ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 252

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
29 ta' Settembru 2015

Werrej

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

REGOLAMENTI

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1720 tal-14 ta' Settembru 2015 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetta u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (Γαλανό Μεταγγιτσίου Χαλκιδικής (Galano Metaggitsiou Chalkidikis) (DOP))

1

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1721 tat-22 ta' Settembru 2015 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

3

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1722 tat-22 ta' Settembru 2015 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

5

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1723 tat-22 ta' Settembru 2015 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

7

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1724 tat-23 ta' Settembru 2015 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Silter (DOP)]

11

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1725 tat-28 ta' Settembru 2015 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet għall-Etil lawrojl arġinat (E 243) ( 1 )

12

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1726 tat-28 ta' Settembru 2015 li japprova t-2-metilisotijażol-3(2H)-on bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 13 ( 1 )

14

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1727 tat-28 ta' Settembru 2015 li japprova s-sustanza 5-Kloro-2-(4-klorofenossi)fenol bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 2, u 4 ( 1 )

17

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1728 tat-28 ta' Settembru 2015 li japprova s-sustanza IPBC bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 13

21

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1729 tat-28 ta' Settembru 2015 li japprova l-potassju sorbat bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8 ( 1 )

24

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1730 tat-28 ta' Settembru 2015 li japprova l-perossidu tal-idroġenu bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 2, 3, 4, 5 u 6 ( 1 )

27

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1731 tat-28 ta' Settembru 2015 li japprova l-medetomidin bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 21 ( 1 )

33

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1732 tat-28 ta' Settembru 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

37

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1733 tat-28 ta' Settembru 2015 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandha tapplika għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa mit-8 sal-14 ta' Settembru 2015 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 891/2009 fis-settur taz-zokkor u s-sospensjoni tat-tressiq tal-applikazzjoni għal liċenzji bħal dawn

40

DEĊIŻJONIJIET

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1734 tat-18 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fit-12-il Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għall-Ġarr Internazzjonali bil-Ferrovija (OTIF) rigward ċerti emendi għall-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) u għall-Appendiċijiet tagħha

43

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1735 tal-24 ta' Settembru 2015 dwar il-pożizzjoni preċiża tat-twissija ġenerali u tal-messaġġ ta' informazzjoni fuq it-tabakk tal-brim ikkummerċjalizzat fil-boroż (notifikata bid-dokument C(2015) 6455)  ( 1 )

49

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1736 tat-28 ta' Settembru 2015 li ma tapprovax it-triflumuron bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18 ( 1 )

56

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1737 tat-28 ta' Settembru 2015 li tipposponi l-iskadenza tal-approvazzjoni tal-bromadijolon, tal-klorofaċinon u tal-kumatetralil għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 14 ( 1 )

58

Rettifika

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1158 tat-8 ta' Lulju 2015 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ fi prodotti tal-injam għall-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendi għall-Annessi I, II u V tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja ( ĠU L 187, 15.7.2015 )

60

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.

II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

29.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1720

tal-14 ta' Settembru 2015

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetta u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (Γαλανό Μεταγγιτσίου Χαλκιδικής (Galano Metaggitsiou Chalkidikis) (DOP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Greċja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Γαλανό Μεταγγιτσίου Χαλκιδικής” (Galano Metaggitsiou Chalkidikis) ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi ma ġiet innotifikata ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Γαλανό Μεταγγιτσίου Χαλκιδικής”(Galano Metaggitsiou Chalkidikis) għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Γαλανό Μεταγγιτσίου Χαλκιδικής” (Galano Metaggitsiou Chalkidikis) (DPO) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-Klassi 1.5. Żejt u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) tal-Anness XI tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni

(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 143, 30.4.2015, p. 23.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).

29.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/3

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1721

tat-22 ta' Settembru 2015

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi previst li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali

(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).

ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni (Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Gandoffli sħaħ (Meretrix meretrix, Meretrix lyrata) fil-qoxra, li jkunu għaddew minn trattament ta' sħana u wara ffriżati f'boroż tax-xibka ppakkjati sewwa, ippreżentati f'boroż ta' 10 kg.

Matul it-trattament ta' sħana, il-gandoffli jiġu mgħaddsa fl-ilma f'temperatura ta' bejn 98 °C u 100 °C għal mill-inqas 7 minuti. Kif ikunu fl-ilma, it-temperatura ta' ġewwa l-gandoffli tilħaq mill-inqas id-90 °C għal 90 sekonda.

Il-prodott mhuwiex tajjeb għal konsum immedjat.

1605 56 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM 1605 u 1605 56 00 .

Is-smit sempliċi, li jikkonsisti fi trattament ħafif bis-sħana li ma jinvolvix sajran, ma jeskludix il-klassifikazzjoni fil-Kapitolu 3 (ara wkoll in-Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda (CNEN) tal-Kapitolu 3, Ġenerali, il-punt 2). Madankollu, il-gandoffli li għaddew minn trattament ta' sħana li jwassal biex it-temperatura ta' ġewwa l-gandoffli tilħaq mill-inqas id-90 °C għal 90 sekonda, ma jistgħux jitqiesu bħala gandoffli mismuta iżda bħala gandoffli msajra.

Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 1605 56 00 bħala gandoffli msajra.

29.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/5

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1722

tat-22 ta' Settembru 2015

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi previst li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali

(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).

ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni (Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott f'forma ta' krema li jkun għall-bejgħ f'vażett tal-plastik b'kontenut ta' 227 g.

Il-prodott huwa magħmul minn ilma, ester tal-aċidi xaħmin, dimetikon, żejt tal-pjanti, emulsjonant, gliċerina, taħwir, preżervattivi, sustanza li tgħaqqad u koloranti.

L-imballaġġ tal-prodott ma jikkwalifikax bħala imballaġġ tat-tip li jinbiegħ bl-imnut għall-kura tal-ġilda peress li l-prodott huwa maħsub biex jintuża għall-massaġġi senswali u l-istimulazzjoni.

3307 90 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 3 tal-Kapitolu 33 u l-kliem tal-kodiċi NM 3307 u 3307 90 00 .

Il-prodott ma jistax jitqies bħala preparazzjoni għall-kura tal-ġilda skont il-kodiċi tan-NM 3304 u ma jitqigħedx f'imballaġġ tat-tip li jinbiegħ bl-imnut għall-kura tal-ġilda (ara wkoll in-Noti ta' Spjega tas-Sistema Armonizzata (HSEN) għall-intestatura 3304 , il-parti (A), il-punt (3)).

Il-prodott huwa tajjeb biex jintuża bħala preparazzjoni kożmetika oħra u jitqiegħed f'imballaġġ tat-tip li jinbiegħ bl-imnut għal dan l-użu (ara n-Nota 3 tal-Kaptiolu 33 u l-HSEN għall-Kapitolu 33, Ġenerali, ir-raba' paragrafu, il-punt (a)).

Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 3307 90 00 bħala preparazzjoni kożmetika oħra.

29.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/7

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1723

tat-22 ta' Settembru 2015

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqu, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċijiet tan-NM indikati fil-kolonna (2), bis-saħħa tar-raġunijiet imniżżla fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali

(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).

ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni (Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Prodott b'kompożizzjoni stojkjometrika magħmula mill-aluminat tal-manjeżju (ossidu tal-aluminju u tal-manjeżju) bl-istruttura kristallina tal-ispinell, prodott kimikament definit, fl-għamla ta' bċejjeċ żgħar irregolari, balal jew trab. Il-prodott għandu kontenut ta' manjeżju, ikkalkulat bħala ossidu tal-manjeżju, ta' madwar 28 % f'termini ta' piż, u kontenut ta' aluminju, ikkalkulat bħala ossidu tal-aluminju, ta' madwar 72 % f'termini ta' piż.

Il-prodott jintuża għall-manifattura ta' briks u madum refrattarji użati fl-industrija tal-azzar.

Il-prodott jinkiseb minn reazzjoni kimika bejn l-ossidu tal-manjeżju u l-ossidu tal-aluminju bit-tidwib f'forn li jdur.

2841 90 85

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 1 tal-Kapitolu 28 u l-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 2841 , 2841 90 u 2841 90 85 .

Il-prodott jinkiseb minn reazzjoni kimika bit-tidwib ta' materja prima f'forn li jdur. Dan huwa kompost stojkjometriku (definit kimikament) li fih l-għadd tal-atomi tal-elementi preżenti jistgħu jiġu espressi bħala proporzjon ta' numri żgħar sħaħ. Dan mhuwiex prodott minerali mhux maħdum jew minerali u għaldaqstant ma jistax jiġi kklassifikat fil-Kapitoli 25 u 26.

Prodotti fl-għamla ta' bċejjeċ żgħar irregolari, balal jew trab huma l-materja prima għall-produzzjoni tal-intestatura 6815 . Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 6815 hija eskluża minħabba li l-prodotti la huma oġġetti lesti u lanqas prodotti nofshom lesti.

Minħabba l-kompożizzjoni stojkjometrika tiegħu, il-prodott jissodisfa n-Nota 1(a) tal-Kapitolu 28, li tistipula li l-intestaturi ta' dan il-Kapitolu japplikaw biss għal komposti definiti kimikament (jiġifieri li jkollhom kompożizzjoni stojkjometrika).

Bħala prodott definit kimikament, l-ispinell għandu jiġi kklassifikat bħala kimika inorganika tal-Kapitolu 28 skont il-kompożizzjoni kimika tiegħu.

Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 2841 90 85 bħal imluħa oħra ta' aċidi ossometalliċi jew perossometalliċi.

2.

Prodott b'kompożizzjoni li mhix stojkjometrika b'kontenut ta' manjeżju, ikkalkulat bħala ossidu tal-manjeżju, ta' madwar 20-35 % f'termini ta' piż u kontenut tal-aluminju, ikkalkulat bħala ossidu tal-aluminju, ta' madwar 58-78 % f'termini ta' piż. Il-prodott għandu l-istruttura kristallina tal-ispinell, fl-għamla ta' bċejjeċ żgħar irregolari, balal jew trab.

Il-prodott jintuża għall-manifattura ta' briks u madum refrattarji użati fl-industrija tal-azzar.

Il-prodott jinkiseb minn reazzjoni kimika bejn l-ossidu tal-manjeżju u l-ossidu tal-aluminju bit-tidwib f'forn li jdur.

3824 90 96

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM 3824 , 3824 90 u 3824 90 96 .

Il-prodott jinkiseb minn reazzjoni kimika bit-tidwib ta' materja prima f'forn li jdur. Dan mhuwiex prodott minerali mhux maħdum jew minerali u għaldaqstant ma jistax jiġi kklassifikat fil-Kapitoli 25 u 26.

Minħabba l-kompożizzjoni tiegħu li mhix stojkjometrika, il-prodott ma jissodisfax in-Nota 1(a) tal-Kapitolu 28, li tistipula li l-intestaturi ta' dan il-Kapitolu japplikaw biss għal komposti definiti kimikament (jiġifieri li jkollhom kompożizzjoni stojkjometrika), u għaldaqstant huwa eskluż mill-Kapitolu 28.

Prodotti fl-għamla ta' bċejjeċ żgħar irregolari, balal jew trab huma l-materja prima għall-produzzjoni tal-intestatura 6815 . Ma jkunux ikklassifikati taħt l-intestatura 6815 minħabba li la huma oġġetti lesti u lanqas prodotti nofshom lesti.

Għaldaqstant il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 3824 90 96 bħala prodotti jew preparazzjonijiet kimiċi oħrajn tal-industriji kimiċi jew dawk assoċjati, mhux speċifikati jew inklużi band'oħra.

3.

Prodott li jismu “kromu tal-manjeżja mdewweb” fl-għamla ta' bċejjeċ żgħar irregolari griżi, frammenti jew trab magħmul minn għabra ta' daqsijiet differenti, b'kompożizzjoni ta' ossidu tal-manjeżju u ossidu tal-kromu li mhix stojkjometrika. Il-prodott għandu l-istruttura kristallina tal-ispinell u jintuża fil-manifattura ta' briks u madum refrattarji użati fl-industrija tal-azzar.

Dan il-prodott jinkiseb bit-tidwib tal-ossidu tal-manjeżju u l-minerali tal-kromju f'forn tal-ark.

3824 90 96

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM 3824 , 3824 90 u 3824 90 96 .

Il-prodott jinkiseb minn reazzjoni kimika bit-tidwib ta' materja prima f'forn tal-ark. Dan mhuwiex prodott minerali mhux maħdum jew minerali u għaldaqstant ma jistax jiġi kklassifikat fil-Kapitoli 25 jew 26.

Minħabba l-kompożizzjoni tiegħu li mhix stojkjometrika, il-prodott ma jissodisfax in-Nota 1(a) tal-Kapitolu 28, li tistipula li l-intestaturi ta' dan il-Kapitolu japplikaw biss għal komposti definiti kimikament (jiġifieri li jkollhom kompożizzjoni stojkjometrika), u għaldaqstant huwa eskluż mill-Kapitolu 28.

Prodotti fl-għamla ta' bċejjeċ żgħar irregolari, balal jew trab huma l-materja prima għall-produzzjoni tal-intestatura 6815 . Ma jkunux ikklassifikati taħt l-intestatura 6815 minħabba li la huma oġġetti lesti u lanqas prodotti nofshom lesti.

Għaldaqstant il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 3824 90 96 bħala prodotti jew preparazzjonijiet kimiċi oħrajn tal-industriji kimiċi jew dawk assoċjati, mhux speċifikati jew inklużi band'oħra.

29.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/11

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1724

tat-23 ta' Settembru 2015

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Silter (DOP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Silter”, ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012; id-denominazzjoni “Silter” għandha għalhekk tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Silter” (DOP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni speċifikata fl-ewwel paragrafu tidentifika prodotti fil-Klassi 1.3. Ġobnijiet, kif elenkat fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni

(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 142, 29.4.2015, p. 29.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).

29.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/12

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1725

tat-28 ta' Settembru 2015

li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet għall-Etil lawrojl arġinat (E 243)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(2)

Dawk l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jiġu aġġornati skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, kemm b'inizjattiva tal-Kummissjoni jew inkella wara talba.

(3)

Fis-17 ta' Novembru 2014, tressqet applikazzjoni għall-emenda ta' speċifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-addittiv tal-ikel Etil lawrojl arġinat (E 243). L-applikazzjoni saret disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008.

(4)

L-ispeċifikazzjoni attwali tiddefinixxi l-Etil lawrojl arġinat bħala sinteżizzat bl-estrifikazzjoni tal-arġinina bl-etanol, segwita bir-reazzjoni tal-ester mal-klorur tal-lawrojl. L-Etil lawrojl arġinat li jirriżulta jiġi rkuprat bħala l-melħ tal-idroklorur, li jiġi ffiltrat u mnixxef.

(5)

L-applikant wera li d-definizzjoni attwali hija wiesgħa wisq u għandha tirrifletti d-dettalji fir-rigward tat-temperatura u tal-pH, li kienu inklużi fl-applikazzjoni oriġinali u li huma importanti sabiex jinkiseb l-istess profil li kien ġie evalwat mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel fl-opinjoni tagħha dwar is-sikurezza tal-użu tal-Etil lawrojl arġinat bħala preservattiv (4).

(6)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 231/2012 għandu jiġi emendat skont dan,

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).

(4)  EFSA Journal (2007) 511, 1-27.

ANNESS

Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, l-entrata għall-“E 243 Etil lawrojl arġinat”, id-definizzjoni tinbidel b'dan li ġej:

Definizzjoni

L-Etil lawrojl arġinat jiġi sinteżizzat bl-estrifikazzjoni tal-arġinina bl-etanol, segwita bir-reazzjoni tal-ester mal-klorur tal-lawrojl, f'meżżi milwiema f'temperatura kkontrollata bejn 10 u 15 °C u b'pH bejn 6.7 u 6.9. L-Etil lawrojl arġinat li jirriżulta jiġi rkuprat bħala l-melħ tal-idroklorur, li jiġi ffiltrat u mnixxef.”

29.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/14

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1726

tat-28 ta' Settembru 2015

li japprova t-2-metilisotijażol-3(2H)-on bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 13

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi eżistenti li għandhom jiġu evalwati biex possibbilment jiġu approvati għall-użu fi prodotti bijoċidali jew għall-inklużjoni fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(2)

Dik il-lista tinkludi t-2-metilisotijażol-3(2H)-on.

(3)

It-2-metilisotijażol-3(2H)-on ġiet evalwata f'konformità mal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għall-użu fi prodotti tat-tip 13, preservattivi fluwidi fix-xogħol tal-metall, kif iddefiniti fl-Anness V ta' dik id-Direttiva, li jikkorrispondu mal-prodotti tat-tip 13 kif iddefiniti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(4)

Is-Slovenja ġiet magħżula bħala l-awtorità kompetenti tal-valutazzjoni u ssottomettiet rapport ta' valutazzjoni, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha, lill-Kummissjoni fil-11 ta' April 2012 f'konformità mal-paragrafi 4 u 6 tal-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni(KE) Nru 1451/2007 (4).

(5)

Skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014, il-Kumitat tal-Prodotti Bijoċidali tal-Aġenżija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ta l-opinjonijiet tiegħu fit-2 ta' Ottubru 2014, wara li qies il-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-valutazzjoni.

(6)

Skont dik l-opinjoni, il-prodotti bijoċidali użati għal prodotti tat-tip 13 u li fihom it-2-metilisotijażol-3(2H)-on jistgħu jiġu mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE, kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet b'rabta mal-użu tagħhom.

(7)

Għalhekk, jixraq li l-użu tat-2-metilisotijażol-3(2H)-on fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 13 jiġi approvat soġġett għall-konformità ma' ċerti kundizzjonijiet fl-Anness.

(8)

Billi t-2-metilisotijażol-3(2H)-on tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala sensitizzatur tal-ġilda tas-subkategorija 1 A kif iddefinit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), l-oġġetti ttrattati bit-2-metilisotijażol-3(2H)-on jew li jinkorporawha, għandhom jiġu ttikkettati kif xieraq meta jitqiegħdu fis-suq.

(9)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma tiġi approvata sustanza attiva, sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri ta' tħejjija meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-użu tat-2-metilisotijażol-3(2H)-on bħala sustanza attiva fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 13 għandu jiġi approvat, soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta' Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta' ħidma ta' 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

ANNESS

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri tal-Identifikazzjoni

Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1)

Data tal-approvazzjoni

Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni

Tip ta' prodott

Kundizzjonijiet speċifiċi

2-metilisotijażol-3(2H)-on

Isem tal-IUPAC:

2-metilisotijażol-3(2H)-on

Nru tal-KE: 220-239-6

Nru CAS: 2682-20-4

95 % w/w

l-1 ta' Ottubru 2016.

it-30 ta' Settembru 2026.

13

Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Għall-utenti professjonali, għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzattivi xierqa. Meta l-esponiment ma jistax jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħra, il-prodotti għandhom jintużaw b'tagħmir protettiv personali xieraq.

(2)

Fid-dawl tar-riskji lill-utenti professjonali, it-tagħbija tal-prodotti għal ġol-fluwidi tax-xogħol bil-metall għandha tkun awtomatizzata jew semiawtomatizzata sakemm ma jkunx jista' jintwera li r-riskji jistgħu jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' mezzi oħra.

(3)

Fid-dawl tar-riskji lill-utenti professjonali, it-tiketti u, fejn xieraq, id-dokumenti tad-dejta dwar is-sikurezza, għandhom jindikaw li l-fluwidi tax-xogħol bil-metall preservati għandhom jintużaw f'magni awtomatizzati jew semiawtomatizzati sakemm ma jkunx jista' jintwera li r-riskji jistgħu jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' mezzi oħra.

It-tqegħid fis-suq ta' oġġetti ttrattati huwa soġġett għal din il-kundizzjoni:

Il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta' oġġett ittrattat bit-2-metilisotijażol-3(2H)-on, jew li jinkorporaha, għandha tiżgura li t-tikketta ta' dak l-oġġett ittrattat tagħti l-informazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(1)  Il-purezza indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purezza tas-sustanza attiva użata għall-evalwazzjoni li saret skont l-Artikolu 16(2) of Directive 98/8/KE. Is-sustanza attiva fil-prodott ikkumerċjalizzat tista' tkun tal-istess purezza jew ta' purezza differenti, jekk tkun ġiet ippruvata li hija teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.

29.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/17

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1727

tat-28 ta' Settembru 2015

li japprova s-sustanza 5-Kloro-2-(4-klorofenossi)fenol bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 2, u 4

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi eżistenti li għandhom jiġu evalwati bil-ħsieb li possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi s-sustanza 5-Kloro-2-(4-klorofenossi)fenol.

(2)

Is-sustanza 5-Kloro-2-(4-klorofenossi)fenol ġiet evalwata f'konformità mal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għall-użu fi prodotti tat-tip 1, il-prodotti bijoċidali tal-iġjene tal-bniedem, prodotti tat-tip 2, id-diżinfettanti taż-żona privata u taż-żona tas-saħħa pubblika u prodotti bijoċidali oħra, u prodotti tat-tip 4, id-diżinfettanti taż-żona tal-ikel u tal-għalf, kif iddefiniti flAnness V ta' dik id-Direttiva, li jikkorrispondu mal-prodotti tat-tipi 1, 2, u 4 kif iddefiniti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

L-Awstrija ġiet magħżula bħala l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni u f'konformità mal-paragrafi 4 u 6 tal-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 (4), fit-13 ta' Frar 2013 issottomettiet ir-rapporti tal-valutazzjoni, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Kummissjoni.

(4)

Skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014, il-Kumitat tal-Prodotti Bijoċidali tal-Aġenżija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ta l-opinjonijiet tiegħu fl-4 ta' Diċembru 2014, filwaqt li qies il-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni.

(5)

Skont dawn l-opinjonijiet, il-prodotti bijoċidali li jintużaw għall-prodotti tat-tipi 1, 2, u 4, u li fihom is-sustanza 5-Kloro-2-(4-klorofenossi)fenol jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE, diment li jkunu konformi ma' ċerti kundizzjonijiet dwar l-użu tagħha.

(6)

Għalhekk jixraq li l-użu tas-sustanza 5-Kloro-2-(4-klorofenossi)fenol fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 2 u 4 jiġi approvat soġġett għall-konformità ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet.

(7)

Fl-opinjonijiet jiġi konkluż li s-sustanza 5-Kloro-2-(4-klorofenossi)fenol tissodisfa l-kriterji billi hija bijoakkumulattiva ħafna (vB) u tossika (T) skont l-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(8)

Skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, billi s-sustanzi li l-evalwazzjoni tagħhom mill-Istati Membri tkun tlestiet qabel l-1 ta' Settembru 2013 għandhom jiġu approvati skont id-Direttiva 98/8/KE, il-perjodu tal-approvazzjoni għandu jkun ta' 10 snin, skont il-prassi stabbilita fid-Direttiva 98/8/KE.

(9)

Madankollu, għall-iskopijiet tal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, is-sustanza 5-Kloro-2-(4-klorofenossi)fenol tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 10(1)(d) ta' dak ir-Regolament u għandha għalhekk titqies bħala kandidata għas-sostituzzjoni.

(10)

Għall-użu fil-prodotti tat-tip 4, l-evalwazzjoni ma indirizzatx l-inkorporazzjoni tal-prodotti bijoċidali li jkun fihom is-sustanza 5-Kloro-2-(4-klorofenossi)fenol f'materjali u f'oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt dirett jew indirett mal-ikel skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Dawn il-materjali jistgħu jeħtieġu l-istabbiliment ta' limiti speċifiċi fuq il-migrazzjoni fl-ikel, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004. Għaldaqstant, l-approvazzjoni ma għandhiex tkopri użu bħal dan sakemm il-Kummissjoni ma tkunx stabbiliet limiti ta' dan it-tip jew inkella jkun ġie stabbilit, skont dak ir-Regolament, li dawn il-limiti mhumiex meħtieġa.

(11)

Billi s-sustanza 5-Kloro-2-(4-klorofenossi)fenol tissodisfa l-kriterji billi hija bijoakkumulattiva ħafna (vB), l-oġġetti trattati bis-sustanza 5-Kloro-2-(4-klorofenossi)fenol jew oġġetti li jinkorporawha, għandhom ikunu tikkettati b'mod xieraq meta jitqiegħdu fis-suq.

(12)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma tkun approvata sustanza attiva, sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri preparatorji neċessarji biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda.

(13)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sustanza 5-Kloro-2-(4-klorofenossi)fenol hija approvata bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 2 u 4, soġġetta għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-president

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta' Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta' ħidma ta' 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4).

ANNESS

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri tal-Identifikazzjoni

Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1)

Data tal-approvazzjoni

Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni

Tip ta' prodott

Kundizzjonijiet speċifiċi

5-Kloro-2-(4-klorofenossi)fenol (DCPP)

Isem tal-IUPAC:

5-Kloro-2-(4-klorofenossi)fenol

Nru tal-KE: 429-290-0

Nru tal-CAS: 3380-30-1

995 g/kg

l-1 ta' Diċembru 2016

it-30 ta' Novembru 2026

1

Il-5-Kloro-2-(4-klorofenossi)fenol jitqies bħala kandidat għas-sostituzzjoni skont l-Artikolu 10(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kull użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

It-tqegħid fis-suq ta' oġġetti ttrattati huwa soġġett għall-kundizzjoni li jmiss:

Il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta' oġġett trattat bis-sustanza 5-Kloro-2-(4-klorofenossi)fenol jew oġġett li jinkorpora dik is-sustanza, għandha tiżgura li t-tikketta ta' dak l-oġġett trattat tkun tipprovdi l-informazzjoni mniżżla fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

2

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjoni li jmiss:

Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzativi adegwati għall-utenti professjonali. Il-prodotti għandhom jiġu użati bit-tagħmir protettiv personali adegwat meta l-esponiment ma jkunx jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħrajn.

It-tqegħid fis-suq ta' oġġetti ttrattati huwa soġġett għall-kundizzjoni li jmiss:

Il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta' oġġett trattat bis-sustanza 5-Kloro-2-(4-klorofenossi)fenol jew oġġett li jinkorpora dik is-sustanza, għandha tiżgura li t-tikketta ta' dak l-oġġett trattat tkun tipprovdi l-informazzjoni mniżżla fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

4

Il-5-Kloro-2-(4-klorofenossi)fenol jitqies bħala kandidat għas-sostituzzjoni skont l-Artikolu 10(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kull użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li jmiss:

(1)

Għall-prodotti li jistgħu jwasslu għar-residwi fl-ikel jew fl-għalf, għandha tiġi vverifikata l-ħtieġa li jiġu ddefiniti livelli massimi tar-residwi (MRLs) ġodda jew li jiġu emendati l-livelli massimi tar-residwi eżistenti skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u għandha tittieħed kull miżura xierqa ta' mitigazzjoni tar-riskju biex jiġi żgurat li l-MRLs applikabbli ma jinqabżux.

(2)

Il-prodotti ma għandhomx jiġu inkorporati f'materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004, sakemm il-Kummissjoni ma tkunx stabbiliet limiti speċifiċi għall-migrazzjoni tal-5-Kloro-2-(4-klorofenossi)fenol fl-ikel jew jekk ikun ġie stabbilit skont dak ir-Regolament li dawn il-limiti ma jkunux meħtieġa.

It-tqegħid fis-suq ta' oġġetti ttrattati huwa soġġett għall-kundizzjoni li jmiss:

Il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta' oġġett trattat bis-sustanza 5-Kloro-2-(4-klorofenossi)fenol jew oġġett li jinkorpora dik is-sustanza, għandha tiżgura li t-tikketta ta' dak l-oġġett trattat tkun tipprovdi l-informazzjoni mniżżla fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(1)  Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva użata għall-valutazzjoni li saret skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq jista' jkollha l-istess purità jew purità differenti jekk ikun ġie ppruvat li hija teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta' limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).

29.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/21

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1728

tat-28 ta' Settembru 2015

li japprova s-sustanza IPBC bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 13

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi eżistenti li għandhom jiġu evalwati bil-ħsieb li possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi s-sustanza IPBC.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), is-sustanza IPBC ġiet evalwata għall-użu fil-prodotti tat-tip 13, priservattivi ta' fluwidi fix-xogħol tal-metall, kif iddefiniti fl-Anness V ta' dik id-Direttiva, li jikkorrispondu mal-prodotti tat-tip 13, kif iddefiniti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

Id-Danimarka ntgħażlet bħala l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni u f'konformità mal-paragrafi 4 u 6 tal-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 (4), fit-23 ta' Awwissu 2013 bagħtet ir-rapport tal-valutazzjoni flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Kummissjoni.

(4)

Skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014, il-Kumitat tal-Prodotti Bijoċidali tal-Aġenżija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ta l-opinjoni tiegħu fit-3 ta' Diċembru 2014, filwaqt li qies il-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni.

(5)

Skont dik l-opinjoni, il-prodotti bijoċidali li jintużaw għall-prodotti tat-tip 13, u li fihom is-sustanza IPBC jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE, diment li jkunu konformi ma' ċerti kundizzjonijiet dwar l-użu tagħha.

(6)

Għalhekk jixraq li l-użu tas-sustanza IPBC fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 13 jiġi approvat soġġett għall-konformità ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet.

(7)

Billi s-sustanza IPBC tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala sensitizzatur tal-ġilda kategorija 1 kif definit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), l-oġġetti trattati bis-sustanza IPBC jew li jinkorporawha għandhom ikunu tikkettati kif jixraq meta jitqiegħdu fis-suq.

(8)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma tkun approvata sustanza attiva, sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri preparatorji neċessarji biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sustanza IPBC hija approvata bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 13 soġġetta għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta' Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta' ħidma ta' 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

ANNESS

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri tal-Identifikazzjoni

Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1)

Data tal-approvazzjoni

Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni

Tip ta' prodott

Kundizzjonijiet speċifiċi

IPBC

Isem tal-IUPAC:

3-ijodo-2-propinil butilkarbamat

Nru tal-KE: 259-627-5

Nru tal-CAS: 55406-53-6

980 g/kg

L-1 ta' Diċembru 2016

It-30 ta' Novembru 2026

13

Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kull użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

L-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li jmiss:

(1)

Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzativi xierqa għall-utenti professjonali. Il-prodotti għandhom jintużaw bit-tagħmir protettiv personali adegwat meta l-esponiment ma jkunx jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħrajn.

(2)

Sakemm ma jintweriex li r-riskji jistgħu jitnaqqsu għal livell aċċettabli b'mezzi oħrajn, u filwaqt li jitqiesu r-risjki għall-utenti professjonali, it-tqegħid tal-prodotti fil-fluwidi għat-tħaddim tal-metall għandu jsir b'mod semiawtomatiku jew awtomatiku.

It-tqegħid fis-suq ta' oġġetti trattati huwa soġġett għall-kundizzjoni li jmiss:

Il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta' oġġett trattat bis-sustanza IPBC jew oġġett li jinkorpora dik is-sustanza, għandha tiżgura li t-tikketta ta' dak l-oġġett trattat tkun tipprovdi l-informazzjoni mniżżla fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(1)  Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva użata għall-valutazzjoni li saret skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq jista' jkollha l-istess purità jew purità differenti jekk ikun ġie ppruvat li hija teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.

29.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/24

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1729

tat-28 ta' Settembru 2015

li japprova l-potassju sorbat bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi eżistenti li għandhom jiġu evalwati bil-ħsieb li possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi l-potassju sorbat.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-potassju sorbat ġie evalwat għall-użu fi prodotti tat-tip 8, priservattivi tal-injam kif iddefiniti fl-Anness V ta' dik id-Direttiva, li jikkorrispondu mal-prodotti tat-tip 8 kif iddefiniti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

Il-Ġermanja ntgħażlet bħala l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni u f'konformità mal-paragrafi 4 u 6 tal-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 (4), fl-10 ta' Ottubru 2010 bagħtet ir-rapport tal-valutazzjoni flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Kummissjoni.

(4)

Skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014, il-Kumitat tal-Prodotti Bijoċidali tal-Aġenżija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ta l-opinjoni tiegħu fl-4 ta' Diċembru 2014, filwaqt li qies il-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni.

(5)

Skont dik l-opinjoni, il-prodotti bijoċidali li jintużaw għall-prodotti tat-tip 8, u li fihom il-potassju sorbat jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE, diment li jkunu konformi ma' ċerti kundizzjonijiet dwar l-użu tagħha.

(6)

Għalhekk jixraq li l-użu tal-potassju sorbat fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8 jiġi approvat soġġett għall-konformità ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet.

(7)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma tkun approvata sustanza attiva, sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri preparatorji neċessarji biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-potassju sorbat huwa approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8, soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta' Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta' ħidma ta' 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3).

ANNESS

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri tal-Identifikazzjoni

Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1)

Data tal-approvazzjoni

Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni

Tip ta' prodott

Kundizzjonijiet speċifiċi

Potassju sorbat

Isem tal-IUPAC:

2,4-aċidu eżadienojku, melħ tal-potassju (1:1), (2E, 4E)

Nru tal-KE: 246-376-1

Nru tal-CAS: 24634-61-5

990 g/kg

l-1 ta' Diċembru 2016

it-30 ta' Novembru 2026

8

Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kull użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

Għall-prodott bijoċidali, l-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzativi adegwati għall-utenti industrijali jew professjonali. Il-prodotti għandhom jiġu użati bit-tagħmir protettiv personali adegwat meta l-esponiment ma jkunx jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħrajn.

(2)

Għandhom jittieħdu l-miżuri xierqa ta' mitigazzjoni tar-riskju biex jitħares l-ilma tal-pjan. B'mod partikolari t-tikketti, u fejn ikunu pprovduti, l-iskedi tad-dejta tas-sikurezza tal-prodotti għandhom jindikaw li:

a.

l-applikazzjoni industrijali għandha titwettaq f'żona iżolata jew fuq bażi iebsa impermeabbli;

b.

l-injam li jkun għadu kemm ġie ttrattat għandu jinħażen taħt għata jew fuq bażi iebsa impermeabbli, jew it-tnejn, biex jiġu evitati rilaxxi diretti fil-ħamrija jew fl-ilma,

c.

u li kull rilaxx mill-applikazzjoni tal-prodott għandu jinġabar għall-użu mill-ġdid jew għar-rimi.

(1)  Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva użata għall-valutazzjoni li saret skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq jista' jkollha l-istess purità jew purità differenti jekk ikun ġie ppruvat li hija teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.

29.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/27

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1730

tat-28 ta' Settembru 2015

li japprova l-perossidu tal-idroġenu bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 2, 3, 4, 5 u 6

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi eżistenti li għandhom jiġu evalwati biex possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi l-perossidu tal-idroġenu.

(2)

Il-perossidu tal-idroġenu ġie evalwat skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament u tal-Kunsill (3) għall-użu fil-prodotti tat-tip 1, prodotti bijoċidali tal-iġjene tal-bniedem, fil-prodotti tat-tip 2, diżinfettanti taż-żoni privati u taż-żoni tas-saħħa pubblika u prodotti bijoċidali oħrajn, fil-prodotti tat-tip 3, prodotti bijoċidali tal-iġjene veterinarja, fil-prodotti tat-tip 4, diżinfettanti taż-żoni tal-ikel u l-għalf, fil-prodotti tat-tip 5, diżinfettanti tal-ilma tax-xorb, fil-prodotti tat-tip 6, preservattivi fil-bottijiet, kif definiti fl-Anness V ta' dik id-Direttiva, li jikkorrispondu rispettivament għall-prodotti tat-tipi 1, 2, 3, 4, 5 u 6, kif definiti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

Il-Finlandja ntgħażlet bħala l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni u fit-2 ta' Awwissu 2013, b'konformità mal-paragrafi 4 u 6 tal-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 (4), bagħtet lill-Kummissjoni r-rapporti ta' valutazzjoni flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha.

(4)

Skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014, fit-2 ta' Frar 2015, il-Kumitat tal-Prodotti Bijoċidali tal-Aġenżija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ta l-opinjonijiet tiegħu, filwaqt li qies il-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni.

(5)

Skont dawn l-opinjonijiet, il-prodotti bijoċidali li jintużaw għall-prodotti tat-tipi 1, 2, 3, 4, 5 u 6 u li fihom l-perossidu tal-idroġenu jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE, kemm-il darba jkunu konformi ma' ċerti kundizzjonijiet dwar l-użu tiegħu.

(6)

Għalhekk jixraq li l-użu tal-perossidu tal-idroġenu fil-prodotti bijoċidali ta' prodotti tat-tipi 1, 2, 3, 4, 5 u 6 jiġi approvat soġġett għall-konformità ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet.

(7)

Għall-użu fil-prodotti tat-tip 4, l-evalwazzjoni ma indirizzatx l-inkorporazzjoni tal-prodotti bijoċidali li jkun fihom is-sustanza perossidu tal-idroġenu f'materjali u f'oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt dirett jew indirett mal-ikel skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Għal dawn il-materjali jista' jkun hemm bżonn li jiġu stabbiliti limiti speċifiċi għall-migrazzjoni fl-ikel, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004. Għalhekk, l-approvazzjoni ma għandhiex tkopri t-tali użu sakemm il-Kummissjoni ma tkunx stabbiliet tali limiti jew inkella jkun ġie stabbilit, skont dak ir-Regolament, li t-tali limiti mhumiex meħtieġa.

(8)

Ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi japplika għall-perossidu tal-idroġenu.

(9)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli qabel sustanza attiva tkun approvata, biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri preparatorji biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-perossidu tal-idroġenu għandu jiġi approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 2, 3, 4, 5 u 6, kemm-il darba jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta' Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta' ħidma ta' 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 1).

ANNESS

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri tal-Identifikazzjoni

Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1)

Data tal-approvazzjoni

Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni

Tip ta' prodott

Kundizzjonijiet speċifiċi

Perossidu tal-idroġenu

Isem tal-IUPAC:

Perossidu tal-idroġenu

Nru tal-KE: 231-765-0

Nru tal-CAS: 7722-84-1

Is-sustanza attiva kif immanifatturata hija soluzzjoni milwiema li fiha 350-< 700 g/kg (35-< 70 %, bil-piż) ta' soluzzjoni ta' perossidu tal-idroġenu.

L-ispeċifikazzjoni teoretika (ikkalkulata) ta' piż xott: il-purezza minima ta' perossidu tal-idroġenu hija ta' 995 g/kg (99,5 % bil-piż).

l-1 ta' Frar 2017

il-31 ta' Jannar 2027

1

Fl-evalwazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kull użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Awtorizzazzjonijiet ta' prodotti bijoċidali għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 98/2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi.

(2)

Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operazzjonali sikuri u miżuri organizzazzjonali adegwati għall-utenti professjonali, għall-imaniġġar ta' prodotti konċentrati.

2

Fl-evalwazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Awtorizzazzjonijiet ta' prodotti bijoċidali għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 98/2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi.

(2)

Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operazzjonali sikuri u miżuri organizzazzjonali adegwati għall-utenti professjonali. Il-prodotti għandhom jiġu użati bit-tagħmir protettiv personali adegwat fejn l-esponiment ma jkunx jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħra.

Awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għal dawn il-kundizzjonijiet: Awtorizzazzjonijiet ta' prodotti bijoċidali għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 98/2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi.

(2)

Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operazzjonali sikuri u miżuri organizzazzjonali adegwati għall-utenti professjonali. Il-prodotti għandhom jiġu użati bit-tagħmir protettiv personali adegwat fejn l-esponiment ma jkunx jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħra.

4

Fl-evalwazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Awtorizzazzjonijiet ta' prodotti bijoċidali għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 98/2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi.

(2)

Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operazzjonali sikuri u miżuri organizzazzjonali adegwati għall-utenti professjonali. Il-prodotti għandhom jiġu użati bit-tagħmir protettiv personali adegwat fejn l-esponiment ma jkunx jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħra.

(3)

Il-prodotti ma għandhomx jiġu inkorporati f'materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004, sakemm il-Kummissjoni ma tkunx stabbiliet limiti speċifiċi għall-migrazzjoni tal-perossidu tal-idroġenu fl-ikel jew jekk ikun ġie stabbilit skont dak ir-Regolament li dawn il-limiti ma jkunux meħtieġa.

5

Fl-evalwazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Awtorizzazzjonijiet ta' prodotti bijoċidali għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 98/2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi.

(2)

Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operazzjonali sikuri u miżuri organizzazzjonali adegwati għall-utenti professjonali. Il-prodotti għandhom jiġu użati bit-tagħmir protettiv personali adegwat fejn l-esponiment ma jkunx jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħra.

6

(1)  Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva użata għall-evalwazzjoni li saret skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq tista' tkun ta' purezza ugwali jew differenti, jekk tkun ġiet ippruvata teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.

29.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/33

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1731

tat-28 ta' Settembru 2015

li japprova l-medetomidin bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 21

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 90(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' April 2009, ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni, skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), għall-inklużjoni tas-sustanza attiva medetomidin fl-Anness I tagħha għall-użu fi prodotti tat-tip 21, prodotti għall-kontra l-iżvilupp tal-ħaxix tal-ilma (antifouling), kif definit fl-Anness V ta' dik id-Direttiva, li jikkorrispondu għall-prodotti tat-tip 21 kif definit fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(2)

Fl-14 ta' Mejju 2000, il-medetomidin ma kienx fis-suq bħala sustanza attiva ta' prodott bijoċidali.

(3)

Fit-12 ta' Marzu 2014, b'konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, ir-Renju Unit ressaq rapport ta' valutazzjoni, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tiegħu, lill-Aġenżija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi.

(4)

L-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ġiet ifformulata fis-3 ta' Frar 2015 mill-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali, fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni.

(5)

Skont dik l-opinjoni, il-prodotti bijoċidali li jintużaw għall-prodotti tat-tip 21 u li fihom is-sustanza medetomidin, jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, diment li jkun hemm konformità ma' ċerti kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu tagħhom.

(6)

Għalhekk, huwa xieraq li l-użu tal-medetomidin fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 21 jiġi approvat, soġġett għall-konformità ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet.

(7)

L-opinjoni tikkonkludi li l-karatteristiki tal-medetomidin jagħmluh persistenti ħafna (vP) u tossiku (T) skont il-kriterji stabbiliti fl-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Barra minn hekk, l-opinjoni tikkonkludi li s-sustanza attiva fiha proporzjon sinifikanti ta' iżomeri jew impuritajiet li mhumiex attivi.

(8)

Il-medetomidin jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (d) u (f) tal- Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u, għalhekk, għandu jiġi meqjus bħala kandidat għas-sostituzzjoni.

(9)

Skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-approvazzjoni ta' sustanza attiva li titqies bħala kandidat għas-sostituzzjoni għandha tkun għal perjodu ta' mhux iktar minn 7 snin.

(10)

Minħabba li l-medetomidin jissodisfa l-kriterji għax huwa persistenti ħafna (vP) skont l-Anness XIII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-artikoli trattati li jiġu ttrattati bil-medetomidin jew jinkorporawh għandhom jiġu ttikkettjati b'mod adegwat meta jitqiegħdu fis-suq.

(11)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-medetomidin għandu jiġi approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 21, soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

ANNESS

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri tal-Identifikazzjoni

Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1)

Data tal-approvazzjoni

Data ta' skadenza tal-approvazzjoni

Tip ta' prodott

Kundizzjonijiet speċifiċi

Medetomidin

Isem tal-IUPAC:

(RS)-4-[1-(2,3-dimetilfenil)etil]-1H-imidażol

Nru tal-KE: mhux disponibbli

Nru tal-CAS: 86347-14-0

99,5 % w/w.

Il-medetomidin huwa mmanifatturat bħala taħlita raċemika ta' enantjomeri R u S: deksmedetomidin u levomedetomidin.

l-1 ta' Jannar 2016

il-31 ta' Diċembru 2022

21

Il-medetomidin huwa meqjus bħala kandidat għas-sostituzzjoni skont l-Artikolu 10(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

Fl-evalwazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kull użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Għal utenti industrijali jew professjonali, għandhom ikunu stabbiliti proċeduri operazzjonali sikuri u miżuri organizzazzjonali adegwati. Il-prodotti għandhom jiġu użati bit-tagħmir protettiv personali adegwat fejn l-esponiment ma jkunx jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħra.

(2)

Persuni li jpoġġu fis-suq prodotti li fihom il-medetomidin għall-użu minn utenti li mhumiex professjonisti għandhom ikunu żguri li l-prodotti jkollhom magħhom ingwanti adattati. It-tikketti u, meta disponibbli, l-istruzzjonijiet għall-użu, għandhom jindikaw jekk għandux jintuża tagħmir protettiv personali ieħor.

(3)

It-tikketti u, meta disponibbli, l-istruzzjonijiet għall-użu, għandhom jindikaw li t-tfal għandhom jinżammu 'l bogħod sakemm jinxfu s-superfiċji li ġew ittrattati.

(4)

It-tikketti u, meta disponibbli, il-fuljetti tad-dejta dwar is-sikurezza tal-prodotti awtorizzati, għandhom jindikaw li l-applikazzjoni, il-manutenzjoni u l-attivitajiet tat-tiswija għandhom iseħħu f'żona iżolata, fuq bażi iebsa u impermeabbli jew imdawra b'ħitan ta' protezzjoni jew fuq ħamrija mgħottija b'materjal impermeabbli biex ma jkunx hemm rilaxxi u biex jiġu minimizzati l-emissjonijet fl-ambjent, u li kwalunkwe rilaxx jew skart li jkun fih il-medetomidin għandu jinġabar għall-użu mill-ġdid jew għar-rimi.

(5)

Għall-prodotti li jistgħu jwasslu għal residwi fl-ikel jew fl-għalf, għandha tiġi vverifikata l-ħtieġa li jiġu ddefiniti livelli massimi tar-residwi (MRLs) ġodda jew li jiġu emendati l-livelli massimi tar-residwi eżistenti skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u għandha tittieħed kull miżura xierqa ta' mitigazzjoni biex ikun żgurat li l-MRLs applikabbli ma jinqabżux.

It-tqegħid fis-suq tal-artikoli trattati huwa suġġett għall-kundizzjoni li ġejja:

Il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta' artikolu ttrattat li jiġi ttrattat bil-medetomidin jew jinkorporah għandha tiżgura li t-tikketta ta' dak l-artikolu ttrattat tipprovdi l-informazzjoni elenkata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(1)  Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva użat għall-evalwazzjoni li saret b'konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq tista' tkun ta' purezza ugwali jew differenti, jekk tkun ġiet ippruvata teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment tal-limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).

29.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/37

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1732

tat-28 ta' Settembru 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.

ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

196,8

MK

50,7

TR

81,7

XS

45,1

ZZ

93,6

0707 00 05

MK

34,4

TR

137,2

ZZ

85,8

0709 93 10

TR

138,3

ZZ

138,3

0805 50 10

AG

150,3

AR

141,0

BO

143,0

CL

169,0

EG

55,4

UY

77,1

ZA

120,5

ZZ

122,3

0806 10 10

EG

172,8

MK

32,3

TR

135,4

ZZ

113,5

0808 10 80

AR

264,2

CL

141,4

NZ

136,7

US

107,9

UY

48,0

ZA

144,4

ZZ

140,4

0808 30 90

AR

132,1

CL

148,3

NZ

175,8

TR

127,4

ZA

220,9

ZZ

160,9

0809 30 10 , 0809 30 90

MK

82,9

TR

144,7

ZZ

113,8

0809 40 05

BA

53,5

MK

47,1

XS

61,9

ZZ

54,2

(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.

29.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/40

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1733

tat-28 ta' Settembru 2015

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandha tapplika għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa mit-8 sal-14 ta' Settembru 2015 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 891/2009 fis-settur taz-zokkor u s-sospensjoni tat-tressiq tal-applikazzjoni għal liċenzji bħal dawn

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 891/2009 tal-Kummissjoni (2) fetħu kwoti tarrifarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti fis-settur taz-zokkor.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta' importazzjoni mressqa mit-8 sal-14 ta' Settembru 2015 għas-subperjodu mill-1 sal-31 ta' Ottubru 2015 jeċċedu l-kwantitajiet disponibbli skont l-ordnijiet numru 09.4320 u 09.4321. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3). Il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet oħra għal liċenzji ta' importazzjoni skont dawk l-ordnijiet b'dawk in-numri għandhom jiġu sospiżi sa tmiem il-perjodu tal-kwota.

(3)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta' importazzjoni mressqa mit-8 sal-14 ta' Settembru 2015 għas-subperjodu mill-1 sal-31 ta' Ottubru 2015 huma ugwali għall-kwantitajiet disponibbli skont l-ordnijiet numru 09.4317 u 09.4319. Il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet oħra għal liċenzji ta' importazzjoni skont dawk l-ordnijiet b'dawk in-numri għandhom jiġu sospiżi sa tmiem il-perjodu tal-kwota.

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta' importazzjoni mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 891/2009 mit-8 sal-14 ta' Settembru 2015, għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet ġodda għal liċenzji ta' importazzjoni skont l-ordinijiet bin-numri indikati fl-Anness hija sospiża sa tmiem il-perjodu tal-kwota 2015/2016.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta' Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).

ANNESS

“Il-konċessjonijiet CXL taz-zokkor”

Il-perjodu tal-kwota 2015/2016

Applikazzjonijiet imressqa mit-8 sal-14 ta' Settembru 2015

In-numru tal-ordni

Il-pajjiż

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni (f'perċentwal)

Applikazzjonijiet ġodda

09.4317

L-Awstralja

Sospiżi

09.4318

Il-Brażil

09.4319

Kuba

Sospiżi

09.4320

Kull pajjiż terz

6,204204

Sospiżi

09.4321

L-Indja

7,773027

Sospiżi

“Iz-zokkor mill-Balkani”

Il-perjodu tal-kwota 2015/2016

Applikazzjonijiet imressqa mit-8 sal-14 ta' Settembru 2015

In-numru tal-ordni

Il-pajjiż

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni (f'perċentwal)

Applikazzjonijiet ġodda

09.4324

L-Albanija

09.4325

Il-Bosnja-Ħerzegovina

09.4326

Is-Serbja

09.4327

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

“Zokkor għal importazzjoni eċċezzjonali” u “Zokkor industrijali”

Il-perjodu tal-kwota 2015/2016

Applikazzjonijiet imressqa mit-8 sal-14 ta' Settembru 2015

In-numru tal-ordni

It-tip

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni (f'perċentwal)

Applikazzjonijiet ġodda

09.4380

Importazzjoni eċċezzjonali

09.4390

Zokkor industrijali

DEĊIŻJONIJIET

29.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/43

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1734

tat-18 ta' Settembru 2015

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fit-12-il Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għall-Ġarr Internazzjonali bil-Ferrovija (OTIF) rigward ċerti emendi għall-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) u għall-Appendiċijiet tagħha

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Unjoni ngħaqdet mal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tad-9 ta' Mejju 1980, kif emendata bil-Protokoll ta' Vilnius tat-3 ta' Ġunju 1999 (“il-Konvenzjoni COTIF”), bis-saħħa tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/103/UE (1).

(2)

L-Istati Membri kollha, għajr Ċipru u Malta, huma partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni COTIF u japplikawha.

(3)

L-Assemblea Ġenerali, stabbilita skont il-punt (a) tal-Artikolu 13§ 1 tal-Konvenzjoni COTIF (“Assemblea Ġenerali”), matul it-12 il-sessjoni tagħha li ser issir bejn id-29 u t-30 ta' Settembru 2015, mistennija tiddeċiedi dwar ċerti emendi għall-Konvenzjoni COTIF u għall-Appendiċijiet tagħha: fl-Appendiċi D (Regoli Uniformi għall-Kuntratti tal-Użu tal-Vetturi fit-Traffiku Ferrovjarju Internazzjonali — CUV), fl-Appendiċi F (Regoli Uniformi li jirrigwardaw il-Validazzjoni ta' Standards Tekniċi u l-Adozzjoni ta' Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi Applikati għall-Materjal tal-Ferroviji bl-intenzjoni li jintużaw mit-Traffiku Internazzjonali — APTU) u fl-Appendiċi G (Regoli Uniformi li jirrigwardaw l-Ammissjoni Teknika ta' Materjal tal-Ferroviji użat fit-Traffiku Internazzjonali — ATMF).

(4)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni dwar ċerti punti għandha tiġi adottata skont l-Artikolu 218(9) tat-Trattat, peress li d-deċiżjonijiet dwar dawk l-emendi li jridu jittieħdu waqt l-Assemblea Ġenerali huma atti b'effett legali u s-suġġett tagħhom huwa fil-kompetenza tal-Unjoni.

(5)

L-emendi għall-Konvenzjoni COTIF għandhom l-għan li jaġġornaw il-kompiti tal-Kumitat tal-Esperti Tekniċi u referenza għad-definizzjoni ta' “detentur” f'konformità mal-liġi tal-Unjoni Ewropea, u li jibdlu ċerti regoli dwar il-finanzjament, l-awditjar u r-rappurtar tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għall-Ġarr Internazzjonali bil-Ferrovija (OTIF), kif ukoll li jagħmlu ċerti bidliet amministrattivi żgħar.

(6)

L-emendi fl-Appendiċi D (CUV) li ppreżenta s-Segretarju Ġenerali tal-OTIF għandhom l-għan li jiċċaraw ir-rwoli tad-detentur u tal-entità responsabbli għall-manutenzjoni fil-kuntratti tal-użu tal-vetturi fit-traffiku internazzjonali bil-ferrovija.

(7)

L-emendi fl-Appendiċi F (APTU) u G (ATMF) għandhom l-għan li jiċċaraw il-kamp ta' applikazzjoni tagħhom bit-tneħħija tar-referenza għal “materjal ferrovjarju ieħor”.

(8)

L-emendi għall-Appendiċi D (CUV), F (APTU) u G (ATMF) għall-Konvenzjoni COTIF, kif ukoll ċerti emendi għall-Konvenzjoni COTIF innifisha jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni u huma f'konformità mal-liġi u mal-għanijiet strateġiċi tal-Unjoni, u għalhekk l-Unjoni għandha tappoġġahom.

(9)

Għalhekk, il-pożizzjoni tal-Unjoni fit-12-il Assemblea Ġenerali għandha tkun ibbażata fuq l-Anness għal din id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fit-12-il Assemblea Ġenerali fil-kuntest tal-Konvenzjoni COTIF għandha tkun skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

2.   Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fl-Assemblea Ġenerali jistgħu jaqblu dwar xi tibdiliet żgħar fid-dokumenti msemmija fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Id-Deċiżjonijiet tat-12-il Assemblea Ġenerali, la darba adottati, għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u jindikaw meta ser jidħlu fis-seħħ.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

C. DIESCHBOURG

(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/103/UE tas-16 ta' Ġunju 2011 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tad- 9 ta' Mejju 1980, kif emendata mill-Protokoll ta' Vilnius tat- 3 ta' Ġunju 1999 (ĠU L 51, 23.2.2013, p. 1).

ANNESS

1.   Dokumenti ta' referenza

Dokumenti li jikkonċernaw ir-reviżjoni tal-COTIF u tal-Appendiċijiet tagħha huma disponibbli fis-sit web tal-OTIF:

http://www.otif.org/en/law/general-assembly/working-documents-concerning-revision-of-cotif.html.

2.   Kummenti u pożizzjonijiet dwar il-punti fuq l-aġenda

Il-punt 1. L-elezzjoni tal-President u tal-Viċi-Presidenti

Dokument: xejn.

Min jeżerċita d-dritt tal-vot: L-Istati Membri.

Il-pożizzjoni koordinata: xejn.

Il-punt 2. L-adozzjoni tal-aġenda

Dokumenti: AG 12/2, AG 12/2 Add.1.

Min jeżerċita d-dritt tal-vot: L-Istati Membri.

Il-pożizzjoni koordinata: xejn.

Il-punt 3. Il-formazzjoni tal-Kumitat tal-Kredenzjali

Dokument: xejn.

Min jeżerċita d-dritt tal-vot: L-Istati Membri.

Il-pożizzjoni koordinata: xejn.

Il-punt 4. L-organizzazzjoni tal-ħidma u l-għażla ta' xi Kumitat meqjusa meħtieġa

Dokument: xejn.

Min jeżerċita d-dritt tal-vot: L-Istati Membri.

Il-pożizzjoni koordinata: xejn.

Il-punt 5. L-elezzjoni ta' Segretarju Ġenerali għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2018

Dokumenti: AG 12/5, AG 12/5.1, AG 12/5.2.

Min jeżerċita d-dritt tal-vot: L-Istati Membri.

Il-pożizzjoni koordinata: xejn.

Iż-żewġ kandidati għall-kariga ġejjin mill-Istati Membri tal-UE (l-Awstrija u Franza).

Il-punt 6. Il-membri tal-OTIF — il-qagħda ġenerali

Dokumenti: AG 12/6.

Min jeżerċita d-dritt tal-vot: mhux applikabbli.

Il-pożizzjoni koordinata: xejn.

Il-punt 7. Il-qafas baġitarju

Dokumenti: AG 12/7.1, AG 12/7.2.

Min jeżerċita d-dritt tal-vot: L-Istati Membri.

Il-pożizzjoni koordinata: xejn.

Il-punt 8. Ir-reviżjoni parzjali tal-COTIF — il-Konvenzjoni Bażika

Dokumenti: AG 12/8, AG 12/8 Add. 1, AG 12/8 Add. 2.

Min jeżerċita d-dritt tal-vot: L-Istati Membri.

Il-pożizzjoni koordinata:

L-emendi fl-Artikolu 3 (Il-kooperazzjoni internazzjonali) jiġu appoġġati (tibdil editorjali biex ir-referenza għall-“Komunitajiet Ewropej” tinbidel bir-referenza għall-“Unjoni Ewropea”).

L-emendi fl-Artikolu 12 (L-eżekuzzjoni tas-sentenzi. Hemża) jiġu appoġġati għax dawn jemendaw id-definizzjoni ta' “detentur” bi qbil mal-liġi tal-UE.

L-emendi fl-Artikolu 20 (Il-Kumitat tal-Esperti Tekniċi) jiġu appoġġati għax dawn huma meħtieġa biex jiġu aġġornati r-Regoli Uniformi APTU u ATMF biex jibqgħu jaqblu mal-liġi tal-UE.

Emendi oħra: ebda pożizzjoni tal-UE.

Il-punt 9. Ir-reviżjoni parzjali tal-Appendiċi B (CIM UR)

Dokumenti: AG 12/9.

Min jeżerċita d-dritt tal-vot: L-Istati Membri.

Il-pożizzjoni koordinata: jittieħed nota tar-rapport tas-Segretarju Ġenerali dwar il-progress u t-tkomplija tal-ħidma fuq ir-reviżjoni ta' dan l-Appendiċi.

Il-punt 10. Ir-reviżjoni parzjali tal-Appendiċi D (CUV UR)

Dokumenti: AG 12/10, AG 12/10 Add. 1, AG 12/10 Add. 2, AG 12/10 Add. 3.

Min jeżerċita d-dritt tal-vot: l-UE.

Il-pożizzjoni koordinata:

L-emendi fl-Artikolu 9 u fir-Rapport ta' Spjegazzjoni jiġu appoġġati, bi qbil mal-pożizzjoni tal-UE rappreżentata waqt il-25 sessjoni tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF (1), għax dawn jiċċaraw ir-rwoli tad-detentur u tal-entità responsabbli għall-manutenzjoni bi qbil mal-liġi tal-UE.

L-Artikolu 1a l-ġdid propost mill-Ġermanja fid-dokument AG 12/10 Add. 3 ġie diskuss u appoġġat minn grupp ta' ħidma tal-UE ta' rappreżentanti tal-Istati Membri u tas-settur ferrovjarju li ltaqa' fis-26 ta' Novembru 2014. Fis-CIM teżisti dispożizzjoni simili (l-Artikolu 2 — Preskrizzjonijiet tad-dritt pubbliku). Għalhekk, din il-proposta tiġi appoġġata wkoll.

Il-punt 11. Ir-reviżjoni parzjali tal-Appendiċi F (APTU UR)

Dokumenti: AG 12/11.

Min jeżerċita d-dritt tal-vot: l-UE.

Il-pożizzjoni koordinata: jiġu appoġġati l-emenda fl-Artikolu 3 li għandha l-għan li jiġi ċċarat l-ambitu bit-tħassir ta' “materjal ieħor tal-ferroviji” u l-modifika rilevanti tar-Rapport ta' Spjegazzjoni.

Il-punt 12. Ir-reviżjoni tal-Appendiċi G (ATMF UR)

Dokumenti: AG 12/12.

Min jeżerċita d-dritt tal-vot: l-UE.

Il-pożizzjoni koordinata: jiġu appoġġati l-emendi fl-Artikoli 1 u 3 li għandhom l-għan li jiġi ċċarat l-ambitu bit-tħassir ta' “materjal ieħor tal-ferroviji” u l-modifika rilevanti tar-Rapport ta' Spjegazzjoni.

Il-punt 13. Ir-Rapport ta' Spjegazzjoni rivedut u konsolidat

Dokumenti: AG 12/13, AG 12/13 Add.1-10.

Min jeżerċita d-dritt tal-vot: L-Istati Membri.

Il-pożizzjoni koordinata: jiġi nnotat ir-Rapport ta' Spjegazzjoni rivedut u konsolidat u jingħata mandat lis-Segretarju Ġenerali biex jinkludi l-ispjegazzjonijiet adottati minn din l-Assemblea Ġenerali li jkollhom x'jaqsmu mal-emendi tal-COTIF u tal-Appendiċijiet tiegħu adottati minn din l-Assemblea Ġenerali. Madankollu, il-frażi “… japplikaw għall-attivitajiet tal-ECM, jew …” għandha titħassar fl-ispjegazzjonijiet dwar l-Artikolu 3a, 10, it-tieni sentenza. Barra minn hekk, fil-verżjoni Ġermaniża l-ispjegazzjonijiet dwar l-Artikolu 15, 1, it-tieni sentenza għandha tiġi emendata kif ġej:

“In Übereinstimmung mit den gängigen Verfahren verschiedener Vertragsstaaten und zur expliziteren Klarstellung der Pflichten des Halters, obliegt dem Halter die Verpflichtung, den ihm zugeordneten Fahrzeugen eine ECM zuzuweisen.”

Il-punt 14. Liġi Unifikata dwar il-Ferroviji

Dokumenti: AG 12/14.

Min jeżerċita d-dritt tal-vot: L-Istati Membri.

Il-pożizzjoni koordinata: xejn.

Il-punt 15. Rapport dwar l-attivitajiet tal-Kumitat Amministrattiv fil-perjodu bejn l-1 ta' Ottubru 2012 u t-30 ta' Settembru 2015

Dokumenti: AG 12/15.

Min jeżerċita d-dritt tal-vot: L-Istati Membri.

Il-pożizzjoni koordinata: xejn.

Il-punt 16. L-elezzjoni tal-Kumitat Amministrattiv għall-perjodu bejn l-1 ta' Ottubru 2015 u t-30 ta' Settembru 2018 (Kompożizzjoni u Presidenza)

Dokumenti: AG 12/16.

Min jeżerċita d-dritt tal-vot: L-Istati Membri.

Il-pożizzjoni koordinata: xejn.

Il-punt 17. Id-data proviżorja tat-13-il Assemblea Ġenerali

Dokument: xejn.

Min jeżerċita d-dritt tal-vot: mhux applikabbli.

Il-pożizzjoni koordinata: xejn.

Il-punt 18. Ħwejjeġ oħra

Dokument: mhux disponibbli.

Min jeżerċita d-dritt tal-vot: tiġi deċiża (“td”) dak il-ħin jekk ikun meħtieġ.

Il-pożizzjoni koordinata: td dak il-ħin jekk ikun meħtieġ.

Il-punt 19. Xi mandati tal-Assemblea Ġenerali

Dokument: mhux disponibbli.

Min jeżerċita d-dritt tal-vot: td dak il-ħin jekk ikun meħtieġ.

Il-pożizzjoni koordinata: td dak il-ħin jekk ikun meħtieġ.

Il-punt 20. Ir-rapporti tal-Kumitat, jekk ikun meħtieġ

Dokument: mhux disponibbli.

Min jeżerċita d-dritt tal-vot: td dak il-ħin jekk ikun meħtieġ.

Il-pożizzjoni koordinata: td dak il-ħin jekk ikun meħtieġ.

Il-punt 21. L-adozzjoni ta' deċiżjonijiet, mandati, rakkomandazzjonijiet u dokumenti oħrajn tal-Assemblea Ġenerali (id-dokument finali)

Dokument: mhux disponibbli.

Min jeżerċita d-dritt tal-vot: L-Istati Membri.

Il-pożizzjoni koordinata: td dak il-ħin.

(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2014 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF rigward ċerti emendi fil-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) u fl-Appendiċijiet tagħha (2014/699/UE), ĠU L 293, 9.10.2014, p. 26.

29.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/49

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1735

tal-24 ta' Settembru 2015

dwar il-pożizzjoni preċiża tat-twissija ġenerali u tal-messaġġ ta' informazzjoni fuq it-tabakk tal-brim ikkummerċjalizzat fil-boroż

(notifikata bid-dokument C(2015) 6455)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(6) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2014/40/UE tistabbilixxi regoli ġodda dwar it-twissijiet tas-saħħa li għandhom jitqiegħdu fuq il-prodotti tat-tabakk għat-tipjip, inklużi t-twissijiet ġenerali u l-messaġġi ta' informazzjoni, u tispeċifika, b'mod partikulari, li dawn it-tnejn għandhom ikopru 50 % tal-uċuħ li fuqhom ikunu stampati. Għandha tiġi stabbilita l-pożizzjoni eżatta ta' dawn it-twissijiet fuq it-tabakk tal-brim ikkummerċjalizzat fil-boroż. Il-boroż jistgħu jew ikunu fil-forma ta' but rettangolari b'għatu li jkopri l-fetħa (“borża rettangolari”) jew fil-forma ta' borża wieqfa.

(2)

Il-boroż rettangolari jistgħu jew ikunu fil-forma ta' borża b'għatu li jkun jitrembel madwarha kollha, li s-soltu tkun tinfetaħ f'żewġ stadji, jew fil-forma ta' borża bil-qiegħ ċatt b'għatu li jingħalaq għal fuqha, li s-soltu tkun tinfetaħ fi stadju wieħed. Ħafna minn dawn il-boroż huma magħmulin minn kisja trasparenti tal-plastik li jkollha karta mdaħħla fiha li fuqha jistgħu jiġu stampati t-twissijiet tas-saħħa. F'xi każijiet, il-boroż b'għatu li jitrembel madwarhom kollha jkunu magħmulin mill-polietilen, mill-polipropilen jew minn materjal laminat li, skont l-industrija, jkollu jitfassal mill-ġdid biex ikun jista' jsir stampar fuq iż-żewġ naħat tal-għatu, b'mod partikulari jekk il-borża ma jkollhiex diversi saffi.

(3)

Sabiex ikun żgurat li t-twissijiet tas-saħħa jitqiegħdu fl-istess post fuq il-boroż rettangolari kollha u li t-twissija ġenerali u l-messaġġ ta' informazzjoni jkunu jidhru faċilment, dawn għandhom jiġu stampati fuq l-uċuħ li jiġu jidhru meta l-pakkett individwali jinfetaħ kompletament.

(4)

Għall-pakketti magħmulin mill-polietilen, mill-polipropilen jew minn materjal laminat, hemm riskju ta' migrazzjoni tal-linka jekk isir stampar fuq in-naħa ta' ġewwa tal-għatu li jitrembel madwarhom — għalhekk, għandu jkun permess li t-twissija ġenerali u l-messaġġ ta' informazzjoni jitpoġġew f'pożizzjoni oħra għal perjodu ta' tranżizzjoni, sabiex jiġi evitat li jsir stampar fuq uċuħ li jkunu f'kuntatt dirett mat-tabakk. Dan għandu jagħti lill-industrija biżżejjed żmien biex tadatta l-proċess tal-produzzjoni tagħha għar-regoli l-ġodda. L-ispejjeż marbutin ma' dawn l-adattamenti ma jitqisux li huma sproporzjonati fid-dawl tal-vantaġġi li hemm f'termini tal-viżibilità mtejba tat-twissijiet meta l-pakkett ikun miftuħ kompletament.

(5)

L-iktar pożizzjoni xierqa għat-twissija ġenerali u għall-messaġġ ta' informazzjoni fuq il-boroż weqfin hija fuq l-uċuħ fil-qiegħ tal-borża, b'mod partikulari minħabba li l-uċuħ ta' ġewwa huma mgħottija mill-kontenut tal-borża.

(6)

Id-daqs tat-twissijiet għandu jiġi kkalkulat skont id-daqs tal-uċuħ tal-pakkett meta dan ikun magħluq, skont l-Artikolu 8(5) tad-Direttiva 2014/40/UE.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 2014/40/UE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli dwar il-pożizzjoni preċiża tat-twissijiet ġenerali u tal-messaġġi ta' informazzjoni fuq it-tabakk tal-brim ikkummerċjalizzat fil-boroż.

Artikolu 2

Pożizzjoni tat-twissija ġenerali u tal-messaġġ ta' informazzjoni fuq il-boroż rettangolari

1.   Għat-tabakk tal-brim fi bwiet rettangolari b'għatu li jkopri l-fetħa (“boroż rettangolari”), it-twissija ġenerali u l-messaġġ ta' informazzjoni għandhom jiġu stampati fuq iż-żewġt uċuħ li jiġu jidhru meta l-pakkett individwali jinfetaħ kompletament, kif muri fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Anness.

It-twissija ġenerali u l-messaġġ ta' informazzjoni għandhom jitqiegħdu fit-tarf ta' fuq nett tal-uċuħ rispettivi li fuqhom jiġu stampati u għandhom ikopru 50 % ta' dawn l-uċuħ, hekk kif muri fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Anness.

It-twissija ġenerali għandha tiġi stampata fuq il-wiċċ ta' fuq.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, sal-20 ta' Mejju 2018 għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin għat-tabakk tal-brim f'boroż rettangolari b'għatu li jitrembel madwarhom kollha li jkunu magħmulin mill-polietilen, mill-polipropilen jew minn materjal laminat, kif muri fit-Taqsima 3 tal-Anness:

(a)

il-messaġġ ta' informazzjoni jista' jitpoġġa fuq il-wiċċ li jiġi jidher meta l-pakkett individwali jinfetaħ parzjalment;

(b)

it-twissija ġenerali tista' titpoġġa fuq il-wiċċ ta' taħt li jiġi jidher meta l-pakkett individwali jinfetaħ kompletament;

(c)

m'għandux isir stampar fuq in-naħa ta' ġewwa tal-għatu li jiġi jidher meta l-pakkett individwali jinfetaħ kompletament, u din in-naħa m'għandhiex tintuża b'xi mod ieħor;

(d)

it-twissija ġenerali u l-messaġġ ta' informazzjoni għandhom jitqiegħdu fit-tarf ta' fuq nett tal-uċuħ rispettivi li fuqhom jiġu stampati.

Artikolu 3

Pożizzjoni tat-twissija ġenerali u tal-messaġġ ta' informazzjoni fuq il-boroż weqfin

1.   Għat-tabakk tal-brim f'boroż weqfin, it-twissija ġenerali u l-messaġġ ta' informazzjoni għandhom jitqiegħdu fuq l-uċuħ fil-qiegħ tal-borża wieqfa li jiġu jidhru meta l-borża titpoġġa fuq daharha (“il-bażi tal-pakkett individwali”), kif muri fit-Taqsima 4 tal-Anness.

2.   It-twissija ġenerali għandha tiġi stampata fuq il-wiċċ 'il fuq mit-tikmixa fil-bażi tal-pakkett individwali u l-messaġġ ta' informazzjoni għandu jiġi stampat fuq il-wiċċ 'l isfel minn din it-tikmixa. It-twissija ġenerali u l-messaġġ ta' informazzjoni għandhom ikopru 50 % tal-uċuħ rispettivi li fuqhom jiġu stampati. Dawn l-uċuħ għandhom jiġu kkalkulati abbażi tad-daqs tagħhom wara li jiġu ssiġillati t-truf.

Artikolu 4

Dispożizzjoni tranżitorja

It-tabakk tal-brim fil-boroż immanifatturat jew irrilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni libera sal-20 ta' Mejju 2018 u mmarkat bi twissija ġenerali u b'messaġġ ta' informazzjoni skont l-Artikolu 2(2) jista' jitqiegħed fis-suq sal-20 ta' Mejju 2019.

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni

(1)  ĠU L 127, 29.4.2014, p. 1.

ANNESS

Rappreżentazzjonijiet grafiċi tal-pożizzjoni preċiża tat-twissija ġenerali u l-messaġġ ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 u l-Artikolu 3

1.   BORŻA BIL-QIEGĦ ĊATT (L-ARTIKOLU 2(1))

Image Image

2.   BORŻA LI TIDDAWWAR MINN NAĦA GĦALL-OĦRA (L-ARTIKOLU 2(1))

Image Image

3.   BORŻA LI TIDDAWWAR MINN NAĦA GĦALL-OĦRA (POŻIZZJONI ALTERNATTIVA FL-ARTIKOLU 2(2))

Image Image

4.   BORŻA WIEQFA (L-ARTIKOLU 3)

Image Image

29.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/56

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1736

tat-28 ta' Settembru 2015

li ma tapprovax it-triflumuron bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u partikolarment it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi eżistenti li għandhom ikunu evalwati biex possibbilment jiġu approvati għall-użu fi prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi t-triflumuron.

(2)

It-triflumuron ġie evalwat b'konformità mal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għall-użu fil-prodotti tat-tip 18, insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta' artropodi oħra, kif definiti fl-Anness V ta' dik id-Direttiva, li jikkorrispondu mal-prodotti tat-tip 18, kif definiti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

L-Italja ġiet magħżula bħala l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni u fit-30 ta' Settembru 2008, b'konformità mal-paragrafi 4 u 6 tal-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 (4), issottomettiet ir-rapporti ta' valutazzjoni, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha, lill-Kummissjoni.

(4)

B'konformità mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014, fit-3 ta' Frar 2015 ġiet ifformulata l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi mill-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali, fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni.

(5)

Skont dik l-opinjoni, prodotti bijoċidali użati għal prodotti tat-tip 18 u li fihom it-triflumuron ma jistgħux jiġu preżunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE. Ix-xenarji evalwati fil-valutazzjoni tar-riskji ambjentali identifikaw riskji inaċċettabbli għal kompartimenti akkwatiċi u terrestri.

(6)

Għalhekk mhuwiex xieraq li jiġi approvat it-triflumuron għall-użu fil-prodotti bijoċidali għal prodotti tat-tip 18.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-triflumuron (Nru tal-KE 264-980-3; Nru tal-CAS 64628-44-0) mhuwiex approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta' Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta' ħidma ta' 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3).

29.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/58

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1737

tat-28 ta' Settembru 2015

li tipposponi l-iskadenza tal-approvazzjoni tal-bromadijolon, tal-klorofaċinon u tal-kumatetralil għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 14

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sustanzi attivi bromadijolon, klorofaċinon u kutrametralil ġew inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) biex jintużaw f'prodotti bijoċidali tat-tip 14, u skont l-Artikolu 86 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jitqiesu li huma approvati b'konformità ma' dak ir-Regolament skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I ta' dik id-Direttiva.

(2)

L-approvazzjoni tagħhom tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2016. Ġew ippreżentati applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta' dawn is-sustanzi attivi skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

Minħabba r-riskji li ġew identifikati waqt l-użu tas-sustanzi attivi bromadijolon, klorofaċinon u kutrametralil, it-tiġdid tal-approvazzjoni tagħhom se jkun suġġett għal valutazzjoni ta' sustanza attiva waħda jew iżjed minn waħda, alternattiva/i. Barra minn hekk, minħabba dawn il-karatteristiċi, l-approvazzjoni ta' dawn is-sustanzi attivi tista' tiġġedded biss jekk jintwera li mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet tal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tiġi sodisfatta.

(4)

Il-Kummissjoni nediet studju dwar il-miżuri li jnaqqsu r-riskji li jistgħu jiġu applikati għal rodentiċidi antikoagulanti, bil-ħsieb li tipproponi l-miżuri li huma l-aktar addattati biex jitnaqqsu r-riskji marbuta mal-karatteristiċi ta' dawn is-sustanzi attivi.

(5)

Għandha tingħata l-possibbiltà lil dawk li applikaw għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta' dawn is-sustanzi attivi biex jindirizzaw il-konklużjonijiet tal-istudju fl-applikazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, il-konklużjonijiet ta' dan l-istudju għandhom jitqiesu meta tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tar-rodentiċidi antikoagulanti kollha.

(6)

Biex jitħaffu l-analiżi u l-paragun tar-riskji u l-benefiċċji tar-rodentiċidi antikoagulanti kollha, kif ukoll tal-miżuri għat-tnaqqis tar-riskji applikati lilhom, il-valutazzjoni tal-bromadijolon, tal-klorofaċinon u tal-kumatetralil għandha tiġi posposta sakemm tiġi ppreżentata l-aħħar applikazzjoni għat-tiġdid tal-aħħar rodentiċida antikoagulanti. L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-aħħar rodentiċidi antikoagulanti, jiġifieri l-brodifakum, il-warfarina u s-sodju tal-warfarina, huma mistennija li jiġu ppreżentati sal-31 ta' Lulju 2015.

(7)

Għaldaqstant, għal raġunijiet li huma barra l-kontroll tal-applikanti, l-approvazzjoni tal-bromadijolon, tal-klorofaċinon u tal-kumatetralil x'aktarx tiskadi qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Għalhekk jixraq li tiġi posposta d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni ta' dawn is-sustanzi attivi għal perjodu ta' żmien twil biżżejjed biex ikun jista' jsir l-eżami tal-applikazzjonijiet.

(8)

Minbarra d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni, dawn is-sustanzi għandhom jibqgħu approvati skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-bromadijolon, tal-klorofaċinon u tal-kumatetralil għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 14 ġiet posposta għat-30 ta' Ġunju 2018.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bioċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).

Rettifika

29.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/60

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1158 tat-8 ta' Lulju 2015 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ fi prodotti tal-injam għall-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendi għall-Annessi I, II u V tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 187 tal-15 ta' Lulju 2015 )

F'paġna 64, fl-Anness V, fil-punt 3, id-Dijagramma 1 taqra kif ġej:

Image

F'paġna 65, fl-Anness V, fil-punt 4, id-Dijagramma 2 taqra kif ġej:

Image