri wara l-PIR u għalhekk ma affettwatx is-sejbiet fil-pajjiż analogu.

(9)  South China Morning Post tal-20 ta' Jannar 2015, Le Figaro tas-26 ta' Marzu 2015, The Australian Financial review tal-20 April 2015, is-CNBC tas-7 ta' Mejju 2015.

(10)  Il-vireg tal-wajer jintużaw ħafna fis-settur tal-kostruzzjoni.

(11)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, Rue de la Loi/Wetstraat 170, 1040 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË.


15.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/26


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1847

tal-14 ta' Ottubru 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

45,0

MA

141,5

MK

46,1

TR

56,6

ZZ

72,3

0707 00 05

AL

36,9

TR

115,3

ZZ

76,1

0709 93 10

TR

137,2

ZZ

137,2

0805 50 10

AR

163,5

CL

149,0

TR

110,0

UY

81,3

ZA

112,5

ZZ

123,3

0806 10 10

BR

274,5

EG

187,8

MA

56,6

MK

97,5

TR

177,1

ZZ

158,7

0808 10 80

AR

258,5

CL

127,9

MK

23,1

NZ

169,4

ZA

145,4

ZZ

144,9

0808 30 90

CN

65,9

TR

134,2

XS

95,1

ZA

218,5

ZZ

128,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

15.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/28


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1848

tal-5 ta' Ottubru 2015

dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri għall-2015

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 148(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (3),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tal-Impjiegi,

Billi:

(1)

L-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jaħdmu biex tiġi żviluppata strateġija koordinata għall-impjiegi u b'mod partikolari biex tiġi promossa forza tax-xogħol b'ħiliet, imħarrġa u adattabbli u swieq tax-xogħol li jwieġbu għat-tibdil ekonomiku bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi ta' livell massimu ta' impjiegi u l-progress soċjali stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Wara li jqisu l-prattiki nazzjonali relatati mar-responsabbiltajiet tal-maniġment u tal-ħaddiema, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-promozzjoni tal-impjiegi bħala kwistjoni ta' interess komuni u għandhom jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom f'dan ir-rigward fi ħdan il-Kunsill.

(2)

L-Unjoni għandha tindirizza l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni u tippromwovi l-ġustizzja u l-protezzjoni soċjali, kif ukoll l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. Meta tiddefinixxi u timplimenta l-politiki u l-attivitajiet tagħha, l-Unjoni għandha tieħu kont ta' rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjiegi, il-garanzija ta' protezzjoni soċjali adegwata, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u livell għoli ta' edukazzjoni u taħriġ.

(3)

Il-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri huma konsistenti mal-linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni stipulati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1184 (4). Flimkien dawn jifformaw il-linji gwida integrati għall-implimentazzjoni tal-Istateġija Ewropa 2020 (“linji gwida integrati tal-istrateġija Ewropa 2020”) u għandhom jiġu adottati mill-Kunsill biex ikunu ta' gwida għall-politiki tal-Istati Membri u tal-Unjoni.

(4)

F'konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Unjoni żviluppat u implimentat strumenti għall-koordinazzjoni ta' politika għall-politiki fiskali, makroekonomiċi u strutturali. Is-Semestru Ewropew jiġbor flimkien l-istrumenti differenti f'qafas ġenerali għal sorveljanza multilaterali integrata ta' politiki ekonomiċi, baġitarji, dwar l-impjiegi u l-qasam soċjali u għandu l-għan li jikseb il-miri tal-Ewropa 2020, b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw l-impjiegi, l-edukazzjoni u t-tnaqqis tal-faqar, kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/707/UE (5). Is-simplifikazzjoni u t-tisħiħ tas-Semestru Ewropew, kif stabbilit fl-Istħarriġ Annwali 2015 tal-Kummissjoni dwar it-Tkabbir, mistennija jkomplu jtejbu l-funzjonament tiegħu.

(5)

Il-kriżi finanzjarja u ekonomika żvelat u enfasizzat dgħufijiet importanti fl-ekonomija tal-Unjoni u fl-ekonomiji tal-Istati Membri tagħha. Hija enfasizzat ukoll l-interdipendenza mill-qrib tal-ekonomiji u s-swieq tax-xogħol tal-Istati Membri. L-isfida ewlenija li qed niffaċċjaw illum hija li niżguraw li l-Unjoni timxi lejn stat ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u ħolqien ta' impjiegi. Dan jirrekjedi politika koordinata u ambizzjuża kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell nazzjonali, f'konformità mat-TFUE u l-governanza ekonomika tal-Unjoni. Billi tikkombina miżuri min-naħa tal-provvista u min-naħa tad-domanda, dik l-azzjoni ta' politika għandha tagħti spinta lill-investiment, iġġedded l-impenn għal riformi strutturali u t-twettiq ta' responsabbiltà fiskali, filwaqt li tieħu kont tal-impatt tal-miżuri fuq l-impjiegi u fuq is-soċjetà. F'dan ir-rigward, it-tabella ta' valutazzjoni ta' indikaturi ewlenin dwar l-impjiegi u l-qasam soċjali fi ħdan ir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi tal-2015 mill-Kunsill u l-Kummissjoni hija għodda partikolarment utli li tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni f'waqtha ta' problemi u diverġenzi ewlenin dwar l-impjiegi u l-qasam soċjali u tidentifika oqsma fejn rispons ta' politika huwa l-aktar meħtieġ.

(6)

Riformi fis-suq tax-xogħol, fosthom il-mekkaniżmi tal-iffissar tal-pagi nazzjonali, għandhom isegwu prattiki nazzjonali tad-djalogu soċjali u jippermettu l-ispazju tal-politika meħtieġ biex jiġu kkunsidrati b'mod ġenerali l-kwistjonijiet soċjoekonomiċi.

(7)

L-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jindirizzaw ukoll l-impatt soċjali tal-kriżi u jimmiraw li jibnu soċjetà koeżiva fejn iċ-ċittadini jkunu kapaċi jantiċipaw u jadattaw għat-tibdil, u jkunu jistgħu jipparteċipaw b'mod attiv fis-soċjetà u l-ekonomija. Għandhom jiġu żgurati aċċess u opportunitajiet għal kulħadd filwaqt li l-faqar u l-esklużjoni soċjali għandhom jitnaqqsu, b'mod partikolari billi jiġi żgurat funzjonament effettiv tas-swieq tax-xogħol u tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali u jitneħħew l-ostakoli għall-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-benefiċċji tat-tkabbir ekonomiku jitqassmu fost iċ-ċittadini kollha u r-reġjuni kollha.

(8)

Azzjoni konformi mal-linji gwida integrati tal-istrateġija Ewropa 2020 hija kontribut importanti biex jintlaħqu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv (“strateġija Ewropa 2020”). L-istrateġija Ewropa 2020 għandha tkun sostnuta b'sett integrat ta' politiki Ewropej u nazzjonali li l-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jimplimentaw sabiex jinkisbu l-effetti kollaterali pożittivi ta' riformi strutturali koordinati, taħlita ġenerali adegwata tal-politiki ekonomiċi u kontribut aktar konsistenti mill-politiki Ewropej għall-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020.

(9)

Filwaqt li dawn il-linji gwida integrati tal-istrateġija Ewropa 2020 huma indirizzati lill-Istati Membri u lill-Unjoni, huma għandhom jiġu implimentati fi sħubija mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali kollha, filwaqt li l-parlamenti, kif ukoll is-sħab soċjali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili jkunu involuti mill-qrib.

(10)

Il-linji gwida integrati tal-istrateġija Ewropa 2020 jiggwidaw lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-riformi, filwaqt li jittieħed kont tal-interdipendenza bejn l-Istati Membri. Dawk il-linji gwida integrati huma konformi mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u ma' leġislazzjoni Ewropea eżistenti. Dawk il-linji gwida integrati għandhom isawru l-bażi għal rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi li l-Kunsill jista' jindirizza lill-Istati Membri.

(11)

Il-Kumitat tal-Impjiegi u l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali għandhom jissorveljaw il-mod li bih il-politiki rilevanti jiġu implimentati fid-dawl tal-linji gwida dwar l-impjiegi, f'konformità mal-mandati rispettivi tagħhom ibbażati fuq it-Trattat. Dawn il-kumitati u stanzi preparatorji oħra tal-Kunsill involuti fil-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi u soċjali għandhom jaħdmu flimkien mill-qrib,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri, kif stipulati fl-Anness, huma b'dan adottati. Dawn il-linji gwida għandhom jifformaw parti mil-linji gwida integrati tal-istrateġija Ewropa 2020.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-linji gwida stipulati fl-Anness fil-politiki dwar l-impjiegi u l-programmi ta' riforma tagħhom, u għandu jsir rapport dwar dan f'konformità mal-Artikolu 148(3) TFUE.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-5 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

N. SCHMIT


(1)  Opinjoni tat-8 ta' Lulju 2015 (Għada mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tas-27 ta' Mejju 2015 (Għada mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Opinjoni tal-4 ta' Ġunju 2015 (Għada mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1184 tal-14 ta' Lulju 2015 dwar linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 192, 18.7.2015, p. 27).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/707/UE tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (ĠU L 308, 24.11.2010, p. 46).


ANNESS

LINJI GWIDA GĦAL-LINJI POLITIĊI DWAR L-IMPJIEGI TAL-ISTATI MEMBRI

PARTI II TAL-LINJI GWIDA INTEGRATI TAL-ISTRATEĠIJA EWROPA 2020

Linja gwida 5: Inżidu l-ħolqien tax-xogħol

L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità, inaqqsu l-ostakoli li n-negozji jiffaċċjaw biex jimpjegaw in-nies, jippromwovu l-intraprenditorija u, b'mod partikolari, jappoġġaw il-ħolqien u t-tkabbir tal-intrapriżi ż-żgħar. L-Istati Membri għandhom jippromwovu b'mod attiv l-ekonomija soċjali u jrawmu l-innovazzjoni soċjali.

Il-piż tat-taxxa għandu jiġi ttrasferit minn fuq ix-xogħol għal sorsi oħra ta' tassazzjoni li jagħmlu inqas ħsara lill-impjiegi u lit-tkabbir, filwaqt li jiġi protett id-dħul għal protezzjoni soċjali adegwata u nfiq li jsaħħaħ it-tkabbir. It-tnaqqis tat-tassazzjoni tax-xogħol għandu jkollu l-għan li jnaqqas l-ostakoli u d-diżinċentivi fir-rigward tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, b'mod partikolari għall-aktar persuni mbiegħda mis-suq tax-xogħol.

L-Istati Membri, flimkien mas-sħab soċjali u f'konformità ma' prattiki nazzjonali, għandhom jinkoraġġixxu mekkaniżmi tal-iffissar tal-pagi li jippermettu li l-pagi jkunu jistgħu jwieġbu għall-iżviluppi fil-produttività. Għandu jittieħed kont tad-differenzi fil-ħiliet u tad-diverġenzi fil-prestazzjoni ekonomika bejn ir-reġjuni, is-setturi u l-kumpaniji. Meta jiffissaw il-pagi minimi, l-Istati Membri u s-sħab soċjali għandhom iqisu l-impatt tagħhom fuq il-faqar fost dawk li jaħdmu, fuq il-ħolqien tal-impjiegi u fuq il-kompetittività.

Linja gwida 6: Insaħħu l-provvista tax-xogħol, il-ħiliet u l-kompetenzi

L-Istati Membri, f'kooperazzjoni mas-sħab soċjali, għandhom jippromwovu l-produttività u l-impjegabbiltà permezz ta' provvista adegwata ta' għarfien, ħiliet u kompetenzi rilevanti. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-investiment meħtieġ fis-sistemi kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ sabiex itejbu l-effettività u l-effiċjenza tagħhom biex jgħollu l-livell tal-ħiliet u l-kompetenzi tal-forza tax-xogħol, u b'hekk ikunu jistgħu jantiċipaw u jissodisfaw aħjar il-ħtiġijiet li qed jinbidlu b'mod rapidu tas-swieq tax-xogħol dinamiċi f'ekonomija li qed issir dejjem aktar diġitali u fil-kuntest ta' tibdil teknoloġiku, ambjentali u demografiku. L-Istati Membri għandhom iżidu l-isforzi tagħhom biex itejbu l-aċċess ta' kulħadd għal tagħlim ta' kwalità tul il-ħajja u jimplimentaw strateġiji għal tixjiħ attiv li jippermettu li l-ħajja tax-xogħol titwal.

Id-dgħufijiet strutturali fis-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom jiġu indirizzati sabiex jiġu żgurati riżultati ta' tagħlim ta' kwalità, u biex jitnaqqas l-għadd ta' żgħażagħ li jitilqu l-iskola ta' età bikrija. L-Istati Membri għandhom iżidu l-kisbiet edukattivi, jinkoraġġixxu sistemi ta' tagħlim ibbażati fuq xogħol bħall-kombinazzjoni tat-tagħlim fl-iskejjel ma' dak fuq ix-xogħol, itejbu t-taħriġ professjonali u jżidu l-opportunitajiet għar-rikonoxximent u l-validazzjoni ta' ħiliet u kompetenzi miksubin barra l-edukazzjoni formali.

Ir-rati għoljin tal-qgħad u l-inattività għandhom jiġu indirizzati. Il-qgħad fit-tul u strutturali għandu jitnaqqas b'mod sinifikanti u jiġi impedit permezz ta' strateġiji komprensivi u li jsaħħu lil xulxin u li jinkludu appoġġ attiv personalizzat għal min jerġa' lura għas-suq tax-xogħol. Il-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-għadd kbir ta' żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, mill-impjieg jew mit-taħriġ (NEETs), għandhom jiġu indirizzati b'mod komprensiv permezz ta' titjib strutturali fit-transizzjoni mill-iskola għax-xogħol, inkluż permezz tal-implimentazzjoni sħiħa tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ.

L-ostakoli għall-impjieg għandhom jitnaqqsu, speċjalment għal gruppi żvantaġġati.

Il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol għandha tiżdied u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għandha tiġi żgurata permezz ta' pagi ugwali. Ir-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja tax-xogħol u tal-familja għandha tiġi promossa, b'mod partikolari l-aċċess għal edukazzjoni bikrija tat-tfal, servizzi ta' indukrar u kura fit-tul li jkunu ta' kwalità u bi prezz raġonevoli.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu sħiħ mill-Fond Soċjali Ewropew u fondi oħra tal-Unjoni biex irawmu l-impjiegi, l-inklużjoni soċjali, it-tagħlim tul il-ħajja u l-edukazzjoni, u jtejbu l-amministrazzjoni pubblika.

Linja gwida 7: Intejbu l-funzjonament tas-swieq tax-xogħol

L-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-prinċipji ta' flessibbiltá u ta' sigurtá (il-“prinċipji ta' flessigurtà”). Huma għandhom inaqqsu u jimpedixxu s-segmentazzjoni fis-swieq tax-xogħol u jindirizzaw ix-xogħol mhux iddikjarat. Ir-regoli dwar il-protezzjoni tal-impjiegi, il-liġi tax-xogħol u l-istituzzjonijiet ilkoll għandhom jipprovdu ambjent adatt għar-reklutaġġ, filwaqt li joffru livelli adegwati ta' protezzjoni għal dawk kollha li għandhom impjieg u dawk li qed ifittxu impjieg. Għandhom jiġu żgurati impjiegi ta' kwalità mil-lat ta' sigurtà soċjoekonomika, organizzazzjoni tax-xogħol, opportunitajiet ta' edukazzjoni u taħriġ, kondizzjonijiet tax-xogħol (inkluż is-saħħa u s-sikurezza) u bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.

F'konformità ma' prattiki nazzjonali, u sabiex itejbu l-funzjonament u effettività tad-djalogu soċjali fil-livell nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jinvolvu mill-qrib lill-parlamenti nazzjonali u lis-sħab soċjali fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' riformi u politiki rilevanti.

L-Istati Membri għandhom isaħħu l-politiki attivi fis-suq tax-xogħol billi jżidu l-effettività, l-għanijiet, l-ambitu, il-kopertura u l-interazzjoni tagħhom ma' miżuri passivi, akkumpanjati minn drittijiet u responsabbiltajiet biex dawk qiegħda jfittxu xogħol b'mod attiv. Dawn il-politiki għandu jkollhom l-għan li jtejbu l-adattament għas-suq tax-xogħol u jappoġġaw transizzjonijiet sostenibbli.

L-Istati Membri għandhom jimmiraw għal servizzi pubbliċi tal-impjiegi aħjar u aktar effettivi biex il-qgħad jonqos u jiqsar billi jipprovdu servizzi individwalizzati lil dawk li jfittxu impjieg, billi tiġi appoġġata d-domanda tas-suq tax-xogħol u billi jiġu implimentati sistemi li jkejlu l-prestazzjoni. L-Istati Membri għandhom jattivaw b'mod effettiv lil dawk li jistgħu jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol u jippermettulhom jagħmlu dan, filwaqt li jipproteġu lil dawk li ma jistgħux jipparteċipaw. L-Istati Membri għandhom jippromwovu swieq tax-xogħol inklużivi miftuħa għan-nisa u għall-irġiel kollha, billi jistabbilixxu miżuri effettivi kontra d-diskriminazzjoni, u jżidu l-impjegabbiltà billi jinvestu fil-kapital uman.

Il-mobbiltà tal-ħaddiema għandha tiġi promossa bl-għan li jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-suq tax-xogħol Ewropew. L-ostakoli għall-mobbiltà f'pensjonijiet okkupazzjonali u fir-rikonoxximent ta' kwalifiki għandhom jitneħħew. Fl-istess ħin l-Istati Membri għandhom jimpedixxu l-abbuż tar-regoli eżistenti u jagħrfu l-'eżodu potenzjali ta' mħuħ' minn ċerti reġjuni.

Linja gwida 8: Inrawmu l-inklużjoni soċjali, niġġieldu kontra l-faqar u nippromwovu opportunitajiet ugwali

L-Istati Membri għandhom jimmodernizzaw is-sistemi tal-protezzjoni soċjali biex jipprovdu protezzjoni effettiva, effiċjenti u adegwata fl-istadji kollha tal-ħajja ta' individwu, filwaqt li jrawmu l-inklużjoni soċjali, jippromwovu opportunitajiet ugwali, inkluż għan-nisa u għall-irġiel, u jindirizzaw l-inugwaljanzi. L-issupplimentar ta' approċċi universali b'oħrajn selettivi għandu jtejjeb l-effettività, filwaqt li s-simplifikazzjoni għandha twassal għal aċċessibbiltà u kwalità aħjar. Għandha tingħata aktar attenzjoni lil strateġiji preventivi u integrati. Is-sistemi tal-protezzjoni soċjali għandhom jippromwovu l-inklużjoni soċjali billi jinkoraġġixxu lin-nies biex jipparteċipaw b'mod attiv fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà. Huma meħtieġa servizzi ta' kwalità, aċċessibbli u bi prezz raġonevoli bħall-indukrar tat-tfal, l-indukrar barra l-iskola, l-edukazzjoni, it-taħriġ, id-djar, is-servizzi tas-saħħa, u ta' kura fit-tul. Għandha tingħata wkoll attenzjoni partikolari għal servizzi bażiċi u azzjonijiet għall-prevenzjoni ta' tluq bikri mill-iskola, għat-tnaqqis tal-faqar fost dawk li jaħdmu u għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali.

Għal dak l-għan, għandhom jintużaw strumenti differenti b'mod komplementari, f'konformità mal-prinċipji ta' inklużjoni attiva, inkluż servizzi li jippermettu l-attivazzjoni tax-xogħol, servizzi aċċessibbli ta' kwalità u appoġġ għal introjtu adegwat, maħsuba skont ħtiġijiet individwali. Is-sistemi tal-protezzjoni soċjali għandhom jitfasslu b'tali mod li dawk kollha intitolati għalihom isibuha faċli li jużawhom, b'tali mod li jkunu jappoġġaw il-protezzjoni u l-investiment fil-kapital uman, u jkunu jgħinu fil-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-faqar u l-esklużjoni soċjali u joffru protezzjoni minnhom tul iċ-ċiklu ta' ħajja.

F'kuntest ta' żieda fil-lonġevità u t-tibdil demografiku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw is-sostenibbiltà u l-adegwatezza tas-sistemi tal-pensjonijiet għan-nisa u l-irġiel. L-Istati Membri għandhom itejbu l-kwalità, l-aċċessibbiltà, l-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul filwaqt li jissalvagwardjaw is-sostenibbiltà.


15.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/33


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1849

tat-13 ta' Ottubru 2015

dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni ta' organiżmi ta' ħsara fir-rigward ta' ċertu ħxejjex tal-ikel li joriġinaw fil-Gana

(notifikata bid-dokument C(2015) 6858)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari t-tielet sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

Kontrolli tas-saħħa tal-pjanti mwettqa mill-Istati Membri fuq kunsinni ta' ċerti pjanti u prodotti tal-pjanti li joriġinaw fil-Gana żvelaw li għadd kbir minn dawn il-pjanti u prodotti tal-pjanti ġew infestati b'organiżmi ta' ħsara, prinċipalment Tephritidae (mhux Ewropew), Thrips palmi Karny jew Bemisia tabaci (Genn.) Sa mill-2009, l-għadd ta' kunsinni mill-Gana interċettati li kien fihom organiżmi ta' ħsara fl-Unjoni wera xejra sinifikanti 'l fuq. Ħafna mill-interċettazzjonijiet jikkonċernaw il-pjanti għajr iż-żerriegħa, ta' Capsicum L., Lagenaria Ser., Luffa Mill., Momordica L. u Solanum L. għajr S. lycopersicum L. (minn hawn 'quddiem “il-komoditajiet speċifikati”).

(2)

Awditi mwettqa mill-Kummissjoni fil-Gana, fl-2012 u l-2015, żvelaw nuqqasijiet fis-sistema ta' ċertifikazzjoni fitosanitarja tal-esportazzjoni. Minkejja l-assigurazzjonijiet u l-azzjonijiet imħabbra mill-awtoritajiet kompetenti tal-Gana, l-għadd ta' interċettazzjonijiet żdied aktar.

(3)

Fid-dawl tar-riżultati ta' dawk l-awditi u l-għadd ta' interċettazzjonijiet, ġie konkluż li s-salvagwardji fitosanitarji attwali tal-Gana huma insuffiċjenti biex jiżguraw li l-kunsinni ta' pjanti u prodotti tal-pjanti li joriġinaw fil-Gana ikunu ħielsa minn organiżmi ta' ħsara jew biex jindirizzaw ir-riskju ta' introduzzjoni ta' organiżmi ta' ħsara fl-Unjoni permezz tal-importazzjoni ta' komoditajiet speċifikati.

(4)

Għandhom jittieħdu miżuri biex jiġi indirizzat ir-riskju li jirriżulta minn importazzjoni fl-Unjoni tal-komoditajiet speċifikati. Għalhekk, l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-komoditajiet speċifikati għandha tiġi pprojbita.

(5)

Il-miżuri għandhom jibqgħu fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 2016 sabiex jiġi indirizzat ir-riskju kontinwu ta' introduzzjoni ta' organiżmi ta' ħsara, filwaqt li jippermettu lill-Gana taġġorna s-sistema ta' ċertifikazzjoni tagħha.

(6)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta' pjanti għajr iż-żerriegħa, ta' Capsicum L., Lagenaria Ser., Luffa Mill., Momordica L. u Solanum L., għajr S. lycopersicum L. li jorġinaw fil-Gana għandha tiġi pprojbita.

Artikolu 2

L-Artikolu 1 japplika sal-31 ta' Diċembru 2016.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.