ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 260

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
7 ta' Ottubru 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1785 tal-5 ta' Ottubru 2015 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

1

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1786 tas-6 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

4

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/1787 tas-6 ta' Ottubru 2015 li temenda l-Annessi II u III tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem

6

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1788 tal-1 ta' Ottubru 2015 li tikkonċerna t-tiġdid tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja

18

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1789 tal-1 ta' Ottubru 2015 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emendi għall-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE (Id-Direttiva tal-Kwalità tal-Fjuwil)

20

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/1790 tal-1 ta' Ottubru 2015 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020

23

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1791 tal-5 ta' Ottubru 2015 li taħtar membru supplenti Taljan fil-Kumitat tar-Reġjuni

27

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1792 tal-5 ta' Ottubru 2015 li taħtar ħames membri Spanjoli u ħames membri supplenti Spanjoli fil-Kumitat tar-Reġjuni

28

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1793 tas-6 ta' Ottubru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR)

30

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2014 tat-22 ta' Lulju 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontenut u l-kostruzzjoni ta' sistema komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni għall-operazzjonijiet finanzjati mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ( ĠU L 283, 27.9.2014 )

31

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

7.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1785

tal-5 ta' Ottubru 2015

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqu, jew li żżid xi subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-iskop li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati skont il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness huma kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett (l-hekk imsejjaħ “mopp mingħajr il-lasta”) li jikkonsisti fi strixxi magħmulin mit-tessuti mwaħħlin ma' adapter tal-plastik li huwa magħmul b'tali mod li jqabbad l-oġġett mal-manku.

(Ara r-ritratt) (*)

9603 90 99

Il-klassifikazzjoni ssir skont ir-regoli ġenerali 1, 2(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda (GIR), u skont il-kelmiet tal-kodiċijiet NM 9603 , 9603 90 u 9603 90 99 .

Mopp huwa għadd ta' strixxi magħmulin mit-tessuti mmuntati fuq manku. Dan l-oġġett huwa għadd ta' strixxi magħmulin mit-tessuti mwaħħla ma' adapter tal-plastik magħmul b'tali mod li jqabbad l-oġġett mal-manku. Minħabba f'hekk, il-mopp mingħajr il-lasta għandu jitqies bħala oġġett mhux komplut li għandu l-karatteristika essenzjali ta' mopp skont it-tifsira ta' GIR 2(a), għaliex l-adapter tal-plastik huwa magħmul b'tali mod li jista' jiġi mmuntat fuq manku (Ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata b'rabta mal-ewwel paragrafu tal-intestatura 9403 , (D))

Għalhekk l-artiklu għandu jiġi kklassifikat skont il-kodiċi tan-NM bin-numru 9603 90 99 bħala “mopp”.

Image

(*)  Ir-ritratt qed jingħata għal skopijiet ta' informazzjoni biss.


7.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1786

tas-6 ta' Ottubru 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

33,9

MA

201,3

MK

44,1

TR

73,3

ZZ

88,2

0707 00 05

AL

46,1

TR

122,2

ZZ

84,2

0709 93 10

TR

140,9

ZZ

140,9

0805 50 10

AR

127,3

BO

160,8

CL

149,1

TR

98,8

UY

104,8

ZA

143,1

ZZ

130,7

0806 10 10

BR

257,8

EG

187,3

MK

96,2

TR

168,7

ZA

128,8

ZZ

167,8

0808 10 80

CL

149,5

MK

23,1

NZ

140,9

US

137,2

ZA

148,0

ZZ

119,7

0808 30 90

AR

131,8

TR

130,4

XS

95,7

ZA

149,1

ZZ

126,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DIRETTIVI

7.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/6


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1787

tas-6 ta' Ottubru 2015

li temenda l-Annessi II u III tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Annessi II u III tad-Direttiva 98/83/KE jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi tal-programmi ta' monitoraġġ għall-ilma kollu maħsub għall-konsum mill-bniedem u l-ispeċifikazzjonijiet għall-metodu ta' analiżi ta' parametri differenti.

(2)

L-ispeċifikazzjonijiet f'dawk l-Annessi II u III għandhom jiġu aġġornati fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku u sabiex tkun żgurata l-koerenza mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(3)

L-Anness II tad-Direttiva 98/83/KE jagħti grad ta' flessibbiltà fit-twettiq tal-monitoraġġ tal-awditu u tal-kontroll, u b'hekk jippermetti monitoraġġ anqas frekwenti ta' kampjuni taħt ċerti ċirkostanzi. Il-kundizzjonijiet speċifiċi biex jitwettaq il-monitoraġġ ta' parametri fi frekwenzi xierqa u l-firxa ta' tekniki ta' monitoraġġ jeħtieġu jiġu ċċarati fid-dawl tal-progress xjentifiku.

(4)

Mill-2004, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa żviluppat approċċ ta' pjan għas-sigurtà tal-ilma bbażat fuq il-valutazzjoni tar-riskju u l-prinċipji tal-ġestjoni tar-riskju, stabbiliti fil-Linji Gwida tagħha għall-Kwalità tal-Ilma tax-Xorb (2). Dawk il-Linji Gwida, flimkien mal-istandard EN 15975-2 dwar is-sigurtà tal-provvista tal-ilma tax-xorb, huma prinċipji rikonoxxuti internazzjonalment li fuqhom huma bbażati l-produzzjoni, id-distribuzzjoni, il-monitoraġġ u l-analiżi ta' parametri fl-ilma tax-xorb. L-Anness II tad-Direttiva 98/83/KE għandu għalhekk jiġi allinjat mal-aħħar aġġornamenti ta' dawk il-prinċipji.

(5)

Biex jikkontrollaw ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem, il-programmi ta' monitoraġġ għandhom jiżguraw li hemm miżuri fis-seħħ tul il-katina tal-provvista tal-ilma u jikkunsidraw l-informazzjoni minn korpi tal-ilma użati għall-astrazzjoni tal-ilma tax-xorb. L-obbligi ġenerali għal programmi ta' monitoraġġ għandhom jagħlqu d-distakk bejn l-astrazzjoni tal-ilma u l-provvista. Skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-Istati Membri jridu jiżguraw l-istabbiliment ta' reġistru(i) taż-żoni protetti. Żoni protetti bħal dawn jinkludu l-korpi kollha tal-ilma użati għall-astrazzjoni tal-ilma tax-xorb, jew maħsuba għal użu bħal dan, skont l-Artikolu 7(1) ta' dik id-Direttiva. Ir-riżultati mill-monitoraġġ ta' dawk il-korpi tal-ilma skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8 ta' dik id-Direttiva għandhom jintużaw biex jiddeterminaw ir-riskju potenzjali għall-ilma tax-xorb qabel u wara t-trattament għall-finijiet tad-Direttiva 98/83/KE.

(6)

L-esperjenza wriet li, għal ħafna parametri (b'mod partikolari dawk fiżikokimiċi), il-konċentrazzjonijiet eżistenti rarament jirriżultaw f'xi ksur tal-valuri tal-limitu. Il-monitoraġġ u r-rappurtar ta' parametri bħal dawn mingħajr rilevanza prattika jimplikaw spejjeż sinifikanti, speċjalment fejn jeħtieġ li jiġu kkunsidrati għadd kbir ta' parametri. L-introduzzjoni ta' frekwenzi flessibbli ta' monitoraġġ taħt ċirkostanzi bħal dawn tippreżenta potenzjal ta' opportunitajiet għall-iffrankar tal-ispejjeż li ma jagħmlux ħsara għas-saħħa pubblika jew għal benefiċċji oħra. Monitoraġġ flessibbli jnaqqas ukoll il-ġbir ta' dejta li tipprovdi ftit li xejn informazzjoni dwar il-kwalità tal-ilma tax-xorb.

(7)

L-Istati Membri għandhom għalhekk jitħallew jidderogaw mill-programmi ta' monitoraġġ li jkunu stabbilixxew, sakemm jitwettqu valutazzjonijiet tar-riskju kredibbli, li jistgħu jkunu bbażati fuq il-Linji Gwida tad-WHO għall-Kwalità tal-Ilma tax-Xorb, u għandhom iqisu l-monitoraġġ imwettaq skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE.

(8)

It-Tabella B2 fl-Anness II tad-Direttiva 98/83/KE, li tikkonċerna l-ilma li jitqiegħed fi fliexken jew f'kontenituri maħsuba għall-bejgħ, ma għadhiex tapplika, billi dawk il-prodotti huma koperti bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Dawk il-prodotti huma wkoll koperti bil-prinċipji ta' “analiżi tal-periklu u punti kritiċi ta' kontroll” (HACCP) stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u l-prinċipji ta' kontroll uffiċjali kif stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). B'konsegwenza tal-adozzjoni ta' dawn ir-Regolamenti, l-Anness II tad-Direttiva 98/83/KE de facto ma japplikax aktar għall-ilma li jitqiegħed fi fliexken jew f'kontenituri maħsuba għall-bejgħ.

(9)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom (7) introduċiet arranġamenti speċifiċi għall-monitoraġġ ta' sustanzi radjuattivi. Għaldaqstant għandhom jiġu stabbiliti programmi ta' monitoraġġ esklussivament skont dik id-Direttiva.

(10)

Il-laboratorji li japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet għall-analiżi tal-parametri stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 98/83/KE għandhom, sa fejn huwa possibbli, jaħdmu skont proċeduri approvati internazzjonalment jew standards tal-prestazzjoni bbażati fuq kriterji u jużaw metodi ta' analiżi li jkunu ġew ivvalidati.

(11)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE (8) tistipula l-istandard EN ISO/IEC 17025, jew standards oħra ekwivalenti aċċettati fil-livell internazzjonali, biex jintużaw għall-validazzjoni il-metodi ta' analiżi. L-EN ISO/IEC 17025 huwa wkoll wieħed mill-istandards użati skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 għall-akkreditazzjoni ta' laboratorji nnominati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri. Għaldaqstant huwa meħtieġ li dak l-istandard, jew standards oħra ekwivalenti aċċettati fil-livell internazzjonali, ikunu stipulati għall-validazzjoni tal-metodi ta' analiżi fil-kuntest tad-Direttiva 98/83/KE. Biex l-Anness III tad-Direttiva 98/83/KE jiġi allinjat mad-Direttiva 2009/90/KE, il-limitu ta' kwantifikazzjoni u l-inċertezza tal-kejl għandhom jiġu introdotti bħala karatteristiċi ta' prestazzjoni. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jkomplu jippermettu l-użu tal-eżattezza, il-preċiżjoni u l-limitu ta' detezzjoni bħala karatteristiċi tal-prestazzjoni skont l-Anness III tad-Direttiva 98/83/KE għal perjodu limitat, u b'hekk il-laboratorji jingħatalhom żmien biżżejjed biex jadattaw għal dan l-avvanz tekniku.

(12)

Għall-analiżi ta' parametri mikrobijoloġiċi ġew stabbiliti għadd ta' standards ISO. B'hekk, EN ISO 9308-1 u EN ISO 9308-2 (għall-enumerazzjoni ta' E. coli u batterji koliformi) u l-istandard EN ISO 14189 (għall-analiżi ta' Clostridium perfringens) jipprovdu l-ispeċifikazzjonijiet kollha meħtieġa biex titwettaq l-analiżi. Dawn l-istandards u l-iżviluppi tekniċi ġodda għandhom ikunu riflessi fl-Anness III tad-Direttiva 98/83/KE.

(13)

Għall-finijiet ta' valutazzjoni tal-ekwivalenza ta' metodi alternattivi mal-metodu stabbilit fl-Anness III tad-Direttiva 98/83/KE, l-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw l-istandard EN ISO 17994, li diġà ġie stabbilit bħala l-istandard dwar l-ekwivalenza ta' metodi mikrobijoloġiċi fil-kuntest tad-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/64/KE (10). B'mod alternattiv, dawn għandhom jitħallew jużaw l-istandard EN ISO 16140 jew protokolli simili oħrajn aċċettati internazzjonalment, kif hemm referenza fl-Artikolu 5(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (11), biex jistabbilixxu l-ekwivalenza ta' metodi msejsa fuq prinċipji, għajr il-kulturi, li huma lil hinn mill-ambitu tal-EN ISO 17994.

(14)

L-Annessi II u III tad-Direttiva 98/83/KE għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq.

(15)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ilma tax-Xorb stabbilit skont l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 98/83/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 98/83/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Anness II jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness I ta' din id-Direttiva.

(2)

L-Anness III jinbidel skont l-Anness II ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mis-27 ta' Ottubru 2017. Għalhekk huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32.

(2)  http://www.who.int/water_sanitation_health/publications/2011/dwq_guidelines/en/index.html

(3)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom tat-22 ta' Ottubru 2013 li tistabbilixxi rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta' sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 296, 7.11.2013, p. 12).

(8)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE tal-31 ta' Lulju 2009 li tistipula, skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, speċifikazzjonijiet tekniċi għall-analiżi u l-monitoraġġ kimiċi tal-istat tal-ilma (ĠU L 201, 1.8.2009, p. 36).

(9)  Id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar l-immaniġġar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm (ĠU L 64, 4.3.2006, p. 37).

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/64/KE tal-21 ta' Jannar 2009 li tispeċifika, skont id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, EN ISO 17994:2004(E) bħala l-istandard dwar l-ekwivalenza ta' metodi mikrobijoloġiċi (ĠU L 23, 27.1.2009, p. 32).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).


ANNESS I

“ANNESS II

MONITORAĠĠ

PARTI A

L-għanijiet ġenerali u l-programmi ta' monitoraġġ għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem

1.

Il-programmi ta' monitoraġġ għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem iridu:

(a)

jivverifikaw li l-miżuri fis-seħħ għall-kontroll tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem matul il-katina tal-provvista tal-ilma mill-baċir tal-iskular permezz tal-astrazzjoni, it-trattament u l-ħżin sad-distribuzzjoni qed jaħdmu b'mod effettiv u li l-ilma fil-punt tal-konformità jkun tajjeb u nadif;

(b)

jagħtu informazzjoni dwar il-kwalità tal-ilma fornut għall-kunsum mill-bniedem biex juru li l-obbligi stipulati fl-Artikoli 4 u 5, u li l-valuri parametriċi stabbiliti fl-Anness I, huma ssodisfati;

(c)

jidentifikaw l-aktar mezzi xierqa biex jitnaqqas ir-riskju għas-saħħa tal-bniedem.

2.

Skont l-Artikolu 7(2), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu programmi ta' monitoraġġ konformi mal-parametri u l-frekwenzi stipulati fil-Parti B ta' dan l-Anness li jikkonsistu minn dawn li ġejjin:

(a)

ġbir u analiżi ta' kampjuni diskreti tal-ilma; jew

(b)

kejl irreġistrat permezz ta' proċess kontinwu ta' monitoraġġ.

Barra minn hekk, il-programmi ta' monitoraġġ jistgħu jikkonsistu minn:

(a)

spezzjonijiet tar-reġistrazzjonijiet tal-funzjonalità u l-manteniment tal-istatus tal-apparat; u/jew

(b)

spezzjonijiet tal-baċir tal-iskular, l-astrazzjoni tal-ilma, it-trattament, il-ħżin u l-infrastruttura tad-distribuzzjoni.

3.

Il-programmi ta' monitoraġġ jistgħu jkunu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju kif stipulat fil-Parti C.

4.

L-Istati Membri għandhom ikunu żguri li l-programmi ta' monitoraġġ jiġu riveduti fuq bażi kontinwa u aġġornati jew ikkonfermati mill-ġdid tal-anqas kull ħames snin.

PARTI B

Parametri u frekwenzi

1.   Qafas ġenerali

Il-programm ta' monitoraġġ irid jikkunsidra l-parametri li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5, inkluż dawk li huma importanti għall-valutazzjoni tal-impatt tas-sistemi ta' distribuzzjoni domestika dwar il-kwalità tal-ilma fil-punt ta' konformità, kif stipulat fl-Artikolu 6(1). Fl-għażla tal-parametri xierqa għall-monitoraġġ, għandhom jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet lokali għal kull sistema ta' forniment tal-ilma.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parametri elenkati fil-punt 2 jiġu ssorveljati bil-frekwenzi tal-kampjunar rilevanti kif stipulat fil-punt 3.

2.   Lista ta' parametri

Parametri Grupp A

Il-parametri li ġejjin (il-Grupp A) għandhom jiġu ssorveljati skont il-frekwenzi ta' monitoraġġ kif stipulat fil-Tabella 1 tal-punt 3:

(a)

Escherichia coli (E. coli), batterji koliformi, l-għadd tal-kolonji f'temperatura ta' 22 °C, kulur, turbidità, togħma, riħa, pH, konduttività;

(b)

parametri oħra identifikati bħala rilevanti fil-programm ta' monitoraġġ, skont l-Artikolu 5(3) u, fejn rilevanti, permezz ta' valutazzjoni tar-riskju kif stipulat fil-Parti C.

Dawn il-parametri għandhom jiżdiedu mal-Grupp A tal-Parametri, skont ċirkostanzi speċifiċi:

(a)

ammonju u nitrit, jekk tintuża l-kloraminazzjoni;

(b)

aluminju u ħadid, jekk jintużaw bħala kimiki għat-trattament tal-ilma.

Parametri Grupp B

Biex tiġi ddeterminata l-konformità mal-valuri parametriċi kollha stipulati f'din id-Direttiva, il-parametri l-oħra kollha li mhumiex analizzati taħt il-Grupp A u stipulati skont l-Artikolu 5 għandhom jiġu sorveljati tal-anqas fil-frekwenzi stipulati fit-Tabella 1 tal-punt 3.

3.   Il-frekwenza tal-kampjunar

Tabella 1

Il-frekwenza minima tal-kampjunar u l-analiżi tal-monitoraġġ tal-konformità

Volum ta' ilma mqassam jew prodott għal kull ġurnata f'żona ta' forniment

(Ara n-Noti 1 u 2)

m3

Parametri Grupp A

għadd ta' kampjuni kull sena

(Ara n-Nota 3)

Parametri Grupp B

għadd ta' kampjuni kull sena

 

≤ 100

> 0

(Ara n-Nota 4)

> 0

(Ara n-Nota 4)

> 100

≤ 1 000

4

1

> 1 000

≤ 10 000

4

+ 3

għal kull 1 000 m3/d u parti mill-volum totali

1

+ 1

għal kull 4 500 m3/d u parti mill-volum totali

> 10 000

≤ 100 000

3

+ 1

għal kull 10 000 m3/d u parti mill-volum totali

> 100 000

 

12

+ 1

għal kull 25 000 m3/d u parti mill-volum totali

Nota 1:

Żona ta' forniment hija żona ġeografika identifikata li tforni ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem minn sors wieħed jew aktar u li l-kwalità tal-ilma tagħha tista' titqies li hi bejn wieħed u ieħor l-istess.

Nota 2:

Il-volumi huma kalkulati bħala medji għal sena kalendarja. Jista' jintuża l-għadd ta' abitanti f'żona ta' forniment minflok il-volum ta' ilma biex tiġi ddeterminata l-frekwenza minima, meta wieħed jassumi l-konsum ta' ilma bħala 200 l/(ġurnata*capita).

Nota 3:

Il-frekwenza indikata hija kkalkulata kif ġej: eż. 4 300 m3/d = 16-il kampjun (erbgħa għall-ewwel 1 000 m3/d + 12 għat-3 300 m3/d addizzjonali).

Nota 4:

L-Istati Membri li ddeċidew li jeżentaw fornimenti individwali skont l-Artikolu 3(2)(b) ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw dawn il-frekwenzi biss għaż-żoni ta' forniment li jqassmu bejn 10 u 100m3 kuljum.

PARTI C

Valutazzjoni tar-riskju

1.

L-Istati Membri jistgħu jistipulaw il-possibbiltà ta' deroga mill-frekwenzi tal-parametri u tal-kampjunar fil-Parti B, sakemm il-valutazzjoni tar-riskju ssir skont din il-Parti.

2.

Il-valutazzjoni tar-riskju li hemm referenza għaliha fil-punt 1 għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji ġenerali tal-valutazzjoni tar-riskju stabbilita b'rabta mal-istandards internazzjonali bħall-istandard EN 15975-2 dwar ‘il-linji gwida dwar il-ġestjoni tar-riskji u tal-kriżi għas-sigurtà tal-forniment tal-ilma tax-xorb’.

3.

Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tqis ir-riżultati tal-programmi ta' monitoraġġ stabbiliti bit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1), u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) għal korpi tal-ilma identifikati skont l-Artikolu 7(1) li jfornu medja ta' aktar minn 100m3 kuljum, skont l-Anness V ta' dik id-Direttiva.

4.

Abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju, il-lista tal-parametri fil-punt 2 tal-Parti B għandha tiġi estiża u/jew il-frekwenzi tal-kampjunar fil-punt 3 tal-Parti B jiżdiedu, fejn hija ssodisfata xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

il-lista tal-parametri jew tal-frekwenzi stipulata f'dan l-Anness mhijiex biżżejjed biex jiġu ssodisfati l-obbligi imposti skont l-Artikolu 7(1);

(b)

huwa meħtieġ monitoraġġ addizzjonali għall-fini tal-Artikolu 7(6);

(c)

huwa meħtieġ li jingħataw l-assigurazzjonijiet stipulati fil-punt (1)(a) tal-Parti A.

5.

Abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju, il-lista tal-parametri stipulata fil-punt 2 tal-Parti B u l-frekwenzi tal-kampjunar stipulati fil-punt 3 tal-Parti B jistgħu jitnaqqsu sakemm jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

tkun xi tkun iċ-ċirkostanza, il-frekwenza tal-kampjunar għal E. coli ma għandhiex titnaqqas aktar minn dik stipulata fil-punt 3 tal-Parti B;

(b)

għall-parametri l-oħra kollha:

(i)

il-post u l-frekwenza tal-kampjunar għandhom jiġu ddeterminati b'rabta mal-oriġini tal-parametri, kif ukoll mal-varjabbiltà u x-xejra fuq termini twal tal-konċentrazzjoni tagħhom, fid-dawl tal-Artikolu 6;

(ii)

biex titnaqqas il-frekwenza minima tal-kampjunar ta' parametru, kif stipulat fil-punt 3 tal-Parti B, ir-riżultati miksuba mill-kampjuni miġbura f'intervalli regolari fuq perjodu ta' mill-anqas tliet snin minn rapreżentazzjoni ta' punti ta' kampjunar miż-żona kollha ta' forniment, għandhom ikunu anqas minn 60 % tal-valur parametriku;

(iii)

biex jitneħħa parametru mil-lista ta' parametri li għandhom jiġu ssorveljati, kif stipulat fil-punt 2 tal-Parti B, ir-riżultati miksuba mill-kampjuni miġbura f'intervalli regolari fuq perjodu ta' mill-anqas tliet snin minn rapreżentazzjoni ta' punti ta' kampjunar miż-żona kollha ta' forniment, għandhom ikunu anqas minn 30 % tal-valur parametriku;

(iv)

it-tneħħija ta' xi parametru partikolari stipulat fil-punt 2 tal-Parti B mil-lista ta' parametri li għandhom jiġu ssorveljati, għandha tkun ibbażata fuq ir-riżultat tal-valutazzjoni tar-riskju, sostnuta mir-riżultati tal-monitoraġġ tas-sorsi tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u għandha tikkonferma li s-saħħa tal-bniedem hija protetta minn kull effett ħażin ta' kontaminazzjoni ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, kif stipulat fl-Artikolu 1;

(v)

il-frekwenza tal-kampjunar tista' titnaqqas jew parametru jista' jitneħħa mil-lista ta' parametri li għandhom jiġu ssorveljati kif stipulat fil-punti (ii) u (iii) biss jekk il-valutazzjoni tar-riskju tikkonferma li ma jista' jiġi antiċipat l-ebda fattur li jista' jikkawża deterjorazzjoni tal-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

6.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

l-valutazzjonijiet tar-riskju jkunu approvati mill-awtorità kompetenti rilevanti tagħhom; u

(b)

l-informazzjoni li tkun disponibbli turi li twettqet valutazzjoni tar-riskju, flimkien ma' sommarju tar-riżultati tagħha.

PARTI D

Il-metodi u l-punti tal-kampjunar

1.

Il-punti tal-kampjunar għandhom jintgħażlu b'mod li jassiguraw il-konformità mal-punti ta' konformità kif definit fl-Artikolu 6(1). F'każ ta' netwerk ta' distribuzzjoni, Stat Membru jista' jieħu kampjuni fiż-żona ta' forniment jew mix-xogħlijiet ta' trattament għal parametri partikolari jekk ikun jista' jintwera li mhux se jkun hemm l-ebda bidla negattiva għall-valur imkejjel tal-parametri kkonċernati. Sa fejn huwa possibbli, l-għadd ta' kampjuni għandu jitqassam ugwalment kemm fil-ħin kif ukoll fil-post.

2.

Il-kampjunar fil-punt ta' konformità għandu jissodisfa dawn ir-rekwiżiti:

(a)

il-kampjuni tal-konformità għal ċerti parametri kimiċi (b'mod partikolari, iċ-ċomb u n-nikil) għandhom jittieħdu mill-vitin tal-konsumaturi mingħajr ifflaxxjar minn qabel. Għandu jittieħed kampjun aleatorju b'volum ta' litru matul il-ġurnata. Bħala alternattiva, l-Istati Membri jistgħu jużaw metodi ta' żmien fiss ta' staġnar li jirriflettu s-sitwazzjonijiet nazzjonali tagħhom, sakemm fil-livell taż-żona ta' forniment, dan ma jirriżultax f'każijiet anqas ta' nuqqas ta' konformità minn meta jintuża l-metodu aleatorju ta' matul il-ġurnata;

(b)

il-kampjuni ta' konformità għall-parametri mikrobijoloġiċi fil-punt ta' konformità għandhom jittieħdu u jiġu mmaniġjati skont EN ISO 19458, l-iskop B tal-kampjunar.

3.

Il-kampjunar fin-netwerk ta' distribuzzjoni, bl-eċċezzjoni tal-kampjunar fil-vitin tal-konsumaturi, għandu jkun skont ISO 5667-5. Għall-parametri mikrobijoloġiċi, il-kampjunar fin-netwerk ta' distribuzzjoni għandu jittieħed u jiġi mmaniġjat skont EN ISO 19458, l-iskop A tal-kampjunar.


(*)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).”


ANNESS II

L-Anness III tad-Direttiva 98/83/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-paragrafu introduttorju jinbidel b'dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-metodi ta' analiżi użati għall-finijiet ta' monitoraġġ u demostrazzjoni tal-konformità ma' din id-Direttiva huma vvalidati u ddokumentati skont l-EN ISO/IEC 17025 jew standards oħra ekwivalenti aċċettati fil-livell internazzjonali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li laboratorji jew partijiet ikkuntrattati ma' laboratorji japplikaw prattiki ta' sistema ta' ġestjoni ta' kwalità skont l-EN ISO/IEC 17025 jew standards oħra ekwivalenti aċċettati fil-livell internazzjonali.

Fin-nuqqas ta' metodu analitiku li jissodisfa l-kriterji tal-prestazzjoni minima stipulati fil-Parti B, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-monitoraġġ isir bl-użu tal-aħjar tekniki disponibbli iżda li ma joħolqux spejjeż eċċessivi.”

(2)

Il-punt 1 qed jiġi emendat kif ġej:

(a)

L-intestatura tal-punt 1 tinbidel b'dan li ġej:

“PARTI A

Parametri mikrobijoloġiċi b'metodi tal-analiżi speċifikati għalihom”

(b)

Mit-tielet sad-disa' paragrafi, inkluża n-Nota 1, jinbidlu b'dan li ġej:

“Il-metodi għall-parametri mikrobijoloġiċi huma:

(a)

Escherichia coli (E. coli) u batterja koliformi (EN ISO 9308-1 jew EN ISO 9308-2)

(b)

Enterococci (EN ISO 7899-2)

(c)

Pseudomonas aeruginosa (EN ISO 16266)

(d)

enumerazzjoni ta' mikroorganiżmi li jistgħu jitkabbru — l-għadd tal-kolonji f'temperatura ta' 22 °C (EN ISO 6222)

(e)

enumerazzjoni ta' mikroorganiżmi li jistgħu jitkabbru — l-għadd tal-kolonji f'temperatura ta' 36 °C (EN ISO 6222)

(f)

Clostridium perfringens inklużi l-ispori (EN ISO 14189)”

(3)

Il-punt 2 qed jiġi emendat kif ġej:

(a)

L-intestatura tal-punt 2 tinbidel b'dan li ġej:

“PARTI B

Parametri kimiċi, noti relatati u indikaturi b'karatteristiċi tal-prestazzjoni speċifikati għalihom”

(b)

Il-punt 2.1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Parametri kimiċi u tal-indikaturi

Għall-parametri stipulati fit-Tabella 1, il-karatteristiċi tal-prestazzjoni speċifikata huma li l-metodu tal-analiżi użat għandu, bħala minimu, ikun kapaċi jkejjel il-konċentrazzjonijiet daqs il-valur parametriku b'limitu ta' kwantifikazzjoni, kif definit fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE (*), ta' 30 % jew anqas tal-valur parametriku u inċertezza tal-kejl kif speċifikat fit-Tabella 1. Ir-riżultat għandu jiġi espress bl-użu ta' mill-anqas l-istess għadd ta' cifri sinifikanti bħal dak tal-valur parametriku kkunsidrat fil-Partijiet B u C tal-Anness I.

Sal-31 ta' Diċembru 2019, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu ta' ‘eżattezza’, ‘preċiżjoni’ u ‘limitu ta' tkixxif’ kif speċifikat fit-Tabella 2, bħala sett alternattiv ta' karatteristiċi ta' prestazzjoni minflok ‘limitu ta' kwantifikazzjoni’ u ‘inċertezza tal-kejl’ speċifikati rispettivament, fl-ewwel paragrafu u fit-Tabella 1.

L-inċertezza tal-kejl stabbilita fit-Tabella 1 ma għandhiex tintuża bħala tolleranza addizzjonali mal-valuri parametriċi stipulati fl-Anness I

Tabella 1

Karatteristiċi minimi tal-prestazzjoni ‘Inċertezza tal-kejl’

Parametri

Inċertezzi tal-kejl

(Ara n-Nota 1)

% tal-valur parametriku (barra l-pH)

Noti

Aluminju

25

 

Ammonju

40

 

Antimonju

40

 

Arseniku

30

 

Benżo(a)piren

50

Ara n-Nota 5

Benżen

40

 

Boron

25

 

Bromat

40

 

Kadmju

25

 

Klorur

15

 

Kromju

30

 

Konduttività

20

 

Ram

25

 

Ċjanur

30

Ara n-Nota 6

1,2-dikloroetan

40

 

Fluworur

20

 

Konċentrazzjoni ta' pH b'joni ta' idroġenu (espressi f'unitajiet ta' pH)

0,2

Ara n-Nota 7

Ħadid

30

 

Ċomb

25

 

Manganiż

30

 

Merkurju

30

 

Nikil

25

 

Nitrat

15

 

Nitrit

20

 

Ossidabbiltà

50

Ara n-Nota 8

Pestiċidi

30

Ara n-Nota 9

Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi

50

Ara n-Nota 10

Selenju

40

 

Sodju

15

 

Sulfat

15

 

Tetrakloroeten

30

Ara n-Nota 11

Trikloroetilen

40

Ara n-Nota 11

Trialometani — total

40

Ara n-Nota 10

Karbonju organiku totali (TOC)

30

Ara n-Nota 12

Turbidità

30

Ara n-Nota 13

Akrilammid, epikloroidrin u klorur tal-vinil li għandhom jiġu kkontrollati mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott.


Tabella 2

Karatteristiċi minimi ta' prestazzjoni ‘Eżattezza’, ‘Preċiżjoni’ u ‘Limitu ta' tkixxif’ — jistgħu jintużaw sal-31 ta' Diċembru 2019

Parametri

Eżattezza

(Ara n-Nota 2)

% tal-valur parametriku (barra l-pH)

Preċiżjoni

(Ara n-Nota 3)

% tal-valur parametriku (barra l-pH)

Limitu ta' tkixxif

(Ara n-Nota 4)

% tal-valur parametriku (barra l-pH)

Noti

Aluminju

10

10

10

 

Ammonju

10

10

10

 

Antimonju

25

25

25

 

Arseniku

10

10

10

 

Benżo(a)piren

25

25

25

 

Benżen

25

25

25

 

Boron

10

10

10

 

Bromat

25

25

25

 

Kadmju

10

10

10

 

Klorur

10

10

10

 

Kromju

10

10

10

 

Konduttività

10

10

10

 

Ram

10

10

10

 

Ċjanur

10

10

10

Ara n-Nota 6

1,2-dikloroetan

25

25

10

 

Fluworur

10

10

10

 

Konċentrazzjoni ta' pH b'joni ta' idroġenu (espressi f'unitajiet ta' pH)

0,2

0,2

 

Ara n-Nota 7

Ħadid

10

10

10

 

Ċomb

10

10

10

 

Manganiż

10

10

10

 

Merkurju

20

10

20

 

Nikil

10

10

10

 

Nitrat

10

10

10

 

Nitrit

10

10

10

 

Ossidabbiltà

25

25

10

Ara n-Nota 8

Pestiċidi

25

25

25

Ara n-Nota 9

Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi

25

25

25

Ara n-Nota 10

Selenju

10

10

10

 

Sodju

10

10

10

 

Sulfat

10

10

10

 

Tetrakloroeten

25

25

10

Ara n-Nota 11

Trikloroetilen

25

25

10

Ara n-Nota 11

Trialometani — total

25

25

10

Ara n-Nota 10

Turbidità

25

25

25

 

Akrilammid, epikloroidrin u klorur tal-vinil li għandhom jiġu kkontrollati mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

(*)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE tal-31 ta' Lulju 2009 li tistipula, skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, speċifikazzjonijiet tekniċi għall-analiżi u l-monitoraġġ kimiċi tal-istat tal-ilma (ĠU L 201, 1.8.2009, p. 36).”"

(c)

Il-punt 2.2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Noti għat-Tabelli 1 u 2

Nota 1

L-inċertezza tal-kejl hija parametru mhux negattiv li jikkaratterizza d-dispersjoni tal-valuri ta' kwantità attribwiti għal mikjel u bbażat fuq l-informazzjoni li ntużat. Il-kriterju tal-prestazzjoni għall-kejl tal-inċertezza (k = 2) huwa l-persentaġġ tal-valur parametriku msemmi fit-tabella jew aħjar. Il-kejl tal-inċertezza għandu jiġi kkalkulat fil-livell tal-valur parametriku, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor.

Nota 2

L-eżattezza hija kejl ta' żball sistematiku, jiġifieri d-differenza bejn il-valur medju tal-għadd kbir ta' kejl ripetut u l-valur veru. Aktar speċifikazzjonijiet huma dawk stipulati f'ISO 5725.

Nota 3

Il-Preċiżjoni hija kejl ta' żball aleatorju u normalment espressa bhala d-devjazzjoni standard (fi ħdan u bejn lottijiet) tal-firxa ta' riżultati mill-valur medju. Preċiżjoni aċċettabli hija d-doppju tad-devjazzjoni standard relattiva. Dan it-terminu huwa mfisser f'aktar dettall f'ISO 5725.

Nota 4

Il-limitu ta' detezzjoni huwa jew:

tliet darbiet id-devjazzjoni standard f'lott ta' kampjun naturali li fih konċentrazzjoni baxxa tal-parametru; jew

ħames darbiet id-devjazzjoni standard ta' kampjun vojt (f'lott).

Nota 5

Jekk il-valur tal-inċertezza tal-kejl ma jistax jiġi ssodisfat, għandha tingħażel l-aħjar teknika disponibbli (sa 60 %).

Nota 6

Il-metodu għandu jistabilixxi t-total ta' ċjanur fil-forom kollha.

Nota 7

Il-valuri tal-eżattezza, il-preċiżjoni u l-inċertezza tal-kejl huma espressi f'unitajiet ta' pH.

Nota 8

Metodu ta' referenza: EN ISO 8467

Nota 9

Il-karatteristiċi tal-prestazzjoni għal pestiċidi individwali jingħataw bħala indikazzjoni. Jistgħu jinkisbu valuri tal-inċertezza tal-kejl baxxi (30 %) għal diversi pestiċidi, jistgħu jiġu permessi valuri għolja (sa 80 %) għal għadd ta' pestiċidi.

Nota 10

Il-karatteristiċi ta' prestazzjoni japplikaw għal sustanzi individwali speċifikati f'25 % tal-valur parametriku fil-Parti B tal-Anness I.

Nota 11

Il-karatteristiċi ta' prestazzjoni japplikaw għal sustanzi individwali speċifikati f'50 % tal-valur parametriku fil-Parti B tal-Anness I.

Nota 12

L-inċertezza tal-kejl għandha tiġi kkalkulata fil-livell ta' 3 mg/l tat-total ta' karbojnu organiku (TOC). Għandhom jintużaw il-linji gwida CEN 1484 għad-determinazzjoni tat-TOC u tal-karbojnu organiku dissolt (DOC).

Nota 13

L-inċertezza tal-kejl għandha tiġi kkalkulata fil-livell ta' 1,0 NTU (unitajiet ta' turbidità nefelometrika) skont l-EN ISO 7027.”

(4)

Jitħassar il-punt 3.



DEĊIŻJONIJIET

7.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1788

tal-1 ta' Ottubru 2015

li tikkonċerna t-tiġdid tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 186 flimkien mal-punt (v) tal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 2002/648/KE (2), il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja (3) (“il-Ftehim”).

(2)

Il-punt (b) tal-Artikolu 11 tal-Ftehim jistipula li l-Ftehim ġie konkluż għal perjodu ta' ħames snin u jista' jiġġedded bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet. Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/501/KE (4), il-Ftehim iġġedded għal perjodu ulterjuri ta' ħames snin u wasal biex jiskadi fis-17 ta' Mejju 2015.

(3)

Il-Partijiet għall-Ftehim jikkunsidraw li t-tiġdid rapidu tal-Ftehim ikun fl-interess reċiproku tagħhom.

(4)

Jeħtieġ li l-kontenut tal-Ftehim imġedded ikun identiku għall-kontenut tal-Ftehim.

(5)

B'konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea.

(6)

It-tiġdid tal-Ftehim għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Indja, għal perjodu addizzjonali ta' ħames snin, huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika lill-Gvern tar-Repubblika tal-Indja li l-Unjoni temmet il-proċeduri interni tagħha meħtieġa sabiex jiġġedded il-Ftehim skont il-punt (b) tal-Artikolu 11 tal-Ftehim.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika li ġejja lill-Gvern tar-Repubblika tal-Indja:

“Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea, u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, ir-referenzi għal ‘il-Komunità Ewropea’ fit-test tal-Ftehim għandhom, fejn xieraq, jinqraw bħala ‘l-Unjoni Ewropea’.”

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-1 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SCHNEIDER


(1)  Għadu mhuwiex ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/648/KE tat-25 ta' Ġunju 2002 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja (ĠU L 213, 9.8.2002, p. 29).

(3)  Ftehim dwar il-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja (ĠU L 213, 9.8.2002, p. 30).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/501/KE tad-19 ta' Jannar 2009 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim li jġedded il-Ftehim għall-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja (ĠU L 171, 1.7.2009, p. 17).


7.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1789

tal-1 ta' Ottubru 2015

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emendi għall-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE (Id-Direttiva tal-Kwalità tal-Fjuwil)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 114 u l-Artikolu 192(1) flimkien mall-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, inter alia, l-Annessi II u XX tal-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

L-Annessi II u XX tal-Ftehim ŻEE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(5)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emendi proposti għal-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) u l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-1 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SCHNEIDER


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  Id-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta' April 2009, li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, tad-diżil u taż-żejt tal-gass u li tintroduċi mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-karburant użat mill-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 93/12/KEE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 88).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru …/2015

ta'li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, tad-diżil u taż-żejt tal-gass u li tintroduċi mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-karburant użat mill-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 93/12/KEE (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Direttiva 2009/30/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (2), li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li b'hekk għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Annessi II u XX tal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XVII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 6a (id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32009 L 0030: Id-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 88).”

2.

It-test li ġej jiżdied fil-punt 6a (id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“(c)

Fl-Artikolu 2(5), il-kelma ‘Iżlanda’ tiddaħħal wara l-kelma ‘Finlandja’ u l-kelma ‘Norveġja’ tiġi miżjuda wara l-kelma ‘Litwanja’.

(d)

Fl-Artikolu 3(4) is-subparagrafu li ġej huwa inserit wara l-ewwel subparagrafu:

‘L-Iżlanda tista' tippermetti t-tqegħid fis-suq, matul il-perjodu tas-sajf, ta' petrol li jkun fih l-etanol jew il-metanol bi pressjoni massima tal-fwar ta' 70 kPa, bil-kundizzjoni li l-etanol użat ikun bijokarburant jew li l-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gass b'effett serra mill-użu tal-metanol jissodisfa l-kriterji speċifikati fl-Artikolu 7b(2).’

(e)

L-Artikoli 7a sa 7e ma għandhomx japplikaw għal-Liechtenstein.

(f)

L-Artikolu 7b(6) ma għandux japplika għall-Istati tal-EFTA.”

3.

It-test tal-punt 6 (id-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE) jitħassar.

Artikolu 2

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 21ad (id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“—

32009 L 0030: Id-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 88).”

Artikolu 3

It-testi tad-Direttiva 2009/30/KE bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fi …, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji

għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 88.

(2)  ĠU L 74, 27.3.1993, p. 81.

(*)  [Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]


7.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, EURATOM) 2015/1790

tal-1 ta' Ottubru 2015

li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 300(2) u l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1157 tal-14 ta' Lulju 2015 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-proposti magħmula minn kull Stat Membru,

Wara li kkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/570/UE, Euratom (2), il-mandat tal-membri attwali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jiskadi fl-20 ta' Settembru 2015. Għalhekk, il-Membri għandhom jinħatru għal perijodu ta' ħames snin li jibda mill-21 ta' Settembru 2015.

(2)

Kull Stat Membru ntalab jippreżenta lill-Kunsill lista ta' kandidati, li tikkonsisti minn rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet ta' min iħaddem, impjegati, u partijiet oħra li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, speċjalment fl-oqsma soċjoekonomiċi, ċiviċi, professjonali u kulturali, għall-ħatra bħala membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

(3)

Fit-18 ta' Settembru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/1600 (3) li taħtar il-membri proposti mid-delegazzjoni Belġjana, Bulgara, Ċeka, Daniża, Ġermaniża, Estonjana, Griega, Irlandiża, Spanjola, Franċiża, Kroata, Taljana, Ċiprijotta, Latvjana, Lussemburgiża, Ungeriża, Maltija, Awstrijaka, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovena, Slovakka, Finlandiża, Żvediża u tar-Renju Unit, kif ukoll disa' membri proposti mill-Gvern Netherlandiż, għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020. Membri li n-nomini tagħhom ma ġewx ikkomunikati lill-Kunsill sat-8 ta' Settembru 2015 ma setgħux jiġu inklużi fid-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/1600.

(4)

Fl-14 ta' Settembru 2015 u fis-17 ta' Settembru 2015, il-lista li fiha tliet Membri proposti mill-Gvern Netherlandiż kif ukoll il-lista tal-membri proposti mill-Gvern Litwan ġew ippreżentati lill-Kunsill. Dawk il-membri għandhom jinħatru għall-istess perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020, bħal dak applikabbli għall-membri maħtura bid-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/1600. Din id-Deċiżjoni għandha għalhekk tapplika retroattivament mill-21 ta' Settembru 2015,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni huma b'dan maħtura membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta' Settembru 2015.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-1 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SCHNEIDER


(1)  ĠU L 187, 15.7.2015, p. 28.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/570/UE, Euratom tat-13 ta' Settembru 2010 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2010 sal-20 ta' Settembru 2015 (ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/1600 tat-18 ta' Settembru 2015 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020 (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 53).


ANNESS

ПРИЛОЖЕНИЕ — ANEXO — PŘÍLOHA — BILAG — ANHANG — LISA

ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ — ANNEX — ANNEXE — PRILOG — ALLEGATO — PIELIKUMS

PRIEDAS — MELLÉKLET — ANNESS — BIJLAGE — ZAŁĄCZNIK

ANEXO — ANEXĂ — PRÍLOHA — PRILOGA — LIITE — BILAGA

Членове/Miembros/Členové/Medlemmer/Mitglieder/Liikmed

Μέλη/Members/Membres/Članovi/Membri/Locekļi

Nariai/Tagok/Membri/Leden/Członkowie

Membros/Membri/Členovia/Člani/Jäsenet/Ledamöter

LIETUVA

Mr Alfredas JONUŠKA

Director General, Šiauliai Chamber of Commerce, Industry and Crafts

Mr Linas LASIAUSKAS

Director General, Lithuanian Apparel and Textile Industry Association

Mr Gintaras MORKIS

Deputy Director-General, Lithuanian Confederation of Industrialists

Ms Tatjana BABRAUSKIENĖ

International secretary, Lithuanian Education Trade Union

Ms Daiva KVEDARAITĖ

International secretary, Lithuanian Trade Union “Solidarity”

Ms Irena PETRAITIENĖ

Chair, Lithuanian civil servants', budget and public institutions employees' trade union

Mr Mindaugas MACIULEVIČIUS

Director, Agricultural cooperative “Lithuanian Quality”

Mr Vitas MAČIULIS

Business Consultant, State Research Institute of Physical and Technological Sciences Centre

President, Lithuanian Solar Energy Association

Ms Indrė VAREIKYTĖ

Director, Public Institution “SOS Projects”

NEDERLAND

Mr Joost VAN IERSEL

Former Chairman of The Hague Chamber of Commerce

Lecturer and author of articles on political economy and Europe

Mr Johannes Gertrudis Wilhelmina SIMONS

Chair of the seniors of the Benelux Interuniversity Association of Transport Economists (BIVEC)

Emeritus Professor of Transport Economics, Free University of Amsterdam

Mr Cornelis Willibrordus Maria LUSTENHOUWER

Director/General Counsel and Chief Compliance Officer of DELTA N.V. in Middelburg (NL)


7.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/27


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1791

tal-5 ta' Ottubru 2015

li taħtar membru supplenti Taljan fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar, fil-5 ta' Frar u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Onofrio INTRONA, sar vakanti siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2020, bħala membru supplenti:

Is-Sur Roberto CIAMBETTI, Consigliere e Presidente del Consiglio regionale della Regione Veneto

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-5 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

N. SCHMIT


(1)  ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42.

(2)  ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25.

(3)  ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70.


7.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/28


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1792

tal-5 ta' Ottubru 2015

li taħtar ħames membri Spanjoli u ħames membri supplenti Spanjoli fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposti tal-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar, fil-5 ta' Frar u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Rita BARBERÁ NOLLA, is-Sinjura Yolanda BARCINA ANGULO, is-Sinjura María Dolores de COSPEDAL GARCÍA, is-Sur Ignacio GONZÁLEZ GONZÁLEZ u s-Sur José Antonio MONAGO TERRAZA saru vakanti s-siġġijiet ta' ħames membri fil-Kumitat tar-Reġjuni,

(3)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Enrique BARRASA SÁNCHEZ, is-Sur Borja COROMINAS FISAS, is-Sinjura Teresa GIMÉNEZ DELGADO DE TORRES, is-Sinjura María Victoria PALAU TÁRREGA u s-Sur Juan Luis SÁNCHEZ DE MUNIÁIN LACASA saru vakanti s-siġġijiet ta' ħames membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2020, bħala membri:

D.a Miren Uxue BARCOS BERRUEZO, Presidenta de la Comunidad Foral de Navarra

D.a Cristina CIFUENTES CUENCAS, Presidenta de la Comunidad de Madrid

D. Guillermo FERNÁNDEZ VARA, Presidente de la Junta de Extremadura

D. Emiliano GARCÍA-PAGE SÁNCHEZ, Presidente de la Junta de Comunidades de Castilla-La Mancha

D. Ximo PUIG I FERRER, Presidente de la Generalidad Valenciana

Artikolu 2

Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2020, bħala membri supplenti:

Dña Rosa BALAS TORRES, Directora General de Acción Exterior de la Junta de Extremadura

Dña. Elena CEBRIÁN CALVO, Consejera de Agricultura, Medio Ambiente, Cambio Climático y Desarrollo Rural de la Generalidad Valenciana

D. Cruz FERNÁNDEZ MARISCAL, Director General de Relaciones Institucionales y Asuntos Europeos de la Vicepresidencia de la Junta de Comunidades de Castilla-La Mancha

D.a Yolanda IBARROLA DE LA FUENTE, Directora General de Asuntos Europeos y Cooperación con el Estado de la Comunidad Autónoma de Madrid

D.a Ana OLLO HUALDE, Consejera de Relaciones Ciudadanas e Institucionales

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-5 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

N. SCHMIT


(1)  ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42.

(2)  ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25.

(3)  ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70.


7.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1793

tas-6 ta' Ottubru 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-16 ta' Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/389/PESK (1).

(2)

Fit-22 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/485/PESK (2) li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK u testendi l-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) sat-12 ta' Diċembru 2016.

(3)

Id-Deċiżjoni 2012/389/PESK għandha tiġi emendata biex jiġi estiż il-perijodu kopert mill-ammont ta' referenza finanzjarja sal-15 ta' Diċembru 2015,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-paragrafi (1) u (2) tal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni 2012/389/PESK huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP NESTOR mis-16 ta' Lulju 2012 sal-15 ta' Novembru 2013 għandu jkun ta' EUR 22 880 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP NESTOR għall-perijodu mis-16 ta' Novembru 2013 sal-15 ta' Ottubru 2014 għandu jkun ta' EUR 11 950 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP NESTOR għall-perijodu mis-16 ta' Ottubru 2014 sal-15 ta' Diċembru 2015 għandu jkun ta' EUR 17 900 000.

2.   In-nefqa kollha għandha tiġi amministrata f'konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-parteċipazzjoni ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi fl-għoti ta' kuntratti ta' akkwist mill-EUCAP NESTOR għandha tkun miftuħa mingħajr limitazzjonijiet. Barra minn hekk, m'għandha tapplika l-ebda regola ta' oriġini għall-prodotti mixtrija mill-EUCAP NESTOR.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-6 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

P. GRAMEGNA


(1)  Deċiżjoni 2012/389/PESK tas-16 ta' Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (ĠU L 187, 17.7.2012, p. 40).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/485/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (ĠU L 217, 23.7.2014, p. 39).


Rettifika

7.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/31


Rettifika għar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2014 tat-22 ta' Lulju 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontenut u l-kostruzzjoni ta' sistema komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni għall-operazzjonijiet finanzjati mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 283 tas-27 ta' Settembru 2014 )

F'paġna 15, fil-Parti II tal-Anness “Indikaturi ta' Prestazzjoni”:

flok:

“Prijorità tal-Unjoni 1 — Il-promozzjoni ta' sajd ambjentalment sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, innovattiv, kompetittiv u bbażat fuq l-għarfien (Għadd ta' proġetti) (*Indikaturi rilevanti wkoll għal proġetti tas-sajd fl-ilmijiet interni)”,

aqra:

“Prijorità tal-Unjoni 1 — Il-promozzjoni ta' sajd ambjentalment sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, innovattiv, kompetittiv u bbażat fuq l-għarfien (Għadd ta' operazzjonijiet) (*Indikaturi rilevanti wkoll għal operazzjonijiet tas-sajd fl-ilmijiet interni)”.

F'paġna 16, fil-Parti II tal-Anness “Indikaturi ta' Prestazzjoni”:

1.

flok:

“Prijorità tal-Unjoni 2 — It-trawwim ta' akkwakultura ambjentalment sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, innovattiva, kompetittiva u bbażata fuq l-għarfien (Għadd ta' proġetti)”,

aqra:

“Prijorità tal-Unjoni 2 — It-trawwim ta' akkwakultura ambjentalment sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, innovattiva, kompetittiva u bbażata fuq l-għarfien (Għadd ta' operazzjonijiet)”.

2.

flok:

“Prijorità tal-Unjoni 3 — It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-PKS: Il-Kontroll u l-Ġbir tad-Dejta. (Għadd ta' proġetti)”,

aqra:

“Prijorità tal-Unjoni 3 — It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-PKS: Il-Kontroll u l-Ġbir tad-Dejta. (Għadd ta' operazzjonijiet)”.

3.

flok:

“Prijorità tal-Unjoni 4 — Żieda fl-impjiegi u l-koeżjoni territorjali (Għadd ta' proġetti, minbarra 1)”,

aqra:

“Prijorità tal-Unjoni 4 — Żieda fl-impjiegi u l-koeżjoni territorjali (Għadd ta' operazzjonijiet, minbarra 1)”.

F'paġna 17, fil-Parti II tal-Anness “Indikaturi tar-Riżultati”:

1.

flok:

“Prijorità tal-Unjoni 5 — It-trawwim tal-kummerċjalizzazzjoni u l-ipproċessar (Għadd ta' proġetti, minbarra 1 u 4)”,

aqra:

“Prijorità tal-Unjoni 5 — It-trawwim tal-kummerċjalizzazzjoni u l-ipproċessar (Għadd ta' operazzjonijiet, minbarra 1 u 4)”.

2.

flok:

“Prijorità tal-Unjoni 6 — It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata (Għadd ta' proġetti)”,

aqra:

“Prijorità tal-Unjoni 6 — It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata (Għadd ta' operazzjonijiet)”.

F'paġna 19 tal-Anness, fin-nota tal-qiegħ 10:

flok:

“Inklużi proġetti taħt il-miżura tal-FEMS rilevanti li jistgħu jappoġġaw l-għanijiet tal-kisba u ż-żamma ta' status ambjentali tajjeb kif meħtieġ mid-Direttiva 2008/56/KE.”,

aqra:

“Inklużi operazzjonijiet taħt il-miżura tal-FEMS rilevanti li jistgħu jappoġġaw l-għanijiet tal-kisba u ż-żamma ta' status ambjentali tajjeb kif meħtieġ mid-Direttiva 2008/56/KE.”.